RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 - 2020)

7.1.2013 - (COM(2011)0608 – C7‑0319/2011 – 2011/0269(COD)) - ***I

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Marian Harkin

Proċedura : 2011/0269(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0005/2013
Testi mressqa :
A7-0005/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 - 2020)

(COM(2011)0608 – C7‑0319/2011 – 2011/0269(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0608),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 175, 42 u 43 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0319/2011),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, mir-Riksdag tar-Renju tal-Isvezja, mis-Senat Olandiż u l-Kamra tar-Rappreżentanti Olandiża u mis-Senat tar-Repubblika tal-Polonja, li affermaw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-23 ta' Frar 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-3 ta’ Mejju 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7–0005/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175, kif ukoll l-Artikoli 42 u 43 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tiegħu,

Ġustifikazzjoni

L-Artikoli 42 u 43 jagħtu bażi legali għall-inklużjoni tal-bdiewa fl-atti ddelegati. F’dan ir-Regolament qed nipproponi li l-bdiewa u l-ħaddiema kollha li jaħdmu għal rashom ikollhom l-istess kundizzjonijiet. Għalhekk, m’hemmx bżonn ta’ bażi legali separata.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Fis-26 ta' Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni biex titniedi strateġija ġdida, Ewropa 2020. Waħda mit-tliet prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020 hija t-tkabbir inklużiv bl-għoti tal-potenzjal lin-nies permezz ta' livelli għoljin ta' impjiegi, l-investiment fil-ħiliet, il-ġlieda kontra l-faqar u l-immodernizzar tas-swieq tax-xogħol, it-taħriġ u s-sistemi tal-protezzjoni soċjali sabiex tgħin liċ-ċittadini jantiċipaw u jamministraw il-bidla, u jibnu soċjetà koeżiva.

(1) Fis-26 ta' Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni biex titniedi strateġija ġdida, Ewropa 2020. Waħda mit-tliet prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020 hija t-tkabbir inklużiv bl-għoti tal-potenzjal lin-nies permezz ta' livelli għoljin ta' impjiegi, l-investiment fil-ħiliet, il-ġlieda kontra l-faqar u l-immodernizzar tas-swieq tax-xogħol, it-taħriġ u s-sistemi tal-protezzjoni soċjali sabiex tgħin liċ-ċittadini jantiċipaw u jamministraw il-bidla, u jibnu soċjetà inklużiva u koeżiva. Jitlob ukoll il-ħolqien ta' impjiegi madwar l-Unjoni u politika soda dwar l-appoġġ għat-tkabbir, sabiex jingħelbu l-effetti negattivi tal-globalizzazzjoni. Il-promozzjoni tad-djalogu soċjali, it-titjib fil-kwalità tal-prodotti għall-konsum u l-informazzjoni, iż-żieda fir-riċerka u fl-innovazzjoni, il-ħolqien ta' għodod pubbliċi u privati ġodda għall-finanzjament tal-ekonomija u l-iżvilupp ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, huma għodda effikaċi fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' produzzjoni tal-Unjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1a(ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju, 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva, il-Parlament Ewropew tenna li mingħajr riżorsi addizzjonali suffiċjenti fil-QFM ta' wara l-2013, l-Unjoni mhux se tkun kapaċi li twettaq il-prijoritajiet ta' politika attwali tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tal-istrateġija UE2020, u tal-kompiti ġodda stipulati fit-Trattat ta' Lisbona, u biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux previsti; innota li anke b'żieda fil-livell tar-riżorsi għall-QFM li jmiss ta' mill-anqas 5%, meta mqabbel mal-livell tal-2013, ikun jista' jsir biss kontribut limitat għall-kisba tal-obbjettivi u l-impenji prefissi tal-Unjoni u tal-prinċipju ta' solidarjetà; Sfida lill-Kunsill, sabiex jekk ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika biċ-ċar liema mill-prijoritajiet jew mill-proġetti politiċi jista' jitneħħa għal kollox, minkejja l-valur miżjud Ewropew evidenti li joffru.

_______________

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju, 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva, il-Parlament Ewropew ikkunsidra li l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) kien irnexxielu joffri solidarjetà u appoġġ lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-kondizzjonijiet negattivi tal-globalizzazzjoni u tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u għalhekk, għandu jinżamm skont il-QFM il-ġdid. Madankollu, il-Parlament Ewropew esprima l-fehma tiegħu, li l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-FEG kienu jirrikjedu wisq żmien u kkumplikati. Il-Parlament Ewropew talab lill-Kummissjoni tipproponi modi biex dawn il-proċeduri jiġu ssemplifikati u mqassra fil-futur.

_______________

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għat-tul tal-Qafas Finanzjarju mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 biex jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà mal-ħaddiema li ngħataw is-sensja kawża tal-bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni u biex joffri appoġġ għar-riintegrazzjoni rapida tagħhom fl-impjieg. Dan l-għan inizjali tal-FEG jibqa' validu.

(2) Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għat-tul tal-Qafas Finanzjarju mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 Il-Fond jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà mal-ħaddiema li ngħataw is-sensja kawża tal-bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni għalkemm jista' ukoll jintervjeni fi swieq żgħar tax-xogħol anke jekk in-numru ta' sensji hu anqas mill-limitu għall-mobilizzazzjoni tal-Fond. Safejn hu possibbli l-FEG għandu jissemplifika l-proċeduri tiegħu biex jippermetti l-intervent rapidu u l-użu tal-għarfien espert tal-entitajiet lokali u reġjonali, jiżgura sinerġiji mal-Fondi tal-Unjoni l-oħra. L-għan inizjali tal-FEG jibqa' validu peress li jippermetti l-għoti servizzi personalizzati b'mod individwali, anke jekk fuq skala żgħira, lill-ħaddiema li jkunu tilfu l-impjiegi tagħhom.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Baġit għall-Ewropa 2020" tagħraf ir-rwol tal-FEG bħala fond flessibbli li jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom u jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista' jkun. L-Unjoni għandha tkompli tipprovdi, għat-tul tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Dicembru 2020, għajnuna speċifika ta’ darba sabiex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja f’oqsma, f'setturi, f'territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk serju ta' tfixkil ekonomiku. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li joffri appoġġ f'sitwazzjonijiet urġenti u ċirkostanzi mhux mistennija, il-FEG għandu jibqa' barra mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali.

(3) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Baġit għall-Ewropa 2020" tagħraf ir-rwol tal-FEG bħala fond flessibbli li jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom u jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista' jkun. L-Unjoni għandha tkompli tipprovdi, għat-tul tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Dicembru 2020, għajnuna speċifika ta’ darba sabiex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja f’oqsma, f'setturi, f'territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk serju ta' tfixkil ekonomiku. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li joffri appoġġ f'sitwazzjonijiet urġenti u ċirkostanzi mhux mistennija, il-FEG għandu jibqa' barra mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali, sabiex b'hekk l-Unjoni jkollha mekkaniżmu ta' reazzjoni rapida biex tipprovdi għajnuna fi kriżijiet ta' qgħad.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju, 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva, il-Parlament Ewropew ikkunsidra bħala kruċjali ż-żamma ta' strumenti speċjali (Strument ta' Flessibilità, Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u r-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza),li jistgħu jiġu mobilizzati fuq bażi ad hoc, bis-semplifikazzjoni ulterjuri tal-użu tagħhom u billi jingħataw pakketti suffiċjenti, kif ukoll possibilment bil-ħolqien ta' strumenti ġodda fil-futur, u enfasizza li l-mobilizzazzjoni ta' dawn ir-riżorsi addizzjonali ta' finanzjament għandhom jikkonformaw mal-metodu tal-Unjoni.

_______________

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 ġie estiż fl-2009 bir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bħala parti mill-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku biex jinkludi l-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba fil-kriżi ekonomika u finanzjarja. Sabiex il-FEG ikun jista' jintervjeni f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi futuri, il-firxa tiegħu għandha tkopri s-sensji li jirriżultaw minn taqlib ekonomiku serju meta kkawżat minn kriżi mhux mistennija komparabbli mal-kriżi finanzjarja u ekonomika li laqtet l-ekonomija mill-2008 'l quddiem.

(4) Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 ġie estiż fl-2009 bir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bħala parti mill-Pjan Ewropew ta' Rkupru Ekonomiku biex jinkludi l-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba fil-kriżi ekonomika u finanzjarja. Minkejja appoġġ qawwi mill-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew, il-kontinwazzjoni tad-“deroga ta’ kriżi” ġiet imblukkata mill-Kunsill Ewropew. Fid-dawl tal-fatt li 82% tal-applikazzjonijiet kollha lill-FEG fl-2009/2010 kienu bbażati fuq kristerji tad-"deroga ta' kriżi", jenħtieġ li l-FEG ikun jista' jintervjeni f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi futuri, l-ambitu tiegħu għandu jkopri s-sensji li jirriżultaw minn taqlib ekonomiku serju meta kkawżat minn kriżi mhux mistennija

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi enfasizzat l-appoġġ fi ħdan il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea għal estensjoni tad-deroga ta’ kriżi u jiġi sottolinjat il-bżonn ta’ mekkaniżmu ta’ intervent f'każ ta' kriżi kontinwa billi tintuża l-istatistika disponibbli biex jiġi appoġġjat dan l-argument.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) Irrispettivament mill-eżistenza tal-FEG, l-UE u l-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ politiki li jippromwovu t-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4b) L-effett ta' ħsara kkawżat mit-telf ta' impjiegi hu aggravat għal ċerti gruppi li jsibu l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol diffiċli, partikolarment il-ħaddiema nisa b'livell ta' ħiliet baxx jew mingħajr ħiliet, ommijiet waħedhom u nisa b'responsabilitajiet ta' kura. Il-kriżi ekonomika u finanzjarja u l-impatt tagħha fuq il-finanzjament pubbliku mnaqqas min-naħa tagħha wasslet għal nuqqas ta' sigurtà akbar għal miljuni ta' nisa, b'mod partikolari għal dawk li qegħdin fuq kuntratt temporanju jew part-time jew li huma impjegati f'xogħol staġjonali. Għalhekk għandu jkun hemm aċċess indaqs għall-FEG għall-kuntratti ta' impjieg kollha.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4c) Iċ-Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ tal-Bidla (EMCC), li jinsab fl-Aġenzija Eurofound tal-UE f'Dublin, jassisti lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istat Membru kkonċernat b'analiżi kwalitattivi u kwantittativi sabiex jgħinu fl-evalwazzjoni tax-xejriet tal-globalizzazzjoni u l-użu tal-FEG, u ċ-Ċentru jinsab f'pożizzjoni tajba sabiex iwettaq valutazzjonijiet tal-impatt dwar il-miżuri miżuri ta’ politika attivi fis-suq tax-xogħol;

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) B'konformità mal-Komunikazzjoni dwar "Baġit għall-Ewropa 2020", il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għandu jiġi estiz biex jiffaċilita l-adattament tal-bdiewa għall-qagħda ġdida tas-suq li tirriżulta minn ftehimiet kummerċjali internazzjonali fis-settur agrikolu u li twassal għal bidla jew aġġustament sinifikattiv fl-attivitajiet agrikoli tal-bdiewa affettwati, biex jgħinhom isiru strutturalment aktar kompetittivi jew biex jiffaċilita t-tranżizzjoni tagħhom għal attivtajiet li mhumiex agrikoli.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Biex tkun żgurata d-dimensjoni Ewropea tal-FEG, għandha tinbeda applikazzjoni għall-appoġġ tal-FEG meta l-għadd ta' sensji jilħaq livell minimu. Fi swieq tax-xogħol żgħar, bħal Stati Membri żgħar jew reġjuni rimoti, u f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jistgħu jittressqu applikazzjonijiet għal numru inqas ta' sensji. Rigward il-bdiewa, il-kriterji neċessarji għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni skont il-konsegwenzi ta' kull ftehim kummerċjali.

(6) Biex tkun żgurata d-dimensjoni Ewropea tal-FEG, għandha tinbeda applikazzjoni għall-appoġġ tal-FEG meta l-għadd ta' sensji jilħaq livell minimu. Fi swieq tax-xogħol żgħar, bħal Stati Membri żgħar jew reġjuni rimoti, u f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jistgħu jittressqu applikazzjonijiet għal numru inqas ta' sensji.

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Sabiex jitnaqqas iż-żmien meħtieġ għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom iressqu l-applikazzjonijiet fil-lingwa tagħhom stess u f'waħda mil-lingwi ta' ħidma tal-istituzzjonijiet.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandu jkollhom aċċess indaqs għall-FEG ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg. Għalhekk, ħaddiema b'kuntratti ta’ terminu fiss u aġenti temporanji li ngħataw is-sensja kif ukoll is-sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema għal rashom li jwaqqfu l-attivitajiet tagħhom u bdiewa li jibdlu jew jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom għal sitwazzjoni ta' suq ġdid skont ftehimiet kummerċjali, għandhom jitqiesu bħala ħaddiema li ngħataw is-sensja għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(7) Il-ħaddiema li ngħataw is-sensja, irrispettivament mill-istatus formali tagħhom, għandu jkollhom aċċess indaqs għall-FEG ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg. Għalhekk, ħaddiema b'kuntratti ta’ terminu fiss u aġenti temporanji li ngħataw is-sensja kif ukoll is-sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, il-ħaddiema għal rashom li jkunu waqfu minn jew bidlu l-attivitajiet kurrenti tagħhom, għandhom jitqiesu bħala ħaddiema li ngħataw is-sensja għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Rigward il-bdiewa, il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għandu jinkludi benefiċjarji affettwati minn ftehimiet bilaterali konklużi mill-Unjoni skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew ftehimiet multilaterali konklużi fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Dan ikopri bdiewa li jibdlu jew jaġġustaw l-attivitajiet agrikoli preċedenti tagħhom fi żmien perjodu li jibda mit-tnedija ta' tali ftehimiet kummerċjali u li jintemm tliet snin wara l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-appoġġ mill-FEG għandu jiffoka fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol diretti lejn miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida fl-impjieg, jew ġewwa jew barra s-settur tal-attività inizjali tagħhom, inkluż is-settur agrikolu. Għalhekk l-inklużjoni ta’ allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandha tkun ristretta.

(9) L-appoġġ mill-FEG għandu jiffoka fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol diretti lejn miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida fl-impjieg sostenibbli, jew ġewwa jew barra s-settur tal-attività inizjali tagħhom, jew billi jitħallew, f'każ li l-intrapriża li kienu impjegati fiha tkun għalqet, jieħdu din l-intrapriża f'idejhom f'forma ta' kooperattiva. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu miżjuda u mhux jissostitwixxu, kwalunkwe obbligu li huwa responsabilità tal-Istati Membri jew ta’ kumpaniji bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni jew ta’ ftehimiet kollettivi. Għalhekk l-inklużjoni ta’ allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandha tkun ristretta u l-kumpaniji għandhom jitħallew u jiġu mħeġġa jipprovdu kofinanzjament għall-miżuri appoġġjati mill-FEG.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Meta jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni fl-impjig jew f'attivitajiet ġodda ta' mill-inqas 50 % tal-ħaddiema fil-mira fi żmien 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni.

(10) Meta jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jiffavorixxu l-impjegabbiltà mill-ġdid tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. Il-miżuri għandhom jiġu mfassla ukoll b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u għandhom jantiċipaw perspettivi futuri tas-suq tax-xogħol u l-ħiliet rikjesti. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni fl-impjieg ta' kwalità u sostenibbli jew f'attivitajiet ġodda tal-ħaddiema kollha fil-mira fi żmien tliet xhur mit-twettiq sħiħ tal-miżuri.

Ġustifikazzjoni

Parti mill-valur miżjud tal-FEG hija li tista’ tiżdied ma’ inizjattivi oħra Ewropej u ssaħħaħhom. Filwaqt li l-FEG għandu jagħti pakketti personalizzati lill-ħaddiema mfassla għall-ħtiġijiet tagħhom, dawn il-pakketti għandhom ukoll jiġu orjentati lejn il-kisba tal-objettivi tal-istrateġija Ewropea 2020 u għandu jinstab bilanċ bejn iż-żewġ talbiet.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a) L-Istati Membri għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-ħaddiema żvantaġġjati, inkluż il-ħaddiema żgħażagħ, il-ħaddiema anzjani u lil dawk li jinsabu f'riskju ta' faqar, fit-tfassil ta' pakkett ikkoordinat ta' miżuri ta' politika attiva għas-suq tax-xogħol, peress li dawn il-gruppi jesperjenzaw problemi partikolari fid-dħul mill-ġdid fl-impjiegi minħabba l-kriżi u l-globalizzazzjoni.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10b) L-istrateġija Ewropa 2020 tikkonferma r-rispett għall-ugwaljanza bejn is-sessi bħala wieħed mill-valuri ewlenin tal-Unjoni. Għalhekk il-prinċipju ta' trattament indaqs bejn l-irġiel u n-nisa, flimkien mal-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2011-2020, għandu jiżgura li l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ffinanzjati mill-FEG jikkontribwixxu għall-provviżjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Biex il-ħaddiema li ngħataw is-sensja jiġu appoġġjati b'mod effettiv u rapidu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom kollha sabiex jippreżentaw applikazzjonijiet kompluti. L-għoti ta' tagħrif supplimentari għandu jkun eċċezzjonali u limitat fiż-żmien.

(11) Kif saret referenza fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, waħda miill-kawżi tan-nuqqas ta' użu tal-FEG hi l-proċedura mtawla għall-mobilizzazzjoni tiegħu. Biex il-ħaddiema li ngħataw is-sensja jiġu appoġġjati b'mod effettiv u rapidu, l-Istati Membri, b'kollaborazzjoni mal-livelli ta' governanza kollha kkonċernati, għandhom jagħmlu ħilithom kollha sabiex jippreżentaw applikazzjonijiet kompluti u f'waqthom, filwaqt li l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jivvalutawhom b'mod rapidu. Dan jista’ jiġi ffaċilitat permezz ta’ interazzjoni proattiva bilaterali u kommunikazzjoni ċara bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ ġestjoni nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi malajr jekk taċċettax jew tirrifjutax l-applikazzjonijiet sabiex tiżgura l-effikaċja tal-Fond. L-għoti ta' tagħrif supplimentari għandu jkun eċċezzjonali u limitat fiż-żmien.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG ma għandhomx jissostitwixxu l-miżuri ta' appoġġ li huma disponibbli għal ħaddiema li ngħataw is-sensja fi ħdan il-Fondi Strutturali tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni.

(12) F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG ma għandhomx jissostitwixxu u fejn hu possibbli għandhom jissupplimentaw il-miżuri ta' appoġġ li huma disponibbli għal ħaddiema li ngħataw is-sensja fi ħdan il-Fondi Strutturali tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Għandhom jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni fuq każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom. Barra minn hekk, għal aktar effiċjenza fil-komunikazzjoni mal-pubbliku ġenerali u għal sinerġija aħjar bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni magħmula bis-saħħa tal-inizzjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn huma relatati mal-iskopijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.

(13) B'kunsiderazzjoni tal-livell baxx ta' għarfien dwar il-FEG fl-Istati Membri, għandhom jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal tagħrif u ta' tisħiħ tal-għarfien fir-rigward tal-attivitajiet tal-Fond u l-promozzjoni ta' eżempji tal-aħjar prattiki u tar-riżultati tal-FEG. Barra minn hekk, biex ikun żgurat li ċ-ċittadini jiġu informati aktar u speċjalment li min jimpjega u s-sidien tal-SMEs ikunu konxji mill-Fond, ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom japplikaw għall-atturi rilevanti kollha u għandhom jikkontribwixxu ukoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn huma relatati mal-iskopijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex ikun żgurat li l-espressjoni ta' solidarjetà tal-Unjoni mal-ħaddiema ma tkunx ostakolata minn nuqqas ta' riżorsi ta' kofinanzjament mill-Istat Membru, ir-rata ta' kofinanzjament għandha tkun modulata, b'kontribuzzjoni ta' 50 % għall-kost tal-pakkett u l-implimentazzjoni tiegħu bħala norma, u l-possibbiltà li din ir-rata togħla għal 65 % fil-każ ta' applikazzjonijiet imressqa minn dawk l-Istati Membri li fit-territorji tagħhom tal-anqas reġjun wieħed f'livell NUTS II huwa eliġibbli skont l-objettiv ta' "Konverġenza" tal-Fondi Strutturali.

(14) Sabiex ikun żgurat li l-espressjoni ta' solidarjetà tal-Unjoni mal-ħaddiema ma tkunx ostakolata minn nuqqas ta' riżorsi ta' kofinanzjament mill-Istat Membru, ir-rata ta' kofinanzjament għandha tkun modulata, b'kontribuzzjoni massima ta' 60 % għall-kost tal-pakkett u l-implimentazzjoni tiegħu bħala norma, massimu ta’ 70 % fil-każ ta' applikazzjonijiet imressqa minn Stat Membru eliġibbli għal appoġġ skont ir-Regolament XX/XXXX dwar il-Fond ta' Koeżjoni u massimu ta’ 80 % fil-każ ta’ applikazzjonijiet ippreżentati minn Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja skont waħda mill-kundizzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 jew mill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbilità Finanzjarja..

___________

1 ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

Ġustifikazzjoni

Il-kofinanzjament huwa kwistjoni importanti ħafna għal bosta Stati Membri u ċertament li uħud mill-Istati Membri ma japplikawx għall-FEG minħabba r-rata baxxa tal-kofinanzjament. Għal din ir-raġuni ġie nkluż livell ieħor fejn ċerti Stati Membri jistgħu jibbenefikaw minn rata ogħla ta’ kofinanzjament. Dan, għandu jgħin biex jiżgura li jsir użu akbar tal-fond u l-ħaddiema fl-Istati Membri li jkunu f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli jiġu megħjuna.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, in-nefqa għandha tkun eliġibbli jew mid-data li fiha Stat Membru iġarrab nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FEG jew mid-data li fiha Stat Membru jibda jipprovdi servizzi personalizzati jew, fil-każ ta' bdiewa, mid-data stipulata fl-Att tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(3).

(15) Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, in-nefqa għandha tkun eliġibbli jew mid-data li fiha Stat Membru iġarrab nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FEG jew mid-data li fiha Stat Membru jibda jipprovdi servizzi personalizzati.

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu matul l-aħħar xhur tas-sena, huwa neċessarju li jkun żgurat li tal-anqas kwart tal-ammont massimu annwali tal-FEG jibqa' disponibbli fl-1 ta' Settembru. Kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula waqt il-kumplament tas-sena għandhom jiġu allokati fid-dawl tal-limitu ġenerali stabbilit għall-appoġġ lill-bdiewa fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali.

(16) Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu matul l-aħħar xhur tas-sena, huwa neċessarju li jkun żgurat li tal-anqas kwart tal-ammont massimu annwali tal-FEG jibqa' disponibbli fl-1 ta' Settembru.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a) Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu b’mod speċjali matul l-ewwel xhur ta’ kull sena, fejn il-possibbiltajiet għal trasferimenti minn intestaturi tal-baġit oħra jkunu partikolarment diffiċli, għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni ammont adegwat ta’ approprjazzjonijiet ta’ ħlas fl-intestatura tal-baġit tal-FEG fil-proċedura baġitarja annwali.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fl-interess tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-FEG għandhom jagħmlu ħilithom biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri.

(18) Fl-interess tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, l-assistenza għandha tkun dinamika u disponibbli malajr kemm jista' jkun u bl-iktar mod effiċjenti. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-FEG għandhom jagħmlu ħilithom biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri sabiex tkun żgurata l-adozzjoni mingħajr xkiel u rapida tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG..

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex jippermettu monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tar-riżultati miksuba bl-għajnuna tal-FEG, l-Istati Membri għandhom iressqu rapporti interim u finali dwar l-implimentazzjoni tal-FEG.

(19) Sabiex jippermettu l-iskrutinju politiku mill-Parlament Ewropew u l-monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tar-riżultati miksuba bl-għajnuna tal-FEG, l-Istati Membri għandhom iressqu rapporti interim u finali dwar l-implimentazzjoni tal-FEG f'waqtha.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar f'livell ta' Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

(21) Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar f'livell ta' Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet, u għalhekk għandu jiġi nkluż taħt il-linja baġitarja xierqa.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan tal-FEG għandu jkun biex jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Unjoni billi jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà lejn ħaddiema li ħadu s-sensja kawża ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, ftehimiet kummerċjali li jaffettwaw l-agrikoltura, jew kriżi mhux mistennija, u sabiex joffri appoġġ għar-riintegrazzjoni rapida tagħhom fl-impjieg, jew biex ibiddlu jew jaġġustaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom.

L-għan tal-FEG għandu jkun biex jikkontribwixxi għal tkabbir ekonomiku intelliġenti, inklużiv u sostenibbli u l-impjiegi sostenibbli fl-Unjoni billi jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà lejn ħaddiema li ħadu s-sensja kawża ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni jew kriżi mhux mistennija, u sabiex joffri appoġġ finanzjarju għar-riintegrazzjoni rapida tagħhom fl-impjieg.

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet li jgawdu minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond skont l-Artikolu 2(a) u (b) għandu jkollhom l-iskop li jiżguraw li minimu ta' 50 % tal-ħaddiema li qed jipparteċipaw f'dawn l-azzjonijiet isibu impjieg sod fi żmien sena mid-data tal-applikazzjoni.

Azzjonijiet li jgawdu minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond skont l-Artikolu 2(a) u (b) għandu jkollhom l-iskop li jiżguraw li l-ħaddiema kollha li qed jipparteċipaw f'dawn l-azzjonijiet isibu impjieg sostenibbli jew ikunu involuti f'attività ġdida fi żmien tliet xhur wara t-twettiq tal-miżuri. Dan l-objettiv għandu jiġi vvalutat mill-ġdid bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs iż-żmien tar-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Sena mid-data ta’ applikazzjoni hija kmieni wisq biex titkejjel ir-rata ta’ integrazzjoni mill-ġdid peress li qabel kollox ċerti Stati Membri ma jibdewx parti mill-miżuri jew il-miżuri kollha sakemm ma tingħata l-approvazzjoni. It-tieni nett, dawk il-ħaddiema li jattendu korsijiet ta’ sena jew aktar ma jiġux inklużi. It-tmiem tal-perjodu ta’ implimentazzjoni, jiġifieri sentejn mid-data ta’ applikazzjoni jagħti figura aktar preċiża, partikolarment fir-rigward ta’ impjiegi sostenibbli.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat tal-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni, li jidher b'mod partikolari minn żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet lejn l-Unjoni, mit-tnaqqis rapidu tas-sehem mis-suq tal-Unjoni f’settur partikolari jew minn delokalizzazzjoni ta' attivitajiet lejn pajjiżi terzi, fejn dawn is-sensji kellhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali;

(a) ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat tal-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni, li jidher b'mod partikolari b'tibdil gravi fix-xejriet ta' esportazzjoni-importazzjoni tal-kummerċ tal-Unjoni fil-prodotti jew servizzi, mit-tnaqqis tas-sehem mis-suq tal-Unjoni f’settur partikolari jew minn delokalizzazzjoni ta' attivitajiet lejn pajjiżi terzi, fejn dawn is-sensji kellhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali;

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu koperti t-tibdiliet ewlenin kollha kaġun tal-ftuħ tal-kummerċ, anke jekk it-tnaqqis iseħħ bil-mod.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba tfixkil serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali kkawżat minn kriżi mhux mistennija, sakemm tista' tiġi stabbilita rabta diretta u li tista’ tintwera bejn is-sensji u dik il-kriżi;

(b) ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba tfixkil serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali kkawżat minn kriżi mhux mistennija, inklużi kriżijiet ekonomiċi u finanzjarji, sakemm tista' tiġi stabbilita rabta diretta u li tista’ tintwera bejn is-sensji u dik il-kriżi;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġu inklużi l-kriżijiet ekonomiċi u finanzjarji fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ovvjament, il-kelma kriżi tfisser kull tip ta’ kriżi imma minħabba l-minoranza fil-Kunsill li timblokka l-estensjoni tad-deroga attwali għall-kriżi finanzjarja, naħseb li qed issir enfasi billi jiġu inlużi speċifikament il-kelmiet “ekonomiċi” u “finanzjarji”.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ħaddiema li bidlu jew aġġustaw l-attivitajiet agrikoli preċedenti matul perjodu li jibda mit-tnedija tal-ftehim kummerċjali mill-Unjoni li fih miżuri ta' liberalizzazzjoni kummerċjali għas-settur agrikolu rilevanti u li jintemm tliet snin wara l-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn il-miżuri u sakemm dawn il-miżuri kummerċjali jwasslu għal żieda sostanzjali f'importazzjonijiet tal-Unjoni ta' prodott jew prodotti agrikolu/i akkumpanjat minn tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet ta' tali prodotti f'livell ta' Unjoni, u fejn rilevanti, livell nazzjonali jew reġjonali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "ħaddiem" ifisser ħaddiema b'kuntratti ta' impjieg indefiniti li l-kuntratt jew ir-relazzjoni tal-impjieg tagħhom hija skont l-Artikolu 4; jew

(a) "ħaddiem" ifisser persuna li jkollha kuntratt jew relazzjoni ta' impjieg kif definit mil-liġi applikabbli fi Stat Membru u/jew regolat mil-liġi viġenti fi Stat Membru, jew f'relazzjoni de facto ta' impjieg, irrispettivament miċ-ċirkostanzi tal-kuntratt. Dan jinkludi ħaddiema b'kuntratt ta' żmien fiss u ħaddiema tal-aġenzija temporanji.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "ħaddiem" ifisser ħaddiema b'terminu fiss kif definit fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, li l-kuntratt jew ir-relazzjoni tal-impjieg tagħhom hija skont l-Artikolu 4(1)(a) jew (b), u jintemm u ma jiġġeddidx fil-perjodu stipulat f'dak il-punt tal-Artikolu 4; jew

imħassar

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) "ħaddiem" ifisser aġent temporanju kif definit mill-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/104/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li l-intrapriża utenti tiegħu hija skont l-Artikolu 4(1)(a) jew (b), u li l-kuntratt fl-intrapriża l-utenti tiegħu jintemm u ma jiġġeddidx fil-perjodu stipulat f'dak il-punt tal-Artikolu 4; jew

imħassar

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) "ħaddiem" ifisser sid-ġestjonarju ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema għal rashom (inklużi l-bdiewa) u l-membri kollha tal-familja attivi fin-negozju, sakemm, jekk bdiewa, kienu diġà qed jipproduċu l-output affettwat mill-ftehim kummerċjali rilevanti qabel mal-miżuri relatati mas-settur partikolari ġew implimentati.

(d) "ħaddiem" ifisser sid-ġestjonarju ta intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema għal rashom u l-membri kollha tal-familja li huma dikjarati bħala attivi fin-negozju.

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru li japplika, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu mill-FEG tista’ tiġi kkunsidrata ammissibbli wkoll jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ma jiġux sodisfatti kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjieg u l-ekonomija lokali. L-Istat Membru għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma jkunx sodisfatti kompletament.

2. Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-applikazzjonijiet kollettivi li jinvolvu l-SMEs, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru li japplika, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu mill-FEG tista’ tiġi kkunsidrata ammissibbli wkoll jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ma jiġux sodisfatti kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjieg u l-ekonomija lokali. L-Istat Membru għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma jkunx sodisfatti kompletament.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Rigward il-bdiewa, meta, wara li jkun tnieda ftehim kummerċjali u abbażi tat-tagħrif, id-dejta u l-analiżi disponibbli għalih, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet għall-appoġġ skont l-Artikolu 2(c) huma probabbilment sodisfatti għal numru sinifikanti ta' bdiewa, hija għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 fejn tagħżel setturi jew prodotti fejn tiddefinixxi ż-żoni ġeografiċi affettwati, fejn huwa xieraq, tistipula ammont massimu għall-appoġġ potenzjali fuq livell tal-Unjoni, tistipula perjodi ta' referenza u kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għal bdiewa u dati ta' eliġibbiltà għan-nefqa kif ukoll tistabbilixxi data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, il-kontenut ta' dawn l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 8(2).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn sidien-ġestjonarji ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta’daqs medju u ħaddiema impjegati għal rashom jibdlu jew, fil-każ ta' bdiewa, jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom, tali sitwazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala sensji għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

4. Fejn sidien-ġestjonarji ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta’daqs medju u ħaddiema impjegati għal rashom jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom, tali sitwazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala sensji għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Għal sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u għall-ħaddiema għal rashom (inklużi l-bdiewa), is-sensja għandha tingħadd jew mid-data ta' waqfien tal-attivitajiet ikkawżati minn kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2, u determinati skont il-liġi nazzjonali jew dispożizzjonijiet amministrattivi, jew mid-data speċifikata mill-Kummissjoni fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4(3).

(c) Għal sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u għall-ħaddiema għal rashom (inklużi l-bdiewa), is-sensja għandha tingħadd jew mid-data ta' waqfien jew tibdil tal-attivitajiet ikkawżati minn kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2, u determinati skont il-liġi nazzjonali jew dispożizzjonijiet amministrattivi.

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-ħaddiema kollha li ħadu s-sensja skont l-Artikolu 5, matul il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(1), (2) jew (3),

(a) il-ħaddiema kollha li ħadu s-sensja skont l-Artikolu 5, matul il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(1) jew (2),

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) bdiewa li bidlu jew aġġustaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom wara t-tnedija mill-Unjoni tal-ftehim kummerċjali msemmi fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati mfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema fil-mira li ngħataw is-sensja fl-impjieg jew f'impjieg indipendenti jew, fil-każ ta' bdiewa, biex ibiddlu jew jaġġustaw l-attivitajiet preċedenti tagħhom. Il-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati jista' partikolarment jinkludi:

Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati mfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema fil-mira li ngħataw is-sensja fl-impjieg jew f'impjieg indipendenti. Il-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati jista' partikolarment jinkludi:

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għajnuna għat-tfittix ta' impjieg, gwida dwar ix-xogħol, servizzi konsultattivi, konsulenza, għajnuna għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, għajnuna għal impjieg indipendenti u gћall-ftuħ ta’ negozji jew għal tibdil jew aġġustament tal-attività (inklużi investimenti f’assi fiżiċi), attivitajiet ta' kooperazzjoni, taħriġ imfassal apposta u taħriġ mill-ġdid, inkluż ħiliet tat-teknoloġija tat-tagħrif u l-komunikazzjoni u ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba;

(a) taħriġ u taħriġ mill-ġdid imfassla apposta, inkluż informazzjoni u ħiliet ta' teknoloġija tal-komunikazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba, għajnuna għat-tfittix ta' impjieg, gwida dwar ix-xogħol, servizzi konsultattivi, konsulenza, għajnuna għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, għajnuna għal impjieg indipendenti u gћall-ftuħ ta’ negozji u ta' teħid ta' kontroll mill-impjegati, għajnuna għal tibdil tal-attivitajiet preċedenti (inklużi investimenti f’assi fiżiċi), u attivitajiet ta' kooperazzjoni;

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ ta' min iħaddem, allowances għall-mobbiltà, sussidji jew allowances għat-taħriġ (inklużi allowances għal carers jew servizzi ta' għajnuna azjendali), li kollha huma limitati sakemm idum dokumentat tiftix attiv għax-xogħol jew attivitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja jew ta' taħriġ;

(b) miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, allowances għall-mobbiltà, sussidji jew allowances għat-taħriġ (inklużi allowances għal carers), li kollha huma limitati sakemm idum dokumentat tiftix attiv għax-xogħol jew attivitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja jew ta' taħriġ;

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) miżuri li jistimulaw, b’mod partikulari lill-ħaddiema żvantaġġati jew imdaħħla fiż-żmien biex jibqgħu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol.

(c) miżuri li jistimulaw lill-ħaddiema żvantaġġati, b'mod partikolari ħaddiema żgħażagħ, imdaħħla fiż-żmien u ħaddiema li jinsabu f'riskju ta' faqar biex jibqgħu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol.

Kompromess  50

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispejjeż tal-miżuri taħt (b) ma għandhomx jaqbżu l-50 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati elenkati f'dan il-paragrafu.

L-ispejjeż tal-miżuri taħt (b) ma għandhomx jaqbżu l-25 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati elenkati f'dan il-paragrafu.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispiża tal-investimenti f'assi fiżiċi għal xogħol awtonomu u l-bidu ta' negozju jew il-bdil jew l-aġġustament tal-attività ma tistax taqbeż EUR 35.000.

L-ispiża tal-investimenti f'assi fiżiċi għal xogħol awtonomu u l-bidu ta' negozju jew it-teħid ta' kontroll mill-impjegati jew il-bdil jew l-aġġustament tal-attività ma tistax taqbeż EUR 25,000.

Ġustifikazzjoni

L-ammont propost tnaqqas minn EUR 35,000 għal EUR 25,000 minħabba tħassib dwar l-ekwitajiet. Il-baġit tal-FEG disponibbli għall-ħaddiema se jkun madwar EUR 400 miljun fis-sena Jekk EUR 400 miljun kellhom ikunu distribwiti fl-2011 il-medja għal kull ħaddiem kienet tirriżulta fi EUR 23 710. Fl-2010 kienet tkun EUR 14 888. Għalhekk, il-figura ta’ EUR 35,000 tista’ tfisser li xi ħaddiema ma jiġux trattati b’mod ugwali. Hu raġonevoli li din il-figura tiġi allinjata mal-proposta dwar il-mikrofinanza.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tfassil ta' pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandu jikkunsidra r-raġunijiet sottostanti għas-sensji u jantiċipa l-perspettivi u l-ħiliet rikjesti tas-suq tax-xogħol fil-ġejjieni. Il-pakkett ikkoordinat għandu jkun kompatibbli mal-bidla lejn ekonomija li hi effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u ambjentalment sostenibbli;

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) miżuri speċjali b'limitu ta' żmien kif elenkati fil-paragrafu 1 (b) li mhumiex marbuta mas-sehem attiv tal-ħaddiema fil-mira f'attivitajiet ta' tfittxija tax-xogħol jew ta' taħriġ;

(a) miżuri speċjali b'limitu ta' żmien kif elenkati fil-paragrafu 1 (b) li mhumiex marbuta mas-sehem attiv tal-ħaddiema fil-mira f'attivitajiet ta' tfittxija tax-xogħol jew ta' taħriġ, miżuri li jistgħu jitqiesu bħala li jissostitwixxu l-benefiċċji għall-qgħad;

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 - punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) miżuri speċjali limitati biż-żmien, kif elenkati fil-paragrafu 1(b), li jissostitwixxu miżuri, anke fuq bażi temporja, li huma fir-responsabilità tal-Istati Membri bis-saħħa tal-liġi nazzjonali;

Ġustifikazzjoni

Il-FEG għandu jġib valur miżjud f'diversi livelli, inkluż valur miżjud finanzjarju. Jekk l-Istati Membri jkollhom obbligi finanjarji lejn ħaddiema ssensjati fil-forma ta’ allowances ta’ flus, dawn l-obbligi għandhom jiġu moqdija mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu naturalment iżidu fuq l-allowances ta’ flus u dan jipprovdi inċentivi żejda lill-ħaddiema. Din l-emenda tgħin ukoll biex tiżgura li l-flus tal-FEG ma jispiċċawx sempliċement biex jiffinanzjaw l-obbligi kollha tal-Istati Membri.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta' intrapriżi bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi.

(b) azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta' intrapriżi jew tal-Istati Membri bis-saħħa tal-liġi nazzjonali, tad-dritt tal-Unjoni jew ftehimiet kollettivi jew li jkunu se jissostitwixxu dawn ir-responsabilitajiet.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati għandu jitfassal b’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, il-ħaddiema fil-mira jew ir-rappreżentanti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Ir-Reviżjoni ta’ Nofs it-Terminu tal-FEG enfasizzat li appoġġ personalizzat intensiv lill-ħaddiema kien fattur ewlieni biex jiġu żgurati l-aħjar riżultati. F’dan il-kuntest, il-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jiġu inklużi fil-konsultazzjoni meta l-pakkett ta’ miżuri jiġi mfassal. F’każijiet fejn dan ma seħħx, l-aspettattivi saru akbar u mbagħad irriżulta diżappunt kbir, u anki r-riżultati ma kinux pożittivi.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq inizjattiva tal-Istat Membru applikanti, tista' ssir kontribuzzjoni finanzjarja għall-attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni, tagħrif u pubbliċità, kontroll u rappurtaġġ.

3. Fuq inizjattiva tal-Istat Membru applikanti, tista' ssir kontribuzzjoni finanzjarja ta’ massimu ta’ 5% tal-appoġġ tal-FEG rikjest għall-pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati għall-attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni, tagħrif u pubbliċità, kontroll u rappurtaġġ u għall-kooperazzjoni mal-atturi kollha.

Ġustifikazzjoni

Is-suċċess tal-FEG jiddependi sa grad għoli mill-pakkett għall-ħaddiema u anki min-nuqqas ta’ referenza għaż-żmien li għandu l-Fond. Kull applikazzjoni hija differenti u b’applikazzjonijiet differenti l-Istati Membri ma jistgħux neċessarjament ikollhom l-għarfien espert stabbilit meta jkun meħtieġ. Dan jista’ jżid l-ispejjeż. Anki għall-applikazzjonijiet inizjali, għandu jkun hemm sforz żejjed biex tiġi żgurata kooperazzjoni sħiħa bejn l-imsieħba kollha. Filwaqt li l-Istati Membri jsiru aktar esperti, ikunu meħtieġa kontribuzzjonijiet finanzjarji aktar baxxi.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membru għandu jressaq applikazzjoni kompluta lill-Kummissjoni fi żmien 12-il ġimgħa mid-data meta jiġu sodisfatti l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1) jew (2) jew, fejn applikabbli, qabel id-data tal-għeluq stipulata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(3). F'ċirkostanzi eċċezzjonali u ġustifikati l-applikazzjoni tista' tiġi ssuplimentata b'tagħrif addizzjonali mill-Istat Membru applikanti fi żmien sitt xhur mid-data tal-applikazzjoni abbażi tat-tagħrif disponibbli. Il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-applikazzjoni fi żmien tnax-il ġimgħa mid-data tal-ilqugħ tal-applikazzjoni kompluta jew (fil-każ ta' applikazzjoni mhix kompluta) sitt xhur wara d-data tal-applikazzjoni inizjali, liema minnhom tiġi l-ewwel.

1. L-Istat Membru għandu jressaq applikazzjoni kompluta lill-Kummissjoni fi żmien 12-il ġimgħa mid-data meta jiġu sodisfatti l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1) jew (2). F'ċirkostanzi eċċezzjonali u ġustifikati l-applikazzjoni tista' tiġi ssuplimentata b'tagħrif addizzjonali mill-Istat Membru applikanti fi żmien tliet xhur mid-data tal-applikazzjoni abbażi tat-tagħrif disponibbli. Il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-applikazzjoni fi żmien 10 ġimgħat mid-data tal-ilqugħ tal-applikazzjoni kompluta jew (fil-każ ta' applikazzjoni mhix kompluta) sitt xhur wara d-data tal-applikazzjoni inizjali.

Ġustifikazzjoni

Minħabba n-nuqqas ta’ referenza għaż-żmien, l-Istati Membri jeħtieġ li jagħmlu sforz biex jiżguraw li l-applikazzjoni tagħhom tiġi sottomessa fl-iqsar żmien possibbli. Biex jassistu f’dan il-livell ogħla ta’ kontribuzzjoni finanzjarja għall-Istati Membri flimkien mas-suġġeriment qawwi li l-kooperazzjoni proattiva għandha tkun in-norma bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) analiżi rraġunata tar-rabta bejn is-sensji u t-tibdil strutturali prinċipali fix-xejriet tal-kummerċ dinji, jew it-taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi għal għarrieda u mhux mistennija, jew il-qagħda l-ġdida tas-suq fis-settur agrikolu fl-Istat Membru u li tirriżulta mill-effetti tal-ftehim kummerċjali inizjalat mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew minn ftehim multilaterali inizjalat fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, skont l-Artikolu 2(c). Din l-analiżi għandha tkun imsejsa fuq statistika u tagħrif ieħor fil-livell l-aktar xieraq biex turi jekk il-kriterji ta’ intervent stipulati fl-Artikolu 4 intlaħqux jew le;

(a) analiżi rraġunata tar-rabta bejn is-sensji u t-tibdil strutturali prinċipali fix-xejriet tal-kummerċ dinji, jew it-taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi għal għarrieda Din l-analiżi għandha tkun imsejsa fuq statistika u tagħrif ieħor fil-livell l-aktar xieraq biex turi jekk il-kriterji ta’ intervent stipulati fl-Artikolu 4 intlaħqux jew le;

Ġustifikazzjoni

Farmers are included in this regulation under the same conditions as all other redundant workers.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 - punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) meta kumpanija tkompli bl-attivitajiet tagħha wara s-sensji, għandha tagħti spjegazzjoni dettaljata tal-obbligi legali li skonthom topera u li qed twettaq sabiex tieħu ħsieb tal-ħaddiema ssensjati;

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 - punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba) profil ta' ħiliet ġenerali u valutazzjoni inizjali tal-bżonnijiet edukattivi u ta' taħriġ ġenerali tal-ħaddiema;

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-identifikazzjoni, fejn huwa applikabbli, tal-intrapriżi li keċċew lill-impjegati, il-fornituri jew il-produtturi aktar 'l isfel fil-katina tal-produzzjoni, is-setturi, u l-kategoriji ta’ ħaddiema fil-mira;

(c) l-identifikazzjoni, fejn huwa applikabbli, tal-intrapriżi li keċċew lill-impjegati, il-fornituri jew il-produtturi aktar 'l isfel fil-katina tal-produzzjoni, is-setturi, u l-kategoriji ta’ ħaddiema fil-mira; diviżi skont is-sessi u l-gruppi ta' età differenti;

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-baġit stmat għal kull komponent tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati b'appoġġ għall-ħaddiema fil-mira;

(e) il-baġit stmat u d-deskrizzjoni tal-komponenti tal-pakkett koordinat ta' servizzi personalizzati b'appoġġ għall-ħaddiema fil-mira;

Ġustifikazzjoni

Flimkien mal-baġit innifsu, l-applikazzjoni għandha tinkludi wkoll deskrizzjoni tal-komponenti tal-pakkett ta’ servizzi personalizzati. Dan jagħti ċarezza akbar kemm għall-istituzzjonijiet tal-U.E u għall-ħaddiema nnifishom. Dan jiffaċilita wkoll valutazzjoni finali aħjar fis-sens li r-riżultati jistgħu jiġu ffissati bħala standard fil-konfront tal-applikazzjoni.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea) deskrizzjoni dwar kif il-miżuri fil-pakkett ikkoordinat jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 fil-livell nazzjonali u reġjonali;

Ġustifikazzjoni

Il-FEG għandu jikkontribwixxi għall-valur miżjud tal-UE. Bilanċ bejn il-pakkett personalizzat ta’ miżuri għall-ħaddiema u l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 jgħinu biex jingħata valur miżjud.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) il-proċeduri li ttieħdu għall-konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali jew organizzazzjonijiet rilevanti kif applikabbli;

(g) il-proċeduri li ttieħdu għall-konsultazzjoni tal-ħaddiema fil-mira jew tar-rappreżentanti tagħhom u tal-imsieħba soċjali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jew organizzazzjonijiet rilevanti kif applikabbli;

Ġustifikazzjoni

Ir-Reviżjoni ta’ Nofs it-Terminu tal-FEG enfasizzat li appoġġ personalizzat intensiv lill-ħaddiema kien fattur ewlieni biex jiġu żgurati l-aħjar riżultati. F’dan il-kuntest, il-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jiġu inklużi fil-konsultazzjoni meta l-pakkett ta’ miżuri jiġi mfassal. F’każijiet fejn dan ma seħħx, l-aspettattivi saru akbar u mbagħad irriżulta diżappunt kbir, u anki r-riżultati ma kinux pożittivi.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 - punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) l-ismijiet tal-aġenziji li jwasslu l-pakkett ta' miżuri fl-Istat Membru;

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) stqarrija ta' konformità tal-appoġġ mitlub mill-FEG bir-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll stqarrija li s-servizzi personalizzati ma jieħdux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

(h) stqarrija ta' konformità tal-appoġġ mitlub mill-FEG bir-regoli proċedurali u materjali tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat kif ukoll stqarrija li tiddeskrivi għalfejn is-servizzi personalizzati ma jieħdux post il-miżuri li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji jew tal-Istati Membri bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew tad-dritt tal-Unjoni jew ftehimiet kollettivi;

Ġustifikazzjoni

Il-FEG għandu jġib valur miżjud f'diversi livelli, inkluż valur miżjud finanzjarju. Jekk l-Istati Membri jkollhom obbligi finanjarji lejn ħaddiema ssensjati fil-forma ta’ allowances ta’ flus, dawn l-obbligi għandhom jiġu moqdija mill-Istati Membri. L-Istati Membri jistgħu naturalment iżidu fuq l-allowances ta’ flus u dan jipprovdi inċentivi żejda lill-ħaddiema. Din l-emenda tgħin ukoll biex tiżgura li l-flus tal-FEG ma jispiċċawx sempliċement biex jiffinanzjaw l-obbligi kollha tal-Istati Membri.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) is-sorsi ta’ kofinanzjament nazzjonali;

(i) is-sorsi ta’ finanzjament minn qabel jew ta' kofinanzjament nazzjonali u kofinanzjament ieħor jekk applikabbli;

Ġustifikazzjoni

Jekk kumpaniji jew intrapriżi huma involuti fil-kofinanzjament ta’ kwalunkwe waħda mill-miżuri, dan għandu jiġi kkjarifikat.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 - punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia) Informazzjoni dwar jekk l-intrapriża, bl-eċċezzjoni tal-mikro-intrapriżi u tal-SMEs, kienitx benefiċjarja ta' għajnuna mill-Istat jew ta' finanzjament preċedenti mill-Fondi ta' Koeżjoni jew Strutturali tal-Unjoni tul il-ħames snin ta' qabel;

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) jekk applikabbli, kwalunkwe rekwiżiti oħra li jistgħu jkunu stabbiliti fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Sabiex titjieb l-effikaċja tal-FEG, l-imsieħba soċjali għandhom jiġu involuti sa mill-bidu tal-proċedura għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja skont il-Fond.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-għajnuna għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tikkomplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

1. L-għajnuna għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tikkomplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż dawk finanzjati mill-fondi tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-FEG u l-FSE huma niżuri ta’ politika komplimentari, u s-sinerġiji bejn iż-żewġ fondi jistgħu jgħinu biex jiżguraw valur miżjud Ewropew.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tipprovdi solidarjetà u appoġġ għal ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja. L-attivitajiet appoġġati mill-FEG għandhom ikunu konformi mal-liġi nazzjonali u tal-Ewropa, inklużi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat.

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tipprovdi solidarjetà u appoġġ temporanju u ta' darba biss għal ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja. L-attivitajiet appoġġati mill-FEG għandhom ikunu konformi mal-liġi nazzjonali u tal-Ewropa, inklużi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat u ma għandhomx jissostitwixxu azzjonijiet li tagħhom l-Istati Membri jew il-kumpaniji huma responsabbli.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istat Membru applikanti għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni tal-għajnuna mill-Fondi tal-Unjoni.

3. Skont ir-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom, il-Kummissjoni u l-Istat Membru applikanti għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni tal-għajnuna mill-Fondi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni u l-Istat Membru applikant għandhom iżommu lill-atturi involuti fl-applikazzjoni informati dwar il-valutazzjoni kontinwa tal-applikazzjoni permezz tal-proċess ta' applikazzjoni.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istat Membru applikanti għandu jiżgura li l-azzjonijiet speċifiċi li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhomx jirċievu wkoll għajnuna minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni.

4. L-Istat Membru applikanti għandu jiżgura li l-azzjonijiet speċifiċi li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhomx jirċievu wkoll għajnuna minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, sabiex ikun evitat li jiddgħajfu programmi għat-tul bħall-fondi strutturali u b'mod partikolari il-Fond Soċjali Ewropew (FSE).

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dritt ta' benefiċċju mill-FEG ma għandux jaffettwa l-eliġibilità għal benefiċċju minn kwalunkwe fond ieħor tal-Unjoni għal skopijiet oħrajn.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi tiġi promossa matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu passi xierqa sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni msejsa fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età, orjentazzjoni sesswali u t-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg fl-aċċess għal u matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-appoġġ.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipju ta' trattatament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa u għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu parti integrali mill-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja u jiġu promossi matulha. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu passi kollha xierqa sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni msejsa fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età, orjentazzjoni sesswali u t-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg fl-aċċess għal u matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-appoġġ.

Ġustifikazzjoni

L-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għandha tkun parti integrali ta’ dan il-Fond. Mhuwiex biżżejjed li kemm issir promozzjoni tal-perspettiva tas-sess; dan għandu jkun promoss bis-sħiħ. Barra min hekk, ma għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni fl-aċċess għall-Fond.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-għajnuna teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-provvista ta’ tagħrif u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi wkoll tagħrif dwar l-użu tal-FEG lill-imsieħba soċjali Ewropej u nazzjonali.

4. L-għajnuna teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-provvista ta’ tagħrif u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi tagħrif dettaljat u f'waqtha flimkien ma' linjigwida ċari dwar l-użu tal-FEG lill-imsieħba soċjali Ewropej u nazzjonali u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Meta jitqies li l-Imsieħba soċjali huma parti mill-proċess ta’ konsultazzjoni, huwa meħtieġ, għalhekk, li jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar l-użu, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-Fond tiġi pprovduta lill-Imsieħba Soċjali.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni Ewropea għandha twaqqaf sit tal-Internet, li jkun disponibbli bil-lingwi kollha tal-Unjoni, li għandu jipprovdi tagħrif dwar il-FEG, gwida dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet, kif ukoll tagħrif dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda, filwaqt li jenfasizza r-rwol tal-awtorità baġitarja.

2. Il-Kummissjoni Ewropea għandha żżomm u taġġorna regolarment sit tal-Internet, li jkun aċċessibbli bil-lingwi kollha tal-Unjoni, li għandu jipprovdi tagħrif dwar il-FEG, gwida dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet, kif ukoll tagħrif dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda u dwar ir-rwol tal-awtorità baġitarja.

Ġustifikazzjoni

Diġà jeżisti sit tal-internet tal-FEG iżda l-Kummissjoni jeħtieġ li żżomm u taġġorna dan is-sit regolarment.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni dwar każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom.

3. Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni dwar każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom abbażi ta' evalwazzjonijiet oġġettivi bil-għan li ttejjeb l-effikaċja tal-FEG u biex tiżgura li ċ-ċittadini u l-ħaddiema tal-UE jkunu jafu dwar il-FEG. Il-Kummissjoni għandha ta' kull sena tirrapporta dwar il-fond skont il-pajjiż u settur b'settur.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll sabiex tiġi koperta l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn huma relatati mal-iskopijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.

4. Ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll sabiex tiġi koperta l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni nkluż l-istrateġija UE 2020 u l-miri ewlenin tagħha peress li dawn huma relatati mal-iskopijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8(3), b’mod partikolari wara li tikkunsidra l-għadd ta’ ħaddiema fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, jekk teżisti, li jista’ jsir fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammont ma għandux jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż totali stmati msemmija fl-Artikolu 8(2) jew il-65 % ta' dawn l-ispejjeż f'każ ta' applikazzjonijiet imressqa minn Stat Membru li fit-territorju tiegħu għandu tal-anqas reġjun wieħed f'livell NUTS II li huwa eliġibbli skont l-objettiv ta' "Konverġenza" tal-Fondi Strutturali. F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kofinanzjament ta' 65 % huwiex ġustifikat.

1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8(3), b’mod partikolari wara li tikkunsidra l-għadd ta’ ħaddiema fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, jekk teżisti, li jista’ jsir fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammont ma għandux jaqbeż:

(a) 60 % tal-ispejjeż totali stmati msemmija fl-Artikolu 8(2)(e) jew.

(b) 70 % ta' dawn l-ispejjeż f'każ ta' applikazzjonijiet imressqa minn Stat Membru eliġibbli għal appoġġ skont ir-Regolament XX/XXXX dwar il-Fond ta' Koeżjoni;

(c) 80% ta’ dawn l-ispejjeż fil-każ ta’ applikazzjonijiet preżentati minn Stat Membru li jirċievi assistenza finanzjarja taħt waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 1083/20061 jew mill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbilità Finanzjarja;

___________

1 ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.

Ġustifikazzjoni

Il-kofinanzjament huwa kwistjoni importanti ħafna għal bosta Stati Membri u ċertament li uħud mill-Istati Membri ma japplikawx għall-FEG minħabba r-rata baxxa tal-kofinanzjament. Għal din ir-raġuni ġie nkluż livell ieħor fejn ċerti Stati Membri jistgħu jibbenefikaw minn rata ogħla ta’ kofinanzjament. Dan, naħseb, se jgħin biex jiżgura li jsir użu akbar tal-fond u l-ħaddiema fl-Istati Membri li jkunu f’sitwazzjoni finanzjarja diffiċli jiġu megħjuna.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn, abbażi tal-valutazzjoni li tkun saret skont l-Artikolu 8(3), il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja ma ntlaħqux, għandha tinnotifika minnufih lill-Istat Membru kkonċernat.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mid-dati stabbiliti fl-Artikolu 8(2)(h) li fihom l-Istat Membru jibda s-servizzi personalizzati għall-ħaddiema fil-mira jew in-nefqa amministrattiva sabiex ikun implimentat il-FEG f’konformità mal-Artikolu 7(1) u (3) rispettivament. Fil-każ tal-bdiewa, in-nefqa għandha tkun eliġibbli għall-kontribuzzjoni mid-data stipulata fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mid-dati stabbiliti fl-Artikolu 8(2)(f) li fihom l-Istat Membru jibda s-servizzi personalizzati għall-ħaddiema fil-mira jew in-nefqa amministrattiva sabiex ikun implimentat il-FEG f’konformità mal-Artikolu 7(1) u (3) rispettivament.

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Jirrikonoxxi l-urġenza ta' teħid ta' deċiżjonijiet biex ikun żgurat li l-ħaddiema jiġu involuti malajr kemm jista' jkun f'dawn il-programmi, l-istituzzjonijiet għandhom jistinkaw biex jimminimizzaw il-ħin meħud biex jipproċessaw l-applikazzjonijiet.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-immobilizzar tal-FEG intlaħqu, hija għandha tissottometti proposta sabiex tagħmel użu minnu. Id-Deċiżjoni sabiex jintuża l-FEG għandha tittieħed flimkien miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata u l-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa.

Fejn il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-immobilizzar tal-FEG intlaħqu, hija għandha tissottometti proposta sabiex tagħmel użu minnu. Id-Deċiżjoni sabiex jintuża l-FEG għandha tittieħed flimkien miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja skont skadenza li ma taqbiżsx xahar mir-referenza għall-awtorità baġitarja. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata u l-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-istess ħin li tippreżenta l-proposta għal Deċiżjoni biex tagħmel użu mill-FEG, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti. Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim għandha tinbeda proċedura trialoga.

Fl-istess ħin li tippreżenta l-proposta għal Deċiżjoni biex tagħmel użu mill-FEG, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti. Dawn it-trasferimenti għandhom jitwettqu skont il-prijoritajiet baġitarji, kemm annwali u kemm għall-perijodu twil ta' żmien. Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim għandha tinbeda proċedura trialoga.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Wara d-dħul fis-seħħ ta' Deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 15(4) il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru f’forma ta' prefinanzjament ta' mhux anqas minn 50 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Istat Membru, fil-prinċipju fi żmien 15-il ġurnata, segwit meta meħtieġ f'forma ta' pagamenti intermedjarji u finali. Il-prefinanzjament għandu jkun ikklerjat meta titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 18(3).

1. Wara d-dħul fis-seħħ ta' Deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 15(4) il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru f’pagament wieħed, fil-prinċipju fi żmien 15-il ġurnata.

Ġustifikazzjoni

Il-mekkaniżmu attwali biex tiġi żborżata l-kontribuzzjoni finanzjarja qed jaħdem tajjeb u filwaqt li uħud mill-Istati Membri għandhom jirritornaw fondi, oħrajn ma għandhomx għalfejn. Jekk 50% tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiġi miżmuma, dan jista’ jpoġġi lill-Istati Membri taħt pressjoni finanzjarja qawwija u jista’ anki jikkontribwixxi biex il-pakkett ta’ servizzi personalizzati jieħu ħafna żmien biex jingħata.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-termini ta' finanzjament dettaljati, b'mod partikolari ir-rata ta' prefinanzjament u l-mod tal-pagamenti intermedjarji u finali għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 15(4).

imħassar

Pagamenti intermedjarji għandhom isiru sabiex jirrimborsaw in-nefqa li jkunu sofrew l-Istati Membri meta jkunu qed iwettqu l-azzjonijiet eliġibbli, soġġetti għat-tressiq ta' dikjarazzjoni tan-nefqa quddiem il-Kummissjoni ffirmata minn rappreżentant ta' korp pubbliku akkreditat skont l-Artikolu 21.

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istat Membru għandu jwettaq l-azzjonijiet eliġibbli stipulati fl-Artikolu 6 mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-data tal-applikazzjoni, skont l-Artikolu 8 (1).

4. L-Istat Membru għandu jwettaq l-azzjonijiet eliġibbli stipulati fl-Artikolu 7 mill-aktar fis possibbli, iżda mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-data tal-applikazzjoni, skont l-Artikolu 8 (1). Madankollu, fejn ħaddiem li ngħata s-sensja jkollu aċċess għal kors ta’ edukazzjoni jew taħriġ li jdum sentejn jew aktar, il-miżati/l-ispejjeż tat-tagħlim għal sentejn għandhom jiġu koperti meta l-ħaddiem issensjat jaċċedi għall-kors fis-semestru li jmiss, sakemm ma jkunx sena wara d-data tal-applikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Xi ħaddiema li ma jkunux aċċedew għall-FEG ma tħallewx jużaw dawn il-fondi biex jaċċedu għal edukazzjoni jew taħriġ ulterjuri fejn it-tul tal-kors huwa itwal minn sentejn. Kultant xi korsijiet ma jibdewx qabel Settembru u peress li l-Istati Membri mhux dejjem jibdew jiffinanzjaw mid-data ta’ applikazzjoni, dan ifisser li sena waħda mill-kors biss tista’ tiġi ffinanzjata. Peress li l-ħaddiema ssensjati normalment ma jkollhomx aċċess għall-fond jew għal self din ir-restrizzjoni fil-verità tipprojbihom milli jaċċedu għal korsijiet bħal dawn.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. F'ċirkostanzi eċċezzjonali li jirrikjedu l-għoti ta' malajr ta' għajnuna finanzjarja sabiex jiġu salvati l-impjiegi, bħal fil-każ ta' teħid ta' kontroll ippjanat ta' intrapriża li tkun għalqet mill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, is-somma partikolari tista' tingħata f'forma ta' finanzjament minn qabel jew permezz ta' ħlas bil-quddiem mill-Istat Membru jew mill-organizzazzjoni rikonoxxuta mill-Istat Membru bħala responsabbli għal intervent finanzjarju ta' dan it-tip, peress li l-iskadenzi imposti mill-qrati fir-rigward tat-teħid ta' kontroll spiss huma aktar qosra miż-żmien rikjest mill-proċedura stipulata f'dan ir-Regolament.

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. In-nefqa skont l-Artikolu 7(3) għandha tkun eliġibbli sad-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tar-rapport.

6. In-nefqa skont l-Artikolu 7(3) għandha tkun eliġibbli sad-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tar-rapport finali.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi ċċarat li dan huwa r-rapport finali b’kuntrast mar-rapport intermedjarju.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mhux aktar tard minn 15-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 8(1) jew mid-data stipulata fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3), l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport interim lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż il-finanzjament, iż-żmien u t-tip ta' azzjonijiet diġà meħuda u dwar ir-rata ta' riintegrazzjoni lura fl-impjieg jew l-attivitajiet ġodda miksuba 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni.

1. Mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 8(1), l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport interim lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż il-finanzjament, iż-żmien u t-tip ta' azzjonijiet diġà meħuda u dwar ir-rata ta' riintegrazzjoni lura fl-impjieg jew l-attivitajiet ġodda miksuba 15-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja. Ukoll, il-perjodu ta’ żmien suġġerit huwa qasir wisq biex tingħata stampa ċara tar-rata ta’ riintegrazzjoni b’mod partikolari. Dan huwa speċjalment il-każ fejn l-Istati Membri ma jibdewx bil-miżuri ta’ implimentazzjoni sakemm l-approvazzjoni tal-Fond tingħata mill-istituzzjonijiet.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mhux aktar minn sitt xhur wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 16(4), l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport finali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż tagħrif dwar it-tip ta’ azzjonijiet u r-riżultati ewlenin, il-karatteristiċi tal-ħaddiema fil-mira u l-istatus tal-impjieg tagħhom, flimkien ma’ dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa u li tindika fejn ikun possibbli l-komplimentarjetà tal-azzjonijiet ma’ dawk iffinanzjati mill-FSE.

2. Mhux aktar minn sitt xhur wara li jiskadi l-perjodu speċifikat fl-Artikolu 16(4), l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport dettaljat lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż tagħrif dwar it-tip ta’ azzjonijiet u r-riżultati ewlenin, il-karatteristiċi tal-ħaddiema fil-mira u l-istatus tal-impjieg tagħhom, flimkien ma’ dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa u li tindika fejn ikun possibbli l-komplimentarjetà tal-azzjonijiet ma’ dawk iffinanzjati mill-FSE.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Kull meta jkun possibbli, id-dejta għandha tkun segregata (maqsuma) skont is-sess.

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rapport biennali

Rapport annwali

Ġustifikazzjoni

Rapport annwali huwa aktar xieraq minn wieħed biennali għaliex jippermetti valutazzjoni kontinwa ġenwina tal-funzjonament tal-Fond. Jikkontribwixxi għat-tagħlim fil-livelli kollha u għall-implimentazzjoni tal-aħjar prattika, u fil-każ tal-FEG dan intwera li huwa fattur kruċjali.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-1 ta’ Awwissu ta’ kull sentejn, u għall-ewwel darba fl-2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet skont dan ir-Regolament u r-Regolament 1927/2015 matul is-sentejn ta’qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati milħuqa mill-FEG u għandu jinkludi b'mod partikolari tagħrif li għandu x'jaqsam mal-applikazzjonijiet imressqa, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-azzjonijiet iffinanzjati inkluża l-komplimentarjetà tagħhom mal-azzjonijiet iffinanzjati minn Fondi oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li saru. Għandu jiddokumenta wkoll dawk it-talbiet li jkunu ġew miċħuda jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' biżżejjed approprjazzjonijiet jew minħabba nuqqas ta' eliġibbiltà.

1. Sal-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena, u għall-ewwel darba fl-2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv, kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet skont dan ir-Regolament u r-Regolament 1927/2015. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati milħuqa mill-FEG u għandu jinkludi b'mod partikolari tagħrif li għandu x'jaqsam mal-applikazzjonijiet imressqa, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-azzjonijiet iffinanzjati inkluż l-impatt f’termini ta’ rati ta’ riintegrazzjoni u l-komplimentarjetà tagħhom mal-azzjonijiet iffinanzjati minn Fondi oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li saru. Għandu jiddokumenta wkoll dawk it-talbiet li jkunu ġew miċħuda jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' biżżejjed approprjazzjonijiet jew minħabba nuqqas ta' eliġibbiltà. Fejn possibbli d-dejta kollha fir-rapport għandha tinqasam skont is-sess.

Ġustifikazzjoni

Rapport annwali huwa aktar xieraq minn wieħed biennali għaliex jippermetti valutazzjoni kontinwa ġenwina tal-funzjonament tal-Fond. Jikkontribwixxi għat-tagħlim fil-livelli kollha u għall-implimentazzjoni tal-aħjar prattika, u fil-każ tal-FEG dan intwera li huwa fattur kruċjali. Ir-rapport għandu jindika wkoll kif l-azzjonijiet meħuda kkontribwew għar-rati ta’ riintegrazzjoni.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rapport se jiġi trasmess għat-tagħrif lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-imsieħba soċjali.

2. Ir-rapport se jiġi trasmess għat-tagħrif lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-imsieħba soċjali.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-effikaċja u s-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba sat-30 ta' Ġunju 2018;

(a) evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-effikaċja u s-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba sat-30 ta' Ġunju 2017;

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) evalwazzjoni ex-post, sal-31 ta' Diċembru 2022 bl-għajnuna ta' esperti esterni, sabiex jiġi mkejjel l-impatt tal-FEG u l-valur miżjud tiegħu.

(b) evalwazzjoni ex-post, sal-31 ta' Diċembru 2021 bl-għajnuna ta' esperti esterni, sabiex jiġi mkejjel l-impatt tal-FEG u l-valur miżjud tiegħu.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni se jkunu trasmessi, għat-tagħrif, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-imsieħba soċjali.

2. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni se jkunu trasmessi, għat-tagħrif, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-imsieħba soċjali. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati għat-tfassil ta' programmi ġodda fil-qasam tal-impjiegi u tal-affarijiet soċjali.

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom jinkludu ċ-ċifri li juru l-ammont ta' applikazzjonijiet u għandhom ikopru r-rendiment tal-programmi għal kull pajjiż u għal kull settur, sabiex jevalwaw jekk il-FEG huwiex jilħaq il-benefiċjarji fil-mira.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li jassiguraw li l-infiq iffinanzjat huwa bbażat fuq dokumenti ta’ ġustifikazzjoni verifikabbli, u huwa korrett u regolari;

(c) li jassiguraw li l-infiq iffinanzjat huwa bbażat fuq dokumenti ta’ ġustifikazzjoni verifikabbli, u huwa legali u regolari;

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa fejn tkun aċċertata irregolarità. Il-korrezzjonijiet magħmula mill-Istat Membru għandhom jikkonsistu fit-tħassir ta’ parti jew tal-kontribuzzjoni kollha. Fejn jirriżulta li kien hemm irregolarità l-Istat Membru għandu jirkupra kull ammont mitluf, iħallsu lura lill-Kummissjoni u, meta l-ammont ma jitħallasx f’waqtu fil-limitu ta’ żmien mogħti mill-Istat Membru involut, għandu jitħallas l-imgħax.

3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa fejn tkun aċċertata irregolarità. Il-korrezzjonijiet magħmula mill-Istat Membru għandhom jikkonsistu fit-tħassir ta’ parti jew tal-kontribuzzjoni kollha. Fejn jirriżulta li kien hemm irregolarità l-Istat Membru għandu jirkupra kull ammont mitluf u jħallsu lura lill-Kummissjoni.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni, fir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda u effiċjenti. Hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru li japplika biex jiżgura li għandu sistemi ta' maniġment u ta' kontroll li qed jaħdmu tajjeb; il-Kummissjoni għandha tivverifika hija stess li dawn is-sistemi qegħdin jitħaddmu.

4. Il-Kummissjoni, fir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda u effiċjenti. Hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru li japplika biex jiżgura li għandu sistemi ta' maniġment u ta' kontroll li qed jaħdmu tajjeb; il-Kummissjoni għandha tivverifika hija stess li dawn is-sistemi qegħdin jitħaddmu. Jekk jinstabu irregolaritajiet, l-ammonti li jkunu tħallsu b'mod żbaljat għandhom jiġu rkuprati primarjament permezz ta' tpaċija. Fejn ikun xieraq, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni bi qbil mal-Artikolu 325 tat-Trattat tista' tinkludi pieni effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F’każijiet fejn l-ammont tal-ispiża ta’ azzjoni effettiva jkun inqas mill-ammont ikkalkulat li kien ikkwotat skont l-Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha tadotta Deċiżjoni permezz tal-att ta' implimentazzjoni, fejn titlob lill-Istat Membru jħallas lura l-ammont li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni finanzjarja li jkun ħa.

1. F’każijiet fejn l-ammont tal-ispiża ta’ azzjoni effettiva jkun inqas mill-ammont ikkalkulat li kien ikkwotat skont l-Artikolu 15, u l-irkupru permezz ta' tpaċija ma jkunx fattibbli, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, fejn titlob lill-Istat Membru jħallas lura l-ammont li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni finanzjarja li jkun ħa.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mill-Artikoli 21 u 22, l-appoġġ għall-bdiewa għandu jkun ġestit u kkontrollat skont ir-Regolament (KE) Nru … dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ ta' politika agrikola komuni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 24

imħassar

Eżerċizzju tad-delegazzjoni

1. Is-setgħat sabiex ikunu adottati atti ddelegati huma kkonferiti lill-Kummissjoni bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Id-delegazzjonijiet ta’ setgħa msemmija f'dan ir-Regolament għandhom jingħataw għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3. Id-delegazzjonijiet tal-poter imsemmija fl-Artikolu 4 jistgħu jiġu revokati fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat adottat f'konformità mal-Artikolu 4(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn (2) min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja.

  • [1]  ĠU C 143, 22.5.2012, p. 42.
  • [2]  Għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-FEG ġie stabbilit biex jipprovdi lill-UE bi strument biex juri soridarjetà mal-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat ta’ tibdil strutturali kbir fil-patterns tal-kummerċ dinji kkawżati mill-globalizzazzjoni u jagħtihom appoġġ. Sussegwentement ġie estiż biex jinkludi l-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-krizi finanzjarja u ekonomika. F’dan il-kuntest, huwa ta’ dispjaċir ħafna li d-"deroga ta’ kriżi" ma ġġeddidtx minħabba minoranza li mblukkatha fil-Kunsill, minkejja appoġġ qawwi biex titkompla min-naħa tal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew. Matul il-perjodu 2009-2010, 82% tal-applikazzjonijiet għall-FEG kienu bbazati fuq il-kriterji tad-"deroga ta’ kriżi", u fl-istess perjodu 10% tal-ħaddiema ssensjati fl-UE aċċedew għall-Fond. Għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi inkluża kriżi mhux mistennija fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament għandha tintlaqa’ tajjeb peress li tippermetti lill-Fond iwieġeb għall-ħtiġijiet reali tal-ħaddiema ssensjati.

Uħud mill-proposti tal-Kummissjoni jwieġbu għat-tħassib u r-rakkomandazzjonijiet sottolinjati fil-valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-FEG u għalhekk għandhom iġibu valur miżjud fil-funzjonament tiegħu. Madankollu, hemm xi lakuni, u wkoll tentattiv mhux xieraq biex il-FEG ikun magħmul b’mod li jirrispondi għal-ftehimiet kummerċjali li jista’ jkollhom impatt negattiv sinifikanti fuq ir-rendiment agrikolu.

Proposti ulterjuri

Il-FEG jeħtieġ li jkun magħmul aktar attraenti u sempliċi biex jintuża mill-Istati Membri. F’dan il-kuntest, għandu jsir kull sforz biex titjieb il-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni bejn:

(a) Il-Kummissjoni u l-entitajiet Nazzjonali/Reġjonali/Lokali responsabbli għall-ġestjoni tal-Fond, u

(b) fil-livell nazzjonali, bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli, l-imsieħba soċjali, il-ħaddiema individwali u l-aġenziji differenti involuti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri jkollhom l-opportunità jitgħallmu mill-aħjar prattika, jingħataw il-parir neċessarju u jiġu ggwidati fejn ikun meħtieġ.

Minħabba l-importanza estrema tal-ġestjoni ppjanata tajjeb u effiċjenti tal-Fond, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jeħtieġu baġit adegwat. Jistgħu jirriżultaw kostijiet ogħla minn mistenni meta ssir applikazzjoni għal Fond fuq bażi ta’ darba jew okkażjonali u speċjalment b’applikazzjonijiet inizjali. Il-valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tirrakkomanda li l-funzjonament mingħajr xkeil tal-proċess jeħtieġ ammont sinifikanti ta’ komunikazzjoni organizzata tajjeb, koordinazzjoni u ħidma konġunta". Dan jista’ jirriżulta fi spejjeż kbar iżda huwa investiment xieraq peress li ta prova ta’ riżultati aħjar.

Il-flessibilità fl-emendar tal-lista ta’ servizzi personalizzati se ssaħħaħ l-effettività tal-Fond billi tagħmlu aktar reattiv għall-bżonnijiet tal-ħaddiema, għas-sitwazzjoni ekonomika prevalenti u kull nuqqas fil-ħiliet li jkun hemm fl-ekonomija.

L-element tal-kofinanzjament huwa ta’ importanza ewlenija għall-Istati Membri u l-livell ta’ 50% ta prova ta’ deterrent għal użu akbar tal-Fond. Jiena nappoġġja l-proposta attwali biex ir-rata ta’ kofinanzjament tiġi estiża għal 65% għal ċerti Stati Membri iżda nixtieq nipproponi wkoll rata awtomatika ta’ kofinanzjament ta’ 75% għal Stati Membri li jirċievu assistenza finanzjarja taħt waħda mill-kundizzjonijiet kif stabbilit fl-Artikolu 77 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 kif emendat bir-Regulation (UE) Nru 1311/2011 jew mill-Faċilità Ewropea ta’ Stabbilità Finanzjarja.

Kritika frekwenti li ssir fil-konfront tal-FEG hija li jirrispondi bil-mod wisq. Minkejja l-mod kif inhu mfassal il-Fond, naħseb li għadu possibbli li l-effikaċja tiegħu rigward iż-żmien titjieb billi l-iskedi ta’ żmien ikomplu jiġu limitati. L-Istati Membri għandhom jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li jirrispondu għal sensji ppjanati jew imħabbra kemm jista’ jkun malajr u jibdew bl-implimentazzjoni tal-miżuri malli japplikaw għall-Fond. Jekk ir-riżorsi jkunu problema, tip ta’ azzjoni xierqa għall-Istati Membri tista’ tkun li l-ewwel jibdew bil-mżuri li l-inqas imqumu spejjeż.

Ninkoraġġixxi lill-Istati Membri jagħmlu użu akbar mid-deroga fl-Artikolu 4(2), li tippermetti lill-Istati Membri kollha - iżda, b’mod kruċjali u speċjali, lill-Istati Membri u lir-Reġjuni iżgħar – li jkollhom aċċess għall-FEG fejn mhux il-kriterji kollha tal-intervent jiġu sodisfatti. Peress li, sa issa, ftit wisq sar użu minn dawn il-kriterji, nissuġġerixxi li l-Kummissjoni tipprovdi dokumenti speċifiċi ta’ gwida u informazzjoni relevanti dwar il-kriterji li jiġu applikati f’tali ċirkostanzi. L-inċertezza taqta’ qalb l-Istati Membri għaliex ma jixtiqux jimlew ras il-ħaddiema ssensjati jew jeħlu l-ħin fuq applikazzjonijiet inammissibbli.

Jekk il-FEG għandu jipprovdi valur miżjud reali, allura għandu jmur sew lil hinn minn dak li huwa meħtieġ diġà bil-liġi nazzjonali, bil-ftehimiet kollettivi eċċ. Dan jiżgura benefiċċji addizzjonali għall-ħaddiema u viżibilità u leġittimità ulterjuri għall-Fond. L-Istati Membri, fejn hu possibbli, għandhom jużaw il-FEG bħala opportunità biex jiżviluppaw approċċi ġodda innovatttivi u dinamiċi biex jassistu lill-ħaddiema jirritornaw fuq il-post tax-xogħol.

Il-valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-FEG enfasizzat li fattur ta’ suċċess ewlieni biex jiġi mminimizzat l-impatt tiegħu u għall-valur miżjud kien il-ħolqien ta’ pakkett personalizzat u aktar intensiv ta’ miżuri. Dan jinneċessita konsultazzjoni obbligatorja u kontinwa mal-ħaddiema jew mar-rappreżentanti awtorizzati tagħhom mill-bidu nett. Barra minn hekk, teħtieġ ftit flessibilità jekk il-ħaddiema jixtiequ li jkollhom aċċess għal korsijiet li jdumu sentejn jew iktar. Il-FEG għandu jiggarantixxi li sentejn sħaħ ta’ spejjez għat-taħriġ jitħallsu fejn il-ħaddiema jibdew il-kors fil-bidu tas-semester li jkun imiss, li ma jistax ikun iktar tard minn sena wara d-data ta’ applikazzjoni inizjali mill-Istat Membru.

L-ammont massimu propost għall-perjodu ta’ 7 snin (2014-2020) huwa €3 biljun bi ġbid ta’ self (drawdown) massimu ta’ €429 miljun. Fil-memorandum ta’ spjegazzjoni ġie suġġerit limitu massimu ta’ €2.5 biljun għall-agrikoltura iżda dan huwa biss limitu massimu, mhux ammont fiss. L-ammonti mħallsa lill-benefiċjarji kollha se jiddependu interament fuq in-numru ta’ applikazzjonijiet f’sena speċifika. Dan ikun ukoll suġġett għal ġbid ta’ self (drawdown) massimu annwali u r-rekwiżit li mill-inqas kwart mill-massimu annwali tal-FEG għandu jibqa’ disponibbli sal-1 ta’ Settembru ta’ kull sena sabiex jiġu koperti ħtiġijiet li jqumu sa tmiem is-sena. Jeħtieġ li jkun hemm kjarifika ulterjuri min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ kif se jiġu allokati l-flejjes fl-eventalità ta’ applikazzjonijiet għall-Fond li jaqbżu d-drawdown massimu annwali, u fejn applikazzjoni għall-assistenza mill-Fond qabel l-1 ta’ Settembru fi kwalunkwe sena partikolari tipproponi li tuża l-allokazzjoni kollha jew parti kbira minnha sa dik id-data.

Il-proposta tinkludi l-ħaddiema b'perjodu fiss, l-aġenti temporanji, sidien-ġestjonarji ta’ mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema għal rashom (inklużi l-bdiewa) u l-membri kollha tal-familja attivi fin-negozju/fl-intrapriża. Huwa importanti li l-ħaddiema kollha jiġu trattati b’mod ugwali u jkollhom aċċess għall-FEG bl-istess kundizzjonijiet, u għaldaqstant il-proposta li jiġu introdotti atti delegati dwar l-inklużjoni tal-bdiewa mhijiex mod xieraq kif nipproċedu.

Minn perspettiva agrikola, l-ammonti proposti jkunu totalment insuffiċjenti biex jikkumpensaw għal kwalunkwe ftehim kummerċjali. Skont valutazzjoni tal-impatt dettaljat imwettaq mid-DĠ AGRI, in-negozjati multilaterali ta’ liberalizzazzjoni l-iktar ambizzjużi mal-membri kollha tad-WTO jinvolvu telf ta’ €7.75 biljun għall-bdiewa. Anki jekk din il-figura titnaqqas b’50%, l-ammont ta’ flus li jistgħu jkunu disponibbli taħt il-FEG xorta ma jkunux biżżejjed. Peress li l-perjodu propost li matulu l-bdiewa jista’ jkollhom aċċess għall-Fond jibda mill-bidu tal-ftehim u jintemm tliet snin wara l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu, dan jillimita l-ammont għal kwalunkwe ftehim kummerċjali singolu. Flimkien mad-drawdown annwali li huwa limitat għal massimu ta’ €429 miljun u mingħajr ċertezza dwar l-ammonti li jistgħu jkunu disponibbli, dan jissottolinja aktar il-fatt li l-FEG huwa insuffiċjenti biex jikkunpensa għat-telf reali projettat fis-settur agrikolu. Jiena nemmen li l-bdiewa ġew inklużi taħt l-atti delegati sempliċement biex tiġi koperta l-Kummissjoni u biex ikun iktar faċli li ftehim kummerċjali jiġi konkluż li jkun inaċċettabbli għall-agrikoltura. Jekk ftehim bħal dan jiġi ffirmat, l-UE jkollha bżonn toħloq strument separat imfassal apposta b’baġit adegwat. Kull ħaġa inqas minn hekk tagħmel ħsara sinifikanti lis-settur tal-biedja.

L-UE jeħtieġ li terġa’ lura lejn it-triq ta’ tkabbir bi programm għall-ħolqien dinamiku ta’ impjiegi, inkella nisgħu nesperjenzaw irkupru mingħajr impjiegi. Il-FEG jista’ jgħin biex jintlaħqu dawn l-objettivi billi jappoġġja lill-ħaddiema ssensjati meta jkunu qed ifittxu impjieg, meta jtejbu l-ħiliet tagħhom/iżommu jew ifittxu xogħol għal rashom b’konfomità mal-istrateġija 2020. Il-valutazzjoni tal-Fond irrappurtat rata ta’ ingaġġ mill-ġdid ta’ 48.1% u fil-maġġoranza tal-każi din ir-rata telgħet fit-terminu ta’ żmien medju. Irrapportat ukoll li l-FEG assista uħud mill-gruppi ta’ ħaddiema li l-aktar kien diffiċli jiġu megħjuna. Barra minn hekk, indikat li bosta benefiċjarji żiedu l-fiduċja tagħhom b’mod sinifikanti, ġeddew u tejbu l-ħiliet ta’ tfittxija għax-xogħol u kif ukoll ħiliet u kapaċitajiet oħra, u filwaqt li mhux il-benefiċjarji kollha kellhom suċċess biex jiksbu impjieg, dan żied l-impjegabilità tagħhom. Il-valutazzjoni indikat ukoll li miżuri kkofinanzjati mill-FEG jidhru li jikkontribwixxu biex jiġi evitat li s-sitwazzjoni tal-qgħad tmur għall-agħar.

opinJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI

Is-Sinjura Pervenche Berès

President

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar il-bażi legali għall-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) (COM(2011)0608 – C7-0319/2011 – 2011/0269(COD))

Għażiża Sinjura President,

Bl-ittra tat-30 ta’ Awwissu 2012, inti tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 37 tar-Regoli ta’ Proċedura, biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-adegwatezza li jitħassru l-Artikoli 42 u 43 TFUE mill-bażi legali tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020), fuq il-bażi li emenda bħal din tinsab fl-abbozz ta' rapport tal-EMPL.

Il-proposta għal regolament dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) (COM(2011)0608) ġiet ippreżentata mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 175 TFUE kif ukoll l-Artikoli 42 u 43, u b'hekk ġiet imressqa lill-Parlament skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Is-Servizz Legali tal-Parlament, f'nota tat-13 ta' Settembru 2012, wasal għall-konklużjoni li, jekk l-emendi mressqa mill-abbozz ta' rapport jiġu adottati, il-proposta għandha tkun ibbażata fuq l-Artikolu 175 TFUE.

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, meta kien qed jeżamina t-talba tiegħek fil-laqgħa tiegħu tat-18 ta' Settembru 2012, iddeċieda li jipposponi l-kunsiderazzjoni tal-bażi legali sa wara l-votazzjoni fl-EMPL sabiex ikun jista' jivvaluta aħjar jekk bidla fil-bażi legali tkunx taqbel mal-kontenut tar-rapport. Peress li l-EMPL ivvota dwar il-proposta fil-laqgħa tiegħu tas-6 ta' Novembru 2012, u biddel il-bażi legali kif propost mir-rapporteur, issa ninsab f'pożizzjoni li nibgħatlek l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, wara l-laqgħa tal-Kumitat tas-27 ta' Novembru 2012.

Kuntest

1. Il-proposta

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) iżijalment ġie stabbilit għall-perjodu 2007 – 2013[1], biex jipprovdi lill-Unjoni bi strument ta' appoġġ speċifiku ta' darba għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar ipprovokati mill-globalizzazzjoni li qed tiżdied ta' xejriet ta' produzzjoni u ta' kummerċ. Fid-dawl tal-kriżi finanzjarja u ekonomika fl-2008, il-FEG ġie rivedut – għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2009 sat-30 ta' Diċembru 2011 – sabiex jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li ngħataw is-sensja bħala konsegwenza diretta tal-kriżi finanzjarja u ekonomika[2]. Il-Kummissjoni pproponiet[3] li testendi d-deroga b'rabta mal-kriżi sal-31 ta' Diċembru 2013, jiġifieri sat-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

Il-Kummissjoni issa ressqet il-proposta kkonċernata bl-għan li jiġi żgurat li l-FEG jibqa' jopera bħala strument ta' intervenzjoni ta' urġenza matul il-perjodu 2014-2020, b'konformità mal-prinċipji bażiċi mniżżla għall-QFP 2014-2020. L-elementi ewlenin tar-Regolament FEG li qed jiġi propost huma: l-inklużjoni ta' kategoriji addizzjonali ta' ħaddiema; il-kopertura tal-effetti tal-globalizzazzjoni u tal-kriżijiet mhux mistennija, kif ukoll tal-impatti negattivi tal-ftehimiet kummerċjali ġodda fil-każ tal-bdiewa; iktar enfasi fuq miżuri attivi permezz tal-introduzzjoni ta' limitazzjoni fuq l-allowances eliġibbli għal appoġġ; it-tnaqqis ta' piżijiet amministrattivi bis-simplifikazzjoni u t-taqsir tal-proċeduri.

Fir-rigward tal-bdiewa, ir-regolament propost fih dispożizzjonijiet speċifiċi li jippermettu lill-Istati Membri japplikaw għal kontribuzzjonijiet finanzjarji għal bdiewa sabiex jgħinuhom jaġġustaw għas-sitwazzjoni l-ġdida fis-suq li tirriżulta minn ftehim kummerċjali konkluż mill-UE, għall-perjodu mill-bidu tal-ftehim rilevanti sa tliet snin wara l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' liberalizzazzjoni, sakemm il-miżuri kkonċernati jwasslu għal żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet mill-UE flimkien ma' tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-UE, fil-livell nazzjonali jew reġjonali. Għal dan l-għan, il-proposta fiha għadd ta' dispożizzjonijiet b'rabta speċifikament mal-bdiewa (eż. fir-rigward tal-iskop (Artikolu 2(c)), il-kriterji ta' intervenzjoni (Artikolu 4(3)), l-eliġibilità tal-ħaddiema (Artikolu 6(c)), l-azzjonijiet eliġibbli (Artikolu 7(1)), l-applikazzjonijiet (Artikolu 8(2)(a)) u l-eliġibilità tan-nefqa (Artikolu 14). Id-dettalji tal-kriterji ta' intervenzjoni għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni permezz ta' atti delegati (Artikolu 4(3), Artikolu 24). Il-ġestjoni finanzjarja tal-appoġġ lill-bdiewa hija stipulata biex issegwi r-regolamentazzjoni futura dwar l-iffinanzjar, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni (Artikolu 23).

2. Rapport adottat fil-Kumitat EMPL fis-6 ta’ Novembru 2012

Fl-abbozz ta' rapport tagħha, ir-rapporteur EMPL Marian Harkin ipproponiet li temenda l-proposta tal-Kummissjoni sabiex jitħassru l-miżuri speċifiċi għall-bdiewa. Il-bdiewa madankollu kienu se jibqgħu jaqgħu fl-ambitu tar-regolament propost, iżda soġġetti għall-istess dispożizzjonijiet bħal ħaddiema oħra. Kienet issuġġeriet ukoll li jitħassru l-Artikoli 42 u 43 TFUE mill-bażi legali.

Ir-rapport adottat fl-EMPL isegqi din il-linja billi jħassar l-Artikoli 42 u 43 TFUE mill-bażi legali. Huwa jħassar kwalunkwe referenza għall-bdiewa mit-test, inklużi d-dispożizzjonijiet speċifiċi kollha b'rabta magħhom (ara Emendi 12, 13, 15, 16, 25, 26, 31, 35, 39, 41, 42, 43, 44, 45, 46, 59, 70, 84, 89, 93, 106, 107). Il-ġustifikazzjoni tul ir-rapport hija li "Il-bdiewa huma inklużi f’dan ir-regolament bl-istess kundizzjonijiet bħall-ħaddiema kollha l-oħra li jingħataw is-sensja."

3. Il-bażijiet legali kkonċernati

a) Il-bażi legali tal-proposta

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 175 TFUE kif ukoll l-Artikoli 42 u 43 TFUE.

L-Artikolu 175 TFUE jgħid dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom imexxu l-linji politiċi ekonomiċi tagħhom u jikkordinawhom b’tali mod li, jinkisbu wkoll l-għanijiet msemmija fl-Artikolu 174. Il-formulazzjoni u l-implimentazzjoni ta' kull politika u azzjoni ta' l-Unjoni u l-implimentazzjoni tas-suq intern għandhom jieħdu in konsiderazzjoni l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 174 u jwasslu għat-twettiq tagħhom." L-Unjoni għandha ssostni wkoll l-ilħiq ta’ dawn l-objettivi permezz tal-azzjoni li tieħu permezz tal-Fondi Strutturali (Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, it-Taqsima tal-Gwida; il-Fond Soċjali Ewropew; il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali), il-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti finanzjarji oħrajn eżistenti.

[...]

"Jekk jinħass il-bżonn li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi barra l-Fondi u bla preġudizzju għall-miżuri deċiżi fil-qafas tal-politika l-oħra tal-Unjoni, dawk l-azzjonijiet jistgħu jiġu adottati mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni.”

L-Artikolu 174 TFUE li jissemma fl-Artikolu 175 TFUE jgħid kif ġej:

"Sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż tagħha in ġenerali, l-Unjoni għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha.

B’mod partikolari, l-Unjoni għandha jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti.

Fost ir-reġjuni kkkonċernati, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil żoni rurali, lil żoni milquta minn transizzjoni industrijali, u lil reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħal per eżempju reġjuni estremi tat-tramuntana b'densità ta' popolazzjoni baxxa ħafna, u reġjuni ta' gżejjer, reġjuni transkonfinali u reġjuni muntanjużi."

L-Artikoli 42 u 43 li wkoll jagħmlu parti mill-bażi legali mressqa mill-Kummissjoni jgħidu kif ġej:

"Artikolu 42 TFUE

Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu li jirriferi għar-regoli tal-kompetizzjoni għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti agrikoli biss safejn jista’ jiġi deċiż mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi ħdan il-qafas tal-Artikolu 43(2) u skont il-proċedura li hemm fih, u meħud kont xieraq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 39.

Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jawtorizza l-għoti ta' għajnuna:

(a) biex jipproteġi impriżi żvantaġġati minħabba kundizzjonijiet strutturali jew naturali,

(b) fil-qafas ta' programmi ta' żvilupp ekonomiku.

L-Artikolu 43 TFUE

1. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti sabiex telabora u timplimenta l-politika agrikola komuni, inkluża s-sostituzzjoni tal-organizzazzjonijiet nazzjonali b'waħda mill-forom tal-organizzazzjoni komuni previsti fl-Artikolu 40(1), u l-implimentazzjoni tal-miżuri speċifikati f'dan it-Titolu tat-Trattati.

Dawn il-proposti għandhom jieħdu konsiderazzjoni xierqa ta' l-interdipendenza tal-kwistjonijiet agrikoli mqajjma f' dan it-Titolu tat-Trattat.

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli prevista fl-Artikolu 40(1) kif ukoll id-dispożizzjonijiet l-oħra meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tal-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd.

3. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri dwar l-iffissar tal-prezzijiet, l-imposti, l-għajnuna u l-limitazzjonijiet kwantitattivi, kif ukoll dwar l-iffissar u l-allokazzjoni ta' opportunitajiet tas-sajd. [...]"

b) Il-bidla proposta għall-bażi legali

Il-Kumitat EMPL talab l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar għandhomx jitħassru l-Artikoli 42 u 43 TFUE mill-bażi legali, biex b'hekk jibqa' biss l-Artikolu 175 TFUE.

Analiżi

1. Il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti

Ċerti prinċipji joħorġu mill-ġurisprudenza tal-Qorti fir-rigward tal-għażla tal-bażi ġuridika. L-ewwel nett, minħabba l-konsegwenzi tal-bażi ġuridika f'termini ta' kompetenza sostantiva u ta' proċedura, l-għażla ta’ bażi ġuridika korretta għandha importanza kostituzzjonali[4]. It-tieni, skont l-Artikolu 13(2) tat-Trattat UE, kull istituzzjoni għandha taġixxi fi ħdan il-limiti tal-poteri konferiti lilha mit-Trattat[5]. It-tielet nett, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, "l-għażla tal-bażi legali ta’ att Komunitarju għandha tiġi bbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, fosthom, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att"[6]. Fl-aħħar nett, fir-rigward ta' bażijiet legali multipli, jekk miżura tal-UE, meta tiġi eżaminata, turi li għandha skop doppju jew li għandha komponent doppju u jekk wieħed minn dawn ikun identifikabbli bħala l-iskop jew komponent ewlieni jew predominanti, waqt li l-ieħor ikun biss inċidentali, l-att għandu jkun ibbażat fuq bażi legali waħda, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew il-komponent ewlieni jew predominanti[7]. Min-naħa l-oħra, fejn miżura għandha diversi objettivi fl-istess ħin li huma marbuta flimkien b'mod permanenti mingħajr ma jkunu sekondarji u indiretti fir-rispett ta' l-oħrajn, il-miżura għandha tkun ibbażata fuq dispożizzjonijiet relevanti u varji tat-Trattat[8].

2. Objettivi u kontenut tar-regolament, kif propost mill-Kummissjoni

L-għan tar-regolament propost huwa li "jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għall-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020" (Artikolu 1(1)) li l-objettiv tiegħu huwa deskritt bħala li jikkontribwixxi "għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Unjoni billi jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà lejn ħaddiema li ħadu s-sensja kawża ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, ftehimiet kummerċjali li jaffettwaw l-agrikoltura, jew kriżi mhux mistennija, u sabiex joffri appoġġ għar-riintegrazzjoni rapida tagħhom fl-impjieg, jew biex ibiddlu jew jaġġustaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom" (Artikolu 1(2)).

Fir-rigward tal-miżuri b'rabta mal-bdiewa, il-Premessa 5 tal-proposta tispjega li "il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għandu jiġi estiz biex jiffaċilita l-adattament tal-bdiewa għall-qagħda ġdida tas-suq li tirriżulta minn ftehimiet kummerċjali internazzjonali fis-settur agrikolu u li twassal għal bidla jew aġġustament sinifikattiv fl-attivitajiet agrikoli tal-bdiewa affettwati, biex jgħinhom isiru strutturalment aktar kompetittivi jew biex jiffaċilita t-tranżizzjoni tagħhom għal attivtajiet li mhumiex agrikoli". Il-Premessa 8 tipprovdi kuntest ulterjuri għall-inklużjoni tal-bdiewa fl-istrument.

Il-miżuri proposti sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi, u b'mod partikolari l-miżuri speċifiċi b'rabta mal-bdiewa, huma deskritti f'dettall hawn fuq ("Kuntest" taħt 1)

3. Il-bażi legali għall-proposta tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tispjega l-għażla tagħha ta' żewġ bażijiet legali (Artikolu 175 u Artikoli 42 u 43 TFUE) kif ġej: "L-Artikolu 175(3) jippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jieħdu azzjoni skont il-proċedura leġislattiva ordinarja [...], jekk jinħass il-bżonn li jkun hemm azzjonijiet speċifiċi barra l-Fondi Strutturali u l-Politika Agrikola Komuni [...]". Tgħid ukoll li, fir-rigward tal-miżuri proposti fir-rigward tal-bdiewa "l-assistenza tal-FEG tista' tiġi kkunsidrata bħala għajnuna għal attivitajiet agrikoli u bħala azzjoni meħuda fl-eżekuzzjoni ta' objettiv fil-Politika Agrikola tal-Unjoni" u għalhekk l-Artikoli 42 u 43 jikkostitwixxu l-bażi legali għal dawn il-miżuri[9].

Fil-fatt, il-miżuri proposti permezz ta' appoġġ għall-ħaddiema huma b'mod ċar miżuri bl-għan li jsaħħu l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, b'mod partikolari li jsibu rimedju għall-problemi li setgħu inqalgħu u li jostakolaw il-koeżjoni. B'hekk, dawn huma miżuri li għalihom l-Artikolu 175 TFUE hija l-bażi legali adegwata.

Fil-miżuri fis-settur agrikolu madankollu, ma jista' jiġi identifikat l-ebda element ta' tnaqqis fl-inugwaljanzi bejn ir-reġjuni jew żvilupp tal-inqas reġjuni favoreġġjati (ara l-Artikolu 174(2) TFUE). Għall-kuntrarju ta' dan, il-FEG huwa maħsub bħala strument ta' solidarjetà u ta' kriżi biex itaffi l-impatt negattiv tal-ftehimiet kummerċjali ġodda fuq attivitajiet agrikoli speċifiċi. L-Artikolu 39(1) TFUE, li jiddefinixxi l-objettivi tal-politika agrikola komuni, isemmi fil-punt (c) tiegħu l-istabbilizzazzjoni tas-swieq[10], u l-Artikolu 39(2) TFUE, li jsemmi aspetti li għandhom jitqiesu fit-tfassil tal-politika agrikola komuni, jirreferi għall-karattru "partikolari tal-attivita agrikola, li joħroġ mill-istruttura soċjali agrikola u mid-disparità strutturali u naturali ta' bejn id-diversi reġjuni agrikoli"[11].

L-Artikolu 43(2) TFUE jipprovdi l-bażi legali ġenerali għall-politika agrikola komuni. L-Artikolu 42 TFUE jirreferi għar-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli u għall-awtorizzazzjoni tal-għoti ta' għajnuna mill-Istat.

Għalhekk jidher li l-proposta għal regolament kif imressqa mill-Kummissjoni għandha tassew tkun ibbażata fuq l-Artikolu 175(3) TFUE u l-Artikoli 42 u 43(2) TFUE.

4. Tibdil fil-proposta tal-Kummissjoni mressaq fir-rapport tal-Kumitat EMPL

Ir-rapport EMPL, kif adottat fis-6 ta' Novembru 2012, ineħħi mill-proposta kwalunkwe objettiv speċifiku ta' politika agrikola. Il-kriterji u l-miżuri proposti fir-regolament għall-ħaddiema minbarra l-bdiewa, kif deskritt hawn fuq, jinsabu b'mod ċar fi ħdan il-politika ta' koeżjoni. Kieku kellhom ukoll jiġu applikati lis-settur agrikolu, anke f'dan is-settur (bħal f'oħrajn), ikunu mmirati lejn it-taffija tal-konsegwenzi tal-bidla fix-xejriet kummerċjali globali u ta' kriżi mhux mistennija. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi, i-regolament jista' jkun ibbażat fuq l-Artikolu 175 TFUE biss, u ma jkunx meħtieġ li jiżdiedu l-Artikoli 42 u 43(2) TFUE

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ikkunsidra din il-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu tas-27 ta' Novembru 2012. Fil-laqgħa tiegħu, il-Kumitat b'hekk iddeċieda, b'16-il vot favur, 0 kontra u astensjoni waħda[12], li jirrakommanda li l-bażi legali adegwata għall-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) għandha tkun l-Artikolu 175 TFUE.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner Lehne

  • [1]  Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1).
  • [2]  Ir-Regolament (KE) Nru 546/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (ĠU L 167, 29.6.2009, p. 26).
  • [3]  Proposta tal-Kummissjoni tal-10.6.2011 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (COM(2011)0336).
  • [4]  Opinjoni 2/00 Protokoll ta’ Cartagena [2001] ECR. I-9713, paragrafu 5; Kawża C-370/07 Kummissjoni v. Kunsill [2009] E.C.R. I-8917, paragrafi 46-49; Opinjoni 1/08, Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi [2009] ECR I-11129, paragrafu 110.
  • [5]  Kawża C-403/05 Parlament v. Kummissjoni [2007] E.C.R. I-9045, punt 49, u l-każistika ċċitata fih.
  • [6]  Ara l-aktar reċenti l-Kawża C-411/06 Il-Kummissjoni vs l-Parlament u l-Kunsill [2009] E.C.R. I-7585.
  • [7]  Kawża C-42/97 Il-Parlament v il-Kunsill [1999] E.C.R. I-868, paragrafi 39-40; Każ C-36/98 Spanja vs Il-Kunsill [2001] E.C.R. I-779, paragrafu 59; Kawża C-211/01 Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill [2003] E.C.R. I-8913, paragrafu 39;
  • [8]  Kawża C-165/87 Kummissjoni v. Kunsill [1988] E.C.R. 5545, paragrafu 11; Kawża C-178/03 Kummissjoni v. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2006] E.C.R. I-107, paragrafi. 43-56.
  • [9]  COM(2011)0608, Memorandum ta' spjegazzjoni, p.8.
  • [10] Artikolu 39(1) tat-TFUE:
    "(1) L-għan tal-politika agrikola komuni għandu jkun:
    (a) li tkabbar il-produzzjoni agrikola billi tippromwovi progress tekniku u billi tassigura l-iżvilupp razzjonali ta' produzzjoni agrikola u l-aħjar utilizzazzjoni possibbli tal-fatturi ta' produzzjoni, speċjalment tan-nies tax-xogħol,
    (b) li tassigura b’dan il-mod livell ġust ta' għajxien għall-popolazzjoni agrikola, partikolarment billi jkabbar il-qligħ individwali tal-ħaddiema fl-agrikoltura,
    (c) li tagħmel is-swieq stabbli,
    (d) li tiggarantixxi d-disponibilita' tal-provvisti,
    (e) li tassigura prezzijiet raġonevoli fil-konsenja tal-prodotti lill-konsumatur."
  • [11]  Artikolu 39(2) tat-TFUE:
    "(2) Fit-tfassil tal-politika agrikola komuni u l-metodi speċjali li tista’ tinvolvi, kunsiderazzjoni xierqa għandha tingħata lil dan li ġej:
    (a) il-karattru partikolari tal-attivita agrikola, li joħroġ mill-istruttura soċjali agrikola u mid-disparità strutturali u naturali ta' bejn id-diversi reġjuni agrikoli,
    (b) il-bżonn li jsiru gradwalment il-bidliet xierqa,
    (c) il-fatt li fl-Istati Membri l-agrikoltura tikkostitwixxi settur marbut mill-qrib mal-bqija ta' l-ekonomija"-
  • [12]  Kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Raffaele Baldassarre (Viċi President), Sebastian Valentin Bodu (Viċi President), Françoise Castex (Viċi President), Sergio Gaetano Cofferati, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Klaus-Heiner Lehne (President), Eva Lichtenberger, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Angelika Niebler, Evelyn Regner (Viċi President), Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Axel Voss, Cecilia Wikström.

OPIJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KUMMERĊ INTERNAZZJONALI (31.5.2012)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’Aġġustament għall-Globalizzazzjoni 2014 – 2020

(COM(2011)0608 – C7‑0319/2011 – 2011/0269(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Iuliu Winkler

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Kummenti ġenerali

Din il-proposta leġiżlattiva għandha l-għan li ġġedded l-eżistenza tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament Globali (FEG) u li tagħmel għadd ta' bidliet lill-FEG biex tipprova ttejjeb l-effiċjenzja tiegħu.

Ir-Rapporteur jappoġġa l-eżistenza tal-FEG u jinkoraġġixxi l-iżvilupp tiegħu għall-perjodu tal-MFF 2014-2020 bħala fond kumplimentari għall-politiki tal-impjieg nazzjonali u reġjonali u għal fondi oħra tal-UE.

It-tisħiħ tal-FEG hu aktar importanti minħabba li l-UE hi żona ekonomika ferm miftuħa, u għalhekk sensittiva għal tensjonijiet esterni. L-UE tirrikonoxxi wkoll permezz tal-FEG li l-liberalizzazzjoni tal-investiment u tal-kummerċ poġġiet is-suq tax-xogħol f'sitwazzjoni globalizzata u dan il-ftuħ, filwaqt li jiġġenera aktar qligħ għall-ekonomija tal-UE jista' jiġġenera wkoll spejjeż soċjali f'uħud mir-reġjuni u f'xi setturi.

L-ewwel nett, il-FEG għandu jkun żviluppat għal raġunijiet ta' effiċjenza u ekwità. Dawk il-"ħaddiema li jibdlu l-impjieg" għandhom diffikultajiet akbar mill-medja biex jerġgħu jiġu impjegati kif ukoll idaħħlu inqas flus wara li jerġgħu jiġu impjegati. Hemm possibilità akbar li ħaddiema li jibdlu l-impjieg ikollhom ħiliet vokazzjonali speċifiċi għal xogħol u industriji li qed jispiċċaw.

It-tieni, is-settur tal-kummerċ, li hu affettwat mill-ftuħ tal-kummerċ, kiber minħabba li l-innovazzjoni u t-teknoloġiji poġġew il-katina tal-provvista ta' prodotti u servizzi dejjem iżjed fuq skala internazzjonali. Għalhekk il-FEG għandu jkun żviluppat mingħajr ma jeskludi ebda attività mill-kriterji tal-eliġibilità tiegħu.

It-tielet, l-UE teħtieġ li jkollha għodda ta’ aġġustament li biha tkun kapaċi tindirizza l-konsegwenzi tal-ftehimiet ta' kummerċ tagħha dwar is-suq tax-xogħol tal-UE f'simmetrija mal-kompetenza esklussiva tagħha li tikkonkludi ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali. Din mhix biss kwistjoni ta' opportunitajiet indaqs imma wkoll ta' ekonomija politika. L-UE ma tistax tistenna appoġġ miċ-ċittadini għall-ftuħ fil-kummerċ jekk hi stess ma tistax tieħu azzjoni biex tappoġġa lil dawk il-ħaddiema li spiċċaw bla xogħol minħabba l-ftuħ għal kompetituri ta' pajjiżi terzi fi prodotti u servizzi.

Din il-proposta twassal għal rabta espliċita bejn il-FEG u l-effett tal-ftehimiet kummerċjali internazzjonali billi tirrikonoxxi li l-bdiewa jistgħu jiġu affettwati bil-ftehimiet bilaterali ta' kummerċ futuri tal-UE jew bi ftehim multilaterali fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Imma ma tistax teskludi l-ħaddiema f'attivitajiet li mhumiex agrikoli mill-kriterji ta' benefiċjari li jistgħu jaffermaw li kellhom jibdew attività oħra ta' impjieg wara li sar ftehim kummerċjali internazzjonali.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur jipproponi li l-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu għal ftehimiet ta' kummerċ (bħal l-Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles possibbli bejn l-UE-Mercosur jew l-UE-Indja) wara li jiġi żgurat li l-FEG, partikolarment f'termini ta' allokazzjoni baġitarja, ikun jista' jlaħħaq mar-riperkussjonijiet tagħhom fuq il-ħaddiema fl-Ewropa.

Analiżi dettaljata tal-proposta

Ir-Rapporteur jaqbel mal-bidliet li għandhom l-għan li jżommu l-emendi li saru minħabba l-kriżi tal-2009, speċjalment li l-limitu ta' sensji jinżamm baxx minħabba l-eliġibilità u ż-żieda tar-rata massima ta' finanzjament konġunt tal-FEG.

Il-FEG u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) jeħtieġ jibqgħu separati minħabba li jaqdu għanijiet differenti ferm.

It-tkabbir tal-eliġibilità tal-FEG għal Intrapriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SMEs), intrapendituri indipendenti u bdiewa hu pass fid-direzzjoni t-tajba. S'issa dawn kienu esklużi de facto mill-kriterji ta' benefiċjarji potenzjali tal-fond. L-estensjoni tal-eliġibilità għal ħaddiema b'kuntratti ta' impjieg mhux standard turi li l-FEG fil-format attwali tiegħu għandu kundizzjonijiet stretti wisq biex ikun effiċjenti.

Madankollu, il-proposta ma tindirizzax verament il-kwistjoni ewlenija tal-FEG: hemm medja ta' 11-il xahar bejn l-applikazzjoni u d-data ta' ħlas. Il-Kummissjoni qed taħseb dwar kriterju ta' referenza ta' 8 xhur bit-tħaffif tal-proċess amministrattiv ta' fajls, ħlasijiet u ftehimiet interistituzzjonali. Imma l-proċedura baġitarja (li titlob li ż-żewġ korpi baġitarji ta' teħid ta' deċiżjonijiet, il-Kunsill u l-Parlament, japprovaw kull applikazzjoni għall-FEG) se tibqa' ostaklu għal proċess aktar mgħaġġel.

Ir-Rapporteur jappoġġa l-fatt li l-FEG jikkofinanzja l-programmi fil-mira. Fejn ikun possibbli, dawn il-programmi għandhom jiżguraw li t-taħriġ jgħin fi tranżizzjoni għal impjiegi f'setturi ġodda li attwalment jibbenefikaw mill-ftuħ tal-UE.

Fl-aħħar nett, f'termini baġitarji, il-proposta tal-Kummissjoni tistabbilixxi l-limitu minimu annwali ta' approprjazzjonijiet ta' impenn attwali għal € 429 miljun li jirrapreżentaw € 3 biljuni fuq 7 snin. Il-Kummissjoni tistabblixxi l-infiq massimu għall-bdiewa għal € 2.5 biljun fuq l-istess perjodu. Anke jekk il-fondi annwali attwali ma ntużawx kollha, it-tkabbir tal-bażi tal-eliġibilità għall-FEG tista' twassal għal żieda fl-ammont ta' applikazzjoni u għalhekk il-limitu jista' jkollu bżonn reviżjoni, speċjalment jekk il-politika ta' kummerċ tal-UE tiġġenera għadd ta' ftehimiet ta' kummerċ li jaffettwaw l-impjieg tal-ħaddiema tal-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Fis-26 ta' Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni biex titniedi strateġija ġdida, Ewropa 2020. Waħda mit-tliet prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020 hija t-tkabbir inklużiv bl-għoti tal-potenzjal lin-nies permezz ta' livelli għoljin ta' impjiegi, l-investiment fil-ħiliet, il-ġlieda kontra l-faqar u l-immodernizzar tas-swieq tax-xogħol, it-taħriġ u s-sistemi tal-protezzjoni soċjali sabiex tgħin liċ-ċittadini jantiċipaw u jamministraw il-bidla, u jibnu soċjetà koeżiva.

(1) Fis-26 ta' Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni biex titniedi strateġija ġdida, Ewropa 2020. Waħda mit-tliet prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020 hija t-tkabbir inklużiv bl-għoti tal-potenzjal lin-nies permezz ta' livelli għoljin ta' impjiegi, l-investiment fil-ħiliet, il-ġlieda kontra l-faqar u l-immodernizzar tas-swieq tax-xogħol, it-taħriġ u s-sistemi tal-protezzjoni soċjali sabiex tgħin liċ-ċittadini jantiċipaw u jamministraw il-bidla, u jibnu soċjetà koeżiva mingħajr esklużjoni ta' ħadd.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) B'konformità mal-Komunikazzjoni dwar "Baġit għall-Ewropa 2020", il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għandu jiġi estiz biex jiffaċilita l-adattament tal-bdiewa għall-qagħda ġdida tas-suq li tirriżulta minn ftehimiet kummerċjali internazzjonali fis-settur agrikolu u li twassal għal bidla jew aġġustament sinifikattiv fl-attivitajiet agrikoli tal-bdiewa affettwati, biex jgħinhom isiru strutturalment aktar kompetittivi jew biex jiffaċilita t-tranżizzjoni tagħhom għal attivtajiet li mhumiex agrikoli.

(5) B'konformità mal-Komunikazzjoni dwar "Baġit għall-Ewropa 2020", il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għandu jiġi estiz biex jiffaċilita l-adattament tal-bdiewa għall-qagħda ġdida tas-suq li tirriżulta minn ftehimiet kummerċjali internazzjonali fis-settur agrikolu u li twassal għal bidla jew aġġustament sinifikattiv fl-attivitajiet agrikoli tal-bdiewa affettwati, biex jgħinhom isiru strutturalment aktar kompetittivi jew biex jiffaċilita t-tranżizzjoni tagħhom għal attivtajiet li mhumiex agrikoli. Dan ir-Regolament għandu jirrikonoxxi li dan il-prinċipju jista' jiġi estiż għall-ħaddiema kollha li jibdlu l-impjieg tagħhom minħabba ftehimiet kummerċjali internazzjonali, inklużi l-bdiewa.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Rigward il-bdiewa, il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għandu jinkludi benefiċjarji affettwati minn ftehimiet bilaterali konklużi mill-Unjoni skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew ftehimiet multilaterali konklużi fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Dan ikopri bdiewa li jibdlu jew jaġġustaw l-attivitajiet agrikoli preċedenti tagħhom fi żmien perjodu li jibda mit-tnedija ta' tali ftehimiet kummerċjali u li jintemm tliet snin wara l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom

(8) Rigward il-ħaddiema affettwati mill-ftehimiet kummerċjali internazzjonali, il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għandu jinkludi benefiċjarji affettwati minn ftehimiet bilaterali konklużi mill-Unjoni skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew ftehimiet multilaterali konklużi fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Dan ikopri bdiewa u ħaddiema oħra li ma jistgħux ikomplu fil-qasam tagħhom li jibdlu jew jaġġustaw l-attivitajiet agrikoli preċedenti tagħhom fi żmien perjodu li jibda mit-tnedija ta' tali ftehimiet kummerċjali u li jintemm tliet snin wara l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-FEG għandu jsir l-għodda simmetrika tal-impjieg tal-UE biex taġġusta l-impatt ta' ftehimiet internazzjonali b'mod ġenerali. Il-kumpaniji industrijali u ta' servizz huma affettwati mill-ftehimiet ta' kummerċ daqs is-settur agrikolu.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Meta jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni fl-impjig jew f'attivitajiet ġodda ta' mill-inqas 50 % tal-ħaddiema fil-mira fi żmien 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni.

(10) Meta jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jwasslu għall-impjegar mill-ġdid tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni fl-impjig jew f'attivitajiet ġodda ta' mill-inqas 50 % tal-ħaddiema fil-mira fi żmien 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG ma għandhomx jissostitwixxu l-miżuri ta' appoġġ li huma disponibbli għal ħaddiema li ngħataw is-sensja fi ħdan il-Fondi Strutturali tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni.

(12) F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG ma għandhomx jissostitwixxu l-miżuri ta' appoġġ li huma disponibbli għal ħaddiema li ngħataw is-sensja fi ħdan il-Fondi Strutturali tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-FSE u l-PAK.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Sabiex jingħelbu l-effetti avversi tal-globalizzazzjoni jitlob ukoll li jinħolqu impjiegi permanenti fl-Unjoni kollha permezz ta' strateġija ġenwina ta' rkupru tal-produzzjoni għall-Unjoni flimkien ma' kompetizzjoni ġusta mal-pajjiżi emerġenti maġġuri u politika stretta ta' appoġġ għat-tkabbir. Il-promozzjoni tad-djalogu soċjali, it-titjib tal-kwalità tal-prodotti u informazzjoni għall-konsumatur, aktar riċerka u innovazzjoni, il-ħolqien ta' strumenti pubbliċi u privati ġodda li jiffinanzjaw l-ekonomija u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju, dawn huma kollha strumenti li se jkunu effettivi fil-bini tal-kapaċitajiet produttivi tal-Unjoni.

Emenda                      7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan tal-FEG għandu jkun biex jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Unjoni billi jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà lejn ħaddiema li ħadu s-sensja kawża ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, ftehimiet kummerċjali li jaffettwaw l-agrikoltura, jew kriżi mhux mistennija, u sabiex joffri appoġġ għar-riintegrazzjoni rapida tagħhom fl-impjieg, jew biex ibiddlu jew jaġġustaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom.

2. L-għan tal-FEG għandu jkun biex jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Unjoni billi jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà lejn ħaddiema li ħadu s-sensja kawża ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, ftehimiet kummerċjali li jaffettwaw serjament is-setturi ekonomiċi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-agrikoltura, jew kriżi finanzjarja u ekonomika, u sabiex joffri appoġġ għar-riintegrazzjoni rapida tagħhom fl-impjieg, jew biex ibiddlu jew jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-FEG għandu jara li jiżgura li l-Unjoni, li għandha politika kummerċjali komuni fil-kompetenza esklużiva tagħha, ikollha wkoll l-għodda adegwata ta' aġġustament li biha kapaċi tibbilanċa t-telf potenzjali impost mill-ftehimiet kummerċjali internazzjonali li hi tinnegozja.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet li jgawdu minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond skont l-Artikolu 2(a) u (b) għandu jkollhom l-iskop li jiżguraw li minimu ta' 50 % tal-ħaddiema li qed jipparteċipaw f'dawn l-azzjonijiet isibu impjieg sod fi żmien sena mid-data tal-applikazzjoni.

3. Azzjonijiet li jgawdu minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond skont l-Artikolu 2(a) u (b) għandu jkollhom l-iskop li jiżguraw li minimu ta' 50 % tal-ħaddiema li qed jipparteċipaw f'dawn l-azzjonijiet jidħlu fis-suq tal-impjiegi fi żmien sena mid-data tal-applikazzjoni. Dan l-objettiv għandu jkun revedut mill-ġdid bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-terminu ta' dan ir-Regolament.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat tal-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni, li jidher b'mod partikolari minn żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet lejn l-Unjoni, mit-tnaqqis rapidu tas-sehem mis-suq tal-Unjoni f’settur partikolari jew minn delokalizzazzjoni ta' attivitajiet lejn pajjiżi terzi, fejn dawn is-sensji kellhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali;

(a) ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat tal-bidliet ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni, li jidher b'mod partikolari permezz ta' bidla fix-xejra ta' importazzjoni/esportazzjoni tal-kummerċ tal-Unjoni fi prodotti jew servizzi, mit-tnaqqis tas-sehem mis-suq tal-Unjoni f’settur partikolari jew minn delokalizzazzjoni ta' attivitajiet lejn pajjiżi terzi, fejn dawn is-sensji kellhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali;

Ġustifikazzjoni

Il-bidliet ewlenin imposti mill-ftuħ tal-kummerċ għandhom ikunu koperti, anke jekk it-tnaqqis ikun baxx.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ħaddiema li bidlu jew aġġustaw l-attivitajiet agrikoli preċedenti matul perjodu li jibda mit-tnedija tal-ftehim kummerċjali mill-Unjoni li fih miżuri ta' liberalizzazzjoni kummerċjali għas-settur agrikolu rilevanti u li jintemm tliet snin wara l-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn il-miżuri u sakemm dawn il-miżuri kummerċjali jwasslu għal żieda sostanzjali f'importazzjonijiet tal-Unjoni ta' prodott jew prodotti agrikolu/i akkumpanjat minn tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet ta' tali prodotti f'livell ta' Unjoni, u fejn rilevanti, livell nazzjonali jew reġjonali.

(c) ħaddiema, inklużi bdiewa, li bidlu jew aġġustaw l-attivitajiet preċedenti, jew marru f'settur tax-xogħol ieħor matul perjodu li jibda mit-tnedija tal-ftehim kummerċjali mill-Unjoni li fih miżuri ta' liberalizzazzjoni kummerċjali għas-settur agrikolu rilevanti u li jintemm tliet snin wara l-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn il-miżuri u sakemm dawn il-miżuri kummerċjali jwasslu għal żieda sostanzjali f'importazzjonijiet tal-Unjoni ta' prodott jew prodotti agrikolu/i akkumpanjat minn tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet ta' tali prodotti f'livell ta' Unjoni, u fejn rilevanti, livell nazzjonali jew reġjonali.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu għandu jkopri tipi oħra ta' attivitajiet affettwati mill-ftehimiet kummerċjali internazzjonali. L-Artikolu għandu jipprevedi li ħafna ħaddiema jkollhom ibiddlu radikalment l-attivitajiet ta' impjieg tagħhom meta jispiċċaw bla xogħol minħabba l-ftuħ tal-kummerċ.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) "ħaddiem" ifisser sid-ġestjonarju ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema għal rashom (inklużi l-bdiewa) u l-membri kollha tal-familja attivi fin-negozju, sakemm, jekk bdiewa, kienu diġà qed jipproduċu l-output affettwat mill-ftehim kummerċjali rilevanti qabel mal-miżuri relatati mas-settur partikolari ġew implimentati.

(d) "ħaddiem" ifisser sid-ġestjonarju ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema għal rashom (inklużi l-bdiewa) u l-membri kollha tal-familja li jkunu dikjarati attivi fin-negozju, sakemm kienu diġà qed jipproduċu l-output affettwat mill-ftehim kummerċjali rilevanti qabel mal-miżuri relatati mas-settur partikolari ġew implimentati.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 − paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru li japplika, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu mill-FEG tista’ tiġi kkunsidrata ammissibbli wkoll jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ma jiġux sodisfatti kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjieg u l-ekonomija lokali. L-Istat Membru għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma jkunx sodisfatti kompletament.

2. Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' applikazzjonijiet kollettivi li jinvolvu l-SMEs, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru li japplika, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu mill-FEG tista’ tiġi kkunsidrata ammissibbli wkoll jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ma jiġux sodisfatti kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjieg u l-ekonomija lokali. L-Istat Membru għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma jkunx sodisfatti kompletament.

Ġustifikazzjoni

Dawn il-bidliet huma meħtieġa biex ikunu koerenti mal-Artikolu 2, punt C.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Rigward il-bdiewa, meta, wara li jkun tnieda ftehim kummerċjali u abbażi tat-tagħrif, id-dejta u l-analiżi disponibbli għalih, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet għall-appoġġ skont l-Artikolu 2(c) huma probabbilment sodisfatti għal numru sinifikanti ta' bdiewa, hija għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 fejn tagħżel setturi jew prodotti fejn tiddefinixxi ż-żoni ġeografiċi affettwati, fejn huwa xieraq, tistipula ammont massimu għall-appoġġ potenzjali fuq livell tal-Unjoni, tistipula perjodi ta' referenza u kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għal bdiewa u dati ta' eliġibbiltà għan-nefqa kif ukoll tistabbilixxi data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, il-kontenut ta' dawn l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 8(2).

3. Rigward il-ħaddiema li bidlu l-impjieg minħabba l-kummerċ, inklużi, fejn xieraq, il-bdiewa, meta, wara li jkun tnieda ftehim kummerċjali u abbażi tat-tagħrif, id-dejta u l-analiżi disponibbli għalih, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet għall-appoġġ skont l-Artikolu 2(c) huma probabbilment sodisfatti għal numru sinifikanti ta' ħaddiema li bidlu l-impjieg, inklużi, fejn xieraq, ta' bdiewa, hija għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 fejn tagħżel setturi jew prodotti fejn tiddefinixxi ż-żoni ġeografiċi affettwati, fejn huwa xieraq, tistipula ammont massimu għall-appoġġ potenzjali fuq livell tal-Unjoni, tistipula perjodi ta' referenza u kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għal ħaddiema li bidlu l-impjieg, inklużi, fejn xieraq, għal bdiewa u dati ta' eliġibbiltà għan-nefqa kif ukoll tistabbilixxi data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, il-kontenut ta' dawn l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 8(2).

Ġustifikazzjoni

Dawn il-bidliet huma meħtieġa biex ikunu koerenti mal-Artikolu 2, punt C.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) bdiewa li bidlu jew aġġustaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom wara t-tnedija mill-Unjoni tal-ftehim kummerċjali msemmi fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

(c) ħaddiema li bidlu l-impjieg, inklużi, fejn xieraq, bdiewa li bidlu jew aġġustaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom wara t-tnedija mill-Unjoni tal-ftehim kummerċjali msemmi fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

Ġustifikazzjoni

Dawn il-bidliet huma meħtieġa biex ikunu koerenti mal-Artikolu 2, punt C.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 7 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati mfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema fil-mira li ngħataw is-sensja fl-impjieg jew f'impjieg indipendenti jew, fil-każ ta' bdiewa, biex ibiddlu jew jaġġustaw l-attivitajiet preċedenti tagħhom. Il-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati jista' partikolarment jinkludi:

1. Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati mfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema fil-mira li ngħataw is-sensja fl-impjieg jew f'impjieg indipendenti jew, fil-każ ta' ħaddiema li bidlu l-impjieg, inklużi, fejn xieraq, fil-każ ta' bdiewa, biex ibiddlu jew jaġġustaw l-attivitajiet preċedenti tagħhom, preferibbilment billi jgħinu t-tranżizzjoni għal attivitajiet li qed jiżviluppaw u li jibbenefikaw mil-liberalizzazzjoni tal-kummerċ. Il-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati jista' partikolarment jinkludi:

Ġustifikazzjoni

Il-FEG għandu jqis li l-aktar programmi effettivi fil-mira huma dawk li jgħinu u jħarrġu lill-ħaddiema jibdlu minn settur li qed jispiċċa għal attivitajiet li qed jikbru ekonomikament.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għajnuna għat-tfittix ta' impjieg, gwida dwar ix-xogħol, servizzi konsultattivi, konsulenza, għajnuna għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, għajnuna għal impjieg indipendenti u gћall-ftuħ ta’ negozji jew għal tibdil jew aġġustament tal-attività (inklużi investimenti f’assi fiżiċi), attivitajiet ta' kooperazzjoni, taħriġ imfassal apposta u taħriġ mill-ġdid, inkluż ħiliet tat-teknoloġija tat-tagħrif u l-komunikazzjoni u ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba;

(a) taħriġ u taħriġ mill-ġdid imfassal apposta għall-każ partikolari, inklużi ħiliet fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba, għajnuna għat-tfittix ta' impjieg, miżuri għall-ħolqien ta' impjiegi, gwida dwar ix-xogħol, servizzi konsultattivi, konsulenza, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, għajnuna għal impjieg indipendenti u gћall-ftuħ ta’ negozji jew għal tibdil jew aġġustament tal-attività (inklużi investimenti f’assi fiżiċi), attivitajiet ta' kooperazzjoni;

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ ta' min iħaddem, allowances għall-mobbiltà, sussidji jew allowances għat-taħriġ (inklużi allowances għal carers jew servizzi ta' għajnuna azjendali), li kollha huma limitati sakemm idum dokumentat tiftix attiv għax-xogħol jew attivitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja jew ta' taħriġ;

(b) miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, inċentivi għal min iħaddem biex jirrekluta, allowances għall-mobbiltà, allowances għall-għajxien jew għat-taħriġ (inklużi allowances għal carers jew servizzi ta' għajnuna azjendali), li kollha huma limitati sakemm idum dokumentat tiftix attiv għax-xogħol jew attivitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja jew ta' taħriġ;

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) miżuri li jistimulaw, b’mod partikulari lill-ħaddiema żvantaġġati jew imdaħħla fiż-żmien biex jibqgħu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol.

(c) miżuri li jistimulaw, b’mod partikulari lill-ħaddiema żvantaġġati jew imdaħħla fiż-żmien biex jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 8 − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membru għandu jressaq applikazzjoni kompluta lill-Kummissjoni fi żmien 12-il ġimgħa mid-data meta jiġu sodisfatti l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1) jew (2) jew, fejn applikabbli, qabel id-data tal-għeluq stipulata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(3). F'ċirkostanzi eċċezzjonali u ġustifikati l-applikazzjoni tista' tiġi ssuplimentata b'tagħrif addizzjonali mill-Istat Membru applikanti fi żmien sitt xhur mid-data tal-applikazzjoni abbażi tat-tagħrif disponibbli. Il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-applikazzjoni fi żmien tnax-il ġimgħa mid-data tal-ilqugħ tal-applikazzjoni kompluta jew (fil-każ ta' applikazzjoni mhix kompluta) sitt xhur wara d-data tal-applikazzjoni inizjali, liema minnhom tiġi l-ewwel.

1. L-Istat Membru għandu jressaq applikazzjoni kompluta lill-Kummissjoni fi żmien 12-il ġimgħa mid-data meta jiġu sodisfatti l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1) jew (2) jew, fejn applikabbli, qabel id-data tal-għeluq stipulata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(3). F'ċirkostanzi eċċezzjonali u ġustifikati l-applikazzjoni tista' tiġi ssuplimentata b'tagħrif addizzjonali mill-Istat Membru applikanti fi żmien sitt xhur mid-data tal-applikazzjoni abbażi tat-tagħrif disponibbli. Il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-applikazzjoni fi żmien tmien ġimgħat mid-data tal-ilqugħ tal-applikazzjoni kompluta jew (fil-każ ta' applikazzjoni mhix kompluta) fi żmien sitt xhur wara d-data tal-applikazzjoni inizjali, liema minnhom tiġi l-ewwel. Meta tikkunsidra l-applikazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-fondi tal-FEG jintefqu għall-benefiċċju tas-setturi, ir-reġjuni u l-Istati Membri li l-aktar għandhom bżonn.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) analiżi rraġunata tar-rabta bejn is-sensji u t-tibdil strutturali prinċipali fix-xejriet tal-kummerċ dinji, jew it-taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi għal għarrieda u mhux mistennija, jew il-qagħda l-ġdida tas-suq fis-settur agrikolu fl-Istat Membru u li tirriżulta mill-effetti tal-ftehim kummerċjali inizjalat mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew minn ftehim multilaterali inizjalat fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, skont l-Artikolu 2(c). Din l-analiżi għandha tkun imsejsa fuq statistika u tagħrif ieħor fil-livell l-aktar xieraq biex turi jekk il-kriterji ta’ intervent stipulati fl-Artikolu 4 intlaħqux jew le;

(a) analiżi rraġunata tar-rabta bejn is-sensji u t-tibdil strutturali prinċipali fix-xejriet tal-kummerċ dinji, jew it-taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi għal għarrieda u mhux mistennija, jew il-qagħda l-ġdida tas-suq fi kwalunkwe settur fl-Istat Membru u li tirriżulta mill-effetti tal-ftehim kummerċjali inizjalat mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew minn ftehim multilaterali inizjalat fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, skont l-Artikolu 2(c). Din l-analiżi għandha tkun imsejsa fuq statistika u tagħrif ieħor fil-livell l-aktar xieraq biex turi jekk il-kriterji ta’ intervent stipulati fl-Artikolu 4 intlaħqux jew le;

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dritt għall-benefiċċju mill-FEG ma jinfluwenzax l-eliġibilità għal xi fond ieħor tal-Unjoni, bħall-FSE jew il-PAK għall-bdiewa.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 12 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni dwar każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom.

3. Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni sabiex tiżgura li l-pajjiżi, ir-reġjuni u s-setturi kollha, tal-impjiegi fl-Unjoni jkunu konxji ta' dawk il-possibilitajiet u għandhom jirrapurtaw dwar l-użu tal-fond annwali fuq il-bażi ta' kull pajjiż u ta' kull settur individwali.

Ġustifikazzjoni

Xi Stati Membri attwalment mhux qed jagħmlu użu suffiċjenti tal-FSE. Barra minn hekk, l-FSE potenzjalment issa se jibbenefikaw minnu aktar setturi u benefiċjarji minn qabel.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Filwaqt li jirrikonoxxu l-urġenza li jittieħdu deċiżjonijiet li jiżguraw li l-ħaddiema jkunu involuti f'dawn il-programmi malajr kemm jista' jkun, l-istituzzjonijiet se jippruvaw jimminimizzaw il-perjodu ta' pproċessar tal-applikazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Il-koerenza bejn il-politika ta' kummerċ tal-UE u l-FEG timplika li din l-allokazzjoni baġitarja għall-FEG għandha tiġi riveduta qabel kull FTA. Bl-istess mod, l-ebda ftehim kummerċjali internazzjonali m'għandu jiġi implimentat mingħajr ma jkunu adattati d-dispożizzjonijiet tal-FEG biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. Il-ġestjoni tal-baġit tal-FEG se tantiċipa kull Ftehim ta' Kummerċ Ħieles futur li jista' joħloq sensji jew bdil tal-impjieg ta' ħaddiema kif definit fl-Artikolu 1 u, meta meħtieġ, tipproponi reviżjoni ta' dan ir-Regolament biex tiżgura li l-baġit tal-FEG kontinwament jilħaq il-ħtiġijiet tiegħu. L-approvazzjoni ta' ftehim internazzjonali tista' ssir fuq kundizzjoni li r-riżorsi tal-FEG ikunu disponibbli u jippermettu lill-ħaddiema tal-Unjoni jadattaw irwieħhom għall-konsegwenzi ta' dan il-ftehim.

Ġustifikazzjoni

Il-koerenza bejn il-politika ta' kummerċ tal-UE u l-FEG timplika li din l-allokazzjoni baġitarja għall-FEG għandha tiġi riveduta qabel kull FTA. Bl-istess mod, l-ebda ftehim kummerċjali internazzjonali m'għandu jiġi implimentat mingħajr ma jkunu adattati d-dispożizzjonijiet tal-FEG biex jintlaħqu l-għanijiet tiegħu.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom jinkludu ċ-ċifri li juru l-ammont ta' applikazzjonijiet u għandhom ikopru r-rendiment tal-programmi għal kull pajjiż u għal kull settur, sabiex jevalwaw jekk il-FEG huwiex jilħaq il-benefiċjarji fil-mira.

PROĊEDURA

Titolu

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 - 2020)

Referenzi

COM(2011)0608 – C7-0319/2011 – 2011/0269(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

25.10.2011

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

25.10.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Iuliu Winkler

8.12.2011

Eżami fil-kumitat

26.3.2012

Data tal-adozzjoni

30.5.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

8

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Badia i Cutchet, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Vital Moreira, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, George Sabin Cutaş, Silvana Koch-Mehrin, Elisabeth Köstinger, Emma McClarkin, Miloslav Ransdorf, Tokia Saïfi, Jarosław Leszek Wałęsa, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Roithová

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (22.10.2012)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 - 2020)
(COM(2011)0608 – C7‑0319/2011 – 2011/0269(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Alda Sousa

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament ġdid dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (minn hawn 'il quddiem - FEG) tinkludi xi bidliet milqugħin tajjeb, meta mqabbla mar-Regolament (KE) Nru 1927/2006[1] attwalment fis-seħħ, speċjalment l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament biex jinkludi lill-ħaddiema b'kuntratti ta' terminu fiss u l-ħaddiema ta' aġenziji temporanji li jingħataw is-sensja, kif ukoll is-sidien ġestjonarji ta' mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u dawk li jaħdmu għal rashom. Fl-istess ħin, il-proposta tikkomplika wkoll l-amministrazzjoni tal-FEG u ma tagħmilx biżżejjed biex tiżgura l-effikaċja u l-istabilità fl-operat tal-FEG. Din l-opinjoni tadotta l-approċċ tal-aħjar valur għall-flus li jintefqu, tipprova ttejjeb l-amministrazzjoni tal-FEG sabiex ir-riżorsi baġitarji limitati tal-UE jiġu indirizzati b'mod aktar effikaċi u jġibu aktar "valur miżjud Ewropew". Il-fatturi motivanti għall-emendi f'din l-opinjoni leġiżlattiva huma, l-ewwel nett, li l-FEG jiġi ssimplifikat, it-tieni nett, li l-FEG isir aktar attraenti bħala l-istrument l-ippreferut fl-Istati Membri, it-tielet nett, li jittejbu r-riżultati tal-impjieg mill-ġdid tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, u r-raba' nett, li tiġi żgurata d-disponibilità ta' biżżejjed riżorsi għall-miżuri għat-taħriġ tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, waqt li jiġu kkunsidrati l-konsegwenzi tal-kriżi finanzjarja li għadha għaddejja u l-pressjonijiet tal-globalizzazzjoni.

Il-Kamp ta' Applikazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 hu ffukat fuq "il-ħaddiema" bħala l-kategorija prinċipali ta' impjiegi milquta mill-globalizzazzjoni, bidliet strutturali kbar u kriżijiet mhux mistennija. Il-proposta tal-Kummissjoni twessa' l-ambitu tal-FEG biex jinkludi mhux biss lill-ħaddiema b'kuntratti mhux limitati u kuntratti b'terminu fiss, lil dawk li jaħdmu għal rashom, u lis-sidien ġestjonarji tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (b'mod li jista' jiġi ġġustifikat sew), iżda anki lill-bdiewa milquta minn ftehimiet kummerċjali internazzjonali. F'termini ta' implikazzjoni baġitarja, hu mistenni li l-inklużjoni tal-bdiewa se tittrasforma lill-FEG minn strument ta' aġġustament industrijali għal strument ta' aġġustament agrikolu, peress li 5/6 mill-finanzjament totali tiegħu se jkun iddedikat lill-agrikoltura. Skont il-Memorandum Spjegattiv, il-FEG se jkompli jopera barra l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) b'ammont massimu ta' EUR 3 biljun (fi prezzijiet tal-2011), waqt li l-appoġġ tal-agrikoltura jista' jilħaq EUR 2.5 biljun minn dan l-ammont. L-inklużjoni tal-agrikoltura se tikkomplika l-amministrazzjoni tal-fond (flimkien mad-DĠ EMPL, se jiġi involut id-DĠ AGRI, se jkun hemm bżonn li jiġu adottati atti delegati ġodda għal kull ftehim kummerċjali internazzjonali ġdid, eċċ.), se tindirizza r-riżorsi mill-aġġustament industrijali għal dak agrikolu (li hu l-objettiv ewlieni tal-PAK), se tbiddel l-orjentament oriġinali tal-FEG minn reazzjoni għall-konsegwenzi imprevedibbli tal-globalizzazzjoni u kriżijiet għal dak ta' reazzjoni għal ċirkustanzi prevedibbli ħafna (il-ftehimiet kummerċjali agrikoli internazzjonali għandhom konsegwenzi prevedibbli li, minnhom infushom, mhumiex relatati mal-effetti tal-globalizzazzjoni).

Ir-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni

Skont il-bażi ġuridika attwali, il-FEG jiġi mmaniġġjat b'mod konġunt u, skont il-prinċipju tal-addizzjonalità, l-UE u l-Istati Membri t-tnejn li huma jikkontribwixxu 50 % kull wieħed tal-finanzjament meħtieġ. Fl-2009, ġiet inkluża "deroga għall-kriżijiet" fir-Regolament dwar il-FEG li ppermettiet li l-Istati Membri jżidu s-sehem ta' kofinanzjament tal-UE għal massimu ta' 65 % għall-applikazzjonijiet imressqa sal-31 ta' Diċembru 2011. Minħabba li ma setax jintlaħaq kunsens dwar żieda permanenti tar-rata ta' kofinanzjament tal-UE għal 65 %, qed tiġi proposta "modulazzjoni", li fiha n-norma hi rata ta' 50 % ta' kofinanzjament, imma hi prevista l-possibilità li r-rata tiżdied għal 65 % għal dawk l-Istati Membri fejn tal-anqas reġjun wieħed tal-livell NUTS II ikun reġjun ta' "konverġenza" (fejn il-PDG reġjonali jkun anqas minn 75 % tal-medja tal-UE). L-Istati Membri, speċjalment dawk li l-kriżi tad-dejn laqtithom l-aktar, ripetutament argumentaw f'diversi forums favur żieda permanenti tar-rata ta' kofinanzjament tal-UE. Fil-fatt, iż-żieda fir-rata ta' kofinanzjament fl-2009 minn 50 % għal 65 % kienet il-fattur l-aktar importanti li kkontribwixxa biex l-għadd ta' applikazzjonijiet żdied f'daqqa u l-finanzjamenti mill-FEG jsiru aktar attraenti għall-Istati Membri meta mqabbla mal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u diversi miżuri attivi fis-suq tax-xogħol nazzjonali.

L-Istati Membri b'instabilità finanzjarja serja

Ir-Regolament Nru 1311/2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom, jipprevedi l-possibilità li l-ammont ta' kofinanzjament tal-Unjoni jiżdied b'għaxar punti perċentwali, sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-finanzjamenti tal-Unjoni, tingħata għajnuna biex jitħaffu l-investimenti fl-Istati Membri u biex isir użu massimali u ottimali tal-finanzjamenti tal-Unjoni. Għalkemm ir-Regolament hu prinċipalment relatat mal-Fond Soċjali Ewropew, mal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni, ir-Rapporteur temmen li għandu jiġi estiż biex ikopri wkoll lill-FEG.

L-opinjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur tilqa' l-fatt li, wara talbiet ripetuti mill-Parlament, il-baġit tal-2012 juri approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 50 000 000 fil-linja baġitarja 04 05 01 tal-FEG. Hi tfakkar li l-FEG nħoloq bħala strument speċifiku separat bl-objettivi u bl-iskadenzi proprji tiegħu u li għalhekk jistħoqqlu allokazzjoni dedikata, li tevita trasferimenti minn linji baġitarji oħra, kif ġara fil-passat, li hija xi ħaġa li tista' tkun ta' ħsara għall-ilħuq tal-objettivi politiki tal-FEG.

Ir-Rapporteur jiddispjaċiha wkoll dwar id-deċiżjoni tal-Kunsill li jibblokka l-estensjoni tad-"deroga għall-kriżijiet", li tippermetti li r-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni tiżdied għal 65 % tal-ispejjeż tal-programm, għall-applikazzjonijiet imressqa wara l-iskadenza tal-31 ta' Diċembru 2011, u tistieden lill-Kunsill jerġa' jdaħħal din il-miżura bla dewmien.

Din l-opinjoni tiffoka fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

· l-esklużjoni tas-settur agrikolu mill-kamp ta' applikazzjoni tal-abbozz ta' Regolament, peress li ma jikkorrispondix għall-objettivi tar-Regolament, u t-tħassir eventwali tal-linja baġitarja proposta għad-DĠ AGRI;

· iż-żieda tar-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni għal 65 % għall-Istati Membri kollha mingħajr modulazzjoni u mhux aktar minn 10 % addizzjonali għall-Istati Membri li qed jaffaċċjaw diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja, f'konformità mar-regoli stabbiliti fir-Regolament 1311/2011;

· iż-żieda tal-proporzjon ta' prefinanzjament tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Istati Membri minn 50 % għal 65 % wara d-dħul fis-seħħ ta' deċiżjoni dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni;

· it-tnaqqis tal-limitu minimu għall-applikazzjoni minn 500 ħaddiema mogħtija s-sensja għal 200;

l-estensjoni b'massimu ta' sentejn (24 xahar) tal-perjodu ta' monitoraġġ ex post biex ikun jista' jkun hemm evalwazzjoni globali aħjar tal-proġetti appoġġati, kif ukoll valutazzjoni aħjar tar-rata ta' dawk li jiġu impjegati mill-ġdid b'mod partikulari.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva1, il-Parlament Ewropew tenna li mingħajr riżorsi addizzjonali suffiċjenti fl-MFF ta’ wara l-2013, l-Unjoni mhux se tkun tista’ tissodisfa prijoritajiet ta’ politika eżistenti, jiġifieri marbuta mal-Istrateġija tal-UE2020, u l-kompiti l-ġodda previsti fit-Trattat ta’ Lisbona, kif ukoll biex tirrispondi għal avvenimenti mhux mistennija; huwa fakkar li, anki b’żieda fil-livell ta’ riżorsi għall-MFF li jmiss ta’ mill-anqas 5 % meta mqabbel mal-livell tal-2013, tista’ ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-kisba tal-għanijiet u l-impenji miftehma tal-Unjoni u l-prinċipju ta’ solidarjetà tal-Unjoni; huwa sfida lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma’ dan l-approċċ, biex jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew il-proġetti tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-valur miżjud Ewropew evidenti tagħhom;

_______________

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva1, il-Parlament Ewropew ikkunsidra li l-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) kien ta’ suċċess fil-forniment tas-solidarjetà tal-UE u għall-appoġġ lejn il-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba l-effetti negattivi tal-globalizzazzjoni u l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u għandu għalhekk jinżamu taħt l-MFF il-ġdid. Madankollu, il-Parlament Ewropew esprima l-fehma tiegħu li l-proċeduri għall-implimentazzjoni tal-appoġġ mill-FEG kienu diffiċli u jieħdu wisq żmien. Il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni tipproponi modi li bihom dawn il-proċeduri fil-futur ikunu jistgħu jiġu ssimplifikati u mqassra.

_______________

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Baġit għall-Ewropa 2020" tagħraf ir-rwol tal-FEG bħala fond flessibbli li jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom u jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista' jkun. L-Unjoni għandha tkompli tipprovdi, għat-tul tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Dicembru 2020, għajnuna speċifika ta’ darba sabiex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja f’oqsma, f'setturi, f'territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk serju ta' tfixkil ekonomiku. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li joffri appoġġ f'sitwazzjonijiet urġenti u ċirkostanzi mhux mistennija, il-FEG għandu jibqa' barra mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali.

(3) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Baġit għall-Ewropa 2020" tagħraf ir-rwol tal-FEG bħala fond flessibbli li jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom u jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista' jkun. L-Unjoni għandha tkompli tipprovdi, għat-tul tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Dicembru 2020, għajnuna speċifika ta’ darba sabiex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja f’oqsma, f'setturi, f'territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk serju ta' tfixkil ekonomiku. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba bejn l-2007-2013, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEG kif ukoll xi modalitajiet tal-mobilizzazzjoni tiegħu, għandhom, madankollu, parzjalment jinbidlu. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li joffri appoġġ f'sitwazzjonijiet urġenti u ċirkostanzi mhux mistennija, l-ammont allokat għall-FEG għandu jibqa’ barra mil-limiti ta’ impenji stabbiliti mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali 2014-2020, kif ukoll jibqa' supplimentari għalihom.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titlu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompettitiva, sostenibbli u inklużiva1, il-Parlament Ewropew iqis kruċjali li jinżammu xi strumenti speċjali (strumenti ta’ flessibbiltà, Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, riserva għal għajnuna ta’ emerġenza), li jkunu jistgħu jiġu mobilizzati każ b’każ, billi l-użu tagħhom jiġi ssimplifikat u billi jingħatawlhom pakketti finanzjarji suffiċjenti, kif ukoll billi possibilment jinħolqu strumenti ġodda fil-ġejjieni, u enfasizza li l-mobilizzazzjoni ta’ dawn is-sorsi ulterjuri ta’ finanzjament għandha ssir fir-rispett tal-metodu tal-Unjoni;

_______________

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) B'konformità mal-Komunikazzjoni dwar "Baġit għall-Ewropa 2020", il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għandu jiġi estiz biex jiffaċilita l-adattament tal-bdiewa għall-qagħda ġdida tas-suq li tirriżulta minn ftehimiet kummerċjali internazzjonali fis-settur agrikolu u li twassal għal bidla jew aġġustament sinifikattiv fl-attivitajiet agrikoli tal-bdiewa affettwati, biex jgħinhom isiru strutturalment aktar kompetittivi jew biex jiffaċilita t-tranżizzjoni tagħhom għal attivtajiet li mhumiex agrikoli.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-settur agrikolu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tikkomplika l-amministrazzjoni tal-FEG, tindirizza r-riżorsi mill-aġġustament industrijali għal dak agrikolu, u tbiddel l-orjentament oriġinali tal-FEG minn wieħed ta' reazzjoni għall-konsegwenzi imprevedibbli tal-globalizzazzjoni għal wieħed ta' reazzjoni għal ċirkustanzi prevedibbli ħafna.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Biex tkun żgurata d-dimensjoni Ewropea tal-FEG, għandha tinbeda applikazzjoni għall-appoġġ tal-FEG meta l-għadd ta' sensji jilħaq livell minimu. Fi swieq tax-xogħol żgħar, bħal Stati Membri żgħar jew reġjuni rimoti, u f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jistgħu jittressqu applikazzjonijiet għal numru inqas ta' sensji. Rigward il-bdiewa, il-kriterji neċessarji għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni skont il-konsegwenzi ta' kull ftehim kummerċjali.

(6) Biex tkun żgurata d-dimensjoni Ewropea tal-FEG, għandha tinbeda applikazzjoni għall-appoġġ tal-FEG meta l-għadd ta' sensji jilħaq livell minimu. Fi swieq tax-xogħol żgħar, bħal Stati Membri żgħar jew reġjuni remoti, u f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jistgħu jittressqu applikazzjonijiet għal numru inqas ta' sensji.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-settur agrikolu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tikkomplika l-amministrazzjoni tal-FEG, tindirizza r-riżorsi mill-aġġustament industrijali għal dak agrikolu, u tbiddel l-orjentament oriġinali tal-FEG minn wieħed ta' reazzjoni għall-konsegwenzi imprevedibbli tal-globalizzazzjoni għal wieħed ta' reazzjoni għal ċirkustanzi prevedibbli ħafna.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) Sabiex jitnaqqas iż-żmien meħtieġ biex jiġu vvalutati l-applikazzjonijiet mill-Kummissjoni, l-Istati Membri għandhom jissottomettu l-applikazzjonijiet fil-lingwa tagħhom stess u f’waħda mil-lingwi ta’ ħidma tal-istituzzjonijiet Ewropej.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandu jkollhom aċċess indaqs għall-FEG ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg. Għalhekk, ħaddiema b'kuntratti ta’ terminu fiss u aġenti temporanji li ngħataw is-sensja kif ukoll is-sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema għal rashom li jwaqqfu l-attivitajiet tagħhom u bdiewa li jibdlu jew jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom għal sitwazzjoni ta' suq ġdid skont ftehimiet kummerċjali, għandhom jitqiesu bħala ħaddiema li ngħataw is-sensja għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(7) Il-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandu jkollhom aċċess indaqs għall-FEG ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg. Għalhekk, ħaddiema b'kuntratti ta’ terminu fiss u aġenti temporanji li ngħataw is-sensja kif ukoll is-sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema għal rashom li jkollhom iwaqqfu l-attivitajiet tagħhom għandhom jitqiesu bħala ħaddiema li ngħataw is-sensja għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-settur agrikolu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tikkomplika l-amministrazzjoni tal-FEG, tindirizza r-riżorsi mill-aġġustament industrijali għal dak agrikolu, u tbiddel l-orjentament oriġinali tal-FEG minn wieħed ta' reazzjoni għall-konsegwenzi imprevedibbli tal-globalizzazzjoni għal wieħed ta' reazzjoni għal ċirkustanzi prevedibbli ħafna.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Rigward il-bdiewa, il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għandu jinkludi benefiċjarji affettwati minn ftehimiet bilaterali konklużi mill-Unjoni skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew ftehimiet multilaterali konklużi fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Dan ikopri bdiewa li jibdlu jew jaġġustaw l-attivitajiet agrikoli preċedenti tagħhom fi żmien perjodu li jibda mit-tnedija ta' tali ftehimiet kummerċjali u li jintemm tliet snin wara l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-settur agrikolu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tikkomplika l-amministrazzjoni tal-FEG, tindirizza r-riżorsi mill-aġġustament industrijali għal dak agrikolu, u tbiddel l-orjentament oriġinali tal-FEG minn wieħed ta' reazzjoni għall-konsegwenzi imprevedibbli tal-globalizzazzjoni għal wieħed ta' reazzjoni għal ċirkustanzi prevedibbli ħafna.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-appoġġ mill-FEG għandu jiffoka fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol diretti lejn miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida fl-impjieg, jew ġewwa jew barra s-settur tal-attività inizjali tagħhom, inkluż is-settur agrikolu. Għalhekk l-inklużjoni ta’ allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandha tkun ristretta.

(9) L-appoġġ mill-FEG għandu jiffoka prinċipalment fuq miżuri attivi fis-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja, jew ġewwa jew barra s-settur tal-attività inizjali tagħhom. Għalhekk l-inklużjoni ta’ allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandha tkun ristretta.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-settur agrikolu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tikkomplika l-amministrazzjoni tal-FEG, tindirizza r-riżorsi mill-aġġustament industrijali għal dak agrikolu, u tbiddel l-orjentament oriġinali tal-FEG minn wieħed ta' reazzjoni għall-konsegwenzi imprevedibbli tal-globalizzazzjoni għal wieħed ta' reazzjoni għal ċirkustanzi prevedibbli ħafna.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-appoġġ mill-FEG għandu jiffoka fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol diretti lejn miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida fl-impjieg, jew ġewwa jew barra s-settur tal-attività inizjali tagħhom, inkluż is-settur agrikolu. Għalhekk l-inklużjoni ta’ allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandha tkun ristretta.

(9) L-appoġġ mill-FEG għandu jiffoka fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati li jiffaċilitaw l-impjieg għal żmien twil, li għandhom l-għan li malajr jintegraw mill-ġdid lill-ħaddiema li ngħataw sensja, jew ġewwa jew barra s-settur tal-attività inizjali tagħhom. Għalhekk l-inklużjoni ta’ allowances ta’ flus f’pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati għandha tkun ristretta, flimkien ma’ miżuri oħra li huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri jew tal-kumpaniji skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Meta jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni fl-impjig jew f'attivitajiet ġodda ta' mill-inqas 50 % tal-ħaddiema fil-mira fi żmien 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni.

(10) Meta jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni fl-impjieg fit-tul jew permanenti, jekk ikun possibbli, jew f’attivitajiet ġodda ta’ mill-inqas 50 % tal-ħaddiema fil-mira fi żmien 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Biex il-ħaddiema li ngħataw is-sensja jiġu appoġġjati b'mod effettiv u rapidu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom kollha sabiex jippreżentaw applikazzjonijiet kompluti. L-għoti ta' tagħrif supplimentari għandu jkun eċċezzjonali u limitat fiż-żmien.

(11) Biex il-ħaddiema li ngħataw is-sensja jiġu appoġġjati b'mod effettiv u rapidu, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom kollha sabiex jippreżentaw applikazzjonijiet kompluti. L-għoti ta' tagħrif supplimentari għandu jkun eċċezzjonali u limitat fiż-żmien. L-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea huma mistiedna jikkooperaw mill-qrib sabiex jirrispettaw l-iskadenzi għat-talbiet ta’ mobilizzazzjoni hekk kif definiti fl-Artikolu 8.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG ma għandhomx jissostitwixxu l-miżuri ta' appoġġ li huma disponibbli għal ħaddiema li ngħataw is-sensja fi ħdan il-Fondi Strutturali tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni.

(12) F’konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja soda, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG ma għandhomx jissostitwixxu jew jidduplikaw il-miżuri ta’ appoġġ li huma disponibbli għal ħaddiema li ngħataw is-sensja fi ħdan il-Fondi Strutturali tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni. Il-FEG għandu jipprovdi biss appoġġ limitat ta’ darba, filwaqt li politiki u programmi oħra tal-Unjoni għandhom jipprovdu appoġġ fit-tul.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex ikun żgurat li l-espressjoni ta' solidarjetà tal-Unjoni mal-ħaddiema ma tkunx ostakolata minn nuqqas ta' riżorsi ta' kofinanzjament mill-Istat Membru, ir-rata ta' kofinanzjament għandha tkun modulata, b'kontribuzzjoni ta' 50 % għall-kost tal-pakkett u l-implimentazzjoni tiegħu bħala norma, u l-possibbiltà li din ir-rata togħla għal 65 % fil-każ ta' applikazzjonijiet imressqa minn dawk l-Istati Membri li fit-territorji tagħhom tal-anqas reġjun wieħed f'livell NUTS II huwa eliġibbli skont l-objettiv ta' "Konverġenza" tal-Fondi Strutturali.

(14) Sabiex ikun żgurat li l-espressjoni ta' solidarjetà tal-Unjoni mal-ħaddiema ma tkunx ostakolata minn nuqqas ta' riżorsi ta' kofinanzjament mill-Istat Membru, ir-rata ta' kofinanzjament għandha togħla għal 65 %.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri, speċjalment dawk fejn il-kriżi tad-dejn ħalliet impatt serju, ripetutament argumentaw favur żieda permanenti tar-rata ta' kofinanzjament tal-UE. Fil-fatt, iż-żieda fir-rata ta' kofinanzjament fl-2009 minn 50 % għal 65 % kienet il-fattur l-aktar importanti li kkontribwixxa biex l-għadd ta' applikazzjonijiet żdied f'daqqa u l-finanzjamenti mill-FEG jsiru aktar attraenti għall-Istati Membri meta mqabbla mal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u diversi miżuri attivi fis-suq tax-xogħol nazzjonali.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, in-nefqa għandha tkun eliġibbli jew mid-data li fiha Stat Membru iġarrab nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FEG jew mid-data li fiha Stat Membru jibda jipprovdi servizzi personalizzati jew, fil-każ ta' bdiewa, mid-data stipulata fl-Att tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(3).

(15) Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, in-nefqa għandha tkun eliġibbli jew mid-data li fiha Stat Membru jġarrab nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FEG jew mid-data li fiha Stat Membru jibda jipprovdi servizzi personalizzati.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu matul l-aħħar xhur tas-sena, huwa neċessarju li jkun żgurat li tal-anqas kwart tal-ammont massimu annwali tal-FEG jibqa' disponibbli fl-1 ta' Settembru. Kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula waqt il-kumplament tas-sena għandhom jiġu allokati fid-dawl tal-limitu ġenerali stabbilit għall-appoġġ lill-bdiewa fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali.

(16) Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu matul l-aħħar xhur tas-sena, huwa neċessarju li jkun żgurat li tal-anqas kwart tal-ammont massimu annwali tal-FEG jibqa' disponibbli fl-1 ta' Settembru.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16a) Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu b’mod speċjali matul l-ewwel xhur ta’ kull sena, fejn il-possibbiltajiet għal trasferimenti minn intestaturi tal-baġit oħra jkunu partikolarment diffiċli, għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni ammont adegwat ta’ approprjazzjonijiet ta’ ħlas fl-intestatura tal-baġit tal-FEG fil-proċedura baġitarja annwali.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Fl-interess tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-FEG għandhom jagħmlu ħilithom biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri.

(18) Fl-interess tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, l-assistenza għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni b’mod rapidu u effiċjenti kemm jista’ jkun. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-FEG għandhom jagħmlu ħilithom biex jitnaqqas iż-żmien tal-ipproċessar u biex jiġu ssimplifikati l-proċeduri sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni rapida u bla xkiel tad-deċiżjonijiet dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex jippermettu monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tar-riżultati miksuba bl-għajnuna tal-FEG, l-Istati Membri għandhom iressqu rapporti interim u finali dwar l-implimentazzjoni tal-FEG.

(19) Sabiex jippermettu skrutinju politiku mill-Parlament Ewropew u monitoraġġ kontinwu mill-Kummissjoni tar-riżultati miksuba bl-għajnuna tal-FEG, l-Istati Membri għandhom iressqu rapporti interim u finali dwar l-implimentazzjoni tal-FEG fi żmien xieraq.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar f'livell ta' Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet,

(21) Ladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar f'livell ta' Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet, u għalhekk għandu jiġi inkluż fl-intestatura tal-baġit xierqa,

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan tal-FEG għandu jkun biex jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Unjoni billi jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà lejn ħaddiema li ħadu s-sensja kawża ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, ftehimiet kummerċjali li jaffettwaw l-agrikoltura, jew kriżi mhux mistennija, u sabiex joffri appoġġ għar-riintegrazzjoni rapida tagħhom fl-impjieg, jew biex ibiddlu jew jaġġustaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom.

L-għan tal-FEG għandu jkun li jikkontribwixxi għat-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku u l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali fl-Unjoni billi jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà lejn ħaddiema li ħadu s-sensja jew persuni hekk ikkunsidrati taħt dan ir-Regolament kawża ta’ bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni jew kriżi mhux mistennija, u sabiex joffri appoġġ għar-riintegrazzjoni rapida tagħhom f'impjieg stabbli, sostenibbli u ta' kwalità, jew biex ibiddlu jew jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet li jgawdu minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond skont l-Artikolu 2(a) u (b) għandu jkollhom l-iskop li jiżguraw li minimu ta' 50 % tal-ħaddiema li qed jipparteċipaw f'dawn l-azzjonijiet isibu impjieg sod fi żmien sena mid-data tal-applikazzjoni.

Azzjonijiet li jgawdu minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond skont l-Artikolu 2(a) u (b) għandu jkollhom l-iskop li jiżguraw li minimu ta' 50 % tal-ħaddiema li jkunu qed jipparteċipaw f'dawn l-azzjonijiet isibu impjieg sod u għal żmien fit-tul fi żmien sena mid-data tal-applikazzjoni.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ħaddiema li bidlu jew aġġustaw l-attivitajiet agrikoli preċedenti matul perjodu li jibda mit-tnedija tal-ftehim kummerċjali mill-Unjoni li fih miżuri ta' liberalizzazzjoni kummerċjali għas-settur agrikolu rilevanti u li jintemm tliet snin wara l-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn il-miżuri u sakemm dawn il-miżuri kummerċjali jwasslu għal żieda sostanzjali f'importazzjonijiet tal-Unjoni ta' prodott jew prodotti agrikolu/i akkumpanjat minn tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet ta' tali prodotti f'livell ta' Unjoni, u fejn rilevanti, livell nazzjonali jew reġjonali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-settur agrikolu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tikkomplika l-amministrazzjoni tal-FEG, tindirizza r-riżorsi mill-aġġustament industrijali għal dak agrikolu, u tbiddel l-orjentament oriġinali tal-FEG minn wieħed ta' reazzjoni għall-konsegwenzi imprevedibbli tal-globalizzazzjoni għal wieħed ta' reazzjoni għal ċirkustanzi prevedibbli ħafna.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) "ħaddiem" ifisser sid-ġestjonarju ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema għal rashom (inklużi l-bdiewa) u l-membri kollha tal-familja attivi fin-negozju, sakemm, jekk bdiewa, kienu diġà qed jipproduċu l-output affettwat mill-ftehim kummerċjali rilevanti qabel mal-miżuri relatati mas-settur partikolari ġew implimentati.

(d) "ħaddiem" ifisser sid-ġestjonarju ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u dawk li jaħdmu għal rashom u l-membri kollha tal-familja attivi fin-negozju, sakemm kienu diġà involuti fl-attività milquta b’mod dirett mid-deterjorazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika lokali, reġjonali jew nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-settur agrikolu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tikkomplika l-amministrazzjoni tal-FEG, tindirizza r-riżorsi mill-aġġustament industrijali għal dak agrikolu, u tbiddel l-orjentament oriġinali tal-FEG minn wieħed ta' reazzjoni għall-konsegwenzi imprevedibbli tal-globalizzazzjoni għal wieħed ta' reazzjoni għal ċirkustanzi prevedibbli ħafna.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Rigward il-bdiewa, meta, wara li jkun tnieda ftehim kummerċjali u abbażi tat-tagħrif, id-dejta u l-analiżi disponibbli għalih, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet għall-appoġġ skont l-Artikolu 2(c) huma probabbilment sodisfatti għal numru sinifikanti ta' bdiewa, hija għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 fejn tagħżel setturi jew prodotti fejn tiddefinixxi ż-żoni ġeografiċi affettwati, fejn huwa xieraq, tistipula ammont massimu għall-appoġġ potenzjali fuq livell tal-Unjoni, tistipula perjodi ta' referenza u kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għal bdiewa u dati ta' eliġibbiltà għan-nefqa kif ukoll tistabbilixxi data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, il-kontenut ta' dawn l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 8(2).

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-settur agrikolu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tikkomplika l-amministrazzjoni tal-FEG, tindirizza r-riżorsi mill-aġġustament industrijali għal dak agrikolu, u tbiddel l-orjentament oriġinali tal-FEG minn wieħed ta' reazzjoni għall-konsegwenzi imprevedibbli tal-globalizzazzjoni għal wieħed ta' reazzjoni għal ċirkustanzi prevedibbli ħafna.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn sidien-ġestjonarji ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta’daqs medju u ħaddiema impjegati għal rashom jibdlu jew, fil-każ ta' bdiewa, jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom, tali sitwazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala sensji għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

4. Fejn sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’daqs medju jew ħaddiema impjegati għal rashom jibdlu jew jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom, tali sitwazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala sensji għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Għal sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u għall-ħaddiema għal rashom (inklużi l-bdiewa), is-sensja għandha tingħadd jew mid-data ta' waqfien tal-attivitajiet ikkawżati minn kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2, u determinati skont il-liġi nazzjonali jew dispożizzjonijiet amministrattivi, jew mid-data speċifikata mill-Kummissjoni fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4(3).

(c) Għal sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u għall-ħaddiema għal rashom, is-sensja għandha tingħadd mid-data ta’ waqfien tal-attivitajiet ikkawżati minn kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2, u determinati skont id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew amministrattivi.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-settur agrikolu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tikkomplika l-amministrazzjoni tal-FEG, tindirizza r-riżorsi mill-aġġustament industrijali għal dak agrikolu, u tbiddel l-orjentament oriġinali tal-FEG minn wieħed ta' reazzjoni għall-konsegwenzi imprevedibbli tal-globalizzazzjoni għal wieħed ta' reazzjoni għal ċirkustanzi prevedibbli ħafna.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru applikant jista' jipprovdi servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG lill-ħaddiema affettwati, li jistgħu jinkludu:

L-Istat Membru applikant jista' jipprovdi servizzi personalizzati kofinanzjati mill-FEG lill-ħaddiema affettwati, li jistgħu jinkludu:

(a) il-ħaddiema kollha li ħadu s-sensja skont l-Artikolu 5, matul il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(1), (2) jew (3),

(a) il-ħaddiema kollha li ħadu s-sensja skont l-Artikolu 5, matul il-perjodu stipulat fl-Artikolu 4 (1) jew (2);

(b) ħaddiema ngħataw is-sensja qabel jew wara l-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(1)(a) jew (2), f'każijiet fejn applikazzjoni skont l-Artikolu 4(2) tidderoga mill-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1)(a),

(b) ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja qabel jew wara l-perjodu stipulat fl-Artikolu 4(1)(a) jew (2), f'każijiet fejn applikazzjoni skont l-Artikolu 4(2) tidderoga mill-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1)(a).

(c) bdiewa li bidlu jew aġġustaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom wara t-tnedija mill-Unjoni tal-ftehim kummerċjali msemmi fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-settur agrikolu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tikkomplika l-amministrazzjoni tal-FEG, tindirizza r-riżorsi mill-aġġustament industrijali għal dak agrikolu, u tbiddel l-orjentament oriġinali tal-FEG minn wieħed ta' reazzjoni għall-konsegwenzi imprevedibbli tal-globalizzazzjoni għal wieħed ta' reazzjoni għal ċirkustanzi prevedibbli ħafna.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati mfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema fil-mira li ngħataw is-sensja fl-impjieg jew f'impjieg indipendenti jew, fil-każ ta' bdiewa, biex ibiddlu jew jaġġustaw l-attivitajiet preċedenti tagħhom. Il-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati jista' partikolarment jinkludi:

Tista’ tingħata kontribuzzjoni finanzjarja għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett ikkoordinat ta’ servizzi personalizzati mfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema fil-mira li ngħataw is-sensja fl-impjieg jew f'impjieg indipendenti jew biex ibiddlu l-attivitajiet preċedenti tagħhom. Il-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati jista' partikolarment jinkludi:

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ ta' min iħaddem, allowances għall-mobbiltà, sussidji jew allowances għat-taħriġ (inklużi allowances għal carers jew servizzi ta' għajnuna azjendali), li kollha huma limitati sakemm idum dokumentat tiftix attiv għax-xogħol jew attivitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja jew ta' taħriġ;

(b) miżuri speċjali b’limitu ta’ żmien, bħal allowances għat-tfittix ta’ impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ ta’ min iħaddem, allowances għall-mobiltà, sussidji jew allowances għat-taħriġ (inklużi allowances għal carers), li kollha huma limitati sakemm idum dokumentat tiftix attiv għax-xogħol jew attivitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja jew ta’ taħriġ;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) allowances limitati biż-żmien biex jistimulaw b’mod partikolari l-ħaddiema żgħażagħ jiksbu livell ta’ edukazzjoni ogħla.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispiża tal-investimenti f'assi fiżiċi għal xogħol awtonomu u l-bidu ta' negozju jew il-bdil jew l-aġġustament tal-attività ma tistax taqbeż EUR 35 000.

B’mod ġenerali, l-ispiża tal-investimenti f'assi fiżiċi għal xogħol awtonomu u l-bidu ta' negozju jew il-bdil jew l-aġġustament tal-attività ma tistax taqbeż EUR 35 000.

Ġustifikazzjoni

En el caso que un productor agrario europeo de sectores ganaderos intensivos o de cultivos permanentes afectados que deba cambiar de actividad o adaptar sus actividades agrarias afectadas por la rúbrica, por parte de la Unión Europea, de tratados comerciales por los que se introducen medidas de liberalización comercial, el límite de 35.000 euros en el coste de la inversión en activos fijos para un empleo por cuenta propia o para crear una empresa, cambiar de actividad o adaptarse a otra nueva, no va a permitir en la mayoría de los casos auxiliar íntegramente el coste real de las inversiones en activos fijos para redimensionar su explotación agraria, cambiar de actividad o adaptar sus actividades agrarias.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membru għandu jressaq applikazzjoni kompluta lill-Kummissjoni fi żmien 12-il ġimgħa mid-data meta jiġu sodisfatti l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1) jew (2) jew, fejn applikabbli, qabel id-data tal-għeluq stipulata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(3). F'ċirkostanzi eċċezzjonali u ġustifikati l-applikazzjoni tista' tiġi ssuplimentata b'tagħrif addizzjonali mill-Istat Membru applikanti fi żmien sitt xhur mid-data tal-applikazzjoni abbażi tat-tagħrif disponibbli. Il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-applikazzjoni fi żmien tnax-il ġimgħa mid-data tal-ilqugħ tal-applikazzjoni kompluta jew (fil-każ ta' applikazzjoni mhix kompluta) sitt xhur wara d-data tal-applikazzjoni inizjali, liema minnhom tiġi l-ewwel.

1. L-Istat Membru għandu jressaq applikazzjoni kompluta, fil-lingwa tiegħu u f’waħda mil-lingwi ta’ ħidma tal-istituzzjonijiet Ewropej, lill-Kummissjoni fi żmien 10 ġimgħat mid-data meta jiġu sodisfatti l-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1) jew (2). F'ċirkostanzi eċċezzjonali u ġustifikati l-applikazzjoni tista' tiġi ssuplimentata b'tagħrif addizzjonali mill-Istat Membru applikanti fi żmien erba' xhur mid-data tal-applikazzjoni, fejn b’segwitu għal dan il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni abbażi tat-tagħrif disponibbli. Il-Kummissjoni għandha tlesti l-valutazzjoni tagħha tal-applikazzjoni fi żmien disa' ġimgħat mid-data tal-ilqugħ tal-applikazzjoni kompluta jew (fil-każ ta' applikazzjoni mhix kompluta) ħames xhur wara d-data tal-applikazzjoni inizjali, liema minnhom tiġi l-ewwel. Il-Kummissjoni u l-Istat Membru għandhom jagħmlu dak kollu li jistgħu sabiex jirrispettaw dawn l-iskadenzi.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-settur agrikolu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tikkomplika l-amministrazzjoni tal-FEG, tindirizza r-riżorsi mill-aġġustament industrijali għal dak agrikolu, u tbiddel l-orjentament oriġinali tal-FEG minn wieħed ta' reazzjoni għall-konsegwenzi imprevedibbli tal-globalizzazzjoni għal wieħed ta' reazzjoni għal ċirkustanzi prevedibbli ħafna.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) analiżi rraġunata tar-rabta bejn is-sensji u t-tibdil strutturali prinċipali fix-xejriet tal-kummerċ dinji, jew it-taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi għal għarrieda u mhux mistennija, jew il-qagħda l-ġdida tas-suq fis-settur agrikolu fl-Istat Membru u li tirriżulta mill-effetti tal-ftehim kummerċjali inizjalat mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew minn ftehim multilaterali inizjalat fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, skont l-Artikolu 2(c). Din l-analiżi għandha tkun imsejsa fuq statistika u tagħrif ieħor fil-livell l-aktar xieraq biex turi jekk il-kriterji ta’ intervent stipulati fl-Artikolu 4 intlaħqux jew le;

(a) analiżi rraġunata tar-rabta bejn is-sensji u t-tibdil strutturali prinċipali fix-xejriet tal-kummerċ dinji, jew it-taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi għal għarrieda u mhux mistennija. Din l-analiżi għandha tkun imsejsa fuq statistika u tagħrif ieħor fil-livell l-aktar xieraq biex turi jekk il-kriterji ta’ intervent stipulati fl-Artikolu 4 intlaħqux jew le;

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-settur agrikolu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tikkomplika l-amministrazzjoni tal-FEG, tindirizza r-riżorsi mill-aġġustament industrijali għal dak agrikolu, u tbiddel l-orjentament oriġinali tal-FEG minn wieħed ta' reazzjoni għall-konsegwenzi imprevedibbli tal-globalizzazzjoni għal wieħed ta' reazzjoni għal ċirkustanzi prevedibbli ħafna.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) jekk applikabbli, kwalunkwe rekwiżiti oħra li jistgħu jkunu stabbiliti fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-settur agrikolu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tikkomplika l-amministrazzjoni tal-FEG, tindirizza r-riżorsi mill-aġġustament industrijali għal dak agrikolu, u tbiddel l-orjentament oriġinali tal-FEG minn wieħed ta' reazzjoni għall-konsegwenzi imprevedibbli tal-globalizzazzjoni għal wieħed ta' reazzjoni għal ċirkustanzi prevedibbli ħafna.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tipprovdi solidarjetà u appoġġ għal ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja. L-attivitajiet appoġġati mill-FEG għandhom ikunu konformi mal-liġi nazzjonali u tal-Ewropa, inklużi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat.

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tipprovdi solidarjetà u appoġġ temporanju u ta’ darba għal ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja. L-attivitajiet appoġġati mill-FEG għandhom ikunu konformi mal-liġi nazzjonali u tal-Ewropa, inklużi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istat Membru applikanti għandu jiżgura li l-azzjonijiet speċifiċi li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhomx jirċievu wkoll għajnuna minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni.

4. L-Istat Membru applikanti għandu jiżgura li l-azzjonijiet speċifiċi li jirċievu kontribuzzjoni finanzjarja ma għandhomx jirċievu wkoll għajnuna minn strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni, u b’hekk jiġi evitat li jiġu mhedda programmi fuq żmien aktar fit-tul, bħall-fondi strutturali u b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FES).

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, suġġett għal limitu massimu ta’ 0,5 % tal-ammont massimu annwali tal-FEG, il-FEG jista’ jintuża biex jiffinanzja l-preparazzjoni, il-monitoraġġ, il-ġbir tat-tagħrif u l-kreazzjoni ta’ bażi ta’ konoxxenza rilevanti għall-implimentazzjoni tal-FEG. Huwa jista’ jintuża wkoll sabiex jiffinanzja l-appoġġ amministrattiv u tekniku, attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet ta’ verifika, kontroll u evalwazzjoni li huma meħtieġa biex ikun implimentat dan ir-Regolament.

1. Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, suġġett għal limitu massimu ta’ 0.5 % tal-ammont massimu annwali tal-FEG, il-FEG jista’ jintuża biex jiffinanzja l-preparazzjoni, il-monitoraġġ, il-ġbir tat-tagħrif u l-ħolqien ta’ bażi ta’ konoxxenza rilevanti għall-implimentazzjoni tal-FEG, kif ukoll it-tixrid tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri. Huwa jista’ jintuża wkoll sabiex jiffinanzja l-appoġġ amministrattiv u tekniku, attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet ta’ verifika, kontroll u evalwazzjoni li huma meħtieġa biex ikun implimentat dan ir-Regolament.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-għajnuna teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-provvista ta’ tagħrif u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi wkoll tagħrif dwar l-użu tal-FEG lill-imsieħba soċjali Ewropej u nazzjonali.

4. L-għajnuna teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-provvista ta’ tagħrif u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll tagħrif dettaljat dwar l-użu tal-FEG lis-sħab soċjali Ewropej u nazzjonali.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istat Membru għandu jipprovdi tagħrif dwar l-azzjonijiet iffinanzjati u għandu jagħmilhom pubbliċi. It-tagħrif għandu jkun indirizzat lill-ħaddiema fil-mira, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lill-imsieħba soċjali, lill-midja u lill-pubbliku ġenerali. Għandu jenfasizza r-rwol tal-Unjoni u għandu jiżgura li l-kontribuzzjoni mill-FEG tkun viżibbli.

1. L-Istat Membru għandu jipprovdi tagħrif dwar l-azzjonijiet iffinanzjati u għandu jagħmilhom pubbliċi fi żmien xieraq. It-tagħrif għandu jkun indirizzat lill-ħaddiema fil-mira, lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, lill-imsieħba soċjali, lill-midja u lill-pubbliku ġenerali. Għandu jenfasizza r-rwol tal-Unjoni u għandu jiżgura li l-kontribuzzjoni mill-FEG tkun viżibbli, u b’hekk juri l-valur miżjud tal-Unjoni u jgħin fl-isforzi marbuta mal-ġbir tad-dejta min-naħa tal-Kummissjoni sabiex tissaħħaħ it-trasparenza baġitarja.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni Ewropea għandha twaqqaf sit tal-Internet, li jkun disponibbli bil-lingwi kollha tal-Unjoni, li għandu jipprovdi tagħrif dwar il-FEG, gwida dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet, kif ukoll tagħrif dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda, filwaqt li jenfasizza r-rwol tal-awtorità baġitarja.

2. Il-Kummissjoni Ewropea għandha taġġorna s-sit iddedikat tal-Internet b’mod faċli għall-utent, li jkun disponibbli bil-lingwi kollha tal-Unjoni, li għandu jipprovdi tagħrif aġġornat u dejta ta’ implimentazzjoni dwar il-FEG mill-bidu tiegħu, gwida dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet, kif ukoll tagħrif dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda, filwaqt li jenfasizza r-rwol tal-awtorità baġitarja.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8(3), b’mod partikolari wara li tikkunsidra l-għadd ta’ ħaddiema fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, jekk teżisti, li jista’ jsir fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammont ma għandux jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż totali stmati msemmija fl-Artikolu 8(2) jew il-65 % ta' dawn l-ispejjeż f'każ ta' applikazzjonijiet imressqa minn Stat Membru li fit-territorju tiegħu għandu tal-anqas reġjun wieħed f'livell NUTS II li huwa eliġibbli skont l-objettiv ta' "Konverġenza" tal-Fondi Strutturali. F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kofinanzjament ta' 65 % huwiex ġustifikat.

1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8(3), b’mod partikolari wara li tikkunsidra l-għadd ta’ ħaddiema fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, jekk teżisti, li jista’ jsir fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammont ma għandux jaqbeż il-65 % tal-ispejjeż totali stmati msemmija fl-Artikolu 8(2)(e).

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mid-dati stabbiliti fl-Artikolu 8(2)(h) li fihom l-Istat Membru jibda s-servizzi personalizzati għall-ħaddiema fil-mira jew in-nefqa amministrattiva sabiex ikun implimentat il-FEG f’konformità mal-Artikolu 7(1) u (3) rispettivament. Fil-każ tal-bdiewa, in-nefqa għandha tkun eliġibbli għall-kontribuzzjoni mid-data stipulata fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mid-dati stabbiliti fl-Artikolu 8(2)(h) li fihom l-Istat Membru jibda s-servizzi personalizzati għall-ħaddiema fil-mira jew in-nefqa amministrattiva sabiex ikun implimentat il-FEG f’konformità mal-Artikolu 7(1) u (3) rispettivament.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-immobilizzar tal-FEG intlaħqu, hija għandha tissottometti proposta sabiex tagħmel użu minnu. Id-Deċiżjoni sabiex jintuża l-FEG għandha tittieħed flimkien miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata u l-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa.

Fejn il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet għall-immobilizzar tal-FEG intlaħqu, hija għandha tissottometti proposta sabiex tagħmel użu minnu. Id-Deċiżjoni sabiex jintuża l-FEG għandha tittieħed flimkien miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja fi żmien massimu ta’ xahar wara l-konsultazzjoni tal-awtorità baġitarja. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kkwalifikata u l-Parlament Ewropew għandu jaġixxi b'maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-istess ħin li tippreżenta l-proposta għal Deċiżjoni biex tagħmel użu mill-FEG, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti. Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim għandha tinbeda proċedura trialoga.

Fl-istess ħin li tippreżenta l-proposta għal Deċiżjoni biex tagħmel użu mill-FEG, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja għal trasferiment lejn il-linji baġitarji rilevanti. Dawn it-trasferimenti għandhom isiru skont il-prijoritajiet baġitarji, kemm kull sena kif ukoll fuq żmien fit-tul. Fil-każ ta' nuqqas ta' ftehim għandha tinbeda proċedura trialoga.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Wara d-dħul fis-seħħ ta' Deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 15(4) il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru f’forma ta' prefinanzjament ta' mhux anqas minn 50 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Istat Membru, fil-prinċipju fi żmien 15-il ġurnata, segwit meta meħtieġ f'forma ta' pagamenti intermedjarji u finali. Il-prefinanzjament għandu jkun ikklerjat meta titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 18(3).

1. Wara d-dħul fis-seħħ ta' Deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 15(4) il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru f’forma ta' prefinanzjament ta' mhux anqas minn 60 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Istat Membru, fil-prinċipju fi żmien 15-il ġurnata, segwit meta meħtieġ f'forma ta' pagamenti intermedjarji u finali. Il-prefinanzjament għandu jkun ikklerjat meta titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 18(3).

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mhux aktar tard minn 15-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 8(1) jew mid-data stipulata fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3), l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport interim lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż il-finanzjament, iż-żmien u t-tip ta' azzjonijiet diġà meħuda u dwar ir-rata ta' riintegrazzjoni lura fl-impjieg jew l-attivitajiet ġodda miksuba 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni.

1. Mhux aktar tard minn 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 8(1), l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport interim lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż il-finanzjament, iż-żmien u t-tip ta' azzjonijiet diġà meħuda u dwar ir-rata ta' riintegrazzjoni lura fl-impjieg jew l-attivitajiet ġodda miksuba 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-1 ta’ Awwissu ta’ kull sentejn, u għall-ewwel darba fl-2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet skont dan ir-Regolament u r-Regolament 1927/2015 matul is-sentejn ta’qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati milħuqa mill-FEG u għandu jinkludi b'mod partikolari tagħrif li għandu x'jaqsam mal-applikazzjonijiet imressqa, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-azzjonijiet iffinanzjati inkluża l-komplimentarjetà tagħhom mal-azzjonijiet iffinanzjati minn Fondi oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li saru. Għandu jiddokumenta wkoll dawk it-talbiet li jkunu ġew miċħuda jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' biżżejjed approprjazzjonijiet jew minħabba nuqqas ta' eliġibbiltà.

1. Sal-1 ta’ Awwissu ta’ kull sentejn, u għall-ewwel darba fl-2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet imwettqa taħt dan ir-Regolament u r-Regolament 1927/2006 matul is-sentejn ta’qabel u tqabbel ma’ dejta mill-bidu tal-FEG. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati milħuqa mill-FEG u għandu jinkludi b’mod partikolari tagħrif li għandu x’jaqsam mal-applikazzjonijiet imressqa, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-azzjonijiet iffinanzjati inkluża l-komplimentarjetà tagħhom mal-azzjonijiet iffinanzjati minn Fondi oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li saru. Għandu jiddokumenta wkoll dawk it-talbiet li jkunu ġew miċħuda jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' biżżejjed approprjazzjonijiet jew minħabba nuqqas ta' eliġibbiltà.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-effikaċja u s-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba sat-30 ta' Ġunju 2018;

(a) evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-effikaċja u s-sostenibbiltà tar-riżultati miksuba sat-30 ta’ Ġunju 2017;

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) evalwazzjoni ex-post, sal-31 ta' Diċembru 2022 bl-għajnuna ta' esperti esterni, sabiex jiġi mkejjel l-impatt tal-FEG u l-valur miżjud tiegħu.

(b) evalwazzjoni ex-post, sal-31 ta' Diċembru 2021 bl-għajnuna ta' esperti esterni, sabiex jiġi mkejjel l-impatt tal-FEG u l-valur miżjud tiegħu.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 23

imħassar

Ġestjoni finanzjarja u appoġġ lill-bdiewa

B'deroga mill-Artikoli 21 u 22, l-appoġġ għall-bdiewa għandu jkun ġestit u kkontrollat skont ir-Regolament (KE) Nru … dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ ta' politika agrikola komuni.

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni tas-settur agrikolu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament tikkomplika l-amministrazzjoni tal-FEG, tindirizza r-riżorsi mill-aġġustament industrijali għal dak agrikolu, u tbiddel l-orjentament oriġinali tal-FEG minn wieħed ta' reazzjoni għall-konsegwenzi imprevedibbli tal-globalizzazzjoni għal wieħed ta' reazzjoni għal ċirkustanzi prevedibbli ħafna.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 24

imħassar

Eżerċizzju tad-delegazzjoni

1. Is-setgħat sabiex ikunu adottati atti ddelegati huma kkonferiti lill-Kummissjoni bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Id-delegazzjonijiet ta’ setgħa msemmija f'dan ir-Regolament għandhom jingħataw għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3. Id-delegazzjonijiet tal-poter imsemmija fl-Artikolu 4 jistgħu jiġu revokati fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

4. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

5. Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6. Att delegat adottat f'konformità mal-Artikolu 4(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn (2) min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li huma mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hi prevista fl-Artikolu 4(3), li qed jitħassar.

PROĊEDURA

Titolu

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 - 2020)

Referenzi

COM(2011)0608 – C7-0319/2011 – 2011/0269(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

25.10.2011

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

25.10.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Alda Sousa

6.2.2012

Eżami fil-kumitat

20.6.2012

Data tal-adozzjoni

18.10.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

11

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Richard Ashworth, Francesca Balzani, Zuzana Brzobohatá, Jean Louis Cottigny, Jean-Luc Dehaene, James Elles, Göran Färm, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Jutta Haug, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Alain Lamassoure, George Lyon, Juan Andrés Naranjo Escobar, Alda Sousa, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Frédéric Daerden, Georgios Stavrakakis

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jaroslav Paška

  • [1]  ĠU L 406, 5.12.2008, p. 1.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KONTROLL TAL-BAĠIT (1.6.2012)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 - 2020)
(COM(2011)0608 – C7-0319/2011 – 2011/0269(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jorgo Chatzimarkakis

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għat-tul tal-Qafas Finanzjarju mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 biex jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà mal-ħaddiema li ngħataw is-sensja kawża tal-bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni u biex joffri appoġġ għar-riintegrazzjoni rapida tagħhom fl-impjieg. Dan l-għan inizjali tal-FEG jibqa' validu.

(2) Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għat-tul tal-Qafas Finanzjarju mill-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013 biex jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà mal-ħaddiema li ngħataw is-sensja kawża tal-bidliet strutturali maġġuri fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni u biex joffri appoġġ għar-reintegrazzjoni rapida tagħhom fl-impjieg. Minħabba l-istat attwali ta' inċertezza li fih għadhom jinsabu bosta Stati Membri, dan l-għan inizjali tal-FEG jibqa' validu, billi jippermetti, minkejja fuq skala modesta, li jingħataw servizzi individwali personalizzati lil ħaddiema li tilfu l-impjieg tagħhom bħala konsegwenza tas-sensji kollettivi kkawżati mill-globalizzazzjoni ekonomika, li jħallu impatt qawwi fuq il-livelli tan-negozju, settorjali u reġjonali.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Baġit għall-Ewropa 2020" tagħraf ir-rwol tal-FEG bħala fond flessibbli li jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom u jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista' jkun. L-Unjoni għandha tkompli tipprovdi, għat-tul tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Dicembru 2020, għajnuna speċifika ta’ darba sabiex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja f’oqsma, f'setturi, f'territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk serju ta' tfixkil ekonomiku. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li joffri appoġġ f'sitwazzjonijiet urġenti u ċirkostanzi mhux mistennija, il-FEG għandu jibqa' barra mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali.

(3) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Baġit għall-Ewropa 2020" tagħraf ir-rwol tal-FEG bħala fond flessibbli li jagħti appoġġ lill-ħaddiema li jkunu tilfu l-impjieg tagħhom u jgħinhom isibu impjieg ieħor malajr kemm jista' jkun. L-Unjoni għandha tkompli tipprovdi, għat-tul tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Dicembru 2020, għajnuna speċifika ta’ darba sabiex tkun iffaċilitata l-integrazzjoni mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja f’oqsma, f'setturi, f'territorji jew fi swieq tax-xogħol li jkunu qed ibatu minn xokk ta' tfixkil ekonomiku serju. Fid-dawl tal-għan tiegħu, li huwa li joffri appoġġ f'sitwazzjonijiet urġenti u ċirkostanzi mhux mistennija, il-FEG għandu jibqa' barra mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali, u b'hekk l-Unjoni tiġi mgħammra b'mekkaniżmi ta' rispons rapidu biex tagħti sostenn matul il-kriżijiet tal-qgħad.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fuq inizjattiva tal-Istat Membru applikanti, tista' ssir kontribuzzjoni finanzjarja għall-attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni, tagħrif u pubbliċità, kontroll u rappurtaġġ.

3. Fuq inizjattiva tal-Istat Membru applikanti, tista' ssir kontribuzzjoni finanzjarja, li ma taqbiżx il-5 % tal-ispejjeż totali, għall-attivitajiet ta' tħejjija, ġestjoni, tagħrif u pubbliċità, kontroll u rappurtaġġ.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8(3), b’mod partikolari wara li tikkunsidra l-għadd ta’ ħaddiema fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, jekk teżisti, li jista’ jsir fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammont ma għandux jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż totali stmati msemmija fl-Artikolu 8(2) jew il-65 % ta' dawn l-ispejjeż f'każ ta' applikazzjonijiet imressqa minn Stat Membru li fit-territorju tiegħu għandu tal-anqas reġjun wieħed f'livell NUTS II li huwa eliġibbli skont l-objettiv ta' "Konverġenza" tal-Fondi Strutturali. F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kofinanzjament ta' 65 % huwiex ġustifikat.

1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8(3), b’mod partikolari wara li tikkunsidra l-għadd ta’ ħaddiema fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, jekk teżisti, li jista’ jsir fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammont ma għandux jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż totali stmati msemmija fl-Artikolu 8(2) jew il-65 % ta' dawn l-ispejjeż f'każ ta' applikazzjonijiet imressqa minn Stat Membru li fit-territorju tiegħu għandu tal-anqas reġjun wieħed f'livell NUTS II li huwa eliġibbli skont l-objettiv ta' "Konverġenza" tal-Fondi Strutturali. F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tiddeċiedi, bi qbil ma' kriterji determinati minn qabel, jekk il-kofinanzjament ta' 65 % huwiex ġustifikat.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Wara d-dħul fis-seħħ ta' Deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 15(4) il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru f’forma ta' prefinanzjament ta' mhux anqas minn 50 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Istat Membru, fil-prinċipju fi żmien 15-il ġurnata, segwit meta meħtieġ f'forma ta' pagamenti intermedjarji u finali. Il-prefinanzjament għandu jkun ikklerjat meta titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 18(3).

1. Wara d-dħul fis-seħħ ta' Deċiżjoni dwar kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 15(4) il-Kummissjoni għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja lill-Istat Membru f’forma ta' prefinanzjament sa 50 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni lill-Istat Membru, fil-prinċipju fi żmien 15-il ġurnata, segwit b'pagamenti intermedjarji u/jew finali. Il-prefinanzjament għandu jkun ikklerjat meta titħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 18(3).

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-1 ta’ Awwissu ta’ kull sentejn, u għall-ewwel darba fl-2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet skont dan ir-Regolament u r-Regolament 1927/2015 matul is-sentejn ta’qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati milħuqa mill-FEG u għandu jinkludi b'mod partikolari tagħrif li għandu x'jaqsam mal-applikazzjonijiet imressqa, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-azzjonijiet iffinanzjati inkluża l-komplimentarjetà tagħhom mal-azzjonijiet iffinanzjati minn Fondi oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li saru. Għandu jiddokumenta wkoll dawk it-talbiet li jkunu ġew miċħuda jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' biżżejjed approprjazzjonijiet jew minħabba nuqqas ta' eliġibbiltà.

1. Sal-1 ta’ Awwissu ta’ kull sentejn, u għall-ewwel darba fl-2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport komprensiv, kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet skont dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 matul is-sentejn ta’qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati milħuqa mill-FEG u għandu jinkludi b'mod partikolari tagħrif li għandu x'jaqsam mal-applikazzjonijiet imressqa, mad-deċiżjonijiet adottati, man-numru ta' ħaddiema li huma appoġġati u li jsibu impjieg stabbli fi żmien sena mid-data tal-applikazzjoni, mal-azzjonijiet iffinanzjati inkluża l-komplimentarjetà tagħhom mal-azzjonijiet iffinanzjati minn Fondi oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li saru. Għandu jiddokumenta wkoll dawk it-talbiet li jkunu ġew miċħuda jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet suffiċjenti jew minħabba nuqqas ta' eliġibbiltà.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rapport se jiġi trasmess għat-tagħrif lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-imsieħba soċjali.

2. Ir-rapport se jiġi trasmess għat-tagħrif lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-imsieħba soċjali.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni se jkunu trasmessi, għat-tagħrif, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-imsieħba soċjali.

2. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni se jkunu trasmessi, għat-tagħrif, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-imsieħba soċjali. Ir-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni għandhom jiġu kkunsidrati fit-tfassil ta' programmi ġodda fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt (c)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li jassiguraw li l-infiq iffinanzjat huwa bbażat fuq dokumenti ta’ ġustifikazzjoni verifikabbli, u huwa korrett u regolari;

(c) li jassiguraw li l-infiq iffinanzjat huwa bbażat fuq dokumenti ta’ ġustifikazzjoni verifikabbli, u huwa legali u regolari;

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni, fir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda u effiċjenti. Hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru li japplika biex jiżgura li għandu sistemi ta' maniġment u ta' kontroll li qed jaħdmu tajjeb; il-Kummissjoni għandha tivverifika hija stess li dawn is-sistemi qegħdin jitħaddmu.

4. Il-Kummissjoni, fir-responsabbiltà tagħha għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandha tieħu l-passi kollha neċessarji biex tivverifika li l-azzjonijiet iffinanzjati jitwettqu b’konformità mal-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda u effiċjenti. Hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru li japplika biex jiżgura li għandu sistemi ta' maniġment u ta' kontroll li qed jaħdmu tajjeb. Il-Kummissjoni għandha tivverifika hija stess li dawn is-sistemi qegħdin jitħaddmu. Jekk jinstabu irregolaritajiet, l-ammonti li jkunu tħallsu b'mod żbaljat għandhom jiġu rkuprati primarjament permezz ta' tpaċija. Fejn ikun xieraq, il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni bi qbil mal-Artikolu 325 tat-Trattat tista' tinkludi pieni effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. F’każijiet fejn l-ammont tal-ispiża ta’ azzjoni effettiva jkun inqas mill-ammont ikkalkulat li kien ikkwotat skont l-Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha tadotta Deċiżjoni permezz tal-att ta' implimentazzjoni, fejn titlob lill-Istat Membru jħallas lura l-ammont li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni finanzjarja li jkun ħa.

1. F’każijiet fejn l-ammont tal-ispiża ta’ azzjoni effettiva jkun inqas mill-ammont ikkalkulat li kien ikkwotat skont l-Artikolu 15 u l-irkupru permezz ta' tpaċija ma jkunx fattibbli, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, fejn titlob lill-Istat Membru jħallas lura l-ammont li jikkorrispondi għall-kontribuzzjoni finanzjarja li jkun ħa.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delegazzjonijiet ta’ setgħa msemmija f'dan ir-Regolament għandhom jingħataw għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija f’dan ir-Regolament għandha tiġi konferita għall-perjodu li fih dan ir-Regolament ikun fis-seħħ.

PROĊEDURA

Titolu

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 - 2020)

Referenzi

COM(2011)0608 – C7-0319/2011 – 2011/0269(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

25.10.2011

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

25.10.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jorgo Chatzimarkakis

24.11.2011

Data tal-adozzjoni

30.5.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Jean-Pierre Audy, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Andrea Češková, Tamás Deutsch, Martin Ehrenhauser, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Iliana Ivanova, Jan Mulder, Eva Ortiz Vilella, Crescenzio Rivellini, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Theodoros Skylakakis, Bart Staes, Michael Theurer

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Brzobohatá, Jorgo Chatzimarkakis, Derk Jan Eppink, Véronique Mathieu, Markus Pieper

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Joachim Zeller

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (10.7.2012)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 - 2020)
(COM(2011)0608 – C7‑0319/2011 – 2011/0269(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jens Geier

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) ġie inizjalment stabbilit għat-tul tal-perjodu ta' programmar 2007 – 2013 bir-Regolament (KE) Nru 1927/2006[1] biex jipprovdi lill-Unjoni bi strument għal turija ta' solidarjetà u appoġġ ma' ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja minħabba bidliet stutturali kbar fis-sistemi kummerċjali dinjija kkawżati mill-globalizzazzjoni fejn dawn is-sensji għandhom impatt sinifikanti mhux mixtieq fuq l-ekonomikja reġjonali jew lokali. Bil-kofinanzjament tal-miżuri attivi tal-politika tas-suq tax-xogħol, il-FEG jimmira li jiffaċilita l-integrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema f'oqsma, setturi, territorji jew swieq tax-xogħol li ġarrbu xokk minn taqlib serju fl-ekonomija.

Il-valur miżjud tal-FEG bħala strument tal-politika soċjali tal-UE huwa l-fatt li jipprovdi appoġġ finanzjarju viżibbli, speċifiku u immirat għal programmi personalizzati għall-kisba ta’ ħiliet ġodda u r-riintegrazzjoni fid-dinja tax-xogħol għal ħaddiema milquta minn sensji kollettivi.

Ir-Rapporteur jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni li l-miżuri tal-FEG ikomplu wara l-2013, għax dan juri rieda politika li jiġi żviluppat pilastru soċjali Ewropew li jikkumplimenta lill-politiki tal-Istati Membri u jagħti spinta ġdida lill-approċċ Ewropew għat-taħriġ professjonali.

Madankollu, ir-Rapporteur ma jaqbilx mal-proposta tal-Kummissjoni li tespandi l-ambitu tal-FEG għas-settur tal-agrikultura, għax jemmen li r-riżultat ta' ftehimiet ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u pajjiżi terżi mgħandhomx ikunu bbilanċjati mill-FEG. Ir-Rapporteur iħoss li l-EUR 2.5 biljuni intenzjonati biex jappoġġaw il-bdiewa Ewropej permezz tal-FEG mhumiex xierqa – kemm f’termini tal-għan tal-Fond kif ukoll f’termini tal-ammont propost għas-settur agrikolu. Għall-kuntrarju, meta tinnegozja ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, l-UE jeħtieġ tiżgura l-koerenza tal-politika mal-PAK kollu kemm hu.

Filwaqt li jappoġġa l-inklużjoni ta' ħaddiema għal rashom fil-proposta, għax huma atturi sostanzjali fis-swieq tax-xogħol lokali u għaldaqstant huma esposti daqs ħaddiema impjegati għat-tibdil strutturali fix-xejriet dinjija li ġġib magħha l-globalizzazzjoni, ir-Rapporteur jopponi l-idea li jkunu inklużi s-sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju fil-FEG, għax dan hu maħsub biex jiffoka fuq is-setturi soċjali milquta b’mod aktar qawwi mill-globalizzazzjoni.

Biex tiżdied il-possibilità li gruppi iżgħar ta’ ħaddiema li ngħataw is-sensja jibbenefikaw mill-FEG, ir-Rapporteur jissuġġerixxi li l-livell minimu għall-applikazzjonijiet ikun ta’ 200 sensja, minflok il-500 sensja proposti. Din il-bidla jista’ jkollha effett pożittiv fuq il-benefiċjarji potenzjali u tista’ żżid il-possibilitajiet ta’ impjegar mill-ġdid fir-reġjuni kollha tal-UE.

Għar-raġunijiet imsemmija, ir-Rapporteur jappoġġa t-tkomplija tal-FEG, iżda jenfasizza l-ħtieġa li jkun emendat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-fond.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) B'konformità mal-Komunikazzjoni dwar "Baġit għall-Ewropa 2020", il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għandu jiġi estiz biex jiffaċilita l-adattament tal-bdiewa għall-qagħda ġdida tas-suq li tirriżulta minn ftehimiet kummerċjali internazzjonali fis-settur agrikolu u li twassal għal bidla jew aġġustament sinifikattiv fl-attivitajiet agrikoli tal-bdiewa affettwati, biex jgħinhom isiru strutturalment aktar kompetittivi jew biex jiffaċilita t-tranżizzjoni tagħhom għal attivtajiet li mhumiex agrikoli.

imħassar

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Biex tkun żgurata d-dimensjoni Ewropea tal-FEG, għandha tinbeda applikazzjoni għall-appoġġ tal-FEG meta l-għadd ta' sensji jilħaq livell minimu. Fi swieq tax-xogħol żgħar, bħal Stati Membri żgħar jew reġjuni rimoti, u f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jistgħu jittressqu applikazzjonijiet għal numru inqas ta' sensji. Rigward il-bdiewa, il-kriterji neċessarji għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni skont il-konsegwenzi ta' kull ftehim kummerċjali.

(6) Biex tkun żgurata d-dimensjoni Ewropea tal-FEG, għandha tinbeda applikazzjoni għall-appoġġ tal-FEG meta l-għadd ta' sensji jilħaq livell minimu. Fi swieq tax-xogħol żgħar, bħal Stati Membri żgħar jew reġjuni rimoti, u f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jistgħu jittressqu applikazzjonijiet għal numru inqas ta' sensji.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandu jkollhom aċċess indaqs għall-FEG ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg. Għalhekk, ħaddiema b'kuntratti ta’ terminu fiss u aġenti temporanji li ngħataw is-sensja kif ukoll is-sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema għal rashom li jwaqqfu l-attivitajiet tagħhom u bdiewa li jibdlu jew jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom għal sitwazzjoni ta' suq ġdid skont ftehimiet kummerċjali, għandhom jitqiesu bħala ħaddiema li ngħataw is-sensja għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(7) Il-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandu jkollhom aċċess indaqs għall-FEG ikun xi jkun it-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg. Għalhekk, ħaddiema b'kuntratti ta’ terminu fiss u aġenti temporanji li ngħataw is-sensja kif ukoll is-sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi żgħar li jħaddmu sa ħames impjegati u l-ħaddiema għal rashom u ħaddiema li jkunu jixtiequ jistabbilixxu impriża ġdida jew li jibdew jiġġestixxu impriża eżistenti biex jiġġeneraw sors ta’ dħul ġdid jew dawk li jwaqqfu l-attivitajiet tagħhom għandhom jitqiesu bħala ħaddiema li ngħataw is-sensja għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Rigward il-bdiewa, il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG għandu jinkludi benefiċjarji affettwati minn ftehimiet bilaterali konklużi mill-Unjoni skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew ftehimiet multilaterali konklużi fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ. Dan ikopri bdiewa li jibdlu jew jaġġustaw l-attivitajiet agrikoli preċedenti tagħhom fi żmien perjodu li jibda mit-tnedija ta' tali ftehimiet kummerċjali u li jintemm tliet snin wara l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom

imħassar

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-appoġġ mill-FEG għandu jiffoka fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol diretti lejn miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida fl-impjieg, jew ġewwa jew barra s-settur tal-attività inizjali tagħhom, inkluż is-settur agrikolu. Għalhekk l-inklużjoni ta’ allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandha tkun ristretta.

(9) Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom fl-ewwel lok jiffokaw fuq miżuri attivi tas-suq tax-xogħol immirati lejn ir-riintegrazzjoni rapida fl-impjieg tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja, jew ġewwa jew barra s-settur tal-attività inizjali tagħhom. Għalhekk l-inklużjoni ta’ allowances ta' flus f'pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati għandha tkun ristretta.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Meta jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni fl-impjieg jew f'attivitajiet ġodda ta' mill-inqas 50 % tal-ħaddiema fil-mira fi żmien 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni.

(10) Meta jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni fl-impjieg jew f'attivitajiet ġodda ta' mill-inqas 50 % tal-ħaddiema fil-mira fi żmien 12-il xahar minn meta jiġu allokati r-riżorsi.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG ma għandhomx jissostitwixxu l-miżuri ta' appoġġ li huma disponibbli għal ħaddiema li ngħataw is-sensja fi ħdan il-Fondi Strutturali tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni.

(12) F'konformità mal-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja soda, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG għandhom jissupplimentaw il-miżuri ta' appoġġ li huma disponibbli għal ħaddiema li ngħataw is-sensja fi ħdan il-Fondi Strutturali tal-Unjoni jew politiki jew programmi oħra tal-Unjoni.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Għandhom jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni fuq każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom. Barra minn hekk, għal aktar effiċjenza fil-komunikazzjoni mal-pubbliku ġenerali u għal sinerġija aħjar bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni magħmula bis-saħħa tal-inizzjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn huma relatati mal-iskopijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.

(13) B’qies tal-livell baxx ta’ kuxjenza dwar il-FEG fl-Istati Membri, għandhom jiġu inklużi dispożizzjonijiet speċjali għal attivitajiet ta tagħrif u promozzjoni dwar il-programm, u eżempji tal-aħjar prattiki u tar-riżultati tal-FEG. Barra minn hekk, għal aktar effiċjenza fil-komunikazzjoni mal-pubbliku ġenerali u għal sinerġija aħjar bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni magħmula bis-saħħa tal-inizzjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-azzjonijiet ta' komunikazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn huma relatati mal-iskopijiet ġenerali ta' dan ir-Regolament.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, in-nefqa għandha tkun eliġibbli jew mid-data li fiha Stat Membru iġarrab nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FEG jew mid-data li fiha Stat Membru jibda jipprovdi servizzi personalizzati jew, fil-każ ta' bdiewa, mid-data stipulata fl-Att tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(3).

(15) Sabiex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, in-nefqa għandha tkun eliġibbli jew mid-data li fiha Stat Membru iġarrab nefqa amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-FEG jew mid-data li fiha Stat Membru jibda jipprovdi servizzi personalizzati.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu matul l-aħħar xhur ta' kull sena, huwa neċessarju li jkun żgurat li tal-anqas kwart tal-ammont massimu annwali tal-FEG jibqa' disponibbli fl-1 ta' Settembru. Kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula waqt il-kumplament tas-sena għandhom jiġu allokati fid-dawl tal-limitu ġenerali stabbilit għall-appoġġ lill-bdiewa fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali.

(16) Sabiex jiġu koperti l-ħtiġijiet li jinqalgħu matul l-aħħar xhur ta' kull sena, huwa neċessarju li jkun żgurat li tal-anqas kwart tal-ammont massimu annwali tal-FEG jibqa' disponibbli fl-1 ta' Settembru.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-għan tal-FEG għandu jkun biex jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Unjoni billi jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà lejn ħaddiema li ħadu s-sensja kawża ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni, ftehimiet kummerċjali li jaffettwaw l-agrikoltura, jew kriżi mhux mistennija, u sabiex joffri appoġġ għar-riintegrazzjoni rapida tagħhom fl-impjieg, jew biex ibiddlu jew jaġġustaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom.

2. L-għan tal-FEG għandu jkun biex jikkontribwixxi għall-koeżjoni soċjali u territorjali, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fl-Unjoni billi jippermetti lill-Unjoni turi solidarjetà lejn ħaddiema li ħadu s-sensja kawża ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni jew kriżi mhux mistennija, u sabiex joffri appoġġ għar-riintegrazzjoni rapida tagħhom fl-impjieg.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat tal-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni, li jidher b'mod partikolari minn żieda sostanzjali fl-importazzjonijiet lejn l-Unjoni, mit-tnaqqis rapidu tas-sehem mis-suq tal-Unjoni f’settur partikolari jew minn delokalizzazzjoni ta' attivitajiet lejn pajjiżi terzi, fejn dawn is-sensji kellhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali;

(a) ħaddiema li ngħataw is-sensja b'riżultat tal-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali dinjin minħabba l-globalizzazzjoni, li jidher b'mod partikolari mit-tnaqqis rapidu tas-sehem mis-suq tal-Unjoni f’settur partikolari jew minn delokalizzazzjoni ta' attivitajiet lejn pajjiżi terzi, fejn dawn is-sensji kellhom impatt negattiv sinifikanti fuq l-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali;

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba tfixkil serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali kkawżat minn kriżi mhux mistennija, sakemm tista' tiġi stabbilita rabta diretta u li tista’ tintwera bejn is-sensji u dik il-kriżi;

(b) ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba tfixkil serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali kkawżat minn kriżi, sakemm tista' tiġi stabbilita rabta diretta u li tista’ tintwera bejn is-sensji u dik il-kriżi;

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ħaddiema li bidlu jew aġġustaw l-attivitajiet agrikoli preċedenti matul perjodu li jibda mit-tnedija tal-ftehim kummerċjali mill-Unjoni li fih miżuri ta' liberalizzazzjoni kummerċjali għas-settur agrikolu rilevanti u li jintemm tliet snin wara l-implimentazzjoni sħiħa ta' dawn il-miżuri u sakemm dawn il-miżuri kummerċjali jwasslu għal żieda sostanzjali f'importazzjonijiet tal-Unjoni ta' prodott jew prodotti agrikolu/i akkumpanjat minn tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet ta' tali prodotti f'livell ta' Unjoni, u fejn rilevanti, livell nazzjonali jew reġjonali.

imħassar

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) "ħaddiem" ifisser sid-ġestjonarju ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u l-ħaddiema għal rashom (inklużi l-bdiewa) u l-membri kollha tal-familja attivi fin-negozju, sakemm, jekk bdiewa, kienu diġà qed jipproduċu l-output affettwat mill-ftehim kummerċjali rilevanti qabel mal-miżuri relatati mas-settur partikolari ġew implimentati.

(d) "ħaddiem" ifisser sid-ġestjonarju ta' intrapriżi żgħar li jħaddmu sa ħames impjegati u l-ħaddiema għal rashom u l-ħaddiema li jkunu jixtiequ jistabbilixxu impriża ġdida jew li jibdew jiġġestixxu impriża eżistenti biex jiġġeneraw sors ta’ dħul ġdid, u l-membri kollha tal-familja attivi fin-negozju.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) mill-inqas 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja matul perjodu ta' erba' xhur f'intrapriża fi Stat Membru, inklużi l-ħaddiema li jitilfu l-impjieg tagħhom minħabba nuqqas ta' xogħol fil-fornituri tagħha jew fil-produtturi aktar 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni;

(a) mill-inqas 200 ħaddiem li ngħataw is-sensja matul perjodu ta' erba' xhur f'intrapriża fi Stat Membru, inklużi l-ħaddiema li jitilfu l-impjieg tagħhom minħabba nuqqas ta' xogħol fil-fornituri tagħha jew fil-produtturi aktar 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni;

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) mill-inqas 500 ħaddiem li ngħataw is-sensja matul perjodu ta’ disa’ xhur, partikolarment f'intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju, li joperaw f'settur ekonomiku wieħed definit fuq livell tad-diviżjoni NACE Rev 2 u lokalizzat f'reġjun wieħed jew żewġ reġjuni kontigwi definiti fil-livell NUTS II, jew f’aktar minn żewġ reġjuni kontigwi definiti fil-livell NUTS II sakemm aktar minn 500 ħaddiem jitilfu l-impjieg f'żewġ reġjuni kombinati.

(b) mill-inqas 200 ħaddiem li ngħataw is-sensja matul perjodu ta’ disa’ xhur, partikolarment f'intrapriżi żgħar jew ta' daqs medju, li joperaw f'settur ekonomiku wieħed definit fuq livell tad-diviżjoni NACE Rev 2 u lokalizzat f'reġjun wieħed jew żewġ reġjuni kontigwi fl-istess Stat Membru jew reġjun transkonfinali definiti fil-livell NUTS II, jew f’aktar minn żewġ reġjuni kontigwi definiti fil-livell NUTS II sakemm aktar minn 200 ħaddiem jitilfu l-impjieg f'żewġ reġjuni kombinati.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 − paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru li japplika, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu mill-FEG tista’ tiġi kkunsidrata ammissibbli wkoll jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ma jiġux sodisfatti kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjieg u l-ekonomija lokali. L-Istat Membru għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma jkunx sodisfatti kompletament.

2. Fi swieq tax-xogħol żgħar jew f’ċirkustanzi eċċezzjonali, b'mod partikolari fir-rigward ta' applikazzjonijiet kollettivi li jinvolvu l-SMEs, fejn tkun debitament motivata mill-Istat Membru li japplika, applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan l-Artikolu mill-FEG tista’ tiġi kkunsidrata ammissibbli wkoll jekk il-kriterji stabbiliti fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 1 ma jiġux sodisfatti kompletament, meta s-sensji jkollhom impatt serju fuq l-impjieg u l-ekonomija lokali. L-Istat Membru għandu jispeċifika liema mill-kriterji ta’ intervent stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ma jkunx sodisfatti kompletament.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Rigward il-bdiewa, meta, wara li jkun tnieda ftehim kummerċjali u abbażi tat-tagħrif, id-dejta u l-analiżi disponibbli għalih, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet għall-appoġġ skont l-Artikolu 2(c) huma probabbilment sodisfatti għal numru sinifikanti ta' bdiewa, hija għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 24 fejn tagħżel setturi jew prodotti fejn tiddefinixxi ż-żoni ġeografiċi affettwati, fejn huwa xieraq, tistipula ammont massimu għall-appoġġ potenzjali fuq livell tal-Unjoni, tistipula perjodi ta' referenza u kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għal bdiewa u dati ta' eliġibbiltà għan-nefqa kif ukoll tistabbilixxi data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u, jekk ikun meħtieġ, il-kontenut ta' dawn l-applikazzjonijiet skont l-Artikolu 8(2).

imħassar

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn sidien-ġestjonarji ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta’daqs medju u ħaddiema impjegati għal rashom jibdlu jew, fil-każ ta' bdiewa, jaġġustaw l-attivitajiet tagħhom, tali sitwazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala sensji għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

4. Fejn sidien-ġestjonarji ta' intrapriżi żgħar li jħaddmu sa ħames impjegati u ħaddiema impjegati għal rashom u ħaddiema li jkunu jixtiequ jistabbilixxu impriża ġdida jew jiġġestixxu impriża eżistenti, biex jibdlu jew jirriaġġustaw l-attivitajiet tagħhom, tali sitwazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati bħala sensji għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Għal sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju u għall-ħaddiema għal rashom (inklużi l-bdiewa), is-sensja għandha tingħadd jew mid-data ta' waqfien tal-attivitajiet ikkawżati minn kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2, u determinati skont il-liġi nazzjonali jew dispożizzjonijiet amministrattivi, jew mid-data speċifikata mill-Kummissjoni fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4(3).

(c) Għal sidien-ġestjonarji ta’ intrapriżi żgħar li jħaddmu sa ħames impjegati u għall-ħaddiema għal rashom u għall-ħaddiema li jkunu jixtiequ jistabbilixxu impriża ġdida jew li jibdew jiġġestixxu impriża eżistenti biex jiġġeneraw sors ta’ dħul ġdid, is-sensja għandha tingħadd jew mid-data ta' waqfien tal-attivitajiet ikkawżati minn kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2, u determinati skont il-liġi nazzjonali jew dispożizzjonijiet amministrattivi, jew mid-data speċifikata mill-Kummissjoni fl-att delegat adottat skont l-Artikolu 4(3).

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 6 - punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) bdiewa li bidlu jew aġġustaw l-attivitajiet agrikoli tagħhom wara t-tnedija mill-Unjoni tal-ftehim kummerċjali msemmi fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

imħassar

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati mfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema fil-mira li ngħataw is-sensja fl-impjieg jew f'impjieg indipendenti jew, fil-każ ta' bdiewa, biex ibiddlu jew jaġġustaw l-attivitajiet preċedenti tagħhom. Il-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati jista' partikolarment jinkludi:

Tista' tingħata kontribuzzjoni finanzjarja għal miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jagħmlu parti minn pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati mfassla biex jiffaċilitaw ir-riintegrazzjoni tal-ħaddiema fil-mira li ngħataw is-sensja fl-impjegar jew f'impjieg għal rashom. Il-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati jista' partikolarment jinkludi:

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għajnuna għat-tfittix ta' impjieg, gwida dwar ix-xogħol, servizzi konsultattivi, konsulenza, għajnuna għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, għajnuna għal impjieg indipendenti u gћall-ftuħ ta’ negozji jew għal tibdil jew aġġustament tal-attività (inklużi investimenti f’assi fiżiċi), attivitajiet ta' kooperazzjoni, taħriġ imfassal apposta u taħriġ mill-ġdid, inkluż ħiliet tat-teknoloġija tat-tagħrif u l-komunikazzjoni u ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba;

(a) għajnuna għat-tfittix ta' impjieg, gwida dwar ix-xogħol, servizzi konsultattivi, konsulenza, għajnuna għar-rikollokazzjoni, il-promozzjoni tal-intraprenditorija, għajnuna għal impjieg indipendenti u gћall-ftuħ ta’ negozji jew għal tibdil jew aġġustament tal-attività (inklużi investimenti f’assi fiżiċi), għajnuna għall-ħolqien ta’ mikroimpriżi, attivitajiet ta' kooperazzjoni, taħriġ imfassal apposta u taħriġ mill-ġdid, inkluż ħiliet tat-teknoloġija tat-tagħrif u l-komunikazzjoni u ċertifikazzjoni tal-esperjenza miksuba;

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ ta' min iħaddem, allowances għall-mobbiltà, sussidji jew allowances għat-taħriġ (inklużi allowances għal carers jew servizzi ta' għajnuna azjendali), li kollha huma limitati sakemm idum dokumentat tiftix attiv għax-xogħol jew attivitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja jew ta' taħriġ;

(b) miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ ta' min iħaddem, allowances għall-mobbiltà, sussidji jew allowances għat-taħriġ (inklużi allowances għal carers), li kollha huma limitati sakemm idum dokumentat tiftix attiv għax-xogħol jew attivitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja jew ta' taħriġ;

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) analiżi rraġunata tar-rabta bejn is-sensji u t-tibdil strutturali prinċipali fix-xejriet tal-kummerċ dinji, jew it-taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi għal għarrieda u mhux mistennija, jew il-qagħda l-ġdida tas-suq fis-settur agrikolu fl-Istat Membru u li tirriżulta mill-effetti tal-ftehim kummerċjali inizjalat mill-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu XXIV tal-GATT jew minn ftehim multilaterali inizjalat fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, skont l-Artikolu 2(c). Din l-analiżi għandha tkun imsejsa fuq statistika u tagħrif ieħor fil-livell l-aktar xieraq biex turi jekk il-kriterji ta’ intervent stipulati fl-Artikolu 4 intlaħqux jew le;

(a) analiżi rraġunata tar-rabta bejn is-sensji u t-tibdil strutturali prinċipali fix-xejriet tal-kummerċ dinji, jew it-taqlib serju fl-ekonomija lokali, reġjonali jew nazzjonali ikkawżat minn kriżi mhux mistennija Din l-analiżi għandha tkun imsejsa fuq statistika u tagħrif ieħor fil-livell l-aktar xieraq biex turi jekk il-kriterji ta’ intervent stipulati fl-Artikolu 4 intlaħqux jew le;

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) fejn l-impriża tkompli bl-attivitajiet tagħha wara li tagħti s-sensji, spjegazzjoni dettaljata dwar l-obbligi legali li tinsab fihom u l-miżuri li ħadet biex tieħu ħsieb il-ħaddiema li ngħataw is-sensja;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) il-proċeduri li ttieħdu għall-konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali jew organizzazzjonijiet rilevanti kif applikabbli;

(g) il-proċeduri li ttieħdu għall-konsultazzjoni mal-ħaddiema konċernati jew ir-rappreżentanti tagħhom, l-imsieħba soċjali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jew organizzazzjonijiet rilevanti oħra kif applikabbli;

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) l-ismijiet tal-aġenziji li jwettqu l-pakkett ta’ miżuri fl-Istat Membru;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ia) informazzjoni dwar jekk l-impriża bbenefikatx minn finanzjament preċedenti mill-Fondi ta’ Koeżjoni jew mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni jew fondi miksuba indirettament minn Programmi ta’ Għajnuna tal-Unjoni permezz ta’ finanzjament għal infrastruttura u proġetti relatati mal-attivitajiet tal-impriża jew tal-ħaddiema tagħha fl-għaxar snin preċedenti;

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-għajnuna għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tikkomplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

1. L-għajnuna għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja għandha tikkomplimenta u mhux tissostitwixxi l-azzjonijiet tal-Istati Membri fuq livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tipprovdi solidarjetà u appoġġ għal ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja. L-attivitajiet appoġġati mill-FEG għandhom ikunu konformi mal-liġi nazzjonali u tal-Ewropa, inklużi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat.

2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex tipprovdi solidarjetà u appoġġ għal ħaddiema individwali li ngħataw is-sensja. L-attivitajiet appoġġati mill-FEG għandhom ikunu konformi mal-liġi nazzjonali u tal-Ewropa, inklużi r-regoli dwar għajnuna mill-Istat u m’għandhomx jissostitwixxu azzjonijiet li huma responsabbli għalihom l-Istati Membri jew l-impriżi.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li d-dritt għall-benefiċċju mill-FEG m’għandux jinfluwenza l-eliġibilità għal benefiċċju fl-ambitu ta’ xi fond ieħor tal-Unjoni.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-għajnuna teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-provvista ta’ tagħrif u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi wkoll tagħrif dwar l-użu tal-FEG lill-imsieħba soċjali Ewropej u nazzjonali.

4. L-għajnuna teknika tal-Kummissjoni għandha tinkludi l-provvista ta’ tagħrif u gwida għall-Istati Membri għall-użu, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-FEG. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll linji gwida ċari dwar l-użu tal-FEG lill-imsieħba soċjali Ewropej u nazzjonali u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 12 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni dwar każijiet tal-FEG u r-riżultati tagħhom.

3. Il-Kummissjoni għandha timplimenta attivitajiet ta' tagħrif u komunikazzjoni sabiex tiżgura li l-pajjiżi, ir-reġjuni u s-setturi tal-impjiegi kollha fl-Unjoni jkunu konxji minn dawn il-possibilitajiet u għandhom jirrappurtaw annwalment dwar l-użu tal-fond, fuq il-bażi ta' kull pajjiż u ta' kull settur individwali.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8(3), b’mod partikolari wara li tikkunsidra l-għadd ta’ ħaddiema fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, jekk teżisti, li jista’ jsir fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammont ma għandux jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż totali stmati msemmija fl-Artikolu 8(2) jew il-65 % ta' dawn l-ispejjeż f'każ ta' applikazzjonijiet imressqa minn Stat Membru li fit-territorju tiegħu għandu tal-anqas reġjun wieħed f'livell NUTS II li huwa eliġibbli skont l-objettiv ta' "Konverġenza" tal-Fondi Strutturali. F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kofinanzjament ta' 65 % huwiex ġustifikat.

1. Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 8(3), b’mod partikolari wara li tikkunsidra l-għadd ta’ ħaddiema fil-mira, l-azzjonijiet proposti u l-istima tal-ispejjeż, tevalwa u tipproponi mill-aktar fis l-ammont ta’ kontribuzzjoni finanzjarja, jekk teżisti, li jista’ jsir fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli. L-ammont ma għandux jaqbeż il-50 % tal-ispejjeż totali stmati msemmija fl-Artikolu 8(2) jew il-65 % ta' dawn l-ispejjeż f'każ ta' applikazzjonijiet imressqa minn Stat Membru li fit-territorju tiegħu għandu tal-anqas reġjun wieħed f'livell NUTS II li huwa eliġibbli skont l-objettiv ta' "Konverġenza" tal-Fondi Strutturali. F'każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk il-kofinanzjament ta' 65 % huwiex ġustifikat, billi tqis l-indikaturi tas-sitwazzjoni soċjali u tal-impjiegi, bħad-dħul disponibbli aġġustat wara t-trasferimenti soċjali.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 13 − paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn, abbażi tal-valutazzjoni li tkun saret skont l-Artikolu 8(3), il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja ma ntlaħqux, għandha tinnotifika minnufih lill-Istat Membru kkonċernat.

3. Fejn, abbażi tal-valutazzjoni li tkun saret skont l-Artikolu 8(3), il-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja ma ntlaħqux, għandha tinnotifika lill-Istat Membru kkonċernat immedjatament.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mid-dati stabbiliti fl-Artikolu 8(2)(h) li fihom l-Istat Membru jibda s-servizzi personalizzati għall-ħaddiema fil-mira jew in-nefqa amministrattiva sabiex ikun implimentat il-FEG f’konformità mal-Artikolu 7(1) u (3) rispettivament. Fil-każ tal-bdiewa, in-nefqa għandha tkun eliġibbli għall-kontribuzzjoni mid-data stipulata fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

1. In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mid-dati stabbiliti fl-Artikolu 8(2)(h) li fihom l-Istat Membru jibda s-servizzi personalizzati għall-ħaddiema fil-mira jew in-nefqa amministrattiva sabiex ikun implimentat il-FEG f’konformità mal-Artikolu 7(1) u (3) rispettivament.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-1 ta’ Awwissu ta’ kull sentejn, u għall-ewwel darba fl-2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet imwettqa taħt dan ir-Regolament u r-Regolament 1927/2015 matul is-sentejn ta’qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati milħuqa mill-FEG u għandu jinkludi b'mod partikolari tagħrif li għandu x'jaqsam mal-applikazzjonijiet imressqa, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-azzjonijiet iffinanzjati inkluża l-komplimentarjetà tagħhom mal-azzjonijiet iffinanzjati minn Fondi oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li saru. Għandu jiddokumenta wkoll dawk it-talbiet li jkunu ġew miċħuda jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet suffiċjenti jew minħabba nuqqas ta' eliġibbiltà.

1. Sal-1 ta’ Awwissu ta’ kull sentejn, u għall-ewwel darba fl-2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet imwettqa taħt dan ir-Regolament u r-Regolament 1927/2015 matul is-sentejn ta’qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati milħuqa mill-FEG u għandu jinkludi b’mod partikulari tagħrif li għandu xjaqsam mal-applikazzjonijiet imressqa, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-azzjonijiet iffinanzjati inkluża l-komplimentarjetà tagħhom mal-azzjonijiet iffinanzjati minn Fondi oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li saru. Għandu jiddokumenta wkoll dawk it-talbiet li jkunu ġew miċħuda jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet suffiċjenti jew minħabba nuqqas ta' eliġibbiltà.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Dawn il-valutazzjonijiet għandhom jinkludu ċ-ċifri li juru l-għadd ta' applikazzjonijiet u għandhom ikopru r-rendiment tal-programmi għal kull pajjiż u għal kull settur, sabiex jevalwaw jekk il-FEG hux qed jilħaq il-benefiċjarji fil-mira.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 23

imħassar

Ġestjoni finanzjarja u appoġġ lill-bdiewa

B'deroga mill-Artikoli 21 u 22, l-appoġġ għall-bdiewa għandu jkun ġestit u kkontrollat skont ir-Regolament (KE) Nru … dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ ta' politika agrikola komuni.

IL-PROĊEDURA

Titlu

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 - 2020)

Referenzi

COM(2011)0608 – C7-0319/2011 – 2011/0269(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

25.10.2011

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

25.10.2011

Relatur

Data tal-ħatra

Jens Geier

23.11.2011

Eżami fil-kumitat

26.4.2012

Data tal-adozzjoni

21.6.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Catherine Bearder, Jean-Paul Besset, Victor Boştinaru, John Bufton, Alain Cadec, Salvatore Caronna, Nikos Chrysogelos, Ryszard Czarnecki, Francesco De Angelis, Rosa Estaràs Ferragut, Brice Hortefeux, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Miroslav Mikolášik, Lambert van Nistelrooij, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Markus Pieper, Monika Smolková, Ewald Stadler, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Antonello Antinoro, Cornelia Ernst, Pat the Cope Gallagher, Jens Geier, Lena Kolarska-Bobińska, James Nicholson, Ivari Padar, Vilja Savisaar-Toomast, Elisabeth Schroedter, Czesław Adam Siekierski, Patrice Tirolien

  • [1]             ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI (7.6.2012)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew ta’Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 - 2020)
(COM(2011)0608 – C7‑0319/2011 – 2011/0269(COD))

Rapporteur: Vilija Blinkevičiūtė

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Rispett għall-ugwaljanza bejn is-sessi tul l-Istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-valuri ewlenin tal-Unjoni, b'enfasi fuq il-bżonn li jiġu promossi politiki ta' ugwaljanza bejn is-sessi sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni u l-kontribuzzjoni tal-forza tax-xogħol fit-tkabbir u fil-koeżjoni soċjali. L-inizjattivi ewlenija tagħha 'Aġenda għal Ħiliet u Impjiegi ġodda' tinnota li l-Istati Membri għandhom jippromwovu forom ġodda ta' bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol u l-ugwaljanza bejn is-sessi. Barra minn hekk, fl-2010 l-Kummissjoni adottat strateġija għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Ewropa bil-għan, partikolarment, li tutilizza aħjar il-potenzjal tan-nisa u b’hekk tikkontribwixxi għall-miri ekonomiċi u soċjali ġenerali tal-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) L-effett detrimentali tat-telf tal-impjiegi huwa aggravat għal ċerti gruppi li jsibu l-integrazzjoni mill-ġdid fis-suq tax-xogħol aktar diffiċli, partikolarment għall-ħaddiema nisa li għandhom livell baxx ta’ ħiliet jew li ma għandhom ebda ħila, l-ommijiet waħedhom u n-nisa b'responsabbiltajiet ta' kura tal-oħrajn. Il-kriżi finanzjarja u ekonomika u l-impatt tagħha fuq il-finanzjament imnaqqas għas-settur pubbliku min-naħa tagħha wasslet għal iktar telf ta' impjiegi u għal insigurtà ulterjuri għal miljuni ta' nisa, partikolarment dawk b'kuntratti temporanji jew part-time u dawk impjegati f'xogħol staġjonali. L-aċċess ugwali għall-FEG, għalhekk, għandu japplika għall-kuntratti kollha tax-xogħol.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a) Bi qbil mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet, iffinanzjata mill-kontribut tal-EGF għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, barra minn hekk tkun tqis ukoll il-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2011-2020.

Implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa għandha tinkludi data u indikaturi skont is-sess, objettivi u kriterji relatati mal-ugwaljanza bejn is-sessi, filwaqt li jiġu involuti korpi tal-ugwaljanza bejn is-sessi f'bosta stadji tal-implimentazzjoni, b'mod partikolari fl-ippjanar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a) Sabiex tiġi protetta d-dimensjoni tal-ġeneri tal-FEG, għandha tingħata attenzjoni speċjali lin-nisa li huma mġiegħla jaċċettaw impjiegi każwali, part-time u temporanji minħabba l-għadd kbir ta’ waqfiet li jkollhom jagħmlu għal raġunijiet ta' maternità u biex jieħdu ħsieb it-tfal u l-membri anzjani tal-familja.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Meta jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni fl-impjig jew f'attivitajiet ġodda ta' mill-inqas 50 % tal-ħaddiema fil-mira fi żmien 12-il xahar mid-data tal-applikazzjoni.

(10) Meta jistabbilixxu l-pakkett koordinat tal-miżuri ta' politika attiva tas-suq tax-xogħol l-Istati Membri għandhom jiffavorixxu miżuri li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-impjegabbiltà tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja. L-Istati Membri għandhom iħabirku għar-riintegrazzjoni fl-impjieg jew f'attivitajiet ġodda ta' mill-inqas 50 % tal-ħaddiema speċifikati fi żmien 12-il xahar minn meta dawn jirċievu l-għajnuna.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet li jgawdu minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond skont l-Artikolu 2(a) u (b) għandu jkollhom l-iskop li jiżguraw li minimu ta' 50 % tal-ħaddiema li qed jipparteċipaw f'dawn l-azzjonijiet isibu impjieg sod fi żmien sena mid-data tal-applikazzjoni.

Azzjonijiet li jgawdu minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond skont l-Artikolu 2(a) u (b) għandu jkollhom l-iskop li jiżguraw li minimu ta' 50 % tal-ħaddiema li qed jipparteċipaw f'dawn l-azzjonijiet isibu impjieg sod fi żmien sena minn meta dawn jirċievu l-għajnuna.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(- a) 'il-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa' jfisser li m'għandux ikun hemm diskriminazzjoni tal-ebda tip abbażi tas-sess tal-persuna fil-bosta stadji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, b'mod partikolari fl-għażla tal-gruppi mira, it-twaqqif tal-kriterji, indikaturi u benefiċjarji;

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ ta' min iħaddem, allowances għall-mobbiltà, sussidji jew allowances għat-taħriġ (inklużi allowances għal carers jew servizzi ta' għajnuna azjendali), li kollha huma limitati sakemm idum dokumentat tiftix attiv għax-xogħol jew attivitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja jew ta' taħriġ;

(b) miżuri speċjali b'limitu ta' żmien, bħal allowances għat-tfittix ta' impjieg, inċentivi għar-reklutaġġ ta' min iħaddem, allowances għall-mobbiltà, sussidji jew allowances għat-taħriġ (inklużi allowances għal kura tat-tfal u kura ta' persuni oħra dipendenti jew servizzi ta' għajnuna azjendali), li kollha huma limitati sakemm idum dokumentat tiftix attiv għax-xogħol jew attivitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja jew ta' taħriġ;

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) miżuri li jistimulaw, b’mod partikulari lill-ħaddiema żvantaġġati jew imdaħħla fiż-żmien biex jibqgħu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol.

(c) miżuri li jistimulaw b’mod partikulari lill-ħaddiema żvantaġġati u lil dawk li jinsabu f'riskju ogħla tal-faqar, bħan-nisa – speċjalment l-ommijiet waħedhom – jew ħaddiema mdaħħla fiż-żmien biex jibqgħu jew jerġgħu jidħlu fis-suq tax-xogħol.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) miżuri finanzjarji, pereżempju strumenti bħall-mikrokreditu, biex jappoġġaw ħaddiema li jinsabu f'kundizzjoni partikolarment vulnerabbli, bħalma huma l-persuni b'diżabilità, l-ommijiet waħedhom u l-anzjani.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispejjeż tal-miżuri taħt (b) ma għandhomx jaqbżu l-50 % tal-ispejjeż totali tal-pakkett koordinat ta’ servizzi personalizzati elenkati f'dan il-paragrafu.

imħassar

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-identifikazzjoni, fejn huwa applikabbli, tal-intrapriżi li keċċew lill-impjegati, il-fornituri jew il-produtturi aktar 'l isfel fil-katina tal-produzzjoni, is-setturi, u l-kategoriji ta’ ħaddiema fil-mira;

(c) l-identifikazzjoni, fejn huwa applikabbli, tal-intrapriżi li keċċew lill-impjegati, il-fornituri jew il-produtturi aktar 'l isfel fil-katina tal-produzzjoni, is-setturi, u l-kategoriji ta’ ħaddiema fil-mira bl-użu ta' data segregata skont il-ġeneru;

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi tiġi promossa matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu passi xierqa sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni msejsa fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età, orjentazzjoni sesswali u t-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg fl-aċċess għal u matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-appoġġ.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom japplikaw il-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, li jfisser li m'għandhom jittolleraw l-ebda diskriminazzjoni abbażi tas-sess tal-persuna, u għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi tiġi promossa matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, b'mod partikolari fl-għażla tal-gruppi mira, it-twaqqif ta' kriterji, indikaturi u benefiċjarji.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu passi xierqa sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni msejsa fuq sess, oriġini razzjali jew etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età, orjentazzjoni sesswali u t-tip ta' kuntratt ta' impjieg jew relazzjoni ta' impjieg fl-aċċess għal u matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-appoġġ.

Fl-applikazzjoni għar-riżorsi mill-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni u fl-użu tagħhom, l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw partikolarment lill-gruppi iktar vulnerabbli fis-soċjetà, inklużi n-nisa, li fil-każ tagħhom id-differenza fil-pagi skont il-ġeneru tolqot ukoll lill-ammont tal-beneffiċċji mill-assigurazzjoni tal-impjieg, filwaqt li l-qgħad għal żmien twil ikompli jnaqqas il-pensjonijiet.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mid-dati stabbiliti fl-Artikolu 8(2)(h) li fihom l-Istat Membru jibda s-servizzi personalizzati għall-ħaddiema fil-mira jew in-nefqa amministrattiva sabiex ikun implimentat il-FEG f’konformità mal-Artikolu 7(1) u (3) rispettivament. Fil-każ tal-bdiewa, in-nefqa għandha tkun eliġibbli għall-kontribuzzjoni mid-data stipulata fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mid-dati stabbiliti fl-Artikolu 8(2)(f) li fihom l-Istat Membru jibda s-servizzi personalizzati għall-ħaddiema fil-mira jew in-nefqa amministrattiva sabiex ikun implimentat il-FEG f’konformità mal-Artikolu 7(1) u (3) rispettivament. Fil-każ tal-bdiewa, in-nefqa għandha tkun eliġibbli għall-kontribuzzjoni mid-data stipulata fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3).

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn 15-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 8(1) jew mid-data stipulata fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3), l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport interim lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż il-finanzjament, iż-żmien u t-tip ta' azzjonijiet diġà meħuda u dwar ir-rata ta' riintegrazzjoni lura fl-impjieg jew l-attivitajiet ġodda miksuba 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni.

Mhux aktar tard minn 15-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni skont l-Artikolu 8(1) jew mid-data stipulata fl-att delegat meħud skont l-Artikolu 4(3), l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport interim lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja, inkluż il-finanzjament, iż-żmien u t-tip ta' azzjonijiet diġà meħuda u dwar ir-rata ta' riintegrazzjoni lura fl-impjieg, b'referenza partikolari għad-dimensjoni tal-ġeneru, jew l-attivitajiet ġodda miksuba 12-il xahar wara d-data tal-applikazzjoni.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) deskrizzjonji tal-azzjonijiet meħuda u ppjanati mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, Fondi tal-Unjoni, imsieħba soċjali u intrapriżi, inkluża stima ta' kif dawn jikkontribwixxu għar-riintegrazzjoni tal-ħaddiema lura fl-impjieg jew f'attivitajiet ġodda.

(b) deskrizzjonji tal-azzjonijiet meħuda u ppjanati mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali, Fondi tal-Unjoni, imsieħba soċjali u intrapriżi, inkluża stima ta' kif dawn jikkontribwixxu għar-riintegrazzjoni tal-ħaddiema lura fl-impjieg jew f'attivitajiet ġodda u għall-prinċipju tat-trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Meta jkun possibbli, għandha tiġi segregata (maqsuma) data skont is-sess.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-1 ta’ Awwissu ta’ kull sentejn, u għall-ewwel darba fl-2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet skont dan ir-Regolament u r-Regolament 1927/2015 matul is-sentejn ta’qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati milħuqa mill-FEG u għandu jinkludi b'mod partikolari tagħrif li għandu x'jaqsam mal-applikazzjonijiet imressqa, mad-deċiżjonijiet adottati, mal-azzjonijiet iffinanzjati inkluża l-komplimentarjetà tagħhom mal-azzjonijiet iffinanzjati minn Fondi oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li saru. Għandu jiddokumenta wkoll dawk it-talbiet li jkunu ġew miċħuda jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' biżżejjed approprjazzjonijiet jew minħabba nuqqas ta' eliġibbiltà.

1. Sal-1 ta’ Awwissu ta’ kull sentejn, u għall-ewwel darba fl-2015, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet skont dan ir-Regolament u r-Regolament 1927/2015 matul is-sentejn ta’qabel. Ir-rapport għandu jiffoka prinċipalment fuq ir-riżultati milħuqa mill-FEG u għandu jinkludi b'mod partikolari tagħrif li għandu x'jaqsam mal-applikazzjonijiet imressqa, mad-deċiżjonijiet adottati u mal-azzjonijiet iffinanzjati, kif ukoll tagħrif dwar l-attivitajiet għall-ilħiq tal-objettiv tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, informazzjoni u statistika dwar ir-rata ta' riintegrazzjoni għall-ħaddiema, b'referenza partikolari għall-kategoriji iktar vulnerabbli bħalma huma n-nisa u l-anzjani, u mal-għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li saru. F'dan ir-rigward, ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni tal-komplimentarjetà ta' dawn l-azzjonijiet u attivitajiet mal-azzjonijiet iffinanzjati minn Fondi oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (FSE), u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). Għandu jiddokumenta wkoll dawk it-talbiet li jkunu ġew miċħuda jew imnaqqsa minħabba nuqqas ta' biżżejjed approprjazzjonijiet jew minħabba nuqqas ta' eliġibbiltà. Id-data kollha fir-rapport, meta jkun possibbli, għandha tkun segregata (maqsuma) skont is-sess.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) evalwazzjoni ex-post, sal-31 ta' Diċembru 2022 bl-għajnuna ta' esperti esterni, sabiex jiġi mkejjel l-impatt tal-FEG u l-valur miżjud tiegħu.

(b) evalwazzjoni ex-post, sal-31 ta' Diċembru 2022 bl-għajnuna ta' esperti esterni, inklużi esperti tal-ugwaljanza bejn is-sessi, sabiex jiġi mkejjel l-impatt tal-FEG u l-valur miżjud tiegħu.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) li jivverifikaw li l-arranġamenti ta' mmaniġġjar u kontroll ġew stabbiliti u qed ikunu implimentati b'tali mod li jassiguraw li l-fondi tal-Unjoni qed ikunu użati b'mod effiċjenti u korrett, b'konformità mal-prinċipji ta' mmaniġġjar finanzjarju sod;

(a) li jivverifikaw li l-arranġamenti ta' mmaniġġjar u kontroll ġew stabbiliti u qed ikunu implimentati b'tali mod li jassiguraw li l-fondi tal-Unjoni qed ikunu użati b'mod effiċjenti u korrett, b'konformità mal-prinċipji ta' mmaniġġjar finanzjarju sod u ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa;

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Filwaqt li jwettqu kontroll ta' ġestjoni u finanzjarju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi ta' monitoraġġ jinkludu esperti tal-ugwaljanza bejn is-sessi.

PROĊEDURA

Titolu

European Globalisation Adjustment Fund (2014 - 2020)

Referenzi

COM(2011)0608 – C7-0319/2011 – 2011/0269(COD)

Kumitat(i) responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

25.10.2011

Opinjoni mogħtija minn

  Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

25.10.2011

Rapporteur għal opinjoni

  Data tal-ħatra

Vilija Blinkevičiūtė

22.11.2011

Eżami fil-kumitat

27.3.2012

30.5.2012

Data tal-adozzjoni

30.5.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Andrea Češková, Iratxe García Pérez, Mikael Gustafsson, Mary Honeyball, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Astrid Lulling, Elisabeth Morin-Chartier, Siiri Oviir, Antonyia Parvanova, Joanna Senyszyn, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Britta Thomsen, Angelika Werthmann, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Vilija Blinkevičiūtė, Franziska Katharina Brantner, Minodora Cliveti, Mojca Kleva, Ana Miranda, Norica Nicolai, Antigoni Papadopoulou

PROĊEDURA

Titolu

Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014 - 2020)

Referenzi

COM(2011)0608 – C7-0319/2011 – 2011/0269(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

6.10.2011

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

25.10.2011

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

25.10.2011

BUDG

25.10.2011

CONT

25.10.2011

ITRE

25.10.2011

REGI

25.10.2011

AGRI

25.10.2011

FEMM

25.10.2011

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

10.11.2011

Kumitat(i) assoċjat(i)

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

13.9.2012

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Marian Harkin

27.10.2011

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

27.11.2012

Eżami fil-kumitat

1.3.2012

26.3.2012

20.6.2012

6.9.2012

8.10.2012

Data tal-adozzjoni

6.11.2012

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Jean-Luc Bennahmias, Pervenche Berès, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Marije Cornelissen, Emer Costello, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Martin Kastler, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Csaba Őry, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Andrea Zanoni, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Riikka Manner, Csaba Sógor

Data tat-tressiq

7.1.2013