RAPPORT dwar Emenda tal-Artikolu 15(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar l-ordni ta' preċedenza tal-Viċi Presidenti eletti b'akklamazzjoni

11.12.2012 - (2012/2020(REG))

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur: Carlo Casini


Proċedura : 2012/2020(REG)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0412/2012
Testi mressqa :
A7-0412/2012
Dibattiti :
Testi adottati :

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar Emenda tal-Artikolu 15(2) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament dwar l-ordni ta' preċedenza tal-Viċi Presidenti eletti b'akklamazzjoni

(2012/2020(REG))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-President tiegħu tat-3 ta' Settembru 2010,

–   wara li kkunsidra l-interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1) tar-Regoli ta' Proċedura, adottata mill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali fil-15 ta' Ġunju 2011 u mħabbra fis-seduta plenarja fit-22 ta' Ġunju 2011,

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 211 u 212 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0412/2012),

1.  Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.  Ifakkar li din l-emenda tidħol fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni parzjali li jmiss;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

Emenda 1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 15 - paragrafu 2 - subparagrafu 2

Test fis-seħħ

Emenda

Meta ma jkunux ġew eletti b’vot sigriet, l-ordni li fih jinqara isimhom lill-Kamra mill-President għandu jiddetermina l-ordni ta’ preċedenza.

Meta jkunu ġew eletti b’akklamazzjoni, issir votazzjoni permezz ta’ vot sigriet biex tiġi stabbilita l-ordni ta’ preċedenza.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Bħala tfakkira

Ir-Regoli ta’ Proċedura jipprevedu li:

“Il-President, il-Viċi Presidenti u l-Kwesturi għandhom ikunu eletti b’vot sigriet (...) Madankollu, jekk in-numru ta’ nominazzjonijiet ma jkunx jisboq in-numru ta’ karigi li jridu jimtlew, il-kandidati jistgħu jkunu eletti b’akklamazzjoni.” (artikolu 13, paragrafu 1)

Il-President saqsa essenzjalment, fit-3 ta’ Settembru 2010, jekk din ir-regola għandhiex tiġi applikata bl-istess mod meta jkun hemm kandidat wieħed biss u kariga waħda biss tista’ timtela.

Il-kumitat tagħna ta risposta pożittiva fil-15 ta’ Ġunju 2011 kif ġej:

''Jekk ikun meħtieġ li jittieħed il-post ta’ Viċi President wieħed, u jkun hemm kandidat wieħed biss, dan jista’ jiġi elett b’akklamazzjoni. Il-President għandu diskrezzjoni biex jiddeċiedi jekk l-elezzjoni ssirx b’akklamazzjoni jew b’vot sigriet. Il-kandidat elett għandu jieħu l-post tal-predeċessur tiegħu fl-ordni ta’ preċedenza.''.

Fl-ittra tal-President, jiġu deskritti aspetti oħra tal-elezzjoni tal-Viċi Presidenti, li bfir-rigward tagħhom il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali ddeċieda li "jerġa' jikkunsidrahom iktar 'il quddiem bil-għan ta' emenda eventwali tar-Regoli ta' Proċedura".

2. Kwistjonijiet għal eżami

Id-diskrezzjoni tal-President fir-rigward tal-preċedenza skont l-ordni għandha tkun limitata jew eliminata?

Skont l-interpretazzjoni min-naħa tal-AFCO fir-rigward tal-Artikolu 13(1) tar-Regoli ta’ Proċedura, il-President jista’, għalhekk, f’sitwazzjoni li fiha jkun hemm kandidati daqskemm ikun hemm karigi vakanti, jipproċedi għal elezzjoni b’akklamazzjoni jew alternattivament, għal votazzjoni permezz ta’ vot sigriet kif jgħid l-Artikolu 169 tar-Regoli ta’ Proċedura. Fil-każ ta’ elezzjoni b’akklamazzjoni, hija r-responsabilità tal-President li jiddeċiedi fl-istess ħin dwar l-ordni ta’ preċedenza tal-Viċi Presidenti (Artikolu 15(2)(2)). Issemma wkoll it-tħassib li tali deċiżjoni mill-President tista’, f’ċerti każijiet, ma jkollhiex appoġġ unanimu. Biex tissolva din is-sitwazzjoni, tista' tiġi prevista l-possibilità għal għadd ta' Membri jew grupp politiku li jressqu mistoqsijiet dwar il-preċedenza skont l-ordni proposta mill-President jew jeliminaw is-setgħa tal-President li jiffissa l-preċedenza skont l-ordni mal-ewwel, u b'konsegwenza ta' dan issir votazzjoni.

Meta ġie mistoqsi dwar l-aspetti prattiċi tal-elezzjonijiet tal-Viċi Presidenti, is-servizz responsabbli mill-elezzjonijiet (DĠ Presidenza, Direttorat għas-Seduta Plenarja) ipprovda l-informazzjoni li ġejja: meta jkun hemm ftehima bejn il-gruppi politiċi dwar il-persuni li għandhom jiġu nominati, dawn il-persuni (normalment 14) jiġu eletti b’akklamazzjoni. L-ordni ta’ preċedenza mbagħad jiġi stabbilit permezz ta’ votazzjoni. Ir-raġuni hija li l-gruppi politiċi eventwalment jilħqu ftehim dwar il-persuni iżda qatt ma jilħqu ftehim dwar l-ordni ta’ preċedenza. Il-President, f’sitwazzjoni bħal din, joqgħod lura milli juża l-privileġġ tiegħu (legalment eżistenti) li jistabbilixxi l-ordni ta’ preċedenza. Jekk il-gruppi politiċi ma jilħqux ftehim dwar il-persuni li għandhom jiġu eletti, jew jekk ikun hemm kandidaturi 'indipendenti', għandha ssir votazzjoni u l-preċedenza skont l-ordni għandha tiġi deċiża skont l-ordni li bih ikunu ġew eletti l-kandidati.

Abbażi ta' dan ir-raġunament, dan l-abbozz ta' rapport jipproponi emenda tar-Regoli ta' Proċedura li tarmonizza dawn ir-Regoli mal-prassi tal-Parlament u tissodisfa t-tħassib deskritt.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

27.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Andrew Henry William Brons, Andrew Duff, Ashley Fox, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Gerald Häfner, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski, Manfred Weber, Luis Yáñez-Barnuevo García

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Elmar Brok, Marietta Giannakou, Sylvie Guillaume, György Schöpflin, Rainer Wieland

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Mirsky, Ramon Tremosa i Balcells