RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f''Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)'

19.12.2012 - (COM(2011)0810 – C7‑0465/2011 – 2011/0399(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Christian Ehler


Proċedura : 2011/0399(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0428/2012
Testi mressqa :
A7-0428/2012
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f''Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)'

(COM(2011)0810 – C7‑0465/2011 – 2011/0399(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0810),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 173, 183 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0465/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-28 ta' Marzu 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-19 ta' Lulju 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0428/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat bil-ħsieb li jikkontribwixxi direttament għall-ħolqien ta’ tmexxija industrijali, tkabbir u impjiegi fl-Ewropa u għandha tirrifletti l-viżjoni strateġika tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2010 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni “Innovazzjoni tal-Inizjattiva Ewlenija tal-Ewropa 2020” fejn il-Kummissjoni timpenja lilha nfisha biex tissimplifika l-aċċess għall-parteċipanti.

(2) Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat bil-ħsieb li jikkontribwixxi direttament għall-ħolqien ta’ tmexxija industrijali, tkabbir u impjiegi kif ukoll benessri taċ-ċittadini u sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ekoloġika fl-Ewropa u għandha tirrifletti l-viżjoni strateġika tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2010 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni “Innovazzjoni tal-Inizjattiva Ewlenija tal-Ewropa 2020” fejn il-Kummissjoni timpenja lilha nfisha biex tissimplifika l-aċċess għall-parteċipanti.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Orizzont 2020 għandu jappoġġa l-ilħuq u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b’mod liberu, billi jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, b’mod partikolari permezz tal-applikazzjoni ta’ sett koerenti ta’ regoli.

(3) Orizzont 2020 għandu jappoġġa l-ilħuq u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b’mod liberu, billi jsaħħaħ il-kooperazzjoni kemm bejn l-Unjoni u l-Istati Membri kif ukoll fost l-Istati Membri, b’mod partikolari permezz tal-applikazzjoni ta’ sett ta’ regoli koerenti u trasparenti.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom jirriflettu b’mod adegwat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, kif inhuma mqassra fir-"Rapport dwar is-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka", u l-Kunsill fir-rigward tas-semplifikazzjoni tar-rekwiżiti amministrattivi u finanzjarji tal-programmi qafas ta’ riċerka. Ir-regoli għandhom jagħtu kontinwità għall-miżuri ta’ simplifikazzjoni diġà implimentati taħt id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) u aktar progress fit-tnaqqis tal-piż amministrattiv għal parteċipanti u l-kumplessità tad-dispożizzjonijiet finanzjarji sabiex jonqsu l-iżbalji finanzjarji. Ir-regoli għandhom ukoll iqisu t-tħassib u r-rakkomandazzjonijiet mill-komunità tar-riċerka li jirriżultaw mid-dibatitu li nbeda permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fid-29 ta’ April 2010 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni – “Is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi qafas tar-riċerka”, u l-Green Paper sussegwenti tad-9 ta’ Frar 2011 “Il-bidla ta’ sfidi f’opportunitajiet: Lejn Qafas Strateġiku Komuni għall-finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE”.

(4) Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom jirriflettu b’mod adegwat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, kif inhuma mqassra fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar is-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka, u l-Kunsill fir-rigward tas-semplifikazzjoni tar-rekwiżiti amministrattivi u finanzjarji tal-programmi qafas ta’ riċerka. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titlu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva1, il-Parlament Ewropew talab ukoll semplifikazzjoni radikali fil-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni, filwaqt li enfasizza li kwalunkwe żieda fil-fondi għandha tkun marbuta ma’ semplifikazzjoni radikali tal-proċeduri ta’ finanzjament. Ir-regoli għandhom jagħtu kontinwità għall-miżuri ta’ semplifikazzjoni diġà implimentati taħt id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) u r-rapport finali tal-Grupp ta' Esperti "Evalwazzjoni interim tas-Seba' Programm Kwadru tat-12 ta' Novembru 2010 u jwettqu aktar progress fit-tnaqqis tal-piż amministrattiv għal parteċipanti u l-kumplessità tad-dispożizzjonijiet finanzjarji sabiex jonqsu l-iżbalji finanzjarji. Ir-regoli għandhom ukoll iqisu t-tħassib u r-rakkomandazzjonijiet mill-komunità tar-riċerka li jirriżultaw mid-dibatitu li nbeda permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fid-29 ta’ April 2010 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni – “Is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi qafas tar-riċerka”, u l-Green Paper sussegwenti tad-9 ta’ Frar 2011 “Il-bidla ta’ sfidi f’opportunitajiet: Lejn Qafas Strateġiku Komuni għall-finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE” kif ukoll il-konsultazzjoni pubblika rispettiva tal-komunità ta’ persuni interessati mnedija mill-Kummissjoni. F’termini konkreti, ir-regoli ġdda semplifikati dwar il-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandu jkollhom l-għan li ż-żmien medju biex issir għotja jnaqqsuh b’tal-anqas 100 jum kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novemru 2011 bl-isem: “Orizzont 2020 – Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni”2.

 

__________

 

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

 

2 COM(2011)0808 finali.

Ġustifikazzjoni

Il-valutazzjoni tal-impatt li saret mill-Kummissjoni għall-Orizzont 2020, COM(2011)0809 finali, p. 101: "...il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-istituzzjonijiet dwar aktar [semplifikazzjoni] u l-valutazzjoni tal-impatt tal-Orizzont 2020, jindikaw b'mod ċar li l-kontinwazzjoni ta' mudell tal-finanzjament ibbażat fuq ir-rimborż tal-ispejjeż [effettivi] hija l-għażla ffavorita."

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Mhux aktar tard mill-2017, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni interim tar-regoli dwar il-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni biex tivvaluta s-semplifikazzjoni mixtieqa tal-proċeduri u ż-żieda tal-parteċipazzjoni fl-Orizzont 2020. Din għandha tinkludi analiżi tal-aċċess għall-finanzjament għall-parteċipanti mir-reġjuni kollha u għall-SMEs u tal-parteċipazzjoni bilanċjata min-nisa u l-irġiel, u għandu jiġi analizzat l-ambitu għal semplifikazzjonijiet addizzjonali. Fuq il-proposta tal-Kummissjoni, ir-regoli jistgħu jiġu aġġustati mil-leġiżlatura, jekk dan ikun f’loku, darba waħda matul il-perjodu ta' applikazzjoni ta' Orizzont 2020.

Ġustifikazzjoni

L-impatt tal-approċċ tas-simplifikazzjoni radikali fir-regoli tal-parteċipazzjoni jeħtieġ valutazzjoni kontinwa, bil-possibbiltà ta' aġġustament mil-leġiżlatura.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) Sa mill-bidu nett, ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom ikunu ċari u trasparenti u jiżguraw l-akbar parteċipazzjoni possibbli tal-SMEs. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ta’ ċarezza, ir-regoli, bħala prinċipju, għandhom jibqgħu validi waqt il-perjodu kollu tal-Orizzont 2020. Meta jkun jeħtieġ li r-regoli jiġu adattati, dan m’għandux ikun għad-detriment ta’ parteċipanti li l-proġett tagħhom ikun ġie approvat skont ir-regoli qabel l-adattament. L-istruzzjonijiet rilevanti kollha u n-noti ta’ gwida għall-benefiċjarji u l-awdituri għandhom ikunu disponibbli mill-bidu tal-programm ’il quddiem.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Orizzont 2020, sabiex jiżgura koerenza ma’ programmi oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni, għandu jiġi implimentat skont ir-Regolament (UE) Nru XX/XX tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' […] dwar ir-regoli ta’ finanzjament applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni, u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru X/X ta’ […] li jemenda r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

(5) Il-programm Orizzont 2020, sabiex jiżgura koerenza ma’ programmi oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni, għandu jiġi implimentat skont ir-Regolament (UE) Nru XX/XX tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' […] dwar ir-regoli ta’ finanzjament applikabbli għall-baġit annwali tal-Unjoni, u r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru X/X ta’ […] li jemenda r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, filwaqt li titqies debitament in-natura speċifika tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Għandu jiġi żgurat approċċ integrat billi jinġabru flmkien attivitajiet koperti mis-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka, il-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-EIT) sabiex il-parteċipazzjoni tkun magħmula aktar faċli, jinħoloq sett aktar koerenti ta’ strumenti u jiżdied l-impatt xjentifiku u ekonomiku filwaqt li jiġu evitati d-dupplikazzjoni u l-frammentazzjoni. Għandhom japplikaw regoli komuni sabiex jiġi żgurat qafas koerenti li għandu jiffaċilita l-parteċipazzjoni fi programmi li jkunu qegħdin jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-baġit ta’ Orizzont 2020, inkluż il-parteċipazzjoni fi programmi ġestiti mill-EIT, impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra taħt l-Artikolu 187 tat-TFUE jew parteċipazzjoni fi programmi mwettqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 185 tat-TFUE. Madankollu, għandha tiġi żgurata l-flessibilità biex jiġu adottati regoli speċifiċi meta dawn ikunu ġustifikati mill-ħtiġijiet speċifiċi tal-azzjonijiet rispettivi u bil-kunsens tal-Kummissjoni.

(6) Għandu jiġi żgurat approċċ integrat billi jinġabru flmkien attivitajiet koperti mis-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka, il-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-EIT) sabiex il-parteċipazzjoni tkun magħmula aktar faċli, jinħoloq sett aktar koerenti ta’ strumenti u jiżdied l-impatt xjentifiku u ekonomiku filwaqt li jiġu evitati d-dupplikazzjoni u l-frammentazzjoni. Għandhom japplikaw regoli komuni sabiex jiġi żgurat qafas koerenti li għandu jiffaċilita l-parteċipazzjoni fi programmi li jkunu qegħdin jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-baġit ta’ Orizzont 2020, inkluż il-parteċipazzjoni fi programmi ġestiti mill-EIT, impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra taħt l-Artikolu 187 tat-TFUE jew parteċipazzjoni fi programmi mwettqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 185 tat-TFUE.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Azzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Azzjonijiet bħal dawn għandhom ikunu konformi ma’ kull obbligu legali u ma’ prinċipji etiċi, li jinkludu l-evitar ta’ kull tip ta’ plaġjariżmu.

(7) Azzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jeħtiġilhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u josservaw il-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Azzjonijiet bħal dawn jeħtiġilhom ukoll ikunu konformi ma’ kull obbligu legali u ma’ prinċipji etiċi, li jinkludu l-evitar ta’ kull tip ta’ fabbrikazzjoni ta’ data u plaġjariżmu.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Jeħtieġ li tiġi nnotata l-importanza ta' perspettiva msaħħa tal-ġeneru fit-tfassil, l-implimentazzjoni u t-twettiq ta' Orizzont 2020.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) F'konformità mal-objettivi ta’ kooperazzjoni internazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 180 u 186 tat-TFUE, għandha tiġi promossa l-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali. L-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli għandha tkun f’konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikoli 75 u 215 tat-TFUE, u tkun f’konformità mal-liġi internazzjonali. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli għandha tqis bil-mod dovut il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet tal-Unjoni fi programmi ta’ pajjiżi terzi.

(8) F'konformità mal-objettivi ta’ kooperazzjoni internazzjonali kif stipulat fl-Artikoli 180 u 186 tat-TFUE, għandha tiġi promossa l-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi u ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali. L-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli għandha tkun f’konformità mal-miżuri adottati skont l-Artikoli 75 u 215 tat-TFUE, u tkun f’konformità mal-liġi internazzjonali. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta’ dawn ir-regoli għandha tqis bil-mod dovut il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet tal-Unjoni fi programmi ta’ pajjiżi terzi, abbażi tal-prinċipju ta’ reċiproċità kif ukoll il-kundizzjonijiet li potenzjalment joriġinaw mill-oqfsa legali tal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali parteċipanti.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Ir-regoli dwar il-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom jinkludu regoli għall-istabbiliment ta’ sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat. Jekk jittieħdu passi lejn esternalizzazzjoni ulterjuri tal-finanzjament tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni, dan għandu jkun b’eċċezzjoni, u jkun iġġustifikat bit-turija li, skont ir-riżultati ta’ valutazzjoni tal-impatt indipendenti, l-ebda forma oħra ta’ finanzjament ma’ jista’ jilħaq l-istess objettivi.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Dawn ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti biex jiżguraw l-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli, billi jikkunsidraw il-ħtieġa ta’ aċċess faċli mill-parteċipanti kollha, b’mod partikolari impriżi żgħar u medji, permezz ta’ proċeduri ssimplifikati. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni tista' tiġi pprovduta permezz ta’ forom differenti.

(9) Dawn ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti biex jiżguraw l-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli, billi jikkunsidraw il-ħtieġa ta’ aċċess faċli mill-parteċipanti kollha.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni tista' tingħata permezz ta' forom differenti, billi tintgħażel il-miżura l-aktar xierqa li tappoġġa l-objettivi tal-programm Orizzont 2020 u li tkun adatta għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-benefiċjarji indirizzati. L-għażla tal-forom differenti għandha dejjem timmira li tipproduċi l-akbar effett ta’ ingranaġġ possibbli.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) Minħabba n-natura differenti u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-parteċipanti differenti fost il-komunità tar-riċerka, ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom jistabbilixxu kombinazzjoni limitata ta’ rati ta’ finanzjament u opzjonijiet għar-rimborż tal-ispejjeż indiretti, filwaqt li jżommu d-differenzjazzjoni attwali bejn universitajiet/ċentri ta' riċerka, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ u SMEs u l-industrija, kif imniżżel fil-paragrafu 17 tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2010 dwar is-semplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 9c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c) Dawn ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom iqisu wkoll il-ħtiġijiet ta' finanzjament speċifiċi tal-SMEs, sabiex ikunu jistgħu jirrilaxxaw il-potenzjal sħiħ tagħhom ta' riċerka u innovazzjoni, bl-attenzjoni dovuta għall-ispeċifiċitajiet ta' tipi differenti ta' SMEs u ta’ setturi differenti.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 9d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9d) B'mod ġenerali, il-perjodu bejn l-iskadenza għat-tressiq ta' proposti għal proġetti u l-konklużjoni tal-ftehim dwar l-għotja (żmien għall-għoti) m'għandux ikun aktra minn sitt xhur. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi limiti ta' żmien xierqa għat-tressiq ta' dokumenti minn konsorzju.

Ġustifikazzjoni

It-tnaqqis taż-żmien għall-għoti jitqies minn bosta parteċipanti – u partikolarment minn impriżi innovattivi – bħala waħda mir-raġunijiet ewlenin għall-parteċipazzjoni fi proġetti Ewropej ta' riċerka. Madankollu, il-Kummissjoni m'għandhiex tgħaddi b'mod mhux raġonevoli l-pressjoni taż-żmien fuq il-parteċipanti billi tistabbilixxi limiti ta' żmien mhux realistiċi għat-tressiq ta' dokumenti, filwaqt li n-nuqqas li jikkonformaw ma' dawn il-limiti jwassal biex il-proċedura titwarrab.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 9e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9e) Il-Kummissjoni għandha tissokta bl-isforzi tagħha biex tissimplifika l-proċeduri b'modi magħmula possibbli mit-titjib tas-sistemi tal-IT, bħall-espansjoni ulterjuri tal-Portal għall-Parteċipanti bħala l-punt ta' dħul uniku mill-pubblikazzjoni tas-sejħiet għal proposti għal proġetti, segwita bit-tressiq tagħhom, sal-implimentazzjoni, għall-programmi kollha, bl-għan li jiġi stabbilit one-stop-shop.

Ġustifikazzjoni

Sit tal-internet faċli biex jintuża u biex jinftiehem għall-parteċipanti kollha u l-istadji kollha fil-proċess kollu jista' jagħti kontribut essenzjali għas-simplifikazzjoni tal-parteċipazzjoni fil-programm, biex b'hekk il-finanzjament tar-riċerka Ewropea indirettament isir aktar attraenti.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 9f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9f) Is-sinerġiji bejn il-Fondi Strutturali u Orizzont 2020 għandhom jissaħħu iżjed biex jintlaħaq l-objettiv tat-tixrid tal-eċċellenza u tal-espansjoni tal-parteċipazzjoni. Dan għandu jsir b'mod partikolari bil-kollegament ta' ċentri ta' riċerka emerġenti li jinsabu fi Stati Membri u f'reġjuni inqas innovattivi u bi prestazzjoni aktar baxxa ma' sħab Ewropej ta' riċerka li jkunu minn ta' quddiem fid-dinja.

Ġustifikazzjoni

L-esperjenza tal-promozzjoni ta' ċentri ta' eċċellenza fil-pajjiżi Ċentrali u tal-Lvant – li dak iż-żmien kienu pajjiżi assoċjati – fil-kuntest tal-FP5, għandha tintuża fil-miżuri ta' ħolqien ta' kollegamenti.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Kwalunkwe dokument maħruġ mill-Kummissjoni bi rbit mal-Orizzont 2020 għandu jiġi pprovdut fuq talba f’formati aċċessibbli, inkluż b’tipa kbira, Braille, test li jinqara faċilment, awdjo, vidjo u format elettroniku.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament mill-Unjoni lill-parteċipanti f’azzjonijiet taħt Orizzont 2020. Sabiex tonqos il-kumplessità tar-regoli eżistenti tal-finanzjament u ikun hemm aktar flessibbiltà lejn l-implimentazzjoni tal-proġett, għandha tiġi adottata sistema ta’ rimborż tal-ispiża simplifikata b’użu mtejjeb ta’ somom f’daqqa, rati fissi u spejjeż ta’ skala ta’ unità. Għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni, għandha tiġi applikata rata unika ta’ rimborż għal kull tip ta’ azzjoni mingħajr ebda differenzjazzjoni skont it-tip ta’ parteċipant.

(12) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament mill-Unjoni lill-parteċipanti f’azzjonijiet taħt Orizzont 2020. Sabiex tonqos il-kumplessità tar-regoli eżistenti tal-finanzjament u tiżdied il-parteċipazzjoni, għandha tiġi adottata sistema ta’ rimborż tal-ispiża simplifikata b’użu mtejjeb ta’ somom f’daqqa, rati fissi u spejjeż ta’ skala ta’ unità, filwaqt li tkun permessa wkoll opzjoni ta' spiża sħiħa kif ukoll bl-applikazzjoni tal-prattiki abitwali tal-kontabilità tal-benefiċjarju bi qbil mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-Kummissjoni għandha tqis li l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' kofinanzjament tista' tkun ta' ħsara għal dawk l-Istati Membri li n-nefqa pubblika tagħhom tkun soġġetta għal restrizzjonijiet kbar. Iċ-ċentri ta' riċerka, l-universitajiet u l-impriżi ewlenin tagħhom jistgħu jiġu mirfuda fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sfidi soċjali speċifiċi fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ forom ġodda ta’ finanzjament bħal premji, akkwist prekummerċjali u akkwist pubbliku ta’ soluzzjonijiet innovattivi li jeħtieġu regoli speċifiċi.

(13) Sfidi soċjali speċifiċi fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jiġu indirizzati permezz ta’ forom ġodda ta’ finanzjament li jkunu potenzjalment aktar effiċjenti bħal premji, akkwist prekummerċjali u akkwist pubbliku ta’ soluzzjonijiet innovattivi, kif ukoll permezz ta' tipi speċifiċi ta' korpi ta' finanzjament bħall-inizjattivi ta' programmar eżistenti u dawk li għadhom kif ġew previsti abbażi tal-Artikoli 185 u 187 TFUE u l-Artikolu [55] tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 936/2012. Dawn il-forom ġodda ta' finanzjament u dawn it-tipi differenti ta' korpi ta' finanzjament jeħtieġu regoli speċifiċi li għandhom ikunu stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaħdmu biex ikattru l-viżibilità u l-aċċessibilità ta’ dawn il-forom ġodda ta’ finanzjament u tipi ta’ korpi ta’ finanzjament ġodda għall-partijiet interessati relevanti.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jissaħħaħ il-ħsieb ta' sett uniku ta' regoli, iddaħħal titolu ġdid "Dispożizzjonijiet speċifiċi" fir-regoli għall-parteċipazzjoni li għandu jkopri t-tipi speċifiċi ta' korpi ta' finanzjament, kif ukoll il-forom ġodda ta' finanzjament disponibbli.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Huwa xieraq li jintużaw forom ta' finanzjament differenti, u, fejn dan ikun f’loku, li jiġu kkombinati forom differenti ta' finanzjament. B'mod partikolari, l-istrumenti finanzjarji għandhom jintużaw b'mod komplementari f'każijiet fejn jgħinu biex jinkiseb investiment privat addizzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi investimenti ta' kapital ta' riskju għal kumpaniji innovattivi u b'mod partikolari SMEs, u meta r-riżultati fil-mira ma jistgħux jintlaħqu effettivament bl-għotjiet, kif ukoll meta l-azzjonijiet jikkonsistu primarjament minn attivitajiet ta’ żvilupp sperimentali.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex jinżammu kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi kollha attivi fis-suq intern, il-finanzjament ipprovdut permezz ta’ Orizzont 2020 għandu jkun iddisinjat skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istati sabiex tkun żgurata l-effettività fin-nefqa pubblika u ma jkunux permessi d-distorzjonijiet tas-suq bħall-imblokk għall-aċċess tal-finanzjament pubbli, il-ħolqien ta’ strutturi tas-suq ineffettivi jew il-preservazzjoni ta’ kumpaniji ineffiċjenti.

(14) Sabiex jinżammu kundizzjonijiet ekwi għall-impriżi kollha attivi fis-suq intern, il-finanzjament ipprovdut permezz ta’ Orizzont 2020 għandu jkun iddisinjat skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istati sabiex tkun żgurata l-effettività fin-nefqa pubblika u ma jkunux permessi d-distorzjonijiet tas-suq bħall-imblokk għall-aċċess tal-finanzjament pubbli, il-ħolqien ta’ strutturi tas-suq ineffettivi jew il-preservazzjoni ta’ kumpaniji ineffiċjenti. B'mod partikolari, l-istabbiliment ta' sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat għandu jkun soġġett għal kundizzjonijiet li jiżguraw li jinżamm ambjent kompetittiv effikaċi u jiggarantixxu li jkun hemm opportunitajiet biex parteċipanti ġodda jissieħbu fi kwalunkwe stadju.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom jiżguraw l-akbar trasparenza, responsabilità u skrutinju demokratiku tal-istrumenti finanzjarji innovattivi u l-mekkaniżmi li jinvolvu l-baġit tal-Unjoni, speċjalment rigward il-kontribut tagħhom, kemm dak mistenni kif ukoll dak imwettaq, għall-ilħiq tal-objettivi tal-Unjoni.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom ikunu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa.

(15) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom ikunu protetti permezz ta’ miżuri neċessarji, proporzjonati u effiċjenti matul iċ-ċiklu tan-nefqa, biex jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn il-fiduċja u l-kontroll.

 

(15a) L-aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet xjentifiċi jew riżultati dissemanti oħra ffinanzjati mill-Orizzont 2020 jista’ jirrikjedi t-twaqqif ta’ repożitorji diġitali ċentrali u l-użu ta’ formati diġitali miftuħa.

Ġustifikazzjoni

Referenza konformi mal-paragrafu 11 tar-Rapport Carvalho u r-Regolament dwar il-programm ORIZZONT 2020.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b) B'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, dawn ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom jipprovdu l-bażi għal aċċettazzjoni usa' tal-prattiki abitwali ta' kontabilità tal-benefiċjarji u biex jiġu aċċettati l-prattiki abitwali ta' kontabilità tal-benefiċjarji fl-istabbiliment tal-ispejjeż eliġibbli. Għal dan il-għan, ir-rekwiżiti ta' ċertifikati ta' awditu, inklużi ċ-ċertifikati dwar il-metodoloġija, għandhom jiġu adattati kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi kemm jista' jkun approċċ uniku ta' awditu, filwaqt li tħalli biżżejjed flessibbiltà għar-rikonoxximent ta' prattiki abitwali ta' kontabilità, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-prattiki tal-kontabilità aċċettati fil-livell nazzjonali.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sabiex titjieb it-trasparenza, għandhom jiġu ppubblikati l-ismijiet ta’ esperti li jkunu assistew lill-Kummissjoni jew korpi rilevanti tal-finanzjament fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fejn il-pubblikazzjoni tal-isem tkun tipperikola s-sigurtà jew l-integrità tal-espert indipendenti jew tkun tippreġudika bla bżonn il-privatezza tiegħu jew tagħha, il-Kummissjoni jew il-korpi ta’ finanzjament għandhom ikunu kapaċi jibqgħu lura milli jippubblikaw dawn l-ismijiet.

(17) Sabiex titjieb it-trasparenza, għandhom jiġu ppubblikati l-ismijiet ta’ entitajiet ġuridiċi li ngħataw finanzjament u ta’ esperti li jkunu assistew lill-Kummissjoni jew korpi rilevanti tal-finanzjament fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fejn il-pubblikazzjoni tal-isem tkun b’mod ġustifikat tippreġudika l-interessi kummerċjali tal-parteċipant jew tipperikola s-sigurtà jew l-integrità tal-espert indipendenti jew tkun tippreġudika bla bżonn il-privatezza tiegħu jew tagħha, il-Kummissjoni jew il-korpi ta’ finanzjament għandhom ikunu kapaċi jibqgħu lura milli jippubblikaw dawn l-ismijiet.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jamministraw l-isfruttar u d-disseminazzjoni tar-riżultati li jiżguraw li l-parteċipanti jipproteġu, jisfruttaw u jiddiseminaw dawk ir-riżultati kif xieraq, b’mod partikolari l-possibbiltà ta’ kundizzjonijiet tal-isfruttar addizzjonali fl-interess strateġiku Ewropew.

(19) Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jamministraw l-isfruttar u d-disseminazzjoni tar-riżultati li jiżguraw li l-parteċipanti jipproteġu, jisfruttaw u jiddiseminaw dawk ir-riżultati kif xieraq, b’mod partikolari l-possibbiltà ta’ kundizzjonijiet addizzjonali tal-isfruttar u d-disseminazzjoni jew ħruġ ta' liċenzji fl-interess strateġiku Ewropew, jew fl-interess pubbliku predominanti. Jeħtieġ li ssir aktar enfasi fuq l-usa' użu u disseminazzjoni possibbli ta' għarfien maħluq mill-attivitajiet appoġġjati filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-importanza tal-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti għandhom jieħdu passi biex, fuq talba minn ċittadini tal-UE jew mir-rappreżentanti eletti direttament tagħhom, jiġu żvelati d-dettalji ta' proġetti mwettqa skont l-Orizzont 2020.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b) Ir-riċerka u l-innovazzjoni kollha tinbena fuq il-kapaċità tax-xjenzati, l-istituzzjonijiet tar-riċerka, in-negozji u ċ-ċittadini li jkollhom aċċess miftuħ għall-informazzjoni xjentifika, jaqsmuha u jużawha. Madankollu, jeħtieġ li d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali jiġu rispettati.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 19c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19c) L-istabbiliment ta' pools ta' privattivi għandu jitħeġġeġ sabiex tkun tista' tiġi kondiviża dejta xjentifika koperta bi privattiva u jkunu jistgħu jiżdiedu l-isforzi kollaborattivi u l-kooperazzjoni fir-riċerka u l-iżvilupp dwar ħtiġijiet teknoloġiċi speċifiċi. Dan il-mekkaniżmu jkun partikolarment adatt għal teknoloġiji li jkunu kemm kumplessi kif ukoll għaljin, biex b'hekk jiġi evitat l-imblukkar ta' riċerka minħabba sitwazzjonijiet ta' "patent thicket".

Emenda  33

Proposta għal regolament

Article 1 - paragraph 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Korp ta’ finanzjament jista' jistabbilixxi regoli li jitbiegħdu minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju] jekk ikun hemm provediment għal dan fl-att bażiku jew, soġġett għall-kunsens tal-Kummissjoni, jekk il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tagħha jeħtieġu hekk.

3. L-EIT jista' jistabbilixxi regoli li jitbiegħdu minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 [ir-Regolament Finanzjarju] jekk ikun hemm provediment għal dan fl-att bażiku jew, soġġett għall-kunsens tal-Kummissjoni, jekk il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tiegħu jeħtieġu hekk, b'mod partikulari fir-rigward tas-sjieda, id-drittijiet ta' aċċess, l-isfruttar u d-disseminazzjoni tar-riżultati.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) 'azzjoni' tfisser proġett;

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) 'entità affiljata' tfisser kwalunkwe entità legali li hija taħt il-kontroll dirett jew indirett ta’ parteċipant, jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħall-parteċipant, jew li direttament jew indirettament tikkontrolla parteċipant;

(2) 'entità affiljata' tfisser kwalunkwe entità legali li hija taħt il-kontroll dirett jew indirett ta’ parteċipant, jew taħt l-istess kontroll dirett jew indirett bħall-parteċipant, jew li direttament jew indirettament tikkontrolla parteċipant. Il-kontroll jista' jieħu kwalunkwe forma minn dawk stipulati fl-Artikolu 7(2);

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għad-definizzjoni ta' "kontroll" għandha tkun hawn u mhux moħbija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 2.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) 'sfond' tfisser kwalunkwe dejta, tagħrif u/jew informazzjoni fi kwalunkwe forma jew natura kif ukoll kwalunkwe dritt bħal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li huma (i) miżmuma minn parteċipanti qabel l-adeżjoni tagħhom mal-azzjoni u (ii) identifikati mill-parteċipanti skont l-Artikolu 42;

(4) 'sfond' tfisser kwalunkwe dejta, tagħrif u/jew informazzjoni fi kwalunkwe forma jew natura, tanġibbli jew intanġibbli, inklużkwalunkwe dritt bħal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali li huma:

 

(i) miżmuma minn parteċipanti qabel l-adeżjoni tagħhom mal-azzjoni jew qabel ma saret l-applikazzjoni li ġiet irreġistrata qabel l-adeżjoni tagħhom mal-azzjoni,

 

(ii) meħtieġa biex iwettqu l-azzjoni indiretta tagħhom jew biex jużaw ir-riżultati tal-azzjoni indiretta tagħhom, u

 

(iii) identifikati mill-parteċipanti skont l-Artikolu 42;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) 'aċċess meħtieġ' tfisser:

 

(i) fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-azzjoni l-aċċess li jkun meħtieġ minħabba li, mingħajr l-għoti ta’ drittijiet ta' aċċess, it-twettiq tal-kompiti assenjati lill-parteċipant benefiċjarju jkun impossibbli, jiddewwem b'mod sinifikanti, jew jirrikjedi riżorsi finanzjarji jew umani addizzjonali sinifikanti;

 

(ii) fil-kuntest tal-użu tar-riżultati proprji, l-aċċess li jkun meħtieġ minħabba li, mingħajr l-għoti ta’ drittijiet ta' aċċess, l-użu tar-riżultati proprji jkun teknikament jew legalment impossibbli.

Ġustifikazzjoni

Dawn il-bidliet ġew proposti mill-koordinaturi DESCA.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) 'żvilupp sperimentali' tfisser il-ksib, il-kombinazzjoni, it-tiswir u l-użu ta' għarfien u kompetenzi eżistenti relevanti ta’ natura xjentifika, teknoloġika, kummerċjali u ta’ tip ieħor bl-għan li jiġu żviluppati prodotti, proċessi jew servizzi ġodda, modifikati jew imtejba, inklużi attivitajiet bħalma huma l-ħolqien ta’ prototipi, il-produzzjoni sperimentali, l-ittestjar, id-dimostrazzjoni, il-proġetti pilota, u r-replikazzjoni fis-suq;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) 'sejħa għal proposti' tfisser avviż li jistieden proposti għal riċerka;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c) ‘konsorzju’ tfisser grupp ta’ parteċipanti, kompost minn koordinatur u sħab fl-azzjoni, li jaqblu li jaħdmu flimkien biex iressqu proposta u potenzjalment jaħdmu fuq azzjoni;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) 'disseminazzjoni' tfisser l-iżvelar pubbliku tar-riżultati permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq (minbarra dawk li jirriżultaw mill-protezzjoni jew tal-isfruttar tar-riżultati), inkluż permezz tal-pubblikazzjoni fi kwalunkwe mezz;

(7) 'disseminazzjoni' tfisser l-iżvelar pubbliku tar-riżultati permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq (minbarra dawk li jirriżultaw mill-protezzjoni jew mill-isfruttar tar-riżultati), inkluż permezz ta’ pubblikazzjonijiet xjentifiċi bi kwalunkwe mezz;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) 'sfruttament' tfisser l-użu dirett jew indirett ta’ riżultati f'attivitajiet oħra ta' riċerka għajr dawk koperti mill-azzjoni indiretta konċernata, jew għall-iżvilupp, il-ħolqien u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott jew proċess, jew għall-ħolqien u l-forniment ta' servizz;

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn tiżdied definizzjoni ta' "sfruttament" biex jiġi ċċarat li tkopri kull tip ta' użu intern jew estern tar-riżultati (inklużi r-riċerka interna, ir-riċerka minn terzi, l-użu proprju).

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) ‘kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli’ tfisser kundizzjonijiet adatti, inklużi dawk f’termini finanzjarji u li jħaddnu kundizzjonijiet bla drittijiet tal-awtur, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi speċifiċi tat-talba għall-aċċess, pereżempju l-valur reali jew potenzjali tar-riżultati jew tal-isfond ta’ għarfien li għalih jintalab l-aċċess u/jew l-ambitu, it-tul ta' żmien jew karatteristiċi oħra tal-użu previst;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) 'korp ta’ finanzjament' tfisser korp jew awtorità, minbarra l-Kummissjoni, li lilhom il-Kummissjoni tkun fdat il-kompiti għall-implimentazzjoni tal-baġit skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020];

(8) 'korp ta’ finanzjament' tfisser korp jew awtorità, minbarra l-Kummissjoni, kif imsemmi fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 58(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, li l-Kummissjoni tkun fdatlu jew fdatilha kompiti ta’ implimentazzjoni tal-baġit;

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' ċarezza legali, ir-referenzi għar-referenzi għandhom jiġu evitati.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) 'entità legali’ tfisser impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet, li jinkludu kwalunkwe persuna fiżika, jew kwalunkwe persuna legali maħluqa taħt il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità legali u li tista', meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi;

(10) 'entità legali’ tfisser kwalunkwe persuna fiżika, jew kwalunkwe persuna ġuridika maħluqa taħt il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità legali u li tista', meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi;

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) 'entità legali bla skop ta' qligħ' tfisser entità legali li skont il-liġi m'għandux ikollha għan li tagħmel il-qligħ u/jew li għandha obbligu legali jew statutorju li ma tqassamx qligħ jew li hija rikonoxxuta bħala tali mill-awtoritajiet nazzjonali, internazzjonali jew tal-Unjoni;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) ‘azzjoni konfinanzjata ta' programm' tfisser azzjoni ffinanzjata permezz ta' għotja li l-iskop ewlieni tagħha huwa li tissuplimenta sejħiet jew programmi individwali ffinanzjati minn entitajiet, apparti mill-korpi tal-Unjoni, li tamministra l-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni;

(12) ‘azzjoni konfinanzjata ta' programm' tfisser azzjoni ffinanzjata permezz ta' għotja li l-iskop ewlieni tagħha huwa li tissuplimenta sejħiet jew programmi individwali ffinanzjati minn entitajiet, apparti mill-korpi tal-Unjoni, li tamministra l-programmi tar-riċerka u l-innovazzjoni. Azzjoni tista' tinkludi attivitajiet komplementari ta' netwerking u koordinament bejn il-programmi f'pajjiżi differenti;

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda nġiebet hawn mill-Artikolu 2(5).

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) 'riżultati' tfisser kwalunkwe dejta, għarfien u informazzjoni fi kwalunkwe forma jew natura, sew jekk jistgħu jiġu protetti kif ukoll jekk le, li jiġu ġġenerati fl-azzjoni kif ukoll kwalunkwe dritt marbut, inkluż drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(15) 'riżultati' tfisser kwalunkwe output tanġibbli jew intanġibbli tal-azzjoni, bħal dejta, għarfien, informazzjoni fi kwalunkwe forma jew natura, sew jekk jistgħu jiġu protetti kif ukoll jekk le, li jiġu ġġenerati fl-azzjoni kif ukoll kwalunkwe drittijiet marbuta magħhom, inkluż drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) 'użu' tfisser l-użu dirett jew indirett tar-riżultati f'attivitajiet oħra ta' riċerka għajr dawk koperti mill-azzjoni indiretta konċernata, jew mill-isfruttament, inklużi, iżda mhux limitati għal, l-iżvilupp, il-ħolqien u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott jew proċess, jew il-ħolqien u l-għoti ta' servizz;

Ġustifikazzjoni

Dawn il-bidliet ġew proposti mill-koordinaturi DESCA.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b) "SMEs" tfisser impriżi mikro, żgħar u medji skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u medji;

 

__________________

 

1 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) ‘pjan ta’ ħidma’ tfisser id-dokument simili għall-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni adottat minn korpi ta’ finanzjament inkarigati b’parti mill-implimentazzjoni ta’ Orizzont 2020 skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament (EU) Nru XX/XX [Orizzont 2020].

imħassar

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha timponi bidliet korrispondenti fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' semplifikazzjoni, ċarezza u aċċessibilità, il-"pjan ta' ħidma", bħal fil-kuntest ta' pjan ta' ħidma annwali mfassal minn korp ta' finanzjament, għandu jissejjaħ "programm ta' ħidma" u għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni bl-istess mod bħall-programm ta' ħidma tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka, kif spjegat fl-Artikolu 5(3) tal-Programm Speċifiku - Orizzont 2020.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) 'iggarantita minn Stat Membru' tfisser li l-vijabilità finanzjarja ta' entità legali parteċipanti tkun żgurata minn impenn ta' Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Jidher li hu importanti li jkun hemm definizzjoni ta' dan l-istatus sabiex tiġi evitata l-konfużjoni li nqalgħet fil-bidu tas-7PK.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-finijiet tal-punt (2) tal-paragrafu 1, il-kontroll jista’ jkun fi kwalunkwe mill-forom stipulati fl-Artikolu 7.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din ir-referenza ċċaqalqet għall-Artikolu 2(1), punt 2.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, entità li ma għandhiex personalità legali taħt il-liġi nazzjonali applikabbli tiġi assimilata ma’ entità legali sakemm ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju].

3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, entità li ma għandhiex personalità legali taħt il-liġi nazzjonali applikabbli tiġi assimilata ma’ entità legali sakemm ikun hemm konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 114(2)(a) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-Artikolu 201 tar-Regolament delegat mill-Kummissjoni (UE) Nru XX/2012 tad-29.10.2012 dwar ir-regoli applikabbli tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni adottati permezz tiegħu.

Ġustifikazzjoni

B'referenza għall-kunċett tal-personalità legali, minħabba d-differenzi bejn l-arranġamenti legali fis-seħħ fid-diversi Stati Membri u sabiex jiġi ċċarat l-ambitu tal-paragrafu 2.3 u tiġi evitata kwalunkwe problema ta' interpretazzjoni, għandha ssir referenza espliċita għall-Artikolu 114(2)(a) tar-Regolament Finanzjarju attwali u l-Artikolu 174(a) tar-regoli ta' implimentazzjoni.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Għall-finijiet tal-punt 10 tal-paragrafu 1, għandha tapplika ġabra ta' regoli simplifikati għall-awtoritajiet pubbliċi li tassigura l-personalità legali tagħhom.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għall-finijiet tal-punt (12) tal-paragrafu 1, l-azzjonijiet jistgħu jinkludu wkoll attivitajiet kumplimentari ta’ networking u koordinazzjoni bejn programmi f’pajjiżi differenti;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din ir-referenza ċċaqalqet għall-Artikolu 2(1), punt 12.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 ­ paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Id-definizzjonijiet tal-OECD rigward it-Technological Readiness Level (TRL) se jitqiesu fil-klassifikazzjoni tar-riċerka teknoloġika, l-iżvilupp tal-prodotti u l-attivitajiet ta' dimostrazzjoni.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet, deċiżjonijiet jew kuntratti ta’ implimentazzjoni, kwalunkwe dejta, għarfien u informazzjoni ikkomunikati bħala kunfidenzjali fil-qafas ta’ azzjoni għandhom jinżammu kunfidenzjali, filwaqt li jiġu kkunsidrati kwalunkwe regoli rigward il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata.

Soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet, deċiżjonijiet jew kuntratti ta’ implimentazzjoni, kwalunkwe dejta, għarfien u informazzjoni ikkomunikati bħala kunfidenzjali fil-qafas ta’ azzjoni għandhom jinżammu kunfidenzjali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-parteċipanti f'azzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati kwalunkwe regoli rigward il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 3 għandu jiddikjara b'mod ċar min għandu jżomm l-informazzjoni kunfidenzjali (l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-parteċipanti f'azzjoni).

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha, meta mitluba, tagħmel disponibbli lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, kwlaunkwe Stat Membru jew pajjiż assoċjat, kwalunkwe informazzjoni utli fil-pussess tagħha dwar riżultati ta’ parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni, sakemm iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha, meta mitluba, tagħmel disponibbli lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż assoċjat, kwalunkwe informazzjoni utli fil-pussess tagħha dwar riżultati ġġenerati minn parteċipant f'azzjoni li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni, sakemm iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

(a) l-informazzjoni konċernata hija rilevanti għall-politika pubblika;

(a) l-informazzjoni konċernata hija rilevanti għall-politika pubblika jew l-interess pubbliku;

(b) il-parteċipanti ma jkunux ipprovdew raġunijiet sodi u suffiċjenti biex l-informazzjoni kkonċernata tinżamm.

(b) il-parteċipanti ma jkunux ipprovdew raġunijiet sodi u suffiċjenti biex l-informazzjoni kkonċernata tinżamm.

F’azzjonijiet taħt l-attività 'Soċjetajiet siguri' fi ħdan l-objettiv speċifiku 'Soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u siguri’, il-Kummissjoni tista' tagħmel disponibbli għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jew l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri kwalunkwe informazzjoni utli fil-pussess tagħha dwar riżultati ta’ parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni.

F’azzjonijiet taħt l-attivitajiet tal-pilastru tal-Isfidi Soċjetali, il-Kummissjoni tista' tagħmel disponibbli għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jew l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri kwalunkwe informazzjoni utli għad-dispożizzjoni tagħha dwar riżultati ta’ parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni.

2. Il-forniment ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 1 ma għandix titqies bħala t-trasferiment ta’ xi drittijiet jew obbligi tal-Kummissjoni jew tal-parteċipanti lir-riċevitur. Madankollu, ir-riċevitur għandu jittratta kwalunkwe informazzjoni bħal din bħala kunfidenzjali sakemm ma ssirx pubblika jew issir pubblikament disponibbli mill-parteċipanti, jew sakemm ma tkunx ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni mingħajr restrizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità. Fir-rigward ta’ informazzjoni klassifikata għandhom japplikaw ir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà.

2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li ġej:

 

(a) il-forniment ta’ informazzjoni skont il-paragrafu 1 ma tkunx meqjusa bħala t-trasferiment ta’ xi drittijiet jew obbligi tal-Kummissjoni jew tal-parteċipanti lir-riċevitur,

 

(b) ir-riċevitur jittratta kwalunkwe informazzjoni bħal din bħala kunfidenzjali sakemm ma ssirx pubblika jew issir pubblikament disponibbli mill-parteċipanti, jew sakemm ma tkunx ġiet ikkomunikata lill-Kummissjoni mingħajr restrizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità, u

 

(c) fir-rigward ta’ informazzjoni klassifikata japplikaw ir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Gwida u informazzjoni għal parteċipanti potenzjali

 

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-parteċipanti kollha gwida u informazzjoni suffiċjenti, simultanjament mal-pubblikazzjoni tal-ewwel programm ta' ħidma annwali ta' Orizzont 2020.

 

2. Id-dokumenti li ġejjin għandhom jitfasslu b'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti kollha u mal-Istati Membri u għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ta' implimentazzjoni.

 

(a) regoli għat-tressiq, l-evalwazzjoni, l-għażla u l-għoti;

 

(b) mudell standard ta' ftehim dwar l-għotja;

 

(c) regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-verifika.

 

3. Barra minn hekk, id-dokumenti ta' gwida u informazzjoni li ġejjin għandhom jitfasslu b'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti kollha u għandhom jitqassmu mill-Kummissjoni kif xieraq:

 

(a) nota ta' gwida għall-benefiċjarji, inkluża informazzjoni dettaljata dwar l-abbozzar ta' proposti li qed ikunu kkunsidrati fil-proċess ta' evalwazzjoni u għażla;

 

(b) gwida dwar kwistjonijiet finanzjarji;

 

(c) gwida għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (IPR);

 

(d) lista ta' kontroll għall-ftehim tal-konsorzju.

 

4. L-elementi tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 li jirrigwardaw l-interpretazzjoni tar-regoli mniżżla fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u dan ir-Regolament għandhom jibqgħu validi matul il-perjodu kollu tal-programm.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4b

 

Kodiċi tal-aħjar prattika:

 

Il-Kummissjoni, inkluż aġenziji u korpi li jaġixxu f'isem il-Kummissjoni, għandhom jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fl-Anness 0 fir-rigward tal-proġetti kollha ta' Orizzont 2020:

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) XX/2012 [Orizzont 2020], finanzjament jista' jieħu forma waħda jew diversi forom pprovduti mir-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Regolament Finanzjarju], b’mod partikolari għotjiet, premji, akkwisti u strumenti finanzjarji.

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) XX/2012 [Orizzont 2020], finanzjament jista' jieħu forma waħda jew diversi forom pprovduti mir-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Regolament Finanzjarju], inklużi għotjiet, premji, akkwisti u strumenti finanzjarji.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-programm ta’ ħidma rilevanti jista' jirrestrinġi l-parteċipazzjoni fl-Orizzont 2020 jew partijiet minnu lill-entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi fejn il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali minn Stati Membri fil-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni tal-pajjiż terz jkunu kkunsidrati bħala ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni.

2. Il-programm ta’ ħidma rilevanti jista' jirrestrinġi l-parteċipazzjoni fl-Orizzont 2020 jew partijiet minnu lill-entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi fejn il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali minn Stati Membri, jew l-entitajiet lokali affiljati magħhom, fil-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni tal-pajjiż terz ikunu kkunsidrati bħala ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-aċċess reċiproku għall-programmi ta' pajjiżi terzi għandu jitħeġġeġ, anke għal-laboratorji ta' riċerka u żvilupp lokali tal-kumpaniji multinazzjonali Ewropej.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-programm ta’ ħidma jew il-pjan ta’ ħidma rilevanti jista’ jeskludi entitajiet li ma jkunux jistgħu jipprovdu garanziji sodisfaċenti ta’ sigurtà, inkluż fir-rigward ta’ approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal jekk dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet ta’ sigurtà.

3. Il-programm ta’ ħidma rilevanti jista’ jeskludi entitajiet li ma jkunux jistgħu jipprovdu garanziji sodisfaċenti ta’ sigurtà jew ta' protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, inkluż fir-rigward ta’ approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal jekk dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet ta’ sigurtà.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-parteċipazzjoni ta' entitajiet legali stabbiliti f'pajjiżi terzi fil-programm qafas ta' Orizzont 2020 jew f'partijiet minnu għandha tkun soġġetta għall-prinċipju ta' reċiproċità li jippermetti entitajiet legali stabbiliti fl-Unjoni li jipparteċipaw fi programmi ta' riċerka u innovazzjoni mnedija minn dawk il-pajjiżi.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kundizzjonijiet minimi li ġejjin għandhom japplikaw:

1. Il-kundizzjonijiet minimi li ġejjin għandhom japplikaw:

(a) tal-inqas tliet entitajiet legali għandhom jipparteċipaw f’azzjoni;

(a) tal-inqas tliet entitajiet legali għandhom jipparteċipaw f’azzjoni;

(b) kull waħda mit-tlieta għandha tkun stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat;

(b) kull waħda mit-tlieta għandha tkun stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat;

(c) l-ebda tnejn minn tlieta ma jistgħu ikunu stabbiliti fl-istess Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat;

(c) l-ebda tnejn minn tlieta ma jistgħu ikunu stabbiliti fl-istess Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat;

(d) it-tliet entitajiet legali kollha għandhom ikunu indipendenti minn xulxin fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 7.

(d) it-tliet entitajiet legali kollha għandhom ikunu indipendenti minn xulxin fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 7.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, fejn wieħed mill-parteċipanti jkun il-JRC, jew grupp Ewropew ta’ interess ekonomiku jew entità maħluqa taħt il-liġi tal-Unjoni, għandu jitqies bħala stabbilit fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat minbarra minn xi Stat Membru jew pajjiż assoċjat li fih ikun stabbilit parteċipant ieħor fl-istess azzjoni.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, fejn wieħed mill-parteċipanti jkun il-JRC, jew grupp Ewropew ta’ interess ekonomiku jew entità maħluqa taħt il-liġi tal-Unjoni, għandu jitqies bħala stabbilit fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat minbarra minn xi Stat Membru jew pajjiż assoċjat li fih ikun stabbilit parteċipant ieħor fl-istess azzjoni.

3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ azzjonijiet għal riċerka fil-fruntieri tal-għarfien tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC), l-istrument ta’ SME, azzjonijiet kofinanzjati tal-programm u f’każijiet ġustifikati pprovduti fil-programm ta’ ħidma jew il-pjan ta’ ħidma, il-kundizzjoni minima għandha tkun il-parteċipazzjoni ta’ entità legali waħda stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat.

3. Bħala deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ azzjonijiet għal riċerka fil-fruntieri tal-għarfien tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC), l-istrument ta’ SME, azzjonijiet kofinanzjati tal-programm, il-kundizzjoni minima għandha tkun il-parteċipazzjoni ta’ entità legali waħda stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat, dejjem jekk l-entità legali tista' tikkompeti bejn il-fruntieri u qed tindirizza l-isfidi soċjetali ta' dimensjoni Ewropea.

4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ u azzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ mobilità, il-kundizzjonijiet minimi għandhom ikunu l-parteċipazzjoni ta’ entità legali waħda.

4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ u azzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ mobilità, il-kundizzjonijiet minimi għandhom ikunu l-parteċipazzjoni ta’ entità legali waħda.

Programmi ta’ ħidma jew pjanijiet ta’ ħidma jistgħu jipprovdu kundizzjonijiet addizzjonali skont ir-rekwiżiti politiċi speċifiċi jew skont in-natura u l-għanijiet tal-azzjoni, inkluż kundizzjonijiet inter alia dwar in-numru ta’ parteċipanti, it-tip ta’ parteċipant u l-post ta’ stabbiliment.

5. Jekk ikun meħtieġ u ġustifikat għalkollox, programmi ta’ ħidma jistgħu jipprovdu kundizzjonijiet addizzjonali skont ir-rekwiżiti politiċi speċifiċi jew skont in-natura u l-għanijiet tal-azzjoni, inkluż kundizzjonijiet inter alia dwar in-numru ta’ parteċipanti, it-tip ta’ parteċipant u l-post ta’ stabbiliment.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Orizzont 2020 għandu jeskludi entitajiet legali (inkluża kwalunkwe entità affiljata) li l-parteċipazzjoni tagħhom, minħabba l-objettivi li jsegwu, il-post fejn twaqqfu, in-natura jew is-sit tal-attivitajiet tagħhom, iġġiegħel lill-Unjoni tirrikonoxxi bħala legali jew tipprovdi għajnuna jew assistenza fiż-żamma ta' sitwazzjoni maħluqa minn ksur serju ta' dritt internazzjonali (inkluż id-dritt umanitarju internazzjonali) fejn dan il-ksur ikun ġie stabbilit b’riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew b’sentenza jew opinjoni konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti jqisu l-parteċipazzjoni bħala essenzjali għat-twettiq tal-azzjoni;

(a) il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti jqisu l-parteċipazzjoni bħala essenzjali għat-twettiq tal-azzjoni, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill;

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) finanzjament bħal dan jiġi previst taħt ftehim xjentifiku u teknoloġiku bilaterali jew f’xi arranġament ieħor bejn l-Unjoni u l-organizzazzjoni internazzjonali jew, għal entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi, il-pajjiż li fih l-entità legali tkun stabbilita.

(b) finanzjament bħal dan jiġi previst taħt ftehim xjentifiku u teknoloġiku bilaterali jew f’xi arranġament ieħor bejn l-Unjoni u l-organizzazzjoni internazzjonali jew, għal entitajiet stabbiliti f’pajjiżi terzi, il-pajjiż li fih l-entità legali tkun stabbilita. Tali ftehim għandu jiżgura t-trattament ugwali tal-Istati Membri kollha irrispettivament mis-sħubija tagħhom fl-organizzazzjoni internazzjonali.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Kummissjoni tivverifika l-issodisfar tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-każijiet l-oħra pprovduti fir-Regolament (UE) Nru XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju] u r-Regolament (UE) Nru XX/2012 [ir-Regolament Delegat], ma għandhomx jinħarġu sejħiet għal proposti għal azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ u azzjoni kofinanzjata ta’ programm li jkunu se jitwettqu minn entitajiet legali identifikati fil-programmi ta’ ħidma sakemm l-azzjoni ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ sejħa għal proposti.

1. Mingħajr preġudizzju għall-każijiet l-oħra pprovduti fir-Regolament (UE) Nru XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju] u r-Regolament (UE) Nru XX/2012 [ir-Regolament Delegat], ma għandhomx jinħarġu sejħiet għal proposti għal azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u appoġġ u azzjoni kofinanzjata ta’ programm li jkunu se jitwettqu minn entitajiet legali identifikati fil-programmi ta’ ħidma sakemm l-azzjoni ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ sejħa għal proposti. Is-sejħiet għal proposti jistgħu jieħdu kwalunkwe forma, inklużi sejħiet miftuħa, li huma neċessarji biex ikun żgurat il-livell ta' flessibbiltà impost mid-diversità tas-setturi u l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni, minn proġetti fuq perjodu twil ta' żmien għal attivitajiet li fihom jistgħu jittieħdu opportunitajiet fuq perjodu qasir ta' żmien.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Sejħa għal proposti m'għandhiex trażżan sa mill-parti preliminari tagħha l-għadd ta' azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt dik is-sejħa għal proposti għal azzjoni waħda biss.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jinżamm element ta' kompetittività fi ħdan il-proċess tas-sejħa, ir-restrizzjoni komuni li "hu mistenni li, taħt kull suġġett, proġett wieħed biss se jiġi ffinanzjat" għandha titħassar. Inkella, skont il-livell ta' speċifikazzjoni u dettall fis-sejħa, din ir-restrizzjoni tista' tipperikola l-kriterju ta' eċċellenza.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-għadd ta' azzjonijiet iffinanzjati skont sejħa għal proposti se jiġi determinat mill-kriterju tal-eċċellenza.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sejħiet konġunti għal proposti ma’ pajjiżi terzi jew mal-organizzazzjonijiet u l-aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jitniedu sabiex flimkien jiffinanzjaw azzjonijiet. Il-proposti għandhom jiġu evalwati u magħżula permezz ta’ proċeduri konġunti ta’ evalwazzjoni u ta’ għażla li jridu jiġu miftiehma. Proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ għażla bħal dawn għandhom jiżguraw konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Titolu VI tar-Regolament (UE) XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju] u jinvolvu grupp bilanċjat ta’ esperti indipendenti appuntati minn kull parti.

1. Sejħiet konġunti għal proposti ma’ pajjiżi terzi jew mal-organizzazzjonijiet u l-aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jitniedu sabiex flimkien jiffinanzjaw azzjonijiet f'oqsma ta' valur miżjud Ewropew ċar. Il-proposti għandhom jiġu evalwati u magħżula permezz ta’ proċeduri konġunti ta’ evalwazzjoni u ta’ għażla li jridu jiġu miftiehma. Proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ għażla bħal dawn għandhom jiżguraw konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Titolu VI tar-Regolament (UE) XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju] u jinvolvu grupp bilanċjat ta’ esperti indipendenti appuntati minn kull parti.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Entitajiet legali li jkunu qegħdin jirċievu finanzjament mill-Unjoni għandhom jikkonkludu ftehim ta’ għotja dwar għajnuna finanzjarja mal-Unjoni jew mal-korp ta’ finanzjament rilevanti. Dak il-ftehim dwar l-għotja għandu jinkludi d-deskrizzjoni tax-xogħol li jrid isir minn dawk il-parteċipanti u mill-entitajiet legali parteċipanti mill-pajjiżi terzi involuti.

2. Entitajiet legali li jkunu qegħdin jirċievu finanzjament mill-Unjoni għandhom jikkonkludu ftehim ta’ għotja dwar għajnuna finanzjarja mal-Unjoni jew mal-korp ta’ finanzjament rilevanti. Dak il-ftehim dwar l-għotja għandu jinkludi d-deskrizzjoni tax-xogħol li jrid isir minn dawk il-parteċipanti u mill-entitajiet legali parteċipanti mill-pajjiżi terzi involuti u l-kundizzjonijiet qafas partikolarment rigward id-drittijiet ta' aċċess, l-isfruttament u d-disseminazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li tiġi prevista l-possibilità li jiġu indikati kundizzjonijiet qafas għal azzjonijiet imwettqa abbażi ta' sejħiet konġunti ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Żmien għall-Offerta

 

Hija prijorità li jitqassru l-perjodi ta' żmien biex tittieħed deċiżjoni dwar l-offerti magħżula. Madankollu, skont in-natura ta' xi sejħa speċifika, għandhom jitqiesu kif xieraq ukoll dawn li ġejjin:

 

(a) mekkaniżmi ċari u trasparenti biex jiġu żviluppati sejħiet għal suġġetti speċifiċi li jippermettu kundizzjonijiet indaqs u l-inklużjoni u t-tkabbir tal-parteċipazzjoni. Dan għandu, meta jkun possibbli, ikun konsistenti fil-programmi u l-objettivi kollha;

 

(b) avviż raġonevolment minn qabel ta' sejħiet li se joħorġu jista' jippermetti lil parteċipanti potenzjali jiffurmaw konsorzji tal-offerti qabel il-pubblikazzjoni tas-sejħiet u dan iwassal għal offerti ta' kwalità ogħla;

 

(c) iż-żamma ta' perjodu ta' żmien raġonevoli bejn il-pubblikazzjoni ta' sejħa u l-iskadenza biex jintefgħu l-offerti tista' twassal għal offerti ta' kwalità ogħla u għal kundizzjonijiet aktar ugwali bejn il-parteċipanti b'livelli differenti ta' kapaċità amministrattiva, esperjenza ta' parteċipazzjoni fi programmi ffinanzjati mill-Unjoni, lingwi differenti u livelli varji ta' ħiliet fil-lingwa Ingliża. kif ukoll

 

(d) l-iskadenzi għall-offerti għandhom jiġu skedati billi jitqiesu l-ambitu sħiħ tas-sejħiet tal-Unjoni u l-kalendarju kummerċjali u akkademiku ta' parteċipanti potenzjali.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11b

 

Sinerġiji mal-fondi ta' Koeżjoni

 

Għandhom jiġu stabbiliti regoli komuni għall-parteċipazzjoni sabiex jinħolqu sinerġiji u effiċjenza mal-użu tal-fondi ta' Koeżjoni allokati għal skopijiet ta' riċerka. Għandu jiġi stabbilit set wieħed ta' regoli inkluż l-użu tal-istess Kodiċi ta' Identifikazzjoni tal-Parteċipanti (PIC) u punt ta' dħul wieħed għall-finanzjament għar-riċerka kollu mill-Unjoni permezz tal-Portal tal-Parteċipanti.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn jixraq, il-proposti għandhom jinkludu pjan abbozzat għall-isfruttar u d-disseminazzjoni tar-riżultati.

1. Il-proposti għandhom jinkludu pjan abbozzat għall-isfruttar u d-disseminazzjoni tar-riżultati, fejn dan ikun previst fil-programm ta' ħidma.

 

1a. Fejn xieraq, pereżempju jekk ikun mistenni li se jkun hemm volum kbir ta' applikazzjonijiet, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tuża proċedura ta' applikazzjoni f'żewġ stadji, sakemm dan ma jitlobx perjodu itwal ta' żmien mill-iskadenza tal-proposta sal-iffirmar tal-kuntratt (iż-żmien sal-kuntratt) jew sakemm issir l-għotja (iż-żmien sal-għotja).

2. Kull proposta għal riċerka dwar ċelloli staminali derivati minn embrijoni umani għandha tinkludi, kif xieraq, dettalji ta’ liċenzjar u miżuri ta’ kontroll li sejrin jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif ukoll dettalji tal-approvazzjonijiet etiċi li sejrin jiġu pprovduti. Fir-rigward tad-derivazzjoni ta’ ċelloli staminali derivati minn embrijoni umani, istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u riċerkaturi għandhom ikunu soġġetti għal liċenzjar u kontroll strett skont il-qafas legali tal-Istati Membri involuti.

2. Kull proposta għal riċerka dwar ċelloli staminali derivati minn embrijoni umani għandha tinkludi dettalji ta’ liċenzjar u miżuri ta’ kontroll li sejrin jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif ukoll dettalji tal-approvazzjonijiet etiċi li sejrin jiġu pprovduti, kif xieraq. Fir-rigward tad-derivazzjoni ta’ ċelloli staminali derivati minn embrijoni umani, istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u riċerkaturi għandhom ikunu soġġetti għal liċenzjar u kontroll strett skont il-qafas legali tal-Istati Membri involuti.

3. Proposta li tikser il-prinċipji etiċi jew kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli, jew li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru XX/XX/UE [il-programm speċifiku], fil-programm ta’ ħidma jew fil-pjan ta’ ħidma jew fis-sejħa għall-proposti tista' tiġi eskluża mill-proċeduri ta’ evalwazzjoni, tal-għażla u tal-għotja fi kwalunkwe ħin.

3. Proposta li tikser il-prinċipji etiċi, id-drittijiet fundamentali jew kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli, jew li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru XX/XX/UE [il-programm speċifiku], fil-programm ta’ ħidma jew fis-sejħa għall-proposti tista' tiġi eskluża mill-proċeduri ta’ evalwazzjoni, tal-għażla u tal-għotja fi kwalunkwe ħin.

 

3a. Kwalunkwe proposta għal riċerka bil-potenzjal ta' żvilupp addizzjonali f'teknoloġija medika ġdida (eż. mediċini, tilqimiet, djanjostika medika) għandha tinkludi abbozz ta' pjan li jispeċifika strateġija biex jiġi garantit l-aċċess immedjat u l-aktar aċċess wiesa' possibbli għal din it-teknoloġija, meta n-nuqqas ta' drittijiet ta' aċċess għat-teknoloġija jfisser theddida għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

 

3b. Meta jkun rilevanti, il-proposti għandhom jispjegaw kif u sa liema punt l-analiżi tas-sess u tal-ġeneru hija rilevanti għall-proġett maħsub, u għandhom jintużaw metodi xierqa żviluppati minn riċerka avvanzata fil-qasam.

Ġustifikazzjoni

F'ċerti oqsma, il-proposti għandhom jindikaw kemm il-ġeneru huwa rilevanti.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha sistematikament twettaq reviżjonijiet etiċi għal proposti li jqajjmu kwistjonijiet etiċi. Din ir-reviżjoni għandha tivverifika r-rispett lejn il-prinċipji etiċi u l-leġiżlazzjoni u, fil-każ ta’ riċerka li ssir barra mill-Unjoni, li l-istess riċerka kienet tkun permessa fi Stat Membru.

1. Il-Kummissjoni għandha sistematikament twettaq reviżjonijiet etiċi għal proposti li jqajjmu kwistjonijiet etiċi. Din ir-reviżjoni għandha tivverifika r-rispett lejn il-prinċipji etiċi u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u, fil-każ ta’ riċerka li ssir barra mill-Unjoni, għandha tivverifika jekk l-istess riċerka kienet tkun permessa fi Stat Membru.

Ġustifikazzjoni

Dan biex jiġi żgurat li jsiru eżamijiet etiċi skont il-leġiżlazzjoni u l-prinċipji tal-UE.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-proċess ta' eżami etiku kemm jista' jkun trasparenti għall-uffiċjali tal-proġetti u għall-parteċipanti.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-Kummissjoni għandha tipprova tiżgura li l-eżamijiet etiċi, meta jkun possibbli, ma jirriżultawx f'dewmien bla bżonn fil-bidu, it-tkomplija jew l-ikkompletar tal-proġetti.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

Eżami mill-perspettiva tal-ġeneru

 

Il-Kummissjoni għandha twettaq sistematikament eżamijiet tal-proposti mill-perspettiva tal-ġeneru, bl-użu ta' mudell b'lista ta' kontroll mehmuża mad-dokumenti ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4a.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-proposti sottomessi għandhom jiġu evalwati abbażi tal-kriterji tal-għoti li ġejjin:

1. Il-proposti sottomessi għandhom jiġu evalwati abbażi tal-kriterji tal-għoti li ġejjin:

a) eċċellenza;

a) eċċellenza;

b) impatt;

b) impatt;

c) kwalità u effiċjenza tal-implimentazzjoni.

c) kwalità u effiċjenza tal-implimentazzjoni.

2. L-unika kriterju tal-eċċellenza għandu japplika għal proposti tal-azzjonijiet tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien tal-ERC.

2. L-unika kriterju tal-eċċellenza għandu japplika għal proposti tal-azzjonijiet tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien tal-ERC.

3. Il-programm ta’ ħidma jew il-pjan ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu dettalji ulterjuri tal-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fil-paragrafu 1, u jispeċifikaw l-ippeżar u l-limiti.

3. Il-programm ta’ ħidma għandu jistabbilixxi dettalji ulterjuri tal-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti stabbiliti fil-paragrafu 1, u jispeċifika l-piżijiet u l-limiti.

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tfassal gwida għall-proċess tal-għażla, li tispjega l-applikazzjoni tal-kriterji tal-għoti u tiddefinixxi l-implikazzjonijiet ta' ippeżar u limiti massimi speċifiċi għall-proċess tal-għażla. Din il-gwida għandha tiġi ppubblikata simultanjament mal-ewwel programm ta' ħidma.

 

3b. Meta jkun xieraq, il-potenzjal ta' proposta biex titħeġġeġ il-kooperazzjoni internazzjonali dwar suġġetti ewlenin bħall-istandardizzazzjoni għandu jitqies fil-proċedura ta' evalwazzjoni.

4. Il-proposti għandhom jiġu klassifikati skont ir-riżultati tal-evalwazzjoni. L-għażla għandha ssir abbażi ta’ din il-klassifikazzjoni.

4. Il-proposti għandhom jiġu klassifikati skont ir-riżultati tal-evalwazzjoni. L-għażla għandha ssir abbażi ta’ din il-klassifikazzjoni.

5. Il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti għandhom jivverifikaw il-kapaċità finanzjarja bil-quddiem biss għal koordinaturi meta l-finanzjament mitlub mill-Unjoni għall-azzjoni huwa ugwali jew superjuri għal EUR 500 000, sakemm fejn, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, jkun hemm raġunijiet biex tiġi ddubitata l-kapaċità finanzjarja tal-koordinatur jew tal-parteċipanti l-oħrajn.

5. Il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti għandhom jivverifikaw il-kapaċità finanzjarja bil-quddiem biss għal koordinaturi meta l-finanzjament mitlub mill-Unjoni għall-azzjoni huwa ugwali jew superjuri għal EUR 500 000, sakemm fejn, abbażi tal-informazzjoni disponibbli, jkun hemm raġunijiet biex tiġi ddubitata l-kapaċità finanzjarja tal-koordinatur jew tal-parteċipanti l-oħrajn. Il-Kummissjoni għandha tiżgura għodda elettronika sempliċi u faċli biex tintuża biex l-applikanti jkunu jistgħu jwettqu l-kontroll tal-vijabilità finanzjarja tagħhom.

 

5a. Meta l-koordinatur hu SMEs u ma jissodisfax il-kriterji ta' kapaċità finanzjarja, il-Fond ta' Garanzija għall-Parteċipanti kif imsemmi fl-Artikolu 32 jista' jkopri r-riskju.

6. Il-kapaċità finanzjarja ma għandhiex tiġi vverifikata għal entitajiet legali li l-vijabilità tagħhom tkun garantita minn Stat Membru jew minn pajjiż assoċjat u għal stabbilimenti tal-edukazzjoni sekondarji u edukazzjoni superjuri.

6. Il-kapaċità finanzjarja ma għandhiex tiġi vverifikata għal entitajiet legali li l-vijabilità tagħhom tkun garantita minn Stat Membru jew minn pajjiż assoċjat u għal stabbilimenti tal-edukazzjoni sekondarji u edukazzjoni superjuri. Bl-istess mod, il-kapaċità finanzjarja u ta' koordinazzjoni ta' sussidjarji jew start-ups sottokapitalizzati m'għandhiex tiġi verifikata meta l-vijabbiltà tagħhom tkun garantita mill-azzjonisti tagħhom sakemm din tiġġedded fuq bażi annwali.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti għandhom jipprovdu proċedura ta’ reviżjoni tal-evalwazzjoni għal applikanti li jqisu li l-evalwazzjoni tal-proposta tagħhom ma tkunx saret skont il-proċeduri stabbiliti f’dawn ir-regoli, fil-programm ta’ ħidma jew pjan ta’ ħidma rilevanti u fis-sejħa għall-proposti.

1. Il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti għandhom jipprovdu proċedura ta’ reviżjoni tal-evalwazzjoni trasparenti għalkollox għal applikanti li jqisu li l-evalwazzjoni tal-proposta tagħhom ma tkunx saret skont il-proċeduri stabbiliti f’dawn ir-regoli, fil-programm ta’ ħidma rilevanti u fis-sejħa għall-proposti.

2. Talba għal reviżjoni għandha tkun relatata ma’ proposta speċifika, u għandha tiġi sottomessa mill-koordinatur tal-proposta fi żmien 30 ġurnata mid-data minn meta l-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti jkunu infurmaw lill-koordinatur bir-riżultati tal-evalwazzjoni.

2. Talba għal reviżjoni għandha tkun relatata ma’ proposta speċifika, u għandha tiġi sottomessa mill-koordinatur tal-proposta fi żmien 30 ġurnata mid-data minn meta l-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti jkunu infurmaw lill-koordinatur bir-riżultati tal-evalwazzjoni.

3. Il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti għandhom ikunu responsabbli għall-eżami ta’ din it-talba. Dan l-eżami għandu jkopri biss l-aspetti proċedurali tal-evalwazzjoni, u mhux il-merti tal-proposta.

3. Il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti għandhom ikunu responsabbli għall-eżami ta’ din it-talba. Dan l-eżami għandu jkopri biss l-aspetti proċedurali tal-evalwazzjoni, u mhux il-merti tal-proposta.

 

3a. F'każ ta' tressiq mill-ġdid ta' proġetti ffinanzjati minn Orizzont 2020, il-Kummissjoni, qabel l-evalwazzjoni, għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-panel ġdid ta' evalwazzjoni l-applikazzjoni tal-proġett imressaq preċedentement u r-Rapport Sommarju ta' Evalwazzjoni (ESR) korrispondenti. Il-Kummissjoni – b'kunsiderazzjoni xierqa għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi – għandha tiżgura li ma jkun hemm l-ebda inkonsistenza fir-riżultati bejn l-ewwel u t-tieni ESR tal-proġett.

4. Kumitat għar-reviżjoni tal-evalwazzjoni magħmul minn persunal tal-Kummissjoni jew mill-korp ta’ finanzjament rilevanti għandu jipprovdi opinjoni dwar l-aspetti proċedurali tal-proċess tal-evalwazzjoni. Għandu jiġi ppresedut minn uffiċjal tal-Kummissjoni jew tal-korp ta’ finanzjament rilevanti, minn dipartiment ieħor minn dak responsabbli għas-sejħa għall-proposti. Il-kumitat jista' jirrakkomanda waħda minn dawn li ġejjin:

4. Kumitat għar-reviżjoni tal-evalwazzjoni magħmul minn persunal tal-Kummissjoni jew mill-korp ta’ finanzjament rilevanti għandu jipprovdi opinjoni trasparenti u objettiva dwar l-aspetti proċedurali tal-proċess tal-evalwazzjoni. Għandu jiġi ppresedut minn uffiċjal tal-Kummissjoni jew tal-korp ta’ finanzjament rilevanti, minn dipartiment ieħor minn dak responsabbli għas-sejħa għall-proposti. Il-kumitat jista' jirrakkomanda waħda minn dawn li ġejjin:

(a) evalwazzjoni mill-ġdid tal-proposta;

(a) evalwazzjoni mill-ġdid tal-proposta;

(b) konferma tal-għaża inizjali.

(b) konferma tal-għaża inizjali.

5. Abbażi ta’ dik ir-rakkomandazzjoni għandha tittieħed deċiżjoni mill-Kummissjoni jew mill-korp ta' finanzjament rilevanti u nnotifikata lill-koordinatur tal-proposta.

5. Abbażi ta’ dik ir-rakkomandazzjoni għandha tittieħed deċiżjoni mill-Kummissjoni jew mill-korp ta' finanzjament rilevanti u nnotifikata lill-koordinatur tal-proposta fi żmien 30 jum mid-data meta l-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti jirċievu t-talba għar-rieżami.

6. Il-proċedura ta’ reviżjoni ma għandhiex tittardja l-proċess tal-għażla ta’ proposti li mhumiex is-soġġett ta’ talbiet għal reviżjoni.

6. Il-proċedura ta’ reviżjoni ma għandhiex tittardja l-proċess tal-għażla ta’ proposti li mhumiex is-soġġett ta’ talbiet għal reviżjoni.

7. Il-proċedura ta’ reviżjoni ma għandhiex tipprekludi xi azzjonijiet oħra li l-parteċipant jista' jieħu skont il-liġi tal-Unjoni.

7. Il-proċedura ta’ reviżjoni ma għandhiex tipprekludi xi azzjonijiet oħra li l-parteċipant jista' jieħu skont il-liġi tal-Unjoni.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Rimedju

 

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċedura formali ta' lmenti għall-parteċipanti, li tista' tinkludi l-ħatra ta' ombudsman jew korp ekwivalenti speċifikament iddedikat għal proġetti ta' riċerka u innovazzjoni fil-programm Orizzont 2020. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-parteċipanti jkunu jafu bil-proċeduri kollha ta' lment/rimedju disponibbli għalihom billi tippubblika dettalji tal-proċeduri ta' lment/rimedju fil-korrispondenza kollha mal-parteċipanti jew l-applikanti. Il-proċedura għandha tkun trasparenti u r-riżultati u l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-parteċipanti.

 

2. Il-parteċipanti għandhom jitħallew jirreġistraw ilmenti rigward kwalunkwe qasam tal-involviment tagħhom f'Orizzont 2020. Il-proċedura tal-ilmenti m'għandhiex tkun limitata għal aspetti proċedurali tal-evalwazzjoni tal-proposti.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat tweġiba b'deċiżjoni għall-ilmenti fi żmien 30 jum minn meta tirċevihom.

 

4. Bi qbil mad-Direttiva 2008/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali, meta ma tistax tinstab soluzzjoni soddisfaċenti għal ilment permezz tal-proċedura ta' lmenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni u l-parteċipanti jistgħu jaqblu li jippruvaw isibu soluzzjoni għall-kwistjoni permezz ta' proċess ta' medjazzjoni bi qbil mal-proċedura ta' ċentru ta' medjazzjoni. Iċ-ċentru ta' medjazzjoni għandu jsir qbil dwaru minn qabel mill-Kummissjoni u l-parteċipant(i), preferibbilment permezz ta' lista ta' ċentri ta' medjazzjoni aċċettata mill-Kummissjoni.

 

5. Il-Kummissjoni għandha talloka 0.5 % tal-baġit ta' Orizzont 2020 għal proġetti ta' finanzjament li inizjalment ma jintgħażlux u li, wara l-proċedura ta' rimedju, jiġu evalwati pożittivament.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-Kummissjoni għandha, f'koperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tfassal mudell ta' ftehimiet dwar l-għotja, waqt li tqis il-karatteristiċi tal-iskema ta' finanzjament ikkonċernata. Jekk jintwera li jkun hemm bżonn modifika sinifikattiva tal-mudell ta' ftehim dwar l-għotja, il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, tirrevedih kif adatt.

 

-1a. Sa mhux aktar tard mill-pubblikazzjoni tal-ewwel sejħa għal proposti, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti għandhom jagħmlu disponibbli l-ftehim mudell dwar l-għotja konċernat.

1. Il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti għandhom jidħlu fi ftehim dwar l-għotja mal-parteċipanti.

1. Il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti għandhom jidħlu fi ftehim dwar l-għotja mal-parteċipanti.

2. Il-ftehim dwar l-għotja għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti, tal-Kummissjoni jew tal-korpi ta’ finanzjament rilevanti. Għandu jistabbilixxi wkoll id-drittijiet u l-obbligi ta’ entitajiet legali li jsiru parteċipanti matul l-implimentazzjoni tal-azzjoni.

2. Il-ftehim dwar l-għotja għandu jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-parteċipanti, u jew tal-Kummissjoni jew tal-korpi ta’ finanzjament rilevanti bi qbil ma' dan ir-Regolament. Għandu jistabbilixxi wkoll id-drittijiet u l-obbligi ta’ entitajiet legali li jsiru parteċipanti matul l-implimentazzjoni tal-azzjoni kif ukoll jistabbilixxi r-rwol u l-kompiti ta' koordinatur ta' konsorzju.

 

Għandu jikkonforma mad-dispożizzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [ir-Regolament Delegat].

3. Il-ftehim tal-għotja jista’ jistabbilixxi drittijiet u obbligi tal-parteċipanti fir-rigward tad-drittijiet tal-aċċess, l-isfruttar u d-disseminazzjoni, addizjonalment ma’ dawk stabbiliti permezz ta’ dan ir-Regolament.

3. Abbażi ta' rekwiżit tal-programm ta' ħidma, il-ftehim tal-għotja jista’ jistabbilixxi drittijiet u obbligi tal-parteċipanti fir-rigward tad-drittijiet tal-aċċess, l-isfruttar u d-disseminazzjoni, addizjonalment ma’ dawk stabbiliti permezz ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkunu applikati drittijiet u obbligi addizzjonali b'mod koerenti u konsistenti.

4. Il-ftehim tal-għotja għandu, fejn ikun xieraq, jirrifletti l-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ ta’ Riċerkaturi.

4. Il-ftehim tal-għotja għandu, fejn ikun xieraq, jirrifletti l-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Karta Ewropea għar-Riċerkaturi u l-Kodiċi ta’ Kondotta għar-Reklutaġġ ta’ Riċerkaturi, il-prinċipji tal-integrità tar-riċerka, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni ta’ proprjetà intellettwali f’attivitajiet għat-trasferiment ta’ għarfien u Kodiċi ta’ Prattika għal universitajiet u istituzzjonijiet pubbliċi oħrajn ta’ riċerka kif ukoll il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi stabbilit fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020].

5. Il-ftehim tal-għotja għandu, fejn xieraq, ikun fih dispożizzjonijiet li jiżguraw ir-rispett lejn il-prinċipji etiċi, inkluż l-istabbiliment ta’ bord indipendenti tal-etika u d-dritt tal-Kummissjoni li twettaq verifika tal-etika.

5. Il-ftehim tal-għotja għandu, fejn xieraq, ikun fih dispożizzjonijiet li jiżguraw ir-rispett lejn il-prinċipji etiċi u d-drittijiet fundamentali, inkluż l-istabbiliment ta’ bord indipendenti tal-etika u d-dritt tal-Kummissjoni li tiddelega verifika tal-etika indipendenti.

6. Għotjiet speċifiċi għal azzjonijiet jistgħu jiffurmaw parti minn sħubija qafas skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju] u r-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament Delegat].

6. F'każijiet eċċezzjonali u ġustifikati kif xieraq, għotjiet speċifiċi għal azzjonijiet jistgħu jiffurmaw parti minn sħubija qafas skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [ir-Regolament Finanzjarju] u r-Regolament (UE) Nru XX/XX [ir-Regolament Delegat].

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn xieraq il-Kummissjoni, skont l-Artikolu X tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju], jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti jistgħu jadottaw deċiżjonijiet tal-għotja minflok ma jiffirmaw ftehimiet tal-għotja. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jirreferu għal ftehim dwar l-għotja għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Fejn xieraq u meħtieġ għal approċċ aktar sempliċi u effiċjenti għall-azzjoni ffinanzjata, il-Kummissjoni, skont l-Artikolu X tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti jistgħu jadottaw deċiżjonijiet ta' għotja minflok ma jiffirmaw ftehimiet ta' għotja. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament li jirreferu għal ftehim dwar l-għotja għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Ġustifikazzjoni

Il-kundizzjonijiet għall-użu tad-deċiżjonijiet ta' għotja għandhom jiġu definiti b'mod aktar preċiż.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

Żmien għall-Għotja

 

1. Il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti għandhom jiżguraw li ż-żmien medju bejn l-iskadenza għall-proposti kif stabbilita mis-sejħa għal proposti u l-firma tal-ftehim dwar l-għotja, jew meta applikabbli, id-deċiżjoni dwar l-għotja (iż-żmien għall-għotja), għandu jkun perjodu massimu ta' sitt xhur. Dan iż-żmien jista' jitwal b'xahar addizzjonali f'każijiet eċċezzjonali jew jekk mitlub mill-konsorzju.

 

2. Iż-żmien kumulattiv meħud mill-Kummissjoni biex tikkompleta l-proċessi interni tagħha, inklużi l-preparazzjoni tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha, l-evalwazzjoni u l-firma ta' ftehimiet dwar l-għotja m'għandux ikun iktar minn 60 jum ta' xogħol.

 

Il-parteċipanti għandhom jingħataw mhux anqas minn 60 jum ta' xogħol komplessivament biex jippreparaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa.

 

3. Meta jkun xieraq fid-dawl tan-natura ta' xi sejħa speċifika, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lil proċedura ta' evalwazzjoni f'żewġ stadji sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-preparazzjoni ta' proposti li ma jintgħażlux. Għal proċeduri b'żewġ stadji, il-medja taż-żmien għall-għotja għandha tkun ta' disa' xhur. Għandu jkun hemm konsistenza fil-format tat-tfassil tal-proposti fejn tintuża proċedura b'żewġ stadji u l-applikanti għandu jkollhom ħin biżżejjed biex jippreparaw għat-tieni stadju tal-offerta.

 

4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tieħu deċiżjonijiet jew talbiet għal informazzjoni malajr kemm hu prattikament possibbli. Il-Kummissjoni għandha tevita li tobbliga lill-parteċipanti jerġgħu jabbozzaw jew jerġgħu jinnegozjaw partijiet ta' offerti inizjali magħżula, sakemm ma jkunx hemm raġuni ġustifikata u raġonevoli biex dan isir.

 

5. Il-parteċipanti għandhom jingħataw perjodi raġonevoli ta' żmien biex jippreparaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa għall-proġetti.

 

6. Elementi repettitivi tal-applikazzjoni, tal-ftehim tal-għotja jew ta' dokumenti ta' sostenn għandhom jiġu evitati. Il-Kummissjoni għandha tevita milli tistaqsi lill-parteċipanti għal informazzjoni li diġà hi disponibbli għall-amministrazzjoni, sakemm din ma tkunx teħtieġ tiġi aġġornata, jew għal fatti jew dejta li l-Kummissjoni tista' tivverifika b'mod faċli u mingħajr ħlas f'bażi tad-dejta awtentikata u elettronikament aċċessibbli (eż. dejta ta' kumpanija).

 

7. Il-Kummissjoni għandha tfittex, fejn possibbli, li tevita sejħiet fi żmien li jitolbu parteċipanti potenzjali jressqu dokumentazzjoni matul perjodi ta' vaganza akkademika jew tan-negozju.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 17b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17b

 

Żmien għall-Ħlas

 

1. Il-parteċipanti li jkunu lestew ix-xogħol li jkunu ngħataw kuntratt għalih, għandhom jitħallsu fil-ħin.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-parteċipanti jirċievu l-flus li għandhom jingħataw fi żmien 30 jum minn meta d-dokumentazzjoni meħtieġa tkun tressqet lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-koordinatur u lill-parteċipanti tal-proġett dwar xi irregolaritajiet jew dokumentazzjoni addizzjonali fi żmien ġimagħtejn minn meta l-informazzjoni tkun tressqet lill-Kummissjoni. Jekk l-ebda notifika ma tasal, il-Kummissjoni hi responsabbli li tħallas dawk l-ammonti dovuti.

 

3. Il-Kummissjoni għandha ddaħħal fis-seħħ miżuri biex tiżgura li l-koordinaturi tal-proġett iqassmu l-flus għall-proġett minnufih kif ukoll ġustament u bi qbil mal-ftehim dwar l-għotja u li l-flus jitqassmu bejn is-sħab skont dak li hu dovut lil kull sieħeb. Sakemm ma jkunx hemm qbil bejn il-parteċipanti kollha, il-koordinaturi tal-proġett m'għandhomx iżommu jew iħallsu gradwalment pagamenti antiċipati mingħajr l-approvazzjoni tal-uffiċjal tal-proġett, b'mod partikolari fil-każ tal-SMEs. Tali arranġamenti għandhom ikunu ċari fi ftehimiet ta' konsorzji u għandu jkollhom l-approvazzjoni tal-uffiċjal tal-proġett.

 

4. Ladarba jkun sar ħlas lill-koordinatur ta' proġett, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-parteċipanti dwar l-ammont li jkun tħallas u d-data li fiha jkun sar il-ħlas.

 

5. Jekk wieħed jew aktar mis-sħab ma jkunx lesta x-xogħol kif miftiehem fil-kuntratt jew ma jkunx ressaq l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni meħtieġa lill-Koordinatur tal-Proġett jew lill-Kummissjoni, dan ma jżommx lill-Koordinatur tal-proġett milli jressaq dokumentazzjoni lill-Kummissjoni f'isem is-sħab l-oħra jew lill-Kummissjoni milli żżomm il-ħlas lis-sħab l-oħra.

 

6. Fejn sħab ġodda jidħlu parti mill-proġett wara li jkun ġie negozjat il-ftehim tal-għotja, dan m'għandux ibiddel l-ammont ta' fondi allokati lis-sħab oriġinali sakemm ma jkunx hemm qbil mis-sħab oriġinali jew sakemm l-ammont ta' xogħol mitlub minnhom ma jkun differenti b'mod sinifikanti.

 

7. Il-Kummissjoni għandha timplimenta proċess ta' awditjar ġerarkiku fejn tiżgura li l-awdituri tal-benefiċjarji jikkonformaw ma' standard approvat u jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-awditjar ta' Orizzont 2020. Il-Kummissjoni għandha toqgħod lura milli titlob informazzjoni addizzjonali ladarba jkun diġà tressqet verifika.

 

8. L-UE għandha tirraporta dwar ir-rendiment tal-pagamenti tagħha billi tipproduċi statistika kull sitt xhur li fiha tippreżenta ż-żminijiet tal-pagamenti għal xogħol li jkun tlesta. Iż-żminijiet ta' pagament għandhom jiġu definiti bħala ż-żmien mill-firma aħħarija tal-proġett ikkompletat kemm mill-koordinatur tal-proġett kif ukoll mill-uffiċjal tal-proġett (dan il-perjodu ta' żmien m'għandux ikun itwal minn xahar mid-data meta l-proġett ikun ġie kkompletat) sad-disponibbiltà ta' fondi kklerjati fil-kont tal-bank tal-parteċipant.

 

9. Fuq talba tal-parteċipant, ftehimiet dwar għotja għandhom jirrispettaw il-kalendarju akkademiku u tal-impriżi. Dan japplika b'mod speċjali għal proġetti li, pereżempju, jeħtieġu studenti tal-PhD li x'aktarx ma jkunux disponibbli lejn nofs il-kalendarju akkademiku.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 17c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17c

 

Komunikazzjoni

 

1. Il-proċess ta' approvazzjoni tal-etika għandu jkun trasparenti għall-parteċipanti u l-applikanti, speċjalment meta l-proċess ikun is-sors ta' dewmien fil-bidu ta' proġetti. L-informazzjoni li tkun diġà tressqet fl-offerta m'għandhiex għalfejn terġa' titfassal mill-ġdid għall-approvazzjoni tal-etika. Meta jkun possibbli, il-Kummissjoni għandha tuża l-informazzjoni kollha li tkun diġà tressqet mill-applikant(i) fl-offerta sabiex tapprovaha u għandha titlob biss informazzjoni addizzjonali meta tkun tista' tipprova li din l-informazzjoni hija assolutament meħtieġa.

 

2. Il-parteċipanti għandhom ikunu jistgħu jikkomunikaw direttament mal-uffiċjali tal-proġett f'każijiet meta jkollhom preokkupazzjonijiet ripetuti rigward il-ġestjoni ta' proġett jew l-azzjonijiet tal-koordinatur tal-proġett. Jekk l-uffiċjal tal-proġett ikun assenti, għandu jiżgura li l-parteċipanti jkollhom id-dettalji ta' kif jistgħu jikkuntattjaw lill-viċi tiegħu, li jista' jieħu deċiżjonijiet fin-nuqqas tal-uffiċjal tal-proġett. Id-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjali relevanti tal-Kummissjoni għandhom ikunu disponibbli u mgħarrfa lill-parteċipanti.

 

3. Fuq talba tal-parteċipanti, u biex ikunu jistgħu jippreparaw għal offerti futuri, il-Kummissjoni għandha tagħti feedback lill-applikanti dwar offerti li ma ntgħażlux inklużi l-punti tajbin u ħżiena kif meqjusa mill-esperti indipendenti msemmija fl-Artikolu 37 tar-Regolament.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament rilevanti jistgħu jistabbilixxu sistema elettronika sigura għall-iskambji mal-parteċipanti. Dokument sottomess permezz ta’ din is-sistema, inkluż ftehim dwar l-għotja, għandu jitqies bħala l-oriġinal ta’ dak id-dokument meta jkunu intużaw l-identifikazzjoni tal-utent u l-password tar-rappreżentant tal-parteċipant. Din l-identifikazzjoni għandha tikkostitwixxi l-firma tad-dokument ikkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema elettronika sigura għall-iskambji mal-parteċipanti, bħala parti mill-punt ta' dħul uniku, li fost l-oħrajn għandha tinforma lill-applikanti dwar id-dettalji u l-iskeda ta' żmien tal-applikazzjoni tagħhom, f'format li jkun faċilment aċċessibbli. Is-sistema għandha tipprovdi feedback lill-applikanti biex ikunu jafu meta x'aktarx li jirċievu deċiżjoni mill-Kummissjoni jew mill-korp ta' finanzjament rilevanti. Dokument sottomess permezz ta’ din is-sistema, inkluż ftehim dwar l-għotja, għandu jitqies bħala l-oriġinal ta’ dak id-dokument meta jkunu intużaw l-identifikazzjoni tal-utent u l-password tar-rappreżentant tal-parteċipant. Din l-identifikazzjoni għandha tikkostitwixxi l-firma tad-dokument ikkonċernat.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-parteċipanti jistgħu jressqu quddiem il-Kummissjoni kjarifiki jew interpretazzjonijiet rigward l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fl-assenza ta' tweġiba fi żmien xahrejn mill-Kummissjoni, il-kjarifiki jew l-interpretazzjonijiet tal-parteċipant għandhom jitqiesu bħala milqugħa.

Ġustifikazzjoni

Ħafna parteċipanti jilmentaw li l-Kummissjoni ddum biex twieġeb, jekk twieġeb, għal talbiet għal kjarifiki jew interpretazzjonijiet rigward l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-parteċipazzjoni. Dan l-arranġament iwassal għal relazzjoni aktar bilanċjata bejn il-Kummissjoni u l-benfiċjarji.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-parteċipanti ma għandhom jagħmlu l-ebda impenn li jkun inkompatibbli mal-ftehim tal-għotja. Meta parteċipant jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu fir-rigward tal-implimentazzjoni teknika tal-azzjoni, il-parteċipanti l-oħra għandhom jikkonformaw mal-obbligi mingħajr ebda finanzjament addizzjonali mill-Unjoni sakemm il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament ma teħlishomx espressament minn dak l-obbligu. Ir-responsabbiltà finanzjarja ta’ kull parteċipant għandha tkun limitata għad-dejn tiegħu, soġġett għad-dispożizzjonijiet relatati mal-Fond. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament jiġu infurmati bi kwalunkwe avveniment li jista' jaffettwa l-implimentazzjoni tal-azzjoni jew l-interessi tal-Unjoni.

2. Il-parteċipanti ma għandhom jagħmlu l-ebda impenn li jkun inkompatibbli ma' dan ir-Regolament u mal-ftehim tal-għotja. Meta parteċipant jonqos milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu fir-rigward tal-implimentazzjoni teknika tal-azzjoni, il-parteċipanti l-oħra għandhom jikkonformaw mal-obbligi mingħajr ebda finanzjament addizzjonali mill-Unjoni sakemm il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament ma jeħilsuhomx espressament minn dak l-obbligu. Il-finanzjament provdut jew riżervat għall-parti li tonqos b'dan il-mod jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni tas-sħab li jkun fadal sabiex ikopru l-ispejjeż tagħhom biex iwettqu x-xogħol oriġinarjament allokat għall-parti f'nuqqas. Il-finanzjament għandu jiġi rrilaxxat lill-koordinatur tal-proġett meta l-azzjoni li kellha ssir mill-parti f'nuqqas tkun ippjanata li tibda. Ir-responsabbiltà finanzjarja ta’ kull parteċipant għandha tkun limitata għad-dejn tiegħu u relatata mal-finanzjament li jkun irċieva direttament, soġġett għad-dispożizzjonijiet relatati mal-Fond. Il-parteċipanti għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament jiġu infurmati fi żmien raġonevoli bi kwalunkwe avveniment sinifikanti li jista' jaffettwa l-implimentazzjoni tal-azzjoni jew l-interessi tal-Unjoni fiż-żmien dovut.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-għoti ta’ sub-kuntratti għat-twettiq ta’ ċerti elementi tal-azzjoni għandu jkun limitat għall-każijiet previsti fil-ftehim dwar l-għotja.

4. L-għoti ta’ subkuntratti għat-twettiq ta’ ċerti elementi tal-azzjoni għandu jkun limitat għall-każijiet previsti fil-ftehim dwar l-għotja u f'każijiet li ma jistgħux jiġu previsti b'mod ċar meta jidħol fis-seħħ. F'dawn il-każijiet, għandha tintalab approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni; tali approvazzjoni ma tistax tiġi rrifjutata mingħajr raġuni.

Ġustifikazzjoni

Jinħtieġ ċertu livell ta' flessibbiltà billi applikazzjoni stretta tar-regola tista' tipperikola r-riżultat tal-azzjoni. Matul id-durata tal-azzjoni u l-iżvilupp tal-attività ta' riċerka, jista' jiġri li ċertu livell ta' flessibbiltà rigward is-subkuntrattar ta' xi attività tkun meħtieġa u ma kenitx prevista fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Partijiet terzi minbarra sub-kuntratturi jistgħu jwettqu parti mix-xogħol ta’ parteċipant taħt l-azzjoni, sakemm il-parti terza u x-xogħol li jrid isir minnha jiġu identifikati fil-ftehim dwar l-għotja.

L-involviment ta' partijiet terzi, li ma jinkludix is-subkuntratturi tal-proġetti, li jistgħu jwettqu parti mix-xogħol ta' riċerka, għandu jiġi identifikat fil-ftehim dwar l-għotja.

Ġustifikazzjoni

Il-koordinatur tal-proġett ma jistax jipprevedi r-rekwiżiti tal-implimentazzjoni fl-intier tagħhom, speċjalment fir-rigward tas-servizzi b'ebda sinifikat xjentifiku.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-parteċipanti għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-regolamenti u r-regoli etiċi fil-pajjiżi fejn l-azzjoni sejra titwettaq. Fejn xieraq, il-parteċipanti għandhom ifittxu l-approvazzjoni tal-kumitati etiċi nazzjonali jew lokali rilevanti qabel il-bidu tal-azzjoni.

9. Il-parteċipanti għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-regolamenti, ir-regoli etiċi u l-prinċipji ta' integrità tar-riċerka fl-Unjoni u fil-pajjiżi assoċjati fejn l-azzjoni sejra titwettaq. Fejn xieraq, il-parteċipanti għandhom ifittxu l-approvazzjoni tal-kumitati etiċi nazzjonali jew lokali rilevanti qabel il-bidu tal-azzjoni. Azzjonijiet li jitwettqu minn pajjiżi terzi u li huma ffinanzjati mill-Kummissjoni għandhom jikkonformaw mal-liġijiet tal-Unjoni.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-membri ta’ xi konsorzju li jixtiequ jipparteċipaw f’azzjoni għandhom jaħtru wieħed minnhom biex jaġixxi ta’ koordinatur li għandu jiġi identifikat fil-ftehim dwar l-għotja.

1. Il-membri ta’ xi konsorzju li jixtiequ jipparteċipaw f’azzjoni għandhom jaħtru wieħed minnhom biex jaġixxi ta’ koordinatur li għandu jiġi identifikat fil-ftehim dwar l-għotja.

 

Il-koordinatur għandu jkun il-punt prinċipali ta' kuntatt bejn il-membri tal-konsorzju, jirrappreżenta l-konsorzju fir-relazzjonijiet mal-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti u jimmonitorja l-konformità mill-membri tal-konsorzju mal-obbligi tagħhom taħt il-ftehim tal-għotja.

 

Madankollu, dan m'għandux iwaqqaf lil membri individwali tal-konsorzju milli jkunu jistgħu jidħlu fi djalogu dirett mal-Kummissjoni jew mal-korp ta' finanzjament rilevanti, b'mod partikolari meta jkollhom preokkupazzjonijiet rigward l-azzjonijiet tal-koordinatur.

2. Il-membri ta’ konsorzju parteċipanti f’azzjoni għandhom jikkonkludu ftehim intern, (il-ftehim tal-konsorzju), ħlief f’każijiet ġustifikatikif suppost pprovduti fil-programm ta’ ħidma jew fil-pjan ta’ ħidma jew fis-sejħa għall-proposti.

2. Il-membri ta’ konsorzju parteċipanti f’azzjoni għandhom jikkonkludu ftehim intern li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-membri fil-konsorzju (il-ftehim tal-konsorzju).

 

2a. Tali ftehim ta' konsorzju jista' jistipula inter alia dan li ġej:

 

(a) l-organizzazzjoni interna tal-konsorzju;

 

(b) id-distribuzzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni;

 

(c) ir-regoli dwar id-disseminazzjoni, l-użu u d-drittijiet ta' aċċess, addizzjonali għal dawk li jinsabu fit-Titolu III, Kapitolu I, u għad-dispożizzjonijiet fil-ftehim tal-għotja;

 

(d) ir-riżoluzzjoni ta' tilwim intern inklużi każi ta' abbuż ta' poter;

 

(e) arranġamenti rigward responsabbiltà, indennizz u kunfidenzjalità bejn il-parteċipanti.

 

Il-membri tal-konsorzju jistgħu jagħmlu kull arranġament fil-konsorzju li jqisu xieraq sakemm dawn l-arranġamenti ma joħolqux kunflitt mal-ftehim tal-għotja jew dan ir-Regolament.

 

2b. Il-Kummissjoni għandha tippubblika, flimkien mal-istedina għat-tressiq ta' proposti għal proġetti, linji gwida li jikkonċernaw il-kwistjonijiet prinċipali li l-parteċipanti jistgħu jittrattaw fil-ftehmiet ta' konsorzju tagħhom.

3. Il-konsorzju jista' jipproponi li jżid jew li jneħħi parteċipant skont id-dispożizzjonijiet rispettivi tal-ftehim tal-għotja, sakemm din il-bidla tkun konformi mal-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni, ma taffettwax b’mod negattiv l-implimentazzjoni tal-azzjoni u ma tkunx kuntrarja għall-prinċipju ta’ trattament ugwali.

3. Il-konsorzju jista' jipproponi li jżid jew li jneħħi parteċipant jew li jbiddel koordinatur skont id-dispożizzjonijiet rispettivi tal-ftehim tal-għotja, sakemm din il-bidla tkun konformi mar-regoli dwar il-parteċipazzjoni, ma taffettwax b’mod negattiv l-implimentazzjoni tal-azzjoni u ma tkunx kuntrarja għall-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għotjiet jistgħu jieħdu xi waħda mill-forom previsti fl-Artikolu [116] tar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju].

Għotjiet jistgħu jieħdu xi waħda mill-forom previsti fl-Artikolu [116] tar-Regolament (UE) Nru 966/2012, filwaqt li jqisu l-objettivi tal-azzjoni.

Ġustifikazzjoni

Dawn ir-regoli għandhom jenfasizza l-objettivi tal-azzjoni bħala l-kriterju ewlieni meta tintgħażel il-forma tal-finanzjament.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-finanzjament għal azzjoni ma għandux jaqbeż it-total tal-spejjeż eliġibbli tneħħi l-irċevuti tal-azzjoni.

1. Il-finanzjament għal azzjoni ma għandux jaqbeż it-total tal-spejjeż eliġibbli tneħħi l-irċevuti tal-azzjoni.

2. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala irċevuti tal-azzjoni:

2. Dawn li ġejjin għandhom jitqiesu bħala rċevuti tal-azzjoni:

(a) Riżorsi magħmula disponibbli minn partijiet terzi lill-parteċipanti permezz ta’ trasferimenti finanzjarji jew kontribuzzjonijiet in natura mingħajr ħlas, sakemm ikunu ġew kontribuzzjonijiet mill-parti terza speċifikament biex jintużaw fl-azzjoni;

(a) Riżorsi magħmula disponibbli minn partijiet terzi lill-parteċipanti permezz ta’ trasferimenti finanzjarji jew kontribuzzjonijiet in natura mingħajr ħlas, sakemm ikunu ġew kontribuzzjonijiet mill-parti terza speċifikament biex jintużaw fl-azzjoni;

(b) Dħul iġġenerat mill-azzjoni, ħlief għal dħul iġġenerat mill-użu tar-riżultati tal-azzjoni;

(b) Dħul iġġenerat mill-azzjoni, ħlief għal dħul iġġenerat mill-użu tar-riżultati tal-azzjoni;

(c) Dħul iġġenerat mill-bejgħ ta’ assi mixtrija taħt il-ftehim dwar l-għotja sal-valur tal-ispiża inizjalment mitluba għall-azzjoni mill-parteċipant.

(c) Dħul iġġenerat mill-bejgħ ta’ assi mixtrija taħt il-ftehim dwar l-għotja sal-valur tal-ispiża inizjalment mitluba għall-azzjoni mill-parteċipant.

3. Għandha tiġi applikata rata unika ta’ rimborż tal-ispejjeż eliġibbli għal kull azzjoni għall-attivitajiet kollha ffinanzjati taħtha. Ir-rata massima għanda tiġi ffissata fil-programm ta’ ħidma jew fil-pjan ta’ ħidma.

3. Għar-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli, għandhom japplikaw ir-rati massimi li ġejjin:

 

Tip ta’ attività

Metodu għall-kalkolu tal-ispejjeż

Tip ta’ parteċipant

Univeristà/ Organizzazzjonijiet ta' Riċerka u Teknoloġija/SMEs/Oħrajn

Industrija

Riċerka & Żvilupp & żvilupp Esperimentali

spejjeż diretti eliġibbli + rata fissa (Artikolu 24)

100%+20%

70% +20%

spejjeż sħaħ (Artikolu 24)

70%

50%

4. L-għotja tal-Orizzont 2020 tista' tilħaq massimu ta’ 100 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ kofinanzjament.

4. Għal parteċipant mingħajr skop ta’ qligħ jew parteċipant ta' SME, l-għotja tal-Orizzont 2020 tista' tilħaq massimu ta’ 100 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ kofinanzjament.

 

4a. Għal parteċipant mingħajr skop ta’ qligħ jew parteċipant ta' SME li għażel li jiddetermina l-ispejjeż indiretti eliġibbli bbażati fuq l-ispejjeż indiretti attwalment imġarrba bi qbil mal-Artikolu 24(2), l-għotja tal-Orizzont 2020 għandha tammonta għal 70% tal-ispejjeż eliġibbli totali.

 

Għal parteċipant tal-industrija, l-għotja tal-Orizzont 2020 għandu jkollha limitu b'massimu ta’ 70% tal-ispejjeż diretti eliġibbli, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta’ kofinanzjament.

 

Għal parteċipant tal-industrija li għażel li jiddetermina l-ispejjeż indiretti eliġibbli bbażati fuq l-ispejjeż indiretti attwalment imġarrba bi qbil mal-Artikolu 24(2), l-għotja tal-Orizzont 2020 għandha tammonta għal 50% tal-ispejjeż eliġibbli totali.

5. L-għotja tal-Orizzont 2020 għandha tkun limitata għal massimu ta’ 70 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli għall-azzjonijiet li ġejjin:

 

(a) azzjonijiet li primarjament jikkonsistu minn attivitajiet bħal ħolqien ta’ prototipi, ittestjar, dimostrazzjoni, żvilupp sperimentali, pilotaġġ, replikazzjoni tas-suq;

 

(b) azzjonijiet kofinanzjati tal-programm.

5. Fir-rigward ta' azzjonijiet ta' kofinanzjament tal-programm, ir-rata applikabbli għandha tiġi stabbilita fil-programm ta' ħidma.

 

Għal azzjonijiet ta' kofinanzjament tal-programm u azzjonijiet indiretti oħra li jikkonsistu prinċipalment minn attivitajiet ta' żvilupp esperimentali fuq skala kbira, ir-rata applikabbli tista' tkun b'massimu ta' 35% tal-ispejjeż diretti eliġibbli.

 

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u f'konformità mal-Artikolu [119] tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-kofinanzjament jista' jieħu l-forma ta' finanzjament kumulattiv minn linji baġitarji separati fil-każi ġġustifikati previsti fil-programm ta' ħidma, mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li għandu jiġi evitat li l-istess element ta' spiża jiġi ffinanzjat darbtejn.

6. Ir-rati ta’ rimborż determinati f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll fil-każ ta’ azzjonijiet fejn il-finanzjament ikun iffissat f’rata fissa, f’skala ta’ kostijiet unitarji jew f’somma f’daqqa għall-azzjoni sħiħa jew għal parti minnha.

6. Ir-rati ta’ rimborż determinati f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll fil-każ ta’ azzjonijiet fejn il-finanzjament ikun iffissat f’rata fissa, f’skala ta’ kostijiet unitarji jew f’somma f’daqqa għall-azzjoni sħiħa jew għal parti minnha.

 

6a. F'każijiet fejn flus allokati għal proġett ma jintefqux, il-Kummissjoni għandha tipprovdi mezzi adegwati biex tippermetti li l-flus jirritornaw lura fil-baġit Orizzont 2020.

 

6b. Fir-rigward tal-proċess ta' validazzjoni li jintuża biex jiġi vverifikat it-tip ta' parteċipant, għandhom jintużaw ir-reġistri tal-faċilità ta' reġistrazzjoni unika fil-Portal tal-Parteċipant. Għall-entitajiet li ġew ivvalidati fil-programmi qafas preċedenti, m'għandu jkun hemm bżonn tittenna l-ebda validazzjoni, sakemm ma jkunx inbidel l-istatus legali tal-entità jew, fil-każ tal-SMEs, kumpanija ma tkunx għadha taqa' fid-definizzjoni ta' SME.

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 22 - paragrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-ispejjeż eliġibbli għandhom jikkonsistu fi spejjeż li jistgħu jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, ('spejjeż diretti eliġibbli') u, fejn ikun applikabbli, fi spejjeż li ma jistgħux jiġu attribwiti direttament lill-azzjoni, imma li jkunu saru b'rabta diretta mal-ispejjeż diretti eliġibbli attribwiti lill-azzjoni, ('spejjeż indiretti eliġibbli').

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 23 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. It-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) li titħallas mill-benefiċjarju, u li ma tistax tiġilu rimborżata, f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, għandha titqies bħala spiża eliġibbli.

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 24 - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Alternattivament, parteċipant jista' jagħżel li jiddetermina l-ispejjeż indiretti eliġibbli tiegħu abbażi tal-ispejjeż indiretti li jiġġarrbu effettivament f'rabta diretta mal-ispejjeż diretti eliġibbli attribwiti lill-proġett, skont il-prattiki abitwali tal-benefiċjarju fir-rigward tal-kontabilità abbażi tal-ispejjeż. F'dan il-każ, għandhom japplikaw ir-rati ta' rimborż għall-kalkolu tal-ispejjeż sħaħ stipulati fl-Artikolu 22(3).

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 24 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-benefiċjarju għandu jkun jista' jeżerċita l-istess metodu għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż indiretti eliġibbli b'mod konsistenti għall-azzjonijiet kollha taħt il-programm Orizzont 2020 li jipparteċipa fihom.

Ġustifikazzjoni

Miżura ta' simplifikazzjoni.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Spejjeż eliġibbli tal-persunal għandhom ikopru biss is-sigħat li fil-fatt inħadmu mill-persuni li direttament qegħdin iwettqu xogħol taħt l-azzjoni. L-evidenza fir-rigward tas-sigħat attwali maħduma għandha tiġi pprovduta mill-parteċipant, normalment permezz ta’ sistema għar-reġistrazzjoni tal-ħin.

1. Spejjeż eliġibbli tal-persunal għandhom ikopru s-sigħat li nħadmu mill-persuni li direttament qegħdin iwettqu xogħol taħt l-azzjoni. L-evidenza fir-rigward tas-sigħat maħduma għandha tiġi pprovduta mill-parteċipant bi qbil mas-sistema uffiċjali għar-reġistrazzjoni tal-ħin tal-parteċipant stess.

2. Għal persuni li jaħdmu esklussivament għall-azzjoni, ma hija meħtieġa l-ebda reġistrazzjoni tal-ħin. F’każijiet bħal dawn, il-parteċipant għandu jiffirma dikjarazzjoni li jikkonferma li l-persuna kkonċernata tkun ħadmet esklussivament għall-azzjoni.

2. Għal persuni li jaħdmu esklussivament għall-azzjoni, ma hija meħtieġa l-ebda reġistrazzjoni tal-ħin. F’każijiet bħal dawn, il-parteċipant għandu jiffirma dikjarazzjoni li jikkonferma li l-persuna kkonċernata tkun ħadmet esklussivament għall-azzjoni.

3. Il-ftehim dwar l-għotja għandu jkun fih ir-rekwiżiti minimi għas-sistema għar-reġistrazzjoni tal-ħin kif ukoll in-numru ta’ sigħat annwali produttivi li għandhom jintużaw għall-kalkolu tar-rati tal-persunal fis-siegħa.

3. Il-ftehim dwar l-għotja għandu jkun fih:

 

(i) ir-rekwiżiti minimi għas-sistema għar-reġistrazzjoni tal-ħin;

 

(ii) il-metodu li jistabbilixxi n-numru ta’ sigħat annwali produttivi li għandhom jintużaw għall-kalkolu tar-rati tal-persunal fis-siegħa filwaqt li jitqiesu l-prattiki abitwali tal-parteċipant fir-rigward tal-kontabilità.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skont l-Artikolu X tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [ir-Regolament Finanzjarju], il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi metodi sabiex tiddetermina l-ispejjeż tal-iskali ta’ unità abbażi ta’:

1. Skont l-Artikolu X tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi metodi sabiex tiddetermina l-ispejjeż tal-iskali ta’ unità abbażi ta’:

a) dejta statistika jew mezzi oġġettivi simili;

a) dejta statistika jew mezzi oġġettivi simili;

b) dejta storika verifikabbli tal-parteċipant.

b) dejta storika verifikabbli tal-parteċipant.

 

Ladarba jiġu miftiehma, l-iskali ta’ spejjeż unitarji mhumiex soġġetti għal verifika li kienu attwalment imġarrba.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjoni tal-iskali ta’ kostijiet unitarji ma għandhiex terġa' titqajjem darba li l-Kummissjoni u l-parteċipant ikunu laħqu ftehim dwarha minn qabel.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) dejta storika verifikabbli tal-parteċipant.

(b) dejta storika verifikabbli tal-parteċipanti.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Spejjeż diretti eliġibbli tal-persunal jistgħu jiġu ffinanzjati abbażi ta’ skala ta’ kostijiet unitarji stabbilita skont il-prattiċi taż-żamma tal-kontijiet tal-ispiża tas-soltu tal-parteċipant, sakemm dawn ikunu konformi mal-kriterji kumulattivi li ġejjin:

2. Spejjeż diretti eliġibbli tal-persunal jistgħu jiġu ffinanzjati abbażi ta’ skala ta’ kostijiet unitarji stabbilita skont il-prattiki taż-żamma tal-kontijiet tal-ispiża tas-soltu tal-parteċipant, sakemm dawn ikunu konformi mal-kriterji kumulattivi li ġejjin:

(a) jiġu kkalkolati abbażi tat-total tal-ispejjeż attwali tal-persunal irreġistrati fil-kontijiet ġenerali tal-parteċipant li jistgħu jiġu aġġustati abbażi tal-elementi ibbaġitjati jew stmati skont il-kundizzjonijiet definiti mill-Kummissjoni;

(a) jiġu kkalkolati abbażi tat-total tal-ispejjeż attwali tal-persunal irreġistrati fil-kontijiet ġenerali tal-parteċipant;

(b) ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 23;

(b) ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 23;

(c) jiżguraw konformità mar-rekwiżit ta’ mingħajr skop ta’ qligħ u l-evitar ta’ finanzjament doppju tal-ispejjeż;

(c) jiżguraw konformità mar-rekwiżit ta’ mingħajr skop ta’ qligħ u l-evitar ta’ finanzjament doppju tal-ispejjeż.

(d) jiġu kkalkolati b’kunsiderazzjoni xierqa għad-dispożizzjonijiet dwar is-sigħat produttivi fl-Artikolu 25.

 

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Iċ-ċertifikat dwar dikjarazzjonijiet finanzjarji għandu jkopri l-ammont totali tal-għotja mitluba minn parteċipant fil-forma ta' rimborż ta' spejjeż attwali u taħt il-forma ta' spejjeż ta' skala ta' unità msemmija fl-Artikolu 27(2). Iċ-ertifikat għandu jkun sottomess biss meta l-ammont ikun ugwali għal jew ikbar minn EUR 325 000 fil-mument tat-talba tal-pagament tal-bilanċ tal-għotja.

Iċ-ċertifikat dwar dikjarazzjonijiet finanzjarji għandu jkopri l-ammont totali tal-għotja mitluba minn parteċipant fil-forma ta' rimborż ta' spejjeż attwali u taħt il-forma ta' spejjeż ta' skala ta' unità msemmija fl-Artikolu 27(2). Iċ-ċertifikat għandu jkun sottomess biss meta l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, apparti l-kontribuzzjoni li titħallas fil-forma ta' rati fissi, somom f'daqqa jew skala ta' kostijiet unitarji, ikun ugwali għal jew ikbar minn EUR 325 000 fil-mument tat-talba tal-pagament tal-bilanċ tal-għotja.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat li r-rati fissi, is-somom f'daqqa u l-iskala ta' kostijiet unitarji m'għandhomx ikunu soġġetti għal awditjar, kif spjegat mill-Kummissjoni. L-esklużjoni ta' dawn is-somom hi wkoll ir-raġuni ewlenija biex il-limitu minimu attwali għal ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji (EUR 375 000) jitnaqqas għal EUR 325 000.

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Parteċipanti li jikkalkulaw u jiddikjaraw spejjeż diretti tal-persunal abbażi ta’ skala ta’ kostijiet unitarji jistgħu jissottomettu ċertifikat dwar il-metodoloġija lill-Kummissjoni. Dik il-metodoloġija għandha tkun konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 (2) u tissodisfa r-rekwiżiti tal-ftehim tal-għotja.

1. Parteċipanti li jikkalkulaw u jiddikjaraw spejjeż diretti tal-persunal abbażi ta’ skala ta’ kostijiet unitarji jew parteċipanti li jiddikjaraw spejjeż indiretti eliġibbli li jkunu effettivament ġarrbu, għandhom jissottomettu ċertifikat dwar il-metodoloġija lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha taċċetta dan iċ-ċertifikat meta dan jikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 24(1a) jew 27 (2).

2. Meta l-Kummissjoni taċċetta ċertifikat dwar il-metodoloġija, dan għandu jkun validu għall-azzjonijiet kollha ffinanzjati taħt ir-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020] u l-parteċipant għandu jikkalkula u jitlob spejjeż abbażi tiegħu.

2. Meta l-Kummissjoni taċċetta ċertifikat dwar il-metodoloġija, dan għandu jkun validu għall-azzjonijiet kollha ffinanzjati taħt ir-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020] u l-parteċipant għandu jikkalkula u jitlob spejjeż abbażi tiegħu. Ladarba l-Kummissjoni tkun aċċettat ċertifikat dwar il-metodoloġija, ma jkunx possibbli għaliha li tattribwixxi lill-benefiċjarju kwalunkwe żball marbut mal-metodoloġija tal-benefiċjarju.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fuq talba mill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri jew l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), l-awditur li jwassal iċ-ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u dwar il-metodoloġija għandu jagħti aċċess għad-dokumenti ta’ appoġġ u dokumentazzjoni tal-verifika li abbażi tagħhom kien inħareġ ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

2. Il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri għandhom jaċċettaw iċ-ċertifikati msemmija fil-paragrafu 1, sakemm ma jkunux jistgħu jipprovdu evidenza lill-parteċipant li l-metodoloġija ma tikkonformax mal-prinċipji stipulati fl-[Art. 117a 2d] tar-Regolament (EU, Euratom) Nru 966/2012.

 

B'mod partikolari, il-Kummissjoni ma għandhiex teżamina l-konformità, stabbilita ex ante, tal-prattiki abitwali tal-parteċipant fir-rigward tal-kontabilità tal-ispejjeż permezz ta' kontrolli ex post.

 

Fuq talba mill-Kummissjoni, il-Qorti tal-Awdituri jew l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), l-awditur li jwassal iċ-ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji u dwar il-metodoloġija għandu jagħti aċċess għad-dokumenti ta’ appoġġ u dokumentazzjoni tal-verifika li abbażi tagħhom kien inħareġ ċertifikat dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Ara wkoll ir-Regolament Finanzjarju, Art. 116a (3)), subparagrafu 2

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjoni li tkun ingħatat għotja mill-baġit tal-Unjoni tista' wkoll tagħti lok għall-għoti ta’ għotja abbażi tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020] sakemm l-għotjiet ma jkoprux l-istess elementi ta’ spejjeż.

Azzjoni li tkun ingħatat għotja mill-baġit tal-Unjoni tista' wkoll tagħti lok għall-għoti ta’ għotja abbażi tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020] sakemm l-għotjiet ma joħolqux valur miżjud għar-riċerka u l-innovazzjoni u li ma jkoprux l-istess elementi ta’ spejjeż. Dan japplika b'mod speċjali għal għotja mill-Fondi Strutturali.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun stipulat fir-regoli ta' parteċipazzjoni li l-fondi tal-Orizzont 2020 jista' jintuża biss b'mod kumulattiv jekk il-miżura appoġġjata tinkludi ukoll element ġenwin ta' riċerka u innovazzjoni.

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-irkupru msemmi fl-Artikolu 32(3) m'għandux japplika għall-entitajiet legali li l-parteċipazzjoni tagħhom fl-azzjoni tkun garantita minn Stat Membru jew pajjiż assoċjat.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn issir eċċezzjoni għall-istituzzjonijiet garantiti minn Stat Membru, kif kien hemm fl-FP7.

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni u, fejn xieraq, korpi ta’ finanzjament jistgħu jaħtru esperti indipendenti biex jevalwaw proposti jew biex jagħtu pariri dwar jew jassistu b’:

1. Il-Kummissjoni u, fejn xieraq, korpi ta’ finanzjament għandhom jaħtru esperti indipendenti biex jevalwaw proposti jew biex jagħtu pariri dwar jew jassistu b’:

a) l-evalwazzjoni tal-proposti;

a) l-evalwazzjoni tal-proposti;

b) il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet imwettqa skont ir-Regolament (UE) Nru XXX [Orizzont 2020] kif ukoll ta’ Programmi preċedenti ta’ Riċerka u/jew ta’ Innovazzjoni;

b) il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet imwettqa skont ir-Regolament (UE) Nru XXX [Orizzont 2020] kif ukoll ta’ Programmi preċedenti ta’ Riċerka u/jew ta’ Innovazzjoni;

c) l-implimentazzjoni tal-politika ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni tal-Unjoni inkluż Orizzont 2020, kif ukoll bl-ilħuq u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka;

c) l-implimentazzjoni tal-politika ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni tal-Unjoni inkluż Orizzont 2020, kif ukoll bl-ilħuq u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka;

(d) l-evalwazzjoni tal-Programmi ta’ Riċerka u ta’ Innovazzjoni;

(d) l-evalwazzjoni tal-Programmi ta’ Riċerka u ta’ Innovazzjoni, inkluż li jsiru studji kumparattivi ma' dawk il-pajjiżi li huma tajbin ferm fl-R&Ż;

e) id-disinn tal-politika ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni tal-Unjoni inkluż it-tħejjija ta’ programmi futuri.

e) l-iżvilupp tal-politika ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni tal-Unjoni inkluż it-tħejjija ta’ programmi futuri.

2. L-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu abbażi ta’ ħiliet, esperjenza u għarfien xierqa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom. Fil-każijiet fejn l-esperti indipendenti jkollhom jittrattaw informazzjoni kklassifikata, għandha tkun meħtieġa approvazzjoni xierqa ta’ sigurtà qabel il-ħatra.

2. L-esperti indipendenti għandhom jintgħażlu abbażi ta’ ħiliet, esperjenza u għarfien xierqa biex iwettqu l-kompiti assenjati lilhom. Meta jaħtru l-esperti indipendenti, il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti għandhom jipprovaw jiksbu kompożizzjoni bbilanċjata fi ħdan il-gruppi tal-esperti fir-rigward ta' diversi ħiliet, esperjenzi, u għarfien, diversità ġeografika u ġeneru, skont il-qasam tal-azzjoni. Fil-każijiet fejn l-esperti indipendenti jkollhom jittrattaw informazzjoni kklassifikata, għandha tkun meħtieġa approvazzjoni xierqa ta’ sigurtà qabel il-ħatra.

L-esperti indipendenti għandhom jiġu identifikati u magħżula abbażi ta’ sejħiet għall-applikazzjoni minn individwi u sejħiet indirizzati lil organizzazzjonijiet rilevanti bħal aġenziji nazzjonali ta’ riċerka, istituzzjonijiet ta’ riċerka, organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni jew impriżi bil-għan li tiġi stabbilita bażi tad-dejta ta’ kandidati.

L-esperti indipendenti għandhom jiġu identifikati u magħżula abbażi ta’ sejħiet għall-applikazzjoni minn individwi u sejħiet indirizzati lil organizzazzjonijiet rilevanti bħal aġenziji ta’ riċerka, istituzzjonijiet ta’ riċerka, universitajiet, organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jew impriżi bil-għan li tiġi stabbilita bażi tad-dejta ta’ kandidati.

Il-Kummissjoni jew il-korp rilevanti ta’ finanzjament jistgħu, jekk jitqies xieraq u f’każijiet debitament iġġustifikati, jagħżlu xi individwu bil-ħiliet adatti minn barra d-database.

Il-Kummissjoni jew il-korp rilevanti ta’ finanzjament jistgħu, jekk jitqies xieraq u f’każijiet debitament iġġustifikati, jagħżlu xi espert individwali bil-ħiliet adatti minn barra d-database. Il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament rilevanti għandhom jinformaw kif xieraq lill-kumitat tal-programm dwar dawn il-każijiet.

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi u diversità ġeografika meta jinħatru esperti indipendenti.

 

3. Il-Kummissjoni jew il-korp rilevanti ta’ finanzjament għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li l-espert ma jiġix iffaċċjat b’kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-kwistjoni li dwarha l-espert ikun meħtieġ jipprovdi opinjoni.

3. Il-Kummissjoni jew il-korp rilevanti ta’ finanzjament għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li l-espert ma jiġix iffaċċjat b’kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-kwistjoni li dwarha l-espert ikun meħtieġ jipprovdi opinjoni. Il-partijiet interessati jew persuni b'konflitt ta' interess għandhom ikunu pprojbiti milli jipparteċipaw 'fil-kapaċità personali tagħhom'.

4. Il-ħatra tal-esperti tista' tieħu l-forma ta’ ħatra qafas valida għat-tul kollu ta’ Orizzont 2020 b’inkarigi speċifiċi ta’ kompiti.

4. Il-ħatra tal-esperti tista' tieħu l-forma ta’ ħatra qafas valida għat-tul kollu ta’ Orizzont 2020 b’inkarigi speċifiċi ta’ kompiti.

5. L-ismijiet ta’ esperti maħtura f’kapaċità personali, li jkunu għenu lill-Kummissjoni jew lill-korpi ta’ finanzjament fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru XX/XX Orizzont 2020 u d-Deċiżjoni Nru XX/XX/UE [il-programm speċifiku], għandhom jiġu ppubblikati mill-inqas darba fis-sena fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni jew tal-korp ta’ finanzjament. L-ismijiet tal-esperti għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

5. L-ismijiet tal-esperti parteċipanti kollha − flimkien mad-dixxiplini xjentifiċi li jirrapreżentaw − li jkunu għenu lill-Kummissjoni jew lill-korpi ta’ finanzjament fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru XX/XX Orizzont 2020 u d-Deċiżjoni Nru XX/XX/UE [il-programm speċifiku], għandhom jiġu ppubblikati wara l-ħatra tagħhom fil-perjodu qabel il-bidu ta' Orizzont 2020, u l-listi għandhom sussegwentement ikunu aġġornati mill-inqas darba fis-sena fuq is-sit tal-internet tal-Kummissjoni jew tal-korp ta’ finanzjament. L-ismijiet tal-esperti għandhom jinġabru, jiġu pproċessati u ppubblikati skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn parteċipanti f’azzjoni jkunu ġġeneraw riżultati b’mod konġunt u fejn is-sehem rispettiv tal-ħidma tagħhom ma jistax jiġi aċċertat, huma għandu jkollhom pussess konġunt ta’ dawk ir-riżultati.

Fejn parteċipanti f’azzjoni jkunu ġġeneraw riżultati b’mod konġunt u fejn is-sehem rispettiv tal-ħidma tagħhom ma jistax jiġi aċċertat, jew fejn mhuwiex possibbli li tali riżultati konġunti jiġu separati sabiex tiġi applikata, akkwistata u/jew tinżamm il-protezzjoni ta' privattiva relevanti jew kwalunkwe dritt ta' proprjetà intellettwali ieħor, huma għandu jkollhom pussess konġunt ta’ dawk ir-riżultati, sakemm ma jaqblux mod ieħor ladarba r-riżultati jkunu ħarġu.

Is-sidien konġunti għandhom jistabbilixxu ftehim dwar l-allokazzjoni u t-termini tal-eżerċizzju tal-pussess konġunt skont l-obbligi tagħhom taħt il-ftehim dwar l-għotja.

Is-sidien konġunti għandhom jistabbilixxu ftehim dwar l-allokazzjoni u t-termini tal-eżerċizzju tal-pussess konġunt skont l-obbligi tagħhom taħt il-ftehim dwar l-għotja.

 

Sakemm ma jiġix miftiehem b’mod ieħor fil-ftehim ta’ sjieda komuni, kull sid konġunt għandu jkun intitolat jisfrutta direttament ir-riżultati tiegħu b'sjieda konġunta mingħajr ma jkollu jitlob il-kunsens minn qabel tas-sidien konġunti l-oħra.

Sakemm ma jiġix miftiehem b’mod ieħor fil-ftehim ta’ pussess komuni, kull sid konġunt għandu jkun intitolat li jagħti liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi sabiex jużaw ir-riżultati ipposseduti b’mod konġunt, mingħajr ebda dritt ta’ sub-liċenzjar, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

Sakemm ma jiġix miftiehem b’mod ieħor fil-ftehim ta’ pussess komuni, kull sid konġunt għandu jkun intitolat li jagħti liċenzji mhux esklussivi lil partijiet terzi sabiex jużaw ir-riżultati pposseduti b’mod konġunt, mingħajr ebda dritt ta’ sub-liċenzjar, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) għandha tingħata notifika minn qabel lis-sidien konġunti l-oħra;

(a) għandha tingħata notifika minn qabel lis-sidien konġunti l-oħra;

(b) għandu jingħata kumpens ġust u raġonevoli lis-sidien konġunti l-oħra.

(b) għandu jingħata kumpens ġust u raġonevoli lis-sidien konġunti l-oħra.

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn ir-riżultati jista' jkollhom applikazzjoni kummerċjali jew industrijali, il-parteċipant li jippossjedi dawn ir-riżultati għandu jeżamina l-possibbiltà għal protezzjoni u, jekk possibbli u ġustifikat fiċ-ċirkostanzi, għandu jipproteġihom adegwatament għal perjodu xieraq ta’ żmien u b’kopertura territorjali xierqa, b’kunsiderazzjoni dovuta għall-interessi leġittimi tiegħu u l-interessi leġittimi, b’mod partikolari l-interessi kummerċjali, tal-parteċipanti l-oħra fl-azzjoni.

1. Fejn ir-riżultati jista' jkollhom jew b'mod raġonevoli jkunu mistennija li jkollhom użu kummerċjali jew industrijali, il-parteċipant li jippossjedi dawn ir-riżultati għandu jeżamina l-possibbiltà għal protezzjoni u, jekk possibbli u ġustifikat fiċ-ċirkostanzi, għandu jipproteġihom adegwatament għal perjodu xieraq ta’ żmien u b’kopertura territorjali xierqa, b’kunsiderazzjoni dovuta għall-interessi leġittimi tal-parteċipanti involuti kollha b’mod partikolari l-interessi kummerċjali.

2. Fejn parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni ma għandux l-intenzjoni li jipproteġi r-riżultati ġġenerati minnu għal raġunijiet minbarra l-impossibbiltà taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali jew in-nuqqas ta’ potenzjal għal sfruttar kummerċjali, u sakemm il-parteċipant ma għandux l-intenzjoni li jitrasferixxihom lil entità legali oħra stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat fid-dawl tal-protezzjoni tagħhom, għandu jinforma lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ finanzjament qabel ma sseħħ xi disseminazzjoni relatata ma’ dawn ir-riżultati. Il-Kummissjoni għan-nom tal-Unjoni jew tal-korp ta’ finanzjament tista' tassumi pussess ta’ dawn ir-riżultati u tieħu l-passi neċessarji għall-protezzjoni adegwata tagħhom.

2. Fejn parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni ma għandux l-intenzjoni li jipproteġi r-riżultati ġġenerati minnu għal raġunijiet minbarra l-impossibbiltà taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali jew in-nuqqas ta’ potenzjal għal sfruttar kummerċjali jew industrijali, u sakemm il-parteċipant ma għandux l-intenzjoni li jitrasferixxihom lil entità legali oħra stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat fid-dawl tal-protezzjoni tagħhom, għandu jinforma lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ finanzjament qabel ma sseħħ xi disseminazzjoni relatata ma’ dawn ir-riżultati. Il-Kummissjoni għan-nom tal-Unjoni jew tal-korp ta’ finanzjament tista', bil-kunsens tal-parteċipant, tassumi pussess ta’ dawn ir-riżultati u tieħu l-passi neċessarji għall-protezzjoni, l-isfruttar u t-tixrid adegwati tagħhom.

Il-parteċipant jista' jirrifjuta l-kunsens biss jekk juri li l-interessi leġittimi tiegħu sejrin isofru dannu sinifikanti. Ma tista' sseħħ l-ebda disseminazzjoni relatata ma’ dawn ir-riżultati sakemm il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament ma jkunux ħadu deċiżjoni jew ikunu ddeċidew li sejrin jassumu pussess u jkunu ħadu l-passi neċessarji biex jiżguraw il-protezzjoni. Il-ftehim dwar l-għotja għandu jistabbilixxi l-limiti ta’ żmien f’dan ir-rigward.

Il-parteċipant jista' jirrifjuta l-kunsens biss jekk juri li l-interessi leġittimi tiegħu sejrin isofru dannu sinifikanti. Ma tista' sseħħ l-ebda disseminazzjoni relatata ma’ dawn ir-riżultati sakemm il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament ma jkunux ħadu deċiżjoni jew ikunu ddeċidew li sejrin jassumu pussess u jkunu ħadu l-passi neċessarji biex jiżguraw il-protezzjoni. Id-deċiżjoni għandha tittieħed fi żmien 45 jum.

3. Fejn parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni jkollu l-intenzjoni li jabbanduna l-protezzjoni tar-riżultati jew ma jfittixx l-estensjoni ta’ protezzjoni bħal din għal raġunijiet minbarra n-nuqqas ta’ potenzjal għal użu kummerċjali, għandu jinforma lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ finanzjament li jistgħu jkomplu jew jestendu l-protezzjoni billi jassumu l-pussess tagħhom. Il-parteċipant jista' jirrifjuta l-kunsens biss jekk juri li l-interessi leġittimi tiegħu sejrin isofru dannu sinifikanti. Il-ftehim dwar l-għotja għandu jistabbilixxi l-limiti ta’ żmien f’dan ir-rigward.

3. Fejn parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni jkollu l-intenzjoni li jabbanduna l-protezzjoni tar-riżultati jew ma jfittixx l-estensjoni ta’ protezzjoni bħal din għal raġunijiet minbarra n-nuqqas ta’ potenzjal għal użu kummerċjali fi żmien ħames snin wara t-tmiem tal-azzjoni, għandu jinforma lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ finanzjament li jistgħu, bil-kunsens tal-parteċipant, ikomplu jew jestendu l-protezzjoni billi jassumu l-pussess tagħhom. Il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament għandu jieħu din id-deċiżjoni fi żmien 45 jum. Il-parteċipant jista' jirrifjuta l-kunsens biss jekk juri li l-interessi leġittimi tiegħu sejrin isofru dannu sinifikanti. Il-ftehim dwar l-għotja għandu jistabbilixxi l-limiti ta’ żmien f’dan ir-rigward.

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni għandu juża l-aqwa sforzi tiegħu biex jisfrutta r-riżultati li jippossjedi f’riċerka ulterjuri jew kummerċjalment, jew li jara li jiġu sfruttati minn entità legali oħra għal dawn l-għanijiet, b’mod partikolari permezz ta’ trasferiment u liċenzjar ta’ riżultati skont l-Artikolu 41.

1. Kull parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni għandu juża l-aqwa sforzi tiegħu biex jisfrutta r-riżultati li jippossjedi, jew li jara li jiġu sfruttati minn entità legali oħra, b’mod partikolari permezz ta’ trasferiment u liċenzjar ta’ riżultati skont l-Artikolu 41.

Jistgħu jiġu stabbiliti obbligi addizzjonali ta’ użu fil-ftehim dwar l-għotja. Kull obbligu addizzjonali bħal dan għandu jiġi indikat fil-programm ta’ ħidma jew fil-pjan ta’ ħidma.

Jistgħu jiġu stabbiliti obbligi addizzjonali ta’ użu fil-ftehim dwar l-għotja. Kwalunkwe obbligu addizzjonali bħal dan għandu jiġi indikat fil-programm ta’ ħidma.

2. Soġġett għal xi restrizzjoni minħabba l-protezzjoni ta’ proprjetà intellettwali, regoli dwar sigurtà jew interessi kummerċjali leġittimi, kull parteċipant għandu permezz ta’ mezzi xierqa jiddissemina r-riżultati fil-pussess tiegħu malajr kemm jista' jkun. Il-ftehim dwar l-għotja jista' jistabbilixxi l-limiti ta’ żmien f’dan ir-rigward.

2. Soġġett għal xi restrizzjoni minħabba l-protezzjoni ta’ proprjetà intellettwali, regoli dwar sigurtà jew interessi kummerċjali leġittimi, kull parteċipant għandu permezz ta’ mezzi xierqa jiddissemina r-riżultati fil-pussess tiegħu malajr kemm jista' jkun. Il-ftehim dwar l-għotja jista' jistabbilixxi l-limiti ta’ żmien f’dan ir-rigward.

Jistgħu jiġu stabbiliti obbligi addizzjonali ta’ disseminazzjoni fil-ftehim dwar l-għotja.

Jistgħu jiġu stabbiliti obbligi addizzjonali ta’ disseminazzjoni fil-ftehim dwar l-għotja. Kwalunkwe obbligu addizzjonali bħal dan għandu jiġi indikat fil-programm ta’ ħidma.

Fir-rigward ta’ disseminazzjoni permezz ta’ pubblikazzjonijiet ta’ riċerka, l-aċċess miftuħ għandu japplika taħt it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim dwar l-għotja.

Fir-rigward ta’ disseminazzjoni permezz ta’ pubblikazzjonijiet ta’ riċerka, l-aċċess miftuħ għandu jkun obbligatorju u japplika taħt it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim dwar l-għotja.

 

Spejjeż relatati mal-aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet ta' riċerka li jirriżultaw minn riċerka ffinanzjata mill-Orizzont 2020, ippubblikati matul jew wara ż-żmien ta' proġett, għandhom ikunu eliġibbli għal rimborż.

Fir-rigward ta’ disseminazzjoni ta’ riżultati oħra, inkluż dejta dwar riċerka, il-ftehim dwar l-għotja jista' jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet skont liema għandu jiġi pprovdut l-aċċess miftuħ għal tali riżultati, b’mod partikolari fil-fruntieri tar-riċerka tal-KER jew f’oqsma xierqa oħra.

Fir-rigward ta’ disseminazzjoni ta’ dejta dwar riċerka, il-ftehim dwar l-għotja jista' jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet skont liema għandu jiġi pprovdut l-aċċess miftuħ għal tali riżultati, b’mod partikolari fil-fruntieri tar-riċerka tal-KER jew f’oqsma oħra ta' interess soċjetali ewlieni, filwaqt li jitqiesu l-limiti marbuta mad-drittijiet tal-privatezza, tas-sigurtà nazzjonali jew tal-proprjetà intellettwali.

 

Il-programm ta' ħidma għandu jindika jekk hemmx bżonn tad-disseminazzjoni tad-dejta tar-riċerka permezz ta' aċċess miftuħ.

Għandha tingħata notifika bil-quddiem ta’ kull attività ta’ disseminazzjoni lill-parteċipanti l-oħra. Wara n-notifika, parteċipant jista' joġġezzjona jekk juri li l-interessi leġittimi tiegħu fir-rigward tar-riżultati jew tat-tagħrif eżistenti tiegħu sejrin isofru dannu sinifikanti bid-disseminazzjoni maħsuba. F’każijiet bħal dawn, l-attività ta’ disseminazzjoni ma tistax isseħħ sakemm ma jittieħdux passi xierqa għas-salvagwardja ta’ dawn l-interessi leġittimi. Il-ftehim dwar l-għotja jista' jistabbilixxi l-limiti ta’ żmien f’dan ir-rigward.

Għandha tingħata notifika bil-quddiem ta’ kull attività ta’ disseminazzjoni lill-parteċipanti l-oħra. Wara n-notifika, parteċipant jista' joġġezzjona jekk juri li l-interessi leġittimi tiegħu fir-rigward tar-riżultati jew tat-tagħrif eżistenti tiegħu sejrin isofru dannu sinifikanti bid-disseminazzjoni maħsuba. F’każijiet bħal dawn, l-attività ta’ disseminazzjoni ma tistax isseħħ sakemm ma jittieħdux passi xierqa għas-salvagwardja ta’ dawn l-interessi leġittimi. Il-ftehim dwar l-għotja għandu jistabbilixxi l-limiti ta’ żmien raġonevoli f’dan ir-rigward.

3. Kull parteċipant għandu jirrapporta lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ finanzjament bl-attivitajiet tiegħu relatati mal-isfruttar u d-disseminazzjoni. Għall-finijiet tal-monitoraġġ u tad-disseminazzjoni mill-Kummissjoni jew mill-korp ta’ finanzjament, il-parteċipanti għandhom jipprovdu kull informazzjoni u dokument utli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim dwar l-għotja.

3. Għall-finijiet tal-monitoraġġ u tad-disseminazzjoni mill-Kummissjoni jew mill-korp ta’ finanzjament, il-parteċipanti għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom relatati mal-użu u mad-disseminazzjoni u d-dokumenti meħtieġa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim dwar l-għotja. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, tali informazzjoni għandha tkun disponibbli pubblikament. Il-ftehim dwar l-għotja għandu, fost l-oħrajn, jistabbilixxi l-limiti ta’ żmien f’dan ir-rigward.

4. Kull applikazzjoni għal brevett, standarda, pubblikazzjonijiet jew kwalunkwe disseminazzjoni oħra, anki f’forma elettronika, relatata mar-riżultati għandha tinkludi dikjarazzjoni, li tista' tinkludi mezzi viżivi, li l-azzjoni tkun irċeviet appoġġ finanzjarju mill-Unjoni. It-termini ta’ dik id-dikjarazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-ftehim dwar l-għotja .

4. Kull applikazzjoni għal brevett, standarda, pubblikazzjonijiet jew kwalunkwe disseminazzjoni oħra, anki f’forma elettronika, relatata mar-riżultati għandha tinkludi dikjarazzjoni, li tista' tinkludi mezzi viżivi, li l-azzjoni tkun irċeviet appoġġ finanzjarju mill-Unjoni. It-termini ta’ dik id-dikjarazzjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-mudell ta' ftehim dwar l-għotja.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn parteċipant jittrasferixxi l-pussess ta’ riżultati, għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu taħt il-ftehim dwar l-għotja fir-rigward ta’ dawk ir-riżultati liċ-ċessjonarju, inkluż l-obbligu li jgħaddihom fi kwalunkwe trasferiment sussegwenti.

1. Fejn parteċipant jittrasferixxi l-pussess ta’ riżultati, għandu jgħaddi l-obbligi tiegħu taħt il-ftehim dwar l-għotja fir-rigward ta’ dawk ir-riżultati liċ-ċessjonarju, inkluż l-obbligu li jgħaddihom fi kwalunkwe trasferiment sussegwenti.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ kunfidenzjalità li joħorġu minn liġijiet jew regolamenti fil-każ ta’ fużjonijiet u akkwisti, fejn il-parteċipanti l-oħra jkunu għadhom igawdu drittijiet ta’ aċċess għar-riżultati li sejrin jiġu trasferiti, il-parteċipant li għandu l-intenzjoni li jittrasferixxi r-riżultati għandu jinnotifika lil dawk il-parteċipanti l-oħra minn qabel, flimkien ma’ biżżejjed informazzjoni dwar is-sid il-ġdid tar-riżultati maħsub sabiex jippermetti lill-parteċipanti l-oħra li janalizzaw l-effett tat-trasferiment maħsub fuq il-possibbiltà tal-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ aċċess tagħhom.

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta’ kunfidenzjalità li joħorġu minn liġijiet jew regolamenti fil-każ ta’ fużjonijiet u akkwisti, fejn il-parteċipanti l-oħra jkunu għadhom igawdu drittijiet ta’ aċċess jew għadhom jistgħu jitolbu l-għoti ta' drittijiet ta' aċċess għar-riżultati li sejrin jiġu trasferiti, il-parteċipant li għandu l-intenzjoni li jittrasferixxi r-riżultati għandu jinnotifika lil dawk il-parteċipanti l-oħra minn qabel, flimkien ma’ biżżejjed informazzjoni dwar is-sid il-ġdid tar-riżultati maħsub sabiex jippermetti lill-parteċipanti l-oħra li janalizzaw l-effett tat-trasferiment maħsub fuq il-possibbiltà tal-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ aċċess tagħhom.

Wara n-notifika, parteċipant jista' joġġezzjona għat-trasferiment tal-pussess jekk juri li t-trasferiment maħsub sejjer jaffettwa b’mod negattiv l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ aċċess tiegħu. F’każ bħal dan, it-trasferiment ma jistax iseħħ sakemm ma jkunx intlaħaq ftehim bejn il-parteċipanti kkonċernati. Il-ftehim dwar l-għotja jista' jistabbilixxi limiti ta’ żmien.

Wara n-notifika, parteċipant jista' joġġezzjona għat-trasferiment tal-pussess jekk juri li t-trasferiment maħsub sejjer jaffettwa b’mod negattiv l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ aċċess tiegħu. F’każ bħal dan, it-trasferiment ma jistax iseħħ sakemm ma jkunx intlaħaq ftehim bejn il-parteċipanti kkonċernati. Il-ftehim mudell dwar l-għotja għandu jistabbilixxi limiti ta’ żmien.

Il-parteċipanti l-oħra jistgħu permezz ta’ ftehim bil-miktub minn qabel, jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom għal notifika minn qabel u li joġġezzjonaw fil-każ ta’ trasferimenti ta’ pussess minn parteċipant wieħed għal parti terza identifikata speċifikament.

Il-parteċipanti l-oħra jistgħu permezz ta’ ftehim bil-miktub minn qabel, jirrinunzjaw għad-dritt tagħhom għal notifika minn qabel u li joġġezzjonaw fil-każ ta’ trasferimenti ta’ pussess minn parteċipant wieħed għal parti terza identifikata speċifikament.

2. Sakemm jista' jiġi eżerċitat kull dritt ta’ aċċess għar-riżultati u li kull obbligu addizzjonali ta’ użu jiġi mħares, il-parteċipant li għandu l-pussess tar-riżultati jista' jagħti liċenzji jew inkella jagħti d-dritt lil xi entità legali li tużahom, inkluż fuq bażi esklussiva.

2. Sakemm jista' jiġi eżerċitat kull dritt ta’ aċċess għar-riżultati u li kull obbligu addizzjonali ta’ użu jiġi mħares mill-parteċipant li għandu l-pussess tar-riżultati jista' jagħti liċenzji jew inkella jagħti d-dritt lil xi entità legali li tuża r-riżultati, inkluż fuq bażi esklussiva. Liċenzji esklussivi għal riżultati li jistgħu jingħataw, soġġetti għall-konferma bil-miktub mill-parteċipanti l-oħra kollha li huma se jirrinunzjaw għad-drittijiet ta' aċċess tagħhom.

3. Fir-rigward ta’ riżultati ġġenerati minn parteċipanti li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni, il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament jistgħu joġġezzjonaw għal trasferimenti ta’ pussess jew għal għotjiet ta’ liċenzja esklussiva, lil partijiet terzi stabbiliti f’pajjiż terz li mhumiex assoċjati ma’ Orizzont 2020, jekk iqisu li l-għotja jew it-trasferiment mhumiex skont l-interessi tal-iżvilupp tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni jew mhumiex konsistenti mal-prinċipji etiċi jew ma’ kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà.

3. Fir-rigward ta’ riżultati ġġenerati minn parteċipanti li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni, il-ftehim ta' għotja jista' jipprevedi li l-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament jew kwalunkwe parteċipant fl-azzjoni jistgħu joġġezzjonaw għal trasferimenti ta’ pussess jew għal għotjiet ta’ liċenzja esklussiva, lil partijiet terzi stabbiliti fl-Unjoni jew f’pajjiż terz li mhumiex assoċjati ma’ Orizzont 2020, jekk iqisu li l-għotja jew it-trasferiment mhumiex skont l-interessi tal-iżvilupp tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni jew mhumiex konsistenti mal-prinċipji etiċi jew ma’ kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà.

F’każijiet bħal dawn, it-trasferiment ta’ pussess jew l-għoti ta’ liċenzja esklussiva ma jistgħux iseħħu sakemm il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament ma jkunux sodisfatti li sejrin jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa.

F’każijiet bħal dawn, it-trasferiment ta’ pussess jew l-għoti ta’ liċenzja esklussiva ma jistgħux iseħħu sakemm il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament jew il-parteċipant fl-azzjoni ma jkunux sodisfatti li sejrin jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa.

Fejn xieraq, il-ftehim dwar l-għotja għandu jipprevedi li l-Kummissjoni jew li l-korp ta’ finanzjament għandhom jiġu avżati minn qabel b’kull trasferiment ta’ pussess jew ta’ għoti ta’ liċenzja esklussiva tali. Il-ftehim dwar l-għotja għandu jistabbilixxi limiti ta’ żmien.

Fejn xieraq, il-ftehim dwar l-għotja għandu jipprevedi li l-Kummissjoni jew li l-korp ta’ finanzjament jew kwalunkwe parteċipant fl-azzjoni għandhom jiġu avżati minn qabel b’kull trasferiment ta’ pussess jew ta’ għoti ta’ liċenzja esklussiva tali. Il-ftehim mudell dwar l-għotja għandu jistabbilixxi limiti ta’ żmien.

 

Fil-qasam tal-isfidi ewlenin tas-soċjetà (is-saħħa, il-klima, il-bijodiversità), l-għoti ta' liċenzji tar-riżultati lil partijiet terzi għandu b'mod normali jseħħ fuq termini mhux esklużivi sabiex jippermetti kompetizzjoni immedjata u b'hekk jinkoraġġixxi l-aċċessibbiltà globali, sakemm il-parteċipant ma jkunx jista' jiġġustifika kif suppost l-għoti ta' liċenzji tar-riżultati fuq termini esklużivi.

Emenda  118

Proposta għal regolament

Artikolu 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-parteċipanti għandhom jidentifikaw l-isfond għall-azzjoni tagħhom bi kwalunkwe mod fi ftehim bil-miktub.

Il-parteċipanti għandhom jidentifikaw l-isfond għall-azzjoni tagħhom bil-miktub.

Emenda  119

Proposta għal regolament

Artikolu 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-parteċipanti għandhom jidentifikaw l-isfond għall-azzjoni tagħhom bi kwalunkwe mod fi ftehim bil-miktub.

Il-parteċipanti għandhom jidentifikaw l-isfond meħtieġ għall-azzjoni tagħhom bi kwalunkwe mod fi ftehim bil-miktub.

Emenda  120

Proposta għal regolament

Artikolu 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull talba biex jiġu eżerċitati drittijiet ta’ aċċess jew kull rinunzja ta’ drittijiet ta’ aċċess għandhom isiru bil-miktub.

1. Kull talba biex jiġu eżerċitati drittijiet ta’ aċċess jew kull rinunzja ta’ drittijiet ta’ aċċess għandhom isiru bil-miktub.

2. Sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor mis-sidien tar-riżultati jew tat-tagħrif eżistenti li għalihom intalab l-aċċess, id-drittijiet ta’ aċċess ma għandhomx jinkludu d-dritt għal sub-liċenzjar.

2. Sakemm ma jiġix miftiehem mod ieħor mis-sidien tar-riżultati jew tat-tagħrif eżistenti li għalihom intalab l-aċċess, id-drittijiet ta’ aċċess ma għandhomx jinkludu d-dritt għal sub-liċenzjar.

3. Parteċipanti fl-istess azzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin qabel l-adeżjoni tagħhom għall-ftehim dwar l-għotja b’xi restrizzjoni legali jew limitu għall-għoti tal-aċċess għat-tagħrif eżistenti tagħhom. Kull ftehim konkluż wara dan, minn parteċipant dwar tagħrif eżistenti għandu jiżgura li jista' jiġi eżerċitat kull dritt ta’ aċċess.

3. Parteċipanti fl-istess azzjoni għandhom jinfurmaw lil xulxin qabel l-adeżjoni tagħhom għall-ftehim dwar l-għotja b’xi restrizzjoni legali jew limitu għall-għoti tal-aċċess għat-tagħrif eżistenti tagħhom. Kull ftehim konkluż wara dan, minn parteċipant dwar tagħrif eżistenti għandu jiżgura li jista' jiġi eżerċitat kull dritt ta’ aċċess. Il-Kummissjoni jew il-korp ta' finanzjament għandhom ikunu infurmati bir-restrizzjoni(jiet) qabel il-ftehim tal-għotja jkun konkluż u għandhom jikkunsidraw l-impatt li r-restrizzjoni(jiet) ikollhom jew se jkollhom fuq il-kisba tal-għanijiet tal-proġett speċifiku.

4. Għall-finijiet ta’ drittijiet ta’ aċċess, kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli jistgħu jkunu kundizzjonijiet ħielsa mir-royalties.

4. Għall-finijiet ta’ drittijiet ta’ aċċess, kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli jistgħu jkunu kundizzjonijiet ħielsa mir-royalties.

5. It-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni f’azzjoni ma għandhiex taffettwa l-obbligu ta’ parteċipant bħal dan li jagħti aċċess skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim dwar l-għotja.

5. It-terminazzjoni tal-parteċipazzjoni f’azzjoni ma għandhiex taffettwa l-obbligu ta’ parteċipant bħal dan li jagħti drittijiet tal-aċċess skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim dwar l-għotja.

6. Fejn parteċipant jonqos mill-obbligi tiegħu u tali inadempjenza ma tiġix rimedjata, il-ftehim tal-konsorzju jista' jistipula li tali parteċipant ma jistax ikompli jgawdi minn drittijiet ta’ aċċess.

6. Fejn parteċipant jonqos mill-obbligi tiegħu u tali inadempjenza ma tiġix rimedjata, il-ftehim tal-konsorzju jista' jistipula li tali parteċipant ma jistax ikompli jgawdi minn drittijiet ta’ aċċess.

 

6a. Il-prinċipji li jiggvernaw id-drittijiet tal-aċċess kif definiti f'dan l-Artikolu għandhom jikkostitwixxu prerekwiżit minimu, li jista' jiġi estiż skont id-diskrezzjoni tal-parteċipanti kollha f'azzjoni speċifika kif ukoll permezz ta' ftehim bejniethom.

Emenda  121

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Parteċipant għandu jgawdi drittijiet ta’ aċċess għar-riżultati ta’ parteċipant ieħor fl-istess azzjoni, jekk dan l-aċċess ikun meħtieġ minn dak ta’ qabel biex iwettaq il-ħidma tiegħu taħt l-azzjoni.

1. Parteċipant għandu jgawdi drittijiet ta’ aċċess għar-riżultati ta’ parteċipant ieħor fl-istess azzjoni, jekk dawn id-drittijiet ta' aċċess ikunu meħtieġa minn dak ta’ qabel biex iwettaq il-ħidma tiegħu taħt l-azzjoni.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Kjarifika fl-użu tat-termini "aċċess" u "drittijiet ta' aċċess".

Emenda  122

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Parteċipant għandu jgawdi drittijiet ta’ aċċess għat-tagħrif eżistenti ta’ parteċipant ieħor fl-istess azzjoni, jekk dan l-aċċess ikun meħtieġ minn dak ta’ qabel biex iwettaq il-ħidma tiegħu taħt l-azzjoni u soġġett għal xi restrizzjonijiet skont l-Artikolu 43(3).

2. Parteċipant għandu jgawdi drittijiet ta’ aċċess għat-tagħrif eżistenti ta’ parteċipant ieħor fl-istess azzjoni, jekk dawn id-drittijiet ta' aċċess ikunu meħtieġa minn dak ta’ qabel biex iwettaq il-ħidma tiegħu stess taħt l-azzjoni u soġġett għal xi restrizzjonijiet skont l-Artikolu 43(3).

Ġustifikazzjoni

Id-dritt ta' 'aċċess' jinbidel b''riżultati' jew it-'tagħrif eżistenti', minħabba li huma r-riżultati jew it-tagħrif eżistenti preċedenti li għandhom ikunu meħtieġa sabiex jiġġustifikaw id-dritt ta' aċċess.

Emenda  123

Proposta għal regolament

Artikolu 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Parteċipant għandu jgawdi drittijiet ta’ aċċess għar-riżultati ta’ parteċipant ieħor fl-istess azzjoni, jekk dan l-aċċess ikun meħtieġ minn dak ta’ qabel biex jisfrutta r-riżultati tiegħu.

1. Parteċipant għandu jgawdi drittijiet ta’ aċċess għar-riżultati ta’ parteċipant ieħor fl-istess azzjoni, jekk dawn id-drittijiet ta' aċċess ikunu meħtieġa minn dak ta’ qabel biex jisfrutta r-riżultati tiegħu stess.

Soġġett għal ftehim, dan l-aċċess għandu jingħata taħt kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli.

Soġġett għal ftehim, dawn id-drittijiet ta' aċċess għandhom jingħataw taħt kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli.

2. Parteċipant għandu jgawdi drittijiet ta’ aċċess għal tagħrif eżistenti ta’ parteċipant ieħor fl-istess azzjoni, jekk dan l-aċċess ikun meħtieġ minn dak ta’ qabel biex juża r-riżultati tiegħu u soġġett għal xi restrizzjonijiet jew limiti skont l-Artikolu 43(3).

2. Parteċipant għandu jgawdi drittijiet ta’ aċċess għal tagħrif eżistenti ta’ parteċipant ieħor fl-istess azzjoni, jekk dawn id-drittijiet ta' aċċess ikunu meħtieġa minn dak ta’ qabel biex juża r-riżultati tiegħu stess u soġġett għal xi restrizzjonijiet jew limiti skont l-Artikolu 43(3).

Soġġett għal ftehim, dan l-aċċess għandu jingħata taħt kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli.

Soġġett għal ftehim, dawn id-drittijiet ta' aċċess għandhom jingħataw taħt kondizzjonijiet ġusti u raġonevoli.

3. Entità affiljata stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat għandu, sakemm ma jiġix previst b’mod ieħor fil-ftehim tal-konsorzju, ikollha wkoll drittijiet ta’ aċċess għal riżultati jew għal tagħrif eżistenti taħt l-istess kundizzjonijiet jekk dan l-aċċess ikun meħtieġ biex jintużaw ir-riżultati ġġenerati mill-parteċipant li miegħu hija affiljata.

3. Entità affiljata għandu, sakemm ma jiġix previst b’mod ieħor fil-ftehim tal-konsorzju, ikollha wkoll drittijiet ta’ aċċess għal riżultati u, soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni jew limitu skont l-Artikolu 43(3), għal tagħrif eżistenti b'kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli jekk dawn ir-riżultati u t-tagħrif eżistenti jkunu meħtieġa biex jintużaw ir-riżultati ġġenerati mill-parteċipant li miegħu hija affiljata. Dawn id-drittijiet ta' aċċess għandhom jintalbu u jinkisbu direttament mill-parteċipant li jipposjedi r-riżultati jew it-tagħrif eżistenti.

4. Skont il-paragrafi 1, 2 u 3 talba għal aċċess tista' ssir sa sena wara t-tmiem tal-azzjoni. Madankollu, il-parteċipanti jistgħu jiftiehmu fuq limitu differenti ta’ żmien.

4. Skont il-paragrafi 1, 2 u 3 talba għal drittijiet ta' aċċess tista' ssir sa sena wara t-tmiem tal-azzjoni jew wara t-tmiem tal-parteċipazzjoni fl-azzjoni tal-parteċipant li qed jagħmel it-talba. Madankollu, il-parteċipanti jistgħu jiftiehmu fuq limitu differenti ta’ żmien.

Emenda  124

Proposta għal regolament

Artikolu 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom, bil-għan li jiżviluppaw, jimplimentaw u jissorveljaw il-politiki jew il-programmi tal-Unjoni, igawdu drittijiet ta’ aċċess għar-riżultati ta’ parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni. Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma limitati għal użu mhux kummerċajli u mhux kompetittiv.

1. L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni għandhom, bil-għan li jiżviluppaw, jimplimentaw u jissorveljaw il-politiki jew il-programmi tal-Unjoni, igawdu d-drittijiet ta’ aċċess neċessarji għar-riżultati ta’ parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni. Dawn id-drittijiet ta’ aċċess huma limitati għal użu mhux kummerċajli u mhux kompetittiv.

Tali aċċess għandu jingħata ħieles mir-royalties.

Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor fil-ftehim ta' għotja, tali drittijiet ta' aċċess għandhom jingħataw b'mod ħieles mir-royalties.

2. Fir-rigward tal-attività 'Soċjetajiet siguri' fi ħdan l-objettiv speċifiku l-'Soċjetajiet inklussivi, innovattivi u siguri’, l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri għandhom, bil-għan li jiżviluppaw, jimplimentaw u jimmoniterjawjaw il-politiki jew il-programmi tagħhom f’dan il-qasam, igawdu drittijiet ta’ aċċess għar-riżultati ta’ parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni. Minkejja l-Artikolu 43(2), dawn id-drittijiet ta’ aċċess għandhom jinkludu d-dritt li partijiet terzi jiġu awtorizzati jużaw ir-riżultati f’akkwist pubbliku fil-każ tal-iżvilupp ta’ kapaċitajiet f’oqsma b’suq ta’ daqs limitat ħafna u b’riskju ta’ falliment tas-suq, u fejn hemm interess pubbliku predominanti.

 

Dan l-aċċess għandu jingħata ħieles mir-royalties, ħlief għall-użu f’akkwist pubbliku fejn għandu jingħata b’kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli li jridu jiġu miftiehma. Għandu jittieħed kont sħiħ tal-finanzjament mill-Unjoni riċevut fil-ġenerazzjoni tar-riżultati fid-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli. Fir-rigward ta’ informazzjoni klassifikata għandhom japplikaw ir-regoli tal-Kummissjoni dwar is-sigurtà.

 

 

1a. L-Unjoni jew l-Istati Membri għandhom jipprovdu biżżejjed evidenza lill-parteċipant sid li tali drittijiet ta' aċċess se jikkontribwixxu għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-politiki jew programmi tagħhom.

 

1b. Sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor fil-ftehim ta' għotja, tali drittijiet ta' aċċess m'għandhomx ikunu estiżi għat-tagħrif eżistenti tal-parteċipanti, anke f'każijiet fejn it-tagħrif eżistenti jkun bżonnjuż għall-użu tar-riżultati, u ma jinkludux id-dritt ta’ subliċenzji.

Emenda  125

Proposta għal regolament

Titolu IIIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Titolu IIIa

 

Dispożizzjonijiet speċifiċi

Emenda  126

Proposta għal regolament

Artikolu 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 47

imħassar

Dispożizzjonijiet speċifiċi

 

1. Fil-każ ta’ azzjonijiet li jinvolvu attivitajiet relatati mas-sigurtà, il-ftehim dwar l-għotja jista' jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari dwar tibdil fil-kompożizzjoni tal-konsorzju, informazzjoni kklassifikata, użu, disseminazzjoni, trasferimenti u liċenzji ta’ riżultati.

 

2. Fil-każ ta’ azzjonijiet biex isostnu infrastrutturi eżistenti jew ġodda ta’ riċerka, il-ftehim dwar l-għotja jista’ jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-utenti tal-infrastruttura.

 

3. Fil-każ ta’ azzjonijiet tal-KER għal riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, il-ftehim dwar l-għotja jista' jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari dwar drittijiet ta’ aċċess, portabilità u disseminazzjoni, fir-rigward ta’ parteċipanti, riċerkaturi u kull parti kkonċernata mill-azzjoni.

 

4. Fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ mobilità, il-ftehim dwar l-għotja jista' jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar impenji fir-rigward tar-riċerkaturi li jibbenefikaw mill-azzjoni, sjieda, drittjiet ta’ aċċess u portabbiltà.

 

5. Fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ, il-ftehim dwar l-għotja jista’ jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari dwar pussess, drittijiet ta’ aċċess, użu u disseminazzjoni.

 

6. Fil-każ tal-istrument tal-SME u għotjiet minn korpi ta’ finanzjament immirati lejn l-SMEs, il-ftehim dwar l-għotja jista’ jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari dwar pussess, drittijiet ta’ aċċess, sfruttar u disseminazzjoni.

 

7. Fil-każ tal-Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni tal-EIT, il-ftehim dwar l-għotja jista’ jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari dwar sjieda, drittijiet ta’ aċċess, sfruttar u disseminazzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Tmexxa għall-Artikolu 49h.

Emenda  127

Proposta għal regolament

Artikolu 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 48

imħassar

Premji

 

Kull premju mogħti għandu jkun kundizzjonali fuq l-aċċettazzjoni tal-obbligi adegwati ta’ reklamar. Il-programm ta’ ħidma jew il-pjan ta’ ħidma jista' jkun fih obbligi speċifiċi dwar l-użu u d-disseminazzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Iċċaqlaq taħt Titolu ġdid.

Emenda  128

Proposta għal regolament

Artikolu 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 49

imħassar

Akkwist, akkwist prekummerċjali u akkwist pubbliku ta’ soluzzjonijiet innovattivi

 

1. Sakemm ma jiġix iddikjarat b’mod ieħor fis-sejħa għall-offerti, ir-riżultati ġġenerati mill-akkwist imwettaq mill-Kummissjoni għandhom ikunu l-proprjetà tal-Unjoni.

 

2. Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-pussess, id-drittijiet ta’ aċċess u l-liċenzjar għadnhom ikunu stabbilit fil-kuntratti fir-rigward ta’ akkwist pre-kummerċjali biex jiġi żgurat l-użu massimu tar-riżultati u biex jiġi evitat kull żvantaġġ inġust. Il-kuntrattur li jiġġenera r-riżultati f’akkwist pre-kummerċjali għandu tal-inqas ikollu l-pussess tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali mehmuża. L-awtoritajiet kontraenti għandhom igawdu drittijiet ta’ aċċess mingħajr pagament ta’ royalties għar-riżultati għall-użu tagħhom stess kif ukoll dritt li jagħtu, jew jirrikjedu lill-kontratturi parteċipanti li jagħtu, liċenzji mhux esklussibi lil partijiet terzi biex jisfruttaw ir-riżultati taħt kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli mingħajr id-dritt ta’ subliċenzja. Jekk kuntrattur jonqos milli jisfrutta kummerjalment ir-riżultati matul perjodu speċifiku wara l-akkwist prekummerċjali kif identifikat fil-kuntratt, dan għandu jittrasferixxi kwalunkwe sjieda tar-riżultati lill-awtoritajiet kontraenti.

 

3. Dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ pussess, drittijiet ta’ aċċess u liċenzjar jistgħu jiġu stabbiliti fil-kuntratti fir-rigward ta’ akkwist pubbliku ta’ soluzzjonijiet innovattivi biex jiġi żgurat l-użu massimu tar-riżultati u biex jiġi evitat xi vantaġġ inġust.

 

Ġustifikazzjoni

Iċċaqlaq taħt Titolu ġdid.

Emenda  129

Proposta għal regolament

Artikolu 49a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 49a

 

Premji

 

1. Finanzjament mill-Unjoni jista' jieħu l-forma ta’ premji kif definiti [fit-Titolu VII] tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. L-użu ta' premjijiet għandu jitħeġġeġ, imma mhux biex jieħu post finanzjament strutturat kif suppost.

 

2. Ir-regoli tal-konkors għandhom jiġu stipulati fil-programm ta' ħidma.

 

3. Ir-regoli tal-konkors għandhom għall-inqas jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, il-kriterji għall-għotja, inklużi l-iskadenza għall-proposti u l-iskadenza għall-għotja, l-ammont tal-premju u l-arranġamenti ta' pagament.

 

Il-premji ma jistgħux jingħataw direttament mingħajr konkors u għandhom jiġu ppubblikati kull sena.

 

4. Is-sottomissjonijiet għal konkors għandhom jiġu vvalutati minn panel ta' esperti abbażi tar-regoli ppubblikati tal-konkors.

 

Il-premjijiet għandhom imbagħad jingħataw mill-uffiċjal awtorizzanti responsabbli, abbażi tal-valutazzjoni pprovduta mill-panel ta' esperti li huma liberi li jiddeċiedu jekk jirrakkomandawx jew le l-għoti ta' premjijiet, skont l-evalwazzjoni tagħhom tal-kwalità tas-sottomissjonijiet.

 

5. L-ammont tal-premju ma għandux ikun marbut mal-ispejjeż li jagħmel ir-reċipjent.

 

6. Meta l-implimentazzjoni ta' azzjoni jew programm ta' ħidma tirrkjedi li l-premjijiet jingħataw lil partijiet terzi minn benefiċjarju ta' għotja tal-Unjoni, dan il-benefiċjarju jista' jagħti tali premjijiet sakemm il-kontenut minimu tar-regoli tal-konkors ikun strettament definit fid-deċiżjoni jew il-ftehim tal-għotja bejn il-benefiċjarju u l-Kummissjoni, b'ebda marġini għal diskrezzjoni.

 

7. Fir-rigward tad-disseminazzjoni tar-riżultati, għandu japplika t-Titolu III ta' dan ir-Regolament. Kwalunkwe obbligu addizzjonali fir-rigward tad-disseminazzjoni jew l-isfruttament tar-riżultati għandu jiġi stipulat fir-regoli tal-konkors.

 

8. Meta premju ma jingħatax fi żmien l-iskadenza stipulata fir-regoli tal-konkors, il-fondi allokati għall-konkors għandhom jerġgħu jiġu assenjati fi ħdan l-istess objettiv taħt ir-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020].

Emenda  130

Proposta għal regolament

Artikolu 49b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 49b

 

Proċeduri ta' akkwist, ta' akkwist prekummerċjali u ta' akkwist ta’ soluzzjonijiet innovattivi

 

1. Kull proċedura ta' akkwist imwettqa mill-Kummissjoni b'mod konġunt mal-Istati Membri għandha tkun soġġetta għar-regoli dwar l-akkwist pubbliku kif stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u r-Regolament (UE) Nru XX/XX [ir-Regolament Delegat].

 

2. Finanzjament mill-Unjoni jista' jieħu l-forma ta’ proċedura ta' akkwist prekummerċjali jew ta’ akkwist ta’ soluzzjonijiet innovattivi mwettqa mill-Kummissjoni b'mod konġunt mal-awtoritajiet kontraenti mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati jew mill-aġenziji tal-Unjoni flimkien mal-awtoritajiet kontraenti mill-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati.

 

Il-proċeduri tal-akkwist:

 

(a) għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni, trattament indaqs, ġestjoni finanzjarja soda u proporzjonalità, u mar-regoli dwar il-kompetizzjoni, u fejn applikabbli, mad-Direttivi 2004/17/KE, 2004/18/KE u 2009/81/KE.

 

(b) jistgħu jipprovdu għal kundizzjonijiet speċifiċi bħall-post tal-prestazzjoni tal-attivitajiet akkwistati li huma limitati għal akkwist prekummerċjali għat-territorju tal-Istati Membri u tal-pajjiżi assoċjati għall-Orizzont 2020 fejn debitament ġustifikat mill-objettivi tal-azzjonijiet;

 

(c) jistgħu jawtorizzaw l-għoti ta’ kuntratti multipli fi ħdan l-istess proċedura (akkwisti multipli);

 

(d) għandhom jipprovdu għall-għoti tal-kuntratti lill-offerta/i li jkunu ekonomikament l-aktar vantaġġużi.

 

3. Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-pussess, id-drittijiet ta’ aċċess u l-liċenzjar għadnhom ikunu stabbilit fil-kuntratti fir-rigward ta’ akkwist pre-kummerċjali biex jiġi żgurat l-użu massimu tar-riżultati u biex jiġi evitat kull żvantaġġ inġust. Il-kuntrattur li jiġġenera r-riżultati f’akkwist pre-kummerċjali għandu tal-inqas ikollu l-pussess tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali mehmuża. L-awtoritajiet kontraenti għandhom igawdu drittijiet ta’ aċċess mingħajr pagament ta’ royalties għar-riżultati għall-użu proprju tagħhom, kif ukoll id-dritt li jagħtu, jew jirrikjedu li l-kontratturi parteċipanti jagħtu, liċenzji mhux esklużivi lil partijiet terzi biex jisfruttaw ir-riżultati taħt kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli mingħajr ebda dritt ta’ subliċenzji, sakemm ma jkunx hemm ftehim mod ieħor. Jekk kuntrattur jonqos milli jisfrutta kummerjalment ir-riżultati matul perjodu speċifiku wara l-akkwist prekummerċjali kif identifikat fil-kuntratt, dan għandu jittrasferixxi kwalunkwe sjieda tar-riżultati lill-awtoritajiet kontraenti.

 

4. Dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ pussess, drittijiet ta’ aċċess u liċenzjar jistgħu jiġu stabbiliti fil-kuntratti fir-rigward ta’ akkwist pubbliku ta’ soluzzjonijiet innovattivi biex jiġi żgurat l-użu massimu tar-riżultati u biex jiġi evitat xi vantaġġ inġust.

Emenda  131

Proposta għal regolament

Artikolu 49c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 49c

 

L-istrumenti finanzjarji

 

1. Strumenti finanzjarji jistgħu jieħdu kwalunkwe waħda mill-forom imsemmija u għandhom ikunu implimentati skont [it-Titolu VIII] tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u jistgħu jiġu kkombinati flimkien jew ma' għotjiet oħra finanzjati taħt il-baġit tal-Unjoni, inkluż taħt Orizzont 2020.

 

2. Bi qbil mal-Artikolu [54] tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Kummissjoni tista' tiddelega kompiti ta' implimentazzjoni u ta' ġestjoni tal-istrumenti finanzjarji lill-BEI, il-FEI u istituzzjonijiet finanzjarji oħra.

 

3. F'konformità mal-Artikolu [18(2)] tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, id-dħul u r-ripagamenti ġġenerati mill-istrument finanzjarju stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020] għandhom jiġu assenjati għal dak l-istrument finanzjarju.

 

4. Dħul u ripagamenti ġġenerati mill-faċilità tal-Finanzjament tal-Qsim tar-Riskju stabbilita skont id-Deċiżjoni 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 rigward is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) 1 u l-parti tal-istadju bikri tal-Faċilità tal-SME bi Tkabbir Kbir u Innovattiva (GIF1) stabbilita skont id-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 2006 li tistabbilixxi Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013)2, għandhom ikunu assenjati lill-istrumenti finanzjarji suċċessivi taħt ir-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020].

 

5. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-tipi kollha ta' intermedjarji finanzjarji, inkluż banek pubbliċi nazzjonali u reġjonali kif ukoll banek ta' investiment reġjonali, jkunu involuti b'mod xieraq fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji.

 

__________

 

1 ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1

 

2 ĠU L 310, 9.11.2006, p. 15

Emenda  132

Proposta għal regolament

Artikolu 49d(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 49d

 

Sħubijiet pubbliċi-privati

 

Bi qbil mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020], sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat għandhom jiġu identifikati u implimentati b'mod miftuħ u trasparenti abbażi tal-valutazzjoni tal-esperti indipendenti f'konformità mal-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament. Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq dawn il-kriterji li ġejjin:

 

a) it-turija tal-valur miżjud ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni u l-valur miżjud tal-istrument tas-sħubija pubblika-privata;

 

b) l-iskala tal-impatt fuq il-kompetittività industrijali, it-tkabbir sostenibbli u l-kwistjonijiet soċjoekonomiċi permezz tad-definizzjoni ta’ objettivi tas-soċjetà u tal-kompetittività li jkunu ċari u li jistgħu jitkejlu, fosthom objettivi relatati mal-ħolqien tal-impjiegi u mal-edukazzjoni u t-taħriġ, u responsabbilizzazzjoni mal-kisba ta’ dawn l-objettivi;

 

c) l-impenn, inkluża kontribuzzjoni bilanċjata, tal-imsieħba kollha abbażi tal-viżjoni kondiviża u ta' objettivi definiti b’mod ċar;

 

d) l-iskala tar-riżorsi involuti, u l-abbiltà li tintuża l-influwenza biex jinkisbu investimenti addizzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni;

 

e) definizzjoni ċara tar-rwoli għal kull wieħed mis-sħab u indikaturi fundamentali miftiehma tal-prestazzjoni matul il-perjodu magħżul;

 

(f) il-konformità ma’ dan ir-Regolament;

 

(g) il-kumplimentarità ma’ partijiet oħra ta' Orizzont 2020 u l-allinjament mal-aġenda strateġika tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni;

 

(h) l-involviment tal-imsieħba kollha interessati tal-katina sħiħa tal-valur, inklużi l-utenti aħħarija, l-universitajiet, l-SMEs u l-istituti tar-riċerka, fis-sħubija;

 

(i) it-turija ta' sistema ta' governanza miftuħa, trasparenti u parteċipattiva u ta' prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba;

 

2. Bi qbil mal-Artikolu XX tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020], sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat għandhom jiġu vvalutati u evalwati b'mod miftuħ u trasparenti abbażi ta' kriterji msemmija fil-paragrafu 1;

 

3. Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tas-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat li jkunu nħolqu u ġew iffinanzjati taħt il-programm Orizzont 2020 għandhom jikkonformaw kompletament mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, kif ukoll mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari f'termini ta' drittijiet ta' proprjetà intellettwali, trasparenza u ftuħ.

 

Ir-regoli dwar is-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat jistgħu jiddevjaw mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni sakemm l-atti li jistabilixxu dawn il-korpi f'konformità mal-Artikolu 1a(2) tar-Regolamenti tal-Persunal ma jipprevedux għal applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal.

Emenda  133

Proposta għal regolament

Artikolu 49e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 49e

 

Sħubijiet bejn entitajiet pubbliċi

 

1. Ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għal sħubijiet bejn entitajiet pubbliċi kif imsemmi fl-Artikolu [20] tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020].

 

2. Is-sħubijijiet bejn entitajiet pubbliċi ffinanzjati permezz tal-istrument ERA-NET jistgħu jkunu eliġibbli għall-kofinanzjament taħt il-programm Orizzont 2020, sakemm jitwettqu l-kriterji li ġejjin:

 

(a) il-valur miżjud tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni;

 

(b) livell sinifikattiv ta' impenji finanzjarji preċedenti, kemm jekk fi flus jew mhux fi flus, tal-entitajiet parteċipanti għas-sejħiet u l-azzjonijiet konġunti;

 

(c) regoli u modalitajiet ta' implimentazzjoni armonizzati tas-sejħiet u l-azzjonijiet konġunti;

 

3. L-Inizjattivi ta' Programmar Konġunt f'konformità mal-Artikolu 185 TFUE jistgħu jkunu eliġibbli għal kofinanzjament taħt il-programm Orizzont 2020, sakemm jitwettqu l-kriterji li ġejjin:

 

(a) ħtieġa eżistenti għal struttura ta' implimentazzjoni ddedikata bbażata fuq l-Artikolu 185 TFUE;

 

(b) livell għoli ta' impenn mill-pajjiżi parteċipanti, fi flus jew mhux fi flus, lejn l-integrazzjoni fil-livelli xjentifiċi, maniġerjali u finanzjarji;

 

(c) il-valur miżjud tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni;

 

(d) il-massa kritika fir-rigward tad-daqs u l-għadd ta’ programmi involuti, kemm l-attivitajiet ikunu jixbħu lil xulxin, u s-sehem ta’ riċerka rilevanti li jkopru;

 

(e) l-effiċjenza tal-Artikolu 185 TFUE bħala l-aktar mezz xieraq biex jintlaħqu l-objettivi.

 

4. Il-Kummissjoni tista' tgħaddi kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja lil Inizjattiva ta' Programmar Konġunt, sakemm il-kriterji li ġejjin ikunu ssodisfati u stabbiliti fi ftehim:

 

(a) definizzjoni ċara tal-objettiv li se jiġi insegwit u r-rilevanza tiegħu għall-objettivi tal-programm Orizzont 2020 u objettivi aktar estensivi tal-politika tal-Unjoni;

 

(b) impenji finanzjarji ċari tal-pajjiżi parteċipanti, inklużi impenji minn qabel biex jinġabru flimkien investimenti nazzjonali u/jew reġjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni transnazzjonali;

Emenda  134

Proposta għal regolament

Article 49f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 49f

 

Strument għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju

 

1. L-impriżi żgħar u ta' daqs medju biss jistgħu japplikaw għall-istrument iddedikat għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju msemmi fl-Artikolu [18] tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020]. Huma għandhom ikunu inkoraġġiti jipparteċipaw flimkien ma' kumpaniji oħra, organizzazzjonijiet ta' riċerka u universitajiet.

 

Ladarba kumpanija tkun ivvalidata bħala SME dan l-istatus legali għandu jitqies li se jibqa' jgħodd sakemm idum għaddej il-proġett, anke f'każi fejn il-kumpanija, minħabba t-tkabbir tagħha, aktar tard teċċedi l-limiti massimi previsti fid-definizzjoni ta' SME.

 

2. Sejħiet għall-proposti taħt l-istrumenti għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju għandhom ikunu sejħiet miftuħa, filwaqt li kemm jista' jkun jieħdu approċċ minn isfel għal fuq lejn is-suġġett. Proċedura ta' evalwazzjoni simplifikata f'żewġ stadji tista' tapplika, jekk il-programm ta' ħidma jiddikjara hekk, sakemm dan ma jkunx jinvolvi prolungament tal-perjodu ta' evalwazzjoni globali.

 

3. F'konformità mal-Artikolu 17a, "iż-żmien sal-kuntratt" taħt l-istrument għall-SMEs ma għandux jaqbeż is-sitt xhur.

 

4. F'konformità ma' dan ir-Regolament, il-ftehim ta' għotja konkluż taħt l-istrument għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju jista' jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi, b'mod partikulari dwar is-subkuntrattar, is-sjieda, id-drittijiet ta' aċċess, l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati.

 

5. Meta jkun hemm bżonn ta' reviżjoni tal-ftehim tal-għotja konkluż taħt l-istrument għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju waqt l-implimentazzjoni ta' azzjoni, b'mod partikulari fir-rigward ta' bidliet fil-kompożizzjonijiet tal-konsorzju, għandha tapplika proċedura ta' reviżjoni ssimplifikata.

 

6. Il-Kummissjoni għandha tiżgura biżżejjed elementi komplementarji bejn l-istrument għall-SMEs taħt il-programm Orizzont 2020 u l-Programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME) 2014-2020 kif ukoll l-iskemi u l-istrumenti stabbiliti b'mod konġunt mal-Istati Membri, bħall-programm konġunt Eurostars.

Emenda  135

Proposta għal regolament

Artikolu 49g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 49g

 

Rotta Rapida għall-Innovazzjoni

 

1. Kwalunkwe entità legali li tista' tipparteċipa f'attivitajiet koperti minn parti II ('Tmexxija Industrijali') u parti III ('L-Isfidi tas-Soċjetà') tal-Programm Speċifiku (Regolament (UE) XXXX) għandha tkun tista' tressaq proposti biex ikunu kkunsidrati skont ir-Rotta Rapida 2 Strument ta' Innovazzjoni.

 

Fil-parti II ('Tmexxija Industrijali'), jistgħu jitressqu proposti f'kull qasam teknoloġiku identifikat skont l-objettiv speċifiku 'Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali' fil-[Programm Speċifiku], mingħajr restrizzjoni għat-tema tar-riċerka.

 

Fil-parti III ('L-Isfidi tas-Soċjetà') jistgħu jitressqu proposti relatati ma kwalunkwe sfida tas-soċjetà, mingħajr restrizzjoni għall-qasam teknoloġiku.

 

2. Il-proposti jistgħu jitressqu fi kwalunkwe żmien. Il-Kummissjoni se tibda perjodu ta' valutazzjoni darbtejn fis-sena, f'perjodu ta' żmien stabbilit. Iż-żmien bejn il-bidu ta' perjodu ta' valutazzjoni u l-allokazzjoni ta' għotja ma għandux ikun itwal minn sitt xhur.

 

3. L-ewwel, il-proposti għandhom ikunu klassifikati skont "l-impatt" u "l-kwalità u l-effiċjenza tal-implimentazzjoni". It-tieni, "l-eċċellenza" bħala l-kriterju kruċjali tal-għotja għandu jiddetermina l-klassifika finali li twassal għal deċiżjoni tal-allokazzjoni.

 

4. Minħabba li din se tkun rotta rapida, mhux aktar minn ħames entitajiet legali jistgħu jipparteċipaw f'azzjoni.

 

5. L-għotja Orizzont 2020 għandha tiġi determinata bi qbil mal-Artikolu 22 (3a).

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li titqies kif xieraq il-bidla maħsuba tal-programm lejn l-innovazzjoni, Orizzont 2020 jeħtieġ li jipprovdi mill-inqas strument wieħed li jippermetti b'mod sistematiku l-evalwazzjoni u l-finanzjament ta' ideat innovattivi fi kwalunkwe ħin, bl-applikazzjoni ta' proċedura rapida, standardizzata u affidabbli. 'Sejħa miftuħa' jew strument 'minn isfel għal fuq' b'garanzija ta' sitt xhur żmien għall-għotja, jiżgura li idejat innovattivi ma jgħaddux mir-riskju li ma jkunux aġġornati ladarba l-programm finalment jibda. Dan iżid ukoll il-parteċipazzjoni tal-industrija.

Emenda  136

Proposta għal regolament

Artikolu 49h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 49h

 

Dispożizzjonijiet speċifiċi oħra

 

1. Fil-każ ta’ azzjonijiet li jinvolvu attivitajiet relatati mas-sigurtà, il-ftehim dwar l-għotja jista' jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari dwar akkwist pubbliku prekummerċjali, akkwist ta' soluzzjonijiet innovattivi, tibdil fil-kompożizzjoni tal-konsorzju, informazzjoni kklassifikata, aċċess miftuħ għal pubblikazzjonijiet ta' riċerka, użu, disseminazzjoni, trasferimenti u liċenzji ta’ riżultati.

 

2. Fil-każ ta’ azzjonijiet biex isostnu l-operat ta' infrastrutturi eżistenti jew ġodda ta’ riċerka, bħal istituti, il-ftehim dwar l-għotja jista’ jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-aċċess tal-utenti għalihom.

 

3. Fil-każ ta’ azzjonijiet tal-KER għal riċerka fil-fruntieri tal-għarfien, il-ftehim dwar l-għotja jista' jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari dwar drittijiet ta’ aċċess, portabbiltà u disseminazzjoni, fir-rigward ta’ parteċipanti, riċerkaturi u kull parti kkonċernata mill-azzjoni.

 

4. Fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ mobilità, il-ftehim ta' għotja jista' jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar impenji fir-rigward tar-riċerkaturi li jibbenefikaw mill-azzjoni, sjieda, drittjiet ta’ aċċess u portabilità.

 

5. Fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ, il-ftehim dwar l-għotja jista’ jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari dwar pussess, drittijiet ta’ aċċess, użu u disseminazzjoni.

Emenda  137

Proposta għal regolament

Anness 0 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ANNESS 0

 

Kodiċi tal-Aħjar Prattika tal-Kummissjoni

 

Żmien għall-Offerta (Artikolu 11a)

 

Hija prijorità li jitqassru l-perjodi ta' żmien biex tittieħed deċiżjoni dwar l-offerti magħżula. Madankollu, skont in-natura ta' kwalunkwe sejħa speċifika, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lil dan li ġej:

 

Mekkaniżmi ċari u trasparenti biex jiġu żviluppati sejħiet dwar suġġetti speċifiċi biex ikun hemm opportunitajiet indaqs u l-inklużjoni ta' parteċipazzjoni fit-tkabbir. Dan għandu, meta jkun possibbli, ikun konsistenti fil-programmi u l-objettivi kollha.

 

Notifika raġonevoli bil-quddiem ta' sejħiet li se jkun hemm tippermetti parteċipanti potenzjali li jifformaw konsorja għall-offerta qabel il-pubblikazzjoni tas-sejħiet u b'hekk ikun hemm offerti ta' kwalità ogħla.

 

Iż-żamma ta' perjodu ta' żmien raġonevoli bejn il-pubblikazzjoni ta' sejħa u l-iskadenza biex jintefgħu l-offerti tista' twassal għal offerti ta' kwalità ogħla u għal kundizzjonijiet aktar ugwali bejn il-parteċipanti b'livelli differenti ta' kapaċità amministrattiva, esperjenza ta' parteċipazzjoni fi programmi ffinanzjati mill-Unjoni, lingwi differenti u livelli varji ta' ħiliet fil-lingwa Ingliża.

 

L-iskadenzi għal sejħiet għandhom ikunu skedati b'kunsiderazzjoni tal-ambitu sħiħ tas-sejħiet tal-UE u tal-kalendarju akkademiku u tan-negozju ta' parteċipanti potenzjali.

 

Żmien għall-Għotja (Artikolu 17a)

 

Il-medja taż-żmien għall-għotja għandha tkun sitt xhur mid-data tal-offerta ta' negozjazzjoni. Iż-żmien kumulattiv meħud mill-Kummissjoni biex tikkompleta l-proċessi interni tagħha, inklużi l-preparazzjoni tal-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha, l-evalwazzjoni u l-firma ta' ftehimiet dwar għotja m'għandux ikun iktar minn 60 jum ta' xogħol. Il-parteċipanti għandhom jingħataw mhux anqas minn 60 jum ta' xogħol komplessivament biex jippreparaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa.

 

Meta jkun xieraq fid-dawl tan-natura ta' xi sejħa speċifika, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lil proċedura ta' evalwazzjoni f'żewġ stadji sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-preparazzjoni ta' proposti li ma jintgħażlux. Għal proċeduri b'żewġ stadji, il-medja taż-żmien għall-għotja għandha tkun ta' disa' xhur. Għandu jkun hemm konsistenza fil-format tat-tfassil tal-proposti fejn tintuża proċedura b'żewġ stadji u l-applikanti għandu jkollhom ħin biżżejjed biex jippreparaw għat-tieni stadju tal-offerta.

 

Il-Kummissjoni għandha tagħmel ħilitha biex tieħu deċiżjonijiet jew tindirizza t-talbiet għal informazzjoni kemm jista' jkun malajr u b'mod raġonevolment prattiku. Il-Kummissjoni għandha tevita li tobbliga lill-parteċipanti jerġgħu jabbozzaw jew jerġgħu jinnegozjaw partijiet ta' offerti inizjali magħżula, sakemm ma jkunx hemm raġuni ġustifikata u raġonevoli biex dan isir.

 

Il-parteċipanti għandhom jingħataw perjodi raġonevoli ta' żmien biex jippreparaw l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa għall-proġetti.

 

Meta tfassal id-dokumenti ta' applikazzjoni u tistabbilixxi l-limiti ta' żmien, il-Kummissjoni għandha tkun sensittiva għall-fatt li l-SMEs u l-universitajiet b'mod partikolari, tipikament ftit li xejn għandhom kapaċità speċifika biex jiġġestixxu l-preparazzjoni tad-dokumenti amministrattivi. Għandhom jiġu evitati elementi repettitivi tal-applikazzjoni, tal- ftehim tal-għotja u ta' dokumenti ta' sostenn . Il-Kummissjoni għandha tibqa' lura milli titlob lill-parteċipanti informazzjoni li diġà hija disponibbli fl-amministrazzjoni, sakemm din ma teħtieġx li tiġi aġġornata. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tapplika l-prinċipju ta' "darba biss" li permezz tiegħu l-informazzjoni mressqa darba lill-amministrazzjoni m'għandhiex terġa' tintalab minn servizz ieħor tal-amministrazzjoni i.e. l-impriżi m'għandhomx ikunu obbligati jerġgħu jipprovdu mill-ġdid informazzjoni li l-awtoritajiet ikunu diġà rċevew mod ieħor.

 

Il-Kummissjoni għandha tfittex, fejn possibbli, li tevita sejħiet fi żmien li jitolbu parteċipanti potenzjali jressqu dokumentazzjoni matul perjodi ta' vaganza akkademika jew tan-negozju.

 

Il-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li tillimita ż-żmien meħtieġ ta' preparazzjoni tad-dokumenti meħtieġa, ladarba jkun sar ftehim dwar għotja, għal 15-il jum ta' xogħol.

 

F'każijiet xierqa, pereżempju għall-SMEs, jista' jkun utli li l-Kummissjoni tkun tista' tneħħi l-obbligu għall-parteċipanti li jressqu parti mid-dokumentazzjoni jew id-dokumentazzjoni kollha meħtieġa jekk tali dokumentazzjoni tkun diġà tressqet reċentement għal proċedura oħra u sakemm id-dokumenti rilevanti jkunu nħarġu f'perjodu ta' żmien raġonevoli stabbilit minn qabel u jkunu għadhom validi. F'każijiet bħal dawn, il-parteċipant konċernat jista' jintalab jiddikjara fuq l-unur tiegħu li d-dokumentazzjoni diġà ngħatat fi proċedura preċedenti – li għandha tiġi speċifikata – u jikkonferma li ma kien hemm ebda bidla fis-sitwazzjoni

 

Il-Kummissjoni m'għandhiex titħalla titlob lill-parteċipanti jipprovdu fatti jew dejta li l-Kummissjoni tista' tivverifika faċilment u b'xejn f'bażi ta' dejta awtentikata u aċċessibbli elettronikament (eż. dejta dwar il-kumpanija).

 

Il-Kummissjoni m'għandhiex tistabbilixxi objettivi rigward il-livell ta' applikazzjoni għal sejħiet individwali.

 

Żmien għall-Ħlas (Artikolu 17b)

 

Il-parteċipanti li jkunu lestew ix-xogħol li jkunu ngħataw kuntratt għalih, għandhom jitħallsu fil-ħin.

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-parteċipanti jirċievu l-flus li għandhom jingħataw fi żmien 30 jum minn meta d-dokumentazzjoni meħtieġa tkun tressqet lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-koordinatur u lill-parteċipanti tal-proġett dwar xi irregolaritajiet jew dokumentazzjoni addizzjonali fi żmien ġimagħtejn minn meta l-informazzjoni tkun tressqet lill-Kummissjoni. Jekk ma tasal ebda informazzjoni bħal din, il-Kummissjoni għandha tkun obbligata tħallas l-ammonti dovuti.

 

Il-Kummissjoni għandha ddaħħal fis-seħħ miżuri biex tiżgura li l-Koordinaturi tal-Proġett iqassmu l-flus għall-proġett minnufih kif ukoll ġustament u bi qbil mal-ftehim dwar l-għotja u li l-flus jitqassmu bejn is-sħab skont dak li hu dovut lil kull sieħeb. Il-Koordinaturi tal-Proġett m'għandhomx iżommu jew gradwalment joħorġu flus minn qabel mingħajr l-approvazzjoni tal-Uffiċjal tal-Proġett, b'mod partikolari għal SMEs, sakemm dan ma jkunx miftiehem bejn il-parteċipanti kollha. Tali arranġamenti għandhom ikunu ċari fi ftehimiet ta' konsorzji u għandu jkollhom l-approvazzjoni tal-Uffiċjal tal-Proġett.

 

Ladarba jkun sar ħlas lill-koordinatur ta' proġett, il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-parteċipanti dwar l-ammont li jkun tħallas u d-data li fiha l-ħlas ikun sar.

 

Jekk sieħeb wieħed jew aktar minn wieħed ma jkunux ikkompletaw ix-xogħol li ngħatalhom kuntratt għalih jew ma jkunux ressqu l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni meħtieġa lill-koordinatur tal-proġett jew lill-Kummissjoni, dan m'għandux iwaqqaf lill-koordinatur tal-proġett milli jressaq dokumentazzjoni lill-Kummissjoni f'isem sieħeb ieħor jew sħab oħra, jew lill-Kummissjoni milli toħroġ pagament lil sieħeb ieħor jew sħab oħra.

 

Fejn sħab ġodda jidħlu parti mill-proġett wara li jkun ġie negozjat il-ftehim tal-għotja, dan m'għandux ibiddel l-ammont ta' fondi allokati lis-sħab oriġinali sakemm ma jkunx hemm qbil mis-sħab oriġinali jew sakemm l-ammont ta' xogħol mitlub minnhom ma jkun differenti b'mod sinifikanti.

 

Il-Kummissjoni għandha timplimenta proċess ta' awditjar ġerarkiku fejn tiżgura li l-awdituri tal-benefiċjarji jikkonformaw ma' standard approvat u jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-awditjar ta' Orizzont 2020. Dan jevita l-ħtieġa għal awditi multipli, filwaqt li l-proċess amministrattiv isir aktar ċar u faċli għall-parteċipanti. Il-Kummissjoni għandha toqgħod lura milli titlob informazzjoni addizzjonali ladarba jkun diġà tressqet verifika.

 

Il-Kummissjoni għandha tirraporta dwar ir-rendiment tal-pagamenti tagħha billi tipproduċi statistika kull sitt xhur li fiha tippreżenta ż-żminijiet tal-pagamenti għal xogħol li jkun tlesta. Iż-żminijiet ta' pagament għandhom jiġu definiti bħala ż-żmien mill-firma aħħarija tal-proġett ikkompletat kemm mill-koordinatur tal-proġett kif ukoll mill-uffiċjal tal-proġett (dan il-perjodu ta' żmien m'għandux ikun itwal minn xahar mid-data meta l-proġett ikun ġie kkompletat) sad-disponibbiltà ta' fondi kklerjati fil-kont tal-bank tal-parteċipant.

 

Fuq talba tal-parteċipant, ftehimiet dwar għotja għandhom jirrispettaw il-kalendarju akkademiku u tal-impriżi. Dan japplika b'mod speċjali għal proġetti li, pereżempju, jeħtieġu studenti tal-PhD u li x'aktarx ma jkunux disponibbli lejn nofs il-kalendarju akkademiku.

 

Rimedju (Artikolu 15a)

 

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċedura formali ta' lmenti għall-parteċipanti, li tista' tinkludi l-ħatra ta' ombudsman jew korp ekwivalenti speċifikament iddedikat għal proġetti ta' riċerka u innovazzjoni fil-programm Orizzont 2020. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-parteċipanti jkunu jafu bil-proċeduri kollha ta' lment/rimedju disponibbli billi tippubblika dettalji tal-proċeduri ta' lment/rimedju fil-korrispondenza kollha mal-parteċipanti jew l-applikanti. Il-proċedura għandha tkun trasparenti u r-riżultati u l-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet għandhom ikunu disponibbli għall-parteċipanti.

 

Il-parteċipanti għandhom jitħallew jirreġistraw ilmenti rigward kwalunkwe qasam tal-involviment tagħhom f'Orizzont 2020. Il-proċedura tal-ilmenti m'għandhiex tkun limitata għal aspetti proċedurali tal-evalwazzjoni tal-proposti.

 

Il-Kummissjoni għandha tibgħat tweġiba b'deċiżjoni dwar l-ilmenti fi żmien 30 jum minn meta tirċevihom.

 

Bi qbil mad-Direttiva 2008/52/KE, fejn ma tistax tinstab soluzzjoni soddisfaċenti permezz tal-proċedura ta' lmenti msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni u l-parteċipanti jistgħu jaqblu li jippruvaw isibu soluzzjoni għall-kwistjoni permezz ta' proċess ta' medjazzjoni bi qbil mal-proċedura ta' ċentru ta' medjazzjoni. Iċ-ċentru ta' medjazzjoni għandu jsir qbil dwaru minn qabel mill-Kummissjoni u l-parteċipant(i), preferibbilment permezz ta' lista ta' ċentri ta' medjazzjoni aċċettata mill-Kummissjoni.

 

Il-Kummissjoni għandha talloka 0.5 % tal-baġit ta' Orizzont 2020 għal proġetti ta' findanzjament li inizjalment ma jintgħażlux u li, wara l-proċedura ta' rimedju, jiġu evalwati pożittivament.

 

Komunikazzjoni

 

Il-proċess ta' approvazzjoni tal-etika għandu jkun trasparenti għall-parteċipanti u l-applikanti, speċjalment meta dan il-proċess ikun is-sors ta' dewmien fil-bidu ta' proġetti. Informazzjoni li tkun diġà tressqet fl-offerta m'għandhiex għalfejn terġa' tiġi abbozzata għall-approvazzjoni tal-etika. Meta jkun possibbli, il-Kummissjoni għandha tuża l-informazzjoni kollha li tkun diġà tressqet mill-applikant(i) fl-offerta sabiex tapprovaha u għandha titlob biss informazzjoni addizzjonali meta tkun tista' tipprova li din l-informazzjoni hija assolutament meħtieġa.

 

Il-parteċipanti għandhom ikunu jistgħu jikkomunikaw direttament mal-uffiċjali tal-proġett f'każijiet meta jkollhom preokkupazzjonijiet ripetuti rigward il-ġestjoni ta' proġett jew l-azzjonijiet tal-koordinatur tal-proġett. Jekk l-uffiċjal tal-proġett ikun assenti, għandu jiżgura li l-parteċipanti jkollhom id-dettalji ta' kif jistgħu jikkuntattjaw lill-viċi tiegħu, li jista' jieħu deċiżjonijiet fin-nuqqas tal-uffiċjal tal-proġett. Id-dettalji ta' kif wieħed jista' jikkuntattja lill-uffiċjali rilevanti tal-Kummissjoni jridu jkunu disponibbli u jiġu mgħarrfa lill-parteċipanti.

 

Fuq talba tal-parteċipanti, u biex ikunu jistgħu jippreparaw għal offerti futuri, il-Kummissjoni għandha tagħti feedback lill-applikanti dwar offerti li ma ntgħażlux inklużi l-punti tajbin u ħżiena kif meqjusa mill-esperti indipendenti msemmija fl-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament.

  • [1]  ĠU C 181, 21.6.2012, p. 111.
  • [2]  ĠU C 318, 20.10.2012, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

Daħla

Ir-Rapporteur ġeneralment jilqa' l-proposta tal-Kumissjoni dwar "Ir-Regoli għall-Parteċipazzjoni u d-Disseminazzjoni tar-Riżultati fil-programm ORIZZONT 2020" (minn hawn "ir-Regoli") bħala pass importanti 'l quddiem. Hu jfaħħar l-aspetti li ġejjin bħala ferm aktar importanti:

· Aċċettazzjoni aktar estensiva tal-prattiki tas-soltu tal-benefiċjarji fir-rigward tal-kontabilità;

· Sett uniku ta' regoli li japplika għall-finanzjament tal-azzjonijiet kollha mwettqa mill-parteċipanti taħt il-programm Orizzont 2020;

· Anqas rekwiżiti fir-rigward tas-sistemi għar-reġistrazzjoni tal-ħin;

· L-inklużjoni tal-VAT fid-definizzjoni tal-ispejjeż eliġibbli;

Madankollu, ir-Rapporteur jaħseb li xi bidliet mixtieqa inklużi mill-Kummissjoni għadhom ifformulati b'mod wisq vag fil-proposta, waqt li bidliet oħra jidhru li huma każi ta' semplifikazzjoni żejda u/jew m'għandhomx l-approvazzjoni ġenerali tal-komunità ta' riċerka u innovazzjoni. B'mod partikulari, ir-Rapporteur jikkritika d-dettalji li ġejjin:

· L-ebda possibilità li jintalab rimborż tal-ispejjeż indiretti abbażi tal-ispejjeż effettivi;

· Rata ta' finanzjament unika li ma tqisx l-istrutturi speċifiċi tal-ispejjeż tal-parteċipanti differenti, biex b'hekk twassal għal finanzjament ineffiċjenti u sproporzjonat (speċjalment fl-attivitajiet qrib it-tqegħid fis-suq) u livell medju akbar ta' rimborż għal kull proġett meta mqabbel mas-7PK;

· L-aċċettazzjoni mhux assertiva u limitata tal-prattiki ta' kontabilità tas-soltu tal-benefiċjarji;

· L-eżistenza ta' klawżola ġenerali li toffri l-possibilità li dak li jkun jaħrab mis-sett uniku ta' regoli li japplika għal kull tip ta' korp ta' finanzjament;

· Il-flessibilità estensiva tar-regoli proposti, li tħalli wisq deċiżjonijiet importanti ħafna fil-livell tal-programm ta' ħidma;

· L-ebda titjib sostanzjali fit-tqassir tal-medja taż-"żmien għall-għotja";

L-emendi proposti mir-Rapporteur huma mmirati biex jintensifikaw id-dibattitu interistituzzjonali dwar ir-Regoli u biex iqanqlu konsultazzjonijiet aktar dettaljati fi ħdan il-komunità ta' riċerka u innovazzjoni.

Ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza għal darb'oħra li biex jinkisbu l-objettivi li l-Parlament stabbilixxa f'rapporti preċedenti u biex jinqeda l-interess tal-komunità ta' riċerka u innovazzjoni, ir-Regoli jridu jolqtu bilanċ sensibbli bejn erba' prinċipju kruċjali: is-semplifikazzjoni, ir-responsabilità, il-flessibilità u l-affidabilità. L-implimentazzjoni b'suċċess tal-programm Orizzont 2020 se tiddependi fil-biċċa l-kbira tagħha fuq l-ilħuq u l-ibbilanċjar ta' dawn il-prinċipji.

L-impatt potenzjali tal-proposta attwali tal-Kummissjoni

Saru mudelli ta' kalkoli[1] li jqabblu l-livell medju tal-kontribuzzjoni tal-UE għal kull azzjoni bejn is-7PK u l-programm Orizzont 2020, għall-kategoriji differenti ta' parteċipanti. Skont dawn il-kalkoli, il-mudell propost 100/20 iżid il-livell medju ta' rimborż għall-parteċipanti mill-industrija (+ 46.8 %) u għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (+ 7.7 %), waqt li jħalli lill-organizzazzjonijiet għar-riċerka mingħajr skop ta' qligħ (- 0.5 %) u lill-universitajiet (- 0.9%) b'livell ta' finanzjament kemm kemm anqas. L-applikazzjoni tal-mudell 100/20 mistennija li twassal għal żieda globali ta' 7.2 % tal-kontribuzzjoni totali tal-UE għal kull proġett, bl-ammont żejjed prinċipalment sejjer għand parteċipanti mill-industrija.

Jekk tingħata rata fissa ta' 20 % bħala l-unika għażla għar-rimborż tal-ispejjeż indiretti, din tqiegħed lill-parteċipanti b'faċilitajiet ta' riċerka tal-ogħla livell u għaljin fi żvantaġġ strutturali meta mqabbla mas-7PK. Din ma taffetwax biss lil ħafna ċentri ta' riċerka u kumpaniji privati, imma anke għadd ta' universitajiet li tul diversi snin għamlu sforzi konsiderevoli biex jaqilbu għal sistema ta' kontabilità li tqis l-ispejjeż kollha. Uħud minn dawn il-protagonisti jistgħu jiġu skoraġġuti milli jieħdu sehem fil-proġetti tal-programm Orizzont 2020, speċjalment fir-rigward ta' attivitajiet qrib it-tqegħid fis-suq fejn ikun japplika l-mudell 70/20 u jitħallew b'livell ta' finanzjament saħansitra anqas.

Fattur kruċjali ieħor li hemm bżonn jiġi vvalutat għall-effetti potenzjalment negattivi tiegħu fuq l-implimentazzjoni tal-objettivi tal-proġett ORIZZONT 2020 hu s-separazzjoni prevista bejn is-sejħiet għall-proġett fir-rigward tar-riċerka u l-iżvilupp u s-sejħiet għal proġetti fir-rigward ta' attivitajiet qrib it-tqegħid fis-suq. Minħabba r-regola ġenerali li tkun tapplika rata ta' rimborż waħda għal kull proġett – fil-proġetti qrib it-tqegħid fis-suq, għalkemm jistgħu jinkludu attivitajiet ta' riċerka, din ir-rata madankollu tkun ta' 70/20 għall-attivitajiet kollha – iċ-ċentri ta' riċerka u l-universitajiet se jiġu kkonfrontati b'livelli ta' finanzjament sfavorevoli meta jwettqu attivitajiet ta' riċerka f'proġetti qrib it-tqegħid fis-suq. Dawn il-persuni interessati x'aktarx jirtiraw parzjalment mit-tali proġetti, u potenzjalment ikomplu jħaffru biex ikabbru l-gandott bejn ir-riċerku u l-innovazzjoni, ixekklu l-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien u jdewmu ċ-ċiklu ta' innovazzjoni

Limiti baġitarji u implikazzjonijiet ekonomiċi

Jekk wieħed iqis li l-programm Orizzont 2020 hu intenzjonat biex jikseb bidla ewlenija lejn aktar innovazzjoni fl-Ewropa, hu improbabbli li żieda baġitarja li bilkemm laħqet is-6.19 % se tipprovdi riżultati sostenibbli. Ir-Rapporteur għalhekk qed jerġa' jisħaq fuq it-talba tal-Parlament li jiġu allokati 100 biljuni għall-programm Orizzont 2020.

F'dan ir-rigward, l-impatt tar-Regoli, u b'mod partikulari d-disinn eventwali tas-sistema tar-rati ta' rimborż, ma jistgħux jiġu sottovalutati f'dak li għandu x'jaqsam mal-implimentazzjoni baġitarja tal-programm Orizzont 2020. Ir-Rapporteur jisħaq fuq it-tħassib tiegħu li jekk ir-rati ta' rimborż jiġu stabbiliti f'livell għoli wisq, dan jista' jrażżan b'mod konsiderevoli l-għadd ta' proġetti li jista' jiġi ffinanzjat taħt il-programm Orizzont 2020, biex b'hekk jitnaqqas ukoll l-impatt globali tal-programm u potenzjalment ixekkel l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Emblematika "Unjoni ta' Innovazzjoni" u l-istrateġija "Ewropa 2020".

Din il-kwistjoni tista' ssir saħansitra aktar importanti, peress li l-eżitu tan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss jista' jħalli l-programm Orizzont 2020 b'pakkett finanzjarju saħansitra iżgħar minn dak li qed jiġi attwalment propost mill-Kummissjoni.

Filwaqt li jantiċipa li l-baġit għall-programm Orizzont 2020 se jkun potenzjalment limitat, ir-Rapporteur qed jimmira li jżomm il-livell medju ta' kontribuzzjoni tal-UE għal kull proġett li ngħata fis-7PK, biex b'hekk jiġi żgurat li l-għadd totali ta' proġetti ma jkollux jitnaqqas minħabba finanzjament sproporzjonat u ineffiċjenti tal-proġetti.

Mill-prospettiva ekonomika, il-finanzjament tal-attivitajiet qrib it-tqegħid fis-suq jeħtieġ isegwi kunċett iddefinit b'mod ċar. Ir-Rapporteur jisħaq fuq il-fatt li l-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni għandu jimmira li jkollu effett ta' influwenza sostanzjali biex iqanqal l-investiment privat. Il-finanzjament tal-Unjoni għandu jkun proporzjonat u ma jridx iwassal għal distorsjonijiet fis-suq.

Sett issemplifikat ta' rati għar-rimborż li jippermetti finanzjament bla intoppi taċ-ċiklu sħiħ ta' innovazzjoni

Wara li qies l-istimi msemmijin qabel tal-effetti potenzjali tar-Regoli proposti, kif ukoll it-tħassib baġitarju, ir-Rapporteur iddeċieda li jippreżenta sett alternattiv ta' rati ta' rimborż. Dan is-sett ta' rati ikopri l-bżonnijiet speċifiċi ta' parteċipanti differenti u jfittex li jsib bilanċ aħjar bejn semplifikazzjoni xierqa u politika aktar effiċjenti u responsabbli fir-rigward tal-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni.

L-ewwel nett, ir-Rapporteur qed jipproponi li terġa' tiddaħħal għażla għar-rimborż tal-ispejjeż indiretti reali għal kull tip ta' parteċipant, abbażi tal-prattiki tas-soltu tagħhom fir-rigward tal-kontabilità. Dan ta' min jirrikmandah għal diversi raġunijiet – il-kontinwità, is-semplifikazzjoni, is-sostenibilità tal-politika tal-Unjoni dwar il-finanzjament tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, il-ġbid ta' parteċipanti eċċellenti. Madankollu, peress li jekk din l-għażla terġa' tiddaħħal, twassal għal żieda saħansitra ogħla tal-kontribuzzjoni totali tal-UE għal kull proġett, (+ 9.2 %)[2], ir-Rapporteur iqis li hemm bżonn dejjem aktar ta' sett alternattiv ta' rati ta' rimborż.

Ir-Rapporteur għaldaqstant qed jipproponi li jiddifferenzja r-rata ta' rimborż mhux biss skont it-tip ta' attività (ta' riċerka u żvilupp / qrib it-tqegħid fis-suq) kif previst attwalment, imma anke skont il-metodu għall-kalkolu tal-ispejjeż (spejjeż diretti + rata fissa/ spejjeż sħaħ) u t-tip ta' parteċipant (universitajiet / ċentri ta' riċerka, oħrajn / intrapriżi żgħar u ta' daqs medju / industrija). Ir-Rapporteur jemmen li din id-differenzjazzjoni tippermetti approċċ għall-finanzjament imfassal b'mod aktar speċifiku lejn il-parteċipanti u għalhekk tippermetti implimentazzjoni bla intoppi ta' finanzjament għall-innovazzjoni, biex b'hekk isir aktar faċli li l-attivitajiet ta' riċerka u dawk qrib it-tqegħid fis-suq jiġu magħquda fi proġett wieħed u jiġi integrat t-trijangolu tal-għarfien.

Ir-Rapporteur jixtieq jenfasizza li l-finanzjament għall-innovazzjoni għadu "kaxxa magħluqa" fil-baġit peress li għadha ma ngħatat l-ebda indikazzjoni tas-sehem tal-proġetti qrib it-tqegħid fis-suq fil-baġit tal-programm Orizzont 2020. Wara li kkunsidra li hemm tendenza li l-attivitajiet qrib it-tqegħid fis-suq bħad-dimostrazzjoni, l-ittestjar u l-ippilotar ikunu aktar għaljin mill-proġetti ta' riċerka u żvilupp, ir-Rapporteur qies li hemm bżonn li r-rata ta' rimborż għall-attivitajiet qrib it-tqegħid fis-suq tiġi adattat għal din il-qagħda ta' inċertezza, sabiex jiġi evitat tnaqqis maġġuri tal-finanzjament tal-Unjoni għar-riċerka u l-iżvilupp.

Semplifikazzjoni għall-parteċipanti kollha

F'dawn l-aħħar sentejn, il-Parlament ripetutament stieden lill-Kummissjoni tagħmel qabża kbira fis-semplifikazzjoni. Issa qed jaffaċċja proposta fejn xi aspetti jbatu minn semplifikazzjoni żejda waqt li oħrajn ma tqisux biżżejjed. Ir-Rapporteur għaldaqstant qed jipproponi għadd ta' miżuri ta' semplifikazzjoni li l-Parlament ressaq f'rapporti preċedenti.

Il-proposta l-aktar importanti li qed jagħmel ir-Rapporteur hi għal estensjoni ulterjuri tal-aċċettazzjoni tal-prattiki tas-soltu tal-benefiċjarji fir-rigward tal-kontabilità, peress li hu konvint li b'hekk jista' jkun hemm tnaqqis ta' vera tal-piż amministrattiv u r-riskju ta' żball għall-parteċipanti kollha.

Apparti r-rikonoxximent tal-prattiki tas-soltu tal-benefiċjarji fir-rigward tal-kontabilità, ir-Rapporteur jemmen li sett ċar, uniku ta' regoli komuni hu pedament ieħor li fuqu tista' tissejjes is-semplifikazzjoni fil-programm Orizzont 2020 u għalhekk jitlob li dan il-ħsieb jitwettaq bir-reqqa. Jiddubita li, jekk ikun hemm ammont kbir ta' flessibilità waqt il-proċess ta' implimentazzjoni, dan se jwassal għal aktar semplifikazzjoni; anzi pjuttost bil-kontra. Waqt li hemm bżonn ta' flessibilità għal xi korpi ta' finanzjament, il-maġġoranza tal-parteċipanti tibbenefika minn sett ċar ta' regoli affidabbli. L-introduzzjoni mill-ġdid ta' mudell ta' ftehim ta' għotja bħal punt ta' referenza standard għall-ftehimiet ta' għotja kollha, l-iċċarar ta' għadd ta' definizzjonijiet u dispożizzjonijiet u l-inklużjoni ta' Titolu ġdid "Dispożizzjonijiet Speċifiċi" li jinkludi artikoli ddedikati dwar il-premijiet, il-proċeduri ta' akkwist, l-istrumenti finanzjarji, l-istrument għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, is-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat u s-sħubijiet bejn entitajiet pubbliċi, huma proposti li huma mmirati lejn it-tisħiħ tal-ħsieb ta' "sett uniku ta' regoli".

Barra minn hekk, ir-Rapporteur jixtieq jara li l-programm Orizzont 2020 isir aktar aċċessibbli għall-applikanti ġodda u bla esperjenza. Il-ħolqien ta' portal ta' dħul wieħed u faċli biex jintuża, li jgħaqqad il-"pjanijiet ta' ħidma" tal-korpi ta' finanzjament fil-"programmi ta' ħidma" tal-Kummissjoni, kif ukoll gwida spjegattiva għall-proċess tal-għażla jidher li huma proposti utli għal dan il-għan.

Nindirizza l-ħtiġijiet reali tal-industrija

Ir-Rapporteur jibża li l-livell miżjud tar-rimborż għall-parteċipanti mill-industrija, kif propost attwalment mill-Kummissjoni, jista' jservi bħal kumpens finanzjarju għan-nuqqasijiet tal-programm li ma ġew indirizzati mod ieħor, biex b'hekk ikun hemm biss żieda kożmetika tas-sehem tal-industrija mill-baġit globali tal-programm Orizzont 2020 waqt li ma jiżdidx effettivament l-għadd ta' parteċipanti mill-industrija fil-proġetti.

Ir-Rapporteur għalhekk bi ħsiebu jindirizza l-ħtiġijiet ta' vera tal-parteċipanti mill-industrija. L-aktar miżura kruċjali f'dan ir-rigward hi l-iffissar ta' limitu espliċitu ta' sitt xhur għaż-"żmien sal-għotja". Iż-żmien isir fattur dejjem aktar importanti ġaladarba l-programm Orizzont 2020 hu mmirat biex irawwem l-innovazzjoni. Dan hu partikolarment veru għall-kumpaniji u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju innovattivi ħafna. Anke "żmien sal-għotja" aktar qasir hu prekundizzjoni biex jiġu attratti sħab ta' riċerka eċċellenti mid-dinja kollha – peress li l-internazzjonalizzjoni hi fattur ieħor li jista' jiġbed parteċipanti mill-industrija.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur jaħseb li l-inklużjoni ta' artikoli ddedikati dwar l-istrument għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji, għamel il-funzjonament ta' dawn l-istrumenti aktar ċar.

L-iċċarar ta' ċerti aspetti rigward id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, id-disseminazzjoni addizzjonali u l-obbligi ta' sfruttament, kif ukoll il-kunċett ta' "aċċess liberu" għandu jipprovdi lill-kumpaniji b'fehim aħjar ta' kif se jitħarsu l-interessi kummerċjali tagħhom meta jkunu qed jieħdu sehem fil-programm Orizzont 2020.

Fl-aħħar, għalkemm mhux l-inqas importanti, ir-Rapporteur ippropona diversi emendi biex jenfasizza l-possibilitajiet ta' kofinanzjament u l-użu magħqud tal-istrumenti tal-programm Orizzont 2020 għall-finanzjament ta' proġetti, waqt li jippermettu wkoll finanzjament kumulattiv, biex b'hekk jimmira li jkun hemm finanzjament fattibbli għall-proġetti ta' dimostrazzjoni fuq skala kbira b'mod partikulari.

  • [1]  Dokument informali tal-Kummissjoni "Horizon 2020 - Simplification of funding rules: Single reimbursement rate for all participants and activities and single flat rate for indirect costs", 19.4.2012.
  • [2]  Dokument informali tal-Kummissjoni “Horizon 2020: clarifications on some aspects of the Rules for Participation and Dissemination”, 29.5.2012.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (19.9.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f''Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)'
(COM(2011)0810 – C7‑0465/2011 –2011/0399(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sophocles Sophocleous

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - paragrafu 1 - subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’azzjonijiet taħt l-attività 'Soċjetajiet siguri' fi ħdan l-objettiv speċifiku 'Soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u siguri’, il-Kummissjoni tista' tagħmel disponibbli għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jew l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri kwalunkwe informazzjoni utli fil-pussess tagħha dwar riżultati ta’ parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni.

F’azzjonijiet taħt l-objettiv speċifiku 'Soċjetajiet siguri - Protezzjoni tal-libertà u s-sigurtà tal-Ewropa u ċ-ċittadini tagħha’, il-Kummissjoni tista' tagħmel disponibbli għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jew l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri kwalunkwe informazzjoni utli fil-pussess tagħha dwar riżultati ta’ parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-programm ta’ ħidma rilevanti jista' jirrestrinġi l-parteċipazzjoni fl-Orizzont 2020 jew partijiet minnu lill-entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi fejn il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali minn Stati Membri fil-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni tal-pajjiż terz jkunu kkunsidrati bħala ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni.

2. Il-programm ta’ ħidma rilevanti jista' jirrestrinġi l-parteċipazzjoni fl-Orizzont 2020 jew partijiet minnu lill-entitajiet legali li, bix-xogħol li jagħmlu, bl-objettivi li jsegwu, jew bil-postijiet fejn joperaw, jistgħu potenzjalment jostakolaw lill-Unjoni milli tissodisfa l-obbligi legali tagħha skont il-liġi internazzjonali.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Orizzont 2020 għandu jeskludi l-entitajiet legali (inkluż kwalunkwe entità affiljata) li l-parteċipazzjoni tagħhom, bl-objettivi li jsegwu, il-post fejn huma stabbiliti, in-natura jew is-sit tal-attivitajiet tagħhom, jistgħu jwasslu lill-Unjoni Ewropea tirrikonoxxihom bħala legali jew tagħtihom appoġġ jew għajnuna fiż-żamma ta' sitwazzjoni li nħolqot minn ksur serju tal-liġi internazzjonali (inkluża l-liġi internazzjonali umanitarja), fejn tali ksur ikun ġie stabbilit minn riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew minn sentenza jew opinjoni konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sejħiet konġunti għal proposti ma’ pajjiżi terzi jew mal-organizzazzjonijiet u l-aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jitniedu sabiex flimkien jiffinanzjaw azzjonijiet. Il-proposti għandhom jiġu evalwati u magħżula permezz ta’ proċeduri konġunti ta’ evalwazzjoni u ta’ għażla li jridu jiġu miftiehma. Proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ għażla bħal dawn għandhom jiżguraw konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Titolu VI tar-Regolament (UE) XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju] u jinvolvu grupp bilanċjat ta’ esperti indipendenti appuntati minn kull parti.

1. Sejħiet konġunti għal proposti ma’ pajjiżi terzi jew mal-organizzazzjonijiet u l-aġenziji xjentifiċi u teknoloġiċi tagħhom jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu jitniedu sabiex flimkien jiffinanzjaw azzjonijiet f'oqsma ta' valur miżjud Ewropew ċar. Il-proposti għandhom jiġu evalwati u magħżula permezz ta’ proċeduri konġunti ta’ evalwazzjoni u ta’ għażla li jridu jiġu miftiehma. Proċeduri ta’ evalwazzjoni u ta’ għażla bħal dawn għandhom jiżguraw konformità mal-prinċipji stabbiliti fit-Titolu VI tar-Regolament (UE) XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju] u jinvolvu grupp bilanċjat ta’ esperti indipendenti appuntati minn kull parti.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-għoti ta’ sub-kuntratti għat-twettiq ta’ ċerti elementi tal-azzjoni għandu jkun limitat għall-każijiet previsti fil-ftehim dwar l-għotja.

4. L-għoti ta’ sub-kuntratti għat-twettiq ta’ ċerti elementi tal-azzjoni għandu jkun limitat għall-każijiet previsti fil-ftehim dwar l-għotja. Ir-regoli tas-subkuntrattar tal-benefiċjarji ma għandhomx jiddiskriminaw fost l-Istati Membri.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. It-taxxa fuq il-valur miżjud (''VAT'') fejn ma tistax tiġi rkuprata taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli dwar il-VAT, għandha tikkostitwixxi spiża eliġibbli.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23a

 

Spejjeż diretti

 

L-ispejjeż diretti għandhom jiġu determinati skont il-prattiki komuni tal-kontabilità tal-ispejjeż tal-parteċipant.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-esperti indipendenti għandhom jiġu identifikati u magħżula abbażi ta’ sejħiet għall-applikazzjoni minn individwi u sejħiet indirizzati lil organizzazzjonijiet rilevanti bħal aġenziji nazzjonali ta’ riċerka, istituzzjonijiet ta’ riċerka, organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni jew impriżi bil-għan li tiġi stabbilita bażi tad-dejta ta’ kandidati.

L-esperti indipendenti għandhom jiġu identifikati u magħżula abbażi ta’ sejħiet għall-applikazzjoni minn individwi u sejħiet indirizzati lil organizzazzjonijiet rilevanti bħal aġenziji nazzjonali ta’ riċerka, istituzzjonijiet ta’ riċerka, universitajiet, organizzazzjonijiet ta’ standardizzazzjoni, organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili, jew impriżi bil-għan li tiġi stabbilita bażi tad-dejta ta’ kandidati.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi u diversità ġeografika meta jinħatru esperti indipendenti.

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat l-għarfien espert kif ukoll il-bilanċ bejn is-sessi u dak ġeografiku meta jinħatru esperti indipendenti.

PROĊEDURA

Titolu

Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0810 – C7-0465/2011 – 2011/0399(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.3.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Sophocles Sophocleous

4.9.2012

Rapporteur għal opinjoni sostitut(a)

Kyriakos Mavronikolas

Eżami fil-kumitat

21.6.2012

11.7.2012

17.9.2012

 

Data tal-adozzjoni

18.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jerzy Buzek, Tarja Cronberg, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Marietta Giannakou, Anna Ibrisagic, Liisa Jaakonsaari, Anneli Jäätteenmäki, Ioannis Kasoulides, Tunne Kelam, Maria Eleni Koppa, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Mario Mauro, Francisco José Millán Mon, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Norica Nicolai, Raimon Obiols, Kristiina Ojuland, Justas Vincas Paleckis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Cristian Dan Preda, Fiorello Provera, György Schöpflin, Werner Schulz, Marek Siwiec, Sophocles Sophocleous, Charles Tannock, Inese Vaidere, Geoffrey Van Orden, Sir Graham Watson

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Christian Ehler, Diogo Feio, Kinga Gál, Emilio Menéndez del Valle, Norbert Neuser, Alf Svensson, Indrek Tarand

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Martin Ehrenhauser, Judith Sargentini

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (5.9.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f''Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)'
(COM(2011)0810 – C7‑0465/2011 – 2011/0399(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Bill Newton Dunn

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni fil-programm Orizzont 2020 hu element wieħed mill-pakkett ta' proposti li jistabbilixxu l-programm ta' riċerka u innovazzjoni tal-UE għall-2014-2020. It-test jistabbilixxi r-regoli li permezz tagħhom tipi differenti ta' fondi jistgħu jingħataw li uħud mill-entitajiet għal riċerka u għal attivitajiet ta' appoġġ relatati, u li permezz tagħhom ir-riżultati ta' dik ir-riċerka jistgħu jiġu ċċirkulati u sfruttati.

Ir-Rapporteur jemmen li l-interess tal-Kumitat għall-Iżvilupp fir-rigward ta' din il-proposta jinsab filli jiżgura li Orizzont 2020 ikun miftuħ għal atturi f'pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li l-enfasi dwar eċċellenza fir-riċerka Ewropea u l-istrateġija Ewropa 2020 ma twassalx għal pożizzjoni ta' 'Ewropa Fortizza'.

Sabiex l-UE tkun mexxejja globali fir-riċerka u l-innovazzjoni jeħtiġilha taħdem ma' atturi mid-dinja kollha, tieħu mill-esperjenza speċifika tagħhom, u tindirizza sfidi globali. B'dan il-mod il-programm Orizzont 2020 se jikkontribwixxi biex jindirizza sfidi bħas-saħħa u t-tibdil fil-klima, filwaqt li wkoll ikompli jibni l-kapaċità tar-riċerka u t-tagħrif f'pajjżi terzi. Dan kollu hu ta' benefiċċju reċiproku għall-UE u l-pajjiżi terzi sħab tagħha u jaderixxi mal-prinċipju tal-Koerenza Politika għall-Iżvilupp. Barra minn hekk, il-kollaborazzjoni fil-qasam tar-riċerka jista' jkun forma utli ta' kooperazzjoni għal dawk il-pajjiżi - partikolarment dawk bi dħul intermedju - li jistgħu ma jkunux għadhom jibbenefikaw mill-għajnuna bilaterali tal-UE fil-qafas il-ġdid tal-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp 2014-2020.

Ir-Rapporteur jilqa' l-proposti li jissimplifikaw ir-regoli u jsaħħu l-parteċipazzjoni tal-SME: ħafna SMEs jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet innovattivi għall-isfidi tas-soċjetà u l-esperjenza tagħhom tista' tkun utilizzata sew. Ir-Rapporteur jilqa' l-metodi ta' fondi flessibbli introdotti li jinkludu inċentivi, u jilqa' wkoll il-prinċipju ta' sostenn kontinwu għal aċċess miftuħ għall-pubblikazzjonijiet ta' riċerka.

Madankollu, iħoss li r-Regoli jistgħu jiġu msaħħa u ċċarati aktar biex jippromovu aħjar l-interessi tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Għal dan l-għan, dan l-abbozz ta' opinjoni jixtieq jiżgura li r-riċerkaturi, l-istituti ta' riċerka u n-negozji minn pajjiżi inqas żviluppati jkunu jistgħu jippateċipaw fi proġetti finanzjati permezz tal-programm ta' riċerka, kif ukoll minn Sħubijiet Pubbliċi u Privati u minn Sħubijiet bejn Entitajiet Pubbliċi.

Għandu wkoll l-għan jiżgura li r-riżultati ta' kwalunkwe riċerka, inkluż dejta u innovazzzjonijiet, ikunu aċċessibbli għal dawn l-entitajiet u għal entatajiet oħra tas-soċjetà ċivili.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Dawn ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti biex jiżguraw l-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli, billi jikkunsidraw il-ħtieġa ta’ aċċess faċli mill-parteċipanti kollha, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, permezz ta’ proċeduri ssemplifikati. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni tista' tiġi pprovduta permezz ta’ forom differenti.

(9) Dawn ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti biex jiżguraw l-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli, billi jikkunsidraw il-ħtieġa ta’ aċċess faċli mill-parteċipanti kollha, b’mod partikolari impriżi żgħar u medji u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi dawk li jaħdmu għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, permezz ta’ proċeduri ssimplifikati. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni tista' tiġi pprovduta permezz ta’ forom differenti.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-Fond ta’ Garanzija għall-parteċipanti stabbilit permezz tar-Regolament Nru 1906/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) u ġestit mill-Kummissjoni ta prova li huwa mekkaniżmu ta’ salvagwardja importanti li jtaffi r-riskji assoċjati mal-ammonti dovuti u mhux rimborżati minn parteċipanti f’kontumaċja. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit Fond ta’ Garanzija għall-parteċipanti (il-Fond) ġdid. Sabiex tkun żgurata ġestjoni aktar effiċjenti u kopertura aħjar tar-riskju tal-parteċipanti, il-Fond għandu jkopri azzjonijiet taħt il-programm stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE, taħt il-programm stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunill tat-18 ta’ Diċembru 2006 rigward is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u l-attivitajiet ta' taħriġ (2007 sa 2011), taħt il-programm stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta X 2011 li tistabilixxi Programm Qafas tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2012-2013) kif ukoll azzjonijiet taħt ir-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020] u r-Regolament (Euratom) Nru XX/XX tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 [Euratom H2020]. Programmi ġestiti minn entitajiet oħra apparti l-korpi tal-Unjoni ma għandhomx ikunu koperti mill-Fond.

(16) Il-Fond ta’ Garanzija għall-parteċipanti stabbilit permezz tar-Regolament Nru 1906/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri tar-riċerka, universitajiet u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) u ġestit mill-Kummissjoni ta prova li huwa mekkaniżmu ta’ salvagwardja importanti li jtaffi r-riskji assoċjati mal-ammonti dovuti u mhux rimborżati minn parteċipanti f’kontumaċja. Għalhekk, għandu jiġi stabbilit Fond ta’ Garanzija għall-parteċipanti (il-Fond) ġdid. Sabiex tkun żgurata ġestjoni aktar effiċjenti u kopertura aħjar tar-riskju tal-parteċipanti, il-Fond għandu jkopri azzjonijiet taħt il-programm stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE, taħt il-programm stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunill tat-18 ta’ Diċembru 2006 rigward is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) għar-riċerka nukleari u l-attivitajiet ta' taħriġ (2007 sa 2011), taħt il-programm stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill ta X 2011 li tistabilixxi Programm Qafas tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2012-2013) kif ukoll azzjonijiet taħt ir-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020] u r-Regolament (Euratom) Nru XX/XX tal-Kunsill dwar il-Programm ta’ Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (2014-2018) li jikkumplimenta l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 [Euratom H2020]. Programmi ġestiti minn entitajiet oħra apparti l-korpi tal-Unjoni ma għandhomx ikunu koperti mill-Fond.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-isfruttar u d-disseminazzjoni tar-riżultati li jiżguraw li l-parteċipanti jipproteġu, jisfruttaw u jiddiseminaw dawk ir-riżultati kif xieraq, b’mod partikolari l-possibbiltà ta’ kundizzjonijiet tal-isfruttar addizzjonali fl-interess strateġiku Ewropew.

(19) Għandhom jiġu stabbiliti regoli li jamministraw l-isfruttar u d-disseminazzjoni tar-riżultati li jiżguraw li l-parteċipanti jipproteġu, jisfruttaw u jiddiseminaw dawk ir-riżultati kif xieraq, b’mod partikolari r-regoli għall-aċċess miftuħ għar-riżultati u d-dejta, jew il-kundizzjonijiet tal-isfruttar, id-disseminazzjoni jew il-liċenzjar addizzjonali fl-interess strateġiku Ewropew, jew sabiex ikunu indizzati l-isfidi tas-soċjetà fejn l-interessi pubbliċi globali predominanti jkunu involuti.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' sfidi soċjetali maġġuri bħal pereżempju l-ġlieda kontra l-viruses u l-epidemiji, il-mitigazzjoni tal-bidla fil-klima, il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, eċċ, hemm interess pubbliku predominanti fid-disseminazzjoni rapida u wiesgħa tar-riżultati u fl-aċċessibilità universali għall-prodotti tar-riċerka fil-fruntieri permezz ta' liċenzjar xieraq.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19d) Ir-riċerka u l-innovazzjoni kollha jibnu fuq il-kapaċità tax-xjentisti, l-istituzzjonijiet tar-riċerka, in-negozji u ċ-ċittadini madwar id-dinja li jaċċedu b’mod miftuħ kif ukoll li jaqsmu u jużaw l-informazzjoni xjentifika. Dan huwa partikolarment importanti għall-atturi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fejn il-kapaċità ta' riċerka lokali teħtieġ li titjieb u li l-kollaborazzjoni tagħhom mal-Unjoni se tgħin fl-indirizzar ta' sfidi globali komuni u tikkontribwixxi għall-eċċellenza tal-Unjoni fir-riċerka. Sabiex jiżdiedu ċ-ċirkulazzjoni u l-isfruttar tal-għarfien, aċċess miftuħ bla ħlas għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi, diġà mħaddna fis-Seba’ Programm Kwadru, għandu jkun il-prinċipju ġenerali għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi li jirċievu finanzjament pubbliku mill-Orizzont 2020. Barra minn hekk, l-Orizzont 2020 għandu jippromwovi l-aċċess miftuħ għal dejta xjentifika oħra prodotta jew miġbura minn riċerka ffinanzjata pubblikament, skont id-drittijiet tal-proprjetà intelletwali, biex b'hekk l-aċċess miftuħ għal tali dejta jsir ir-regola ġenerali sal-2020.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b) Mudelli ta' liċenzjar speċifiċi bbażati fuq obbligi soċjali li huma marbuta mar-riċerka ffinanzjata mill-kontribwenti għandhom jiġu promossi għal riżultati li jikkonċernaw teknoloġiji li għandhom-potenzjal li jindirizzaw sfidi soċjetali maġġuri, pereżempju l-iżvilupp ta' teknoloġija medika ġdida (pereżempju mediċini, miżuri dijanjostiċi jew tilqim) jew teknoloġiji li jiġġieldu kontra l-bidla fil-klima.

Ġustifikazzjoni

Il-mudelli ta' liċenzjar bħal pereżempju "Liċenzjar għall-Aċċess Ekwu", "Liċenzjar Soċjalment Responsabbli" jew "Liċenzjar għall-Aċċess Globali" żviluppati minn universitajiet, istituzzjonijiet pubbliċi jew NGOs jikkorrispondu għal implimentazzjoni ta' kuntratti ta' liċenzjar li għandhom l-għan li jimmassimizzaw il-benefiċċju soċjetali tar-riżultati tar-riċerka.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 19c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19c) Ir-regoli għandhom jiżguraw aċċess liberu għall-pubblikazzjonijiet xjentifiċi min-naħa tar-riċerkaturi, istituzzjonijiet ta' riċerka, negozji u ċittadini ta' pajjiżi terzi u, fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-aċċess liberu għar-riċerka li tista' tkun utli biex jiġu indirizzati sfidi li jikkonċernaw is-saħħa u l-ġlieda kontra l-ġuħ u l-malnutrizzjoni.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 19d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19d) Fil-proċess tal-għażla tal-proposti, il-kriterju ta' impatt għandu jinkludi l-punt potenzjali ta' disseminazzjoni u d-disponibilità pubblika tar-riżultati u d-dejta tar-riċerka, filwaqt li tingħata prijorità lil proġetti li potenzjalment jinvolvu disseminazzjoni usa' u l-isfruttar tar-riżultati.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 19e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19e) L-istabbiliment ta' għadd ta' privattivi għandu jiġi nkoraġġit sabiex jippermetti l-kondiviżjoni ta' dejta xjentifika bi privattiva u jżid sforzi kollaborattivi u kooperazzjoni tar-R&D dwar ħtiġijiet teknoloġiċi speċifiċi, partikolarment fil-kuntest tal-isfidi Ewropej jew soċjetali globali.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) 'disseminazzjoni' tfisser l-iżvelar pubbliku tar-riżultati permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq (minbarra dawk li jirriżultaw mill-protezzjoni jew tal-isfruttar tar-riżultati), inkluż permezz tal-pubblikazzjoni fi kwalunkwe mezz;

(7) 'disseminazzjoni' tfisser l-iżvelar pubbliku tar-riżultati permezz ta’ kwalunkwe mezz xieraq (minbarra dawk li jirriżultaw mill-protezzjoni jew tal-isfruttar tar-riżultati), inkluż permezz tal-pubblikazzjoni fi kwalunkwe mezz ta' artikli li jippreżentaw ir-riżultat tar-riċerka bħal pereżempju pubblikazzjonijiet xjentifiċi f'ġurnali riveduti mill-pari;

Ġustifikazzjoni

Il-pubblikazzjoni tar-riżultati tar-riċerka hija parti essenzjali tal-metodu xjentifiku. Jekk huma jkunu qegħdin jiddeskrivu esperimenti jew kalkoli, huma jeħtieġu jipprovdu biżżejjed dettalji sabiex riċerkatur indipendenti jkun jista' jirrepeti l-esperiment jew il-kalkolu biex jivverifika r-riżultati.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) 'sfruttar/sfruttament' tfisser l-użu dirett tar-riżultati għall-iżvilupp, il-ħolqien u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott jew proċess, jew għall-ħolqien jew il-forniment ta' servizz;

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) 'kundizzjonijiet ġusti u raġonevoli' tfisser termini, inklużi kundizzjonijiet ħielsa mir-royalties, li jikkunsidraw iċ-ċirkustanzi speċifiċi tat-talba għal aċċess u/jew l-ambitu, id-dewmien jew karatteristiċi oħra tal-użu previst;

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) 'entità legali’ tfisser impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet, li jinkludu kwalunkwe persuna fiżika, jew kwalunkwe persuna legali maħluqa taħt il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità legali u li tista', meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi;

(10) 'entità legali’ tfisser impriżi, ċentri ta’ riċerka u universitajiet, li jinkludu kwalunkwe persuna fiżika, jew kwalunkwe persuna legali maħluqa taħt il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità legali u li tista', meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, inklużi organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' profitt u tas-soċjetà ċivili;

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha, meta mitluba, tagħmel disponibbli lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, kwlaunkwe Stat Membru jew pajjiż assoċjat, kwalunkwe informazzjoni utli fil-pussess tagħha dwar riżultati ta’ parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni, sakemm iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha, meta mitluba, tagħmel disponibbli lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, kwalunkwe Stat Membru, pajjiż assoċjat jew pajjiż terz, kwalunkwe informazzjoni utli fil-pussess tagħha dwar riżultati ġġenerati minn parteċipant f'azzjoni li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni, sakemm iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-programm ta’ ħidma rilevanti jista' jirrestrinġi l-parteċipazzjoni fl-Orizzont 2020 jew partijiet minnu lill-entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi fejn il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni ta’ entitajiet legali minn Stati Membri fil-programmi ta’ riċerka u innovazzjoni tal-pajjiż terz jkunu kkunsidrati bħala ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni.

2. Il-programm ta’ ħidma rilevanti għandu jirrestrinġi u jeskludi l-parteċipazzjoni fl-Orizzont 2020 jew partijiet minnu.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a) entitajiet legali (inkluża kwalunkwe entità affiljata) li l-parteċipazzjoni tagħhom, minħabba l-objettivi li jsegwu, il-post ta’ stabbiliment tagħhom, in-natura u s-sit tal-attivitajiet tagħhom, iġġiegħel lill-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi bħala legali jew tipprovdi għajnuna jew assistenza fiż-żamma ta' sitwazzjoni maħluqa minn ksur serju ta' liġi internazzjonali (inkluża l-liġi umanitarja internazzjonali) fejn dan il-ksur ikun stabbilit b’riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti jew b’sentenza jew opinjoni konsultattiva tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) impriżi stabbiliti f'pajjiż terz fejn dak il-pajjiż terz jippromwovi lilu nnifsu bħala ċentru finanzjarju off-shore jew fejn ma jkunx hemm taxxi jew taxxi nominali biss, fejn ikun hemm nuqqas ta' skambju effikaċi ta' informazzjoni ma' awtoritajiet tat-taxxa barranin, fejn ikun hemm nuqqas ta' trasparenza fir-rigward tad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, ġudizzjarji jew amministrattivi, jew fejn ikun hemm rekwiżit għal presenza lokali sostantiva;

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c) entitajiet legali stabbiliti f'pajjiżi terzi fejn il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni tal-entitajiet legali mill-Istati Membri fil-programmi ta' riċerka u innovazzjoni ta' dak il-pajjiż terz ikunu kkunsidrati bħala preġudizzjali għall-interessi tal-Unjoni.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ azzjonijiet għal riċerka fil-fruntieri tal-għarfien tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC), l-istrument ta’ SME, azzjonijiet kofinanzjati tal-programm u f’każijiet ġustifikati pprovduti fil-programm ta’ ħidma jew il-pjan ta’ ħidma, il-kundizzjoni minima għandha tkun il-parteċipazzjoni ta’ entità legali waħda stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat.

3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ azzjonijiet għal riċerka fil-fruntieri tal-għarfien tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERC), l-istrument ta’ SME, azzjonijiet kofinanzjati tal-programm u f’każijiet ġustifikati oħra pprovduti fil-programm ta’ ħidma jew il-pjan ta’ ħidma, il-kundizzjoni minima għandha tkun il-parteċipazzjoni ta’ entità legali waħda stabbilita fi Stat Membru jew pajjiż assoċjat, dejjem jekk l-entità legali tista' tikkompeti b'mod transkonfinali u qed tindirizza l-isfidi soċjetali li huma ta' natura globali u jinkludu dimensjoni Ewropea.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ u azzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ mobilità, il-kundizzjonijiet minimi għandhom ikunu l-parteċipazzjoni ta’ entità legali waħda.

4. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, fil-każ ta’ azzjonijiet ta’ koordinazzjoni u ta’ appoġġ u azzjonijiet ta’ taħriġ u ta’ mobilità, il-kundizzjonijiet minimi għandhom ikunu l-parteċipazzjoni ta’ entità legali waħda, dejjem jekk l-entità legali tista' tikkompeti b'mod transkonfinali u qed tindirizza l-isfidi soċjetali li huma ta' natura globali u jinkludu dimensjoni Ewropea.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn jixraq, il-proposti għandhom jinkludu pjan abbozzat għall-isfruttar u d-disseminazzjoni tar-riżultati.

1. Fejn jixraq, il-proposti għandhom jinkludu pjan abbozzat għall-isfruttar tar-riżultati, kull meta l-isfruttar ikun mistenni jew meħtieġ bħala parti mis-sejħa, kif ukoll pjan għad-disseminazzjoni tar-riżultati.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Kwalunkwe proposta għal riċerka li għandha potenzjal għal żvilupp addizzjonali f'teknoloġija medika ġdida, partikolarment relatata ma' mard rari, ma' mard relatat ma' faqar u li ġie ttraskurat, inklużi trattamenti, tilqim jew dijanjostika medika, għandha tinkludi kunsiderazzjoni tal-istrateġiji biex tiżgura d-disseminazzjoni u l-isfruttar minnufih u kemm jista' jkun wiesa' tat-teknoloġija u l-aċċess għalih, fejn in-nuqqas tal-aċċess għat-teknoloġija jista' jkun ta' theddida għas-saħħa pubblika.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-kriterju ta' impatt għandu jinkludi l-punt potenzjali ta' disseminazzjoni u d-disponibilità pubblika tar-riżultati u d-dejta tar-riċerka, filwaqt li tingħata prijorità lil proġetti li potenzjalment jinvolvu disseminazzjoni usa' u l-isfruttar tar-riżultati.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-ftehim tal-għotja jista’ jistabbilixxi drittijiet u obbligi tal-parteċipanti fir-rigward tad-drittijiet tal-aċċess, l-isfruttar u d-disseminazzjoni, addizzjonalment ma’ dawk stabbiliti permezz ta’ dan ir-Regolament.

3. Il-ftehim tal-għotja jista’ jistabbilixxi drittijiet u obbligi tal-parteċipanti fir-rigward tad-drittijiet tal-aċċess, l-isfruttar u d-disseminazzjoni, addizzjonalment ma’ dawk stabbiliti permezz ta’ dan ir-Regolament. Dawn id-drittijiet u l-obbligi addizzjonali, fejn xieraq u b'kunsiderazzjoni kemm tal-ħtieġa għall-kooperazzjoni internazzjonali biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali kif ukoll tal-objettivi esterni u ta' żvilupp tal-Unjoni, għandhom l-għan li jiżguraw id-disseminazzjoni, l-isfruttar u l-liċenzjar l-aktar wiesa' possibbli tar-riżultati għar-residenti tal-UE u dawk mhux tal-UE permezz ta' strateġiji ta' liċenzjar soċjalment responsabbli.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi u diversità ġeografika meta jinħatru esperti indipendenti.

Għandhom jittieħdu miżuri xierqa biex jiġi żgurat bilanċ bejn l-interessi kollha involuti u biex jinstab bilanċ bejn is-sessi u diversità ġeografika meta jinħatru esperti indipendenti.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni jew il-korp rilevanti ta’ finanzjament għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li l-espert ma jiġix iffaċċjat b’kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-kwistjoni li dwarha l-espert ikun meħtieġ jipprovdi opinjoni.

3. Il-Kummissjoni jew il-korp rilevanti ta’ finanzjament għandhom jieħdu l-passi neċessarji kollha biex jiżguraw li l-espert ma jiġix iffaċċjat b’kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-kwistjoni li dwarha l-espert ikun meħtieġ jipprovdi opinjoni, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni tad-dikjarazzjoni sħiħa tal-attivitajiet professjonali u l-interessi finanzjarji tagħhom, bħal pereżempju privattivi u parteċipazzjonijiet. Partijiet interessati jew persuni b'kunflitti ta' interess għandhom ikunu pprojbiti milli jipparteċipaw "b'mod indipendenti".

Emenda  26

Proposta għal regolament

Kapitolu VIIa ­ titolu (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kapitolu VIIa

 

KAŻIJIET SPEĊIFIĊI

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 37a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 37a

 

Sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat

 

1. F'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020], il-programm Orizzont 2020 jista' jiġi implimentat permezz ta' sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat, sakemm is-sħab kollha kkonċernati jimpenjaw ruħhom li jappoġġaw l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-programm Orizzont 2020.

 

2. Is-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat għandhom jiġu identifikati b'mod miftuħ u trasparenti abbażi tal-valutazzjoni tal-esperti indipendenti f'konformità mal-Artikolu 37 ta' dan ir-Regolament. Din il-valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq dawn il-kriterji kollha:

 

(a) il-valur miżjud tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni;

 

(b) l-iskala tal-impatt fuq il-kompetittività industrijali, it-tkabbir sostenibbli u l-kwistjonijiet soċjoekonomiċi;

 

3. Il-Kummissjoni tista' tgħaddi kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja lil sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat, sakemm il-kriterji li ġejjin ikunu ssodisfati u stabbiliti fi ftehim kuntrattwali:

 

(a) l-impenn fit-tul tas-sħab kollha abbażi ta' viżjoni kondiviża u ta' objettivi definiti b’mod ċar;

 

(b) l-iskala tar-riżorsi involuti, u l-abbiltà li jiġu ingranati investimenti addizzjonali fir-riċerka u l-innovazzjoni;

 

(c) definizzjoni ċara tar-rwoli għal kull wieħed mis-sħab u indikaturi fundamentali miftiehma tal-prestazzjoni matul il-perjodu magħżul.

 

4. Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni tas-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat li jkunu nħolqu jew ġew iffinanzjati taħt il-programm Orizzont 2020 għandhom jikkonformaw kompletament mar-Regolament (UE) Nru XX/XX [ir-Regolament Finanzjarju], kif ukoll mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, ħlief fejn jirrikjedu mod ieħor il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. Kwalunkwe devjazzjoni mir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament tiġi mniżżla fi ftehim kuntrattwali.

 

5. Ir-regoli dwar is-sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat jistgħu jiddevjaw mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni sakemm l-atti li jistabilixxu dawn il-korpi f'konformità mal-Artikolu 1a(2) tar-Regolamenti tal-Persunal ma jipprevedux għal applikazzjoni tar-Regolamenti tal-Persunal.

 

6. L-involviment tal-Unjoni f'dawk is-sħubijiet jista’ jkun f'waħda mill-forom li ġejjin:

 

(a) kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Unjoni għal impriżi konġunti stabbiliti abbażi tal-Artikolu 187 TFUE taħt is-Seba’ Programm Kwadru, suġġett għall-emenda tal-atti bażiċi tagħhom; għas-sħubijiet ġodda bejn is-settur pubbliku u dak privat stabbiliti abbażi tal-Artikolu 187 TFUE; u għall-korpi ta’ finanzjament oħra imsemmijin fl-Artikolu [55(1)(b)(v) jew (vii)] tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [ir-Regolament Finanzjarju]. Din il-forma ta’ sħubijiet għandha tiġi implimentata biss fejn l-ambitu tal-objettivi li qed jiġu segwiti u l-iskala tar-riżorsi meħtieġa jiġġustifikawha;

 

(b) id-dħul fi ftehim kuntrattwali bejn is-sħab imsemmija fil-paragrafu 1, li jispeċifika l-objettivi tas-sħubija, l-impenji rispettivi tas-sħab, l-indikaturi fundamentali tal-prestazzjoni, u l-eżiti li għandhom jitwasslu, inkluż l-identifikazzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni li jirrikjedu appoġġ mill-programm Orizzont 2020.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 37b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 37b

 

Sħubijiet bejn entitajiet pubbliċi

 

1. Ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw ukoll għas-sħubijiet bejn entitajiet pubbliċi kif imsemmi fl-Artikolu [20] tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020].

 

2. Is-sħubijiet bejn entitajiet pubbliċi ffinanzjati permezz tal-istrument ERA-NET jistgħu jkunu eliġibbli għall-kofinanzjament taħt il-programm Orizzont 2020, sakemm jitwettqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) livell sinifikattiv ta' impenji finanzjarji preċedenti tal-entitajiet parteċipanti għas-sejħiet u l-azzjonijiet konġunti;

 

(b) regoli u modalitajiet ta' implimentazzjoni armonizzati tas-sejħiet u l-azzjonijiet konġunti;

 

3. Is-sħubijiet bejn entitajiet pubbliċi jistgħu jiġu appoġġati fi ħdan jew tul il-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 5(2), tar-Regolament (UE) Nru XX/XX [Orizzont 2020].

 

4. L-Inizjattivi ta' Programmar Konġunt f'konformità mal-Artikolu 185 TFUE jistgħu jkunu eliġibbli għal kofinanzjament taħt il-programm Orizzont 2020, sakemm jitwettqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) ħtieġa eżistenti għal struttura ta' implimentazzjoni dedikata bbażata fuq l-Artikolu 185 TFUE;

 

(b) livell għoli ta' impenn mill-pajjiżi parteċipanti lejn l-integrazzjoni fil-livelli xjentifiċi, maniġerjali u finanzjarji;

 

(c) il-valur miżjud tal-azzjoni fil-livell tal-Unjoni;

 

(d) il-massa kritika fir-rigward tad-daqs u l-għadd ta’ programmi involuti, kemm l-attivitajiet ikunu simili għal xulxin, u l-proporzon ta’ riċerka rilevanti li jkopru.

 

5. Il-Kummissjoni tista' tgħaddi kompiti ta' implimentazzjoni baġitarja lil Inizjattiva ta' Programmar Konġunt, sakemm il-kriterji li ġejjin ikunu ssodisfati u stabbiliti fi ftehim:

 

(a) definizzjoni ċara tal-objettiv li se jiġi insegwit u r-rilevanza tiegħu għall-objettivi tal-programm Orizzont 2020 u l-objettivi aktar estensivi tal-politika tal-Unjoni;

 

(b) impenji finanzjarji ċari tal-pajjiżi parteċipanti, inklużi impenji minn qabel biex jinġabru investimenti nazzjonali u/jew reġjonali għar-riċerka u l-innovazzjoni transnazzjonali;

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għandu jingħata kumpens ġust u raġonevoli lis-sidien konġunti l-oħra.

(b) il-kumpens għandu jkun ġust u raġonevoli, jekk il-kumpens ikun mitlub mis-sidien konġunti għall-għoti ta' liċenzji lil partijiet terzi biex jisfruttaw ir-riżultati bi sjieda konġunta.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Minkejja d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu, il-parteċipanti jistgħu jaqblu dwar allokazzjoni differenti ta' sjieda tar-riżultati.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni ma għandux l-intenzjoni li jipproteġi r-riżultati ġġenerati minnu għal raġunijiet minbarra l-impossibbiltà taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali jew in-nuqqas ta’ potenzjal għal sfruttar kummerċjali, u sakemm il-parteċipant ma għandux l-intenzjoni li jitrasferixxihom lil entità legali oħra stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat fid-dawl tal-protezzjoni tagħhom, għandu jinforma lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ finanzjament qabel ma sseħħ xi disseminazzjoni relatata ma’ dawn ir-riżultati. Il-Kummissjoni għan-nom tal-Unjoni jew tal-korp ta’ finanzjament tista' tassumi pussess ta’ dawn ir-riżultati u tieħu l-passi neċessarji għall-protezzjoni adegwata tagħhom.

Fejn parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni ma għandux l-intenzjoni li jipproteġi r-riżultati ġġenerati minnu, għandu jinforma lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ finanzjament qabel ma sseħħ xi disseminazzjoni relatata ma’ dawn ir-riżultati. Il-Kummissjoni għan-nom tal-Unjoni jew tal-korp ta’ finanzjament tista' tassumi pussess ta’ dawn ir-riżultati u tieħu l-passi neċessarji għall-protezzjoni adegwata tagħhom, b'kunsiderazzjoni tal-interess pubbliku u bil-għan li tiġi mmassimizzata d-disseminazzjoni tar-riżultati.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jistgħu jiġu stabbiliti obbligi addizzjonali ta’ użu fil-ftehim dwar l-għotja. Kull obbligu addizzjonali bħal dan għandu jiġi indikat fil-programm ta’ ħidma jew fil-pjan ta’ ħidma.

Jistgħu jiġu stabbiliti obbligi addizzjonali ta’ użu fil-ftehim dwar l-għotja. Kull obbligu addizzjonali bħal dan għandu jiġi indikat fil-programm ta’ ħidma jew fil-pjan ta’ ħidma. Meta titwettaq riċerka f'qasam rilevanti għall-indirizzar tal-isfidi soċjetali bħal pereżempju s-saħħa jew il-bidla fil-klima, dawn l-obbligi addizzjonali għandu jkollhom l-għan li jiżguraw l-adozzjoni kemm jista' jkun wiesgħa ta' soluzzjonijiet innovattivi skont id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, fl-aħjar interess pubbliku, kemm ġewwa l-Unjoni kif ukoll barra, u l-liċenzjar tar-riżultati lill-partijiet terzi għandu, awtomatikament, iseħħ fuq termini mhux esklużivi.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jistgħu jiġu stabbiliti obbligi addizzjonali ta’ disseminazzjoni fil-ftehim dwar l-għotja.

Jistgħu jiġu stabbiliti obbligi addizzjonali ta’ disseminazzjoni fil-ftehim dwar l-għotja. Meta titwettaq riċerka f'qasam rilevanti għall-indirizzar tal-isfidi soċjetali bħal pereżempju s-saħħa jew il-bidla fil-klima, dawn l-obbligi addizzjonali għandu jkollhom l-għan li jiżguraw l-aċċessibilità tar-riżultati tar-riċerka għal dawk l-aktar affettwati mill-isfida soċjetali speċifika, filwaqt li fl-istess ħin jiġu rispettati d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward ta’ disseminazzjoni permezz ta’ pubblikazzjonijiet ta’ riċerka, l-aċċess miftuħ għandu japplika taħt it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim dwar l-għotja. Fir-rigward ta’ disseminazzjoni ta’ riżultati oħra, inkluż dejta dwar riċerka, il-ftehim dwar l-għotja jista' jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet skont liema għandu jiġi pprovdut l-aċċess miftuħ għal tali riżultati, b’mod partikolari fil-fruntieri tar-riċerka tal-KER jew f’oqsma xierqa oħra.

Fir-rigward ta’ disseminazzjoni permezz ta’ pubblikazzjonijiet ta’ riċerka, l-aċċess miftuħ għandu japplika taħt it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim dwar l-għotja. Fir-rigward ta’ disseminazzjoni ta’ riżultati oħra, inkluż dejta dwar riċerka, il-ftehim dwar l-għotja jista' jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet skont liema għandu jiġi pprovdut l-aċċess miftuħ għal tali riżultati, b’mod partikolari fil-fruntieri tar-riċerka tal-KER jew f’oqsma xierqa oħra inkluż dawk li għandhom importanza għall-iżvilupp sostenibbli ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw jew l-inqas żviluppati.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-proposti għandu jkollhom pjan ta' ġestjoni u pjan dwar il-kondiviżjoni ta' dejta u riżultati oħra biex jiġi żgurat li jkunu disponibbli b'mod wiesa' u liberu kemm jista' jkun, filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-possibilità tal-ħtieġa ta' użu esklużiv tar-riżultati ta' riċerka.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull parteċipant għandu jirrapporta lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ finanzjament bl-attivitajiet tiegħu relatati mal-isfruttar u d-disseminazzjoni. Għall-finijiet tal-monitoraġġ u tad-disseminazzjoni mill-Kummissjoni jew mill-korp ta’ finanzjament, il-parteċipanti għandhom jipprovdu kull informazzjoni u dokument utli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim dwar l-għotja.

3. Kull parteċipant għandu jirrapporta lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ finanzjament bl-attivitajiet tiegħu relatati mal-isfruttar u d-disseminazzjoni. Għall-finijiet tal-monitoraġġ u tad-disseminazzjoni mill-Kummissjoni jew mill-korp ta’ finanzjament, il-parteċipanti għandhom jipprovdu kull informazzjoni u dokument utli skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim dwar l-għotja. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, dawn ir-rapporti għandhom ikunu disponibbli pubblikament.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sakemm jista' jiġi eżerċitat kull dritt ta’ aċċess għar-riżultati u li kull obbligu addizzjonali ta’ użu jiġi mħares, il-parteċipant li għandu l-pussess tar-riżultati jista' jagħti liċenzji jew inkella jagħti d-dritt lil xi entità legali li tużahom, inkluż fuq bażi esklussiva.

2. Sakemm jista' jiġi eżerċitat kull dritt ta’ aċċess għar-riżultati u li kull obbligu addizzjonali ta’ użu jiġi mħares, il-parteċipant li għandu l-pussess tar-riżultati jista' jagħti liċenzji jew inkella jagħti d-dritt lil xi entità legali li tużahom. Il-possibilità li jingħataw liċenzji fuq bażi esklużiva għandha tkun eċċezzjonali u m'għandhiex tkun ta' kunflitt mal-objettiv tad-disseminazzjoni u l-isfruttar massimu tar-riżultati. Il-kundizzjonijiet għal tali liċenzji għandhom ikunu stabbiliti fil-ftehim ta' għoti.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fir-rigward ta’ riżultati ġġenerati minn parteċipanti li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni, il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament jistgħu joġġezzjonaw għal trasferimenti ta’ pussess jew għal għotjiet ta’ liċenzja esklussiva, lil partijiet terzi stabbiliti f’pajjiż terz li mhumiex assoċjati ma’ Orizzont 2020, jekk iqisu li l-għotja jew it-trasferiment mhumiex skont l-interessi tal-iżvilupp tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni jew mhumiex konsistenti mal-prinċipji etiċi jew ma’ kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà.

3. Fir-rigward ta’ riżultati ġġenerati minn parteċipanti li jkunu rċevew finanzjament mill-Unjoni, il-Kummissjoni jew il-korp ta’ finanzjament jistgħu joġġezzjonaw għal trasferimenti ta’ pussess jew għal għotjiet ta’ liċenzja esklużiva, lil partijiet terzi stabbiliti f’pajjiż terz li mhumiex assoċjati ma’ Orizzont 2020, jekk iqisu li l-għotja jew it-trasferiment mhumiex skont l-interessi tal-iżvilupp tal-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, tal-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà, jew mhumiex konsistenti mal-prinċipji etiċi jew ma’ kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-parteċipanti għandhom jidentifikaw l-isfond għall-azzjoni tagħhom bi kwalunkwe mod fi ftehim bil-miktub.

Il-parteċipanti għandhom jidentifikaw l-isfond neċessarju għall-azzjoni tagħhom bi kwalunkwe mod fi ftehim bil-miktub.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull talba biex jiġu eżerċitati drittijiet ta’ aċċess jew kull rinunzja ta’ drittijiet ta’ aċċess għandhom isiru bil-miktub.

1. Kull talba biex jiġu eżerċitati drittijiet ta’ aċċess jew kull rinunzja ta’ drittijiet ta’ aċċess għandhom isiru bil-miktub sakemm ma jkunx sar ftehim ieħor mill-parteċipanti.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Entità affiljata stabbilita fi Stat Membru jew f’pajjiż assoċjat għandu, sakemm ma jiġix previst b’mod ieħor fil-ftehim tal-konsorzju, ikollha wkoll drittijiet ta’ aċċess għal riżultati jew għal tagħrif eżistenti taħt l-istess kundizzjonijiet jekk dan l-aċċess ikun meħtieġ biex jintużaw ir-riżultati ġġenerati mill-parteċipant li miegħu hija affiljata.

3. Entità affiljata stabbilita fi Stat Membru, f'pajjiż assoċjat jew f’pajjiż terz assoċjat għandu, sakemm ma jiġix previst b’mod ieħor fil-ftehim tal-konsorzju, ikollha wkoll drittijiet ta’ aċċess għal riżultati jew għal tagħrif eżistenti taħt l-istess kundizzjonijiet jekk dan l-aċċess ikun meħtieġ biex jintużaw ir-riżultati ġġenerati mill-parteċipant li miegħu hija affiljata.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Skont il-paragrafi 1, 2 u 3 talba għal aċċess tista' ssir sa sena wara t-tmiem tal-azzjoni. Madankollu, il-parteċipanti jistgħu jiftiehmu fuq limitu differenti ta’ żmien.

4. Skont il-paragrafi 1, 2 u 3 talba għal aċċess tista' ssir fi kwalunkwe żmien. Madankollu, il-parteċipanti jistgħu jiftiehmu li jintroduċu limitu ta’ żmien f'każijiet eċċezzjonali fil-kuntest ta' azzjoni partikolari. Kwalunkwe limitu ta' żmien bħal dan għandu jqis in-natura tar-riżultati u l-iskop ta' drittijiet ta' aċċess bħal dawn.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 45a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 45

 

Drittijiet ta' Aċċess għal Partijiet Terzi

 

1. Wara t-tmiem tal-azzjoni, partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, taħt liċenzja, drittijiet ta' aċċess għar-riżultati tal-parteċipanti fl-azzjoni.

 

Drittijiet ta' aċċess bħal dawn għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklużiva taħt termini ġusti u raġonevoli, kif determinat fil-ftehim tal-konsorzju.

 

2. Wara t-tmiem tal-azzjoni, partijiet terzi għandu jkollhom id-dritt li jitolbu u jirċievu, taħt liċenzja, drittijiet ta' aċċess għall-isfond tal-parteċipanti, iżda biss sal-punt raġonevolment mitlub għal u biss għall-iskop ta' disseminazzjoni u sfruttar tar-riżultati.

 

Drittijiet ta' aċċess bħal dawn għandhom jingħataw fuq bażi mhux esklużiva taħt termini ġusti u raġonevoli, kif determinat fil-ftehim tal-konsorzju.

 

3. It-termini għal provvediment tad-drittijiet ta' aċċess skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu inklużi fil-ftehim tal-konsorzju u msemmija fil-ftehim ta' għoti. It-termini proposti għall-użu tar-riżultati minn partijiet terzi għall-fini ta' riċerka u l-isfond neċessarju għall-użu tar-riżultati għall-fini ta' riċerka għandhom jiġu riveduti bħala parti mill-evalwazzjoni tal-proposta.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. F'każ ta' innovazzjoni li tkun rilevanti ħafna għall-ħtiġijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluż fil-qasam tas-saħħa globali, il-Kummissjoni għandha tinkludi, fil-ftehim ta' għoti, kundizzjonijiet ta' liċenzjar biex jitjieb l-aċċess u jorħsu l-prezzijiet tal-prodotti bijomediċi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 48 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sjieda, id-drittijiet ta' aċċess, l-isfruttar u d-disseminazzjoni inkluż id-dispożizzjonijiet tal-liċenzjar, għandhom jiġu stabbiliti fil-kundizzjonijiet li jirregolaw l-għoti ta' premju, biex jiġi żgurat l-użu massimu tar-riżultati b'aċċess mifrux u bi prezz li jintlaħaq minn kulħadd tar-riżultati.

PROĊEDURI

Titolu

Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0810 – C7-0465/2011 – 2011/0399(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

10.5.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Bill Newton Dunn

27.3.2012

Eżami fil-kumitat

10.7.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

3.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Thijs Berman, Ricardo Cortés Lastra, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Catherine Grèze, Eva Joly, Filip Kaczmarek, Miguel Angel Martínez Martínez, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Keith Taylor, Patrice Tirolien, Anna Záborská, Iva Zanicchi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Santiago Fisas Ayxela, Enrique Guerrero Salom, Fiona Hall, Gesine Meissner, Horst Schnellhardt

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Prendergast

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (25.9.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f''Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)'
(COM(2011)0810 – C7‑0465/2011 – 2011/0399(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Nils Torvalds

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat bil-ħsieb li jikkontribwixxi direttament għall-ħolqien ta’ tmexxija industrijali, tkabbir u impjiegi fl-Ewropa u għandha tirrifletti l-viżjoni strateġika tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2010 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni “Innovazzjoni tal-Inizjattiva Ewlenija tal-Ewropa 2020” fejn il-Kummissjoni timpenja lilha nfisha biex tissimplifika l-aċċess għall-parteċipanti.

(2) Orizzont 2020 għandu jiġi implimentat bil-ħsieb li jikkontribwixxi direttament għall-eċċellenza fir-riċerka u fl-innovazzjoni, għall-ħolqien ta’ tmexxija industrijali, tkabbir u impjiegi fl-Ewropa u għandha tirrifletti l-viżjoni strateġika tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Ottubru 2010 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni “Innovazzjoni tal-Inizjattiva Ewlenija tal-Ewropa 2020” fejn il-Kummissjoni timpenja lilha nfisha biex tissimplifika l-aċċess għall-parteċipanti. Fl-istess ħin, Orizzont 2020 għandu jqis b’mod xieraq il-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn it-tipi differenti ta’ benefiċjarji.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Orizzont 2020 għandu jappoġġa l-ilħuq u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b’mod liberu, billi jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, b’mod partikolari permezz tal-applikazzjoni ta’ sett koerenti ta’ regoli.

(3) Orizzont 2020 għandu jappoġġa l-ilħuq u l-funzjonament taż-Żona Ewropea tar-Riċerka li fiha r-riċerkaturi, l-għarfien xjentifiku u t-teknoloġija jiċċirkolaw b’mod liberu, billi jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, b’mod partikolari permezz tal-applikazzjoni ta’ sett koerenti u trasparenti ta’ regoli.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom jirriflettu b’mod adegwat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, kif inhuma mqassra fir-"Rapport dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka", u l-Kunsill fir-rigward tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti amministrattivi u finanzjarji tal-programmi qafas ta’ riċerka. Ir-regoli għandhom jagħtu kontinwità għall-miżuri ta’ simplifikazzjoni diġà implimentati taħt id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) u aktar progress fit-tnaqqis tal-piż amministrattiv għal parteċipanti u l-kumplessità tad-dispożizzjonijiet finanzjarji sabiex jonqsu l-iżbalji finanzjarji. Ir-regoli għandhom ukoll iqisu t-tħassib u r-rakkomnadazzjonijiet mill-komunità tar-riċerka li jirriżultaw mid-dibatitu li nbeda permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fid-29 ta’ April 2010 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni – “Is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi qafas tar-riċerka”, u l-Green Paper sussegwenti tad-9 ta’ Frar 2011 “Il-bidla ta’ sfidi f’opportunitajiet: Lejn Qafas Strateġiku Komuni għall-finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE".

(4) Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom jirriflettu b’mod adegwat ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew, kif inhuma mqassra fir-"Rapport dwar is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-Programmi Qafas tar-Riċerka", u l-Kunsill fir-rigward tas-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti amministrattivi u finanzjarji tal-programmi qafas ta’ riċerka. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titlu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva1, il-Parlament Ewropew talab ukoll simplifikazzjoni radikali fil-finanzjament tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni filwaqt li enfasizza li kwalunkwe żieda fil-fondi għandha tkun marbuta ma’ simplifikazzjoni radikali tal-proċeduri tal-finanzjament. Ir-regoli għandhom jagħtu kontinwità għall-miżuri ta’ simplifikazzjoni diġà implimentati taħt id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) u aktar progress fit-tnaqqis tal-piż amministrattiv għal parteċipanti u l-kumplessità tad-dispożizzjonijiet finanzjarji sabiex tkun faċilitata l-parteċipazzjoni u jonqsu l-iżbalji finanzjarji. Ir-regoli għandhom ukoll iqisu t-tħassib u r-rakkomandazzjonijiet mill-komunità tar-riċerka li jirriżultaw mid-dibatitu li nbeda permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fid-29 ta’ April 2010 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni – “Is-simplifikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi qafas tar-riċerka”, u l-Green Paper sussegwenti tad-9 ta’ Frar 2011 “Il-bidla ta’ sfidi f’opportunitajiet: Lejn Qafas Strateġiku Komuni għall-finanzjament tar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-UE". F’termini konkreti, ir-regoli simplifikati ġodda ta’ parteċipazzjoni u disseminazzjoni għandhom jimmiraw li jnaqqsu ż-żmien medju għall-għoti b’100 jum meta mqabbel mas-sitwazzjoni fl-2011 kif deskritta fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2011 lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni “Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020”2.

 

__________

 

Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

 

2 COM(2011) 808 finali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Sa mill-bidu nett, ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’Orizzont 2020 għandhom ikunu ċari u trasparenti u jiżguraw l-akbar parteċipazzjoni tal-SMEs li tkun possibbli. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ta’ kjarifika, ir-regoli, bħala prinċipju, għandhom jibqgħu validi waqt il-perjodu kollu tal-programm. Meta r-regoli għandhom jiġu adattati, dan m’għandux ikun għad-detriment tal-parteċipanti li l-proġett tagħhom ġie approvat fl-ambitu tas-sett ta’ regoli preċedenti. L-istruzzjonijiet rilevanti kollha u n-noti ta’ gwida għall-benefiċjarji u l-awdituri għandhom ikunu disponibbli mill-bidu tal-programm ’il quddiem.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Għandu jiġi żgurat approċċ integrat billi jinġabru flmkien attivitajiet koperti mis-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka, il-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-EIT) sabiex il-parteċipazzjoni tkun magħmula aktar faċli, jinħoloq sett aktar koerenti ta’ strumenti u jiżdied l-impatt xjentifiku u ekonomiku filwaqt li jiġu evitati d-dupplikazzjoni u l-frammentazzjoni. Għandhom japplikaw regoli komuni sabiex jiġi żgurat qafas koerenti li għandu jiffaċilita l-parteċipazzjoni fi programmi li jkunu qegħdin jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-baġit ta’ Orizzont 2020, inkluż il-parteċipazzjoni fi programmi ġestiti mill-EIT, impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra taħt l-Artikolu 187 tat-TFUE jew parteċipazzjoni fi programmi mwettqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 185 tat-TFUE. Madankollu, għandha tiġi żgurata l-flessibilità biex jiġu adottati regoli speċifiċi meta dawn ikunu ġustifikati mill-ħtiġijiet speċifiċi tal-azzjonijiet rispettivi u bil-kunsens tal-Kummissjoni.

(6) Għandu jiġi żgurat approċċ integrat billi jinġabru flmkien attivitajiet koperti mis-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka, il-Programm Qafas għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni u l-Istitut Ewropew għall-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (l-EIT) sabiex il-parteċipazzjoni tkun magħmula aktar faċli, jinħoloq sett aktar koerenti ta’ strumenti u jiżdied l-impatt xjentifiku u ekonomiku filwaqt li jiġu evitati d-dupplikazzjoni u l-frammentazzjoni. Għandhom japplikaw regoli komuni sabiex jiġi żgurat qafas koerenti li għandu jiffaċilita l-parteċipazzjoni fi programmi li jkunu qegħdin jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-baġit ta’ Orizzont 2020, inkluż il-parteċipazzjoni fi programmi ġestiti mill-EIT, impriżi konġunti jew kwalunkwe struttura oħra taħt l-Artikolu 187 tat-TFUE jew parteċipazzjoni fi programmi mwettqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 185 tat-TFUE. Madankollu, għandha tiġi żgurata l-flessibilità biex jiġu adottati regoli speċifiċi meta dawn ikunu ġustifikati min-natura speċifika tal-azzjonijiet rispettivi u mill-viċinanza tagħhom mas-suq u bil-kunsens tal-Kummissjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Dawn ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti biex jiżguraw l-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli, billi jikkunsidraw il-ħtieġa ta’ aċċess faċli mill-parteċipanti kollha, b’mod partikolari impriżi żgħar u medji, permezz ta’ proċeduri ssimplifikati. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni tista' tiġi pprovduta permezz ta’ forom differenti.

(9) Dawn ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti, komprensiv u trasparenti biex jiżguraw l-aktar implimentazzjoni effiċjenti possibbli, billi jikkunsidraw il-ħtieġa ta’ aċċess faċli mill-parteċipanti kollha, b’mod partikolari impriżi żgħar u medji, permezz ta’ proċeduri ssimplifikati. Orizzont 2020 għandu jiżgura tnaqqis sinifikanti fil-piż burokratiku għall-benefiċjarji. Għalhekk, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju, l-istandards internazzjonali taż-żamma tal-kontijiet u l-kriterji tal-eliġibbiltà, il-prattiki abitwali taż-żamma tal-kontijiet tal-ispejjeż tal-benefiċjarji għandhom jiġu aċċettati kemm jista’ jkun sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv. L-assistenza finanzjarja mill-Unjoni tista' tiġi pprovduta permezz ta’ forom differenti.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) L-SMEs jikkostitwixxu sors sinifikanti ta’ innovazzjoni u tkabbir fl-Ewropa u għalhekk għandha tiġi promossa u faċilitata b’mod attiv il-parteċipazzjoni b’saħħitha ta’ dawn l-entitajiet f’Orizzont 2020. Għal dan il-għan, l-użu ta’ definizzjoni unika ta’ SMEs skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2013 huwa ta’ importanza kbira rigward id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju1.

 

__________

 

1 ĠU L 124, 30.5.2003, p.36

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament mill-Unjoni lill-parteċipanti f’azzjonijiet taħt Orizzont 2020. Sabiex tonqos il-kumplessità tar-regoli eżistenti tal-finanzjament u ikun hemm aktar flessibbiltà lejn l-implimentazzjoni tal-proġett, għandha tiġi adottata sistema ta’ rimborż tal-ispiża simplifikata b’użu mtejjeb ta’ somom f’daqqa, rati fissi u spejjeż ta’ skala ta’ unità. Għall-finijiet ta’ simplifikazzjoni, għandha tiġi applikata rata unika ta’ rimborż għal kull tip ta’ azzjoni mingħajr ebda differenzjazzjoni skont it-tip ta’ parteċipant.

(12) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament mill-Unjoni lill-parteċipanti f’azzjonijiet taħt Orizzont 2020. Sabiex tonqos il-kumplessità tar-regoli eżistenti tal-finanzjament u ikun hemm aktar flessibbiltà lejn l-implimentazzjoni tal-proġett, għandha tiġi adottata sistema ta’ rimborż tal-ispiża simplifikata b’użu mtejjeb ta’ somom f’daqqa, rati fissi u spejjeż ta’ skala ta’ unità, inkluż rata unika ta’ rimborż għall-attivitajiet kollha, filwaqt li tippermetti differenzazzjoni skont it-tip ta’ benefiċjarju.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sfidi soċjali speċifiċi fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ forom ġodda ta’ finanzjament bħal premji, akkwist prekummerċjali u akkwist pubbliku ta’ soluzzjonijiet innovattivi li jeħtieġu regoli speċifiċi.

(13) Sfidi soċjali speċifiċi fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu jiġu indirizzati permezz ta’ forom ġodda ta’ finanzjament potenzjalment aktar effiċjenti bħal premji, akkwist prekummerċjali u akkwist pubbliku ta’ soluzzjonijiet innovattivi li jeħtieġu regoli speċifiċi kif ukoll użu mtejjeb u aktar immirat tal-istrumenti finanzjarji innovattivi. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jippruvaw iżidu l-viżibilità u l-aċċessibilità għall-partijiet interessati relevanti.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Dawn ir-regoli għandhom jiżguraw l-akbar trasparenza, responsabilità u skrutinju demokratiku tal-istrumenti finanzjarji innovattivi u l-mekkaniżmi li jinvolvu l-baġit tal-Unjoni, speċjalment rigward il-kontribut tagħhom, kemm dak mistenni u wkoll dak akkwistat, għall-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom ikunu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati matul iċ-ċiklu tan-nefqa.

(15) L-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom ikunu protetti permezz ta’ miżuri meħtieġa, proporzjonati u effiċjenti matul iċ-ċiklu tan-nefqa.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Sabiex titjieb it-trasparenza, għandhom jiġu ppubblikati l-ismijiet ta’ esperti li jkunu assistew lill-Kummissjoni jew korpi rilevanti tal-finanzjament fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fejn il-pubblikazzjoni tal-isem tkun tipperikola s-sigurtà jew l-integrità tal-espert indipendenti jew tkun tippreġudika bla bżonn il-privatezza tiegħu jew tagħha, il-Kummissjoni jew il-korpi ta’ finanzjament għandhom ikunu kapaċi jibqgħu lura milli jippubblikaw dawn l-ismijiet.

(17) Sabiex titjieb it-trasparenza, għandhom jiġu ppubblikati l-ismijiet tal-entitajiet ġuridiċi li ngħataw il-finanzjament u ta’ esperti li jkunu assistew lill-Kummissjoni jew korpi rilevanti tal-finanzjament fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fejn il-pubblikazzjoni tal-isem tkun tippreġudika b’mod ġustifikat l-interessi kummerċjali tal-parteċipant jew tipperikola s-sigurtà jew l-integrità tal-espert indipendenti jew tkun tippreġudika bla bżonn il-privatezza tiegħu jew tagħha, il-Kummissjoni jew il-korpi ta’ finanzjament għandhom ikunu kapaċi jibqgħu lura milli jippubblikaw dawn l-ismijiet.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Korp ta’ finanzjament jista' jistabbilixxi regoli li jitbiegħdu minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju] jekk ikun hemm provediment għal dan fl-att bażiku jew, soġġett għall-kunsens tal-Kummissjoni, jekk il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tagħha jeħtieġu hekk.

3. Korp ta’ finanzjament jista' jistabbilixxi regoli li jitbiegħdu minn dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament jew ir-Regolament (UE) Nru XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju] jekk ikun hemm provediment għal dan fl-att bażiku jew, soġġett għall-kunsens tal-Kummissjoni, jekk il-ħtiġijiet operattivi speċifiċi tagħha jeħtieġu hekk, u f’dak il-każ il-Kummissjoni għandha tinforma b’mod xieraq liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarji.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha, meta mitluba, tagħmel disponibbli lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, kwlaunkwe Stat Membru jew pajjiż assoċjat, kwalunkwe informazzjoni utli fil-pussess tagħha dwar riżultati ta’ parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni, sakemm iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ismijiet tar-reċipjenti tal-finanzjament tal-UE u, meta mitluba, tagħmel disponibbli lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, kwlaunkwe Stat Membru jew pajjiż assoċjat, kwalunkwe informazzjoni utli fil-pussess tagħha dwar riżultati ta’ parteċipant li jkun irċieva finanzjament mill-Unjoni, sakemm iż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin jiġu sodisfatti:

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) XX/2012 [Orizzont 2020], finanzjament jista' jieħu forma waħda jew diversi forom pprovduti mir-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Regolament Finanzjarju], b’mod partikolari għotjiet, premji, akkwisti u strumenti finanzjarji.

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) XX/2012 [Orizzont 2020], finanzjament jista' jieħu forma waħda jew diversi forom pprovduti mir-Regolament (UE) Nru XX/2012 [Regolament Finanzjarju], li tinkludi għotjiet, premji, akkwisti u strumenti finanzjarji.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Proposta li tikser il-prinċipji etiċi jew kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli, jew li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru XX/XX/UE [il-programm speċifiku], fil-programm ta’ ħidma jew fil-pjan ta’ ħidma jew fis-sejħa għall-proposti tista' tiġi eskluża mill-proċeduri ta’ evalwazzjoni, tal-għażla u tal-għotja fi kwalunkwe ħin.

3. Proposta li tikser il-prinċipji etiċi jew kwalunkwe leġiżlazzjoni applikabbli, jew li ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru XX/XX/UE [il-programm speċifiku], fil-programm ta’ ħidma jew fil-pjan ta’ ħidma jew fis-sejħa għall-proposti għandha tiġi eskluża mill-proċeduri ta’ evalwazzjoni, tal-għażla u tal-għotja.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għandha tiġi applikata rata unika ta’ rimborż tal-ispejjeż eliġibbli għal kull azzjoni għall-attivitajiet kollha ffinanzjati taħtha. Ir-rata massima għanda tiġi ffissata fil-programm ta’ ħidma jew fil-pjan ta’ ħidma.

3. Filwaqt li tippermetti differenzazzjoni li tiddependi fuq it-tip ta’ benefiċjarju, għandha tiġi applikata rata unika ta’ rimborż tal-ispejjeż eliġibbli għal kull azzjoni għall-attivitajiet kollha ffinanzjati taħtha. Ir-rata massima għanda tiġi ffissata fil-programm ta’ ħidma jew fil-pjan ta’ ħidma.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. F’konformità mar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju], l-istandards internazzjonali għaż-żamma tal-kontijiet u l-kriterji tal-eliġibbiltà, il-prattiki taż-żamma tal-kontijiet tal-ispejjeż tas-soltu tal-benefiċjarji għandhom jiġu kemm jista’ jkun aċċettati.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Spejjeż diretti eliġibbli tal-persunal jistgħu jiġu ffinanzjati abbażi ta’ skala ta’ kostijiet unitarji stabbilita skont il-prattiċi taż-żamma tal-kontijiet tal-ispiża tas-soltu tal-parteċipant, sakemm dawn ikunu konformi mal-kriterji kumulattivi li ġejjin:

2. Spejjeż diretti eliġibbli tal-persunal jistgħu jiġu ffinanzjati abbażi ta’ skala ta’ kostijiet unitarji stabbiliti bħala rati ta’ referenza għall-kategoriji differenti ta’ riċerkaturi, aġġornati mill-Kummissjoni fuq bażi annwali. Ir-rati huma differenzjati mill-pajjiżi u jinkisbu bl-applikazzjoni tal-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni għall-għoli tal-ħajja fil-pajjiż. L-iskali ta’ kostijiet unitarji għandhom ikunu konformi mal-kriterji kumulattivi li ġejjin:

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jiġu kkalkolati abbażi tat-total tal-ispejjeż attwali tal-persunal irreġistrati fil-kontijiet ġenerali tal-parteċipant li jistgħu jiġu aġġustati abbażi tal-elementi ibbaġitjati jew stmati skont il-kundizzjonijiet definiti mill-Kummissjoni;

imħassar

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 23;

(b) id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 23;

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jiżguraw konformità mar-rekwiżit ta’ mingħajr skop ta’ qligħ u l-evitar ta’ finanzjament doppju tal-ispejjeż;

(c) ir-rekwiżit ta’ mingħajr skop ta’ qligħ u l-evitar ta’ finanzjament doppju tal-ispejjeż;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jiġu kkalkolati b’kunsiderazzjoni xierqa għad-dispożizzjonijiet dwar is-sigħat produttivi fl-Artikolu 25.

(d) id-dispożizzjonijiet dwar is-sigħat produttivi fl-Artikolu 25.

PROĊEDURA

Titolu

Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0810 – C7-0465/2011 – 2011/0399(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

13.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Nils Torvalds

2.7.2012

Data tal-adozzjoni

6.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Richard Ashworth, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Jean Louis Cottigny, Jean-Luc Dehaene, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, George Lyon, Claudio Morganti, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Dominique Riquet, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Da Graça Carvalho, Edit Herczog, Jürgen Klute, Nils Torvalds

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Luigi Berlinguer

PROĊEDURA

Titolu

Ir-regoli għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni f’Il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni - Orizzont 2020 (2014-2020)

Referenzi

COM(2011)0810 – C7-0465/2011 – 2011/0399(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

30.11.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.12.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.3.2012

DEVE

10.5.2012

BUDG

13.12.2011

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Christian Ehler

20.1.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.1.2012

19.6.2012

17.9.2012

8.10.2012

Data tal-adozzjoni

28.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Vicky Ford, Gaston Franco, Adam Gierek, András Gyürk, Fiona Hall, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Jens Rohde, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Catherine Trautmann, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Yves Cochet, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Seán Kelly, Werner Langen, Vladimír Remek, Peter Skinner, Silvia-Adriana Ţicău

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexandra Thein

Data tat-tressiq

19.12.2012