ABBOZZ TA’ RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku

11.1.2013 - (COM(2011)0896 – C7‑0006/2012 – 2011/0438(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumaturi
Rapporteur: Marc Tarabella


Proċedura : 2011/0438(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0007/2013
Testi mressqa :
A7-0007/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku

(COM(2011)0896 – C7‑0006/2012 – 2011/0438(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0896),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62 u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0006/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati sottomessi, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-House of Commons tar-Renju Unit u mill-Parlament Svediż li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' Ottubru 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Ottubru 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7‑0007/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn jew f’isem l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandu jkun konformi mal-prinċipji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jingħataw servizzi kif ukoll mal-prinċipji li jitnisslu minnhom, bħat-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza. Madankollu, għal kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu valur, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet li jikkoordinaw il-proċeduri ta’ akkwist nazzjonali sabiex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji jingħataw effett prattiku u li l-akkwist pubbliku jkun miftuħ għall-kompetizzjoni.

(1) L-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn jew f’isem l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandu jkun konformi mal-prinċipji tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Tratatt dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari mal-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jingħataw servizzi kif ukoll mal-prinċipji li jitnisslu minnhom, bħat-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-promozzjoni tal-proporzjonalità u t-trasparenza u l-ġestjoni effiċjenti tal-fondi pubbliċi, u bid-distribuzzjoni tal-kompetenzi kif stabbiliti fl-Artikolu 14 tat-TFUE u fil-Protokoll (Nru 26) dwar is-Servizzi ta' Interess Ġenerali. Ir-regolamentazzjoni Ewropea dwar l-akkwist pubbliku għandha tirrispetta d-diskrezzjoni wiesgħa tal-awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom tas-servizz pubbliku. Madankollu, għal kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu valur, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet li jikkoordinaw il-proċeduri ta’ akkwist nazzjonali sabiex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji jingħataw effett prattiku u li l-akkwist pubbliku jkun miftuħ għall-kompetizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Adattament għad-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-Trattat ta' Lisbona.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-awtoritajiet kontraenti għandhom dejjem jikkunsidraw bir-reqqa l-impatt ekonomiku ta’ rekwiżit partikolari fuq l-atturi ekonomiċi qabel ma jagħżlu li jużaw dan ir-rekwiżit fl-avviż tal-kuntratt. Rekwiżiti eżiġenti żżejjed se jżidu l-ispejjeż ta’ tranżazzjoni u jistgħu jkunu wkoll ostaklu għall-involviment speċjalment ta’ impriżi żgħar u medji fl-akkwist pubbliku.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali [l-posta] u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi iridu jiġu reveduti u modernizzati sabiex titjieb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, billi tiġi faċilitata b’mod partikolari l-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji fl-akkwisti pubbliċi u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b’appoġġ għall-miri soċjetali komuni. Hemm bżonn li jiġu ċċarati ideat u kunċett bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza legali aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali [il-posta] u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi jridu jiġu reveduti u modernizzati sabiex titjieb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, jiġi żgurat l-aħjar valur għall-flus, billi jiġu ffaċilitati l-aċċess ugwali u l-parteċipazzjoni ġusta ta’ impriżi żgħar u medji u nies tas-sengħa fl-akkwisti pubbliċi, kemm fil-livell lokali kif ukoll madwar l-UE kollha, u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b’appoġġ għall-produzzjoni u l-konsum sostenibbli. Hemm bżonn li jiġu ċċarati ideat u kunċett bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza legali aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Huwa xieraq ukoll li jiġi mfakkar li din id-Direttiva la għandha taffettwa l-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri u lanqas m'għandha tinvolvi l-liberalizzazzjoni tas-servizzi ta' interess ġenerali, jew il-privatizzazzjoni tal-entitajiet pubbliċi li jipprovdu servizzi. Għandu jitfakkar bl-istess mod li l-Istati Membri huma ħielsa li jorganizzaw il-provvista ta' servizzi soċjali obbligatorji jew ta' servizzi oħrajn bħas-servizzi tal-posta jew bħala servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jew bħala servizzi mhux ekonomiċi ta' interess ġenerali jew bħala taħlita tat-tnejn. Huwa xieraq li jiġi ċċarat li s-servizzi mhux eknomiċi ta' interess ġenerali m'għandhomx jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Barra minn hekk, inħolqot il-ħtieġa li jiġi ċċarat x’għandu jinftiehem bħala akkwist uniku, bl-effett li l-valur aggregat tal-kuntratti kollha konklużi għall-finijiet ta’ dan l-akkwist għandu jitqies fir-rigward tal-limiti stabbiliti ta’ din id-direttiva, filwaqt li l-akkwist għandu jiġi riklamat bħala entità sħiħa, possibbilment maqsum f’lottijiet. Il-kunċett ta’ akkwist uniku jinkludi l-provvisti, x-xogħlijiet u s-servizzi meħtieġa biex jitwettaq proġett partikolari, pereżempju proġett ta’ xogħlijiet jew ix-xogħlijiet, il-provvisti u/jew is-servizzi sħaħ. L-indikazzjonijiet għall-eżistenza ta’ proġett wieħed jistgħu pereżempju jikkonsistu fit-tfassil u l-ippjanar ġenerali minn qabel u l-ħolqien mill-awtorità kontraenti, il-fatt li l-elementi differenti mixtrija jaqdu funzjoni ekonomika u teknika waħda jew li jkunu loġikament marbutin ma’ xulxin u mwettqa f’perjodu qasir ta’ żmien.

(4) Barra minn hekk, inħolqot il-ħtieġa li jiġi ċċarat x’għandu jinftiehem bħala akkwist uniku, bl-effett li l-valur aggregat tal-kuntratti kollha konklużi għall-finijiet ta’ dan l-akkwist għandu jitqies fir-rigward tal-limiti stabbiliti ta’ din id-direttiva, filwaqt li l-akkwist għandu jiġi riklamat bħala entità sħiħa, possibbilment maqsum f’lottijiet. Il-kunċett ta’ akkwist uniku jinkludi l-provvisti, x-xogħlijiet u s-servizzi meħtieġa biex jitwettaq proġett partikolari, pereżempju proġett ta’ xogħlijiet jew ix-xogħlijiet, il-provvisti u/jew is-servizzi sħaħ.

Ġustifikazzjoni

Dan il-kunċett huwa vag wisq u ma joħloq ebda sigurtà legali u jmur kontra l-idea tal-qsim ta’ kuntratti f’lottijiet.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Skont l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, b’mod partikolari bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli. Din id-Direttiva tiċċara kif l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tiżgura li dawn ikunu jistgħu jiksbu l-aħjar valur għall-flus għall-kuntratti tagħhom.

(5) Din id-Direttiva tiċċara kif l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tiżgura li dawn ikunu jistgħu jiksbu l-aħjar valur għall-flus għall-kuntratti tagħhom.

Ġustifikazzjoni

It-test tal-Kummissjoni jista’ jiġi ssimplifikat.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Minkejja li ma jwasslux neċessarjament għal aġir korrott, il-kunflitti ta’ interess attwali, potenzjali jew perċeputi għandhom potenzjal għoli li jinfluwenzaw ħażin id-deċiżjonijiet dwar l-akkwist pubbliku bl-effett ta’ tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u ta’ theddid fit-trattament ugwali tal-offerenti. Għaldaqstant, għandhom ikunu stabbiliti mekkaniżmi effettivi biex il-kunflitti ta’ interess jiġu pprevenuti, identifikati u rimedjati.

(6) Minkejja li ma jwasslux neċessarjament għal aġir korrott, il-kunflitti ta’ interess attwali, potenzjali jew perċeputi għandhom potenzjal għoli li jinfluwenzaw ħażin id-deċiżjonijiet dwar l-akkwist pubbliku bl-effett ta’ tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u ta’ theddid fit-trattament ugwali tal-offerenti. Għaldaqstant, għandhom ikunu stabbiliti mekkaniżmi effettivi biex il-kunflitti ta’ interess jiġu pprevenuti, identifikati u rimedjati. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni effiċjenti tal-'whistleblowers', l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe membru tal-persunal li jirrapporta kunflitti ta' interess mhux divulgati b'bona fede jkun protett mir-ritaljazzjoni, il-fastidju jew azzjonijiet inġurjużi. F'dan il-kuntest, ritaljazzjoni tfisser kull azzjoni diretta jew indiretta ta' ħsara rakkomandata, mhedda jew meħuda kontra individwu minħabba azzjoni bħal din.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jimplimentaw sistema ta' whistleblowing li tiffunzjona sew biex jiżguraw li dawn id-dispożizzjonijiet iħallu impatt.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Ir-riżultati tal-Evalwazzjoni dwar l-Impatt u l-Effikaċja tal-Leġiżlazzjoni tal-Akkwist Pubbliku tal-UE urew li l-esklużjoni ta’ ċerti servizzi mill-applikazzjoni sħiħa tad-Direttiva għandha tiġi riveduta. Bħala riżultat, l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva hija estiża għal numru ta’ servizzi (bħal servizzi tal-lukandi u legali, li t-tnejn urew perċentwal partikolarment għoli ta’ kummerċ transkonfinali).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din id-dikjarazzjoni hija parzjali wisq u lanqas biss tikkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Parlamenti dwar il-Green Paper

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Kategoriji oħrajn ta’ servizzi jibqgħu min-natura tagħhom ikollhom dimensjoni transkonfinali limitata, jiġifieri dawk li huma magħrufa bħala servizzi lill-persuna, bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi. Dawn is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit reġim speċifiku għall-kuntratti pubbliċi għal dawn is-servizzi, b’limitu ogħla ta’ EUR 500 000. Servizzi lill-persuna b'valuri inqas minn dan il-limitu minimu tipikament mhux se jkunu ta' interess għall-formituri minn Stati Membri oħra, sakemm ma jkunx hek’ indikazzjonijiet konkreti għal kuntrarju, bħall-finanzjament tal-Unjoni għal proġetti transkonfinali. Il-kuntratti għal servizzi lill-persuna li jaqbżu dan il-limitu għandhom ikunu soġġetti għal trasparenza fl-Unjoni kollha. Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawn is-servizzi, l-Istati Membri għandhom jingħataw diskrezzjoni wiesgħa sabiex jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Ir-regoli ta’ din id-direttiva jqisu dak l-imperattiv, billi jimponu biss l-osservanza ta’ prinċipji bażiċi ta’ trasparenza u trattament ugwali u billi jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu japplikaw kriterji ta’ kwalità speċifiċi għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas Ewropew volontarju għall-Kwalità għas-Servizzi Soċjali tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet pubbliċi jibqgħu liberi li jipprovdu dawn is-servizzi huma stess jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni tal-kuntratti pubbliċi, pereżempju permezz tal-finanzjament sempliċi ta’ servizzi bħal dawn jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-atturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-awtorità kontraenti, mingħajr l-ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistema tassigura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni.

(11) Ir-riżultati tad-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-27 ta' Ġunju 2011 bit-titolu "Rapport ta' Evalwazzjoni - L-Impatt u l-Effikaċja tal-Leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-Akkwist Pubbliku" wrew li l-esklużjoni ta’ ċerti servizzi mill-applikazzjoni sħiħa tad-Direttiva għandha tiġi riveduta. Xi kategoriji ta’ servizzi jibqgħu min-natura tagħhom ikollhom dimensjoni transkonfinali limitata, pereżempju dawk li huma magħrufa bħala servizzi lill-persuna, bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi. Dawn is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit reġim speċifiku għall-kuntratti pubbliċi għal dawn is-servizzi, b’limitu ogħla ta’ EUR 750 000. Servizzi lill-persuna b'valuri inqas minn dan il-limitu minimu tipikament mhux se jkunu ta' interess għall-formituri minn Stati Membri oħra, sakemm ma jkunx hemm indikazzjonijiet konkreti għal kuntrarju, bħall-finanzjament tal-Unjoni għal proġetti transkonfinali. Il-kuntratti għal servizzi lill-persuna li jaqbżu dan il-limitu għandhom ikunu soġġetti għal trasparenza fl-Unjoni kollha. Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawn is-servizzi, l-Istati Membri għandhom jingħataw diskrezzjoni wiesgħa sabiex jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Ir-regoli ta’ din id-direttiva jqisu dak l-imperattiv, billi jimponu biss l-osservanza ta’ prinċipji bażiċi ta’ trasparenza u trattament ugwali u billi jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu japplikaw kriterji ta’ kwalità speċifiċi għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas Ewropew volontarju għall-Kwalità għas-Servizzi Soċjali tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet pubbliċi jibqgħu liberi li jipprovdu dawn is-servizzi huma stess jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni tal-kuntratti pubbliċi, pereżempju permezz tal-finanzjament sempliċi ta’ servizzi bħal dawn jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-atturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-awtorità kontraenti, mingħajr l-ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistema tassigura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal proċeduri li diġà ġew ippruvati fi Stati Membri li huma bbażati fuq l-għażla ħielsa tal-utenti ta’ fornituri tas-servizz għal servizzi ta’ interess ġenerali (jiġifieri sistema ta’ vawċers, mudell ta’ għażla ħielsa, relazzjoni trijangolari) sakemm jittieħed kont tal-prinċipji ġenerali tat-Trattati dwar it-trattament ugwali u t-trasparenza.

Ġustifikazzjoni

F’konformità mal-approċċ ġenerali tas-simplifikazzjoni tad-Direttivi, ma jkunx xieraq, f’dan iż-żmien, li kategoriji oħra ta’ servizzi tiġi suġġetta għall-applikazzjoni sħiħa tad-Direttivi. Dawn is-servizzi għandhom, madankollu, ikunu suġġetti għar-reġim speċifiku għas-servizzi soċjali u speċifiċi oħrajn u r-riżultati tal-applikazzjoni ta’ dan ir-reġim għandhom jiġu riveduti (mill-Kummissjoni) fi żmien tliet snin mid-data meta din id-Direttiva tiġi implimentata mill-Istati Membri.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Din id-direttiva minħabba li hi indirizzata lill-Istati Membri, ma tapplikax għall-akkwisti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali f’isimhom u b’responsabbiltà għalihom. Madankollu, jeħtieġ li jiġi ċċarat sa liema punt id-Direttiva għandha tiġi applikata għall-akkwisti regolati minn regoli internazzjonali speċifiċi.

(13) Din id-direttiva, minħabba li hi indirizzata lill-Istati Membri, ma tapplikax għall-akkwisti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali f’isimhom u b’responsabbiltà għalihom. Madankollu, jeħtieġ li jiġi ċċarat sa liema punt id-Direttiva għandha tiġi applikata għall-akkwisti regolati minn regoli internazzjonali speċifiċi. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom, b’mod partikolari, iqisu l-bidliet previsti b'din id-Direttiva u jaġġustaw ir-regoli tal-akkwist tagħhom skont dan biex jirriflettu dawk il-bidliet.

Ġustifikazzjoni

Ħafna intrapriżi tal-UE, b’mod partikolari l-SMEs, bnew in-negozji tagħhom madwar akkwisti tal-istituzzjonijiet tal-UE. Ir-Regolament Finanzjarju għandu jikkunsidra l-bidliet li jirriżultaw minn dan l-eżerċizzju ta’ modernizzazzjoni biex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) L-għoti ta' kuntratti pubbliċi għal ċerti servizzi awdjoviżivi u tal-midja tar-radju minn fornituri tal-midja għandhom iħallu li jitqiesu l-aspetti ta' sinifikat kulturali u soċjali, li jagħmlu l-applikazzjoni ta' regoli ta' kisba mhux xierqa. Għal dawk ir-raġunijiet, għandha ssir eċċezzjoni fil-kuntratti għal servizz pubbliku, mogħtija lill-fornituri tas-servizzi tal-midja nfushom, għax-xiri, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta' programmi disponibbli fis-suq u servizzi oħra preparatorji, bħal ma huma dawk li għandhom x'jaqsmu ma' skripts, jew eżekuzzjoni artistika meħtieġa għall-produzzjoni tal-programm. Għandu jiġi ċċarat li din l-esklużjoni għandha tapplika b'mod ugwali għas-servizzi tal-midja tax-xandir kif ukoll għas-servizzi 'on-demand' (servizzi mhux lineari). Madankollu, din l-esklużjoni ma tistax tiġi applikata għall-forniment ta' tagħmir tekniku meħtieġ għall-produzzjoni, il-koproduzzjoni u x-xandir ta' dawn il-programmi.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Din id-Direttiva m'għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jħallu fis-seħħ arranġamenti li jiżguraw il-kontinwità fil-provvista ta' dawk is-servizzi, u l-kwalità tal-persunal li jipprovduhom, lill-utenti mill-organizzazzjonijiet li kienu jfornuhom, qabel il-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Hemm inċertezza legali kbira dwar kemm il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi koperta mir-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija interpretata b’mod differenti bejn l-Istati Membri u anki bejn l-awtoritajiet kontraenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi ċċarat f’liema każijiet, il-kuntratti konklużi bejn l-awtoritatijiet kontraenti mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Din il-kjarifika għandha tkun iggwidata mill-prinċipji stabbiliti fil-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sempliċi fatt li ż-żewġ partijiet fi ftehim huma awtoritajiet kontraenti huma stess, fih innifsu ma jeskludix l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku ma għandhiex itellef il-libertà tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu kif jorganizzaw il-mod li bih iwettqu x-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tagħhom. Għaldaqstant, il-kuntratti mogħtija lill-entitajiet ikkontrollati jew il-kooperazzjoni għall-eżekuzzjoni konġunta tax-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tal-awtoritajiet kontraenti parteċipanti għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tar-regoli jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-direttiva jiġu sodisfatti. Din id-direttiva għandu jkollha l-għan li tiżgura li kull kooperazzjoni eżentata bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma tikkawżax tgħawwiġ fil-kompetizzjoni fir-rigward tal-atturi ekonomiċi privati. Il-parteċipazzjoni ta’ awtorità kontraenti bħala offerent fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt ta’ appalt lanqas ma għandha tikkawża tgħawwiġ fil-kompetizzjoni.

(14) Hemm inċertezza legali kbira dwar kemm il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi koperta mir-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija interpretata b’mod differenti bejn l-Istati Membri u anki bejn l-awtoritajiet kontraenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi ċċarat f’liema każijiet, il-kuntratti konklużi bejn l-awtoritatijiet kontraenti mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Din il-kjarifika għandha tkun iggwidata mill-prinċipji stabbiliti fil-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sempliċi fatt li ż-żewġ partijiet fi ftehim huma awtoritajiet kontraenti huma stess, fih innifsu ma jeskludix l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku ma għandhiex tinterferixxi fid-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu b'mod ħieles kif jorganizzaw il-mod li bih iwettqu x-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tagħhom. Għaldaqstant, il-kuntratti mogħtija lill-entitajiet ikkontrollati jew il-kooperazzjoni għall-eżekuzzjoni konġunta tax-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tal-awtoritajiet kontraenti parteċipanti għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tar-regoli jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-direttiva jiġu sodisfatti. Din id-direttiva għandu jkollha l-għan li tiżgura li kull kooperazzjoni eżentata bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma tikkawżax tgħawwiġ fil-kompetizzjoni fir-rigward tal-atturi ekonomiċi privati. Il-parteċipazzjoni ta’ awtorità kontraenti bħala offerent fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt ta’ appalt lanqas ma għandha tikkawża tgħawwiġ fil-kompetizzjoni. F’każ li kwalunkwe mill-kundizzjonijiet kumulattivi għal eżenzjoni mill-ambitu ta' din id-Direttiva ma jiġux issodisfati aktar matul it-terminu ta’ kuntratt jew kooperazzjoni li jkunu ġew esklużi mir-regoli tal-akkwist, dak il-kuntratt jew koperazzjoni li jkun għaddej għandu jkun miftuħ għal kompetizzjoni permezz ta’ proċeduri ta’ akkwist regolari.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Sabiex il-proċeduri jitħaffu u jsiru aktar effiċjenti, il-limiti ta' żmien għall-parteċipazzjoni fi proċeduri ta' akkwist għandhom jinżammu kemm jista' jkun qosra mingħajr ma jinħolqu ostakoli indebiti għall-aċċess ta' atturi ekonomiċi mis-suq intern kollu u partikolarment l-SMEs. Meta jiġu stipulati l-limiti ta’ żmien biex jintlaqgħu l-offerti u talbiet għal parteċipazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom konsegwentement iqisu l-kumplessità tal-kuntratt u l-ħin meħtieġ għat-tfassil tal-offerti b’mod partikolari, anke jekk dan ikun jinvolvi li jiġu stipulati limiti ta’ żmien itwal mill-valuri minimi previsti f’din id-Direttiva. L-użu ta' mezzi elettroniċi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, b'mod partikolari d-disponibbiltà elettronika sħiħa ta' dokument ta' akkwist u t-trasmissjoni elettronika ta' komunikazzjonijiet, iwassal min-naħa l-oħra għal iżjed trasparenza u ffrankar ta' ħin. Għalhekk, għandhom jitnaqqsu l-perjodi minimi f’konformità mar-regoli stabbiliti mill-Ftehim tad-WTO dwar l-Akkwisti tal-Gvern u suġġett għall-kundizzjoni li jkunu kompatibbli mal-mod speċifiku ta’ trażmissjoni mistenni fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom l-opportunità li jkomplu jnaqqsu l-limiti ta’ żmien biex jintlaqgħu t-talbiet għall-parteċipazzjoni u s-sottomissjonijiet ta’ offerti, f’każijiet fejn stat ta’ urġenza jrendi l-limiti ta’ żmien normali mhux prattikabbli, għalkemm it-tmexxija ta’ proċedura bil-pubblikazzjoni xorta tkun possibbli. Huma biss is-sitwazzjonijiet ta' urġenza estrema minħabba avvenimenti mhux prevedibbli - u li ma jkunux attribwibbli għall-awtorità kontraenti - li għandhom jitqiesu bħala eċċezzjonali, u huwa biss f'dawn is-sitwazzjonijiet li għandu jitqies li jkun impossibbli li titwettaq proċedura regolari anke b’limiti ta’ żmien imqassra. F'dawn il-każijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom, meta jkun possibbli, jagħtu kuntratti bl-użu tal-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, pereżempju fejn diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem jeħtieġu azzjoni immedjata.

Ġustifikazzjoni

Dawn huma kjarifiki meħtieġa dwar eċċezzjonijiet għall-perjodi ta’ żmien normali għall-offerti, sabiex tiġi żgurata veloċità u effiċjenza fl-introduzzjoni tal-akkwist pubbliku.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Hemm bżonn kbir għal aktar flessibilità u b’mod partikolari għall-aċċess usa’ għall-proċedura ta’ akkwist li tipprovdi għan-negozjati, kif espliċitament previst fil-Ftehim, fejn in-negozjati jkunu permessi fil-proċeduri kollha. L-awtoritajiet kontraenti, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, għandhom ikunu jistgħu jużaw il-proċedura ta’ kompetizzjoni permezz ta’ negozjar kif ipprovdut f’din id-Direttiva, f’diversi sitwazzjonijiet fejn proċeduri miftuħa jew ristretti mingħajr negozjati probabbilment ma jwasslux għal riżultati sodisfaċenti ta’ akkwist. Din il-proċedura għandha tkun akkumpanjata minn salvagwardji xierqa li jiżguraw l-osservanza tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza. Dan sejjer jagħti aktar flessibilità lill-awtoritajiet kontraenti fix-xiri ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi li huma adattati perfettament għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. Fl-istess ħin, dan għandu jżid il-kummerċ transkonfinali, hekk kif l-evalwazzjoni uriet li l-kuntratti mogħtija bi proċedura negozjata b’pubblikazzjoni minn qabel għandhom rata ta’ suċċess partikolarment għolja fl-offerti transkonfinali.

(15) L-awtoritajiet kontraenti jeħtieġu aktar flessibilità biex jagħżlu proċeduri ta' akkwist. Ir-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku għandhom ikunu allinjati mal-Ftehim tal-Akkwist tal-Gvern, fejn in-negozjati jkunu permessi fil-proċeduri kollha. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jużaw il-proċedura ta’ kompetizzjoni permezz ta’ negozjar kif ipprovdut f’din id-Direttiva, f’diversi sitwazzjonijiet fejn il-proċeduri klassiċi miftuħa jew ristretti mingħajr negozjati probabbilment ma jagħtux riżultati sodisfaċenti. Din il-proċedura għandha tkun akkumpanjata minn salvagwardji xierqa li jiżguraw l-osservanza tal-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza. Dan sejjer jagħti aktar flessibilità lill-awtoritajiet kontraenti fix-xiri ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi li huma adattati perfettament għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. Fl-istess ħin, dan għandu jżid il-kummerċ transkonfinali, hekk kif l-evalwazzjoni uriet li l-kuntratti mogħtija bi proċedura negozjata b’pubblikazzjoni minn qabel għandhom rata ta’ suċċess partikolarment għolja fl-attrazzjoni ta' offerti transkonfinali.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Għal kuntratti ta’ xogħlijiet, sitwazzjonijiet bħal dawn jinkludu xogħlijiet li mhumiex proġetti ta' binjiet standard jew xogħlijiet li jinkludu d-disinn ta’ soluzzjoni innovattiva. Għal servizzi jew provvisti li jeħtieġu adattament jew disinn, l-użu ta’ proċedura kompetittiva b'negozjazzjoni jew djalogu kompetittiv probabbilment jagħti valur miżjud. Tali adattament jew rekwiżiti ta’ disinn huma partikolarment ta’ benefiċċju fil-każ ta’ xiri kumpless bħal prodotti sofistikati, servizzi intellettwali jew proġetti kbar tal-ICT. F'dawk il-każijiet, jistgħu jkunu meħtieġa negozjati biex jiggarantixxu li l-provvista jew is-servizz inkwistjoni jikkorrispondu għall-bżonnijiet tal-awtorità kontraenti. Fir-rigward ta’ servizzi jew provvisti disponibbli fis-suq li jistgħu jiġu pprovduti minn ħafna atturi ekonomiċi differenti ħafna, il-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar u d-djalogu kompetittiv m’għandhomx jintużaw.

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla tintroduċi l-flessibbiltà fir-regoli, li tippermetti negozjati fil-proċeduri kollha.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b) Il-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar għandha tiġi segwita wkoll f’każijiet fejn l-użu ta’ proċedura miftuħa jew ristretta tat biss offerti invalidi jew mhux aċċettabbli. B’mod partikolari offerti li ma jikkonformawx mad-dokumenti ta’ akkwist, li jkunu waslu tard, meta jkun hemm prova ta’ kollużjoni jew korruzzjoni, jew li jkunu nstabu mill-awtorità kontraenti bħala anormalment baxxi, għandhom jitqiesu invalidi. Offerti mibgħuta minn offerenti li ma jkollhomx il-kwalifiki meħtieġa, u offerti li l-prezz tagħhom ikun aktar mill-baġit tal-awtorità kontraenti kif ikkomunikat qabel it-tnedija tal-proċedura ta’ akkwist għandhom ukoll jitqiesu bħala mhux aċċettabbli.

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla tintroduċi l-flessibbiltà fir-regoli, li tippermetti negozjati fil-proċeduri kollha.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 15c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15c) Il-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar għandha tkun akkumpanjata minn salvagwardji xierqa li jiżguraw li l-prinċipji ta’ trattament ugwali u trasparenza jiġu osservati. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw bil-quddiem ir-rekwiżiti minimi li jirregolaw in-natura tal-akkwist u li ma jistgħux jiġu mibdula matul in-negozjati. Il-kriterji ta’ għoti u l-ippeżar tagħhom għandhom jibqgħu stabbli matul il-proċedura kollha u ma jkunux suġġetti għal negozjati, sabiex ikun garantit it-trattament ugwali tal-atturi ekonomiċi kollha. In-negozjati għandhom jimmiraw li jtejbu l-offerti sabiex jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti jakkwistaw xogħlijiet, provvisti u servizzi idealment adatti għall-bżonnijiet speċifiċi tagħhom. In-negozjati jistgħu jikkonċernaw l-aspetti kollha tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mixtrija li jinkludu, pereżempju, kwalità, kwantitajiet, klawżoli kummerċjali kif ukoll karatteristiċi soċjali, ambjentali u innovattivi, sakemm dawn ma jikkostitwixxux rekwiżiti minimi. Ir-rekwiżiti minimi msemmija hawnhekk huma l-kundizzjonijiet u l-karatteristiċi (partikolarment fiżiċi, funzjonali u legali) li kwalunkwe offerta għandha tissodisfa skont din id-Direttiva sabiex jippermettu lill-awtorità kontraenti tagħti l-kuntratt skont il-kriterju ta’ għoti magħżul. Sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-proċess, l-istadji kollha tan-negozjar għandhom jiġu dokumentati b’konformità ma’ din id-Direttiva, sabiex l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jipprovdu prova bil-miktub, fuq talba ta’ kwalunkwe kandidat jew offerent, li huma jkunu żguraw it-trattament ugwali tal-atturi ekonomiċi kkonċernati kollha. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, l-offerti kollha matul il-proċeduri għandhom jiġu sottomessi bil-miktub jew permezz ta’ mezzi elettroniċi.

Ġustifikazzjoni

Ċerti salvagwardji huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-flessibilità miżjuda fl-użu tal-proċeduri ma tirriżultax f’użu ħażin.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Ir-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-eko-innovazzjoni u l-innovazzjoni soċjali, huma fost il-muturi ewlenin tat-tkabbir ġejjieni filwaqt li tqiegħdu fiċ-ċentru tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu l-aħjar użu strateġiku mill-akkwist pubbliku biex b’hekk jixprunaw l-innovazzjoni. Ix-xiri ta’ oġġetti u servizzi innovattivi għandu rwol ewlieni fit-titjib tal-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi filwaqt li jindirizza l-isfidi soċjetali ewlenin. Jikkontribwixxi għall-kisba tal-aħjar valur għall-flus pubbliċi kif ukoll għall-benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali usa’ f’termini ta’ ħolqien ta’ ideat ġodda, u jsarrafhom fi prodotti u servizzi innovattivi u b’hekk jippromwovi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli. Din id-direttiva għandha tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-akkwist pubbliku ta’ innovazzjoni u tgħin lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-miri tal-Unjoni tal-Innovazzjoni. Għaldaqstant, għandha tiġi pprovduta proċedura speċifika ta’ akkwist li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu sħubija tal-innovazzjoni fit-tul għall-iżvilupp u x-xiri sussegwenti ta’ prodotti, servizzi jew xogħlijiet ġodda u innovattivi, sakemm dawn ikunu jistgħu jitwasslu fil-livelli ta’ prestazzjoni u l-ispejjeż miftehma. Is-sħubija għandha tiġi strutturata b’tali mod li tkun tista’ tipprovdi l-‘forza tas-suq’ meħtieġa biex b’hekk tinċentiva l-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva mingħajr ma jingħalaq is-suq.

(17) Ir-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-eko-innovazzjoni u l-innovazzjoni soċjali, huma fost il-muturi ewlenin tat-tkabbir ġejjieni filwaqt li tqiegħdu fiċ-ċentru tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu l-aħjar użu strateġiku mill-akkwist pubbliku biex b’hekk jimmotivaw l-innovazzjoni. Ix-xiri ta’ oġġetti u servizzi innovattivi għandu rwol ewlieni fit-titjib tal-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi filwaqt li jindirizza l-isfidi soċjetali ewlenin. Jikkontribwixxi għall-kisba tal-aħjar valur għall-flus pubbliċi kif ukoll għall-benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali usa’ f’termini ta’ ħolqien ta’ ideat ġodda, u jsarrafhom fi prodotti u servizzi innovattivi u jippromwovi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli. Mudell innovattiv tal-akkwist huwa spjegat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembrru 2007 bit-titolu “Inrawmu l-innovazzjoni biex niżguraw servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja fl-Ewropa”. Dan il-mudell jippromwovi l-adozzjoni fis-servizzi tal-akkwist tar-riċerka u l-iżvilupp li ma jaqgħux fl-ambitu ta’ din id-Direttiva. Dan il-mudell, li ddaħħal f’din id-Direttiva, huwa rikonoxxut u se jkun disponibbli għall-awtoritajiet kontraenti kollha biex jikkunsidrawh. Din id-Direttiva għandha madankollu tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-akkwist pubbliku ta’ innovazzjoni b’mod aktar ġenerali, u tgħin lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-miri tal-Unjoni tal-Innovazzjoni. Meta l-ħtieġa għall-iżvilupp ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-produzzjoni li jirriżultaw ma tistax tiġi ssodisfata permezz ta’ soluzzjonijiet li diġà huma disponibbli fis-suq, l-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom aċċess għal proċedura speċifika ta’ akkwist fir-rigward ta’ kuntratti li jaqgħu fil-ambitu ta’ din id-Direttiva. Din il-proċedura l-ġdida għandha tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu sħubija tal-innovazzjoni għall-iżvilupp u x-xiri sussegwenti ta’ prodotti, servizzi jew xogħlijiet ġodda u innovattivi, sakemm dawn ikunu jistgħu jitwasslu fil-livelli ta’ prestazzjoni u l-ispejjeż miftiehma. Il-proċedura għandha tkun ibbażata fuq ir-regoli li japplikaw għall-proċedura kompetittiva permezz ta’ negozjar, u l-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi unika tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, li hija l-aktar waħda adatta għat-tqabbil tal-offerti għal soluzzjonijiet innovattivi. Kemm jekk is-sħubija tal-innovazzjoni tikkonċerna proġett kbir ħafna jew inkella proġett iżgħar, din għandha tiġi strutturata b’tali mod li tkun tista’ tipprovdi l-“forza tas-suq” meħtieġa biex b’hekk tinċentiva l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi mingħajr ma jingħalaq is-suq. L-awtoritajiet kontraenti għalhekk m’għandhomx jużaw is-sħubiji ta’ innovazzjoni b’mod żbaljat sabiex jipprevjenu, jirrestrinġu jew jgħawġu l-kompetizzjoni. Barra minn hekk, meta jiġu stabbiliti t-termini u l-kundizzjonijiet għall-akkwist, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jistabbilixxu karatteristiċi innovattivi, inklużi l-aħjar tekniki disponibbli, bħala kriterju li għandu x’jaqsam mas-suġġett tal-kuntratt ikkonċernat.

Ġustifikazzjoni

Din l-Emenda tiddeskrivi fid-dettall kif għandha tintuża l-proċedura l-ġdida tal-isħubiji ta’ innovazzjoni, billi żżid mal-proposta oriġinali tal-Kummissjoni, speċifikament billi tgħaqqad din l-għodda ġdida mal-prinċipji li japplikaw għall-proċedura kompetittiva, fejn ikun l-aktar rilevanti. Din l-Emenda tiċċara wkoll l-akkwist pubbliku pre-kummerċjali kif definit f’Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2007, u tkompli tapplika, irrispettivament minn din il-proċedura l-ġdida ta’ sħubiji ta’ innovazzjoni, u ġiet mibnija separatament f’eżenzjoni ġdida.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni jistgħu jissimplifikaw il-pubblikazzjoni tal-kuntratti u jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċessi ta’ akkwist. Dawn għandhom isiru l-mezz standard ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist. L-użu tal-mezzi elettroniċi jista’ jwassal ukoll għal inqas ħela ta’ ħin. Bħala riżultat, għandha ssir dispożizzjoni għat-tnaqqis tal-perjodi minimi fejn jintużaw il-mezzi elettroniċi, soġġett, madankollu, għall-kundizzjoni li jkunu kompatibbli mal-mod speċifiku ta’ trażmissjoni previst mil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-mezzi elettroniċi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni inklużi funzjonalijiet adegwati jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu żbalji li jseħħu matul il-proċeduri ta’ akkwist.

(19) Il-mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni jistgħu jissimplifikaw il-pubblikazzjoni tal-kuntratti u jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċessi ta’ akkwist. Dawn għandhom isiru l-mezz standard ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist. L-użu tal-mezzi elettroniċi jista’ jwassal ukoll għal inqas ħela ta’ ħin. Bħala riżultat, għandha ssir dispożizzjoni għat-tnaqqis tal-perjodi minimi fejn jintużaw il-mezzi elettroniċi, soġġett, madankollu, għall-kundizzjoni li jkunu kompatibbli mal-mod speċifiku ta’ trażmissjoni previst mil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-mezzi elettroniċi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni inklużi funzjonalijiet adegwati jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu żbalji li jseħħu matul il-proċeduri ta’ akkwist. Barra minn hekk, għandha titħeġġeġ il-preżentazzjoni ta' għodod ta' mmudellar elettroniku ta' informazzjoni dwar bini għall-kuntratti ta' xogħol sabiex il-proċess tal-akkwist jiġi mmodernizzat u sabiex jiġi żgurat li tinkiseb effiċjenza akbar fl-appalti pubbliċi ta' xogħlijiet koperti b'din id-Direttiva, b'mod partikulari fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja u tal-kriterji tas-sostenibilità.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

 

(19a) Sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità waqt il-proċedura, l-awtoritajiet kontraenti m'għandhomx jiddivulgaw informazzjoni li tkun ingħatatilhom minn atturi ekonomiċi li huma jkunu stabilixxew bħala kunfidenzjali. In-nonkonformità ma' dan l-obbligu għandha trendi lill-awtorità kontraenti reponsabbli jekk l-attur ekonomiku jista' juri b'mod ċar li jkun sofra dannu.

Ġustifikazzjoni

It-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jagħtu l-kandidati jew min jitfa' l-offerta lill-awtorità kontraenti matul il-proċeduri tal-akkwist. L-awtorità kontraenti għandha tkun responsabbli jekk informazzjoni sensittiva, bħal sigrieti tekniċi jew kummerċjali, jiġu żvelati.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Madwar is-swieq Ewropej tax-xiri pubbliku qed tinbet tendenza qawwija lejn l-aggregazzjoni tad-domanda mix-xerrejja pubbliċi, bil-ħsieb li jinkisbu ekonomiji ta’ skala, inklużi prezzijiet aktar baxxi u spejjeż ta’ tranżazzjoni, u għat-titjib u l-professjonalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-akkwisti. Dan jista’ jintlaħaq permezz tal-konċentrazzjoni tax-xiri skont in-numru ta’ awtoritajiet kontraenti involuti, jew il-volum u l-valur matul iż-żmien. Madankollu, l-aggregazzjoni u ċ-ċentralizzazzjoni tax-xiri għandhom jiġu sorveljati b’attenzjoni sabiex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva tal-kapaċita tal-akkwist u l-kollużjoni, u biex jiġu ppreservati t-trasparenza u l-kompetizzjoni, kif ukoll l-opportunitajiet ta’ aċċess għas-swieq tal-impriżi żgħar u medji.

(20) Madwar is-swieq Ewropej tax-xiri pubbliku qed tinbet tendenza qawwija lejn l-aggregazzjoni tad-domanda mix-xerrejja pubbliċi, bil-ħsieb li jinkisbu ekonomiji ta’ skala, inklużi prezzijiet aktar baxxi u spejjeż ta’ tranżazzjoni, u għat-titjib u l-professjonalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-akkwisti. Dan jista’ jintlaħaq permezz tal-konċentrazzjoni tax-xiri skont in-numru ta’ awtoritajiet kontraenti involuti, jew il-volum u l-valur matul iż-żmien. Madankollu, l-aggregazzjoni u ċ-ċentralizzazzjoni tax-xiri għandhom jiġu sorveljati b’attenzjoni sabiex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva tal-kapaċita tal-akkwist u l-kollużjoni, u biex jiġu ppreservati t-trasparenza u l-kompetizzjoni, kif ukoll l-opportunitajiet ta’ aċċess għas-swieq tal-impriżi żgħar u medji. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida għall-Istati Membri u l-awtoritajiet kontraenti dwar il-monitoraġġ meħtieġ ta’ xiri aggregat u ċentralizzat sabiex tiġi evitata konċentrazzjoni eċċessiva ta’ setgħa ta’ xiri u kollużjoni.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) L-istrument tal-ftehimiet qafas intuża ħafna u huwa kkunsidrat bħala teknika ta’ akkwist effiċjenti madwar l-Ewropa kollha. Għaldaqstant għandu jinżamm prattikament kif inhu. Madankollu, ċertu kunċetti jeħtieġ li jkunu kkjarifikati, b’mod artikolari l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ ftehim qafas mill-awtoritajiet kontraenti li huma stess mhumiex parti mill-ftehim.

(21) L-istrument tal-ftehimiet qafas intuża ħafna u huwa kkunsidrat bħala teknika ta’ akkwist effiċjenti madwar l-Ewropa kollha. Għaldaqstant għandu jinżamm prattikament kif inhu. Madankollu, ċertu kunċetti jeħtieġ li jkunu kkjarifikati, b’mod artikolari l-kundizzjonijiet għall-użu ta’ ftehim qafas mill-awtoritajiet kontraenti li huma stess mhumiex parti mill-ftehim. Għandu jkun permissibbli li l-medda tal-partijiet intitolati li jissejħu skont ftehim ta' qafas, tiġi estiża skont il-kundizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Il-kundizzjonijiet oġġettivi għad-determinazzjoni ta’ liema mill-atturi ekonomiċi, firmatarji għall-ftehim ta’ qafas, għandu jwettaq kompitu partikolari, bħal provvisti jew servizzi maħsuba għall-użu minn persuni naturali, jistgħu jinkludu l-ħtiġijiet jew l-għażla tal-persuni naturali kkonċernati.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) It-tekniki ta’ xiri ċentralizzat qed jintużaw dejjem aktar fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Il-korpi ta’ xiri ċentrali huma responsabbli mit-twettiq tal-akkwisti jew l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi/ftehimiet qafas għal awtoritajiet kontraenti oħrajn. Fid-dawl tal-volumi kbar mixtrija, dawn it-tipi ta’ tekniki jgħinu biex iżidu l-kompetizzjoni u jipprofessjonalizzaw l-akkwist pubbliku. Għaldaqstant, għandha ssir dispożizzjoni għad-definizzjoni tal-Unjoni dwar il-korpi ta’ xiri ċentrali ddedikati lill-awtoritajiet kontraenti, mingħajr ma din tipprevjeni l-kontinwazzjoni ta’ xiri komuni li hu inqas istituzzjonalizzat u sistematiku jew il-prattika stabbilita li jsir rikors għall-fornituri ta’ servizzi li jippreparaw u jmexxu l-proċeduri ta’ akkwist f’isem u akkont ta’ awtorità kontraenti. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll regoli għall-allokazzjoni tar-responsabbiltà għall-osservanza tal-obbligi skont din id-Direttiva, anki fil-każ ta’ rimedji, fost il-korp ta’ xiri ċentrali u l-awtoritajiet kontraenti li jixtru minn jew permezz tal-korp ċentrali ta’ xiri. Meta din tal-aħħar tkun responsabbli biss għat-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist, din għandha wkoll tkun unikament u direttament responsabbli għal-legalità tal-proċeduri. Meta awtorità kontraenti tmexxi ċerti partijiet tal-proċedura, pereżempju l-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni taħt ftehim qafas jew l-għoti ta’ kuntratti individwali bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri, hija għandha tibqa’ responsabbli għall-istadji li tmexxi.

(24) It-tekniki ta’ xiri ċentralizzat qed jintużaw dejjem aktar fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Il-korpi ta’ xiri ċentrali huma responsabbli mit-twettiq tal-akkwisti jew l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi/ftehimiet qafas għal awtoritajiet kontraenti oħrajn. Fid-dawl tal-volumi kbar mixtrija, dawn it-tipi ta’ tekniki jgħinu biex iżidu l-kompetizzjoni u jipprofessjonalizzaw l-akkwist pubbliku. Għandha tingħata attenzjoni speċifika lill-aċċessibbiltà ta’ kwalunkwe proċeduri bħal dawn għall-impriżi żgħar u medji. Għaldaqstant, għandha ssir dispożizzjoni għad-definizzjoni tal-Unjoni dwar il-korpi ta’ xiri ċentrali ddedikati lill-awtoritajiet kontraenti, mingħajr ma din tipprevjeni l-kontinwazzjoni ta’ xiri komuni li hu inqas istituzzjonalizzat u sistematiku jew il-prattika stabbilita li jsir rikors għall-fornituri ta’ servizzi li jippreparaw u jmexxu l-proċeduri ta’ akkwist f’isem u akkont ta’ awtorità kontraenti. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll regoli għall-allokazzjoni tar-responsabbiltà għall-osservanza tal-obbligi skont din id-Direttiva, anki fil-każ ta’ rimedji, fost il-korp ta’ xiri ċentrali u l-awtoritajiet kontraenti li jixtru minn jew permezz tal-korp ċentrali ta’ xiri. Meta din tal-aħħar tkun responsabbli biss għat-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist, din għandha wkoll tkun unikament u direttament responsabbli għal-legalità tal-proċeduri. Meta awtorità kontraenti tmexxi ċerti partijiet tal-proċedura, pereżempju l-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni taħt ftehim qafas jew l-għoti ta’ kuntratti individwali bbażati fuq sistema dinamika ta’ xiri, hija għandha tibqa’ responsabbli għall-istadji li tmexxi.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni huma partikolarment xierqa biex jappoġġjaw prattiki u għodod ta’ xiri ċentralizzat minħabba li joffru l-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid u pproċessar awtomatiku tad-dejta u ta’ tnaqqis fl-ispejjeż relatati mal-informazzjoni u t-transazzjonijiet. Għaldaqstant, bħala l-ewwel pass, l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni bħal dawn għandu jsir obbligatorju għall-korpi ta’ xiri ċentrali, filwaqt li għandhom jiġu ffaċilitati wkoll il-prattiki konverġenti madwar l-Unjoni. Dan għandu jiġi segwit minn obbligu ġenerali li jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist kollha wara perjodu tranżitorju ta’ sentejn.

(25) Il-mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni huma partikolarment xierqa biex jappoġġjaw prattiki u għodod ta’ xiri ċentralizzat minħabba li joffru l-possibbiltà ta’ użu mill-ġdid u pproċessar awtomatiku tad-dejta u ta’ tnaqqis fl-ispejjeż relatati mal-informazzjoni u t-transazzjonijiet. Għaldaqstant, bħala l-ewwel pass, l-użu ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni bħal dawn għandu jsir obbligatorju għall-korpi ta’ xiri ċentrali, filwaqt li għandhom jiġu ffaċilitati wkoll il-prattiki konverġenti madwar l-Unjoni. Dan għandu jiġi segwit minn obbligu ġenerali li jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist kollha wara perjodu tranżitorju ta’ sentejn. Sabiex titħares iċ-ċertezza legali, l-applikazzjoni ta’ dawk id-dispożizzjonijiet m'għandhiex tippreġudika l-arranġamenti eżistenti fuq livell nazzjonali fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar kuntratti ta' akkwist pubbliku ta' ammonti aktar baxxi mill-limiti minimi stipulati f'din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-obbligu ġenerali li jintużaw mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi fil-proċeduri kollha ta’ akkwist m'għandux jippreġudika d-dispożizzjonijiet eżistenti fuq livell nazzjonali fil-qasam tal-pubblikazzjoni għall-akkwisti li jkunu taħt il-limiti speċifikati minn din id-direttiva.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi maħruġa mix-xerrejja pubbliċi għandhom jippermettu li l-akkwist pubbliku jinfetaħ għall-kompetizzjoni. Għal dak il-għan, għandu jkun possibbli li jintefgħu offerti li jirriflettu d-diversità ta’ soluzzjonijiet tekniċi biex b’hekk jinkiseb livell suffiċjenti ta’ kompetizzjoni. Konsegwentement, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu abbozzati b’tali mod li jiġi evitat tnaqqis b’mod artifiċjali fil-kompetizzjoni, permezz ta’ rekwiżiti li jiffavorixxu lil attur ekonomiku speċifiku, billi jirriflettu l-karatteristiċi ewlenin tal-provvisti, servizzi jew xogħlijiet li huma normalment offruti minn dak l-attur ekonomiku. It-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni u funzjonali ġeneralment jippermetti li dan l-għan jintlaħaq bl-aħjar mod possibbli u jiffavorixxi l-innovazzjoni. Fejn issir referenza għal standard Ewropew jew, fin-nuqqas tiegħu, għal standard nazzjonali, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw l-offerti bbażati fuq arranġamenti ekwivalenti. Sabiex juru ekwivalenza, l-offerenti jistgħu jiġu obbligati li jipprovdu evidenza vverifikata minn parti terza; madankollu, għandhom ikunu permessi wkoll mezzi xierqa oħra ta’ prova bħal, dossier tekniku tal-manifattur meta l-attur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew rapporti tat-testijiet, jew ma jkollu l-ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti.

(27) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi maħruġa mix-xerrejja pubbliċi għandhom jippermettu li l-akkwist pubbliku jkun miftuħ għall-kompetizzjoni kif ukoll sabiex jintlaħqu l-objettivi tas-sostenibilità. Għal dak il-għan, għandu jkun possibbli li jintefgħu offerti li jirriflettu d-diversità ta’ soluzzjonijiet tekniċi, l-istandards u speċifikazzjonijiet tekniċi fis-suq, inklużi dawk imfassla abbażi tal-kriterji ta' prestazzjoni marbuta maċ-ċiklu tal-ħajja u s-sostenibilità tal-proċess tal-produzzjoni tax-xogħlijiet, provvisti u servizzi. Konsegwentement, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu abbozzati b’tali mod li jiġi evitat tnaqqis b’mod artifiċjali fil-kompetizzjoni, permezz ta’ rekwiżiti li jiffavorixxu lil attur ekonomiku speċifiku, billi jirriflettu l-karatteristiċi ewlenin tal-provvisti, servizzi jew xogħlijiet li huma normalment offruti minn dak l-attur ekonomiku. It-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni u funzjonali ġeneralment jippermetti li dan l-għan jintlaħaq bl-aħjar mod possibbli u jiffavorixxi l-innovazzjoni. Fejn issir referenza għal standard Ewropew jew, fin-nuqqas tiegħu, għal standard nazzjonali, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw l-offerti bbażati fuq arranġamenti ekwivalenti. Sabiex juru ekwivalenza, l-offerenti jistgħu jiġu obbligati li jipprovdu evidenza vverifikata minn parti terza; madankollu, għandhom ikunu permessi wkoll mezzi xierqa oħra ta’ prova bħal, dossier tekniku tal-manifattur meta l-attur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew rapporti tat-testijiet, jew ma jkollu l-ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti. Sabiex ma ssirx diskriminazzjoni fil-konfront ta’ dawk l-offerenti li jinvestu ħin u flus għal ċertifikati jew rapporti ta’ testijiet, l-oneru tal-provvista tal-ekwivalenza għandu jitqiegħed fuq l-offerent li jitlob l-ekwivalenza.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jixtru xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi ambjentali, soċjali jew karatteristiċi oħrajn għandhom ikunu jistgħu jirreferu għal tikketti partikolari, bħall-Eko-tikketta Ewropea, l-eko-tikketti (multi-) nazzjonali jew kull tikketta oħra, sakemm il-ħtiġijiet għat-tikketta jkunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, bħalma huma d-deskrizzjoni tal-prodott u l-preżentazzjoni tiegħu, inklużi r-rekwiżiti għall-imballaġ. Barra minn hekk huwa essenzjali li dawn ir-rekwiżiti jitfassla u jiġu adottati fuq il-bażi ta’ kriterji verifikabbli oġġettivament, permezz ta’ proċedura li jistgħu jipparteċipaw fiha l-partijiet interessati, bħal korpi governattivi, konsumaturi, manifatturi, distributuri u organizzazzjonijiet ambjentali, filwaqt li t-tikketta tkun aċċessibbli u disponibbli għall-partijiet interessati kollha.

(28) L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jixtru xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi ambjentali, soċjali jew karatteristiċi oħrajn għandhom ikunu jistgħu jirreferu għal tikketti jew ċertifikati partikolari, bħall-Eko-tikketta Ewropea, l-eko-tikketti (multi-) nazzjonali jew kull tikketta jew ċertifikat oħrajn, sakemm il-ħtiġijiet għat-tikketta jkunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, bħalma huma d-deskrizzjoni tal-prodott u l-preżentazzjoni tiegħu, inklużi r-rekwiżiti għall-imballaġ. Barra minn hekk huwa essenzjali li dawn ir-rekwiżiti jitfassla u jiġu adottati fuq il-bażi ta’ kriterji verifikabbli oġġettivament, permezz ta’ proċedura li jistgħu jipparteċipaw fiha l-partijiet interessati, bħal korpi governattivi, konsumaturi, manifatturi, distributuri, organizzazzjonijiet ambjentali u sħab soċjali, filwaqt li t-tikketta tkun aċċessibbli u disponibbli.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Għall-akkwisti kollha huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jiżguraw li l-prodotti, servizzi u xogħlijiet soġġetti għall-kuntratt jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta. Sabiex jiżguraw u juru l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali, l-offerenti għandhom jadottaw politiki interni u jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa fil-ħin tad-disinn tal-ipproċessar ta’ dejta personali (protezzjoni tad-dejta permezz tad-disinn).

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Sabiex jitrawwem l-involviment tal-SMEs fis-suq tal-akkwist pubbliku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu mħeġġa jiddividu l-kuntratti f’lottijiet u jkunu obbligati jispjegaw għalfejn ikunu għamlu dan jew ma jkunux għamlu dan. Meta l-kuntratti jinqasmu f’lottijiet, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, pereżempju sabiex jippreservaw il-kompetizzjoni jew jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, jillimitaw l-għadd ta’ lottijiet li jista’ jressaq offerta għalihom l-attur ekonomiku; jistgħu jillimitaw ukoll in-numru ta’ lottijiet li jistgħu jiġu aġġudikati lil xi offerent partikolari.

(30) L-akkwist pubbliku għandu jkun adatt għall-ħtiġijiet tal-impriżi żgħar u medji (SMEs). L-awtoritajiet kontraenti għandhom jużaw il-Kodiċi tal-Aħjar Prattiki stipulat fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-25 ta' Ġunju 2008 bit-titolu "Kodiċi Ewropew tal-Aħjar Prattiki għall-iffaċilitar tal-aċċess mill-SMEs għall-kuntratti tal-akkwist pubbliku"1, li jipprovdi gwida dwar kif jistgħu japplikaw il-qafas tal-akkwist pubbliku b'mod li jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-SMEs. Sabiex jitrawwem l-involviment tal-SMEs fis-suq tal-akkwist pubbliku, u biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu mħeġġa b'mod partikulari li jikkunsidraw jaqsmu l-kuntratti f’lottijiet, speċjalment għall-prodotti li jeħtieġu ċerta kwalità biex jiġi żgurat il-benessri, bħall-ikel għall-konsumaturi passivi fl-isptarijiet, l-iskejjel, il-kura tat-tfal u persuni anzjani. Meta l-kuntratti jinqasmu f’lottijiet, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, pereżempju sabiex jippreservaw il-kompetizzjoni jew jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, jillimitaw l-għadd ta’ lottijiet li jista’ jressaq offerta għalihom l-attur ekonomiku; jistgħu jillimitaw ukoll in-numru ta’ lottijiet li jistgħu jiġu aġġudikati lil xi offerent partikolari.

 

________________

 

1 (SEC (2008)COM 2193)

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li hemm ħtieġa ċara għall-promozzjoni tal-aċċess tal-SMEs għall-akkwist pubbliku, obbligu kważi totali fuq l-awtoritajiet kontraenti biex jaqsmu l-kuntratti f’lottijiet huwa approċċ żbaljat. Barra minn hekk jekk l-awtoritajiet kontraenti jingħataw diskrezzjoni biex jillimitaw in-numru ta’ lottijiet li jintrebħu minn fornituri individwali x’aktarx jaħdem kontra l-għoti lil SMEs innovattivi jew kompetittivi, u hemm riskju serju li jkun hemm abbuż sabiex ikun hemm diskriminazzjoni kontra “barranin”. Miżuri inqas stretti huma preferibbli.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Ħafna mill-atturi ekonomiċi, u b’mod speċjali SMEs, iqisu l-piżijiet amministrattivi li jinħolqu mill-ħtieġa li jiġu prodotti numru sostanzjali ta’ ċertifikati jew dokumenti oħra relatati mal-kriterji ta’ esklużjoni u għażla, bħala ostaklu kbir għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkwist pubbliku. Il-limitazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti, pereżempju permezz ta’ awtodikjarazzjonijiet, tista’ twassal għal simplifikazzjoni konsiderevoli li minnha jibbenefikaw kemm l-awtoritajiet kontraenti kif ukoll l-atturi ekonomiċi. L-offerent li lilu ġie deċiż li jingħata l-kuntratt għandu, madanakollu jintalab jipprovdi l-evidenza rilevanti u l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jikkonkludu kuntratti mal-offerenti li mhumiex kaaċi jagħmlu dan. Simlifikazzjoni ulterjuri tista’ tinkiseb permezz ta’ dokumenti standardizzati bħall-Passaport ta’ Akkwist Ewropew, li għandu jkun rikonoxxut mill-awtoritajiet kontraenti kollha u promoss ħafna fost l-atturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-SMEs, li għandu jitnaqqsilhom b’mod sostanzjali l-piż amministrattiv.

(32) Ħafna mill-atturi ekonomiċi, u b’mod speċjali SMEs, iqisu l-piżijiet amministrattivi li jinħolqu mill-ħtieġa li jiġu prodotti numru sostanzjali ta’ ċertifikati jew dokumenti oħra relatati mal-kriterji ta’ esklużjoni u għażla, bħala ostaklu kbir għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkwist pubbliku. Il-limitazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti, pereżempju permezz ta’ awtodikjarazzjonijiet, tista’ twassal għal simplifikazzjoni konsiderevoli li minnha jibbenefikaw kemm l-awtoritajiet kontraenti kif ukoll l-atturi ekonomiċi. L-offerent li lilu ġie deċiż li jingħata l-kuntratt għandu, madanakollu jintalab jipprovdi l-evidenza rilevanti u l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jikkonkludu kuntratti mal-offerenti li mhumiex kaaċi jagħmlu dan. Simlifikazzjoni ulterjuri tista’ tinkiseb permezz ta’ dokumenti standardizzati bħall-Passaport ta’ Akkwist Ewropew, li għandu jkun rikonoxxut mill-awtoritajiet kontraenti kollha u promoss ħafna fost l-atturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-SMEs, li għandu jitnaqqsilhom b’mod sostanzjali l-piż amministrattiv. Barra minn hekk, għandu jkun possibbli li l-gruppi jew il-konsorzji ta' atturi ekonomiċi, partikolarment l-SMEs, jissottomettu offerti jew li jippreżentaw irwieħhom flimkien bħala kandidati.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a) Il-ħolqien tal-impjiegi jiddependi ħafna fuq l-SMEs. L-SMEs kienu kapaċi joffru impjiegi ġodda u sostenibbli anke fiż-żminijiet ta' kriżi ekonomika. Peress li l-awtoritajiet pubbliċi jiddedikaw madwar 18 % tal-PDG għall-akkwist pubbliku, ir-reġim leġiżlattiv li jirregola l-akkwist pubbliku għandu impatt sinifikanti fuq il-ħila tal-SMEs li jkomplu joħolqu impjiegi ġodda. Għalhekk, il-kuntratti pubbliċi għandhom ikunu aċċessibbli kemm jista' jkun għall-SMEs, kemm jekk 'il fuq kif ukoll 'l isfel mil-limiti minimi definiti f'din id-Direttiva. Minbarra l-għodod speċifiċi, imfassla biex itejbu l-involviment tal-SMEs fis-suq tal-akkwist pubbliku, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu mħeġġa bil-qawwa biex joħolqu strateġiji tal-akkwist pubbliku favur l-SMEs. Il-"Kodiċi Ewropew tal-Aħjar Prattiki għall-iffaċilitar tal-aċċess mill-SMEs għall-kuntratti tal-akkwist pubbliku" għandu l-għan li jgħin lill-Istati Membri joħolqu strateġiji, programmi u pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali sabiex itejbu l-parteċipazzjoni tal-SMEs f’dawn is-swieq. Politika effiċjenti dwar l-akkwist pubbliku għandha tkun koerenti. L-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti f'din id-Direttiva b'mod rigoruż u min-naħa l-oħra, l-implimentazzjoni ta’ politiki ġenerali intiżi biex itejbu l-aċċess ta' SMEs għal swieq tal-akkwist pubbliku għandha tibqa’ importanti ħafna speċjalment mill-perspettiva tal-ħolqien ta' impjiegi.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-kuntratti pubbliċi ma għandhomx jingħataw lill-atturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ħasil tal-flus. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jiġi sanzjonat ukoll b’esklużjoni mandatorja fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandha tingħatalhom il-possibbiltà li jeskludu kandidati jew offerenti minħabba ksur ta’ obbligi soċjali jew ambjentali, inklużi regoli dwar l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità jew forom oħra ta’ kondotta professjonali skorretta serjament, bħal ksur ta’ regoli tal-kompetizzjoni jew ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

(34) Il-kuntratti pubbliċi ma għandhomx jingħataw lill-atturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali, fl-isfruttament tat-traffikar tal-bnedmin u fit-tħaddim tal-minorenni jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ħasil tal-flus. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jiġi sanzjonat ukoll b’esklużjoni mandatorja fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandha tingħatalhom il-possibbiltà li jeskludu kandidati jew offerenti minħabba ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi ambjentali, soċjali jew tax-xogħol imsemmija fil-prinċipji ġenerali ta' din id-Direttiva.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) lI-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali. Dawn il-kriterji għandhom jiggarantixxu li l-offerti huma vvalutati f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva, anke meta l-awtoritajiet kontraenti jirrikjedu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta’ kwalità għolja li huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom, pereżempju meta l-kriterji tal-għoti magħżula jinkludu fatturi marbuta mal-proċess ta’ produzzjoni. Bħala riżultat, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jadottaw bħala kriterji tal-għoti jew ‘l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża’ jew ‘l-irħas waħda’, b’kunsiderazzjoni li fil-każ tal-aħħar, huma liberi li jistabbilixxu standards ta’ kwalità adegwati billi jużaw speċifikazzjonijiet tekniċi jew kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

(37) lI-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali. Dawn il-kriterji għandhom jiggarantixxu li l-offerti huma vvalutati f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva, anke meta l-awtoritajiet kontraenti jirrikjedu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta’ kwalità għolja li huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom, pereżempju meta l-kriterji tal-għoti magħżula jinkludu fatturi marbuta mal-proċess ta’ produzzjoni. Bħala riżultat, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jadottaw bħala kriterju tal-għoti ‘l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża’ b’kunsiderazzjoni li għandha ssir referenza għal standards ta’ kwalità u sostenibilità billi jużaw speċifikazzjonijiet tekniċi jew kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

Ġustifikazzjoni

L-Artikoli 40 u 66.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Meta l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt lill-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża, dawn għandhom jiddeterminaw il-kriterji ta’ għoti fuq il-bażi li bihom se jivvalutaw l-offerti sabiex jiġi identifikat liema waħda toffri l-aħjar valur għall-flus. L-għażla ta’ dawn il-kriterji tiddependi fuq is-suġġett tal-kuntratt billi dawn għandhom jippermettu l-evalwazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni proposta minn kull offerta fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, u l-valur għall-flus ta’ kull offerta li għandha titkejjel. Barra minn hekk, il-kriterji tal-għoti magħżula ma għandhomx jikkonferixxu liberta’ tal-għażla mhix ristretta fuq l-awtorità kontraenti u għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u jkunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti tkun ivverifikata b’mod effikaċi.

(38) L-awtoritajiet kontraenti li jagħtu kuntratt abbażi tal-kriterju tal-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża għandhom jiddeterminaw il-kriterji ta’ għoti fuq il-bażi li bihom se jivvalutaw l-offerti sabiex jiġi identifikat liema waħda toffri l-aħjar valur għall-flus. L-għażla ta’ dawn il-kriterji, li jistgħu jinkludu kriterji ekonomiċi, ambjentali u ta' sostenibilità soċjali, tiddependi fuq is-suġġett tal-kuntratt billi dawn għandhom jippermettu l-evalwazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni proposta minn kull offerta fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, u l-valur għall-flus ta’ kull offerta li għandha titkejjel. Barra minn hekk, il-kriterji tal-għoti magħżula ma għandhomx jikkonferixxu liberta’ tal-għażla mhix ristretta fuq l-awtorità kontraenti u għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u ġusta u jkunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti tkun ivverifikata b’mod effikaċi.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a) B’mod partikolari għall-akkwist pubbliku ta’ ikel għal sptarijiet, skejjel, kura tat-tfal u tal-anzjani, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-konsumaturi passivi jkollhom aċċess sħiħ għall-prodotti ta’ kwalità u nutrizzjonali li jipprovdu l-aħjar valur għall-flus.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Premessa 38b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38b) F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew iqisu kunsiderazzjonijiet ambjentali u metodoloġija ta’ produzzjoni aktar stretti, inkluż fil-formulazzjoni tal-kriterji tal-għoti, b’rispett sħiħ għal-liġi tal-Unjoni.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Huwa tal-akbar importanza li jiġi sfruttat il-potenzjal tal-akkwist pubbliku sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir sostenibbli. Fl-isfond tad-differenzi importanti bejn is-setturi individwali u s-swieq, ma jkunx xieraq madankoll li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għal akkwist ambjentali, soċjali u innovattiv. Il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa diġà rekwiżiti tal-akkwist obbligatorji għall-ilħuq tal-għanijiet speċifiċi fis-setturi tal-vetturi ta’ trasport fuq it-triq (id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija) u t-tagħmir tal-uffiċċju (ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju). Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ metodoloġiji komuni għall-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja avvanzat b’mod sinifikanti. Għaldaqstant jidher xieraq li nkomplu fuq dak il-perkors u nħallu l-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur biex tistabbilixxi objettivi obbligatorji u miri fir-rigward ta’ politiki partikolari u kundizzjonijiet prevalenti fis-settur rilevanti u li nippromwovu l-iżvilupp u l-użu ta’ approċċi Ewropej għall-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja bħala sostenn ulterjuri għall-użu tal-akkwist pubbliku b’appoġġ għat-tkabbir sostenibbli.

(39) Għandhom isiru sforzi biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-akkwist pubbliku sabiex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir sostenibbli, mingħajr ma jkun hemm indħil fil-kompetenza tal-awtoritajiet kontraenti, mingħajr ma jkun hemm indħil fis-setgħat tal-awtoritajiet kontraenti. B’mod partikolari, l-akkwist pubbliku huwa kruċjali biex tiġi stimolata l-innovazzjoni, li hija ta’ importanza kbira għat-tkabbir futur fl-Ewropa. Fl-isfond tad-differenzi importanti bejn is-setturi individwali u s-swieq, ma jkunx xieraq madankoll li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għal akkwist ambjentali, soċjali u innovattiv. Il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa diġà rekwiżiti tal-akkwist obbligatorji għall-ilħuq tal-għanijiet speċifiċi fis-setturi tal-vetturi ta’ trasport fuq it-triq (id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija) u t-tagħmir tal-uffiċċju (ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju). Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ metodoloġiji komuni għall-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja avvanzat b’mod sinifikanti. Għaldaqstant jidher xieraq li nkomplu fuq dak il-perkors u nħallu l-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur biex tistabbilixxi objettivi obbligatorji u miri fir-rigward ta’ politiki partikolari u kundizzjonijiet prevalenti fis-settur rilevanti u li nippromwovu l-iżvilupp u l-użu ta’ approċċi Ewropej għall-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja bħala sostenn ulterjuri għall-użu tal-akkwist pubbliku b’appoġġ għat-tkabbir sostenibbli.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Dawn il-miżuri speċifiċi għas-settur għandhom jiġu kkumplimentati minn adattament tad-Direttivi dwar l-akkwisti pubbliċi li għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kontraenti sabiex isegwu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 fl-istrateġiji tax-xiri tagħhom. Għaldaqstant, għandu jiġi ċċarat li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħżlu l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża u l-aktar spiża baxxa, permezz tal-approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja sakemm il-metodoloġija li se tintuża hija stabbilita b'mod oġġettiv u mhux diskriminatorju u hija aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha. Il-kunċett ta’ spejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja jinkludi l-ispejjeż kollha matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi, kemm l-ispejjeż interni tagħhom (bħal spejjeż relatati mal-iżvilupp, il-produzzjoni, l-użu, il-manutenzjoni u r-rimi ma’ tmiem iċ-ċiklu) kif ukoll l-ispejjeż esterni tagħhom, sakemm dawn jistgħu jiġu mmonitorjati u stmati fi flus. Għandhom jiġu żviluppati metodoloġiji komuni fil-livell tal-Unjoni għall-kalkolu tal-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja għall-kategoriji speċifiċi ta’ provvisti jew servizzi; kull meta tiġi żviluppata din il-metodoloġija, l-użu tagħha għandu jsir obbligatorju.

(40) Dawn il-miżuri speċifiċi għas-settur għandhom jiġu kkumplimentati minn adattament tad-Direttivi dwar l-akkwisti pubbliċi li għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kontraenti sabiex isegwu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 fl-istrateġiji tax-xiri tagħhom. Għaldaqstant, għandu jiġi ċċarat li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħżlu l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża permezz tal-approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja sakemm il-metodoloġija li se tintuża hija stabbilita b'mod oġġettiv u mhux diskriminatorju u hija aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha. Il-kunċett ta’ spejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja jinkludi l-ispejjeż kollha matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi, kemm l-ispejjeż interni tagħhom (bħal spejjeż relatati mar-riċerka, mal-iżvilupp, il-produzzjoni, it-trasport, l-użu, il-manutenzjoni u r-rimi ma’ tmiem iċ-ċiklu) kif ukoll l-ispejjeż esterni tagħhom, sakemm dawn jistgħu jiġu mmonitorjati u stmati fi flus.

(Ara l-emendi dwar l-Artikolu 66)

Ġustifikazzjoni

Il-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja għandu jkun waħda mill-għażliet sabiex tiġi determinata l-iktar offerta ekonomikament vantataġġuża (EMAT) pjuttost milli alternattiva għaliha.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Barra minn hekk, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta’ produzzjoni speċifiku, mod speċifiku ta’ provvista ta’ servizzi, jew proċess speċifiku għal kull stadju ieħor matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott jew servizz, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku. Sabiex il-kunsiderazzjonijiet soċjali jkunu integrati aħjar fl-akkwist pubbliku, ix-xerrejja jistgħu jkunu jistgħu wkoll jinkludu, fil-kriterju tal-għoti tal-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża, karatteristiċi relatati mal-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-persuni li jipparteċipaw direttament fil-proċess ta’ produzzjoni jew il-provvediment inkwistjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jikkonċernaw biss il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew l-iffaċilitar tal-integrazzjooni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta’ grupi vulnerabbbli fost il-persuni assenjati biex iwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltajiet. Kull kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu ,fi kwalunkwe każ, jibqa’ limitat għal dawk il-karatteristiċi li għandhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Huma għandhom ikunu applikati skont id-Direttiva 97/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi [provvediment ta’ servizzi] u b’mod li ma jiddiskriminax direttament jew indirettament kontra atturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi firmatarji tal-Ftehim jew Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li tagħhom l-Unjoni hija firmatarja. Għall-kuntratti ta’ servizz u għall-kuntratti li jinvolvu d-disinn ta’ xogħlijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jużaw bħala kriterju għall-għoti, l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat li jwettaq il-kuntratt inkwistjoni, minħabba li dan jista’ jaffettwa l-kwalità tat-prestazzjoni tal-kuntratt u, bħala riżultat, il-valur ekonomiku tal-offerta.

(41) Barra minn hekk, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti u fil-klawżoli tal-prestazzjoni tal-kuntratti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta’ produzzjoni speċifiku, inklużi pereżempju aspetti soċjali u ambjentali, mod speċifiku ta’ provvista ta’ servizzi, jew proċess speċifiku għal kull stadju ieħor matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott jew servizz, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku. Sabiex il-kunsiderazzjonijiet soċjali jkunu integrati aħjar fl-akkwist pubbliku, ix-xerrejja jistgħu jinkludu, fil-kriterji tal-għoti u fil-klawżoli tal-prestazzjoni tal-kuntratti, karatteristiċi relatati mal-kundizzjonijiet ta’ xogħol, impjieg u ambjentali, u jeżiġu l-produzzjoni ta' ċertifikati u tikketti mfassla mill-korpi indipendenti li jiċċertifikaw il-konformità tal-operatur ekonomiku mar-regoli u l-istandards stipulati f'dawk l-oqsma, li japplikaw meta jitwettqu x-xogħlijiet, jingħataw is-servizzi jew jiġu prodotti jew jingħataw il-prodotti, kif stipulat fil-konvenzjonijiet internazzjonali u fil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali kif ukoll fil-ftehimiet kollettivi miftiehma skont il-liġi nazzjonali u skont prattiki li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jikkonċernaw fost l-oħrajn il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew l-iffaċilitar tal-integrazzjooni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta’ grupi vulnerabbbli fost il-persuni assenjati biex iwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltajiet. Kull kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu ,fi kwalunkwe każ, jibqa’ limitat għal dawk il-karatteristiċi li għandhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Huma għandhom ikunu applikati skont id-Direttiva 97/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi [provvediment ta’ servizzi] u b’mod li ma jiddiskriminax direttament jew indirettament kontra atturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi firmatarji tal-Ftehim jew Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li tagħhom l-Unjoni hija firmatarja. Għall-kuntratti ta’ servizz u għall-kuntratti li jinvolvu d-disinn ta’ xogħolijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jużaw bħala kriterju għall-għoti, l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat li jwettaq il-kuntratt inkwistjoni, minħabba li dan jista’ jaffettwa l-kwalità tat-prestazzjoni tal-kuntratt u, bħala riżultat, il-valur ekonomiku tal-offerta li toffri l-aħjar valur għall-flus.

Ġustifikazzjoni

Il-kunsiderazzjonijiet soċjali mhumiex koperti biżżejjed mill-proposta tal-Kummissjoni . L-applikazzjoni tagħhom għandha tiġi permessa fil-fażijiet kollha tal-proċess tal-akkwist sakemm dawn ikunu marbuta b’mod ċar mas-suġġett tal-kuntratt.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Premessa 41a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(41a) Meta tiġi kkunsidrata l-każistika reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jagħżlu kriterju ta’ għoti li jirreferi għall-fatt li l-prodott ikkonċernat joriġina mill-kummerċ ġust, inkluż ir-rekwiżit li jitħallas prezz minimu u prezz primjum lill-produtturi.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) L-offerti li jidhru baxxi b’mod anormali fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jkunu bbażati fuq assunzjonijiet jew prattiċi li teknikament, ekonomikament jew legalment mhumiex sodi. Sabiex jiġu evitati żvantaġġi possibbli matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu obbligati li jitolbu spjegazzjoni tal-prezz mitlub meta offerta tkun ferm orħos mill-prezzijiet mitluba minn offerenti oħra. Fejn l-offerent ma jkunx jista’ jipprovdi spjegazzjoni suffiċjenti, l-awtorità kontraenti għandha tkun intitolata li tirrifjuta l-offerta. L-awtorità kontraenti għandha tkun obbligata li tirrifjuta, f’każijiet fejn tkun stabbiliet li l-prezz baxx b’mod anormali mitlub ikun irriżulta min-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni obbligatorja tal-Unjoni fl-oqsma tal-liġi soċjali, tax-xogħol jew ambjentali jew id-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol.

(42) L-offerti li jidhru baxxi b’mod anormali fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jkunu bbażati fuq assunzjonijiet jew prattiċi li teknikament, ekonomikament jew legalment mhumiex sodi. Sabiex jiġu evitati żvantaġġi possibbli matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu obbligati li jitolbu spjegazzjoni tal-prezz mitlub meta offerta tkun ferm orħos mill-prezzijiet mitluba minn offerenti oħra. Fejn l-offerent ma jkunx jista’ jipprovdi spjegazzjoni suffiċjenti, l-awtorità kontraenti għandha tkun intitolata li tirrifjuta l-offerta. L-awtorità kontraenti għandha tkun obbligata li tirrifjuta, f’każijiet fejn tkun stabbiliet li l-prezz baxx b’mod anormali mitlub ikun irriżulta min-nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi soċjali, tax-xogħol jew ambjentali msemmija fil-prinċipji ġenerali ta' din id-Direttiva.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Il-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva sakemm dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji, ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt u jkunu indikati fl-avviż dwar il-kuntratt, l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel li jintuża bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew id-dokumenti ta’ akkwist. Dawn jistgħu, b’mod partikolari, ikunu maħsuba biex jiffavorixxu t-taħriġ vokazzjonali fuq il-post, l-impjieg ta’ nies li qed iġarrbu diffikultà biex jintegraw ruħhom, il-ġlieda kontra l-qagħad jew il-protezzjoni tal-ambjent jew il-benessri tal-annimali. Pereżempju, fost affarijiet oħra, jistgħu jissemmew ir-rekwiżiti — applikabbli matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt — biex jiġu ingaġġati persuni li ilhom ifittxu impjieg jew biex jiġu implimentati miżuri ta’ taħriġ għall-persuni qiegħda jew għaż-żgħażagħ, biex jikkonformaw fis-sustanza mal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), anki meta dawn il-Konenzjonijiet ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali, u biex jiġu ingaġġati aktar persuni żvantaġġjati milli huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(43) Il-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva sakemm dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji, ikunu marbuta direttament mas-suġġett tal-kuntratt u mal-prinċipju tal-akkwist relatat mal-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi soċjali, tax-xogħol jew ambjentali u jkunu indikati fl-avviż dwar il-kuntratt, l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel li jintuża bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew id-dokumenti ta’ akkwist. Dawn jistgħu, b’mod partikolari, ikunu maħsuba biex jiffavorixxu t-taħriġ vokazzjonali jew professjonali fuq il-post, l-impjieg ta’ nies li qed iġarrbu diffikultà biex jintegraw ruħhom, il-ġlieda kontra l-qagħad jew il-protezzjoni tal-ambjent jew il-benessri tal-annimali. Pereżempju, fost affarijiet oħra, jistgħu jissemmew ir-rekwiżiti — applikabbli matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt — biex jiġu ingaġġati persuni li ilhom ifittxu impjieg jew biex jiġu implimentati miżuri ta’ taħriġ għall-persuni qiegħda jew għaż-żgħażagħ, biex jikkonformaw fis-sustanza mal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), anki meta dawn il-Konenzjonijiet ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali, u biex jiġu ingaġġati aktar persuni żvantaġġjati milli huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Premessa 43a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(43a) Il-Kummissjoni għandha tgħin lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ u gwida dwar id-djalogu kompetittiv lill-SMEs, billi tipprovdi eżempji tal-applikazzjoni u l-valur tiegħu, sabiex jinkoraġġixxu l-adozzjoni.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44) Il-liġijiet, ir-regolamenti u l-ftehimiet kollettivi, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-Unjoni, li huma fis-seħħ fl-oqsma tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol japplikaw matul it-twettiq ta’ kuntratt ta’ appalt, sakemm dawn ir-regoli, u l-applikazzjoni tagħhom, jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni. F’sitwazzjonijiet transkonfinali, fejn il-ħaddiema minn Stat Membru jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor għall-iskop ta’ twettiq ta’ kuntratt ta’ appalt, id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi[provvediment ta' servizzi] tistipula l-kundizzjonijiet minimi li għandhom jiġu osservati mill-pajjiż ospitu fir-rigward ta’ dawn il-ħaddiema stazzjonati. Fejn il-liġi nazzjonali jkun fiha dispożizzjonijiet f’dan ir-rigward, in-nuqqas ta’ konformità ma’ dawk l-obbligi jista’ jiġi kkunsidrat bħala kondotta serjament skorretta min-naħa tal-attur ekonomiku kkonċernat, li tista’ twassal għall-esklużjoni ta’ dak l-attur ekonomiku mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt ta’ appalt.

(44) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol li japplikaw fil-post fejn jitwettqu x-xogħlijiet, jingħataw is-servizzi jew jiġu prodotti jew jingħataw il-prodotti, kif stipulat fil-konvenzjonijiet internazzjonali mniżżla fl-Anness XI u fil-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali kif ukoll fil-ftehimiet kollettivi miftiehma skont il-liġi nazzjonali u skont prattiki li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni. F’sitwazzjonijiet transkonfinali, fejn il-ħaddiema minn Stat Membru jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor għall-iskop ta’ twettiq ta’ kuntratt ta’ appalt, id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi[provvediment ta' servizzi] tistipula l-kundizzjonijiet minimi li għandhom jiġu osservati mill-pajjiż ospitu fir-rigward ta’ dawn il-ħaddiema stazzjonati. Fejn il-liġi nazzjonali jkun fiha dispożizzjonijiet f’dan ir-rigward, in-nuqqas ta’ konformità ma’ dawk l-obbligi għandu jiġi kkunsidrat bħala kondotta serjament skorretta min-naħa tal-attur ekonomiku kkonċernat, li jista’ twassal għall-esklużjoni ta’ dak l-attur ekonomiku mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt ta’ appalt.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Premessa 48a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48a) L-awtoritajiet kontraenti għandhom jirrispettaw il-limiti taż-żmien għall-pagament kif previst fid-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali1.

 

1 ĠU L 148, 23.2.2011, p. 1.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49) L-evalwazzjoni uriet li l-Istati Membri ma jissorveljawx b’mod konsistenti u sistematiku l-implimentazzjoni u l-funzjonament tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Dan għandu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet li jirriżultaw minn dawn id-direttivi, u jista’ jitqies bħala sors ewlieni ta’ spejjeż u inċertezza. Diversi Stati Membri ħatru korp nazzjonali ċentrali li jittratta kwistjonijiet relatati mal-akkwist pubbliku, iżda l-kompiti fdati lil dawn il-korpi jvarjaw b’mod konsiderevoli madwar l-Istati Membri kollha. Mekkaniżmi ta’ monitoraġġ aktar ċari, konsistenti u awtorevoli għandhom iżidu l-għarfien tal-funzjonament tar-regoli dwar l-akkwist, itejbu ċ-ċertezza legali għan-negozji u l-awtoritajiet kontraenti, u jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet ekwi. Mekkaniżmi bħal dawn jistgħu jservu bħala għodda għall-identifikazzjoni u r-riżoluzzjoni bikrija ta’ problemi, speċjalment fir-rigward ta’ proġetti kofinanzjati mill-Unjoni u għall-identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet strutturali. B’mod partikolari hemm bżonn kbir li jiġu kkoordinati dawn il-mekkaniżmi sabiex jiġu żgurati applikazzjoni, kontroll u monitoraġġ konsistenti tal-politika tal-akkwist pubbliku, kif ukoll valutazzjoni sistematika tar-riżultati tal-politika tal-akkwist madwar l-Unjoni.

(49) L-evalwazzjoni uriet li għad hemm lok għal titjib konsiderevoli fl-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku. Bil-ħsieb li jiġi żgurat li jkun hemm applikazzjoni aktar effiċjenti u konsistenti tar-regoli, min-naħa waħda huwa essenzjali li tinkiseb ħarsa ġenerali tajba dwar il-problemi strutturali possibbli u x-xejriet ġenerali fil-politiki nazzjonali tal-akkwist, sabiex jiġu indirizzati l-problemi possibbli b’mod aktar immirat. Din l-idea ġenerali għandha tinkiseb permezz ta' monitoraġġ adatt, li r-riżultati tiegħu għandhom jiġu ppubblikati regolarment, sabiex ikun jista' jsir dibattitu infurmat dwar titjib possibbli għar-regoli u l-prattika ta' akkwist. Min-naħa l-oħra, gwida aħjar u għajnuna lill-awtoritajiet kontraenti u l-atturi ekonomiċi jistgħu wkoll jikkontribwixxu bil-kbir għat-titjib tal-effiċjenza tal-akkwist pubbliku, permezz ta’ għarfien aħjar, ċertezza legali akbar u l-professjonalizzazzjoni tal-prattiki ta’ akkwist. Tali gwida għandha ssir disponibbli lill-awtoritajiet kontraenti u l-atturi ekonomiċi kull fejn meħtieġ, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tar-regoli. Għal dak il-għan l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet jew l-istrutturi kompetenti jkunu responsabbli mill-monitoraġġ, implimentazzjoni u l-kontroll tal-akkwist pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Proposti alternattivi dwar il-governanza.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50) L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità nazzjonali waħda li tkun responsabbli għall-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-akkwist pubbliku. Korp ċentrali bħal dan għandu jkollu disponibbli informazzjoni diretta u fil-ħin, b’mod partikolari fir-rigward tal-problemi differenti li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-liġi tal-akkwist pubbliku. Din għandha tkun fil-pożizzjoni li tipprovdi rispons immedjat dwar il-funzjonament tal-politika u n-nuqqasijiet potenzjali fil-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali, u għandha tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni rapida tas-soluzzjonijiet. Bil-għan tal-ġlieda effiċjenti kontra l-korruzzjoni u l-frodi, dan il-korp ċentrali u l-pubbliku ġenerali għandhom ikollhom ukoll il-possibbiltà li jispezzjonaw it-testi ta’ kuntratti konklużi. Għaldaqstant, kuntratti ta’ valur għoli għandhom jiġu trażmessi lill-korp ta’ sorveljanza bil-possibbiltà li persuni interessati jkollhom aċċess għal dawn id-dokumenti, sakemm ma jkunux imxekkla l-interessi pubbliċi jew privati leġittimi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dawn l-Artikoli joħolqu piżijiet amministrattivi mhux neċessarji. Huwa f'idejn l-Istati Membri li joganizzaw l-amministrazzjoni interna tagħhom. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li joħolqu korp ta' sorveljanza (Artikolu 84) mingħajr regolamentazzjoni Ewropea. L-Artikolu 84 imur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52) Diġà jeżistu strutturi jew mekkaniżmi ta’ monitoraġġ, sorveljanza u appoġġ bħal dawn diġà jeżistu fil-livell nazzjonali u ċertament, dawn jistgħu jintużaw biex jiżguraw monitoraġġ, implimentazzjoni u kontroll tal-akkwisti pubbliċi u sabiex jipprovdu l-appoġġ meħtieġ lill-awtoritajiet kontraenti u l-atturi ekonomiċi.

(52) It-traċċabilità u t-trasparenza tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-proċeduri tal-akkwist huma essenzjali għall-garanzija ta’ proċeduri sodi, inkluż li effettivament jiġu miġġielda l-korruzzjoni u l-frodi. L-awtoritajiet kontraenti għandhom iżommu kopji tal-kuntratti ta’ valur għoli sabiex ikunu jistgħu jipprovdu aċċess għal dawk id-dokumenti lill-partijiet interessati skont ir-regoli applikabbli dwar l-aċċess għad-dokumentazzjoni. Barra minn hekk, l-elementi essenzjali u d-deċiżjonijiet tal-proċeduri tal-akkwist individwali għandhom ikunu dokumentati f’rapport tal-akkwist. Sabiex jillimita l-piżijiet amministrattivi, ir-rapport ta’ akkwist għandu jirreferi għal informazzjoni li diġà tinsab fl-avviżi rilevanti tal-għoti ta’ kuntratti. Is-sistemi elettroniċi għall-pubblikazzjoni ta’ dawk l-avviżi, ġestiti mill-Kummissjoni, għandhom jiġu mtejba wkoll sabiex isir aktar faċli li tiddaħħal id-deja filwaqt li jagħmlu aktar faċli l-estrazzjoni ta’ rapporti u l-iskambju ta’ dejta bejn is-sistemi.

Ġustifikazzjoni

Proposti alternattivi dwar il-governanza.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53) Hemm bżonn ta’ kooperazzjoni effettiva biex tiżgura pariri u prattiċi konsistenti f’kull Stat Membru u fl-Unjoni. Entitajiet maħtura għall-monitoraġġ, l-implimentazzjoni, il-kontroll u l-assistenza teknika għandhom ikunu jistgħu jaqsmu informazzjoni u jikkooperaw; fl-istess kuntest, l-awtorità nazzjonali maħtura minn kull Stat Membru għandha taġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt preferut mas-servizzi tal-Kummissjoni bil-għan li tinġabar id-dejta, tiġi skambjata l-informazzjoni u tiġi sorveljata l-implimentazzjoni tal-liġi dwar l-akkwist pubbliku tal-Unjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Proposti alternattivi dwar il-governanza.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Premessa 53a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(53a) Il-mod li bih tiġi trasposta din id-Direttiva hu tal-ikbar importanza għall-isforzi ta’ simplifikazzjoni, kif ukoll biex jiġi żgurat approċċ uniformi għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, biex b’hekk isir kontribut għaċ-ċertezza legali meħtieġa mill-awtoritajiet kontraenti, partikolarment fil-livell sub-ċentrali, kif ukoll mill-SMEs. Il-Kummissjoniu u l-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw li din id-Direttiva tiġi trasposta, billi jitqies ukoll l-impatt kbir tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku fuq il-proċess tal-aċċessar tal-fondi tal-Unjoni. Għalhekk, hu tal-ikbar importanza li l-Istati Membri jevitaw kemm jistgħu jkun kwalunkwe frammentazzjoni fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni, filwaqt li jikkontribwixxu wkoll għas-simplifikazzjoni fil-livell nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li t-traspożizzjoni ma tfixkilx l-isforzi tas-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni, sabiex tiġi evitata frammentazzjoni tar-regoli fl-Unjoni kollha, li taffettwa l-iktar lill-SMEs u awtoritajiet ta’ kuntatt iżgħar fil-livell reġjonali u lokali.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56) Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, bħal fit-tfassil tal-formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi; il-formola standard għall-Passaport Ewropew għall-Akkwist u l-mudell komuni li għandu jintuża mill-korpi ta’ ħarsien ġenerali għat-tfassil tar-rapport statistiku u ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ dawn l-atti ta’ implimentazzjoni, li ma għandhom l-ebda impatt, la mil-lat finanzjarju u lanqas fuq in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva. Għall-kuntrarju, dawn l-atti huma kkaratterizzati minn għan amministrattiv sempliċi u jservu biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti b’din id-Direttiva.

(56) Il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, bħal fit-tfassil tal-formoli standard għall-pubblikazzjoni ta’ avviżi u l-formola standard għall-Passaport Ewropew għall-Akkwist. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ dawn l-atti ta’ implimentazzjoni, li ma għandhom l-ebda impatt, la mil-lat finanzjarju u lanqas fuq in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva. Għall-kuntrarju, dawn l-atti huma kkaratterizzati minn għan amministrattiv sempliċi u jservu biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti b’din id-Direttiva.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fis-sens ta’ din id-Direttiva l-akkwist huwa x-xiri jew forom oħra ta’ akkwist ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand atturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti, sew jekk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi huma maħsuba għal skop pubbliku u sew jekk le.

2. L-akkwist, fis-sens ta’ din id-Direttiva huwa l-akkwist tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand atturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti.

Firxa sħiħa ta’ xogħlijiet, provvisti u/jew servizzi, anki jekk mixtrija permezz ta’ kuntratti differenti, tikkostitwixxi akkwist wieħed skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva, jekk il-kuntratti jkunu parti minn proġett wieħed.

 

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafi 2a u 2b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Din id-Direttiva hija mingħajr ħsara għad-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha li jiddeċiedu jekk, kif u sa liema punt iridu jwettqu l-funzjonijiet pubbliċi huma stess skont il-Protokoll Nru 26 dwar is-Servizzi ta' Interess Ġenerali u l-Artikolu 14 tat-TFUE.

 

2b. Din id-Direttiva ma taffettwax il-mod kif l-Istati Membri jorganizzaw il-leġiżlazzjoni tagħhom tas-sigurtà soċjali.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) huma stabbiliti għal jew għandhom l-għan speċifiku li jaqdu l-bżonnijiet fl-interess pubbliku, li ma għandux karattru industrijali jew kummerċjali; Għal dak l-għan, korp li jopera fil-kundizzjonijiet normali tas-suq, għandu l-għan li jagħmel profitt, u jerfa’ t-telf li jirriżulta mill-eżerċitar tal-attività tiegħu, ma għandux l-għan li jaqdi l-bżonnijiet fl-interess pubbliku, li ma għandux karattru industrijali jew kummerċjali;

(a) huma stabbiliti għal jew għandhom l-għan speċifiku li jaqdu l-bżonnijiet fl-interess pubbliku, li ma għandux karattru industrijali jew kummerċjali;

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) it-twettiq, bi kwalunkwe mezz, ta’ xogħol li jikkorrispondi għar-rekwiżiti speċifikati mill-awtorità kontraenti li teżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tip jew id-disinn tax-xogħol;

(c) it-twettiq ta’ xogħol li jikkorrispondi għar-rekwiżiti speċifikati mill-awtorità kontraenti li teżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tip jew id-disinn tax-xogħol;

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) ‘dokumenti tal-akkwist’ tfisser id-dokumenti kollha maħluqa jew li ssir referenza għalihom mill-awtorità kontraenti sabiex tiddeskrivi jew tiddetermina elementi tal-akkwist jew tal-proċedura, inkluż l-avviż dwar kuntratt, l-avviż informattiv minn qabel fejn dan jintuża bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, id-dokument deskrittiv, il-kundizzjonijiet proposti ta’ kuntatt, il-formati għall-preżentazzjoni ta’ dokumenti minn kandidati u offerenti, l-informazzjoni dwar obbligi applikabbli b’mod ġenerali u kull dokument addizzjonali.

(15) ‘dokumenti tal-akkwist’ tfisser kull dokument maħluq jew li ssir referenza għalih mill-awtorità kontraenti sabiex tiddeskrivi jew tiddetermina elementi tal-akkwist jew tal-proċedura, inkluż l-avviż dwar kuntratt, l-avviż informattiv minn qabel fejn dan jintuża bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, id-dokument deskrittiv, il-kundizzjonijiet proposti ta’ kuntatt, il-formati għall-preżentazzjoni ta’ dokumenti minn kandidati u offerenti, l-informazzjoni dwar obbligi applikabbli b’mod ġenerali u kull dokument addizzjonali.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) ‘ċiklu tal-ħajja’ tfisser l-istadji konsekuttivi u/jew marbutin bejniethom kollha, inklużi l-produzzjoni, it-trasport, l-użu u l-manutenzjoni matul l-eżistenza ta’ prodott jew xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizz, minn xiri ta’ materja prima jew il-ġenerazzjoni ta’ riżorsi sar-rimi, l-approvazzjoni u l-finalizzazzjoni.

(22) ‘ċiklu tal-ħajja’ tfisser l-istadji konsekuttivi jew marbutin kollha, matul l-eżistenza ta’ prodott jew xogħol jew il-forniment ta’ servizz, inklużi r-riċerka, l-iżvilupp, il-produzzjoni, it-trasport, l-użu u l-manutenzjoni, mix-xiri tal-materja prima jew il-ġenerazzjoni ta’ riżorsi sar-rimi, l-approvazzjoni u l-finalizzazzjoni.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) 'innovazzjoni' tfisser l-implementazzjoni ta' prodott, servizz, proċess ġdid jew mtejjeb b'mod sinifikanti, metodu ġdid ta' kummerċjalizzazzjoni, jew metodu organizzazzjonali ġdid fil-prattiki tan-negozju, organizzazzjoni tal-post tax-xogħol jew relazzjonijiet esterni li jgħin biex jissolvew l-isfidi tas-soċjetà jew li jappoġġa l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) EUR 500 000 għall-kuntratti pubbliċi għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness XVI.

(d) EUR 750 000 għall-kuntratti pubbliċi għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness XVI.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull sentejn mit-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-limiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 jikkorrispondu għall-limiti stabbiliti fil-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u għandha, fejn ikun neċessarju, tirrevedihom.

Kull sentejn mit-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-limiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 jikkorrispondu għall-limiti stabbiliti fil-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u għandha, fejn dan ikun neċessarju u wara li ssir konsultazzjoni mal-Istati Membri dwar l-applikazzjoni tal-limiti għal ċerti setturi u tipi ta’ kuntatti, tirrevedihom. Il-Kummissjoni għandha żżid il-limiti, fejn possibbli, u, jekk jiġu stabbiliti fil-Ftehim dwar l-Akkwisti tal-Gvern, tagħti prijorità biex iżżidhom matul iċ-ċiklu ta’ negozjati li jmiss.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Esklużjoni għal kuntratti li jaqgħu taħt reġim ta’ prezz fiss

 

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-kuntratti li huma suġġetti bil-liġi għal prezz fiss, fejn il-prodotti jew servizzi pprovduti mhumiex differenti b'mod sinifikanti f'termini tal-kompożizzjoni jew karatteristiċi tagħhom.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7b

 

Esklużjoni għal servizzi mogħtija fuq il-bażi ta' dritt esklussiv

 

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-kuntratti ta’ servizzi pubbliċi mogħtija minn awtorità kontraenti lil awtorità kontraenti oħra jew lil assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet kontraenti abbażi ta’ dritt esklużiv li huma jgawdu skont liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ppubblikati li jkunu kumpatibbli mat-Trattati.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta’ materjal għall-programm maħsuba għas-servizzi awdjoviżivi tal-midja, li huma mogħtija mix-xandara, jew il-kuntratti għal ħin ta’ xandir li huma mogħtija lill-fornituri tas-servizz awdjoviżiv tal-midja;

(b) l-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta’ materjal għall-programm maħsuba għas-servizzi tal-midja, jew il-kuntratti għal xandir jew id-distribuzzjoni u t-trażmissjoni; għall-finijiet ta' din id-Direttiva, "servizzi tal-midja" tfisser il-forom kollha ta' trażmissjoni u distribuzzjoni li jużaw kwalunkwe forma ta' netwerk elettroniku;

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni;

(c) is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni u kull wieħed mis-servizzi legali li ġejjin:

 

(i) ir-rappreżentanza legali ta’ klijent fi proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi quddiem qrati, tribunali jew awtoritajiet pubbliċi permezz ta’ avukat fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/249/KEE;

 

(ii) is-servizzi legali pprovduti minn trustees, gwardjani maħtura jew servizzi legali oħra li l-fornituri tagħhom huma maħtura minn qorti jew tribunal fl-Istat Membru kkonċernat;

 

(iii) is-servizzi legali li fl-Istat Membru kkonċernat huma marbuta mal-eżerċizzju ta’ awtorità uffiċjali;

 

(iv) iċ-ċertifikazzjonijiet u l-awtentikazzjoni ta’ dokumenti min-nutara;

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) is-servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ Titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, is-servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja;

(d) is-servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ Titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew transazzjonijiet minn awtoritajiet kontraenti biex jinġabru flus jew kapital, is-servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja;

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) id-difiża ċivili, is-servizzi tal-protezzjoni ċivili u l-prevenzjoni tal-periklu;

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) l-għoti ta' assistenza internazzjonali, inkluża għajnuna għall-iżvilupp;

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizzi awdjoviżivi tal-midja msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu għandu jinkludi kwalunkwe trasmissjoni u distribuzzjoni permezz ta’ kwalunkwe forma ta’ netwerk elettroniku.

imħassar

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi

Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess.

(a) l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess, jiġifieri teżerċita influwenza deċiżiva kemm fuq l-objettivi strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika taħt kontroll.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) mill-inqas 90% tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti li jikkontrollawha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

(b) mill-inqas 80% tal-medja tal-fatturat totali ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti li jikkontrollawha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata.

(c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata, bl-eċċezzjoni ta’ forom ta' parteċipazzjoni privata ta' minoranza jew infurzati b’mod legali, b'konformità mat-Trattati, u li ma jeżerċitaw l-ebda influwenza fuq id-deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti ta' kontroll.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorità kontraenti għandha titqies li teżerċita kontroll fuq persuna ġuridika li huwa analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifisira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu meta din teżerċita influwenza determinanti kemm fuq l-għanijiet strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet importanti tal-persuna ġuridika kkontrollata.

imħassar

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-paragrafu 1 japplika wkoll meta entità kkontrollata, li hija awtorità kontraenti, tagħti kuntratt lill-entità li jkollha l-kontroll tagħha, jew lil xi persuna ġuridika kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika li jingħatalha l-kuntratt ta’ appalt.

2. Il-paragrafu 1 japplika wkoll meta entità, jew entitajiet, ikkontrollati, li jkunu awtoritajiet kontraenti, jagħtu kuntratt lill-entità, jew lill-entitajiet, li jkollhom il-kontroll tagħhom, jew lil xi persuna ġuridika kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika li jingħatalha l-kuntratt ta’ appalt, bl-eċċezzjoni ta’ forom bla dritt ta' kontroll jew infurzati legalment ta’ parteċipazzjoni privata, b’konformità mat-Trattati, u li ma jeżerċitaw l-ebda influwenza fuq id-deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti ta’ kontroll.

 

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-paragrafu 1 japplika wkoll meta entità kkontrollata, li hija awtorità kontraenti, tagħti kuntratt lill-entità li jkollha l-kontroll tagħha, jew lil xi persuna ġuridika kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika li jingħatalha l-kuntratt ta’ appalt.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija)

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Awtorità kontraenti li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika skont it-tifsira tal-paragrafu 1, xorta waħda tista’ tagħti kuntratt ta’ appalt mingħajr ma tapplika din id-Direttiva lil persuna ġuridika li hija tikkontrolla b’mod konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti oħra, meta jiġu sodisfatti il-kundizzjonijiet li ġejjin:

3. Awtorità kontraenti li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika skont it-tifsira tal-punt (a) tal-paragrafu 1 subparagrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, xorta waħda tista’ tagħti kuntratt ta’ appalt barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva lil persuna ġuridika li hija tikkontrolla b’mod konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti oħra, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) mill-inqas 90% tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti li jikkontrollawha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

(b) mill-inqas 80 % tal-medja tal-fatturat totali ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti li jikkontrollawha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata.

(c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata, bl-eċċezzjoni ta’ forom bla dritt ta' kontroll jew infurzati legalment ta’ parteċipazzjoni privata, b’konformità mat-Trattati, u li ma jeżerċitaw l-ebda influwenza fuq id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti ta’ kontroll.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata huma ffurmati minn rappreżentanti ta’ kull awtorità kontraenti parteċipanti;

(a) il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata huma ffurmati minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, filwaqt li rappreżentant wieħed jista' jirrappreżenta awtorità kontraenti parteċipanti waħda jew aktar;

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-persuna ġuridika kkontrollata ma tfittex l-ebda interess li huwa distint minn dak tal-awtoritajiet pubbliċi li hija affiljata magħhom;

(c) il-persuna ġuridika kkontrollata ma tfittex l-ebda interess li huwa f'konflitt ma' dak tal-awtoritajiet pubbliċi li hija affiljata magħhom;

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-persuna ġuridika kkontrollata ma tikseb l-ebda gwadann ieħor, minbarra r-rimborż tal-ispejjeż attwali mill-kuntratti pubbliċi mal-awtoritajiet kontraenti.

imħassar

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Ftehim konkluż bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar ma għandux jitqies bħala kuntratt ta’ appalt skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6) ta’ din id-Direttiva, meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

4. Ftehim konkluż bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar għandu jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a) il-ftehim jistabbilixxi kooperazzjoni leali bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, bil-għan li jwettaq b’mod konġunt ix-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tagħhom u li jinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi tal-partijiet;

(a) il-ftehim jistabbilixxi kooperazzjoni leali bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, bil-għan li jwettqu b’mod konġunt ix-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tagħhom u li jinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi tal-partijiet għall-fini tat-twettiq ta’ xogħol kondiviż ta’ servizz pubbliku jew il-ġbir komuni ta’ riżorsi sabiex ikunu jistgħu jwettqu x-xogħlijiet tagħhom stess;

(b) il-ftehim huwa regolat biss minn kunsiderazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-interess pubbliku;

(b) il-ftehim huwa regolat biss minn kunsiderazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-interess pubbliku;

(c) l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti ma jwettqux fis-suq miftuħ aktar minn 10% f’termini tal-fatturat tal-attivitajiet li huma rilevanti fil-kuntest tal-ftehim;

 

(d) Il-ftehim ma jinvolvix trasferimenti finanzjarji bejn awtoritajiet kontraenti parteċipanti, minbarra dawk li jikkorrispondu għar-rimborż tal-ispejjeż attwali tax-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti;

 

(e) ma hemmx parteċipazzjoni privata fl-ebda waħda mill-awtoritajiet kontraenti involuti.

(c) ma hemm parteċipazzjoni privata fl-ebda waħda mill-awtoritajiet kontraenti involuti. bl-eċċezzjoni ta’ forom bla dritt ta' kontroll jew infurzati legalment ta’ parteċipazzjoni privata, b’konformità mat-Trattati, u li ma jeżerċitaw l-ebda influwenza fuq id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti ta’ kontroll.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-ftehim jistabbilixxi kooperazzjoni leali bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, bil-għan li jwettaq b’mod konġunt ix-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tagħhom u li jinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi tal-partijiet;

Ma teffettwax il-verżjoni Maltija

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet jew strumenti legali oħra, konklużi bejn diversi awtoritajiet kontraenti jew gruppi ta' awtoritajiet kontraenti li jipprevedu, fil-kuntest tal-organizzazzjoni istituzzjonali jew amministrattiva interna ta' Stat Membru, u skont ir-regolament jew il-liġi nazzjonali applikabbli, it-trasferiment ta' setgħat jew it-trasferiment ta’ xogħol ta' servizz pubbliku bejn il-partijiet.

 

M'għandu jkun hemm parteċipazzjoni privata fl-ebda waħda mill-awtoritajiet kontraenti involuti.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-esklużjonijiet previsti fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jieqfu milli japplikaw mill-mument li fih isseħħ kwalunkwe parteċipazzjoni privata, bl-effett li l-kuntratti attwali jkunu jridu jinfetħu għall-kompetizzjoni permezz ta’ proċeduri regolari ta’ akkwist.

imħassar

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Soġġetta għall-Artikolu 346 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, bl-eċċezzjoni tal-kuntratti li ġejjin:

1. Soġġetta għall-Artikolu 346 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u għall-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, bl-eċċezzjoni tal-kuntratti li ġejjin:

(a) kuntratti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/81/KE

(a) kuntratti li fir-rigward tagħhom, l-applikazzjoni tar-regoli ta’ din id-Direttiva tobbliga Stat Membru jforni informazzjoni li l-iżvelar tagħha jkun jikkunsidrah li jmur kontra l-interessi essenzjali tas-sigurtà tiegħu, jew kuntratti li fir-rigward tagħhom l-akkwist u t-twettiq tal-kuntratt ikunu akkumpanjati b’miżuri ta’ sigurtà speċjali b’konformità mal-liġijiet, ir-regoli jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fi Stat Membru meta l-Istat Membru jkun stabbilixxa li l-interessi essenzjali kkonsċrnati ma jkunux jistgħu jiġu garantiti permezz ta’ miżuri inqas intrużivi bħalma huma pereżempju dawk imsemmija fil-paragrafu 2;

 

(b) kuntratti li għalihom ma tapplikax id-Direttiva 2009/81/KE skont l-Artikoli 8, 12 u 13 tagħha.

(b) kuntratti mogħtija fil-qafas tal-programm kooperattiv imsemmi fl-Artikolu 13(c) tad-Direttiva 2009/81/KE;

 

(ba) kuntratti mogħtija minn gvern lil gvern ieħor relatati ma' xogħlijiet u servizzi marbuta direttament ma' tagħmir militari jew tagħmir sensittiv, jew xogħlijiet u servizzi speċifikament għal raġunijiet militari, jew xogħlijiet sensittivi u servizzi sensittivi;

 

(bb) kuntratti mogħtija f’pajjiż terz, li jitwettqu meta jkunu skjerati forzi militari barra mit-territorju tal-Unjoni, fejn il-ħtiġijiet operattivi jitolbu li dawn ikunu konklużi ma' atturi ekonomiċi li jkunu jinsabu fiż-żona tal-operazzjonijiet.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinn għajr dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu sa fejn il-protezzjoni tal-interessi ta’ sigurtà essenzjali ta’ Stat Membru ma tkunx tista’ tiġi garantita fi proċedura ta’ akkwist kif speċifikat f’din id-Direttiva.

2. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi u kompetizzjonijiet ta’ disinn għajr dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu sa fejn il-protezzjoni tal-interessi ta’ sigurtà essenzjali ta’ Stat Membru ma tkunx tista’ tiġi garantita fi proċedura ta’ akkwist kif speċifikat f’din id-Direttiva u li mhumiex b'mod ieħor eżentati skont il-paragrafu 1 sal-punt li l-protezzjoni tal-interessi essenzjali ta’ sigurtà ta’ Stat Membru ma tkunx tista’ tiġi garantita permezz ta' miżuri inqas intrużivi, pereżempju bl-impożizjoni ta' rekwiżiti mmirati għall-protezzjoni tan-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni li l-awtoritajiet kontraenti jagħmlu disponibbli tul il-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt kif previst f'din id-Direttiva.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-atturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat.

1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-atturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat.

Id-disinn tal-akkwist ma għandux isir bil-għan li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew sabiex inaqqas il-kompetizzjoni b’mod artifiċjali.

Id-disinn tal-akkwist ma għandux isir bil-għan li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew sabiex inaqqas il-kompetizzjoni b’mod artifiċjali.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atturi ekonomiċi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol li japplikaw fil-post fejn jitwettqu x-xogħlijiet, jiġu pprovduti s-servizzi jew jiġu prodotti jew fornuti, kif stipulat fil-konvenzjonijiet internazzjonali elenkati fl-Anness XI u fil-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali kif ukoll fil-ftehimiet kollettivi konklużi skont liġijiet u prattiki nazzjonali li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madanakollu, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u xogħlijiet kif ukoll kuntratti pubbliċi ta’ provvista li jkopru servizzi addizzjonali jew operazzjonijiet ta’ bini u installazzjoni, il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fit-talba għal parteċipazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali relevanti tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni.

Madanakollu, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u xogħlijiet kif ukoll kuntratti pubbliċi ta’ provvista li jkopru servizzi addizzjonali jew operazzjonijiet ta’ bini u installazzjoni, il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fit-talba għal parteċipazzjoni, in-numru u l-livelli tal-kwalifiki professjonali relevanti tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni.

Ġustifikazzjoni

It-test attwali jidher li jindika li, għall-provvista ta' servizzi li fil-parti l-kbira tagħhom jikkonsistu f'persunal professjonali (bħal konsulenza relatata mal-inġinerija), il-kandidati fit-talba biex jipparteċipaw jistgħu jiddefinixxu t-timijiet tal-proġett. Fil-prattika hu impossibbli għal min jitfa' l-offerta li jikkommetti l-persunal allokat f'dan l-istadju, meta wieħed iqis it-tul tal-proċedura tal-għażla u tal-għoti tal-kuntratt.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu l-possibbiltà lil assoċjazzjoni temporanja ta’ atturi ekonomiċi li tissodisfa r-rekwiżiti tekniċi, legali u finanzjarji kollha bħala entità unika, li tiġbor fiha l-karatteristiċi individwali tal-komponenti tal-grupp.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Dan l-Artikolu m'għandux iwaqqaf l-iżvelar pubbliku tal-partijiet mhux kunfidenzjali tal-kuntratti konklużi, inkluża kwalunkwe bidla sussegwenti.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) telefown fil-każijiet jew iċ-ċirkustanzi mmsemmija fil-paragrafu 6;

imħassar

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula ġeneralment għandhom ikunu disponibbli u ma għandhomx jirristrinġu l-aċċess għall-proċedura ta’ akkwist lill-operaturi ekonomiċi.

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula ġeneralment għandhom ikunu disponibbli, u aċċessibbli għal persuni b'diżabilità, u ma għandhomx jirristrinġu l-aċċess għall-proċedura ta’ akkwist lill-operaturi ekonomiċi.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’kull komunikazzjoni, skambju u ħżin ta’ informazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw li l-integrità tad-dejta u l-kunfidenzjalità ta’ offerti jew ta’ talbiet għall-parteċipazzjoni huma ppreservati. Huma għandhom jeżaminaw il-kontenut tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni biss wara li jkun skada l-limitu ta' żmien għat-tressiq tagħhom.

F'kull komunikazzjoni, skambju u ħżin ta' informazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw li l-integrità tad-dejta u l-kunfidenzjalità kemm ta' offerti jew ta' talbiet għall-parteċipazzjoni kif ukoll tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18, huma ppreservati. Huma għandhom jeżaminaw il-kontenut tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni biss wara li jkun skada l-limitu ta’ żmien għat-tressiq tagħhom.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità tal-formats tekniċi kif ukoll tal-istandards tal-ipproċessar u tal-messaġġi, b’mod partikolari fil-kuntest transkonfinali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 89 sabiex tistabbilixxi l-użu mandatorju ta’ standards tekniċi speċifiċi, tal-inqas fir-rigward tal-użu tas-sottomissjoni elettronika, katalogi elettroniċi u mezzi għal awtentikazzjoni elettronika.

Sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità tal-formati tekniċi kif ukoll tal-istandards tal-ipproċessar u tal-messaġġi, b’mod partikolari fil-kuntest transkonfinali, il-Kummissjoni tista’ tirrakkomanda l-użu ta’ standards tekniċi speċifiċi, tal-inqas fir-rigward tal-użu tas-sottomissjoni elettronika, katalogi elettroniċi u mezzi għal awtentikazzjoni elettronika.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha se tinneċessita bidliet korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) talbiet għal parteċipazzjoni fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jistgħu jsiru bil-miktub jew bit-telefon; jekk bit-telefon, trid tintbagħat konferma bil-miktub qabel id-data ta’ skadenza tal-perjodu stabbilit għar-riċevuta tagħhom;

(a) talbiet għal parteċipazzjoni fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jistgħu jsiru bil-miktub;

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 7 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rigward ta’ kuntratti li jaqbżu l-limitu stabbilit fl-Artikolu 4, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu l-użu kemm mill-awtoritajiet kontraenti kif ukoll mill-offerenti ta’ għodda għall-immudellar elettroniku tal-informazzjoni dwar il-bini li jsegwu t-termini ta' żmien ġenerali għall-implimentazzjoni tal-akkwist elettroniku stabbilit fl-ewwel subparagrafu.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli sabiex minnufih u b’mod effettiv jipprevjenu, jidentifikaw u jirrimedjaw il-kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mit-twettiq ta’ proċeduri ta’ akkwist li huma soġġetti għal din id-Direttiva, inkluż id-disinn u t-tħejjija tal-proċedura, it-tfassil tad-dokumenti ta’ akkwist, l-għażla tal-kandidati u l-offerenti u l-għotja tal-kuntratt, sabiex jiġi evitat kwalunkwe tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u jkun żgurat trattament ugwali għall-offerenti kollha.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi sabiex minnufih u b’mod effettiv jipprevjenu, jidentifikaw u jirrimedjaw il-kunflitti ta’ interess li jirriżultaw mit-twettiq ta’ proċeduri ta’ akkwist sabiex jiġi evitat kwalunkwe tgħawwiġ tal-kompetizzjoni u jkun żgurat trattament ugwali tal-atturi ekonomiċi kollha.

L-idea ta’ kunflitt ta’ interessi tal-inqas għandha tkopri kwalunkwe sitwazzjoni fejn il-kategoriji ta’ persuni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom interess privat, dirett jew indirett, fir-riżultat tal-proċedura ta’ akkwist, li jistgħu jinħassu li jxekklu t-twettiq imparzjali u oġġettiv tad-dmirijiet tagħhom.

Il-kunċett ta' konflitti ta' interessi għandu mill-inqas ikopri kwalunkwe sitwazzjoni fejn il-persunal jew il-membri li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti jew ta' fornitur ta' servizzi ta’ akkwist li jaġixxi f'isem l-awtorità kontraenti li jkunu involuti fit-twettiq tal-proċedura tal-akkwist jew li jistgħu jinfluwenzaw l-eżitu ta' dik il-proċedura jkollhom, direttament jew indirettament, interess finanzjarju, ekonomiku, jew persunali kew komuni ieħor li jista' jiġi kkunsidrat li jikkomprometti l-imparzjalità u l-indipendenza tagħhom fil-kuntest tal-proċedura tal-akkwist.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘interessi privati’ tfisser kwalunkwe familja, il-ħajja emozzjonali, interessi ekonomiċi, politiċi jew interessi oħrajn kondiviżi mal-kandidati jew l-offerenti, inklużi interessi professjonali f’kunflitt.

 

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafi 2, 3 u 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw dawk il-kunflitti ta’ interess li tal-inqas jinvolvu l-kategoriji ta’ persuni li ġejjin:

imħassar

(a) membri tal-persunal tal-awtorità kontraenti, fornituri tas-servizzi ta’ akkwist jew membri tal-persunal ta’ fornituri oħrajn tas-servizzi li huma involuti fit-twettiq tal-proċedura ta’ akkwist;

 

(b) il-president tal-awtorità kontraenti u l-membri tal-korpi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti li, mingħajr ma jkunu neċessarjament involuti fit-twettiq tal-proċedura ta’ akkwist, xorta waħda jistgħu jinfluwenzaw ir-riżultat ta’ dik il-proċedura.

 

3. B’mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw:

 

(a) li l-membri tal-persunal imsemmija fil-paragrafu 2(a) ikunu meħtieġa li jiddivulgaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess fir-rigward ta’ kwalunkwe kandidat jew offerent, hekk kif isiru konxji b’dawn il-kunflitti, ħalli jippermettu lill-awtorità kontraenti sabiex tieħu azzjoni ta’ rimedju;

 

(b) li, fil-bidu tal-proċedura tal-akkwist, il-kandidati u l-offerenti huma meħtieġa jissottomettu dikjarazzjoni dwar l-eżistenza ta' kwalunkwe rabtiet privileġġjati mal-persuni msemmija fil-paragrafu 2(b), li aktarx li jqiegħdu lil dawk il-persuni f'sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interess; L-awtorità kontraenti għandha tindika fir-rapport individwali msemmi fl-Artikolu 85 jekk kandidat jew offerent ressaqx dikjarazzjoni.

 

Fil-każ ta’ kunflitt ta’ interessi, l-awtorità kontraenti għandha tieħu l-miżuri xierqa. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu skwalifika tal-membru tal-persunal inkwistjoni mill-involviment fil-proċeduri tal-akkwist affettwata jew ir-riazzenjazzjoni tal-kompiti u r-responsabilitajiet tal-membru tal-persunal. Fejn kunflitt ta’ interess ma jistax jiġi rimedjat b’mezzi oħra, il-kandidat jew l-offerent ikkonċernat għandu jiġi eskluż mill-proċedura.

 

Fejn jinstabu rabtiet privileġġjati, l-awtorità kontraenti għandha tinforma minnufih lill-korp ta’ sorveljanza magħżul skont l-Artikolu 84 u tieħu l-miżuri xierqa sabiex tiġi evitata kull tip ta’ influwenza żejda fil-proċess ta’ għoti u tiżgura t-trattament ugwali tal-kandidati u l-offerenti. Fejn il-kunflitt ta’ interess ma jkunx jista’ jiġi rimedjat b’mod effettiv b’mezzi oħra, il-kandidat jew l-offerent ikkonċernat għandu jiġi eskluż mill-proċedura.

 

4. Il-miżuri kollha meħuda skont dan l-Artikolu għandhom jiġu dokumentati fir-rapport individwali msemmi fl-Artikolu 85.

 

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa fejn huma koperti mill-Annessi I, II, IV u V u n-Noti Ġenerali għall-Appendiċi 1 tal-Unjoni Ewropea għall-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u minn ftehimiet internazzjonali oħrajn li l-Unjon hija marbuta bihom, kif elenkati fl-Anness V għal din id-Direttiva, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu trattament lix-xogħlijiet, provvisti, servizzi u atturi ekonomiċi tal-firmatarji għal dawk il-ftehimiet li ma jkunx inqas favorevoli mit-trattament mogħti lix-xogħlijiet, provvisti, servizzi u atturi ekonomiċi tal-Unjoni. Billi japplikaw din id-Direttiva għal atturi ekonomiċi tal-firmatarji għal dawk il-ftehimiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkonformaw ma’ dawk il-ftehimiet.

1. Sa fejn huma koperti mill-Annessi I, II, IV u V u n-Noti Ġenerali għall-Appendiċi 1 tal-Unjoni Ewropea għall-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u minn ftehimiet internazzjonali oħrajn li l-Unjon hija marbuta bihom, — inkluż l-impenji meħuda fil-qafas tal-ftehimiet kummerċjali bilaterali — kif elenkati fl-Anness V għal din id-Direttiva, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu trattament lix-xogħlijiet, provvisti, servizzi u atturi ekonomiċi tal-firmatarji għal dawk il-ftehimiet li ma jkunx inqas favorevoli mit-trattament mogħti lix-xogħlijiet, provvisti, servizzi u atturi ekonomiċi tal-Unjoni. Billi japplikaw din id-Direttiva għal atturi ekonomiċi tal-firmatarji għal dawk il-ftehimiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkonformaw ma’ dawk il-ftehimiet.

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw għall-innovazzjoni kif irregolati f’din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw sħubijiet għall-innovazzjoni kif irregolati f’din id-Direttiva.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jistgħu jipprovdu wkoll li awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) fir-rigward tas-servizzi bbażati fuq l-għarfien;

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura kompetittiva fin-negozjar hi l-unika proċedura possibbli xierqa għal servizzi kreattivi minħabba li r-riżultat tagħhom ma jistax ikun antiċipat. Għalhekk, servizzi intellettwali jew dawk ibbażati fuq l-għarfien (definizzjoni proposta fl-Artikolu 1), għandhom jiġu msemmija b’mod ċar u t-traspożizzjoni tal-proċedura kompetittiva bin-negozjar għandha tkun obbligatorja.

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) Minħabba ċirkostanzi speċifiċi relatat man-natura jew il-kumplessità tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi jew riskji relatati magħhom, il-kuntratt ma jistax jingħata mingħajr negozjati minn qabel.

(e) fejn l-awtoritajiet kontraenti jiġġustifikaw fis-sejħa għall-kompetizzjoni li minħabba ċirkostanzi speċifiċi relatati man-natura, l-għamla legali jew finanzjarja jew il-kumplessità tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi jew riskji relatati magħhom, il-kuntratt ma jistax jingħata mingħajr negozjati minn qabel.

Ġustifikazzjoni

Meta nagħmlu l-proċedura negozjata aċċessibbli wkoll b’mod espliċitu għall-kuntratti kumplessi, neħtieġu twessigħ limitat tal-ambitu propost mill-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) fejn ir-rekwiżiti speċifiċi tal-akkwist tal-awtorità kontraenti ma jistgħux ikunu ssoddisfati mingħajr rikors esklużiv għal soluzzjonijiet standardizzati.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-proċedura kompetittiva b'negozjar jekk ma jkollhomx rikors esklużiv għal prodotti jew servizzi standardizzati fil-proċedura tal-akkwist.

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jittrasponux fil-liġi nazzjonali tagħhom il-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, id-djalogu kompetittiv u l-proċeduri tas-sħubija għall-innovazzjoni.

imħassar

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sejħa għall-kompetizzjoni tista’ ssir:

2. Is-sejħa għall-kompetizzjoni għandha ssir permezz ta' avviż dwar kuntratt skont l-Artikolu 47.

(a) permezz ta’ avviż dwar kuntratt skont l-Artikolu 47,

 

(b) fejn jingħata l-kuntratt permezz ta’ proċedura ristretta jew kompetittiva permezz tan-negozjar minn awtorità kontraenti sottoċentrali, permezz ta’ avviż informattiv minn qabel skont l-Artikolu 46(2).

 

 

Fejn il-kuntratt jingħata permezz ta’ proċedura ristretta jew kompetittiva bin-negozjar minn awtorità kontraenti subċentrali, l-Istati Membri jistgħu, minkejja l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, jipprevedu li s-sejħa għall-kompetizzjoni tista' ssir permezz ta’ avviż informattiv minn qabel skont l-Artikolu 46(2). L-Istati Membri jistgħu wkoll jirriżervaw din il-possibbiltà għal kategoriji speċifiċi ta' awtoritajiet kontraenti subċentrali.

Fil-każ imsemmi fil-punt (b), l-atturi ekonomiċi li esprimew l-interess tagħhom wara l-pubblikazzjoni tal-avviż informattiv minn qabel għandhom jiġu mistiedna sussegwentement sabiex jikkonfermaw l-interess tagħhom bil-kitba permezz ta’ ‘stedina għall-konferma tal-interess’ b’konformità mal-Artikolu 52.

Fejn is-sejħa għal kompetizzjoni ssir permezz ta' avviz informattiv minn qabel skont l-Artikolu 46(2), l-atturi ekonomiċi li esprimew l-interess tagħhom wara l-pubblikazzjoni tal-avviż informattiv minn qabel għandhom jiġu mistiedna sussegwentement sabiex jikkonfermaw l-interess tagħhom bil-kitba permezz ta’ ‘stedina għall-konferma tal-interess’ b’konformità mal-Artikolu 52.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda żżid il-flessibilità dwar l-użu tan-negozjati.

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel biss f’dawk il-każijiet u ċ-ċirkustanzi speċifiċi li huma msemmija b’mod espressiv fl-Artikolu30.

3. Fil-każijiet u ċ-ċirkustanzi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 30, l-Istati Membri għandhom jistabilixxu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel. L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu l-użu ta' dik il-proċedura f'każijiet oħrajn għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 30.

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtoritajiet kontraenti sottoċentrali jistgħu jistabbilixxu l-limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti permezz ta’ ftehim reċiproku bejn l-awtorità kontraenti u l-kandidati magħżula, jekk il-kandidati kollha jkollhom l-istess żmien sabiex iħejju u jissottomettu l-offerti tagħhom. Fejn mhuwiex possibbli li jintlaħaq ftehim dwar il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti, l-awtorità kontraenti għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li tal-inqas għandu jkun għaxart ijiem mid-data tal-istedina għall-offerta.

4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu sabiex l-awtoritajiet kontraenti sottoċentrali kollha jew kategoriji speċifiċi tagħhom jistgħu jistabbilixxu l-limitu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ offerti permezz ta’ ftehim reċiproku bejn l-awtorità kontraenti u l-kandidati magħżula, jekk il-kandidati kollha jkollhom l-istess żmien sabiex iħejju u jissottomettu l-offerti tagħhom. Fin-nuqqas ta' ftehim dwar il-limitu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti, l-awtorità kontraenti għandha tistabbilixxi limitu ta’ żmien li tal-inqas għandu jkun għaxart ijiem mid-data tal-istedina għall-offerta.

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, kwalunkwe attur ekonomiku jista’ jisottometti talba sabiex jieħu sehem bħala tweġiba għal sejħa għall-kompetizzjoni billi jipprovdi l-informazzjoni mitluba għall-għażla kwalitattiva.

1. Fi proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, kwalunkwe attur ekonomiku jista’ jissottometti talba sabiex jieħu sehem bħala tweġiba għal sejħa għall-kompetizzjoni li jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI, partijiet B u C billi jipprovdi l-informazzjoni għall-għażla kwalitattiva li tintalab mill-awtorità kontraenti.

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina sabiex jiġi kkonfermat l-interess, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddeskrivu l-akkwist u r-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu u jispeċifikaw il-kriterji tal-għoti sabiex l-atturi ekonomiċi jkun jistgħu jidentifikaw in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-akkwist u jiddeċiedu jekk jitolbux li jieħdu sehem fin-negozjati. Fl-ispeċifikazzjonijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw liema tagħhom jiddedinixxu r-rekwiżiti minimi.

Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddeskrivu r-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu u l-kriterji tal-għoti. Dik id-deskrizzjoni għandha tkun preċiża biżżejjed sabiex l-atturi ekonomiċi jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni preċiżi tal-akkwist u jiddeċiedu jekk jitolbux li jieħdu sehem fil-proċedura.

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Huma biss dawk l-atturi ekonomiċi li ġew mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jissottomettu offerta bil-miktubli għandha tkun il-bażi għan-negozjati sussegwenti. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati xierqa li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura b’konformità mal-Artikolu 64.

2. Huma biss dawk l-atturi ekonomiċi li ġew mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jissottomettu offerta inizjali li għandha tkun il-bażi għan-negozjati sussegwenti. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati xierqa li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura b’konformità mal-Artikolu 64.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn li ġejjin ma għandhomx jinbidlu matul in-negozjati:

Ir-rekwiżiti minimi, is-suġġett tal-akkwist u l-kriterji tal-għoti ma għandhomx ikunu suġġetti għan-negozjati.

(a) id-deskrizzjoni tal-akkwist,

 

(b) il-parti tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li tiddefinixxi r-rekwiżiti minimi

 

(c) il-kriterji tal-għoti

 

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Matul in-negozjati, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw it-trattament ugwali lill-offerenti kollha. Għal dak il-għan, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li tista’ tagħti vantaġġ lil xi offerenti fuq oħrajn. Għandhom jiżguraw li l-offerenti kollha, li l-offerti tagħhom ma ġewx eliminati skont il-paragrafu 5, huma infurmati bil-miktub, dwar kwalunkwe bidla għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi minbarra dawk li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi, fi żmien xieraq li jippermetti lil dawn l-offerenti biex jimmodifikaw u jerġgħu jissottomettu offerti emendati wara dawn il-bidliet, kif xieraq.

4. Matul in-negozjati, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw it-trattament ugwali lill-offerenti kollha. Għal dak il-għan, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li tista’ tagħti vantaġġ lil xi offerenti fuq oħrajn. Għandhom jinfurmaw lill-offerenti kollha, li l-offerti tagħhom ma ġewx eliminati skont il-paragrafu 5, bil-miktub, dwar kwalunkwe bidla għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jew għal dokumenti tal-akkwist oħra, minbarra dawk li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi, filwaqt li jiġi pprovdut żmien xieraq biżżejjed li jippermetti lil dawn l-offerenti biex jimmodifikaw u jerġgħu jissottomettu offerti emendati wara dawn il-bidliet.

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jikxfu ma’ parteċipanti oħra soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra komunikati minn kandidat li jkun qed jieħu sehem fin-negozjati mingħajr il-qbil ta’ dak il-kandidat. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ rinunzja ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni maħsuba ta’ soluzzjonijiet jew informazzjoni kunfidenzjali oħra speċifiċi.

B’konformità mal-Artikolu 18, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jikxfu ma’ parteċipanti oħra informazzjoni kunfidenzjali kkomunikata minn kandidat li jkun qed jieħu sehem fin-negozjati mingħajr il-qbil ta’ dak il-kandidat. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ rinunzja ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni maħsuba ta’ informazzjoni speċifika.

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huma biss dawk l-atturi ekonomiċi mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jieħdu sehem fid-djalogu. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati xierqa li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura b’konformità mal-Artikolu 64. Il-kuntratt għandu jingħata fuq il-bażi unika tal-kriterju ta’ għoti tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża skont l-Artikolu 66(1)(a).

Huma biss dawk l-atturi ekonomiċi mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jieħdu sehem fid-djalogu. L-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom il-possibbiltà li jaħtru minn fost il-persunal tagħhom kap tal-proġett biex tiġi żgurata konformità mal-iskadenzi raġonevoli permezz ta' koordinazzjoni effikaċi f'kull stadju tad-djalogu. In-numru ta’ kandidati xierqa li għandhom jiġu mistiedna jieħdu sehem fil-proċedura jista’ jiġi limitat b’konformità mal-Artikolu 64.

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jikxfu mal-parteċipanti l-oħra dawk is-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra komunikati minn kandidat li jieħu sehem fid-djalogu mingħajr il-qbil ta’ dak il-kandidat. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ rinunzja ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni maħsuba ta’ soluzzjonijiet speċifiċi jew informazzjoni kunfidenzjali oħra speċifika.

B’konformità mal-Artikolu 18, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jikxfu mal-parteċipanti l-oħra dawk is-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra komunikati minn kandidat li jieħu sehem fid-djalogu mingħajr il-qbil ta’ dak il-kandidat. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ rinunzja ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni maħsuba ta’ informazzjoni speċifika.

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-djalogi kompetittivi jistgħu jseħħu fi stadji suċċessivi sabiex jonqos in-numru ta’ soluzzjonijiet li jridu jiġi diskussi fl-istadju ta’ djalogu billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti definiti fl-avviż dwar kuntratt jew fid-dokument deskrittiv. Fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv, l-awtorità kontraenti għandha tindikaw jekk hijiex se tuża din l-alternattiva.

4. Id-djalogi kompetittivi jistgħu jseħħu fi stadji suċċessivi sabiex jonqos in-numru ta’ soluzzjonijiet li jridu jiġu diskussi fl-istadju ta’ djalogu billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti definiti fl-avviż dwar kuntratt jew fid-dokument deskrittiv. Fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv, l-awtorità kontraenti għandha tindika jekk hijiex ser tuża din l-alternattiva.

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtorità kontraenti għandha tkompli bid-djalogu sakemm tkun kapaċi tidentifika s-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet li huma kapaċi jilħqu l-ħtiġijiet tagħha.

5. L-awtorità kontraenti tista':

 

(a) tistabbilixxi qafas ta’ żmien għad-djalogu, li għandu jingħata fl-avviż dwar kuntratt; jew

 

(b) tkompli bid-djalogu sakemm tkun kapaċi tidentifika s-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet li huma kapaċi jilħqu l-ħtiġijiet tagħha.

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Wara li jiddikkjaraw li d-djalogu ntemm u wara li jgħarrfu lill-parteċipanti dwar dan, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitolbuhom jissottomettu l-offerti finali tagħhom fuq il-bażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ppreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawk l-offerti għandu jkun fihom l-elementi kollha meħtieġa u neċessarji għat-twettiq tal-proġett.

6. Wara li jiddikjaraw li d-djalogu ntemm u wara li jgħarrfu lill-parteċipanti dwar dan, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitolbu lil kull parteċipant jissottometti l-offerti finali tiegħu fuq il-bażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ippreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawk l-offerti għandu jkun fihom l-elementi kollha meħtieġa u neċessarji għat-twettiq tal-proġett.

 

Fuq talba tal-awtorità kontraenti, dawk l-offerti jistgħu jiġu kkjarifikati, speċifikati u pperfezzjonati. Madankollu, tali kjarifika, speċifikazzjoni, perfezzjoni jew informazzjoni addizzjonali ma għandhiex tinvolvi tibdil fl-aspetti essenzjali tal-offerta jew tal-akkwist pubbliku, inklużi l-ħtiġijiet u t-talbiet stipulati fl-avviż dwar kuntratt jew fid-dokument deskrittiv, fejn il-varjazzjonijiet fir-rigward ta' dawk l-aspetti, ħtiġijiet u rekwiżiti x'aktarx iwasslu għal tgħawwiġ fil-kompetizzjoni jew ikollhom effett diskriminatorju.

Ġustifikazzjoni

Biex ikunu konsistenti ma’ punti dwar il-kunfidenzjalità, mhux l-offerenti kollha jistgħu joffru l-istess soluzzjoni,u dan huwa importanti b'mod speċjali f'soluzzjonijiet innovattivi.

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn dan ikun neċessarju sabiex jiġu finalizzati l-impenji finanzjarji jew termini oħrajn tal-kuntratt, l-awtorità kontraenti tista’ tinnegozja t-termini finali tal-kuntratt mal-offerent identifikat bħala dak li ssottometta l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża skont l-Artikolu 66(1)(a) dejjem jekk negozjati bħal dawn ma jkollhomx l-effett li jimmodifikaw l-aspetti essenzjali tal-offerta jew tal-akkwist, inklużi l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż dwar kuntratt jew fid-dokument deskrittiv u ma jirriskjax li jgħawweġ il-kompetizzjoni jew li jikkawża diskriminazzjoni.

Fuq talba tal-awtorità kontraenti, l-offerent identifikat bħala dak li ssottometta l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża skont l-Artikolu 66(1) jista' jintalab jiċċara aspetti tal-offerta jew jikkonferma impenji li jkunu fl-offerta dejjem jekk dan ma jkollux l-effett li jimmodifika l-aspetti essenzjali tal-offerta jew tal-akkwist, inklużi l-ħtiġijiet u r-rekwiżiti stabbiliti fl-avviż dwar kuntratt jew fid-dokument deskrittiv u ma jirriskjax li jgħawweġ il-kompetizzjoni jew li jikkawża diskriminazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni ġdida proposta hija perikoluża billi din tintroduċi l-possibbiltà għall-awtoritajiet kontraenti li jitfgħu pressjoni fuq il-prezz lejn l-offerent identifikat bħala dak li ressaq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża. Il-formulazzjoni eżistenti tad-Direttiva 2004/18/KE (Art. 29 par. 7) għaldaqstant hija aktar xierqa, b'adattamenti minimi fit-terminoloġija tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistabilixxu premji jew ħlasijiet għall-parteċipanti matul id-djalogu.

8. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jistabbilixxu premji jew ħlasijiet għall-parteċipanti matul id-djalogu abbażi tat-termini stipulati mill-kuntratt.

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi sħubijiet għall-innovazzjoni, kull attur ekonomiku jista’ jissottometti talba sabiex jieħu sehem bħala tweġiba għal avviż dwar kompetizzjoni bil-għan li jistabbilixxi sħubija strutturata għall-iżvilupp ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-provvisti, servizzi jew xogħlijiet li jirriżultaw jekk dawn ikunu jikkorrispondu għal-livelli ta’ prestazzjoni u spejjeż miftiehma.

1. Fi sħubijiet għall-innovazzjoni, kull attur ekonomiku jista’ jissottometti talba sabiex jieħu sehem bħala tweġiba għal avviż dwar kuntratt bil-għan li jistabbilixxi sħubija strutturata għall-iżvilupp ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-provvisti, servizzi jew xogħlijiet li jirriżultaw jekk dawn ikunu jikkorrispondu għal-livelli ta’ prestazzjoni u spejjeż miftiehma. Il-kuntratt li jistabbilixxi s-sħubija għall-innovazzjoni għandu jingħata fuq il-bażi unika tal-kriterju ta’ għoti tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża skont l-Artikolu 66(1).

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-proċess ta' akkwist u titjib fil-proċedura l-ġdida ta' sħubijiet għall-innovazzjoni.

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sħubija għandha tiġi strutturata fi stadji suċċessivi wara s-sekwenza ta’ stadji fil-proċess ta’ riċerka u innovazzjoni, possibbilment sal-manifattura tal-provvista jew il-forniment tas-servizzi. Għandha tipprovdi għal miri intermedji li għandhom jinkisbu mill-imsieħeb u tipprovdi għal ħlas tar-remunerazzjoni f’pagamenti xierqa. Abbażi ta’ dawk il-miri, wara kull stadju, l-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi li ttemm is-sħubija u li tniedi proċedura ta’ akkwist ġdida għall-fażijiet li jifdal, dejjem jekk tkun kisbet id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali relevanti.

2. Is-sħubija għandha tiġi strutturata fi stadji suċċessivi wara s-sekwenza ta’ stadji fil-proċess ta’ riċerka u innovazzjoni, li jistgħu jinkludu l-manifattura tal-provvista, il-forniment tas-servizzi jew it-tlestija tax-xogħlijiet. Is-sħubija għandha tistabbilixxi miri intermedji li għandhom jinkisbu mis-sieħeb u tipprovdi għal ħlas tar-remunerazzjoni f’pagamenti xierqa. Abbażi ta’ dawk il-miri, wara kull stadju, l-awtorità kontraenti tista’ tiddeċiedi li ttemm is-sħubija u li tniedi proċedura ta’ akkwist ġdida għall-fażijiet li jifdal, dejjem jekk l-awtorità kontraenti tkun indikat fid-dokumenti ta' akkwist taħt liema kundizzjonijiet din tista' tagħmel użu minn din id-diskrezzjoni sabiex twaqqaf is-sħubija.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-proċess ta' akkwist u titjib fil-proċedura ta' sħubijiet għall-innovazzjoni.

Emenda  126

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafi 3 sa 3f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kuntratt għandu jingħata b’konformità mar-regoli għal proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar stabbiliti fl-Artikolu 27.

 

 

3. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddeskrivu r-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu u l-kriterji tal-għoti. Dik id-deskrizzjoni għandha tkun preċiżi biżżejjed sabiex l-atturi ekonomiċi jkunu jistgħu jidentifikaw in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni preċiżi tal-akkwist u biex jiddeċiedu jekk jitolbux li jieħdu sehem fil-proċedura.

 

Il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ 35 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż dwar kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, mid-data li fiha tinbagħat l-istedina għall-konferma tal-interessi. Il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ offerti inizjali għandu jkun ta’ 35 jum mid-data li fiha tintbagħat l-istedina.

 

3a L-awtoritajiet kontraenti għandhom jinnegozjaw mal-offerenti, l-offerti inizjali u dawk kollha mressqa sussegwentement, biex jitjieb il-kontenut sabiex ikun żgurat li dawk l-offerti jissodisfaw aħjar il-kriterji tal-għoti speċifikati fid-dokumenti ta' akkwist.

 

3b Matul in-negozjati, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw it-trattament ugwali tal-offerenti kollha. Għal dak l-għan, ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li tista’ tagħti vantaġġ lil xi offerenti fuq oħrajn. Għandhom jinfurmaw lill-offerenti kollha, li l-offerti tagħhom ma ġewx eliminati skont il-paragrafu 3e, bil-miktub, dwar kwalunkwe bidla għad-dokumenti tal-akkwist, minbarra dawk li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi. Għandhom jipprovdu lil tali offerenti biżżejjed żmien sabiex ikunu jistgħu jimmodifikaw u jerġgħu jissottomettu offerti emendati b’segwitu għal dawk il-bidliet.

 

3c B’konformità mal-Artikolu 18, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jiżvelaw lil parteċipanti oħra informazzjoni kunfidenzjali kkomunikata minn kandidat li jkun qed jieħu sehem fin-negozjati mingħajr il-qbil ta’ dak il-kandidat. Tali qbil ma għandux jieħu l-forma ta’ rinunzja ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni maħsuba ta’ informazzjoni speċifika.

 

3d Ir-rekwiżiti minimi u l-kriterji tal-għoti ma għandhomx ikunu suġġetti għal negozjati.

 

Ladarba d-data għat-tfigħ tal-offerti tiskadi, u qabel ma dawn jiġu eżaminati, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jispeċifikaw ippeżar relattiv marbut mal-elementi li jikkomponu kriterju tal-għoti definit minn qabel biex tiġi stabbilita l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, b’konformità mal-Artikolu 66(5), sakemm:

 

(a) il-kriterji tal-għoti tal-kuntratt stabbiliti fid-dokumenti tal-kuntratt jew fl-avviż dwar kuntratt ma jinbidlux;

 

(b) dan ma jinkludix elementi ġodda li setgħu affettwaw it-tħejjija tal-offerti; u

 

(c) dan ma jagħtix lok għal diskriminazzjoni kontra kwalunkwe wieħed mill-offerenti.

 

3e Il-proċeduri tas-sħubiji għall-innovazzjoni jistgħu jsiru fi stadji suċċessivi sabiex jonqos in-numru ta' offerti li jridu jiġu nnegozjati billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti speċifikati fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew fid-dokumenti ta' akkwist. Fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tindika b’mod ċar jekk hijiex se tirrikorri għal dik il-fakultà.

Fl-għażla tal-kandidati, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-kriterji li jikkonċernaw il-kapaċità u l-esperjenza tal-offerenti fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp u fil-qasam tal-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi. Jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati adattati li għandhom jiġu mistiedna sabiex jieħdu sehem fil-proċedura b’konformità mal-Artikolu 64.

3f Fl-għażla tal-kandidati, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-kriterji li jikkonċernaw il-kapaċità tal-kandidati fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp u fil-qasam tal-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet innovattivi. Jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati adattati li għandhom jiġu mistiedna sabiex jieħdu sehem fil-proċedura b’konformità mal-Artikolu 64.

Huma biss dawk l-atturi ekonomiċi mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jissottomettu proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet identifikati mill-awtorità kontraenti li ma jistgħux jiġu sodisfatti mis-soluzzjonijiet eżistenti. Il-kuntratt għandu jingħata fuq il-bażi unika tal-kriterju ta’ għoti tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża skont l-Artikolu 66(1)(a).

Huma biss dawk l-atturi ekonomiċi mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jissottomettu proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet identifikati mill-awtorità kontraenti li ma jistgħux jiġu sodisfatti mis-soluzzjonijiet eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Emenda ewlenija dwar is-sħubijiet għall-innovazzjoni li torbot il-proċedura għall-proċedura kompetittiva man-negozjar, iżda li tipprevedi aktar possibbiltajiet ta' negozjar fil-każ ta' sħubijiet għall-innovazzjoni, billi dawn huma meħtieġa għat-tipi ta' akkwist li se jaqgħu fl-ambitu tal-proċedura l-ġdida, u dan jispjega għalfejn japplikaw biss ċerti partijiet estremament importanti tal-Artikolu 27 għall-iżgurar tat-trasparenza u s-sens ta' ġustizzja.

Emenda  127

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-istruttura tas-sħubija u, b’mod partikolari, id-dewmien u l-valur tal-fażijiet differenti għandhom jirreflettu l-grad ta’ innovazzjoni tas-soluzzjoni proposta u s-sekwenza tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni metieġa għall-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva li għadha mhijiex disponibbli fis-suq. Il-valur u d-dewmien ta’ kuntratt tal-provvista, servizz jew xogħlijiet li jirriżultaw għandhom jibqgħu fi ħdan il-limiti xierqa, billi tittieħed f’kunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiġu rkuprati l-ispejjeż, inklużi dawk imġarrba fl-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva, u li jinkiseb profitt adegwat.

4. L-awtorità kontraenti għandha tiżgura li l-istruttura tas-sħubija u, b’mod partikolari, id-dewmien u l-valur tal-fażijiet differenti għandhom jirreflettu l-grad ta’ innovazzjoni tas-soluzzjoni proposta u s-sekwenza tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva li għadha mhijiex disponibbli fis-suq. Il-valur stmat tal-provvisti, is-servizzi jew xogħlijiet ma għandux ikun sproporzjonat fir-rigward tal-investiment meħtieġ għall-iżvilupp tagħhom.

L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jużaw is-sħubijiet għall-innovazzjoni b’tali mod li jipprevjenu, jillimitaw jew jgħawġu l-kompetizzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura li l-użu ta' sħubijiet għall-innovazzjoni huwa adegwat għall-objettiv ewlieni wara din il-proċedura u li dawn joffru valur għall-flus.

Emenda  128

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjjoni minn qabel tista’ tkun prevista għal kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, kuntratti pubbliċi ta’ provvista u kuntratti pubbliċi ta’ servizzi fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

2. Il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tista’ tintuża għal kuntratti pubbliċi ta’ xogħlijiet, kuntratti pubbliċi ta’ provvista u kuntratti pubbliċi ta’ servizzi fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

Emenda  129

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punti a u b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fejn l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa jew l-ebda talba għal parteċipazzjoni ma ġiet sottomessa bħala tweġiba għal proċedura miftuħa jew proċedura ristretta, dejjem jekk il-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt mhumiex sostanzjalment modifikati u li jintbagħat rapport lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ sorveljanza nazzjonali magħżul skont l-Artikolu 84, fejn jitolbu dan.

(a) fejn l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa jew l-ebda talba għal parteċipazzjoni ma ġiet sottomessa bħala tweġiba għal proċedura miftuħa, proċedura ristretta jew proċedura nnegozjata b’pubblikazzjoni minn qabel, dejjem jekk il-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt mhumiex sostanzjalment modifikati u li jintbagħat rapport lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, fejn jitolbu dan.

(b) fejn l-għan tal-akkwist huwa l-ħolqien jew il-kisba ta’ opra artistika;

(b) fejn l-għan tal-akkwist huwa l-ħolqien jew il-kisba ta’ opra artistika jew prestazzjoni artistika;

Emenda  130

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

iii) il-protezzjoni ta’ drittijiet esklussivi oħrajn.

iii) il-protezzjoni ta’ drittijiet esklussivi oħrajn, inkluża s-sjieda ta' sit ta' proprjetà.

Emenda  131

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din l-eċċezzjoni tapplika biss meta ma jeżistu l-ebda alternattivi jew sostituti u n-nuqqas ta’ kompetizzjoni mhijiex konsegwenza ta’ bidliet artifiċjali fil-parametri tal-akkwist li rendewhom aktar speċifiċi;

Din l-eċċezzjoni tapplika biss meta n-nuqqas ta’ kompetizzjoni mhijiex konsegwenza ta’ bidliet artifiċjali fil-parametri tal-akkwist li rendewhom aktar speċifiċi;

Emenda  132

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) sa fejn huwa strettament neċessarju fejn, għal raġunijiet ta’ urġenza kbira miġjuba minn forza maġġuri, ma jistax ikun hemm konformità mal-limiti ta’ żmien għal proċeduri miftuħa, ristretti jew kompetittivi permezz tan-negozjar; iċ-ċirkostanzi invokati sabiex jiġġustifikaw l-urġenza estrema qatt ma għandhom ikunu attribwibbli għall-awtorità kontraenti;

(d) sa fejn huwa strettament neċessarju fejn, għal raġunijiet ta’ urġenza kbira miġjuba minn avvenimenti mhux prevedibbli mill-awtorità kontraenti, ma jistax ikun hemm konformità mal-limiti ta’ żmien għal proċeduri miftuħa, ristretti jew kompetittivi permezz tan-negozjar; iċ-ċirkostanzi invokati sabiex jiġġustifikaw l-urġenza estrema qatt ma għandhom ikunu attribwibbli għall-awtorità kontraenti;

Emenda  133

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tista’ tkun prevista għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, fejn il-kuntratt ikkonċernat jiġi wara kompetizzjoni ta’ disinn organizzata skont din id-Direttiva u skont ir-regoli applikabbli għandu jingħata lir-rebbieħ jew lil wieħed mir-rebbieħa tal-kompetizzjoni ta’ disinn; fil-każ ta’ diversi rebbieħa, ir-rebbieħa kollha jridu jiġu mistiedna sabiex jieħdu sehem fin-negozjati;

4. Il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel tista’ tintuża għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, fejn il-kuntratt ikkonċernat jiġi wara kompetizzjoni ta’ disinn organizzata skont din id-Direttiva u skont ir-regoli applikabbli għandu jingħata lir-rebbieħ jew lil wieħed mir-rebbieħa tal-kompetizzjoni ta’ disinn; fil-każ ta’ diversi rebbieħa, ir-rebbieħa kollha jridu jiġu mistiedna sabiex jieħdu sehem fin-negozjati;

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura nnegozjata hija proċedura li għandha tintuża, mhux prevista biss.

Emenda  134

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proċedura nnegozjata minn qabel tista’ tkun prevista għal xogħlijiet jew servizzi ġodda li jikkonsistu fir-ripetizzjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi simili fdati lill-attur ekonomiku li ngħata kuntratt oriġinali mill-istess awtoritajiet kontraenti, jekk dawn ix-xogħlijiet jew servizzi huma konformi ma’ proġett bażiku li għalih ingħata l-kuntratt oriġinali skont proċedura b’konformità mal-Artikolu 24(1). Il-proġett bażiku għandu jindika sa liema punt jistgħu jaslu x-xogħlijiet jew is-servizzi addizzjonali possibbli u l-kundizzjonijiet li fihom se jingħataw.

Il-proċedura nnegozjata minn qabel tista’ tintuża għal xogħlijiet jew servizzi ġodda li jikkonsistu fir-ripetizzjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi simili fdati lill-attur ekonomiku li ngħata kuntratt oriġinali mill-istess awtoritajiet kontraenti, jekk dawn ix-xogħlijiet jew servizzi huma konformi ma’ proġett bażiku li għalih ingħata l-kuntratt oriġinali skont proċedura b’konformità mal-Artikolu 24(1). Il-proġett bażiku għandu jindika sa liema punt jistgħu jaslu x-xogħlijiet jew is-servizzi addizzjonali possibbli u l-kundizzjonijiet li fihom se jingħataw.

Emenda  135

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafi 3 u 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-terminu ta’ ftehim qafas ma għandux jaqbeż l-erba’ snin, għajr f’każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif xieraq, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas.

It-terminu ta’ ftehim qafas ma għandux jaqbeż il-ħames snin, għajr fil-każijiet li ġejjin:

 

a) is-suġġett tal-ftehim qafas ikun jikkonċerna xogħlijiet jew servizzi li jkunu se jieħdu iżjed minn ħames snin biex jitwettqu; jew

 

(b) l-atturi ekonomiċi jkollhom bżonn jagħmlu investimenti li fil-konfront tagħhom il-perjodu ta' amortizzament ikun itwal minn ħames snin jew li jkunu marbuta mar-reklutaġġ ta' persunal adegwat sabiex iwettaq il-kuntratt jew mat-taħriġ ta' persunal għat-twettiq tal-kuntratt.

 

It-terminu ta’ ftehim qafas għandu jiġi kkalkulat abbażi taċ-ċiklu tal-ħajja tax-xogħol, is-servizz jew il-provvista.

Emenda  136

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 2 – subparagrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara l-konklużjoni tal-ftehim qafas, in-numru tal-awtoritajiet kontraenti parteċipanti jista' jiżdied biss meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) il-ftehim qafas ikun ġie konkluż minn korp ċentrali għall-akkwisti;

 

(b) il-possibilità ta' tali żieda tkun prevista b'mod espliċitu fl-avviż dwar kuntratt;

 

(c) il-kamp ta' applikazzjoni taż-żieda jkun jista' jiġi ddeterminat abbażi ta' kriterji ċari; u

 

(d) il-partijiet kollha għall-ftehim qafas ikunu jaqblu dwar iż-zieda.

Emenda  137

Proposta għal direttiva

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għal xiri użat b’mod komuni li l-karatteristiċi tiegħu, kif ġeneralment ikunu disponibbli fis-suq, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet kontraenti, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw sistema dinamika ta’ xiri. Is-sistema dinamika ta’ xiri għandha titħaddem bħala proċess kompletament elettroniku, miftuħ matul il-validità tiegħu għal kull attur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji tal-għażla.

1. Għal xiri ta' prodotti u servizzi użati b’mod komuni li l-karatteristiċi tagħhom, kif ġeneralment ikunu disponibbli fis-suq, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-awtoritajiet kontraenti, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw sistema dinamika ta’ xiri. Is-sistema dinamika ta’ xiri għandha titħaddem bħala proċess kompletament elettroniku, miftuħ matul il-validità tiegħu għal kull attur ekonomiku li jissodisfa l-kriterji tal-għażla.

Emenda  138

Proposta għal direttiva

Artikolu 32 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jippubblikaw sejħa għall-kompetizzjoni billi jagħmluha ċara li hemm sistema dinamika ta’ xiri involuta;

(a) jippubblikaw sejħa għall-kompetizzjoni u jagħmluha ċara li hemm sistema dinamika ta’ xiri involuta u jiddiskrivu kif topera l-proċedura;

Emenda  139

Proposta għal direttiva

Artikolu 32 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-ebda imposti ma jistgħu jiġu debitati lill-atturi ekonomiċi interessati jew lill-partijiet għas-sistema dinamika ta’ xiri.

7. L-ebda imposti ma jistgħu jiġu debitati matul il-proċedura tal-għoti lill-atturi ekonomiċi interessati jew lill-partijiet għas-sistema dinamika ta’ xiri.

Emenda  140

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw irkantijiet elettroniċi li fihom jiġu ppreżentati prezzijiet ġodda, reveduti ’l isfel, u/jew valuri ġodda li jikkonċernaw ċerti elementi tal-offerti.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw irkantijiet elettroniċi għal prodotti u servizzi użati b’mod komuni, li fihom jiġu ppreżentati prezzijiet ġodda, reveduti ’l isfel, u/jew valuri ġodda li jikkonċernaw ċerti elementi tal-offerti.

Ġustifikazzjoni

L-irkantijiet elettroniċi jistgħu jkunu adegwati għal prodotti u servizzi użati b’mod komuni, iżda bħala regola, dawn mhumiex adegwati jew saħansitra huma kontroproduttivi f'każijiet fejn il-proċeduri tal-għoti huma kumplessi. Għal proċeduri ta' għoti ta' xogħlijiet, dawn huma fundamentalment mhux xierqa.

Emenda  141

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-irkant elettroniku għandu jkun ibbażat fuq waħda mill-kriterji li ġejjin:

3. L-irkant elettroniku għandu jkun ibbażat fuq prezzijiet u/jew il-valuri l-ġodda ta’ ċerti elementi tal-offerti indikati fl-ispeċifikazzjonijiet.

(a) fuq il-prezzijiet biss meta l-kuntratt jingħata lill-offerta li toffri l-aktar spiża baxxa;

 

(b) fuq prezzijiet u/jew il-valuri l-ġodda tal-karatteristiċi tal-offerti indikati fl-ispeċifikazzjonijiet meta l-kuntratt jingħata lill-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża.

 

Emenda  142

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Qabel ma jipproċedu b’irkant elettroniku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħmlu evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti skont il-kriterju jew kriterji ta’ għoti stabbiliti u l-ippeżar stabbilit għalihom.

5. Qabel ma jipproċedu b’irkant elettroniku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħmlu evalwazzjoni inizjali sħiħa tal-offerti skont il-kriterji ta’ għoti stabbiliti u l-ippeżar stabbilit għalihom.

Emenda  143

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fejn il-kuntratt għandu jingħata fuq il-bażi tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, l-istedina għandha tkun akkumpanjata mir-riżultat tal-evalwazzjoni sħiħa tal-offerent relevanti, imwettqa skont l-ippeżar speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 66(5).

6. L-istedina għandha tkun akkumpanjata mir-riżultat tal-evalwazzjoni sħiħa tal-offerent relevanti, imwettqa skont l-ippeżar speċifikat fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 66(5).

Emenda  144

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Awtorità kontraenti tilħaq l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva meta tixtri billi tirrikorri għal attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwisti, sa fejn il-proċeduri ta’ akkwist ikkonċernati u l-prestazzjoni tagħhom huma mmexxija mill-korp ċentrali għall-akkwisti waħdu fl-istadji kollha tagħhom mill-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-kompetizzjoni sa tmiem l-eżekuzzjoni tal-kuntratt jew kuntratti li jirriżultaw.

3. Awtorità kontraenti tilħaq l-obbligi tagħha skont din id-Direttiva meta tixtri billi tirrikorri għal attivitajiet ċentralizzati ta’ akkwisti, sa fejn il-proċeduri ta’ akkwist ikkonċernati u l-prestazzjoni tagħhom huma mmexxija mill-korp ċentrali għall-akkwisti fl-istadji kollha tagħhom mill-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-kompetizzjoni sa tmiem l-eżekuzzjoni tal-kuntratt jew kuntratti li jirriżultaw.

Emenda  145

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Awtorità kontraenti waħda jew aktar jistgħu jaqblu li jwettqu ċerti akkwisti speċifiċi b’mod konġunt.

1. Żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar jistgħu jaqblu li jwettqu ċerti akkwisti speċifiċi b’mod konġunt.

Emenda  146

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta tiġi determinata l-liġi nazzjonali applikabbli b’konformità mal-punt (a), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħżlu d-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ kwalunkwe Stat Membru li fih tinstab tal-inqas waħda mill-awtoritajiet parteċipanti.

Meta tiġi determinata l-liġi nazzjonali applikabbli b’konformità mal-punt (a), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħżlu d-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ kwalunkwe Stat Membru li fih tinstab tal-inqas waħda mill-awtoritajiet parteċipanti.

Ġustifikazzjoni

Il-possibbiltà għall-partijiet li jagħżlu liema liġi għandha tapplika għandha tkun marbuta man-neċessitajiet oġġettivi tal-kuntratt ikkonċernat.

Emenda  147

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fin-nuqqas ta’ ftehim li jiddetermina l-liġi dwar l-akkwisti pubbliċi applikabbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-għoti tal-kuntratt għandha tiġi determinata skont ir-regoli stabbiliti hawn taħt:

5. Fin-nuqqas ta’ ftehim li jiddetermina l-liġi dwar l-akkwisti pubbliċi applikabbli skont il-paragrafu 3, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-għoti tal-kuntratt għandha tiġi determinata skont ir-regoli stabbiliti hawn taħt:

Ġustifikazzjoni

Is-sitwazzjoni konkreta ta’ nuqqas ta’ ftehim li għaliha japplika dan il-paragrafu għandha tiġi speċifikata wkoll.

Emenda  148

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jfittxu jew jilqgħu pariri mingħand strutturi ta’ appoġġ amministrattiv jew mingħand partijiet terzi jew parteċipanti fis-suq, dejjem jekk dan il-parir ma jkollux l-effett ta’ preklużjoni tal-kompetizzjoni u ma jirriżultax fi vjolazzjoni tal-prinċipji ta’ non-diskriminazzjoni u ta’ trasparenza.

Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jfittxu jew jilqgħu pariri mingħand strutturi ta’ appoġġ amministrattiv jew mingħand partijiet terzi jew parteċipanti fis-suq.

Ġustifikazzjoni

It-tieni nofs tas-sentenza għandu jitħassar, billi fil-prattika se jkun hemm diffikultajiet fl-applikazzjoni tagħha. Huwa kważi inkomprensibbli x'jistgħu jkunu l-kriterji sabiex ikun determinat li dak il-parir partikolari jipprevjeni l-kompetizzjoni. Barra minn hekk lanqas ma huwa ċar meta l-awtorità kontraenti għandha tagħmel tali ġudizzju (ex ante jew ex post). Barra minn hekk in-nuqqas ta' diskriminazzjoni u t-trasparenza xorta huma rekwiżiti ġenerali li huma marbutin magħhom l-awtoritajiet pubbliċi.

Emenda  149

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtoritajiet kontraenti għandhom:

 

(i) jiċċaraw, fl-istedina tagħhom għall-parteċipazzjoni f'konsultazzjoni tas-suq, liema informazzjoni se titqies rilevanti u għaldaqstant tista' tiġi kondiviża mal-offerenti potenzjali kollha; u

 

(ii) jiddefinixxu fid-dettall id-drittijiet tal-parteċipanti fil-konsultazzjoni tas-suq u l-proċeduri għad-dispożizzjoni tagħhom li jħalluhom jipproteġu l-informazzjoni kunfidenzjali.

Ġustifikazzjoni

Minkejja li l-miżuri proposti mill-Kummissjoni fl-Artikolu 39(2) jipprovdu bilanċ neċessarju bejn il-possibilità li x-xerrejja jagħmlu konsultazzjonijiet tas-suq u l-assigurazzjoni għall-offerenti li l-parteċipazzjoni mhux se twassal għall-esklużjoni sakemm id-dispożizzjonijiet stabbiliti jiġu rrispettati, hemm diffikultà prattika potenzjali fl-identifikazzjoni u l-ftehim mal-awtoritajiet kontraenti f'kull każ dwar x'jikkostitwixxi “informazzjoni relevanti” li għandha tinqasam f'konsultazzjoni preliminarja tas-suq u x'għandu jinżamm kunfidenzjali. Il-fatt li l-awtoritajiet kontraenti jingħataw permess jistabbilixxu biċ-ċar jew x'informazzjoni tista' ssir relevanti għat-taqsim jew il-proċeduri għall-ħarsien tal-informazzjoni kunfidenzjali se jġib aktar ċarezza għall-partijiet differenti u jħares l-interessi tal-atturi ekonomiċi.

Emenda  150

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Anness VIII għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist. Huma għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ xogħol, servizz jew provvista.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist. Huma għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ xogħol, servizz jew provvista sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt u proporzjonati mal-valur u l-objettivi tiegħu.

Emenda  151

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għandhom jitfasslu speċifikazzjonijiet tekniċi għall-akkwisti kollha sabiex ikun żgurat li l-prodotti, is-servizzi u x-xogħlijiet suġġetti għall-kuntratt jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-liġi dwar il-ħarsien tad-dejta meta jkun qed jitfassal l-ipproċessar tad-dejta personali (protezzjoni tad-dejta mid-disinn).

Emenda  152

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-istandards ta’ aċċessibilità mandatorji huma adottati permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu definiti b’referenza għalih, sa fejn ikunu kkonċernati l-kriterji ta’ aċċessibilità.

Fejn l-istandards ta’ aċċessibilità mandatorji huma adottati permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu definiti b’referenza għalih, sa fejn ikunu kkonċernati l-kriterji ta’ aċċessibilità għall-persuni b'diżabilitajiet jew disinn għall-utenti kollha.

Emenda  153

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u, fl-ordni ta’ preferenza, għall-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi ta’ referenzi tekniċi oħrajn stabbiliti mill-entitajiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej jew — fejn dawk ma jeżistux — l-istandards nazzjonali, l-approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali relatati mad-disinn, il-kalkolu u t-twettiq ta’ xogħlijiet u l-użu tal-provvisti; kull referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem jew ekwivalenti;

(b) permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u, fl-ordni ta’ preferenza, u mingħajr diskriminazzjoni għall-metodu ta' żvilupp, għall-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi ta’ referenzi tekniċi oħrajn stabbiliti mill-entitajiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej jew — fejn dawk ma jeżistux — l-istandards nazzjonali, l-approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali relatati mad-disinn, il-kalkolu u t-twettiq ta’ xogħlijiet u l-użu tal-provvisti; kull referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem 'jew ekwivalenti';

Ġustifikazzjoni

L-ispeċfikazzjonijiet tekniċi għandhom ikunu nondiskriminatorji u teknoloġikament newtrali. Dawn il-prinċipji fundamentali għandhom japplikaw ugwalment għall-użu tal-istandards u l-ispeċifikazzjonijiet fl-akkwist. Speċifikazzjonijiet nondiskriminatorji u teknoloġikament newtrali jirrikjedu lill-atturi ekonomiċi jikkompetu sabiex jipproduċu l-aħjar soluzzjonijiet, u dan imexxi l-innovazzjoni u t-tkabbir ekonomiku. In-newtralità teknoloġika tiżgura wkoll li l-awtoritajiet jistgħu jagħżlu minn sensiela l-aktar wiesgħa ta' prodotti u servizzi, filwaqt li jkun promoss l-aħjar valur għall-flus.

Emenda  154

Proposta għal direttiva

Artikolu 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 41

Artikolu 41

Tikketti

Ċertifikati u tikketti

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu karatteristiċi ambjentali, soċjali jew karatteristiċi oħrajn ta’ xogħlijiet, servizz jew provvista f’termini ta’ rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 40 (3), dawn jistgħu jkunu jeħtieġu li dawn ix-xogħlijiet, servizzi jew provvisti jingħataw tikketta speċifika, dejjem jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu rekwiżiti ambjentali, soċjali jew rekwiżiti jew kriterji oħrajn fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti jew fil-klawżoli tat-twettiq tal-kuntratt, dawn jistgħu jkunu jeħtieġu ċertifikat jew tikketta speċifika bħala prova li dawn ix-xogħlijiet, servizzi jew provvisti jikkorrispondu għal tali rekwiżiti jew kriterji, dejjem jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) ir-rekwiżiti għat-tikketta jikkonċernaw biss karatteristiċi li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u huma xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;

(a) ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati sabiex jinkiseb iċ-ċertifikat jew it-tikketta huma xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;

(b) ir-rekwiżiti għat-tikketta huma mfassla fuq il-bażi ta’ informazzjoni xjentifika jew ibbażati fuq kriterji oġġettivi verifikabbli u mhux diskriminatorji oħrajn;

(b) ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati sabiex jinkiseb iċ-ċertifikat jew it-tikketta jitfasslu fuq il-bażi ta’ informazzjoni xjentifika jew ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi verifikabbli u mhux diskriminatorji oħrajn;

(c) it-tikketti huma stabbiliti fi proċedura miftuħa u trasparenti li fiha jistgħu jipparteċipaw il-partijiet interessati kollha, inklużi l-korpi pubbliċi, il-konsumaturi, il-manifatturi, id-distributuri u l-organizzazzjonijiet ambjentali,

(c) it-tikketti jew ċertifikati huma stabbiliti fi proċedura miftuħa u trasparenti li fiha l-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-korpi pubbliċi u l-organizzazzjonijiet nongovernattivi, għandhom rwol sostantiv;

(d) it-tikketti huma aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha.

(d) it-tikketti jew ċertifikati huma aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha.

(e) il-kriterji tat-tikketti huma stipulati minn parti terza li hija indipendenti mill-attur ekonomiku li jkun qed japplika għat-tikketta.

(e) ir-rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati għall-kisba tat-tikketta jew ċertifikat huma stipulati minn parti terza li hija indipendenti mill-attur ekonomiku li jkun qed japplika għat-tikketta jew ċertifikat. Il-partijiet terzi jistgħu jkunu korpi jew organizzazzjonijiet nazzjonali jew governattivi speċifiċi.

L-awtoritajiet kontraenti li jeħtieġu tikketta speċifika għandhom jaċċettaw it-tikketti ekwivalenti kollha li jinkludu r-rekwiżiti bħat-tikketta speċifika indikata mill-awtoritajiet kontraenti. Għall-prodotti li ma għandhomx tikketta, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw ukoll fajl tekniku tal-manifattur jew mezzi xierqa oħra ta’ prova.

L-awtoritajiet kontraenti li jeħtieġu ċertifikat jew tikketta speċifika għandhom jaċċettaw it-tikketti ekwivalenti kollha li jinkludu r-rekwiżiti taċ-ċertifikat jew tat-tikketta speċifika indikata mill-awtoritajiet kontraenti. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw ukoll mezzi xierqa oħrajn bħala prova ta' dawn ir-rekwiżiti, li jistgħu jinkludu fajl tekniku tal-manifattur jew mezzi xierqa oħra ta’ prova f'każ fejn l-attur ekonomiku kkonċernat ma jkollu l-ebda aċċess għat-tikketta, jew l-ebda possibilità li jiksibha fil-limiti ta' żmien relevanti, dejjem jekk in-nuqqas ta' aċċess ma jkunx attribwibbli lill-attur ekonomiku kkonċernat. Għandha tkun ir-responsabilità tal-offerent li jagħti prova tal-ekwivalenza mat-tikketta mitluba.

2. Fejn tikketta tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 iżda anki tistabbilixxi rekwiżiti mhux marbutin mas-suġġett tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddefinixxu l-ispeċifikazzjoni teknika b’referenza għal dawk tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati ta’ dik it-tikketta, jew inkella, fejn dan ikun neċessarju, partijiet minnha li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u li jkunu xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi ta’ dan is-suġġett.

2. Fejn ċertifikat jew tikketta jissodisfaw il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 iżda anki jistabbilixxu rekwiżiti mhux marbutin mas-suġġett tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddefinixxu l-ispeċifikazzjoni teknika b’referenza għal dawk tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati ta’ dik it-tikketta jew ċertifikat, jew inkella, fejn dan ikun neċessarju, partijiet minnhom li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u li jkunu xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi ta’ dan is-suġġett.

Emenda  155

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-atturi ekonomiċi jissottomettu rapport tat-test minn korp rikonoxxut jew ċertifikat maħruġ minn korp bħala mezz ta’ prova ta’ konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-atturi ekonomiċi jissottomettu rapport tat-test minn korp rikonoxxut jew ċertifikat maħruġ minn korp bħala mezz ta’ prova ta’ konformità mar-rekwiżiti jew il-kriterji stipulati fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, fil-kriterji tal-għoti jew fil-klawżoli tat-twettiq tal-kuntratt.

Emenda  156

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jeħtieġu l-produzzjoni ta’ ċertifikati mfassla minn korpi rikonoxxuti li jikkonfermaw il-konformità ma’ speċifikazzjoni teknika partikolari, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw anki ċertifikati minn korpi rikonoxxuti oħrajn li huma ekwivalenti.

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jeħtieġu l-produzzjoni ta’ ċertifikati mfassla minn korp speċifiku għall-valutazzjoni tal-konformità, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw anki ċertifikati minn korpi rikonoxxuti oħrajn li huma ekwivalenti.

Emenda  157

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw mezzi xierqa oħra ta’ prova differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, bħal dossier tekniku tal-manifattur fejn l-attur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għaċ-ċertifikati jew għar-rapporti tat-test imsemmija fil-paragrafu 1, jew l-ebda possibilità li jiksibhom fi ħdan il-limiti ta’ żmien relevanti.

2. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw mezzi xierqa u ekwivalenti oħra ta’ prova differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, li jistgħu jinkludu dossier tekniku tal-manifattur fejn l-attur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għaċ-ċertifikati jew għar-rapporti tat-test imsemmija fil-paragrafu 1, jew l-ebda possibilità li jiksibhom fi ħdan il-limiti ta’ żmien relevanti, sakemm in-nuqqas ta' aċċess ma jkunx attribwibbli lill-attur ekonomiku kkonċernat. Għandha tkun ir-responsabilità tal-offerent li jagħti prova tal-ekwivalenza maċ-ċertifikati jew ir-rapporti tat-test mitluba.

Emenda  158

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħra, fuq talba tagħhom, kull informazzjoni relatata mal-provi u dokumenti sottomessi skont l-Artikolu 40(6), l-Artikolu 41 u l-paragrafu 1,2 u 3 ta’ dan l-Artikolu sabiex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti tekniċi. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta’ stabbiliment għandhom jipprovdu din l-informazzjoni skont l-Artikolu 88.

4. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħra, fuq talba tagħhom, kull informazzjoni relatata mal-provi u dokumenti sottomessi skont l-Artikolu 40(6), l-Artikolu 41 u l-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-attur ekonomiku għandhom jipprovdu din l-informazzjoni skont l-Artikolu 88.

Emenda  159

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jawtorizzaw lill-offerenti sabiex jissottomettu varjanti. Fl-avviż dwar kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, fl-istedina għall-konferma tal-interess, għandhom jindikaw jekk jawtorizzawx il-varjanti jew le. Il-varjanti ma għandhomx jiġu awtorizzati mingħajr indikazzjoni bħal din.

1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jawtorizzaw lill-offerenti sabiex jissottomettu varjanti flimkien ma’ proposta bażika, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt.

 

F'każijiet b'ġustifikazzjoni xierqa, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jawtorizzawx varjanti, sakemm jindikaw ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħhom fl-avviż dwar kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, fl-istedina għall-konferma tal-interess.

Emenda  160

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtoritajiet kontraenti li jawtorizzaw varjanti għandhom jiddikjaraw ir-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu mill-varjanti u kwalunkwe rekwiżiti speċifiċi għall-preżentazzjoni tagħhom. Dawn għandhom jiżguraw ukoll li l-kriterji tal-għoti magħżula jistgħu jiġu applikati b’mod utli għall-varjanti li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti minimi kif ukoll għal offerti li jikkonformaw li mhumiex varjanti.

2. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jawtorizzaw varjanti fid-dokumenti tal-akkwist li jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi li għandhom jintlaħqu mill-varjanti u kwalunkwe rekwiżit għall-preżentazzjoni tagħhom. Dawk ir-rekwiżiti minimi għandhom ikunu mandatorji sabiex ikun żgurat li l-varjanti mhumiex se jaffettwaw is-suġġett tal-kuntratt. Dawn għandhom jiżguraw ukoll li l-kriterji tal-għoti magħżula jistgħu jiġu applikati b’mod utli għall-varjanti li jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti kif ukoll għal offerti li jikkonformaw li mhumiex varjanti.

Emenda  161

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika jew kuntratti ta’ servizzi, l-awtoritajiet kontraenti li awtorizzaw varjanti għandhom jiċħdu varjant fuq il-bażi unika li, jekk jintlaqa’, dan iwassal jew għal kuntratt ta’ servizz minflok kuntratt pubbliku ta’ provvista jew kuntratt ta’ provvista minflok kuntratt pubbliku ta’ servizz.

Fi proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika jew kuntratti ta’ servizzi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu varjant fuq il-bażi unika li, jekk jintlaqa’, dan iwassal għal kuntratt ta’ servizz minflok kuntratt pubbliku ta’ provvista jew kuntratt ta’ provvista minflok kuntratt pubbliku ta’ servizz.

Emenda  162

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kuntratti pubbliċi jistgħu jinqasmu f’lottijiet omoġeni jew eteroġeni. Għal kuntratti b’valur ekwivalenti għal jew ikbar mil-limiti minimi pprovduti fl-Artikolu 4 iżda li ma humiex inqas minn EUR 500 000, determinati skont l-Artikolu 5, meta l-awtorità kontraenti ma tqisx xieraq li jinqasmu f'lottijiet, għandha tipprovdi fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess spjegazzjoni speċifika tar-raġunijiet tagħha.

1. Sabiex jiġi ffaċilitat aċċess akbar għall-akkwist pubbliku mill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju, il-kuntratti pubbliċi jistgħu jinqasmu f’lottijiet.

Emenda  163

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn tista’ tingħata aktar minn lott waħda lill-istess offerent, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistipulaw li huma jew se jagħtu kuntratt għal kull lott jew inkella kuntratt wieħed jew aktar, li ikopru ħafna mil-lottijiet jew kollha kemm huma.

imħassar

Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw jekk jirriżervawx id-dritt li jagħmlu għażla bħal din u, jekk dan ikun il-każ, liema lottijiet jistgħu jingħaqdu fi grupp f’kuntratt wieħed.

 

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu l-ewwel jiddeterminawl-offereti li jissodisfaw l-iktar il-kriterji tal-għoti skont l-Artikolu 66 għal kull lott individwali. Huma jistgħu jagħtu kuntratt għal aktar minn lott wieħed lil offerent li mhuwiex ikklassifikat fl-ewwel post fir-rigward tal-lottijiet individwali kollha koperti minn dak il-kuntratt, dejjem jekk il-kriterji tal-għoti stabbiliti skont l-Artikolu 66 jiġu sodisfatti aħjar fir-rigward tal-lottijiet kollha koperti minn dan il-kuntratt. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw il-metodi li beħsiebhom jużaw għal tqabbil bħal dan. Dawn il-metodi għandhom ikunu trasparenti, oġġettivi u mhux diskriminatorji.

 

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tar-regoli tal-akkwist.

Emenda  164

Proposta għal direttiva

Artikolu 48 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn 48 jum wara l-għoti ta’ kuntratt jew tal-konklużjoni ta’ ftehim qafas, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibagħtu avviż dwar kuntratt bir-riżultati tal-proċedura ta’ akkwist.

Mhux aktar tard minn 14-il jum wara l-għoti ta’ kuntratt jew tal-konklużjoni ta’ ftehim qafas, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibagħtu avviż dwar kuntratt bir-riżultati tal-proċedura ta’ akkwist. Fil-każ ta' avviż dwar l-għoti ta' kuntratt mhux komplut jew inkoerenti, il-Kummissjoni għandha tikkuntattja lill-awtorità kontraenti bil-għan li tirċievi t-tlestija jew il-kjarifika tal-avviż dwar l-għoti tal-kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Id-dejta TED mhijiex affidabbli għaliex l-Awtoritajiet Kontraenti spiss jinsew jibagħtu avviżi dwar l-għoti ta' kuntratt. Bit-tqassir tal-iskadenza, dan il-pilastru ta' ġbir ta' dejta jsir aktar effikaċi. Barra minn hekk, l-avviżi dwar l-għoti ta' kuntratt spiss ikunu inkoerenti jew mhux kompluti, u fil-prattika l-Kummissjoni ma tirrikorrix għall-Awtoritajiet Kontraenti għal kjarifika. Għaldaqstant ikun utli li jiġi introdott obbligu ċar tal-Kummissjoni sabiex tiċċekkja d-dejta għall-kompletezza u l-koerenza.

Emenda  165

Proposta għal direttiva

Artikolu 51 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-informazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi pprovduta lill-offerenti kollha li jkunu qed jieħdu sehem fil-proċedura ta' akkwist.

Emenda  166

Proposta għal direttiva

Artikolu 52 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-istediniet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu referenza għal indirizz elettroniku li fih tqiegħdu għad-dispożizzjoni diretta b’mezzi elettroniċi dawk l-ispeċifikazzjonijiet jew id-dokument deskrittiv u kwalunkwe dokumenti ta’ prova oħrajn. Barra minn hekk, għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness X.

2. L-istediniet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu referenza għal indirizz elettroniku fejn ikunu aċċessibbli għall-offerenti dawk l-ispeċifikazzjonijiet jew id-dokument deskrittiv u kwalunkwe dokument ta’ prova ieħor. Barra minn hekk, għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness X.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika li huwa biżżejjed li l-informazzjoni tkun disponibbli fuq l-internet. Li tinforma lill-offerenti individwali ma għandux ikun rekwiżit. L-offerenti nfushom għandhom ikunu responsabbli għal dan.

Emenda  167

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax, għall-inqas b’mod ekwivalenti mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

2. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn ikun ġie stabbilit, abbażi ta’ evidenza ċara u suffiċjenti, li l-offerta ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tal-liġi ambjentali, soċjali u tax-xogħol imsemmija fl-Artikolu 15(2).

Emenda  168

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) parteċipazzjoni fl-isfruttament tat-traffikar tal-bnedmin u t-tħaddim tat-tfal koperta bid-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu1.

 

_____________

 

1 ĠU L 101, 15.4.2011.

Emenda  169

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-obbligu li jiġi eskluż kandidat jew offerent milli jieħu sehem f’kuntratt pubbliku għandu japplika wkoll fejn il-kundanna permezz ta’ sentenza finali sabet ħatja lil diretturi ta’ kumpanija jew kwalunkwe persuni oħra li kellhom is-setgħa ta’ rappreżetazzjoni, deċiżjoni jew kontroll fir-rigward tal-kandidat jew offerent.

L-obbligu li jiġi eskluż kandidat jew offerent milli jieħu sehem f’kuntratt pubbliku għandu japplika wkoll fejn il-kundanna permezz ta’ sentenza finali sabet ħatja lil diretturi ta’ kumpanija jew kwalunkwe persuna oħra li kellha s-setgħa ta’ rappreżetazzjoni, deċiżjoni jew kontroll fir-rigward tal-kandidat jew offerent. F'każ fejn dawn jinqalgħu tul il-proċedura tal-għażla ta' kuntrattur, ir-raġunijiet għall-esklużjoni elenkati fl-ewwel subparagrafu għandhom bl-istess mod iservu sabiex jeskludu lill-kumpanija kkonċernata mill-proċedura għall-għoti ta' kuntratt.

Emenda  170

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) fejn tkun mgħarrfa bi kwalunkwe vjolazzjoni tal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew il-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI. Konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ma’ dispożizzjonijiet internazzjonali tinkludi wkoll konformità b’mod ekwivalenti.

a) fejn tkun mgħarrfa bi kwalunkwe ksur serju jew ripetut tal-obbligi fil-qasam tal-liġi soċjali, ambjentali jew tax-xogħol, kif imsemmi fl-Artikolu 15(2).

Emenda  171

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fejn l-attur ekonomiku huwa soġġett għal proċeduri ta’ insolvenza jew stralċ, fejn l-assi tiegħu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew mill-qorti, fejn hu daħal fi ftehim ma’ kredituri, fejn hu ssopenda l-attivitajiet kummerċjali jew qiegħed fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali;

(b) fejn l-attur ekonomiku huwa soġġett għal proċeduri ta’ insolvenza jew stralċ, fejn l-assi tiegħu qed jiġu amministrati minn likwidatur jew mill-qorti, fejn hu ssospenda l-attivitajiet kummerċjali jew qiegħed fi kwalunkwe sitwazzjoni analoga li tirriżulta minn proċedura simili taħt il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali; awtorità kontraenti ma tistax teskludi lil attur ekonomiku li jkun għamel ftehim mal-kredituri jew li l-assi tiegħu jkunu taħt amministrazzjoni milli jipparteċipa f’kuntratt pubbliku jekk l-attur ekonomiku jkun jista’ jagħti prova li kapaċi jwettaq l-attivitajiet tiegħu għad-durata prevedibbli tal-kuntratt;

Ġustifikazzjoni

Is-sitwazzjoni komuni fejn attur ekonomiku jkun daħal f'arranġament mal-kredituri, ma għandhiex titqies minnha nnifisha bħala raġuni għall-esklużjoni.

Emenda  172

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fejn l-awtorità kontraenti tista’ turi bi kwalnkwe mezz li l-attur ekonomiku huwa ħati ta’ kondotta professjonali ħażina u serja oħra;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-konsegwenzi ġuridiċi serji tal-esklużjoni minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt – anke b’rabta mar-raġunijiet għall-esklużjoni mhux obbligatorji – il-kliem huwa vag wisq. Dan huwa partikolarment il-każ fid-dawl tal-fatt li fl-abbozz tal-Kummissjoni, l-imġiba ħażina tista’ tintwera ‘b’kull mezz’. Il-kunċett ta’ “imġiba professjonali serja” mhuwiex definit b’mod oġġettiv fid-direttiva, filwaqt li kwalunkwe deċiżjoni li attur ekonomiku jiġi eskluż minn proċedura ta’ akkwist għandha tkun imsejsa fuq kriterji oġettivi u li jitkejlu u d-diskrezzjoni tal-awtorità kuntrattwali għandha tkun limitata.

Emenda  173

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) fejn l-attur ekonomiku wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta’ kwalunkwe rekwiżit sostantiv taħt kuntratt jew kuntratti preċedenti ta’ natura simili mal-istess awtorità kontraenti.

(d) fejn l-attur ekonomiku ikun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta’ kwalunkwe rekwiżit sostantiv taħt kuntratt jew kuntratti preċedenti ta’ natura simili kemm jekk b’intenzjoni kif ukoll permezz ta’ negliġenza.

Emenda  174

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) fejn kunflitt ta’ interessi ma setgħax jiġi rimedjat b’mod effikaċi f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21(3);

Emenda  175

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex japplikaw ir-raġuni għall-esklużjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jipprovdu metodu għall-valutazzjoni tat-twettiq kontrattwali li huwa bbażat fuq kriterji oġġettivi u li jistgħu jitkejlu u applikati b’mod sistematiku, konsistenti u trasparenti. Kull valutazzjoni tal-prestazzjoni għandha tiġi komunikata lill-kuntrattur inkwistjoni, li għandu jingħata l-opportunità li joġġezzjona għas-sejbiet u li jikseb protezzjoni legali.

imħassar

Emenda  176

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jillimitaw kwalunkwe kundizzjoni għal parteċipazzjoni għal dawk li huma xierqa li jiżguraw li kandidat jew offerent għandu l-kapaċitajiet legali u finanzjarji u l-abilitajiet kummerċjali u tekniċi li jwettaq il-kuntratt li għandu jingħata. Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu relatati u strettament proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt, billi jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jillimitaw kwalunkwe kundizzjoni għal parteċipazzjoni għal dawk li huma xierqa li jiżguraw li kandidat jew offerent għandu l-kapaċitajiet legali u finanzjarji u l-abilitajiet kummerċjali u tekniċi li jwettaq il-kuntratt li għandu jingħata. Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, billi jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.

Emenda  177

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fatturat annwali minimu msemmi ma għandux ikun ogħla minn tliet darbiet il-valur stmat tal-kuntratt, għajr f’ċirkostanzi ġustifikati sew relatati mar-riskji speċjali marbutin man-natura tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti. L-awtorità kontraenti għandha tindika dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fid-dokumenti tal-akkwist.

Il-fatturat annwali minimu msemmi ma għandux ikun ogħla minn darbtejn il-valur stmat tal-kuntratt, għajr f’ċirkostanzi ġustifikati sew relatati mar-riskji speċjali marbutin man-natura tax-xogħlijiet, servizzi jew provvisti. L-awtorità kontraenti għandha tindika dawn iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fid-dokumenti tal-akkwist.

Ġustifikazzjoni

Il-livell minimu ta’ fatturat rikjest m’għandux ikun għoli ħafna sabiex ma jillimitax b’mod eċċessiv in-numru ta’ atturi ekonomiċi li jipparteċipaw fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt.

Emenda  178

Proposta għal direttiva

Artikolu 57 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Dikjarazzjonijiet u provi li ma ġewx sottomessi fil-ħin tat-talba tal-awtorità kontraenti sal-iskadenza tad-data tal-għeluq tas-sottomissjoni tal-offerti, jistgħu jintalbu sussegwentement sal-iskadenza tal-estensjoni taż-żmien definittiva.

Ġustifikazzjoni

Fi proċedura formali għandhom ikunu possibbli emendi jew titjib żgħar. Għandu jkun possibbli għall-awtorità kontraenti li titlob sussegwentement dokumenti neqsin mingħand intrapriżi. Mingħajr dan ir-regolament, awtorità kontraenti stess ikollha uffiċjalment teskludi l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża minn intrapriża xierqa u stabbilita, jekk saħansitra wieħed mid-dokumenti mitluba mill-awtorità kontraenti għall-verifika tal-abilità jkun nieqes jew ma jkunx komplut.

Emenda  179

Proposta għal direttiva

Artikolu 57 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kandidati u l-offerenti ma għandhomx jintlabu jerġgħu jissottomettu ċertifikat jew provi dokumentati oħra li diġà ssottomettew lill-istess awtorità kontraenti matul l-aħħar erba’ snin fi proċedura preċedenti u li għadhom validi.

Il-kandidati u l-offerenti ma għandhomx jintalbu jerġgħu jissottomettu ċertifikat jew provi dokumentati oħra li diġà ssottomettew lill-istess awtorità kontraenti matul l-aħħar sentejn fi proċedura preċedenti u li għadhom validi. L-awtorità kontraenti għandha, madankollu, tkun intitolata li titlob evidenza aktar riċenti f’każ ta’ validità dubjuża ta’ tali ċertifikati jew f’każ ta’ evidenza dokumentata waqt il-proċedura.

Emenda  180

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 89 sabiex timmodifika l-Anness XIII minħabba progress tekniku jew għal raġunijiet amministrattivi. Barra minn hekk, għandha tingħata s-setgħa sabiex tistabbilixxi l-forma standard għall-Passaport Ewropew tal-Akkwisti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu aodttati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 91.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 89 sabiex timmodifika l-Anness XIII minħabba progress tekniku jew għal raġunijiet amministrattivi. Barra minn hekk, għandha tingħata s-setgħa sabiex tistabbilixxi, permezz ta’ atti ta' implimentazzjoni, il-forma standard għall-Passaport Ewropew tal-Akkwisti. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 91.

Emenda  181

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtorità li toħroġ il-passaport għandha tara li tikseb l-informazzjoni relevanti direttament mill-awtoritajiet kompetenti, għajr fejn dan ikun projbit mir-regoli nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

3. L-awtorità li toħroġ il-passaport għandha tara li tikseb l-informazzjoni relevanti direttament mill-awtoritajiet kompetenti, għajr fejn dan ikun projbit mir-regoli nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta personali u għajr fejn l-informazzjoni tista’ tinkiseb biss mill-attur ekonomiku nniffsu. F’dawn il-każi, l-attur ekonomiku għandu jwassal l-informazzjoni lill-awtorità biex jikseb il-Passaport Ewropew tal-Akkwisti.

Ġustifikazzjoni

Passaport tal-Akkwisiti Pubbliċi jnaqqas l-ispejjeż ta’ tranżazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku iżda għandu jinkludi aktar informazzjoni minn dak li jista’ jinġabar mill-awtoritajiet infushom. Dawn għandhom jitolbu lill-attur ekonomiku għal informazzjoni li ma tistax tinġabar xi mkien ieħor.

Emenda  182

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Passaport Ewropew tal-Akkwisti għandu jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet kontraenti kollha bħala prova li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni koperti minnu u ma għandux jinxteħet dubju dwar dan mingħajr ġustifikazzjoni. It-tali ġustifikazzjoni tista’ tkun relatata mal-fatt li l-passaport ikun inħareġ aktar minn sitt xhur qabel.

4. Il-Passaport Ewropew tal-Akkwisti għandu jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet kontraenti kollha bħala prova li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni koperti minnu u ma għandux jinxteħet dubju dwar dan mingħajr ġustifikazzjoni. It-tali ġustifikazzjoni tista’ tkun relatata man-natura tal-każ individwali jew mal-fatt li l-passaport ikun inħareġ aktar minn sena qabel. F’tali każ, l-awtorità kontraenti tista’ titlob ċertifikati aktar riċenti jew tipi oħra ta’ ċertifikati li jirrigwardaw is-suġġetti elenkati fl-Anness XIII.

 

L-attur ekonomiku għandu jikkonferma permezz ta’ firma tal-Passaport Ewropew tal-Akkwisti li l-informazzjoni li fih hija korretta.

Emenda  183

Proposta għal direttiva

Artikolu 61 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jeħtieġu li jiġu pprovduti ċertifikati mfassla minn korpi indipendenti li jikkonfermaw li l-attur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti skemi jew standards ta’ ġestjoni ambjentali, għandhom jirreferu għall-Iskema tal-Unjoni Ewropea għall-Immaniġjar tal-Ambjent u Verifika (EMAS - European Union Eco-Management and Audit Scheme) jew għal skemi ta’ ġestjoni ambjentali oħrajn rikonoxxuti skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew standards oħrajn ta’ ġestjoni ambjentali bbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjonali relevanti minn korpi akkreditati. Għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Għandhom jaċċettaw anki provi oħra ta’ miżuri ta’ ġestjoni ambjentali ekwivalenti minn atturi ekonomiċi li ma għandhomx aċċess għal tali ċertifikati, jew l-ebda possibilità li jiksbuhom fi ħdan il-limiti ta’ żmien relevanti.

2. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jeħtieġu li jiġu pprovduti ċertifikati mfassla minn korpi indipendenti li jikkonfermaw li l-attur ekonomiku jikkonforma ma’ ċerti skemi jew standards ta’ ġestjoni ambjentali, għandhom jirreferu għall-Iskema tal-Unjoni Ewropea għall-Immaniġjar tal-Ambjent u Verifika (EMAS - European Union Eco-Management and Audit Scheme) jew għal skemi ta’ ġestjoni ambjentali oħrajn rikonoxxuti skont l-Artikolu 45 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew standards oħrajn ta’ ġestjoni ambjentali bbażati fuq l-istandards Ewropej jew internazzjonali relevanti minn korpi akkreditati. Għandhom jirrikonoxxu ċertifikati ekwivalenti minn korpi stabbiliti fi Stati Membri oħrajn. Għas-servizzi dawn jistgħu jkunu ċertifikati tal-Ekotikketta li jinkludu wkoll kriterji dwar il-ġestjoni ambjentali. Għandhom jaċċettaw anki provi oħra ta’ miżuri ta’ ġestjoni ambjentali ekwivalenti minn atturi ekonomiċi li ma għandhomx aċċess għal tali ċertifikati, jew l-ebda possibilità li jiksbuhom fi ħdan il-limiti ta’ żmien relevanti. Sabiex ma ssirx diskriminazzjoni kontra l-offerenti li jinvestu ħin u flus għal ċertifikati jew rapporti tat-testijiet, il-piż għall-għoti tal-ekwivalenza għandu jitqiegħed fuq l-offerent li jitlob l-ekwivalenza.

Emenda  184

Proposta għal direttiva

Artikolu 64 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi proċeduri ristretti, proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, proċeduri ta’ djalogu kompetittiv u sħubijiet għall-innovazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla li se jistiednu għall-offerti jew sabiex imexxu djalogu, jekk ikun hemm numru suffiċjenti ta’ kandidati kwalifikati disponibbli.

Fi proċeduri ristretti, proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, proċeduri ta’ djalogu kompetittiv u sħubijiet għall-innovazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla li se jistiednu għall-offerti jew sabiex imexxu djalogu, jekk ikun hemm in-numru minimu, f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ kandidati kwalifikati disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet ħżiena tad-dispożizzjonijiet, il-kriterju għandu jkun iktar ċar u iktar faċli li jiġi ddeterminat.

Emenda  185

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterji li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuqhom għandhom ikunu waħda minn dawn li ġejjin:

Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterju li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuqu għandu jkun dak tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża.

(a) l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża;

 

(b) l-aktar spiża baxxa.

 

L-ispejjeż jistgħu jiġu valutati, skont l-għażla tal-awtorità kontraenti, fuq il-bażi tal-prezz biss jew billi jintuża approċċ tal-kosteffiċenza, bħall-approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 67.

 

Emenda  186

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mill-punt ta’ vista tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża msemmija fil-putn (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal:

2. Mill-punt ta’ vista tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji jistgħu jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż, kunsiderazzjonijiet kwalitattivi, ambjentali u soċjali, bħal:

Emenda  187

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 2 – punti a, b u c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv.

(a) il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karattru innovattiv, u l-karatteristiċi soċjali, ambjentali u innovattivi, inkluż il-kosteffikaċja tal-akkwist fuq distanza qasira fejn rilevanti, u l-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja skont l-Artikolu 67;

(b) għal kuntratti ta’ servizzi u kuntratti li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, jistgħu jkunu kkunsidrati l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni, bil-konsegwenza li, wara l-għoti tal-kuntratt, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni u kwalità ekwivalenti;

(b) meta jkun rilevanti għat-twettiq tal-kuntratt, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni;

(c) is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data ta’ twassil u l-perjodu ta’ twassil jew il-perjodu ta’ tlestija;

(c) is-servizz ta’ wara l-bejgħ, l-assistenza teknika u l-kundizzjonijiet ta’ twassil bħad-data ta’ twassil u l-perjodu ta’ twassil jew il-perjodu ta’ tlestija;

Emenda  188

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li dak l-għoti ta’ ċerti tipi ta’ kuntratti għandu jkun ibbażat fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2.

imħassar

Emenda  189

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, fid-dokumenti tal-akkwist jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika il-koeffiċjent relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża.

5. Fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, fid-dokumenti tal-akkwist jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika il-koeffiċjent relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża..

Emenda  190

Proposta għal direttiva

Artikolu 67 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja għandhom ikopru l-ispejjeż kollha li ġejjin matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet kif stipulat fil-punt (22) tal-Artikolu 2:

1. L-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja għandhom ikopru partijiet minn jew l-ispejjeż kollha li ġejjin li jridu jħallsu l-awtoritajiet kontraenti matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet kif stipulat fil-punt (22) tal-Artikolu 2:

Emenda  191

Proposta għal direttiva

Artikolu 67 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) spejjeż ambjentali esterni marbutin b’mod dirett maċ-ċiklu tal-ħajja, jekk il-valur monetarju tagħhom ikun jista’ jiġi determinat u verifikat, li jistgħu jinkludu l-ispiża relatata ma’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħra u spejjeż oħrajn ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

(b) spejjeż esterni bħal spejjeż soċjali jew ambjentali marbutin b’mod dirett maċ-ċiklu tal-ħajja, jekk il-valur monetarju tagħhom ikun jista’ jiġi determinat u verifikat, li jistgħu jinkludu l-ispiża relatata ma’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħra u spejjeż oħrajn ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Emenda  192

Proposta għal direttiva

Artikolu 67 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jivvalutaw l-ispejjeż permezz ta’ approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, dawn għandhom jindikaw il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja fid-dokumenti tal-akkwist. Il-metodoloġija użata għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

2. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jivvalutaw l-ispejjeż permezz ta’ approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, dawn għandhom jindikaw id-dejta li għandha tiġi pprovduta mill-offerenti u l-metodu li l-awtorità kontraenti tkun se tuża biex tiddetermina l-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja fid-dokumenti tal-akkwist. Il-metodu użat għandu jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) tkun saret abbażi ta’ informazzjoni xjentifika jew hija bbażata fuq kriterji oħra li jistgħu jkunu verifikati oġġettivament u mingħajr diskriminazzjoni;

(a) tkun saret f'konsultazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati u tkun ibbażata fuq kriterji oħra li jistgħu jkunu verifikati oġġettivament u mingħajr diskriminazzjoni;

(b) tkun ġiet stabbilita għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa;

 

(c) tkun aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha.

(c) tkun aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha;

 

(ca) id-dejta mitluba tista’ tiġi pprovduta bi sforz raġonevoli minn atturi ekonomiċi normalment diliġenti, inklużi atturi minn pajjiżi terzi.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jippermettu lill-atturi ekonomiċi, inklużu atturi ekonomiċi minn pajjiżi terzi, li japplikaw metodoloġija differenti għall-istabbiliment ta’ spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja tal-offerta tagħhom, sakemm jippruvaw li din il-metodoliġija tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti a, b u c u hija ekwivalenti għall-metodoloġija indikata mill-awtorità kontraenti.

 

Emenda  193

Proposta għal direttiva

Artikolu 67 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull meta, permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni, tiġi adottata metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż permezz ta’ atti ddelegati skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, din għandha tiġi applikata fejn il-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja jkun inkluż fil-kriterji tal-għoti msemmija fl-Artikolu 66(1).

3. Kwalunkwe metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja adottata bħala parti minn att leġiżlattiv tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ atti ddelegati skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, jew bħala parti minn speċifikazzjoni teknika Ewropea, għandha titqies li tissodisfa l-kriterji kif stabbiliti fil-paragrafu 2, u tista’ tkun inkluża fil-kriterji tal-għoti msemmija fl-Artikolu 66(1).

Emenda  194

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jeħtieġu li l-atturi ekonomiċi jispjegaw il-prezz jew l-ispejjeż mitlubaż, fejn jiġu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jeħtieġu li l-atturi ekonomiċi jispjegaw il-prezz jew l-ispejjeż proposti fl-offerta meta l-offerti jkunu jidhru baxxi b’mod mhux normali fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi.

(a) il-prezz jew l-ispejjeż mitluba ikunu aktar minn 50 % orħos mill-prezzijiet jew l-ispejjeż medji tal-offerti li jifdal

 

(b) il-prezz jew l-ispiża mitluba jkunu aktar minn 20 % orħos mill-prezz jew l-ispejjeż tat-tieni l-irħas offerta;

 

(c) ġew sottomessi tal-inqas ħames offerti.

 

Emenda  195

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn l-offerti jkunu jidhru baxxi wisq għal raġunijiet oħra, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu spjegazzjoni għal dan ukoll.

imħassar

Emenda  196

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jkunu relatati b’mod partikolari ma’:

3. L-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jkunu relatati b’mod partikolari ma’:

Emenda  197

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) konformità, għall-inqas b’mod ekwivalenti, mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI jew, fejn dawn ma jkunux applikabbli, ma’ dispożizzjonijiet oħrajn li jiżguraw livell ekwivalenti ta’ protezzjoni;

(d) konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi soċjali, ambjentali u tax-xogħol imsemmija fl-Artikolu 15(2);

Emenda  198

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) konformità mar-rekwiżiti ta’ sottokuntrattar stabbiliti fl-Artikolu 71.

Emenda  199

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet soċjali, ambjentali u tax-xogħol imsemmija fl-Artikolu 15(2) jew mal-liġi tal-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  200

Proposta għal direttiva

Artikolu 69a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69a

 

Offerti li jinvolvu prodotti ġejjin minn pajjiżi terzi

 

1. Dan l-Artikolu għandu japplika għal offerti li jinkludu prodotti jew servizzi li joriġinaw minn pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni għadha ma kkonkludietx ftehim, f’qafas multilaterali jew bilaterali, li jiżgura aċċess komparabbli u effettiv għal impriżi tal-Unjoni għas-swieq ta' dawk il-pajjiżi terzi. Għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha fir-rigward ta’ pajjiżi terzi.

 

2. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu lill-offerenti jipprovdu informazzjoni dwar l-oriġini tal-prodotti fl-offerta tagħhom, u l-valur tagħhom. Dikjarazzjonijiet dwar l-unur tal-offerent għandhom jiġu aċċettati bħala mezz preliminari ta' evidenza. Awtorità kontraenti tista’ titlob, fi kwalunkwe mument tal-proċedura, parti mid-dokumentazzjoni jew id-dokumentazzjoni kollha rikjesta. Kwalunkwe offerta sottomessa għall-għoti ta’ kuntratt ta’ provvisti fejn il-valur tal-prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi, kif stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju, jeċċedi l-50 % tal-valur totali tal-prodotti li jikkostitwixxu l-offerta, tista’ tiġi rrifjutata. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, softwer użat f'tagħmir tan-network tat-telekomunikazzjonijiet għandu jitqies bħala prodotti.

 

3. Bla ħsara għat-tieni sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu, meta żewġ offerti jew aktar ikunu ekwivalenti fid-dawl tal-kriterji tal-għoti tal-kuntratt definiti fl-Artikolu 66, għandha tingħata preferenza lil dawk l-offerti li ma jistgħux jiġu rifjutati skont paragrafu 2. Il-prezzijiet ta’ dawk l-offerti għandhom jitqiesu ekwivalenti għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, jekk id-differenza fil-prezz ma taqbiżx it-3 %.

 

Offerta m'għandhiex tiġi preferuta fuq oħra skont l-ewwel subparagrafu fejn l-aċċettazzoni tagħha tkun tobbliga lill-awtorità kontraenti li takkwista tagħmir li jkollu karatteristiċi tekniċi differenti minn dawk ta' tagħmir eżistenti, li jirriżulta f'inkompatibilità, diffikultajiet tekniċi fl-operat jew manutenzjoni, jew spejjeż sproporzjonati.

 

4. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, dawk il-pajjiżi terzi li għalihom il-benefiċċju tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu ġew estiżi b’Deċiżjoni tal-Kunsill konformi mal-paragrafu 1 m’għandhomx jitqiesu fid-determinazzjoni tal-proporzjon, imsemmi fil-paragrafu 2, tal-prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi.

 

5. Il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali, li jibda fit-tieni nofs tal-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, dwar il-progress li jkun sar f'negozjati multilaterali jew bilaterali rigward aċċess għal impriżi tal-Unjoni fis-swieq ta' pajjiżi terzi fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva, dwar kull rizultat li setgħu kisbu dawn in-negozjati, u dwar l-implimentazzjoni fil-prattika tal-ftehimiet kollha li jkunu ġew konklużi.

 

Il-Parlament u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu, fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, jemendaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Sakemm ikun hemm l-adozzjoni ta' regolament dwar ir-reċiproċità, ikun xieraq li jinżammu d-dispożizzjonijiet attwali tal-leġiżlazzjoni dwar l-akkwist pubbliku.

Emenda  201

Proposta għal direttiva

Artikolu 69b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69b

 

Relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi rigward kuntratti ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi

 

1. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'kull diffikultà ġenerali, fil-liġi jew fil-fatt, li jkunu ltaqgħu magħha u li tkun ġiet irrapportata mill-impriżi tagħhom huma u jiżguraw l-għoti ta' kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi f'pajjiżi terzi.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill qabel il-31 ta' Diċembru 2014, u perjodikament wara dan, dwar il-ftuħ ta' kuntratti ta' servizz f'pajjiż terzi u dwar progress f'negozjati ma' dawn il-pajjiżi dwar dan is-suġġett, partikolarment fil-qafas tad-WTO.

 

3. Il-Kummisssjoni għandha tagħmel sforz, billi tavviċina l-pajjiż terz ikkonċernat, biex tirrimedja kull sitwazzjoni li biha ssib, fuq il-bażi jew tar-rapporti msemmija fil-paragrafu 2 jew ta’ tagħrif ieħor, li, fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz, pajjiż terz:

 

(a) ma jagħtix aċċess effikaċi lill-impriżi stabbiliti fl-Unjoni, li huwa komparabbli ma’ dak li l-Unjoni tagħti lill-impriżi stabbiliti f’dak il-pajjiż terz;

 

(b) ma jagħtix lill-impriżi stabbiliti fl-Unjoni trattament nazzjonali jew l-istess opportunitajiet kompetittivi bħal dawk li huma disponibbli lill-impriżi stabbiliti f’dak il-pajjiż terz; jew

 

(c) jagħti trattament aħjar lill-impriżi stabbiliti f’pajjiżi terzi oħra minn dak li jagħti lill-impriżi stabbiliti fl-Unjoni.

 

4. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’kull diffikultà, fil-liġi jew fil-fatt, li jkunu ltaqgħu magħha u li tiġi rapportata mill-impriżi stabbiliti fit-territorji tagħhom u li tirriżulta min-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI f’każijiet meta dawn l-impriżi jkunu ppruvaw jiżguraw l-għoti ta' kuntratti f'pajjiżi terzi.

 

5. Fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni tista’ f’kull ħin tipproponi li l-Kunsill jiddeċiedi li jissospendi jew jirrestrinġi, fuq perjodu li jrid jiġi preskritt fid-deċiżjoni, l-għoti ta’ kuntratti ta’ servizz:

 

(a) lill-impriżi li jaqgħu taħt il-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat;

 

(b) lill-impriżi marbuta ma’ dawk l-impriżi msemmija fil-punt (a) li għandhom l-uffiċċju uffiċjali tagħhom irreġistrat fl-Unjoni, iżda li m’għandhomx rabta diretta u effikaċi mal-ekonomija ta’ Stat Membru;

 

(c) lill-impriżi li jippreżentaw offerti li jinkludu xogħlijiet, provvisti u servizzi li joriġinaw mill-pajjiż terz inkwistjoni.

 

Il-Kunsill għandu jaġixxi, b'maġġoranza kwalifikata, kemm jista' jkun malajr.

 

Il-Kummissjoni tista' tipproponi dawn il-miżuri fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta' Stat Membru.

 

6. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-impenn tal-Unjoni fir-rigward ta’ pajjiżi terzi li joħorġu minn ftehim internazzjonali dwar akkwist pubbliku, b’mod partikolari fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.

Emenda  202

Proposta għal direttiva

Artikolu 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet speċjali relatati mat-twettiq ta’ kuntratt, dejjem jekk dawn jiġu indikati fis-sejħa għall-kompetizzjoni jew fl-ispeċifikazzjonijiet. Dawk il-kundizzjonijiet jistgħu, b’mod partikolari jikkonċernaw kunsiderazzjonijiet soċjali u ambjentali. Huma jinkludu wkoll ir-rekwiżit li atturi ekonomiċi jipprevedu kumpensi għar-riskji ta’ żidiet fil-prezzijiet li huma r-riżultat ta’ fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet (hedging) u li jistgħu jaffettwaw b’mod sostanzjali it-twettiq ta’ kuntratt.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet speċjali marbuta mas-suġġett u relatati mat-twettiq ta’ kuntratt, dejjem jekk dawn jiġu indikati fis-sejħa għall-kompetizzjoni jew fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. Dawk il-kundizzjonijiet jistgħu jinkludu kunsiderazzjonijiet ekonomiċi, relatati mal-innovazzjoni, ambjentali, soċjali jew relatati mal-impjieg.

Emenda  203

Proposta għal direttiva

Artikolu 71 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru li titlob lill-offerent sabiex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika anki kwalunkwe sottokuntratturi proposti.

1. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti għandha titlob lill-offerent sabiex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi.

Emenda  204

Proposta għal direttiva

Artikolu 71 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Wara li l-offerent ikun inħatar, huwa għandu jindika lill-awtoritajiet kontraenti l-isem, id-dettalji tal-kuntratt u r-rappreżentanti legali tas-sottokuntratturi u kwalunkwe tibdiliet relatati ma’ din l-informazzjoni waqt it-terminu tal-kuntratt. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-offerenti minn kull sottokuntrattur fil-katina ta’ sottokuntrattar permezz tal-kuntrattur dirett tas-sottokuntrattur. Kull sottokuntrattur għandu jżomm l-informazzjoni aġġornata waqt it-terminu tal-kuntratt.

Emenda  205

Proposta għal direttiva

Artikolu 71 – paragrafi 3a u 3b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sottokuntratturi jirrispettaw id-dispożizzjonijiet mandatorji ġuridiċi, regolatorji u amministrattivi ta’ twettiq tal-kuntratt li huma fis-seħħ fl-Istati Membri, inkluż l-obbligi msemmija fl-Artikolu 15(2). Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu sistema ta’ responsabbiltà fil-katina kollha ta’ sottokuntrattar sabiex il-kuntrattur dirett ta’ sottokuntrattur ikun responsabbli fil-każ li s-sottokuntrattur jonqos milli jkun konformi ma’ waħda minn dawk id-dispożizzjonijiet jew ikun insolventi. Meta kuntrattur dirett ikun insolventi, tali sistema għandha tipprovdi li l-kuntrattur dirett solventi li jmiss aktar ’il fuq fil-katina ta’ sottokuntrattar, inkluż il-kuntrattur prinċipali, jkun responsabbli.

 

3b. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli aktar stretti dwar ir-responsabilità skont il-liġi nazzjonali.

Emenda  206

Proposta għal direttiva

Artikolu 72 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Modifika ta’ kuntratt matul it-terminu tiegħu għandha titqies sostanzjali fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn din trendi l-kuntratt sostanzjalment differenti minn dak inizjalment konkluż. Fi kwalunkwe każ, mingħajr ħsara għall-paragrafu 3 u 4, modifika għandha titqies bħala sostanzjali fejn tkun sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

2. Mingħajr ħsara għall-paragrafi 3 u 4, modifika għandha titqies bħala sostanzjali fejn tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda  207

Proposta għal direttiva

Artikolu 72 - paragrafu 2 - punti - a u -aa (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) il-modifika tbiddel in-natura tal-kuntratt;

 

(-aa) il-modifika tinvolvi s-sostituzzjoni tas-sieħeb kuntrattwali;

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet relatati mal-modifika tal-kuntratti attwali għandhom jitlestew (il-modifika tan-natura tal-kuntratt hija modifika sostanzjali f’kull każ) u jiġu ċċarati (il-paragrafu 3 eżistenti ġie integrat fil-paragrafu 2 għal raġunijiet ta’ semplifikazzjoni, minħabba li dan ukoll jitratta każ ta’ modifika sostanzjali).

Emenda  208

Proposta għal direttiva

Artikolu 72 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-modifika testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-kuntratt b’mod konsiderevoli sabiex ikopri provvisti, servizzi jew xogħlijiet li inizjalment ma kinux koperti.

(c) il-modifika testendi s-suġġett tal-kuntratt b’mod konsiderevoli sabiex ikopri provvisti, servizzi jew xogħlijiet li inizjalment ma kinux koperti.

Emenda  209

Proposta għal direttiva

Artikolu 72 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-sostituzzjoni tal-imsieħeb kuntrattwali għandha titqies bħala modifika sostanzjali fit-tifisra tal-paragrafu 1.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu għandu jitħassar f’konformità mal-emenda li tressqet fl-Artikolu 72(2) (paragrafu ġdid cb). Kjarifika tat-test inizjali.

Emenda  210

Proposta għal direttiva

Artikolu 72 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madanakollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fil-każ ta’ suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara operazzjonijiet ta’ ristrutturar korporattiv jew insolvenza ta’ attur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva inizjalment stabbiliti, dejjem jekk din ma twassalx għal modifiki sostanzjali oħrajn għall-kuntratt u ma għandhiex l-għan li tevita l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Il-punt (-aa) tal-paragrafu 2 ma għandux japplika fil-każ ta’ suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara operazzjonijiet ta’ ristrutturar korporattiv, wara trasferiment ta’ kapital jew assi bejn impriżi jew l-ingaġġ ta’ sieħeb kuntrattwali wara l-insolvenza tiegħu minn attur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva inizjalment stabbiliti, dejjem jekk din ma twassalx għal modifiki sostanzjali oħrajn għall-kuntratt u ma għandhiex l-għan li tevita l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew f’każ li l-awtorità kontraenti tieħu l-kontroll tal-istatus ta’ firmatarju tal-kuntratturi ewlenin skont id-dispożizzjonijiet tal-Istat Membru b’konformità mal-Artikolu 71.

Emenda  211

Proposta għal direttiva

Artikolu 72 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn il-valur ta’ modifika jista’ jingħata f’termini monetarji, il-modifika ma għandhiex titqies bħala sostanzjali fit-tifsira tal-paragrafu 1, fejn il-valur tagħha ma jaqbiżx il-limit stabbiliti fl-Artikolu 4 u fejn hija taħt il-5% tal-prezz tal-kuntratt inizjali, dejjem jekk il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi valutat fuq il-bażi tal-valur kumulattiv tal-modifiki suċċessivi.

4. Fejn il-valur ta’ modifika jista’ jingħata f’termini monetarji, il-modifika ma għandhiex titqies bħala sostanzjali fit-tifsira tal-paragrafu 1, fejn il-valur tagħha ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4 jew fejn hija taħt l-10 % tal-prezz tal-kuntratt inizjali, dejjem jekk il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi valutat fuq il-bażi tal-valur kumulattiv tal-modifiki suċċessivi.

Emenda  212

Proposta għal direttiva

Artikolu 72 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Modifiki ta’ kuntratt ma għandhomx jitqiesu sostanzjali fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn dawn ġew speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist fi klawżoli jew għażliet ta’ reviżjoni ċari, preċiżi u inekwivokabbli. Dawn il-klawżoli għandhom jiddikkjaraw il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura ta’ modifiki jew għażliet possibbli kif ukoll il-kundizzjonijiet li dawn jistgħu jintużaw taħthom. Ma għandhomx jipprovdu għal modifiki jew għażliet li jibdlu n-natura ġenerali tal-kuntratt.

5. Modifiki ta’ kuntratt ma għandhomx jitqiesu sostanzjali fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn dawn ġew speċifikati fid-dokumenti tal-akkwist fi klawżoli jew għażliet ta’ reviżjoni ċari, preċiżi u inekwivokabbli jew fil-forma ta' klawżola ta' reviżjoni tal-prezzijiet. Dawn il-klawżoli għandhom jiddikkjaraw il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura ta’ modifiki jew għażliet possibbli kif ukoll il-kundizzjonijiet li dawn jistgħu jintużaw taħthom. Ma għandhomx jipprovdu għal modifiki jew għażliet li jibdlu n-natura ġenerali tal-kuntratt.

Emenda  213

Proposta għal direttiva

Artikolu 72 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-prezz imsemmi fil-paragrafu 4 u l-punt (c) tal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, il-prezz aġġornat għandu jkun il-valur ta’ referenza meta l-kuntratt ikun jinkludi klawżola ta’ indiċjar.

Emenda  214

Proposta għal direttiva

Artikolu 72 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-awtoritajiet kontraenti ma għandux ikollhom rikors għall-modifiki tal-kuntratt fil-każijiet li ġejjin:

7. L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jinvokaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu rigward il-modifiki tal-kuntratt meta l-modifika jkollha l-għan li tikkumpensa riskji ta’ żidiet fil-prezzijiet li jkunu assigurati (hedged) mill-kuntrattur.

(a) meta l-modifika jkollha l-għan li tirrimedja nuqqasijiet fil-prestazzjoni tal-kuntrattur jew il-konsegwenzi, li jistgħu jkunu rimedjati permezz tal-infurzar tal-obbligi kuntrattwali;

 

(b) meta l-modifika jkollha l-għan li tikkumpensa riskji ta’ żidiet fil-prezzijiet li jkunu assigurati (hedged) mill-kuntrattur.

 

Ġustifikazzjoni

Rigward it-tħassir tal-punt a): Problematiku – l-ebda awtorità kontraenti ma tista’ faċilment twarrab pretensjonijiet li jirriżultaw minn nuqqasijiet fil-prestazzjoni tal-kuntrattur sabiex tiġi evitata proċedura ta' akkwist ġdida.

Emenda  215

Proposta għal direttiva

Artikolu 73 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skont il-kundizzjonijiet determinati mil-liġi kuntrattwali nazzjonali applikabbli, l-awtoritajiet kontraenti jkollhom il-possibilità li jitterminaw kuntratt pubbliku matul it-terminu tiegħu fejn tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skont il-kundizzjonijiet determinati mil-liġi kuntrattwali nazzjonali applikabbli, l-awtoritajiet kontraenti jkollhom il-possibilità li jitterminaw kuntratt pubbliku matul it-terminu tiegħu fejn tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda  216

Proposta għal direttiva

Artikolu 73 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 jieqfu milli japplikaw wara parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika mogħtija l-kuntratt skont l-Artikolu 11(4);

(a) l-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11 ma jibqgħux japplikaw wara parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika mogħtija l-kuntratt skont l-Artikolu 11(4), bl-eċċezzjoni ta' forom ta’ parteċipazzjoni privata ta' minoranza jew infurzati mil-liġi;

Emenda  217

Proposta għal direttiva

Artikolu 73 – paragrafu 2 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jkollhom il-possibiltà, fl-ambitu tal-kundizzjonijiet iddeterminati mil-liġi kuntrattwali nazzjonali applikabbli, li jtemmu ftehim qafas tul dan it-terminu, meta l-attur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta’ kwalunkwe rekwiżit sostantiv skont il-ftehim.

Emenda  218

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Awtoritajiet kontraenti li beħsiebhom jagħtu kuntratt pubbliku għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 74 jridu jħabbru l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ avviż dwar kuntratt.

1. Awtoritajiet kontraenti li beħsiebhom jagħtu kuntratt pubbliku għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 74 jridu jħabbru l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ avviż informattiv preċedenti, li għandu jkun ippubblikat b’mod kontinwu u jkun fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI parti H. L-avviż informattiv preċedenti għandu jindika li l-kuntratt jkun se jingħata mingħajr pubblikazzjoni ulterjuri u jistieden lill-atturi ekonomiċi interessati jesprimu l-interess tagħhom bil-miktub.

Ġustifikazzjoni

Emenda prinċipali li tipproponi kompromess dwar servizzi soċjali u servizzi oħra biex tevita li jerġgħu jiddaħħlu s-servizzi tal-Parti B. Għandha tinqara b’rabta maż-żieda fil-livell limitu propost.

Emenda  219

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Awtoritajiet kontraenti li taw kuntratt pubbliku għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 74 għandhom iħabbru r-riżultati tal-proċedura tal-akkwist permezz ta’ avviż dwar għoti ta’ kuntratt.

Ma taffetwax il-verżjoni Maltija.

Emenda  220

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-avviżi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fihom l-informazzjoni msemmija fl-Annessi VI PART H u I, skont il-forom standard.

3. L-avviż imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jkun fih l-informazzjoni msemmija fl-Anness VI Parti I, skont il-forom standard.

Emenda  221

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw proċeduri xierqa għall-għoti ta’ kuntratti soġġetti għal dan il-Kapitolu, li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali tal-atturi ekonomiċi u li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw proċeduri semplifikati xierqa skont l-Artikolu 75(1) għall-għoti ta’ kuntratti soġġetti għal dan il-Kapitolu, li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali tal-atturi ekonomiċi u li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni.

Emenda  222

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibilità, id-disponibilità u l-komprensività tas-servizzi, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji differenti ta’ utenti, l-involviment u s-setgħa tal-utenti u l-innovazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li l-għażla tal-fornitur tas-servizzi ma għandhiex tittieħed fuq il-bażi unika tal-prezz għall-forniment tas-servizz.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiżguraw kwalità għolja, il-kontinwità, l-aċċessibilità, l-affordabbilità, id-disponibilità u l-komprensività tas-servizzi, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji differenti ta’ utenti, inklużi l-gruppi żvantaġġjati u vulnerabbli, l-involviment u s-setgħa tal-utenti u l-innovazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għażla tal-fornitur tas-servizzi ma għandhiex tittieħed fuq il-bażi unika tal-prezz għall-forniment tas-servizz, iżda għandha tikkunsidra l-kriterji ta’ kwalità u ta’ sostenibbiltà għas-servizzi soċjali.

Emenda  223

Proposta għal direttiva

Artikolu 83

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 83

Artikolu 83

Infurzar

Implementazzjoni u infurzar minn awtoritajiet u l-istrutturi kompetenti

B’konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw applikazzjoni korretta ta’ of din id-Direttiva permezz ta’ mekkaniżmi effettivi, disponibbli u trasparenti li jikkumplimentaw is-sistema implimentati għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kontraenti.

1. Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni korretta u effikaċi b’mod effettiv, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas il-kompiti stipulati f'dan l-Artikolu jitwettqu minn awtorità jew struttura waħda jew aktar. Għandhom jindikaw lill-Kummissjoni l-awtoritajiet jew l-istrutturi kollha kompetenti għal dawn il-kompiti.

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tar-regoli ta’ akkwist pubbliku tiġi mmonitorjata, inkluża l-implimentazzjoni ta' proġetti kofinanzjati mill-Unjoni bil-ħsieb li jiġu identifikati theddidiet għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Tali monitoraġġ għandu jintuża biex jiġu evitati, identifikati u rappurtati b'mod adegwat każijiet possibbli ta’ frodi, korruzzjoni u konflitt ta' interess relatati mal-akkwist, kif ukoll irregolaritajiet serji oħra.

 

Meta l-awtoritajiet jew l-istrutturi ta’ sorveljanza jidentifikaw ksur speċifiku jew problemi sistematiċi, dawn għandhom jiżguraw li dawn il-problemi jiġu rreferuti lill-awtoritajiet nazzjonali tal-verifika, lill-qrati jew lit-tribunali jew lil awtoritajiet jew strutturi oħra xierqa, bħall-Ombudsman, il-Parlamenti nazzjonali jew il-kumitati tagħhom.

 

1b. Ir-riżultati tal-attivitajiet ta' monitoraġġ skont il-paragrafu 2 għandhom ikunu magħmula disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ mezzi xierqa ta' informazzjoni. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw, mill-inqas kull sentejn, deskrizzjoni ġenerali tas-sorsi l-aktar frekwenti ta’ applikazzjoni inkorretta jew ta' inċertezza ġuridika, inklużi problemi strutturali jew rikorrenti possibbli fl-applikazzjoni tar-regoli, każijiet possibbli ta’ frodi u mġiba illegali oħra.

 

Kull sentejn, l-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni deskrizzjoni ġenerali tal-politiki nazzjonali tagħhom dwar l-akkwist sostenibbli, li tiddeskrivi l-pjanijiet ta' azzjoni u l-inizjattivi nazzjonali rilevanti u, fejn din tkun magħrufa, l-implimentazzjoni prattika tagħhom. Dawn għandhom jindikaw ukoll ir-rata ta’ suċċess tal-SMEs fl-akkwist pubbliku; fejn din tkun anqas minn 50 % f'termini tal-valuri tal-kuntratti mogħtija lil SMEs, l-Istati Membri għandhom jindikaw jekk hemmx xi inizjattivi fis-seħħ biex din ir-rata ta' suċċess tiżdied.

 

Fuq il-bażi tad-dejta riċevuta, il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport b’mod regolari dwar l-implimentazzjoni u l-aħjar prattiki ta' politiki bħal dawn fis-suq intern.

 

1c. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku tkun disponibbli mingħajr ħlas sabiex l-awtoritajiet kontraenti u l-atturi ekonomiċi, partikolarment l-SMEs, jingħataw għajnuna biex japplikaw ir-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku b'mod korrett.

 

1d. L-Istati Membri għandhom, mingħajr ħsara għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta’ ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntratti tagħha mal-Istati Membri, jaħtru punt ta’ kuntatt speċifiku għall-kooperazzjoni mal-Kummissjoni rigward l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit mill-Unjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 17 tat-TFUE u l-Artikolu 317 tat-TFUE.

 

1e. L-awtoritajiet kontraenti, tal-anqas għat-tul tal-kuntratt, għandhom iżommu kopji tal-kuntratti konklużi kollha b'valur ugwali għal jew aktar minn:

 

(a) EUR 1 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista pubbliċi jew kuntratti ta’ servizzi pubbliċi;

 

(b) EUR 10 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi.

Ġustifikazzjoni

Proposti alternattivi dwar il-governanza.

Emenda  224

Proposta għal direttiva

Artikolu 84

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 84

imħassar

Sorveljanza pubblika

 

1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu korp indipendenti wieħed responsabbli mis-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ implimentazzjoni (minn hawn ’il quddiem jissejjaħ ‘il-korp ta’ sorveljanza’). L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-għażla tagħhom.

 

L-awtoritajiet kontraenti kollha għandhom ikunu soġġetti għas-sorveljanza bħal din.

 

2. L-awtoritajiet kompetenti involuti fl-attivitajiet ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jkunu evitati l-kunflitti ta’ interess. Is-sistema ta’ sorveljanza pubblika għandhom ikunu trasparenti. Għal dan il-għan, għandhom jiġu ppubblikati d-dokumenti ta’ gwida u opinjoni kollha u r-rapport annwali li juri l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva.

 

Ir-rapport annwali għandu jinkludi dawn li ġejjin:

 

(a) indikazzjoni tar-rata ta’ suċċess tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fl-akkwist pubbliku. fejn il-perċentwal ikun inqas minn 50 % f’termini ta’ valuri ta’ kuntratti mogħtija lill-SMEs, ir-rapport għandu jipprovdi analiżi tar-raġunijiet għal dan.

 

(b) ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni ta’ politiki sostenibbli tal-akkwist, anki dwar proċeduri li jqisu kunsiderazzjonijiet marbutin mal-protezzjoni tal-ambjent, l-inklużjoni soċjali inkluża l-aċċessibilità għal persuni b’diżabilitajiet, jew it-trawwim tal-innovazzjoni.

 

(c) informazzjoni dwar il-monitoraġġ u s-segwitu ta’ ksur tar-regoli ta’ akkwist li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni f’konformità mal-paragrafi 3 sa 5 ta’ dan l-Artikolu;

 

(d) dejta ċentralizzata dwar każijiet rappurtati ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interessi u irregolaritajiet serji oħra fil-qasam tal-akkwist pubbliku, inklużi dawk li jaffettwaw proġetti kofinanzjati mill-baġit tal-Unjoni.

 

3. Il-korp ta’ sorveljanza għandu jkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin:

 

(a) is-sorveljanza tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ akkwist pubbbliku u l-prattika relatata mill-awtoritajiet kontraenti u b’mod partikolari, mill-korpi ċentrali għall-akkwisti;

 

(b) li jipprovdi parir legali lil awtoritajiet kontraenti dwar l-interpretazzjoni tar-regoli u l-prinċipji tal-akkwist pubbliku u dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku f’każijiet speċifiċi;

 

(c) li joħroġ opinjonijiet u gwida ta’ inizjattiva proprja dwar kwistjonijiet ta’ interess ġenerali rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ regoli tal-akkwist pubbliku, dwar kwistjonijiet rikorrenti u dwar diffikultajiet sistemiċi relatati mal-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tal-ġurisprudenza relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

 

(d) li jistabbilixxi u japplika sistemi ta’ indikaturi ta’ twissija komprensivi u azzjonabbli li jipprevjenu, jidentifikaw u jirrapportaw b’mod adegwat każijiet ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra fl-akkwist;

 

(e) li jiġbed l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet kompetenti nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet tal-awditjar, lejn vjolazzjonijiet speċifiċi identifikati u lejn problemi sistemiċi;

 

(f) li jeżamina lmenti minn ċittadini u negozji dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku f’każijiet speċifiċi u jittrażmetti l-analiżi lill-awtoritajiet kontraenti kompetenti, li għandu jkollhom l-obbligu li jiħduha f’kunsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet tagħhom jew, fejn l-analiżi ma tiġix segwita, jispjegaw ir-raġunijiet għalfejn warrbuha;

 

(g) is-sorveljanza ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali wara sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-Artikolu 267 tat-Trattat jew sejbiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li jistabbilixxu vjolazzjonijiet tar-regoli tal-Unjoni tal-akkwist pubbliku relatati ma’ proġetti kofinanzjati mill-Unjoni; Il-korp ta’ sorveljanza għandu jirrapporta lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi kwalunkwe ksur tal-proċeduri ta’ akkwist tal-Unjoni meta dawn huma relatati mal-kuntratti direttament jew indirettament iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.

 

Il-kompiti msemmija fil-punt (e) għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta' appell skont id-dritt nazzjonali jew skont is-sistema stabbilita fuq il-bażi tad-Direttiva 89/665/KEE.

 

L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-korp ta’ sorveljanza sabiex jieħu taħt idejh il-ġurisdizzjoni kompetenti skont il-liġi nazzjonali għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti meta jkun identifika ksur matul l-attività ta’ monitoraġġ u ta’ konsulenza legali tagħhom.

 

4. Mingħajr ħsara għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta’ ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntratti tagħha mal-Istati Membri, il-korp ta’ sorveljanza għandu jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt speċifiku għall-Kummissjoni meta jissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit mill-Unjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għandu jirraporta mal-Kummissjoni dwar kwalunkwe vjolazzjoni ta’ din id-Direttiva fi proċeduri ta’ akkwist għall-għoti ta’ kuntratti ffinanzjati direttament jew indirettament mill-Unjoni.

 

Mingħajr ħsara għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta’ ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntratti tagħha mal-Istati Membri, il-korp ta’ sorveljanza għandu jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt speċifiku għall-Kummissjoni meta jissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għandu jirraporta mal-Kummissjoni dwar kwalunkwe vjolazzjoni ta’ din id-Direttiva fi proċeduri ta’ akkwist għall-għoti ta’ kuntratti ffinanzjati direttament jew indirettament mill-Unjoni.

 

Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-korp ta’ sorveljanza biex janalizza ksur allegat tar-regoli ta’ akkwist pubbliku tal-Unjoni li jaffettwa proġetti kofinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista’ tafda lill-korp ta’ sorveljanza biex isegwi ċertu każijiet u jiżgura li jittieħdu l-konsegwenzi xierqa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li se jkunu obbligati jsegwu l-istruzzjonijiet tagħha għall-ksur tar-regoli ta’ akkwist pubbliku tal-Unjoni li jaffettwa proġetti kofinanzjati.

 

5. L-attivitajiet ta’ investigazzjoni u infurzar imwettqa mill-korp ta’ sorveljanza mwettqa mill-korp ta’ sorveljanza sabiex jiżgura li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u l-prinċipji tat-Trattat ma għandhomx jieħdu post jew jippreġudikaw ir-rwol istituzzjonali tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattat. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirreferi t-trattament ta’ każ individwali skont il-paragrafu 4, għandu jibqa’ jkollha d-dritt li tintevjeni skont is-setgħat ikkonferiti lilha mit-Trattat.

 

6. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrażmettu lill-korp ta’ sorveljanza it-test sħiħ tal-kuntratti konklużi kollha b’valur ekwivalenti għal jew ikbar minn

 

(a) EUR 1 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista pubbliċi jew kuntratti ta’ servizzi pubbliċi;

 

(b) EUR 10 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi.

 

7. Mingħajr ħsara għal-liġi nazzjonali dwar l-aċċess għall-informazzjoni u f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-korp ta’ sorveljanza, għandu, wara li jirċievi talba bil-miktub, jagħti aċċess dirett mhux ristrett u sħiħ, u mingħajr ħlas għall-kuntratti konklużi msemmija fil-paragrafu 6. L-aċċess għal ċertu partijiet tal-kuntratt jista’ jkun miċħud meta d-divulgazzjoni timpedixxi l-infurzar tal-liġi jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku, tkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ atturi ekonomiċi, pubbliċi jew privati, jew tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

 

L-aċċess għal partijiet li jistgħu jkunu rilaxxati għandu jingħata fi żmien raġonevoli u mhux iktar tard minn 45 ġurnata mid-data tat-talba.

 

L-applikanti li jagħmlu talba għal aċċess għal kuntratt ma għandhomx għalfejn juru ebda interess dirett jew indirett relatat ma’ dak il-kuntratt partikolari. Ir-riċevitur tal-informazzjoni għandu jkun jista’ jippubblikaha.

 

8. Għandu jiġi inkluż sommarju tal-attivitajiet kollha mwettqa mill-korp ta’ sorveljanza skont il-paragrafi 1 sa 7 fir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 2.

 

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament propost se jżid b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv fuq in-naħa tal-Istati Membri. Barra minn hekk, dan se jinfluwenza l-organizzazzjoni interna tal-amministrazzjoni fl-Istati Membri. Id-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ attivitajiet li għandhom jitwettqu sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tad-direttiva u l-istituzzjonijiet responsabbli għandhom jitħallew għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri.

Emenda  225

Proposta għal direttiva

Artikolu 85 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal kull kuntratt jew ftehim qafas, u kull darba li tiġi stabbilita sistema dinamika ta’ xiri, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ifasslu rapport bil-miktub li bħala minimu għandu jinkludi dan li ġej:

Għall-kuntratti kollha ta’ akkwist b’valur daqs jew akbar mill-livelli limitu stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ifasslu rapport bil-miktub li bħala minimu għandu jinkludi dan li ġej:

Emenda  226

Proposta għal direttiva

Artikolu 85 – paragrafu 1 – punti b, c u d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ismijiet tal-kandidati jew offerenti li jintgħażlu u r-raġunijiet għall-għażla tagħhom;

(b) meta applikabbli, ir-riżultati tal-għażla kwalitattiva u t-tnaqqis ta' numri skont l-Artikoli 64 u 65, b'mod partikolari:

 

(i) l-ismijiet tal-kandidati jew offerenti magħżula u r-raġunijiet għall-għażla tagħhom;

(c) l-ismijiet tal-kandidati jew offerenti miċħuda u r-raġunijiet għaċ-ċaħda tagħhom;

(ii) l-ismijiet tal-kandidati jew offerenti miċħuda u r-raġunijiet għaċ-ċaħda tagħhom;

(d) ir-raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ offerti meqjusa bħala baxxi wisq;

(d) ir-raġunijiet għaċ-ċaħda ta’ offerti meqjusa bħala baxxi wisq;

Ġustifikazzjoni

Proposti alternattivi rigward il-governanza (rapportar).

Emenda  227

Proposta għal direttiva

Artikolu 85 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) isem l-offerent li jintgħażel u r-raġunijiet għalfejn intgħażlet l-offerta tiegħu u, fejn dan ikun magħruf, is-sehem tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas li l-offerent li jintgħażel beħsiebu jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi;

(e) isem l-offerent li jintgħażel u r-raġunijiet għalfejn intgħażlet l-offerta tiegħu u, fejn dan ikun magħruf, is-sehem tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas li l-offerent li jintgħażel beħsiebu jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi, u informazzjoni dwar is-sottokuntratturi tiegħu inkluż isimhom, l-indirizz u r-rappreżentanti legali tagħhom;

Emenda  228

Proposta għal direttiva

Artikolu 85 – paragrafu 1 – punt e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e) għal proċeduri kompetittivi ma' negozjati u djalogi kompetittivi, iċ-ċirkostanzi stabbiliti fl-Artikolu 24 li jiġġustifikaw l-użu ta' dawn il-proċeduri;

Emenda  229

Proposta għal direttiva

Artikolu 85 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) fejn dawn ikunu meħtieġa, ir-raġunijiet għalfejn l-awtorità kontraenti ddeċidiet li ma tagħtix kuntratt jew ftehim qafas jew li ma tistabbilixxix sistema dinamika ta’ xiri

(g) fejn dawn ikunu applikabbli, ir-raġunijiet għalfejn l-awtorità kontraenti ddeċidiet li ma tagħtix kuntratt jew ftehim qafas jew li ma tistabbilixxix sistema dinamika ta’ xiri

Emenda  230

Proposta għal direttiva

Artikolu 85 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sakemm l-avviż tal-għoti tal-kuntratt imfassal skont l-Artikolu 48 fih l-informazzjoni mitluba f'dan il-paragrafu, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirreferu għal dak l-avviż.

Ġustifikazzjoni

Proposti alternattivi rigward il-governanza (rapportar).

Emenda  231

Proposta għal direttiva

Artikolu 85 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddokumentaw il-progress tal-proċeduri ta’ akkwist kollha, kemm jekk dawn isiru b’mezzi elettroniċi kif ukoll jekk ma jsirux hekk. Għal dan il-għan, għandhom jiddokumentaw l-istadji kollha fil-proċedura ta’ akkwist, inklużi l-komunikazzjonijiet kollha ma’ atturi ekonomiċi u d-deliberazzjonijiet interni, it-tħejjija ta’ offerti, id-djalogu u n-negozjati jekk kien hemm, l-għażla u l-għoti tal-kuntratt.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddokumentaw il-progress tal-proċeduri ta’ akkwist kollha, kemm jekk dawn isiru b’mezzi elettroniċi kif ukoll jekk ma jsirux hekk. Għal dan il-għan, għandhom jiżguraw li jkollhom dokumentazzjoni biżżejjed biex jiġġustifikaw deċiżjonijiet meħuda fl-istadji kollha tal-proċedura ta’ akkwist, li jikkonċernaw il-komunikazzjonijiet ma’ atturi ekonomiċi u d-deliberazzjonijiet interni, it-tħejjija ta’ offerti, id-djalogu u n-negozjati jekk kien hemm, l-għażla u l-għoti tal-kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Proposti alternattivi rigward il-governanza (rapportar).

Emenda  232

Proposta għal direttiva

Artikolu 85 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport, jew l-elementi ewlenin tiegħu, għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ sorveljanza nazzjonali fejn dawn jitolbu li jsir hekk.

Ir-rapport, jew l-elementi ewlenin tiegħu, għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet jew l-istrutturi kompetenti msemmija fl-Artikolu 83 fejn dawn jitolbu li jsir hekk.

Ġustifikazzjoni

Proposti alternattivi rigward il-governanza (rapportar).

Emenda  233

Proposta għal direttiva

Artikolu 86 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rapportar nazzjonali u listi ta’ awtoritajiet kontraenti

Rapportar nazzjonali

Ġustifikazzjoni

Proposti alternattivi rigward il-governanza (rapportar).

Emenda  234

Proposta għal direttiva

Artikolu 86 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-korpi stabbiliti jew magħżula skont l-Artikolu 84 għandhom jgħaddu rapport ta’ implimentazzjoni u statistiku lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-forma standard, mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara.

1. L-Istati Membri għandhom jgħaddu rapport statistiku lill-Kummissjoni dwar kull sena, fuq il-bażi tal-forma standard, mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara.

Ġustifikazzjoni

Proposti alternattivi rigward il-governanza (rapportar).

Emenda  235

Proposta għal direttiva

Artikolu 86 – paragrafu 2 – punti a, b, c u d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) lista sħiħa u aġġornata tal-awtoritajiet tal-gvern ċentrali, l-awtoritajiet kontraenti sottoċentrali u l-korpi rregolati mil-liġi ppubblika, inklużi awtoritajiet sottoċentrali u l-assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet kontraenti li jagħtu kuntratti pubbliċi jew ftehimiet qafas, li tindika n-numru ta’ identifikazzjoni uniku għal kull awtorità fejn dan in-numru jkun speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali; din il-lista għandha tinqasam fi gruppi skont it-tipi ta’ awtoritajiet;

(a) lista tal-awtoritajiet tal-gvern ċentrali, l-awtoritajiet kontraenti sottoċentrali u l-korpi rregolati mil-liġi pubblika, li jkunu taw kuntratti pubbliċi jew ikkonkludew ftehimiet qafas waqt is-sena kkonċernata, li tindika n-numru ta’ identifikazzjoni uniku għal kull awtorità fejn dan in-numru jkun speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali; din il-lista għandha tinqasam fi gruppi skont it-tipi ta’ awtoritajiet;

(b) lista kompluta u aġġornata tal-korpi ċentrali tax-xiri kollha;

(b) lista tal-korpi ċentrali tax-xiri kollha li jkunu taw kuntratti pubbliċi jew ikkonkludew ftehimiet qafas waqt is-sena kkonċernata;

(c) għall-kuntratti kollha msemmija hawn fuq il-limiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva:

(c) għall-kuntratti kollha msemmija hawn fuq il-limiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, in-numru u l-valur tal-kuntratti mogħtija, imqassma għal kull tip ta’ awtorità bil-proċedura u b’xogħlijiet, provvisti u servizzi.

(i) L-għadd u l-valur tal-kuntratti mogħtija mqassma għal kull tip ta’ awtorità bil-proċedura u b’xogħlijiet, provvisti u servizzi identifikati mid-diviżjoni tan-nomenklatura CPV;

 

(ii) meta l-kuntratti jkunu konklużi skont il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel, id-dejta msemmija fil-punt (i) għandha tkun maqsuma wkoll skont iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 30 u għandha tispeċifika l-għadd u l-valur tal-kuntratti mogħtija minn Stat Membru jew pajjiż terz tal-kuntrattur li ngħata l-kuntratt;

 

(d) għall-kuntratti kollha li jaqgħu taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, iżda li kienu jkunu koperti minn din id-Direttiva li kieku l-valur tagħhom kien jaqbeż il-limitu, in-numru u l-valur tal-kuntratti mogħtija maqsuma skont kull tip ta’ awtorità.

 

Ġustifikazzjoni

Proposti alternattivi rigward il-governanza (rapportar).

Emenda  236

Proposta għal direttiva

Artikolu 86 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilxxi forma standard għall-implimentazzjoni annwali u r-rapport statistiku msemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu aodttati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 91.

5. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi forma standard għar-rapport statistiku annwali msemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 91.

Ġustifikazzjoni

Proposti alternattivi rigward il-governanza (rapportar).

Emenda  237

Proposta għal direttiva

Artikolu 87 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Assistenza lill-awtoritajiet kontraenti u n-negozji

Assistenza lill-awtoritajiet kontraenti

(CA 63)Emenda  238

Proposta għal direttiva

Artikolu 87 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni strutturi ta’ appoġġ tekniku sabiex jipprovdu parir legali u ekonomiku, gwida u assistenza lill-awtoritajiet kontraenti fit-tħejjija u t-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li kull awtorità kontraenti tista’ tikseb assistenza kompetenti u konsulenza dwar kwistjonijiet individwali.

1. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni strutturi ta’ appoġġ tekniku sabiex jipprovdu tagħrif legali u ekonomiku, gwida u assistenza lill-awtoritajiet kontraenti fit-tħejjija u t-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li kull awtorità kontraenti tista’ tikseb assistenza teknika u tagħrif dwar kwistjonijiet individwali, b'mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 54, 55 u 71.

Emenda  239

Proposta għal direttiva

Artikolu 87 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Bil-għan li jitjieb l-aċċess għal akkwisti pubbliċi għall-atturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs, u sabiex jiġi faċilitat il-fehim korrett tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tista’ tinkiseb l-assistenza xierqa, anki b’mezzi elettroniċi jew billi jintużaw netwerks eżistenti ddedikati għall-assistenza tan-negozji.

imħassar

Emenda  240

Proposta għal direttiva

Artikolu 87 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Assistenza amministrattiva speċifika għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ atturi ekonomiċi li għandhom il-ħsieb li jieħdu sehem fi proċedura ta’ akkwist fi Stat Membru ieħor. Bħala minimu, assistenza bħal din għandha tkopri rekwiżiti amministrattivi fl-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll obbligi possibbli relatati mal-akkwisti elettroniċi.

imħassar

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atturi ekonomiċi interessati jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni xierqa dwar l-obbligi relatati mat-taxxi, il-protezzjoni ambjentali, u l-obbligi legali soċjali u tax-xogħol, li huma fis-seħħ fl-Istat Membru, fir-reġjun jew lokalità fejn ix-xogħlijiet għandhom jitwettqu jew fejn is-servizzi għandhom jiġu pprovduti u li se jkunu applikabbli għax-xogħlijiet imwettqa fuq il-post jew għas-servizzi pprovduti matul it-twettiq tal-kuntratt.

 

Emenda  241

Proposta għal direttiva

Artikolu 87 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Għall-finijiet tal-paragrafi 1, 2 u 3, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu korp wieħed jew diversi korpi jew strutturi amministrattivi. L-Istati membri għandhom jiżguraw koordinazzjoni xierqa bejn dawk il-korpi u l-istrutturi.

imħassar

Emenda  242

Proposta għal direttiva

Artikolu 88 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jagħżlu punt ta’ kollegament wieħed jew aktar, id-dettalji ta’ kuntatt li jridu jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħra, lill-korpi ta’ sorveljanza u lill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw u regolarment jaġġornaw il-lista ta’ punti ta’ kollegament. Il-korp ta’ sorveljanza għandu jkun inkarigat mill-koordinazzjoni ta’ dawn il-punti ta’ kollegament.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Proposti alternattivi rigward il-governanza (rapportar).

Emenda  243

Proposta għal direttiva

Anness VI – parti H

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Parti H

Parti H

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI DWAR KUNTRATTI LI JIKKONĊERNAW KUNTRATTI GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRAJN

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI DWAR TAGĦRIF PREĊEDENTI LI JIKKONĊERNAW KUNTRATTI GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRAJN

(kif imsemmi fl-Artikolu 75(1))

(kif imsemmi fl-Artikolu 75(1))

1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn speċifikat fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-faks, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-internet tal-awtorità kontraenti u, fejn dan ikun differenti, tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.

1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġislazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-internet tal-awtorità kontraenti.

2. Fejn dawn ikunu xierqa, l-indirizz tal-posta elettronika jew l-indirizz fuq l-internet li fuqhom se jkunu disponbbli l-ispeċifikazzjonijiet u kwalunkwe dokumenti ta’ prova.

 

3. It-tip ta’ awtorità kontraenti u l-attività ewlenija mwettqa.

 

4. Fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk l-awtorità kontraenti hijiex korp ċentrali għall-akkwisti jew li hemm involuta xi forma oħra ta’ akkwist konġunt.

 

5. In-Nru/i ta’ referenza tan-Nomenklatura tas-CPV; fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

2. Deskrizzjoni qasira tal-kuntratt inkwistjoni inkluż il-valur totali stmat tal-kuntrat u n-Nru/i ta' referenza tan-Nomenklatura tas-CPV.

 

3. Sa fejn dan ikun diġà magħruf:

6. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq f’kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi

a) Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta’ xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta’ twassil jew twettiq f’kuntratti ta’ provvista u ta’ servizzi;

7. Deskrizzjoni tas-servizzi u fejn applikabbli, ix-xogħlijiet u l-provvisti inċidentali li għandhom jinxtraw

b) Il-perjodu għat-twassil jew għall-forniment tal-prodotti, xogħlijiet jew servizzi u t-tul tal-kuntratt;

8. Valur totali stmat tal-kuntratt(i); fejn il-kuntratt jinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

 

9. Kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi

c) Il-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, inklużi:

a) fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex ristrett għal workshops protetti, jew jekk l-eżekuzzjoni tiegħu hijiex ristretta għal programmi ta’ impjiegi protetti,

i) fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk il-kuntratt huwiex ristrett għal workshops protetti, jew jekk l-eżekuzzjoni tiegħu hijiex ristretta għal programmi ta’ impjiegi protetti,

b) fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari.

ii) fejn din tkun xierqa, indikazzjoni dwar jekk it-twettiq tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, minn regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari;

10. Limitu/i ta’ żmien sabiex tiġi kkuntattjata l-awtorità kontraenti rigward il-parteċipazzjoni.

 

11. Deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċedura ta’ għoti li se tkun applikata.

d) Deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċedura ta’ għoti li għandha tiġi applikata.

12. Kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra.

 

Emenda  244

Proposta għal direttiva

Anness VIII – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) “standard” tfisser speċifikazzjoni teknika approvata minn korp ta’ standardizzazzjoni rikonoxxut għal applikazzjoni repetuta jew kontinwa, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja u li taqa’ f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(2) ‘standard’ tfisser speċifikazzjoni teknika stabbilita b’kunsens u approvata minn organizzazzjoni ta’ standardizzazzjoni rikonoxxuta għal użu repetut jew kontinwu, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja u li taqa’ f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

Emenda  245

Proposta għal direttiva

Anness VIII – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) “Speċifikazzjoni teknika komuni” tfisser speċifikazzjoni teknika stabbilita skont proċedura rikonoxxuta mill-Istati Membri jew skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament [XXX] tal-Parlament u tal-Kunsill dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea [u li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/105/KE u 2009/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill] li ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

(4) “Speċifikazzjoni teknika komuni” tfisser speċifikazzjoni teknika stabbilita skont proċedura rikonoxxuta mill-Istati Membri jew fil-qasam tat-teknoloġiji tal-informatika u tal-komunikazzjoni, skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament [XXX] tal-Parlament u tal-Kunsill dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea1;

 

_________________

 

1 ĠU L 316, 14.11.2012, p.12.

Emenda  246

Proposta għal direttiva

Anness XIII – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Identifikazzjoni tal-attur ekonomiku;

(a) Identifikazzjoni tal-attur ekonomiku, in-numru ta’ reġistrazzjoni, l-isem, l-indirizz u l-bank;

Emenda  247

Proposta għal direttiva

Anness XIII – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Deskrizzjoni tal-attur ekonomiku, b'mod partikolari s-sena meta twaqqaf, il-forma korporattiva, is-sid(ien) tal-attur ekonomiku, il-membri tal-bord, il-kodiċi tal-industrija, deskrizzjoni qasira tas-servizzi ewlenin mibjugħa mill-attur ekonomiku;

Emenda  248

Proposta għal direttiva

Anness XIII – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Ċertifikazzjoni li l-attur ekonomiku jkun issodisfa l-obbligi tiegħu rigward il-ħlas tat-taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali imsemmija fl-Artikolu 55(2);

Emenda  249

Proposta għal direttiva

Anness XIII – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Dikjarazzjoni fuq l-unur imsemmija fl-Artikolu 22;

Emenda  250

Proposta għal direttiva

Anness XIII – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) Indikaturi ekonomiċi ewlenin tal-attur ekonomiku fl-aħħar tliet snin tal-kontijiet jew, fil-każ ta’ atturi ekonomiċi li ilhom fin-negozju għal anqas minn tliet snin, mid-data tal-bidu tan-negozju: il-bejgħ gross, l-EBIT u l-proporzjon tas-solvenza;

Emenda  251

Proposta għal direttiva

Anness XIII – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) Indikaturi organizzattivi ewlenin tal-attur ekonomiku, jew fil-kaz ta’ atturi ekonomiċi li ilhom fin-negozju għal anqas minn tliet snin,mid-data tal-bidu tan-negozju: in-numru medju ta' impjegati matul l-aħħar tliet snin tal-kontijiet u n-numru ta’ impjegati fl-aħħar tas-sena tal-kontijiet li tkun għaddiet;

Emenda  252

Proposta għal direttiva

Anness XIII – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) Indikazzjoni tal-perjodu ta’ validità tal-Passaport, li ma għandux ikun inqas minn 6 xhur.

(f) Indikazzjoni tal-perjodu ta’ validità tal-Passaport, li ma għandux ikun inqas minn tnax-il xahar.

Emenda  253

Proposta għal direttiva

Anness 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kodiċi CPV

Deskrizzjoni

Kodiċi CPV

Deskrizzjoni

79611000-0 and

minn 85000000-9 sa 85323000-9

(ħlief 85321000-5 u 85322000-2)

Servizzi tas-saħħa u soċjali

79611000-0 75200000-8; 75231200-6; 75231240-8 u

minn 85000000-9 sa 85323000-9

(minbarra 85321000-5 u 85322000-2) u

98133100-5 u 98200000-5

Servizzi tas-saħħa, soċjali u servizzi relatati

75121000-0, 75122000-7, 75124000-1; minn 79995000-5 sa 79995200-7; minn 80100000-5 sa 80660000-8 (minbarra 80533000-9, 80533100-0, 80533200-1); minn 92000000-1 sa 92700000-8 (minbarra 92230000-2, 92231000-9, 92232000-6)

Servizzi amministrattivi, edukattivi, ta’ kura tas-saħħa u kulturali

75121000-0, 75122000-7, 75124000-1; minn 79995000-5 sa 79995200-7; minn 80100000-5 sa 80660000-8 (minbarra 80533000-9, 80533100-0, 80533200-1); minn 92000000-1 sa 92700000-8 (minbarra 92230000-2, 92231000-9, 92232000-6)

Servizzi amministrattivi, edukattivi, ta’ kura tas-saħħa u kulturali

75300000-9

Servizzi obbligatorji tas-sigurtà soċjali

75300000-9

Servizzi tas-sigurtà soċjali obbligatorja1

75310000-2, 75311000-9, 75312000-6,

75313000-3, 75313100-4, 75314000-0,

75320000-5, 75330000-8, 75340000-1

Servizzi tal-benefiċċji

75310000-2, 75311000-9, 75312000-6,

75313000-3, 75313100-4, 75314000-0,

75320000-5, 75330000-8, 75340000-1

Servizzi tal-benefiċċji

98000000-3

Servizzi komunitarji, soċjali u personali oħrajn

98000000-3 , 55521100-9

Servizzi komunitarji, soċjali u personali oħrajn

98120000-0

Servizzi mogħtija minn trade unions

98120000-0

Servizzi mogħtija minn trade unions

98131000-0

Servizzi reliġjużi

98131000-0

Servizzi reliġjużi

 

 

Minn 79600000-0 sa -79635000-4 (ħlief 79611000-0, 79632000-3, 79633000-0), u minn 98500000-8 sa 98514000-9

Servizzi ta’ assenjazzjoni u provvista ta’ persunal, minbarra kuntratti ta’ impjiegi

 

 

Minn 80100000-5 sa 80660000-8 (minbarra 80533000- 9, 80533100-0, 80533200-1)

Servizzi ta’ edukazzjoni u edukazzjoni vokazzjonali

 

 

minn 79100000-5 sa 79140000-7, inklużi

 

Servizzi legali

sakemm ma jkunux inklużi fl-ambitu tal-Artikolu 10(c)

______________________

1 Dawn is-servizzi ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jekk ikunu organizzati bħala servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali. L-Istati Membri huma liberi li jorganizzaw il-provvista ta’ servizzi soċjali mandatorji jew servizzi oħra bħala servizzi ta’ interess ġenerali jew servizzi mhux ekonomiċi ta’ interess ġenerali.

  • [1]  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 84.
  • [2]  ĠU C 391, 18.12.2012, p. 49.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Rapporteur huwa tal-opinjoni li l-immodernizzar tad-direttivi li jikkonċernaw ir-regoli tal-akkwist tal-kuntratti pubbliċi għandu jsib post ġust bejn min-naħa, is-simplifikazzjoni tar-regoli u min-naħa l-oħra, proċeduri b’saħħithom u effettivi bbażati fuq kriterji tal-għoti marbuta mal-innovazzjoni u mal-kriterju ta’ sostenibilità, filwaqt li jiżgura wkoll parteċipazzjoni aktar attiva tal-SMEs u billi jiġġeneralizza l-akkwist tal-kuntratti pubbliċi onlajn.

Hemm il-possibilità li wieħed jipprova juża bis-sħiħ il-potenzjal tal-akkwist tal-kuntratti pubbliċi fis-suq uniku sabiex jiġu mħeġġa t-tkabbir sostenibbli, l-impjieg u l-inklużjoni soċjali. Minħabba li l-kuntratti pubbliċi jirrappreżentaw parti mhux negliġibbli tal-ekonomija (madwar 19% tal-PDG tal-Unjoni), tfassil mill-ġdid u implimentazzjoni b’suċċess tar-regoli tal-akkwist tal-kuntratti pubbliċi jistgħu jikkontribwixxu kif jixraq biex jerġgħu jinbdew l-investimenti fl-ekonomija reali u biex tingħeleb il-kriżi tal-ekonomija Ewropea.

Ir-Rapporteur japprezza l-proposti tal-Kummissjoni u jqis li dawn għandhom ideat ġodda u prinċipji ġodda interessanti. Madankollu, għad hemm lok fejn wieħed itejjibhom sabiex jintlaħaq l-aqwa riżultat possibbli. Raġunament aktar dettaljat tal-proposti magħmula mir-Rapporteur jinstab fid-dokument ta’ ħidma tat-23 ta’ Frar 2012 (PE483.690) ippreparat mir-Rapporteur fit-tmiem ta’ dan l-abbozz ta’ rapport.

§ Akkwist ta' kuntratti pubbliċi effikaċi u soċjalment sostenibbli

B’mod partikolari dwar l-aspetti soċjali, ir-Rapporteur iqis li l-proposta tal-Kummissjoni hija dgħajfa wisq. Għaldaqstant, huwa jixtieq jintroduċi r-rispett tal-istandards soċjali fl-istadji kollha tal-proċedura tal-akkwist tal-kuntratti pubbliċi.

B’hekk, ir-Rapporteur qed jelabora dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li huma preżenti fid-dokumenti tal-kuntratt u li jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa tax-xogħolijiet, tas-servizzi jew tal-provvisti, sabiex dawn jistgħu jippermettu lill-awtorità kontraenti tilħaq il-miri ta' sostenibilità jekk din tkun tixtieq dan. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għalhekk għandhom ikunu jistgħu jinkludu r-rekwiżiti rigward: il-prestazzjoni (e.ż. il-prestazzjoni ambjentali); is-sikurezza, b'mod partikolari l-metodi tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-prodotti, mal-ippakkjar u mal-istruzzjonijiet tal-użu; u ċ-ċiklu tal-ħajja.

Barra minn dan, ir-Rapporteur isaħħaħ ir-raġunijiet għall-esklużjoni billi jagħmel obbligatorja l-esklużjoni ta’ kuntratt publiku ta’ kull attur ekonomiku li jkun kiser l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-liġi soċjali u tax-xogħol u ambjentali tat-tipi definiti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea u l-ftehimiet kollettivi li ġew konklużi skont il-liġi tal-Unjoni. Skont dan l-istess ħsieb, l-awtoritajiet kontraenti ma jistgħux jagħtu l-kuntratt għall-aqwa offerta meta l-attur ekonomiku ma jkunx jista' jippreżenta informazzjoni riċenti dwar il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet soċjali tiegħu.

Fl-aħħar nett, fl-istadju tal-kriterji tal-għoti tal-kuntratti pubbliċi, ir-Rapporteur iqis li l-kunċett tal-prezz l-aktar irħis għandu jitneħħa b’mod definit u minfloku għandu jintuża l-kunċett tal-offerta li tkun l-aktar vantaġġjuża ekonomikament. Billi l-prezz jitqies ukoll fil-MEAT, dan ikun jippermetti lill-awtoritajiet tal-kuntratti jagħmlu l-aktar għażliet adegwati b’rabta mal-ħtiġiet speċifiċi tagħhom, inkluża l-konsiderazzjoni tal-aspetti strateġiċi tas-soċjetà, il-kriterji soċjali u ambjentali u, partikolarment, il-kummerċ ġust.

Madankollu huwa utli li wieħed jippreċiża li għal raġunijiet ta’ effikaċja u ta’ sikurezza ġuridika, l-ebda wieħed mill-kriterji tal-għoti ma jista’ jagħti libertà ta’ għażla totali lill-awtorità kontraenti: il-kriterji tal-għoti magħżula għall-identifikazzjoni tal-offerta li tkun l-aktar vantaġġjuża ekonomikament dejjem għandhom ikunu marbuta mal-għan tal-kuntratt u jiżguraw il-possibilità ta’ kompetizzjoni effikaċi.

Sabiex jiżguraw twettiq effikaċi tal-kuntratti pubbliċi, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu wkoll jobbligaw lill-awtoritajiet kontraenti li jikkontrollaw il-prestazzjoni tal-attur ekonomiku li jkun ingħatalu l-kuntratt pubbliku.

§ Parteċipazzjoni effettiva tal-SMEs bia-saħħa ta’ sottokuntrattar leali

Ir-Rapporteur jappoġġja s-sottokuntrattar minħabba li dan jippermetti l-iżvilupp tal-SMEs. Madankollu, f’ċerti każijiet allarmanti, il-prattika tas-sottokuntrattat f’livelli differenti twassal għall-esplojtazzjoni tal-ħaddiema, u konsegwentement tal-kuntratti pubbliċi ta' kwalità agħar. Huwa fl-interess ta’ kulħadd, kemm tal-intrapriżi u kemm tal-awtoritajiet kontraenti, li jiżguraw li matul it-twettiq tal-kuntratti pubbliċi jsir xogħol ta’ kwalità mwettaq fir-rispett tal-liġi tax-xogħol. Għaldaqstant, ir-rapporteur jipproponi wkoll li jiġi introdott il-prinċipju ta’ responsabilità fil-katina kollha ta’ sottokuntrattar sabiex il-livelli kollha jkunu responsabbli għar-rispett tal-liġijiet fundamentali, tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema, u tal-liġijiet tax-xogħol fis-seħħ.

Barra minn dan, l-awtorità kontraenti għandha titlob lill-offerent li jindika, fl-offerta tiegħu, il-parti mill-kuntratt li eventwalment huwa għandu l-intenzjoni li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi, kif ukoll lis-sottokuntratturi proposti.

Id-dispożizzjonijiet relatati mal-offerti li huma baxxi aktar min-normal ukoll għandhom jiġu msaħħa sabiex ma titħalla l-ebda possibilità ta' sottokuntrattar li ma jirrispettax il-liġi tax-xogħol.

Ir-Rapporteur jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li għandha l-għan li tiġġeneralizza r-rikors għall-proċedura tal-kuntratti elettroniċi. Il-parteċipazzjoni tal-SMEs ser tkun simplifikata u mħeġġa. Madankollu, huwa jixtieq li jinżammu l-limiti taż-żmien għas-sottomissjoni li bħalissa huma fis-seħħ taħt id-Direttiva 2004/18. Fil-fatt huwa jqis li huwa meħtieġ żmien minimu għas-sottokuntratturi kollha, partikolarment l-SMEs, sabiex dawn ikunu jistgħu jiżviluppaw proposta xierqa.

Ir-Rapporteur jappoġġja wkoll il-ħolqien ta’ passaport elettroniku, li mingħajr dubju għandu jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-SMEs.

§ Kuntratti pubbliċi semplifikati għall-awtoritajiet kontraenti

Ir-Rapporteur jagħti attenzjoni partikolari għall-awtoritajiet kontraenti li ser ikollhom ix-xogħol li japplikaw l-elementi tad-Direttiva futura fl-akkwist tal-kuntratti pubbliċi. Huwa għalhekk li huwa jixtieq li ma jikkumplikax ix-xogħol tagħhom u li jippermettilhom joħorġu kuntratti pubbliċi b’mod effettiv għall-benessri tar-reġjun tagħhom.

Huwa għalhekk li r-Rapporteur iqis li huwa indispensabbli li l-proċeduri kollha previsti mid-Direttiva jiġu trasposti mill-Istati Membri: kull awtorità kontraenti fil-fatt għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha varjetà ta’ għodda li jippermettulha li tagħżel il-proċedura l-aktar adegwata għall-bżonnijiet tagħha. Ir-Rapporteur iqis li huwa mixtieq li l-proċedura negozjata tkun estiża fil-futur.

Barra minn dan, ir-Rapporteur iqis li l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet kontraenti l-mezzi tekniċi u finanzjarji li jippermettulhom li jadattaw ruħhom għall-proċedura tal-kuntratti pubbliċi onlajn u biex jippreparaw is-sejħiet għall-offerta tagħhom.

Ir-Rapporteur jixtieq ukoll li jtaffi r-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi hekk kif proposti mill-Kummissjoni Ewropea. Din tal-aħħar fil-fatt tikkodifika l-liġi attwali b’mod relattivament restrittiv. Għaldaqstant, dan jirriżulta fi tnaqqis fil-marġini ta’ ċaqliq tar-reġjuni lokali, b’detriment għall-effikaċja ġenerali tal-kuntratti pubbliċi. Huwa għalhekk li r-Rapporteur jistipula xi eċċezzjonijiet għall-prinċipju ta’ projbizzjoni totali tal-parteċipazzjoni privata filwaqt li jinsisti fuq il-ħtieġa tat-tkomplija tal-interess ġenerali.

Ir-Rapporteur jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li għandha l-għan li ġġib fi tmiem id-distinzjoni bejn is-servizzi prijoritarji u dawk mhux prijoritarji. Huwa jqis li l-ħolqien ta’ skema speċjali għas-servizzi soċjali hija pertinenti fir-rigward tal-punti speċifiċi taħghom, u sabiex tiggarantixxi użu strateġiku tas-swieq pubbliċi, imma jixtieq iħaffef din l-iskema bit-trasformazzjoni tal-obbligu tal-pubblikazzjoni ex-ante f’avviż informattiv preċedenti, filwaqt li jinsisti fuq ir-rispett meħtieġ għall-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ ugwaljanza fit-trattament.

F’dak li jikkonċerna l-awtorità nazzjonali ta’ governanza, ir-Rapporteur iqis li huwa importanti li kull Stat Membru jkollu awtoritajiet jew strutturi responsabbli għall-funzjonament tajjeb tal-kuntratti pubbliċi. Madankollu huwa jixtieq li jevita kwalunkwe spiża amministrattiva supplementari sabiex iwaqqaf l-attività tal-awtoritajiet kontraenti.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (21.9.2012)

għall-Kumitat tas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku
(COM(2011)0896 – C7‑0006/2012 – 2011/0438(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Gianluca Susta

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni Ewropea reċentement ipproponiet li taġġorna d-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku (Direttiva 2004/18/KE) u dwar il-proċeduri ta' akkwisti ta' awtoritajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u l-posta (Direttiva 2004/17/KE). Barra minn hekk, ġew ippreżentati proposta għal direttiva ġdida bl-għan li tirregola l-qasam tal-konċessjonijiet, u, imbagħad, proposta għal regolament rigward l-aċċess ta' beni u servizzi għas-suq intern tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u għall-proċeduri bl-għan li jappoġġjaw in-negozjati dwar l-aċċess għall-beni u s-servizzi tal-Unjoni għas-swieq tal-akkwist pubbliku tal-pajjiżi terzi.

F'livell internazzjonali, l-akkwist pubbliku jirrappreżenta parti kbira mill-kummerċ dinji: fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; is-settur tal-akkwist jiswa bħala medja bejn 15% u 20% tal-PDG. Minkejja l-importanza tiegħu, is-suq tal-akkwist pubbliku għadu wieħed mis-setturi l-iktar magħluqa (il-Kummissjoni tistma li aktar minn nofs is-suq dinji tal-akkwist pubbliku għadu magħluq għall-kompetituri barranin) u l-anqas regolati fl-ambitu tal-kummerċ internazzjonali.

Fil-livell multilaterali, il-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku (GPA) jirrappreżenta r-Regolament ewlieni, li dan l-aħħar kien soġġett għal rieżami li ntemm f'Marzu 2012. L-għan ta' din ir-reviżjoni kien li żżid it-trasparenza, il-livell ta' ftuħ tas-swieq internazzjonali tal-akkwisti pubbliċi u s-semplifikazzjoni tal-proċeduri. Għal dan il-għan ir-rapporteur jilqa' bi pjaċir dan il-proċess ta' reviżjoni u jawgura approvazzjoni mħaffa min-naħa tal-UE; fl-istess ħin, jinnota kif 42 Stat Membru biss tad-WTO (li 27 minnhom huma l-Istati Membri tal-UE) attwalment aderew għal dan il-Ftehim internazzjonali u jittama bil-qawwa li bosta pajjiżi oħra jingħaqdu ma' dawn, b'mod partikolari l-pajjiżi l-aktar żviluppati u l-ekonomiji emerġenti, bl-għan li tiġi estiża l-kopertura ġeografika tiegħu u li b'hekk tinkiseb sistema ta' regoli kondiviżi u universalment validi f'dan is-settur importanti tal-kummerċ internazzjonali.

Dispożizzjonijiet speċifiċi rigward is-settur tal-akkwisti pubbliċi jinsbau wkoll fi ftehim ieħor tad-WTO, il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS).

Fil-livell bilaterali, l-UE hi marbuta ukoll minn obbligi meħuda fil-kuntest ta' ċerti Ftehimiet Bilaterali diġà konklużi (mal-Albanija, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, CARIFORUM, iċ-Ċili, il-Kroazja, il-Messiku, il-Montenegro, il-Korea t'Isfel u l-Isvizzera). Is-settur tal-akkisti jirrappreżenta settur importanti u ħafna drabi delikat fin-negozjati li għaddejjin għall-konklużjoni ta' ftehimiet kummerċjali ġodda possibbli ma' sħab internazzjonali oħra.

Fl-ambitu ta' dan il-kuntest internazzjonali, ir-Rapporteur għal opinjoni jissottolinja l-importanza tad-dimensjoni internazzjonali fis-settur tal-akkwisti pubbliċi. Jara wkoll il-bżonn ta' ftuħ progressiv tas-swieq internazzjonali tal-akkwisti pubbliċi abbażi ta' sistema ta' regoli kondiviżi, għar-reċiproċità, l-ekwità u r-rispett tal-istandards internazzjonali fil-qasam tad-dritt ambjentali, soċjali u tax-xogħol. L-Unjoni Ewropea, attwalment, tiggarantixxi għall-operaturi internazzjonali livell sinifikanti ta' ftuħ tas-suq tagħha tal-akkwisti pubbliċi, ftuħ li spiss ma jiġix rikambjat minn sħab kummerċjali internazzjonali importanti oħra.

Ir-Rapporteur għal opinjoni jittama għalhekk li tittieħed azzjoni aktar inċiżiva min-naħa tal-UE, permezz ta' inizjattivi leġiżlattivi u mġiba koerenti fin-negozjati, sabiex jerġgħu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta' ekwilibriju u kundizzjonijiet indaqs reali fil-livell internazzjonali.

Minn din il-perspettiva, jiddeplora d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tkomplix bil-ġbir f'regolament wieħed tad-"dimensjoni esterna" tas-settur tal-kuntratti pubbliċi: id-deċiżjoni biex id-dispożizzjonijiet preżenti ma jerġgħux jiġu inklużi fid-Direttiva 2004/17/KE dwar l-offerti li jinkludu beni u servizzi barranin u l-preżentazzjoni suċċessiva ta' inizjattiva leġiżlattiva komplementari iżda għalkollox awtonoma, anke f'termini tal-iter leġiżlattiv tagħha - għalkemm intlaqgħet favorevolment fir-rigward tal-kontenut propost - tista' toħloq vojt ġuridiku perikoluż, u ċċaħħad il-leġiżlazzjoni Ewropea minn dispożizzjonijiet bl-għan li jirregolaw l-aċċess għall-beni, is-servizzi u l-impriżi ta' pajjiżi terzi għas-suq Ewropew tal-akkwisti.

Għal din ir-raġuni, ir-Rapporteur għal opinjoni jqis li huwa importanti ferm li jerġgħu jiddaħħlu regoli speċifiċi bl-għan li jirregolaw b'mod organiku u estensiv il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom jiġu rrifjutati offerti eventwali li fihom ikun hemm prevalenza ta' beni u servizzi mhux koperti minn ftehimiet internazzjonali: f'dan ir-rigward, ir-Rapporteur għal opinjoni biħsiebu jadatta l-mekkaniżmu leġiżlattiv propost mill-Kummissjoni fil-proposta għal regolament reċenti tagħha.

Jidher li huwa importanti wkoll li l-liġi proposta mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-hekk imsejħa "offerti li jidhru baxxi wisq" issir aktar restrittiva, permezz tal-introduzzjoni tal-possibbiltà ta' mekkaniżmu ta' esklużjoni awtomatika għall-offerti aktar baxxi b'mod sinifikanti mill-oħrajn u l-estensjoni għall-operaturi ekonomiċi tal-kundizzjonijiet minimi għat-talba ta' informazzjoni supplementari.

Fl-aħħar nett, tqies li jkun xieraq li jiddaħħlu xi emendi bl-għan li jiġi evidenzjat b'mod aktar komplet il-kuntest internazzjonali li fih joperaw id-Direttivi Ewropej.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jitlob lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali [l-posta] u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi iridu jiġu reveduti u modernizzati sabiex titjieb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, billi tiġi faċilitata b’mod partikolari l-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji fl-akkwisti pubbliċi u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b’appoġġ għall-miri soċjetali komuni. Hemm bżonn li jiġu ċċarati ideat u kunċett bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza legali aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. L-akkwist pubbliku huwa għodda essenzjali fir-ridefinizzjoni tal-politika industrijali Ewropea. Għal dak il-għan, ir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali [l-posta] u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi iridu jiġu reveduti u modernizzati sabiex titjieb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, billi tiġi faċilitata b’mod partikolari l-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji fl-akkwisti pubbliċi u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b’appoġġ għall-miri soċjetali komuni. Hemm bżonn li jiġu ċċarati ideat u kunċett bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza legali aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Is-Suq Intern u s-swieq internazzjonali huma dejjem aktar interkonnessi, għalhekk il-valuri tal-UE, bħat-trasparenza, il-pożizzjoni bi prinċipju kontra l-korruzzjoni, il-prinċipju ta' reċiproċità u l-avvanz tad-drittijiet soċjali u dawk tal-bniedem għandhom jiġu promossi b’mod adegwat fil-politiki tal-akkwist.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-Ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) approvat b’mod partikolari l-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Akkwist mill-Gvern, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”. L-għan tal-Ftehim huwa li jistabbilixxi qafas multilaterali ta’ drittijiet u dmirijiet ibbilanċjati marbuta mal-kuntratti pubbliċi bil-għan li tinkiseb il-liberalizzazzjoni u t-twessigħ tal-kummerċ dinji. Għal kuntratti koperti mill-Ftehim, kif ukoll permezz ta’ ftehimiet internazzjonali rilevanti oħrajn li l-Unjoni hija marbuta bihom, l-awtoritajiet kontraenti jissodisfaw l-obbligi skont dawn il-ftehimiet billi japplikaw din id-Direttiva għall-atturi ekonomiċi ta’ pajjiżi terzi li huma firmatarji tal-ftehimiet.

(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-Ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) approvat b’mod partikolari l-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Akkwist mill-Gvern, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”. L-għan tal-Ftehim huwa li jistabbilixxi qafas multilaterali ta’ drittijiet u dmirijiet ibbilanċjati marbuta mal-kuntratti pubbliċi bil-għan li tinkiseb il-liberalizzazzjoni u t-twessigħ tal-kummerċ dinji. Dan il-Ftehim kien soġġett għal rieżami li ntemm f'Marzu 2012; l-għanijiet ewlenin tar-rieżami tal-Ftehim kienu ż-żieda fil-grad ta' ftuħ tas-swieq tas-setturi, l-espansjoni tal-kopertura, it-tneħħija ta' miżuri diskriminatorji u ż-żieda fit-trasparenza tal-proċeduri. Għal kuntratti koperti mill-Ftehim, kif ukoll permezz ta’ ftehimiet internazzjonali rilevanti oħrajn li l-Unjoni hija marbuta bihom, inkluż l-impenji meħudin fi ħdan il-qafas tal-Ftehimiet Kummerċjali Bilaterali, l-awtoritajiet kontraenti jissodisfaw l-obbligi skont dawn il-ftehimiet billi japplikaw din id-Direttiva għall-atturi ekonomiċi ta’ pajjiżi terzi li huma firmatarji tal-ftehimiet. F'dan ir-rigward, għandha sseħħ it-traspożizzjoni tal-impenji internazzjonali magħmula mill-Unjoni fir-rigward ta' pajjiżi terzi dwar l-aċċess għas-suq tal-akkwist pubbliku, fis-sistema legali tal-UE sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni effikaċi u uniformi.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u permezz tar-relazzjonijiet bilaterali tagħha, l-Unjoni saħqet fuq ftuħ ambizzjuż tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku tal-Unjoni u s-sħab kummerċjali tagħha, fi spirtu ta' reċiproċità u benefiċċju reċiproku

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Meta l-Kummissjoni Ewropea tinnegozja ftehimiet kummerċjali ma' pajjiżi mhux membri tal-Ftehim, hi għandha ddaħħal kriterji kumplimentari għal dawk tal-prezz fil-kapitolu dwar l-akkwist pubbliku. L-awtoritajiet kontraenti għandhom, bi ftehim mal-Kummissjoni jitħallew jeskludu operaturi ekonomiċi minn pajjiżi terzi li ma jiftħux is-suq tal-akkwist pubbliku tagħhom lill-impriżi mill-UE. Dan għandu jagħti lill-Kummissjoni l-possibilità ta' manuvra fin-negozjati tagħha ma' pajjiżi terzi.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-Ftehim japplika għall-kuntratti li jaqbżu ċerti limiti, stipulati fil-Ftehim u mfissra bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament. Il-limiti stabbiliti minn din id-Direttiva għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li dawn jikkorrispondu għall-ekwivalenti f’euro tal-livelli stabbiliti fil-Ftehim. Huwa meħtieġ ukoll li jsiru dispożizzjonijiet għal reviżjonijiet perjodiċi tal-livelli stabbiliti mfissra f’euro sabiex jiġu aġġustati, permezz ta’ operazzjoni purament matematiċi, għall-varjazzjonijiet possibbli fil-valur tal-euro fir-rigward tad-dritt speċjali ta’ prelevament.

(9) Il-Ftehim japplika għall-kuntratti li jaqbżu ċerti limiti, stipulati fil-Ftehim u mfissra bħala drittijiet speċjali ta’ prelevament. Il-limiti stabbiliti minn din id-Direttiva għandhom jiġu allinjati sabiex jiġi żgurat li dawn jikkorrispondu għall-ekwivalenti f’euro tal-livelli stabbiliti fil-Ftehim. Huwa meħtieġ ukoll li jsiru dispożizzjonijiet għal reviżjonijiet perjodiċi tal-livelli stabbiliti mfissra f’euro sabiex jiġu aġġustati, permezz ta’ operazzjoni purament matematiċi, għall-varjazzjonijiet possibbli fil-valur tal-euro fir-rigward tad-dritt speċjali ta’ prelevament. Hu xieraq ukoll li dan ir-rieżami regolari tal-limiti jitwettaq ukoll abbażi ta' valutazzjoni preliminari tal-implimentazzjoni adegwata tal-prinċipju ta' ftuħ sostanzjali u reċiproku tas-swieq bejn l-Unjoni Ewropea u l-firmatarji l-oħrajn tal-Ftehim. Tali valutazzjoni ta’ reċiproċità sostanzjali għandha tiġi estiża wkoll għal pajjiżi terzi li mhumiex parti mill-Ftehim dwar l-Akkwist tal-Gvern u li għandhom aċċess għas-suq tal-akkwist pubbliku Ewropew.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Kategoriji oħrajn ta’ servizzi jibqgħu min-natura tagħhom ikollhom dimensjoni transkonfinali limitata, jiġifieri dawk li huma magħrufa bħala servizzi lill-persuna, bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi. Dawn is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit reġim speċifiku għall-kuntratti pubbliċi għal dawn is-servizzi, b’limitu ogħla ta’ EUR 500 000. Servizzi lill-persuna b'valuri inqas minn dan il-limitu minimu tipikament mhux se jkunu ta' interess għall-formituri minn Stati Membri oħra, sakemm ma jkunx hek’ indikazzjonijiet konkreti għal kuntrarju, bħall-finanzjament tal-Unjoni għal proġetti transkonfinali. Il-kuntratti għal servizzi lill-persuna li jaqbżu dan il-limitu għandhom ikunu soġġetti għal trasparenza fl-Unjoni kollha. Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawn is-servizzi, l-Istati Membri għandhom jingħataw diskrezzjoni wiesgħa sabiex jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Ir-regoli ta’ din id-direttiva jqisu dak l-imperattiv, billi jimponu biss l-osservanza ta’ prinċipji bażiċi ta’ trasparenza u trattament ugwali u billi jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu japplikaw kriterji ta’ kwalità speċifiċi għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas Ewropew volontarju għall-Kwalità għas-Servizzi Soċjali tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet pubbliċi jibqgħu liberi li jipprovdu dawn is-servizzi huma stess jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni tal-kuntratti pubbliċi, pereżempju permezz tal-finanzjament sempliċi ta’ servizzi bħal dawn jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-atturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-awtorità kontraenti, mingħajr l-ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistema tassigura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni.

(11) Ċerti kategoriji ta’ servizzi jibqgħu min-natura tagħhom ikollhom dimensjoni transkonfinali limitata, pereżempju dawk li huma magħrufa bħala servizzi lill-persuna, bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi. Dawn is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit reġim speċifiku għall-kuntratti pubbliċi għal dawn is-servizzi, b’limitu ogħla ta’ EUR 1,000,000. Servizzi lill-persuna b'valuri inqas minn dan il-limitu minimu tipikament mhux se jkunu ta' interess għall-formituri minn Stati Membri oħra, sakemm ma jkunx hek’ indikazzjonijiet konkreti għal kuntrarju, bħall-finanzjament tal-Unjoni għal proġetti transkonfinali. Il-kuntratti għal servizzi lill-persuna li jaqbżu dan il-limitu għandhom ikunu soġġetti għal trasparenza fl-Unjoni kollha. Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawn is-servizzi, l-Istati Membri għandhom jingħataw diskrezzjoni wiesgħa sabiex jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Ir-regoli ta’ din id-direttiva jqisu dak l-imperattiv, billi jimponu biss l-osservanza ta’ prinċipji bażiċi ta’ trasparenza u trattament ugwali u billi jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu japplikaw kriterji ta’ kwalità speċifiċi għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas Ewropew volontarju għall-Kwalità għas-Servizzi Soċjali tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea. L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet pubbliċi jibqgħu liberi li jipprovdu dawn is-servizzi huma stess jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni tal-kuntratti pubbliċi, pereżempju permezz tal-finanzjament sempliċi ta’ servizzi bħal dawn jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-atturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-awtorità kontraenti, mingħajr l-ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistema tassigura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Din id-direttiva minħabba li hi indirizzata lill-Istati Membri, ma tapplikax għall-akkwisti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali f’isimhom u b’responsabbiltà għalihom. Madankollu, jeħtieġ li jiġi ċċarat sa liema punt id-Direttiva għandha tiġi applikata għall-akkwisti regolati minn regoli internazzjonali speċifiċi.

(13) Din id-direttiva minħabba li hi indirizzata lill-Istati Membri, ma tapplikax għall-akkwisti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali f’isimhom u b’responsabbiltà għalihom. Madankollu, jeħtieġ li jiġi ċċarat sa liema punt id-Direttiva għandha tiġi applikata għall-akkwisti regolati minn regoli internazzjonali speċifiċi. L-Istituzzjonijiet Ewropej għandhom, b’mod partikolari, iqisu l-bidliet li twettqu minn din id-Direttiva, u għandhom jaġġustaw ir-regoli tagħhom stess dwar l-akkwist b’mod xieraq biex jirriflettu dawn il-bidliet.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-kuntratti pubbliċi ma għandhomx jingħataw lill-atturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ħasil tal-flus. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jiġi sanzjonat ukoll b’esklużjoni mandatorja fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandha tingħatalhom il-possibbiltà li jeskludu kandidati jew offerenti minħabba ksur ta’ obbligi soċjali jew ambjentali, inklużi regoli dwar l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità jew forom oħra ta’ kondotta professjonali skorretta serjament, bħal ksur ta’ regoli tal-kompetizzjoni jew ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

(34) Il-kuntratti pubbliċi ma għandhomx jingħataw lill-atturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ħasil tal-flus. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, kif ukoll il-ksur ta' obbligi ambjentali, tax-xogħol jew soċjali, inklużi bi qbil mal-prinċipji rikonoxxuti internazzjonalment u nklużi r-regoli dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ftehimiet kollettivi u l-aċċessibilità għal persuni b'diżabilità, għandhom jiġu sanzjonati ukoll b’esklużjoni mandatorja fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandha tingħatalhom il-possibbiltà li jeskludu kandidati jew offerenti minħabba forom ta’ kondotta professjonali skorretta serjament, bħal ksur ta’ regoli tal-kompetizzjoni jew ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

Ġustifikazzjoni

It-trattament ugwali tal-ħaddiema u l-konformità mal-liġijiet nazzjonali huma inklużi fid-direttiva attwali; m’hemmx raġuni għat-tħassir.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) lI-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali. Dawn il-kriterji għandhom jiggarantixxu li l-offerti huma vvalutati f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva, anke meta l-awtoritajiet kontraenti jirrikjedu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta’ kwalità għolja li huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom, pereżempju meta l-kriterji tal-għoti magħżula jinkludu fatturi marbuta mal-proċess ta’ produzzjoni. Bħala riżultat, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jadottaw bħala kriterji tal-għoti jew ‘l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża’ jew ‘l-irħas waħda’, b’kunsiderazzjoni li fil-każ tal-aħħar, huma liberi li jistabbilixxu standards ta’ kwalità adegwati billi jużaw speċifikazzjonijiet tekniċi jew kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

(37) lI-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali. Dawn il-kriterji għandhom jiggarantixxu li l-offerti huma vvalutati f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva, anke meta l-awtoritajiet kontraenti jirrikjedu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta’ kwalità għolja li huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom, pereżempju meta l-kriterji tal-għoti magħżula jinkludu fatturi marbuta mal-proċess ta’ produzzjoni. Bħala riżultat, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jadottaw bħala kriterju tal-għoti ‘l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża’ .

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Meta l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt lill-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża, dawn għandhom jiddeterminaw il-kriterji ta’ għoti fuq il-bażi li bihom se jivvalutaw l-offerti sabiex jiġi identifikat liema waħda toffri l-aħjar valur għall-flus. L-għażla ta’ dawn il-kriterji tiddependi fuq is-suġġett tal-kuntratt billi dawn għandhom jippermettu l-evalwazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni proposta minn kull offerta fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, u l-valur għall-flus ta’ kull offerta li għandha titkejjel. Barra minn hekk, il-kriterji tal-għoti magħżula ma għandhomx jikkonferixxu liberta’ tal-għażla mhix ristretta fuq l-awtorità kontraenti u għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u jkunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti tkun ivverifikata b’mod effikaċi.

(38) Għall-finijiet tal-għoti tal-kuntratt lill-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddeterminaw il-kriterji ta’ għoti fuq il-bażi li bihom se jivvalutaw l-offerti sabiex jiġi identifikat liema waħda toffri l-aħjar valur għall-flus. L-għażla ta’ dawn il-kriterji tiddependi fuq is-suġġett tal-kuntratt billi dawn għandhom jippermettu l-evalwazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni proposta minn kull offerta fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, u l-valur għall-flus ta’ kull offerta li għandha titkejjel. Barra minn hekk, il-kriterji tal-għoti magħżula ma għandhomx jikkonferixxu liberta’ tal-għażla mhix ristretta fuq l-awtorità kontraenti u għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u jkunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti tkun ivverifikata b’mod effikaċi.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Barra minn hekk, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta’ produzzjoni speċifiku, mod speċifiku ta’ provvista ta’ servizzi, jew proċess speċifiku għal kull stadju ieħor matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott jew servizz, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku. Sabiex il-kunsiderazzjonijiet soċjali jkunu integrati aħjar fl-akkwist pubbliku, ix-xerrejja jistgħu jkunu jistgħu wkoll jinkludu, fil-kriterju tal-għoti tal-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża, karatteristiċi relatati mal-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-persuni li jipparteċipaw direttament fil-proċess ta’ produzzjoni jew il-provvediment inkwistjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jikkonċernaw biss il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew l-iffaċilitar tal-integrazzjooni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta’ grupi vulnerabbbli fost il-persuni assenjati biex iwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltajiet. Kull kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu ,fi kwalunkwe każ, jibqa’ limitat għal dawk il-karatteristiċi li għandhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Huma għandhom ikunu applikati skont id-Direttiva 97/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi [provvediment ta’ servizzi] u b’mod li ma jiddiskriminax direttament jew indirettament kontra atturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi firmatarji tal-Ftehim jew Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li tagħhom l-Unjoni hija firmatarja. Għall-kuntratti ta’ servizz u għall-kuntratti li jinvolvu d-disinn ta’ xogħlijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jużaw bħala kriterju għall-għoti, l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat li jwettaq il-kuntratt inkwistjoni, minħabba li dan jista’ jaffettwa l-kwalità tat-prestazzjoni tal-kuntratt u, bħala riżultat, il-valur ekonomiku tal-offerta.

(41) Sabiex il-kunsiderazzjonijiet soċjali jkunu integrati aħjar fl-akkwist pubbliku, ix-xerrejja jistgħu jkunu jistgħu wkoll jinkludu, fil-kriterju tal-għoti tal-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża, karatteristiċi relatati mal-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-persuni li jipparteċipaw direttament fil-proċess ta’ produzzjoni jew il-provvediment inkwistjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jikkonċernaw biss il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew l-iffaċilitar tal-integrazzjooni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta’ grupi vulnerabbbli fost il-persuni assenjati biex iwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltajiet. Kull kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu ,fi kwalunkwe każ, jibqa’ limitat għal dawk il-karatteristiċi li għandhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Huma għandhom ikunu applikati skont id-Direttiva 97/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi [provvediment ta’ servizzi] u b’mod li ma jiddiskriminax direttament jew indirettament kontra atturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi firmatarji tal-Ftehim jew Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li tagħhom l-Unjoni hija firmatarja. Għall-kuntratti ta’ servizz u għall-kuntratti li jinvolvu d-disinn ta’ xogħlijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jużaw bħala kriterju għall-għoti, l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat li jwettaq il-kuntratt inkwistjoni, minħabba li dan jista’ jaffettwa l-kwalità tat-prestazzjoni tal-kuntratt u, bħala riżultat, il-valur ekonomiku tal-offerta.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) L-offerti li jidhru baxxi b’mod anormali fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jkunu bbażati fuq assunzjonijiet jew prattiċi li teknikament, ekonomikament jew legalment mhumiex sodi. Sabiex jiġu evitati żvantaġġi possibbli matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu obbligati li jitolbu spjegazzjoni tal-prezz mitlub meta offerta tkun ferm orħos mill-prezzijiet mitluba minn offerenti oħra. Fejn l-offerent ma jkunx jista’ jipprovdi spjegazzjoni suffiċjenti, l-awtorità kontraenti għandha tkun intitolata li tirrifjuta l-offerta. L-awtorità kontraenti għandha tkun obbligata li tirrifjuta, f’każijiet fejn tkun stabbiliet li l-prezz baxx b’mod anormali mitlub ikun irriżulta min-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni obbligatorja tal-Unjoni fl-oqsma tal-liġi soċjali, tax-xogħol jew ambjentali jew id-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol.

(42) L-offerti li jidhru baxxi b’mod anormali fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jkunu bbażati fuq assunzjonijiet jew prattiċi li teknikament, ekonomikament jew legalment mhumiex sodi. Sabiex jiġu evitati żvantaġġi possibbli matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu kapaċi jeskludu offerti eċċezzjonalment inferjuri għall-prezzijiet mitluba minn offerenti oħrajn u għandhom ikunu obbligati li jitolbu spjegazzjoni tal-prezz mitlub meta offerta tkun ferm orħos mill-prezzijiet mitluba minn offerenti oħra. Fejn l-offerent ma jkunx jista’ jipprovdi spjegazzjoni suffiċjenti, l-awtorità kontraenti għandha tkun intitolata li tirrifjuta l-offerta. L-awtorità kontraenti għandha tkun obbligata li tirrifjuta, f’każijiet fejn tkun stabbiliet li l-prezz baxx b’mod anormali mitlub ikun irriżulta min-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni obbligatorja tal-Unjoni fl-oqsma tal-liġi soċjali, tax-xogħol jew ambjentali jew id-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 48a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48a) L-awtoritajiet kontraenti għandhom jirrispettaw id-dewmien tal-ħlas kif stabbilit fid-Direttiva 2011/7/UE.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55) Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(55) Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni u dokumentazzjoni kompluta dwar il-laqgħat tagħha ma' esperti nazzjonali fi ħdan il-qafad tat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' atti delegati. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni għandha tiżgura l-inklużjoni adegwata tal-Parlament Ewropew, bl-użu tal-aħjar prattiki minn esperjenzi preċedenti f'oqsma oħra ta' politika sabiex jinħolqu l-aħjar kondizzjonijiet possibbli għall-iskrutinju futur tal-atti delegati mill-Parlament Ewropew.

Ġustifikazzjoni

Din id-Direttiva tipprevedi l-użu ta' atti delegati – fost affarijiet oħrajn – biex tkun adattata l-metodoloġija għall-kalkolazzjoni tal-livelli ta' limitu għal kull bidla stipulata mill-Ftehim dwar l-Akkwist tal-Gvern (Artikolu 6.5 klassiku, Artikolu 12(4) direttiva tal-utilitajiet) u biex tinbidel il-lista tad-dispożizzjonijiet soċjali u ambjentali internazzjonali fl-ANNESS XI (Artikolu 54(2) direttiva klassika, Artikolu 70 direttiva dwar l-utilitajiet). Peress li dawn huma kwistjonijiet b'dimensjoni kummerċjali internazzjonali ċara, ir-rapporteur jemmen li l-istess proċeduri istituzzjonali għandhom japplikaw fir-rigward tal-leġiżlazzjoni ta' kummerċ "normali". Bi qbil mal-OMNIBUS I u l-OMNIBUS II (pakkett ta' allinjament fil-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA)), ir-rapporteur jipproponi li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li l-Parlament Ewropew ikun involut kif xieraq fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta' atti delegati (Premessa 55). Dan jiffaċilita l-iskrutinju tal-atti delegati u jiżgura eżerċizzju effiċjenti tad-delega tas-setgħa billi jevita oġġezzjonijiet mill-Parlament Ewropew. Ir-rapporteur jikkunsidra xieraq li l-għoti tas-setgħat lill-Kummissjoni għandu jkun limitat fiż-żmien (Artikolu 89(2)). Limitazzjoni bħal din twassal għal aktar kontroll parlamentari, b’mod li tobbliga lill-Kummissjoni tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu stabbilit. Min-naħa l-oħra, l-estensjoni taċita tad-delega għal perjodu ta’ żmien identiku tevita li l-leġiżlaturi jiġu mgħobbija żżejjed u tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni. B'kunsiderazzjoni tad-dinamiċi tal-ħidma parlamentari, proċeduri interni u skadenzi, hu importanti li jkun żgurat li l-leġiżlatur jingħata biżżejjed żmien biex jiskrutinja kif jixraq att leġiżlattiv (Artikolu 89(5)). Dan jirrifletti l-bidliet kollha li ġabu ż-żewġ Omnibuses Kummerċjali.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) EUR 500 000 għall-kuntratti pubbliċi għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness XVI.

(d) EUR 1,000,000 għall-kuntratti pubbliċi għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness XVI.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull sentejn mit-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-limiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 jikkorrispondu għall-limiti stabbiliti fil-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u għandha, fejn ikun neċessarju, tirrevedihom.

1. Kull sentejn mit-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-limiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 jikkorrispondu għall-limiti stabbiliti fil-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u għandha, fejn ikun neċessarju, tirrevedihom.

B’konformità mal-metodu ta’ kalkolazzjoni stabbilit fil-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-valur ta’ dawn il-limiti fuq il-bażi tal-medja tal-valur ta’ kuljum tal-euro, fit-termini tad-drittijiet speċjali ta’ prelevament (SDRs), matul perjodu ta’ 24 xahar li jagħlaq fl-aħħar jum ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni li tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar. Il-valur tal-limiti rivedut b’dan il-mod għandu, fejn neċessarju, jitqarreb lejn l-eqreb elf euro sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati l-limiti fis-seħħ previsti mill-Ftehim, imfissra f’SDRs.

B’konformità mal-metodu ta’ kalkolazzjoni stabbilit fil-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi, il-Kummissjoni għandha tikkalkola l-valur ta’ dawn il-limiti fuq il-bażi tal-medja tal-valur ta’ kuljum tal-euro, fit-termini tad-drittijiet speċjali ta’ prelevament (SDRs), matul perjodu ta’ 24 xahar li jagħlaq fl-aħħar jum ta’ Awwissu qabel ir-reviżjoni li tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar. Il-valur tal-limiti rivedut b’dan il-mod għandu, fejn neċessarju, jitqarreb lejn l-eqreb elf euro sabiex jiġi żgurat li jiġu osservati l-limiti fis-seħħ previsti mill-Ftehim, imfissra f’SDRs. Barra minn hekk il-Kummissjoni tista' tikkunsidra ukoll il-bidliet fil-limiti mwettqa minn Partijiet Kontraenti oħrajn għall-Ftehim.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) proċedura partikolari ta’ organizzazzjoni internazzjonali;

(c) proċedura partikolari ta’ organizzazzjoni internazzjonali, li għandha l-affiljazzjoni tagħha fl-Istat Membru;

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) F’kull każ, l-aċċess għal partijiet tas-swieq tal-akkwist tal-UE għal pajjiżi terzi għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju tar-reċiproċità u l-proporzjonalità.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti ma jwettqux fis-suq miftuħ aktar minn 10 % f’termini tal-fatturat tal-attivitajiet li huma rilevanti fil-kuntest tal-ftehim;

imħassar

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa fejn huma koperti mill-Annessi I, II, IV u V u n-Noti Ġenerali għall-Appendiċi 1 tal-Unjoni Ewropea għall-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u minn ftehimiet internazzjonali oħrajn li l-Unjon hija marbuta bihom, kif elenkati fl-Anness V għal din id-Direttiva, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu trattament lix-xogħlijiet, provvisti, servizzi u atturi ekonomiċi tal-firmatarji għal dawk il-ftehimiet li ma jkunx inqas favorevoli mit-trattament mogħti lix-xogħlijiet, provvisti, servizzi u atturi ekonomiċi tal-Unjoni. Billi japplikaw din id-Direttiva għal atturi ekonomiċi tal-firmatarji għal dawk il-ftehimiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkonformaw ma’ dawk il-ftehimiet.

1. Sa fejn huma koperti mill-Annessi I, II, IV u V u n-Noti Ġenerali għall-Appendiċi 1 tal-Unjoni Ewropea għall-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u minn ftehimiet internazzjonali oħrajn li l-Unjon hija marbuta bihom, - inkluż l-impenji meħuda fil-qafas tal-Ftehimiet Kummerċjali Bilaterali - kif elenkati fl-Anness V għal din id-Direttiva, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu trattament lix-xogħlijiet, provvisti, servizzi u atturi ekonomiċi tal-firmatarji għal dawk il-ftehimiet li ma jkunx inqas favorevoli mit-trattament mogħti lix-xogħlijiet, provvisti, servizzi u atturi ekonomiċi tal-Unjoni. Billi japplikaw din id-Direttiva għal atturi ekonomiċi tal-firmatarji għal dawk il-ftehimiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkonformaw ma’ dawk il-ftehimiet.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2 – ittra b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fejn l-għan tal-akkwist huwa l-ħolqien jew il-kisba ta’ opra artistika;

(b) fejn l-għan tal-akkwist huwa l-ħolqien, ir-ristrutturar, ir-restawr konservattiv jew il-kisba ta’ opra artistika – jiġifieri proprjetà mobbli jew immobbli, soġġetta għal restrizzjonijiet artistiċi, storiċi u arkitettoniċi;

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jfittxu jew jilqgħu pariri mingħand strutturi ta’ appoġġ amministrattiv jew mingħand partijiet terzi jew parteċipanti fis-suq, dejjem jekk dan il-parir ma jkollux l-effett ta’ preklużjoni tal-kompetizzjoni u ma jirriżultax fi vjolazzjoni tal-prinċipji ta’ non-diskriminazzjoni u ta’ trasparenza.

Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jfittxu jew jilqgħu pariri mingħand strutturi ta’ appoġġ amministrattiv jew mingħand partijiet terzi jew parteċipanti fis-suq indipendenti, dejjem jekk dan il-parir ma jkollux l-effett ta’ preklużjoni tal-kompetizzjoni u ma jirriżultax fi vjolazzjoni tal-prinċipji ta’ non-diskriminazzjoni u ta’ trasparenza.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet kontraenti jippreferu “jikkonsultaw” parteċipanti fis-suq, prinċipalment biex jieħdu informazzjoni dwar it-tekniki u l-innovazzjonijiet. Għandu jiġi enfasizzat li l-parteċipanti fis-suq, jiġifieri kandidati potenzjali f’offerta m’għandhomx jinfluwenzaw l-awtoritajiet kontraenti.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kuntratti pubbliċi jistgħu jinqasmu f’lottijiet omoġeni jew eteroġeni. Għal kuntratti b’valur ekwivalenti għal jew ikbar mil-limiti minimi pprovduti fl-Artikolu 4 iżda li ma humiex inqas minn EUR 500 000, determinati skont l-Artikolu 5, meta l-awtorità kontraenti ma tqisx xieraq li jinqasmu f'lottijiet, għandha tipprovdi fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess spjegazzjoni speċifika tar-raġunijiet tagħha.

Bil-għan li jiġu massimizzati l-kompetizzjoni u l-aċċess tal-SMEs għall-akkwist pubbliku, il-kuntratti pubbliċi jistgħu jinqasmu f’lottijiet. Għal kuntratti b’valur ekwivalenti għal jew ikbar minn EUR 500 000, determinati skont l-Artikolu 5, meta l-awtorità kontraenti ma tqisx xieraq li jinqasmu f'lottijiet, għandha tipprovdi fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess spjegazzjoni speċifika tar-raġunijiet tagħha. L-awtoritajiet jibbenefikaw minn kompetizzjoni aktar wiesgħa bejn l-offerenti u aċċess aħjar għall-SMEs peress li dan iżid in-numru ta’ offerti possibbli.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet jibbenefikaw minn kompetizzjoni usa' bejn l-offerenti u għal aċċess aħjar għall-SMEs peress li din iżżid in-numru possibbli ta' offerti. Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni m’hemmx bżonn li jiġi stabbilit li l-Artikolu jirreferi għal kuntratti b’valur ekwivalenti għal jew ikbar mil-livelli indikati fl-Artikolu 4, minħabba li dan huwa ovvju.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jindikaw jekk l-offerti humiex limitati biss għal lott waħda jew aktar.

Meta l-awtorità kontraenti tillimita l-possibilità ta' offerta għal lott wieħed jew aktar, hija għandha tindika dan fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess jew fid-dokumenti tal-akkwist.

Ġustifikazzjoni

Jidher li huwa biżżejjed li l-awtoritajiet kontraenti jkunu obbligati jinfurmaw fl-avviż dwar kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess, dwar id-deċiżjoni tagħhom li ma jaqsmux il-kuntratt f'lottijiet. L-awtoritajiet kontraenti m’għandhomx ikunu meħtieġa li jipprovdu spjegazzjonijiet speċifiċi dwar ir-raġunijiet tagħhom. Mhuwiex ċar xi jkun il-valur miżjud ta' tali rekwiżit. Il-formulazzjoni tal-Artikolu ġew aġġustati għall-kjarifika.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn tista’ tingħata aktar minn lott waħda lill-istess offerent, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistipulaw li huma jew se jagħtu kuntratt għal kull lott jew inkella kuntratt wieħed jew aktar, li ikopru ħafna mil-lottijiet jew kollha kemm huma.

imħassar

Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw jekk jirriżervawx id-dritt li jagħmlu għażla bħal din u, jekk dan ikun il-każ, liema lottijiet jistgħu jingħaqdu fi grupp f’kuntratt wieħed.

 

Huma jistgħu jagħtu kuntratt għal aktar minn lott wieħed lil offerent li mhuwiex ikklassifikat fl-ewwel post fir-rigward tal-lottijiet individwali kollha koperti minn dak il-kuntratt, dejjem jekk il-kriterji tal-għoti stabbiliti skont l-Artikolu 66 jiġu sodisfatti aħjar fir-rigward tal-lottijiet kollha koperti minn dan il-kuntratt. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jispeċifikaw il-metodi li beħsiebhom jużaw għal tqabbil bħal dan. Dawn il-metodi għandhom ikunu trasparenti, oġġettivi u mhux diskriminatorji.

 

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu jista' jwassal għall-maqlub ta' dak li huwa l-objettiv tal-proposta, jiġifieri li jitħalla aċċess aħjar għall-SMEs għall-appalti pubbliċi, billi jaf iwassal għal aggregazzjoni tal-akkwist, bl-esklużjoni, għalhekk, tal-SMEs.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax, għall-inqas b’mod ekwivalenti mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

2. L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jagħtu kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax, għall-inqas b’mod ekwivalenti mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Kull operatur ekonomiku hu eskluż mill-parteċipazzjoni fil-kuntratt jekk l-awtorità kontraenti tkun mgħarrfa bi kwalunkwe vjolazzjoni tal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew il-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI. Il-konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ma’ dispożizzjonijiet internazzjonali tinkludi wkoll konformità b’mod ekwivalenti.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fejn tkun mgħarrfa bi kwalunkwe vjolazzjoni tal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew il-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI. Konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ma’ dispożizzjonijiet internazzjonali tinkludi wkoll konformità b’mod ekwivalenti.

imħassar

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterji li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuqhom għandhom ikunu waħda minn dawn li ġejjin:

Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterji li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuqhom għandhom ikunu l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża;

imħassar

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-aktar spiża baxxa.

imħassar

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispejjeż jistgħu jiġu valutati, skont l-għażla tal-awtorità kontraenti, fuq il-bażi tal-prezz biss jew billi jintuża approċċ tal-kosteffiċenza, bħall-approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 67.

imħassar

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mill-punt ta’ vista tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża msemmija fil-putn (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal:

2. Mill-punt ta’ vista tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż, valutati skont l-għażla tal-awtorità kontraenti fuq il-bażi tal-prezz biss jew billi jintuża approċċ tal-kosteffiċenza, bħal pereżempju l-approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja b'konformità ma' kif previst fl-Artikolu 67, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal:

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li dak l-għoti ta’ ċerti tipi ta’ kuntratti għandu jkun ibbażat fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2.

imħassar

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, fid-dokumenti tal-akkwist jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika il-koeffiċjent relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża.

Fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, fid-dokumenti tal-akkwist jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika il-koeffiċjent relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża..

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 69

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Offerti baxxi wisq

Offerti baxxi wisq

1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jeħtieġu li l-atturi ekonomiċi jispjegaw il-prezz jew l-ispejjeż mitlubaż, fejn jiġu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeskludu offerti fejn il-prezz jew l-ispejjeż mitluba jkunu aktar minn 50 % orħos mill-prezzijiet jew l-ispejjeż medji tal-offerti li jifdal:

(a) il-prezz jew l-ispejjeż mitluba ikunu aktar minn 50 % orħos mill-prezzijiet jew l-ispejjeż medji tal-offerti li jifdal

2. L-entitajiet kontraenti għandhom jitolbu lill-atturi ekonomiċi sabiex dawn jispjegaw il-prezz jew l-ispejjeż mitluba, fejn ikunu tressqu tal-anqas ħames offerti u tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(b) il-prezz jew l-ispiża mitluba jkunu aktar minn 20 % orħos mill-prezz jew l-ispejjeż tat-tieni l-irħas offerta;

(a) il-prezz jew l-ispejjeż mitluba ikunu aktar minn 30 % orħos mill-prezzijiet jew l-ispejjeż medji tal-offerti li jifdal

(c) ġew sottomessi tal-inqas ħames offerti.

(b) il-prezz jew l-ispiża mitluba jkunu aktar minn 20 % orħos mill-prezz jew l-ispejjeż tat-tieni l-irħas offerta

2. Fejn l-offerti jkunu jidhru baxxi wisq għal raġunijiet oħra, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu spjegazzjoni għal dan ukoll.

(c) il-prezz jew l-ispejjeż indikati f’offerta jkunu aktar minn 40 % orħos mill-prezzijiet jew l-ispejjeż medji tal-offerti li jifdal

3. L-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jkunu relatati b’mod partikolari ma’:

3. F'kull każ, fejn l-offerti jkunu jidhru baxxi wisq għal raġunijiet oħra, l-awtoritajiet kontraenti jitolbu spjegazzjoni għal dan ukoll.

(a) l-ekonomija tal-metodu ta’ kostruzzjoni, tal-proċess ta’ manifattura jew tas-servizzi pprovduti;

4. L-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 jistgħu jkunu relatati b’mod partikolari ma’:

(b) is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew kwalunkwe kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli disponibbli għall-offerent għat-twettiq tax-xogħol jew għall-forniment tal-prodotti jew servizzi;

(a) l-ekonomiji tal-metodu ta' kostruzzjoni, il-proċess ta' manifattura jew is-servizzi provduti;

(c) l-oriġinalità tax-xogħol, provvisti jew servizzi proposti mill-offerent;

(b) is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew kwalunkwe kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli disponibbli għall-offerent għat-twettiq tax-xogħol jew għall-forniment tal-prodotti jew servizzi;

(d) konformità, għall-inqas b’mod ekwivalenti, mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI jew, fejn dawn ma jkunux applikabbli, ma’ dispożizzjonijiet oħrajn li jiżguraw livell ekwivalenti ta’ protezzjoni;

(c) (ċ) l-oriġinalità tax-xogħlijiet, tal-provvisti u tas-servizzi proposti mill-offerent;

(e) il-possibilità li l-offerent jikseb għajnuna mill-Istat.

(d) konformità, għall-inqas b’mod ekwivalenti, mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI jew, fejn dawn ma jkunux applikabbli, ma’ dispożizzjonijiet oħrajn li jiżguraw livell ekwivalenti ta’ protezzjoni;

4. L-awtorità kontraenti għandha tivverifika l-informazzjoni pprovduta billi tikkonsulta lill-offerent. Din tista’ tiċħad l-offerta biss fejn il-provi ma jiġġustifikawx il-livell baxx tal-prezz jew tal-ispejjeż mitluba, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-elementi msemmija fil-paragrafu 3.

(e) il-possibilità li l-offerent jikseb għajnuna mill-Istat kemm għall-finanzjament tal-offerta nnifisha u għall-finanzjament ta' servizzi, provvisti u xogħolijiet relatati mal-offera.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

(ea) l-użu ta' subkuntratturi li ma jikkonformawx ma' obbligi jew regoli soċjali, xogħol u ambjentali rigward l-għajnuna tal-istat kif spjegat fil-punti (d) u (e)

5. Fejn awtorità kontraenti tiddeċiedi li offerta hija baxxa wisq għax l-offerent kiseb għajnuna mill-Istat, l-offerta tista’ tiġi miċħuda għal dik ir-raġuni waħedha iżda biss wara konsultazzjoni mal-offerent fejn, fi ħdan limitu ta’ żmien suffiċjenti stabbilit mill-awtorità kontraenti, dan tal-aħħar ma jistax juri li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107 tat-Trattat. Fejn l-awtorità kontraenti tiċħad offerta f’dawk iċ-ċirkostanzi, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar dan.

5. L-awtorità kontraenti għandha tivverifika l-informazzjoni pprovduta billi tikkonsulta lill-offerent. Din għandha tiċħad l-offerta fejn il-provi ma jiġġustifikawx il-livell baxx tal-prezz jew tal-ispejjeż mitluba, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-elementi msemmija fil-paragrafu 3.

6. Meta ssirilhom talba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, skont l-Artikolu 88, kwalunkwe informazzjoni relatata mal-provi u d-dokumenti ppreżentati fir-rigward tad-dettalji elenkati fil-paragrafu 3.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

 

6. Fejn awtorità kontraenti tiddeċiedi li offerta hija baxxa wisq għax l-offerent kiseb għajnuna mill-Istat, l-offerta tista’ tiġi miċħuda għal dik ir-raġuni waħedha iżda biss wara konsultazzjoni mal-offerent fejn, fi ħdan limitu ta’ żmien suffiċjenti stabbilit mill-awtorità kontraenti, dan tal-aħħar ma jistax juri li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107 tat-Trattat. Fejn l-awtorità kontraenti tiċħad offerta f’dawk iċ-ċirkostanzi, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar dan.

 

7. Meta ssirilhom talba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, skont l-Artikolu 88, kwalunkwe informazzjoni relatata mal-provi u d-dokumenti ppreżentati fir-rigward tad-dettalji elenkati fil-paragrafu 3.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 69a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 69a

 

Id-Direttiva attwali għandha tikkonforma mar-Regolament dwar l-aċċess għal beni u servizzi minn pajjiżi terzi fis-suq intern tal-Unjoni għall-akkwist pubbliku u proċeduri fl-appoġġ ta' negozjati dwar l-aċċess għal beni u s-servizzi tal-Unjoni lis-swieq ta' akkwist pubbliku fis-swieq tal-pajjiżi terzi (COM/2012/0124 - 2012/0060 (COD)) u għandha tikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 58 u 59 tad-Direttiva 2004/17/KE, li permezz tagħhom offerti li jkopru beni li joriġinaw minn pajjiżi terzi li magħhom l-Unjoni Ewropea ma kkonkludietx, kemm multilateralment jew bilateralment, ftehim li jiżgura aċċess kumparabbli u effettiv għall-impriżi tal-Unjoni Ewropea għas-swieq ta' dawk il-pajjiżi terzi, jista' jkun rifjutat.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 71 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Is-subkuntrattur, ikun xi jkun il-pajjiż ta' oriġini tiegħu, għandu josserva l-istandards ta' xogħol, soċjali u dawk ambjentali, ma jistax jirċievi għajnuniet statali li jkunu suxxettibbli li jnaqqsu ħafna l-prezz tal-offerta filwaqt li jagħmlu ħsara lil kompetizzjoni ġusta.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 83 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tar-regoli ta’ akkwist pubbliku tiġi mmonitorjata, inkluża l-implimentazzjoni ta' proġetti kofinanzjati mill-Unjoni bil-ħsieb li jiġu identifikati theddidiet għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan il-monitoraġġ għandu jintuża biex jiġu evitati, identifikati u rappurtati b'mod adegwat każijiet possibbli ta’ frodi, korruzzjoni u konflitt ta' interess relatati mal-akkwist, kif ukoll irregolaritajiet serji oħra.

 

Meta l-awtoritajiet jew strutturi ta’ sorveljanza jidentifikaw ksur speċifiku jew problemi sistematiċi, dawn għandhom is-setgħa li jirreferu dawk il-problemi lill-awtoritajiet nazzjonali tal-verifika, lill-qrati jew lit-tribunali jew lil awtoritajiet jew strutturi oħra xierqa, bħall-Ombudsman, il-Parlamenti nazzjonali jew il-kumitati tagħhom.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 89 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 13, 19, 20, 23, 54, 59, 67 u 86 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu mhux determinat ta’ żmien mid-[data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 13, 19, 20, 23, 54, 59, 67 u 86 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-[data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa ddelegata mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega għandha tiġi esti¿a awtomatikament għal perjodi ta’ ¿mien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjona għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 89 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att iddelegat adottat skont dan l-Artikolu għandu jidħol fis-seħħ biss fejn ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u l-anqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn (2) min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn (2) fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att iddelegat adottat skont dan l-Artikolu għandu jidħol fis-seħħ biss fejn ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u l-anqas mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn (2) min-notifika tal-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'erba' xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Din id-Direttiva tipprevedi l-użu ta' atti delegati – fost affarijiet oħrajn – biex tkun adattata l-metodoloġija għall-kalkolazzjoni tal-livelli ta' limitu għal kull bidla stipulata mill-Ftehim dwar l-Akkwist tal-Gvern (Artikolu 6.5 klassiku, Artikolu 12(4) direttiva tal-utilitajiet) u biex tinbidel il-lista tad-dispożizzjonijiet soċjali u ambjentali internazzjonali fl-ANNESS XI (Artikolu 54(2) direttiva klassika, Artikolu 70 direttiva dwar l-utilitajiet). Peress li dawn huma kwistjonijiet b'dimensjoni kummerċjali internazzjonali ċara, ir-rapporteur jemmen li l-istess proċeduri istituzzjonali għandhom japplikaw fir-rigward tal-leġiżlazzjoni ta' kummerċ "normali". Bi qbil mal-OMNIBUS I u l-OMNIBUS II (pakkett ta' allinjament fil-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA)), ir-rapporteur jipproponi li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li l-Parlament Ewropew ikun involut kif xieraq fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta' atti delegati (Premessa 55). Dan jiffaċilita l-iskrutinju tal-atti delegati u jiżgura eżerċizzju effiċjenti tad-delega tas-setgħa billi jevita oġġezzjonijiet mill-Parlament Ewropew. Ir-rapporteur jikkunsidra xieraq li l-għoti tas-setgħat lill-Kummissjoni għandu jkun limitat fiż-żmien (Artikolu 89(2)). Limitazzjoni bħal din twassal għal aktar kontroll parlamentari, b’mod li tobbliga lill-Kummissjoni tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel ma jintemm il-perjodu stabbilit. Min-naħa l-oħra, l-estensjoni taċita tad-delega għal perjodu ta’ żmien identiku tevita li l-leġiżlaturi jiġu mgħobbija żżejjed u tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni. B'kunsiderazzjoni tad-dinamiċi tal-ħidma parlamentari, proċeduri interni u skadenzi, hu importanti li jkun żgurat li l-leġiżlatur jingħata biżżejjed żmien biex jiskrutinja kif jixraq att leġiżlattiv (Artikolu 89(5)). Dan jirrifletti l-bidliet kollha li ġabu ż-żewġ Omnibuses Kummerċjali.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

ANNESS XI

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- Konvenzjoni Nru 94 dwar il-Klawżoli tax-Xogħol (Kuntratti Pubbliċi);

PROĊEDURA

Titolu

L-akkwist pubbliku

Referenzi

COM(2011)0896 – C7-0006/2012 – 2011/0438(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Gianluca Susta

25.1.2012

Eżami fil-kumitat

25.4.2012

11.7.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

18.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

5

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Nora Berra, David Campbell Bannerman, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Henri Weber, Jan Zahradil, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, George Sabin Cutaş, Małgorzata Handzlik, Syed Kamall, Ioannis Kasoulides, Maria Eleni Koppa, Marietje Schaake, Jarosław Leszek Wałęsa, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Emilio Menéndez del Valle, Raimon Obiols

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (26.9.2012)

għall-Committee on the Internal Market and Consumer Protection

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku
(COM(2011)0896 – C7-0006/2012 – 2011/0438(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Birgit Sippel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar l-akkwist pubbliku għandha rwol deċiżiv fl-ambitu tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv [COM(2010) 2020]. L-akkwist pubbliku għandu jippromwovi dejjem aktar livell għoli ta' okkupazzjoni, kif ukoll għandu jgħin sabiex jintlaħqu għanijiet oħrajn, b'mod partikolari fil-qasam tal-ambjent u l-politika soċjali.

Permezz tal-proposta, il-Kummissjoni tixtieq li min-naħa ''żżid l-effiċjenza tal-infiq pubbliku [...] f'termini ta' valur għall-flus'', u min-naħa l-oħra tixtieq li toħloq il-possibilità li jsir ''użu aħjar tal-akkwist pubbliku b'appoġġ għall-miri soċjali komuni bħall-protezzjoni tal-ambjent, [...] l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali u l-iżgurar tal-aħjar kundizzjonijiet possibbli għall-għoti ta' servizzi soċjali ta' kwalità għolja''. Dan l-approċċ huwa ta' min jilqgħu. Madankollu, il-proposti tal-Kummissjoni mhumiex estensivi biżżejjed u għadhom wisq mhux vinkolanti, proprju f'dak li jikkonċerna s-sostenibilità soċjali.

Fl-Unjoni Ewropea l-awtoritajiet pubbliċi jiddedikaw madwar 18 % tal-PDG għall-forniment, ix-xogħlijiet u s-servizzi, dan ifisser li r-riforma tar-regolamenti tal-akkwist hija lieva deċiżiva għal aktar sostenibilità fis-soċjetà. Billi dan jitratta flejjes pubbliċi, ir-responsabilità hija partikolarment kbira li l-flus ma jintefqux fuq għanijiet fuq perjodu qasir, iżda li jiġu kkunsidrati bħala investiment fuq perjodu twil fis-soċjetà.

Sabiex jintlaħaq dan il-għan, jeħtieġ approċċ wiesa'. Għaldaqstant, il-punti li ġejjin huma partikolarment importanti:

Il-kriterju dwar il-kostijiet vantaġġjużi għandu jitneħħa mingħajr ma jiġi sostitwit. Il-kriterju dwar ''l-offerta ekonomikament vantaġġjuża'' toffri biżżejjed flessibilità sabiex tinkorpora magħha wkoll il-prezz ta' offerta. Sabiex it-tifsira ta' ''offerta ekonomikament vantaġġjuża'' tkun ċara, din għandha tissejjaħ l-offerta ''l-aktar ekonomikament vantaġġjuża u sostenibbli'' (MEAST).

In-normi applikabbli tax-xogħol u dawk soċjali, mhux biss għandhom jissemmew fil-premessi, iżda wkoll fl-artikoli. Id-dispożizzjonijiet kollha applikabbli fuq il-post tax-xogħol u li huma stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali u regolamenti Ewropej, iżda wkoll permezz ta' leġiżlazzjoni nazzjonali, arbitraġġ jew ta' ftehimiet kollettivi, għandhom ikunu applikabbli anke f'sitwazzjonijiet transkonfinali.

Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom il-possibilità jintegraw tipi ta' kriterji soċjali oħrajn fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u/jew fil-kriterji addizzjonali, pereżempju l-ħolqien ta' kundizzjonijiet tax-xogħol għal gruppi żvantaġġjati, opportunitajiet indaqs, aċċess għal miżuri ta' taħriġ vokazzjonali jew il-kummerċ ġust. Sa mill-bidu tal-proċedura għandu jkun jista' jiġi vvalutat jekk l-offerent jistax ukoll jissodisfa dawn il-kriterji. Anke l-kostijiet soċjali esterni marbuta mas-suġġett tal-kuntratt għandhom jiġu inklużi f'dan il-kuntest.

Il-kriterji għandhom jiġu intensifikati fil-każ ta' offerti partikolarment baxxi. Huwa biżżejjed li offerta tkun jew 25 % anqas mill-medja tal-offerti ppreżentati, jew 10 % anqas mill-offerta l-baxxa li jmiss sabiex ċertu elementi partikulari jiġu spjegati.

Id-dispożizzjonijiet għas-sottokuntrattar tal-proposta tal-Kummissjoni mhumiex estensivi biżżejjed. L-offerent mhux biss għandu jirreferi għall-kwistjoni tas-sottokuntrattar fl-offerta tiegħu, iżda għandu jsemmi wkoll is-sottokuntratturi u jagħmilhom identifikabbli, billi jelenka d-dettalji fejn jistgħu jiġu kkuntattjati u r-rappreżentanti legali tagħhom. Barra minn hekk, il-kuntrattur ewlieni u s-sottokuntratturi intermedji kollha għandhom ikunu jistgħu jinżammu responsabbli f'każ ta' nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet relatati mal-liġijiet soċjali u tax-xogħol, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Il-kapitolu l-ġdid dwar is-servizzi soċjali għandu jippermetti ħarsien aħjar tal-kwalità tas-servizzi relatati mal-individwu. Għalhekk l-inklużjoni ta' kriterji partikolari relatati mal-kwalità għandha tkun obbligatorja. Barra minn hekk, l-għoti ta' kuntratti pubbliċi għall-ebda raġuni m'għandu jseħħ abbażi tal-aktar prezz vantaġġjuż. Huwa neċessarju wkoll li jitlesta l-kapitolu dwar id-dispożizzjonijiet għall-kriterji tal-esklużjoni, l-għoti ta' sottokuntratt u r-rispett għan-normi tax-xogħol u soċjali applikabbli fuq il-post tax-xogħol.

Għall-implimentazzjoni korretta huwa neċessarju li jitlesta l-Kapitolu IV dwar il-governanza. B'hekk kuntratturi li wrew nuqqasijiet sinifikanti u persistenti fit-twettiq tal-kuntratt, għandhom jitniżżlu fuq reġistru li jkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kontraenti u dan għandu jiġi kkunsidrat bħala raġuni għall-esklużjoni. Il-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regolamenti dwar l-akkwist pubbliku, b'mod partikolari n-normi tax-xogħol u dawk soċjali applikabbli fuq il-post tax-xogħol, għandu jkun żgurat ukoll permezz tal-awtorità pubblika tal-kontroll.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn jew f’isem l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandu jkun konformi mal-prinċipji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jingħataw servizzi kif ukoll mal-prinċipji li jitnisslu minnhom, bħat-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza. Madankollu, għal kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu valur, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet li jikkoordinaw il-proċeduri ta’ akkwist nazzjonali sabiex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji jingħataw effett prattiku u li l-akkwist pubbliku jkun miftuħ għall-kompetizzjoni.

(1) L-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn jew f’isem l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandu jkun konformi mal-prinċipji tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jingħataw servizzi kif ukoll mal-prinċipji li jitnisslu minnhom, bħat-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza u mat-tqassim tal-kompetenzi kif stabbilit fl-Artikolu 14 (1) tat-TFUE u l-Protokoll Nru 26. Ir-regolament Ewropew dwar l-akkwist pubbliku għandu jirrispetta d-diskrezzjoni wiesgħa tal-awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom fis-servizz pubbliku. Madankollu, għal kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu valur, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet li jikkoordinaw il-proċeduri ta’ akkwist nazzjonali sabiex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji jingħataw effett prattiku u li l-akkwist pubbliku jkun miftuħ għall-kompetizzjoni.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi jridu jiġu riveduti u modernizzati sabiex titjieb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, billi tiġi faċilitata b’mod partikolari l-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji fl-akkwisti pubbliċi u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b’appoġġ għall-miri soċjetali komuni.   Hemm bżonn li jiġu ċċarati ideat u kunċetti bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza legali aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali [l-posta] u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi jridu jiġu riveduti u modernizzati sabiex jippermettu lix-xerrej jagħmel użu aħjar tal-akkwist pubbliku favur żvilupp sostenibbli, konformità ma' drittijiet soċjali u tax-xogħol, inklużjoni soċjali, innovazzjoni fejn rilevanti u għanijiet oħra komuni tas-soċjetà, biex b'hekk tiżdied l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, jiġi żgurat l-aħjar valur għall-flus, billi tiġi faċilitata b’mod partikolari l-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji fl-akkwisti pubbliċi u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b’appoġġ għall-miri soċjetali komuni, u dan iwassal għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda u sostenibbli. Hemm bżonn li jiġu ssimplifikati r-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku, b'mod partikolari rigward il-metodu użat biex jinkisbu l-objettivi ta' sostenibbiltà li għandhom ikunu parti integrali mill-politika tal-akkwist pubbliku u jiġu ċċarati ideat u kunċett bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza legali aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Din id-Direttiva tipprovdi leġiżlazzjoni biss dwar kif isir ix-xiri.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Skont l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, b’mod partikolari bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli. Din id-Direttiva tiċċara kif l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tiżgura li dawn ikunu jistgħu jiksbu l-aħjar valur għall-flus għall-kuntratti tagħhom.

(5) Skont l-Artikoli 9, 10 u 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u l-kunsiderazzjonijiet soċjali għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, b’mod partikolari bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli. Din id-Direttiva tiċċara kif l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u kif dawn jistgħu jużaw is-setgħa diskrezzjonali tagħhom biex jagħżlu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti bil-għan li jinkiseb akkwist pubbliku sostenibbli, filwaqt li tiżgura r-rabta mas-suġġett tal-kuntratt u li jinkiseb l-aħjar valur għall-flus għall-kuntratti tagħhom. Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rekwiżiti marbuta mal-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha għandhom jitqiesu fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-promozzjoni ta' livell għoli ta’ impjiegi. Din id-direttiva tispeċifika wkoll kif l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jgħinu fil-promozzjoni tal-kriterji soċjali u jtejbu d-drittijiet tal-impjegati filwaqt li jiżguraw li jistgħu jiksbu l-aħjar valur soċjali għall-flus għall-kuntratti tagħhom billi jinkoraġġixxu akkwist pubbliku sostenibbli, ir-rispett tal-kriterji soċjali fl-istadji kollha tal-proċedura ta' akkwist u r-rispett tal-obbligi stabbiliti mill-Unjoni u/jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew il-ftehimiet kollettivi fil-qasam tad-dispożizzjonijiet għall-protezzjoni soċjali u tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol jew il-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI, li huma fis-seħħ fl-Istat Membru, fir-reġjun jew fil-lokalità fejn se jitwettqu x-xogħlijiet jew fejn se jiġu pprovduti s-servizzi.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-klawżola soċjali orizzontali, li hija novità tat-Trattat ta' Lisbona, hija essenzjali għall-akkwist sostenibbli u għall-inklużjoni ta' kriterji soċjali orizzontali tul il-proċedura ta' akkwist kollha kemm hi.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Din id-Direttiva ma għandhiex tostakola lill-Istati Membri milli jikkonformaw mal-Konvenzjoni 94 tal-ILO dwar il-Klawżoli tax-Xogħol f'kuntratti pubbliċi u tinkoraġġixxi l-inklużjoni tal-klawżoli dwar ix-xogħol fl-akkwist pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Il-Konvenzjoni 94 tal-ILO tipprevedi li l-kuntratti pubbliċi għandhom jinkludu klawżoli dwar ix-xogħol biex b'hekk jiġi żgurat trattament ugwali mal-ħaddiema lokali. L-Istati Membri li rratifikaw din il-Konvenzjoni, m'għandhomx jiġu ostakolati milli jirrispettaw id-dispożiżżjonijiet tagħha. Din il-kjarifika hija partikolarment importanti fil-kuntest tas-sentenza tal-Qorti fil-kawża C-346/06 (Rüffert).

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Kategoriji oħrajn ta’ servizzi jibqgħu min-natura tagħhom ikollhom dimensjoni transkonfinali limitata, jiġifieri dawk li huma magħrufa bħala servizzi lill-persuna, bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi. Dawn is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għaldaqstant, għandu jiġi stabbilit reġim speċifiku għall-kuntratti pubbliċi għal dawn is-servizzi, b’limitu ogħla ta’ EUR 500 000. Servizzi lill-persuna b'valuri inqas minn dan il-limitu minimu tipikament mhux se jkunu ta' interess għall-formituri minn Stati Membri oħra, sakemm ma jkunx hek’ indikazzjonijiet konkreti għal kuntrarju, bħall-finanzjament tal-Unjoni għal proġetti transkonfinali. Il-kuntratti għal servizzi lill-persuna li jaqbżu dan il-limitu għandhom ikunu soġġetti għal trasparenza fl-Unjoni kollha. Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawn is-servizzi, l-Istati Membri għandhom jingħataw diskrezzjoni wiesgħa sabiex jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Ir-regoli ta’ din id-direttiva jqisu dak l-imperattiv, billi jimponu biss l-osservanza ta’ prinċipji bażiċi ta’ trasparenza u trattament ugwali u billi jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu japplikaw kriterji ta’ kwalità speċifiċi għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas Ewropew volontarju għall-Kwalità għas-Servizzi Soċjali tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea . L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet pubbliċi jibqgħu liberi li jipprovdu dawn is-servizzi huma stess jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni tal-kuntratti pubbliċi, pereżempju permezz tal-finanzjament sempliċi ta’ servizzi bħal dawn jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-atturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-awtorità kontraenti, mingħajr l-ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistema tassigura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni.

(11) Kategoriji oħrajn ta’ servizzi jibqgħu min-natura tagħhom ikollhom dimensjoni transkonfinali limitata, jiġifieri dawk li huma magħrufa bħala servizzi lill-persuna, bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi. Dawn is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Ġeneralment min-natura tagħhom huwa diffiċli li jiġu rikonċiljati mar-regoli tas-suq intern applikabbli għall-akkwist pubbliku. Għalhekk, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jippreferu modi oħrajn ta' kif jipprovdu dawn is-servizzi u għandhom jiżguraw kwalità għolja għas-servizzi pprovduti f'każ li dawn xorta waħda jiddeċiedu li japplikaw proċeduri tal-akkwist pubbliku.

Għal kwalità aħjar ta' dawn is-servizzi fil-kuntratti, għandu jiġi stabbilit reġim speċifiku b’limitu ogħla ta’ EUR 500 000. Servizzi lill-persuna b'valuri inqas minn dan il-limitu minimu tipikament mhux se jkunu ta' interess għall-formituri minn Stati Membri oħra, sakemm ma jkunx hek’ indikazzjonijiet konkreti għal kuntrarju, bħall-finanzjament tal-Unjoni għal proġetti transkonfinali. Il-kuntratti għal servizzi lill-persuna li jaqbżu dan il-limitu għandhom ikunu soġġetti għal trasparenza fl-Unjoni kollha. Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali, is-sensittività ta’ dawn is-servizzi, il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-Protokoll 26 dwar is-Servizzi ta' Interess Ġenerali, l-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 36 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-Istati Membri għandhom diskrezzjoni wiesgħa sabiex jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq, viċin kemm jista' jkun tal-bżonnijiet tal-utenti, u b'kunsiderazzjoni għad-differenzi fil-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-utenti li jistgħu jirriżultaw minn sitwazzjonijiet ġeografiċi, soċjali jew kulturali differenti, u li jiġu żgurati aċċess universali, kontinwità u disponibbiltà tas-servizzi fit-territorji kollha tal-Unjoni. Ir-regoli ta’ din id-direttiva jqisu dak l-imperattiv, billi jimponu biss l-osservanza ta’ prinċipji bażiċi ta’ trasparenza u trattament ugwali u billi jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu japplikaw kriterji ta’ kwalità speċifiċi għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas Ewropew volontarju għall-Kwalità għas-Servizzi Soċjali tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea, li huma mfassla biex jiżguraw livell għoli ta' kwalità, kontinwità, aċċessibbiltà, disponibbiltà u ambitu wiesa' tas-servizzi, il-ħtiġijiet speċifiċi ta' kategoriji differenti ta' utenti, inklużi gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, l-involviment u l-għoti tas-setgħa lill-utenti, is-sodisfazzjon tagħhom, l-inklużjoni soċjali u, fejn rilevanti, l-innovazzjoni.

B'mod partikolari għandhom jitqiesu l-kriterji marbuta mal-kundizzjonijiet soċjali u tal-impjieg, mas-saħħa u mas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, mas-sigurtà soċjali u mal-kundizzjonijiet tax-xogħol. L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet pubbliċi jibqgħu liberi li jipprovdu dawn is-servizzi huma stess, inklużi forniment vertikali 'intern' jew kooperazzjoni orizzontali intermuniċipali (pubblika-pubblika), jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali bi kwalunkwe mod ieħor li ma jġibx miegħu l-konklużjoni tal-kuntratti pubbliċi, pereżempju permezz tal-finanzjament sempliċi ta’ servizzi bħal dawn jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-atturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-awtorità kontraenti, mingħajr l-ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistema tassigura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji ta’ trasparenza u nondiskriminazzjoni. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, b'mod partikolari l-kawża C-70/95 (Sodemare), l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitħallew jirriservaw kuntratti għal organizzazzjoni bla skop ta' qligħ, jekk tali restrizzjoni hija prevista mil-liġi nazzjonali u hija kompatibbli mal-liġi Ewropea, jekk dan ikun neċessarju u proporzjonat għall-ilħuq ta' ċerti miri soċjali tas-sistema ta' protezzjoni soċjali nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

The respect of basic principles ensuring the high quality of social services should be binding. The wide discretion of Member States or public authorities in providing public services must be underlined. It must be clear that other ways of providing those services, which do not imply public procurement procedures (i.e. in-house provision or horizontal inter-municipal cooperation, or specific national systems like the 'sozialrechtliches Dreiecksverhältnis' in Germany), do also exist and they are conform with EU-law. The reference to the judgement of the Court in case C-70/95 (Sodemare) is essential for the reservation of contracts to non-profit organisations.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni jistgħu jissimplifikaw il-pubblikazzjoni tal-kuntratti u jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċessi ta’ akkwist. Dawn għandhom isiru l-mezz standard ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist. L-użu tal-mezzi elettroniċi jista’ jwassal ukoll għal inqas ħela ta’ ħin. Bħala riżultat, għandha ssir dispożizzjoni għat-tnaqqis tal-perjodi minimi fejn jintużaw il-mezzi elettroniċi, soġġett, madankollu, għall-kundizzjoni li jkunu kompatibbli mal-mod speċifiku ta’ trażmissjoni previst mil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-mezzi elettroniċi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni inklużi funzjonalijiet adegwati jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu żbalji li jseħħu matul il-proċeduri ta’ akkwist.

(19) Il-mezzi elettroniċi ta’ informazzjoni u komunikazzjoni jistgħu jissimplifikaw il-pubblikazzjoni tal-kuntratti, inaqqsu l-piżijiet amministrattivi bħal spejjeż tat-tranżazzjonijiet partikolarment għall-SMEs, u jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċessi ta’ akkwist. Dawn għandhom isiru l-mezz standard ta’ komunikazzjoni u skambju ta’ informazzjoni fil-proċeduri ta’ akkwist. L-użu tal-mezzi elettroniċi jista’ jwassal ukoll għal inqas ħela ta’ ħin. Bħala riżultat, għandha ssir dispożizzjoni għat-tnaqqis tal-perjodi minimi fejn jintużaw il-mezzi elettroniċi, soġġett, madankollu, għall-kundizzjoni li jkunu kompatibbli mal-mod speċifiku ta’ trażmissjoni previst mil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-mezzi elettroniċi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni inklużi funzjonalijiet adegwati jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu żbalji li jseħħu matul il-proċeduri ta’ akkwist.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jużaw sistema ta' vawċer ta' servizz, li hija għodda effettiva ġdida biex jiġu rranġati s-servizzi pubbliċi.

 

"is-sistema ta' vawċer ta' servizz" hija sistema fejn awtorità kontraenti tagħti vawċer ta' servizz lil klijent li jista' mbagħad jakkwista servizz minn fornitur tas-servizz li hu inkluż mill-awtorità kontraenti fis-sistema ta' vawċer ta' servizz. L-awtorità kontraenti tħallas is-somma li tikkorrispondi għall-valur tal-vawċer ta' servizz lill-fornitur tas-servizz.

 

Din hija ta' benefiċċju għall-SMEs minħabba li huwa faċli ħafna li wieħed jipparteċipa f'sistema ta' vawċer ta' servizz. Sistema ta' vawċer ta' servizz tagħti libertà tal-għażla liċ-ċittadin li jista' jagħżel il-fornitur tas-servizz minn alternattivi diversi. Sistema ta' vawċer ta' servizz hija ta' benefiċċju għall-awtorità wkoll, peress li huwa ħafna aktar faċli li tiġi stabbilita sistema ta' vawċer ta' servizz meta mqabbel mal-akkwist pubbliku klassiku.

 

Is-sistema ta' vawċer ta' servizz ma taqax taħt ir-reġim Ewropew għall-akkwist pubbliku jew taħt din id-Direttiva.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi maħruġa mix-xerrejja pubbliċi għandhom jippermettu li l-akkwist pubbliku jinfetaħ għall-kompetizzjoni. Għal dak il-għan, għandu jkun possibbli li jintefgħu offerti li jirriflettu d-diversità ta’ soluzzjonijiet tekniċi biex b’hekk jinkiseb livell suffiċjenti ta’ kompetizzjoni. Konsegwentement, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu abbozzati b’tali mod li jiġi evitat tnaqqis b’mod artifiċjali fil-kompetizzjoni permezz ta’ rekwiżiti li jiffavorixxu lil attur ekonomiku speċifiku billi jirriflettu l-karatteristiċi ewlenin tal-provvisti, servizzi jew xogħlijiet li huma normalment offruti minn dak l-attur ekonomiku. It-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni u funzjonali ġeneralment jippermetti li dan l-għan jintlaħaq bl-aħjar mod possibbli u jiffavorixxi l-innovazzjoni. Fejn issir referenza għal standard Ewropew jew, fin-nuqqas tiegħu, għal standard nazzjonali, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw l-offerti bbażati fuq arranġamenti ekwivalenti. Sabiex juru ekwivalenza, l-offerenti jistgħu jiġu obbligati li jipprovdu evidenza vverifikata minn parti terza; madankollu, għandhom ikunu permessi wkoll mezzi xierqa oħra ta’ prova bħal, dossier tekniku tal-manifattur meta l-attur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew rapporti tat-testijiet, jew ma jkollu l-ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti.

(27) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi maħruġa mix-xerrejja pubbliċi għandhom jippermettu li l-akkwist pubbliku jinfetaħ għall-kompetizzjoni. Għal dak il-għan, għandu jkun possibbli li jintefgħu offerti li jirriflettu d-diversità ta’ soluzzjonijiet tekniċi biex b’hekk jinkiseb livell suffiċjenti ta’ kompetizzjoni. Konsegwentement, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu abbozzati u applikati b'mod konformi mal-prinċipji ta' trasparenza u nondiskriminazzjoni, sabiex jiġi evitat tnaqqis b’mod artifiċjali fil-kompetizzjoni, permezz ta’ rekwiżiti li jiffavorixxu lil attur ekonomiku speċifiku, billi jirriflettu l-karatteristiċi ewlenin tal-provvisti, servizzi jew xogħolijiet li huma normalment offruti minn dak l-attur ekonomiku. It-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni u funzjonali ġeneralment jippermetti li dan l-għan jintlaħaq bl-aħjar mod possibbli u jiffavorixxi l-innovazzjoni. Fejn issir referenza għal standard Ewropew jew, fin-nuqqas tiegħu, għal standard nazzjonali, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw l-offerti bbażati fuq arranġamenti ekwivalenti. Sabiex juru ekwivalenza, l-offerenti jistgħu jiġu obbligati li jipprovdu evidenza vverifikata minn parti terza; madankollu, għandhom ikunu permessi wkoll mezzi xierqa oħra ta’ prova bħal, dossier tekniku tal-manifattur meta l-attur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew rapporti tat-testijiet, jew ma jkollu l-ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta’ żmien rilevanti.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jixtru xogħolijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi ambjentali, soċjali jew karatteristiċi oħrajn għandhom ikunu jistgħu jirreferu għal tikketti partikolari, bħall-Eko-tikketta Ewropea, l-eko-tikketti (multi-) nazzjonali jew kull tikketta oħra, sakemm il-ħtiġijiet għat-tikketta jkunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, bħalma huma d-deskrizzjoni tal-prodott u l-preżentazzjoni tiegħu, inklużi r-rekwiżiti għall-imballaġ. Barra minn hekk huwa essenzjali li dawn ir-rekwiżiti jitfassla u jiġu adottati fuq il-bażi ta’ kriterji verifikabbli oġġettivament, permezz ta’ proċedura li jistgħu jipparteċipaw fiha l-partijiet interessati, bħal korpi governattivi, konsumaturi, manifatturi, distributuri u organizzazzjonijiet ambjentali, filwaqt li t-tikketta tkun aċċessibbli u disponibbli.

(28) L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jixtru xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi ambjentali, soċjali jew karatteristiċi oħrajn għandhom ikunu jistgħu jirreferu għal tikketti partikolari, bħall-Eko-tikketta Ewropea, l-eko-tikketti (multi-) nazzjonali jew kull tikketta oħra, sakemm il-ħtiġijiet għat-tikketta jkunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, bħalma huma d-deskrizzjoni tal-prodott u l-preżentazzjoni tiegħu, inklużi r-rekwiżiti għall-imballaġ. Barra minn hekk huwa essenzjali li dawn ir-rekwiżiti jitfassla u jiġu adottati fuq il-bażi ta’ kriterji verifikabbli oġġettivament, permezz ta’ proċedura li jistgħu jipparteċipaw fiha l-partijiet interessati, bħal korpi governattivi, konsumaturi, manifatturi, distributuri, organizzazzjonijiet soċjali u organizzazzjonijiet ambjentali, filwaqt li t-tikketta tkun aċċessibbli u disponibbli.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Min-naħa għandha tiġi enfasizzata l-importanza tat-taħriġ tal-persunal ta' awtoritajiet kontraenti u operaturi individwali, u min-naħa l-oħra għandhom jiġu inklużi l-ħiliet u r-rekwiżiti ta' taħriġ fl-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt bħala strateġija fuq tul ta’ żmien; għandu jiġi enfasizzat, madankollu, li dawn l-azzjonijiet tal-aħħar għandhom ikunu marbuta direttament mas-suġġett tal-kuntratt, ikunu proporzjonati u ekonomikament vantaġġjużi.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a) Il-ħolqien tal-impjiegi jiddependi ħafna fuq l-impriżi żgħar u medji. L-SMEs kienu kapaċi joffru impjiegi ġodda u sostenibbli anke fi żminijiet ta' kriżi ekonomika. Peress li l-awtoritajiet pubbliċi jużaw madwar 18% tal-PDG fuq l-akkwist pubbliku, dan ir-reġim leġiżlattiv għandu impatt sinifikanti fuq il-ħila tal-SMEs li jkomplu joħolqu impjiegi ġodda. Għalhekk, il-kuntratti pubbliċi għandhom ikunu aċċessibbli kemm jista' jkun għall-SMEs, kemm dawk fuq u kemm dawk taħt il-limiti, li huma definiti f'din id-Direttiva. Minbarra l-għodod speċifiċi, li huma mfassla biex itejbu l-involviment tal-SMEs fis-suq tal-akkwist pubbliku, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu mħeġġa bil-qawwa joħolqu strateġiji tal-akkwist pubbliku favur l-SMEs. Il-Kummissjoni ppubblikat dokument ta' ħidma tal-persunal "Kodiċi Ewropew tal-aħjar prattiki li jiffaċilitaw l-aċċess mill-SMEs għal kuntratti tal-akkwist pubbliku" (SEC (2008) COM 2193), li jimmira biex jgħin l-Istati Membri joħolqu strateġiji nazzjonali, programmi u pjanijiet ta' azzjoni sabiex titjieb il-parteċipazzjoni tal-SMEs f'dawn is-swieq. Politika effiċjenti dwar l-akkwist pubbliku għandha tkun koerenti. L-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva b'mod rigoruż u min-naħa l-oħra, l-implimentazzjoni ta’ politiki ġenerali intiżi biex itejbu l-aċċess ta' SMEs għas-swieq tal-akkwist pubbliku għandha tibqa’ importanti ħafna speċjalment mill-perspettiva tal-ħolqien ta' impjiegi;

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-kuntratti pubbliċi ma għandhomx jingħataw lill-atturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ħasil tal-flus. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jiġi sanzjonat ukoll b’esklużjoni mandatorja fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandha tingħatalhom il-possibbiltà li jeskludu kandidati jew offerenti minħabba ksur ta’ obbligi soċjali jew ambjentali, inklużi regoli dwar l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità jew forom oħra ta’ kondotta professjonali skorretta serjament, bħal ksur ta’ regoli tal-kompetizzjoni jew ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

(34) Il-kuntratti pubbliċi ma għandhomx jingħataw lill-atturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ħasil tal-flus. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jiġi sanzjonat ukoll b’esklużjoni mandatorja fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandha tingħatalhom il-possibbiltà li jeskludu kandidati jew offerenti minħabba ksur ta’ obbligi soċjali, tax-xogħol jew ambjentali, inklużi regoli dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, ftehimiet kollettivi u l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità, is-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol jew forom oħra ta’ kondotta professjonali skorretta serjament, bħal ksur ta’ regoli tal-kompetizzjoni jew ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) lI-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali. Dawn il-kriterji għandhom jiggarantixxu li l-offerti huma vvalutati f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva, anke meta l-awtoritajiet kontraenti jirrikjedu xogħolijiet, provvisti u servizzi ta’ kwalità għolja li huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom, pereżempju meta l-kriterji tal-għoti magħżula jinkludu fatturi marbuta mal-proċess ta’ produzzjoni. Bħala riżultat, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jadottaw bħala kriterji tal-għoti jew ‘l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża’ jew ‘l-irħas waħda’, b’kunsiderazzjoni li fil-każ tal-aħħar, huma liberi li jistabbilixxu standards ta’ kwalità adegwati billi jużaw speċifikazzjonijiet tekniċi jew kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

(37) Il-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni, trattament ugwali, ir-rabta bejn il-kostijiet, il-kwalità u l-effikaċja u l-applikazzjoni kuxjenzjuża tal-istandards soċjali. Dawn il-kriterji għandhom jiggarantixxu li l-offerti huma vvalutati f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva, anke meta l-awtoritajiet kontraenti jirrikjedu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta’ kwalità għolja li huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom, pereżempju meta l-kriterji tal-għoti magħżula jinkludu fatturi marbuta mal-proċess ta’ produzzjoni. Għalhekk, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jadottaw bħala kriterji tal-għoti ‘l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża' sabiex jevalwaw it-tħassib tal-awtorità kontraenti fir-rigward tas-sostenibilità, flimkien mar-rispett bażiku għall-istandards soċjali nazzjonali, Ewropej u internazzjonali. L-awtoritajiet kontraenti huma liberi wkoll li jistabbilixxu standards ta’ sostenibilità u ta' kwalità adegwati billi jużaw speċifikazzjonijiet tekniċi jew kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Meta l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt lill-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża, dawn għandhom jiddeterminaw il-kriterji ta’ għoti fuq il-bażi li bihom se jivvalutaw l-offerti sabiex jiġi identifikat liema waħda toffri l-aħjar valur għall-flus. L-għażla ta’ dawn il-kriterji tiddependi fuq is-suġġett tal-kuntratt billi dawn għandhom jippermettu l-evalwazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni proposta minn kull offerta fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, u l-valur għall-flus ta’ kull offerta li għandha titkejjel. Barra minn hekk, il-kriterji tal-għoti magħżula ma għandhomx jikkonferixxu liberta’ tal-għażla mhix ristretta fuq l-awtorità kontraenti u għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u jkunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti tkun ivverifikata b’mod effikaċi.

(38) Meta l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt lill-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża, dawn għandhom jiddeterminaw il-kriterji ta’ għoti fuq il-bażi li bihom se jivvalutaw l-offerti sabiex jiġi identifikat liema waħda toffri l-aħjar valur għall-flus, sostenibbiltà ekonomika u soċjali. L-għażla ta’ dawn il-kriterji tiddependi fuq is-suġġett tal-kuntratt billi dawn għandhom jippermettu l-evalwazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni proposta minn kull offerta fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, u l-valur għall-flus ta’ kull offerta li għandha titkejjel. Barra minn hekk, il-kriterji tal-għoti magħżula ma għandhomx jikkonferixxu liberta’ tal-għażla mhix ristretta fuq l-awtorità kontraenti u għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u jkunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti tkun ivverifikata b’mod effikaċi.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Barra minn hekk, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta’ produzzjoni speċifiku, mod speċifiku ta’ provvista ta’ servizzi, jew proċess speċifiku għal kull stadju ieħor matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott jew servizz, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku. Sabiex il-kunsiderazzjonijiet soċjali jkunu integrati aħjar fl-akkwist pubbliku, ix-xerrejja jistgħu jkunu jistgħu wkoll jinkludu, fil-kriterju tal-għoti tal-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża, karatteristiċi relatati mal-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-persuni li jipparteċipaw direttament fil-proċess ta’ produzzjoni jew il-provvediment inkwistjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jikkonċernaw biss il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew l-iffaċilitar tal-integrazzjooni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta’ grupi vulnerabbbli fost il-persuni assenjati biex iwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltajiet. Kull kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu ,fi kwalunkwe każ, jibqa’ limitat għal dawk il-karatteristiċi li għandhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Huma għandhom ikunu applikati skont id-Direttiva 97/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi [provvediment ta’ servizzi] u b’mod li ma jiddiskriminax direttament jew indirettament kontra atturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi firmatarji tal-Ftehim jew Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li tagħhom l-Unjoni hija firmatarja. Għall-kuntratti ta’ servizz u għall-kuntratti li jinvolvu d-disinn ta’ xogħolijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jużaw bħala kriterju għall-għoti, l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat li jwettaq il-kuntratt inkwistjoni, minħabba li dan jista’ jaffettwa l-kwalità tat-prestazzjoni tal-kuntratt u, bħala riżultat, il-valur ekonomiku tal-offerta.

(41) Barra minn hekk, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta’ produzzjoni speċifiku, inklużi pereżempju aspetti soċjali u ambjentali, mod speċifiku ta’ provvista ta’ servizzi, jew proċess speċifiku għal kull stadju ieħor matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott jew servizz, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku. Ir-regola dwar ir-rabta mas-suġġett inkwistjoni għandha tiġi interpretata b'mod wiesa'. Għalhekk, sabiex il-kunsiderazzjonijiet soċjali jkunu integrati aħjar fl-akkwist pubbliku, ix-xerrejja jistgħu jkunu jistgħu wkoll jinkludu, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u fil-kriterji tal-għoti, karatteristiċi relatati mal-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-persuni li jipparteċipaw direttament fil-proċess ta’ produzzjoni jew il-provvediment inkwistjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jikkonċernaw pereżempju, il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni, il-bilanċ tal-ġeneru, l-aċċess għal tagħlim vokazzjonali intern, il-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni tal-utenti, id-drittijiet tal-bniedem, il-kummerċ etiku jew l-iffaċilitar tal-integrazzjoni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta’ gruppi vulnerabbbli fost il-persuni assenjati biex iwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltajiet. Kull kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu ,fi kwalunkwe każ, jibqa’ limitat għal dawk il-karatteristiċi li għandhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Huma għandhom ikunu applikati b’mod li ma jiddiskriminax direttament jew indirettament kontra atturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi firmatarji tal-Ftehim jew Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li tagħhom l-Unjoni hija firmatarja. Għall-kuntratti ta’ servizz u għall-kuntratti li jinvolvu d-disinn ta’ xogħlijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jużaw bħala speċifikazzjonijiet tekniċi jew kriterji għall-għoti, l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat li jwettaq il-kuntratt inkwistjoni, minħabba li dan jista’ jaffettwa l-kwalità tat-prestazzjoni tal-kuntratt u, bħala riżultat, il-valur ekonomiku tal-offerta.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Il-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva sakemm dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji, ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt u jkunu indikati fl-avviż dwar il-kuntratt, l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel li jintuża bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew id-dokumenti ta’ akkwist. Dawn jistgħu, b’mod partikolari, ikunu maħsuba biex jiffavorixxu t-taħriġ vokazzjonali fuq il-post, l-impjieg ta’ nies li qed iġarrbu diffikultà biex jintegraw ruħhom, il-ġlieda kontra l-qagħad jew il-protezzjoni tal-ambjent jew il-benessri tal-annimali. Pereżempju, fost affarijiet oħra, jistgħu jissemmew ir-rekwiżiti applikabbli matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt biex jiġu ingaġġati persuni li ilhom ifittxu impjieg jew biex jiġu implimentati miżuri ta’ taħriġ għall-persuni qiegħda jew għaż-żgħażagħ, biex jikkonformaw fis-sustanza mal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), anki meta dawn il-Konenzjonijiet ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali, u biex jiġu ingaġġati aktar persuni żvantaġġjati milli huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(43) Il-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva sakemm dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji, ikunu marbuta direttament mas-suġġett tal-kuntratt u jkunu indikati fl-avviż dwar il-kuntratt, l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel li jintuża bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew id-dokumenti ta’ akkwist. Dawn jistgħu, b’mod partikolari, ikunu maħsuba biex jiffavorixxu t-taħriġ vokazzjonali fuq il-post, l-impjieg ta’ nies li qed iġarrbu diffikultà biex jintegraw ruħhom, il-ġlieda kontra l-qagħad jew il-protezzjoni tal-ambjent jew il-benessri tal-annimali. Pereżempju jistgħu jissemmew ir-rekwiżiti - applikabbli matul it-twettiq tal-kuntratt - biex jiġu ingaġġati persuni li ilhom ifittxu impjieg, żgħażagħ qiegħda, persuni b'diżabilitajiet, nisa jew biex jiġu implimentati miżuri ta’ taħriġ għall-persuni qiegħda jew għaż-żgħażagħ, biex jikkonformaw fis-sustanza mal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), filwaqt li jiġi rispettat il-prinċipju tas-sussidjarjetà, anki meta dawn il-Konvenzjonijiet ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali, u biex jiġu ingaġġati aktar persuni żvantaġġjati milli huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. .

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 44a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44a) Id-dispożizzjonijiet tad-direttiva għandhom jirrispettaw id-diversi mudelli tas-suq tax-xogħol tal-Istati Membri, inklużi dawk fejn ikunu fis-seħħ ftehimiet kollettivi.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 44b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44b) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw klawżoli kuntrattwali li jipprovdu dispożizzjonijiet dwar il-konformità ma' ftehimiet kollettivi, sakemm dan ikun imsemmi fl-avviż tal-kuntratt tal-awtorità kontraenti jew fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta, sabiex ikun hemm konformità mal-prinċipju tat-trasparenza.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47) F’konformità mal-prinċipji ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza, l-offerent magħżul ma għandux jiġi sostitwit minn attur ekonomiku ieħor mingħajr ma jerġa’ jinfetaħ mill-ġdid il-kuntratt għall-kompetizzjoni. Madankollu, l-offerent li jwettaq il-kuntratt jista’ jgħaddi minn ċerti bidliet strutturali matul it-twettiq tal-kuntratt, bħar-riorganizzazzjonijiet purament interni, amalgamazzjonijiet u akkwisti jew insolvenza. Tali bidliet strutturali ma għandhomx awtomatikament jirrikjedu proċeduri ta’ akkwist ġodda għall-kuntratti pubbliċi kollha mwettqa minn dik l-impriża.

(47) F’konformità mal-prinċipji ta’ trattament ugwali, ta’ oġġettività u ta’ trasparenza, l-offerent magħżul ma għandux jiġi sostitwit minn attur ekonomiku ieħor mingħajr ma jerġa’ jinfetaħ mill-ġdid il-kuntratt għall-kompetizzjoni. Madankollu, l-offerent li jwettaq il-kuntratt jista’ jgħaddi minn ċerti bidliet strutturali matul it-twettiq tal-kuntratt, bħar-riorganizzazzjonijiet purament interni, amalgamazzjonijiet u akkwisti jew insolvenza. Tali bidliet strutturali ma għandhomx awtomatikament jirrikjedu proċeduri ta’ akkwist ġodda għall-kuntratti pubbliċi kollha mwettqa minn dik l-impriża.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha li jiddeċiedu jekk, kif, u sa liema punt jixtiequ jwettqu l-funzjonijiet pubbliċi huma stess. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiżvolġu kompiti ta' interess pubbliku bl-użu tar-riżorsi tagħhom stess, mingħajr ma jkunu obbligati li jirrikorru għal operaturi ekonomiċi esterni. Dawn jistgħu jagħmlu dan f'kooperazzjoni ma' awtoritajiet pubbliċi oħra.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi ċċarat li jibqa' f'idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk u safejn huma jixtiequ jwettqu l-funzjonijiet pubbliċi huma stess u kif iridu jagħmlu dan. Din il-libertà hija inkorporata fit-Trattat ta' Lisbona fl-Artikolu 4(2) tat-TUE li jirrikonoxxi d-dritt għal gvern awtonomu reġjonali u lokali. Il-protokoll 26 dwar is-servizzi ta' interess ġenerali u l-Artikolu 14 tat-TFUE jsaħħu r-responsabbiltajiet nazzjonali u lokali fil-provvista, l-ikkummissjonar u l-organizzazzjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

22. ‘ċiklu tal-ħajja’ tfisser l-istadji konsekuttivi u/jew marbutin bejniethom kollha, inklużi l-produzzjoni, it-trasport, l-użu u l-manutenzjoni matul l-eżistenza ta’ prodott jew xogħolijiet jew il-forniment ta’ servizz, minn xiri ta’ materja prima jew il-ġenerazzjoni ta’ riżorsi sar-rimi, l-approvazzjoni u l-finalizzazzjoni;

22. ‘ċiklu tal-ħajja’ tfisser l-istadji konsekuttivi u/jew marbutin bejniethom kollha, inklużi l-produzzjoni, it-trasport, l-installazzjoni, l-użu u l-manutenzjoni matul l-eżistenza ta’ prodott jew xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizz, minn xiri ta’ materja prima jew il-ġenerazzjoni ta’ riżorsi sar-rimi, l-approvazzjoni u l-finalizzazzjoni;

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) servizzi ta' arbitraġġ u ta' konċiljazzjoni;

(c) is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni, inklużi s-servizzi ta’ aġġudikazzjoni ta’ tilwim;

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kuntratt mogħti minn awtorità kontraenti lil persuna ġuridika ma għandux jibqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

1. Kuntratt mogħti minn awtorità kontraenti lil persuna ġuridika ma għandux jibqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a) l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess.

(a) l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess.

(b) mill-inqas 90% tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti li jikkontrollawha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

b) mill-inqas 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti li jikkontrollawha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

(c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata.

(c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata, bl-eċċezzjoni ta' forom ta' parteċipazzjoni privata infurzati bil-liġi.

Awtorità kontraenti għandha titqies li teżerċita kontroll fuq persuna ġuridika li huwa analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifisira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu meta din teżerċita influwenza determinanti kemm fuq l-għanijiet strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet importanti tal-persuna ġuridika kkontrollata.

Awtorità kontraenti għandha titqies li teżerċita kontroll fuq persuna ġuridika li huwa analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifisira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu meta din teżerċita influwenza determinanti kemm fuq l-għanijiet strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet importanti tal-persuna ġuridika kkontrollata.

2. Il-paragrafu 1 japplika wkoll meta entità kkontrollata, li hija awtorità kontraenti, tagħti kuntratt lill-entità li jkollha l-kontroll tagħha, jew lil xi persuna ġuridika kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika li jingħatalha l-kuntratt ta’ appalt.

2. Il-paragrafu 1 japplika wkoll meta entità kkontrollata, li hija awtorità kontraenti, tagħti kuntratt lill-entità jew entitajiet li jkollha/jkollhom il-kontroll tagħha, jew lil xi persuna ġuridika kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika li jingħatalha l-kuntratt ta’ appalt, bl-eċċezzjoni ta' forom ta' parteċipazzjoni privata infurzati bil-liġi.

3. Awtorità kontraenti li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika skont it-tifsira tal-paragrafu 1, xorta waħda tista’ tagħti kuntratt ta’ appalt mingħajr ma tapplika din id-Direttiva lil persuna ġuridika li hija tikkontrolla b’mod konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti oħra, meta jiġu sodisfatti il-kundizzjonijiet li ġejjin:

3. Awtorità kontraenti li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika skont it-tifsira tal-paragrafu 1, xorta waħda tista’ tagħti kuntratt ta’ appalt barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva lil persuna ġuridika li hija tikkontrolla b’mod konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti oħra, u l-persuna legali li fuqha l-awtorità jew l-awtoritajiet kontraenti teżerċita / jeżerċitaw kontroll tista’ takkwista prodotti u servizzi mingħand dawk is-sidien pubbliċi mingħajr ma tapplika din id-Direttiva, meta jiġu sodisfatti il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) l-awtoritajiet kontraenti jeżerċitaw b’mod konġunt fuq il-persuna ġuridika kontroll li jkun simili għal dak li huma jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess;

(a) l-awtoritajiet kontraenti jeżerċitaw b’mod konġunt fuq il-persuna ġuridika kontroll li jkun simili għal dak li huma jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess;

(b) mill-inqas 90% tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtoritajiet kontraenti li jikkontrollawha jew persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtoritatijiet kontraenti;

(b) mill-inqas 80% tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti li jikkontrollawha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

(c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata.

(c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata, bl-eċċezzjoni ta' forom ta' parteċipazzjoni privata infurzati bil-liġi.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitqiesu li jikkontrollaw b’mod konġunt persuna ġuridika fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitqiesu li jikkontrollaw b’mod konġunt persuna ġuridika fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a) il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata huma ffurmati minn rappreżentanti ta’ kull awtorità kontraenti parteċipanti;

(a) il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata huma ffurmati minn rappreżentanti ta’ kull awtorità kontraenti parteċipanti, filwaqt li rappreżentant wieħed jista' jirrapreżenta awtorità kontraenti waħda jew aktar li jipparteċipaw;

(b) dawk l-awtoritajiet kontraenti huma kapaċi jeżerċitaw flimkien influwenza deċiżiva fuq l-għanijiet strateġiċi u d-deċiżjonijiet importanti tal-persuna ġuridika kkontrollata;

(b) dawk l-awtoritajiet kontraenti huma kapaċi jeżerċitaw flimkien influwenza deċiżiva fuq l-għanijiet strateġiċi u d-deċiżjonijiet importanti tal-persuna ġuridika kkontrollata;

(c) il-persuna ġuridika kkontrollata ma tfittex l-ebda interess li huwa distint minn dak tal-awtoritajiet pubbliċi li hija affiljata magħhom;

 

(d) il-persuna ġuridika kkontrollata ma tikseb l-ebda gwadann ieħor, minbarra r-rimborż tal-ispejjeż attwali mill-kuntratti pubbliċi mal-awtoritajiet kontraenti.

(d) il-persuna ġuridika kkontrollata ma tikseb l-ebda gwadann ieħor, minbarra r-rimborż tal-ispejjeż attwali mill-kuntratti pubbliċi mal-awtoritajiet kontraenti.

4. Ftehim konkluż bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar ma għandux jitqies bħala kuntratt ta’ appalt skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6) ta’ din id-Direttiva, meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

4. Ftehim konkluż bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar ma għandux jitqies bħala kuntratt ta’ appalt skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6) ta’ din id-Direttiva, u għalhekk jaqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a) il-ftehim jistabbilixxi kooperazzjoni leali bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, bil-għan li jwettaq b’mod konġunt ix-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tagħhom u li jinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi tal-partijiet;

(a) l-għan tas-sħubija huwa l-provvista ta' kompitu tas-servizz pubbliku mogħti lill-awtoritajiet pubbliċi kollha parteċipanti;

(b) il-ftehim huwa regolat biss minn kunsiderazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-interess pubbliku;

(b) il-ftehim huwa regolat biss minn kunsiderazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-interess pubbliku;

(c) l-awtoritajiet pubbliċi parteċipanti ma jwettqux fis-suq miftuħ aktar minn 10% f’termini tal-fatturat tal-attivitajiet li huma rilevanti fil-kuntest tal-ftehim;

(c) l-awtoritajiet pubbliċi parteċipanti ma jwettqux fis-suq miftuħ aktar minn 20 % f’termini tal-fatturat tal-attivitajiet li huma rilevanti fil-kuntest tal-ftehim;

(d) Il-ftehim ma jinvolvix trasferimenti finanzjarji bejn awtoritajiet kontraenti parteċipanti, minbarra dawk li jikkorrispondu għar-rimborż tal-ispejjeż attwali tax-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti;

(d) Il-ftehim ma jinvolvix trasferimenti finanzjarji bejn awtoritajiet kontraenti parteċipanti, minbarra dawk li jikkorrispondu għar-rimborż tal-ispejjeż attwali tax-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti;

(e) ma hemmx parteċipazzjoni privata fl-ebda waħda mill-awtoritajiet kontraenti involuti.

(e) il-kompitu jitwettaq biss mill-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati u ma hemmx parteċipazzjoni privata attiva fl-ebda waħda mill-awtoritajiet kontraenti involuti bl-eċċezzjoni tal-forom ta' parteċipazzjoni privata infurzati bil-liġi.

5. Fil-mument tal-għoti tal-kuntratt jew tal-konklużjoni tal-ftehim għandu jiġi vverifikat li m’hemm l-ebda parteċipazzjoni privata msemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

5. Fil-mument tal-għoti tal-kuntratt jew tal-konklużjoni tal-ftehim għandu jiġi vverifikat li m’hemm l-ebda parteċipazzjoni privata attiva msemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

L-esklużjonijiet previsti fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jieqfu milli japplikaw mill-mument li fih isseħħ kwalunkwe parteċipazzjoni privata, bl-effett li l-kuntratti attwali jkunu jridu jinfetħu għall-kompetizzjoni permezz ta’ proċeduri regolari ta’ akkwist.

L-esklużjonijiet previsti fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jieqfu milli japplikaw mill-mument li fih isseħħ kwalunkwe parteċipazzjoni privata, bl-eċċezzjoni ta' forom ta' parteċipazzjoni privata infurzati bil-liġi, bl-effett li l-kuntratti attwali jkunu jridu jinfetħu għall-kompetizzjoni permezz ta’ proċeduri regolari ta’ akkwist.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prinċipju tal-akkwisti

L-għan u l-prinċipji tal-akkwisti

 

-1. L-għan ta’ din id-Direttiva hu li tiġi salvagwardjata l-effiċjenza fl-użu tal-fondi pubbliċi, jiġi promoss l-akkwist pubbliku ta' kwalità għolja, tissaħħaħ il-kompetizzjoni u l-funzjonament tas-swieq tal-akkwist pubbliku u jiġu salvagwardjati opportunitajiet indaqs għal kumpaniji u fornituri oħrajn fl-għoti ta’ forniment, servizz u kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi f’offerti kompetittivi għall-akkwist pubbliku. L-akkwist pubbliku għandu jintuża biex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u biex jappoġġja għanijiet komuni tas-soċjetà u biex jipprovdi oġġetti u servizzi ta' kwalità għolja. Hu d-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu kif iridu jipprovdu l-ikkummissjonar u jorganizzaw is-servizzi tagħhom.

1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-atturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat. Id-disinn tal-akkwist ma għandux isir bil-għan li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew sabiex inaqqas il-kompetizzjoni b’mod artifiċjali.

1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-atturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b’mod trasparenti u proporzjonat. Id-dettalji ta' kuntratti pubbliċi għandhom isiru pubbliċi. Id-disinn tal-akkwist ma għandux isir bil-għan li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew sabiex inaqqas il-kompetizzjoni b’mod artifiċjali.

 

1a. L-operaturi ekonomiċi għandhom jikkonformaw mal-obbligi stabbiliti mill-Unjoni u/jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew il-ftehimiet kollettivi fil-qasam tad-dispożizzjonijiet għall-ħarsien soċjali u tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol jew il-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI, li huma fis-seħħ fl-Istat Membru, fir-reġjun jew fil-lokalità fejn jitwettqu x-xogħlijiet jew jiġu pprovduti s-servizzi. Din id-Direttiva ma żżommx lill-Istati Membri milli jikkonformaw mal-Konvenzjoni 94 dwar Klawżoli tax-Xogħol fil-kuntratti pubbliċi. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jivverifikaw li l-kuntratturi jkunu ta' reputazzjoni tajba u li ma jkunux kisru b'mod gravi liġijiet nazzjonali jew internazzjonali dwar l-ambjent, aspetti soċjali, ix-xogħol jew liġijiet oħra rilevanti.

 

1b. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jimmiraw għall-aħkar valur fil-politika dwar l-akkwist. Dan jinkiseb permezz tal-għoti tal-kuntratt pubbliku għall-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża u sostenibbli.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal workshops protetti jew atturi ekonomiċi li l-għan tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ ħaddiema li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew jipprovdu sabiex dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta’ impjiegi protetti, sakemm aktar minn 30% tal-impjegati ta’dawk il-workshops, atturi jew programmi ekonomiċi huma persuni b’diżabilità jew ħaddiema żvantaġġati.

1. L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal workshops protetti jew atturi ekonomiċi li l-għan tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ ħaddiema li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew jipprovdu sabiex dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta’ impjiegi protetti, sakemm aktar minn 30% tal-impjegati ta’dawk il-workshops, atturi jew programmi ekonomiċi huma persuni b’diżabilità u/jew persuni żvantaġġati. 'Persuni żvantaġġati' jinkludu fost l-oħrajn: persuni qiegħda, nies li qed iġarrbu diffikultà biex jiksbu integrazzjoni, nies f'riskju ta' esklużjoni, membri ta' gruppi vulnerabbli u membri ta' minoranzi żvantaġġati. Is-sejħa għall-kompetizzjoni tista' tagħmel referenza għal din id-dispożizzjoni.

Ġustifikazzjoni

It-terminu 'persuni żvantaġġati' jeħtieġ li jkun speċifikat peress li huwa ħafna usa' minn 'persuni b'diżabilità' kif imsemmi fid-Direttivi attwali. Din id-definizzjoni toħloq iktar ċarezza legali.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huma biss dawk l-atturi ekonomiċi mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jissottomettu proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet identifikati mill-awtorità kontraenti li ma jistgħux jiġu sodisfatti mis-soluzzjonijiet eżistenti. Il-kuntratt għandu jingħata fuq il-bażi unika tal-kriterju ta’ għoti tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża skont l-Artikolu 66(1)(a).

Huma biss dawk l-atturi ekonomiċi mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jissottomettu proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet identifikati mill-awtorità kontraenti li ma jistgħux jiġu sodisfatti mis-soluzzjonijiet eżistenti. Il-kuntratt għandu jingħata fuq il-bażi unika tal-kriterju ta’ għoti tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża skont l-Artikolu 66(1)(a) u l-Artikolu 66(2).

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-rekwiżiti għandhom ikunu limitati għas-suġġett tal-kuntratt u l-awtorità kontraenti għandha tkun tista' ssegwi u tikkontrolla li r-rekwiżiti huma sodisfatti;

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għar-regoli tekniċi nazzjonali mandatorji, sa fejn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu formulati b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

Mingħajr ħsara għar-regoli tekniċi nazzjonali mandatorji, sa fejn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu formulati b'din l-ordni ta' prijorità li ġejja:

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 3 – punt -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u, fl-ordni ta’ prijorità, għall-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi ta’ referenzi tekniċi oħrajn stabbiliti mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej jew - fejn dawk ma jeżistux - l-istandards nazzjonali, l-approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali relatati mad-disinn, il-kalkolu u t-twettiq ta’ xogħlijiet u l-użu tal-provvisti; kull referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem ‘jew ekwivalenti’;

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u, fl-ordni ta’ preferenza, għall-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi ta’ referenzi tekniċi oħrajn stabbiliti mill-korpi ta’ standardizzazzjoni Ewropej jew - fejn dawk ma jeżistux - l-istandards nazzjonali, l-approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali relatati mad-disinn, il-kalkolu u t-twettiq ta’ xogħlijiet u l-użu tal-provvisti; kull referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem ‘jew ekwivalenti’;

imħassar

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) f’termini ta’ rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni kif imsemmi fil-punt (a), b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) bħala mezz ta’ suppożizzjoni ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni;

(c) f’termini ta’ rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni kif imsemmi fil-punt (a), b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (-1) bħala mezz ta’ suppożizzjoni ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni;

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) għal ċerti karatteristiċi, u b’referenza għar-rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni msemmija fil-punt (a) għal karatteristiċi oħrajn.

(d) permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (-1) għal ċerti karatteristiċi, u b’referenza għar-rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni msemmija fil-punt (a) għal karatteristiċi oħrajn.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu karatteristiċi ambjentali, soċjali jew karatteristiċi oħrajn ta’ xogħlijiet, servizz jew provvista f’termini ta’ rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 40 (3), dawn jistgħu jkunu jeħtieġu li dawn ix-xogħlijiet, servizzi jew provvisti jingħataw tikketta speċifika, dejjem jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu karatteristiċi ambjentali, soċjali jew karatteristiċi oħrajn ta’ xogħlijiet, servizz jew provvista f’termini ta’ rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 40 (3), dawn jistgħu jkunu jeħtieġu li dawn ix-xogħlijiet, servizzi jew provvisti jingħataw tikketta speċifika, dejjem jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) ir-rekwiżiti għat-tikketta jikkonċernaw biss karatteristiċi li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u huma xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;

(a) ir-rekwiżiti għat-tikketta jikkonċernaw biss karatteristiċi li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt jew mal-produzzjoni tas-suġġett tal-kuntratt u huma xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;

(b) ir-rekwiżiti għat-tikketta huma mfassla fuq il-bażi ta’ informazzjoni xjentifika jew ibbażati fuq kriterji oġġettivi verifikabbli u mhux diskriminatorji oħrajn;

(b) ir-rekwiżiti għat-tikketta huma mfassla fuq il-bażi ta’ informazzjoni xjentifika jew ibbażati fuq kriterji oġġettivi verifikabbli u mhux diskriminatorji oħrajn;

(c) it-tikketti huma stabbiliti fi proċedura miftuħa u trasparenti li fiha jistgħu jipparteċipaw il-partijiet interessati kollha, inklużi l-korpi pubbliċi, il-konsumaturi, il-manifatturi, id-distributuri u l-organizzazzjonijiet ambjentali,

(c) it-tikketti huma stabbiliti fi proċedura miftuħa u trasparenti li fiha jistgħu jipparteċipaw il-partijiet interessati kollha, inklużi l-korpi pubbliċi, il-konsumaturi, il-manifatturi, id-distributuri, is-sħab soċjali u l-organizzazzjonijiet ambjentali u soċjali,

(d) it-tikketti huma aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha.

(d) it-tikketti huma aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha.

(e) il-kriterji tat-tikketti huma stipulati minn parti terza li hija indipendenti mill-attur ekonomiku li jkun qed japplika għat-tikketta.

(e) l-attribuzzjoni u l-verifika tat-tikketti huma mwettqa minn parti terza li hija indipendenti mill-attur ekonomiku li jkun qed japplika għat-tikketta.

L-awtoritajiet kontraenti li jeħtieġu tikketta speċifika għandhom jaċċettaw it-tikketti ekwivalenti kollha li jinkludu r-rekwiżiti bħat-tikketta speċifika indikata mill-awtoritajiet kontraenti. Għall-prodotti li ma għandhomx tikketta, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw ukoll fajl tekniku tal-manifattur jew mezzi xierqa oħra ta’ prova.

L-awtoritajiet kontraenti li jeħtieġu tikketta speċifika għandhom jaċċettaw it-tikketti ekwivalenti kollha li jinkludu r-rekwiżiti bħat-tikketta speċifika indikata mill-awtoritajiet kontraenti. Għall-prodotti li ma għandhomx tikketta, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jaċċettaw ukoll fajl tekniku tal-manifattur jew mezzi xierqa oħra ta’ prova ta' ekwivalenza. Il-piż sabiex tiġi pprovduta prova ta' ekwivalenza ma' tikketta speċifika għandu jkun fuq l-offerent li jitlob l-ekwivalenza.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax, għall-inqas b’mod ekwivalenti mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

2. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali u/jew ftehimiet kollettivi fil-qasam tad-dispożizzjonijiet għall-ħarsien soċjali u tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI, fis-seħħ fl-Istat Membru, fir-reġjun jew lokalità fejn jitwettqu x-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvista, inkluża l-katina ta' sottokuntrattar u bil-kundizzjoni li dawn huma marbuta mas-suġġett tal-kuntratt.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) traffikar tal-bnedmin, l-użu tat-tħaddim tat-tfal jew reati oħra kontra d-drittijiet tal-bniedem.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull attur ekonomiku għandu jiġi eskluż milli jieħu sehem f’kuntratt fejn l-awtorità kontraenti tkun mgħarrfa b’deċiżjoni li tkun għaddiet f’ġudikat bħala ‘res judicata’ fejn tistabbilixxi li dan ma jkunx issodisfa l-obbligi relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih hija stabbilita jew skont dawk tal-Istat Membru tal-awtorità kontraenti.

2. Kull attur ekonomiku għandu jiġi eskluż milli jieħu sehem f’kuntratt fejn l-awtorità kontraenti tkun mgħarrfa b’deċiżjoni li tkun għaddiet f’ġudikat bħala ‘res judicata’ fejn tistabbilixxi li dan ma jkunx issodisfa l-obbligi relatati mal-ħlas ta’ taxxi, rimunerazzjoni, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew obbligi fundamentali oħra fil-qasam tad-dispożizzjonijiet għall-ħarsien soċjali u tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih hija stabbilita jew skont dawk tal-Istat Membru tal-awtorità kontraenti.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fejn tkun mgħarrfa bi kwalunkwe vjolazzjoni tal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew il-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI. Konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ma’ dispożizzjonijiet internazzjonali tinkludi wkoll konformità b’mod ekwivalenti.

(a) fejn tkun mgħarrfa bi kwalunkwe vjolazzjoni oħra tal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew il-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI. Konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ma’ dispożizzjonijiet internazzjonali tinkludi wkoll konformità b’mod ekwivalenti.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fejn l-awtorità kontraenti tista’ turi bi kwalnkwe mezz li l-attur ekonomiku huwa ħati ta’ kondotta professjonali ħażina u serja oħra;

(c) fejn l-awtorità kontraenti tista’ turi bi kwalunkwe mezz li l-attur ekonomiku huwa ħati ta’ kondotta professjonali ħażina u serja oħra, u li aġixxa b'mod gravi kontra liġijiet nazzjonali dwar aspetti soċjali, ambjentali jew tax-xogħol ta' pajjiżu jew fil-pajjiż tal-awtorità kontraenti jew b'mod gravi ttraskura s-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema;

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull kandidat jew offerent li qiegħed f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 jista’ jipprovdi lill-awtorità kontraenti bil-provi li juru l-affidabilità tiegħu minkejja l-eżistenza tar-raġuni relevanti għall-esklużjoni.

Jekk kandidat jew offerent li qiegħed f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, 2 u 3 jipprovdi lill-awtorità kontraenti bil-provi li juru l-affidabilità tiegħu jew, kif xieraq, il-fiduċja fis-sottokuntratturi tiegħu, minkejja l-eżistenza tar-raġuni rilevanti għall-esklużjoni, l-awtorità kontraenti tista' tikkunsidra mill-ġdid l-esklużjoni tal-offerta.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jitwaqqaf il-funzjonament ta' dan l-Artikolu. L-operatur m'għandux jagħmel "awtotindif", iżda għandu jkun f'idejn l-awtorità kontraenti li tieħu deċiżjoni kontra l-esklużjoni jekk tingħata evidenza.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 60 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Għandha tiġi pprovduta prova li l-offerenti jew il-kandidati jkunu ħadu inkunsiderazzjoni, matul it-tfassil tal-offerta tagħhom, l-obbligi relatati mat-taxxi, il-ħarsien ambjentali, id-dispożizzjonijiet il-ħarsien soċjali u tax-xogħol li huma fis-seħħ fl-Istat Membru, fir-reġjun jew il-lokalità fejn għandhom jitwettqu x-xogħlijiet jew fejn għandhom jiġu pprovduti s-servizzi.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 66

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterji li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuqhom għandhom ikunu waħda minn dawn li ġejjin:

Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterju li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuqu għandu jkun l-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża u sostenibbli.

(a) l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża;

 

(b) l-aktar spiża baxxa.

 

L-ispejjeż jistgħu jiġu valutati, skont l-għażla tal-awtorità kontraenti, fuq il-bażi tal-prezz biss jew billi jintuża approċċ tal-kosteffiċenza, bħall-approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 67.

L-ispejjeż għandhom jiġu valutati, billi jintuża approċċ tal-kosteffiċenza, bħall-approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 67.

2. Mill-punt ta’ vista tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal:

2. L-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża u sostenibbli għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż, inklużi spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja kif imsemmi fl-Artikolu 67, kriterji oħra marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal:

(a) il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv.

(a) il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u soċjali, u l-karattru innovattiv;

(b) għal kuntratti ta’ servizzi u kuntratti li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, jistgħu jkunu kkunsidrati l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni, bil-konsegwenza li, wara l-għoti tal-kuntratt, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni u kwalità ekwivalenti;

(b) għal kuntratti ta’ servizzi u kuntratti li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, jistgħu jkunu kkunsidrati l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni kif ukoll il-kwalifika u l-kondotta professjonali ta' kwalunkwe sottokuntrattur, bil-konsegwenza li, wara l-għoti tal-kuntratt, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni, kwalifika u esperjenza ekwivalenti;

(c) is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data ta’ twassil u l-perjodu ta’ twassil jew il-perjodu ta’ tlestija;

(c) is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data ta’ twassil u l-perjodu ta’ twassil jew il-perjodu ta’ tlestija;

(d) il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta’ kwalunkwe stadju ieħor tul iċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fil-punt (22) tal-Artikolu 2, sa fejn dawk il-kriterji huma speċifikati skont il-paragrafu 4 u jikkonċernaw fatturi direttament involuti f’dawn il-proċessi u jikkaratterizzaw il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni u forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba.

(d) il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta’ kwalunkwe stadju ieħor tul iċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fil-punt 22 tal-Artikolu 2, sa fejn dawk il-kriterji huma speċifikati skont il-paragrafu 4 u jikkonċernaw fatturi direttament involuti f’dawn il-proċessi u jikkaratterizzaw il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni u forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba.

3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li dak l-għoti ta’ ċerti tipi ta’ kuntratti għandu jkun ibbażat fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2.

 

4. Il-kriterji tal-għoti ma għandhomx jagħtu lill-awtorità kontraenti libertà mingħajr restrizzjonijiet għall-għażla. Għandhom jiżguraw il-possibilità ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv dik l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jivverifikaw b’mod effettiv jekk l-offerti jissodisfawx il-kriterji tal-għoti fuq il-bażi tal-informazzjoni u l-provi pprovduti mill-offerenti.

4. Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu marbuta mas-suġġett inkwistjoni, għandhom jiżguraw il-possibilità ta' kompetizzjoni effettiva u ġusta u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b'mod effettiv dik l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jivverifikaw b’mod effettiv jekk l-offerti jissodisfawx il-kriterji tal-għoti fuq il-bażi tal-informazzjoni u l-provi pprovduti mill-offerenti.

5. Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, fid-dokumenti tal-akkwist jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika il-koeffiċjent relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża.

5. Fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, fid-dokumenti tal-akkwist jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika il-koeffiċjent relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża u sostenibbli.

Dawk il-koeffiċjenti jistgħu jkunu espressi billi tkun provduta sensiela b'firxa massima adattata.

Dawk il-koeffiċjenti jistgħu jkunu espressi billi tkun provduta sensiela b'firxa massima adattata.

Fejn għal raġunijiet oġġettivi l-ippeżar mhuwiex possibbli, l-awtorità kontraenti għandha tindika l-kriterji f’ordni dixxendentali ta’ importanza.

Fejn għal raġunijiet oġġettivi l-ippeżar mhuwiex possibbli, l-awtorità kontraenti għandha tindika l-kriterji f’ordni dixxendentali ta’ importanza.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja għandhom ikopru l-ispejjeż kollha li ġejjin matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet kif stipulat fil-punt (22) tal-Artikolu 2:

1. L-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja għandhom ikopru l-ispejjeż kollha li ġejjin matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet kif stipulat fil-punt (22) tal-Artikolu 2:

(a) spejjeż interni, inklużi spejjeż relatati max-xiri, bħall-ispejjeż ta’ produzzjoni, l-użu,bħall-konsum tal-enerġija, l-ispejjeż ta’ manutenzjoni, u tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja, bħall-ispejjeż ta’ ġbir u riċiklaġġ u

(a) spejjeż interni, inklużi spejjeż relatati max-xiri, bħall-ispejjeż ta’ produzzjoni, l-użu,bħall-konsum tal-enerġija, l-ispejjeż ta’ manutenzjoni, u tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja, bħall-ispejjeż ta’ ġbir u riċiklaġġ u

(b) spejjeż ambjentali esterni marbutin b’mod dirett maċ-ċiklu tal-ħajja, jekk il-valur monetarju tagħhom ikun jista’ jiġi determinat u verifikat, li jistgħu jinkludu l-ispiża relatata ma’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħra u spejjeż oħrajn ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

(b) spejjeż esterni inklużi spejjeż soċjali u/jew ambjentali marbutin b’mod dirett maċ-ċiklu tal-ħajja, jekk il-valur monetarju tagħhom ikun jista’ jiġi determinat u verifikat, li jistgħu jinkludu l-impatti tal-produzzjoni fuq l-ambjent tal-madwar u l-komunitajiet li jmissu magħhom jew l-ispiża relatata ma’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħra u spejjeż oħrajn ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

2. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jivvalutaw l-ispejjeż permezz ta’ approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, dawn għandhom jindikaw il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja fid-dokumenti tal-akkwist. Il-metodoloġija użata għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

2. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jivvalutaw l-ispejjeż permezz ta’ approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, dawn għandhom jindikaw il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja u jipprovdu l-metodu għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja lil kull offerent fid-dokumenti tal-akkwist. Il-metodoloġija użata għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin u għandha, fejn possibbli, tkun issimplifikata sabiex tkun aċċessibbli għall-SMEs:

(a) tkun tfasslet abbażi ta’ informazzjoni xjentifika jew hija bbażata fuq kriterji verifikabbli b’mod oġġettiv u mhux diskriminatorji;

(a) tkun tfasslet abbażi ta’ informazzjoni xjentifika jew fuq kriterji verifikabbli b’mod oġġettiv u mhux diskriminatorji;

(b) tkun ġiet stabbilita għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa;

 

(c) tkun aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha.

(c) tkun aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jippermettu lill-atturi ekonomiċi, inklużu atturi ekonomiċi minn pajjiżi terzi, li japplikaw metodoloġija differenti għall-istabbiliment ta’ spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja tal-offerta tagħhom, sakemm jippruvaw li din il-metodoliġija tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti a, b u c u hija ekwivalenti għall-metodoloġija indikata mill-awtorità kontraenti.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jippermettu lill-atturi ekonomiċi, inklużu atturi ekonomiċi minn pajjiżi terzi, li japplikaw metodoloġija differenti għall-istabbiliment ta’ spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja tal-offerta tagħhom, sakemm jippruvaw li din il-metodoliġija tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti a, b u c u hija ekwivalenti għall-metodoloġija indikata mill-awtorità kontraenti. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu dokument ċċertifikat minn parti terza bħala prova li ġiet issodisfata l-ekwivalenza.

3. Kull meta, permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni, tiġi adottata metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż permezz ta’ atti ddelegati skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, din għandha tiġi applikata fejn il-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja jkun inkluż fil-kriterji tal-għoti msemmija fl-Artikolu 66(1).

3. Kull metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja adottata bħala parti minn att leġiżlattiv tal-Unjoni, skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, jew bħala parti minn speċifikazzjoni teknika Ewropea, għandha titqies li tissodisfa l-kriterji kif stabbiliti fil-paragrafu 2, u tista’ tkun inkluża fil-kriterji tal-għoti msemmija fl-Artikolu 66(1).

Il-lista ta’ dawn l-atti leġiżlattivi u ddelegati hija pprovduta fl-Anness XV. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 89 rigward l-aġġornar ta’ din il-lista, fejn fuq il-bażi tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida, ikunu meħtieġa t-tħassir jew il-modifika ta’ din il-leġiżlazzjoni jew dawn l-emendi.

Il-lista ta’ dawn l-atti leġiżlattivi u ddelegati hija pprovduta fl-Anness XV. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 89 rigward l-aġġornar ta’ din il-lista, fejn fuq il-bażi tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida, ikunu meħtieġa t-tħassir jew il-modifika ta’ din il-leġiżlazzjoni jew dawn l-emendi.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Article 69 – paragraph 3, 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jkunu relatati b’mod partikolari ma’:

3. L-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu relatati b’mod partikolari ma’:

(d) konformità, għall-inqas b’mod ekwivalenti, mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI jew, fejn dawn ma jkunux applikabbli, ma’ dispożizzjonijiet oħrajn li jiżguraw livell ekwivalenti ta’ protezzjoni;

(d) konformità mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali u/jew ftehimiet kollettivi fil-qasam tad-dispożizzjonijiet għall-ħarsien soċjali u tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI jew, fejn dawn ma jkunux applikabbli, ma’ dispożizzjonijiet oħrajn li jiżguraw livell ekwivalenti ta’ protezzjoni;

(e) il-possibilità li l-offerent jikseb għajnuna mill-Istat.

(e) il-possibilità li l-offerent jikseb għajnuna mill-Istat.

4. L-awtorità kontraenti għandha tivverifika l-informazzjoni pprovduta billi tikkonsulta lill-offerent. Din tista’ tiċħad l-offerta biss fejn il-provi ma jiġġustifikawx il-livell baxx tal-prezz jew tal-ispejjeż mitluba, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-elementi msemmija fil-paragrafu 3.

4. L-awtorità kontraenti għandha tivverifika l-informazzjoni pprovduta billi tikkonsulta lill-offerent. Din għandha tiċħad l-offerta fejn il-provi ma jiġġustifikawx il-livell baxx tal-prezz jew tal-ispejjeż mitluba, billi jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-elementi msemmija fil-paragrafu 3, jew meta l-ġustifikazzjoni li tingħata ma tkunx biżżejjed.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3(d).

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 70

Artikolu 70

Kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt

Kundizzjonijiet għat-twettiq ta’ kuntratt

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet speċjali relatati mat-twettiq ta’ kuntratt, dejjem jekk dawn jiġu indikati fis-sejħa għall-kompetizzjoni jew fl-ispeċifikazzjonijiet. Dawk il-kundizzjonijiet jistgħu, b’mod partikolari jikkonċernaw kunsiderazzjonijiet soċjali u ambjentali. Huma jinkludu wkoll ir-rekwiżit li atturi ekonomiċi jipprevedu kumpensi għar-riskji ta’ żidiet fil-prezzijiet li huma r-riżultat ta’ fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet (hedging) u li jistgħu jaffettwaw b’mod sostanzjali it-twettiq ta’ kuntratt.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet speċjali relatati mat-twettiq ta’ kuntratt, dejjem jekk dawn jiġu indikati fis-sejħa għall-kompetizzjoni jew fl-ispeċifikazzjonijiet. Dawk il-kundizzjonijiet jistgħu, b’mod partikolari jikkonċernaw kunsiderazzjonijiet soċjali u ambjentali u għandhom jinkludu obbligi stabbiliti mill-Unjoni u/jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew il-ftehimiet kollettivi fil-qasam tad-dispożizzjonijiet għall-ħarsien soċjali u tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol jew il-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI, li huma fis-seħħ fl-Istat Membru, fir-reġjun jew fil-lokalità fejn jitwettqu x-xogħlijiet jew jiġu pprovduti s-servizzi.

Huma jinkludu wkoll ir-rekwiżit li atturi ekonomiċi jipprevedu kumpensi għar-riskji ta’ żidiet fil-prezzijiet li huma r-riżultat ta’ fluttwazzjonijiet fil-prezzijiet bl-użu ta' strateġiji ta' hedging differenti inkluż l-użu ta' formoli għall-adozzjoni tal-prezzijiet u li jistgħu jaffettwaw b’mod sostanzjali it-twettiq ta’ kuntratt.

Ġustifikazzjoni

L-obbligi rigward il-ħarsien soċjali u tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol għandhom jiġu stipulati b'mod ċar fil-klawżoli tal-prestazzjoni tal-kuntratt, sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu rispettati.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 71 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru li titlob lill-offerent sabiex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika anki kwalunkwe sottokuntratturi proposti.

1. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti għandha titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru li titlob lill-offerent sabiex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika anki kwalunkwe sottokuntratturi proposti, filwaqt li tiġi pprovduta informazzjoni dwar is-sottokuntrattur inklużi l-ismijiet, id-dettalji tal-kuntatt u r-rappreżentanti legali.

 

1a. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti għandha tistipula li l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti li japplikaw għall-offerent japplikaw ukoll għal partijiet terzi li jwettqu parti mill-kuntratt bħala sottokuntratturi.

 

1b. Kwalunkwe tibdil fil-katina tas-sottokuntrattar għandu jkun propost mill-operatur ekonomiku u approvat mill-awtorità kontraenti. Fil-każ li l-bidla proposta tkun ukoll dwar l-involviment ta' sottokuntrattur ġdid, il-kuntrattur prinċipali għandu jindika ismu, id-dettalji tal-kuntatt u r-rappreżentanti legali.

 

1c. It-tibdil propost se jkun miċħud jekk ma jiżgurax l-osservanza ta' punt 1a.

 

7. L-awtorità kontraenti fil-kuntratt tagħha mal-kuntrattur prinċipali, u l-kuntrattur prinċipali u kwalunkwe sottokuntrattur intermedjarju fil-kuntratti tagħhom ma’ sottokuntratturi tagħhom, għandhom jistipulaw li fil-każ li jkollhom raġuni biex jemmnu li sottokuntrattur immedjat tagħhom ikun kiser ir-regoli msemmija fil-tieni subparagrafu, is-sottokuntrattur immedjat għandu jieħu azzjoni immedjata biex jirrimedja s-sitwazzjoni, u li, f'nuqqas ta' dan, il-kuntratt ikkonċernat għandu jiġi mitmum.

 

8. Jekk it-terminazzjoni tal-kuntratt u l-bdil tas-sottokuntrattur ikkonċernat jieħu l-forma ta' trasferiment ta' impriża, kif definit fl-Direttiva 2001/23/KE, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 72 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madanakollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fil-każ ta’ suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara operazzjonijiet ta’ ristrutturar korporattiv jew insolvenza ta’ attur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva inizjalment stabbiliti, dejjem jekk din ma twassalx għal modifiki sostanzjali oħrajn għall-kuntratt u ma għandhiex l-għan li tevita l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Madanakollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fil-każ ta’ suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara operazzjonijiet ta’ ristrutturar korporattiv jew insolvenza ta’ attur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva inizjalment stabbiliti, dejjem jekk din ma twassalx għal modifiki sostanzjali oħrajn għall-kuntratt u ma għandhiex l-għan li tevita l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Lanqas ma għandu japplika l-ewwel subparagrafu fil-każ ta' ristrutturazzjoni tal-awtorità kontraenti, peress li l-awtorità kontraenti għandha d-dritt li tittrasferixxi l-ftehim lil parti terza, li tkun responsabbli għad-dmirijiet tal-awtorità kontraenti.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 73 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li skont il-kundizzjonijiet determinati mil-liġi kuntrattwali nazzjonali applikabbli, l-awtoritajiet kontraenti jkollhom il-possibilità li jitterminaw kuntratt pubbliku matul it-terminu tiegħu fejn tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġi kuntrattwali nazzjonali hija segwita meta jintemm kuntratt ta' akkwist pubbliku. L-Istati Membri jistgħu, skont il-kundizzjonijiet determinati mil-liġi kuntrattwali nazzjonali applikabbli, meta jagħtu lill-awtoritajiet kontraenti l-possibilità li jitterminaw kuntratt pubbliku matul it-terminu tiegħu, jeżiġu li tiġi sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 73a (ġdid) fi ħdan titolu III – kapitolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom diskrezzjoni wiesgħa sabiex jorganizzaw l-għażla tal-fornituri tas-servizzi b'mod li huma jqisu li hu l-aktar xieraq u huma liberi li jipprovdu huma stess, servizzi soċjali u servizzi oħra speċifiċi jew sabiex jorganizzaw il-forniment tagħhom b'mod li ma jinkludix il-konklużjoni ta' kuntratti pubbliċi. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal proċeduri nazzjonali speċifiċi, pereżempju proċeduri li huma bbażati fuq l-għażla ħielsa tal-utent ta' fornituri ta’ servizzi, jiġifieri s-sistema ta' vawċer, il-mudell ta' għażla ħielsa, ir-relazzjoni trijangolari, jew il-prinċipju li l-fornituri kollha ta' servizzi soċjali jew speċifiċi oħra li huma kapaċi jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li kienu stabbiliti bil-liġi għandhom, irrispettivament mill-forma legali tagħhom, ikollhom permess jipprovdu servizzi, bil-kundizzjoni li l-prinċipji ġenerali tat-trattament ugwali, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni jiġu rispettati.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw proċeduri xierqa għall-għoti ta’ kuntratti soġġetti għal dan il-Kapitolu, li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali tal-atturi ekonomiċi u li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw proċeduri xierqa għall-għoti ta’ kuntratti soġġetti għal dan il-Kapitolu, li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali tal-atturi ekonomiċi u li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibilità, id-disponibilità u l-komprensività tas-servizzi, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji differenti ta’ utenti, l-involviment u s-setgħa tal-utenti u l-innovazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li l-għażla tal-fornitur tas-servizzi ma għandhiex tittieħed fuq il-bażi unika tal-prezz għall-forniment tas-servizz.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità għolja, il-kontinwità, l-aċċessibilità, l-affordabbilità, id-disponibilità u l-komprensività tas-servizzi, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji differenti ta’ utenti, inklużi l-gruppi żvantaġġjati u vulnerabbli, is-sodisfazzjon tal-utenti, l-inklużjoni soċjali, l-involviment u s-setgħa tal-utenti u fejn rilevanti, l-innovazzjoni. L-Istati Membri għandhom jipprevedu wkoll li l-għażla tal-fornitur tas-servizzi ma ssirx fuq il-bażi unika tal-prezz għall-forniment tas-servizz. Meta jfasslu l-kriterji ta’ kwalità, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirreferu għall-kriterji stabbiliti fil-Qafas Ewropew volontarju għall-Kwalità għal Servizzi Soċjali.

 

2a. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħżlu li jillimitaw il-parteċipazzjoni fi proċedura għall-għoti tas-servizzi soċjali u tas-saħħa lil organizzazzjonijiet bla profitt, sakemm il-liġi nazzjonali li hija kompatibbli mal-liġi Ewropea tipprovdi għal aċċess ristrett għal ċerti servizzi għall-benefiċċju ta' organizzazzjonijiet bla profitt, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sejħa għal kompetizzjoni għandha tagħmel referenza għal din id-dispożizzjoni. Il-prinċipji bażiċi ta' trasparenza u trattament ugwali għandhom jiġu rispettati.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll paragun annwali bejn il-prezzijiet mibgħuta u l-ispiża attwali ta' kuntratti li diġà ġew imwettqa u l-influwenza potenzjali fuq in-numru ta' persunal impjegat mill-fornituri.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 85 – subparagrafu 1 – punt (e)

         Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) isem l-offerent li jintgħażel u r-raġunijiet għalfejn intgħażlet l-offerta tiegħu u, fejn dan ikun magħruf, is-sehem tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas li l-offerent li jintgħażel beħsiebu jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi;

(e) isem l-offerent li jintgħażel u r-raġunijiet għalfejn intgħażlet l-offerta tiegħu u, fejn dan ikun magħruf, is-sehem tal-kuntratt jew tal-ftehim qafas li l-offerent li jintgħażel beħsiebu jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u l-informazzjoni dwar is-sottokuntratturi tiegħu inkluż isimhom, id-dettalji fejn jistgħu jiġu kkuntattjati u r-rappreżentanti legali tagħhom;

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 87 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atturi ekonomiċi interessati jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni xierqa dwar l-obbligi relatati mat-taxxi, il-protezzjoni ambjentali, u l-obbligi legali soċjali u tax-xogħol, li huma fis-seħħ fl-Istat Membru, fir-reġjun jew lokalità fejn ix-xogħolijiet għandhom jitwettqu jew fejn is-servizzi għandhom jiġu pprovduti u li se jkunu applikabbli għax-xogħolijiet imwettqa fuq il-post jew għas-servizzi pprovduti matul it-twettiq tal-kuntratt.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-atturi ekonomiċi interessati jkollhom aċċess faċli għal informazzjoni xierqa dwar l-obbligi relatati mat-taxxi, il-protezzjoni ambjentali, u għad-dispożizzjonijiet għall-ħarsien soċjali u tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, li huma fis-seħħ fl-Istat Membru, fir-reġjun jew lokalità fejn ix-xogħlijiet għandhom jitwettqu jew fejn is-servizzi għandhom jiġu pprovduti u li se jkunu applikabbli għax-xogħlijiet imwettqa fuq il-post jew għas-servizzi pprovduti matul it-twettiq tal-kuntratt. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jiddikjaraw fejn tista' tinstab l-informazzjoni fid-dokumenti tal-kuntratt.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Anness VIII – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

“standard” tfisser speċifikazzjoni teknika approvata minn korp ta’ standardizzazzjoni rikonoxxut għal applikazzjoni repetuta jew kontinwa, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja u li taqa’ f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

‘standard’ tfisser speċifikazzjoni teknika stabbilita b’kunsens u approvata minn organizzazzjoni ta’ standardizzazzjoni rikonoxxuta għal użu repetut jew kontinwu, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja u li taqa’ f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Anness XVI – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Servizzi mogħtija minn trade unions

imħassar

 

Servizzi mediċi ta' emerġenza

 

Skola u trasport tal-istudenti

PROĊEDURA

Taqsima

Akkwist pubbliku

Referenzi

COM(2011)0896 – C7-0006/2012 – 2011/0438(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Birgit Sippel

16.2.2012

Eżami fil-kumitat

31.5.2012

10.7.2012

17.9.2012

 

Data tal-adozzjoni

18.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

1

11

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Bauer, Heinz K. Becker, Phil Bennion, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Marije Cornelissen, Emer Costello, Andrea Cozzolino, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Thomas Händel, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Rovana Plumb, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Nicole Sinclaire, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Sergio Gutiérrez Prieto, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Jelko Kacin, Svetoslav Hristov Malinov, Ramona Nicole Mănescu, Emilie Turunen

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (16.7.2012)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku
(COM(2011)0896 – C7‑0006/2012 – 2011/0438(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Åsa Westlund

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Akkwist Pubbliku huwa fattur importanti fis-soċjetà komuni tagħna; mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali. L-awtoritajiet pubbliċi fl-Ewropa jonfqu madwar 18 fil-mija tal-PDG fuq prodotti u servizzi permezz tal-akkwist. L-akkwist pubbliku jista’, u għandu, jintuża bħala strument għall-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-Unjoni Ewropea.

L-akkwist pubbliku huwa għodda importanti għall-awtoritajiet kontraenti sabiex isir l-aħjar użu mit-taxxi tal-kontribwenti. Dak jinkludi l-użu tal-akkwist pubbliku għall-ħolqien ta’ żvilupp sostenibbli inkluż it-titjib ta’ żvilupp pożittiv fl-oqsma pereżempju tal-ambjent, il-klima, l-antidiskriminazzjoni, il-benesseri tal-annimali u l-impjieg taż-żgħażagħ. Billi l-iżvilupp sostenibbli huwa għan previst fit-trattat ta’ Lisbona huwa importanti li l-awtoritajiet pubbliċi jkunu jistgħu u jiġu inkuraġġati jużaw l-akkwist pubbliku bħala għodda sabiex jintlaħaq dan il-għan.

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel qed jgħaddi din l-opinjoni lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur. L-opinjoni se tiffoka fuq kwistjonijiet dwar l-akkwist pubbliku sostenibbli, fl-oqsma ambjentjali, ekonomiċi u fi kwistjonijiet soċjali.

Ir-Rapporteur tilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva ġdida dwar l-akkwist pubbliku. Il-proposta tiffoka fuq effiċjenza akbar tal-infiq pubbliku, timplika simplifikazzjoni u flessibbiltà tar-regoli eżistenti u tenfasizza l-importanza tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali. Suġġerimenti oħra jiffukaw fuq l-isforz sabiex l-akkwist pubbliku isir iżjed utli biex isostni l-għanijiet komuni tas-soċjetà.

Ir-Rapporteur tixtieq tagħmel enfasi akbar fuq il-kwistjonijiet importanti li ġejjin:

-  Ma għandu jkun hemm l-ebda ambigwità dwar il-fatt li l-awtoritajiet kontraenti jitħallew jistabbilixxu eżiġenzi li jkunu iżjed stretti jew li jmorru lil hinn mil-leġiżlazzjoni tal-UE f'oqsma speċifiċi.

-  Għandhom jiġu promossi soluzzjonijiet innovattivi fl-akkwist pubbliku. Ix-xerrejja pubbliċi għandhom jiġu inkoraġġati jakkwistaw prodotti u servizzi innovattivi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli. Huma meħtieġa soluzzjonijiet u ideat innovattivi ġodda fil-qasam tal-ambjent u l-akkwist pubbliku għandu jintuża bħala għodda sabiex jintlaħqu ħtiġijiet bħal dawn.

-  Il-kriterji tal-kunsiderazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom jiġu aġġornati. L-effetti soċjali u ambjentali tal-proċess kollu tal-produzzjoni għandhom jiġu kkunsidrati. Għalhekk l-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom iżjed possibilitajiet sabiex jimponu eżiġenzi fuq il-proċess tal-produzzjoni u mhux biss fuq il-prodott speċifiku. Dan se jwassal għal iżjed akkwist sostenibbli.

-  Billi hija bbażata fuq kunsiderazzjonijiet ta’ saħħa pubblika, l-applikazzjoni tal-ftehimiet kollettivi u l-konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-impjieg ma għandhiex tkun għażla iżda rekwiżit fuq il-kuntratturi maħtura. Sabiex tiġi ssalvagwardata s-saħħa tal-ħaddiema u l-ambjent tax-xogħol tagħhom għandu jkun possibbli li l-offerenti li ma jsegwux il-leġiżlazzjoni soċjali u dik tax-xogħol jiġu esklużi. Il-pajjiżi li rratifikaw il-Konvenzjoni 94 tal-ILO ma għandhomx jiġu mxekkla fl-implimentazzjoni tal-konvenzjoni.

-  L-użu ta’ standards għandu jiġi preferut fuq l-użu ta’ tikketti. L-istandards huma utli minħabba li jiġu mifhuma tajjeb mill-offerenti fil-qasam rilevanti u se jgħinu sabiex jiġi evitat li l-awtoritajiet kontraenti jkollhom joħolqu xi ħaġa ġdida. Bl-enfasi fuq l-użu ta’ standards id-Direttiva tiffaċilita l-possibbiltà li l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu eżiġenzi ambjentali u soċjali.

-  Id-Direttiva ma għandhiex tnaqqas il-possibbiltà li l-muniċipalitajiet jikkooperaw sabiex jipprovdu ċerti servizzi ta’ interess ġenerali, pereżempju t-trattament tal-iskart u l-ilma.

-  Id-Direttiva għandha żżid il-possibbiltà li jiġu imposti eżiġenzi fuq il-katina kollha tal-kuntratturi, jiġifieri fuq is-sottokuntratturi. Il-kuntrattur/offerent ewlieni mhux biss għandu jsegwi r-regoli u r-regolamenti stabbiliti mill-awtorità kontraenti iżda huwa meħtieġ li s-sottokuntratturi jagħmlu dan ukoll. Hemm ħtieġa ta’ sistema ta’ kontroll li tkopri l-partijiet kollha tal-katina tal-kuntratturi.

Ir-Rapporteur hija impenjata li tippreserva l-awtodeterminazzjoni u l-awtonomija tal-muniċipalitajiet, ir-reġjuni u l-awtoritajiet kontraenti lokali oħra. Ir-regolament għandu jkun ċar sabiex jiġi evitat tilwim dwar l-interpretazzjoni. Is-simplifikazzjoni tad-Direttiva se tinkoraġġixxi u tippermetti wkoll li l-awtoritajiet kontraenti jinkorporaw għanijiet ċari ta’ sostenibbiltà fil-politiki tal-akkwist pubbliku tagħhom.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali [l-posta] u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi iridu jiġu reveduti u modernizzati sabiex titjieb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, billi tiġi faċilitata b’mod partikolari l-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji fl-akkwisti pubbliċi u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b’appoġġ għall-miri soċjetali komuni. Hemm bżonn li jiġu ċċarati ideat u kunċett bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza legali aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(2) L-akkwist pubbliku, bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi, għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 u biex jintlaħaq l-għan tat-tkabbir sostenibbli ddikjarat fit-Trattat ta’ Lisbona. Għal dak il-għan, ir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali [l-posta] u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi iridu jiġu reveduti u modernizzati sabiex titjieb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, billi tiġi faċilitata b’mod partikolari l-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji fl-akkwisti pubbliċi u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b’appoġġ għall-miri soċjetali komuni. Hemm bżonn li jiġu ċċarati ideat u kunċett bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza legali aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ test relatat mat-Trattat ta’ Lisbona sabiex jenfasizza l-importanza tat-tkabbir sostenibbli.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali [l-posta] u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi iridu jiġu reveduti u modernizzati sabiex titjieb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, billi tiġi faċilitata b’mod partikolari l-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji fl-akkwisti pubbliċi u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b’appoġġ għall-miri soċjetali komuni. Hemm bżonn li jiġu ċċarati ideat u kunċett bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza legali aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali [l-posta] u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi jridu jiġu reveduti u modernizzati sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku bħala appoġġ għal żvilupp sostenibbli u għanijiet oħra tas-soċjetà komuni, u b'hekk titjieb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, jiġi żgurat l-akbar valur għall-flus u tiġi faċilitata b’mod partikolari l-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji fl-akkwisti pubbliċi u jinkoraġġixxi l-akkwist lokali kif ukoll jippermetti x-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b’appoġġ għall-miri soċjetali komuni. L-awtoritajiet kontraenti huma mħeġġa li jistabbilixxu eżiġenzi iżjed stretti jew li jmorru lil hinn mil-leġiżlazzjoni attwali tal-UE f’oqsma speċifiċi, sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet komuni. Hemm bżonn li jiġu ssimplifikati d-Direttivi u li jiġu ċċarati ideat u kunċett bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza legali aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Din id-Direttiva tipprovdi leġiżlazzjoni dwar kif isir ix-xiri, dwar x'għandu jinxtar huwa f'idejn l-awtoritajiet kontraenti. L-awtoritajiet kontraenti huma mħeġġa li jistabbilixxu eżiġenzi iżjed stretti jew li jmorru lil hinn mil-leġiżlazzjoni attwali tal-UE f’oqsma speċifiċi, sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet komuni.

Ġustifikazzjoni

Ma għandu jkun hemm l-ebda ambigwità dwar il-fatt li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jistabbilixxu eżiġenzi iżjed stretti jew li jmorru lil hinn mil-leġiżlazzjoni attwali tal-UE f’oqsma speċifiċi. Dikjarazzjoni bikrija dwar ir-rwol tad-direttiva fl-ilħuq tal-koeżjoni klimatika, ambjentali u soċjali twassal għal artikoli relatati ma’ dawn il-kwistjonijiet iżjed tard.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-forom dejjem aktar diversi ta’ azzjoni pubblika jeħtieġu definizzjoni aktar ċara tal-kunċett ta’ akkwist innifsu. Ir-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwisti pubbliċi mhumiex maħsuba li jkopru kull forma ta’ ħlas ta’ flus pubbliċi, iżda dawk biss immirati lejn l-akkwist ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi bi ħlas. Il-kunċett ta’ akkwist għandu jiġi interpretat fis-sens wiesa’ tal-kisba tal-benefiċċji tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi inkwistjoni, li ma jeħtiġux neċessarjament trasferiment tas-sjieda lill-awtoritajiet kontraenti. Barra minn hekk, il-finanzjament sempliċi ta’ attività, li ta’ spiss hu marbut mal-obbligu tar-rimborż tal-ammonti li jkunu ngħataw meta dawn ma jintużawx għall-finijiet maħsuba, normalment ma jaqax taħt ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku.

(3) Il-forom dejjem aktar diversi ta’ azzjoni pubblika jeħtieġu definizzjoni aktar ċara tal-kunċett ta’ akkwist innifsu. Ir-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwisti pubbliċi mhumiex maħsuba li jkopru kull forma ta’ ħlas ta’ flus pubbliċi, iżda dawk biss immirati lejn l-akkwist ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi bi ħlas. Il-kunċett ta’ akkwist għandu jiġi interpretat fis-sens wiesa’ tal-kisba tal-benefiċċji tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi inkwistjoni, li ma jeħtiġux neċessarjament trasferiment tas-sjieda lill-awtoritajiet kontraenti. Barra minn hekk, il-finanzjament sempliċi ta’ attività, li ta’ spiss hu marbut mal-obbligu tar-rimborż tal-ammonti li jkunu ngħataw meta dawn ma jintużawx għall-finijiet maħsuba, ma jaqax taħt ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Il-kuntratti mogħtija lill-entitajiet ikkontrollati jew il-kooperazzjoni għall-eżekuzzjoni konġunta tax-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tal-awtoritajiet kontraenti parteċipanti ma jaqgħux taħt ir-regoli tal-akkwist pubbliku jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-direttiva jiġu ssodisfati.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha, l-Unjoni għandha tikkunsidra r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' impjieg, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u ħarsien tas-saħħa tal-bniedem. Din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-kisba ta' dawn l-objettivi billi tinkoraġġixxi akkwist pubbliku soċjalment sostenibbli, fejn tiżgura li jkunu impjegati kriterji soċjali fl-istadji kollha tal-proċedura tal-akkwist u ssaħħaħ l-obbligi kollha eżistenti fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u internazzjonali fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-protezzjoni soċjali u s-saħħa pubblika.

Ġustifikazzjoni

Premessa 5 diġà tirreferi għall-Artikolu 11 tat-TFUE, li jiżgura li rekwiżiti għall-ħarsien tal-ambjent huma integrati fil-politiki kollha tal-Unjoni. Din il-Premessa ġdida tfittex li tagħmel l-istess fl-Artikolu 9 tat-TFUE, li jiżgura li għanijiet soċjali u tas-saħħa jitqiesu fil-politiki kollha tal-Unjoni.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) Prinċipju ewlieni tal-Istrateġija tas-Saħħa 2008-2013 huwa "Is-Saħħa fil-Politiki Kollha" (HIAP), jew l-integrazzjoni tat-tħassib tas-saħħa fil-politiki kollha fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, approċċ approvat mill-Istati Membri fid-Dikjarazzjoni tal-2007 dwar "is- Saħħa fil-Politiki Kollha"(HIAP). Din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-approċċ HIAP billi tiżgura li regoli ta' akkwist jistgħu jgħinu lill-awtoritajiet kontraenti jiksbu objettivi tas-saħħa pubblika, u li l-kriterji relatati mas-saħħa pubblika u mas-saħħa u s-sikurezza fil-post tax-xogħol jistgħu jiġu impjegati fl-istadji kollha tal-proċedura tal-akkwist.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Skont l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, b’mod partikolari bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli. Din id-Direttiva tiċċara kif l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tiżgura li dawn ikunu jistgħu jiksbu l-aħjar valur għall-flus għall-kuntratti tagħhom.

(5) Skont l-Artikoli 9,10 u 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u kunsiderazzjonijiet soċjali għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, b’mod partikolari bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli. Din id-Direttiva tiċċara kif l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u kif jistgħu jużaw is-setgħa ta' diskrezzjoni tagħhom biex jagħżlu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji għall-għoti bil-għan li jintlaħaq akkwist pubbliku sostenibbli, filwaqt li tiżgura rabta mas-suġġett tal-kuntratt u takkwista l-aħjar valur għall-flus għall-kuntratti tagħhom.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) L-akkwist pubbliku jirrappreżenta madwar 19 % tal-PDG globali, jew kważi 40 darba l-ammont ipprovdut mill-Istati Membri tal-UE bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA). Bħala tali għandu potenzjal enormi bħala strument biex jintlaħqu l-obbligi tal-UE fir-rigward tal-Politika ta' Koerenza għall-iżvilupp kif imniżżlin fl-Artikolu 208 tat-TFUE u għall-implimentazzjoni ta' politiki tal-gvern sostenibbli kemm fl-Unjoni kif ukoll f'pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) L-awtoritajiet kontraenti għandhom diskrezzjoni wiesgħa biex jagħżlu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jiddefinixxu l-provvisti, is-servizzi, jew ix-xogħlijiet li jixtiequ jakkwistaw. Barra minn hekk, għandhom diskrezzjoni wiesgħa biex jużaw kemm l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif ukoll kriterji għall-għoti biex jintlaħqu l-objetttivi ta' awtorità kontraenti, inklużi speċifikazzjonijiet u kriterji mfassla biex jinkiseb akkwist pubbliku aktar sostenibbli. Speċifikazzjonijiet tekniċi u kriterji għall-għoti, inklużi dawk relatati ma' objettivi ta' sostenibbiltà, għandhom ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt ta' akkwist. Bil-kundizzjoni li r-regola dwar ir-rabta mas-suġġett inkwistjoni tiġi ssodisfata, din id-Direttiva ma għandhiex l-intenzjoni li tirrestrinġi ulterjorment it-tipi ta' kwistjonijiet li awtorità kontraenti tista' tindirizza permezz ta' speċifikazzjonijiet tekniċi jew kriterji tal-għoti.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-kriterji tal-għoti u l-kundizzjonijiet għall-prestazzjoni tal-kuntratti jiġu distinti mir-rwol li għandhom fil-proċess ta' akkwist u mhux mill-kontenut tagħhom. Permezz tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-awtorità kontraenti tiddefinixxi r-rekwiżiti assoluti; il-kapaċità li jintlaħqu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi hija prerekwiżit biex wieħed jitqies kandidat għall-kuntratt u huma biss dawk il-prodotti jew is-servizzi li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet li jistgħu jiġu kkunsidrati. Min-naħa l-oħra, l-kriterji tal-għoti jippermettu lill-awtorità kontraenti tqabbel il-vantaġġi relattivi ta' taħlita differenti ta' kriterji. Il-kriterji għall-għoti huma eżaminati u kull offerta tingħata marka abbażi ta' kemm tissodisfa kull kriterju, iżda l-kapaċità li tissodisfa l-kriterji tal-għoti kollha mhijiex prerekwiżit. Fl-aħħarnett, klawsoli ta' prestazzjoni tal-kuntratt jistgħu jiġu inklużi fil-kuntratt biex jindikaw kif għandu jitwettaq il-kuntratt. Awtorità kontraenti għandha setgħa diskrezzjonali wiesgħa sabiex tinkorpora l-objettivi ta' sostenibbiltà tagħha fi kwalunkwe stadju tal-proċess ta' akkwist - permezz ta' speċifikazzjonijiet tekniċi, kriterji għall-għoti, u kundizzjonijiet ta' prestazzjoni tal-kuntratt.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Ir-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-eko-innovazzjoni u l-innovazzjoni soċjali, huma fost il-muturi ewlenin tat-tkabbir ġejjieni filwaqt li tqiegħdu fiċ-ċentru tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu l-aħjar użu strateġiku mill-akkwist pubbliku biex b’hekk jixprunaw l-innovazzjoni. Ix-xiri ta’ oġġetti u servizzi innovattivi għandu rwol ewlieni fit-titjib tal-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi filwaqt li jindirizza l-isfidi soċjetali ewlenin. Jikkontribwixxi għall-kisba tal-aħjar valur għall-flus pubbliċi kif ukoll għall-benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali usa’ f’termini ta’ ħolqien ta’ ideat ġodda, u jsarrafhom fi prodotti u servizzi innovattivi u b’hekk jippromwovi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli. Din id-direttiva għandha tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-akkwist pubbliku ta’ innovazzjoni u tgħin lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-miri tal-Unjoni tal-Innovazzjoni. Għaldaqstant, għandha tiġi pprovduta proċedura speċifika ta’ akkwist li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu sħubija tal-innovazzjoni fit-tul għall-iżvilupp u x-xiri sussegwenti ta’ prodotti, servizzi jew xogħlijiet ġodda u innovattivi, sakemm dawn ikunu jistgħu jitwasslu fil-livelli ta’ prestazzjoni u l-ispejjeż miftehma. Is-sħubija għandha tiġi strutturata b’tali mod li tkun tista’ tipprovdi l-‘forza tas-suq’ meħtieġa biex b’hekk tinċentiva l-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva mingħajr ma jingħalaq is-suq.

(17) Ir-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-eko-innovazzjoni u l-innovazzjoni soċjali, huma fost il-muturi ewlenin tat-tkabbir ġejjieni filwaqt li tqiegħdu fiċ-ċentru tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu l-aħjar użu strateġiku mill-akkwist pubbliku biex b’hekk jixprunaw l-innovazzjoni. Ix-xiri ta’ oġġetti u servizzi innovattivi għandu rwol ewlieni fit-titjib tal-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi filwaqt li jindirizza l-isfidi soċjetali ewlenin. Jikkontribwixxi għall-kisba tal-aħjar valur għall-flus pubbliċi kif ukoll għall-benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali usa’ f’termini ta’ ħolqien ta’ ideat ġodda, u jsarrafhom fi prodotti u servizzi innovattivi u b’hekk jippromwovi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli. Din id-direttiva għandha tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-akkwist pubbliku ta’ innovazzjoni u tgħin lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-miri tal-Unjoni tal-Innovazzjoni. Għaldaqstant, għandha tiġi pprovduta proċedura speċifika ta’ akkwist li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu sħubija tal-innovazzjoni fit-tul għall-iżvilupp u x-xiri sussegwenti ta’ prodotti, servizzi jew xogħlijiet ġodda u innovattivi, sakemm dawn ikunu jistgħu jitwasslu fil-livelli ta’ prestazzjoni u l-ispejjeż miftehma. Is-sħubija għandha tiġi strutturata b’tali mod li tkun tista’ tipprovdi l-‘forza tas-suq’ meħtieġa biex b’hekk tinċentiva l-iżvilupp ta’ soluzzjoni innovattiva mingħajr ma jingħalaq is-suq. Barra minn hekk, meta jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet tal-akkwist pubbliku, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jingħataw għażla bejn għoti ta' kuntratt fuq il-bażi tal-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża jew abbażi tal-aktar innovattiva u sostenibbli (u, fejn rilevanti, dik l-aktar avvanzata teknoloġikament), u għandhom jagħmluha ċara, meta jippublikaw l-istedina għall-offerti, liema minn dawn se tkun applikata.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jixtru xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi ambjentali, soċjali jew karatteristiċi oħrajn għandhom ikunu jistgħu jirreferu għal tikketti partikolari, bħall-Eko-tikketta Ewropea, l-eko-tikketti (multi-) nazzjonali jew kull tikketta oħra, sakemm il-ħtiġijiet għat-tikketta jkunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, bħalma huma d-deskrizzjoni tal-prodott u l-preżentazzjoni tiegħu, inklużi r-rekwiżiti għall-imballaġ. Barra minn hekk huwa essenzjali li dawn ir-rekwiżiti jitfassla u jiġu adottati fuq il-bażi ta’ kriterji verifikabbli oġġettivament, permezz ta’ proċedura li jistgħu jipparteċipaw fiha l-partijiet interessati, bħal korpi governattivi, konsumaturi, manifatturi, distributuri u organizzazzjonijiet ambjentali, filwaqt li t-tikketta tkun aċċessibbli u disponibbli għall-partijiet interessati kollha.

(28) L-awtoritajiet kontraenti li jixtiequ jixtru xogħlijiet, provvisti jew servizzi b’karatteristiċi ambjentali, dwar l-effiċjenza enerġetika, soċjali, tal-benessri tal-annimali jew karatteristiċi oħrajn għandhom ikunu jistgħu jirreferu għal tikketti partikolari, bħall-Eko-tikketta Ewropea, l-eko-tikketti (multi-) nazzjonali jew kull tikketta oħra, sakemm il-ħtiġijiet għat-tikketta jkunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, bħalma huma d-deskrizzjoni tal-prodott u l-preżentazzjoni tiegħu, inklużi r-rekwiżiti għall-imballaġ. Barra minn hekk huwa essenzjali li dawn ir-rekwiżiti jitfassla u jiġu adottati fuq il-bażi ta’ kriterji verifikabbli oġġettivament, permezz ta’ proċedura li jistgħu jipparteċipaw fiha l-partijiet interessati, bħal korpi governattivi, konsumaturi, manifatturi, distributuri u organizzazzjonijiet ambjentali, filwaqt li t-tikketta tkun aċċessibbli u disponibbli għall-partijiet interessati kollha.

Ġustifikazzjoni

Referenza għall-effiċjenza u l-iffrankar enerġetiku hija essenzjali meta tikkunsidra d-Direttiva tal-Ekodisinn u d-dispożizzjonijiet tagħha għall-prodotti.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Il-kuntratti pubbliċi ma għandhomx jingħataw lill-atturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ħasil tal-flus. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jiġi sanzjonat ukoll b’esklużjoni mandatorja fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandha tingħatalhom il-possibbiltà li jeskludu kandidati jew offerenti minħabba ksur ta’ obbligi soċjali jew ambjentali, inklużi regoli dwar l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità jew forom oħra ta’ kondotta professjonali skorretta serjament, bħal ksur ta’ regoli tal-kompetizzjoni jew ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

(34) Il-kuntratti pubbliċi ma għandhomx jingħataw lill-atturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ħasil tal-flus. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jiġi sanzjonat ukoll b’esklużjoni mandatorja fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti għandha tingħatalhom il-possibbiltà li jeskludu kandidati jew offerenti minħabba ksur ta’ obbligi ambjentali, soċjali jew tal-benessri tal-annimali, inklużi regoli dwar l-aċċessibbiltà għal persuni b’diżabilità jew forom oħra ta’ kondotta professjonali skorretta serjament, bħal ksur ta’ regoli tal-kompetizzjoni jew ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) lI-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali. Dawn il-kriterji għandhom jiggarantixxu li l-offerti huma vvalutati f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva, anke meta l-awtoritajiet kontraenti jirrikjedu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta’ kwalità għolja li huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom, pereżempju meta l-kriterji tal-għoti magħżula jinkludu fatturi marbuta mal-proċess ta’ produzzjoni. Bħala riżultat, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jadottaw bħala kriterji tal-għoti jew ‘l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża’ jew ‘l-irħas waħda’, b’kunsiderazzjoni li fil-każ tal-aħħar, huma liberi li jistabbilixxu standards ta’ kwalità adegwati billi jużaw speċifikazzjonijiet tekniċi jew kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

(37) lI-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali. Dawn il-kriterji għandhom jiggarantixxu li l-offerti huma vvalutati f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva, anke meta l-awtoritajiet kontraenti jirrikjedu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta’ kwalità għolja li huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom, pereżempju meta l-kriterji tal-għoti magħżula jinkludu fatturi marbuta mal-proċess ta’ produzzjoni. Bħala riżultat, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jadottaw bħala kriterji tal-għoti ‘l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)

Meta l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt lill-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża, dawn għandhom jiddeterminaw il-kriterji ta’ għoti fuq il-bażi li bihom se jivvalutaw l-offerti sabiex jiġi identifikat liema waħda toffri l-aħjar valur għall-flus.

L-għażla ta’ dawn il-kriterji tiddependi fuq is-suġġett tal-kuntratt billi dawn għandhom jippermettu l-evalwazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni proposta minn kull offerta fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, u l-valur għall-flus ta’ kull offerta li għandha titkejjel. Barra minn hekk, il-kriterji tal-għoti magħżula ma għandhomx jikkonferixxu liberta’ tal-għażla mhix ristretta fuq l-awtorità kontraenti u għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u jkunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti tkun ivverifikata b’mod effikaċi.

 

(38) L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddeterminaw il-kriterji ta’ għoti fuq il-bażi li bihom se jivvalutaw l-offerti sabiex jiġi identifikat liema waħda toffri l-aħjar valur għall-flus. Biex jiddeterminaw liema offerta tirrappreżenta l-aħjar valur, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jużaw kriterji oġġettivi marbuta mas-suġġett tal-kuntratt. Madankollu, il-kriterji tal-għoti magħżula ma għandhomx jikkonferixxu liberta’ tal-għażla mhix ristretta fuq l-awtorità kontraenti. Il-proċedura għall-għoti għandha minflok tiggarantixxi l-kompetizzjoni effettiva permezz ta' konformità stretta mal-prinċipji tat-trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali. Dawn il-prinċipji jeħtieġu, fost affarijiet oħra, li l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti tkun ivverifikata b’mod effikaċi u trasparenti.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Huwa tal-akbar importanza li jiġi sfruttat il-potenzjal tal-akkwist pubbliku sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir sostenibbli. Fl-isfond tad-differenzi importanti bejn is-setturi individwali u s-swieq, ma jkunx xieraq madankoll li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għal akkwist ambjentali, soċjali u innovattiv. Il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa diġà rekwiżiti tal-akkwist obbligatorji għall-ilħuq tal-għanijiet speċifiċi fis-setturi tal-vetturi ta’ trasport fuq it-triq (id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija) u t-tagħmir tal-uffiċċju (ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju). Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ metodoloġiji komuni għall-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja avvanzat b’mod sinifikanti. Għaldaqstant jidher xieraq li nkomplu fuq dak il-perkors u nħallu l-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur biex tistabbilixxi objettivi obbligatorji u miri fir-rigward ta’ politiki partikolari u kundizzjonijiet prevalenti fis-settur rilevanti u li nippromwovu l-iżvilupp u l-użu ta’ approċċi Ewropej għall-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja bħala sostenn ulterjuri għall-użu tal-akkwist pubbliku b’appoġġ għat-tkabbir sostenibbli.

(39) Huwa tal-akbar importanza li jiġi sfruttat il-potenzjal tal-akkwist pubbliku sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir sostenibbli. Fl-isfond tad-differenzi importanti bejn is-setturi individwali u s-swieq, ma jkunx xieraq madankoll li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għal akkwist ambjentali, soċjali u innovattiv. Il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa diġà rekwiżiti tal-akkwist obbligatorji għall-ilħuq tal-għanijiet speċifiċi fis-setturi tal-vetturi ta’ trasport fuq it-triq (id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija) u t-tagħmir tal-uffiċċju (ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta’ tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju). Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ metodoloġiji komuni għall-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja tkompli tagħmel progress b'mod sinifikanti, u applikazzjonijiet speċifiċi għas-settur taċ-ċiklu tal-ħajja jibqgħu jiġu żviluppati, ittestjati, u raffinati. Għaldaqstant jidher xieraq li nkomplu nużaw il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur biex tistabbilixxi objettivi obbligatorji u miri fil-kuntest tal-politiki partikolari u kundizzjonijiet prevalenti fis-settur rilevanti għall-użu tal-akkwist pubbliku b’appoġġ għat-tkabbir sostenibbli. Dawn l-isforzi għandhom jinkorporaw applikazzjonijiet xierqa għas-settur, ta' metodoloġiji b'saħħithom għall-ikkostjar taċ-ċiklu tal-ħajja. B'konformità ma' dispożizzjonijiet oħra ta' din id-Direttiva, kriterji obbligatorji ta' xiri adottati permezz ta' leġilżazzjoni speċifika għas-settur jistgħu jinkludu wkoll speċifikazzjonijiet tekniċi u kriterji għall-għoti li jinkorporaw kunsiderazzjonijiet ta' sostenibbiltà relatati ma' benefiċċji jew elementi ta' ħsara ġeneralizzati soċjali u ambjentali, anki meta dawn ma kinux jew ma jistgħux jiġu monetizzati, sakemm ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt u jaderixxu strettament mal-prinċipji tat-trasparenza, nondiskriminazzjoni, u l-protezzjoni ugwali.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Barra minn hekk, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta’ produzzjoni speċifiku, mod speċifiku ta’ provvista ta’ servizzi, jew proċess speċifiku għal kull stadju ieħor matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott jew servizz, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku. Sabiex il-kunsiderazzjonijiet soċjali jkunu integrati aħjar fl-akkwist pubbliku, ix-xerrejja jistgħu jkunu jistgħu wkoll jinkludu, fil-kriterju tal-għoti tal-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża, karatteristiċi relatati mal-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-persuni li jipparteċipaw direttament fil-proċess ta’ produzzjoni jew il-provvediment inkwistjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jikkonċernaw biss il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew l-iffaċilitar tal-integrazzjooni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta’ grupi vulnerabbbli fost il-persuni assenjati biex iwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltajiet. Kull kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu ,fi kwalunkwe każ, jibqa’ limitat għal dawk il-karatteristiċi li għandhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Huma għandhom ikunu applikati skont id-Direttiva 97/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi [provvediment ta’ servizzi] u b’mod li ma jiddiskriminax direttament jew indirettament kontra atturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi firmatarji tal-Ftehim jew Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li tagħhom l-Unjoni hija firmatarja. Għall-kuntratti ta’ servizz u għall-kuntratti li jinvolvu d-disinn ta’ xogħlijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jużaw bħala kriterju għall-għoti, l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat li jwettaq il-kuntratt inkwistjoni, minħabba li dan jista’ jaffettwa l-kwalità tat-prestazzjoni tal-kuntratt u, bħala riżultat, il-valur ekonomiku tal-offerta.

(41) Barra minn hekk, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta’ produzzjoni speċifiku, mod speċifiku ta’ provvista ta’ servizzi, jew proċess speċifiku għal kull stadju ieħor matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott jew servizz, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku. Sabiex il-kunsiderazzjonijiet soċjali jkunu integrati aħjar fl-akkwist pubbliku, ix-xerrejja jistgħu jkunu jistgħu wkoll jinkludu, fil-kriterju tal-għoti tal-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża, karatteristiċi relatati mal-kundizzjonijiet ta’ impjieg tal-persuni li jipparteċipaw direttament fil-proċess ta’ produzzjoni jew il-provvediment inkwistjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jikkonċernaw biss il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew l-iffaċilitar tal-integrazzjooni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta’ grupi vulnerabbbli fost il-persuni assenjati biex iwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabbiltajiet. Kull kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu ,fi kwalunkwe każ, jibqa’ limitat għal dawk il-karatteristiċi li għandhom konsegwenzi immedjati fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-membri tal-persunal. Huma għandhom ikunu applikati skont id-Direttiva 97/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi [provvediment ta’ servizzi] u b’mod li ma jiddiskriminax direttament jew indirettament kontra atturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi firmatarji tal-Ftehim jew Ftehimiet ta’ Kummerċ Ħieles li tagħhom l-Unjoni hija firmatarja. Għall-kuntratti ta’ servizz u għall-kuntratti li jinvolvu d-disinn ta’ xogħlijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jużaw bħala kriterju għall-għoti, l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat li jwettaq il-kuntratt inkwistjoni, minħabba li dan jista’ jaffettwa l-kwalità tat-prestazzjoni tal-kuntratt u, bħala riżultat, il-valur ekonomiku tal-offerta.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Il-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva sakemm dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji, ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt u jkunu indikati fl-avviż dwar il-kuntratt, l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel li jintuża bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew id-dokumenti ta’ akkwist. Dawn jistgħu, b’mod partikolari, ikunu maħsuba biex jiffavorixxu t-taħriġ vokazzjonali fuq il-post, l-impjieg ta’ nies li qed iġarrbu diffikultà biex jintegraw ruħhom, il-ġlieda kontra l-qagħad jew il-protezzjoni tal-ambjent jew il-benessri tal-annimali. Pereżempju, fost affarijiet oħra, jistgħu jissemmew ir-rekwiżiti — applikabbli matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt — biex jiġu ingaġġati persuni li ilhom ifittxu impjieg jew biex jiġu implimentati miżuri ta’ taħriġ għall-persuni qiegħda jew għaż-żgħażagħ, biex jikkonformaw fis-sustanza mal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), anki meta dawn il-Konenzjonijiet ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali, u biex jiġu ingaġġati aktar persuni żvantaġġjati milli huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(43) Il-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva sakemm dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji, ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt u jkunu indikati fl-avviż dwar il-kuntratt, l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel li jintuża bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew id-dokumenti ta’ akkwist. Dawn jistgħu, b’mod partikolari, ikunu maħsuba biex jiffavorixxu t-taħriġ vokazzjonali fuq il-post, l-impjieg ta’ nies li qed iġarrbu diffikultà biex jintegraw ruħhom, il-ġlieda kontra l-qagħad jew il-protezzjoni tal-ambjent, il-protezzjoni tas-saħħa pubblika jew il-benessri tal-annimali. Pereżempju, fost affarijiet oħra, jistgħu jissemmew ir-rekwiżiti — applikabbli matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt — biex jiġu ingaġġati persuni li ilhom ifittxu impjieg jew biex jiġu implimentati miżuri ta’ taħriġ għall-persuni qiegħda jew għaż-żgħażagħ, biex jikkonformaw fis-sustanza mal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), b'mod partikolari l-Konvenzjoni 94 tal-ILO, anki meta dawn il-Konenzjonijiet ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali, u biex jiġu ingaġġati aktar persuni żvantaġġjati milli huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tenfasizza l-importanza tal-Konvenzjoni 94 tal-ILO dwar il-Klawżoli tax-Xogħol (Kuntratti Pubbliċi) li b’mod speċifiku tirregola l-akkwist pubbliku. L-UE għandha tikkommetti ruħha għall-istandards tal-ILO.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fis-sens ta’ din id-Direttiva l-akkwist huwa x-xiri jew forom oħra ta’ akkwist ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi minn awtorità kontraenti waħda jew aktar mingħand atturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti, sew jekk ix-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi huma maħsuba għal skop pubbliku u sew jekk le.

2. Fis-sens ta’ din id-Direttiva l-akkwist huwa x-xiri ta’ xogħlijiet, provvisti jew servizzi permezz ta’ kuntratti pubbliċi minn awtorità kontraenti permezz ta' kuntratti pubbliċi waħda jew aktar mingħand atturi ekonomiċi magħżula minn dawk l-awtoritajiet kontraenti.

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla hija meħtieġa sabiex il-muniċipalitajiet ikunu jistgħu jikkooperaw b’mod effettiv sabiex jipprovdu ċerti servizzi ta’ interess ġenerali, bħal pereżempju t-trattament tal-iskart u l-ilma.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Firxa sħiħa ta’ xogħlijiet, provvisti u/jew servizzi, anki jekk mixtrija permezz ta’ kuntratti differenti, tikkostitwixxi akkwist wieħed skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva, jekk il-kuntratti jkunu parti minn proġett wieħed.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla hija meħtieġa sabiex il-muniċipalitajiet ikunu jistgħu jikkooperaw b’mod effettiv sabiex jipprovdu ċerti servizzi ta’ interess ġenerali, bħal pereżempju t-trattament tal-iskart u l-ilma.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Kuntratt mogħti minn awtorità kontraenti lil persuna ġuridika ma għandux jibqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

 

a) l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess.

 

b) il-parti essenzjali tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika titwettaq għall-awtorità kontraenti li teżerċita l-kontroll jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

 

c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata.

(Test mill-Artikolu 11, para 1 tal-proposta tal-Kummissjoni – b’modifiki)

Ġustifikazzjoni

Din il-bidla hija meħtieġa sabiex il-muniċipalitajiet ikunu jistgħu jikkooperaw b’mod effettiv sabiex jipprovdu ċerti servizzi ta’ interess ġenerali, bħal pereżempju t-trattament tal-iskart u l-ilma. Din titratta l-kamp ta’ applikazzjoni u, għalhekk, l-Artikolu 11 tal-proposta tal-Kummissjoni qed jitmexxa fl-Artikolu 1 b'xi emendi.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-paragrafu 2a (ġdid) japplika wkoll fejn entità jew entitajiet ikkontrollata/i li tkun awtorità kontraenti tagħti kuntratt lill-entità ta’ kontroll tagħha, jew lil persuna ġuridika oħra kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, bil-kundizzjoni li ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata min-naħa tal-persuna ġuridika li tingħata l-kuntratt pubbliku.

(Test mill-Artikolu 11, para 2 tal-proposta tal-Kummissjoni – b’modifiki)

Ġustifikazzjoni

ara l-emenda tal-Artikolu 1, para 2a (ġdid).

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Awtorità kontraenti li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika skont it-tifsira tal-paragrafu 3, xorta waħda tista’ tagħti kuntratt ta’ appalt barra mill-ambitu ta’ din id-Direttiva lil persuna ġuridika li hija tikkontrolla b’mod konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti oħra, meta jiġu sodisfatti il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

a) l-awtoritajiet kontraenti jeżerċitaw b’mod konġunt fuq il-persuna ġuridika kontroll li jkun simili għal dak li huma jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess;

 

b) il-parti essenzjali tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika titwettaq għall-awtoritajiet kontraenti ta’ kontroll jew persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtoritajiet kontraenti;

 

c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata.

(Test mill-Artikolu 11, para 3 tal-proposta tal-Kummissjoni – b’modifiki)

Ġustifikazzjoni

ara l-emenda tal-Artikolu 1, para 2a (ġdid).

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d. Ftehim konkluż bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar ma għandux jitqies bħala kuntratt pubbliku skont it-tifsira tal-Artikolu 2(7) ta’ din id-Direttiva, u għalhekk ma jaqax fil-kamp ta'applikazzjoni tad-Direttiva, fejn jintlaħqu l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

 

a) l-għan tas-sħubija huwa l-provvista ta’ kompitu ta’ servizz pubbliku mogħti lill-awtoritajiet pubbliċi kollha;

 

b) il-kompitu jitwettaq biss mill-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati jiġifieri mingħajr l-involviment ta’ kapital privat attiv.

(Test mill-Artikolu 11, para 4 tal-proposta tal-Kummissjoni – b’modifiki)

Ġustifikazzjoni

ara l-emenda tal-Artikolu 1, para 2a (ġdid)

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2e. Madanakollu t-trasferiment tal-kompiti bejn l-organizzazzjonijiet tas-settur pubbliku huwa kwistjoni tal-organizzazzjoni amministrattiva interna tal-Istati Membri u mhuwiex sottopost għar-regoli tal-akkwist.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

22a. ‘proċess ta’ produzzjoni soċjalment sostenibbli’ jfisser il-proċess ta’ produzzjoni li fih il-provvista ta’ xogħlijiet, servizzi u provvisti jirrispetta s-saħħa u s-sigurtà, il-liġi soċjali u tax-xogħol, ir-regoli u l-istandards, b’mod partikolari rigward il-prinċipju tat-trattament indaqs fuq il-post tax-xogħol kif definit mill-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali u ftehimiet kollettivi, li japplikaw fit-twettaq ta' dispożizzjonijiet ta' xogħlijiet, servizzi u provvisti.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

imħassar

Ir-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi

 

1. Kuntratt mogħti minn awtorità kontraenti lil persuna ġuridika ma għandux jibqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

 

(a) l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika kkonċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess.

 

(b) mill-inqas 90% tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti li jikkontrollawha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

 

(c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata.

 

Awtorità kontraenti għandha titqies li teżerċita kontroll fuq persuna ġuridika li huwa analogu għal dak li hija teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifisira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu meta din teżerċita influwenza determinanti kemm fuq l-għanijiet strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet importanti tal-persuna ġuridika kkontrollata.

 

2. Il-paragrafu 1 japplika wkoll meta entità kkontrollata, li hija awtorità kontraenti, tagħti kuntratt lill-entità li jkollha l-kontroll tagħha, jew lil xi persuna ġuridika kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika li jingħatalha l-kuntratt ta’ appalt.

 

3. Awtorità kontraenti li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika skont it-tifsira tal-paragrafu 1, xorta waħda tista’ tagħti kuntratt ta’ appalt mingħajr ma tapplika din id-Direttiva lil persuna ġuridika li hija tikkontrolla b’mod konġunt ma’ awtoritajiet kontraenti oħra, meta jiġu sodisfatti il-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(a) l-awtoritajiet kontraenti jeżerċitaw kontroll fuq il-persuna ġuridika b’mod konġunt li huwa simili għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess;

 

(b) mill-inqas 90% tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtoritajiet kontraenti li jikkontrollawha jew persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtoritatijiet kontraenti;

 

(c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata.

 

Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitqiesu li jikkontrollaw b’mod konġunt persuna ġuridika fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

 

(a) il-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollata huma ffurmati minn rappreżentanti ta’ kull awtorità kontraenti parteċipanti;

 

(b) dawk l-awtoritajiet kontraenti huma kapaċi jeżerċitaw flimkien influwenza deċiżiva fuq l-għanijiet strateġiċi u d-deċiżjonijiet importanti tal-persuna ġuridika kkontrollata;

 

(c) il-persuna ġuridika kkontrollata ma tfittex l-ebda interess li huwa distint minn dak tal-awtoritajiet pubbliċi li hija affiljata magħhom;

 

(d) il-persuna ġuridika kkontrollata ma tikseb l-ebda gwadann ieħor, minbarra r-rimborż tal-ispejjeż attwali mill-kuntratti pubbliċi mal-awtoritajiet kontraenti.

 

4. Ftehim konkluż bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew aktar ma għandux jitqies bħala kuntratt ta’ appalt skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6) ta’ din id-Direttiva, meta jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

 

(a) il-ftehim jistabbilixxi kooperazzjoni leali bejn l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti, bil-għan li jwettaq b’mod konġunt ix-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tagħhom u li jinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi tal-partijiet;

 

(b) il-ftehim huwa regolat biss minn kunsiderazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-interess pubbliku;

 

(c) l-awtoritajiet kontraenti parteċipanti ma jwettqux fis-suq miftuħ aktar minn 10% f’termini tal-fatturat tal-attivitajiet li huma rilevanti fil-kuntest tal-ftehim;

 

(d) Il-ftehim ma jinvolvix trasferimenti finanzjarji bejn awtoritajiet kontraenti parteċipanti, minbarra dawk li jikkorrispondu għar-rimborż tal-ispejjeż attwali tax-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti;

 

(e) ma hemmx parteċipazzjoni privata fl-ebda waħda mill-awtoritajiet kontraenti involuti.

 

5. Fil-mument tal-għoti tal-kuntratt jew tal-konklużjoni tal-ftehim għandu jiġi vverifikat li m’hemm l-ebda parteċipazzjoni privata msemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

 

L-esklużjonijiet previsti fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jieqfu milli japplikaw mill-mument li fih isseħħ kwalunkwe parteċipazzjoni privata, bl-effett li l-kuntratti attwali jkunu jridu jinfetħu għall-kompetizzjoni permezz ta’ proċeduri regolari ta’ akkwist.

 

(Test mkill-Artikolu 11 parzjalment imqiegħed fl-Artikolu 1, para. 2a-d (ġdid))

Ġustifikazzjoni

Il-kontenut tal-Artikolu 11 tal-proposta tal-Kummissjoni huwa importanti għall-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva u għalhekk qed jitmexxa, b’modifiki, fl-Artikolu 1. B’mod korrispondenti, l-Artikolu 11 tal-proposta tal-Kummissjoni qed jitħassar.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Kuntratti ta’ servizz mogħtija abbażi ta’ dritt esklużiv.

 

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-kuntratti ta’ servizzi pubbliċi mogħtija minn awtorità kontraenti lil awtorità kontraenti oħra jew lil assoċjazzjoni ta’ awtoritajiet kontraenti abbażi ta’ dritt esklużiv li huma jgawdu skont liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva ppubblikati li jkunu kumpatibbli mat-trattat.

Ġustifikazzjoni

Ir-riintroduzzjoni tal-Artikolu 18 mid-Direttiva  2004/18/KE attwali. Dan l-Artikolu huwa importanti għal operazzjonijiet ta’ interess ġenerali, pereżempju l-logħob tal-azzard (lotteriji organizzati mill-Istat) u r-rimi tal-iskart. Permezz ta’ dan l-Artikolu huwa possibbli li l-awtoritajiet jirriservaw ċerti operazzjonijiet għal kumpaniji interni speċifiċi. Il-Qorti Ewropea applikat din id-dispożizzjoni fil-każ C-360/96.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jistgħu jipprovdu wkoll li awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv kif regolat f'din id-Direttiva fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

F'ċerti każijiet proċedura kompetittiva fin-negozjati tirrappreżenta l-uniku mod possibbli biex jingħataw kuntratti kumplessi. L-awtoritajiet kontraenti għandhom għalhekk ikunu f'qagħda li jagħżlu din it-tip ta' proċedura f'każijiet bħal dawn.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jittrasponux fil-liġi nazzjonali tagħhom il-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, id-djalogu kompetittiv u l-proċeduri tas-sħubija għall-innovazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

F'ċerti każijiet proċedura kompetittiva fin-negozjati tirrappreżenta l-uniku mod possibbli biex jingħataw kuntratti kumplessi. L-awtoritajiet kontraenti għandhom għalhekk ikunu f'qagħda li jagħżlu din it-tip ta' proċedura f'każijiet bħal dawn.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 34a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 34a

 

Websajt ċentrali għal sejħa għal offerti b’mod elettroniku

 

Fl-interessi tat-trasparenza, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jippubblikaw l-informazzjoni dwar ix-xogħlijiet li saru, eċċ. f’websajt ċentrali Ewropea stabbilita għal dan il-għan, li tispeċifika l-ammonti, u l-kwantitajiet u affarijiet simili, sabiex awtoritajiet pubbliċi oħra jkunu jistgħu iqabblu l-ħlasijiet għal xogħlijiet komparabbli, eċċ., u jibbażaw is-sejħiet għal offerti fuq din l-informazzjoni, li jista’ jnaqqas l-ispejjeż u juri diskrepanzi prinċipali fil-prezzijiet tal-kuntratti.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Anness VIII għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist. Huma għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ xogħol, servizz jew provvista.

1. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Anness VIII għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist. Huma għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta’ xogħol, servizz jew provvista sabiex jintlaħqu l-għanijiet għall-użu, is-sostenibbiltà u l-benesseri tal-annimali tal-awtorità kontraenti.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tikketti

Tikketti u ċ-ċertifikati ta’ standard verifikat ta’ parti terza

Ġustifikazzjoni

L-użu ta’ tikketti għandu jitħassar u jinbidel bl-użu ta’ standards. L-istandards huma utli billi jiġu mifhuma tajjeb mill-offerenti fil-qasam rilevanti kif ukoll sabiex jiġi evitat li jkun meħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jivvintaw xi ħaġa ġdida. Billi tenfasizza l-użu ta’ standards id-Direttiva tiffaċilita l-possibbiltà li l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu eżiġenzi ambjentali u soċjali.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu karatteristiċi ambjentali, soċjali jew karatteristiċi oħrajn ta’ xogħlijiet, servizz jew provvista f’termini ta’ rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 40 (3), dawn jistgħu jkunu jeħtieġu li dawn ix-xogħlijiet, servizzi jew provvisti jingħataw tikketta speċifika, dejjem jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu karatteristiċi ambjentali, soċjali jew karatteristiċi oħrajn ta’ xogħlijiet, servizz jew provvista f’termini ta’ rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 40 (3), dawn jistgħu jkunu jeħtieġu li dawn ix-xogħlijiet, servizzi jew provvisti jingħataw tikketta speċifika u/jew ċertifikat ta’ standard verifikat ta’ parti terza, dejjem jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ir-rekwiżiti għat-tikketta jikkonċernaw biss karatteristiċi li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u huma xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;

(a) ir-rekwiżiti għat-tikketta u/jew iċ-ċertifikat ta’ standard verifikat ta’ parti terza jikkonċernaw karatteristiċi li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u huma xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ir-rekwiżiti għat-tikketta huma mfassla fuq il-bażi ta’ informazzjoni xjentifika jew ibbażati fuq kriterji oġġettivi verifikabbli u mhux diskriminatorji oħrajn;

(b) ir-rekwiżiti għat-tikketta u/jew għaċ-ċertifikat ta’ standard verifikat ta’ parti terza huma mfassla fuq il-bażi ta’ informazzjoni xjentifika jew ibbażati fuq kriterji u data oġġettivi verifikabbli u mhux diskriminatorji oħrajn;

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) ir-regoli li jmexxu l-għażla huma raġonevolment proporzjonati man-natura tal-kuntratt;

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) it-tikketti huma stabbiliti fi proċedura miftuħa u trasparenti li fiha jistgħu jipparteċipaw il-partijiet interessati kollha, inklużi l-korpi pubbliċi, il-konsumaturi, il-manifatturi, id-distributuri u l-organizzazzjonijiet ambjentali,

(c) it-tikketti u/jew iċ-ċertifikati ta’ standard verifikat ta’ parti terza huma stabbiliti fi proċedura miftuħa u trasparenti li fiha jistgħu jipparteċipaw il-partijiet interessati kollha, inklużi l-korpi pubbliċi, il-konsumaturi, il-manifatturi, id-distributuri u l-organizzazzjonijiet ambjentali,

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) it-tikketti huma aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha.

(d) it-tikketti u/jew iċ-ċertifikati ta’ standard verifikat ta’ parti terza huma aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-kriterji tat-tikketti huma stipulati minn parti terza li hija indipendenti mill-attur ekonomiku li jkun qed japplika għat-tikketta.

(e) il-kriterji tat-tikketti u/jew iċ-ċertifikat ta’ standard verifikat ta’ parti terza huma stipulati minn parti terza li hija indipendenti mill-attur ekonomiku li jkun qed japplika għat-tikketta. Il-parti terza tista’ tkun korp jew organizzazzjoni speċifika nazzjonali jew governattiva.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn tikketta tissodisfa l-kundizzjonijiet speċifikati fil-punti (b), (c), (d) u (e) tal-paragrafu 1 iżda anki tistabbilixxi rekwiżiti mhux marbutin mas-suġġett tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddefinixxu l-ispeċifikazzjoni teknika b’referenza għal dawk tal-ispeċifikazzjonijiet dettaljati ta’ dik it-tikketta, jew inkella, fejn dan ikun neċessarju, partijiet minnha li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u li jkunu xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi ta’ dan is-suġġett.

2. Fejn standard verifikat ta’ parti terza ma jissodisfax id-definizzjoni fil-punt 6 tal-Anness VIII minħaba li l-kriterji tiegħu jistabbilixxu rekwiżiti mhux marbutin mas-suġġett tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddefinixxu l-ispeċifikazzjoni teknika b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet dettaljati ta’ dak l-istandard, jew inkella, fejn dan ikun neċessarju, partijiet minnu li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u li jkunu xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi ta’ dan is-suġġett.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta’ din l-emenda huwa li jenfasizza l-użu ta’ standards ta’ partijiet terzi fl-akkwist pubbliku. Bl-użu ta’ standards verifikati ta’ parti terza l-awtoritajiet kontraenti u l-offerenti jkollhom għodda ċara, eliġibbli u utli. Il-fatt li prodott jew servizz jilħaq standards verifikat ta’ parti terza jservi bħala evidenza li l-kriterji tal-awtorità kontraenti jkunu ntlaħqu.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtorità kontraenti tista’ tiddikjara fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħha li għandu jitqies li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jikkonformaw ma’ standard bħal dan jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw ukoll l-istandards ekwivalenti kollha li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet indikati mill-awtoritajiet kontraenti. Fejn ma jkunx ġie verifikat minn parti terza li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jikkonformaw ma’ standard bħal dan, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw ukoll dossier tekniku tal-manifattur jew mezz ieħor xieraq ta’ evidenza bħal ċertifikati u dikjarazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

L-użu ta’ tikketti għandu jitħassar u jinbidel bl-użu ta’ standards. L-istandards huma utli billi jiġu mifhuma tajjeb mill-offerenti fil-qasam rilevanti kif ukoll sabiex jiġi evitat li jkun meħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jivvintaw xi ħaġa ġdida. Billi tenfasizza l-użu ta’ standards id-Direttiva tiffaċilita l-possibbiltà li l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu eżiġenzi ambjentali u soċjali.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kull kandidat jew offerent li qiegħed f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 jista’ jipprovdi lill-awtorità kontraenti bil-provi li juru l-affidabilità tiegħu minkejja l-eżistenza tar-raġuni relevanti għall-esklużjoni.

4. Jekk xi kandidat jew offerent li qiegħed f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 jipprovdi lill-awtorità kontraenti bil-provi li juru l-affidabilità tiegħu minkejja l-eżistenza tar-raġuni relevanti għall-esklużjoni, l-awtorità kontraenti tista’ tikkunsidra mill-ġdid l-esklużjoni tal-offerta.

Ġustifikazzjoni

Sabiex ikun żgurat b’mod ċar u mhux ambigwu li l-liġijiet, ir-regolamenti tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali u d-dispożizzjonijiet vinkolanti l-oħra għandhom ikunu rispettati mill-offerent, u li l-awtoritajiet kontraenti jkollhom dritt ċar li jeskludu l-offerenti li ma jkunux konformi magħhom.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 1 – punt (ca) (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) ir-rispett tal-istandards fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà, il-liġi soċjali u tax-xogħol u dik ambjentali definita bil-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali kif ukoll bi ftehimiet kollettivi.

Ġustifikazzjoni

L-użu ta’ tikketti għandu jitħassar u jinbidel bl-użu ta’ standards. L-istandards huma utli billi jiġu mifhuma tajjeb mill-offerenti fil-qasam rilevanti kif ukoll sabiex jiġi evitat li jkun meħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jivvintaw xi ħaġa ġdida. Billi tenfasizza l-użu ta’ standards id-Direttiva tiffaċilita l-possibbiltà li l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu eżiġenzi ambjentali u soċjali.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fir-rigward tal-abilità teknika u professjonali, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-atturi ekonomiċi jkollhom ir-riżorsi umani u tekniċi u l-esperjenza meħtieġa sabiex iwettqu l-kuntratt bi standard xieraq ta’ kwalità. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu li l-atturi ekonomiċi mhumiex se jwettqu l-kuntratt bi standard xieraq ta’ kwalità fejn l-awtorità kontraenti stabbilixxiet li dawn għandhom kunflitti ta’ interessi li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv it-twettiq tal-kuntratt.

4. Fir-rigward tal-abilità teknika u professjonali, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-atturi ekonomiċi jkollhom jew ikunu għamlu provvedimenti sabiex jaċċedu jew jakkwistaw ir-riżorsi umani u tekniċi u l-esperjenza meħtieġa sabiex jiżguraw it-twettiq tal-kuntratt bi standard xieraq ta’ kwalità u, fejn jintalab dan mill-awtorità kontraenti, skont kwalunkwe klawżola ta’ prestazzjoni kuntrattwali speċifikata skont l-Artikolu 70. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu li l-atturi ekonomiċi mhumiex se jiżguraw il-prestazzjoni meħtieġa fejn l-awtorità kontraenti stabbilixxiet li dawn għandhom kunflitti ta’ interessi li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv it-twettiq tal-kuntratt.

Ġustifikazzjoni

L-użu ta’ tikketti għandu jitħassar u jinbidel bl-użu ta’ standards. L-istandards huma utli billi jiġu mifhuma tajjeb mill-offerenti fil-qasam rilevanti kif ukoll sabiex jiġi evitat li jkun meħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jivvintaw xi ħaġa ġdida. Billi tenfasizza l-użu ta’ standards id-Direttiva tiffaċilita l-possibbiltà li l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu eżiġenzi ambjentali u soċjali.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 3, 4 u 5 japplikaw għall-proċeduri tas-sottokuntrattar u l-operaturi tas-sottokuntrattar.

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li l-awtoritajiet tas-sottokuntrattar jingħataw possibilitajiet aħjar sabiex jikkunsidraw is-sottokuntrattar.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 57 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom joħolqu repożitorji sikuri onlajn għaċ-ċertifikati fejn l-intrapriżi jistgħu jissottomettu d-dokumentazzjoni kollha rilevanti darba kull sentejn. Din id-dokumentazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kontraenti kollha fil-livelli kollha, billi dawn jingħataw numru ta’ identfikazzjoni personali.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 60 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Bħala regola ġenerali, il-prova tal-qagħda ekonomika jew finanzjarja tal-attur ekonomiku tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ waħda jew aktar mir-referenzi elenkati fl-Anness XIV, parti 1.

2. Bħala regola ġenerali, il-prova tal-qagħda ekonomika jew finanzjarja tal-attur ekonomiku, kif ukoll il-konformità ma’ regoli u standards fil-qasam tal-liġi tas-saħħa u s-sikurezza, soċjali u tax-xogħol definita mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali u minn ftehimiet kollettivi li japplikaw fil-post fejn jitwettaq ix-xogħol, is-servizz jew il-provvista, tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ waħda jew aktar mir-referenzi elenkati fl-Anness XIV.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 61 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Standards ta’ garanzija tal-kwalità u standards ta’ ġestjoni ambjentali

Standards ta’ garanzija tal-kwalità u standards ta’ ġestjoni ambjentali u tal-benesseri tal-annimali

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 61 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta ssirilhom talba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħrajn, skont l-Artikolu 88, kwalunkwe informazzjoni relatata mad-dokumenti mressqa bħala prova ta’ konformità mal-istandards tal-kwalità u ambjentali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

3. Meta ssirilhom talba, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri oħra skont l-Artikolu 88, kwalunkwe informazzjoni relatata mad-dokumenti pprovduti bħala prova ta’ konformità mal-istandards tal-kwalità u ambjentali u tal-benesseri tal-annimali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterji li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuqhom għandhom ikunu waħda minn dawn li ġejjin:

1. Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterji li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuqhom għandha tkun l-offerta l-aktar vantaġġjuża mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali.

(a) l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża;

 

(b) l-aktar spiża baxxa.

 

L-ispejjeż jistgħu jiġu valutati, skont l-għażla tal-awtorità kontraenti, fuq il-bażi tal-prezz biss jew billi jintuża approċċ tal-kosteffiċenza, bħall-approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 67.

 

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mill-punt ta’ vista tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża msemmija fil-putn (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal:

(a) il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv.

2. Mill-punt ta’ vista tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża msemmija fil-putn (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni.

(b) għal kuntratti ta’ servizzi u kuntratti li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, jistgħu jkunu kkunsidrati l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni, bil-konsegwenza li, wara l-għoti tal-kuntratt, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni u kwalità ekwivalenti;

 

(c) is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data ta’ twassil u l-perjodu ta’ twassil jew il-perjodu ta’ tlestija;

 

(d) il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta’ kwalunkwe stadju ieħor tul iċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fil-punt (22) tal-Artikolu 2, sa fejn dawk il-kriterji huma speċifikati skont il-paragrafu 4 u jikkonċernaw fatturi direttament involuti f’dawn il-proċessi u jikkaratterizzaw il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni u forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba.

 

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-kriterji li jissemmew fil-paragrafu 2 jistgħu jinkludu:

 

(a) kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibbiltà, id-disinn għall-utenti kollha;

 

(b) karatteristiċi innovattivi inkluż l-aqwa tekniki disponibbli;

 

(c) kriterji ambjentali u ta' sostenibbiltà inkluż spejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja kif definiti fl-Artikolu 67 u l-kriterji tal-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku;

 

(d) kriterji tal-proċess ta’ produzzjoni soċjalment sostenibbli, li jistgħu jinvolvu wkoll l-impjieg tal-individwi żvantaġġati jew membri ta’ gruppi vulnerabbli;

 

(e) għal kuntratti ta’ servizzi u kuntratti li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħolijiet, jistgħu jkunu kkunsidrati l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni kif ukoll il-kapaċitajiet, il-ħiliet u l-kondotta professjonali ta' kwalunkwe sottokuntrattur, bil-konsegwenza li, wara l-għoti tal-kuntratt, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit u jkun permess aktar sottokuntrattar biss bil-kunsens tal-awtorità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni u kwalità ekwivalenti;

 

(f) is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data ta’ twassil u l-perjodu ta’ twassil jew il-perjodu ta’ tlestija;

 

(g) il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta’ kwalunkwe stadju ieħor tul iċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fil-punt (22) tal-Artikolu 2, sa fejn dawk il-kriterji huma speċifikati skont il-paragrafu 4 u jikkonċernaw fatturi direttament involuti f’dawn il-proċessi u jikkaratterizzaw il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni u forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li dak l-għoti ta’ ċerti tipi ta’ kuntratti għandu jkun ibbażat fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2.

imħassar

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, fid-dokumenti tal-akkwist jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika il-koeffiċjent relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża.

5. Fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, fid-dokumenti tal-akkwist jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika il-koeffiċjent relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 67 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tkun saret abbażi ta’ informazzjoni xjentifika jew hija bbażata fuq kriterji oħra li jistgħu jkunu verifikati oġġettivament u mingħajr diskriminazzjoni;

(a) tkun saret b’konsulta mill-qrib mal-partijiet interessati, hija bbażata fuq informazzjoni xjentifika jew hija bbażata fuq kriterji oħra li jistgħu ikunu verifikati oġġettivament u mingħajr diskriminazzjoni;

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 67 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tkun ġiet stabbilita għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa;

(b) tkun ġiet ittestjata u verifikata mal-fornituri u stabbilita għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa;

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 67 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) tiġi fformulata sabiex tiżgura li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jivverfikaw il-konformità tal-prodott mal-ispjejjeż iddikjarati taċ-ċiklu tal-ħajja.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 67 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull meta, permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni, tiġi adottata metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż permezz ta’ atti ddelegati skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, din għandha tiġi applikata fejn il-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja jkun inkluż fil-kriterji tal-għoti msemmija fl-Artikolu 66(1).

3. Kull meta, permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni, tiġi adottata metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż permezz ta’ atti ddelegati skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, tali atti leġiżlattivi għandhom jiġu adottati f’konsulta mill-qrib mal-partijiet interessati. Tali metodoloġiji komuni għandhom jiġu applikati fejn il-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja jkun inkluż fil-kriterji tal-għoti msemmija fl-Artikolu 66(1).

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijet vinkolanti oħra nazzjonali fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol, tal-liġi ambjentali jew tal-liġi dwar is-saħħa pubblika jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom id-dritt li jiċħdu l-għoti ta' kuntratt lil offerta li ma tikkonformax mal-liġijiet u r-regolamenti. Ir-referenza għal regolamenti f’dan l-Artikolu ma għandhiex tkun limitata għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’oqsma regolatorji speċifiċi. L-Artikolu għandu jiġi estiż sabiex jinkludi leġiżlazzjoni u sistemi għar-regolazzjoni tas-suq tax-xogħol.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 70 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Awtorità kontraenti tista’ tiddikjara fid-dokumenti tal-kuntratt, jew tiġi obbligata minn Stat Membru sabiex tiddikjara, il-korp jew il-korpi li minnhom kandidat jew offerent jista’ jikseb l-informazzjoni xierqa dwar l-obbligi relatati mat-taxxi, mal-ħarsien ambjentali, mad-dispożizzjonijiet tal-ħarsien tal-impjiegi u mal-kundizzjonijiet tax-xogħol li normalment jiġu applikati fuq il-post fejn ikunu se jitwettqu x-xogħlijiet jew fejn is-servizzi jkunu se jingħataw u li għandhom ikunu applikabbli għax-xogħlijiet imwettqa fuq il-post tax-xogħol jew għas-servizzi mogħtija waqt it-twettiq tal-kunratt.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tintroduċi mill-ġdid, bi ftit tibdil żgħir, l-Artikolu 27, paragrafu 1, mid-Direttiva 2004/18/KE preżenti. Mid-direttiva preżenti dwar l-akkwist pubbliku (KE 2004/18). Dan l-Artikolu ma għandux jitħassar minħabba l-importanza tiegħu fl-appoġġ tal-offerenti minn pajjiżi oħra sabiex jipparteċipaw fl-akkwist u japprovaw il-kummerċ transkonfinali.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Article 70 – subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Awtorità kontraenti li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titlob lill-offerenti jew lill-kandidati fil-proċedura tal-għoti tal-kuntratt sabiex jindikaw li jkunu kkunsidraw, meta fasslu l-offerta tagħhom, l-obbligi relatati mad-dispożizzjonijiet dwar il-ħarsien tal-ambjent u l-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol li normalment jiġu applikati fil-post fejn ix-xogħlijiet ikunu se jitwettqu jew is-servizz ikun se jingħata.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tintroduċi mill-ġdid, bi ftit tibdil żgħir, l-Artikolu 27, paragrafu 2, mid-Direttiva 2004/18/KE preżenti. Dan l-Artikolu ma għandux jitħassar minħabba l-importanza tiegħu fl-appoġġ tal-offerenti minn pajjiżi oħra sabiex jipparteċipaw fl-akkwist u japprovaw il-kummerċ transkonfinali.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 71 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-kwistjoni tar-responsabilità tal-attur ekonomiku prinċipali.

3. Il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-kwistjoni tar-responsabilità tal-attur ekonomiku prinċipali. Sistema ta’ responsabbiltà konġunta u diversi responsabbiltajiet għandha tistipula li l-katina kollha tas-sottokuntrattar tinżamm responsabbli b’mod konġunt rigward ir-rispett tad-drittijiet fundamentali, ir-regoli ambjentali, tas-saħħa u s-sigurtà, dawk soċjali u tax-xogħol (kif definit fl-Artikoli 2, 22a (ġdid), 40, 54, 55 u 56).

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li l-awtoritajiet tas-sottokuntrattar jingħataw possibilitajiet aħjar sabiex jikkunsidraw is-sottokuntrattar.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu korp indipendenti wieħed responsabbli mis-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ implimentazzjoni (minn hawn ’il quddiem jissejjaħ ‘il-korp ta’ sorveljanza’). L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-għażla tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jagħ¿lu korp indipendenti wieħed responsabbli mis-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ implimentazzjoni (minn hawn ’il quddiem jissejjaħ ‘il-korp ta’ sorveljanza’) f’każijiet fejn ma jeżisti l-ebda korp indipendenti bħal dan. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-għażla tagħhom.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Anness VIII – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) “Standard verifikat ta’ parti terza" tfisser speċifikazzjoni stabbilita rigward karatteristiċi ambjentali, soċjali jew karatteristiċi oħra ta’ xogħlijiet, servizz jew provvista (inklużi l-karattersitiċi taċ-ċiklu tal-ħajja u l-proċess tal-produzzjoni soċjalment sostenibbli) li tkun aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha u teħtieġ konformità li jkollha tiġi verifikata minn parti terza li tkun indipendenti mill-offerenti u fejn il-kriterji għall-ispeċifikazzjoni:

 

(a) jikkonċernaw biss karatteristiċi konnessi mas-suġġett tal-kuntratt;

 

(b) jitfasslu abbażi ta' informazzjoni xjentifika jew abbażi ta’ kriterji oħra li jkunu jistgħu jiġu verifikati b'mod oġġettiv u nondiskriminatorju;

 

(c) jiġu stabbiliti fi proċedura miftuħa u trasparenti li fiha l-partijiet interessati kollha, inkluż il-korpi tal-gvernijiet, it-trejdjunjins, il-konsumaturi, il-manifatturi, id-distributuri u l-organizzazzjonijiet ambjentali, ikunu jistgħu jipparteċipaw;

 

(d) jiġu stabbiliti minn parti terza li tkun indipendenti minn kwalunkwe operatur ekonomiku li japplika għall-verifika tal-konformità.

Ġustifikazzjoni

Modifiki minħabba tibdil fir-rigward ta’ standards.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Anness XI – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Konvenzjoni 94 dwar il-Klawżoli tax-Xogħol (Kuntratti Pubbliċi)

Ġustifikazzjoni

L-iżgurar tal-istandards minimi tas-saħħa, is-sikurezza u l-benesseri tal-ħaddiema impjegati mill-kuntratturi.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Anness XVI – ringiela 2 – kolonna 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Servizzi tas-saħħa u soċjali

Servizzi tas-saħħa u soċjali, inklużi servizzi tal-ambulanza

PROĊEDURA

Titolu

L-akkwist pubbliku

Referenzi

COM(2011)0896 – C7-0006/2012 – 2011/0438(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Åsa Westlund

7.2.2012

Eżami fil-kumitat

29.5.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.7.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

4

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Martin Callanan, Yves Cochet, Tadeusz Cymański, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Erik Bánki, Christofer Fjellner, Gaston Franco, Julie Girling, Toine Manders, Miroslav Mikolášik, Vittorio Prodi, Alda Sousa, Marita Ulvskog

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (1.10.2012)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku
(COM(2011)0896 – C7‑0006/2012 – 2011/0438(COD))

Rapporteur għal opinjoni: András Gyürk

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-Akkwist Pubbliku jiżvolġi rwol kruċjali fl-ilħuq tal-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Il-proposta tal-KE għal direttiva ġdida dwar l-Akkwist Pubbliku għandha twassal għall-modernizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea f'dan il-qasam. Din toffri opportunità biex il-proċeduri attwali jiġu ssemplifikati, tiżdied it-trasparenza tagħhom u titqies kif dovut l-importanza tal-aspetti relatati mal-effiċjenza enerġetika fix-xiri ta' prodotti u servizzi.

L-emendi proposti mir-Rapporteur għal opinjoni jħeġġu l-użu estensiv ta' mezzi elettroniċi ta' informazzjoni u komunikazzjoni tul l-istadji differenti tal-akkwist pubbliku – mill-fażi tal-offerti sal-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Ir-rikors għall-IT għandu jwassal kemm għat-tnaqqis tal-ispejjeż kif ukoll għal parteċipazzjoni ikbar min-naħa tal-impriżi żgħar u medji (SMEs). Sabiex jiġi evitat l-effett kuntrarju minħabba għarfien mhux suffiċjenti tal-IT, l-Istati Membri mħeġġa jipprovdu opportunitajiet għat-taħriġ neċessarju sabiex jinkisbu l-ħiliet meħtieġa biex tiġi konkluża l-proċedura elettronika ta' akkwist pubbliku.

Ir-Rapporteur għal opinjoni jissuġġerixxi li jitjieb il-monitoraġġ tal-fażi tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt u tiġi stabbilita opportunità għall-introduzzjoni ta' sanzjonijiet ġodda kontra l-kuntrattur f'każ ta' ksur gravi tal-kuntratt. Il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-opportunità li jiġu introdotti sanzjonijiet jistgħu jtejbu b'mod sinifikanti l-kultura tal-akkwist u jiżguraw l-iktar użu effiċjenti tal-finanzi pubbliċi.

Minħabba li l-piż finanzjarju tal-proċeduri tal-akkwist pubbliku ġie identifikat bħala xkiel serju għall-aċċess għal offerti pubbliċi min-naħa tal-SMEs, ir-Rapporteur għal opinjoni jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tagħmel inventarju tal-Unjoni kollha tad-drittijiet kollha relatati mal-akkwist pubbliku, minħabba li l-identifikazzjoni ċara ta' tali drittijiet tippermetti li jiġu rieżaminati dawk li huma ta' xkiel mhux raġonevoli. Barra minn hekk, sabiex jiġi permess aċċess estensiv għall-offerti pubbliċi, l-Istati Membri mħeġġa jistabbilixxu proċeduri ta' rimedju oġġettivi, effiċjenti u rħas. Fid-dawl ta' dan, ir-Rapporteur għal opinjoni jemmen fl-użu tal-awtoritajiet kompetenti eżistenti responsabbli għal kuntratti ta' appalt iktar milli fit-twaqqif ta' korpi ta' sorveljanza ġodda.

Fl-aħħar nett, iżda mhux inqas importanti, qed jiġi enfasizzat b'mod speċjali l-akkwist ekoloġiku u l-ħtieġa li jkun inkorporat fil-kriterji ta' valutazzjoni għal prodotti u servizzi mixtrija permezz ta' offerta pubblika. Għaldaqstant, il-kriterji tal-għażla għandhom jinkorporaw il-kosteffikaċja bbażata fuq analiżi taċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja li tqis kif dovut il-prestazzjoni tal-effiċjenza enerġetika ta' prodotti jew servizzi partikolari matul iċ-ċiklu ta' ħajja tagħhom.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-għoti ta' kuntratti pubbliċi minn jew f'isem l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandu jkun konformi mal-prinċipji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari mal-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jingħataw servizzi kif ukoll mal-prinċipji li jitnisslu minnhom, bħat-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza. Madankollu, għal kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu valur, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet li jikkoordinaw il-proċeduri ta' akkwist nazzjonali sabiex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji jingħataw effett prattiku u li l-akkwist pubbliku jkun miftuħ għall-kompetizzjoni.

(1) L-għoti ta' kuntratti pubbliċi minn jew f'isem l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandu jkun konformi mal-prinċipji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari mal-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jingħataw servizzi kif ukoll mal-prinċipji li jitnisslu minnhom, bħat-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità, il-ftuħ, it-trasparenza u l-pubbliċità. Madankollu, għal kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu valur, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet li jikkoordinaw il-proċeduri ta' akkwist nazzjonali sabiex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji jingħataw effett prattiku u li l-akkwist pubbliku jkun miftuħ għall-kompetizzjoni, waqt li tiġi dejjem żgurata l-effikaċja fl-użu tal-fondi pubbliċi. Dan se jirrikjedi grad għoli ta' flessibilità għall-Istati Membri sabiex jiġu promossi soluzzjonijiet effikaċi u idonei.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali [l-posta] u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi iridu jiġu reveduti u modernizzati sabiex titjieb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, billi tiġi faċilitata b'mod partikolari l-parteċipazzjoni ta' impriżi żgħar u medji fl-akkwisti pubbliċi u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b'appoġġ għall-miri soċjetali komuni. Hemm bżonn li jiġu ċċarati ideat u kunċett bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza legali aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta' ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol ċentrali fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali [l-posta] u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi iridu jiġu reveduti u modernizzati sabiex ix-xerrejj pubbliċi jitħallew jagħmlu użu aħjar tal-akkwist pubbliku għas-sostenn tal-iżvilupp sostenibbli u objettivi oħra tas-soċjetà, biex titjieb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika billi jiġi żgurat l-aħjar eżitu possibbli f'termini tal-proporzjon tal-kostijiet u tal-benefiċċji, jitnaqqsu l-ispejjeż kemm għall-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll għall-impriżi u billi tiġi faċilitata b'mod partikolari l-parteċipazzjoni ta' impriżi żgħar u medji fl-akkwisti pubbliċi u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b'appoġġ għall-miri tas-soċjetà komuni. Hemm bżonn li jiġu ssemplifikati r-regoli tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward ta' kif l-objettivi tas-sostenibbiltà jistgħu jiġu inkorporati fl-akkwist pubbliku, u li jiġu ċċarati ideat u kunċett bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza tad-dritt aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta' ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Skont l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, b'mod partikolari bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli. Din id-Direttiva tiċċara kif l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tiżgura li dawn ikunu jistgħu jiksbu l-aħjar valur għall-flus għall-kuntratti tagħhom.

(5) Skont l-Artikoli 9, 10 u 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali u l-kunċett ta' proċess ta' produzzjoni "sostenibbli soċjalment" għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, b'mod partikolari bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli u li jiġi garantit, matul il-katina kollha tal-provvista, ir-rispett għas-saħħa u għas-sigurtà pubblika, kif ukoll l-istandards soċjali u l-leġiżlazzjoni nazzjonali u Ewropea fil-qasam tax-xogħol.

 

Din id-Direttiva tiċċara kif l-awtoritajiet kontraenti jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, u jużaw is-setgħa diskrezzjonali mogħtija lilhom billi jagħżlu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji ta' attribuzzjoni l-iktar adatti sabiex iwettqu akkwist pubbliku li jkun soċjalment sostenibbli, b'hekk jiggarantixxu r-rabta mal-objettiv tas-suq u l-aħjar valur għall-flus għall-kuntratti tagħhom.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) L-awtoritajiet kontraenti għandhom diskrezzjoni wiesgħa sabiex jagħżlu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi li jiddefinixxu l-provvisti, is-servizzi, jew ix-xogħlijiet li jfittxu li jakkwistaw. Barra minn hekk, għandhom diskrezzjoni wiesgħa sabiex jużaw kemm speċifikazzjonijiet tekniċi kif ukoll kriterji tal-għoti sabiex jiksbu objettivi ta' awtorità kontraenti, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet u l-kriterji mfassla sabiex jinkiseb akkwist pubbliku aktar sostenibbli. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, inklużi dawk relatati mal-objettivi tas-sostenibbiltà, iridu jkunu relatati mas-suġġett tal-kuntratt tal-akkwist. Sakemm tiġi sodisfatta r-rabta mar-regola tas-suġġett, din id-Direttiva mhijiex maħsuba biex tillimita aktar it-tipi ta' tħassib li awtorità kontraenti tista' tindirizza permezz tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom id-diskrezzjoni wiesgħa li jagħżlu l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti fir-rigward tal-provvisti, is-servizzi, jew ix-xogħlijiet li jfittxu li jakkwistaw. Għal dak l-għan, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti jistgħu jiġu mfassla b'tali mod li jirriflettu l-objettivi tas-sostenibbiltà tal-awtorità kontraenti, kif ukoll l-objettivi tal-akkwist funzjonali tiegħu. Il-kamp tal-applikazzjoni u t-tip ta' objettivi ta' sostenibbiltà li jistgħu jiġu riflessi fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti għandhom jiġu limitati mir-rabta għat-test tas-suġġett.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Minħabba l-ħtieġa li tiġi promossa l-parteċipazzjoni fl-akkwist pubbliku transkonfinali minn atturi ekonomiċi fl-Unjoni, huwa neċessarju għall-Istati Membri li jittrasponu u japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern1 kif suppost u fil-ħin.

 

____________

 

1 ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-Ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) approvat b'mod partikolari l-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Akkwist mill-Gvern, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-"Ftehim". L-għan tal-Ftehim huwa li jistabbilixxi qafas multilaterali ta' drittijiet u dmirijiet ibbilanċjati marbuta mal-kuntratti pubbliċi bil-għan li tinkiseb il-liberalizzazzjoni u t-twessigħ tal-kummerċ dinji. Għal kuntratti koperti mill-Ftehim, kif ukoll permezz ta' ftehimiet internazzjonali rilevanti oħrajn li l-Unjoni hija marbuta bihom, l-entitajiet kontraenti jissodisfaw l-obbligi skont dawk il-ftehimiet billi japplikaw din id-Direttiva għall-atturi ekonomiċi ta' pajjiżi terzi li huma firmatarji tal-ftehimiet.

(8) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE tat-22 ta' Diċembru 1994 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x'jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-Ftehim milħuq fil-Laqgħa ta' negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994) approvat b'mod partikolari l-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Akkwist mill-Gvern, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-"Ftehim". Fi ħdan dan il-qafas multilaterali ta' drittijiet u dmirijiet ibbilanċjati marbuta mal-kuntratti pubbliċi li jsostni l-opportunitajiet indaqs għall-atturi ekonomiċi tal-Unjoni u ta' pajjiżi terzi biex jikkompetu f'kundizzjonijiet ta' parità fis-swieq tal-Unjoni u tal-pajjiżi terzi bil-għan li tiġi faċilitata l-integrazzjoni tal-impriżi żgħar u medji (SMEs) u jiġi stimolati l-impjiegi u l-innovazzjoni fi ħdan l-Unjoni. Għal kuntratti koperti mill-Ftehim, kif ukoll permezz ta' ftehimiet internazzjonali rilevanti oħrajn li l-Unjoni hija marbuta bihom, l-entitajiet kontraenti jissodisfaw l-obbligi skont dawk il-ftehimiet billi japplikaw din id-Direttiva għall-atturi ekonomiċi ta' pajjiżi terzi li huma firmatarji tal-ftehimiet.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) L-Unjoni għandha bżonn strument effikaċi sabiex, minn naħa, tinkoraġġixxi l-konformità mal-prinċipju ta' reċiproċità u bilanċ f'relazzjoni ma' pajjiżi terzi li ma jagħtux aċċess ekwivalenti għall-atturi ekonomiċi Ewropej, partikolarment permezz ta' valutazzjoni ta' reċiproċità sostanzjali li għandha titwettaq mill-Kummissjoni, u, min-naħa l-oħra, tiżgura kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ta' parità għal kulħadd;

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Din id-direttiva minħabba li hi indirizzata lill-Istati Membri, ma tapplikax għall-akkwisti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali f'isimhom u b'responsabbiltà għalihom. Madankollu, jeħtieġ li jiġi ċċarat sa liema punt id-Direttiva għandha tiġi applikata għall-akkwisti regolati minn regoli internazzjonali speċifiċi.

(13) Din id-direttiva minħabba li hi indirizzata lill-Istati Membri, ma tapplikax għall-akkwisti mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali f'isimhom u b'responsabbiltà għalihom. Għalkemm l-UE għandha suq tal-akkwist pubbliku miftuħ ħafna, diversi pajjiżi terzi qed isibuha bi tqila li jiftħu s-swieq tal-akkwist tagħhom għall-kompetizzjoni internazzjonali. Sabiex jiġi applikat il-prinċipju tar-reċiproċità u jitjieb l-aċċess tal-atturi ekonomiċi tal-UE għas-swieq tal-akkwist pubbliku ta' pajjiżi terzi protetti minn miżuri restrittivi tal-akkwist, għandhom jiġu introdotti regoli speċjali skont COM(2012)124 / 2012/0060(COD).

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Hemm bżonn kbir għal aktar flessibilità u b'mod partikolari għall-aċċess usa' għall-proċedura ta' akkwist li tipprovdi għan-negozjati, kif espliċitament previst fil-Ftehim, fejn in-negozjati jkunu permessi fil-proċeduri kollha. L-awtoritajiet kontraenti, sakemm ma jkunx ipprovdut mod ieħor mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, għandhom ikunu jistgħu jużaw il-proċedura ta' kompetizzjoni permezz ta' negozjar kif ipprovdut f'din id-Direttiva, f'diversi sitwazzjonijiet fejn proċeduri miftuħa jew ristretti mingħajr negozjati probabbilment ma jwasslux għal riżultati sodisfaċenti ta' akkwist. Din il-proċedura għandha tkun akkumpanjata minn salvagwardji xierqa li jiżguraw l-osservanza tal-prinċipji ta' trattament ugwali u trasparenza. Dan sejjer jagħti aktar flessibilità lill-awtoritajiet kontraenti fix-xiri ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi li huma adattati perfettament għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. Fl-istess ħin, dan għandu jżid il-kummerċ transkonfinali, hekk kif l-evalwazzjoni uriet li l-kuntratti mogħtija bi proċedura negozjata b'pubblikazzjoni minn qabel għandhom rata ta' suċċess partikolarment għolja fl-offerti transkonfinali.

(15) Hemm bżonn kbir għal aktar flessibilità u b'mod partikolari għall-aċċess usa' għall-proċedura ta' akkwist li tipprovdi għan-negozjati, kif espliċitament previst fil-Ftehim, fejn in-negozjati jkunu permessi fil-proċeduri kollha. L-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jużaw il-proċedura kompetittiva permezz ta' negozjar kif ipprovdut f'din id-Direttiva. Din il-proċedura għandha tkun akkumpanjata minn salvagwardji xierqa li jiżguraw l-osservanza tal-prinċipji ta' trattament ugwali u trasparenza. Dan sejjer jagħti aktar flessibilità lill-awtoritajiet kontraenti fix-xiri ta' xogħlijiet, provvisti u servizzi li huma adattati perfettament għall-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. Fl-istess ħin, dan għandu jżid il-kummerċ transkonfinali, hekk kif l-evalwazzjoni uriet li l-kuntratti mogħtija bi proċedura negozjata b'pubblikazzjoni minn qabel għandhom rata ta' suċċess partikolarment għolja fl-offerti transkonfinali.

Ġustifikazzjoni

B'referenza għall-Green Paper dwar l-immodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku (COM(2011)15 finali), u r-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-modernizzar tal-akkwist pubbliku (2011/2048(INI)), il-proċeduri nnegozjati għandhom jintużaw mingħajr limitazzjoni sabiex jinkiseb il-kuntratt li jkun l-aktar adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-awtorità kontraenti, kif ukoll sabiex jinkiseb l-aħjar valur għall-flus. Sabiex jinkiseb l-ogħla livell possibbli ta' trasparenza, jeħtieġ li jiġu elaborati garanziji adegwati kontra t-tgħawwiġ tas-suq - li jirriżulta bl-applikazzjoni ta' din il-proċedura.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Ir-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-eko-innovazzjoni u l-innovazzjoni soċjali, huma fost il-muturi ewlenin tat-tkabbir ġejjieni filwaqt li tqiegħdu fiċ-ċentru tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu l-aħjar użu strateġiku mill-akkwist pubbliku biex b'hekk jixprunaw l-innovazzjoni. Ix-xiri ta' oġġetti u servizzi innovattivi għandu rwol ewlieni fit-titjib tal-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi filwaqt li jindirizza l-isfidi soċjetali ewlenin. Jikkontribwixxi għall-kisba tal-aħjar valur għall-flus pubbliċi kif ukoll għall-benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali usa' f'termini ta' ħolqien ta' ideat ġodda, u jsarrafhom fi prodotti u servizzi innovattivi u b'hekk jippromwovi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli. Din id-direttiva għandha tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-akkwist pubbliku ta' innovazzjoni u tgħin lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-miri tal-Unjoni tal-Innovazzjoni. Għaldaqstant, għandha tiġi pprovduta proċedura speċifika ta' akkwist li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu sħubija tal-innovazzjoni fit-tul għall-iżvilupp u x-xiri sussegwenti ta' prodotti, servizzi jew xogħlijiet ġodda u innovattivi, sakemm dawn ikunu jistgħu jitwasslu fil-livelli ta' prestazzjoni u l-ispejjeż miftehma. Is-sħubija għandha tiġi strutturata b'tali mod li tkun tista' tipprovdi l-'forza tas-suq' meħtieġa biex b'hekk tinċentiva l-iżvilupp ta' soluzzjoni innovattiva mingħajr ma jingħalaq is-suq.

(17) Ir-riċerka u l-innovazzjoni, inklużi l-ekoinnovazzjoni u l-innovazzjoni soċjali, huma fost il-muturi ewlenin tat-tkabbir ġejjieni filwaqt li tqiegħdu fiċ-ċentru tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom jagħmlu l-aħjar użu strateġiku mill-akkwist pubbliku biex b'hekk jixprunaw ir-R&Ż u l-innovazzjoni. Ix-xiri tar-R&Ż u l-użu ta' oġġetti u servizzi innovattivi għandu rwol ewlieni fit-titjib tal-effiċjenza u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi filwaqt li jindirizza l-isfidi soċjetali ewlenin. Jikkontribwixxi għall-kisba tal-aħjar valur għall-flus pubbliċi kif ukoll għall-benefiċċji ekonomiċi, ambjentali u soċjali usa' f'termini ta' ħolqien ta' ideat ġodda, u jsarrafhom fi prodotti u servizzi innovattivi u b'hekk jippromwovi t-tkabbir ekonomiku sostenibbli. Id-direttiva għandha tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-akkwist pubbliku tar-R&Ż u ta' oġġetti u servizzi innovattivi u tgħin lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-miri tal-Unjoni tal-Innovazzjoni iżda ma għandhiex tintroduċi kwoti obbligatorji għall-akkwist pubbliku innovattiv minħabba li dan jillimita l-kompetizzjoni u l-għażla tal-awtoritajiet kontraenti. Huwa għalhekk xieraq li jiġu ċċarati kemm jista' jkun il-possibbiltajiet għall-akkwist ta' R&Ż u oġġetti u servizzi innovattivi. Għaldaqstant, għandha tiġi pprovduta proċedura speċifika ta' akkwist li tippermetti lill-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu sħubija tal-innovazzjoni fit-tul għall-iżvilupp u x-xiri sussegwenti ta' prodotti, servizzi jew xogħlijiet ġodda u innovattivi, sakemm dawn ikunu jistgħu jitwasslu fil-livelli ta' prestazzjoni u l-ispejjeż miftehma. Is-sħubija għandha tiġi strutturata b'tali mod li tkun tista' tipprovdi l-'forza tas-suq' meħtieġa biex b'hekk tinċentiva l-iżvilupp ta' soluzzjoni innovattiva mingħajr ma jingħalaq is-suq.

Ġustifikazzjoni

L-akkwist pubbliku jista' jkollu rwol importanti sabiex jiġu promossi r-riċerka u l-innovazzjoni. Id-direttiva għandha għalhekk tkun aktar ċara f'termini tal-użu tal-akkwist pubbliku sabiex jiġu promossi kemm soluzzjonijiet tar-R&Ż kif ukoll soluzzjonijiet innovattivi.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-mezzi elettroniċi ta' informazzjoni u komunikazzjoni jistgħu jissimplifikaw il-pubblikazzjoni tal-kuntratti u jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċessi ta' akkwist. Dawn għandhom isiru l-mezz standard ta' komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni fil-proċeduri ta' akkwist. L-użu tal-mezzi elettroniċi jista' jwassal ukoll għal inqas ħela ta' ħin. Bħala riżultat, għandha ssir dispożizzjoni għat-tnaqqis tal-perjodi minimi fejn jintużaw il-mezzi elettroniċi, soġġett, madankollu, għall-kundizzjoni li jkunu kompatibbli mal-mod speċifiku ta' trażmissjoni previst mil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-mezzi elettroniċi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni inklużi funzjonalijiet adegwati jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu żbalji li jseħħu matul il-proċeduri ta' akkwist.

(19) Il-mezzi elettroniċi ta' informazzjoni u komunikazzjoni jistgħu jissemplifikaw il-pubblikazzjoni tal-kuntratti u jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċessi ta' akkwist. Dawn għandhom isiru l-mezz standard ta' komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni fil-proċeduri ta' akkwist. L-użu tal-mezzi elettroniċi jista' jwassal ukoll għal inqas ħela ta' ħin. Bħala riżultat, għandha ssir dispożizzjoni għat-tnaqqis tal-perjodi minimi fejn jintużaw il-mezzi elettroniċi, soġġett, madankollu, għall-kundizzjoni li jkunu kompatibbli mal-mod speċifiku ta' trażmissjoni previst mil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, mezzi elettroniċi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inklużi funzjonalitajiet adegwati jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti biex jevitaw, jidentifikaw u jikkorreġu żbalji li jseħħu kemm matul il-proċeduri ta' akkwist kif ukoll matul il-fażi tal-eżekuzzjoni. Jeħtieġ li jkun hemm ammont ta' żmien raġonevoli għad-dematerjalizzazzjoni sabiex il-persuni involuti jkollhom il-ħin meħtieġ għat-taħriġ.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Attwalment, l-għoti konġunt ta' kuntratti pubbliċi mill-awtoritajiet kontraenti ta' Stati Membri differenti qed jiffaċċja diffikultajiet legali speċifiċi, b'mod speċjali f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunflitti tal-liġijiet nazzjonali. Minkejja l-fatt li d-Direttiva 2004/18/KE tippermetti b'mod impliċitu l-akkwist pubbliku konġunt transkonfinali, fil-prattika, diversi sistemi legali nazzjonali b'mod espliċitu jew impliċitu għamlu l-akkwist konġunt transkonfinali legalment inċert jew impossibbli. L-awtoritajiet kontraenti mill-Istati Membri differenti jistgħu jkunu interessati li jikkooperaw u li jagħtu kuntratti pubbliċi b'mod konġunt, sabiex jiksbu l-akbar benefiċċju mill-potenzjal tas-suq intern f'termini ta' ekonomiji ta' skala u ta' qsim tar-riskji u l-benefiċċji, b'mod speċjali fi proġetti innovattivi li jinvolvu ammont akbar ta' riskju milli tista' tiflaħ b'mod raġonevoli awtorità kontraenti waħda. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti regoli ġodda dwar il-kuntratti konġunti transkonfinali li jagħżlu l-liġi applikabbli sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti fis-Suq Uniku. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jwaqqfu korpi legali konġunti stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. Għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi għal din il-forma ta' akkwist konġunt.

(26) Attwalment, l-għoti konġunt ta' kuntratti pubbliċi mill-awtoritajiet kontraenti ta' Stati Membri differenti qed jiffaċċja diffikultajiet legali speċifiċi, b'mod speċjali f'dak li għandu x'jaqsam mal-kunflitti tal-liġijiet nazzjonali. Minkejja l-fatt li d-Direttiva 2004/18/KE tippermetti b'mod impliċitu l-akkwist pubbliku konġunt transkonfinali, fil-prattika, diversi sistemi legali nazzjonali b'mod espliċitu jew impliċitu għamlu l-akkwist konġunt transkonfinali legalment inċert jew impossibbli. L-awtoritajiet kontraenti mill-Istati Membri differenti jistgħu jkunu interessati li jikkooperaw u li jagħtu kuntratti pubbliċi b'mod konġunt, sabiex jiksbu l-akbar benefiċċju mill-potenzjal tas-suq intern f'termini ta' ekonomiji ta' skala u ta' qsim tar-riskji u l-benefiċċji, b'mod speċjali fi proġetti innovattivi li jinvolvu ammont akbar ta' riskju milli tista' tiflaħ b'mod raġonevoli awtorità kontraenti waħda. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti regoli ġodda dwar il-kuntratti konġunti transkonfinali li jagħżlu l-liġi applikabbli sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti fis-Suq Uniku. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jwaqqfu korpi legali konġunti stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. Għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi għal din il-forma ta' akkwist konġunt. Fejn ma jkunx probabbli li jinkiseb l-akkwist transkonfinali, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jitbiegħdu mir-regoli Ewropej tal-akkwist pubbliku favur sistema aktar sempliċi.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi maħruġa mix-xerrejja pubbliċi għandhom jippermettu li l-akkwist pubbliku jinfetaħ għall-kompetizzjoni. Għal dak il-għan, għandu jkun possibbli li jintefgħu offerti li jirriflettu d-diversità ta' soluzzjonijiet tekniċi biex b'hekk jinkiseb livell suffiċjenti ta' kompetizzjoni. Konsegwentement, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu abbozzati b'tali mod li jiġi evitat tnaqqis b'mod artifiċjali fil-kompetizzjoni, permezz ta' rekwiżiti li jiffavorixxu lil attur ekonomiku speċifiku, billi jirriflettu l-karatteristiċi ewlenin tal-provvisti, servizzi jew xogħlijiet li huma normalment offruti minn dak l-attur ekonomiku. It-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f'termini ta' rekwiżiti ta' prestazzjoni u funzjonali ġeneralment jippermetti li dan l-għan jintlaħaq bl-aħjar mod possibbli u jiffavorixxi l-innovazzjoni. Fejn issir referenza għal standard Ewropew jew, fin-nuqqas tiegħu, għal standard nazzjonali, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw l-offerti bbażati fuq arranġamenti ekwivalenti. Sabiex juru ekwivalenza, l-offerenti jistgħu jiġu obbligati li jipprovdu evidenza vverifikata minn parti terza; madankollu, għandhom ikunu permessi wkoll mezzi xierqa oħra ta' prova bħal, dossier tekniku tal-manifattur meta l-attur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew rapporti tat-testijiet, jew ma jkollu l-ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta' żmien rilevanti.

(27) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi maħruġa mix-xerrejja pubbliċi għandhom jippermettu li l-akkwist pubbliku jinfetaħ għall-kompetizzjoni. Għal dak il-għan, għandu jkun possibbli li jintefgħu offerti li jirriflettu d-diversità ta' soluzzjonijiet tekniċi biex b'hekk jinkiseb livell suffiċjenti ta' kompetizzjoni. Konsegwentement, l-għan tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huwa li tiġi stabbilita l-funzjoni li jrid iwassal is-suġġett ta' kuntratt u fil-każijiet kollha għandhom jiġu abbozzati b'tali mod li jiġi evitat tnaqqis b'mod artifiċjali fil-kompetizzjoni, permezz ta' rekwiżiti li jiffavorixxu lil attur ekonomiku speċifiku, billi jirriflettu l-karatteristiċi ewlenin tal-provvisti, servizzi jew xogħlijiet li huma normalment offruti minn dak l-attur ekonomiku. It-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f'termini ta' rekwiżiti ta' prestazzjoni u funzjonali ġeneralment jippermetti li dan l-għan jintlaħaq bl-aħjar mod possibbli u jiffavorixxi l-innovazzjoni. Fejn issir referenza għal standard Ewropew jew, fin-nuqqas tiegħu, għal standard nazzjonali, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw l-offerti bbażati fuq arranġamenti ekwivalenti. Sabiex juru ekwivalenza, l-offerenti jistgħu jiġu obbligati li jipprovdu evidenza vverifikata minn parti terza; madankollu, għandhom ikunu permessi wkoll mezzi xierqa oħra ta' prova bħal, dossier tekniku tal-manifattur meta l-attur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew rapporti tat-testijiet, jew ma jkollu l-ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti ta' żmien rilevanti.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) Fir-rigward tax-xiri ta' ċerti prodotti u servizzi u fir-rigward tax-xiri u l-kiri tal-bini, il-gvernijiet ċentrali li jikkonkludu kuntratti ta' appalti, ta' provvista jew ta' servizz għandhom imexxu bl-eżempju u jieħdu deċiżjonijiet ta' xiri effiċjenti fl-enerġija. Dan għandu japplika għad-dipartimenti amministrattivi li l-kompetenza tagħhom hija mifruxa fuq it-territorju kollu. Meta fi Stat Membri partikolari u minħabba kompetenza partikolari ma jkun jeżisti l-ebda tali dipartiment amministrattiv rilevanti li jkopri t-territorji kollu, l-obbligu għandu japplika għal dawk id-dipartimenti amministrattivi li kompetenzi tagħhom ikopru b'mod kollettiv it-territorju kollu. Madankollu d-dispożizzjonijiet ta' din id-direttiva ma għandhomx jintlaqtu.

 

Għal prodotti oħrajn minbarra dawk koperti mir-rekwiżiti għall-effiċjenza fl-enerġija għax-xiri f'din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-korpi pubbliċi biex jieħdu kont tal-effiċjenza fix-xiri tal-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Referenza għall-verżjoni adottata tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika mill-Kumitat ITRE (ITRE/7/06352).

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Minħabba fil-parteċipazzjoni skarsa tal-impriżi żgħar u medji (SMEs) fl-akkwisti pubbliċi b'mod ġenerali u fis-settur tal-innovazzjoni u tas-servizzi b'mod partikolari, jeħtieġ li jittieħdu xi miżuri fuq livell leġiżlattiv. F'dan il-qafas, għandhom jiġu previsti diversi azzjonijiet bħar-rispett tan-nondiskriminazzjoni, in-newtralità tal-miżuri fir-rigward tan-nazzjonalità tal-impriżi; il-kunsiderazzjoni tal-kompetittività tal-offerti; it-twaqqif ta' miżuri preferenzjali li jippermettu li jiġu megħjuna l-SMEs kompetittivi. Għandhom jiġu wkoll stabbiliti miżuri ta' segwitu u ta' rappurtaġġ sabiex jiżguraw segwitu ta' statistika aħjar tal-akkwisti pubbliċi attribwiti lill-SMEs skont is-settur u skont l-ammont, u jżidu l-għarfien ta' min jagħmel l-ordnijiet sabiex isiru iktar familjari mad-diffikultajiet li dawn tal-aħħar jiltaqgħu magħhom sabiex ikollhom aċċess għax-xiri pubbliku.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) L-akkwist pubbliku għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju 'l-ewwel aħseb żgħir' u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw b'mod sħiħ il-Kodiċi Ewropew tal-Aħjar Prattiki għall-iffaċilitar tal-aċċess mill-SMEs għall-kuntratti tal-akkwist pubbliku.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 29b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29b) Jeħtieġ li tiġi mfakkra l-importanza tar-reċiproċità fil-qasam tal-kummerċ internazzjonali u l-fatt li l-Ftehim Multilaterali dwar l-Akkwisti Pubbliċi għandu rwol essenzjali fil-ftuħ kemm jista' jkun tal-akkwisti pubbliċi (prodotti, servizzi, kuntratti ta' kostruzzjoni) għall-kompetizzjoni barranija, u jiggarantixxi kundizzjonijiet trasparenti, ġusti u mhux diskriminatorji għall-offerenti privati.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Sabiex jitrawwem l-involviment tal-SMEs fis-suq tal-akkwist pubbliku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu mħeġġa jiddividu l-kuntratti f'lottijiet u jkunu obbligati jispjegaw għalfejn ma jkunux għamlu dan. Meta l-kuntratti jinqasmu f'lottijiet, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, pereżempju sabiex jippreservaw il-kompetizzjoni jew jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, jillimitaw l-għadd ta' lottijiet li jista' jressaq offerta għalihom l-attur ekonomiku; jistgħu jillimitaw ukoll in-numru ta' lottijiet li jistgħu jiġu aġġudikati lil xi offerent partikolari.

(30) Sabiex jitrawwem l-involviment tal-SMEs u s-soċjetà ċivili fis-suq tal-akkwist pubbliku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu mħeġġa jiddividu l-kuntratti f'lottijiet u jkunu obbligati jispjegaw għalfejn ma jkunux għamlu dan. Meta l-kuntratti jinqasmu f'lottijiet, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, pereżempju sabiex jippreservaw il-kompetizzjoni jew jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, jillimitaw l-għadd ta' lottijiet li jista' jressaq offerta għalihom l-attur ekonomiku; jistgħu jillimitaw ukoll in-numru ta' lottijiet li jistgħu jiġu aġġudikati lil xi offerent partikolari. Madankollu, tali diviżjoni f'lottijiet ma tistax titwettaq bl-għan li tevadi l-proċeduri tal-akkwist pubbliku stabbiliti bil-liġi.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a) Sabiex il-kuntratti ta' appalt - anke taħt il-livelli limitu tal-Unjoni - ikunu kemm jista' jkun aċċessibbli għall-SMEs, l-Istati Membri jistgħu jintroduċu miżuri ulterjuri ta' akkwist pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Iktar minn nofs l-akkwist pubbliku fl-UE ma jidħolx fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, u dan jagħti rwol importanti lill-Istati Membri biex jassistu l-parteċipazzjoni tal-SMEs. Il-kuntratti ta' akkwist fil-livell nazzjonali jfissru opportunità aħjar, peress li d-daqs ta' dawk il-kuntratti huwa aktar adatt għall-SMEs.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a) Il-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta' akkwist pubbliku tikkonsisti f'piż finanzjarju sostanzjali għal ħafna atturi ekonomiċi. Sabiex tiġi appoġġata l-parteċipazzjoni tal-SMEs, il-piżijiet finanzjarji fil-fażi tal-akkwist, fil-fażi tal-eżekuzzjoni kif ukoll fil-fażi tar-rimedju legali, għandhom jitnaqqsu b'mod sostanzjali.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a) Flimkien mal-istrumenti speċifiċi ġodda, li jiġu introdotti f'din id-Direttiva sabiex jitrawwem l-involviment ta' SMEs fis-suq tal-akkwist pubbliku, l-Istati Membri u l-partijiet kontraenti għandhom ikomplu joħolqu strateġiji tal-akkwist pubbliku favorevoli għall-SMEs. L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' dawn ir-regoli l-ġodda, li huma aktar favorevoli għall-SMEs mis-sistema attwali, mhumiex se jkunu biżżejjed bħala tali. Il-Kummissjoni ppubblikat dokument ta' ħidma tal-persunal "Kodiċi Ewropew tal-aħjar prattiki li jiffaċilitaw l-aċċess mill-SMEs għal kuntratti tal-akkwist pubbliku" (SEC (2008) COM 2193), li jimmira biex jinkoraġġixxi l-Istati Membri jvaraw strateġiji nazzjonali, programmi u pjanijiet ta' azzjoni sabiex titjieb il-parteċipazzjoni tal-SMEs f'dawn is-swieq. F'dan l-ispirtu, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom japplikaw b'mod rigoruż ir-regoli stabbiliti f'din id-direttiva u jimplimentaw politiki ġenerali konsistenti magħżula sabiex itejbu l-aċċess tal-SMEs għas-swieq tal-akkwist pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jintlaqgħu fid-direttiva regoli ġodda favorevoli għall-SMEs. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-SMEs ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-potenzjal sinifikanti li s-swieq tal-akkwist pubbliku jirrappreżentaw, jeħtieġ li jsir aktar xogħol. Il-pajjiżi membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali kollha għandhom jiġu mħeġġa biex ivaraw strateġiji u politiki li jtejbu l-parteċipazzjoni ġenerali usa' tal-SMEs f'dawn is-swieq, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell nazzjonali.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 32b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32b) Il-Kummissjoni għandha tħejji, u tippubblika inventarju tal-Unjoni kollha tad-drittijiet kollha relatati mal-proċedura ta' akkwist pubbliku, filwaqt li tikkonċentra fuq id-drittijiet marbuta mar-rimedju u fuq spejjeż oħrajn relatati mar-rimedji legali.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) lI-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta' trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali. Dawn il-kriterji għandhom jiggarantixxu li l-offerti huma vvalutati f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni effettiva, anke meta l-awtoritajiet kontraenti jirrikjedu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta' kwalità għolja li huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom, pereżempju meta l-kriterji tal-għoti magħżula jinkludu fatturi marbuta mal-proċess ta' produzzjoni. Bħala riżultat, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jadottaw bħala kriterji tal-għoti jew 'l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża' jew 'l-irħas waħda', b'kunsiderazzjoni li fil-każ tal-aħħar, huma liberi li jistabbilixxu standards ta' kwalità adegwati billi jużaw speċifikazzjonijiet tekniċi jew kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

(37) lI-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta' trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali. Dawn il-kriterji għandhom jiggarantixxu li l-offerti huma vvalutati f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni effettiva, anke meta l-awtoritajiet kontraenti jirrikjedu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta' kwalità għolja li huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom, pereżempju meta l-kriterji tal-għoti magħżula jinkludu fatturi marbuta mal-proċess ta' produzzjoni. Bħala riżultat, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jadottaw bħala kriterji tal-għoti jew 'l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża' jew 'l-irħas waħda', b'kunsiderazzjoni li fil-każ tal-aħħar, huma liberi li jistabbilixxu standards ta' kwalità adegwati billi jużaw speċifikazzjonijiet tekniċi jew kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt għal prodotti b'livell għoli ta' standardizzazzjoni.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Huwa tal-akbar importanza li jiġi sfruttat il-potenzjal tal-akkwist pubbliku sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir sostenibbli. Fl-isfond tad-differenzi importanti bejn is-setturi individwali u s-swieq, ma jkunx xieraq madankoll li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għal akkwist ambjentali, soċjali u innovattiv. Il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa diġà rekwiżiti tal-akkwist obbligatorji għall-ilħuq tal-għanijiet speċifiċi fis-setturi tal-vetturi ta' trasport fuq it-triq (id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija) u t-tagħmir tal-uffiċċju (ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju). Barra minn hekk, id-definizzjoni ta' metodoloġiji komuni għall-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja avvanzat b'mod sinifikanti. Għaldaqstant jidher xieraq li nkomplu fuq dak il-perkors u nħallu l-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur biex tistabbilixxi objettivi obbligatorji u miri fir-rigward ta' politiki partikolari u kundizzjonijiet prevalenti fis-settur rilevanti u li nippromwovu l-iżvilupp u l-użu ta' approċċi Ewropej għall-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja bħala sostenn ulterjuri għall-użu tal-akkwist pubbliku b'appoġġ għat-tkabbir sostenibbli.

(39) Għandu jkun immirat li jiġi sfruttat il-potenzjal tal-akkwist pubbliku sabiex jintlaħqu l-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir sostenibbli, mingħajr ma jkun hemm indħil fil-kompetenza tal-awtoritajiet kontraenti. B'mod partikolari, l-akkwist pubbliku huwa kruċjali biex tiġi stimolata l-innovazzjoni, li hija ta' importanza kbira għat-tkabbir futur fl-Ewropa. Fl-isfond tad-differenzi importanti bejn is-setturi individwali u s-swieq, ma jkunx xieraq madankoll li jkunu stabbiliti rekwiżiti obbligatorji għal akkwist ambjentali, soċjali u innovattiv. Il-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa diġà rekwiżiti tal-akkwist obbligatorji għall-ilħuq tal-għanijiet speċifiċi fis-setturi tal-vetturi ta' trasport fuq it-triq (id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni ta' vetturi ta' trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija) u t-tagħmir tal-uffiċċju (ir-Regolament (KE) Nru 106/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar programm Komunitarju ta' tikkettar dwar l-effiċjenza enerġetika tat-tagħmir tal-uffiċċju). Barra minn hekk, id-definizzjoni ta' metodoloġiji komuni għall-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja avvanzat b'mod sinifikanti. Għaldaqstant jidher xieraq li nkomplu fuq dak il-perkors u nħallu l-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur biex tistabbilixxi objettivi obbligatorji u miri fir-rigward ta' politiki partikolari u kundizzjonijiet prevalenti fis-settur rilevanti u li nippromwovu l-iżvilupp u l-użu ta' approċċi Ewropej għall-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja bħala sostenn ulterjuri għall-użu tal-akkwist pubbliku b'appoġġ għat-tkabbir sostenibbli.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Dawn il-miżuri speċifiċi għas-settur għandhom jiġu kkumplimentati minn adattament tad-Direttivi dwar l-akkwisti pubbliċi li għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kontraenti sabiex isegwu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 fl-istrateġiji tax-xiri tagħhom. Għaldaqstant, għandu jiġi ċċarat li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħżlu l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża u l-aktar spiża baxxa, permezz tal-approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja sakemm il-metodoloġija li se tintuża hija stabbilita b'mod oġġettiv u mhux diskriminatorju u hija aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha. Il-kunċett ta' spejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja jinkludi l-ispejjeż kollha matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' xogħlijiet, provvisti jew servizzi, kemm l-ispejjeż interni tagħhom (bħal spejjeż relatati mal-iżvilupp, il-produzzjoni, l-użu, il-manutenzjoni u r-rimi ma' tmiem iċ-ċiklu) kif ukoll l-ispejjeż esterni tagħhom, sakemm dawn jistgħu jiġu mmonitorjati u stmati fi flus. Għandhom jiġu żviluppati metodoloġiji komuni fil-livell tal-Unjoni għall-kalkolu tal-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja għall-kategoriji speċifiċi ta' provvisti jew servizzi; kull meta tiġi żviluppata din il-metodoloġija, l-użu tagħha għandu jsir obbligatorju.

(40) Dawn il-mi¿uri speċifiċi għas-settur għandhom jiġu kkomplementati minn adattament tad-Direttivi dwar l-akkwisti pubbliċi li għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kontraenti sabiex isegwu l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020 fl-istrateġiji tax-xiri tagħhom, pereżempju l-kejl tal-ispejjeż fir-rigward tal-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija ta' prodotti jew servizzi. Għaldaqstant, għandu jiġi ċċarat li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħżlu l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża u l-aktar spiża baxxa, permezz tal-approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja sakemm il-metodoloġija li se tintuża hija stabbilita b'mod oġġettiv u mhux diskriminatorju u hija aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha. Il-kunċett ta' spejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja jinkludi l-ispejjeż kollha matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' xogħlijiet, provvisti jew servizzi, kemm l-ispejjeż interni tagħhom (bħal spejjeż relatati mal-iżvilupp, il-produzzjoni, l-użu, il-manutenzjoni u r-rimi ma' tmiem iċ-ċiklu) kif ukoll l-ispejjeż esterni tagħhom, sakemm dawn jistgħu jiġu mmonitorjati u stmati fi flus. Għandhom jiġu żviluppati metodoloġiji komuni fil-livell tal-Unjoni għall-kalkolu tal-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja għall-kategoriji speċifiċi ta' provvisti jew servizzi; kull meta tiġi żviluppata din il-metodoloġija, l-użu tagħha għandu jsir obbligatorju.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 40a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a) Meta jintuża approċċ għall-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja sabiex jinxtraw prodotti u servizzi, l-effiċjenza enerġetika ta' kollezzjoni jew grupp ta' xirjiet b'mod ġenerali għandha tieħu prijorità fuq l-effiċjenza enerġetika ta' xirja individwali, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-adegwatezza teknika u l-użu maħsub.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Barra minn hekk, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta' produzzjoni speċifiku, mod speċifiku ta' provvista ta' servizzi, jew proċess speċifiku għal kull stadju ieħor matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott jew servizz, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku. Sabiex il-kunsiderazzjonijiet soċjali jkunu integrati aħjar fl-akkwist pubbliku, ix-xerrejja jistgħu jkunu jistgħu wkoll jinkludu, fil-kriterju tal-għoti tal-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża, karatteristiċi relatati mal-kundizzjonijiet ta' impjieg tal-persuni li jipparteċipaw direttament fil-proċess ta' produzzjoni jew il-provvediment inkwistjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jikkonċernaw biss il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew l-iffaċilitar tal-integrazzjooni soċjali ta' persuni żvantaġġati jew membri ta' grupi vulnerabbbli fost il-persuni assenjati biex iwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltajiet. Kull kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu ,fi kwalunkwe każ, jibqa' limitat għal dawk il-karatteristiċi li għandhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Huma għandhom ikunu applikati skont id-Direttiva 97/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi [provvediment ta' servizzi] u b'mod li ma jiddiskriminax direttament jew indirettament kontra atturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi firmatarji tal-Ftehim jew Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles li tagħhom l-Unjoni hija firmatarja. Għall-kuntratti ta' servizz u għall-kuntratti li jinvolvu d-disinn ta' xogħlijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jużaw bħala kriterju għall-għoti, l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat li jwettaq il-kuntratt inkwistjoni, minħabba li dan jista' jaffettwa l-kwalità tat-prestazzjoni tal-kuntratt u, bħala riżultat, il-valur ekonomiku tal-offerta.

(41) Barra minn hekk, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta' produzzjoni speċifiku, mod speċifiku ta' provvista ta' servizzi, jew proċess speċifiku għal kull stadju ieħor matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott jew servizz, sakemm dawn ikunu marbuta direttament mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku. Sabiex il-kunsiderazzjonijiet soċjali jkunu integrati aħjar fl-akkwist pubbliku, ix-xerrejja jistgħu jkunu jistgħu wkoll jinkludu, fil-kundizzjonijiet tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, karatteristiċi relatati mal-kundizzjonijiet ta' impjieg tal-persuni li jipparteċipaw direttament fil-proċess ta' produzzjoni jew il-provvediment inkwistjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jikkonċernaw biss il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew l-iffaċilitar tal-integrazzjoni soċjali ta' persuni żvantaġġati jew membri ta' grupi vulnerabbbli fost il-persuni assenjati biex iwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltajiet. Kull kundizzjoni ta' eżekuzzjoni li tinkludi dawk il-karatteristiċi għandha, fi kwalunkwe każ, tibqa' limitata għal dawk il-karatteristiċi li għandhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Huma għandhom ikunu applikati skont id-Direttiva 97/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi [provvediment ta' servizzi] u b'mod li ma jiddiskriminax direttament jew indirettament kontra atturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi firmatarji tal-Ftehim jew Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles li tagħhom l-Unjoni hija firmatarja. Għall-kuntratti ta' servizz u għall-kuntratti li jinvolvu d-disinn ta' xogħlijiet, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitħallew jużaw bħala kriterju għall-għoti, l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat li jwettaq il-kuntratt inkwistjoni, minħabba li dan jista' jaffettwa l-kwalità tal-prestazzjoni tal-kuntratt, il-valur ekonomiku tal-offerta, u għalhekk huwa marbut direttament mas-suġġett tal-kuntratt.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Il-kundizzjonijiet ta' eżekuzzjoni tal-kuntratti huma kompatibbli ma' din id-Direttiva sakemm dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji, ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt u jkunu indikati fl-avviż dwar il-kuntratt, l-avviż ta' informazzjoni minn qabel li jintuża bħala mezz ta' sejħa għal kompetizzjoni jew id-dokumenti ta' akkwist. Dawn jistgħu, b'mod partikolari, ikunu maħsuba biex jiffavorixxu t-taħriġ vokazzjonali fuq il-post, l-impjieg ta' nies li qed iġarrbu diffikultà biex jintegraw ruħhom, il-ġlieda kontra l-qagħad jew il-protezzjoni tal-ambjent jew il-benessri tal-annimali. Pereżempju, fost affarijiet oħra, jistgħu jissemmew ir-rekwiżiti — applikabbli matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt — biex jiġu ingaġġati persuni li ilhom ifittxu impjieg jew biex jiġu implimentati miżuri ta' taħriġ għall-persuni qiegħda jew għaż-żgħażagħ, biex jikkonformaw fis-sustanza mal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), anki meta dawn il-Konenzjonijiet ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali, u biex jiġu ingaġġati aktar persuni żvantaġġjati milli huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(43) Il-kundizzjonijiet ta' eżekuzzjoni tal-kuntratti huma kompatibbli ma' din id-Direttiva sakemm dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji, ikunu direttament relatati mas-suġġett tal-kuntratt u jkunu indikati fl-avviż dwar il-kuntratt, l-avviż ta' informazzjoni minn qabel li jintuża bħala mezz ta' sejħa għal kompetizzjoni jew id-dokumenti ta' akkwist. Dawn jistgħu, b'mod partikolari, ikunu maħsuba biex jiffavorixxu t-taħriġ vokazzjonali fuq il-post, l-impjieg ta' nies li qed iġarrbu diffikultà biex jintegraw ruħhom, il-ġlieda kontra l-qagħad jew il-protezzjoni tal-ambjent jew il-benessri tal-annimali. Pereżempju, fost affarijiet oħra, jistgħu jissemmew ir-rekwiżiti — applikabbli matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt — biex jiġu ingaġġati persuni li ilhom ifittxu impjieg jew biex jiġu implimentati miżuri ta' taħriġ għall-persuni qiegħda jew għaż-żgħażagħ, biex jikkonformaw fis-sustanza mal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), anki meta dawn il-Konenzjonijiet ma jkunux ġew implimentati fid-dritt nazzjonali, u biex jiġu ingaġġati aktar persuni żvantaġġjati milli huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55) Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(55) Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa ma' atturi rilevanti bħal rappreżentanti għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-soċjetà ċivili, partijiet interessati eċċ., matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) 'ċiklu tal-ħajja' tfisser l-istadji konsekuttivi u/jew marbutin bejniethom kollha, inklużi l-produzzjoni, it-trasport, l-użu u l-manutenzjoni matul l-eżistenza ta' prodott jew xogħlijiet jew il-forniment ta' servizz, minn xiri ta' materja prima jew il-ġenerazzjoni ta' riżorsi sar-rimi, l-approvazzjoni u l-finalizzazzjoni.

(22) 'ċiklu tal-ħajja': tfisser l-istadji konsekuttivi u/jew marbutin bejniethom kollha, inklużi l-produzzjoni u l-lokalizzazzjoni tal-produzzjoni, it-trasport, l-użu u l-manutenzjoni matul l-eżistenza ta' prodott jew xogħlijiet jew il-forniment ta' servizz, minn xiri ta' materja prima jew il-ġenerazzjoni ta' riżorsi sar-rimi, l-approvazzjoni u l-finalizzazzjoni.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għal xogħlijiet, oġġetti u kuntratti ta' servizzi li jaqgħu taħt dawn il-livelli minimi, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw proċeduri nazzjonali għal kompetizzjonijiet miftuħa li jiżguraw konformità mal-prinċipji tat-trattat ta' aċċess indaqs, in-nondiskriminazzjoni u t-trasparenza.

Ġustifikazzjoni

Il-limitu minimu attwali għal oġġetti u kuntratti ta' servizzi minn awtoritajiet lokali u reġjonali għandu jiżdied sabiex jiġu żgurati kuntratti ta' valur ekonomiku li jistgħu jattiraw lill-fornituri transkonfinali u li għalhekk ikollu l-potenzjal li ġenwinament jagħti spinta lis-suq uniku. Madankollu, iż-żieda fil-limiti minimi m'għandhiex tinvolvi li kuntratti taħt dak il-valur ma jinħarġux għal offerta pubblika u l-Istati Membri għandhom għalhekk jiġu obbligati li jimplimentaw regoli nazzjonali li jippermettu offerti bħal dawn.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-implimentazzjoni prattika tal-Ftehim dwar l-Akkwist tal-Gvern (GPA), li jagħmel parti mill-qafas ġuridiku tal-akkwist pubbliku fl-Unjoni Ewropea, hija bbażata fuq valutazzjoni preċedenti ta' applikazzjoni tajba tal-prinċipju ta' reċiproċità sostanzjali fir-rigward tal-ftuħ tas-swieq bejn l-Unjoni Ewropea u Stati firmatarji terzi. Tali valutazzjoni tar-reċiproċità sostanzjali hija estiża wkoll għall-pajjiżi terzi li mhumiex partijiet kontraenti mill-Ftehim dwar l-Akkwist tal-Gvern u li għandhom aċċess għas-suq Ewropew tal-akkwist pubbliku.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam tas-servizz postali

 

1. Din id-Direttiva ma tapplikax għal appalti pubbliċi għall-għan prinċipali li l-awtoritajiet kontraenti jiġu permessi li jipprovdu servizzi postali u servizzi oħra għajr servizzi postali.

 

2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

 

(a) 'servizzi postali': tfisser servizzi li jikkonsistu fil-ġbir, l-għażla, it-trasport u l-kunsinna ta' oġġetti postali. Dawn is-servizzi jinkludu kemm dawk li jaqgħu fi ħdan, kif ukoll is-servizzi li jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tas-servizz universali stabbilit f'konformità mad-Direttiva 97/67/KE;

 

(b)'servizzi oħra għajr servizzi postali': tfisser servizzi mogħtija fl-oqsma li ġejjin:

 

(i) servizzi ta' ġestjoni tas-servizz tal-posta (servizzi li jseħħu qabel u wara li tintbagħat il-posta, inklużi s-servizzi ta' "mailroom management");

 

(ii) servizzi b'valur miżjud marbuta ma' u mogħtoja għal kollox permezz ta' mezzi elettroniċi (inklużi t-trażmissjoni sigura ta' dokumenti kodifikati permezz ta' mezzi elettroniċi, servizzi ta' ġestjoni tal-indirizzi u trażmissjoni ta' posta elettronika rreġistrata);

 

(iii) servizzi li jikkonċernaw oġġetti postali li mhumiex inklużi fil-punt (i), bħall-posta diretta mingħajr l-ebda indirizz;

 

(iv) servizzi finanzjarji, kif definiti fis-CPV taħt in-numri ta' referenza minn 66100000-1 sa 66720000-3 u fl-Artikolu 19(c) u inkluż b'mod partikolari servizz ta' money orders postali u trasferimenti minn kontijiet kurrenti postali;

 

(v) servizzi ta' filatelija;

 

(vi) servizzi loġistiċi (servizzi li jikkombinaw kunsinna fiżika u/jew il-ħażna ma' funzjonijiet mhux postali oħra).

Ġustifikazzjoni

Minħabba s-sitwazzjoni tal-kompetizzjoni ta' suq effettiv fis-settur tas-servizzi postali wara l-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE mmirati lejn il-liberalizzazzjoni ta' dak is-settur, l-appalti pubbliċi f'dik iż-żona għandhom ikunu esklużi mill-kamp tal-appplikazzjoni ta' din id-Direttiva safejn huma maħsuba primarjament biex iħallu lill-awtoritajiet kontraenti jeżerċitaw ċerti attivitajiet fis-settur tal-posta.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) mill-inqas 90% tal-attivitajiet ta' dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti li jikkontrollawha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

(b) l-attivitajiet kollha ta' dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti li jikkontrollawha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

Ġustifikazzjoni

Meta titħalla l-possibbiltà għal persuni ġuridiċi li jwettqu 10 % tal-attività tagħhom fis-suq miftuħ, dan iwitti t-triq għal tfixkil serju tal-kompetizzjoni u ħsara lil SMEs, speċjalment fil-livell lokali.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) mill-inqas 90% tal-attivitajiet ta' dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtoritajiet kontraenti li jikkontrollawha jew persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtoritatijiet kontraenti;

(b) l-attivitajiet kollha ta' dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti li jikkontrollawha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

Ġustifikazzjoni

Meta titħalla l-possibbiltà għal persuni ġuridiċi li jwettqu 10 % tal-attività tagħhom fis-suq miftuħ, dan iwitti t-triq għal tfixkil serju tal-kompetizzjoni u ħsara lil SMEs, speċjalment fil-livell lokali.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-atturi ekonomiċi bl-istess mod u mingħajr diskriminazzjoni u għandhom jaġixxu b'mod trasparenti u proporzjonat.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-atturi ekonomiċi skont il-prinċipji tal-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni, il-kompetizzjoni ħielsa u l-ftuħ. Għandhom ukoll jaġixxu b'mod trasparenti u proporzjonat, waqt li dejjem jiżguraw ġestjoni effiċjenti fl-użu tal-fondi pubbliċi.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-awtoritajiet kontraenti u kwalunkwe parti oħra affettwata għandhom jiżguraw il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali u għandhom jieħdu passi sabiex jevitaw kwalunkwe użu ħażin ta' tali informazzjoni.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Fl-elaborazzjoni tal-istandards tekniċi tas-sistemi tal-akkwist elettroniku skont l-Artikolu 19, il-Kummissjoni għandha taħdem mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (ENISA) fl-iżgurar tal-ogħla standards ta' kunfidenzjalità.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu obbligatorju tal-mezzi elettroniċi ta komunikazzjoni f'sitwazzjonijiet oħra minbarra dawk ipprovduti fl-Artikoli 32, 33, 34, 35(2), 49(2) jew 51 ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu obbligatorju tal-mezzi elettroniċi ta' komunikazzjoni f'sitwazzjonijiet oħra minbarra dawk ipprovduti fl-Artikoli 32, 33, 34, 35(2), 49(2) jew 51 ta' din id-Direttiva, sakemm ma jkunux jirrappreżentaw ostakolu insormontabbli għall-SMEs u l-mikrointrapriżi.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'kull komunikazzjoni, skambju u ħżin ta' informazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw li l-integrità tad-dejta u l-kunfidenzjalità ta' offerti jew ta' talbiet għall-parteċipazzjoni huma ppreservati. Huma għandhom jeżaminaw il-kontenut tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni biss wara li jkun skada l-limitu ta' żmien għat-tressiq tagħhom.

F'kull komunikazzjoni, skambju u ħżin ta' informazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiżguraw li l-integrità tad-data u l-kunfidenzjalità ta' offerti jew ta' talbiet għall-parteċipazzjoni kif ukoll tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 18 huma ppreservati. Huma għandhom jeżaminaw il-kontenut tal-offerti u t-talbiet għall-parteċipazzjoni biss wara li jkun skada l-limitu ta' żmien għat-tressiq tagħhom.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 7 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jagħtu l-opportunitajiet fi żmien debitu sabiex jinkisbu l-għarfien u l-ħiliet neċessarji biex tiġi konkluża l-proċedura elettronika ta' akkwist pubbliku.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 22

imħassar

Kondotta illeċita

 

Fil-bidu tal-proċedura, il-kandidati għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu dikjarazzjoni fuq l-unur li fl-imgħoddi ma għamlux dan li ġej u li l-anqas fil-ġejjini ma huma se:

 

(a) jinfluwenzaw fejn mhux mistħoqq il-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti jew jiksbu informazzjoni kunfidenzjali li tista' tagħtihom vantaġġi inġusti fil-proċedura ta' akkwist;

 

(b) jidħlu fi ftehimiet ma' kandidati u offerenti oħra bil-għan li jgħawġu l-kompetizzjoni;

 

(c) jipprovdu informazzjoni qarrieqa b'mod deliberat li jista' jkollha influwenza materjali fuq id-deċiżjonijiet rigward l-esklużjoni, l-għażla jew l-għotja.

 

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jistabilixxu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw għall-innovazzjoni kif irregolati f'din id-Direttiva.

L-Istati Membri jistabbilixxu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu japplikaw għall-innovazzjoni kif irregolati f'din id-Direttiva.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 u 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jistgħu jipprovdu wkoll li awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

Jistgħu jipprovdu wkoll li awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu sakemm tkun tiggarantixxi opportunitajiet ugwali u tevita t-tgħawwiġ tal-kompetizzjoni.

(a) fir-rigward tax-xogħlijiet, fejn il-kuntratt tax-xogħlijiet għandu bħala għan kemm id-disinn kif ukoll l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 2(8) jew meta n-negozjati huma meħtieġa sabiex tkun stabbilita l-forma legali jew finanzjarja tal-proġett;

 

(b) fir-rigward tal-kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi, għal xogħlijiet li huma imwettqa biss għall-finijiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, l-ittestjar jew l-iżvilupp u mhux bl-għan li tkun żgurata l-profitabbiltà jew li jkunu rkuprati l-ispejjeż għar-riċerka u l-iżvilupp;

 

(c) fir-rigward ta' servizzi jew provvisti, fejn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma jistgħux ikunu stabbiliti bi preċiżjoni suffiċjenti b'referenza għal kwalunkwe wieħed mill-istandards, approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, speċifikazzjonijiet tekniċi komuni jew referenzi tekniċi skont it-tifsira tal-punti 2 sa 5 tal-Anness VIII;

 

(d) Fil-każ, ta' offerti rregolari jew inaċċettabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 30(2)(a) b'reazzjoni għall-proċedura miftuħa jew ristretta;

 

(e) Minħabba ċirkostanzi speċifiċi relatat man-natura jew il-kumplessità tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi jew riskji relatati magħhom, il-kuntratt ma jistax jingħata mingħajr negozjati minn qabel.

 

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jittrasponux fil-liġi nazzjonali tagħhom il-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, id-djalogu kompetittiv u l-proċeduri tas-sħubija għall-innovazzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

B'referenza għall-Green Paper dwar l-immodernizzar tal-politika tal-UE dwar l-akkwist pubbliku (COM(2011)15 finali) u r-rapport tal-Parlament Ewropew dwar il-modernizzar tal-akkwist pubbliku (2011/2048(INI)), il-proċeduri nnegozjati għandhom jintużaw mingħajr limitazzjoni sabiex jinkiseb il-kuntratt li jkun l-aktar adattat għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-awtorità kontraenti, kif ukoll sabiex jinkiseb l-aħjar valur għall-flus. Sabiex jinkiseb l-ogħla livell possibbli ta' trasparenza, jeħtieġ li jiġu elaborati garanziji adegwati kontra t-tgħawwiġ tas-suq - li jirriżulta bl-applikazzjoni ta' din il-proċedura.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtorità kontraenti tista' tnaqqas b'ħamest ijiem il-limitu ta' żmien għall-wasla ta' offerti stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 meta hi taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu sottomessi b'mezzi elettroniċi b'konformità mal-Artikolu 19(3), (4) u(5).

4. L-awtorità kontraenti tista' tnaqqas bi tlett ijiem il-limitu ta' żmien għall-wasla ta' offerti stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 meta hi taċċetta li l-offerti jistgħu jiġu sottomessi b'mezzi elettroniċi b'konformità mal-Artikolu 19(3), (4) u (5).

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 4 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jiżguraw li n-nuqqas ta' konformità mal-obbligu tan-newtralità minn awtoritajiet kontraenti jiġi kkastigat b'sanzjoni.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limitu ta' żmien minimu għar-riċevuta ta' talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta' 30 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż dwar kuntratt.

Il-limitu ta' żmien minimu għar-riċevuta ta' talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta' 40 jum mid-data li fiha jintbagħat l-avviż dwar kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Il-limitu ta' żmien minimu għall-irċevuta ta' talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun 40 jum bħal fil-proċedura miftuħa sabiex jiġu żgurati regoli amministrattivi kemm jista' jkun simili fil-proċeduri differenti.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Id-djalogi kompetittivi jistgħu jseħħu fi stadji suċċessivi sabiex jonqos in-numru ta' soluzzjonijiet li jridu jiġi diskussi fl-istadju ta' djalogu billi jiġu applikati l-kriterji tal-għoti definiti fl-avviż dwar kuntratt jew fid-dokument deskrittiv. Fl-avviż tal-kuntratt jew fid-dokument deskrittiv, l-awtorità kontraenti għandha tindikaw jekk hijiex se tuża din l-alternattiva.

(Ma tikkonċernax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Wara li jiddikkjaraw li d-djalogu ntemm u wara li jgħarrfu lill-parteċipanti dwar dan, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitolbuhom jissottomettu l-offerti finali tagħhom fuq il-bażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ppreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawk l-offerti għandu jkun fihom l-elementi kollha meħtieġa u neċessarji għat-twettiq tal-proġett.

6. Wara li jiddikjaraw li d-djalogu ntemm u wara li jgħarrfu lill-parteċipanti dwar dan, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitolbu lil kull parteċipant sabiex jissottometti l-offerti finali tiegħu fuq il-bażi tas-soluzzjoni jew is-soluzzjonijiet ippreżentati u speċifikati matul id-djalogu. Dawk l-offerti għandu jkun fihom l-elementi kollha meħtieġa u neċessarji għat-twettiq tal-proġett.

Ġustifikazzjoni

Biex ikunu konsistenti ma' punti dwar il-kunfidenzjalità, mhux l-offerenti kollha jistgħu joffru l-istess soluzzjoni,u dan huwa importanti b'mod speċjali f'soluzzjonijiet innovattivi.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi sħubijiet għall-innovazzjoni, kull attur ekonomiku jista' jissottometti talba sabiex jieħu sehem bħala tweġiba għal avviż dwar kompetizzjoni bil-għan li jistabbilixxi sħubija strutturata għall-iżvilupp ta' prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-provvisti, servizzi jew xogħlijiet li jirriżultaw jekk dawn ikunu jikkorrispondu għal-livelli ta' prestazzjoni u spejjeż miftiehma.

1. Fi sħubijiet għall-innovazzjoni, kull attur ekonomiku jista' jissottometti talba sabiex jieħu sehem bħala tweġiba għal avviż dwar kompetizzjoni bil-għan li jistabbilixxi sħubija strutturata għall-iżvilupp ta' prodott, servizz jew xogħlijiet innovattivi u x-xiri sussegwenti tal-provvisti, servizzi jew xogħlijiet li jirriżultaw jekk dawn ikunu jikkorrispondu għal-livelli ta' prestazzjoni u spejjeż miftiehma. Awtorità kontraenti għandha tiddeskrivi b'mod ċar liema drittijiet tal-proprjetà intellettwali, jekk ikun hemm, tixtieq takkwista bħala riżultat tal-kuntratt jew bil-quddiem, bħala parti mill-avviż dwar kuntratt, id-dokument deskrittiv jew l-istedina sabiex jiġi kkonfermat interess, jew fi stadju aktar tard bħala parti min-negozjati tal-kuntratt.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sħubija għandha tiġi strutturata fi stadji suċċessivi wara s-sekwenza ta' stadji fil-proċess ta' riċerka u innovazzjoni, possibbilment sal-manifattura tal-provvista jew il-forniment tas-servizzi. Għandha tipprovdi għal miri intermedji li għandhom jinkisbu mill-imsieħeb u tipprovdi għal ħlas tar-remunerazzjoni f'pagamenti xierqa. Abbażi ta' dawk il-miri, wara kull stadju, l-awtorità kontraenti tista' tiddeċiedi li ttemm is-sħubija u li tniedi proċedura ta' akkwist ġdida għall-fażijiet li jifdal, dejjem jekk tkun kisbet id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali relevanti.

2. Is-sħubija għandha tiġi strutturata fi stadji suċċessivi wara s-sekwenza ta' stadji fil-proċess ta' riċerka u innovazzjoni, possibbilment sal-manifattura tal-provvista jew il-forniment tas-servizzi. Għandha tipprovdi għal miri intermedji li għandhom jinkisbu mill-imsieħeb u tipprovdi għal ħlas tar-remunerazzjoni f'pagamenti xierqa. Abbażi ta' dawk il-miri, l-awtorità kontraenti tista' tiddeċiedi jew li tikkuntratta għal kull fażi bil-potenzjal għal imsieħba differenti għall-istadji differenti tal-proċess, jew tista' tiddeċiedi li tagħmel kuntratt għal diversi fażijiet mal-istess imsieħeb jew imsieħba. Wara kull stadju, l-awtorità kontraenti tista' tiddeċiedi wkoll li ttemm is-sħubija u li tniedi proċedura ta' akkwist ġdida għall-fażi jew il-fażijiet li jifdal, dejjem jekk l-awtorità kontraenti tkun kisbet id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali relevanti jew inkella tkun għamlet rimunerazzjoni xierqa kif miftiehem mal-imsieħeb jew l-imsieħba.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huma biss dawk l-atturi ekonomiċi mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jissottomettu proġetti ta' riċerka u innovazzjoni bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet identifikati mill-awtorità kontraenti li ma jistgħux jiġu sodisfatti mis-soluzzjonijiet eżistenti. Il-kuntratt għandu jingħata fuq il-bażi unika tal-kriterju ta' għoti tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża skont l-Artikolu 66(1)(a).

Huma biss dawk l-atturi ekonomiċi mistiedna mill-awtorità kontraenti wara l-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni mitluba li jistgħu jissottomettu proġetti ta' riċerka u innovazzjoni bil-għan li jissodisfaw il-ħtiġijiet identifikati mill-awtorità kontraenti . Il-kuntratt għandu jingħata fuq il-bażi unika tal-kriterju ta' għoti tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża skont l-Artikolu 66(1)(a).

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-offerenti kollha li jkunu ressqu offerti ammissibbli għandhom jiġu mistiedna b'mod simultanju b'mezzi elettroniċi sabiex jieħdu sehem fl-irkant elettroniku billi jintużaw, mid-data u l-ħin speċifikati, il-konnessjonijiet skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-istedina. L-irkant elettroniku jista' jseħħ f'għadd ta' fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma għandux jibda qabel jumejn (2) wara d-data li fiha ntbagħtu l-istedini.

L-offerenti kollha li jkunu ressqu offerti ammissibbli għandhom jiġu mistiedna b'mod simultanju b'mezzi elettroniċi sabiex jieħdu sehem fl-irkant elettroniku billi jintużaw, mid-data u l-ħin speċifikati, il-konnessjonijiet skont l-istruzzjonijiet stabbiliti fl-istedina. L-irkant elettroniku jista' jseħħ f'għadd ta' fażijiet suċċessivi. L-irkant elettroniku ma għandux jibda qabel ħamest ijiem tax-xogħol wara d-data li fiha ntbagħtu l-istediniet.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt illi l-perjodi taż-żmien jistgħu jitqassru, jumejn jidhru wisq ftit sabiex l-atturi ekonomiċi jkollhom opportunità ġusta li jirreaġixxu, speċjalment l-SMEs li ġeneralment ikollhom inqas riżorsi umani disponibbli għall-parteċipazzjoni fl-akkwist pubbliku.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu perjodu ta' żmien adegwat bejn in-notifika u l-ġbir attwali tal-informazzjoni.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jagħtu perjodu ta' żmien adegwat ta' minimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol bejn in-notifika u l-ġbir attwali tal-informazzjoni.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Anness VIII għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist. Huma għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa ta' xogħol, servizz jew provvista.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Anness VIII għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist. Huma għandhom jiddefinixxu l-funzjonalità li għandha titwassal minn xogħol, servizz jew provvista.

Ġustifikazzjoni

Għall-emendi kollha għall-Artikolu 40, l-għan huwa li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kontraenti jiffokaw fuq il-funzjonalità li kuntratt partikolari jkun maħsub li jwassal. Dan għandu jiftaħ is-suq għal kemm jista' jkun atturi ekonomiċi u għal soluzzjonijiet innovattivi. Naturalment, xorta jistgħu jiżdiedu rekwiżiti tekniċi aktar speċifiċi bħala gwida u biex jispjegaw il-ħtiġijiet tal-awtorità kontraenti. Barra minn hekk, xi emendi jimmiraw sabiex jiċċaraw aktar il-proposta tal-Kummissjoni li r-rekwiżiti tekniċi ma jistgħux jintużaw b'mod li jillimita l-kompetizzjoni.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn il-karatteristiċi jistgħu jirreferu wkoll għall–proċess speċifiku ta' produzzjoni jew provvediment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta' kwalunkwe stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kif imsemmi fil-punt 22 tal-Artikolu 2

Karatteristiċi aktar dettaljati li jikkonċernaw il-proċess speċifiku ta' produzzjoni jew provvediment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta' kwalunkwe stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kif imsemmi fil-punt 22 tal-Artikolu 2 jistgħu jiġu elenkati bħala linji gwida iżda ma jistgħux jeskludu lil kwalunkwe attur ekonomiku milli jipparteċipa fil-proċedura tal-akkwist.

Ġustifikazzjoni

Għall-emendi kollha għall-Artikolu 40, l-għan huwa li jiġi żgurat li l-awtoritajiet kontraenti jiffokaw fuq il-funzjonalità li kuntratt partikolari jkun maħsub li jwassal. Dan għandu jiftaħ is-suq għal kemm jista' jkun atturi ekonomiċi u għal soluzzjonijiet innovattivi. Naturalment, xorta jistgħu jiżdiedu rekwiżiti tekniċi aktar speċifiċi bħala gwida u biex jispjegaw il-ħtiġijiet tal-awtorità kontraenti. Barra minn hekk, xi emendi jimmiraw sabiex jiċċaraw aktar il-proposta tal-Kummissjoni li r-rekwiżiti tekniċi ma jistgħux jintużaw b'mod li jillimita l-kompetizzjoni.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jistgħu jinkludu wkoll, kif xieraq, rekwiżiti relatati ma':

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1a – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a) il-prestazzjoni, inklużi livelli ta' prestazzjoni fir-rigward tal-ambjent u l-klima u prestazzjoni f'termini ta' proċess ta' produzzjoni soċjalment sostenibbli;

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1a – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) il-karatteristiċi taċ-ċiklu tal-ħajja;

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1a – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c) proċess ta' produzzjoni soċjalment sostenibbli;

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1a – punt d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(d) l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal inkarigat sabiex itwettaq il-kuntratt inkwistjoni;

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1a – punt e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e) is-sigurtà jew id-dimensjonijiet, li jinkludu l-proċeduri dwar il-garanzija tal-kwalità, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta' valutazzjoni, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet għall-utent;

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1a – punt f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(f) regoli relatati mat-tfassil u l-istima, il-kundizzjonijiet tal-ittestjar, l-ispezzjoni u l-aċċettazzjoni tax-xogħlijiet, u l-metodi jew it-tekniki ta' kostruzzjoni u kwalunkwe kundizzjoni oħra ta' natura teknika li l-awtorità kontraenti tkun f'pożizzjoni li tordna, skont regolamenti ġenerali jew speċifiċi, rigward ix-xogħlijiet lesti u l-materjali jew l-elementi li jikkostitwixxu dawn ix-xogħlijiet.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ir-rekwiżiti għat-tikketta jikkonċernaw biss karatteristiċi li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u huma xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;

(a) ir-rekwiżiti għat-tikketta jikkonċernaw biss karatteristiċi li huma marbutin direttament mas-suġġett tal-kuntratt u huma xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw mezzi xierqa oħra ta' prova differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, bħal dossier tekniku tal-manifattur fejn l-attur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għaċ-ċertifikati jew għar-rapporti tat-test imsemmija fil-paragrafu 1, jew l-ebda possibilità li jiksibhom fi ħdan il-limiti ta' żmien relevanti.

2. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw mezzi xierqa u ekwivalenti oħra ta' prova differenti minn dawk imsemmija fil-paragrafu 1, bħal dossier tekniku tal-manifattur fejn l-attur ekonomiku kkonċernat ma jkollux aċċess għaċ-ċertifikati jew għar-rapporti tat-test imsemmija fil-paragrafu 1, jew l-ebda possibilità li jiksibhom fi ħdan il-limiti ta' żmien relevanti.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jawtorizzaw lill-offerenti sabiex jissottomettu varjanti. Fl-avviż dwar kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta' sejħa għall-kompetizzjoni, fl-istedina għall-konferma tal-interess, għandhom jindikaw jekk jawtorizzawx il-varjanti jew le. Il-varjanti ma għandhomx jiġu awtorizzati mingħajr indikazzjoni bħal din.

1. L-awtoritajiet kontraenti jawtorizzaw lill-offerenti sabiex jissottomettu varjanti.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika jew kuntratti ta' servizzi, l-awtoritajiet kontraenti li awtorizzaw varjanti għandhom jiċħdu varjant fuq il-bażi unika li, jekk jintlaqa', dan iwassal jew għal kuntratt ta' servizz minflok kuntratt pubbliku ta' provvista jew kuntratt ta' provvista minflok kuntratt pubbliku ta' servizz.

Fi proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' provvista pubblika jew kuntratti ta' servizzi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu varjant fuq il-bażi unika li, jekk jintlaqa', dan iwassal jew għal kuntratt ta' servizz minflok kuntratt pubbliku ta' provvista jew kuntratt ta' provvista minflok kuntratt pubbliku ta' servizz.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kuntratti pubbliċi jistgħu jinqasmu f'lottijiet omoġeni jew eteroġenji. Għal kuntratti b'valur ekwivalenti għal jew ikbar mil-limiti minimi pprovduti fl-Artikolu 4 iżda li ma humiex inqas minn EUR 500 000, determinati skont l-Artikolu 5, meta l-awtorità kontraenti ma tqisx xieraq li jinqasmu f'lottijiet, għandha tipprovdi fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess spjegazzjoni speċifika tar-raġunijiet tagħha.

Sabiex titjieb il-kompetizzjoni u l-SMEs jiġu megħjuna jiksbu l-akkwist pubbliku, il-kuntratti pubbliċi jistgħu jinqasmu f'lottijiet omoġenji jew eteroġenji, ħlief fl-akkwist meta l-awtorità kontraenti ma tqisx xieraq li jinqasmu f'lottijiet.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-awtorità kontraenti taqsam il-kuntratt f'lottijiet sabiex ikun aktar faċli li l-SMEs jipparteċipaw f'kompetizzjonijiet għall-offerti pubbliċi. Madankollu, ma għandux ikun hemm obbligu ta' tqassim f'lottijiet, minħabba li mbagħad l-awtorità kontraenti tista' taqsam f''lottijiet ftehim li ma kellux jitqassam. Ħafna drabi dan huwa l-każ, pereżempju fil-każ ta' kuntratti ta' konstruzzjoni u tal-IT. Ikun diffiċli wkoll li jiġu definiti fil-prattika d-daqs u l-valur tal-lottijiet.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-kuntratturi kollha jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom taħt id-direzzjoni tal-attur ekonomiku li ngħatat lilu l-lott li tinvolvi l-koordinazzjoni tal-proġett sħiħ jew il-partijiet relevanti minnu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx ikunu jistgħu jiddettaw l-istrutturi ta' ġestjoni u ta' sidien ta' kumpaniji privati. Jekk it-tqassim ta' kuntratt ma jkunx fattibbli mingħajr dan, għandu jiġi konkluż li l-kuntratt mhuwiex xieraq għat-tqassim

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 46 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jħabbru l-intenzjonijiet tagħhom ta' akkwisti ppjanati permezz ta' pubblikazzjoni ta' avviż informattiv minn qabel malajr kemm jista' jkun qabel ma tibda s-sena finanzjarja. Dawk l-avviżi għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI tal-parti B tat-taqsima 1. Huma għandhom ikunu ppubblikati jew mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet kontraenti fuq il-profili ta' xerrejja tagħhom skont il-punt 2(b) tal-Anness IX. Meta l-avviż ikun ippubblikat mill-awtoritajiet kontraenti fuq il-profil ta' xerrejja tagħhom, għandhom jibagħtu avviż tal-pubblikazzjoni fuq il-profil ta' xerrejja tagħhom f'konformità mal-punt 3 tal-Anness IX.

1. L-awtoritajiet kontraenti jħabbru l-intenzjonijiet tagħhom ta' akkwisti ppjanati permezz ta' pubblikazzjoni ta' avviż informattiv minn qabel malajr kemm jista' jkun qabel ma tibda s-sena finanzjarja. Dawk l-avviżi għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI tal-parti B tat-taqsima 1. Huma għandhom ikunu ppubblikati jew mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet kontraenti fuq il-profili ta' xerrejja tagħhom skont il-punt 2(b) tal-Anness IX. Meta l-avviż ikun ippubblikat mill-awtoritajiet kontraenti fuq il-profil ta' xerrejja tagħhom, għandhom jibagħtu avviż tal-pubblikazzjoni fuq il-profil ta' xerrejja tagħhom f'konformità mal-punt 3 tal-Anness IX.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti kollha jistgħu jużaw avviż dwar kuntratt bħala mezz ta' sejħa għall-kompetizzjoni fir-rigward tal-proċeduri kollha. Dawn l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI parti C u għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 49.

L-awtoritajiet kontraenti kollha jużaw avviż dwar kuntratt bħala mezz ta' sejħa għall-kompetizzjoni fir-rigward tal-proċeduri kollha. Dawn l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI parti C u għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 49.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax, għall-inqas b'mod ekwivalenti mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

2. L-awtoritajiet kontraenti jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta jekk jirriżulta li l-offerta ma tikkonformax mal-obbligi stabbiliti fil-qasam tad-dritt soċjali u tax-xogħol jew tad-dritt ambjentali mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali jew mill-ftehimiet kollettivi li japplikaw fil-post fejn jitwettaq ix-xogħol, is-servizz jew il-provvista, jew mid-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu attenzjoni lill-impriżi żgħar u medji.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) il-parteċipazzjoni fl-isfruttament tat-traffikar tal-bnedmin u t-tħaddim tat-tfal skont id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu1.

 

_____________

 

1 ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) fejn ir-regolament jiżgura li l-prinċipju ta' reċiproċità kummerċjali li jippermetti li kull impriża Ewropea titfa' offerta fis-suq tal-akkwist pubbliku fl-Istat ta' oriġini tal-kandidat jew tal-offerent, mhux qed jiġi rispettat;

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fejn tkun mgħarrfa bi kwalunkwe vjolazzjoni tal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew il-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI. Konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ma' dispożizzjonijiet internazzjonali tinkludi wkoll konformità b'mod ekwivalenti.

(a) fejn tista' turi li hemm vjolazzjoni tal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tad-dritt soċjali u tax-xogħol jew id-dritt ambjentali stabbilit mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali u minn ftehimiet kollettivi applikabbli għall-post fejn isir ix-xogħol jew is-servizz jew tad-dispożizzjonijiet tad-dritt internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI. Konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ma' dispożizzjonijiet internazzjonali tinkludi wkoll konformità b'mod ekwivalenti.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) fejn l-attur ekonomiku jkun minn pajjiż terz li jonqos milli jiftaħ is-swieq tal-akkwisti pubbliċi tiegħu għall-kumpaniji tal-UE;

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fejn l-awtorità kontraenti tista' turi bi kwalnkwe mezz li l-attur ekonomiku huwa ħati ta' kondotta professjonali ħażina u serja oħra;

(c) fejn l-awtorità kontraenti tista' turi provi li juru li l-attur ekonomiku huwa ħati ta' kondotta professjonali ħażina u serja oħra;

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jillimitaw kwalunkwe kundizzjoni għal parteċipazzjoni għal dawk li huma xierqa li jiżguraw li kandidat jew offerent għandu l-kapaċitajiet legali u finanzjarji u l-abilitajiet kummerċjali u tekniċi li jwettaq il-kuntratt li għandu jingħata. Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu relatati u strettament proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt, billi jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jillimitaw kwalunkwe kundizzjoni għal parteċipazzjoni għal dawk li huma xierqa li jiżguraw li kandidat jew offerent għandu l-kapaċitajiet legali u finanzjarji u l-abilitajiet kummerċjali u tekniċi li jwettaq il-kuntratt li għandu jingħata. Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu direttament relatati u strettament proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt, billi jieħdu f'kunsiderazzjoni l-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtorità li toħroġ il-passaport għandha tara li tikseb l-informazzjoni relevanti direttament mill-awtoritajiet kompetenti, għajr fejn dan ikun projbit mir-regoli nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

3. L-awtorità li toħroġ il-passaport għandha tara li tikseb l-informazzjoni relevanti direttament mill-awtoritajiet kompetenti, għajr fejn dan ikun projbit mir-regoli nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta personali u meta l-informazzjoni tkun tista' tinġabar biss mill-attur ekonomiku nnifsu. F'dawk il-każijiet, l-attur ekonomiku jwassal dik l-informazzjoni lill-awtorità sabiex jikseb Passaport tal-Akkwisti Pubbliċi.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Passaport Ewropew tal-Akkwisti għandu jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet kontraenti kollha bħala prova li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni koperti minnu u ma għandux jinxteħet dubju dwar dan mingħajr ġustifikazzjoni. It-tali ġustifikazzjoni tista' tkun relatata mal-fatt li l-passaport ikun inħareġ aktar minn sitt xhur qabel.

4. Il-Passaport Ewropew tal-Akkwisti għandu jiġi rikonoxxut mill-awtoritajiet kontraenti kollha bħala prova li ġew sodisfatti l-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni koperti minnu u ma għandux jinxteħet dubju dwar dan mingħajr ġustifikazzjoni. It-tali ġustifikazzjoni tista' tkun relatata mal-fatt li l-passaport ikun inħareġ aktar minn tnax-il xahar qabel.

Ġustifikazzjoni

Il-passaport tal-akkwisti pubbliċi jista' jkun strument importanti sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi iżda l-perjodu ta' validità għandu jiġi estiż minħabba li li perjodu ta' sitt xhur jidher qasir wisq u jkun wisq għali għall-atturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-SMEs, li l-passaport tagħhom jiġġedded darbtejn fis-sena .

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-kriterji relatati mal-qagħda ekonomika u finanzjarja kif stabbilit skont l-Artikolu 56(3), u l-kriterji relatati mal-abilità teknika jew professjonali kif stabbilit skont l-Artikolu 56(4), attur ekonomiku jista', fejn dan ikun xieraq u għal kuntratt partikolari, jafda fuq il-kapaċitjiet ta' entitajiet oħra, irrelevantement min-natura legali tar-rabtiet li għandu magħhom. F'dak il-każ, għandu juri lill-awtorità kontraenti li huwa se jkollu r-riżorsi meħtieġa għad-dispożizzjoni, pereżempju, billi jippreżenta impenn minn dawk l-entitajiet għal dan il-għan. Fil-każ tal-qagħda ekonomika u finanzjarja, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-attur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli b'mod konġunt mit-twettiq tal-kuntratt.

Fir-rigward tal-kriterji relatati mal-qagħda ekonomika u finanzjarja kif stabbilit skont l-Artikolu 56(3), u l-kriterji relatati mal-abilità teknika jew professjonali kif stabbilit skont l-Artikolu 56(4), attur ekonomiku jista', fejn dan ikun xieraq u għal kuntratt partikolari, jafda fuq il-kapaċitjiet ta' entitajiet oħra, irrelevantement min-natura legali tar-rabtiet li għandu magħhom. F'dak il-każ, għandu juri lill-awtorità kontraenti li huwa se jkollu r-riżorsi meħtieġa għad-dispożizzjoni, pereżempju, billi jippreżenta impenn minn dawk l-entitajiet għal dan il-għan.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fil-każ ta' kuntratti ta' xogħlijiet, kuntratti ta' servizzi u operazzjonijiet ta' bini u installazzjoni fil-kuntest ta' kuntratt ta' provvista, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li ċerti kompiti importanti jitwettqu direttament mill-offerent stess jew, fejn offerta sottomessa minn grupp ta' atturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 6, minn parteċipant fil-grupp.

imħassar

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispejjeż jistgħu jiġu valutati, skont l-għażla tal-awtorità kontraenti, fuq il-bażi tal-prezz biss jew billi jintuża approċċ tal-kosteffiċenza, bħall-approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 67.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Emenda mħassra minħabba l-modifika fl-Artikolu 66 ­­– paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a u b.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mill-punt ta' vista tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża msemmija fil-putn (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal:

2. Mill-perspettiva tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin direttament mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kriterji oħrajn marbutin direttament mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal:

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv.

(a) il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, il-prestazzjoni fl-effiċjenza enerġetika, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv inklużi, fost oħrajn, soluzzjonijiet innovattivi addizzjonali li jiżdiedu ma' rekwiżiti minimi stabbiliti fl-avviż dwar il-kuntratt, id-dokument deskrittiv jew l-istedina sabiex jiġi kkonfermat l-interess;

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) proċess ta' produzzjoni soċjalment sostenibbli;

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) l-oriġini lokali speċifika għax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew għal kwalunkwe stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom filwaqt li jiġu osservati l-prinċipji tat-trattati.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 67 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) spejjeż interni, inklużi spejjeż relatati max-xiri, bħall-ispejjeż ta' produzzjoni, l-użu,bħall-konsum tal-enerġija, l-ispejjeż ta' manutenzjoni, u tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja, bħall-ispejjeż ta' ġbir u riċiklaġġ u

(a) spejjeż interni, inklużi spejjeż relatati max-xiri, bħall-ispejjeż ta' produzzjoni, l-użu, bħall-konsum tal-enerġija, l-ispejjeż ta' manutenzjoni, id-disponibilità tar-riżorsi inkwistjoni u tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja, bħall-ispejjeż ta' ġbir u riċiklaġġ u

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ġew sottomessi tal-inqas ħames offerti.

imħassar

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) l-osservanza tar-regoli u l-istandards fis-seħħ fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà, tad-dritt soċjali u d-dritt tax-xogħol stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali u minn ftehimiet kollettivi li japplikaw fil-post fejn ikun ser isir ix-xogħol, is-servizz jew il-provvista.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) Aspetti oħra li jispjegaw biżżejjed l-ispiża baxxa wisq tal-offerta.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fejn awtorità kontraenti tiddeċiedi li offerta hija baxxa wisq għax l-offerent kiseb għajnuna mill-Istat, l-offerta tista' tiġi miċħuda għal dik ir-raġuni waħedha iżda biss wara konsultazzjoni mal-offerent fejn, fi ħdan limitu ta' żmien suffiċjenti stabbilit mill-awtorità kontraenti, dan tal-aħħar ma jistax juri li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107 tat-Trattat. Fejn l-awtorità kontraenti tiċħad offerta f'dawk iċ-ċirkostanzi, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar dan.

5. Fejn awtorità kontraenti tiddeċiedi li offerta hija baxxa wisq għax l-offerent kiseb għajnuna mill-Istat, l-offerta tiġi miċħuda sakemm l-offerent, fi ħdan limitu ta' żmien suffiċjenti stabbilit mill-awtorità kontraenti, ikun jista' juri f'konsultazzjoni li l-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107 tat-Trattat. Fejn l-awtorità kontraenti tiċħad offerta f'dawk iċ-ċirkostanzi, din għandha tgħarraf lill-Kummissjoni dwar dan.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' kjarifika, l-offerenti megħjuna mill-Istat għandhom ikunu l-eċċezzjoni u f'konformità biss mal-Artikolu 107 tat-Trattat.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 70a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 70a

 

L-awtoritajiet kontraenti jintroduċu monitoraġġ adegwat tal-prestazzjoni u prattiki ta' garanzija tal-kwalità b'rabta mat-twettiq tal-kuntratt, u jindikaw dawn il-prattiki fis-sejħa għall-kompetizzjoni. Sabiex jiżdiedu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-monitoraġġ tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt, l-akkwist elettroniku għandu jappoġġa dawn il-prattiki ta' monitoraġġ.

Ġustifikazzjoni

In-nuqqas ta' monitoraġġ tat-twettiq tal-kuntratt jista' jirriżulta f'sitwazzjonijiet li jeħtieġ li jiġu rrimedjati wara. Sabiex jinxteħet dawl fuq in-nuqqas ta' konformità relatat mal-eżekuzzjoni tal-kuntratt kemm jista' jkun malajr, it-twettiq u l-eżekuzzjoni tal-kuntratt għandhom jiġu mmonitorjati. Dan jiżgura l-iktar użu effiċjenti tal-finanzi pubbliċi. L-akkwist elettroniku jista' jintuża biex jiġu evitati, identifikati u kkoreġuti l-iżbalji anki fil-fażi tal-eżekuzzjoni.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 70b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 70b

 

Il-kuntratt fih proċedura ċara fil-każ ta' nuqqas ta' konformità relatata mat-twettiq u l-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 70c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 70c

 

Sabiex jitħallew kemm jista' jkun parteċipanti tas-suq jipparteċipaw fl-akkwist pubbliku, l-Istati Membri jiżguraw proċeduri ta' rimedju oġġettivi, effiċjenti u rħas.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 70d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 70d

 

F'każ ta' ksur gravi jew nuqqas ta' konformità tal-kuntrattur, l-awtorità kontraenti tista' tintroduċi sanzjonijiet kontra l-kuntrattur biex jiġi evitat li jkun hemm nuqqas ta' konformità jew ksur serju b'rabta ma' kuntratti futuri.

Ġustifikazzjoni

L-opportunità li jiġu introdotti sanzjonijiet futuri kontra kuntratturi bi ksur gravi jew nuqqas ta' konformità tista' ttejjeb b'mod sinifikanti l-kultura tal-akkwist u tiżgura l-iktar użu effiċjenti tal-finanzi pubbliċi.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 71 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti tista' titlob jew tista' tkun meħtieġa minn Stat Membru li titlob lill-offerent sabiex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista' jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika anki kwalunkwe sottokuntratturi proposti.

1. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-offerent meħtieġ jindika fl-offerta tiegħu lill-awtorità kontraenti, kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista' jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika anki kwalunkwe sottokuntratturi proposti.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 71 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fuq talba tas-sottokuntrattur u fejn in-natura tal-kuntratt tkun tippermetti dan, l-awtorità kontraenti għandha tittrasferixxi l-ħlasijiet dovuti direttament lis-sottokuntrattur għas-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet pprovduti lill-kuntrattur prinċipali. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi xierqa li jippermettu lill-kuntrattur prinċipali sabiex joġġezzjona għal ħlasijiet mhux dovuti. L-arranġamenti li jikkonċernaw dak il-mod ta' ħlas għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-ħlasijiet lis-sottokuntrattur għas-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet ipprovduti lill-kuntrattur prinċipali jkunu dovuti immedjatament, jekk:

 

(a) l-awtorità kontraenti tkun ipprovdiet il-provvista tagħha jew parti minnha lill-kuntrattur prinċipali

 

(b) l-awtorità kontraenti tkun aċċettat b'mod komplet is-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet ipprovduti b'mod komplet; jew

 

(c) is-sottokuntrattur jistabbilixxi b'mod ineffettiv limitu xieraq ta' żmien lill-kuntrattur prinċipali għall-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet imsemmija f'punti (a) u (b).

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 72 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-modifika tibdel il-bilanċ ekonomiku tal-kuntratt favur il-kuntrattur;

imħassar

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 73 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fi proċedura skont l-Artikolu 258 tat-Trattat, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ssib, li Stat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt it-Trattati minħabba l-fatt li awtorità kontraenti li tappartjeni għal dak l-Istat Membru tat il-kuntratt inkwistjoni mingħajr ma tikkonforma mal-obbligi tagħha taħt it-Trattati u din id-Direttiva.

imħassar

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 76b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 76b

 

L-awtorità kontraenti għandu jkollha kompetenza adegwata biex twettaq il-proċedura sħiħa tal-akkwist pubbliku ekoloġiku. L-Istati Membri joffru opportunitajiet fi żmien debitu sabiex jinkisbu l-għarfien u l-ħiliet neċessarji biex tiġi konkluża l-proċedura ta' akkwist pubbliku ekoloġiku.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 81

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ġurija għandha tkun komposta esklussivament minn persuni fiżiċi li huma indipendenti mill-parteċipanti fil-kompetizzjoni. Fejn tkun meħtieġa kwalifika professjonali partikolari mill-parteċipanti f'kompetizzjoni, tal-inqas terz mill-membri tal-ġurija għandu jkollhom dik il-kwalifika jew kwalifika ekwivalenti.

Il-ġurija għandha tkun komposta esklussivament minn persuni fiżiċi li huma indipendenti mill-parteċipanti fil-kompetizzjoni. Fejn tkun meħtieġa kwalifika professjonali partikolari mill-parteċipanti f'kompetizzjoni, tal-inqas terz mill-membri tal-ġurija għandu jkollhom dik il-kwalifika jew kwalifika ekwivalenti. L-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tiġi mfittxija fil-kompożizzjoni tal-ġurija.

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-korp ta' sorveljanza għandu jkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin:

L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti li ġejjin:

(a) is-sorveljanza tal-applikazzjoni tar-regoli ta' akkwist pubbbliku u l-prattika relatata mill-awtoritajiet kontraenti u b'mod partikolari, mill-korpi ċentrali għall-akkwisti;

(a) is-sorveljanza tal-applikazzjoni tar-regoli ta' akkwist pubbbliku u l-prattika relatata mill-awtoritajiet kontraenti u b'mod partikolari, mill-korpi ċentrali għall-akkwisti;

(b) li jipprovdi parir legali lil awtoritajiet kontraenti dwar l-interpretazzjoni tar-regoli u l-prinċipji tal-akkwist pubbliku u dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku f'każijiet speċifiċi;

(b) li jipprovdi parir legali lil awtoritajiet kontraenti dwar l-interpretazzjoni tar-regoli u l-prinċipji tal-akkwist pubbliku u dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku f'każijiet speċifiċi;

(c) li joħroġ opinjonijiet u gwida ta' inizjattiva proprja dwar kwistjonijiet ta' interess ġenerali rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' regoli tal-akkwist pubbliku, dwar kwistjonijiet rikorrenti u dwar diffikultajiet sistemiċi relatati mal-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tal-ġurisprudenza relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

(c) li joħroġ opinjonijiet u gwida ta' inizjattiva proprja dwar kwistjonijiet ta' interess ġenerali rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta' regoli tal-akkwist pubbliku, dwar kwistjonijiet rikorrenti u dwar diffikultajiet sistemiċi relatati mal-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u tal-ġurisprudenza relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

(d) li jistabbilixxi u japplika sistemi ta' indikaturi ta' twissija komprensivi u azzjonabbli li jipprevjenu, jidentifikaw u jirrapportaw b'mod adegwat każijiet ta' frodi, korruzzjoni, kunflitt ta' interess u irregolaritajiet serji oħra fl-akkwist;

(d) li jistabbilixxi u japplika sistemi ta' indikaturi ta' twissija komprensivi u azzjonabbli li jipprevjenu, jidentifikaw u jirrapportaw b'mod adegwat każijiet ta' frodi, korruzzjoni, kunflitt ta' interess u irregolaritajiet serji oħra fl-akkwist;

(e) li jiġbed l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet kompetenti nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet tal-awditjar, lejn vjolazzjonijiet speċifiċi identifikati u lejn problemi sistemiċi;

(e) li jiġbed l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet kompetenti nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet tal-awditjar, lejn vjolazzjonijiet speċifiċi identifikati u lejn problemi sistemiċi;

(f) li jeżamina lmenti minn ċittadini u negozji dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku f'każijiet speċifiċi u jittrażmetti l-analiżi lill-awtoritajiet kontraenti kompetenti, li għandu jkollhom l-obbligu li jiħduha f'kunsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet tagħhom jew, fejn l-analiżi ma tiġix segwita, jispjegaw ir-raġunijiet għalfejn warrbuha;

(f) li jeżamina lmenti minn ċittadini u negozji dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku f'każijiet speċifiċi u jittrażmetti l-analiżi lill-awtoritajiet kontraenti kompetenti, li għandu jkollhom l-obbligu li jiħduha f'kunsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet tagħhom jew, fejn l-analiżi ma tiġix segwita, jispjegaw ir-raġunijiet għalfejn warrbuha;

(g) is-sorveljanza ta' deċiżjonijiet meħuda mill-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali wara sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-Artikolu 267 tat-Trattat jew sejbiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li jistabbilixxu vjolazzjonijiet tar-regoli tal-Unjoni tal-akkwist pubbliku relatati ma' proġetti kofinanzjati mill-Unjoni; Il-korp ta' sorveljanza għandu jirrapporta lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi kwalunkwe ksur tal-proċeduri ta' akkwist tal-Unjoni meta dawn huma relatati mal-kuntratti direttament jew indirettament iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.

(g) is-sorveljanza ta' deċiżjonijiet meħuda mill-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali wara sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-Artikolu 267 tat-Trattat jew sejbiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li jistabbilixxu vjolazzjonijiet tar-regoli tal-Unjoni tal-akkwist pubbliku relatati ma' proġetti kofinanzjati mill-Unjoni; Il-korp ta' sorveljanza għandu jirrapporta lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi kwalunkwe ksur tal-proċeduri ta' akkwist tal-Unjoni meta dawn huma relatati mal-kuntratti direttament jew indirettament iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.

Il-kompiti msemmija fil-punt (e) għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta' appell taħt il-liġi nazzjonali jew taħt is-sistema stabbilita fuq il-bażi tad-Direttiva 89/665/KEE.

Il-kompiti msemmija fil-punt (e) għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta' appell skont id-dritt nazzjonali jew skont is-sistema stabbilita fuq il-bażi tad-Direttiva 89/665/KEE.

L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-korp ta' sorveljanza sabiex jieħu taħt idejh il-ġurisdizzjoni kompetenti skont il-liġi nazzjonali għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti meta jkun identifika ksur matul l-attività ta' monitoraġġ u ta' konsulenza legali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jirrikorru għall-ġurisdizzjoni kompetenti skont id-dritt nazzjonali għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti meta jkunu identifikaw ksur matul l-attività ta' monitoraġġ u ta' konsulenza legali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni tal-akkwist pubbliku diġà qed iseħħu fl-Istati Membri, l-awtoritajiet li diġà huma responsabbli għal dawn il-funzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni, iħejju r-rapport annwali, u jirrapportaw lill-Kummissjoni. Fi żmien il-kriżi ekonomika, huwa importanti li jiġu ssemplifikati l-kompiti amministrattivi, u jintużaw is-sistemi eżistenti, u l-finanzi pubbliċi b'mod effiċjenti.

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta' ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntratti tagħha mal-Istati Membri, il-korp ta' sorveljanza għandu jaġixxi bħala punt ta' kuntatt speċifiku għall-Kummissjoni meta jissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit mill-Unjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għandu jirraporta mal-Kummissjoni dwar kwalunkwe vjolazzjoni ta' din id-Direttiva fi proċeduri ta' akkwist għall-għoti ta' kuntratti ffinanzjati direttament jew indirettament mill-Unjoni.

Mingħajr ħsara għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta' ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntatti tagħha mal-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġixxu bħala punt ta' kuntatt speċifiku għall-Kummissjoni meta tissorvelja l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit mill-Unjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għandu jirraporta mal-Kummissjoni dwar kwalunkwe vjolazzjoni ta' din id-Direttiva fi proċeduri ta' akkwist għall-għoti ta' kuntratti ffinanzjati direttament jew indirettament mill-Unjoni.

Mingħajr ħsara għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta' ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntratti tagħha mal-Istati Membri, il-korp ta' sorveljanza għandu jaġixxi bħala punt ta' kuntatt speċifiku għall-Kummissjoni meta jissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għandu jirraporta mal-Kummissjoni dwar kwalunkwe vjolazzjoni ta' din id-Direttiva fi proċeduri ta' akkwist għall-għoti ta' kuntratti ffinanzjati direttament jew indirettament mill-Unjoni.

 

Il-Kummissjoni tista' titlob lill-korp ta' sorveljanza biex janalizza ksur allegat tar-regoli ta' akkwist pubbliku tal-Unjoni li jaffettwa proġetti kofinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista' tafda lill-korp ta' sorveljanza biex isegwi ċertu każijiet u jiżgura li jittieħdu l-konsegwenzi xierqa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li se jkunu obbligati jsegwu l-istruzzjonijiet tagħha għall-ksur tar-regoli ta' akkwist pubbliku tal-Unjoni li jaffettwa proġetti kofinanzjati.

 

Ġustifikazzjoni

Peress li l-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni tal-akkwist pubbliku diġà qed iseħħu fl-Istati Membri, l-awtoritajiet li diġà huma responsabbli għal dawn il-funzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni, iħejju r-rapport annwali, u jirrapportaw lill-Kummissjoni. Fi żmien il-kriżi ekonomika, huwa importanti li jiġu ssemplifikati l-kompiti amministrattivi, u jintużaw is-sistemi eżistenti, u l-finanzi pubbliċi b'mod effiċjenti.

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-attivitajiet ta' investigazzjoni u infurzar imwettqa mill-korp ta' sorveljanza mwettqa mill-korp ta' sorveljanza sabiex jiżgura li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti jikkonformaw ma' din id-Direttiva u l-prinċipji tat-Trattat ma għandhomx jieħdu post jew jippreġudikaw ir-rwol istituzzjonali tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattat. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirreferi t-trattament ta' każ individwali skont il-paragrafu 4, għandu jibqa' jkollha d-dritt li tintevjeni skont is-setgħat ikkonferiti lilha mit-Trattat.

L-attivitajiet ta' investigazzjoni u infurzar imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiżguraw li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti jikkonformaw ma' din id-Direttiva u l-prinċipji tat-Trattat, ma għandhomx jieħdu post jew jippreġudikaw ir-rwol istituzzjonali tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattat. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirreferi t-trattament ta' każ individwali skont il-paragrafu 4, għandu jibqa' jkollha d-dritt li tintervjeni skont is-setgħat ikkonferiti lilha mit-Trattat.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni tal-akkwist pubbliku diġà qed iseħħu fl-Istati Membri, l-awtoritajiet li diġà huma responsabbli għal dawn il-funzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni, iħejju r-rapport annwali, u jirrapportaw lill-Kummissjoni. Fi żmien il-kriżi ekonomika, huwa importanti li jiġu ssemplifikati l-kompiti amministrattivi, u jintużaw is-sistemi eżistenti, u l-finanzi pubbliċi b'mod effiċjenti.

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 6 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrażmettu lill-korp ta' sorveljanza it-test sħiħ tal-kuntratti konklużi kollha b'valur ekwivalenti għal jew ikbar minn

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrażmettu lill-awtoritajiet kompetenti, it-test sħiħ tal-kuntratti konklużi kollha b'valur ekwivalenti għal jew ikbar minn

Ġustifikazzjoni

Peress li l-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni tal-akkwist pubbliku diġà qed iseħħu fl-Istati Membri, l-awtoritajiet li diġà huma responsabbli għal dawn il-funzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni, iħejju r-rapport annwali, u jirrapportaw lill-Kummissjoni. Fi żmien il-kriżi ekonomika, huwa importanti li jiġu ssemplifikati l-kompiti amministrattivi, u jintużaw is-sistemi eżistenti, u l-finanzi pubbliċi b'mod effiċjenti.

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għal-liġi nazzjonali dwar l-aċċess għall-informazzjoni u f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-korp ta' sorveljanza, għandu, wara li jirċievi talba bil-miktub, jagħti aċċess dirett mhux ristrett u sħiħ, u mingħajr ħlas għall-kuntratti konklużi msemmija fil-paragrafu 6. L-aċċess għal ċertu partijiet tal-kuntratt jista' jkun miċħud meta d-divulgazzjoni timpedixxi l-infurzar tal-liġi jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku, tkun ta' ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta' atturi ekonomiċi, pubbliċi jew privati, jew tista' tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

Mingħajr ħsara għal-liġi nazzjonali dwar l-aċċess għall-informazzjoni u f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom, fuq talba bil-miktub, jagħtu aċċess dirett mhux ristrett u sħiħ, u mingħajr ħlas għall-kuntratti konklużi msemmija fil-paragrafu 6. L-aċċess għal ċertu partijiet tal-kuntratt jista' jkun miċħud meta d-divulgazzjoni timpedixxi l-infurzar tal-liġi jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku, tkun ta' ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta' atturi ekonomiċi, pubbliċi jew privati, jew tista' tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni tal-akkwist pubbliku diġà qed iseħħu fl-Istati Membri, l-awtoritajiet li diġà huma responsabbli għal dawn il-funzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni, iħejju r-rapport annwali, u jirrapportaw lill-Kummissjoni. Fi żmien il-kriżi ekonomika, huwa importanti li jiġu ssemplifikati l-kompiti amministrattivi, u jintużaw is-sistemi eżistenti, u l-finanzi pubbliċi b'mod effiċjenti.

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jiġi inkluż sommarju tal-attivitajiet kollha mwettqa mill-korp ta' sorveljanza skont il-paragrafi 1 sa 7 fir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 2.

Għandu jiġi inkluż sommarju tal-attivitajiet kollha mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafi 1 sa 7 fir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 2.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-monitoraġġ u r-regolamentazzjoni tal-akkwist pubbliku diġà qed iseħħu fl-Istati Membri, l-awtoritajiet li diġà huma responsabbli għal dawn il-funzjonijiet għandhom jipprovdu informazzjoni, iħejju r-rapport annwali, u jirrapportaw lill-Kummissjoni. Fi żmien il-kriżi ekonomika, huwa importanti li jiġu ssemplifikati l-kompiti amministrattivi, u jintużaw is-sistemi eżistenti, u l-finanzi pubbliċi b'mod effiċjenti.

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 84a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 84a

 

Il-Kummissjoni, qabel tmiem l-2013 tippreżenta rapport dwar il-ġestjoni differenti tal-akkwisti taħt il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 12, partikolarment għas-servizzi mhux prijoritarji sa issa.

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 87 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Bil-għan li jitjieb l-aċċess għal akkwisti pubbliċi għall-atturi ekonomiċi, b'mod partikolari għall-SMEs, u sabiex jiġi faċilitat il-fehim korrett tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tista' tinkiseb l-assistenza xierqa, anki b'mezzi elettroniċi jew billi jintużaw netwerks eżistenti ddedikati għall-assistenza tan-negozji.

2. Bil-għan li jitjieb l-aċċess għal akkwisti pubbliċi għall-atturi ekonomiċi, b'mod partikolari għall-SMEs u s-soċjetà ċivili, u sabiex jiġi faċilitat il-fehim korrett tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tista' tinkiseb l-assistenza xierqa, anki b'mezzi elettroniċi jew billi jintużaw netwerks eżistenti ddedikati għall-assistenza tan-negozji. L-appoġġ jinkludi wkoll offerti konġunti li jsiru minn atturi differenti.

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 91 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta' Xogħlijiet Pubbliċi stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat Konsultattiv għall-Kuntratti ta' Xogħlijiet Pubbliċi stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 71/306/KEE. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. L-ugwaljanza bejn is-sessi għandha tiġi promossa fil-kompożizzjoni tal-kumitat.

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 94 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effetti ekonomiċi fuq is-suq intern li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4 u tirraporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2017.

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-effetti ekonomiċi fuq is-suq intern li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4 u tirrapporta dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-30 ta' Ġunju 2015.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Anness VIII – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fil-każ ta' provvista pubblika jew kuntratti ta' servizzi, speċifikazzjoni f'dokument li jiddefinixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta' prodott jew servizz, bħal-livelli ta' kwalità, il-livelli ta' prestazzjoni ambjentali u klimatika, id-disinn għar-rekwiżiti kollha (inkluża l-aċċessibilità għal persuni b'diżabilità) u valutazzjoni tal-konformtià, il-prestazzjoni, l-użu tal-prodott, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, inklużi rekwiżiti relevanti għall-prodott fir-rigward tal-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta' ttestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet għall-utenti, il-proċessi u l-metodi ta' produzzjoni f'kull satdju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-provvista jew servizz u l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità;

(b) fil-każ ta' provvista pubblika jew kuntratti ta' servizzi, speċifikazzjoni f'dokument li jiddefinixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta' prodott jew servizz, bħal-livelli ta' kwalità, il-livelli ta' prestazzjoni ambjentali u klimatiċi, id-disinn għar-rekwiżiti kollha (inkluża l-aċċessibilità għal persuni b'diżabilità) u valutazzjoni tal-konformtià, il-prestazzjoni, l-użu tal-prodott, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, inklużi rekwiżiti relevanti għall-prodott fir-rigward tal-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta' ttestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet għall-utenti u l-proċeduri ta' valutazzjoni tal-konformità;

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Anness XIII – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Identifikazzjoni tal-attur ekonomiku;

(a) Identifikazzjoni tal-attur ekonomiku; in-numru ta' reġistrazzjoni, l-isem, l-indirizz u l-bank tal-kumpanija;

Ġustifikazzjoni

L-istandardizzazzjoni miżjuda ta' informazzjoni fir-rigward tal-formalitajiet tal-attur ekonomiku fid-dokumenti tal-akkwist se tikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-ispejjeż ġenerali tat-tranżazzjoni u fl-istess ħin ma tinfluwenzawx il-kompetizzjoni, minħabba li din l-informazzjoni hija ċentrali biss sabiex jiġi determinat jekk l-offerent huwiex affidabbli, u mhux ċentrali fl-għażla bejn l-offerti.

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Anness XIII – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Deskrizzjoni tal-kumpanija: is-sena tal-istabbiliment, il-forma ġuridika, is-sid/sidien, il-membri tal-bord, il-kodiċi tal-industrija, deskrizzjoni qasira tas-servizzi ewlenin u/jew il-produzzjoni tal-kumpanija;

Ġustifikazzjoni

L-istandardizzazzjoni miżjuda ta' informazzjoni fir-rigward tal-formalitajiet tal-attur ekonomiku fid-dokumenti tal-akkwist se tikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-ispejjeż ġenerali tat-tranżazzjoni u fl-istess ħin ma tinfluwenzawx il-kompetizzjoni, minħabba li din l-informazzjoni hija ċentrali biss sabiex jiġi determinat jekk l-offerent huwiex affidabbli, u mhux ċentrali fl-għażla bejn l-offerti.

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Anness XIII – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Ċertifikazzjoni li l-attur ekonomiku jkun issodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-ħlas ta' taxxi, sistemi tas-sigurtà soċjali skont il-liġijiet individwali tal-Istati Membri eċċ.;

Ġustifikazzjoni

L-istandardizzazzjoni miżjuda ta' informazzjoni fir-rigward tal-formalitajiet tal-attur ekonomiku fid-dokumenti tal-akkwist se tikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-ispejjeż ġenerali tat-tranżazzjoni u fl-istess ħin ma tinfluwenzawx il-kompetizzjoni, minħabba li din l-informazzjoni hija ċentrali biss sabiex jiġi determinat jekk l-offerent huwiex affidabbli, u mhux ċentrali fl-għażla bejn l-offerti.

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Anness XIII – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) Indikaturi ekonomiċi ewlenin tal-attur ekonomiku għall-aħħar tliet snin tal-kontijiet: il-bejgħ gross, EBIT (qligħ qabel l-interessi u t-taxxa) u l-koeffiċjent tas-solvenza. Kumpaniji li jkun għadhom kemm jiftħu (start-ups) se jikkonformaw ma' dan ir-rekwiżit meta l-informazzjoni mid-data ta' meta jibdew joperaw sad-data preżenti tiġi adottata fil-Passaport tal-Akkwisti Pubbliċi tagħhom;

Ġustifikazzjoni

L-istandardizzazzjoni miżjuda ta' informazzjoni fir-rigward tal-formalitajiet tal-attur ekonomiku fid-dokumenti tal-akkwist se tikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-ispejjeż ġenerali tat-tranżazzjoni u fl-istess ħin ma tinfluwenzawx il-kompetizzjoni, minħabba li din l-informazzjoni hija ċentrali biss sabiex jiġi determinat jekk l-offerent huwiex affidabbli, u mhux ċentrali fl-għażla bejn l-offerti.

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Anness XIII – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) Indikaturi organizzattivi ewlenin tal-attur ekonomiku: in-numru medju ta' impjegati matul dawn l-aħħar tliet snin u n-numru ta' impjegati sal-aħħar tas-sena li għaddiet. Kumpaniji li jkun għadhom kemm jiftħu (start-ups) se jikkonformaw ma' dan ir-rekwiżit meta l-informazzjoni mid-data ta' meta jibdew joperaw sad-data preżenti tiġi adottata fil-Passaport tal-Akkwisti Pubbliċi tagħhom;

Ġustifikazzjoni

L-istandardizzazzjoni miżjuda ta' informazzjoni fir-rigward tal-formalitajiet tal-attur ekonomiku fid-dokumenti tal-akkwist se tikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-ispejjeż ġenerali tat-tranżazzjoni u fl-istess ħin ma tinfluwenzawx il-kompetizzjoni, minħabba li din l-informazzjoni hija ċentrali biss sabiex jiġi determinat jekk l-offerent huwiex affidabbli, u mhux ċentrali fl-għażla bejn l-offerti.

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Anness XIII – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) Indikazzjoni tal-perjodu ta' validità tal-Passaport, li ma għandux ikun inqas minn 6 xhur.

(f) Indikazzjoni tal-perjodu ta' validità tal-Passaport, li ma għandux ikun inqas minn 12-il xahar.

Ġustifikazzjoni

Il-passaport tal-akkwisti pubbliċi jista' jkun strument importanti sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż amministrattivi iżda l-perjodu ta' validità għandu jiġi estiż minħabba li li perjodu ta' sitt xhur jidher qasir wisq u jkun wisq għali għall-atturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-SMEs, li l-passaport tagħhom jiġġedded darbtejn fis-sena .

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Anness XVI – ringiela 2 – kolonna 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

79611000-0 u minn 85000000-9 sa 85323000-9(minbarra 85321000-5 u 85322000-2)

79611000-0 u minn 85000000-9 sa 85323000-9 (minbarra 85321000-5 u 85322000-2 u 85143000-3)

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Anness XVI – ringieli 8a (ġdid) u 8b (ġdid)

Minn 74110000-3 sa 74114000-1

Servizzi ġuridiċi

 

Servizzi oħra

PROĊEDURA

Titolu

L-akkwist pubbliku

Referenzi

COM(2011)0896 – C7-0006/2012 – 2011/0438(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

András Gyürk

13.2.2012

Eżami fil-kumitat

31.5.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

6

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Vicky Ford, Robert Goebbels, Jacky Hénin, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Philippe Lamberts, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Evžen Tošenovský, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Caspary, António Fernando Correia de Campos, Ioan Enciu, Vicente Miguel Garcés Ramón, Elisabetta Gardini, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Cristina Gutiérrez-Cortines, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Gunnar Hökmark, Eija-Riitta Korhola, Werner Langen, Pavel Poc, Vladimír Remek

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jorgo Chatzimarkakis, Keith Taylor

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (21.9.2012)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku
(COM(2011)0896 – C7‑0006/2012 – 2011/0438(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Eva Lichtenberger

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-akkwist pubbliku għandu rwol importanti fil-prestazzjoni ekonomika globali tal-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet pubbliċi jonfqu madwar 18 % tal-PDG fuq il-provvisti, ix-xogħlijiet u s-servizzi. Minħabba l-volum ta’ xiri, l-akkwist pubbliku jista’ jintuża bħala lieva b’saħħitha biex jinkiseb Suq Uniku li jrawwem tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

L-akkwist pubbliku għandu rwol ewlieni fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża biex jinkisbu dawn l-għanijiet billi jtejjeb l-ambjent tan-negozju u l-kundizzjonijiet għan-negozji biex jinnovaw u billi jħeġġeġ użu akbar ta’ akkwist pubbliku ekoloġiku li jappoġġja l-bidla lejn ekonomija li tuża r-riżorsi b’effiċjenza u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju. Fl-istess ħin, l-istrateġija Ewropa 2020 tisħaq li l-politika ta’ akkwist pubbliku għandha tiżgura l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi u li s-swieq pubbliċi ta’ akkwist għandhom jinżammu miftuħin madwar l-Unjoni kollha.

Ir-Rapporteur tilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għall-modernizzazzjoni tad-direttivi ġodda dwar l-akkwist pubbliku. Il-proposta leġiżlattiva għandha twassal għal proċeduri aktar sempliċi u aktar flessibbli tal-akkwist għall-awtoritajiet kontraenti u tipprovdi aċċess aktar faċli għall-intrapriżi, b'mod partikolari għall-SMEs. Ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni għandha ssib bilanċ bejn is-simplifikazzjoni tar-regoli u, proċeduri sodi u effettivi marbuta ma’ kriterji tal-għoti marbuta mal-innovazzjoni u mas-sostenibilità, filwaqt li tiżgura wkoll użu usa' minn proċeduri ta' akkwist onlajn.

lI-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali. Dawn il-kriterji għandhom jiggarantixxu li l-offerti huma vvalutati f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva, anke meta l-awtoritajiet kontraenti jirrikjedu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta’ kwalità għolja li huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom, pereżempju meta l-kriterji tal-għoti magħżula jinkludu fatturi marbuta mal-proċess ta’ produzzjoni.

Ir-Rapporteur temmen bil-qawwa li l-għoti ta’ kuntratti lil awtoritajiet għandu juża, bħala kriterju tal-għoti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża (MEAST) u ma jibqax juża l-kriterju alernattiva tal-irħas offerta. Billi fil-MEAST, jitqies ukoll il-prezz, l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu jagħmlu l-iktar għażliet xierqa b’rabta mal-ħtiġjijiet tagħhom, inkluż billi jitqiesu n-nefqa, l-għanijiet soċjetali strateġiċi, is-soluzzjonijiet innovattivi u l-kriterji soċjali u ambjentali.

L-akkwist pubbliku għandu jintuża bħala mezz biex titkattar l-innovazzjoni. Ix-xerrejja pubbliċi għandhom jiġu inkoraġġati jakkwistaw prodotti u servizzi innovattivi sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli. Huma meħtieġa soluzzjonijiet u ideat innovattivi ġodda, partikolarment fil-qasam tat-trasport, u l-akkwist pubbliku għandu jintuża bħala għodda sabiex jintlaħqu ħtiġijiet bħal dawn.

Kunsiderazzjonijiet tul iċ-ċiklu tal-ħajja għandhom jittejbu, u għandhom jitqiesu l-effetti soċjali u ambjentali tal-proċess ta' produzzjoni. L-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom iżjed possibilitajiet sabiex jimponu eżiġenzi fuq il-proċess tal-produzzjoni u mhux biss fuq il-prodott. Dan iwassal għal akkwist pubbliku iktar sostenibbli, inkluż fis-settur tat-trasport.

Għal kull akkwist maħsub biex jintuża minn persuni, jeħtieġ li l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu speċifikazzjonijiet tekniċi sabiex iqisu l-kriterji ta’ aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità jew id-disinn għall-utenti kollha. Dan hu partikolarment kruċjali fil-qasam tat-trasport pubbliku u t-turiżmu.

Id-dispożizzjonijiet dwar is-sottokuntrattar għandhom jissaħħu. Għandu jkun meħtieġ li l-offerent jindika, fl-offerta tiegħu kwalunkwe parti mill-kuntratt li għandu l-intenzjoni li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi, kif ukoll lil kwalunkwe sottokuntratturi propost. Barra minn hekk, għandu jkun possibbli li l-kuntrattur ewlieni u s-sottokuntratturi kollha jkunu involuti biex isiru responsabbli fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni. Jeħtieġ li jkun hemm sistema ta’ kontroll li tkopri l-partijiet kollha tal-katina tal-kuntratturi.

Ir-Rapporteur ressqet għadd ta’ emendi biex tindirizza l-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq. F’xi każijiet, tqies li kien meħtieġ it-tħassir ta’ xi dispożizzjonijiet proposti mill-Kummissjoni, peress li r-Rapporteur tqis li ċerti kwistjonijiet jistgħu jiġu indirizzati b’mod iktar effettiv fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, billi jitqiesu l-ispeċifiċitajiet settorjali u reġjonali, b’konformità mal-prinċipji tas-sussidjarjetà u r-regolamentazzjoni aħjar.

Fl-aħħar iżda mhux l-anqas, ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati ċ-ċertezza legali u l-konsistenza tad-direttivi tal-akkwist pubbliku mal-leġiżlazzjoni attwali tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport u s-servizzi postali.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53) Hemm bżonn ta’ kooperazzjoni effettiva biex tiżgura pariri u prattiċi konsistenti f’kull Stat Membru u fl-Unjoni. Entitajiet maħtura għall-monitoraġġ, l-implimentazzjoni, il-kontroll u l-assistenza teknika għandhom ikunu jistgħu jaqsmu informazzjoni u jikkooperaw; fl-istess kuntest, l-awtorità nazzjonali maħtura minn kull Stat Membru għandha taġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt preferut mas-servizzi tal-Kummissjoni bil-għan li tinġabar id-dejta, tiġi skambjata l-informazzjoni u tiġi sorveljata l-implimentazzjoni tal-liġi dwar l-akkwist pubbliku tal-Unjoni.

(53) Hemm bżonn ta’ kooperazzjoni u trasparenza effettivi biex jiżguraw pariri u prattiki konsistenti f’kull Stat Membru u fl-Unjoni. Entitajiet maħtura għall-monitoraġġ, l-implimentazzjoni, il-kontroll u l-assistenza teknika għandhom ikunu jistgħu jaqsmu informazzjoni u jikkooperaw; fl-istess kuntest, l-awtorità nazzjonali maħtura minn kull Stat Membru għandha taġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt preferut mas-servizzi tal-Kummissjoni bil-għan li tinġabar id-dejta, tiġi skambjata l-informazzjoni u tiġi sorveljata l-implimentazzjoni tal-liġi dwar l-akkwist pubbliku tal-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) ‘ċiklu tal-ħajja’ tfisser l-istadji konsekuttivi u/jew marbutin bejniethom kollha, inklużi l-produzzjoni, it-trasport, l-użu u l-manutenzjoni matul l-eżistenza ta’ prodott jew xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizz, minn xiri ta’ materja prima jew il-ġenerazzjoni ta’ riżorsi sar-rimi, l-approvazzjoni u l-finalizzazzjoni.

(22) ‘ċiklu tal-ħajja’ tfisser monetizzazzjoni, fejn possibbli, tal-ispejjeż kollha assoċjati mal-akkwist pubbliku, inkluż l-ispejjeż tal-manutenzjoni u dawk relatati mal-użu effiċjenti tar-riżorsi (inkluża l-enerġija), spejjeż ta’ riċiklaġġ ma’ tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja, u l-ispejjeż ta’ impatt soċjali fejn dawn jirrigwardaw it-twettiq tal-kuntratt. Id-disinn, l-ippjanar u l-użu effiċjenti ta’ mezzi elettroniċi jistgħu jiġu inklużi wkoll fil-monetizzazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja. Għall-finijiet tal-akkwist pubbliku, iċ-ċiklu tal-ħajja jibda mill-punt tax-xiri matul il-ħajja tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi u jifforma parti integrali u intrinsika tal-kalkolu ta’ x’jikkostitwixxi l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li l-awtoritajiet kontraenti għandhom, fl-interess ta’ min iħallas it-taxxi, ikunu responsabbli biex jiżguraw li l-valur għall-flus jiġi garantit fir-rigward ta’ kwalunkwe soluzzjoni li tintgħażel permezz ta’ akkwist pubbliku u biex dan ma jispiċċax jiswa aktar lis-soċjetà jew lill-ambjent b’mod globali fit-tul, din ir-responsabbiltà tista’ biss tibda b’mod raġonevoli mill-punt tax-xiri.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula ġeneralment għandhom ikunu disponibbli u ma għandhomx jirristrinġu l-aċċess għall-proċedura ta’ akkwist lill-operaturi ekonomiċi.

Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula ġeneralment għandhom ikunu disponibbli u aċċessibbli wkoll għal persuni b’diżabilità u ma għandhomx jirristrinġu l-aċċess għall-proċedura ta’ akkwist lill-operaturi ekonomiċi.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 7 – subparagrafi 1 u 1a (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard minn sentejn (2) wara d-data speċifikata fl-Artikolu 92(1), il-proċeduri ta’ akkwist kollha taħt din id-Direttiva jitwettqu billi jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari s-sottomissjoni elettronika skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017, mill-inqas 70 % tal-proċeduri ta’ akkwist taħt din id-Direttiva jitwettqu billi jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari s-sottomissjoni elettronika skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020, il-proċeduri ta’ akkwist kollha taħt din id-Direttiva jitwettqu billi jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari s-sottomissjoni elettronika skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Dan l-approċċ f’żewġ stadji huwa meqjus bħala li hu mira aktar realistika mill-mira proposta tal-Kummissjoni, u jagħti żmien biżżejjed għall-ippjanar u l-implimentazzjoni lill-awtoritajiet kontraenti.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘interessi privati’ tfisser kwalunkwe familja, il-ħajja emozzjonali, interessi ekonomiċi, politiċi jew interessi oħrajn kondiviżi mal-kandidati jew l-offerenti, inklużi interessi professjonali f’kunflitt.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-kwistjoni tista’ tiġi indirizzata b’mod iktar effettiv fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) li l-membri tal-persunal imsemmija fil-paragrafu 2(a) ikunu meħtieġa li jiddivulgaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess fir-rigward ta’ kwalunkwe kandidat jew offerent, hekk kif isiru konxji b’dawn il-kunflitti, ħalli jippermettu lill-awtorità kontraenti sabiex tieħu azzjoni ta’ rimedju;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-kwistjoni tista’ tiġi indirizzata b’mod iktar effettiv fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta’ kunflitt ta’ interessi, l-awtorità kontraenti għandha tieħu l-miżuri xierqa. Dawk il-miżuri jistgħu jinkludu l-iskwalifika tal-membru tal-persunal inkwistjoni mill-involviment fil-proċedura tal-akkwist affettwata jew ir-riassenjazzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet tal-membru tal-persunal. Fejn kunflitt ta' interesssi ma jkunx jista' jiġi rimedjat b'mezzi oħrajn, il-kandidat jew l-offerenti għandu jiġu eskluż mill-proċedura.

Fil-każ ta’ kunflitt ta’ interessi, l-awtorità kontraenti għandha tieħu l-miżuri xierqa.

Ġustifikazzjoni

In-natura preċiża ta’ miżuri bħal dawn għandha tiġi deċiża fil-livell nazzjonali.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-miżuri kollha meħuda skont dan l-Artikolu għandhom jiġu dokumentati fir-rapport individwali msemmi fl-Artikolu 85.

imħassar

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-bidu tal-proċedura, il-kandidati għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu dikjarazzjoni fuq l-unur li fl-imgħoddi ma għamlux dan li ġej u li l-anqas fil-ġejjini ma huma se:

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li r-regoli meħtieġa jipprevjenu b’mod effettiv, jidentifikaw u jissanzjonaw imġiba illiċita u tfixkil tal-kompetizzjoni li jirriżultaw waqt il-proċedura ta' akkwist pubbliku, partikolarment fit-tfassil tad-dokumenti tal-akkwist pubbliku, l-għażla ta’ kandidati u l-għoti tal-kuntratt.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jinfluwenzaw fejn mhux mistħoqq il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti jew jiksbu informazzjoni kunfidenzjali li tista’ tagħtihom vantaġġi inġusti fil-proċedura ta’ akkwist;

imħassar

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jidħlu fi ftehimiet ma’ kandidati u offerenti oħra bil-għan li jgħawġu l-kompetizzjoni;

imħassar

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jipprovdu informazzjoni qarrieqa b’mod deliberat li jista’ jkollha influwenza materjali fuq id-deċiżjonijiet rigward l-esklużjoni, l-għażla jew l-għotja.

imħassar

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jistgħu jipprovdu wkoll li awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

Jistgħu jipprovdu wkoll li awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar jew djalogu kompetittiv, sakemm jiżguraw it-trattament ugwali tal-offerenti kollha, fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jittrasponux fil-liġi nazzjonali tagħhom il-proċedura kompetittiva permezz tan-negozjar, id-djalogu kompetittiv u l-proċeduri tas-sħubija għall-innovazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-promozzjoni tal-flessibilità fl-għażla tal-proċeduri u l-promozzjoni ta’ prattika ta’ akkwist innovattiva huma prijoritajiet ewlenin f’dan l-eżerċizzju ta’ modernizzazzjoni. Għalhekk, it-traspożizzjoni tal-proċeduri l-aktar rilevanti m’għandhiex tkun waħda fakultattiva, izda waħda uniformi fl-Istati Membri kollha sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ugwali għal kulħadd.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fejn l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa jew l-ebda talba għal parteċipazzjoni ma ġiet sottomessa bħala tweġiba għal proċedura miftuħa jew proċedura ristretta, dejjem jekk il-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt mhumiex sostanzjalment modifikati u li jintbagħat rapport lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ sorveljanza nazzjonali magħżul skont l-Artikolu 84, fejn jitolbu dan.

(a) fejn l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa jew l-ebda talba għal parteċipazzjoni ma ġiet sottomessa bħala tweġiba għal proċedura miftuħa jew proċedura ristretta, dejjem jekk il-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt mhumiex sostanzjalment modifikati u li jintbagħat rapport lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta hija marbuta mal-emendi proposti għall-Artikolu 84.

Emenda          16

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-akkwisti kollha li s-suġġett tagħhom huwa maħsub għall-użu minn persuni, kemm jekk għall-pubbliku ġenerali kif ukoll jekk għall-persunal tal-awtorità kontraenti, dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jitfasslu b’tali mod li jikkunsidraw il-kriterji ta’ aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilitajiet jew disinn għall-utenti kollha, għajr f’każijiet ġustifikati sew.

Għall-akkwisti kollha li s-suġġett tagħhom huwa maħsub għall-użu minn persuni, kemm jekk għall-pubbliku ġenerali kif ukoll jekk għall-persunal tal-awtorità kontraenti, dawk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, għandhom jitfasslu b’tali mod li jikkunsidraw il-kriterji ta’ aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilitajiet jew disinn għall-utenti kollha, għajr f’każijiet ġustifikati sew iddikjarati fis-sejħa għall-kompetizzjoni.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jistgħu jinkludu wkoll, kif xieraq, rekwiżiti relatati ma’:

 

(a) prestazzjoni, inklużi livelli ta’ prestazzjoni fir-rigward tal-ambjent u l-klima u prestazzjoni f’termini ta’ proċess ta’ produzzjoni soċjalment sostenibbli;

 

(b) ċiklu tal-ħajja;

 

(c) proċess tal-produzzjoni soċjalment sostenibbli;

 

(d) l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal inkarigat sabiex iwettaq il-kuntratt inkwistjoni;

 

(e) sigurtà jew dimensjonijiet, inkluż il-proċeduri rigward l-iżgurar tal-kwalità, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta' ttestjar, l-ippakkjar, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet għall-użu;

 

(f) regoli relatati mat-tfassil u l-istima, il-kundizzjonijiet tal-ittestjar, l-ispezzjoni u l-aċċettazzjoni tax-xogħlijiet, u l-metodi jew it-tekniki ta’ kostruzzjoni u kwalunkwe kundizzjoni oħra ta’ natura teknika li l-awtorità kontraenti tkun f’pożizzjoni li tordna, skont regolamenti ġenerali jew speċifiċi, rigward ix-xogħlijiet lesti u l-materjali jew l-elementi li jikkostitwixxu dawn ix-xogħlijiet.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 53 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) lil kull offerent li għamel offerta ammissibbli bit-twettiq u l-progress tan-negozjati u d-djalogu mal-offerenti.

imħassar

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax, għall-inqas b’mod ekwivalenti mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

2. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax mal-obbligi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali fil-qasam tal-liġi soċjali, tax-xogħol, tas-saħħa, tas-sikurezza jew tal-liġi ambjentali, ftehimiet kollettivi li japplikaw fil-post fejn jitwettaq ix-xogħol, is-servizz jew il-provvista, jew fid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fejn tkun mgħarrfa bi kwalunkwe vjolazzjoni tal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew il-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI. Konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ma’ dispożizzjonijiet internazzjonali tinkludi wkoll konformità b’mod ekwivalenti.

(a) fejn tkun mgħarrfa bi kwalunkwe vjolazzjoni tal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali fil-qasam tal-liġi soċjali, tax-xogħol, tas-saħħa, tas-sikurezza jew il-liġi ambjentali, ftehimiet kollettivi li japplikaw fil-post fejn jitwettaq ix-xogħol, is-servizz jew il-provvista, jew fid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI. Konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ma’ dispożizzjonijiet internazzjonali tinkludi wkoll konformità b’mod ekwivalenti.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull kandidat jew offerent li qiegħed f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 jista’ jipprovdi lill-awtorità kontraenti bil-provi li juru l-affidabilità tiegħu minkejja l-eżistenza tar-raġuni relevanti għall-esklużjoni.

Kull kandidat jew offerent li qiegħed f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 jista’ jipprovdi lill-awtorità kontraenti bil-provi li juru l-affidabilità tiegħu, jew, jekk ikun il-każ, l-affidabilità tas-sottokuntrattur tiegħu, minkejja l-eżistenza tar-raġuni relevanti għall-esklużjoni.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 6 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-proċeduri ta’ sottokuntrattar u sottokuntratturi.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) il-konformità mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali fil-qasam tal-liġi soċjali, tax-xogħol, tas-saħħa, tas-sikurezza jew tal-liġi ambjentali, ftehimiet kollettivi li japplikaw fil-post fejn irid jitwettaq ix-xogħol, is-servizz jew il-provvista, jew fid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI;

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Dan l-Artikolu għandu japplika għall-proċeduri ta’ sottokuntrattar u sottokuntratturi.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 60 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 Test propost mill-Kummissjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bħala regola ġenerali, il-prova tal-qagħda ekonomika jew finanzjarja tal-attur ekonomiku tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ waħda jew aktar mir-referenzi elenkati fl-Anness XIV, parti 1.

Bħala regola ġenerali, il-prova tal-qagħda ekonomika jew finanzjarja tal-attur ekonomiku, kif ukoll il-konformità mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali fil-qasam tal-liġi soċjali, tax-xogħol, tas-saħħa, tas-sikurezza jew tal-liġi ambjentali, ftehimiet kollettivi li japplikaw fil-post fejn irid jitwettaq ix-xogħol, is-servizz jew il-provvista, tista’ tiġi pprovduta permezz ta’ waħda jew aktar mir-referenzi elenkati fl-Anness XIV.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterji li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuqhom għandhom ikunu waħda minn dawn li ġejjin:

Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuq il-kriterju tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża u sostenibbli.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni tagħha timponi bidliet korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 - paragrafu 1 - subparagrafu 1 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża;

imħassar

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-aktar spiża baxxa.

imħassar

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv.

 

(a) il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità għan-nies b’diżabilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv;

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għal kuntratti ta’ servizzi u kuntratti li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, jistgħu jkunu kkunsidrati l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni, bil-konsegwenza li, wara l-għoti tal-kuntratt, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni u kwalità ekwivalenti;

(b) għal kuntratti ta’ servizzi u kuntratti li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, jistgħu jkunu kkunsidrati l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni; is-sostituti tal-istaff, wara l-għoti tal-kuntratt, jiżguraw l-organizzazzjoni u l-kwalità ekwivalenti u jkunu notifikati lill-awtorità kontraenti;

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-kriterji tal-għoti għandhom jiżguraw kompetizzjoni effettiva u ġusta u għandhom ikollhom magħhom ir-rekwiżiti li jippermettu li l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti tkun verifikata b’mod effettiv mill-awtorità kontraenti sabiex ikun determinat jekk l-offerenti jissodisfawx il-kriterji tal-għoti.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Offerti baxxi wisq

Prezz tal-offerta

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jeħtieġu li l-atturi ekonomiċi jispjegaw il-prezz jew l-ispejjeż mitlubaż, fejn jiġu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jeħtieġu li l-atturi ekonomiċi jispjegaw b’mod dettaljat il-prezz jew l-ispejjeż mitluba għall-offerta tagħhom.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-prezz jew l-ispejjeż mitluba ikunu aktar minn 50 % orħos mill-prezzijiet jew l-ispejjeż medji tal-offerti li jifdal

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-kwistjoni tista’ tiġi indirizzata b’mod iktar effettiv fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, billi jitqiesu l-ispeċifiċitajiet settorjali u reġjonali.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-prezz jew l-ispiża mitluba jkunu aktar minn 20 % orħos mill-prezz jew l-ispejjeż tat-tieni l-irħas offerta;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-kwistjoni tista’ tiġi indirizzata b’mod iktar effettiv fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, billi jitqiesu l-ispeċifiċitajiet settorjali u reġjonali.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ġew sottomessi tal-inqas ħames offerti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-kwistjoni tista’ tiġi indirizzata b’mod iktar effettiv fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, billi jitqiesu l-ispeċifiċitajiet settorjali u reġjonali.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn l-offerti jkunu jidhru baxxi wisq għal raġunijiet oħra, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu spjegazzjoni għal dan ukoll.

2. Fejn l-offerti jkunu jidhru baxxi wisq, l-awtoritajiet kontraenti jitolbu spjegazzjoni addizzjonali qabel ma jirrifjutaw offerta.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali fil-qasam tal-liġi soċjali, tax-xogħol, tas-saħħa, tas-sikurezza jew tal-liġi ambjentali, ftehimiet kollettivi li japplikaw fil-post fejn irid jitwettaq ix-xogħol, is-servizz jew il-provvista, jew fid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 71 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tkun meħtieġa minn Stat Membru li titlob lill-offerent sabiex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika anki kwalunkwe sottokuntratturi proposti.

1. Fid-dokumenti tal-akkwist, l-awtorità kontraenti tista’ titlob lill-offerent sabiex fl-offerta tiegħu jindika kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika anki kwalunkwe sottokuntratturi proposti. Kwalunkwe bidla fil-katina tas-sottokuntrattar u kwalunkwe sottokuntrattur ġdid għandu jkun indikat mingħajr dewmien lill-awtorità kontraenti.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 71 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fuq talba tas-sottokuntrattur u fejn in-natura tal-kuntratt tkun tippermetti dan, l-awtorità kontraenti għandha tittrasferixxi l-ħlasijiet dovuti direttament lis-sottokuntrattur għas-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet pprovduti lill-kuntrattur prinċipali. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi xierqa li jippermettu lill-kuntrattur prinċipali sabiex joġġezzjona għal ħlasijiet mhux dovuti. L-arranġamenti li jikkonċernaw dak il-mod ta’ ħlas għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fuq talba tas-sottokuntrattur u fejn in-natura tal-kuntratt tkun tippermetti dan, l-awtorità kontraenti tista’ tittrasferixxi, f'każijiet b'ġustifikazzjoni xierqa, il-ħlasijiet dovuti direttament lis-sottokuntrattur għas-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet pprovduti lill-kuntrattur prinċipali. L-arranġamenti li jikkonċernaw dak il-mod ta’ ħlas għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali għandha tapplika (minn Marzu 2013) għat-transazzjoni bejn impriżi u awtoritajiet pubbliċi, u transazzjonijiet bejn impriżi (B2B).

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 72 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-modifika tintroduċi kundizzjonijiet li, li kieku kienu parti mill-proċedura ta’ akkwist inizjali, kienu jippermettu għall-għażla ta’ kandidati oħra minn dawk inizjalment magħżula jew li kienu jwasslu għall-għoti ta’ kuntratt lil offerent ieħor;

imħassar

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 72 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn il-valur ta’ modifika jista’ jingħata f’termini monetarji, il-modifika ma għandhiex titqies bħala sostanzjali fit-tifsira tal-paragrafu 1, fejn il-valur tagħha ma jaqbiżx il-limit stabbiliti fl-Artikolu 4 u fejn hija taħt il-5% tal-prezz tal-kuntratt inizjali, dejjem jekk il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi valutat fuq il-bażi tal-valur kumulattiv tal-modifiki suċċessivi.

imħassar

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 84

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 84

imħassar

Sorveljanza pubblika

 

1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu korp indipendenti wieħed responsabbli mis-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ implimentazzjoni (minn hawn ’il quddiem jissejjaħ ‘il-korp ta’ sorveljanza’). L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-għażla tagħhom.

 

L-awtoritajiet kontraenti kollha għandhom ikunu soġġetti għas-sorveljanza bħal din.

 

2. L-awtoritajiet kompetenti involuti fl-attivitajiet ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu organizzati b’tali mod li jkunu evitati l-kunflitti ta’ interess. Is-sistema ta’ sorveljanza pubblika għandhom ikunu trasparenti. Għal dan il-għan, għandhom jiġu ppubblikati d-dokumenti ta’ gwida u opinjoni kollha u r-rapport annwali li juri l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva.

 

Ir-rapport annwali għandu jinkludi dawn li ġejjin:

 

(a) indikazzjoni tar-rata ta’ suċċess tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fl-akkwist pubbliku. fejn il-perċentwal ikun inqas minn 50 % f’termini ta’ valuri ta’ kuntratti mogħtija lill-SMEs, ir-rapport għandu jipprovdi analiżi tar-raġunijiet għal dan.

 

(b) ħarsa ġenerali lejn l-implimentazzjoni ta’ politiki sostenibbli tal-akkwist, anki dwar proċeduri li jqisu kunsiderazzjonijiet marbutin mal-protezzjoni tal-ambjent, l-inklużjoni soċjali inkluża l-aċċessibilità għal persuni b’diżabilitajiet, jew it-trawwim tal-innovazzjoni.

 

(c) informazzjoni dwar il-monitoraġġ u s-segwitu ta’ ksur tar-regoli ta’ akkwist li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni f’konformità mal-paragrafi 3 sa 5 ta’ dan l-Artikolu;

 

(d) dejta ċentralizzata dwar każijiet rappurtati ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interessi u irregolaritajiet serji oħra fil-qasam tal-akkwist pubbliku, inklużi dawk li jaffettwaw proġetti kofinanzjati mill-baġit tal-Unjoni.

 

3. Il-korp ta’ sorveljanza għandu jkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin:

 

(a) is-sorveljanza tal-applikazzjoni tar-regoli ta’ akkwist pubbbliku u l-prattika relatata mill-awtoritajiet kontraenti u b’mod partikolari, mill-korpi ċentrali għall-akkwisti;

 

(b) li jipprovdi parir legali lil awtoritajiet kontraenti dwar l-interpretazzjoni tar-regoli u l-prinċipji tal-akkwist pubbliku u dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku f’każijiet speċifiċi;

 

(c) li joħroġ opinjonijiet u gwida ta’ inizjattiva proprja dwar kwistjonijiet ta’ interess ġenerali rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ regoli tal-akkwist pubbliku, dwar kwistjonijiet rikorrenti u dwar diffikultajiet sistemiċi relatati mal-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tal-ġurisprudenza relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

 

(d) li jistabbilixxi u japplika sistemi ta’ indikaturi ta’ twissija komprensivi u azzjonabbli li jipprevjenu, jidentifikaw u jirrapportaw b’mod adegwat każijiet ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra fl-akkwist;

 

(e) li jiġbed l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet kompetenti nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet tal-awditjar, lejn vjolazzjonijiet speċifiċi identifikati u lejn problemi sistemiċi;

 

(f) li jeżamina lmenti minn ċittadini u negozji dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku f’każijiet speċifiċi u jittrażmetti l-analiżi lill-awtoritajiet kontraenti kompetenti, li għandu jkollhom l-obbligu li jiħduha f’kunsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet tagħhom jew, fejn l-analiżi ma tiġix segwita, jispjegaw ir-raġunijiet għalfejn warrbuha;

 

(g) is-sorveljanza ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-qrati u l-awtoritajiet nazzjonali wara sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-Artikolu 267 tat-Trattat jew sejbiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li jistabbilixxu vjolazzjonijiet tar-regoli tal-Unjoni tal-akkwist pubbliku relatati ma’ proġetti kofinanzjati mill-Unjoni; Il-korp ta’ sorveljanza għandu jirrapporta lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi kwalunkwe ksur tal-proċeduri ta’ akkwist tal-Unjoni meta dawn huma relatati mal-kuntratti direttament jew indirettament iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea.

 

Il-kompiti msemmija fil-punt (e) għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ appell skont il-liġi nazzjonali jew skont is-sistema stabbilita fuq il-bażi tad-Direttiva 89/665/KEE.

 

L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-korp ta’ sorveljanza sabiex jieħu taħt idejh il-ġurisdizzjoni kompetenti skont il-liġi nazzjonali għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti meta jkun identifika ksur matul l-attività ta’ monitoraġġ u ta’ konsulenza legali tagħhom.

 

4. Mingħajr ħsara għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta’ ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntratti tagħha mal-Istati Membri, il-korp ta’ sorveljanza għandu jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt speċifiku għall-Kummissjoni meta jissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit mill-Unjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Għandu jirraporta mal-Kummissjoni dwar kwalunkwe vjolazzjoni ta’ din id-Direttiva fi proċeduri ta’ akkwist għall-għoti ta’ kuntratti ffinanzjati direttament jew indirettament mill-Unjoni.

 

Mingħajr ħsara għall-proċeduri ġenerali u l-metodi ta’ ħidma stabbiliti mill-Kummissjoni għall-komunikazzjonijiet u l-kuntratti tagħha mal-Istati Membri, il-korp ta’ sorveljanza għandu jaġixxi bħala punt ta’ kuntatt speċifiku għall-Kummissjoni meta jissorvelja l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 17 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għandu jirraporta mal-Kummissjoni dwar kwalunkwe vjolazzjoni ta’ din id-Direttiva fi proċeduri ta’ akkwist għall-għoti ta’ kuntratti ffinanzjati direttament jew indirettament mill-Unjoni.

 

Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-korp ta’ sorveljanza biex janalizza ksur allegat tar-regoli ta’ akkwist pubbliku tal-Unjoni li jaffettwa proġetti kofinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni tista’ tafda lill-korp ta’ sorveljanza biex isegwi ċertu każijiet u jiżgura li jittieħdu l-konsegwenzi xierqa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li se jkunu obbligati jsegwu l-istruzzjonijiet tagħha għall-ksur tar-regoli ta’ akkwist pubbliku tal-Unjoni li jaffettwa proġetti kofinanzjati.

 

5. L-attivitajiet ta’ investigazzjoni u infurzar imwettqa mill-korp ta’ sorveljanza mwettqa mill-korp ta’ sorveljanza sabiex jiżgura li d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti jikkonformaw ma’ din id-Direttiva u l-prinċipji tat-Trattat ma għandhomx jieħdu post jew jippreġudikaw ir-rwol istituzzjonali tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattat. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tirreferi t-trattament ta’ każ individwali skont il-paragrafu 4, għandu jibqa’ jkollha d-dritt li tintevjeni skont is-setgħat ikkonferiti lilha mit-Trattat.

 

6. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrażmettu lill-korp ta’ sorveljanza it-test sħiħ tal-kuntratti konklużi kollha b’valur ekwivalenti għal jew ikbar minn

 

(a) EUR 1 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ provvista pubbliċi jew kuntratti ta’ servizzi pubbliċi;

 

(b) EUR 10 000 000 fil-każ ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi.

 

7. Mingħajr ħsara għal-liġi nazzjonali dwar l-aċċess għall-informazzjoni u f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta, il-korp ta’ sorveljanza, għandu, wara li jirċievi talba bil-miktub, jagħti aċċess dirett mhux ristrett u sħiħ, u mingħajr ħlas għall-kuntratti konklużi msemmija fil-paragrafu 6. L-aċċess għal ċertu partijiet tal-kuntratt jista’ jkun miċħud meta d-divulgazzjoni timpedixxi l-infurzar tal-liġi jew inkella tmur kontra l-interess pubbliku, tkun ta’ ħsara għall-interessi kummerċjali leġittimi ta’ atturi ekonomiċi, pubbliċi jew privati, jew tista’ tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

 

L-aċċess għal partijiet li jistgħu jkunu rilaxxati għandu jingħata fi żmien raġonevoli u mhux iktar tard minn 45 ġurnata mid-data tat-talba.

 

L-applikanti li jagħmlu talba għal aċċess għal kuntratt ma għandhomx għalfejn juru ebda interess dirett jew indirett relatat ma’ dak il-kuntratt partikolari. Ir-riċevitur tal-informazzjoni għandu jkun jista’ jippubblikaha.

 

8. Għandu jiġi inkluż sommarju tal-attivitajiet kollha mwettqa mill-korp ta’ sorveljanza skont il-paragrafi 1 sa 7 fir-rapport annwali msemmi fil-paragrafu 2.

 

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 86 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-korpi stabbiliti jew magħżula skont l-Artikolu 84 għandhom jgħaddu rapport ta’ implimentazzjoni u statistiku lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-forma standard, mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara.

1. Il-korpi kompetenti tal-Istati Membri għandhom jgħaddu rapport ta’ implimentazzjoni u statistiku lill-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-forma standard, mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ wara.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 89 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 13, 19, 20, 23, 54, 59, 67 u 86 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu mhux determinat ta’ żmien mid-[data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6, 13, 19, 20, 23, 54, 59, 67 u 86 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin mid-[data ta’ dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-Kummissoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta’ tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux din l-estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Anness 14 – paragrafu 1 – punt e a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) ċertifikati xierqa jew dikjarazzjonijiet marbuta mal-evidenza tal-konformità mar-regoli fil-qasam tal-liġi soċjali, tax-xogħol, tas-saħħa, tas-sikurezza jew il-liġi ambjentali kif inhuma stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali u minn ftehimiet kollettivi li japplikaw fil-post fejn ser isir ix-xogħol, is-servizz jew il-provvista;

PROĊEDURA

Titolu

L-akkwist pubbliku

Referenzi

COM(2011)0896 – C7-0006/2012 – 2011/0438(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eva Lichtenberger

27.2.2012

Eżami fil-kumitat

10.7.2012

6.9.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

18.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Debora Serracchiani, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Spyros Danellis, Nathalie Griesbeck, Zita Gurmai, Sabine Wils, Janusz Władysław Zemke

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (17.10.2012)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku
(COM(2011)0896 – C7‑0006/2012 – 2011/0438(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ramona Nicole Mănescu

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-akkwist pubbliku trasparenti u affidabbli għandhom rwol partikolarment importanti fl-effiċjenza tal-infiq pubbliku kif ukoll fl-impatt tal-investiment pubbliku fuq l-ekonomija, partikolarment fuq it-tkabbir sostenibbli u l-innovazzjoni.

Ir-reġim tal-akkwist pubbliku, hu bin-natura tiegħu kumpless ħafna, partikolarment għall-awtoritajiet lokali żgħar u l-SMEs, u għandhom jiġu żgurati aċċess usa' għal informazzjoni ċara u parir dwar ir-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku għall-awtoritajiet kontraenti, partikolarment fil-livell reġjonali u lokali u kif ukoll l-SMEs. L-għan ta’ iktar żvilupp tal-liġi tal-akkwist pubbliku tal-UE għandu jkun li l-proċeduri tal-akkwist simultanji għandhom ikunu iktar sempliċi, irħas u iktar favur l-SMEs u l-investiment.

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom responsabbiltá kbira fl-iżgurar tat-taħriġ u l-konsultazzjoni meħtieġa biex jiġu infurmati u mgħejuna l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-SMEs, kif ukoll biex jinvolvu lill-partijiet interessati oħra, sabiex jiżguraw parteċipazzjoni effettiva infurmata fl-akkwist pubbliku, biex b'hekk tonqos l-inċidenza tal-iżbalji u l-irregolaritajiet u jiġu żviluppati l-għarfien espert meħtieġ fost l-awtoritajiet kontraenti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tal-akkwist pubbliku.

Hu veru li l-SMEs għandom potenzjal kbir ħafna għall-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir u l-innovazzjoni, u sabiex jinkiseb il-benefiċċju massimu mill-potenzjal ekonomiku u innovattiv tal-SMEs fil-kuntest tal-proċeduri ta’ akkwist, dawn għandhom jitħeġġu biex jipparteċipaw fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku organizzati minn awtoritajiet lokali u reġjonali.

Billi r-Rapporteur, bl-appoġġ tal-Kumitat, għamlitha ċara fl-opinjoni tagħha dwar il-modernizzazzjoni tal-akkwist pubbliku, dan ma għandux isegwi l-prinċipju tal-irħas prezz iżda għandu jqis l-offerta sostenibbli l-iktar vantaġġuża ekonomikament, inkluża l-ispiża fiċ-ċiklu tal-ħajja. Din ir-regola għandha tissaħħaħ iktar fil-futur.

Għandha tkun ċara, madankollu, li l-effettività u l-effiċjenza ta’ kwalunkwe regola applikata fil-livell Ewropew fuq l-akkwist pubbliku tkun soġġettiva skont traspożizzjoni soda u simplifikata kemm jista’ jkun ta’ dawk ir-rregoli fil-liġijiet tal-Istati Membri. L-Istati Membri, bl-għajnuna u l-monitoraġġ tal-Kummissjoni, għandha għalhekk tiżgura li tiġi evitata l-frammentazzjoni ta’ regoli fl-Unjoni kollha, u li s-simplifikazzjoni ta’ reġimi ma tkunx ostakolata, minħabba n-natura pjuttost kumplessa u dettaljata tar-regoli li jinsabu fid-direttivi proposti.

Kjarifika legali u prattika tad-direttivi, sabiex jiġu evitati nuqqasijiet ulterjuri fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku hija kruċjali. F’dan il-kuntest, ir-Rapporteur tittama li nuqqasijiet serji fil-konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku b’mod ripetut, identifikati mill-Qorti tal-Awdituri fl-implimentazzjoni tal-proġetti taħt il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, l-iktar minħabba l-kumplessità ta' proċeduri ta' akkwist pubbliku, in-nuqqas ta' konsistenza bejnhom u dawk li fuqhom hu bbażat l-użu tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni u l-implimentazzjoni żbaljata tal-leġiżlazzjoni tal-UE fil-liġi nazzjonali, fl-aħħar se jiġu solvuti u se jitqiesu fil-qafas tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ akkwist pubbliku futuri.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn jew f’isem l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandu jkun konformi mal-prinċipji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jingħataw servizzi kif ukoll mal-prinċipji li jitnisslu minnhom, bħat-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza. Madankollu, għal kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu valur, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet li jikkoordinaw il-proċeduri ta’ akkwist nazzjonali sabiex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji jingħataw effett prattiku u li l-akkwist pubbliku jkun miftuħ għall-kompetizzjoni.

(1) L-għoti ta’ kuntratti pubbliċi minn jew f’isem l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandu jkun konformi mal-prinċipji tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mal-moviment liberu tal-merkanzija, il-libertà tal-istabbiliment u l-libertà li jingħataw servizzi kif ukoll mal-prinċipji li jitnisslu minnhom, bħat-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza u mat-tqassim tal-kompetenzi kif stabbilit fl-Artikolu 14 (1) tat-TFUE u l-Protokoll Nru 26. Ir-regolament Ewropew dwar l-akkwist pubbliku għandu jirrispetta d-diskrezzjoni wiesgħa tal-awtoritajiet pubbliċi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom fis-servizz pubbliku. Madankollu, għal kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu valur, għandhom jitfasslu dispożizzjonijiet li jikkoordinaw il-proċeduri ta’ akkwist nazzjonali sabiex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji jingħataw effett prattiku u li l-akkwist pubbliku jkun miftuħ għall-kompetizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Adattament għad-dispożizzjonijiet il-ġodda tat-Trattat ta' Lisbona.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali [l-posta] u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi iridu jiġu reveduti u modernizzati sabiex titjieb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika, billi tiġi faċilitata b’mod partikolari l-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji fl-akkwisti pubbliċi u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku b’appoġġ għall-miri soċjetali komuni. Hemm bżonn li jiġu ċċarati ideat u kunċett bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza legali aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. Għal dak il-għan, ir-regoli attwali dwar l-akkwist pubbliku adottati skont id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali [l-posta] u d-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi iridu jiġu reveduti u modernizzati sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar tal-akkwist pubbliku f’appoġġ tal-iżvilupp sostenibbli f'konformità mad-drittijiet soċjali u tax-xogħol u għanijiet soċjetali oħrajn u sabiex b'hekk titjieb l-effiċjenza tan-nefqa pubblika. Għalhekk, hu meħtieġ li tiġi faċilitata u mħeġġa b’mod partikolari l-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji, jiġi simplifikat l-aċċess tagħhom għall-akkwist pubbliku u sabiex ix-xerrejja jkunu jistgħu jagħmlu użu aħjar mill-akkwist pubbliku, mingħajr preġudizzju għall-awtonomija ta’ dan tal-aħħar fid-deċiżjoni dwar li x’jiġi akkwistat jew mixtri. Hemm bżonn li jiġu ċċarati ideat u kunċett bażiċi sabiex tiġi żgurata ċertezza legali aħjar u sabiex jiġu inkorporati ċerti aspetti relatati ta’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Din id-Direttiva tiżgura l-infurzar tad-Direttiva 2001/23/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji sabiex ikun żgurat li jiġu rispettati r-regoli dwar il-kompetizzjoni indaqs u l-ħarsien tal-ħaddiema fil-kuntest tat-trasferiment ta' impriża. B'mod partikolari d-dritt li jintalab li l-impjegati jiġu reklutati mill-entità legali li tieħu n-negozju.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Minkejja li ma jwasslux neċessarjament għal aġir korrott, il-kunflitti ta’ interess attwali, potenzjali jew perċeputi għandhom potenzjal għoli li jinfluwenzaw ħażin id-deċiżjonijiet dwar l-akkwist pubbliku bl-effett ta’ tgħawwiġ fil-kompetizzjoni u ta’ theddid fit-trattament ugwali tal-offerenti. Għaldaqstant, għandhom ikunu stabbiliti mekkaniżmi effettivi biex il-kunflitti ta’ interess jiġu pprevenuti, identifikati u rimedjati.

(6) Minkejja li ma jwasslux neċessarjament għal aġir korrott, il-kunflitti ta’ interess attwali, potenzjali jew perċeputi għandhom potenzjal għoli li jinfluwenzaw ħażin id-deċiżjonijiet dwar l-akkwist pubbliku bl-effett ta’ tgħawwiġ fil-kompetizzjoni, ta’ theddid fit-trattament ugwali tal-offerenti u ta' dewmien fl-implimentazzjoni tal-proċeduri ta' akkwist pubbliku. Għaldaqstant, għandhom ikunu stabbiliti mekkaniżmi effettivi biex il-kunflitti ta’ interess jiġu evitati, identifikati u rimedjati u biex jiġu eliminati l-ostakli għall-implimentazzjoni li tirriżulta minnhom.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Aġir illegali mill-parteċipanti fi proċedura ta’ akkwist, bħal tentattivi li jinfluwenzaw b’mod mhux xieraq il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni jew biex jidħlu fi ftehim ma’ kandidati oħra biex jimmanipulaw l-eżitu tal-proċedura, jistgħu jirriżultaw fi ksur tal-prinċipji bażiċi tal-liġi tal-Unjoni u f’tgħawwiġ serju fil-kompetizzjoni. Għaldaqstant, l-atturi ekonomiċi għandhom jintalbu jippreżentaw dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom li tistqarr li mhumiex involuti f’attivitajiet illeċiti bħal dawn u jiġu esklużi jekk din id-dikjarazzjoni tirriżulta falza.

(7) Aġir illegali mill-parteċipanti fi proċedura ta’ akkwist, bħal tentattivi li jinfluwenzaw b’mod mhux xieraq il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjoni jew biex jidħlu fi ftehim ma’ kandidati oħra biex jimmanipulaw l-eżitu tal-proċedura, jistgħu jirriżultaw fi ksur tal-prinċipji bażiċi tal-liġi tal-Unjoni u f’tgħawwiġ serju fil-kompetizzjoni. Għaldaqstant, l-atturi ekonomiċi għandhom jintalbu jippreżentaw dikjarazzjoni fuq l-unur tagħhom li tistqarr li mhumiex involuti f’attivitajiet illeċiti bħal dawn u jiġu esklużi kemm minn din il-proċedura kif ukoll mill-proċeduri tal-akkwist sussegwenti fl-UE jekk din id-dikjarazzjoni tirriżulta falza.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Attwalment, l-għoti konġunt ta’ kuntratti pubbliċi mill-awtoritajiet kontraenti ta’ Stati Membri differenti qed jiffaċċja diffikultajiet legali speċifiċi, b’mod speċjali f’dak li għandu x’jaqsam mal-kunflitti tal-liġijiet nazzjonali. Minkejja l-fatt li d-Direttiva 2004/18/KE tippermetti b’mod impliċitu l-akkwist pubbliku konġunt transkonfinali, fil-prattika, diversi sistemi legali nazzjonali b’mod espliċitu jew impliċitu għamlu l-akkwist konġunt transkonfinali legalment inċert jew impossibbli. L-awtoritajiet kontraenti mill-Istati Membri differenti jistgħu jkunu interessati li jikkooperaw u li jagħtu kuntratti pubbliċi b’mod konġunt, sabiex jiksbu l-akbar benefiċċju mill-potenzjal tas-suq intern f’termini ta’ ekonomiji ta’ skala u ta’ qsim tar-riskji u l-benefiċċji, b’mod speċjali fi proġetti innovattivi li jinvolvu ammont akbar ta’ riskju milli tista’ tiflaħ b’mod raġonevoli awtorità kontraenti waħda. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti regoli ġodda dwar il-kuntratti konġunti transkonfinali li jagħżlu l-liġi applikabbli sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti fis-Suq Uniku. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jwaqqfu korpi legali konġunti stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. Għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi għal din il-forma ta’ akkwist konġunt.

(26) Attwalment, l-għoti konġunt ta’ kuntratti pubbliċi mill-awtoritajiet kontraenti ta’ Stati Membri differenti qed jiffaċċja diffikultajiet legali speċifiċi, b’mod speċjali f’dak li għandu x’jaqsam mal-kunflitti tal-liġijiet nazzjonali. Minkejja l-fatt li d-Direttiva 2004/18/KE tippermetti b’mod impliċitu l-akkwist pubbliku konġunt transkonfinali, fil-prattika, diversi sistemi legali nazzjonali b’mod espliċitu jew impliċitu għamlu l-akkwist konġunt transkonfinali legalment inċert jew impossibbli. L-awtoritajiet kontraenti mill-Istati Membri differenti jistgħu jkunu interessati li jikkooperaw u li jagħtu kuntratti pubbliċi b’mod konġunt, sabiex jiksbu l-akbar benefiċċju mill-potenzjal tas-suq intern f’termini ta’ ekonomiji ta’ skala u ta’ qsim tar-riskji u l-benefiċċji, b’mod speċjali fi proġetti innovattivi li jinvolvu ammont akbar ta’ riskju milli tista’ tiflaħ b’mod raġonevoli awtorità kontraenti waħda. Għaldaqstant, għandhom jiġu stabbiliti regoli ġodda dwar il-kuntratti konġunti transkonfinali li jagħżlu l-liġi applikabbli sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti fis-Suq Uniku. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jwaqqfu korpi legali konġunti stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. Għandhom ikunu stabbiliti regoli speċifiċi għal din il-forma ta’ akkwist konġunt. Bl-istess mod, għall-finijiet tal-akkwist pubbliku transkonfinali, hu essenjali li jiġu ċċarati l-aspetti relatati mal-liġi tal-proprjetà intelletwali.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Sabiex jitrawwem l-involviment tal-SMEs fis-suq tal-akkwist pubbliku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu mħeġġa jiddividu l-kuntratti f’lottijiet u jkunu obbligati jispjegaw għalfejn ma jkunux għamlu dan. Meta l-kuntratti jinqasmu f'lottijiet, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, pereżempju sabiex jippreservaw il-kompetizzjoni jew jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, jillimitaw l-għadd ta' lottijiet li jista' jressaq offerta għalihom l-attur ekonomiku; jistgħu jillimitaw ukoll in-numru ta’ lottijiet li jistgħu jiġu aġġudikati lil xi offerent partikolari.

(30) Sabiex jitrawwem l-involviment tal-SMEs fis-suq tal-akkwist pubbliku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu mħeġġa jiddividu l-kuntratti f’lottijiet, jimplimentaw miżuri biex iħeġġu l-parteċipazzjoni tal-SMEs u jkunu obbligati jispjegaw għalfejn ma jkunux għamlu dan.

Meta l-kuntratti jinqasmu f'lottijiet, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, pereżempju sabiex jippreservaw il-kompetizzjoni jew jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, jillimitaw l-għadd ta' lottijiet li jista' jressaq offerta għalihom l-attur ekonomiku; jistgħu jillimitaw ukoll in-numru ta’ lottijiet li jistgħu jiġu aġġudikati lil xi offerent partikolari.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Ir-rekwiżiti li huma eżiġenti żżejjed f’dak li għandu x’jaqsam mal-kapaċità ekonomika u finanzjarja, ta’ spiss jikkostitwixxu ostaklu mhux ġustifikat għall-involviment tal-SMEs fl-akkwist pubbliku. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jitħallew jeżiġu li atturi ekonomiċi jkollhom valur tad-dħul minimu li jkun aktar minn tliet darbiet il-valur stmat tal-kuntratt. Madankollu, f’ċirkostanzi ġġustifikati kif jixraq, jistgħu jiġu applikati rekwiżiti ogħla. Ċirkostanzi bħal dawn jistgħu jirrelataw mar-riskji kbar marbuta mat-twettiq tal-kuntratt jew mal-fatt li t-twettiq korrett u f’waqtu tiegħu huwa kruċjali, pereżempju għax ikun jikkostitwixxi preliminari meħtieġa għat-twettiq ta’ kuntratti oħra.

imħassar

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Ħafna mill-atturi ekonomiċi, u b’mod speċjali SMEs, iqisu l-piżijiet amministrattivi li jinħolqu mill-ħtieġa li jiġu prodotti numru sostanzjali ta’ ċertifikati jew dokumenti oħra relatati mal-kriterji ta’ esklużjoni u għażla, bħala ostaklu kbir għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkwist pubbliku. Il-limitazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti, pereżempju permezz ta’ awtodikjarazzjonijiet, tista’ twassal għal simplifikazzjoni konsiderevoli li minnha jibbenefikaw kemm l-awtoritajiet kontraenti kif ukoll l-atturi ekonomiċi. L-offerent li lilu ġie deċiż li jingħata l-kuntratt għandu, madanakollu jintalab jipprovdi l-evidenza rilevanti u l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jikkonkludu kuntratti mal-offerenti li mhumiex kaaċi jagħmlu dan. Simlifikazzjoni ulterjuri tista’ tinkiseb permezz ta’ dokumenti standardizzati bħall-Passaport ta’ Akkwist Ewropew, li għandu jkun rikonoxxut mill-awtoritajiet kontraenti kollha u promoss ħafna fost l-atturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-SMEs, li għandu jitnaqqsilhom b’mod sostanzjali l-piż amministrattiv.

(32) Ħafna mill-atturi ekonomiċi, u speċjalment l-SMEs, iqisu l-piżijiet amministrattivi li jinħolqu mill-ħtieġa li jiġu prodotti numru eċċessiv ta’ ċertifikati jew dokumenti oħra relatati mal-kriterji ta’ esklużjoni u għażla, bħala ostaklu kbir għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-akkwist pubbliku. Il-limitazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti, pereżempju permezz ta’ awtodikjarazzjonijiet, tista’ twassal għal simplifikazzjoni konsiderevoli li minnha jibbenefikaw kemm l-awtoritajiet kontraenti kif ukoll l-atturi ekonomiċi. L-offerent li lilu ġie deċiż li jingħata l-kuntratt għandu, madanakollu jintalab jipprovdi l-evidenza rilevanti u l-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jikkonkludu kuntratti mal-offerenti li mhumiex kaaċi jagħmlu dan. hu meħtieġ li jiġu introdotti dokumenti standardizzati bħall-Passaport ta’ Akkwist Ewropew, li għandu jkun rikonoxxut mill-awtoritajiet kontraenti kollha u promoss ħafna fost l-atturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-SMEs, li għandu jitnaqqsilhom b’mod sostanzjali l-piż amministrattiv.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) lI-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali. Dawn il-kriterji għandhom jiggarantixxu li l-offerti huma vvalutati f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva, anke meta l-awtoritajiet kontraenti jirrikjedu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta’ kwalità għolja li huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom, pereżempju meta l-kriterji tal-għoti magħżula jinkludu fatturi marbuta mal-proċess ta’ produzzjoni. Bħala riżultat, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jadottaw bħala kriterji tal-għoti jew ‘l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża’ jew ‘l-irħas waħda’, b’kunsiderazzjoni li fil-każ tal-aħħar, huma liberi li jistabbilixxu standards ta’ kwalità adegwati billi jużaw speċifikazzjonijiet tekniċi jew kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

(37) lI-kuntratti għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw il-konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali. Dawn il-kriterji għandhom jiggarantixxu li l-offerti huma vvalutati f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva, anke meta l-awtoritajiet kontraenti jirrikjedu xogħlijiet, provvisti u servizzi ta’ kwalità għolja li huma l-iktar adattati għall-bżonnijiet tagħhom, pereżempju meta l-kriterji tal-għoti magħżula jinkludu fatturi marbuta mal-proċess ta’ produzzjoni. Bħala riżultat, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jadottaw bħala kriterji tal-għoti preferibbilment ‘l-iktar offerta ekonomikament vantaġġuża’ u mbagħad ‘l-irħas waħda’, b’kunsiderazzjoni li fil-każ tal-aħħar, huma liberi li jistabbilixxu standards ta’ kwalità adegwati billi jużaw speċifikazzjonijiet tekniċi jew kundizzjonijiet għat-twettiq tal-kuntratt.

Ġustifikazzjoni

L-akkwist pubbliku ma għandux jimxi mal-prinċipju tal-irħas prezz iżda għandu jqis l-offerta sostennibbli u l-iktar vantaġġuża ekonomikament.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Meta l-awtoritajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu kuntratt lill-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża, dawn għandhom jiddeterminaw il-kriterji ta’ għoti fuq il-bażi li bihom se jivvalutaw l-offerti sabiex jiġi identifikat liema waħda toffri l-aħjar valur għall-flus. L-għażla ta’ dawn il-kriterji tiddependi fuq is-suġġett tal-kuntratt billi dawn għandhom jippermettu l-evalwazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni proposta minn kull offerta fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, u l-valur għall-flus ta’ kull offerta li għandha titkejjel. Barra minn hekk, il-kriterji tal-għoti magħżula ma għandhomx jikkonferixxu liberta’ tal-għażla mhix ristretta fuq l-awtorità kontraenti u għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u jkunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti tkun ivverifikata b’mod effikaċi.

(38) L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiddeterminaw il-kriterji ta’ għoti fuq il-bażi li bihom se jivvalutaw l-offerti sabiex jiġi identifikat liema waħda toffri l-aħjar valur għall-flus, anke fir-rigward tar-responsabilità ambjentali u soċjali. L-għażla ta’ dawn il-kriterji tiddependi fuq is-suġġett tal-kuntratt jew is-suġġett tal-produzzjoni billi dawn għandhom jippermettu l-evalwazzjoni tal-livell ta’ prestazzjoni proposta minn kull offerta fid-dawl tas-suġġetti tal-kuntratt u l-produzzjoni, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, u l-valur għall-flus ta’ kull offerta li għandha titkejjel.. Barra minn hekk, il-kriterji tal-għoti magħżula ma għandhomx jikkonferixxu liberta’ tal-għażla mhix ristretta fuq l-awtorità kontraenti u għandhom jiżguraw il-possibbiltà ta’ kompetizzjoni effettiva u ġusta u jkunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti tkun ivverifikata b’mod effikaċi.

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji tal-kunsiderazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja għandhom jiġu aġġornati biex jinkludu l-valur miżjud tar-responsabilità soċjali u ambjentali flimkien mal-valur ekonomiku għall-flus.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Il-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva sakemm dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji, ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt u jkunu indikati fl-avviż dwar il-kuntratt, l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel li jintuża bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew id-dokumenti ta’ akkwist. Dawn jistgħu, b’mod partikolari, ikunu maħsuba biex jiffavorixxu t-taħriġ vokazzjonali fuq il-post, l-impjieg ta’ nies li qed iġarrbu diffikultà biex jintegraw ruħhom, il-ġlieda kontra l-qagħad jew il-protezzjoni tal-ambjent jew il-benessri tal-annimali. Pereżempju, fost affarijiet oħra, jistgħu jissemmew ir-rekwiżiti — applikabbli matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt — biex jiġu ingaġġati persuni li ilhom ifittxu impjieg jew biex jiġu implimentati miżuri ta’ taħriġ għall-persuni qiegħda jew għaż-żgħażagħ, biex jikkonformaw fis-sustanza mal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), anki meta dawn il-Konenzjonijiet ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali, jew biex jiġu ingaġġati aktar persuni żvantaġġjati milli huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(43) Il-kundizzjonijiet ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratti huma kompatibbli ma’ din id-Direttiva sakemm dawn ma jkunux direttament jew indirettament diskriminatorji, ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt u/jew mal-produzzjoni, u jkunu indikati fl-avviż dwar il-kuntratt, l-avviż ta’ informazzjoni minn qabel li jintuża bħala mezz ta’ sejħa għal kompetizzjoni jew id-dokumenti ta’ akkwist. Dawn jistgħu, b’mod partikolari, ikunu maħsuba biex jiffavorixxu t-taħriġ vokazzjonali fuq il-post, l-impjieg ta’ nies li qed iġarrbu diffikultà biex jintegraw ruħhom, il-ġlieda kontra l-qagħad jew il-protezzjoni tal-ambjent jew il-benessri tal-annimali. Pereżempju, fost affarijiet oħra, jistgħu jissemmew ir-rekwiżiti — applikabbli matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt — biex jiġu ingaġġati persuni li ilhom ifittxu impjieg jew biex jiġu implimentati miżuri ta’ taħriġ għall-persuni qiegħda jew għaż-żgħażagħ, biex jikkonformaw fis-sustanza mal-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), b'mod partikolari l-Konvenzjoni 94 tal-ILO, anki meta dawn il-Konvenzjonijiet ma jkunux ġew implimentati fil-liġi nazzjonali, u biex jiġu ingaġġati aktar persuni żvantaġġjati milli huma meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tenfasizza l-importanza tal-Konvenzjoni 94 tal-ILO dwar il-Klawsoli tax-Xogħol (Kuntratti Pubbliċi) li b’mod speċifiku tirregola l-akkwist pubbliku. L-UE għandha tikkommetti ruħha għall-istandards tal-ILO.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49) L-evalwazzjoni uriet li l-Istati Membri ma jissorveljawx b’mod konsistenti u sistematiku l-implimentazzjoni u l-funzjonament tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Dan għandu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet li jirriżultaw minn dawn id-direttivi, u jista’ jitqies bħala sors ewlieni ta’ spejjeż u inċertezza. Diversi Stati Membri ħatru korp nazzjonali ċentrali li jittratta kwistjonijiet relatati mal-akkwist pubbliku, iżda l-kompiti fdati lil dawn il-korpi jvarjaw b’mod konsiderevoli madwar l-Istati Membri kollha. Mekkaniżmi ta’ monitoraġġ aktar ċari, konsistenti u awtorevoli għandhom iżidu l-għarfien tal-funzjonament tar-regoli dwar l-akkwist, itejbu ċ-ċertezza legali għan-negozji u l-awtoritajiet kontraenti, u jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet ekwi. Mekkaniżmi bħal dawn jistgħu jservu bħala għodda għall-identifikazzjoni u r-riżoluzzjoni bikrija ta’ problemi, speċjalment fir-rigward ta’ proġetti kofinanzjati mill-Unjoni u għall-identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet strutturali. B’mod partikolari hemm bżonn kbir li jiġu kkoordinati dawn il-mekkaniżmi sabiex jiġu żgurati applikazzjoni, kontroll u monitoraġġ konsistenti tal-politika tal-akkwist pubbliku, kif ukoll valutazzjoni sistematika tar-riżultati tal-politika tal-akkwist madwar l-Unjoni.

(49) L-evalwazzjoni uriet li l-Istati Membri ma jippromwovux u ma jissorveljawx b’mod konsistenti u sistematiku l-implimentazzjoni u l-funzjonament tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Dan għandu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet li jirriżultaw minn dawn id-direttivi, u jista’ jitqies bħala sors ewlieni ta’ spejjeż u inċertezza. Diversi Stati Membri ħatru korp nazzjonali ċentrali li jittratta kwistjonijiet relatati mal-akkwist pubbliku, iżda l-kompiti fdati lil dawn il-korpi jvarjaw b’mod konsiderevoli madwar l-Istati Membri kollha. Mekkaniżmi ta’ informazzjoni, monitoraġġ u ta' kontroll aktar ċari, konsistenti u awtorevoli għandhom iżidu l-għarfien tal-funzjonament tar-regoli dwar l-akkwist, itejbu ċ-ċertezza legali għan-negozji u l-awtoritajiet kontraenti, u jikkontribwixxu għall-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet ekwi. Mekkaniżmi bħal dawn jistgħu jservu bħala għodda għall-prevenzjoni, għall-identifikazzjoni u r-riżoluzzjoni bikrija ta’ problemi, speċjalment fir-rigward ta’ proġetti kofinanzjati mill-Unjoni u għall-identifikazzjoni ta’ nuqqasijiet strutturali. B’mod partikolari hemm bżonn kbir li jiġu kkoordinati dawn il-mekkaniżmi sabiex jiġu żgurati applikazzjoni, kontroll u monitoraġġ konsistenti tal-politika tal-akkwist pubbliku, kif ukoll valutazzjoni sistematika tar-riżultati tal-politika tal-akkwist madwar l-Unjoni.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50) L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità nazzjonali waħda li tkun responsabbli għall-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-akkwist pubbliku. Korp ċentrali bħal dan għandu jkollu disponibbli informazzjoni diretta u fil-ħin, b’mod partikolari fir-rigward tal-problemi differenti li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-liġi tal-akkwist pubbliku. Din għandha tkun fil-pożizzjoni li tipprovdi rispons immedjat dwar il-funzjonament tal-politika u n-nuqqasijiet potenzjali fil-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali, u għandha tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni rapida tas-soluzzjonijiet. Bil-għan tal-ġlieda effiċjenti kontra l-korruzzjoni u l-frodi, dan il-korp ċentrali u l-pubbliku ġenerali għandhom ikollhom ukoll il-possibbiltà li jispezzjonaw it-testi ta’ kuntratti konklużi. Għaldaqstant, kuntratti ta’ valur għoli għandhom jiġu trażmessi lill-korp ta’ sorveljanza bil-possibbiltà li persuni interessati jkollhom aċċess għal dawn id-dokumenti, sakemm ma jkunux imxekkla l-interessi pubbliċi jew privati leġittimi.

(50) L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità nazzjonali waħda li tkun responsabbli għall-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-akkwist pubbliku. Korp ċentrali bħal dan għandu jkollu disponibbli informazzjoni diretta u fil-ħin, b’mod partikolari fir-rigward tal-problemi differenti li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-liġi tal-akkwist pubbliku u għandu jirrakkomanda l-proċeduri li għandhom jiġu segwuti jekk l-offerti għall-kuntratti tal-akkwist pubbliku jiġu kontestati. Din għandha tkun fil-pożizzjoni li tipprovdi rispons immedjat dwar il-funzjonament tal-politika u n-nuqqasijiet potenzjali fil-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali, u għandha tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni rapida tas-soluzzjonijiet. Bil-għan tal-ġlieda effiċjenti kontra l-korruzzjoni u l-frodi, dan il-korp ċentrali u l-pubbliku ġenerali għandhom ikollhom ukoll il-possibbiltà li jispezzjonaw it-testi ta’ kuntratti konklużi. Għaldaqstant, kuntratti ta’ valur għoli għandhom jiġu trażmessi lill-korp ta’ sorveljanza bil-possibbiltà li persuni interessati jkollhom aċċess għal dawn id-dokumenti, sakemm ma jkunux imxekkla l-interessi pubbliċi jew privati leġittimi.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) Mhux l-awtoritajiet kontraenti kollha jaf għandhom l-għarfien espert intern biex jittrattaw kuntratti ekonomikament jew teknikament kumplessi. F’dan l-isfond, l-appoġġ professjonali xieraq ikun suppliment effettiv għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ u kontroll. Min-naħa waħda, dan l-għan jista’ jinkiseb permezz ta’ għodod ta’ kondiviżjoni ta’ għarfien (ċentri ta’ għarfien) li joffru assistenza teknika lill-awtoritajiet kontraenti; min-naħa l-oħra, in-negozji, b’mod speċjali l-SMEs, għandhom jibbenefikaw minn assistenza amministrattiva, b’mod partikolari meta jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist fuq bażi transkonfinali.

(51) Ċerti awtoritajiet kontraenti, partikolarment fil-livell reġjnali, m'għandhomx l-għarfien espert intern biex jittrattaw kuntratti ekonomikament jew teknikament kumplessi. F’dan l-isfond, l-appoġġ professjonali xieraq jikkostitwixxi suppliment effettiv għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ u kontroll. Min-naħa waħda, dan l-għan jista’ jinkiseb permezz ta’ għodod ta’ kondiviżjoni ta’ għarfien (ċentri ta’ għarfien) li joffru assistenza teknika lill-awtoritajiet kontraenti; min-naħa l-oħra, in-negozji, u b’mod partikolari l-SMEs, għandhom jibbenefikaw minn assistenza amministrattiva, b’mod partikolari meta jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist fuq bażi transkonfinali.

Ġustifikazzjoni

Hu ta’ importanza partikolari li jissaħħaħ ir-rwol tal-SMEs fil-qasam tal-akkwist pubbliku.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 53a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(53a) Il-mod li bih tiġi trasposta din id-Direttiva hu tal-ikbar importanza għall-isforzi ta’ simplifikazzjoni, kif ukoll biex jiġi żgurat approċċ uniformi għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, biex b’hekk isir kontribut għaċ-ċertezza legali meħtieġa mill-awtoritajiet kontraenti, partikolarment fil-livell sub-ċentrali, kif ukoll mill-SMEs. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw li t-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva ssir billi jitqies ukoll l-impatt kbir tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-akkwist pubbliku fuq il-proċess tal-aċċessar tal-fondi tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, hu tal-ikbar importanza li l-Istati Membri jevitaw kemm jista’ jkun kwalunkwe frammentazzjoni fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni, filwaqt li jikkontribwixxu wkoll għas-simplifikazzjoni fil-livell nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Hu meħtieġ li t-traspożizzjoni ma tfixkilx l-isforzi tas-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni, sabiex tiġi evitata frammentazzjoni tar-regoli fl-Unjoni kollha, li taffettwa l-iktar lill-SMEs u awtoritajiet ta’ kuntatt iżgħar fil-livell reġjonali u lokali.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 53b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(53b) Barra minn hekk, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom b'mod regolari jmexxu taħriġ u kampanji ta' sensibilizzazzjoni u jinvolvu ruħhom f'konsultazzjoni mmirata lejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, u jinvolvu wkoll lill-partijiet interessati l-oħra, sabiex jiżguraw parteċipazzjoni infurmata fl-akkwist pubbliku, inaqqsu l-frekwenza tal-iżbalji u jiżviluppaw il-kompetenza meħtieġa fost l-awtoritajiet kontraenti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali sabiex jimplimentaw l-akkwist innovattiv.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Firxa sħiħa ta’ xogħlijiet, provvisti u/jew servizzi, anki jekk mixtrija permezz ta’ kuntratti differenti, tikkostitwixxi akkwist wieħed skont it-tifsira ta’ din id-Direttiva, jekk il-kuntratti jkunu parti minn proġett wieħed.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-kunċett huwa wisq ġenerali u vag.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn elenkati fl-Anness XVI huma regolati esklussivament mill-Artikoli 74 sa 76 ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din il-forma tad-direttiva proposta hija tali li s-servizzi soċjali u servizzi oħra jiġu rregolati biss bl-Artikoli 74-76. Għal raġunijiet ta' ċarezza, dan għandu jiġi ddikjarat kmieni kemm jista’ jkun fit-test tal-proposta.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha li jiddeċiedu jekk, kif, u sa liema punt jixtiequ jwettqu l-funzjonijiet pubbliċi huma stess. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jiżvolġu kompiti ta' interess pubbliku bl-użu tar-riżorsi tagħhom stess, mingħajr ma jkunu obbligati li jirrikorru għal operaturi ekonomiċi esterni. Dawn jistgħu jagħmlu dan f'kooperazzjoni ma' awtoritajiet pubbliċi oħra.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) ‘kuntratti pubbliċi ta’ servizzi’ tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala għan il-forniment ta’ servizzi, minbarra dawk imsemmija fil-punt (8);

(11) ‘kuntratti pubbliċi ta’ servizzi’ tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala għan il-forniment ta’ servizzi, minbarra dawk imsemmija fil-punt (8); dawn jinkludu servizzi intellettwali jew dawk “ibbażati fuq l-għarfien”, jiġifieri servizzi li mhux neċessarjament jipproduċu l-istess riżultati, peress li l-essenza tagħhom tinsab fl-għoti ta’ soluzzjoni għal kompitu billi jitwettaq xogħol intellettwali. Għal servizzi ta’ dan it-tip, jista’ jkun possibbli li tkun ipprovduta deskrizzjoni tal-għan jew il-kompitu, skont it-tip ta’ servizz, iżda madankollu mhuwiex possibbli li tiġi pprovduta minn qabel deskrizzjoni tas-servizz kompluta u mhux ambigwa (dikjarazzjoni ta’ xogħol b’parametri definiti).

Ġustifikazzjoni

Xi kunsiderazzjonijiet u dispożizzjonijiet tad-Direttiva jistgħu ikunu irrelevanti/mingħajr sinifikanza jekk jintużaw għal servizzi intellettwali minħabba n-natura speċifika/partikolari ta’ servizzi bħal dawn: ir-riżultat ma jistax jiġi speċifikaw fid-dettall qabel ma joħroġ. Ex: irkanti maqluba (inversed).

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) ‘proċess ta’ produzzjoni soċjalment sostenibbli’ jfisser il-proċess ta’ produzzjoni li fih il-provvista ta’ xogħlijiet, servizzi u provvisti jirrispetta s-saħħa u s-sigurtà, il-liġi soċjali u tax-xogħol, ir-regoli u l-istandards, b’mod partikolari rigward il-prinċipju tat-trattament indaqs fuq il-post tax-xogħol. Il-prinċipju tat-trattament indaqs fuq il-post tax-xogħol jirreferi għar-rispett tat-termini u l-kundizzjonijiet applikabbli tal-impjieg, inkluż is-saħħa u s-sigurtà, il-liġi soċjali u tax-xogħol, ir-regoli u l-istandards, definiti mill-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-ftehimiet kollettivi, li japplikaw fejn ikun hemm provvista ta' xogħlijiet, servizzi u provvisti;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-awtoritajiet kontraenti jitħallew jinkoraġġixxu l-kundizzjonijiet tajba fuq il-post tax-xogħol u l-waqfien tad-dumping soċjali għall-ħarsien tas-saħħa pubblika. L-iskop ta' din id-definizzjoni hu li wieħed ikun jista' jirreferi għall-proċess ta' produzzjoni sostenibbli soċjalment iktar tard fid-direttiva.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) EUR 130 000 għall-kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet tal-gvern ċentrali u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati minn awtoritajiet bħal dawn; fejn jingħataw kuntratti ta’ provvista pubblika minn awtoritajiet kontraenti li joperaw fil-qasam tad-difiża, dak il-limitu stabbilit għandu japplika biss għall-kuntratti li jikkonċernaw prodotti li huma koperti mill-Anness III;

(b) EUR 300,000 għall-kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet tal-gvern ċentrali u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati minn awtoritajiet bħal dawn; fejn jingħataw kuntratti ta’ provvista pubblika minn awtoritajiet kontraenti li joperaw fil-qasam tad-difiża, dak il-limitu stabbilit għandu japplika biss għall-kuntratti li jikkonċernaw prodotti li huma koperti mill-Anness III;

Ġustifikazzjoni

Valuri aġġustati għal limiti jiggarantixxu bilanċ iktar effiċjenti bejn il-piżijiet amministrattivi u l-kontroll fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku. Il-valuri indikati huma iktar realistiċi mill-estimi tal-KE.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) EUR 200 000 għall-kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti sub-ċentrali u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati minn awtoritajiet bħal dawn.

(c) EUR 500,000 għall-kuntratti ta’ provvisti u ta’ servizzi pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti sub-ċentrali u l-kompetizzjonijiet ta’ disinn organizzati minn awtoritajiet bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

Valuri aġġustati għal limiti jiggarantixxu bilanċ iktar effiċjenti bejn il-piżijiet amministrattivi u l-kontroll fil-proċeduri tal-akkwist pubbliku. Il-valuri indikati huma iktar realistiċi mill-estimi tal-KE.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-valur tal-limiti se jiġi aġġustat skont il-bidliet fl-Indiċi tal-Prezzijiet tal-Konsumatur taż-Żona Ekonomika Ewropea fuq bażi annwali.

Ġustifikazzjoni

Valur fiss għal-limiti ma jirriflettix bidliet kostanti fis-setgħa reali tax-xiri. Azzjoni xierqa tkun li ssir konnessjoni bejn u aġġustament fil-limiti skont indiċi stabbilit sew.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull sentejn mit-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivverifika li l-limiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 jikkorrispondu għall-limiti stabbiliti fil-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u għandha, fejn ikun neċessarju, tirrevedihom.

Kull sentejn mit-30 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-limiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 4 jikkorrispondu għall-limiti stabbiliti fil-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u fejn dan ikun neċessarju u wara li ssir konsultazzjoni mal-Istati membri dwar l-applikazzjoni tal-limiti għal ċerti setturi u tipi ta’ kuntatti, għandha tirrevedihom.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom għalhekk jiġu kkonsultati qabel ir-reviżjoni tal-limiti f’ċerti setturi u tipi ta’ kuntratti.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta twettaq ir-reviżjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tirrevedi wkoll:

2. Meta twettaq ir-reviżjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrevedi wkoll:

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom għalhekk jiġu kkonsultati qabel ir-reviżjoni tal-limiti f’ċerti setturi u tipi ta’ kuntratti.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni;

(c) is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni, inklużi s-servizzi ta’ aġġudikazzjoni tat-tilwim, is-servizzi legali u s-servizzi notarjali;

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) is-servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ Titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, is-servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja;

(d) is-servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ Titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, is-servizzi finanzjarji neċessarji għall-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' inġinerija finanzjarja kif definita fl-Artikolu 44 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, is-servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja u tranżazzjonijiet li jiffaċilitaw lill-awtoritajiet kontraenti jiġbru l-flus jew il-kapital;

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) kuntratti ta’ impjieg;

(e) kuntratti ta’ impjieg jew ftehimiet kollettivi li jikkontribwixxi għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tindirizza t-tħassib kkawżat mis-sentenza tal-ECJ il-Kummissjoni v. il-Ġermanja 271/08 ECJ..It-test propost huwa bbażat fuq il-paragrafu 59 tal-Kawża Albany 67/97/QtĠ u jimmira lejn l-esklużjoni tal-ftehimiet kollettivi li jikkontribwixxu għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg, fosthom il-ftehimiet dwar l-iskemi tal-pensjoni supplimentari u l-assikurazzjonijiet, eċċ..

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) mill-inqas 90% tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti li jikkontrollawha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

(b) l-attivitajiet b’mod globali ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti li jikkontrollawha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti jew fir-rigward tal-għoti ta’ servizzi ta’ interess ġenerali;

Ġustifikazzjoni

L-għoti ta’ Servizzi ta’ interess ġenerali (SIĠ) mhuwiex orjentat lejn il-profitt, iżda lejn is-sodisfar tal-ħtiġijiet taċ-ċittadini. Għalhekk, għandhom jitqiesu attivitajiet fil-qasam tal-SIĠ .

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-esklużjonijiet previsti fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jieqfu milli japplikaw mill-mument li fih isseħħ kwalunkwe parteċipazzjoni privata, bl-effett li l-kuntratti attwali jkunu jridu jinfetħu għall-kompetizzjoni permezz ta’ proċeduri regolari ta’ akkwist.

L-esklużjonijiet previsti fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom jieqfu milli japplikaw mill-mument li fih isseħħ kwalunkwe parteċipazzjoni privata, bl-effett li l-kuntratti attwali jkunu jridu jinfetħu għall-kompetizzjoni permezz ta’ proċeduri regolari ta’ akkwist, sakemm il-parteċipazzjoni privata tiġi infurzata legalment meta sar il-kuntratt inizjalment.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prinċipju tal-akkwisti

Għan u prinċipji tal-akkwisti

Ġustifikazzjoni

Xi Stati Membri indikaw li għandha tiġi inklużu referenza għall-għan tad-direttiva.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-għan ta’ din id-Direttiva hu li tiġi salvagwardjata l-effiċjenza tal-użu tal-fondi pubbliċi, jiġi promoss l-akkwist pubbliku, tissaħħaħ il-kompetizzjoni u l-funzjonament tas-swieq tal-akkwist pubbliku u jiġu salvagwardjati opportunitajiet indaqs għal kumpaniji u fornituri oħrajn fl-għoti ta’ provvista, servizz u kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi f’offerti kompetittivi għall-akkwist pubbliku. L-akkwist pubbliku għandu jintuża biex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u biex jappoġġja l-għanijiet komuni tas-soċjtà u biex jipprovdi oġġetti u servizzi ta' kwalità għolja. Huwa d-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha li jiddeċiedu kif iridu jipprovdu l-ikkummissjonar u jorganizzaw is-servizzi tagħhom.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-operaturi ekonomiċi għandhom japplikaw l-obbligi relatati mal-protezzjoni soċjali u tal-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol li japplikaw fil-post fejn ikunu ser isiru x-xogħol, is-servizz jew il-provvista kif stipulat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew ftehimiet kollettivi jew dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi tax-xogħol elenkati fl-Anness XI u b'mod partikolari fil-Konvenzjoni ILO 94.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tenfasizza l-importanza tal-Konvenzjoni 94 tal-ILO dwar il-Klawsoli tax-Xogħol (Kuntratti Pubbliċi) li b’mod speċifiku tirregola l-akkwist pubbliku. L-UE għandha tikkommetti ruħha għall-istandards tal-ILO.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madanakollu, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u xogħlijiet kif ukoll kuntratti pubbliċi ta’ provvista li jkopru servizzi addizzjonali jew operazzjonijiet ta’ bini u installazzjoni, il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fit-talba għal parteċipazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali relevanti tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni.

Madanakollu, fil-każ ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi u xogħlijiet kif ukoll kuntratti pubbliċi ta’ provvista li jkopru servizzi addizzjonali jew operazzjonijiet ta’ bini u installazzjoni, il-persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw, fl-offerta jew fit-talba għal parteċipazzjoni, il-livelli tal-kwalifiki professjonali relevanti tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni.

Ġustifikazzjoni

It-test attwali jidher li jindika li, għall-għoti ta’ servizzi li fil-biċċa l-kbira tagħhom jikkonsistu f’persunal professjonali (bħall-konsulenza tal-inġinerija), tista' titqajjem il-ħtieġa li jiġu definiti t-timijiet tal-proġett mill-kandidati fit-talba għal parteċipazzjoni. F’termini prattiċi huwa impossibbli biex offerta tistipula l-persunal allokat f’dan l-istadju, billi jitqies it-tul tal-proċedura tal-għażla u tal-għoti kollu.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal workshops protetti jew atturi ekonomiċi li l-għan tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta’ ħaddiema li għandhom diżabbiltà jew li huma żvantaġġati jew jipprovdu sabiex dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta’ impjiegi protetti, sakemm aktar minn 30% tal-impjegati ta’dawk il-workshops, atturi jew programmi ekonomiċi huma persuni b’diżabilità jew ħaddiema żvantaġġati.

L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal:

 

a) workshops protetti, jew jipprovdu sabiex dawn il-kuntratti jitwettqu fil-kuntest tal-programmi ta' impjiegi protetti, sakemm il-maġġoranza tal-impjegati kkonċernati jkunu persuni b'diżabilità li, minħabba n-natura tal-gravità tad-diżabilitajiet tagħhom, ma jistgħux jwettqu attivitajiet professjonali f'kundizzjonijiet normali jew isibu impjieg fis-suq ordinarju;

 

b) impriżi soċjali jew programmi li l-għan prinċipali tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta' ħaddiema żvantaġġati, sakemm aktar minn 30% tal-impjegati ta’dawk l-impriżi jew il-programmi huma persuni b’diżabilità jew ħaddiema żvantaġġati.

 

 

Ġustifikazzjoni

Is-sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ persuni b’diżabilità u ta’ ħaddiem żvantaġġati għandhom jitqiesu, sabiex jiġu żgurati opportunitajiet indaqs u jikkontribwixxu għall-koeżjoni soċjali. Madankollu, iż-żewġ sitwazzjonijiet għandhom ikunu separati u ttrattati b’mod differenti.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f’din id-Direttiva jew fil-liġi nazzjonali li tikkonċerna l-aċċess għal informazzjoni, u mingħajr ħasara għall-obbligi relatati mar-reklamar ta’ kuntratti mogħtija u mal-informazzjoni għal kandidati u offerenti stabbiliti fl-Artikoli 48 u 53 ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tiddivulga informazzjoni mgħoddija lilha minn atturi ekonomiċi li hija mniżżla bħala kunfidenzjali, inklużi, iżda mhux limitati għal, sigrieti tekniċi jew kummerċjali u l-aspetti kunfidenzjali tal-offerti.

1. Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f’din id-Direttiva jew fil-liġi nazzjonali li tikkonċerna l-aċċess għal informazzjoni, u mingħajr ħsara għall-obbligi relatati mar-reklamar ta’ kuntratti mogħtija u mal-informazzjoni għal kandidati u offerenti stabbiliti fl-Artikoli 48 u 53 ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tiddivulga kwalunkwe informazzjoni mgħoddija lilha minn atturi ekonomiċi kemm jekk hija jew mhijiex imniżżla bħala kunfidenzjali inklużi, iżda mhux limitati għal, sigrieti tekniċi jew kummerċjali u l-aspetti kunfidenzjali tal-offerti, sakemm ikun assolutament meħtieġ għal finijiet ta’ din id-direttiva jew tal-liġi nazzjonali applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Għal negozji, u speċjalment SMEs, hu importanti li assolutament l-ebda informazzjoni tinkixef, ħlief jekk ikun hemm ġustifikazzjoni biex isir dan.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard minn sentejn (2) wara d-data speċifikata fl-Artikolu 92(1), il-proċeduri ta’ akkwist kollha taħt din id-Direttiva jitwettqu billi jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari s-sottomissjoni elettronika skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-data speċifikata fl-Artikolu 92(1), il-proċeduri ta’ akkwist kollha taħt din id-Direttiva jitwettqu billi jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari s-sottomissjoni elettronika skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan l-obbligu ma għandux japplika fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi jkun jeħtieġ għodod speċjalizzati jew formats ta’ fajls li ġeneralment ma jkunux disponibbli fl-Istati Membri kollha fis-sens tal-paragrafu 3. Hija r-responsabilità tal-awtoritajiet kontraenti li jużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni għas-sottomissjoni ta’ offerti sabiex fid-dokumenti ta’ akkwist juru li l-użu tal-mezzi elettroniċi, minħabba n-natura partikolari tal-informazzjoni li trid tiġi skambjata mal-atturi ekonomiċi, ikunu jeħtieġu għodod speċjalizzati jew formats ta’ fajls li mhumiex ġeneralment disponibbli fl-Istati Membri kollha.

Dan l-obbligu ma għandux japplika fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi jkun jeħtieġ għodod speċjalizzati jew formats ta’ fajls li ġeneralment ma jkunux disponibbli fl-Istati Membri kollha fis-sens tal-paragrafu 3.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu ta’ wara jiżgura b’mod suffiċjenti li l-awtoritajiet kontraenti għandhom biss raġunijiet limitati għal ġustifikazzjoni.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) fir-rigward tas-servizzi bbażati fuq l-għarfien;

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura kompetittiva fin-negozjar hi l-unika proċedura possibbli li hi xierqa għal servizzi kreattivi minħabba li r-riżultat tagħhom ma jistax ikun antiċipat. Għalhekk, servizzi intellettwali jew dawk ibbażati fuq l-għarfien (definizzjoni proposta fl-Artikolu 1), għandhom jiġu msemmija b’mod ċar u t-traspożizzjoni tal-proċedura kompetittiva bin-negozjar għandha tkun obbligatorja.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ offerti għandu jkun ta’ 40 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt.

Il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta ta’ offerti għandu jkun ta’ 52 jum mid-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Limiti ta’ żmien ġodda huma qosra wisq f’termini prattiċi, u partikolarment għall-SMEs, u jistgħu jillimitaw il-kompetizzjoni.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ 30 jum mid-data li fiha ntbagħtu l-avviż dwar kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess.

Il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta ta’ talbiet għal parteċipazzjoni għandu jkun ta’ 37 jum mid-data li fiha ntbagħtu l-avviż dwar kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, l-istedina għall-konferma tal-interess.

Ġustifikazzjoni

Limiti ta’ żmien ġodda huma qosra wisq f’termini prattiċi, u partikolarment għall-SMEs, u jistgħu jillimitaw il-kompetizzjoni.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti għandu jkun ta’ 35 jum mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta.

Il-limitu minimu ta’ żmien għar-riċevuta tal-offerti għandu jkun ta’ 40 jum mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-offerta.

Ġustifikazzjoni

Limiti ta’ żmien ġodda huma qosra wisq f’termini prattiċi, u partikolarment għall-SMEs, u jistgħu jillimitaw il-kompetizzjoni.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta awtoritajiet kontraenti jkunu diġà ppubblikaw avviż informattiv minn qabel li ma jintużax bħala mezz għas-sejħa tal-kompetizzjoni, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta tal-offerti jista’ jitqassar għal 15-il jum, kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, dejjem jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

3. Meta awtoritajiet kontraenti jkunu diġà ppubblikaw avviż informattiv minn qabel li ma jintużax bħala mezz għas-sejħa tal-kompetizzjoni, il-limitu ta’ żmien minimu għar-riċevuta tal-offerti jista’, bħala regola ġenerali, jitqassar għal 36 jum iżda mhux inqas minn 22 jum,, kif stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, dejjem jekk jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Limiti ta’ żmien ġodda huma qosra wisq f’termini prattiċi, u partikolarment għall-SMEs, u jistgħu jillimitaw il-kompetizzjoni.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) intbagħtet għall-pubblikazzjoni bejn 45 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt.

(b) intbagħtet għall-pubblikazzjoni bejn 52 jum u 12-il xahar qabel id-data li fiha ntbagħat l-avviż dwar kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Limiti ta’ żmien ġodda huma qosra wisq f’termini prattiċi, u partikolarment għall-SMEs, u jistgħu jillimitaw il-kompetizzjoni.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jinnegozjaw mal-offerenti dawk l-offerti sottomessi minnhom biex itejbu l-kontenut tal-offerti sabiex jikkorrispondu aħjar mal-kriterji tal-għoti u r-rekwiżiti minimi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jinnegozjaw mal-offerenti l-kontenut tal-offerta, soġġett għal rekwiżiti minimi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li ssir kjarifika dwar kif isiru n-negozjati u jeħtieġ li r-rekwiżiti minimi ma jinbidlux.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti ma għandhomx jikxfu mal-parteċipanti l-oħra dawk is-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra komunikati minn kandidat li jieħu sehem fid-djalogu mingħajr il-qbil ta’ dak il-kandidat. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ rinunzja ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni maħsuba ta’ soluzzjonijiet speċifiċi jew informazzjoni kunfidenzjali oħra speċifika.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom iġibu ruħhom in bona fede u ma għandhomx jikxfu mal-parteċipanti l-oħra dawk is-soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra komunikati minn kandidat li jieħu sehem fid-djalogu mingħajr il-qbil ta’ dak il-kandidat, li ma tistax tiġi imposta bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni fil-proċedura ta’ djalogu kompetittiva.

Ġustifikazzjoni

Hu importanti li tiġi żgurata protezzjoni suffiċjenti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali dwar is-soluzzjonijiet proposti mill-offerenti fi ħdan il-qafas tal-offerta tiegħu.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 8 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-tul ta’ żmien massimu tal-proċedura ta’ djalogu kompetittiv għandu jkun 12-il xahar mis-sejħa għal kompetizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura ta’ djalogu kompetittiv ġiet introdott fid-Direttiva tal-2004. S’issa l-esperjenza hi li minħabba r-riskju ta’ għażliet każwali fid-djalogu kompetittiv, kandidati jistgħu ma jippreżentawx soluzzjonijiet innovattivi sal-aħħar fażi tad-djalogu jew fl-offerta finali. Konsegwentement, il-proċedura tista’ tirrikjedi tul ta’ żmien twil wisq. S’issa l-esperjenza wriet li l-kontribut tal-inġinerija meħtieġa hija sinifikanti.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

i) in-nuqqas ta’ kompetizzjoni għal raġunijiet tekniċi;

i) in-nuqqas ta’ kompetizzjoni għal raġunijiet legali jew tekniċi;

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) sa fejn huwa strettament neċessarju fejn, għal raġunijiet ta’ urġenza kbira miġjuba minn forza maġġuri, ma jistax ikun hemm konformità mal-limiti ta’ żmien għal proċeduri miftuħa, ristretti jew kompetittivi permezz tan-negozjar; iċ-ċirkostanzi invokati sabiex jiġġustifikaw l-urġenza estrema qatt ma għandhom ikunu attribwibbli għall-awtorità kontraenti;

(d) sa fejn huwa strettament neċessarju fejn, għal raġunijiet ta’ urġenza kbira miġjuba minn avvenimenti li l-awtorità kontraenti ma tkunx setgħet tipprevedi, ma jistax ikun hemm konformità mal-limiti ta’ żmien għal proċeduri miftuħa, ristretti jew kompetittivi permezz tan-negozjar; iċ-ċirkostanzi invokati sabiex jiġġustifikaw l-urġenza estrema qatt ma għandhom ikunu attribwibbli għall-awtorità kontraenti;

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proċedura nnegozjata minn qabel tista’ tkun prevista għal xogħlijiet jew servizzi ġodda li jikkonsistu fir-ripetizzjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi simili fdati lill-attur ekonomiku li ngħata kuntratt oriġinali mill-istess awtoritajiet kontraenti, jekk dawn ix-xogħlijiet jew servizzi huma konformi ma’ proġett bażiku li għalih ingħata l-kuntratt oriġinali skont proċedura b’konformità mal-Artikolu 24(1). Il-proġett bażiku għandu jindika sa liema punt jistgħu jaslu x-xogħlijiet jew is-servizzi addizzjonali possibbli u l-kundizzjonijiet li fihom se jingħataw.

Il-proċedura nnegozjata minn qabel tista’ tkun prevista għal xogħlijiet jew servizzi ġodda li jikkonsistu fir-ripetizzjoni ta’ xogħlijiet jew servizzi simili fdati lill-attur ekonomiku li ngħata kuntratt oriġinali mill-istess awtoritajiet kontraenti, jekk dawn ix-xogħlijiet jew servizzi huma konformi ma’ proġett bażiku li għalih ingħata l-kuntratt oriġinali skont proċedura b’konformità mal-Artikolu 24(1).

Ġustifikazzjoni

Xogħlijiet jew servizzi addizzjonali possibbli għall-proġett bażiku se jiġu indikati permezz tal-istrument ta’ “Għażla”. Għalhekk dikjarazzjoni addizzjonali hija żejda.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-terminu ta’ ftehim qafas ma għandux jaqbeż l-erba’ snin, għajr f’każijiet eċċezzjonali ġustifikati kif xieraq, b’mod partikolari mis-suġġett tal-ftehim qafas.

Ftehim qafas ma għandux jaqbeż it-terminu stabbilit mid-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri individwali.

Ġustifikazzjoni

F’termini ta’ regolazzjoni aħjar, miżura xierqa tkun li jiġi stabbilit terminu massimu fir-rigward tal-ħtiġijiet speċifiċi f’Istati Membri individwali.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw irkantijiet elettroniċi li fihom jiġu ppreżentati prezzijiet ġodda, reveduti ’l isfel, u/jew valuri ġodda li jikkonċernaw ċerti elementi tal-offerti.

L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw irkantijiet elettroniċi li fihom jiġu ppreżentati prezzijiet ġodda, reveduti ’l isfel, u/jew valuri ġodda li jikkonċernaw ċerti elementi tal-offerti, għal servizzi standardizzati u provvisti biss. Kuntratti ta' servizz u kuntratti ta' xogħlijiet li għandhom bħala l-kontenut tas-suġġett tagħhom il-proprjetà intellettwali, bħal ma huwa d-disinn ta' xogħlijiet, m'għandhomx ikunu l-għan ta' rkanti elettroniċi.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fin-nuqqas ta’ ftehim li jiddetermina l-liġi dwar l-akkwisti pubbliċi applikabbli, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-għoti tal-kuntratt għandha tiġi determinata skont ir-regoli stabbiliti hawn taħt:

5. Fin-nuqqas ta’ ftehim li jiddetermina l-liġi dwar l-akkwisti pubbliċi applikabbli skont il-paragrafu 3, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-għoti tal-kuntratt għandha tiġi determinata skont ir-regoli stabbiliti hawn taħt:

Ġustifikazzjoni

Bħal fil-paragrafu 6, is-sitwazzjoni konkreta ta’ nuqqas ta’ ftehim li għaliha japplika dan il-paragrafu għandha tiġi speċifikata wkoll.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-komunikazzjoni lill-kandidati u l-offerenti l-oħra ta’ kwalunkwe informazzjoni relevanti skambjata fil-kuntest jew li tirriżulta mill-involviment ta’ qabel tal-kandidat jew l-offerent fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist u l-iffissar ta’ limiti ta’ żmien adegwati għar-riċevuta ta’ offerti. Il-kandidat jew l-offerent ikkonċernat għandu jiġi eskluż biss minn dik il-proċedura fejn ma hemm l-ebda mod ieħor sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dmir ta’ osservazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-komunikazzjoni lill-kandidati u l-offerenti l-oħra ta’ kwalunkwe informazzjoni relevanti skambjata fil-kuntest jew li tirriżulta mill-involviment ta’ qabel tal-kandidat jew l-offerent fit-tħejjija tal-proċedura tal-akkwist u l-iffissar ta’ limiti ta’ żmien adegwati għar-riċevuta ta’ offerti. Il-kandidat jew l-offerent ikkonċernat għandu jiġi eskluż biss minn dik il-proċedura fejn l-awtorità kontraenti tagħti provi li ma hemm l-ebda mod ieħor sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dmir ta’ osservazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Ġustifikazzjoni

To the legitimate mean of allowing companies that are involved with regards to a decision of exclusion founded on the risk of competition distortion, to be heard; the last subparagraph of point 2 reverses the burden of proof so that it falls on the company in question. Indeed in order to challenge a decision to exclude, the company must "prove" that its participation does not distort competition. In the absence of relevant proof, the decision to exclude will then be legitimised. In fact, it is up to the contracting authority, upon its intention to announce the exclusion of a company, to supply proof that the participation of such company would distort competition. The company in question should be able to challenge such a decision, provided that the inverted proof, that its participation would not distort competition, cannot fall under its responsibility.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn il-karatteristiċi jistgħu jirreferu wkoll għall-proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew provvediment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta’ kwalunkwe stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kif imsemmi fil-punt 22 tal-Artikolu 2

Dawn il-karatteristiċi jirreferu wkoll għall-proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew provvediment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta’ kwalunkwe stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu u l-proċess ta’ produzzjoni soċjalment sostenibbli kif imsemmi fil-punt 22 u 22a (ġdid) tal-Artikolu 2.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-awtoritajiet kontraenti jitħallew iħeġġu kunsiderazzjonijiet soċjali u ambjentali. Awtorità kontraenti tista’ diġà, fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, tistabbilixxi eżiġenzi ambjentali u soċjali għoljin.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jispeċifikaw ukoll jekk huwiex se jkun meħtieġ it-trasferiment tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali.

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jispeċifikaw jekk huwiex se jkun meħtieġ it-trasferiment tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u jekk dan hu l-każ, il-kundizzjonijiet ta’ rimunerazzjoni għall-kisba ta’ dawn id-drittijiet;

Ġustifikazzjoni

Promoting the innovation of companies relies on the confidence of the operators towards the internal market, and in particular when it comes to protecting their property rights. In order to ensure a perfect coherence between the European regulation ensuring the protection of intellectual property rights, such as the Directive 2004/48/EC of 29 April 2009 on measures and procedures on the reinforcement of intellectual property rights and the " public procurement" directives, it is important to underline that the acquisition of intellectual property rights must be based on the remuneration of the right holder.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jistgħu, pereżempju, jinkludu wkoll rekwiżiti relatati ma’: il-prestazzjoni, inklużi livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatika u l-prestazzjoni f’termini ta’ proċess tal-produzzjoni soċjalment sostenibbli; l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal magħżul biex iwettaq il-kuntratt inkwistjoni; sigurtà jew dimensjonijiet, inkluż il-proċeduri rigward l-iżgurar tal-kwalità, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta' ttestjar, l-ippakkjar, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet għall-użu; il-karatteristiċi taċ-ċiklu tal-ħajja (kif definit fil-punt 22 tal-Artikolu 2); karatteristiċi ta’ proċess ta’ produzzjoni soċjalment sostenibbli (kif definiti fil-punt 22a tal-Artikolu 2); ir-regoli li jirrelataw għad-disinn u l-kalkolazzjoni tal-ispejjeż, it-test, il-kundizzjonijiet tal-ispezzjoni u l-aċċettazzjoni għax-xogħolijiet u l-metodi jew it-tekniki għall-kostruzzjoni u l-kundizzjonijiet tekniċi l-oħra kollha li l-awtorità kontraenti tkun qiegħda f’pożizzjoni li tippreskrivi, taħt regolamenti ġenerali jew speċifiċi, skont ix-xogħolijiet lesti u l-materjali jew il-partijiet li jinvolvu.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) f’termini tar-rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni, inklużi l-karatteristiċi ambjentali, dejjem jekk il-parametri jkunu preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu lill-offerenti jiddeterminaw is-suġġett tal-kuntratt u l-awtoritajiet kontraenti jitħallew jagħtu l-kuntratt;

(a) f’termini tar-rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni, inklużi l-karatteristiċi soċjali u ambjentali, dejjem jekk il-parametri jkunu preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu lill-offerenti jiddeterminaw is-suġġett tal-kuntratt u l-awtoritajiet kontraenti jitħallew jagħtu l-kuntratt; skont il-paragrafu 1 ta’ hawn fuq, jistgħu jiġu fformulati speċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni relatati maċ-ċiklu tal-ħajja jew il-karatteristiċi tal-proċess ta’ produzzjoni soċjalment sostenibbli tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi mitluba, minbarra l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ rendiment jew ta’ funzjoni tax-xogħlijiet, il-provvisti, jew is-servizzi li jkunu qegħdin jintużaw;

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ir-rekwiżiti għat-tikketta jikkonċernaw biss karatteristiċi li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt u huma xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;

(a) ir-rekwiżiti għat-tikketta jikkonċernaw biss karatteristiċi li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt jew il-produzzjoni tas-suġġett tal-kuntratt u huma xierqa sabiex jiddefinixxu l-karatteristiċi tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt;

Ġustifikazzjoni

Meta jiġu limitati r-rekwiżiti tal-karatteristiċi li huma marbutin mas-suġġett tal-kuntratt, mhemmx lok għal tikketti li jikkonċernaw pereżempju l-ambjent tax-xogħol.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 46 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jħabbru l-intenzjonijiet tagħhom ta’ akkwisti ppjanati permezz ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż informattiv minn qabel malajr kemm jista’ jkun qabel ma tibda s-sena finanzjarja. Dawk l-avviżi għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI tal-parti B tat-taqsima 1. Huma għandhom ikunu ppubblikati jew mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet kontraenti fuq il-profili ta’ xerrejja tagħhom skont il-punt 2(b) tal-Anness IX. Meta l-avviż ikun ippubblikat mill-awtoritajiet kontraenti fuq il-profil ta’ xerrejja tagħhom, għandhom jibagħtu avviż tal-pubblikazzjoni fuq il-profil ta’ xerrejja tagħhom f’konformità mal-punt 3 tal-Anness IX.

1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jħabbru l-intenzjonijiet tagħhom ta’ akkwisti ppjanati permezz ta’ pubblikazzjoni ta’ avviż informattiv minn qabel malajr kemm jista’ jkun qabel ma tibda s-sena finanzjarja. Dawk l-avviżi għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VI tal-parti B tat-taqsima 1. Huma għandhom ikunu ppubblikati jew mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet kontraenti fuq il-profili ta’ xerrejja tagħhom skont il-punt 2(b) tal-Anness IX. Meta l-avviż ikun ippubblikat mill-awtoritajiet kontraenti fuq il-profil ta’ xerrejja tagħhom, għandhom jibagħtu avviż tal-pubblikazzjoni fuq il-profil ta’ xerrejja tagħhom f’konformità mal-punt 3 tal-Anness IX.

Ġustifikazzjoni

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi ta’ informazzjoni minn qabel għandha tkun obbligatorja, f'ġieħ it-trasparenza u informazzjoni sħiħa għan-negozji, u partikolarment l-SMEs, biex jingħataw il-ħin biex jippreparaw sew minn qabel.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 46 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal proċeduri ristretti u kompetittivi permezz tan-negozjar, l-awtoritajiet kontraenti sottoċentrali jistgħu jużaw avviż informattiv minn qabel bħala sejħa għall-kompetizzjoni skont l-Artikolu 24(2), dejjem jekk l-avviż jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

Għal proċeduri ristretti u kompetittivi permezz tan-negozjar, l-awtoritajiet kontraenti sottoċentrali għandhom jużaw avviż informattiv minn qabel bħala sejħa għall-kompetizzjoni skont l-Artikolu 24(2), dejjem jekk l-avviż jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin

Ġustifikazzjoni

Il-pubblikazzjoni ta’ avviżi ta’ informazzjoni minn qabel għandha tkun obbligatorja, f'ġieħ it-trasparenza u informazzjoni sħiħa għan-negozji, u partikolarment l-SMEs, biex jingħataw il-ħin biex jippreparaw sew minn qabel.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-offerta ġejja minn offerent li mhuwiex eskluż skont l-Artikoli 21 u 55 u li jissodisfa l-kriterji tal-għażla stabbiliti mill-awtorità kontraenti skont l-Artikolu 56 u, fejn dawn ikunu applikabbli, ir-regoli u l-kriterji diskriminatorji msemmija fl-Artikolu 64.

(b) l-offerta ġejja minn offerent li mhuwiex eskluż skont l-Artikoli 21 u 55 u li jissodisfa l-kriterji tal-għażla stabbiliti mill-awtorità kontraenti skont l-Artikolu 56 u, fejn dawn ikunu applikabbli, ir-regoli u l-kriterji diskriminatorji msemmija fl-Artikolu 64 u l-Artikolu 71.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 71 huwa relatat mas-sottokuntrattar li għandu jiġi kkunsidrat ukoll.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax, għall-inqas b’mod ekwivalenti mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew mad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

2. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li ma jagħtux kuntratt lill-offerent li jissottometti l-aħjar offerta fejn dawn ikunu stabbilixxew li l-offerta ma tikkonformax mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, regolamenti u dispożizzjonijiet vinkolanti oħrajn fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew ftehimiet kollettivi li japplikaw fil-post fejn jitwettaq ix-xogħol, is-servizz jew il-provvista jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI u sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorità kontraenti tista’ teskludi lil kwalunkwe attur milli jieħu sehem f’kuntratt pubbliku jekk tkun sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Awtorità kontraenti għandha teskludi lil kwalunkwe attur milli jieħu sehem f’kuntratt pubbliku jekk tkun sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin

Ġustifikazzjoni

L-esklużjoni għal raġunijiet serji għandha tkun obbligu fl-Istati Membri kollha mingħajr eċċezzjoni.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fejn tkun mgħarrfa bi kwalunkwe vjolazzjoni tal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew il-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI. Konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ma’ dispożizzjonijiet internazzjonali tinkludi wkoll konformità b’mod ekwivalenti.

(a) fejn tkun mgħarrfa bi kwalunkwe vjolazzjoni tal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew il-liġi ambjentali jew ta' ftehimiet kollettivi bħall-ftehimiet dwar is-salarji, pereżempju, jew tad-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI. Konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew ma’ dispożizzjonijiet internazzjonali tinkludi wkoll konformità b’mod ekwivalenti.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) fejn l-attur ekonomiku wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta’ kwalunkwe rekwiżit sostantiv taħt kuntratt jew kuntratti preċedenti ta’ natura simili mal-istess awtorità kontraenti.

(d) fejn l-attur ekonomiku wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta’ kwalunkwe rekwiżit sostantiv taħt kuntratt jew kuntratti preċedenti ta’ natura simili.

Ġustifikazzjoni

It-tħassir huwa neċessarju biex jiġu evitati każijiet ripetuti ta' abbuż fl-Istat Membru u fost il-gvernijiet lokali li huma kollha parti mis-settur pubbliku.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex japplikaw ir-raġuni għall-esklużjoni msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jipprovdu metodu għall-valutazzjoni tat-twettiq kontrattwali li huwa bbażat fuq kriterji oġġettivi u li jistgħu jitkejlu u applikati b’mod sistematiku, konsistenti u trasparenti. Kull valutazzjoni tal-prestazzjoni għandha tiġi komunikata lill-kuntrattur inkwistjoni, li għandu jingħata l-opportunità li joġġezzjona għas-sejbiet u li jikseb protezzjoni legali.

imħassar

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1, 2, 3, 4 u 5 japplikaw għall-proċeduri tas-sottokuntrattar u l-operaturi tas-sottokuntrattar.

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li l-awtoritajiet tas-sottokuntrattar jingħataw possibilitajiet aħjar sabiex jikkunsidraw is-sottokuntrattar.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 59 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sa mhux aktar tard minn sentejn (2) wara d-data speċifikata fl-Artikolu 92(1), il-passaport għandu jiġi pprovdut esklussivament f’forma elettronika.

2. Sa mhux aktar tard minn sentejn (2) wara d-data speċifikata fl-Artikolu 92(1), il-passaport għandu jiġi pprovdut esklussivament f’forma elettronika, sakemm ikun hemm raġunijiet tekniċi li b’ġustifika, ma jippermettux lill-awtoritajiet kontraenti biex jikkonformaw ma’ dik l-iskadenza.

Ġustifikazzjoni

Xi awtoritajiet kontraenti possibbilment jeħtieġu iktar żmien biex jimplimentaw din id-dispożizzjoni, u għalhekk għandu jingħatalhom iktar żmien.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 64 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi proċeduri ristretti, proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, proċeduri ta’ djalogu kompetittiv u sħubijiet għall-innovazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla li se jistiednu għall-offerti jew sabiex imexxu djalogu, jekk ikun hemm numru suffiċjenti ta’ kandidati kwalifikati disponibbli.

Fi proċeduri ristretti, proċeduri kompetittivi permezz tan-negozjar, proċeduri ta’ djalogu kompetittiv u sħubijiet għall-innovazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jillimitaw in-numru ta’ kandidati li jissodisfaw il-kriterji tal-għażla li se jistiednu għall-offerti jew sabiex imexxu djalogu, jekk ikun hemm in-numru minimu, skont il-paragrafu 2 ta’ kandidati kwalifikati disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu evitata interpretazzjonijiet ħżiena tad-dispożizzjonijiet, il-kriterju għandu jkun iktar ċar u iktar faċli biex jiġi determinat.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-kriterju msemmi fil-punt (a) għandu jkollu preċedenza fuq dak imsemmi fil-punt (b), sakemm hemm raġunijiet biex dan ma jsirx.

Ġustifikazzjoni

L-offerta l-iktar vantaġġuża ekonomikament għandha tkun preferuta, peress li tippermetti li tinkiseb l-aqwa offerta, l-iktar vantaġġuża f’termini ekonomiċi u soċjali u biex jinkiseb rapport kwalità-prezz aħjar. Madankollu, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jingħataw l-opportunità li japplikaw it-tieni waħda, jekk hemm raġunijiet tajbin għal dan.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mill-punt ta’ vista tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża msemmija fil-putn (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal:

2. Mill-punt ta’ vista tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament, soċjlament u ambjentalment vantaġġjuża msemmija fil-putn (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett jew il-produzzjoni tas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal:

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ċar li awtorità kontraenti tkun kapaċi tikkunsidra l-proċess kollu tal-produzzjoni fil-kriterji tal-għoti.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv.

(a) il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u soċjali, il-kontribut għal-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi, u l-karattru innovattiv; kriterji tal-proċess taċ-ċiklu tal-ħajja u kriterji tal-proċess ta’ produzzjoni soċjalment sostenibbli, li jistgħu jinvolvu wkoll l-impjieg tal-individwi żvantaġġati jew membri ta’ gruppi vulnerabbli;

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 66 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għal kuntratti ta’ servizzi u kuntratti li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, jistgħu jkunu kkunsidrati l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni, bil-konsegwenza li, wara l-għoti tal-kuntratt, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni u kwalità ekwivalenti;

(b) għal kuntratti ta’ servizzi u kuntratti li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, jistgħu jkunu kkunsidrati l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni kif ukoll il-kapaċitajiet, il-ħiliet u l-kondotta professjonali ta' kwalunkwe sottokuntrattur, bil-konsegwenza li, wara l-għoti tal-kuntratt, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit u jkun permess aktar sottokuntrattar biss bil-kunsens tal-awtorità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni u kwalità ekwivalenti;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tagħti lill-awtoritajiet kontraenti ambitu ikbar biex titqies is-sottokuntrattazzjoni.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-prezz jew l-ispejjeż mitluba ikunu aktar minn 50 % orħos mill-prezzijiet jew l-ispejjeż medji tal-offerti li jifdal

(a) il-prezz jew l-ispejjeż mitluba ikunu aktar minn 25 % orħos mill-prezzijiet jew l-ispejjeż medji tal-offerti li jifdal

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-prezz jew l-ispiża mitluba jkunu aktar minn 20 % orħos mill-prezz jew l-ispejjeż tat-tieni l-irħas offerta;

(b) il-prezz jew l-ispiża mitluba jkunu aktar minn 10 % orħos mill-prezz jew l-ispejjeż tat-tieni l-irħas offerta;

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew kwalunkwe kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli disponibbli għall-offerent għat-twettiq tax-xogħol jew għall-forniment tal-prodotti jew servizzi;

(b) is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula u/jew kwalunkwe kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli disponibbli għall-offerent għat-twettiq tax-xogħol jew għall-forniment tal-prodotti jew servizzi;

Ġustifikazzjoni

Użu mill-ġdid tal-kliem tad-direttiva attwali.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jiċħdu l-offerta, fejn ikunu stabbilixxew li l-offerta hija baxxa wisq għax ma tikkonformax mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijet vinkolanti oħra nazzjonali fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tintroduċi mill-ġdid l-Artikolu 55, paragrafu 1, punt d mid-Direttiva attwali tal-akkwist pubbliku (2004/18/KE). L-awtoritajiet kontraenti għandu jkollhom id-dritt li jiċħdu l-għoti ta' kuntratt lil offerta li ma tikkonformax mal-liġijiet u r-regolamenti. Ir-referenza għal regolamenti f’dan l-Artikolu ma għandhiex tkun limitata għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’oqsma regolatorji speċifiċi. L-Artikolu għandu jiġi estiż sabiex jinkludi leġiżlazzjoni u sistemi għar-regolazzjoni tas-suq tax-xogħol.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 70 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Obbligi relatati mat-taxxa, il-protezzjoni tal-ambjent, id-dispożizzjonijiet għal protezzjoni tal-impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol:

 

(a) Awtorità kontraenti tista’ tiddikjara fid-dokumenti tal-kuntratt, jew tiġi obbligata minn Stat Membru sabiex tiddikjara, il-korp jew il-korpi li minnhom kandidat jew offerent jista’ jikseb l-informazzjoni xierqa dwar l-obbligi relatati mat-taxxi, mal-ħarsien ambjentali, mad-dispożizzjonijiet tal-ħarsien tal-impjiegi u mal-kundizzjonijiet tax-xogħol li normalment jiġu applikati fuq il-post fejn ikunu se jitwettqu x-xogħlijiet jew fejn is-servizzi jkunu se jingħataw u li għandhom ikunu applikabbli għax-xogħlijiet imwettqa fuq il-post tax-xogħol jew għas-servizzi mogħtija waqt it-twettiq tal-kunratt.

 

(b) L-Awtorità kontraenti li tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titlob lill-offerenti jew kandidati fil-proċedura tal-għoti ta' kuntratt biex jindikaw li jkunu qiesu, meta fasslu l-offerta tagħhom, l-obbligi relatati mad-dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tal-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol li huma normalment applikati fil-post fejn ix-xogħolijiet għandhom jitwettqu jew fejn is-servizzi għandhom jiġu pprovduti.

 

(c) Stati Membri li għandhom protezzjoni ta' whistle blower għall-impjegati pubbliċi (fis-settur pubbliku) jistgħu jitolbu li protezzjoni ekwivalenti tingħata lil persuni impjegati mill-operatur ekonomiku, jekk operatur ekonomiku iwettaq servizzi li huma ffinanzjati pubblikament.

Ġustifikazzjoni

Iddaħħal mill-ġdid, b'xi tibdil żgħir, l-Artikolu 27 tad-direttiva attwali dwar l-akkwist pubbliku (EC 2004/18). Dan l-Artikolu importanti mgħandux jitħassar. Għandha tiġi rispettata l-protezzjoni għall-infurmaturi interni fl-Istati Membri li għandhom jew jixtiequ jkollhom dawn id-drittijiet u regolamenti.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 71 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fuq talba tas-sottokuntrattur u fejn in-natura tal-kuntratt tkun tippermetti dan, l-awtorità kontraenti għandha tittrasferixxi l-ħlasijiet dovuti direttament lis-sottokuntrattur għas-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet pprovduti lill-kuntrattur prinċipali. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi xierqa li jippermettu lill-kuntrattur prinċipali sabiex joġġezzjona għal ħlasijiet mhux dovuti. L-arranġamenti li jikkonċernaw dak il-mod ta’ ħlas għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fuq talba tas-sottokuntrattur u fejn in-natura tal-kuntratt tkun tippermetti dan, l-awtorità kontraenti għandha tittrasferixxi l-ħlasijiet dovuti direttament lis-sottokuntrattur għas-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet pprovduti lill-kuntrattur prinċipali. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi xierqa li jippermettu lill-kuntrattur prinċipali sabiex joġġezzjona għal ħlasijiet ex-post mhux dovuti u jipprovdu regolazzjoni li tippermetti lill-awtorità kontraenti biex tieħu ħsieb l-istatus firmatarju tal-kuntrattur mingħajr ma ssir sejħa għal offerti oħra jekk ikun meħtieġ, sabiex tinżamm iċ-ċertezza legali. L-arranġamenti li jikkonċernaw dak il-mod ta’ ħlas għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist.

Ġustifikazzjoni

Jekk ikun meħtieġ, (eż. f’każ ta’ kuntrattur ewlieni insolventi) l-awtorità kontraenti għandha tkun tista’ twaqqaf il-mandat mingħajr ma titlef iċ-ċertezza legali. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jagħmluha possibbli li l-awtorità tieħu ħsieb l-istatus firmatarju u terġa tinnegozja t-termini tal-kuntratti li kien hemm tilwim dawrhom. Barra minn hekk, id-dritt li jiġu rrifjutati ħlasijiet mhux dovuti għall-kuntrattur ewlieni għandu jkun permess biss wara s-sodisfar tal-kuntratt, inkella s-sub-kuntratturi eventwalment ikollhom jimblukkaw il-kompetizzjoni.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 72 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madanakollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fil-każ ta’ suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara operazzjonijiet ta’ ristrutturar korporattiv jew insolvenza ta’ attur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva inizjalment stabbiliti, dejjem jekk din ma twassalx għal modifiki sostanzjali oħrajn għall-kuntratt u ma għandhiex l-għan li tevita l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Madanakollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fil-każ ta’ suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara operazzjonijiet ta’ ristrutturar korporattiv, trasferiment ta’ kapital jew beni, insolvenza jew abbażi ta' klawżola kuntrattwali, ta' operatur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva inizjalment stabbiliti, dejjem jekk dan ma jwassalx għal modifiki sostanzjali oħrajn għall-kuntratt u ma jkollux l-għan li tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Hu perfettament leġittimu li awtorità kontraenti li, taħt il-kontroll tal-Qorti, topponi sostituzzjoni ta’ sieħeb kuntrattwali minħabba li l-parti kontraenti l-ġdida ma tippreżentax l-istess garanziji finanzjarji u ta’ kompetenza bħal dik li qed tissostitwixxi, għar-rendiment xieraq tal-kuntratt – termini mhux mibdula – li qed isir.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Awtoritajiet kontraenti li beħsiebhom jagħtu kuntratt pubbliku għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 74 jridu jħabbru l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ avviż dwar kuntratt.

imħassar

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-avviżi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fihom l-informazzjoni msemmija fl-Annessi VI PART H u I, skont il-forom standard.

L-avviżi msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun fihom l-informazzjoni msemmija fl-Annessi VI Parti I.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha għandha tistabbilixxi l-forom standard. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu aodttati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 91.

imħassar

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-avviżi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 49.

4. L-avviżi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 49.

Ġustifikazzjoni

Trattament speċifiku ta' servizzi huwa ġġustifikat biss safejn dan japplika għas-servizzi kollha tal-istess natura, servizzi legali - sottostanti mal-istess prinċipji ta' kunfidenzjalità m'għandhomx jiġu diskrimiati.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw proċeduri xierqa għall-għoti ta’ kuntratti soġġetti għal dan il-Kapitolu, li jiżguraw konformità sħiħa mal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali tal-atturi ekonomiċi u li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni.

imħassar

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibilità, id-disponibilità u l-komprensività tas-servizzi, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji differenti ta’ utenti, l-involviment u s-setgħa tal-utenti u l-innovazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li l-għażla tal-fornitur tas-servizzi ma għandhiex tittieħed fuq il-bażi unika tal-prezz għall-forniment tas-servizz.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiżguraw l-aċċess universali, il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibilità, prezz raġonevoli, id-disponibilità, is-sikurezza u l-komprensività tas-servizzi, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji differenti ta’ utenti, l-involviment u s-setgħa tal-utenti u l-innovazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Dawn il-karatteristiċi tas-SIĠs huma essenzjali u għandhom jiġu żgurati kemm jista’ jkun f’dan il-qafas.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri huma liberi li jippreskrivu li servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra mniżżla fl-Anness XVI għandhom jitwettqu minn tip speċifiku ta' operatur ekonomiku.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi evitat li s-servizzi soċjali jsiru minn tip ta' kumpanija li tippromwovi biss il-qligħ u ma tippromwovix il-kura għall-individwi, l-Istati Membri għandhom jitħallew jippreskrivu li s-servizzi soċjali għandhom isiru f'forom speċifiċi ta' kumpaniji. L-emenda hija relatata mal-possibilitajiet tar-reġjuni Ewropej li jifformulaw l-istrateġiji individwali tagħhom għall-ħolqien tat-tkabbir u l-iżvilupp, li jibnu soċjetajiet inklużivi u li jżidu l-attrattività tagħhom bħala postijiet fejn il-persuni jistgħu jgħixu u jaħdmu.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Fil-kuntratti għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness XVI, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jirrikjedu li l-operaturi ekonomiċi jinvestu mill-ġdid fl-operazzjoni speċifika kwalunkwe profitt miksub fl-istess operazzjoni jew jippermettu biss lill-entitajiet li ma jagħmlux profitt bħala offerenti.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi enfasizzat li l-awtoritajiet kontraenti għandhom id-dritt li jimponu eżiġenzi li jiżguraw li l-flus tal-kontribwenti għal servizzi soċjali jintużaw għal dan il-għan, anki meta jużaw l-akkwist pubbliku u mhux biss fl-operazzjonijiet interni. L-emenda hija relatata mal-possibilitajiet tar-reġjuni Ewropej li jifformulaw l-istrateġiji individwali tagħhom għall-ħolqien tat-tkabbir u l-iżvilupp, li jibnu soċjetajiet inklużivi u li jżidu l-attrattività tagħhom bħala postijiet fejn il-persuni jistgħu jgħixu u jaħdmu.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li jipprovdi parir legali lil awtoritajiet kontraenti dwar l-interpretazzjoni tar-regoli u l-prinċipji tal-akkwist pubbliku u dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku f’każijiet speċifiċi;

(b) li jipprovdi parir legali ġenerali u speċifiku u gwida prattika lil awtoritajiet kontraenti dwar l-interpretazzjoni u dwar l-applikazzjoni tar-regoli u l-prinċipji dwar l-akkwist pubbliku;

Ġustifikazzjoni

Bħala korp speċjalizzat u ċentrali, il-korp indipendenti għandu jkun responsabbli li jagħti pariri legali u gwida prattika f’termini ġenerali u f’każijiet speċifiċi lill-awtoritajiet kontraenti dwar l-interpretazzjoni kif ukoll dwar l-applikazzjoni tar-regoli u l-prinċipji dwar l-akkwist pubbliku.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-istabbiliment u l-applikazzjoni ta’ sistemi ta’ indikaturi ta’ twissija komprensivi u azzjonabbli li jipprevjenu, jidentifikaw u jirrapportaw b’mod adegwat każijiet ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra fl-akkwist;

(d) l-istabbiliment u l-applikazzjoni ta’ sistemi ta’ indikaturi ta’ twissija komprensivi u azzjonabbli li jipprevjenu, jidentifikaw u jirrapportaw b’mod adegwat każijiet ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess jew kwalunkwe irregolaritajiet oħra fl-akkwist;

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi rinfurzata iktar ir-regolarità tal-proċeduri organizzati mill-awtoritajiet kontraenti u b’għan pedagoġiku, hu importanti li hawnhekk jiġu inklużu t-tipi kollha ta’ irregolaritajiet, indipendentement minn kemm huma serji.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 85 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal kull kuntratt jew ftehim qafas, u kull darba li tiġi stabbilita sistema dinamika ta’ xiri, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ifasslu rapport bil-miktub li bħala minimu għandu jinkludi dan li ġej:

Għal kull akkwist li jaqbeż il-limitu, kemm jekk ikun kuntratt jew ftehim qafas, u kull darba li tiġi stabbilita sistema dinamika ta’ xiri, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ifasslu rapport bil-miktub li bħala minimu għandu jinkludi dan li ġej:

Ġustifikazzjoni

Il-ħtieġa li jitfasslu rapporti bil-miktub b’konformità mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 85 għandha tkun meħtieġa biss għal “akkwisti li jaqbżu l-limitu”. Jekk dan isir għal “akkwisti taħt il-limitu”, jirriżulta f'bosta proċeduri burokratiċi. Piżijiet bħal dawn għandhom ikunu fi proporzjon raġonevoli għall-valuri monetarji involuti.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 85 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport, jew l-elementi ewlenin tiegħu, għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ sorveljanza nazzjonali fejn dawn jitolbu li jsir hekk.

Ir-rapport, jew l-elementi ewlenin tiegħu, għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ sorveljanza nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Ma tagħmilx sens li jiġi impost obbligu ta’ rappurtar ta’ dan it-tip jekk mhuwiex għall-finijiet ta’ preżentazzjoni obbligatorja tas-sejbiet.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 87 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Bil-għan li jitjieb l-aċċess għal akkwisti pubbliċi għall-atturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs, u sabiex jiġi faċilitat il-fehim korrett tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tista’ tinkiseb l-assistenza xierqa, anki b’mezzi elettroniċi jew billi jintużaw netwerks eżistenti ddedikati għall-assistenza tan-negozji.

2. Bil-għan li jitjieb l-aċċess għal akkwisti pubbliċi għall-atturi ekonomiċi, b’mod partikolari għall-SMEs, u sabiex jiġi faċilitat il-fehim korrett tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tista’ tinkiseb l-informazzjoni u l-assistenza xierqa u fil-ħin, anki b’mezzi elettroniċi jew billi jintużaw netwerks eżistenti ddedikati għall-assistenza tan-negozji.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa wkoll f’dan l-isforz, minħabba n-natura teknika ħfna tat-testi. Barra minn hekk, hu kruċjali li l-SMEs ikunu jistgħu jiksbu l-informazzjoni li jeħtieġu fil-ħin.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 87 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4 a. L-avviżi msemmija fl-Artikoli 46, 47 u 48 għandom jinkludu l-informazzjoni dwar il-korp jew il-korpi kif imsemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm informazzjoni mifruxa u faċli biex tinkiseb, dwar il-korpi li jipprovdu l-assistenza lill-awtoritajiet kontraenti u n-negozji.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 88 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 a. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, bl-għajnuna tal-Kummissjoni, dwar il-gwida għall-awtoritajiet kontraenti fi—valutazzjoni tal-eżistenza jew le ta’ interess transkonfinali f’każijiet speċifiċi, partikolarment sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-infiq fil-implimentazzjoni ta’ programmi ffinanzjati mill-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni jew strumenti oħra tal-UE.

Ġustifikazzjoni

Dan hu konformi mal-opinjoni tal-Kumitat REGI dwar il-modernizzazzjoni tal-akkwist pubbliku, u partikolarment il-paragrafi 7 u 15 ta’ dik l-opinjoni.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Anness XVIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-servizzi legali li ġejjin:

 

79112000-2 Servizzi ta' rappreżentanza legali

 

79100000-5 Servizzi legali

 

79110000-8 Servizzi ta' konsulenza u rappreżentanza legali

 

79111000-5 Servizzi ta' konsulenza legali

 

79112100-3 Servizzi ta' rappreżentanza tal-partijiet interessati

 

79120000-1 Servizzi ta' konsulenza dwar il-privattivi u d-drittijiet tal-awtur

 

79121000-8 Servizzi ta' konsulenza dwar id-drittijiet tal-awtur

 

79121100-90 Servizzi ta' konsulenza dwar id-drittijiet tal-awtur b'rabta mas-softwer

 

79130000-4 Servizzi ta' dokumentazzjoni u ċertifikazzjoni legali

 

79131000-1 Servizzi ta' dokumentazzjoni

 

79132000-8 Servizzi ta' ċertifikazzjoni

 

79140000-7 Servizzi ta' konsulenza u informazzjoni legali

Ġustifikazzjoni

Trattament speċifiku ta' servizzi huwa ġġustifikat biss safejn dan japplika għas-servizzi kollha tal-istess natura, servizzi legali - sottostanti mal-istess prinċipji ta' kunfidenzjalità m'għandhomx jiġu diskrimiati.

PROĊEDURA

Titolu

L-akkwist pubbliku

Referenzi

COM(2011)0896 – C7-0006/2012 – 2011/0438(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Ramona Nicole Mănescu

26.1.2012

Data tal-adozzjoni

10.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

9

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Catherine Bearder, Victor Boştinaru, John Bufton, Alain Cadec, Salvatore Caronna, Nikos Chrysogelos, Francesco De Angelis, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Vincenzo Iovine, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Ana Miranda, Jens Nilsson, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Ewald Stadler, Georgios Stavrakakis, Csanád Szegedi, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Karima Delli, Jens Geier, Heide Rühle, Czesław Adam Siekierski, Giommaria Uggias

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (15.10.2012)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-akkwist pubbliku
(COM(2011)0896 – C7‑0006/2012 – 2011/0438(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): Giuseppe Gargani

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-akkwist pubbliku jrid jintuża biex jikkontribwixxi għat-twettiq ta' suq uniku u biex jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku fl-Istati Membri. Fl-Ewropa, l-awtoritajiet pubbliċi jonfqu madwar 18 % tal-PDG fuq il-prodotti, ix-xogħlijiet u s-servizzi.

Ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li l-aġġornament tad-Direttivi dwar l-akkwist pubbliku jrid iwieġeb il-prinċipji li ġejjin:

- simplifikazzjoni tal-proċeduri favur l-operaturi ekonomiċi kollha;

- tħeġġiġ tal-parteċipazzjoni tal-SMEs;

- garanzija tal-aħjar riżultati possibbli f'termini tar-rapport bejn il-kwalità u l-prezz;

- użu tal-fondi pubbliċi b'mod effiċjenti u trasparenti.

Skont ir-rapporteur għal opinjoni, il-proposta tal-Kummissjoni tidher li sejra fid-direzzjoni t-tajba fir-rigward, b'mod partikolari, l-elementi li ġejjin:

- Il-modernizzazzjoni tal-proċeduri: L-awtoritajiet kontraenti se jkunu jistgħu jiddeċiedu f'liema ordni jeżaminaw il-kriterji (jiġifieri jekk huwiex aktar prattiku li jiġu vvalutati il-kriterji aġġudikati qabel dawk tal-għażla) u biex jitqies, billi huwa kriterju ta' aġġudikatura, tal-organizzazzjoni u tal-kwalità tal-persunal inkarigat li jwettaq il-kuntratt.

- L-awtoritajiet kontraenti se jkollhom id-dritt li jeskludu l-operaturi ekonomiċi li urew nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq tal-kuntratti preċedenti.

- L-awtoritajiet kontraenti se jkunu jistgħu jaċċettaw kandidati jew offerenti minkejja li tkun teżisti xi raġuni biex jiġu esklużi, jekk dawn ikunu ħadu miżuri xierqa sabiex jirrimedjaw kwalunkwe aġir illegali u jipprevjenu effettivament konsegwenzi ulterjuri tal-imġiba mhux korretta.

Ir-rapporteur għal opinjoni qed iqis li jressaq xi emendi b'valur legali għall-proposta leġiżlattiva mressqa mill-Kummissjoni, bil-għan li tissaħħaħ u tiġi aġġornata d-dispożizzjoni eżistenti li tirregola l-akkwist pubbliku fl-Ewropa.

L-opinjoni preżenti tenfasizza s-sitwazzjoni kritika tal-proposti msemmija fit-test, taħt l-aspett legali, bl-għan li tikkontribwixxi għaċ-ċertezza legali.

Ir-rapporteur għal opinjoni jirrikonoxxi s-sitwazzjonijiet kritiċi li ġejjin:

- Il-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel trid tirrappreżenta eċċezzjoni fil-firxa kbira tal-proċeduri disponibbli mid-direttiva u għalhekk jitqies li huwa xieraq li jiġu previsti ammonti massimi li ma jistgħux jinqabżu (500.000 Eur għax-xogħlijiet u 100.000 Eur għas-servizzi).

- L-użu tal-varjanti: sabiex jiġi evitat użu mhux xieraq ta' strument bħal dan, huwa neċessarju li jiġi ffissat prezz massimu għall-varjant stess, li jrid jiddaħħal fir-rekwiżiti minimi msemmija fid-dokumenti għas-sejħiet għal offerti.

- Il-possibilità li jinqasam il-kuntratt f'lottijiet konformi mal-objettivi tas-simplifikazzjoni u l-effiċjenza stabbiliti mid-direttivi. Sabiex dan ikun jista' jissimplifika l-attività tal-Awtorità Pubblika u fl-istess ħin jiffavorixxi l-parteċipazzjoni tal-impriżi żgħar-medji fis-sejħiet għal offerti, huwa neċessarju li tiġi prevista valutazzjoni ex ante dwar il-bżonn li tintuża din il-possibilità jew le.

- Bl-istess mod jaqbel li jiġi limitat ir-rikors għall-intervent ta' impriża biss għall-akkwist tar-rekwiżiti ta' natura materjali (rekwiżiti ekonomiċi-finanzjarji). Sabiex ikun hemm aktar ċertezza legali u ekonomika, hemm bżonn tissaħħaħ ir-responsabilità konġunta bejn l-operaturi ekonomiċi li teħtieġ li tagħmel użu mir-rekwiżiti ta' entitajiet ekonomiċi oħrajn u dawn tal-aħħar. B'dan il-mod tkun tista' tingħeleb l-inċertezza dwar it-twettiq tal-ħidma marbuta ma' dan il-kunċett. Minħabba li huma interventi pubbliċi, irid ikun massimizzat il-kontroll tal-użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi.

- Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE, fis-sentenza tiegħu Nru. 76 tas-7 ta' Ottubru 2004, stabbilixxa li t-twaqqif, f'termini astratti u ġenerali, ta' kriterju uniku ta' attribuzzjoni mhuwiex biss f'kuntrast mal-liġi Komunitarja, imma jċaħħad ukoll lill-awtoritajiet kontraenti mill-possibilità li jqisu l-karatteristiċi ta' kull kuntratt u milli jagħżlu għal kull wieħed minn dawn l-aktar kriterju xieraq biex tiġi ggarantita l-kompetizzjoni ħielsa u l-għażla tal-aħjar offerta. Huwa għalhekk mixtieq li l-awtoritajiet kontraenti jsegwu approċċ ibbażat fuq il-kost/effikaċja.

- Fil-każ li l-eżekuzzjoni tal-kuntratt tipprevedi l-użu ta' sottokuntratti, huwa xieraq li jiddaħħal l-obbligu ta' pagament dirett mill-awtorità kontraenti lis-sottokuntrattur. Għalhekk jingħeleb ir-riskju ta' nuqqas ta' pagament għal servizzi provduti, filwaqt li tiġi żgurata b'mod partikolari ċertezza ekonomika akbar għall-SMEs.

- Il-bidliet fil-kuntratti li għadhom validi, jekk ikunu sostanzjali, jeħtieġu proċedura ġdida tal-kuntratt. Il-limitu ta' 5% tal-prezz tal-kuntratt inizjali jaf ma jkunx biżżejjed għall-għanijiet tal-valutazzjoni tal-bidla sostanzjali tal-kuntratt. Il-Kummissjoni indikat fil-proposta tagħha li l-bidla hija sostanzjali jekk taqbeż il-5% tal-prezz tal-kuntratt inizjali u tagħmel deroga għal din id-dispożizzjoni jekk iż-żieda fil-prezz ma tkunx ogħla minn 50% tal-valur tal-kuntratt inizjali. Jitqies xieraq li l-limitu jitla' għal 10% tal-prezz tal-kuntratt inizjali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jitlob lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jiġu inkorporati fir-rapport tiegħu l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Skont l-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, b’mod partikolari bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli. Din id-Direttiva tiċċara kif l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tiżgura li dawn ikunu jistgħu jiksbu l-aħjar valur għall-flus għall-kuntratti tagħhom.

(5) Skont l-Artikolu 9, 10 u 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni ambjentali, bil-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjiegi, il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u livell għoli ta’ edukazzjoni, it-taħriġ u ħarsien tas-saħħa tal-bniedem għandhom jiġu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika u l-attivitajiet tal-Unjoni, bil-għan li jiġi mħeġġeġ l-iżvilupp soċjalment u ambjentalment sostenibbli. Din id-Direttiva tiċċara kif l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw il-poter diskrezzjonali tagħhom, fid-definizzjoni u l-għoti ta’ akkwisti pubbliċi, biex jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ambjent għall-benesseri soċjali u għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tiżgura li dawn ikunu jistgħu jiksbu l-aħjar valur għall-flus għall-kuntratti tagħhom.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Ir-riżultati tal-Evalwazzjoni dwar l-Impatt u l-Effikaċja tal-Leġiżlazzjoni tal-Akkwist Pubbliku tal-UE urew li l-esklużjoni ta’ ċerti servizzi mill-applikazzjoni sħiħa tad-Direttiva għandha tiġi riveduta. Bħala riżultat, l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva hija estiża għal numru ta’ servizzi (bħal servizzi tal-lukandi u legali, li t-tnejn urew perċentwal partikolarment għoli ta’ kummerċ transkonfinali).

(10) Ir-riżultati tal-Evalwazzjoni dwar l-Impatt u l-Effikaċja tal-Leġiżlazzjoni tal-Akkwist Pubbliku tal-UE urew li l-esklużjoni ta’ ċerti servizzi mill-applikazzjoni sħiħa tad-Direttiva għandha tiġi riveduta. Bħala riżultat, l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva hija estiża għal numru ta’ servizzi (bħal servizzi tal-lukandi, li wrew perċentwal partikolarment għoli ta’ kummerċ transkonfinali).

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi legali, ta' natura purament fiduċjarja u marbuta mat-tradizzjonijiet tal-Istati Membri, iridu jkunu esklużi mill-proposta tad-direttiva għax jeħtieġu valutazzjoni tal-elementi suġġettivi marbuta mal-esiġenzi partikolari tal-awtorità kontraenti.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Hemm inċertezza legali kbira dwar kemm il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi koperta mir-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija interpretata b’mod differenti bejn l-Istati Membri u anki bejn l-awtoritajiet kontraenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi ċċarat f’liema każijiet, il-kuntratti konklużi bejn l-awtoritajiet kontraenti mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Din il-kjarifika għandha tkun iggwidata mill-prinċipji stabbiliti fil-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sempliċi fatt li ż-żewġ partijiet fi ftehim huma awtoritajiet kontraenti huma stess, fih innifsu ma jeskludix l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku ma għandhiex itellef il-libertà tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu kif jorganizzaw il-mod li bih iwettqu x-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tagħhom. Għaldaqstant, il-kuntratti mogħtija lill-entitajiet ikkontrollati jew il-kooperazzjoni għall-eżekuzzjoni konġunta tax-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tal-awtoritajiet kontraenti parteċipanti għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tar-regoli jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-direttiva jiġu sodisfatti. Din id-direttiva għandu jkollha l-għan li tiżgura li kull kooperazzjoni eżentata bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma tikkawżax tgħawwiġ fil-kompetizzjoni fir-rigward tal-atturi ekonomiċi privati. Il-parteċipazzjoni ta’ awtorità kontraenti bħala offerent fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt ta’ appalt lanqas ma għandha tikkawża tgħawwiġ fil-kompetizzjoni.

(14) Hemm inċertezza legali kbira dwar kemm il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi koperta mir-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija interpretata b’mod differenti bejn l-Istati Membri u anki bejn l-awtoritajiet kontraenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi ċċarat f’liema każijiet, il-kuntratti konklużi bejn l-awtoritajiet kontraenti mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Din il-kjarifika għandha tkun iggwidata mill-prinċipji stabbiliti fil-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Is-sempliċi fatt li ż-żewġ partijiet fi ftehim huma awtoritajiet kontraenti huma stess, fih innifsu ma jeskludix l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-akkwist. Madankollu, l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku ma għandhiex itellef il-libertà tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu kif jorganizzaw il-mod li bih iwettqu x-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tagħhom. Għaldaqstant, il-kuntratti mogħtija lill-entitajiet ikkontrollati jew il-kooperazzjoni għall-eżekuzzjoni konġunta tax-xogħlijiet ta’ servizz pubbliku tal-awtoritajiet kontraenti parteċipanti għandhom jiġu eżentati mill-applikazzjoni tar-regoli jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-direttiva jiġu sodisfatti. Il-kooperazzjoni bejn ix-xandara tas-servizz pubbliku, kif ukoll bejn ix-xandara tas-servizz pubbliku u n-negozji sussidjarji tagħhom għandhom jiġu eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet, sakemm ikunu soġġetti għar-regolamenti speċifiċi Ewropej dwar il-kompetizzjoni, biex jiġi evitat it-tgħawwiġ fil-kompetizzjoni. Din id-direttiva għandu jkollha l-għan li tiżgura li kull kooperazzjoni eżentata bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma tikkawżax tgħawwiġ fil-kompetizzjoni fir-rigward tal-atturi ekonomiċi privati. Il-parteċipazzjoni ta’ awtorità kontraenti bħala offerent fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt ta’ appalt lanqas ma għandha tikkawża tgħawwiġ fil-kompetizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-liġi dwar il-kompetizzjoni għandha tieħu preċedenza: Skont ir-regoli tal-akkwist għall-attivitajiet li jsiru ‘in-house’, il-“persuni ġuridiċi kkontrollati” għandhom jimpenjaw ruħhom abbażi tar-rimborż għall-ispejjeż, li mhuwiex kompatibbli mal-prinċipji tal-liġi Ewropea dwar il-kompetizzjoni. In-negozji sussidjarji tal-entitajiet skont id-dritt pubbliku għandhom jimxu b’mod konformi mas-suq. Barra minn hekk, fix-xandir huwa legalment meħtieġ skop differenti tax-xandara u s-sussidjarji, fl-implimentazzjoni tal-kompromessi għall-għajnuna.

Emenda          4

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Minħabba l-effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni, il-proċeduri negozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt għandhom jintużaw biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna. Din l-eċċezzjoni għandha tkun limitata għal każijiet fejn il-pubblikazzjoni ma tkunx possibbli, minħabba raġunijiet ta’ force majeure skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jew fejn ikun ċar mill-bidu nett li l-pubblikazzjoni mhux se toħloq aktar kompetizzjoni, b’mod speċjali minħabba li jkun hemm oġġettivament attur ekonomiku wieħed biss li jista’ jwettaq il-kuntratt. L-użu ta’ proċedura negozjata mhux ippubblikata jista’ jiġi ġġustifikat biss f’sitwazzjonijiet ta’ għan esklussiv, fejn is-sitwazzjoni ta’ esklussività ma tkunx inħolqot mill-awtorità kontraenti stess għall-għanijiet ta’ proċedura ta’ akkwist tal-futur, u fejn m’hemm l-ebda sostitut xieraq, li d-disponibilità tagħhom għandha tiġi evalwata fil-fond.

(18) Minħabba l-effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni, il-proċeduri negozjati mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt għandhom jintużaw biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali ħafna u b’ġustifikazzjoni adegwata, li trid tintbagħat lill-awtorità tal-governanza kif definit fl-Artikolu 84. Din l-eċċezzjoni hija limitata għal każijiet fejn il-pubblikazzjoni ma tkunx possibbli, minħabba raġunijiet ta’ force majeure skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jew fejn ikun ċar mill-bidu nett li l-pubblikazzjoni mhux se toħloq aktar kompetizzjoni, b’mod speċjali minħabba li jkun hemm oġġettivament attur ekonomiku wieħed biss li jista’ jwettaq il-kuntratt. L-użu ta’ proċedura negozjata mhux ippubblikata jista’ jiġi ġġustifikat biss f’sitwazzjonijiet ta’ għan esklussiv, fejn is-sitwazzjoni ta’ esklussività ma tkunx inħolqot mill-awtorità kontraenti stess għall-għanijiet ta’ proċedura ta’ akkwist tal-futur, u fejn m’hemm l-ebda sostitut xieraq, li d-disponibilità tagħhom għandha tiġi evalwata fil-fond.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu evitati distorsjonijiet perikolużi tal-kompetizzjoni, l-użu tal-proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel irid ikun eċċezzjoni. F'dan is-sens, huwa opportun li jiġu ffissati ammonti massimi li ma jistgħux jinqabżu.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Sabiex jitrawwem l-involviment tal-SMEs fis-suq tal-akkwist pubbliku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu mħeġġa jiddividu l-kuntratti f’lottijiet u jkunu obbligati jispjegaw għalfejn ma jkunux għamlu dan. Meta l-kuntratti jinqasmu f’lottijiet, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, pereżempju sabiex jippreservaw il-kompetizzjoni jew jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, jillimitaw l-għadd ta’ lottijiet li jista’ jressaq offerta għalihom l-attur ekonomiku; jistgħu jillimitaw ukoll in-numru ta’ lottijiet li jistgħu jiġu aġġudikati lil xi offerent partikolari.

(30) Sabiex jitrawwem l-involviment tal-SMEs fis-suq tal-akkwist pubbliku, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu mħeġġa jiddividu l-kuntratti f’lottijiet u jkunu obbligati jispjegaw għalfejn ikunu għamlu dan jew ma jkunux għamlu dan. Meta l-kuntratti jinqasmu f’lottijiet, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu, pereżempju sabiex jippreservaw il-kompetizzjoni jew jiżguraw is-sigurtà tal-provvista, jillimitaw l-għadd ta’ lottijiet li jista’ jressaq offerta għalihom l-attur ekonomiku; jistgħu jillimitaw ukoll in-numru ta’ lottijiet li jistgħu jiġu aġġudikati lil xi offerent partikolari.

Ġustifikazzjoni

It-tqassim tas-sejħiet għal offerti f'lottijiet irid jikkostitwixxi valutazzjoni minn qabel u sistematika minn naħa tal-awtorità kontraenti. Kemm it-tqassim f'lottijiet kif ukoll in-nuqqas ta' tqassim iridu madankollu jkunu ġustifikati. Fil-formulazzjoni attwali, id-deċiżjoni biex ma jkunx hemm tqassim f'lottijiet biss trid tiġi ġustifikata.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) L-offerti li jidhru baxxi b’mod anormali fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jkunu bbażati fuq assunzjonijiet jew prattiċi li teknikament, ekonomikament jew legalment mhumiex sodi. Sabiex jiġu evitati żvantaġġi possibbli matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu obbligati li jitolbu spjegazzjoni tal-prezz mitlub meta offerta tkun ferm orħos mill-prezzijiet mitluba minn offerenti oħra. Fejn l-offerent ma jkunx jista’ jipprovdi spjegazzjoni suffiċjenti, l-awtorità kontraenti għandha tkun intitolata li tirrifjuta l-offerta. L-awtorità kontraenti għandha tkun obbligata li tirrifjuta, f’każijiet fejn tkun stabbiliet li l-prezz baxx b’mod anormali mitlub ikun irriżulta min-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni obbligatorja tal-Unjoni fl-oqsma tal-liġi soċjali, tax-xogħol jew ambjentali jew id-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol.

(42) L-offerti li jidhru baxxi b’mod anormali fir-rigward tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi jistgħu jkunu bbażati fuq assunzjonijiet jew prattiċi li teknikament, ekonomikament jew legalment mhumiex sodi. Sabiex jiġu evitati żvantaġġi possibbli matul l-eżekuzzjoni tal-kuntratt, l-awtoritajiet kontraenti għandhom ikunu obbligati li jitolbu spjegazzjoni tal-prezz mitlub meta offerta tkun ferm orħos mill-prezzijiet mitluba minn offerenti oħra. Fejn l-offerent ma jkunx jista’ jipprovdi spjegazzjoni suffiċjenti, l-awtorità kontraenti għandha tirrifjuta l-offerta. L-awtorità kontraenti għandha tkun obbligata wkoll li tirrifjuta, f’każijiet fejn tkun stabbiliet li l-prezz baxx b’mod anormali mitlub ikun irriżulta min-nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, internazzjonali u Ewropea tal-Unjoni, b'mod partikolari fl-oqsma tal-liġi soċjali, tax-xogħol jew ambjentali.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 43 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(43a) Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament korrett tal-akkwist pubbliku, l-istrument tas-sottokuntrattar irid jiġi rregolat b’mod korrett, sabiex jiżgura li l-akkwist pubbliku jitwettaq bi qbil mal-offerta. Is-sottokuntrattar għandu jkun limitat għal massimu ta' tliet sottokuntratti vertikali konsekuttivi, mingħajr preġudizzju għal-leġiżlazzjoni nazzjonali aktar ristrettiva f'dan il-qasam.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 48 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(48 a) L-awtoritajiet kontraenti għandhom jirrispettaw id-dewmien ta' pagament kif stabbilit fid-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali1.

 

_______________

 

1 ĠU L 48, 23.2.2011, p. 1.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha li jiddeċiedu jekk, kif u sa liema punt għandhom iwettqu funzjonijiet pubbliċi huma stess. L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jwettqu kompiti ta’ interess pubbliku billi jużaw ir-riżorsi tagħhom stess, mingħajr ma jkunu obbligati li jirrikorru għal atturi ekonomiċi minn barra. Dan jistgħu jagħmluh b’kooperazzjoni ma’ awtoritajiet pubbliċi oħrajn.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6 – test introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) korpi regolati mil-liġi pubblika’ tfisser korpi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(6) korp regolat mil-liġi pubblika’ tfisser korp li għandu l-karatteristiċi kollha li ġejjin:

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) huma stabbiliti għal jew għandhom l-għan speċifiku li jaqdu l-bżonnijiet fl-interess pubbliku, li ma għandux karattru industrijali jew kummerċjali; Għal dak l-għan, korp li jopera fil-kundizzjonijiet normali tas-suq, għandu l-għan li jagħmel profitt, u jerfa’ t-telf li jirriżulta mill-eżerċitar tal-attività tiegħu, ma għandux l-għan li jaqdi l-bżonnijiet fl-interess pubbliku, li ma għandux karattru industrijali jew kummerċjali;

(a) huwa stabbilit bl-għan speċifiku li jissodisfa l-bżonnijiet fl-interess pubbliku, li ma għandhomx karattru sempliċement industrijali u kummerċjali;

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għandhom personalità ġuridika;

(b) ikollha personalità ġuridika;

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) ‘kuntratti ta’ provvisti pubbliċi’ tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala objettiv tagħhom ix-xiri, il-kera jew ix-xiri bin-nifs, bi jew mingħajr għażla li tixtri, ta’ prodotti. Kuntratt ta’ provvista pubblika jista’ jinkludi, b’mod inċidentali, operazzjonijiet ta’ tqegħid fil-post u installazzjoni;

(10) ‘kuntratti ta’ provvisti pubbliċi’ tfisser kuntratti pubbliċi li għandhom bħala objettiv tagħhom ix-xiri, il-kera jew ix-xiri bin-nifs, bi jew mingħajr għażla li tixtri, ta’ prodotti. Kuntratt ta’ provvista pubblika jista’ jinkludi l-għoti mifhum bħala forniment f’aktar minn soluzzjoni waħda. Kuntratt ta’ fornituri jista’ jinkludi, b’mod inċidentali, operazzjonijiet ta’ bini u installazzjoni;

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Esklużjonijiet speċifiċi fil-qasam ta' servizz oħra għajr servizzi postali

 

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal kuntratti pubbliċi għall-għan prinċipali li l-awtoritajiet kontraenti jiġu permessi li jipprovdu servizzi oħra għajr servizzi postali.

 

Għar-raġunijiet ta' din id-Direttiva, "servizzi oħra għajr servizzi postali" tfisser servizzi provduti fl-oqsma li ġejjin:

 

(i) servizzi ta’ ġestjoni tas-servizzi tal-posta (servizzi li jseħħu qabel u wara d-dispaċċ, inklużi “servizzi tal-ġestjoni tal-kamra tal-ittri”);

 

(ii) servizzi b'valur miżjud marbuta ma' u mogħtoja għal kollox permezz ta' mezzi elettroniċi (inklużi t-trażmissjoni sigura ta' dokumenti kodifikati permezz ta' mezzi elettroniċi, servizzi ta' ġestjoni tal-indirizzi u trażmissjoni ta' posta elettronika rreġistrata);

 

(iii) servizzi rigward oġġetti postali mhux inklużi f'punt (a) tal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva dwar l-Utilitajiet, bħal posta diretta mingħajr ebda indirizz jew kunsinna ta' materjal tar-riklamar mingħajr indirizzi;

 

(iv) servizzi finanzjarji, kif definiti fis-CPV taħt in-numru ta’ referenza minn 66100000-1 sa 66720000-3 u fl-Artikolu 19 (c) u inkluż b’mod partikolari servizz ta’ ordnijiet ta’ flus postali u trasferimenti ġiro postali;

 

(v) servizzi filateliċi;

 

(vi) servizzi loġistiċi (servizzi li jikkombinaw kunsinna fiżika u/jew il-ħażna ma' funzjonijiet mhux postali oħra).

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta’ materjal għall-programm maħsuba għas-servizzi awdjoviżivi tal-midja, li huma mogħtija mix-xandara, jew il-kuntratti għal ħin ta’ xandir li huma mogħtija lill-fornituri tas-servizz awdjoviżiv tal-midja;

(b) l-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta’ materjal għall-programmi maħsuba għas-servizzi tal-awdjo u awdjoviżivi tal-midja, li huma mogħtija mix-xandara, u servizzi preparatorji assoċjati magħhom, kif ukoll il-kuntratti dwar ix-xandir jew id-distribuzzjoni u t-trażmissjoni tas-servizzi tal-midja;

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika, l-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni għandha tinkludi wkoll l-offerti tar-radju u l-internet.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni;

 

(c) is-servizzi legali, ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni;

Ġustifikazzjoni

Minħabba n-natura diskrezzjonali u fiduċjarja partikolari li tirregola s-servizzi legali, huwa xieraq li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva preżenti.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) is-servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ Titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, is-servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja;

(d) is-servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ Titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, partikolarment tranżazzjonijiet mill-awtoritajiet kuntrattwali għall-akkwist ta’ flus jew kapital, is-servizzi tal-bank ċentrali u l-operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja;

Ġustifikazzjoni

Is-self mill-awtoritajiet lokali m’għandux jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. M’hemm l-ebda ħtieġa regolatorja min-naħa tal-UE għall-proċedura tal-akkwist bis-self mill-awtoritajiet lokali, minħabba li l-liġi baġitarja lokali nazzjonali tinkludi speċifikazzjonijiet ċari dwar l-ammissibilità tas-self.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizzi awdjoviżivi tal-midja msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu għandu jinkludi kwalunkwe trasmissjoni u distribuzzjoni permezz ta’ kwalunkwe forma ta’ netwerk elettroniku.

Is-servizzi tal-awdjo u awdjoviżivi tal-midja msemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu għandhom jinkludu kwalunkwe trażmissjoni u distribuzzjoni permezz ta’ kwalunkwe forma ta’ netwerk elettroniku.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika, għandhom jiġu speċifikati f'dan il-paragrafu mhux biss is-servizzi awdjoviżivi iżda wkoll dawk awdjo tal-midja.

.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-dettalji tal-kuntratti pubbliċi għandhom jiġu ppubblikati.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Paragrafi 1 u 2 ma għandhomx iwaqqfu d-divulgazzjoni pubblika ta' kuntratti ladarba jiġu konklużi inkluża kwalunkwe bidla sussegwenti.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti pubbliċi permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel fil-każijiet stipulati fil-paragrafi (2) sa (5):

1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jagħtu kuntratti pubbliċi permezz ta’ proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel fil-każijiet stipulati fil-paragrafi 2 sa 5: F'dak il-każ l-awtoritajiet kontraenti jridu jipprovdu lill-korp ta' sorveljanza msemmi fl-Artikolu 84 rapport dettaljat b'ġustifikazzjoni adegwata.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fejn l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa jew l-ebda talba għal parteċipazzjoni ma ġiet sottomessa bħala tweġiba għal proċedura miftuħa jew proċedura ristretta, dejjem jekk il-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt mhumiex sostanzjalment modifikati u li jintbagħat rapport lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ sorveljanza nazzjonali magħżul skont l-Artikolu 84, fejn jitolbu dan.

(a) fejn l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa jew l-ebda talba għal parteċipazzjoni ma ġiet sottomessa bħala tweġiba għal proċedura miftuħa jew proċedura ristretta, dejjem jekk il-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt mhumiex modifikati.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jawtorizzaw lill-offerenti sabiex jissottomettu varjanti. Fl-avviż dwar kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, fl-istedina għall-konferma tal-interess, għandhom jindikaw jekk jawtorizzawx il-varjanti jew le. Il-varjanti ma għandhomx jiġu awtorizzati mingħajr indikazzjoni bħal din.

1. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jawtorizzaw lill-offerenti sabiex jissottomettu varjanti li ma jaqbżux 1/6 tal-prezz totali miftiehem. Fl-avviż dwar kuntratt jew, fejn jintuża avviż informattiv minn qabel bħala mezz ta’ sejħa għall-kompetizzjoni, fl-istedina għall-konferma tal-interess, għandhom jindikaw jekk jawtorizzawx il-varjanti jew le. Il-varjanti ma għandhomx jiġu awtorizzati mingħajr indikazzjoni bħal din.

Ġustifikazzjoni

Użu ħażin tal-varjanti jaf ifixkel il-kompetizzjoni u joħloq problemi ta' ċertezza legali. Jitqies utli li tiddaħħal dispożizzjoni speċifika bil-għan li jiġi previst prezz massimu miftiehem għall-varjanti bħala rekwiżit minimu predefinit mill-awtoritajiet kontraenti. Il-leġiżlazzjoni nazzjonali toffri parametri ta' riferiment b'tali mod li tikkonferma l-effikaċja ta' tali dispożizzjoni.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kuntratti pubbliċi jistgħu jinqasmu f’lottijiet omoġeni jew eteroġeni. Għal kuntratti b’valur ekwivalenti għal jew ikbar mil-limiti minimi pprovduti fl-Artikolu 4 iżda li ma humiex inqas minn EUR 500 000, determinati skont l-Artikolu 5, meta l-awtorità kontraenti ma tqisx xieraq li jinqasmu f'lottijiet, għandha tipprovdi fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess spjegazzjoni speċifika tar-raġunijiet tagħha.

1. Il-kuntratti pubbliċi jistgħu jinqasmu f’lottijiet omoġeni jew eteroġeni. Għal kuntratti b’valur ekwivalenti għal jew ikbar mil-limiti minimi pprovduti fl-Artikolu 4 iżda li ma humiex inqas minn EUR 500 000, determinati skont l-Artikolu 5, l-awtorità kontraenti għandha tipprovdi fl-avviż tal-kuntratt jew fl-istedina għall-konferma tal-interess spjegazzjoni speċifika tar-raġunijiet tagħha rigward it-tqassim jew in-nuqqas ta' tqassim f'lottijiet.

Ġustifikazzjoni

It-tqassim tal-kuntratti f'lottijiet irid jiġi vvalutat minn qabel u b'mod sistematiku minn naħa tal-awtorità kontraenti bil-għan li jiġi evitat rikors diskriminat għal dan il-kunċett. Għalhekk, kemm it-tqassim f'lottijiet kif ukoll in-nuqqas ta' tqassim iridu jkunu ġustifikati; Min-naħa l-oħra, fil-formulazzjoni attwali, id-deċiżjoni biex ma jkunx hemm tqassim f'lottijiet trid tiġi ġustifikata.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 49 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-avviżi msemmija fl-Artikolu 46(2) u l-Artikolu 47 għandhom jiġu ppubblikati sħaħ f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif magħżul mill-awtorità kontraenti. Dik il-verżjoni b’dik il-lingwa għandha tikkostitwixxi l-uniku test awtentiku. Sommarju tal-elementi importanti ta’ kull avviż għandu jiġi ppubblikati fil-lingwi uffiċċjali l-oħra.

3. L-avviżi msemmija fl-Artikolu 46(2) u l-Artikolu 47 għandhom jiġu ppubblikati sħaħ f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kif magħżul mill-awtorità kontraenti. Dik il-verżjoni b’dik il-lingwa għandha tikkostitwixxi l-uniku test awtentiku.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 53 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) lil kull offerent li għamel offerta ammissibbli bit-twettiq u l-progress tan-negozjati u d-djalogu mal-offerenti.

imħassar

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 89 sabiex temenda l-lista fl-Anness XI, fejn dan ikun neċessarju minħabba l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali ġodda jew l-emendar ta’ ftehimiet internazzjonali eżistenti.

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 89 sabiex tikkumplimenta l-lista fl-Anness XI, fejn dan ikun neċessarju minħabba l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali ġodda jew l-emendar ta’ ftehimiet internazzjonali eżistenti.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) il-parteċipazzjoni fl-isfruttament tat-traffikar tal-bnedmin u t-tħaddim tat-tfal skont id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu1

 

___________

 

1 ĠU L 101, 15.4.2011, p.1.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 55 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – test introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Awtorità kontraenti tista’ teskludi lil kwalunkwe attur milli jieħu sehem f’kuntratt pubbliku jekk tkun sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

3. Awtorità kontraenti għandha teskludi lil kwalunkwe attur milli jieħu sehem f’kuntratt pubbliku jekk tkun sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhumiex obbligati li jimponu l-kundizzjonijiet kollha elenkati fil-paragrafi 2, 3 u 4, iżda ma għandhomx jipprovdu rekwiżiti oħra għajr dawk elenkati.

Mhumiex obbligati li jimponu l-kundizzjonijiet kollha elenkati fil-paragrafi 2, 3 u 4 u jistgħu jipprovdu rekwiżiti oħra għajr dawk elenkati.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-abilità teknika u professjonali, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-atturi ekonomiċi jkollhom ir-riżorsi umani u tekniċi u l-esperjenza meħtieġa sabiex iwettqu l-kuntratt bi standard xieraq ta’ kwalità. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu li l-atturi ekonomiċi mhumiex se jwettqu l-kuntratt bi standard xieraq ta’ kwalità fejn l-awtorità kontraenti stabbilixxiet li dawn għandhom kunflitti ta’ interessi li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv it-twettiq tal-kuntratt.

Fir-rigward tal-abilità teknika u professjonali, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jeħtieġu li l-atturi ekonomiċi jkollhom ir-riżorsi umani u tekniċi u l-esperjenza meħtieġa sabiex jiżguraw il-prestazzjoni ta' kuntratt bi standard xieraq ta’ kwalità, u jekk mitlub mill-awtorità kontraenti, skont kwalunkwe klawżola tal-prestazzjoni tal-kuntratt speċifikata skont l-Artikolu 70. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jikkonkludu li l-atturi ekonomiċi mhumiex se jiżguraw il-prestazzjoni meħtieġa fejn l-awtorità kontraenti stabbilixxiet li dawn għandhom kunflitti ta’ interessi li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv it-twettiq tal-kuntratt.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fir-rigward tal-kriterji relatati mal-qagħda ekonomika u finanzjarja kif stabbilit skont l-Artikolu 56(3), u l-kriterji relatati mal-abilità teknika jew professjonali kif stabbilit skont l-Artikolu 56(4), attur ekonomiku jista’, fejn dan ikun xieraq u għal kuntratt partikolari, jafda fuq il-kapaċitjiet ta’ entitajiet oħra, irrelevantement min-natura legali tar-rabtiet li għandu magħhom. F’dak il-każ, għandu juri lill-awtorità kontraenti li huwa se jkollu r-riżorsi meħtieġa għad-dispożizzjoni, pereżempju, billi jippreżenta impenn minn dawk l-entitajiet għal dan il-għan. Fil-każ tal-qagħda ekonomika u finanzjarja, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-attur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli b’mod konġunt mit-twettiq tal-kuntratt.

1. Fir-rigward tal-kriterji relatati mal-qagħda ekonomika u finanzjarja kif stabbilit skont l-Artikolu 56(3), u l-kriterji relatati mal-abilità teknika jew professjonali kif stabbilit skont l-Artikolu 56(4), operatur ekonomiku jista’, fejn dan ikun xieraq u għal kuntratt partikolari, jafda biss fuq il-kapaċitjiet materjali ta’ entitajiet oħra, mingħajr ma jittraskura n-natura legali tar-rabtiet li għandu magħhom. F’dak il-każ, għandu juri lill-awtorità kontraenti li huwa se jkollu r-riżorsi meħtieġa għad-dispożizzjoni, pereżempju, billi jippreżenta impenn minn dawk l-entitajiet għal dan il-għan. L-awtoritajiet kontraenti jeħtieġu li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli b’mod konġunt mit-twettiq tal-kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu ggarantiti ċ-ċertezza legali u ekonomika fl-aġġudikatura u t-twettiq tal-kuntratt, jitqies neċessarju li jiġi llimitat ir-rikors għall-akkwist tar-rekwiżiti ta' natura materjali biss u li tissaħħaħ ir-responsabilità konġunta bejn l-operatur ekonomiku u l-entitajiet l-oħra li jingħaqad magħhom sabiex jitwettaq il-kuntratt, li tagħmilha obbligatorja. Id-disponibilità tar-riżorsi tista' toħroġ biss minn relazzjoni legali bejn il-parti li qed tgawdi minn din is-sitwazzjoni u l-kumpanija li qed tappoġġja.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 62 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-ħtiġijiet tal-avvaliment m’għandhomx jintużaw kontestwalment mill-fornitur u mill-utent.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 66

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterji li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuqhom għandhom ikunu waħda minn dawn li ġejjin:

1. Mingħajr ħsara għal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jikkonċernaw ir-remunerazzjoni ta’ ċerti servizzi, il-kriterji li l-awtoritajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi fuqhom għandhom ikunu dawk bl-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

(a) l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża;

 

(b) l-aktar spiża baxxa.

 

L-ispejjeż jistgħu jiġu valutati, skont l-għażla tal-awtorità kontraenti, fuq il-bażi tal-prezz biss jew billi jintuża approċċ tal-kosteffiċenza, bħall-approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 67.

 

2. Mill-punt ta’ vista tal-awtorità kontraenti, l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża msemmija fil-putn (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi identifikata fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni.

2. L-awtorità kontraenti tivvaluta l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża msemmija fil-paragrafu 1 għandha fuq il-bażi tal-kriterji marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni. .

Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni, bħal:

Dawk il-kriterji għandhom jinkludu, minbarra l-prezz jew l-ispejjeż, kriterji oħrajn marbutin mas-suġġett tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni.

 

L-ispejjeż għandhom jiġu valutati b'approċċ tal-kosteffiċenza, bħall-approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 67.

 

Il-kriterju ta' Prezz/Spiża jista' jkun il-kriterju ta' għoti deċiżiv fil-każ ta' prodotti u servizzi standardizzati li l-kontenut tagħhom ma jistax jiġi determinat minn qabel skont in-natura tiegħu stess.

 

Il-kriterji l-oħra jistgħu jinkludu b’mod partikolari:

(a) il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv.

a) il-kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibilità, id-disinjar għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u soċjali, u l-karattru innovattiv;

(b) għal kuntratti ta’ servizzi u kuntratti li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, jistgħu jkunu kkunsidrati l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni, bil-konsegwenza li, wara l-għoti tal-kuntratt, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni u kwalità ekwivalenti;

(b) għal kuntratti ta’ servizzi u kuntratti li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, jiġu kkunsidrati l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt inkwistjoni, bil-konsegwenza li, wara l-għoti tal-kuntratt, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni u kwalità ekwivalenti;

(c) is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data ta’ twassil u l-perjodu ta’ twassil jew il-perjodu ta’ tlestija;

(c) is-servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data ta’ twassil u l-perjodu ta’ twassil jew il-perjodu ta’ tlestija;

(d) il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta’ kwalunkwe stadju ieħor tul iċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fil-punt (22) tal-Artikolu 2, sa fejn dawk il-kriterji huma speċifikati skont il-paragrafu 4 u jikkonċernaw fatturi direttament involuti f’dawn il-proċessi u jikkaratterizzaw il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni u forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba.

(d) il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba jew ta’ kwalunkwe stadju ieħor tul iċ-ċiklu tal-ħajja msemmi fil-punt (22) tal-Artikolu 2, sa fejn dawk il-kriterji huma speċifikati skont il-paragrafu 4 u jikkonċernaw fatturi direttament involuti f’dawn il-proċessi u jikkaratterizzaw il-proċess speċifiku ta’ produzzjoni u forniment tax-xogħlijiet, provvisti jew servizzi mitluba.

3. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li dak l-għoti ta’ ċerti tipi ta’ kuntratti għandu jkun ibbażat fuq l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża kif imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2.

 

4. Il-kriterji tal-għoti ma għandhomx jagħtu lill-awtorità kontraenti libertà mingħajr restrizzjonijiet għall-għażla. Għandhom jiżguraw il-possibilità ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv dik l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jivverifikaw b’mod effettiv jekk l-offerti jissodisfawx il-kriterji tal-għoti fuq il-bażi tal-informazzjoni u l-provi pprovduti mill-offerenti.

4. Il-kriterji tal-għoti jiżguraw il-possibilità ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv dik l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jivverifikaw b’mod effettiv jekk l-offerti jissodisfawx il-kriterji tal-għoti fuq il-bażi tal-informazzjoni u l-provi pprovduti mill-offerenti.

5. Fil-każ imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 1, fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, fid-dokumenti tal-akkwist jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika il-koeffiċjent relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża.

5. Fl-avviż dwar kuntratt, fl-istedina għall-konferma tal-interess, fid-dokumenti tal-akkwist jew, fil-każ ta’ djalogu kompetittiv, fid-dokument deskrittiv, l-awtorità kontraenti għandha tispeċifika il-koeffiċjent relattiv li hi tagħti lil kull wieħed mill-kriterji magħżula sabiex tiddetermina l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża.

Dawk il-koeffiċjenti jistgħu jkunu espressi billi tkun provduta sensiela b'firxa massima adattata.

Dawk il-koeffiċjenti jistgħu jkunu espressi billi tkun provduta sensiela b'firxa massima adattata.

Fejn għal raġunijiet oġġettivi l-ippeżar mhuwiex possibbli, l-awtorità kontraenti għandha tindika l-kriterji f’ordni dixxendentali ta’ importanza.

Fejn għal raġunijiet oġġettivi l-ippeżar mhuwiex possibbli, l-awtorità kontraenti għandha tindika l-kriterji f’ordni dixxendentali ta’ importanza.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 67 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull meta, permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni, tiġi adottata metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż permezz ta’ atti ddelegati skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, din għandha tiġi applikata fejn il-kalkolu tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja jkun inkluż fil-kriterji tal-għoti msemmija fl-Artikolu 66(1).

3. Kull meta, permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni, tiġi adottata metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, inkluż permezz ta’ atti ddelegati skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, din għandha tiġi applikata skont il-kriterju tal-għoti msemmija fl-Artikolu 66(1).

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 69 – Paragrafi 1 sa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jeħtieġu li l-atturi ekonomiċi jispjegaw il-prezz jew l-ispejjeż mitlubaż, fejn jiġu sodisfatti dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

1. L-awtorità kontraenti tispeċifika fl-avviż li t-tnaqqis massimu possibbli ma jistax jaqbeż il-25% tal-ammont imqiegħed fl-offerta.

a) il-prezz jew l-ispejjeż mitluba ikunu aktar minn 50 % orħos mill-prezzijiet jew l-ispejjeż medji tal-offerti li jifdal

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jesiġu li l-atturi ekonomiċi jispjegaw il-prezz jew l-ispejjeż mitluba, fejn il-prezz jew l-ispiża applikata taqbeż il-25% inqas mill-prezz jew l-ispejjeż medji tal-offerti li jifdal.

(b) il-prezz jew l-ispiża mitluba jkunu aktar minn 20 % orħos mill-prezz jew l-ispejjeż tat-tieni l-irħas offerta;

 

(c) ġew sottomessi tal-inqas ħames offerti.

 

2. Fejn l-offerti jkunu jidhru baxxi wisq għal raġunijiet oħra, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jitolbu spjegazzjoni għal dan ukoll.

2. Fejn l-offerti jkunu jidhru baxxi wisq għal raġunijiet oħra, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jitolbu spjegazzjoni għal dan.

3. L-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jistgħu jkunu relatati b’mod partikolari ma’:

3. L-ispjegazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma relatati ma’:

(a) l-ekonomija tal-metodu ta’ kostruzzjoni, tal-proċess ta’ manifattura jew tas-servizzi pprovduti;

(a) l-ekonomija tal-metodu ta’ kostruzzjoni, tal-proċess ta’ manifattura jew tas-servizzi pprovduti;

(b) is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew kwalunkwe kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli disponibbli għall-offerent għat-twettiq tax-xogħol jew għall-forniment tal-prodotti jew servizzi;

(b) is-soluzzjonijiet tekniċi magħżula jew kwalunkwe kundizzjonijiet eċċezzjonalment favorevoli disponibbli għall-offerent għat-twettiq tax-xogħol jew għall-forniment tal-prodotti jew servizzi;

(c) l-oriġinalità tax-xogħol, tal-provvisti jew tas-servizzi proposti mill-offerent;

(c) l-oriġinalità tax-xogħol, tal-provvisti jew tas-servizzi proposti mill-offerent;

(d) konformità, għall-inqas b’mod ekwivalenti, mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI jew, fejn dawn ma jkunux applikabbli, ma’ dispożizzjonijiet oħrajn li jiżguraw livell ekwivalenti ta’ protezzjoni;

(d) konformità mal-obbligi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-liġi soċjali u tax-xogħol jew tal-liġi ambjentali jew tad-dispożizzjonijiet internazzjonali tal-liġi soċjali u ambjentali elenkati fl-Anness XI jew, fejn dawn ma jkunux applikabbli, ma’ dispożizzjonijiet oħrajn li jiżguraw livell ekwivalenti ta’ protezzjoni;

(e) il-possibilità li l-offerent jikseb għajnuna mill-Istat.

(e) il-possibilità li l-offerent jikseb għajnuna mill-Istat.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 71 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li fuq talba tas-sottokuntrattur u fejn in-natura tal-kuntratt tkun tippermetti dan, l-awtorità kontraenti għandha tittrasferixxi l-ħlasijiet dovuti direttament lis-sottokuntrattur għas-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet pprovduti lill-kuntrattur prinċipali. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi xierqa li jippermettu lill-kuntrattur prinċipali sabiex joġġezzjona għal ħlasijiet mhux dovuti. L-arranġamenti li jikkonċernaw dak il-mod ta’ ħlas għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist.

2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, jekk issir talba mis-sottokuntrattur u fejn in-natura tal-kuntratt tkun tippermetti dan, l-awtorità kontraenti għandha tittrasferixxi l-ħlasijiet dovuti direttament lis-sottokuntrattur għas-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet pprovduti lill-kuntrattur prinċipali. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi xierqa li jippermettu lill-kuntrattur prinċipali sabiex joġġezzjona għal ħlasijiet mhux dovuti. L-arranġamenti li jikkonċernaw dak il-mod ta’ ħlas għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-akkwist.

Ġustifikazzjoni

Ħlas dirett għandu l-ewwel jiġi kkunsidrat biss fuq talba tas-sottokuntrattur u mhux fil-każijiet kollha fejn in-natura tal-kuntratt tkun tippermetti dan. It-talba li l-awtoritajiet kontraenti jistabbilixxu ħlas dirett għas-sottokuntratturi kollha fejn in-natura tal-kuntratt tkun tippermetti dan huwa ta’ piż amministrattiv li mhux l-awtoritajiet kollha jistgħu jamministraw.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 72 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn il-valur ta’ modifika jista’ jingħata f’termini monetarji, il-modifika ma għandhiex titqies bħala sostanzjali fit-tifsira tal-paragrafu 1, fejn il-valur tagħha ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4 u fejn ikun inqas minn 5 % tal-prezz tal-kuntratt inizjali, dejjem jekk il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi valutat fuq il-bażi tal-valur kumulattivi tal-modifiki suċċessivi.

4. Fejn il-valur ta’ modifika jista’ jingħata f’termini monetarji, il-modifika ma għandhiex titqies bħala sostanzjali fit-tifsira tal-paragrafu 1, fejn il-valur tagħha ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4 u fejn ikun inqas minn 10 % tal-prezz tal-kuntratt inizjali, dejjem jekk il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi valutat fuq il-bażi tal-valur kumulattivi tal-modifiki suċċessivi.

Ġustifikazzjoni

Sabiex l-awtoritajiet kontraenti ma jiġux limitati wisq u jintefa piż fuq il-proċedura b'proċeduri ġodda tal-kuntratti għall-istess xogħol jew servizz, huwa meqjus xieraq li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjoni preżenti u jiġi previst li bidla fil-kuntratt, sabiex titqies mhux sostanzjali u għalhekk ma jkunx hemm bżonn ta' proċedura ġdida tal-kuntratti, ma taqbiżx l-10% tal-prezz tal-kuntratt inizjali.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Awtoritajiet kontraenti li beħsiebhom jagħtu kuntratt pubbliku għas-servizzi msemmija fl-Artikolu 74 jridu jħabbru l-intenzjoni tagħhom permezz ta’ avviż dwar kuntratt.

imħassar

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-avviżi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkun fihom l-informazzjoni msemmija fl-Annessi VI PART H u I, skont il-forom standard.

3. L-avviżi msemmija fil-paragrafu 2 għandu jkun fihom l-informazzjoni msemmija fl-Annessi VI Parti I.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha għandha tistabbilixxi l-forom standard. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu aodttati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 91.

imħassar

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-avviżi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 49.

4. L-avviżi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 49.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibilità, id-disponibilità u l-komprensività tas-servizzi, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji differenti ta’ utenti, l-involviment u s-setgħa tal-utenti u l-innovazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li l-għażla tal-fornitur tas-servizzi ma għandhiex tittieħed fuq il-bażi unika tal-prezz għall-forniment tas-servizz.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kontraenti jistgħu jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibilità, id-disponibilità u l-komprensività tas-servizzi, il-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji differenti ta’ utenti, l-involviment u s-setgħa tal-utenti u l-innovazzjoni u l-protezzjoni tal-konsumaturi u l-inklużjoni soċjali. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu wkoll li l-għażla tal-fornitur tas-servizzi ma għandhiex tittieħed fuq il-bażi unika tal-prezz għall-forniment tas-servizz.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti jkunu jistgħu iħallsu bis-sħiħ lill-kummerċjanti u jiżguraw li l-istess awtoritajiet jikkostitwixxu preventivament għodda xierqa ta’ garanzija li tħares il-kreditu tal-kummerċjant.

Ġustifikazzjoni

Ma jistax jiġi ttollerat aktar l-istat fit-tul tal-inadempjenza tal-amministrazzjonijiet pubbliċi fil-konfront tan-negozji privati tax-xogħlijiet u tas-servizzi. L-istabbiliment ta’ strument ta’ garanzija xieraq għall-ħarsien tal-kreditu li n-negozjant isostni wara t-twettiq tax-xogħol jista’ jikkostitwixxi strument indispensabbli bl-iskop li jiggarantixxi l-ħlas effettiv.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jagħżlu korp indipendenti wieħed responsabbli mis-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ implimentazzjoni (minn hawn ’il quddiem jissejjaħ ‘il-korp ta’ sorveljanza’). L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-għażla tagħhom.

1. Bi qbil mal-istruttura nazzjonali jew federali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħżlu korp indipendenti wieħed jew aktar responsabbli mis-sorveljanza u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet ta’ implimentazzjoni (minn hawn ’il quddiem jissejħu ‘l-korpi ta’ sorveljanza’). L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-għażla tagħhom.

 

Dawk l-Istati Membri li diġà għandhom fis-seħħ korpi indipendenti jistgħu jżommu dawn il-korpi sakemm dawn iwettqu r-responsabilitajiet kollha ddikjarati hawn taħt.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li jipprovdi parir legali lil awtoritajiet kontraenti dwar l-interpretazzjoni tar-regoli u l-prinċipji tal-akkwist pubbliku u dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku f’każijiet speċifiċi;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi legali dejjem kienu u għadhom koperti minn relazzjoni fiduċjarja mal-uffiċjal professjonali li hija bbażata fuq il-kapaċità professjonali effettiva ta' dan tal-aħħar u ggarantita mir-regoli riġidi tal-etika professjonali. Għalhekk ma jistgħux jintefgħu fuq entita pubblika ta' sorveljanza jew jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li joħroġ opinjonijiet u gwida ta’ inizjattiva proprja dwar kwistjonijiet ta’ interess ġenerali rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ regoli tal-akkwist pubbliku, dwar kwistjonijiet rikorrenti u dwar diffikultajiet sistemiċi relatati mal-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tal-ġurisprudenza relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

 

(c) li jitfasslu linji gwida dwar kwistjonijiet ta’ interess ġenerali rigward l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ regoli tal-akkwist pubbliku, dwar kwistjonijiet rikorrenti u dwar diffikultajiet sistemiċi relatati mal-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u tal-ġurisprudenza relevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea;

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni l-ġdida proposta hija aktar pertinenti għall-mandat tal-entità, li trid tinħatar biex tissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġijiet previsti.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) li jistabbilixxi u japplika sistemi ta’ indikaturi ta’ twissija komprensivi u azzjonabbli li jipprevjenu, jidentifikaw u jirrapportaw b’mod adegwat każijiet ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra fl-akkwist;

(d) li jistabbilixxi u japplika sistemi ta’ indikaturi ta’ twissija komprensivi u azzjonabbli u ta’ monitoraġġ li jipprevjenu, jidentifikaw u jirrapportaw b’mod adegwat każijiet ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra fl-akkwist kif ukoll ksur speċifiku tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 54, 55 u 71;

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) li jeżamina r-relazzjoni mibgħuta lilha mill-awtoritajiet kontraenti li beħsiebhom jirrikorru għal proċedura negozjata mingħajr pubblikazzjoni;

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 84 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-korp ta’ sorveljanza sabiex jieħu taħt idejh il-ġurisdizzjoni kompetenti skont il-liġi nazzjonali għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti meta jkun identifika ksur matul l-attività ta’ monitoraġġ u ta’ konsulenza legali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-korp ta’ sorveljanza sabiex jieħu taħt idejh il-ġurisdizzjoni kompetenti skont il-liġi nazzjonali għar-reviżjoni tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti meta jkun identifika ksur matul l-attività ta’ monitoraġġ jew meta jeżamina r-rapporti provduti mill-awtoritajiet kontraenti skont l-Artikolu 30.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 87 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni strutturi ta’ appoġġ tekniku sabiex jipprovdu parir legali u ekonomiku, gwida u assistenza lill-awtoritajiet kontraenti fit-tħejjija u t-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li kull awtorità kontraenti tista’ tikseb assistenza kompetenti u konsulenza dwar kwistjonijiet individwali.

1. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni strutturi ta’ appoġġ tekniku sabiex jipprovdu parir legali u ekonomiku, gwida u assistenza lill-awtoritajiet kontraenti fit-tħejjija u t-twettiq tal-proċeduri ta’ akkwist. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li kull awtorità kontraenti tista’ tikseb assistenza kompetenti u konsulenza dwar kwistjonijiet individwali, b'mod partikolari fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 54, 55 u 71.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Anness XI – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- il-Konvenzjoni 94 dwar Klawżoli tax-Xogħol fil-Kuntratti Pubbliċi;

PROĊEDURA

Titolu

L-akkwist pubbliku

Referenzi

COM(2011)0896 – C7-0006/2012 – 2011/0438(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Giuseppe Gargani

13.2.2012

Eżami fil-kumitat

26.4.2012

30.5.2012

19.6.2012

 

Data tal-adozzjoni

11.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

9

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Gerald Häfner, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Eva Lichtenberger, József Szájer, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sylvie Guillaume, Salvatore Tatarella

PROĊEDURA

Titolu

L-akkwist pubbliku

Referenzi

COM(2011)0896 – C7-0006/2012 – 2011/0438(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.12.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

17.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

17.1.2012

INTA

17.1.2012

ECON

17.1.2012

EMPL

17.1.2012

 

ENVI

17.1.2012

ITRE

17.1.2012

TRAN

17.1.2012

REGI

17.1.2012

 

JURI

17.1.2012

LIBE

17.1.2012

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

17.4.2012

ECON

13.2.2012

LIBE

28.2.2012

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Marc Tarabella

30.11.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

25.1.2012

29.2.2012

20.3.2012

30.5.2012

 

18.9.2012

25.9.2012

5.11.2012

28.11.2012

 

29.11.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

18.12.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

8

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Cristian Silviu Buşoi, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Christian Engström, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Thomas Händel, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Franz Obermayr, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Gino Trematerra, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Jürgen Creutzmann, Frank Engel, Marc Tarabella, Sabine Verheyen

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sylvie Guillaume, Francesco Enrico Speroni

Data tat-tressiq

9.1.2013