RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur

21.12.2012 - (COM(2011)0856 – C7‑0487/2011 – 2011/0409(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Miroslav Ouzký


Proċedura : 2011/0409(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0435/2012

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur

(COM(2011)0856 – C7‑0487/2011 – 2011/0409(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0856),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0487/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' April 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0435/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda                      1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha jrid jiġi żgurat il-moviment liberu tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dak il-għan ġiet stabbilita sistema komprensiva tal-Unjoni għall-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u s-sistemi tal-egżost tagħhom fir-rigward tal-livelli permissibbli tal-ħoss għandhom jiġu armonizzati sabiex tiġi evitata l-adozzjoni ta’ rekwiżiti li huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor u sabiex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern filwaqt li, fl-istess ħin, ikun hemm livell għoli ta’ ħarsien ambjentali u sikurezza pubblika.

(1) Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha jrid jiġi żgurat il-moviment liberu tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dak il-għan ġiet stabbilita sistema komprensiva tal-Unjoni għall-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur, peress li l-vetturi tat-triq huma l-akbar għajn ta’ storbju fis-settur tat-trasport. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u s-sistemi tal-egżost tagħhom fir-rigward tal-livelli permissibbli tal-ħoss għandhom jiġu armonizzati sabiex tiġi evitata l-adozzjoni ta’ rekwiżiti li huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor u sabiex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern filwaqt li, fl-istess ħin, ikun hemm livell għoli ta’ ħarsien ambjentali u sikurezza pubblika, kif ukoll kwalità ta’ għajxien u saħħa aħjar. Il-Kummissjoni għandha wkoll twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar il-kundizzjonijiet tat-tikkettar applikabbli għal-livelli tat-tniġġis tal-arja u l-istorbju. Din il-valutazzjoni tal-impatt għandha tqis it-tipi differenti ta' vetturi koperti b'dan ir-Regolament (inklużi vetturi elettriċi) kif ukoll l-effett li tali tikkettar jista’ jkollu fuq l-industrija tal-karozzi. Tali tikkettar jista’ jitqies għodda utli għas-sensibilizzazzjoni fost il-konsumaturi u għall-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom fir-rigward tat-trasparenza qabel ix-xiri ta’ vettura.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE diġà japplikaw għall-finijiet tal-leġiżlazzjoni relevanti tal-UE li tirregola l-emissjonijiet tas-CO2 inklużi r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi1, ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief2, ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi3, ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief4. Ir-rekwiżiti tekniċi li japplikaw għal-leġiżlazzjoni tal-UE li tirregola l-emissjonijiet tas-CO2 u l-valuri ta’ limitu ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi li jniġġsu għandhom ikunu konsistenti mar-rekwiżiti li japplikaw għal-leġiżlazzjoni li tirregola t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ħsejjes. Ir-rekwiżiti ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għaldaqstant għandhom jiġu stabbiliti b’mod li jiżgura li dawn l-għanijiet doppji jintlaħqu.

 

_________________

 

1 ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1

 

2 ĠU L 140, 5.6.2009, p. 1.

 

3 ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1

 

4 ĠU L 145, 31.5.2011, p. 1

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri tekniċi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 jinkludu miżuri biex jitnaqqas il-piż ta' vettura, filwaqt li l-miżuri tekniċi biex jitnaqqas il-ħoss permezz tal-iżolament akustiku normalment iżidu l-piż tal-vettura u jżidu l-emissjonijiet tas-CO2. Barra minn hekk, l-iżolament akustiku jnaqqas il-ħoss filwaqt li fl-istess ħin iżid ir-riskju li l-magna tieħu n-nar.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-istorbju tat-traffiku jaffettwa ħażin is-saħħa tal-bniedem f'ħafna modi. Stress marbut mal-espożizzjoni fit-tul għall-istorbju jista' jwassal għal għejja fiżika, ifixkel il-kapaċità regolatorja tal-funzjonijiet tal-organi u b'hekk jillimita l-effikaċja tagħhom. L-istorbju tat-traffiku huwa fattur ta' riskju potenzjali għall-iżvilupp ta' kundizzjonijiet u inċidenti mediċi bħalma huma l-pressjoni għolja u l-attakki tal-qalb. Għandha ssir riċerka ulterjuri dwar l-effetti fl-istess spirtu kif previst mid-Direttiva 2002/49/KE dwar il-ħsejjes ambjentali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jintroduċi metodu differenti fir-rigward ta’ wieħed obbligatorju tad-Direttiva 70/157/KEE. Dan il-metodu għandu jkun ibbażat fuq il-metodu ppubblikat mill-Grupp ta’Ħidma dwar l-Istorbju tal-UNECE (GRB) fl-2007 li inkorpora verżjoni tal-2007 tal-istandard ISO 362. Ir-riżultati tal-monitoraġġ ta’ kemm il-metodu tal-ittestjar il-qadim kif ukoll dak ġdid ġew sottomessi lill-Kummissjoni.

(6) Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jintroduċi metodu differenti fir-rigward ta’ dak obbligatorju tad-Direttiva 70/157/KEE. Dan il-metodu għandu jkun ibbażat fuq il-metodu ppubblikat mill-Grupp ta’Ħidma dwar l-Istorbju tal-UNECE (GRB) fl-2007 li inkorpora verżjoni tal-2007 tal-istandard ISO 362. Ir-riżultati tal-monitoraġġ ta’ kemm il-metodu tal-ittestjar il-qadim kif ukoll dak ġdid ġew sottomessi lill-Kummissjoni. Barra minn hekk, sabiex jingħelbu n-nuqqasijiet inerenti fil-metodu tal-ittestjar preċedenti, il-Kummissjoni għandha, fi żmien 24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, tressaq valutazzjoni tal-impatt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kontribut effettiv ta' tagħmir relatat mad-dawrien tat-tajers għat-tnaqqis tal-livell tal-istorbju tal-vetturi, li tiffoka fuq l-impatt fuq l-uċuħ tat-toroq, u l-ħtiġijiet ta' riċerka f'dan il-qasam speċifiku, fid-dawl ta’ adozzjoni ta' metodu ta' ttestjar Ewropew ġdid li jqis ukoll kif jirreaġixxu l-uċuħ tat-toroq.

Ġustifikazzjoni

It-tip u l-kwalità tal-uċuħ tat-toroq għandhom impatt ukoll fuq l-emissjonijiet tal-ħoss tat-traffiku fit-toroq. Għalhekk jinħtieġ approċċ Ewropew globali li jqis il-prestazzjoni akustika tal-uċuħ tat-toroq.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Dan ir-Regolament għandu wkoll ikompli jnaqqas il-limiti tal-istorbju. Dan għandu jqis ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom, li introduċa rekwiżiti ġodda u aktar stretti dwar l-istorbju tat-tajers tal-vetturi bil-mutur. Għandha tingħata attenzjoni lil dawk l-istudji li jenfasizzaw il-fastidju u l-effetti fuq is-saħħa li jkollu l-istorbju ġġenerat mit-traffiku fit-triq, u l-ispejjeż u l-benefiċċji assoċjati miegħu.

(8) Dan ir-Regolament għandu wkoll ikompli jnaqqas il-limiti tal-istorbju. Dan għandu jqis ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom, li introduċa rekwiżiti ġodda u aktar stretti dwar l-istorbju tat-tajers tal-vetturi bil-mutur u li enfasizza l-ħtieġa li jkun hemm approċċ koerenti u komprensiv biex tiġi indirizzata l-problema tal-istorbju tat-toroq, inkluż billi jitqies il-kontribut sinifikanti li jagħmlu l-uċuħ tat-toroq għall-istorbju tat-toroq. Dan l-approċċ orizzontali se jnaqqas b'mod aktar effiċjenti l-istorbju ġenerali ġġenerat mit-traffiku fit-triq meta mqabbel ma' approċċ settorjali u vertikali. It-tnaqqis tal-istorbju tat-traffiku fit-toroq għandu jitqies ukoll bħala objettiv tas-saħħa pubblika, fid-dawl ta' studji li jenfasizzaw il-fastidju u l-effetti fuq is-saħħa li jkollu l-istorbju ġġenerat mit-traffiku fit-triq, u l-ispejjeż u l-benefiċċji. Dan ir-Regolament għandu jqis ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-tajers ikunu tikkettati fir-rigward tal-prestazzjoni tal-ħoss tagħhom. Barra minn hekk, għandha titqies il-komparabbiltà tal-mezzi tat-trasport mill-aspett ta' storbju ambjentali.

Ġustifikazzjoni

It-tip u l-kwalità tal-uċuħ tat-toroq għandhom impatt ukoll fuq l-emissjonijiet tal-ħoss tat-traffiku fit-toroq. Għalhekk jeħtieġ approċċ globali Ewropew li jqis il-prestazzjoni akustika tal-uċuħ tat-toroq.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Il-Kummissjoni għandha tippubblika linji gwida għal toroq "silenzjużi", għall-awtoritajiet tat-toroq sabiex tipprovdilhom strument utli biex ikunu konformi ma' rekwiżiti għal infrastruttura tat-toroq aktar sostenibbli.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) Is-Sitt Programm ta' Azzjoni Ambjentali stabbilixxa l-qafas għat-tfassil tal-politika ambjentali fl-UE għall-perjodu 2002-2012. Il-programm talab azzjonijiet fil-qasam tal-istorbju biex "inaqqsu b'mod sostanzjali n-numru ta' nies regolarment affettwati minn livelli medji tal-istorbju fit-tul, b'mod partikolari dak iġġenerat mit-traffiku".

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament għandu jkun konformi mal-miri u l-ambizzjonijiet preċedenti tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 8c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c) Il-miżuri tekniċi li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-ħoss tal-vetturi bil-mutur jeħtieġu jissodisfaw sett ta' rekwiżiti konkorrenti, bħalma huma dawk li jnaqqsu l-istorbju u l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu u jtejbu s-sikurezza filwaqt li fl-istess ħin il-vettura inkwistjoni tinżamm kemm jista’ jkun irħisa u effikaċi. Biex tissodisfa bl-istess mod dawn ir-rekwiżiti kollha u żżomm bilanċ bejniethom, l-industrija tal-karozzi ta’ spiss tħabbat wiċċha mal-limiti ta’ dak li hu fiżikament possibbli attwalment. Fil-każ tal-iżvilupp awtomobilistiku, dejjem kien possibbli li dan il-limitu jiġi xxiftjat permezz tal-użu ta’ materjali u ta’ metodi aktar moderni u innovattivi. Sabiex ikun hemm il-possibilità ta’ innovazzjoni, jeħtieġ li jkun hemm qafas ċar u ffundat fiż-żmien mill-aspett leġiżlattiv. Dan ir-Regolament jistabbilixxi eżattament tali qafas u b'hekk jipprovdi inċentiv immedjat għall-innovazzjoni b’konformità mal-ħtiġijiet tas-soċjetà, filwaqt li fl-istess ħin ma jillimita bl-ebda mod il-libertà ekonomika tant vitali għall-industrija .

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 8d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8d) It-tniġġis tal-istorbju huwa primarjament problema lokali li teħtieġ soluzzjoni fil-livell tal-Unjoni. L-ewwel pass ta’ kwalunkwe politika sostenibbli fir-rigward tal-emissjonijiet tal-istorbju għandu jkun dak li jiġu stabbiliti miżuri mmirati lejn is-sors tal-ħoss. Is-sors tal-istorbju tal-vetturi, li għalih jirreferi dan ir-Regolament, huwa sors kompletament mobbli, għalhekk il-miżuri nazzjonali esklussivi ma jistgħux jaffrontawh b’mod xieraq.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 8e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8e) Jistgħu jittieħdu passi maġġuri biex l-infrastruttura tiġi żviluppata/imtejba b’tali mod li jimmassimizza t-tnaqqis tal-istorbju tal-vetturi, bħal pereżempju permezz tal-użu fuq skala kbira ta’ lqugħ kontra l-istorbju.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)L-għoti ta' informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-ħoss lill-konsumaturi, lill-maniġers tal-flotot tal-karozzi u lill-awtoritajiet pubbliċi jista' jinfluwenza d-deċiżjonijiet ta' xiri u jħaffef il-bidla għal flotta tal-vetturi aktar silenzjuża. Sabiex tingħata l-informazzjoni meħtieġa lill-konsumaturi, il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-livelli tal-istorbju tal-vetturi b'konformità mal-metodi armonizzati ta' ttestjar fil-punt tal-bejgħ u fil-materjal promozzjonali tekniku. Tikketta li tkun komparabbli għat-tikketti użati għall-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil u l-istorbju tat-tajers, għandha tinforma lill-konsumaturi dwar l-emissjonijiet tal-ħoss ta' vettura.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) Sabiex jitnaqqas l-istorbju tat-traffiku, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jistabbilixxu miżuri u inċentivi biex jitħaffef ix-xiri u l-użu ta' vetturi anqas storbjużi.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet nazzjonali u muniċipali jistgħu jixtiequ li jipproponi inċentivi, bħal standards dwar akkwist pubbliku jew li jippermettu li vetturi anqas storbjużi jkollhom aċċess preferenzjali għal ċerti żoni jew ħinijiet ta' konsenja, biex iħeġġu x-xiri u l-użu ta' vetturi anqas storbjużi, bħala mezz biex jitnaqqas l-istorbju tat-traffiku f'żoni sensittivi jew f'hotspots identifikati fil-mapep tal-istorbju meħtieġa skont id-Direttiva 2002/49/KE li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p.12).

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 9c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c) Il-livelli tal-istorbju tal-vetturi huma parzjalment dipendenti fuq l-ambjent li fihom ikunu qed jivvjaġġaw il-vetturi, b’mod partikolari l-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq u l-ġestjoni intelliġenti tas-sistemi tat-traffiku fit-toroq. Għandha tiġi kkunsidrata, għalhekk, l-adozzjoni ta’ approċċ integrat, b’mod partikolari fiż-żoni urbani l-aktar storbjużi u f’każijiet fejn tinħtieġ azzjoni ta’ malajr.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 9d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9d) F’dak li jirrigwarda l-karozzi, fi vjaġġ li jsir b’veloċità medja ta’ inqas minn 45 km/h, jippredomina l-istorbju tal-magna u tas-sistema tal-egżost, fil-każ ta’ vjaġġi b’veloċità aktar minn 45 km/h, jiddomina l-istorbju tat-tajers u tar-riħ. Dan l-istorbju huwa preżenti indipendentement mit-tip ta’ magna u mill-prestazzjoni tagħha. L-iżvilupp tal-vetturi sa mis-sebgħinijiet għamilha possibbli li jinbnew magni ħafna aktar silenzjużi, iżda bħala medja, aktar qawwija u itqal. Minħabba dan tal-aħħar, u sabiex ikun hemm aktar sigurtà tas-sewqan, kien hemm żieda fil-piż tal-vettura kollha, li kienet tinvolvi t-twessigħ tal-wiċċ ta’ kuntatt tat-tajers bl-għan li tiżdied l-istabilità tas-sewqan. It-twessigħ ta’ tali wċuħ jinvolvi żieda fl-istorbju tat-tidwir tat-tajers tal-vettura.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 9e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9e) L-istorbju huwa kwistjoni multidimensjonali b'diversi sorsi u fatturi li jaffettwaw il-ħoss li jesperjenzaw il-persuni u l-impatt tiegħu fuqhom. Il-leġiżlazzjoni biex jitnaqqas l-istorbju tat-traffiku teħtieġ li tirrifletti dawn l-aspetti billi tqis, l-istorbju ġġenerat mill-magna, mit-tajers u mill-vettura, l-uċuħ tat-toroq, l-imġiba fis-sewqan u l-ġestjoni tat-traffiku u għandha tiġi indirizzata f’leġiżlazzjoni bħar-Regolament 1222/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra1 u d-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali2.

 

_______________

 

1 ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46.

 

2 ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-potenzjal ta' sistemi attivi ta' sikurezza f'vetturi aktar siekta bħalma huma l-vetturi ibridi u elettriċi biex isir konribut aħjar għall-objettiv li tittejjeb is-sikurezza ta' utenti vulnerabbli tat-toroq f'żoni urbani, bħal persuni mexjin fit-triq, ċiklisti u tfal għomja jew li jbagħtu viżwalment u mis-smigħ.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b) Il-livelli tal-istorbju ta’ vetturu għandhom impatt dirett fuq il-kwalità tal-għajxien taċ-ċittadini tal-UE, b’mod partikolari fiż-żoni urbani fejn hemm ftit jew xejn mezzi tat-trasport pubbliku li jaħdmu bl-elettriku u/jew taħt l-art, ċikliżmu jew mixi. Għandu jitqies ukoll l-objettiv li ffissa l-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2011 dwar Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport1, li jirdoppja l-għadd ta’ utenti tal-mezzi tat-trasport pubbliku. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, jippromwovu t-trasport pubbliku, il-mixi u ċ-ċikliżmu, bl-għan li jitnaqqas it-tniġġis ikkawżat mill-istorbju fiż-żoni urbani.

 

__________________

 

1 Testi adottati f’dik id-data, P7_TA(2011)0584

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 10c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10c) It-tagħrif relatat mal-istorbju, inkluża data tat-testijiet, għandu jkun disponibbli u espost b'mod ċar fil-punti ta' bejgħ u fil-materjal promozzjonali għall-vetturi.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 10d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10d) Il-livell ta’ storbju ta’ vettura jiddependi parzjalment mill-mod ta’ kif tiġi użata u minn kemm tinżamm tajjeb wara li tkun inxtrat. F’dan ir-rigward, għandhom jittieħdu passi biex titqajjem kuxjenza pubblika fl-UE dwar kemm hu importanti li jiġi adottat stil ta' sewqan b’veloċità stabbli u li dak li jkun ma jaqbiżx il-limiti tal-veloċità li jkunu fis-seħħ f'kull Stat Membru.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissostitwixxi r-rekwiżiti tekniċi ta’ dan ir-Regolament b’referenza diretta għar-Regolamenti tal-UNECE Nru 51 u Nru 59 ġaladarba l-valuri ta’ limitu dwar il-metodu tal-ittestjar ġdid ikunu stipulati f’dawn ir-Regolamenti, jew biex tkun tista’ tadatta dawn ir-rekwiżiti għal żviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-Kummissjoni għandha tiġi delegata s-setgħa li tadotta atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emenda tad-dispożizzjonijiet fl-Annessi ma’ dan ir-Regolament dwar il-metodi tal-ittestjar u l-livelli ta' ħoss. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha. Meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(12) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tadatta r-rekwiżiti tekniċi ta’ dan ir-Regolament għal żviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-Kummissjoni għandha tiġi delegata s-setgħa li tadotta atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex temenda l-Annessi ta’ dan ir-Regolament relatati mal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-livell tal-ħoss tat-tipi ta' vetturi u tas-sistemi tal-egżost, il-metodi u l-istrumenti għall-kejl tal-istorbju li jagħmlu l-vetturi bil-mutur, is-sistemi tas-sajlenser, l-istorbju tal-arja kkumpressata, il-kontrolli tal-konformità tal-produzzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tas-siti tat-testjar, il-metodi ta’ kejl għal dispożizzjonijiet addizzjonali fir-rigward tal-emissjoni tal-ħsejjes, u l-miżuri li jiżguraw il-livell tal-ħoss tal-vetturi elettriċi u ibridi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex il-proposta tal-Kummissjoni tiġi allinjata mal-formulazzjoni standard ġdida rigward l-atti delegati, u sabiex jiġu speċifikati f’iktar dettall l-Annessi li għandhom ikunu jistgħu jiġu emendati permezz ta’ atti delegati.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-istorbju minn ras il-għajn, li hu l-għan ta’ dan ir-Regolament, huwa inferjuri għal dak tal-kisi tat-triq li jiġu f’kuntatt magħha t-tajers. It-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-istorbju fil-każ ta’ dan tal-aħħar, ikun ħafna aktar sempliċi mill-aspett tekniku. Minħabba d-disponibilità tat-tipi ta’ asfalt bħall-asfalt silenzjuż, l-asfalt bi kwalitajiet ta’ tnaqqis tal-istorbju jew l-asfalt ottimizzat għall-istorbju, li jiġu integrati f’approċċ olistiku li jikkombina diversi miżuri sempliċi tal-bini, lokalment jista’ jkun akkwistat tnaqqis ta’ madwar 10 dB. Dan l-approċċ effikaċi għal sorsi ta’ storbju esklussivament lokali ma jiġix ikkunsidrat fir-Regolament attwali għax l-applikazzjoni tkun ta’ strapazz kbir għall-baġits statali, speċjalment għall-entitajiet lokali. Fiż-żminijiet tal-kriżi finanzjarja, ikun diffiċli li dan ikun sostnut u dan jista’ jaffettwa, min-naħa l-oħra, is-setturi tal-politika reġjonali u strutturali.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) “tip ta' vettura” tfisser sett ta' vetturi kif iddefinit fl-Anness II Parti B mad-Direttiva 2007/46/KE.

(2) “tip ta' vettura” tfisser:

 

(i) għall-vetturi, ittestjati skont l-Anness II, paragrafu 4.1.2.1 sett ta' vetturi kif iddefinit fl-Anness II Parti B mad-Direttiva 2007/46/KE;

 

(ii) għall-vetturi, ittestjati skont l-Anness II, paragrafu 4.1.2.2 sett ta’ vetturi li mhumiex essenzjalment differenti f’tali aspetti bħalma huma:

 

– l-għamla jew il-materjali tal-qafas (partikolarment il-kompartament tal-magna u l-protezzjoni kontra l-ħsejjes tagħha);

 

– it-tip ta’ magna (pereżempju tqabbid bl-ispark plaggs jew tqabbid bil-kompressjoni, b’żewġ strowks jew b’erba’ strowks, b'pistun reċiprokanti jew rotatorju), in-numru u l-kapaċità taċ-ċilindri, it-tip ta’ sistema ta’ injezzjoni, l-arranġament tal-valvoli, il-veloċità kklassifikata tal-magna (S), jew it-tip ta’ mutur elettriku.

 

– vetturi li għandhom l-istess tip ta’ magna u/jew rapporti ġenerali bejn il-gerijiet differenti, jistgħu jitqiesu bħala vetturi tal-istess tip.

 

Madankollu, jekk id-differenzi ta’ hawn fuq jipprevedu metodu tal-ittestjar differenti, dawn id-differenzi għandhom jitqiesu bħala bidla tat-tip.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) "punt tal-bejgħ" tfisser post fejn il-vetturi jinħażnu u jiġu offruti għall-bejgħ lill-konsumaturi;

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom aċċess għal informazzjoni relevanti meta jikkunsidraw ix-xiri ta' vettura, l-informazzjoni dwar il-ħoss tagħha għandha tkun disponibbli b'mod wiesa’ (it-test propost huwa konsistenti mal-Artikolu 3 tar-Regolament 122/2009 dwar it-tikkettar tat-tajers, inklużi l-emissjonijiet tal-ħoss).

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 21b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b) “materjal promozzjonali tekniku” tfisser fuljetti, katalogi u manwali tekniċi, (kemm jekk f’sura stampata, elettronika jew onlajn), kif ukoll siti fuq l-Internet, li l-għan tagħhom ikun li jippromwovu vetturi fost il-pubbliku ġenerali.

Ġustifikazzjoni

Bl-għan li jiġi żgurat li l-konsumaturi għandhom aċċess għat-tagħrif relevanti kollu meta jkunu qed jaħsbuha jixtrux vettura, it-tagħrif dwar il-livelli tal-ħoss għandu jitqiegħed għad-disponibilità tagħhom b’mod kemm jista’ jkun mifrux.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta jkunu qegħdin iwettqu verifiki tekniċi fuq il-vetturi, l-Istati Membri għandhom ikejlu l-livell tal-istorbju abbażi ta' data fl-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal kull tip ta' vettura.

Ġustifikazzjoni

Meta jkunu qegħdin iwettqu verifiki tekniċi obbligatorji fuq il-vetturi (biex jaċċertaw li l-emissjonijiet tal-istorbju ta' vettura ma jaqbżux il-livelli permessi), l-Istati Membri għandhom jużaw id-data dwar livelli ta' storbju fl-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal kull tip ta' vettura aktar milli xi kriterji oħra.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4b

 

Monitoraġġ

 

L-Istati Membri għandhom, b'konformità mar-Regolament KE (Nru) 765/2008, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti1, jiggarantixxu l-monitoraġġ effettiv tas-suq tagħhom. Għandhom jagħmlu kontrolli adegwati fuq il-karatteristiċi ta' prodotti fuq skala adegwata, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament KE (Nru) 765/2008

 

_______________

 

1 ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30.

Ġustifikazzjoni

For the purpose of good functioning of the internal market and healthy competition among industries, it is important to guarantee a high level of market observance both for products circulating within the Community and products entering from outside the EEA. Therefore Member States and their respective Market Monitoring bodies are called to check and monitor the fulfilment of requirements set out in this Regulation. This is extremely important in order to satisfy the requirements of protection of public interests such as health and safety in general, health and safety in the workplace, protection of consumers, the environment and security.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-manifatturi għandhom jassiguraw li s-sistema għat-tnaqqis tal-istorbju tkun imfassla, mibnija u mmuntata b’tali mod li tkun tista’ tirreżisti raġonevolment il-fenomeni korrożivi li tiġi esposta għalihom filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura.

2. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li s-sistema għat-tnaqqis tal-istorbju tkun imfassla, mibnija u mmuntata b’tali mod li tkun tista’ tirreżisti raġonevolment il-fenomeni korrożivi li tiġi esposta għalihom filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u d-differenzi tal-klimi reġjonali.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II ma għandux jaqbeż il-limiti stipulati fl-Anness III.

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar stipulati fl-Anness II għandhom iqisu l-kundizzjonijiet tipiċi tas-sewqan fit-triq u r-rekwiżiti tal-ittestjar tal-komponenti essenzjali oħra tal-vettura, li diġà ġew koperti mir-Regolament (KE) Nru 661/2009. Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II u mqarreb għall-eqreb numru sħiħ ma għandux jaqbeż il-limiti stipulati fl-Anness III.

Ġustifikazzjoni

In accordance with better regulation principles, it is important to ensure that the testing conditions of this Regulation do not unduly impact on part manufacturers which have already made significant steps towards reducing noise emissions, in particular the tyre industry. In this context the accuracy of testing conditions needs to be underlined and “typical on-road driving conditions” should be stated as the condition for validating the limits set down in Annex III. In order to align this proposal with other EU noise legislation, the measured sound values should be reported in a systematic way. All regulations report the final result in full integer values. It is proposed that this practice be maintained in this Regulation.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien tliet snin wara d-data msemmija fl-Anness III, it-tielet kolonna, fażi 1, ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq studju ddettaljat biex taċċerta jekk il-limiti tal-istorbju jkunux xierqa jew le. Abbażi tal-konklużjonijiet tal-istudju, il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, tippreżenta l-proposti għall-emenda ta’ dan ir-Regolament.

Wara d-data msemmija fl-Anness III, it-tielet kolonna, fażi 1, ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tlesti rieżami tal-limiti tal-istorbju fl-Anness III. Dak ir-rieżami għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatt li tinkludi valutazzjoni ġenerali tal-impatt fuq l-industrija tal-karozzi u b'mod partikolari fuq l-industriji li jiddependu minnha, filwaqt li titqies l-influwenza ta' Regolamenti oħra - bħal dawk fil-qasam tat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2, u tas-sikurezza - fuq il-livell tal-ħoss ta' vetturi bil-mutur. Abbażi ta' tali rieżami u tal-valutazzjoni tal-impatt tagħha, il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tagħmel proposta sabiex temenda dan ir-Regolament b'mod li jkun newtrali kemm jista' jkun mill-aspett tal-kompetizzjoni. Il-valuri ta' limitu msemmija fl-Anness III, kolonna 4 Fażi 2, għandhom jidħlu fis-seħħ sitt snin wara l-konferma tal-valutazzjoni tal-impatt u t-tlestija tal-proċess ta' reviżjoni tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Għall-proposta inizjali tal-Kummissjoni ma kien hemm l-ebda valutazzjoni tal-impatt xierqa bbażata fuq il-klassifikazzjoni meħtieġa tal-vetturi ġodda. Għalhekk huwa meħtieġ b' urġenza li tintalab valutazzjoni tal-impatt qabel ma jittieħdu passi ulterjuri għal tnaqqis maġġuri. Wara t-tlestija tal-proċess ta' rieżami, il-valuri ta' limitu fil-fażi 2 jistgħu jidħlu fis-seħħ filwaqt li jirrispettaw iż-żmien meħtieġ, magħruf sew fl-industrija, għall-iżvilupp tekniku.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-proposti għal emendi għal dan ir-Regolament imressqa skont il-paragrafu 1 għandhom iqisu l-istandards il-ġodda stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, b’mod partikolari l-istandard ISO 10844:2011.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafi 1a u 1b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-vetturi għandhom awtomatikament jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Anness X jekk il-manifattur tal-vetturi jressaq id-dokumenti tekniċi lill-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip li juru d-differenza bejn il-veloċità massima u minima tal-magna tal-vetturi għal BB'17 ≤ 0,15 x S, għal kwalunkwe kundizzjoni ta' test fi ħdan il-firxa ta' kontroll ASEP iddefinita fil-punt 3.3. tal-Anness VIII rigward il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness II.

 

1b. Il-vetturi tal-kategorija N1 huma eżentati mill-ASEP jekk waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi sodisfatta:

 

(a) Il-kapaċità tal-magna ≤ 660 ccm u l-proporzjon bejn il-potenza u l-massa PMR ikkalkulati bl-użu tal-massa tal-vettura massima awtorizzata ≤ 35;

 

(b) Tagħbija ≤ 850 kg u l-proporzjon bejn il-potenza u l-massa PMR ikkalkulat bl-użu tal-massa tal-vettura massima awtorizzata ≤ 40.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tintroduċi r-rekwiżiti proporzjonati għall-SMEs li jagħmlu l-kostruzzjonijiet. Minbarra dan, l-istandard ASEP tal-UNICE huwa mfassal skont l-imġiba ta’ vetturi tipiċi M1 u l-grupp espert responsabbli rrakkomanda l-esklużjoni għal kategoriji oħra. L-ASEP (Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjonijiet tal-Ħoss) għandhom jevitaw emissjonijiet tal-ħoss mhux mistennija li ma jikkorrelawx mat-tip ta’ riżultati tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip. Peress li dan qatt ma ġie osservat għal vannijiet tal-kunsinna N1, din l-emenda tiżgura li dawn jiġu esklużi mill-ittestjar speċjali tal-ASEP.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-vetturi tal-kategorija NI huma eżentati mill-ASEP jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) Il-kapaċità tal-magna ma taqbiżx is-660 ccm u l-proporzjon tal-qawwa mal-massa PMR ikkalkolat bl-użu tal-massa massima awtorizzata tal-vettura ma jaqbiżx il-35;

 

(b) It-tagħbija kummerċjali hija tal-anqas ta’ 850 kg u l-proporzjon tal-qawwa mal-massa PMR ikkalkolat bl-użu tal-massa massima awtorizzata tal-vettura ma jaqbiżx l-40;

Ġustifikazzjoni

The requirements for ASEP (Additional Sound Emission Provisions) are tailored for a behaviour typical for sporty retrofit systems and M1vehicles so to detect unexpected noise emission at high engine speeds. ASEP has been developed and approved by the experts group on noise of UNECE Working Party 29 of which the European Commission is a member. The same experts group has for good reasons recommended to exclude delivery vans according to (a) and (b) as mentioned above: no expected environmental benefit and economically unproportional efforts and costs for verification testing due to a much higher variety of delivery vans compared to passenger cars.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-emissjoni tal-ħoss tal-vettura f'kundizzjonijiet tipiċi ta' sewqan fit-triq, li huma differenti minn dawk li fihom sar it-test għall-approvazzjoni tat-tip stipulat fl-Anness II, ma għandhomx jiddevjaw mir-riżultat tat-test b’mod mhux raġonevoli.

2. L-emissjoni tal-ħoss tal-vettura f'kundizzjonijiet tipiċi ta' sewqan fit-triq, li huma differenti minn dawk li fihom sar it-test għall-approvazzjoni tat-tip stipulat fl-Anness II, ma għandhomx jiddevjaw mir-riżultat tat-test.

Ġustifikazzjoni

Emissjonijiet tal-ħoss ta' kuljum taħt ċirkostanzi medji ma għandhomx ivarjaw mir-riżultati tat-test.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-manifattur tal-vettura ma għandux jibdel, jimmodifika, jew jintroduċi intenzjonalment tagħmir mekkaniku, elettroniku, termali jew tagħmir ieħor jew proċeduri li ma jintużawx fis-sewqan tipiku fit-triq skont il-kundizzjonijiet applikabbli għall-ASEP bl-intenzjoni biss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-emissjoni tal-istorbju skont dan ir-Regolament.

3. Il-manifattur tal-vettura ma għandux jibdel, jimmodifika, jew jintroduċi intenzjonalment tagħmir mekkaniku, elettroniku, termali jew tagħmir ieħor jew proċeduri li ma jintużawx fis-sewqan tipiku fit-triq skont il-kundizzjonijiet applikabbli għall-ASEP bl-intenzjoni biss li jissodisfa r-rekwiżiti għall-emissjoni tal-istorbju skont dan ir-Regolament. Dawn il-miżuri tipikament jissejħu ‘cycle beating'.

Ġustifikazzjoni

Żieda fiċ-ċarezza tad-dispożizzjoni. L-intenzjoni leġiżlattiva hi li twaqqaf jew li tipprevjeni lakuni fir-regolament.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni stabbilita b’konformità mal-mudell stipulat fl-Appendiċi 1 tal-Anness VIII, li t-tip ta’ vettura li se tiġi approvata tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikoli 8(1) u 8(2).

5. Fl-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip, il-manifattur għandu jipprovdi dikjarazzjoni, sostnuta bl-eżitu tar-riżultati xierqa tat-test, stabbilita b’konformità mal-mudell stipulat fl-Appendiċi 1 tal-Anness VIII, li t-tip ta’ vettura li se tiġi approvata tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 8.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 8 għandu japplika fit-totalità tiegħu, biex jipprovdi ċ-ċertezza legali neċessarja.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8

 

Il-manifatturi u d-distributuri tal-vetturi għandhom jiżguraw li l-livell tal-istorbju f'decibels (dB(A)) b'konformità mal-metodi armonizzati ta' ttestjar tal-approvazzjoni tat-tip għal kull vettura jintwerew f'post prominenti fil-punt tal-bejgħ u fil-materjal promozzjonali tekniku.

 

Wara valutazzjoni tal-impatt komprensiva, il-Kummissjoni għandha, fi żmien sentejn mis-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament, u b'konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar informazzjoni tal-konsumatur. Tali proposta tista' tiġi integrata fid-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodd1.

 

______________

 

ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8b

 

Il-klassifikazzjoni u l-kwalità tas-superfiċje tat-triq

 

Il-Kummissjoni għandha, b’konformità mal-għażla taż-żmien għar-rieżami stipulata fid-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali1, tivvaluta l-possibilità li tiġi introdotta sistema ta’ klassifikazzjoni tat-toroq li tikkaratterizza l-ħoss tipiku tad-dawrien fuq kull triq fl-Unjoni Ewropea, u jekk ikun xieraq tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

 

Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-inkorporazzjoni ta' rekwiżit fuq l-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni dwar il-kwalitajiet tas-superfiċje tat-triq fil-mapep strateġiċi tal-istorbju li hemm provvediment għalihom fid-Direttiva 2002/49/KE.

 

_______________

 

1 ĠU L 189, 18.7.2002

Ġustifikazzjoni

Il-kwalità tas-superfiċji tat-toroq tinfluwenza b'mod qawwi l-emissjonijiet tal-ħoss tad-dawrien tal-vetturi. S’issa ma hemm l-ebda approċċ strateġiku li jippermetti ħarsa ġenerali tal-kwalità tas-superfiċje tat-toroq fl-UE. Il-proposta msemmija hawn fuq tippermetti lill-Istati Membri u lill-komunitajiet jidentifikaw iż-żoni fejn it-titjib tas-superfiċje tat-toroq jagħmel sens u jirriżulta fi tnaqqis tal-istorbju ambjentali.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

Meta l-manifatturi jagħżlu li jinstallaw l-AVAS fil-vetturi, ir-rekwiżiti tal-Anness X għandhom jiġu sodisfatti.

Meta l-manifatturi jagħżlu li jinstallaw l-AVAS fil-vetturi, il-ħoss iġġenerat mill-AVAS għandu jkun ħoss kontinwu li jipprovdi informazzjoni lil min ikun miexi fit-triq u lill-utenti vulnerabbli tat-toroq, li vettura qed titħaddem. Il-ħoss għandu jkun faċilment indikattiv tal-imġiba tal-vettura u jista’ jkun simili għall-ħoss ta’ vettura tal-istess kategorija mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna u li topera fl-istess kundizzjonijiet, u r-rekwiżiti tal-Anness X għandhom jiġu ssodisfati.

 

Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, tivvaluta l-ħtieġa li tirrevedi dan ir-Regolament, filwaqt li tqis, inter alia, jekk is-sistemi attivi ta' sikurezza jistgħux iservu aħjar l-objettiv li tittejjeb is-sikurezza tal-utenti vulnerabbli tat-toroq fiż-żoni urbani, flimkien ma', jew b'paragun ta’, sistemi ta' twissija akustiċi li jwissu dwar il-preżenza ta’ vettura u għandha, fejn xieraq u b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li tipprevedi livell massimu tal-ħoss għall-AVAS installati fil-veturi.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati biex temenda l-Annessi I sa XI.

1. Il-Kummissjoni għandha, sabiex tadatta r-rekwiżiti tekniċi ta’ dan ir-Regolament għall-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi, tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati b’konformità mal-Artikolu 11 biex temenda l-Annessi I sa II u IV sa XII.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, l-elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv biss jistgħu jkunu ddelegati lill-Kummissjoni, filwaqt li l-elementi essenzjali għandhom jiġu riżervati għall-att leġiżlattiv innifsu. Id-dispożizzjonijiet tal-Anness III, jiġifieri, il-valuri ta’ limitu tal-istorbju u ż-żmien tat-tħejjija (il-fażijiet), huma elementi essenzjali tal-proposta u għandhom, għaldaqstant, ikunu riżervati għall-koleġiżlaturi. Din l-emenda hija meħtieġa wkoll sabiex il-proposta tal-Kummissjoni tiġi allinjata mal-formulazzjoni standard ġdida rigward l-atti delegati.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta il-valuri ta’ limitu relatati mal-metodu tal-ittestjar ikunu stabbiliti fir-Regolament tal-UNECE Nru 51, il-Kummissjoni għandha tissostitwixxi r-rekwiżiti tekniċi stipulati fl-Anness III b’referenza diretta għar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolamenti tal-UNECE Nru 51 u Nru 59.

2. Meta l-valuri ta’ limitu relatati mal-metodu tal-ittestjar ikunu stabbiliti fir-Regolament tal-UNECE Nru 51, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-possibilità li tissostitwixxi r-rekwiżiti tekniċi stipulati fl-Anness III b’referenza diretta għar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolamenti tal-UNECE Nru 51 u Nru 59, bil-kundizzjoni li dawn ma jwasslux għal dgħufija tal-istandards ambjentali u tas-saħħa tal-UE, u filwaqt li tqis kif xieraq l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex l-Anness III jiġi emendat b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, l-elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv biss jistgħu jkunu ddelegati lill-Kummissjoni, filwaqt li l-elementi essenzjali għandhom jiġu riżervati għall-att leġiżlattiv innifsu. Id-dispożizzjonijiet tal-Anness III, jiġifieri, il-valuri ta’ limitu tal-istorbju u ż-żmien tat-tħejjija (il-fażijiet), huma elementi essenzjali tal-proposta u għandhom, għaldaqstant, ikunu riżervati għall-koleġiżlaturi.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-setgħat tal-adozzjoni ta' atti ddelegati huma kkonferiti lill-Kummissjoni bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

1. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati hija kkonferita lill-Kummissjoni b’suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex il-proposta tal-Kummissjoni tiġi allinjata mal-formulazzjoni standard ġdida rigward l-atti delegati.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom ikunu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 10(1) għandha tkun ikkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġġedded b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jopponi tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.

Ġustifikazzjoni

Id-delega tas-setgħa lill-Kummissjoni għandha tkun limitata għal perjodu ta' ħames snin, li jista' jiġi estiż jekk jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, pereżempju l-kondizzjoni li għandu jsir abbozz ta' rapport u li l-Parlament u l-Kunsill ma jopponuhx. Din l-emenda tqis il-kliem standard ġdid għall-atti delegati.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 10(1) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’din id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ ebda att iddelegat diġà fis-seħħ.

3. Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex il-proposta tal-Kummissjoni tiġi allinjata mal-formulazzjoni standard ġdida rigward l-atti delegati.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 10(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahar fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 10(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija meħtieġa sabiex il-proposta tal-Kummissjoni tiġi allinjata mal-formulazzjoni standard ġdida rigward l-atti delegati..

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

imħassar

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

 

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

 

2. Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, jew jekk, qabel din id-data, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni Ewropea li huma ddeċidew li ma joġġezzjonawx, l-att iddelegat jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fid-dispożizzjonijiet tiegħu.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat adottat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att iddelegat.

 

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 12 huwa superfluwu fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(5). Għaldaqstant, din l-emenda tallinja l-proposta tal-Kummissjoni mal-formulazzjoni standard ġdida rigward l-atti delegati.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proċedura ta’ urġenza

imħassar

1. L-atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 10(1) għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

 

2. Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(5). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-proċedura ta' urġenza ma ġiex ġustifikat kif dovut, la fl-Artikolu 10 u l-anqas fil-premessi, u għalhekk l-Artikolu 13 għandu jitħassar.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Annes I – punt 5.2.2.a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5.2.2.a Il-valuri ta' limitu stabbiliti fit-tabella fl-Anness III japplikaw b'marġni ta' tolleranza raġonevoli waqt il-kejl.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet attwali fir-regolamenti kollha dwar l-istorbju jippermettu tolleranza għall-produzzjoni.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3.2.1. – sentenza 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.2.1. Il-vettura ttestjata għandha tingħażel b’mod li l-vetturi kollha tal-istess tip li jitqiegħdu fis-suq jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

3.2.1. Il-vettura ttestjata għandha tirrappreżenta lill-vetturi li għandhom jitqiegħdu fis-suq kif speċifikat mill-manifattur.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet attwali fir-regolamenti kollha dwar l-istorbju jippermettu tolleranza għall-produzzjoni.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3.2.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.2.2. L-emissjonijiet tal-ħoss tad-dawrien tat-tajers qegħdin stipulati fir-Regolament (KR) Nru 661/2009 dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur. It-tajers li għandhom jintużaw għat-test għandhom ikunu rappreżentattivi għall-vettura u għandhom jingħażlu mill-manifattur tal-vettura u jiġu rreġistrati fl-Appendiċi 3 tal-Anness I ma' dan ir-Regolament. Għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet tat-tajers maħsuba għall-vettura bħala tagħmir oriġinali. It-tajer huwa, jew se jkun, fis-suq, disponibbli għax-xiri fl-istess żmien tal-vettura. 2/ It-tyres għandhom jintefħu għall-pressjoni rakkomandata mill-manifattur għall-massa tat-test tal-vettura. It-tajers iridu jkollhom mill-inqas il-fond legali tal-flieli tal-wiċċ ta' barra.

3.2.2. L-emissjonijiet tal-ħoss tad-dawrien tat-tajers qegħdin stipulati fir-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur. It-tajers li għandhom jintużaw għat-test għandhom ikunu rappreżentattivi għall-vettura u għandhom jingħażlu mill-manifattur tal-vettura u jiġu rreġistrati fl-Appendiċi 3 tal-Anness I ma' dan ir-Regolament. Għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet tat-tajers maħsuba għall-vettura bħala tagħmir oriġinali. It-tajer huwa, jew se jkun, fis-suq, disponibbli għax-xiri fl-istess żmien tal-vettura. 2/ It-tajers għandhom jintefħu għall-pressjoni rakkomandata mill-manifattur għall-massa tat-test tal-vettura. It-tajers irid ikollhom il-fond legali tal-flieli tal-wiċċ ta' barra.

2/ Minħabba li l-kontribut tat-tajers għall-emissjonijiet tal-ħoss huwa sinifikanti, iridu jitqiesu d-dispożizzjonijiet attwali dwar l-emissjonijiet tal-ħoss tat-tajers mat-triq. It-tajers tat-trazzjoni, it-tajers għas-silġ u tajers ta' użi speċjali għandhom jiġu esklużi mit-teħid tal-qisien għall-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità, fuq talba tal-manifattur, skont ir-Regolament Nru 117 tal-UNECE (ĠU L 231, 29.8.2008, p. 19).

2/ Minħabba li l-kontribut tat-tajers għall-emissjonijiet tal-ħoss huwa sinifikanti, iridu jitqiesu d-dispożizzjonijiet attwali dwar l-emissjonijiet tal-ħoss tat-tajers mat-triq. It-tajers tat-trazzjoni, it-tajers għas-silġ u tajers ta' użi speċjali għandhom jiġu esklużi mit-teħid tal-qisien għall-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità, fuq talba tal-manifattur, skont l-aħħar emendi għar-Regolament tal-UNECE Nru 117.

Ġustifikazzjoni

Skont il-qbil li sar fl-2011 fit-53 sessjoni tal-GRB - grupp ta’ esperti dwar l-istorbju tal-Grupp ta’ Ħidma 29 (il-Grupp ta’ Ħidma responsabbli biex jiżviluppa standards dinjija armonizzati tal-vetturi) tal-UNECE f’Ġinevra, li tagħha hija membru l-Kummissjoni Ewropea.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Anness II – punt 4.1.2.1.4.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.1.2.1.4.1. Il-vetturi bi trażmissjoni manwali, bi trażmissjonijiet awtomatiċi, bi trażmissjonijiet adattivi jew b’CVTs ittesjati bi proporzjonijiet tal-ingranaġġ illokjati

4.1.2.1.4.1. Il-vetturi bi trażmissjoni manwali, bi trażmissjonijiet awtomatiċi, bi trażmissjonijiet adattivi jew b’CVTs ittesjati bi proporzjonijiet tal-ingranaġġ illokjati

Huma possibbli l-kundizzjonijiet li ġejjin għall-għażla tal-proporzjonijiet tal-ingranaġġ :

Huma possibbli l-kundizzjonijiet li ġejjin għall-għażla tal-proporzjonijiet tal-ingranaġġ :

(a) Jekk proporzjon tal-ingranagg wieħed speċifiku jagħti aċċelerazzjoni f’faxxa ta’ tolleranzi ta’ ±5 % tal-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref, mingħajr ma jinqabżu it-3,0 m/s2, ittestja b’dak il-proporzjon tal-ingranaġġ.

(a) Jekk proporzjon tal-ingranagg wieħed speċifiku jagħti aċċelerazzjoni f’faxxa ta’ tolleranzi ta’ ±5 % tal-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref, mingħajr ma jinqabżu it-2,0 m/s2, ittestja b’dak il-proporzjon tal-ingranaġġ.

(b) Jekk l-ebda wieħed mill-proporzjonijiet tal-ingranaġġ ma jagħti l-aċċelerazzjoni meħtieġa, mela agħżel proporzjon tal-gerijiet i, b’aċċelerazzjoni akbar u proporzjon tal-gerijiet i+1, b’aċċelerazzjoni iżgħar mill-aċċelerazzjoni ta’ referenza. Jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni fil-proporzjon tal-ingranaġġ i ma jaqbiżx it-3,0 m/s2, uża ż-żewġ proporzjonijiet tal-gerijiet għat-test. Il-proporzjon tat-tagħbija b’relazzjoni għall-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref jiġi kkalkulat permezz ta’:

(b) Jekk l-ebda wieħed mill-proporzjonijiet tal-ingranaġġ ma jagħti l-aċċelerazzjoni meħtieġa, mela agħżel proporzjon tal-gerijiet i, b’aċċelerazzjoni akbar u proporzjon tal-gerijiet i+1, b’aċċelerazzjoni iżgħar mill-aċċelerazzjoni ta’ referenza. Jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni fil-proporzjon tal-ingranaġġ i ma jaqbiżx it-2.0 m/s2, uża ż-żewġ proporzjonijiet tal-gerijiet għat-test. Il-proporzjon tat-tagħbija b’relazzjoni għall-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref jiġi kkalkulat permezz ta’:

k = (a wot ref - a wot (i+1)) / (a wot (i) - a wot (i+1))

k = (a wot ref - a wot (i+1)) / (a wot (i) - a wot (i+1))

(c) jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni tal-proporzjon tal-ingranaġġ i jaqbeż it-3,0 m/s2, għandu jintuża l-ewwel proporzjon tal-ingranaġġ li jagħti aċċelerazzjoni inqas minn 3,0 m/s2 ħlief jekk il-proporzjon tal-ingranaġġ i+1 jipprovdi aċċelerazzjoni iżgħar minn aurban. F’dan il-każ, għandhom jintużaw żewġ gerijiet, i u i+1, inkluż il-ger i b’aċċelerazzjoni li taqbeż it-3,0 m/s2. F’każi oħra, ma għandu jintuża l-ebda ger ieħor. Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-potenza kP għandha tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa waqt it-test awot test minflok awot ref.

(c) jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni tal-proporzjon tal-ingranaġġ i jaqbeż it-2.0 m/s2, għandu jintuża l-ewwel proporzjon tal-ingranaġġ li jagħti aċċelerazzjoni inqas minn 2.0 m/s2 ħlief jekk il-proporzjon tal-ingranaġġ i+1 jipprovdi aċċelerazzjoni iżgħar minn aurban. F’dan il-każ, għandhom jintużaw żewġ gerijiet, i u i+1, inkluż il-ger i bl-aċċelerazzjoni li taqbeż it-2,0 m/s2. F’każi oħra, ma għandu jintuża l-ebda ger ieħor. Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-potenza kP għandha tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa waqt it-test awot test minflok awot ref.

Ġustifikazzjoni

L-istatistika tas-sewqan disponibbli u użata għall-iżvilupp ta’ Proċedura Globali tal-Ittestjar tal-Vetturi għal Xogħol Ħafif turi li rata ta’ aċċelerazzjoni ogħla minn 2 m/s² m’hijiex ġustifikata. Barra minn hekk, il-proċedura ta’ monitoraġġ obbligatorja għal dan ir-Regolament il-ġdid bejn l-2007 u l-2010 kienet ibbażata fuq definizzjoni tat-test ta’ 2 m/s².

Emenda  51

Proposta għal regolament

Anness III

 

Test propost mill-Kummissjoni

Anness III

Valuri ta’ limitu

Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:

Il-kategorija tal-vettura

Deskrizzjoni tal-kategorija tal-vettura

Il-valuri ta’ limitu

espressi f’dB(A)

[decibels(A)]

 

 

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi

Valuri ta’ limitu għal reġistrazzjoni, bejgħ u dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda

 

 

L-ewwel fażi valida minn

[sentejn wara l-pubblikazzjoni]

It-tieni fażi valida minn

[ħames snin wara l-pubblikazzjoni]

It-tielet fażi valida minn

[seba' snin wara l-pubblikazzjoni]

 

 

Ġenerali

Off-road *

Ġenerali

Off-road *

Ġenerali

Off-road *

M

Vetturi użati għall-ġarr tal-passiġġieri

 

 

 

 

 

 

M1

nru ta' sits < 9

70

71**

68

69**

68

69**

M1

nru ta' sits < 9;

Il-proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa > 150 kW/ton

71

71

69

69

69

69

M2

nru ta' sits > 9; massa < 2 tunnellati

72

72

70

70

70

70

M2

nru ta' sits > 9; 2 tunnellati < massa < 3.5 tunnellati

73

74

71

72

71

72

M2

nru ta' sits > 9; 3.5 tunnellati < massa < 5 tunnellati;

potenza nominali tal-magna < 150 kW

74

75

72

73

72

73

M2

nru ta' sits > 9; 3.5 tunnellati < massa < 5 tunnellati;

potenza nominali tal-magna > 150 kW

76

78

74

76

74

76

M3

nru ta' sits > 9; massa > 5 tunnellati;

potenza nominali tal-magna < 150 kW

75

76

73

74

73

74

M3

nru ta' sits > 9; massa > 5 tunnellati;

Potenza nominali tal-magna > 150 kW

77

79

75

77

75

77

N

Vetturi użati għall-ġarr tal-merkanzija

 

 

 

 

 

 

N1

massa < 2 tunnellati

71

71

69

69

69

69

N1

2 tunnellati < massa < 3.5 tunnellati

72

73

70

71

70

71

N2

3.5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

potenza nominali tal-magna < 75 kW

74

75

72

73

72

73

N2

3.5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

75 < potenza nominali tal-magna < 150 kW

75

76

73

74

73

74

N2

3.5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

potenza nominali tal-magna > 150 kW

77

79

75

77

75

77

N3

massa > 12-il tunnellata;

75 < potenza nominali tal-magna < 150 kW

77

78

75

76

75

76

N3

massa > 12-il tunnellata;

potenza nominali tal-magna > 150 kW

80

82

78

80

78

80

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

*

Il-valuri ta' limitu miżjuda għandhom ikunu validi biss jekk il-vettura tikkonforma mad-definizzjoni rilevanti għall-vetturi off-road stabbilita fil-punt 4 tat-Taqsima A tal-Anness II għad-Direttiva tal-UE 2007/46/KE.

**

Għall-vetturi M1 il-valuri ta' limitu miżjuda għall-vetturi off-road ikunu validi biss jekk il-massa massima awtorizzata tkun ta' > 2 tunnellati.

Emenda

 

Anness III

Valuri ta’ limitu

 

Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispo¿izzjonijiet tal-Anness II u mqarreb ’l isfel għall-eqreb numru sħiħ meta l-parti frazzjonali tkun inqas minn 0,5 u mqarreb ’il fuq għall-eqreb numru sħiħ jekk il-parti frazzjonali tkun daqs jew ikbar minn 0,5 ma għandux jaqbe¿ il-limiti li ġejjin:

Il-kategorija tal-vettura

Deskrizzjoni tal-kategorija tal-vettura

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi espressi f'dB(A)

[decibels(A)]*

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi u għal reġistrazzjoni, bejgħ u dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda espressi f'dB(A)

[decibels(A)]*

 

 

L-ewwel fażi valida minn

[sitt snin wara l-pubblikazzjoni]

It-tieni fażi valida minn

[tmien snin wara l-pubblikazzjoni]

M

 

Vetturi użati għall-ġarr tal-passiġġieri

 

M1

nru ta' sits < 9; ≤ 125 kW/ton

68

68

nru ta' sits < 9; 125kW/ton < il-proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa ≤ 150kW/ton

 

69

69

nru ta' sits < 9;

proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa > 150kW/ton

71

71

M2

nru ta' sits > 9; massa ≤ 2.5 tunnellati

69

69

nru ta' sits > 9; 2,5 tunnellati < massa < 3.5 tunnellati

71

71

nru ta' sits < 9; 3.5 tunnellati < massa < 5 tunnellati;

72

72

M3

nru ta' sits > 9; massa > 5 tunnellati; potenza nominali tal-magna ≤ 180kW

73

73

nru ta' sits > 9; massa > 5 tunnellati; 180 kW < potenza nominali tal-magna < 250kW

75

75

nru ta' sits > 9; massa > 5 tunnellati; potenza nominali tal-magna > 250kW

76

76

N

 

Vetturi użati għall-ġarr tal-merkanzija

 

 

N1

massa < 2.5 tunnellati

69

69

2.5 tunnellati < massa < 3.5 tunnellati

70

70

 

 

 

N2

3.5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

potenza nominali tal-magna < 150 kW

72

72

3.5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata

potenza nominali tal-magna > 150kW

75

75

 

 

N3

massa > 12-il tunnellata;

potenza nominali tal-magna ≤ 180kW

75

75

massa > 12-il tunnellata;

180 < potenza nominali tal-magna ≤ 250kW

77

77

massa > 12-il tunnellata;

potenza nominali tal-magna > 250 kW

79

79

 

 

*

Il-valuri ta' limitu għandhom jiżdiedu b’1db għall-vetturi li jissodisfaw id-definizzjoni rilevanti għall-vetturi off-road stipulata fil-punt 4 tat-Taqsima A tal-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trid tintgħażel vettura waħda li mbagħad tiġi soġġetta għat-testijiet stabbiliti fil-punt 2. Jekk ir-riżultati tat-testijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-COP tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE, il-vettura għandha titqies li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-COP.

Trid tintgħażel vettura waħda li mbagħad tiġi soġġetta għat-testijiet stabbiliti fil-punt 2. Jekk ir-riżultati tat-testijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-COP tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE, il-vettura għandha titqies li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-COP. Ir-rekwiżiti tal-COP applikabbli huma l-valuri ta’ limitu stipulati fl-Anness III bil-marġni addizzjonali ta’ 1 dB(A).

Ġustifikazzjoni

B’konsistenza ma' regolamenti oħrajn bħalma hu r-Regolament 661/2009, u bi qbil mal-ispeċifikazzjonijiet fil-leġiżlazzjoni attwali, qed jiġi previst marġni addizzjonali ta’ +1 dB għal testijiet fil-konformità tal-produzzjoni.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Anness VII – punt 1 – nota ta' qiegħ il-paġna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1/ ISO10844:1994.

1/Għall-ewwel ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-manufatturi jistgħu jużaw il-mogħdijiet tat-test ċertifikati skont l-ISO 10844:1994 jew l-ISO 10844:2011. Wara dik id-data, il-manufatturi għandhom jużaw il-mogħdijiet tat-test li jikkonformaw mal-ISO 10844:2011 biss.

Ġustifikazzjoni

L-ISO 10844:1994 ġie aġġornat f'Marzu 2011 fl-istandard ISO 10844:2011 il-ġdid. Madankollu t-test il-ġdid għadu ma ddaħħalx fir-regolamenti kollha tal-UNECE dwar il-faċilitajiet tal-ittestjar ta' vetturi u tajers. Minħabba f'hekk, huwa importanti li jkun hemm perjodu ta' tranżizzjoni bejn iż-żewġ standards biex tingħata l-opportunità lill-manufatturi jerġgħu jibnu l-mogħdijiet jekk ikun il-każ u għall-UNECE biex tintroduċi riferiment għall-istandard il-ġdid fir-regolamenti tagħha.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Anness VII – punt 3.2.2 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra r-rekwiżiti stipulati taħt il-punti 1 sa 3.2.2, ir-rekwiżiti li ġejjin għandhom jiġu sodisfatti:

Barra r-rekwiżiti stipulati taħt il-punti 1 sa 3.2.2, ir-rekwiżiti li ġejjin tal-ISO 108:2011 għandhom jiġu ssodisfati jew għandu jsir riferiment għall-ISO 10844:1994 għal perjodu ta' tranżizzjoni ta' 5 snin:

Ġustifikazzjoni

Dan ir-rekwiżit għandu jkun konsistenti kemm mal-paragrafu 1 tal-Anness VII ta' dan ir-Regolament kif ukoll max-xogħol li sar mill-UNECE. Ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-Paragrafu mill-punt (a) sa (g) huma meħuda mill-Istandard ISO 10844:2011. Madankollu, tali standard għadu mhux inkluż fl-ebda Regolament tal-UNECE. Għalhekk huwa neċessarju li jsir riferiment ukoll għall-verżjoni preċedenti tal-Istandard ISO 10844:1994 għal perjodu ta' tranżizzjoni ta' ħames snin biex l-UNECE titħalla tagħmel ir-regolamenti tagħha stess u biex il-faċilitajiet tal-ittestjar jintroduċu l-bidliet mitluba mill-verżjoni tal-2011 ta' dan l-istandard.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Anness VII – punt 4.3.

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.3. Għall-fini ta’ dan l-istandard, il-qisien tal-fond tal-istruttura għandhom jittieħdu fuq mill-inqas 10 pożizzjonijiet li bejniethom hemm l-istess spazju tul il-mogħdija tar-roti tal-istrixxa tat-test, u għandu jittieħed il-valur medju biex jitqabbel mal-fond minimu tal-istruttura speċifikat. Ara l-ISO 10844:1994 għad-deskrizzjoni ta’ din il-proċedura.

4.3. Għall-fini ta’ dan l-istandard, il-qisien tal-fond tal-istruttura għandhom jittieħdu fuq mill-inqas 10 pożizzjonijiet li bejniethom hemm l-istess spazju tul il-mogħdija tar-roti tal-istrixxa tat-test, u għandu jittieħed il-valur medju biex jitqabbel mal-fond minimu tal-istruttura speċifikat. Ara l-ISO 10844:2011 għad-deskrizzjoni ta’ din il-proċedura.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament għandu jkun konformi mal-Istandards ISO attwali.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 2.3. – linja 4 ''L-aċċelerazzjoni tal-vettura''

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-aċċelerazzjoni tal-vettura aWOT_ASEP: awot5,0 m/s2

L-aċċelerazzjoni tal-vettura aWOT_ASEP: awot5,0 m/s2

Ġustifikazzjoni

L-aċċelerazzjoni meħtieġa fit-test ASEP, skont il-proposta tal-Kummissjoni, mhijiex rappreżentattiva biżżejjed tal-kundizzjonijiet ta' sewqan f'żoni urbani. Barra minn hekk, it-test isir dejjem iktar kumpless u diffiċli biex jerġa' jsir b'mod konsistenti ma' aċċelerazzjonijiet ogħla. Is-sett tad-data użat għall-ASEP mhuwiex derivat mid-data tal-Metodu B. Fil-fatt, il-Metodu B u l-ASEP mhumiex relatati u għalhekk m'hemmx bżonn li l-bidla tal-Metodu B tiġi replikata għat-test ASEP. Minbarra dan, ma saritx valutazzjoni tal-impatt sħiħa biex jittieħed kont tal-bidla minn 4.0 għal 5.0 m/s2.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Anness VIII – punt 2.4. – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex it-test ASEP ikun rappreżentattiv u ripetibbli (għall-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip), il-vetturi għandhom ikunu ttestjati bl-użu tal-kalibrar tal-gerboks ta' produzzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-kalibrar tal-gerboks ta' produzzjoni huwa meħtieġ għal dawn ir-raġunijiet: Billi l-gerboks trid taħdem barra mill-parametri "normali", jeħtieġ li tiġi kkalibrata biex ċerti gerijiet magħżula "jinżammu" matul it-test ASEP. Biex din l-operazzjoni ssir, mhuwiex disponibbli kalibrar speċjali għall-karozzi ta' produzzjoni. Il-konformità tal-produzzjoni għalhekk ma tistax tinkiseb. Aċċelerazzjoni mhux lineari: iż-żamma ta' ger għoli u l-applikazzjoni tal-potenza massima bl-RPM baxx (Rivoluzzjoni kull Minuta) tista' tikkawża l-"flaring" tal-RPM tal-magna. Il-“flaring” huwa kkawżat mill-fatt li l-konvertitur tat-torque jerħi b'numru baxx ta' RPM.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Anness IX – parti A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-Sistema ta' Twissija Akustika ta' Vettura (AVAS) hija mezz li tiġġenera l-ħoss maħluqa biex tinforma lil min ikun bil-mixi fit-triq u l-utenti vulnerabbli tat-toroq.

Is-Sistema ta’ Twissija Akustika ta' Vettura (AVAS) hija sistema għall-vetturi tat-trasport fit-triq elettriċi ibridi u elettriċi, li tipprovdi informazzjoni dwar it-tħaddim tal-vettura lil min ikun bil-mixi fit-triq u l-utenti vulnerabbli tat-toroq.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tal-AVAS fl-Anness IX korrispondenti għandha tkun konformi mad-definizzjoni tal-AVAS fl-Artikolu 3(21).

Emenda  59

Proposta għal regolament

Anness IX – parti A – punt 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-ħoss li jrid ikun iġġenerat mill-AVAS għandu jkun ħoss kontinwu li jipprovdi informazzjoni li vettura qed titħaddem lil min ikun miexi fit-triq u lill-utenti vulnerabbli tat-toroq.

(a) Il-ħoss li jrid ikun iġġenerat mill-AVAS għandu jkun ħoss kontinwu li jipprovdi informazzjoni li vettura qed titħaddem lil min ikun miexi fit-triq u lill-utenti vulnerabbli tat-toroq. Il-ħoss għandu jkun faċilment indikattiv tal-imġiba tal-vettura u għandu jkun simili għall-ħoss ta' vettura tal-istess kategorija mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna.

Madankollu, l-ħsejjes li ġejjin u tipi simili ta' ħsejjes mhumiex aċċettabbli:

 

(i) Sirena, tromba, sett ta' qniepen intunati (chime), qanpiena u ħsejjes ta' vettura ta' emerġenza

 

(ii) Ħsejjes tal-allarm eż. allarm tan-nar, tas-serq, jew tad-duħħan

 

(iii) Ħoss intermittenti

 

Dawn il-ħsejjes li ġejjin u tipi simili ta' ħsejjes għandhom jiġu evitati:

 

(iv) Ħsejjes melodjużi, ħsejjes tal-annimali u l-insetti

 

(v) Ħsejjes li jfixklu l-identifikazzjoni ta' vettura u/jew tat-tħaddim tagħha (eż. aċċelerazzjoni, deċelerazzjoni, eċċ.)

 

Ġustifikazzjoni

L-enumerazzjoni tat-tipi differenti ta' ħsejjes li mhumiex aċċettabbli għall-użu fl-AVAS għandha tiġi sostitwita b'deskrizzjoni ċara tal-karatteristiċi tal-ħsejjes li huma aċċettabbli.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Anness IX – parti A – punt 4 – punti b u c

(b)

Il-ħoss li jrid jiġi ġġenerat mill-AVAS għandu jkun indikattiv faċilment tal-imġiba tal-vettura, per eżempju, permezz ta' varjazzjoni awtomatika tal-livell tal-ħoss jew il-karatteristiċi f'sinkronizzazzjoni mal-veloċità tal-vettura.

(c)

Il-livell tal-ħoss li jrid jiġi ġġenerat mill-AVAS ma għandux jaqbeż il-livell tal-ħoss approssimattiv għal vettura simili tal-istess kategorija mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna u li topera fl-istess kundizzjonijiet.

Konsiderazzjonijiet għall-ambjent:

L-iżvilupp tal-AVAS għandu jagħti konsiderazzjoni għall-impatt tal-istorbju ġenerali tal-komunità.

 

Emenda

Anness IX

(b)

Il-ħoss li jrid jiġi ġġenerat mill-AVAS jeħtieġ li jkun indikattiv faċilment tal-imġiba tal-vettura u d-direzzjoni tal-vettura, per eżempju, permezz ta' varjazzjoni awtomatika tal-livell tal-ħoss jew il-karatteristiċi f'sinkronizzazzjoni mal-veloċità tal-vettura.

(c)

Il-livell tal-ħoss li jrid jiġi ġġenerat mill-AVAS ma jistax jaqbeż il-livell tal-ħoss approssimattiv għal vettura simili tal-istess kategorija mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna u li topera fl-istess kundizzjonijiet.

Konsiderazzjonijiet għall-ambjent:

L-iżvilupp tal-AVAS għandu jagħti konsiderazzjoni għall-impatt tal-istorbju ġenerali tal-komunità.

  • [1]  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 76.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta għal Regolament tal-Kummissjoni dwar il-livell tal-ħoss ta’ vetturi bil-mutur għandha bħala l-għan ewlieni tagħha l-protezzjoni tas-saħħa pubblika u l-ambjent permezz ta’ miżuri biex jitnaqqas il-livell tal-ħoss tal-vetturi bil-mutur.

Il-proposta tintroduċi metodu ta’ ttestjar ġdid biex jitkejjel il-livell tal-ħoss tal-vetturi bil-mutur u valuri ta' limitu tal-istorbju ġodda għal kategoriji differenti ta’ vetturi ħfif, ta’ daqs medju u tqal.

Ir-rapporteur jappoġġa d-direzzjoni ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni bħala pass importanti fil-ġlieda biex jingħelbu l-effetti fuq is-saħħa pubblika u dawk ambjentali tal-emissjonijiet tal-istorbju mill-vetturi bil-mutur. Madankollu, ir-rapporteur jikkunsidra li l-proposta tal-Kummissjoni tibbenefika min għadd ta’ addizzjonijiet u aġġustamenti tekniċi, b’mod partikolari biex tipprovdi inċentivi għall-manifattur u x-xerrej ta’ vetturi b’livelli ta’ ħoss iktar baxxi. Ir-rapporteur jirrikonoxxi wkoll li l-istorbju mill-vetturi bil-mutur għandu sorsi multipli, fosthom il-magna, it-tajers, is-superfiċje tat-triq u l-istorbju tal-aerodinamika.

Attwalment il-proposta tal-Kummissjoni ma tpoġġix biżżejjed enfasi fuq l-għoti ta’ informazzjoni lill-konsumaturi dwar il-livell tal-ħoss tal-vetturi bil-mutur. Ir-rapporteur jappoġġa l-introduzzjoni ta’ skema ta’ tikkettar dwar l-emissjonijiet tal-istorbju tal-vetturi sabiex jiġu promossi vetturi b’livell baxx ta’ storbju u sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata qabel ix-xiri ta’ vettura.

Il-kwalità tas-superfiċji tat-toroq hija kruċjali fl-influwenza tal-emissjonijiet tal-ħoss tad-dawrien tal-vetturi. Ir-rapporteur jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni tista’ titjieb permezz tal-introduzzjoni ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni tat-toroq li tippermetti lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet nazzonali u lokali tagħhom jimmonitorjaw u jivvalutaw b’mod iktar effikaċi l-kwalità tas-superfiċji tat-toroq tagħhom bl-għan li jitnaqqas l-impatt fuq il-livelli tal-istorbju b’mod ġenerali.

Ir-rapporteur jissuġġerixxi wkoll għadd ta’ emendi għar-rekwiżiti tekniċi li jirregolaw il-metodi għall-kejl tal-livelli tal-istorbju tal-vetturi bil-mutur u għad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-valuri ta' limitu, sabiex il-proposta tiġi aġġornata mal-iżviluppi tekniċi fil-proċeduri ta' ttestjar u sabiex titjieb il-fattibilità ġenerali tar-rekwiżiti. Dawn jinkludu tibdil fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-fond tal-wiċċ tat-tajers u fir-rata ta’ aċċelerazzjoni fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-għażla tal-proporzjonijiet tal-gerijiet. Ir-rapporteur jipproponi wkoll ċertu tibdil fil-kategorizzazzjoni tal-vetturi fir-rigward tal-applikabilità tal-valuri ta’ limitu tal-istorbju.

Finalment, ir-rapporteur jikkunsidra li l-iffissar ta’ valuri ta’ limitu (u d-dati meta dawk il-valuri jsiru applikabbli) għall-kategoriji ta’ vetturi kif stipulat fl-Anness III tal-proposta tal-Kummissjoni, jikkostitwixxi element essenzjali tar-Regolament, li għandu jiġi ddeterminat mill-koleġiżlaturi. Għaldaqstant, ir-rapporteur ma jistax jappoġġa l-proposta biex il-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li temenda dawk l-aspetti tar-Regolament permezz ta’ atti ddelegati, u għalhekk, jipproponi li kwalunkwe emenda futura tingħata effett b’kodeċiżjoni skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (20.6.2012)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur
(COM(2011)0856 – C7‑0487/2011 – 2011/0409(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Gilles Pargneaux

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. Introduzzjoni

Il-proposta għal Regolament tirrigwarda l-karozzi privati, vetturi kummerċjali ħfief, karozzi tal-linja, vannijiet żgħar, kowċis u trakkijiet. Fil-preżent, l-emissjonijiet ta’ ħsejjes ta’ vetturi bil-mutur b’erba’ roti huma regolati permezz tad-Direttiva 70/157/KEE u 12-il direttiva relatata. Il-Kummissjoni għandha l-għan li timmodernizza l-qafas legali attwali sabiex tikseb l-objettivi li ġejjin:

- Simplifikazzjoni tal-qafas legali. Id-Direttiva 70/157/KE u t-12-il direttiva relatata jiġu revokati u sostituti mir-Regolament li jipproponi li jistabbilixxi l-kamp ta’ applikazzjoni u d-dispożizzjonijiet essenzjali.

- Introduzzjoni ta’ metodi ġdid ta’ ttestjar. Il-Grupp ta’ Ħidma tal-UN-ECE stabbilixxa metodu ġdid tal-ittestjar fl-2007. Dan jagħti riżultati ta’ 2db inqas meta mqabbel mal-metodu l-antik użat fid-Direttiva 70/157/KEE. Wara li ttestjat dan il-metodu ġdid għal tliet snin, il-Kummissjoni Ewropea wriet l-effikaċja tiegħu permezz ta' valutazzjoni tal-impatt.

- Modifika tal-valuri ta’ limitu. Il-Kummissjoni tipproponi tnaqqis gradwali fl-emissjonijiet tal-ħsejjes skont it-tip ta’ vettura:

· għal vetturi ħfief u ta’ daqs medju, tnaqqis ta’ 4db applikabbli 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Dan it-tnaqqis għandu jintlaħaq f’żewġ perjodi: l-ewwel objettiv ta’ tnaqqis ta’ 2db għall-2014, imbagħad it-tieni fażi bi tnaqqis ta’ 2db oħra għall-2017. Wara dan, il-livelli tal-ħsejjes tal-vetturi ma jkunux jistgħu jaqbżu t-68db.

· għall-vetturi tqal, tnaqqis ta’ 3db applikabbli 5 snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Il-limiti se jitnaqqsu b’1db għall-2014 u b’2db għall-2017. Wara dan, il-livelli tal-ħsejjes tat-trakkijiet ma jkunux jistgħu jaqbżu t-78db.

­- Il-ħtieġa ta’ livell minimu ta’ ħoss għall-vetturi elettriċi u elettriċi-ibridi. Ir-rekwiżiti relatati ma’ "sistemi li jinstemgħu li jinfurmaw li qed toqrob vettura" se jiżguraw li jintużaw biss vetturi li jipproduċu ħoss adegwat, u dan iwassal ukoll għal armonizzazzjoni tat-teknoloġija użata. Id-deċiżjoni jekk jinstallawhomx jew le se tibqa’ f’idejn il-manifattur tal-vetturi, spjegat il-Kummissjoni.

2. Id-dimensjoni “trasport” tal-proposta

Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament

Għall-kuntrarju tal-proposta għal regolament li ġejja, ma teżisti l-ebda leġiżlazzjoni dwar il-livelli ta’ ħsejjes ta’ vetturi b’żewġ jew tliet roti. Biex tiġi indirizzata din il-lakuna leġiżlattiva, ir-rapporteur jipproponi li fit-test tiġi introdotta referenza għall-ħtieġa ta’ leġiżlazzjoni Ewropea aktar speċifika dwar l-inkonvenjent ta’ ħsejjes iġġenerati minn vetturi b’żewġ jew tliet roti.

Valuri ta’ limitu ġodda

Ir-rapporteur jipproponi li jitwal il-perjodu li fih iridu jintlaħqu l-valuri ta’ limitu. Għal vetturi ħfief u ta’ daqs medju, ir-rapporteur jaqbel ma' tnaqqis ta’ 4db applikabbli 7 snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament. Dan it-tnaqqis għandu jintlaħaq f’żewġ perjodi: l-ewwel objettiv ta’ tnaqqis ta’ 2db għall-2014, imbagħad it-tieni fażi bi tnaqqis ta’ 2db oħra għall-2019.

Rigward vetturi tqal, ir-rapporteur jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea kif inhi.

Il-ħoss minimu ta’ vetturi elettriċi u elettriċi-ibridi

Il-vetturi elettriċi għandhom darbtejn aktar ċans li jkunu involuti f’inċidenti fl-ambjent urban minħabba li l-funzjonament tagħhom hu totalment sieket, u dan ifisser li utenti “vulnerabbli”, u aktar u aktar il-persuni neqsin mid-dawl, ma jindunawx bihom. Għaldaqstant, ir-rapporteur jipproponi li l-istallazzjoni ta’ sistema ta’ twissija li tinstema’ għandha tkun obbligatorja għall-manifatturi tal-vetturi, u mhux fakultattiva kif tixtieqha l-Kummissjoni Ewropea.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1) Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha jrid jiġi żgurat il-moviment liberu tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dak il-għan ġiet stabbilita sistema komprensiva tal-Unjoni għall-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u s-sistemi tal-egżost tagħhom fir-rigward tal-livelli permissibbli tal-ħoss għandhom jiġu armonizzati sabiex tiġi evitata l-adozzjoni ta’ rekwiżiti li huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor u sabiex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern filwaqt li, fl-istess ħin, ikun hemm livell għoli ta’ ħarsien ambjentali u sikurezza pubblika.

1) Is-suq intern huwa magħmul minn żona mingħajr fruntieri interni li fiha jrid jiġi żgurat il-moviment liberu tal-prodotti, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Għal dak il-għan ġiet stabbilita sistema komprensiva tal-Unjoni għall-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur, peress li l-vetturi tat-triq huma l-akbar għajn ta’ ħsejjes fis-settur tat-trasport. Ir-rekwiżiti tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u s-sistemi tal-egżost tagħhom fir-rigward tal-livelli permissibbli tal-ħoss għandhom jiġu armonizzati sabiex tiġi evitata l-adozzjoni ta’ rekwiżiti li huma differenti minn Stat Membru għall-ieħor u sabiex ikun żgurat it-tħaddim tajjeb tas-suq intern filwaqt li, fl-istess ħin, ikun hemm livell għoli ta’ ħarsien ambjentali u sikurezza pubblika, kif ukoll kwalità ta’ għajxien u saħħa aħjar.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Dan ir-Regolament għandu wkoll ikompli jnaqqas il-limiti tal-istorbju. Dan għandu jqis ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom, li introduċa rekwiżiti ġodda u aktar stretti dwar l-istorbju tat-tajers tal-vetturi bil-mutur. Għandha tingħata attenzjoni lil dawk l-istudji li jenfasizzaw il-fastidju u l-effetti fuq is-saħħa li jkollu l-istorbju ġġenerat mit-traffiku fit-triq, u l-ispejjeż u l-benefiċċji assoċjati miegħu.

(8) Dan ir-Regolament għandu wkoll ikompli jnaqqas il-limiti tal-istorbju. Dan għandu jqis ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom, li introduċa rekwiżiti ġodda u aktar stretti dwar l-istorbju tat-tajers tal-vetturi bil-mutur u li enfasizzat il-ħtieġa li jkun hemm approċċ koerenti u komprensiv biex tiġi indirizzata l-problema tal-istorbju tat-toroq, inkluż billi jitqies il-kontribut sinifikanti li jagħmlu l-uċuħ tat-toroq għall-istorbju tat-toroq. Għandha tingħata attenzjoni lil dawk l-istudji li jenfasizzaw il-fastidju u l-effetti fuq is-saħħa li jkollu l-istorbju ġġenerat mit-traffiku fit-triq, u l-ispejjeż u l-benefiċċji assoċjati miegħu. Dan ir-Regolament għandu jqis ukoll ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li t-tajers ikunu tikkettati fir-rigward tal-prestazzjoni tal-ħoss tagħhom.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a) Bil-għan li jiġi żgurat li tnaqqis fil-ħsejjes tal-vetturi ma jwassalx għal tnaqqis fis-sikurezza tat-toroq, il-Kummissjoni jmissha teżamina l-possibilità li jiġu emendati l-Annessi ta’ dan ir-Regolament biex jiġi żgurat li, bil-għan li jgħaddu mit-testijiet tal-emissjoni ta’ ħsejjes, il-vetturi ma jkunux mgħammra b’tajers aktar kwieti imma anqas sikuri li imbagħad jitqiegħdu fis-servizz fit-toroq pubbliċi. Dan l-objettiv jista’ jintlaħaq billi jiġu stabbiliti rekwiżiti aktar dettaljati dwar liema tipi ta’ tajers jistgħu jiġu użati għal kategoriji differenti ta’ vetturi skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1222/2009.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a) Jistgħu jittieħdu passi maġġuri biex l-infrastruttura tiġi żviluppata/imtejba b’tali mod li jimmassimizza t-tnaqqis tal-ħsejjes tal-vetturi, bħal pereżempju permezz tal-użu fuq skala kbira ta’ lqugħ ta’ kontra l-ħsejjes.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9b) Għal skopijiet ta’ trasparenza, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda1, u li tinkludi l-informazzjoni dwar il-livell ta’ ħsejjes tal-vetturi.

 

__________________

 

1 ĠU L 12 18.1.2000, p. 16.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 9c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9c) Il-livelli tal-ħsejjes tal-vetturi huma parzjalment dipendenti mill-ambjent li fihom ikunu qed jivvjaġġaw il-vetturi, b’mod partikolari l-kwalità tal-infrastruttura tat-toroq u mill-ġestjoni intelliġenti tas-sistemi tat-traffiku fit-toroq. Għandha tiġi kkunsidrata, għalhekk, l-adozzjoni ta’ approċċ integrat, b’mod partikolari fiż-żoni urbani l-aktar storbjużi u f’każijiet fejn tinħtieġ azzjoni ta’ malajr.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-benefiċċji ambjentali mistennija minn vetturi tat-trasport fit-triq li huma elettriċi u ibridi u dawk li huma purament elettriċi rriżultaw fi tnaqqis sostanzjali tal-istorbju emess minn dawn it-tipi ta' vetturi. Dan irriżulta fit-tneħħija ta’ sors importanti ta’ sinjal bil-ħoss li jintuża minn persuni mexjin fit-triq u ċiklisti li huma għomja jew ma tantx jaraw, fost nies l-oħra li jużaw it-triq, biex ikunu aktar konxji tal-avviċinament, il-preżenza jew it-tluq ta’ dawn il-vetturi. Għal dak il-għan, l-industrija qed tiżviluppa sistemi akustiċi sabiex tikkompensa għal dan in-nuqqas ta' sinjal bil-ħoss f’vetturi elettriċi u dawk elettriċi u ibridi. Il-prestazzjoni ta' sistemi li jagħmlu ħoss meta l-vettura tkun qed tavviċina u li jkunu mwaħħla mal-vetturi għandha tkun armonizzata. It-twaħħil ta’ dawn is-sistemi għandu madankollu, jibqa' alternattiva għad-diskrezzjoni tal-manifatturi tal-vetturi.

(10) Il-benefiċċji ambjentali mistennija minn vetturi tat-trasport fit-triq li huma elettriċi u ibridi u dawk li huma purament elettriċi rriżultaw fi tnaqqis sostanzjali tal-istorbju emess minn dawn it-tipi ta' vetturi. Dan irriżulta fit-tneħħija ta’ sors importanti ta’ sinjal bil-ħoss li jintuża minn persuni mexjin fit-triq u ċiklisti li huma għomja jew ma tantx jaraw, fost nies l-oħra li jużaw it-triq, biex ikunu aktar konxji tal-avviċinament, il-preżenza jew it-tluq ta’ dawn il-vetturi. Għal dak il-għan, l-industrija qed tiżviluppa sistemi akustiċi sabiex tikkompensa għal dan in-nuqqas ta' sinjal bil-ħoss f’vetturi elettriċi u dawk elettriċi u ibridi. Il-prestazzjoni ta' sistemi li jagħmlu ħoss meta l-vettura tkun qed tavviċina u li jkunu mwaħħla mal-vetturi għandha tkun armonizzata. It-twaħħil ta’ dawn is-sistemi għandu jkun obbligatorju għall-manifatturi kollha tal-vetturi. Il-Kummissjoni għandha wkoll tintalab teżamina l-potenzjal ta’ sistemi ta’ sikurezza attivi bil-ħoss u viżivi li jistgħu jiġu installati f’vetturi tal-passiġġieri biex jintlaħaq l-objettiv li titjieb is-sikurezza ta’ utenti tat-toroq vulnerabbli f’żoni urbani.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Meta jitqies in-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni dwar il-livell ta’ ħoss ta’ vetturi bil-mutur b’żewġ jew tliet roti, ikun tajjeb li l-Kummissjoni tfassal proposta ta’ leġiżlazzjoni ġdida dwar dan. Hu fl-interess tal-Unjoni li tadotta dispożizzjonijiet dwar l-inkonvenjent tal-ħsejjes li joħolqu dawn il-vetturi, bħal dak tal-vetturi b'erba' roti trattati fir-Regolament attwali. Regolament speċifiku dwar vetturi bil-mutur b’mill-inqas żewġ roti jippermetti, fuq il-bażi ta’ proċedura ta’ ttestjar imtejba, li tiġi evalwata l-possibilità tal-introduzzjoni ta’ limiti aktar stretti biex ikun żgurat li l-vetturi mqiegħda fis-suq ikunu fil-fatt inqas storbjużi.

Ġustifikazzjoni

Il-livell ta’ ħsejjes tal-vetturi bil-mutur li jkollhom mill-inqas żewġ roti għandu wkoll jiġi indirizzat permezz ta’ regolament speċifiku. L-inkonvenjent li joħolqu l-ħsejjes iġġenerati mill-vetturi huma l-ikbar raġuni ta’ skumdità għall-pubbliku. Dawn huma l-konsegwenza ta’ mġiba mhux ċivika waqt is-sewqan, jew tal-użu ta’ tagħmir tal-egżost modifikat, difettuż jew li ma jkunx konformi mal-istandards.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10b) Il-livell tal-ħsejjes tal-vetturi għandu impatt dirett fuq il-kwalità tal-għajxien taċ-ċittadini tal-UE, b’mod partikolari fiż-żoni urbani fejn hemm ftit jew xejn mezzi tat-trasport pubbliku li jaħdmu bl-elettriku u/jew taħt l-art, ċikliżmu jew mixi. Għandu jitqies ukoll l-objettiv li ffissa l-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2011 dwar pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport1, li jirdoppja l-għadd ta’ utenti tal-mezzi tat-trasport pubbliku. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jmisshom, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, jippromwovu t-trasport pubbliku, il-mixi u ċ-ċikliżmu, bil-għan li jitnaqqas it-tniġġis ikkawżat mill-ħsejjes fiż-żoni urbani.

 

__________________

 

1 Test adottat dakinhar, P7_TA(2011)0584.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 10c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10c) Jitlob li t-tagħrif relatat mal-ħsejjes, u d-data dwar it-testijiet ikunu magħmula disponibbli u esposti b'mod ċar fil-punti tal-bejgħ u fil-materjal promozzjonali tal-vetturi.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 10d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10d) Il-livell ta’ ħsejjes ta’ vettura jiddependi parzjalment mill-mod ta’ kif tiġi użata u minn kemm tinżamm tajjeb wara li tkun inxtrat. F’dan ir-rigward, għandhom jittieħdu passi biex titqajjem kuxjenza pubblika fl-UE dwar kemm hu importanti li jiġi adottat stil ta' sewqan b’veloċità stabbli u li dak li jkun ma jaqbiżx il-limiti tal-veloċità li jkunu fis-seħħ f'kull Stat Membru.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissostitwixxi r-rekwiżiti tekniċi ta’ dan ir-Regolament b’referenza diretta għar-Regolamenti tal-UNECE Nru 51 u Nru 59 ġaladarba l-valuri ta’ limitu dwar il-metodu tal-ittestjar ġdid ikunu stipulati f’dawn ir-Regolamenti, jew biex tkun tista’ tadatta dawn ir-rekwiżiti għal żviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-Kummissjoni għandha tiġi delegata s-setgħa li tadotta atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emenda tad-dispożizzjonijiet fl-Annessi ma’ dan ir-Regolament dwar il-metodi tal-ittestjar u l-livelli ta' ħoss. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha. Meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(12) Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tissostitwixxi r-rekwiżiti tekniċi ta’ dan ir-Regolament b’referenza diretta għar-Regolamenti tal-UNECE Nru 51 u Nru 59 ġaladarba l-valuri ta’ limitu dwar il-metodu tal-ittestjar ġdid ikunu stipulati f’dawn ir-Regolamenti, jew biex tkun tista’ tadatta dawn ir-rekwiżiti għal żviluppi tekniċi u xjentifiċi, il-Kummissjoni għandha tiġi delegata s-setgħa li tadotta atti b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-emenda tad-dispożizzjonijiet fl-Annessi ma’ dan ir-Regolament dwar il-metodi tal-ittestjar u l-livelli ta' ħoss. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anke fil-livell tal-esperti. Meta tkun qiegħda tipprepara u tfassal atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti kollha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet adegwati, anke fil-livell tal-esperti, qabel tadotta att delegat. Din l-emenda tikkunsidra l-formulazzjoni standard ġdida rigward l-atti ddelegati.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

12a) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jmisshom jikkunsidraw il-possibilità li jiġu offruti inċentivi finanzjarji biex jiżdied l-użu ta’ vetturi li għandhom livell baxx ta’ ħsejjes u b’hekk l-operaturi tal-vetturi kummerċjali jiġu inkoraġġuti jinvestu f’tali vetturi.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(2) “tip ta' vettura” tfisser sett ta' vetturi kif iddefinit fl-Anness II Parti B mad-Direttiva 2007/46/KE.

(2) “tip ta' vettura” tfisser:

 

(2.1) għall-vetturi, ittestjati skont l-Anness II, paragrafu 4.1.2.1, sett ta' vetturi kif iddefinit fl-Anness II Parti B tad-Direttiva 2007/46/KE.

 

(2.2) għall-vetturi ttestjati skont l-Anness II, paragrafu 4.1.2.2, sett ta’ vetturi li mhumiex essenzjalment differenti f’aspetti bħalma huma:

 

(2.2.1) l-għamla jew il-materjali tal-qafas (partikolarment il-kompartament tal-magna u l-protezzjoni tiegħu ta’ kontra l-ħsejjes);

 

(2.2.2) it-tip ta’ magna (pereżempju startjar pożittivi jew startjar bil-kompressjoni, b’żewġ strowks jew b’erba’ strowks, piston reċiprokanti jew rotatorja), numru u kapaċità taċ-ċilindri, tip ta’ sistema ta’ injezzjoni, arranġament tal-valvoli, veloċità kklassifikata tal-magna (S), jew it-tip ta’ mutur elettriku;

 

(2.2.3) vetturi li għandhom l-istess tip ta’ magna u/jew rapporti ġenerali bejn il-gerijiet differenti, jistgħu jitqiesu bħala vetturi tal-istess tip.

 

Madankollu, jekk id-differenzi ta’ hawn fuq jipprovdu għal metodu ta’ ttestjar differenti, dawn id-differenzi għandhom jiġu meqjusa bħala tibdila tat-tip.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) “punt tal-bejgħ” tfisser post fejn vetturi huma offruti għall-bejgħ lill-konsumaturi;

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li jiġi żgurat li l-konsumaturi għandhom aċċess għat-tagħrif relevanti kollu meta jkunu qed jaħsbuha jixtrux vettura, it-tagħrif dwar il-livelli tal-ħoss għandu jitqiegħed għad- disponibilità tagħhom b’mod kemm jista’ jkun mifrux.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 21b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

21 b) “materjal promozzjonali tekniku” tfisser manwali, pamflets, fuljetti u katalgi (kemm jekk f’sura stampata, elettronika jew onlajn), kif ukoll siti fuq l-Internet, li l-għan tagħhom ikun li jippromwovu vetturi fost il-pubbliku ġenerali.

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li jiġi żgurat li l-konsumaturi għandhom aċċess għat-tagħrif relevanti kollu meta jkunu qed jaħsbuha jixtrux vettura, it-tagħrif dwar il-livelli tal-ħoss għandu jitqiegħed għad- disponibilità tagħhom b’mod kemm jista’ jkun mifrux.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-manifatturi għandhom jassiguraw li s-sistema għat-tnaqqis tal-istorbju tkun imfassla, mibnija u mmuntata b’tali mod li tkun tista’ tirreżisti raġonevolment il-fenomeni korrożivi li tiġi esposta għalihom filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura.

2. Il-manifatturi għandhom jassiguraw li s-sistema għat-tnaqqis tal-istorbju tkun imfassla, mibnija u mmuntata b’tali mod li tkun tista’ tirreżisti raġonevolment il-fenomeni korrożivi li tiġi esposta għalihom filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet tal-użu tal-vettura u d-differenzi tal-klimi reġjonali.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 bis) Il-manifattur għandhu jippubblika t-tagħrif dwar il-livell ta’ ħsejjes tal-vetturi li jipproduċi, inklużi l-kategoriji tad-decibels tagħhom, b’mod partikolari fil-punti ta’ bejgħ u fil-materjali promozzjonali.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II ma għandux jaqbeż il-limiti stipulati fl-Anness III.

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar stipulati fl-Anness II għandhom iqisu l-kundizzjonijiet tipiċi tas-sewqan fit-triq u r-rekwiżiti tal-ittestjar tal-komponenti essenzjali oħra tal-vettura, li diġà ġew koperti permezz ta’ regolamentazzjoni tal-UE1.

 

Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II u matematikament miġjub sal-eqreb valur ta’ numru sħiħ ma għandux jaqbeż il-limiti stipulati fl-Anness III.

 

__________________

 

1Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom. (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1.)

Ġustifikazzjoni

Adozzjoni tal-pożizzjoni tal-grupp ta’ esperti tal-GRB (Grupp ta’ Rapporteurs dwar il-Ħsejjes tal-Vetturi) (Grupp ta’ Ħidma 29) tal-UNECE f'Ġinevra.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien tliet snin wara d-data msemmija fl-Anness III, it-tielet kolonna, fażi 1, ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq studju ddettaljat biex taċċerta jekk il-limiti tal-istorbju jkunux xierqa jew le. Abbażi tal-konklużjonijiet tal-istudju, il-Kummissjoni tista', fejn xieraq, tippreżenta l-proposti għall-emenda ta’ dan ir-Regolament.

Fi żmien tliet snin wara d-data msemmija fl-Anness III, it-tielet kolonna, fażi 1, ma’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq studju ddettaljat biex taċċerta jekk il-limiti tal-istorbju jkunux xierqa jew le u jekk kienx il-każ li ma kien hemm l-ebda effetti ta’ detriment fuq is-sikurezza tat-toroq. Abbażi tal-konklużjonijiet tal-istudju, il-Kummissjoni tista', f’każijiet iġġustifikati, tippreżenta l-proposti għall-emenda ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-limiti tal-ħsejjes. Ir-riżultati tal-istudju għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-proposti għal emendi għal dan ir-Regolament imressqa skont il-paragrafu 1 għandhom iqisu l-istandards il-ġodda stabbiliti mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, b’mod partikolari l-istandard ISO 10844:2011.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sistema Akustika ta’ Twissija tal-Vettura (AVAS)

Sistema Akustika ta’ Twissija tal-Vettura (AVAS)

Meta l-manifatturi jagħżlu li jinstallaw l-AVAS fil-vetturi, ir-rekwiżiti tal-Anness X għandhom jiġu sodisfatti.

Meta l-manifatturi jinstallaw l-AVAS fil-vetturi, ir-rekwiżiti tal-Anness X għandhom jiġu sodisfatti.

Ġustifikazzjoni

Il-vetturi elettriċi jew ibridi għandhom darbtejn aktar ċans li jkunu involuti f’inċidenti fl-ambjent urban minħabba li l-funzjonament tagħhom hu totalment sieket, u dan ifisser li utenti “vulnerabbli” u saħansitra aktar u aktar il-persuni neqsin mid-dawl ma jindunawx bihom. Il-ħolqien ta’ sistema ta’ twissija b’ħoss mill-manifatturi tal-vetturi għandu għaldaqstant ikun obbligatorju.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-manifatturi jagħżlu li jinstallaw l-AVAS fil-vetturi, ir-rekwiżiti tal-Anness X għandhom jiġu sodisfatti.

Meta l-manifatturi jagħżlu li jinstallaw l-AVAS fil-vetturi, ir-rekwiżiti tal-Anness IX għandhom jiġu sodisfatti.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati biex temenda l-Annessi I sa XI.

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 11, biex temenda l-Annessi I sa XI.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkunsidra l-formulazzjoni standard ġdida rigward l-atti ddelegati.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom ikunu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2. Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom ikunu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 5 snin mid-data tad-dħul fis-seħħ. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu ta' 5 snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

Ġustifikazzjoni

It-tul ta’ żmien tad-delega tas-setgħa lill-Kummissjoni għandu jkun limitat għal perjodu ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded jekk jiġu rispettati ċerti kondizzjonijiet, bħat-tfassil ta’ rapport, u jekk il-Parlament jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx. Din l-emenda tikkunsidra l-formulazzjoni standard ġdida rigward l-atti ddelegati.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 10(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahar fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 10(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

L-iskadenza tal-oġġezzjoni għal att iddelegat għandha tkun tista’ tkun ta’ erba’ xhur b’kollox. Dan huwa perjodu aktar realistiku biex jagħmilha possibbli li l-Parlament u l-Kunsill isegwu l-proċedura neċessarja sabiex jippreżentaw oġġezzjoni. Din l-emenda tikkunsidra l-formulazzjoni standard ġdida rigward l-atti ddelegati.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

imħassar

Oġġezzjonijiet għal atti ddelegati

 

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għall-att iddelegat fi żmien xahrejn mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahar.

 

2. Jekk, meta jiskadi dan il-perjodu, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għall-att iddelegat, jew jekk, qabel din id-data, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu infurmaw lill-Kummissjoni Ewropea li huma ddeċidew li ma joġġezzjonawx, l-att iddelegat jidħol fis-seħħ fid-data ddikjarata fid-dispożizzjonijiet tiegħu.

 

3. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għall-att iddelegat adottat, dan ma għandux jidħol fis-seħħ. L-istituzzjoni li toġġezzjona għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-oġġezzjoni għall-att iddelegat.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu 12 huwa superfluwu, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11, u għalhekk it-tħassir tiegħu se jservi biex it-test jiġi allinjat mal-kliem standard ġdid applikabbli għall-atti delegati.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

imħassar

Proċedura ta’ urġenza

 

1. L-atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 10(1) għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att iddelegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

 

2. Kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att iddelegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 11(5). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tirrevoka l-att bla dewmien wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu 13 huwa superfluwu għax l-użu tal-proċedura ta’ urġenza mhix iġġustifikata kif jixraq (la fl-Artikolu 10 u lanqas fil-premessi), u għaldaqstant jeħtieġ li jitħassar.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Anness II – punt 3.2.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.2.2. L-emissjonijiet tal-ħoss tad-dawrien tat-tajers qegħdin stipulati fir-Regolament (KR) Nru 661/2009 dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur. It-tajers li għandhom jintużaw għat-test għandhom ikunu rappreżentattivi għall-vettura u għandhom jingħażlu mill-manifattur tal-vettura u jiġu rreġistrati fl-Appendiċi 3 tal-Anness I ma' dan ir-Regolament. Għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet tat-tajers maħsuba għall-vettura bħala tagħmir oriġinali. It-tajer huwa, jew se jkun, fis-suq, disponibbli għax-xiri fl-istess żmien tal-vettura.2/ It-tyres għandhom jintefħu għall-pressjoni rakkomandata mill-manifattur għall-massa tat-test tal-vettura. It-tajers iridu jkollhom mill-inqas il-fond legali tal-flieli tal-wiċċ ta' barra.

3.2.2. L-emissjonijiet tal-ħoss tad-dawrien tat-tajers qegħdin stipulati fir-Regolament (KR) Nru 661/2009 dwar is-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur. It-tajers li għandhom jintużaw għat-test għandhom ikunu rappreżentattivi għall-vettura u għandhom jingħażlu mill-manifattur tal-vettura u jiġu rreġistrati fl-Appendiċi 3 tal-Anness I ma' dan ir-Regolament. Għandhom jikkorrispondu għal wieħed mid-daqsijiet tat-tajers maħsuba għall-vettura bħala tagħmir oriġinali. It-tajer huwa, jew se jkun, fis-suq, disponibbli għax-xiri fl-istess żmien tal-vettura. 2/ It-tajers għandhom jintefħu għall-pressjoni rakkomandata mill-manifattur għall-massa tat-test tal-vettura.It-tajers iridu jkollhom mill-inqas il-fond legali tal-flieli tal-wiċċ ta' barra.

2/ Minħabba li l-kontribut tat-tajers għall-emissjonijiet tal-ħoss huwa sinifikanti, iridu jitqiesu d-dispożizzjonijiet attwali dwar l-emissjonijiet tal-ħoss tat-tajers mat-triq. It-tajers tat-trazzjoni, it-tajers għas-silġ u tajers ta' użi speċjali għandhom jiġu esklużi mit-teħid tal-qisien għall-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità, fuq talba tal-manifattur, skont ir-Regolament Nru 117 tal-UNECE (ĠU L 231, 29.8.2008, p. 19).

2/ Minħabba li l-kontribut tat-tajers għall-emissjonijiet tal-ħoss huwa sinifikanti, iridu jitqiesu d-dispożizzjonijiet attwali dwar l-emissjonijiet tal-ħoss tat-tajers mat-triq. It-tajers tat-trazzjoni, it-tajers għas-silġ u tajers ta' użi speċjali għandhom jiġu esklużi mit-teħid tal-qisien għall-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità, fuq talba tal-manifattur, skont l-aħħar emendi għar-Regolament KEE Nru 117.

Ġustifikazzjoni

Skont il-qbil li sar fl-2011 fit-53 sessjoni tal-GRB - grupp ta’ esperti dwar il-ħsejjes tal-Grupp ta’ Ħidma 29 (il-Grupp ta’ Ħidma responsabbli biex jiżviluppa standards dinjija armonizzati tal-vetturi) tal-UNECE f’Ġinevra, li tagħha hija membru l-Kummissjoni Ewropea.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Anness III – Valuri ta’ limitu

Test propost mill-Kummissjoni

Il-kategorija tal-vettura

Deskrizzjoni tal-kategorija tal-vettura

Valuri ta’ limitu espressi f’dB(A) [decibels(A)]

 

 

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi

Valuri ta’ limitu għar- reġistrazzjoni, bejgħ u dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda

 

 

L-ewwel fażi valida minn

[sentejn wara l-pubblikazzjoni]

It-tieni fażi valida minn

[6 snin wara l-pubblikazzjoni]

It-tielet fażi valida minn

[8 snin wara l-pubblikazzjoni]

 

 

Kummenti ġenerali

Off-road *

Kummenti ġenerali

Off-road *

Kummenti ġenerali

Off-road *

M

Vetturi użati għall-ġarr tal-passiġġieri

 

 

 

 

 

 

M1

nru ta' sits < 9

 

70

71**

68

69**

68

69**

M1

nru ta' sits < 9;

Il-proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa > 150 kW/ton

71

71

69

69

69

69

M2

nru ta' sits < 9; massa < 2 tunnellati

 

72

72

70

70

70

70

M2

nru ta' sits < 9; 2 tunnellati < massa < 3.5 tunnellati

 

73

74

71

72

71

72

M2

nru ta' sits < 9; 3,5 tunnellati < massa < 5-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna < 150 kW

74

75

72

73

72

73

M2

nru ta' sits < 9; 3,5 tunnellati < massa < 5-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna > 150 kW

76

78

74

76

74

76

M3

nru ta' sits < 9; massa > 5-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna < 150 kW

75

76

73

74

73

74

M3

nru ta' sits < 9; massa > 5-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna > 150 kW

77

79

75

77

75

77

N

Vetturi użati għall-ġarr tal-merkanzija

 

 

 

 

 

 

N1

massa < 2 tunnellati

 

71

71

69

69

69

69

N1

2 tunnellati < massa < 3.5 tunnellati

 

72

73

70

71

70

71

N2

3,5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna < 75 kW

74

75

72

73

72

73

N2

3,5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

75 < potenza nominali tal-magna < 150 kW

75

76

73

74

73

74

N2

3,5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna > 150 kW

77

79

75

77

75

77

N3

massa > 12-il tunnellata;

75 < potenza nominali tal-magna < 150 kW

77

78

75

76

75

76

N3

massa > 12-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna > 150 kW

80

82

78

80

78

80

*

Il-valuri ta' limitu miżjuda għandhom ikunu validi biss jekk il-vettura tikkonforma mad-definizzjoni rilevanti għall-vetturi off-road stabbilita fil-punt 4 tat-Taqsima A tal-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

**

Għall-vetturi M1 il-valuri ta' limitu miżjuda għall-vetturi off-road ikunu validi biss jekk il-massa massima awtorizzata tkun ta' > 2 tunnellati

Emenda

Il-kategorija tal-vettura

Deskrizzjoni tal-kategorija tal-vettura

Valuri ta’ limitu espressi f’dB(A) [decibels(A)]

 

 

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi

Valuri ta’ limitu għar- reġistrazzjoni, bejgħ u dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda

 

 

L-ewwel fażi valida minn

[sentejn wara l-pubblikazzjoni]

It-tieni fażi valida minn

[6 snin wara l-pubblikazzjoni]

It-tielet fażi valida minn

[8 snin wara l-pubblikazzjoni]

 

 

Kummenti ġenerali

Off-road *

Kummenti ġenerali

Off-road *

Kummenti ġenerali

Off-road *

M

Vetturi użati għall-ġarr tal-passiġġieri

 

 

 

 

 

 

M1

nru ta' sits < 9

 

70

71**

68

69**

68

69**

M1

nru ta' sits < 9;

Il-proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa > 150 kW/ton

71

71

69

69

69

69

M2

nru ta' sits < 9; massa < 2 tunnellati

 

72

72

70

70

70

70

M2

nru ta' sits < 9; 2 tunnellati < massa < 3.5 tunnellati

 

73

74

71

72

71

72

M2

nru ta' sits < 9; 3.5 tunnellati < massa < 5-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna < 150 kW

74

75

72

73

72

73

M2

nru ta' sits < 9; 3.5 tunnellati < massa < 5-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna > 150 kW

76

78

74

76

74

76

M3

nru ta' sits < 9; massa > 5-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna < 150 kW

75

76

73

74

73

74

M3

nru ta' sits < 9; massa > 5-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna > 150 kW

77

79

75

77

75

77

N

Vetturi użati għall-ġarr tal-merkanzija

 

 

 

 

 

 

N1

massa < 2 tunnellati

 

71

71

69

69

69

69

N1

2 tunnellati < massa < 3.5 tunnellati

 

72

73

70

71

70

71

N2

3.5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna < 75 kW

74

75

72

73

72

73

N2

3.5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

75 < potenza nominali tal-magna < 150 kW

75

76

73

74

73

74

N2

3.5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna > 150 kW

77

79

75

77

75

77

N3

massa > 12-il tunnellata;

75 < potenza nominali tal-magna < 150 kW

77

78

75

76

75

76

N3

massa > 12-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna > 150 kW

80

82

78

80

78

80

*

Il-valuri ta' limitu miżjuda għandhom ikunu validi biss jekk il-vettura tikkonforma mad-definizzjoni rilevanti għall-vetturi off-road stabbilita fil-punt 4 tat-Taqsima A tal-Anness II għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

**

Għall-vetturi M1 il-valuri ta' limitu miżjuda għall-vetturi off-road ikunu validi biss jekk il-massa massima awtorizzata tkun ta' > 2 tunnellati

PROĊEDURA

Titolu

Il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur

Referenzi

COM(2011)0856 – C7-0487/2011 – 2011/0409(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.12.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Gilles Pargneaux

10.1.2012

Eżami fil-kumitat

8.5.2012

18.6.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

19.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

12

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Ádám Kósa, Werner Kuhn, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Spyros Danellis, Gilles Pargneaux, Alfreds Rubiks, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

María Irigoyen Pérez

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (25.6.2012)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur
(COM(2011)0856 – C7‑0487/2011 – 2011/0409(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Anja Weisgerber

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

It-trasport motorizzat huwa wieħed mis-sorsi ewlenin tat-tniġġis tal-ħoss. Huwa maħsub li esponiment persistenti għal livelli għolji ta' storbju jżid il-mard kardjovaskulari, problemi konoxittivi, problemi ta' rqad u t-tinnitus. Ir-rapporteur tappoġġja bis-sħiħ l-għan tar-Regolament propost li jitnaqqas l-istorbju ambjentali billi jitnaqqsu l-valuri ta' limitu tal-istorbju u billi jiġi introdott metodu ġdid u rfinut tal-ittestjar biex ikejjel l-emissjonijiet tal-istorbju. Madankollu, il-valuri ta' limitu tal-istorbju jridu jkunu kemm ambizzjużi kif ukoll teknikament fattibbli. F'dan is-sens, wieħed irid iżomm f'moħħu li l-istorbju jitkejjel fuq skala logaritmika u li tnaqqis ta' 3 decibel (dB) iwassal għal tnaqqis ta' 50 % tal-istorbju.

Jeżistu wkoll rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, fost l-oħrajn għall-emissjonijiet tas-CO2 u għas-sustanzi niġġiesa (standards Euro 5/6 u Euro VI). Il-miżuri meħuda biex jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti ta' emissjonijiet jikkontradixxu parzjalment il-miżuri meħuda biex jitnaqqas l-istorbju ta' vettura. Pereżempju, il-miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-istorbju jistgħu jżidu l-piż ta' vettura, li jwassal għal emissjonijiet ogħla tas-CO2. Ir-rekwiżiti differenti tal-approvazzjoni tat-tip fl-UE għandhom jistabbilixxu bir-reqqa bilanċ bejn l-għanijiet differenti u jsegwu approċċ ġenerali sabiex ikomplu jagħmlu l-vetturi aktar silenzjużi, aktar sikuri u li jirrispettaw aktar l-ambjent. Barra minn hekk, il-miżuri meħuda biex jitnaqqas il-livell tal-istorbju ta' vettura m'għandhomx iwasslu għal tnaqqis fis-sikurezza tat-toroq, pereżempju l-uċuħ tat-toroq li jkollhom karatteristiċi speċjali ta' livell baxx ta' storbju jistgħu jnaqqsu l-istorbju tat-tidwir tat-tajers b'mod sinifikanti u jipprovokaw distanzi itwal ta' bbrejkjar tal-vetturi. Apparti l-valuri ta' limitu tal-istorbju għal-vetturi, ir-Rapporteur tenfasizza li huwa importanti li jitqiesu sorsi oħra ta' storbju ambjentali, bħall-wiċċ tat-triq, il-ġestjoni tat-traffiku jew l-imġiba tas-sewwieqa.

Filwaqt li r-Rapporteur tappoġġja bil-qawwa l-għan tar-Regolament propost, hija tipproponi xi emendi sabiex dawn l-għanijiet jintlaħqu aħjar. Sabiex jiżdiedu l-benefiċċji għas-saħħa u tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, għandhom jiġu stabbiliti valuri ta' limitu tal-istorbju fuq żmien fit-tul. Għandhom isiru wkoll l-aġġustamenti meħtieġa fir-rigward tal-kategoriji tal-vetturi. Il-leġiżlazzjoni attwali dwar l-emissjonijiet tal-istorbju tal-vetturi tagħti valuri ta' limitu differenti għall-kategoriji u subkategoriji tal-vetturi differenti. Dawn is-subkategoriji ġew stabbilti fl-1970 u mill-1985 ma ġewx emendati. Għaldaqstant, ir-Rapporteur tipproponi li s-subkategoriji jiġu aġġornati u li s-sistema tal-klassifikazzjoni tal-vetturi tiġi adattata għall-aħħar standards tekniċi. Dawn l-adattamenti għandhom jagħmluha possibbli li jiġu ddefiniti valuri ta' limitu tal-istorbju ambizzjużi u li jiġi ottimizzat it-tnaqqis ġenerali tal-istorbju. Jekk il-kategoriji tal-vetturi jiġu differenzjati aktar, ikun possibbli li nistabbilixxu valuri ta' limitu tal-istorbju aktar ambizzjużi għall-vetturi b'qawwa aktar żgħira tal-magna, u valuri ta' limitu tal-istorbju aktar realistiċi għall-vetturi b'qawwa akbar tal-magna. Il-valuri ta' limitu tal-istorbju fuq żmien fit-tul il-ġodda jirrikjedu disinn kompletament ġdid għal kull vettura.

Ir-Rapporteur hija wkoll tal-fehma li r-Regolament għandu jirrifletti d-differenzi fl-iżvilupp u l-produzzjoni tal-karozzi tal-passiġġieri u tal-vetturi tqal. Dawn id-differenzi jridu jiġu riflessi f'kalendarju differenti tal-fażijiet rispettivi li għalihom japplikaw il-valuri ta' limitu tal-istorbju. Għalhekk, ir-Rapporteur tipproponi fażijiet differenti għall-vetturi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali.

It-trasparenza hija element ewlieni tal-politika responsabbli għall-konsumatur u ilha appoġġjata mill-Kumitat IMCO għal żmien twil. Il-garanzija tad-disponibilità ta' informazzjoni ċara u trasparenti dwar l-emissjonijiet tal-istorbju ta' kull vettura lill-konsumaturi tippermettilhom li jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom li jixtru fuq l-emissjonijiet tal-istorbju. L-istess informazzjoni lill-awtoritajiet pubbliċi tagtħtihom is-setgħa li jiffissaw inċentivi xierqa biex iħeġġu l-użu ta' vetturi aktar silenzjużi, pereżempju billi jiġu ffissati standards ta' akkwist għall-flotot tal-karozzi tal-linja u billi jagħtu aċċess preferenzjali f'ċerti nħawi residenzjali sensittivi jew waqt ċerti ħinijiet sensittivi tal-jum lill-aktar vetturi silenzjużi biss. Diġà jeżistu tikketti għall-emissjonijiet tas-CO2, għall-konsum tal-fjuwil u għall-ħoss tat-tajers, u għandha tiġi introdotta tikketta simili għal-livell tal-istorbju tal-vetturi.

Fir-rigward tal-vetturi elettriċi u ibridi, id-Direttiva għandha tistabbilixxi l-istandards tekniċi billi tintroduċi rekwiżiti li jikkonċernaw l-livell minimu ta' ħoss għall-vetturi elettriċi. Ġie stabbilit mill-UNECE grupp ta’ ħidma dwar il-livelli minimi tal-ħoss għall-vetturi silenzjużi, u dan jiddiskuti l-possibilità li jiġu armonizzati r-rekwiżiti għas-“Sistemi li Jagħmlu Ħoss meta l-Vettura tkun qed Tavviċina (Approaching Vehicle Audible Systems (AVAS)).

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Jeżistu rekwiżiti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE fost l-oħrajn dwar l-emissjonijiet tas-CO2 (Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 23 ta' April 2009 li jistabbilixxi standards ta' rendiment għall-emissjonijiet minn karozzi ġodda tal-passiġġieri bħala parti mill-approċċ integrat tal-Komunità biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief1 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Mejju 2011 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief2, u dwar l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa (ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi3 u r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi4). Ir-rekwiżiti tekniċi fir-rigward tal-valur limitu tal-emissjonijiet tas-CO2 u tas-sustanzi niġġiesa ma jistgħux jikkontradixxu r-rekwiżiti dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-istorbju. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom jiksbu bilanċ bejn l-objettivi differenti.

 

_____________

 

1 ĠU L 140, tal-5.6.2009, p. 1.

 

2 ĠU L 145, tal-31.5.2011, p. 1.

 

3 ĠU L 171, tad-29.6.2007, p. 1.

 

4 ĠU L 188, tat-18.7.2009, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri tekniċi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 jinkludu miżuri biex jitnaqqas il-piż ta' vettura, filwaqt li l-miżuri tekniċi biex jitnaqqas il-ħoss permezz tal-iżolament tal-istorbju normalment iżidu l-piż tal-vettura u jżidu l-emissjonijiet tas-CO2. Barra minn hekk, l-iżolament tal-istorbju jnaqqas il-ħoss filwaqt li fl-istess ħin iżid ir-riskju li l-magna tieħu n-nar.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Minn madwar 500 miljun ċittadin tal-Unjoni Ewropea, madwar 300 miljun huma reġistrati bħala sewwieqa ta’ vetturi. Fl-Unjoni Ewropea, jiġu liċenzjati 22 % tat-total tal-vetturi fid-dinja u jiġu manifatturati 25 %. Kull sena, l-industrija tal-karozzi timmanifattura 17-il miljun vettura ġdida u bħalissa t-tendenza hi li din iċ-ċifra tiżdied.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Il-miżuri tekniċi li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-istorbju tal-vetturi jridu jikkompetu ma’ diversi rekwiżiti, bħall-ħtieġa li jitnaqqsu l-istorbju u l-emissjonijiet ta' sustanzi niġġiesa filwaqt li fl-istess ħin tinżamm l-istess prestazzjoni ekonomika tal-vettura. Biex twieġeb bl-istess mod għar-rekwiżiti kollha u żżomm bilanċ bejnhom, l-industrija tal-karozzi spiss tasal fil-limiti ta’ dak li hu attwalment fiżikament possibbli. Fil-każ tal-iżvilupp awtomobilistiku, dejjem kien possibbli li dan il-limitu jiġi xxiftjat permezz tal-użu ta’ materjali u ta’ metodi aktar moderni u innovattivi. Sabiex ikun hemm il-possibbiltà ta’ innovazzjoni, jeħtieġ li jkun hemm qafas ċar u ffundat fiż-żmien mill-aspett leġiżlattiv. Dan il-qafas jitħejja permezz tar-Regolament attwali u b’hekk titħeġġeġ spinta għall-innovazzjoni soċjalment ikkundizzjonata, filwaqt li fl-istess ħin l-industrija ma titlifx il-kapaċità ta’ azzjoni ekonomika meħtieġa.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) It-tniġġis tal-istorbju huwa primarjament problema lokali li teħtieġ soluzzjoni fil-livell tal-Unjoni. L-ewwel pass ta’ kwalunkwe politika sostenibbli fir-rigward tal-emissjonijiet tal-ħsejjes għandu jkun dak li jiġu stabbiliti miżuri mmirati lejn is-sors tal-istorbju. Is-sors tal-istorbju tal-vetturi, li għalih jirreferi dan ir-Regolament, huwa sors kompletament mobbli, għalhekk il-miżuri nazzjonali esklussivi ma jistgħux jaffrontawh b’mod xieraq.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) L-għoti ta' informazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-istorbju lill-konsumaturi, lill-maniġers tal-flotot tal-karozzi u lill-awtoritajiet pubbliċi jista' jinfluwenza d-deċiżjonijiet ta' xiri u jħaffef il-qalba għal flotta tal-vetturi aktar silenzjuża. Sabiex tingħata l-informazzjoni meħtieġa lill-konsumatur, il-manifattur għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar il-livelli tal-istorbju tal-vetturi b'konformità mal-metodi armonizzati ta' ttestjar fil-punt tal-bejgħ u fil-materjal promozzjonali tekniku. Tikketta li tkun komparabbli għat-tikketti użati għall-informazzjoni dwar l-emissjonijiet tas-CO2, il-konsum tal-fjuwil u l-ħsejjes tat-tajers, għandha tinforma lill-konsumaturi dwar l-emissjonijiet tal-istorbju ta' vettura.

Ġustifikazzjoni

Until now, it is not possible to know the noise level of a vehicle. Noise information is required for tyres at points of sale and in promotional material by Regulation 1222/2009 on the labelling of tyres. To promote low-noise vehicles and to give the customer the possibility to make an informed choice about the purchase, the manufacturer shall be obliged to display the noise level of a vehicle. National and municipal public authorities have a central role as major purchasers of vehicle fleets, particularly public transport vehicles and municipal vehicles, as well as responsibility for implementation of Directive 2002/49/EC which aims to reduce environmental noise in urban areas and along major transport infrastructures.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) F’dak li jirrigwarda l-karozzi, fi vjaġġ li jsir b’veloċità medja ta’ inqas minn 45 km/h, jippredominaw il-ħsejjes tal-magna u tas-sistema tal-egżost, fil-każ ta’ vjaġġi b’veloċità aktar minn 45 km/h, jiddominaw il-ħsejjes tat-tajers u tar-riħ. Dawn il-ħsejjes huma preżenti indipendentement mit-tip ta’ magna u mill-prestazzjoni tagħha. L-iżvilupp tal-vetturi sa mis-sebgħinijiet għamilha possibbli li jinbnew magni ħafna aktar silenzjużi, iżda bħala medja, aktar qawwija u itqal. Minħabba dan tal-aħħar, u sabiex ikun hemm aktar sigurtà tas-sewqan, kien hemm żieda fil-piż tal-vettura kollha, li kienet tinvolvi t-twessigħ tal-wiċċ ta’ kuntatt tat-tajers bl-għan li tiżdied l-istabilità tas-sewqan. It-twessigħ ta’ tali wċuħ jinvolvi żieda fil-ħsejjes tat-tidwir tat-tajers tal-vettura.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-potenzjal ta’ tnaqqis tal-istorbju tas-sors tal-ħsejjes, li hu l-għan ta’ dan ir-Regolament, huwa inferjuri għal dak tal-kisi tat-triq li jiġu f’kuntatt magħha t-tajers. It-tnaqqis tal-emissjonijiet fil-każ ta’ dan tal-aħħar, ikun ħafna aktar sempliċi mill-aspett tekniku. Minħabba d-disponibilità tat-tipi ta’ asfalt bħall-asfalt silenzjuż, l-asfalt bi kwalitajiet ta’ tnaqqis tal-istorbju jew l-asfalt ottimizzat għall-istorbju, li jiġu integrati f’approċċ olistiku li jikkombina diversi miżuri sempliċi tal-bini, lokalment jista’ jkun akkwistat tnaqqis ta’ madwar 10 dB. Dan l-approċċ effikaċi għal sorsi ta’ storbju esklussivament lokali ma jiġix ikkunsidrat fir-Regolament attwali għax l-applikazzjoni tkun ta’ strapazz kbir għall-baġits statali, speċjalment għall-entitajiet lokali. Fiż-żminijiet tal-kriżi finanzjarja, ikun diffiċli li dan ikun sostnut u dan jista’ jaffettwa, min-naħa l-oħra, is-setturi tal-politika reġjonali u strutturali.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) ‘punt tal-bejgħ’ tfisser il-post fejn il-vetturi huma offruti għall-bejgħ lill-konsumaturi.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom aċċess għall-informazzjoni relevanti meta jikkunsidraw ix-xiri ta' vettura, l-informazzjoni dwar l-istorbju għandha tkun disponibbli b'mod ġenerali. (Proposti allinjati mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1222/2009 dwar it-tikkettar tat-tajers, inklużi l-emissjonijiet tal-istorbju).

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt 21b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b) 'materjal promozzjonali tekniku' tfisser il-manwali, brochures u katalgi tekniċi (li jidhru f'forma pprintjata, elettronika jew onlajn), kif ukoll websajts, li l-għan tagħhom huwa li jikkummerċjalizzaw il-vetturi lill-konsumaturi.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom aċċess għall-informazzjoni relevanti meta jikkunsidraw ix-xiri ta' vettura, l-informazzjoni dwar l-istorbju għandha tkun disponibbli b'mod ġenerali. (Proposti allinjati mal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1222/2009 dwar it-tikkettar tat-tajers, inklużi l-emissjonijiet tal-istorbju).

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II ma għandux jaqbeż il-limiti stipulati fl-Anness III.

Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar stipulati fl-Anness II għandhom iqisu l-kundizzjonijiet tipiċi tas-sewqan fit-triq u r-rekwiżiti tal-ittestjar tal-komponenti essenzjali oħra tal-vettura, li diġà ġew koperti mir-Regolament (KE) Nru 661/2009. Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II ma għandux jaqbeż il-limiti stipulati fl-Anness III.

Ġustifikazzjoni

F’konformità mal-prinċipji ta’ regolazzjoni aħjar, huwa importanti li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tal-ittestjar ta’ dan ir-Regolament ma jkollhomx impatt bla bżonn fuq il-manifatturi tal-partijiet li diġà ħadu passi sinifikanti lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-ħoss, partikolarment l-industrija tat-tajers. F’dan il-kuntest, l-eżattezza tal-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandha tiġi enfasizzata, u l-“kundizzjonijiet tipiċi ta’ sewqan fit-triq” għandhom jiġu ddikjarati bħala l-kundizzjoni għall-validazzjoni tal-limiti stipulati fl-Anness III.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafi 1a u 1b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-vetturi jissodisfaw awtomatikament ir-rekwiżiti tal-Anness X, jekk il-manifattur tal-vettura jipprovdi d-dokumenti tekniċi lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, li juru d-differenza bejn il-veloċità massima u dik minima tal-magna tal-vetturi BB'17 ≤ 0,15 x S, għal kull kundizzjoni tat-test ġewwa l-medda ta’ kontroll ASEP definita fil-punt 3.3. tal-Anness VIII, fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II.

 

Il-vetturi tal-kategorija N1 huma eżentati mill-ASEP jekk waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi sodisfata:

 

(a) Il-kapaċità tal-magna ≤ 660 ccm u l-proporzjon bejn il-potenza u l-massa PMR kkalkulati bl-użu tal-massa tal-vettura massima awtorizzata ≤ 35;

 

(b) Tagħbija ≤ 850 kg u l-proporzjon bejn il-potenza u l-massa PMR kkalkulat bl-użu tal-massa tal-vettura massima awtorizzata ≤ 40;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tintroduċi r-rekwiżiti proporzjonati għall-SMEs li jagħmlu l-kostruzzjonijiet. Minbarra dan, l-istandard ASEP tal-UNICE huwa mfassal skont l-imġiba ta’ vetturi tipiċi M1 u l-grupp espert responsabbli rrakkomanda l-esklużjoni għal kategoriji oħra. L-ASEP (Dispożizzjonijiet Addizzjonali dwar l-Emissjonijiet tal-Ħoss) għandhom jevitaw emissjonijiet tal-ħoss mhux mistennija li ma jikkorrelawx mat-tip ta’ riżultati tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip. Peress li dan qatt ma ġie osservat għal vannijiet tal-kunsinna N1, din l-emenda tiżgura li dawn jiġu esklużi mill-ittestjar speċjali tal-ASEP.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a (ġdid)

 

Informazzjoni

 

l-manifatturi u d-distributuri tal-vetturi għandhom jiżguraw li l-livell tal-istorbju f'decibels (dB(A)) b'konformità mal-metodi armonizzati ta' ttestjar tal-approvazzjoni tat-tip għal kull vettura jintwerew f'post prominenti fil-punt tal-bejgħ u fil-materjal promozzjonali tekniku.

 

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi proposta għall-informazzjoni tal-konsumatur lill-Parlament u lill-Kunsill mhux aktar minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

 

L-informazzjoni lill-konsumatur tista' tiġi integrata fid-Direttiva 1999/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 1999 relatata mad-disponibilità ta' tagħrif għall-konsumatur dwar l-ekonomija tal-karburanti u emissjonijiet tas-CO2 rigward il-marketing ta' karozzi tal-passiġġieri ġodda1. Għall-emissjonijiet tal-istorbju għandu jintuża l-istess metodu ta' turija bħal tal-emissjonijiet tas-CO2.

 

______________

 

1 ĠU L 12, 18.1.2000, p. 16.

Ġustifikazzjoni

Sa issa mhuwiex possibbli li l-konsumatur ikun jaf il-livell tal-istorbju ta' vettura. Sabiex jiġu promossi l-vetturi b'livelli baxxi ta' storbju u biex il-konsumatur jingħata l-possibilità li jagħmel għażla infurmata dwar ix-xiri, il-manifattur u d-distributur għandhom ikunu obbligati li juru l-livell tal-istorbju ta' vettura.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-manifatturi jagħżlu li jinstallaw l-AVAS fil-vetturi, ir-rekwiżiti tal-Anness X għandhom jiġu sodisfatti.

Meta l-manifatturi jagħżlu li jinstallaw l-AVAS fil-vetturi, huma għandhom jiżguraw li l-ħoss li jrid ikun iġġenerat mill-AVAS għandu jkun ħoss kontinwu li jipprovdi informazzjoni li vettura qed titħaddem lil min ikun miexi fit-triq u lill-utenti vulnerabbli tat-toroq. Il-ħoss għandu jkun faċilment indikattiv tal-imġiba tal-vettura u m'għandux jaqbeż il-livell tal-ħoss approssimattiv għal vettura simili tal-istess kategorija mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna u li topera fl-istess kundizzjonijiet, u r-rekwiżiti tal-Anness X għandhom jiġu sodisfatti.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti ewlenin għall-AVAS għandhom jidhru fl-artikolu rilevanti u mhux biss fl-anness. F'każ li l-Grupp UNECE jadotta regolament bi standards armonizzati f'livell dinji għall-AVAS, ir-rekwiżiti tal-UE għandhom jiġu emendati konsegwentement.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'każ li l-grupp ta' ħidma tal-UNECE dwar il-livelli minimi tal-ħoss għall-vetturi silenzjużi jadotta Regolament tal-UNECE, il-Kummissjoni għandha tistudja l-possibilità li tissostitwixxi r-rekwiżiti tekniċi stipulati fl-Anness X b’referenza diretta għar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolamenti tal-UNECE u, jekk ikun il-każ, tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda l-Anness X.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti ewlenin għall-AVAS għandhom jidhru fl-artikolu rilevanti u mhux biss fl-anness. F'każ li l-Grupp UNECE jadotta regolament bi standards armonizzati f'livell dinji għall-AVAS, ir-rekwiżiti tal-UE għandhom jiġu emendati konsegwentement.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati biex temenda l-Annessi I sa XI.

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati biex temenda l-Annessi I sa II u IV sa X.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 290 tat-TFE, l-elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv biss jistgħu jkunu ddelegati lill-Kummissjoni, filwaqt li l-elementi essenzjali ta' settur jiġu riservati għall-att leġiżlattiv. Id-dispożizzjonijiet tal-Anness III, jiġifieri, il-valuri ta' limitu tal-istorbju u ż-żmien tat-tħejjija (fażijiet), huma elementi essenzjali tal-proposta u għandhom, għaldaqstant, ikunu riservati għall-koleġiżlaturi.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta il-valuri ta’ limitu relatati mal-metodu tal-ittestjar ikunu stabbiliti fir-Regolament tal-UNECE Nru 51, il-Kummissjoni għandha tissostitwixxi r-rekwiżiti tekniċi stipulati fl-Anness III b’referenza diretta għar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolamenti tal-UNECE Nru 51 u Nru 59.

2. Meta il-valuri ta’ limitu relatati mal-metodu tal-ittestjar ikunu stabbiliti fir-Regolament tal-UNECE Nru 51, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-possibilità li tissostitwixxi r-rekwiżiti tekniċi stipulati fl-Anness III b’referenza diretta għar-rekwiżiti korrispondenti tar-Regolamenti tal-UNECE Nru 51 u Nru 59 u, jekk ikun il-każ, tressaq proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex temenda l-Anness III.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 290 tat-TFE, l-elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv biss jistgħu jkunu ddelegati lill-Kummissjoni, filwaqt li l-elementi essenzjali ta' settur jiġu riservati għall-att leġiżlattiv. Id-dispożizzjonijiet tal-Anness III, jiġifieri, il-valuri ta' limitu tal-istorbju u ż-żmien tat-tħejjija (fażijiet), huma elementi essenzjali tal-proposta u għandhom, għaldaqstant, ikunu riservati għall-koleġiżlaturi.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Anness II – punt 4.1.2.1.4.1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Jekk proporzjon tal-ingranagg wieħed speċifiku jagħti aċċelerazzjoni f’faxxa ta’ tolleranzi ta’ ± 5 % tal-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref, mingħajr ma jinqabżu it-3,0 m/s2, ittestja b’dak il-proporzjon tal-ingranaġġ.

(a) Jekk proporzjon tal-ingranagg wieħed speċifiku jagħti aċċelerazzjoni f’faxxa ta’ tolleranzi ta’ ± 5 % tal-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref, mingħajr ma jinqabżu it-2,0 m/s2, ittestja b’dak il-proporzjon tal-ingranaġġ.

Ġustifikazzjoni

Sabiex issir simulazzjoni tas-sitwazzjoni reali tat-traffiku urban, l-aċċellerazzjoni massima għandu tkun fil-livell ta' 2.0 m/s2.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Anness II – punt 4.1.2.1.4.1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Jekk l-ebda wieħed mill-proporzjonijiet tal-ingranaġġ ma jagħti l-aċċelerazzjoni meħtieġa, mela agħżel proporzjon tal-gerijiet i, b’aċċelerazzjoni akbar u proporzjon tal-gerijiet i+1, b’aċċelerazzjoni iżgħar mill-aċċelerazzjoni ta’ referenza. Jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni fil-proporzjon tal-ingranaġġ i ma jaqbiżx it-3,0 m/s2, uża ż-żewġ proporzjonijiet tal-gerijiet għat-test. Il-proporzjon tat-tagħbija b’relazzjoni għall-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref jiġi kkalkulat permezz ta’: k = (a wot ref - a wot (i+1)) / (a wot (i) - a wot (i+1))

(b) Jekk l-ebda wieħed mill-proporzjonijiet tal-ingranaġġ ma jagħti l-aċċelerazzjoni meħtieġa, mela agħżel proporzjon tal-gerijiet i, b’aċċelerazzjoni akbar u proporzjon tal-gerijiet i+1, b’aċċelerazzjoni iżgħar mill-aċċelerazzjoni ta’ referenza. Jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni fil-proporzjon tal-ingranaġġ i ma jaqbiżx it-2,0 m/s2, uża ż-żewġ proporzjonijiet tal-gerijiet għat-test. Il-proporzjon tat-tagħbija b’relazzjoni għall-aċċelerazzjoni ta’ referenza awot ref jiġi kkalkulat permezz ta’: k = (a wot ref - a wot (i+1)) / (a wot (i) - a wot (i+1))

Ġustifikazzjoni

Sabiex issir simulazzjoni tas-sitwazzjoni reali tat-traffiku urban, l-aċċellerazzjoni massima għandu tkun fil-livell ta' 2.0 m/s2.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Anness II – punt 4.1.2.1.4.1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni tal-proporzjon tal-ingranaġġ i jaqbeż it-3,0 m/s2, għandu jintuża l-ewwel proporzjon tal-ingranaġġ li jagħti aċċelerazzjoni inqas minn 3,0 m/s2 ħlief jekk il-proporzjon tal-ingranaġġ i+1 jipprovdi aċċelerazzjoni iżgħar minn aurban. F’dan il-każ, għandhom jintużaw żewġ gerijiet, i u i+1, inkluż il-ger i b’aċċelerazzjoni li taqbeż it-3,0 m/s2. F’każi oħra, ma għandu jintuża l-ebda ger ieħor. Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-potenza kP għandha tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa waqt it-test awot test minflok awot ref.

(c) jekk il-valur tal-aċċelerazzjoni tal-proporzjon tal-ingranaġġ i jaqbeż it-3,0 m/s2, għandu jintuża l-ewwel proporzjon tal-ingranaġġ li jagħti aċċelerazzjoni inqas minn 2.0 m/s2 ħlief jekk il-proporzjon tal-ingranaġġ i+1 jipprovdi aċċelerazzjoni iżgħar minn aurban. F’dan il-każ, għandhom jintużaw żewġ gerijiet, i u i+1, inkluż il-ger i b’aċċelerazzjoni li taqbeż it-2,0 m/s2. F’każi oħra, ma għandu jintuża l-ebda ger ieħor. Għall-kalkolu tal-fattur parzjali tal-potenza kP għandha tintuża l-aċċelerazzjoni milħuqa waqt it-test awot test minflok awot ref.

Ġustifikazzjoni

Sabiex issir simulazzjoni tas-sitwazzjoni reali tat-traffiku urban, l-aċċellerazzjoni massima għandu tkun fil-livell ta' 2.0 m/s2.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Anness III

 

Test propost mill-Kummissjoni

Anness III

Il-valuri ta’ limitu

Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:

Il-kategorija tal-vettura

Deskrizzjoni tal-kategorija tal-vettura

Il-valuri ta’ limitu

espressi f’dB(A)

[decibels(A)]

 

 

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi

Valuri ta’ limitu għal reġistrazzjoni, bejgħ u dħul fis-servizz ta’ vetturi ġodda

 

 

L-ewwel fażi valida minn

[sentejn wara l-pubblikazzjoni]

It-tieni fażi valida minn

[ħames snin wara l-pubblikazzjoni]

It-tielet fażi valida minn

[seba' snin wara l-pubblikazzjoni]

 

 

Kummenti ġenerali

Off-road *

Kummenti ġenerali

Off-road *

Kummenti ġenerali

Off-road *

M

Vetturi użati għall-ġarr tal-passiġġieri

 

 

 

 

 

 

M1

nru ta' sits < 9

70

71**

68

69**

68

69**

M1

nru ta' sits < 9;

Il-proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa > 150 kW/ton

71

71

69

69

69

69

M2

nru ta' sits < 9; massa < 2 tunnellati

72

72

70

70

70

70

M2

nru ta' sits < 9; 2 tunnellati < massa < 3.5 tunnellati

73

74

71

72

71

72

M2

nru ta' sits < 9; 3.5 tunnellati < massa < 3.5 tunnellati

Potenza nominali tal-magna < 150 kW

74

75

72

73

72

73

M2

nru ta' sits < 9; 3.5 tunnellati < massa < 3.5 tunnellati

Potenza nominali tal-magna > 150 kW

76

78

74

76

74

76

M3

nru ta' sits < 9; massa > 5 tunnellati;

Potenza nominali tal-magna < 150 kW

75

76

73

74

73

74

M3

nru ta' sits < 9; massa > 5 tunnellati;

Potenza nominali tal-magna > 150 kW

77

79

75

77

75

77

N

Vetturi użati għall-ġarr tal-merkanzija

 

 

 

 

 

 

N1

massa < 2 tunnellati

71

71

69

69

69

69

N1

2 tunnellati < massa < 3.5 tunnellati

72

73

70

71

70

71

N2

3.5 tons < mass < 12 tons;

Potenza nominali tal-magna < 75 kW

74

75

72

73

72

73

N2

3.5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

75 < potenza nominali tal-magna < 150 kW

75

76

73

74

73

74

N2

3.5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna > 150 kW

77

79

75

77

75

77

N3

massa > 12-il tunnellata;

75 < potenza nominali tal-magna < 150 kW

77

78

75

76

75

76

N3

massa > 12-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna > 150 kW

80

82

78

80

78

80

*

Il-valuri ta' limitu miżjuda għandhom ikunu validi biss jekk il-vettura tikkonforma mad-definizzjoni rilevanti għall-vetturi off-road stabbilita fil-punt 4 tat-Taqsima A tal-Anness II għad-Direttiva tal-UE 2007/46/KE.

**

Għall-vetturi M1 il-valuri ta' limitu miżjuda għall-vetturi off-road ikunu validi biss jekk il-massa massima awtorizzata tkun ta' > 2 tunnellati.

 

Emenda

Anness III

Il-valuri ta’ limitu

Il-livell tal-ħoss imkejjel skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness II ma għandux jaqbeż il-limiti li ġejjin:

Il-kategorija tal-vettura

Deskrizzjoni tal-kategorija tal-vettura

Il-valuri ta’ limitu

espressi f’dB(A)

[decibels(A)]

 

 

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi****

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi****

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi****

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi*****

 

 

L-ewwel fażi valida minn

[sentejn wara l-pubblikazzjoni]********

 

It-tieni fażi valida minn

[sitt snin wara l-pubblikazzjoni]********

 

It-tielet fażi valida minn

[għaxar snin wara l-pubblikazzjoni]

Ir-raba' fażi valida minn [14-il sena wara l-pubblikazzjoni] ******

 

 

Kummenti ġenerali

Off-road *

Kummenti ġenerali

Off-road *

Kummenti ġenerali

Off-road *

Ġenerali ***

 

Vetturi użati għall-ġarr tal-passiġġieri u tal-merkanzija *******

 

 

 

 

 

 

 

M1

nru ta' sits < 9; Il-proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa < 120 kW/ton

72

73 **

71

72**

71

72**

67

M1

nru ta' sits < 9; 120 kW/ton <

Il-proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa < 160 kW/ton

73

74

72

73

71

72

68

M1

nru ta' sits < 9;

Il-proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa > 160 kW/ton

75

76

74

75

73

74

70

M1

nru ta’ sits ≤4 inkluż is-sewwieq;

Il-proporzjon tal-potenza mqabbla mal-massa > 200 kW/ton; Punt R tas-sit tas-sewwieq < 450 mm mill-art

77

N/A

76

N/A

76

N/A

76

M2

nru ta' sits > 9; massa < 2.5 tunnellati; potenza nominali tal-magna < 75 kW

71

72

69

70

69

70

68

M2

nru ta' sits > 9; massa < 2.5 tunnellati; Potenza nominali tal-magna > 75 kW

72

73

70

71

70

71

69

M2

nru ta' sits > 9; 2.5 tunnellati < massa < 3.5 tunnellati

74

75

72

73

71

72

70

M2

nru ta' sits > 9; massa < 3.5 tunnellati

76

77

73

74

72

73

71

N1

massa < 2.5 tunnellati

72

73

71

72

71

72

69

N1

2.5 tunnellati < massa < 3.5 tunnellati

73

74

73

74

72

73

69

 

 

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi****

Valuri ta' limitu għall-Approvazzjoni tat-tip ta' tipi ġodda ta' vetturi*****

 

 

L-ewwel fażi valida minn

[tliet snin wara l-pubblikazzjoni]

It-tieni fażi valida minn

[tmien snin wara l-pubblikazzjoni]

It-tielet fażi valida minn

[12-il sena wara l-pubblikazzjoni]

 

Ir-raba' fażi valida minn [16-il sena wara l-pubblikazzjoni] ******

 

 

Kummenti ġenerali

Off-road *

Kummenti ġenerali

Off-road *

Kummenti ġenerali

Off-road *

Ġenerali ***

M3

nru ta' sits > 9; massa > 5 tunnellati;

Potenza nominali tal-magna < 100 kW

74

75

73

74

72

73

71

M3

nru ta' sits > 9; massa > 5 tunnellati;

100 kW < potenza nominali tal-magna < 180 kW

76

77

74

75

73

74

72

M3

nru ta' sits > 9; massa > 5 tunnellati;

180 < potenza nominali tal-magna < 250 kW

78

79

78

79

76

77

75

M3

nru ta' sits > 9; massa > 5 tunnellati; Potenza nominali tal-magna > 250 kW

80

81

79

80

78

79

77

N2

3.5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna < 75 kW

76

77

75

76

74

75

71

N2

3.5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

75 < potenza nominali tal-magna < 150 kW

76

77

76

77

73

74

72

N2

3.5 tunnellati < massa < 12-il tunnellata;

150 kW < potenza nominali tal-magna

78

79

77

78

77

78

74

N3

massa > 12-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna < 100 kW

76

77

75

76

75

76

72

N3

massa > 12-il tunnellata;

100 < potenza nominali tal-magna < 150 kW

79

80

78

79

77

78

75

N3

massa > 12-il tunnellata; 150 < potenza nominali tal-magna < 250 kW

81

82

80

81

79

80

77

N3

massa > 12-il tunnellata;

Potenza nominali tal-magna > 250 kW

82

83

81

82

80

81

79

*

Il-valuri ta' limitu miżjuda għandhom ikunu validi biss jekk il-vettura tikkonforma mad-definizzjoni rilevanti għall-vetturi off-road stabbilita fil-punt 4 tat-Taqsima A tal-Anness II għad-Direttiva tal-UE 2007/46/KE.

**

Għall-vetturi M1 il-valuri ta' limitu miżjuda għall-vetturi off-road ikunu validi biss jekk il-massa massima awtorizzata tkun ta' > 2 tunnellati

***

Għall-vetturi Off-road il-valuri ta' limitu ġenerali jiżdiedu b' + 1 dB(A)

****

Perjodu tranżitorju għall-ewwel reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda: sentejn wara d-dħul fis-seħħ, minbarra vetturi M1/N1 ≤ 50kW/t u M2 ≤ 75kW, li għalihom il-perjodu tranżitorju l-ewwel japplika mit-tieni fażi ’l quddiem.

*****

Perjodu tranżitorju għall-ewwel reġistrazzjoni ta' vetturi ġodda: 3 snin wara d-dħul fis-seħħ.

******

Il-Kummisjoni għandha twettaq studju dettaljat biex tivvalida l-Fażi 4 fir-rigward tal-vijabbiltà teknika limiti tal-ħoss proposti, ladarba tiġi introdotta l-Fażi 3. F'każ ta' evalwazzjoni pożittiva, ir-raba' fażi tiġi applikata erba' snin wara l-pubblikazzjoni tal-istudju tal-Kummissjoni.

*******

Vetturi M1 b’għan speċjali:

Il-vetturi aċċessibbli għas-siġġijiet tar-roti (kif definit fil-paragrafu 5.5 tal-Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE) u l-vetturi armati (kif definit f’Parti A 5.2 Anness II tad-Direttiva 2007/46/KE), il-modifikazzjoni fix-xogħol tal-pajpijiet tas-sistema tal-egżost hija permessa mingħajr aktar ittestjar sakemm it-tagħmir kollu għall-kontroll tal-emissjonijiet inklużi l-filters partikulati (jekk jeżistu) jinżammu. Jekk jeħtieġ test ġdid, għandu jiġi permess 2dB(A) aktar ’il hinn mil-limitu applikabbli.

********

 

Għal vetturi prodotti ta’serje żgħira skont is-sezzjoni 1 tal-Parti A tal-Anness XII tad-Direttiva 2007/46/KE, id-data applikabbli għall-fażi 1 u l-fażi 2 tiġi ttardjata b’sentejn.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trid tintgħażel vettura waħda li mbagħad tiġi soġġetta għat-testijiet stabbiliti fil-punt 2. Jekk ir-riżultati tat-testijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-COP tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE, il-vettura għandha titqies li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-COP.

Trid tintgħażel vettura waħda li mbagħad tiġi soġġetta għat-testijiet stabbiliti fil-punt 2. Jekk ir-riżultati tat-testijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-COP tal-Anness X tad-Direttiva 2007/46/KE, il-vettura għandha titqies li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tal-COP. Għar-rekwiżiti tal-COP il-valuri ta' limitu tal-Anness III jiġu sodisfati jekk ikun hemm konformità mal-valuri ta' limitu tal-Anness III b'marġini addizzjonali ta' 1 dB(A).

Ġustifikazzjoni

Fil-leġiżlazzjoni attwali li tikkonċerna l-verifika tal-konformità tal-produzzjoni, hemm previst marġni ta' 1 dB(A).

Emenda  22

Proposta għal regolament

Anness IX – parti A – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-Sistema ta' Twissija Akustika ta' Vettura (AVAS) hija mezz li tiġġenera l-ħoss maħluqa biex tinforma lil min ikun bil-mixi fit-triq u l-utenti vulnerabbli tat-toroq.

Is-Sistema ta’ Twissija Akustika ta' Vettura (AVAS) hija sistema għall-vetturi tat-trasport fit-triq elettriċi ibridi u dawk elettriċi li tipprovdi informazzjoni dwar it-tħaddim tal-vettura lil min ikun miexi fit-triq u l-utenti vulnerabbli tat-toroq.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tal-AVAS fl-Anness IX korrispondenti għandha tkun konformi mad-definizzjoni tal-AVAS fl-Artikolu 3 (21).

Emenda  23

Proposta għal regolament

Anness IX – parti A – punt 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-ħoss li jrid ikun iġġenerat mill-AVAS għandu jkun ħoss kontinwu li jipprovdi informazzjoni li vettura qed titħaddem lil min ikun miexi fit-triq u lill-utenti vulnerabbli tat-toroq.

(a) Il-ħoss li jrid ikun iġġenerat mill-AVAS għandu jkun ħoss kontinwu li jipprovdi informazzjoni li vettura qed titħaddem lil min ikun miexi fit-triq u lill-utenti vulnerabbli tat-toroq. Il-ħoss għandu jkun faċilment indikattiv tal-imġiba tal-vettura u għandu jkollu l-ħoss familjari ta' vettura tal-istess kategorija mgħammra b'magna tal-kombustjoni interna.

Madankollu, l-ħsejjes li ġejjin u tipi simili ta' ħsejjes mhumiex aċċettabbli:

 

(i) Sirena, tromba, sett ta' qniepen intunati (chime), qanpiena u ħsejjes ta' vettura ta' emerġenza

 

(ii) Ħsejjes tal-allarm eż. allarm tan-nar, tas-serq, jew tad-duħħan

 

(iii) Ħoss intermittenti

 

Dawn il-ħsejjes li ġejjin u tipi simili ta' ħsejjes għandhom jiġu evitati:

 

(iv)Ħsejjes melodjużi, ħsejjes tal-annimali u l-insetti

 

(v)Ħsejjes li jfixklu l-identifikazzjoni ta' vettura u/jew tat-tħaddim tagħha (eż. aċċelerazzjoni, deċelerazzjoni, eċċ.)

 

Ġustifikazzjoni

L-ennumerazzjoni tat-tipi differenti ta' ħsejjes li mhumiex aċċettabbli għall-użu fl-AVAS għandha tiġi sostitwita b'deskrizzjoni ċara tal-karatteristiċi tal-ħsejjes li huma aċċettabbli.

PROĊEDURA

Titolu

Il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur

Referenzi

COM(2011)0856 – C7-0487/2011 – 2011/0409(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.12.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.12.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Anja Weisgerber

29.2.2012

Eżami fil-kumitat

26.4.2012

8.5.2012

20.6.2012

 

Data tal-adozzjoni

21.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Mario Borghezio, Simon Busuttil, Pier Antonio Panzeri, Laurence J.A.J. Stassen, Marc Tarabella, Kyriacos Triantaphyllides, Anja Weisgerber, Kerstin Westphal

PROĊEDURA

Titolu

Il-livell ta’ ħoss tal-vetturi bil-mutur

Referenzi

COM(2011)0856 – C7-0487/2011 – 2011/0409(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.12.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.12.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.12.2011

TRAN

15.12.2011

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Miroslav Ouzký

9.1.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.5.2012

20.6.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

18.12.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

27

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Tadeusz Cymański, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Karl-Heinz Florenz, Gerben-Jan Gerbrandy, Nick Griffin, Matthias Groote, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Jo Leinen, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Thomas Ulmer, Anja Weisgerber, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Jutta Haug, Judith A. Merkies, Miroslav Mikolášik, Britta Reimers, Giancarlo Scottà, Alda Sousa, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Anna Záborská, Andrea Zanoni

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Reinhard Bütikofer, Jean Lambert, Csaba Sógor, Josef Weidenholzer

Data tat-tressiq

21.12.2012