RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva

14.1.2013 - (COM(2011)0785 – C7‑0435/2011 – 2011/0370(COD)) - ***I

Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
Rapporteur: Silvia Costa


Proċedura : 2011/0370(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0011/2013
Testi mressqa :
A7-0011/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva

(COM(2011)0785 – C7‑0435/2011 – 2011/0370(COD))

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0785),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 166(4), 167(5) u 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0435/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-28 ta' Marzu 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-18 ta' Lulju 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0011/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jinnota li l-pakkett finanzjarju li ġie speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit qabel ma jinkiseb ftehim dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;

3.  Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva[3]; itenni li jinħtieġu riżorsi addizzjonali suffiċjenti fil-QFP li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet eżistenti tal-politika tagħha u twettaq il-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll sabiex tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet mhux mistennija; iħeġġeġ lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew mill-proġetti tiegħu jistgħu jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija ta' valur miżjud Ewropew tagħhom; jindika li anke b'żieda ta' 5 % fil-livell tar-riżorsi għall-QFP li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-kisba tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi l-Programm ta’ Qafas Ewropa Kreattiva

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) It-Trattat għandu l-għan li jġib l-unjoni eqreb fost il-popli tal-Ewropa u jikkonferixxi lill-Unjoni l-kompitu, fost l-oħrajn, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess ħin tiżgura li jeżistu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-Unjoni, fejn meħtieġ, tappoġġja u tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jirrispettaw id-diversità kulturali u lingwistika, isaħħu l-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u jiffaċilitaw l-adattament għat-tibdil industrijali, b'mod partikolari permezz tat-taħriġ vokazzjonali.

(1) It-Trattat għandu l-għan li jġib l-unjoni eqreb fost il-popli tal-Ewropa u jikkonferixxi lill-Unjoni l-kompitu, fost l-oħrajn, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom. F’dan ir-rigward, l-Unjoni, fejn meħtieġ, tappoġġja u tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jirrispettaw u li jippromwovu d-diversità kulturali u lingwistika f’konformità mal-Artikolu 167 tat-Trattat u l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, u li jissalvagwardjaw u jsaħħu l-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli tal-Ewropa. Għandha wkoll trawwem il-kultura bħala element tal-libertà tal-espressjoni, l-inklużjoni, il-koeżjoni soċjali, id-djalogu interkulturali u l-attenzjoni għall-minoranzi.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) It-Trattat jirrikjedi li l-Unjoni u l-Istati Membri jiżguraw li jkunu jissussistu l-kondizzjonijiet neċessarji għall-kompetettività tal-industrija tal-Unjoni, inkluża l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol. F’dan is-sens, l-Unjoni, fejn ikun neċessarju, tappoġġja u tissupplementa l-azzjonijiet tal-Istati Membri għat-tisħiħ tal-kompetittività għas-setturi kulturali u kreattivi tagħha, l-aktar il-qasam awdjoviżiv, kif ukoll l-azzjonijiet ħalli jkun iffaċilitat l-adattament għall-bidliet li qed iseħħu bħalma hija d-diġitizzazzjoni, l-aktar permezz tat-taħriġ vokazzjonali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-appoġġ tal-Unjoni għas-setturi kulturali u kreattivi huwa bbażat fuq l-esperjenza miksuba mill-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin: Id-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Dicembru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007-2013), id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007), id-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi programm ta’ koperazzjoni fis-settur awdjoviżiv ma’ professjonisti minn pajjiżi terzi (MEDIA Mundus 2011-2013), id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 20111 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sa l-2019, id-Deċiżjoni Nru xy/2011 (iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew).

(2) L-appoġġ tal-Unjoni għas-setturi kulturali u kreattivi huwa bbażat fuq l-esperjenza miksuba mill-programmi u l-azzjonijiet li ġejjin: Id-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li tistabbilixxi l-Programm Kultura (2007-2013), id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Novembru 2006 dwar l-implimentazzjoni ta’ programm ta’ appoġġ lis-settur awdjoviżiv Ewropew (MEDIA 2007), id-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi programm ta’ kooperazzjoni fis-settur awdjoviżiv ma’ professjonisti minn pajjiżi terzi (MEDIA Mundus 2011-2013), id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li tistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin mill-2007 sal-2019, id-Deċiżjoni Nru 1194/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew1.

__________________

__________________

1 ĠU L

1 ĠU L 303, 22.11.2011, p. 1.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-"Aġenda Ewropea għall-kultura f'dinja ta' globalizzazzjoni", approvata mill-Kunsill fir-Riżoluzzjoni tas-16 ta’ Novembru 2007 tistabbilixxi l-objettivi għall-attivitajiet tal-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea għas-setturi kulturali u kreattivi. Din għandha l-għan li tippromwovi d-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali, tippromwovi l-kultura bħala katalist għall-kreattività fil-qafas għat-tkabbir u l-impjiegi u tippromwovi l-kultura bħala element vitali fir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni.

(3) L-"Aġenda Ewropea tal-kultura fl-era tal-globalizzazzjoni", approvata mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' April 20081 u mill-Kunsill f’riżoluzzjoni tas-16 ta’ Novembru 2007, tistabbilixxi l-objettivi għall-attivitajiet tal-ġejjieni tal-Unjoni għas-setturi kulturali u kreattivi. Din għandha l-għan li tippromwovi d-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali, tippromwovi l-kultura bħala katalist għall-kreattività fil-qafas għat-tkabbir u l-impjiegi u tippromwovi l-kultura bħala element vitali fir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni.

 

__________________

 

1 ĠU C 247 E, 15.10.2009, p. 32.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar l-isfruttar tal-potenzjal tal-industriji kulturali u kreattivi1, il-Parlament Ewropew saħaq li l-industriji kreattivi u kulturali jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni tal-ekonomiji lokali billi jħeġġu li jfiġġu tipi ġodda ta’ attività ekonomika, bil-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u sostenibbli u billi r-reġjuni, il-bliet u l-komunitajiet rurali Ewropej isiru aktar attraenti, u b’hekk ikunu moqdijin l-interessi tal-koeżjoni soċjali u territorjali. Barra minn hekk, il-kultura għandha rwol importanti x’taqdi f’termini ta’ żvilupp sostenibbli tat-territorji transkonfinali. L-istimolu tal-kultura u tal-kreattività għalhekk huwa parti integranti mill-kooperazzjoni territorjali u għandu jkun imsaħħaħ.

 

__________________

 

1 ĠU C 377 E, 7.12.2012, p. 142.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Fir-rigward tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikoli 11 u 21, is-setturi kulturali u kreattivi jagħtu kontribuzzjoni importanti għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni inklużi r-razziżmu u l-ksenofobija u huma pjattaforma importanti għal-libertà tal-kelma. L-Artikolu 22 jimponi obbligu li tiġi rrispettata d-diversità kulturali u lingwistika.

(4) Fir-rigward tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikoli 11 u 21, is-setturi kulturali u kreattivi jagħtu kontribuzzjoni importanti għall-ġlieda kontra l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni inklużi r-razziżmu u l-ksenofobija u huma pjattaforma importanti għal-libertà tal-espressjoni. L-Artikolu 22 jimponi obbligu li tiġi rrispettata d-diversità kulturali u lingwistika.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali tal-UNESCO li daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2007, u li l-Unjoni hija parti, għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali, inkluż il-ftehimiet internazzjonali ta’ koproduzzjoni u kodistribuzzjoni, u s-solidarjetà sabiex tiffavorixxi l-espressjoni kulturali tal-pajjiżi kollha.

(5) Il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali tal-UNESCO li daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2007, u li tagħmel parti mill-acquis communautaire, tissottolinja li l-attivitajiet, il-beni u s-servizzi kulturali, huma ta’ natura kemm ekonomika kemm kulturali, billi jwasslu l-identitajiet, il-valuri u t-tifsiriet, u għalhekk ma jridux ikunu trattati bħallikieku għandhom biss valur kummerċjali. Dik il-Konvenzjoni għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali, inkluż il-ftehimiet internazzjonali ta’ koproduzzjoni u kodistribuzzjoni, u s-solidarjetà sabiex tiffavorixxi l-espressjoni kulturali tal-pajjiżi u l-individwi kollha. F’dak is-sens, il-Konvenzjoni tiddikjara wkoll li għandha tingħata l-attenzjoni dovuta liċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet speċjali ta’ diversi gruppi soċjali, inklużi persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Wieħed mill-għanijiet ġenerali tal-programm ta’ qafas stabbilit b'dan ir-Regolament huwa l-ħarsien u t-titjib tal-wirt kulturali tal-Ewropa bħala suġġett ta’ dritt magħruf, fost l-oħrajn, bħala parti integrali tad-dritt ta' parteċipazzjoni fil-ħajja kulturali kif stabbilit fil-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-valur tal-wirt kulturali għas-soċjetà, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2011. Dik il-Konvenzjoni tenfasizza r-rwol tal-wirt kulturali fil-bini ta’ soċjetà paċifika u demokratika kif ukoll fil-proċess ta’ żvilupp sostenibbli, fil-promozzjoni ta’ diversità kulturali, fl-iżvilupp ta’ identità Ewropea komuni u fil-konservazzjoni tal-memorja tagħha.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Is-salvagwardjar u l-promozzjoni ta' wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli għandhom ikunu parti integrali mill-kompiti tal-Unjoni, fis-sens tal-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar is-Salvagwardja ta' Wirt Kulturali Intanġibbli tal-2003 u l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Kulturali u Naturali Dinji tal-1972, b'mod li jkunu koperti monumenti, siti, postijiet storiċi, mużewijiet, pajsaġġi u arkivji tal-films, u b'mod li jkunu jistgħu jitwettqu proġetti artistiċi kontemporanji biex jiġu valorizzati l-postijiet ikkonċernati, fejn tiġi promossa l-kreattività filwaqt illi jingħata sens ta’ approprijazzjoni mill-persuni tal-istorja tal-post jew l-oġġett inkwistjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-Unjoni ilha membru tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) sa mill-1 ta' Jannar 1995 u għalhekk għandha l-obbligu ġenerali li tirrispetta l-impenji meħuda skont il-Ftehimiet tad-WTO.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa m’għandha l-ebda relevanza legali għar-regolament propost, u għalhekk għandha titħassar.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istrateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (Strateġija Ewropa 2020) tiddefinixxi strateġija li għandha l-għan li tbiddel l-Unjoni f’ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva li tagħti livelli għoljin ta’ impjieg, produttività u koeżjoni soċjali. F'din l-istrateġija, il-Kummissjoni nnotat li l-Unjoni teħtieġ tipprovdi kundizzjonijiet qafas aktar attraenti għall-innovazzjoni u l-kreattività, inkluż permezz ta’ inċentivi għat-tkabbir ta' ditti kummerċjali bbażati fuq l-għarfien u aċċess akbar għall-finanzi għas-setturi kulturali u kreattivi.

(7) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istrateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (Strateġija Ewropa 2020) tiddefinixxi strateġija li għandha l-għan li tbiddel l-Unjoni f’ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva li tagħti livelli għoljin ta’ impjieg, produttività u koeżjoni soċjali. F'dik l-istrateġija, il-Kummissjoni nnotat li l-Unjoni teħtieġ tipprovdi kundizzjonijiet qafas aktar attraenti għall-innovazzjoni u l-kreattività, inkluż permezz ta’ inċentivi għat-tkabbir ta' ditti kummerċjali bbażati fuq l-għarfien u aċċess akbar għall-finanzi għas-setturi kulturali u kreattivi. Mandankollu, l-abbiltà tal-operaturi kulturali u kreattivi li joperaw madwar l-Ewropa ġiet ristretta ħafna minħabba t-tnaqqis ta’ finanzjament mis-sorsi nazzjonali. Għalhekk, il-miri għall-impjiegi u l-industriji kulturali u kreattivi ma jistgħux jintlaħqu, jekk il-fondi għall-mobbiltà kreattiva u l-interazzjoni kreattiva madwar l-Ewropa u lil hinn ma jiżdidux b’mod sinifikanti.

Ġustifikazzjoni

Il-kriżi finanzjarja kkawżat it-tnaqqis tal-fondi għas-setturi kreattivi u kulturali fil-livell nazzjonali; għalhekk, il-fondi Ewropej jistgħu jagħmlu tajjeb b’mod parzjali għal dan it-telf.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-servizzi ta' informazzjoni dwar il-mobilità għall-artisti u l-professjonisti tal-kultura1 kkonfermaw l-importanza tal-mobilità tal-artisti u l-professjonisti tal-kultura għall-Unjoni u għall-kisba tal-objettivi tagħha fl-istrateġija Ewropa 2020, u talbu lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fl-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom u b’kunsiderazzjoni kif mistħoqq għall-prinċipju tas-sussidjarjetà, biex jiffaċilitaw l-għoti ta’ informazzjoni komprensiva u eżatta lill-artisti u l-professjonisti tal-kultura li qed ifittxu li jkunu mobbli ġewwa l-Unjoni.

 

_____________

 

1 ĠU C 175, 15.6.2011, p. 5.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kompetenzi ewlenin għal tagħlim tul il-ħajja1 tirrikonoxxi l-għarfien u l-espressjoni kulturali bħala prijorità, u tenfasizza b’mod partikolari l-importanza tal-espressjoni kreattiva tal-ideat, l-esperjenzi u l-emozzjonijiet f’firxa ta' midja (il-mużika, l-arti viżiva u tal-ispettaklu, u l-letteratura), bħala kompetenza ewlenija li kulħadd għandu jkollu sabiex ikun jista’ jirnexxi f’soċjetà bbażata fuq l-għarfien. Għaldaqstant tikkunsidra l-parteċipazzjoni u l-involviment attiv fil-kultura bħala fattur għall-innovazzjoni, il-produttività u l-kompetittività.

 

_______________

 

1 ĠU L 394, 30.12.2006, p. 10.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Minn dawn l-eżerċizzji ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u konsultazzjoni pubblika jirriżulta li l-programmi Kultura, MEDIA u MEDIA Mundus għandhom rwol verament importanti fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa u li dawn huma rilevanti għall-ħtiġijiet tas-setturi kulturali u kreattivi, iżda wkoll li l-objettivi ta’ kull programm ġdid għandhom jiġu allinjati mill-ġdid mal-miri ta' Ewropa 2020. Jidher ukoll minn dawn l-evalwazzjonijiet u konsultazzjonijiet, kif ukoll minn studji indipendenti differenti, b’mod partikolari l-istudju dwar id-dimensjoni intraprenditorjali tal-industriji kulturali u kreattivi, li s-setturi kulturali u kreattivi qed jaffaċċjaw sfidi komuni, jiġifieri kuntest tas-suq frammentat ħafna, l-impatt tal-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni, diffikultajiet ta' aċċess għall-finanzi u nuqqas ta' dejta paragunabbli, li kollha jeħtieġu azzjoni fil-livell tal-Unjoni.

(9) Minn dawn l-eżerċizzji ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u konsultazzjoni pubblika jirriżulta li l-programmi Kultura, MEDIA u MEDIA Mundus għandhom rwol verament importanti fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa. Jidher ukoll minn dawk l-evalwazzjonijiet u konsultazzjonijiet, kif ukoll minn studji indipendenti differenti, b’mod partikolari l-istudju dwar id-dimensjoni intraprenditorjali tal-industriji kulturali u kreattivi, li s-setturi kulturali u kreattivi qed jaffaċċjaw sfidi komuni, jiġifieri kuntest tas-suq u regolatorju frammentat ħafna, l-impatt tal-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni, diffikultajiet ta' aċċess għall-finanzi, piżijiet burokratiċi u nuqqas ta' dejta paragunabbli, li kollha jeħtieġu azzjoni fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Is-setturi kulturali u kreattivi Ewropej huma frammentati b'mod inerenti f’termini nazzjonali u lingwistiċi. Minn naħa waħda, il-frammentazzjoni tirriżulta f’xenarju kulturali varjat kulturalment u indipendenti ħafna, li jagħti vuċi lit-tradizzjonijiet kulturali differenti li jifformaw id-diversità tal-wirt Ewropew tagħna. Min-naħa l-oħra, il-frammentazzjoni twassal għal ċirkolazzjoni transnazzjonali limitata u subottimali ta’ xogħlijiet u operaturi kulturali u kreattivi ġewwa u barra l-Unjoni Ewropea, għal żbilanċi ġeografiċi u - sussegwentement - għal għażla limitata għall-konsumatur.

(10) Ix-xenarju kulturali u kreattiv Ewropew mhuwiex omoġenju fil-funzjonament u l-impatt ekonomiku tiegħu. Huwa frammentat b’mod inerenti anke f’termini nazzjonali u lingwistiċi. Minn naħa waħda, din is-sitwazzjoni tirriżulta f’qasam kulturali varjat kulturalment u indipendenti ħafna, li jagħti vuċi lit-tradizzjonijiet u l-esperimenti kulturali differenti u dan joħloq qasam kulturali komuni reali għall-popli tal-Ewropa. Min-naħa l-oħra, il-frammentazzjoni tfisser serje ta’ ostakli li jimpedixxu ċirkolazzjoni u mobilità transnazzjonali bla xkiel ta’ xogħlijiet kulturali u kreattivi, u jfixklu parteċipanti kulturali u kreattivi ġewwa u barra l-Unjoni Ewropea, li jista’ jwassal għal żbilanċi ġeografiċi fil-qasam tal-aċċess għal oġġetti kulturali.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Sabiex jikkonfronta dawn l-isfidi, is-settur jeħtieġ li jtejjeb il-ħiliet tal-iżvilupp tal-udjenza tiegħu, li jista’ jwassal għal benefiċċji kulturali, soċjali u ekonomiċi: kulturali, fis-sens li jgħin sabiex ix-xogħlijiet Ewropej jilħqu udjenzi akbar u jitrawwem involviment sinifikattiv; soċjali, billi jgħin sabiex jintlaħqu ż-żgħażagħ u l-persuni żvantaġġjati; u ekonomiċi, billi jgħin biex jinħolqu flussi ta’ dħul ġodda.

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett tal-bini tal-udjenza għandu jiġi interpretat f'termini ta’ aċċess u parteċipazzjoni fl-arti u l-kultura (eż. l-inklużjoni ta’ gruppi żvantaġġjati, l-arti u l-litteriżmu tal-kultura), kif ukoll id-diversità tal-offerta (eż. is-sottotitolizzar ta’ reċti teatrali). L-edukazzjoni għandha rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-udjenzi. Konsistenti mal-valutazzjoni tal-impatt tal-KE tal-Programm Kulturali.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-bidla diġitali qed ikollha impatt kbir fuq kif il-prodotti u s-servizzi kulturali u kreattivi jsiru, jiġu disseminati, aċċessati, ikkunsmati u msarrfa. Dawn il-bidliet joffru opportunitajiet kbar għas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej. Spejjeż aktar baxxi għad-distribuzzjoni, kanali ġodda ta’ distribuzzjoni u opportunitajiet ġodda għal prodotti speċjalizzati jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess u jżidu ċ-ċirkolazzjoni fid-dinja. Sabiex jieħdu dawn l-opportunitajiet u jadattaw għall-kuntest tal-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni, is-setturi kulturali u kreattivi jeħtieġu jiżviluppaw ħiliet ġodda u jeħtieġu aċċess akbar għall-finanzi sabiex itejbu t-tagħmir, jiżviluppaw metodi ġodda ta’ produzzjoni u distribuzzjoni u jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom.

(11) Il-bidla diġitali qed ikollha impatt kbir fuq kif il-prodotti u s-servizzi kulturali u kreattivi jsiru, jiġu disseminati, aċċessati, ikkunsmati u msarrfa. Dawn il-bidliet joffru opportunitajiet wiesgħa għas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u għas-soċjetà Ewropea inġenerali. Spejjeż aktar baxxi għad-distribuzzjoni, kanali ġodda ta’ distribuzzjoni, udjenzi akbar u globali u opportunitajiet ġodda għal prodotti speċjalizzati jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess u jżidu ċ-ċirkolazzjoni ta' xogħlijiet kulturali u artistiċi fid-dinja, filwaqt li fl-istess ħin jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali. Sabiex dawn l-opportunitajiet jintużaw b’mod sħiħ, is-setturi kulturali u kreattivi jeħtieġu jiżviluppaw il-ħiliet ta’ ġestjoni u diġitali tagħhom u jiksbu aċċess għal informazzjoni ta' kwalità aħjar, u għalhekk jeħtieġu aċċess saħansitra akbar għall-finanzi, sabiex itejbu t-tagħmir, jiżviluppaw metodi ġodda ta’ produzzjoni u distribuzzjoni u jiżviluppaw il-mudelli tan-negozju ġusti u kreattivi tagħhom stess.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-proċess li għaddej bħalissa ta’ konverġenza teknoloġika qed jibdel il-mod li bih ix-xogħlijiet kulturali u kreattivi jiġu prodotti, distribwiti u gawduti. Hu għalhekk neċessarju li jinstab ekwilibriju ġdid bejn l-aċċessibilità miżjuda tax-xogħlijiet kreattivi u kulturali, ir-remunerazzjoni ġusta tad-detenturi tad-drittijiet u l-ħolqien ta' mudelli ta’ negozju ġodda.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) L-eċċellenza u l-kompetittività tal-Ewropa fis-setturi tal-kultura u tal-kreattività huma r-riżultat tal-isforzi tal-artisti, il-kreaturi, u l-professjonisti, mogħnijin b’talenti tradizzjonali u innovattivi u ħiliet formali u informali li jeħtieġ li jkunu preservati, promossi u mkattrin permezz ta’ opportunitajiet għat-taħriġ, għall-iskambji u għall-mobilità, billi tingħata attenzjoni speċjali lill-ħiliet diġitali u imprenditorjali, b’rabta, fejn ikun xieraq, mal-edukazzjoni u l-programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja.

Ġustifikazzjoni

Il-kreaturi kif ukoll l-artisti għandhom rwol essenzjali fl-industriji tal-kultura u tal-kreattività. Jeħtieġ li l-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom jissaħħu regolarment, u li jkollhom aċċess għal taħriġ xieraq kif ukoll għal opportunitajiet ta’ skambju u ta’ mobilità.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c) L-iżvilupp tal-udjenza, b'mod speċjali f’dak li għandu x’jaqsam maż-żgħażagħ, jeħtieġ impenn speċifiku min-naħa tal-Istati Membri u tal-Unjoni favur l-appoġġ, fil-kurrikuli tal-iskola u fi programmi ad hoc, tat-titjib tal-edukazzjoni artistika, kulturali u kreattiva kif ukoll tal-litteriżmu ċinematografiku u medjatiku.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkun hemm investiment fl-edukazzjoni artistika, kulturali u kreattiva ħalli jiġi żviluppat fost iż-żgħażagħ sens ta’ apprezzament artistiku.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 12d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12 d) Biex jintlaħqu udjenzi ġodda, huma meħtieġa sforzi speċifiċi min-naħa tal-Istati Membri u tal-Unjoni biex jissaħħaħ l-aċċess ta’ gruppi soċjali individwali, u wkoll il-parteċipazzjoni u l-inklużjoni ta' gruppi bħal dawn.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 12e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12e) Bosta setturi kulturali, bħall-arti viżiva, huma bbażati fuq it-teknoloġija, li tagħmilha diffiċli li ssir distinzjoni bejn l-aspetti tekniċi u artistiċi; għalhekk huwa essenzjali li l-programm ikun flessibbli fir-rigward ta’ dawk is-setturi.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Waħda mill-akbar sfidi tas-setturi kulturali u kreattivi, speċjalment operaturi żgħar inklużi l-impriżi żgħar u medji (SME) u mikrointrapriżi, hija d-diffikultà tagħhom biex jaċċessaw il-fondi li jeħtieġu biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom, jikbru, iżommu l-kompetittività tagħhom jew jinternazzjonalizzaw ruħhom. Filwaqt li din hija sfida komuni għall-SMEs b’mod ġenerali, is-sitwazzjoni hija ferm aktar diffiċli fis-setturi kulturali u kreattivi minħabba n-natura intanġibbli ta’ ħafna mill-assi tagħhom, il-profil tal-prototip tal-attivitajiet tagħhom, in-nuqqas ta’ prontezza tal-operaturi biex jinvestu fis-setturi kif ukoll in-nuqqas ta’ prontezza tal-istituzzjonijiet finanzjarji biex jinvestu.

(13) Waħda mill-akbar sfidi tas-setturi kulturali u kreattivi, speċjalment operaturi żgħar inklużi l-mikrointrapriżi, l-impriżi żgħar u medji (SME) u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ, hija d-diffikultà li jaffaċċjaw biex jaċċessaw il-fondi – b’mod partikolari l-fondi tal-Unjoni, minħabba proċeduri tal-applikazzjoni kumplessi żżejjed – li jeħtieġu biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom, jikbru, iżommu u jżidu l-kompetittività tagħhom jew jinternazzjonalizzaw l-attivitajiet tagħhom. Filwaqt li din hija sfida komuni għall-SMEs b’mod ġenerali, is-sitwazzjoni hija ferm aktar diffiċli fis-setturi kulturali u kreattivi minħabba n-natura intanġibbli ta’ ħafna mill-assi tagħhom, il-profil tal-prototip tal-attivitajiet tagħhom u l-ħtieġa intrinsika tagħhom li jieħdu riskji u jesperimentaw sabiex jiġġeddu. Dan it-teħid tar-riskji mill-operaturi jeħtieġ li jinftiehem u jiġi appoġġjat ukoll mill-istituzzjonijiet finanzjarji.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Hemm bżonn li jinġabru flimkien il-programmi individwali attwali tal-Unjoni għas-setturi kulturali u kreattivi fi programm ta’ qafas komprensiv uniku sabiex ikun hemm appoġġ aktar effettiv tal-operaturi kulturali u kreattivi sabiex dawn jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li l-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni joffru u tingħatalhom għajnuna sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet li fil-preżent iwasslu għal frammentazzjoni tas-suq. Sabiex ikun effettiv, il-Programm għandu jikkunsidra n-natura speċifika tas-sottosetturi, il-gruppi differenti ta’ mira tagħhom u l-bżonnijiet partikolari tagħhom permezz ta’ approċċi mfassla apposta fit-taqsimiet indipendenti.

(15) Li jinġabru flimkien il-programmi attwali Kultura, MEDIA u MEDIA Mundus fi programm ta’ qafas komprensiv uniku – mingħajr, madankollu, ma titnaqqsilhom l-indipendenza reċiproka – jipprovdi appoġġ aktar effettiv tas-setturi kulturali u kreattivi sabiex dawn jiġu megħjuna ħalli jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li l-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni joffru u jindirizzaw il-kwistjonijiet li fil-preżent iwasslu għal frammentazzjoni tas-suq, partikolarment permezz ta’ approċċ transkulturali. Madankollu huwa essenzjali li jkun żgurat li dan il-qafas jikkunsidra n-natura speċifika tas-setturi kulturali u kreattivi, b’mod partikolari s-settur awdjoviżiv, kif ukoll il-ħtiġijiet partikolari tagħhom, permezz ta’ approċċi mfassla apposta fi ħdan żewġ programmi indipendenti.

Ġustifikazzjoni

Taħt il-Programm ta’ Qafas Ewropa Kreattiva, l-indipendenza tal-programmi Kultura u MEDIA għandha tinżamm, filwaqt li jkun żgurat il-funzjonament effiċjenti ta' azzjonijiet transettorjali maħsuba biex jindirizzaw sfidi komuni li jaffettwaw is-setturi kulturali u kreattivi kollha.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura u ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jgħinu jsaħħu s-sensazzjoni ta’ appartenenza għal żona kulturali komuni, u jikkontribwixxu biex itejbu l-valur tal-wirt kulturali. Il-finanzjament għandu jiġi pprovdut għal dawn iż-żewġ azzjonijiet tal-Unjoni.

(16) Il-finanzjament għandu jiġi pprovdut ukoll għall-azzjonijiet Kapitali Ewropea tal-Kultura u ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, kif ukoll azzjonijiet speċjali bħall-premijiet kulturali Ewropej, billi dawn jgħinu biex isaħħu s-sensazzjoni ta’ appartenenza għal żona kulturali komuni, jistimulaw djalogu interkulturali u fehim reċiproku u jikkontribwixxu biex itejbu l-valur tal-wirt kulturali.

Ġustifikazzjoni

Din il-Premessa għandha titfassal mill-ġdid biex tirrifletti aħjar il-fatt li l-proposta tindirizza biss il-finanzjament tal-azzjonijiet Kapitali Ewropea tal-Kultura u ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew għall-perjodu 2014-2020.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Hu meħtieġ li l-Programm ta' Qafas iqis li l-kultura għandha valur essenzjali, li jkun indipendenti mill-aspett ekonomiku tal-beni u s-servizzi kulturali. L-iżvilupp tiegħu għandu jqis din in-natura doppja tal-kultura biex ma jiffukax esklussivament fuq il-kompetittività ekonomika tagħha.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-parteċipazzjoni fil-programm se jkun miftuħ għall-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn strateġija ta’ preadeżjoni, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet ta' Qafas rispettivi, fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jew ftehimiet simili; għall-pajjiżi tal-EFTA li huma partijiet għall-Ftehim taż-ŻEE u għall-pajjiżi tal-Viċinat Ewropew skont il-proċeduri definiti f’dawk il-pajjiżi li jsegwu l-ftehimiet ta’ qafas li jipprovdu għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni Ewropea. Il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera hija soġġetta għal arranġamenti speċifiċi ma’ dak il-pajjiż.

(17) Il-parteċipazzjoni fil-Programm ta' Qafas fl-ambitu tal-integrazzjoni Ewropea se tkun miftuħa għall-Istati Membri, għall-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn strateġija ta’ preadeżjoni, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet ta' Qafas rispettivi, fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jew ftehimiet simili; għall-pajjiżi tal-EFTA li huma partijiet għall-Ftehim taż-ŻEE u għall-pajjiżi tal-Viċinat Ewropew skont il-proċeduri definiti f’dawk il-pajjiżi li jsegwu l-ftehimiet ta’ qafas li jipprovdu għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni Ewropea. Il-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera hija soġġetta għal arranġamenti speċifiċi ma’ dak il-pajjiż.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Il-Programm għandu jkun miftuħ aktar għal azzjonijiet ta’ kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali ma’ Stati oħra li mhumiex membri tal-UE abbażi ta’ approprjazzjonijiet addizzjonali li jridu jiġu definiti.

(18) Il-Programm ta’ Qafas għandu jkun miftuħ aktar għal azzjonijiet ta’ kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali ma’ Stati oħra li mhumiex membri tal-UE abbażi ta’ approprjazzjonijiet supplimentari u arranġamenti speċifiċi li għandhom jinqablu mal-partijiet ikkonċernati.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Jeħtieġ li titrawwem kooperazzjoni bejn il-Programm u l-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-kultura u l-awdjoviżiv bħall-UNESCO, il-Kunsill tal-Ewropa u b’mod partikolari l-Eurimages, l-OECD u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO).

(19) Jeħtieġ li titrawwem kooperazzjoni bejn il-Programm u l-organizzazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma kulturali u awdjoviżivi bħall-UNESCO, il-Kunsill tal-Ewropa u b’mod partikolari l-Eurimages u r-Rotot Kulturali Ewropej, l-OECD u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) u l-Istituti Nazzjonali tal-Unjoni Ewropea għall-Kultura (EUNIC).

Emenda  31

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a) L-Unjoni għandha, flimkien mal-Istati Membri, tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura kooperazzjoni tajba fis-setturi kulturali u kreattivi ma’ pajjiżi terzi (koperti minn dak li kien il-programm Media Mundus) u ma’ organizzazzjonijiet u entitajiet multilaterali u reġjonali, inklużi, iżda mhux limitati għal, istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, aġenziji, fondi u programmi tan-Nazzjonijiet Uniti, fondazzjonijiet privati u politiċi u donaturi mhux tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Peress li fil-QFP li jmiss, il-programm Media Mundus ġie integrat fil-qafas komuni, il-prijoritajiet tiegħu, il-kooperazzjoni internazzjonali u l-projezzjoni ta’ prodotti kulturali Ewropej fid-dinja – ma għandhomx jiġu abbandunati.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa fil-qafas tal-Programm, il-kumplimentarjetà għall-attivitajiet tal-Istati Membri u l-konformità mal-Artikolu 167(4) tat-Trattat u attivitajiet oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika industrijali u ta' koeżjoni, it-turiżmu u r-relazzjonijiet esterni.

(20) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa fil-Programm ta’ Qafas, il-kumplimentarjetà tagħhom għall-attivitajiet tal-Istati Membri u azzjonijiet oħra tal-Unjoni u l-konformità tagħhom mal-Artikolu 167 tat-Trattat, b'mod partikolari l-paragrafu 4 ta' dak l-Artikolu, u attivitajiet oħra tal-Unjoni, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika industrijali u ta' koeżjoni, il-politiki soċjali u tas-saħħa, it-turiżmu u r-relazzjonijiet esterni, kif ukoll l-Aġenda Diġitali.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) Ir-riżultati tal-Programm ta’ Qafas għandhom jinxterdu kemm jista’ jkun fil-wisa’. L-identifikazzjoni u l-iskambju tal-aqwa prattiki b'dimensjoni Ewropea qawwija li huma partikolarment rilevanti għall-objettivi tal-Programm ta' Qafas għandhom jiġu inkoraġġiti, abbażi tal-esperjenza ta’ inizjattivi preċedenti bħall-inizjattiva tal-Ambaxxaturi Kulturali Ewropej.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b) Dawk l-organizzazzjonijiet li sa issa ġew maħtura bħala Ambaxxaturi Kulturali Ewropej taħt il-Programm Kultura tal-2007 u li, għalhekk, permezz tal-influwenza tagħhom fil-qasam kulturali fil-livell Ewropew, għandhom kapaċità ċara li jkunu "rappreżentanti" tal-kultura Ewropea, għandu jkollhom id-dritt li jżommu dak it-titolu għall-perjodu mill-2014 sal-2020.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Programm, in-natura speċifika tas-setturi kulturali u kreattivi għandha tiġi kkunsidrata, u għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiżgura li l-proċeduri amministrattivi u finanzjarji jiġu simplifikati.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tat-test propost, kif ukoll tal-kwistjonijiet u l-problemi li jistgħu jqumu wara l-fużjoni tal-programmi Kultura u MEDIA, huwa essenzjali li jkunu żgurati l-prerogattivi taż-żewġ leġiżlaturi fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' dan il-Programm ta' Qafas ġdid, permezz tal-introduzzjoni ta' atti delegati, skont l-Artikolu 290 TFUE.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Kif imsemmi fir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-impatt tad-Deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimmodifikaw il-bażijiet legali tal-Programmi Ewropej fl-oqsma tat-Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u ċ-Ċittadinanza tat-30 ta’ Lulju 2010, it-tnaqqis sostanzjali tad-dewmien fil-proċeduri ta’ ġestjoni żied l-effiċjenza tal-programmi. Din it-tip ta' simplifikazzjoni għandha titkompla.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dawn il-ftehimiet mhumiex aktar rilevanti peress li kemm il-programmi kif ukoll il-proċeduri nbidlu minn dak iż-żmien 'l hawn. Fid-dawl tat-test propost, huwa tal-akbar importanza li l-leġiżlaturi jiżguraw id-dritt tagħhom ta' skrutinju.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan il-programm, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni u għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

imħassar

(Ara l-Emenda għall-Premessa 26a.)

Ġustifikazzjoni

Minħabba li r-Rapporteur jissuġġerixxi d-delega ta' setgħa lill-Kummissjoni rigward l-elementi mhux essenzjali ta' dan ir-regolament propost, inklużi l-programmi annwali, din il-Premessa dwar l-atti ta’ implimentazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 291 TFUE, m’għadhiex rilevanti, u għandha titħassar.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Sabiex temenda u tissupplimenta ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma annwali u l-adattament tal-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi għall-evalwazzjoni tal-Programm ta’ Qafas. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) B’konformità mal-prinċipji għall-valutazzjoni marbuta mal-prestazzjoni, il-proċeduri għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm għandhom jinkludu rapporti annwali dettaljati u jirreferu għall-miri u l-indikaturi speċifiċi, miżurabbli, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u marbuta biż-żmien stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(27) B’konformità mal-prinċipji għall-valutazzjoni marbuta mal-prestazzjoni, il-proċeduri għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programm ta’ Qafas għandhom jinkludu rapporti annwali dettaljati u għandhom jirreferu għall-miri u l-indikaturi adatti speċifiċi, miżurabbli, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u marbuta biż-żmien, kif ukoll oħrajn kwalitattivi, stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Fid-dawl tal-karattru transnazzjonali u internazzjonali tal-azzjonijiet proposti, l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom. Għal raġunijiet ta’ skala u l-effetti mistennija ta’ dawk l-azzjonijiet, ir-riżultati transnazzjonali jistgħu jinkisbu aħjar permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jappoġġa l-kisba tal-objettivi għas-salvagwardja u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika Ewropea u t-tisħiħ tal-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

(30) Fid-dawl tal-karattru transnazzjonali u internazzjonali tal-azzjonijiet proposti, l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jissalvagwardja, jiżviluppa u jippromwovi d-diversità kulturali u lingwistika Ewropea, jissalvagwardja u jtejjeb il-wirt kulturali tal-Ewropa, jiżviluppa sens ta' identità Ewropea fost l-Ewropej, jibni u jsaħħaħ il-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi tal-Ewropa u jappoġġja l-kompetittività tal-industrija awdjoviżiva Ewropea mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom. Għal raġunijiet ta’ skala u l-effetti mistennija ta’ dawk l-azzjonijiet, ir-riżultati transnazzjonali jistgħu jinkisbu aħjar permezz ta’ azzjoni fil-livell tal-Unjoni. L-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-suġġett

Stabbiliment u tul tal-Programm ta’ Qafas

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva għall-appoġġ tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Programm") għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm ta' Qafas Ewropa Kreattiva biex jappoġġja s-setturi kulturali u kreattivi Ewropej ("il-Programm ta’ Qafas").

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Programm ta’ Qafas għandu jopera mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. ‘setturi kulturali u kreattivi’ tfisser is-setturi kollha li l-attivitajiet tagħhom huma bbażati fuq valuri kulturali u/jew espressjonijiet artistiċi u kreattivi, irrispettivament jekk dawn l-attivitajiet humiex orjentati lejn is-suq jew le u mit-tip ta’ struttura li twettaqhom. Dawn l-attivitajiet jinkludu l-ħolqien, il-produzzjoni, id-disseminazzjoni u l-preservazzjoni ta’ prodotti u servizzi li jinkorporaw espressjonijiet kulturali, artistiċi jew kreattivi, kif ukoll il-funzjonijiet relatati bħall-edukazzjoni, il-ġestjoni jew ir-regolamentazzjoni. Is-setturi kulturali u kreattivi jinkludu b’mod partikolari l-arkitettura, l-arkivji u l-libreriji, is-snajja' artistika, il-prodotti awdjoviżivi (inklużi l-films, it-televiżjoni, il-videogames u l-multimedja), il-wirt kulturali, id-disinn, il-festivals, il-mużika, l-arti tal-ispettaklu, il-pubblikazzjoni, ir-radju u l-arti viżiva.

1. "setturi kulturali u kreattivi" tfisser is-setturi kollha li l-attivitajiet tagħhom huma bbażati fuq valuri kulturali u/jew espressjonijiet artistiċi u kreattivi, irrispettivament jekk dawk l-attivitajiet humiex orjentati lejn is-suq jew le u mit-tip ta’ struttura li twettaqhom. Dawk l-attivitajiet jinkludu l-ħolqien, il-produzzjoni, id-disseminazzjoni u l-preservazzjoni ta’ prodotti u servizzi li jinkorporaw espressjonijiet kulturali, artistiċi jew kreattivi, kif ukoll il-funzjonijiet relatati bħall-edukazzjoni jew il-ġestjoni.

 

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, is-setturi kulturali u kreattivi jinkludu b’mod partikolari:

 

l-arkitettura, l-arkivji, il-libreriji u l-mużewijiet, is-snajja' artistiċi, il-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli, id-disinn, il-festivals, il-mużika, il-letteratura, l-arti tal-ispettaklu, il-pubblikazzjoni, ir-radju u l-arti viżiva;

 

– is-settur awdjoviżiv (bħall-films, inklużi d-dokumentarji, il-films ta' finzjoni, il-films tat-tfal u animati, it-televiżjoni, il-videogames u l-multimedja);

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. "operatur" tfisser professjonist, organizzazzjoni, negozju jew istituzzjoni attiva fis-setturi kulturali u kreattivi.

2. "operatur kulturali u kreattiv" tfisser professjonist, organizzazzjoni (bi skop ta’ profitt jew le), istituzzjoni jew negozju, inklużi SMEs, attiv(a/i) fis-setturi kulturali u kreattivi.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. "intermedjarji finanzjarji" tfisser istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu jew jippjanaw li jipprovdu faċilitajiet ta' self jew kompetenzi addizzjonali li jirrigwardaw is-setturi kulturali u kreattivi.

3. "intermedjarji finanzjarji parteċipanti", magħżula mill-fond ta’ garanzija tas-setturi kulturali u kreattivi, f’konformità mar-Regolament (UE) Nru XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju], tfisser istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu jew jippjanaw li jipprovdu faċilitajiet ta' self jew kompetenzi addizzjonali li jirrigwardaw is-setturi kulturali u kreattivi.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. “SMEs” tfisser mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, kif definiti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju1, li huma attivi fis-setturi kulturali u kreattivi.

 

___________________

 

1 ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.

Ġustifikazzjoni

It-test oriġinali tal-Kummissjoni jirreferi għal “intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju”, imma dan it-terminu ma ġiex definit. Biex ma jkunx hemm malintiżi, jeħtieġ li jkun ikkjarifikat.

Emenda   48

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Programm għandu jappoġġa biss dawk l-azzjonijiet u attivitajiet li jippreżentaw valur miżjud Ewropew b’potenzjal u jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-inizjattivi ewlenin tagħha.

1. Fid-dawl tal-valur intrinsiku u ekonomiku tal-kultura, il-Programm ta’ Qafas għandu jappoġġa azzjonijiet u attivitajiet li jippreżentaw valur miżjud Ewropew.

2. Il-valur miżjud Ewropew għandu jkun żgurat b’mod partikolari permezz ta’:

2. Il-valur miżjud Ewropew għandu jkun żgurat permezz ta’, tal-anqas, wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(a) il-karattru transnazzjonali tal-attivitajiet tiegħu u l-impatt tagħhom li se jikkumplimentaw il-programmi nazzjonali, internazzjonali u oħrajn tal-Unjoni;

(a) il-karattru transnazzjonali tal-azzjonijiet u l-attivitajiet kulturali u kreattivi u l-impatt tagħhom fuq iċ-ċittadini Ewropej u l-għarfien tagħhom dwar kulturi oħrajn lil hinn minn tagħhom stess, li għandhom jikkumplimentaw il-programmi nazzjonali, internazzjonali u oħrajn tal-Unjoni;

 

(aa) il-promozzjoni tal-iskambji u d-djalogu interkulturali biex tiġi utilizzata d-diversità kulturali Ewropea, u fl-istess ħin, biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni reċiproka, kif ukoll biex titrawwem l-evoluzzjoni ta' spazju kulturali u kreattiv u ta' forum kulturali reali kondiviż mill-Ewropej;

(b) l-ekonomiji ta’ skala u l-massa kritika li l-appoġġ tal-Unjoni jrawwem, filwaqt li joħloq effett ta’ lieva fuq fondi addizzjonali;

(b) l-ekonomiji ta’ skala u l-massa kritika li l-appoġġ tal-Unjoni jrawwem, filwaqt li joħloq effett ta’ lieva fuq fondi addizzjonali;

(c) il-kooperazzjoni transnazzjonali li tistimula rispons aktar komprensiv, rapidu u effettiv għall-isfidi globali u toħloq effetti sistemiċi fit-tul fuq is-setturi;

(c) il-kooperazzjoni transnazzjonali bejn operaturi kulturali u kreattivi, li tistimula rispons aktar komprensiv, rapidu u effettiv għall-isfidi globali u l-innovazzjoni, jiġifieri toħloq żviluppi fit-tul u inklużivi għas-settur kollu f’termini ta’ mudelli ta' negozju ġodda u ta' żvilupp ġdid;

(d) l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet indaqs fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej billi jkunu kkunsidrati l-pajjiżi b’kapaċità tal-produzzjoni baxxa u/jew pajjiżi jew reġjuni b’żona ġeografika u lingwistika ristretta.

(d) l-iżgurar tal-kunsiderazzjoni tal-kundizzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, filwaqt li b’mod partikolari titqies is-sitwazzjoni tal-Istati Membri b’kapaċità tal-produzzjoni baxxa u/jew reġjuni tal-UE b’żona ġeografika u/jew lingwistika ristretta.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Objettivi ġenerali tal-Programm

Objettivi ġenerali tal-Programm ta’ Qafas

 

1. Il-Programm ta' Qafas għandu jistabbilixxi struttura koerenti ta’ appoġġ għas-setturi kulturali u kreattivi differenti li tikkonsisti f’sistema ta’ għotjiet ikkomplementata minn strument finanzjarju.

L-objettivi ġenerali tal-Programm għandhom ikunu dawn li ġejjin:

2. L-objettivi ġenerali tal-Programm ta’ Qafas għandhom ikunu:

(a) li jrawwem is-salvagwardja u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika Ewropea;

(a) li jissalvagwardja u jippromwovi d-diversità kulturali u lingwistika Ewropea u li jissalvagwardja u jtejjeb il-wirt kulturali Ewropew, kif ukoll li jiżviluppa sens ta’ identità Ewropea fost iċ-ċittadini Ewropej;

(b) li jsaħħaħ il-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi bil-għan li jiġi promoss it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

(b) li jibni u jsaħħaħ il-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi tal-Ewropa, bil-għan li jiġi promoss it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, sabiex jgħinhom jadattaw għall-bidliet industrijali u ekonomiċi, kif ukoll biex jappoġġja l-kompetittività tal-industrija awdjoviżiva Ewropea.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Objettivi speċifiċi tal-Programm

Objettivi speċifiċi tal-Programm ta’ Qafas

L-objettivi speċifiċi tal-Programm għandhom ikunu dawn li ġejjin:

L-objettivi speċifiċi tal-Programm ta’ Qafas għandhom ikunu:

(a) li jappoġġja l-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej sabiex joperaw b’mod transnazzjonali;

(a) li jsaħħaħ il-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej sabiex joperaw b'mod transnazzjonali u internazzjonali u sabiex jilqgħu għal sfidi ġodda, bħalma hija d-diġitizzazzjoni;

(b) li jippromovi ċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali tax-xogħlijiet u l-operaturi kulturali u kreattivi u jilħaq udjenzi ġodda fl-Ewropa u lil hinn;

(b) li jippromwovi u jtejjeb iċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali tax-xogħlijiet kulturali u kreattivi Ewropej u l-mobilità tal-operaturi kulturali u kreattivi, b’mod partikolari tal-artisti u tal-professjonisti kreattivi (speċjalment nisa), kif ukoll li jilħaq udjenzi ġodda u jtejjeb l-aċċess għax-xogħlijiet kuturali u kreattivi fl-Unjoni u lil hinn minnha, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ, il-membri tal-minoritajiet, il-gruppi żvantaġġati u l-persuni b’diżabilità;

(c) li jsaħħaħ il-kapaċità finanzjarja tas-setturi kulturali u kreattivi, u b'mod partikolari l-impriżi żgħar u medji u l-organizzazzjonijiet;

(c) li jsaħħaħ il-kapaċità finanzjarja tas-setturi kulturali u kreattivi u tal-operaturi kulturali u kreattivi, b'mod partikolari l-SMEs, u li jiżgura l-ugwaljanza bejn l-imprendituri nisa u rġiel;

(d) li jappoġġja l-kooperazzjoni politika transnazzjonali sabiex irawwem l-iżvilupp tal-politika, l-innovazzjoni, il-bini tal-udjenza u mudelli ġoddatan-negozju.

(d) li jappoġġa l-kooperazzjoni politika u artistika transnazzjonali fis-setturi kulturali u kreattivi rigward l-iżvilupp tal-politika, l-innovazzjoni, il-kreattività, l-iżvilupp tal-udjenza u mudelli ġodda tan-negozju.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Struttura tal-Programm

Struttura tal-Programm ta' Qafas

Emenda   52

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Programm għandu jikkonsisti fit-taqsimiet li ġejjin:

Il-Programm ta’ Qafas għandu jinkludi:

(a) Taqsima transettorjali indirizzata lis-setturi kulturali u kreattivi kollha;

(a) Taqsima transettorjali;

(b) Taqsima Kultura indirizzata għas-setturi kulturali u kreattivi;

(b) Programm Kultura;

(c) Taqsima MEDIA indirizzata għas-settur awdjoviżiv.

(c) Programm MEDIA.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Logos tal-programmi

 

1. il-Kummissjoni għandha tiżgura l-viżibbiltà tal-Programm ta’ Qafas permezz tal-użu ta’ logos, li se jkunu speċifiċi għal kull wieħed mill-programmi rispettivament imsemmija fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 6.

 

2. Il-benefiċjarji tal-programm Kultura għandhom jużaw logo tal-programm Kultura, li għandu jkun stabbilit mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi aktar dettalji għall-użu tal-logo tal-programm Kultura u għandha tinforma lill-benefiċjarji dwarhom.

 

3. Il-benefiċjarji tal-programm MEDIA għandhom jużaw il-logo tal-programm MEDIA stabbilit fil-punt 1 tal-Anness Ia. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi aktar dettalji għall-użu tal-logo tal-programm MEDIA u għandha tinforma lill-benefiċjarji dwarhom.

 

4. Il-Kummissjoni u l-Uffiċċji tal-Ewropa Kreattiva msemmija fl-Artikolu 8b għandhom ukoll ikunu intitolati jużaw il-logos tal-programmi.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu -7 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -7

 

Għanijiet tat-Taqsima Transettorjali

 

L-għanijiet tat-Taqsima Transettorjali għandhom ikunu li tistabbilixxi Faċilità ta’ Garanzija li lil SMEs u organizzazzjonijiet attivi fis-setturi kulturali u kreattivi u stabbiliti f'wieħed mill-pajjiżi msemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 16(2a), u li tappoġġja kooperazzjoni ta’ politika transnazzjonali u l-istabbiliment ta’ netwerk ta’ Uffiċċji tal-Ewropa Kreattiva kif imsemmi fl-Artikolu 8b.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Faċilità tas-Setturi Kulturali u Kreattivi

Il-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Faċilità mmirata lejn is-setturi kulturali u kreattivi u li titħaddem fil-kuntest ta' strument ta' dejn tal-Unjoni għall-impriżi żgħar u medji. Din il-faċilità għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, skont ir-regoli stabbiliti fl-Anness I, Faċilità ta’ Garanzija mmirata lejn is-setturi kulturali u kreattivi tal-Unjoni. Il-Faċilità ta’ Garanzija għandha topera bħala strument awtonomu u għandha tiġi stabbilita u ġestita skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju. Għandha tinfetaħ għall-SMEs kulturali u kreattivi u organizzazzjonijiet stabbiliti f'wieħed mill-pajjiżi msemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 16(2a).

 

Il-Faċilità ta’ Garanzija għandha tiġi stabbilita bħala proġett esperimentali u għandha tikkumplimenta l-għotjiet allokati permezz tal-Programm ta’ Qafas;

 

Il-Faċilità ta’ Garanzija għandha tippermetti t-tkabbir tas-setturi kulturali u kreattivi ġenerali, u b’mod partikolari għandha tagħti spinta suffiċjenti għal azzjonijiet u opportunitajiet ġodda;

 

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi tali sett ta’ parametri ċari u preċiżi lill-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), li jippermetti li jintgħażlu banek u intermedjarji finanzjarji xierqa favur il-kultura u l-proġetti kulturali u kreattivi, u sabiex jiġi żgurat pakkett ta’ kreditu bbilanċjat f’termini ta' setturi u d-daqs tal-SMEs appoġġjati fil-pajjiżi msemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 16(2a).

 

1a. Il-Faċilità ta' Garanzija għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

(a) l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzi għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju u organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej;

(a) l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs u organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, filwaqt li jiġi żgurat li la l-għoti ta' aktar garanziji f'forma ta' garanziji personali u lanqas l-aljenazzjoni ta' xi drittijiet tal-proprjetà bħad-drittijiet tad-distribuzzjoni jew tal-produzzjoni ma jkunu meħtieġa jew mitluba mill-operaturi sabiex jaċċessaw tali finanzjament;

(b) għal dan il-għan, it-titjib tal-kapaċità tal-istituzzjonijiet finanzjarji biex jivvalutaw proġetti kulturali u kreattivi, inkluż assistenza teknika u miżuri ta’ netwerking.

(b) it-titjib tal-kapaċità u l-prontezza tal-intermedjarji finanzjarji parteċipanti biex jivvalutaw ir-riskji assoċjati mal-SMEs u l-organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi u l-proġetti tagħhom, inkluż permezz tas-sensibilizzazzjoni, assistenza teknika, il-bini tal-għarfien u miżuri ta’ netwerking.

 

1b. Skont l-Artikolu 130(3) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-Faċilità ta’ Garanzija b’metodu ta’ ġestjoni indiretta billi tafda kompiti lill-FEI kif imsemmi fil-punt (iv) tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament Finanzjarju, soġġett għat-termini tal-ftehim li jrid jiġi konkluż bejn il-Kummissjoni u l-FEI.

2. Il-prijoritajiet għandhom jiġu implimentati kif definit fl-Anness I.

 

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex trawwem l-iżvilupp tal-politika, l-innovazzjoni, il-bini tal-udjenza u mudelli tan-negozju fis-setturi kulturali u kreattivi, il-Kummissjoni għandha timplimenta l-miżuri ta' appoġġ għall-kooperazzjoni tal-politika transnazzjonali kif ġej:

1. Sabiex tippromwovi l-kooperazzjoni transnazzjonali fil-politika, it-Taqsima Transettorjali għandha tipprovdi appoġġ għal:

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-iskambju transnazzjonali ta’ esperjenzi u kompetenzi dwar mudelli ġodda tan-negozju, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u netwerking fost l-operaturi kulturali u l-persuni li jfasslu l-politika relatati mal-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi;

(a) l-iskambju transnazzjonali ta’ esperjenzi u kompetenzi dwar mudelli ekonomiċi ġodda, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u netwerking fost l-operaturi kulturali – b’mod partikolari fost l-iżgħar – u l-persuni li jfasslu l-politika relatati mal-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi;

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) dejta tas-suq, studji, għodod ta' antiċipazzjoni tal-ħiliet u l-impjiegi, evalwazzjonijiet, analiżi tal-politika u appoġġ għal stħarriġ statistiku;

(b) il-ġbir ta’ dejta tas-suq, it-tfassil ta’ studji, analiżi tas-suq tax-xogħol u tal-ħtiġijiet tal-ħiliet, analiżi tal-politika u stħarriġ statistiku kulturali nazzjonali u Ewropew abbażi ta’ strumenti u kriterji speċifiċi għal kull settur;

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tariffa ta' kontribuzzjoni għas-sħubija tal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew biex jitrawmu l-ġbir u l-analiżi tad-data fis-setturi kulturali u kreattivi;

(c) ħlas tat-tariffa ta' kontribuzzjoni għas-sħubija tal-Unjoni fl-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew biex jitrawmu l-ġbir u l-analiżi tad-data fis-settur awdjoviżiv;

Ġustifikazzjoni

Bħalissa l-mandat tal-Osservatorju ma jmurx lil hinn mis-settur awdjoviżiv. Ara l-Emenda għall-Artikolu 8 (ca).

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) studju tal-fattibbiltà, li għandu jsir sat-30 ta’ Ġunju 2014, li jesplora l-possibbiltà tal-ġbir u l-analiżi tad-dejta fis-setturi kulturali u kreattivi, għajr is-settur awdjoviżiv, li r-riżultati tiegħu għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-ittestjar ta’ approċċi ta' negozju ġodda u transettorjali għall-finanzjament, id-distribuzzjoni u l-kalkolu tal-ħolqien;

(d) l-ittestjar ta’ approċċi tan-negozju ġodda u transettorjali għall-finanzjament, id-distribuzzjoni u l-kalkolu tal-ħolqien, inklużi modi innovattivi ta’ kif jintużaw it-teknoloġiji diġitali;

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) konferenzi, seminars u djalogu politiku inkluż fil-qasam tal-litteriżmu kulturali u medjatiku;

(e) konferenzi, taħriġ, seminars u djalogu politiku dwar litteriżmu kulturali, medjatiku u diġitali kif ukoll edukazzjoni tal-films, f'kooperazzjoni, fost l-oħrajn, ma' organizzazzjonijiet tal-midja bħal organizzazzjonijiet tax-xandir, universitajiet u istituzzjonijiet kulturali oħra;

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) taħriġ għal professjonisti tas-setturi kulturali u kreattivi biex itejbu ħiliethom fl-oqsma kulturali, medjatiċi u diġitali;

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Kreattività u sperimentazzjoni transettorjali

 

Bħala appoġġ għall-kreatività u l-isperimentazzjoni bejn setturi kulturali u kreattivi differenti, il-Kummissjoni Ewropea għandha timplimenta miżuri ta’ assistenza, permezz ta’ proġetti pilota, bil-ħsieb li tkabbar il-kollaborazzjoni bejn is-setturi li ma għandhomx jew li ftit li xejn għandhom esperjenza ta’ kollaborazzjoni.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8b

 

Netwerk tal-Uffiċċji tal-Ewropa Kreattiva

 

1. Il-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Programm ta' Qafas għandhom jistabbilixxu Uffiċċji tal-Ewropa Kreattiva skont ir-regolamenti, ir-rekwiżiti interni u l-arranġamenti tagħhom.

 

2. L-istruttura eżistenti tal-Punti Kulturali ta' Kuntatt u l-Uffiċċji tal-MEDIA u l-kompiti rispettivi tagħhom għandhom jinżammu sabiex jiġi żgurat rispett għall-kompetenza eżistenti diġà u għall-karatteristiċi speċifiċi ta' kull settur. Madankollu l-kooperazzjoni bejniethom għandha tissaħħaħ sabiex jinbena netwerk effiċjenti.

 

3. Il-Kummissjoni, flimkien mal-pajjiżi li jipparteċipaw fil-Programm ta’ Qafas, għandha tappoġġja netwerk tal-Uffiċċji tal-Ewropa Kreattiva li jikkonsisti fl-Uffiċċji tal-MEDIA u l-Punti Kulturali ta' Kuntatt kollha.

(f) appoġġ għall-membri nazzjonali tan-netwerk tal-Uffiċċji tal-Ewropa Kreattiva biex iwettqu l-ħidmiet li ġejjin:

4. L-Uffiċċji tal-Ewropa Kreattiva għandhom iwettqu l-ħidmiet li ġejjin:

jippromwovu l-Programm Ewropa Kreattiva fil-livell nazzjonali;

(a) jippromwovu, u jipprovdu informazzjoni dwar, il-Programm ta’ Qafas fil-pajjiżi parteċipanti fl-oqsma rispettivi tagħhom;

jassistu s-setturi kulturali u kreattivi rigward il-Programm Ewropa Kreattiva u jipprovdu tagħrif dwar it-tipi differenti ta’ għajnuna disponibbli skont il-politika tal-Unjoni;

(b) jassistu s-setturi kulturali u kreattivi fir-rigward tal-Programm ta’ Qafas u jipprovdu tagħrif dwar opportunitajiet oħrajn rilevanti ta' appoġġ disponibbli skont il-politika tal-Unjoni;

jistimulaw il-kooperazzjoni transkonfinali bejn professjonisti, istituzzjonijiet, pjattaformi u netwerks;

(c) jistimulaw il-kooperazzjoni transkonfinali bejn professjonisti, istituzzjonijiet, pjattaformi u netwerks;

jappoġġjaw lill-Kummissjoni billi jipprovdu assistenza rigward is-setturi kulturali u kreattivi fl-Istati Membri, pereżempju permezz tal-provvista ta’ dejta dwar dawn is-setturi.

(d) jappoġġjaw lill-Kummissjoni billi jipprovdu assistenza rigward is-setturi kulturali u kreattivi fil-pajjiżi li jipparteċipaw fil-Programm ta’ Qafas, pereżempju billi jipprovdu dejta dwar dawk is-setturi, li għandha titqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati;

jappoġġaw lill-Kummissjoni fl-iżgurar ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni xierqa tar-riżultati u l-impatti tal-programm.

(e) jappoġġjaw lill-Kummissjoni fl-iżgurar ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni xierqa tar-riżultati u l-impatti tal-Programm ta’ Qafas.

 

(f) iħeġġu l-akbar parteċipazzjoni possibbli tal-operaturi kulturali u kreattivi fil-Programm ta' Qafas bis-saħħa ta’ disseminazzjoni effettiva tal-informazzjoni u b’inizjattivi xierqa għal networking bejniethom;

 

(g) jiżviluppaw kooperazzjoni aktar mill-qrib bejniethom sabiex jinbena netwerk Ewropew effettiv għall-provvista ta’ servizzi għas-setturi kulturali u kreattivi.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Kapitolu III – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-Taqsima Kultura

Il-programm Kultura:

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prijoritajiet tat-Taqsima Kultura

Prijoritajiet tal-programm Kultura

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-prijoritajiet fil-qasam tar-rinforzar tal-kapaċità tas-settur għandhom ikunu dawn li ġejjin:

1. Il-programm Kultura għandu jkollu l-prijoritajiet li ġejjin:

(a) l-appoġġ ta’ azzjonijiet li jipprovdu l-operaturi b’ħiliet u kompetenzi li jinkoraġġixxu l-adattament għat-teknoloġiji diġitali, inkluż l-ittestjar ta’ approċċi ġodda għall-bini tal-udjenza u l-mudelli tan-negozju;

(a) l-appoġġ ta’ azzjonijiet li jipprovdu l-operaturi kulturali u kreattivi b’ħiliet, kompetenzi u għarfien li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tas-setturi kulturali u kreattivi, inklużi dawk li jinkoraġġixxu l-adattament għat-teknoloġiji diġitali. Dan jinkludi l-ittestjar ta' approċċi innovattivi għall-iżvilupp tal-udjenza u l-ittestjar ta' mudelli ġodda tan-negozju u sħubijiet ġodda;

(b) l-appoġġ ta’ azzjonijiet li jippermettu li l-operaturi jinternazzjonalizzaw il-karrieri tagħhom fl-Ewropa u lil hinn;

(b) l-appoġġ ta’ azzjonijiet li jippermettu li l-operaturi kulturali u kreattivi jikkooperaw fuq livell internazzjonali u jinternazzjonalizzaw l-attivitajiet tagħhom fl-Unjoni u lil hinn, abbażi ta' strateġiji fit-tul;

(c) il-provvista ta’ appoġġ għat-tisħiħ tal-operaturi Ewropej u n-netwerks kulturali internazzjonali sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal opportunitajiet professjonali.

(c) il-provvista ta’ appoġġ għall-operaturi kulturali u kreattivi Ewropej, b’mod partikolari organizzazzjonijiet u netwerks internazzjonali, inkluż permezz ta' pjattaformi diġitali, sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal opportunitajiet professjonali, sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw il-qasam tal-attivitajiet u l-esperimentazzjoni tagħhom, filwaqt illi jiżguraw il-kontribuzzjoni tagħhom għad-dibattitu dwar l-iżvilupp tal-politika fil-livell Ewropew.

2. Il-prijoritajiet fil-qasam tal-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali għandhom ikunu dawn li ġejjin:

2. Il-prijoritajiet fil-qasam tal-mobilità u ċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) l-appoġġ għal tours, avvenimenti u esibizzjonijiet internazzjonali;

(a) l-appoġġ għal tours, avvenimenti, esibizzjonijiet u festivals internazzjonali;

(b) l-appoġġ għaċ-ċirkolazzjoni tal-letteratura Ewropea;

(b) l-appoġġ għaċ-ċirkolazzjoni ta’ xogħlijiet letterarji Ewropej, jew ta’ xogħlijiet ippubblikati relatati mal-arti, is-snajja' u l-kultura, bl-għan li tiġi żgurata l-aċċessibbiltà usa' possibbli;

(c) l-appoġġ għall-bini tal-udjenza bħala mezz għall-istimulazzjoni tal-interess fix-xogħlijiet kulturali Ewropej.

(c) l-appoġġ għall-iżvilupp tal-udjenza bħala mezz għall-istimulazzjoni tal-interess u t-titjib tal-aċċess għax-xogħlijiet kulturali Ewropej u l-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli, għall-akbar numru possibbli ta' ċittadini, sabiex tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri ta' appoġġ tat-Taqsima Kultura

Miżuri ta' appoġġ tal-programm Kultura

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-Taqsima Kultura għandha tipprovdi appoġġ għall-miżuri li ġejjin:

1. Sabiex jiġu implimentati l-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 9, il-programm Kultura għandu jagħti appoġġ għal:

(a) miżuri ta’ kooperazzjoni li jġibu flimkien operaturi minn pajjiżi differenti biex iwettqu attivitajiet settorjali jew transettorjali;

(a) proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali li jġibu flimkien operaturi kulturali u kreattivi minn pajjiżi differenti biex iwettqu attivitajiet kulturali u kreattivi settorjali jew transettorjali;

(b) attivitajiet minn korpi Ewropej li jikkonsistu minn netwerks ta’ operaturi minn pajjiżi differenti;

(b) attivitajiet minn netwerks Ewropej ta’ operaturi kulturali u kreattivi minn pajjiżi differenti u fil-wirjiet kulturali b’karattru Ewropew;

(c) Attivitajiet minn organizzazzjonijiet li jipprovdu pjattaforma Ewropea promozzjonali għall-iżvilupp ta’ talent emerġenti u jistimulaw iċ-ċirkolazzjoni ta’ artisti u xogħlijiet, b’effett sistematiku u fuq skala kbira;

(c) attivitajiet minn organizzazzjonijiet li jipprovdu pjattaformi Ewropej għall-iżvilupp ta’ talenti emerġenti u jippromwovu u jrawmu l-mobilità ta’ artisti u professjonisti fis-setturi kulturali u kreattivi, kif ukoll iċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet tagħhom madwar l-Ewropa u lil hinn minnha, bil-potenzjal li jinfluwenzaw b’mod wiesa' s-settur kollu, u jipprovdu għal effetti fit-tul:

(d) appoġġ għat-traduzzjoni litterarja;

(d) traduzzjonijiet letterarji (bħal xogħlijiet ta' finzjoni, rumanzi, stejjer, novelli, drammi, poeżija, komiks, eċċ.) u traduzzjonijiet ta' xogħlijiet relatati mal-arti, is-snajja' u l-kultura, kif ukoll il-promozzjoni ulterjuri tagħhom;

(e) azzjonijiet speċjali li għandhom l-għan li jiksbu viżibilità akbar tar-rikkezza u d-diversità tal-kulturi Ewropej, u jistimulaw djalogu interkulturali u fehim reċiproku, inklużi premjijiet kulturali Ewropej, iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, u l-Kapitali Ewropej tal-Kultura.

(e) azzjonijiet speċjali li għandhom l-għan li jiksbu viżibilità akbar tar-rikkezza u d-diversità tal-kulturi Ewropej, u li jistimulaw djalogu interkulturali u fehim reċiproku, inklużi premjijiet kulturali tal-Unjoni, iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, u l-Kapitali Ewropej tal-Kultura.

 

1a. Il-miżuri ta' appoġġ stipulati fil-paragrafu 1 għandhom jappoġġjaw, b'mod partikolari, proġetti li ma jkollhomx skop ta' qligħ.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Kapitolu IV – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-taqsima MEDIA

Il-programm MEDIA

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-prijoritajiet fil-qasam tar-rinforzar tal-kapaċità tas-settur għandhom ikunu dawn li ġejjin:

1. Bl-għan li tiġi rinforzata l-kapaċità tas-settur awdjoviżiv Ewropew, il-Programm MEDIA għandu jappoġġja:

(a) l-iffaċilitar tal-akkwiżizzjoni ta’ ħiliet u l-iżvilupp ta’ netwerks u b’mod partikolari l-inkoraġġiment tal-użu ta’ teknoloġiji diġitali sabiex jiżguraw l-adattament għall-iżvilupp tas-suq;

(a) il-ksib u l-ipperfezzjonar ta’ ħiliet u kompetenzi fil-qasam awdjoviżiv, kif ukoll l-iżvilupp ta’ netwerks u b’mod partikolari l-użu ta’ teknoloġiji diġitali sabiex jiżguraw adattament għall-iżviluppi tas-suq;

(b) iż-żieda fil-kapaċità tal-operaturi awdjoviżivi biex jiżviluppaw xogħlijiet awdjoviżivi b’potenzjal li jiċċirkolaw fl-Ewropa u lil hinn u biex jiffaċilitaw il-koproduzzjoni Ewropea u internazzjonali inkluż ma’ xandara tat-TV;

(b) iż-żieda fil-kapaċità tal-operaturi awdjoviżivi Ewropej biex jiżviluppaw xogħlijiet awdjoviżivi b’potenzjal li jiċċirkolaw fl-Unjoni u lil hinn u biex jiffaċilitaw il-koproduzzjoni Ewropea u internazzjonali, inkluż ma’ xandara tat-televiżjoni;

(c) l-inkoraġġiment ta’ skambji bejn in-negozji permezz tal-iffaċilitar tal-aċċess għas-swieq u l-għodod tan-negozju għal operaturi awdjoviżivi biex iżidu l-viżibilità tal-proġetti tagħhom fis-swieq Ewropej u internazzjonali.

(c) l-inkoraġġiment ta’ skambji bejn in-negozji permezz tal-iffaċilitar tal-aċċess għas-swieq għal operaturi awdjoviżivi u l-għodod tan-negozju biex ikunu jistgħu jżidu l-viżibilità tal-proġetti tagħhom fis-swieq tal-Unjoni u internazzjonali.

 

(ca) l-adozzjoni ta’ miżuri li jiffaċilitaw, b’mod partikolari, il-koproduzzjonijiet Ewropej u dawk internazzjonali tax-xogħlijiet awdjoviżivi.

2. Il-prijoritajiet fil-qasam tal-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali għandhom ikunu dawn li ġejjin:

2. Il-prijoritajiet fil-qasam tal-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a) l-appoġġ għad-distribuzzjoni teatrali permezz ta’ kummerċjalizzazzjoni, immarkar korporattiv, distribuzzjoni u wirja transnazzjonali ta’ proġetti awdjoviżivi;

(a) l-appoġġ għad-distribuzzjoni teatrali permezz ta’ kummerċjalizzazzjoni, branding, distribuzzjoni u wirja transnazzjonali ta’ xogħlijiet awdjoviżivi;

(b) l-appoġġ għall-kummerċjalizzazzjoni u d-distribuzzjoni transnazzjonali fuq pjattaformi onlajn;

(b) il-promozzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, l-immarkar korporattiv u d-distribuzzjoni transnazzjonali ta' xogħlijiet awdjoviżivi fuq pjattaformi onlajn;

(c) l-appoġġ tal-bini tal-udjenza bħala mezz għall-istimulazzjoni tal-interess għal xogħlijiet awdjoviżivi b'mod partikolari permezz ta’ promozzjoni, avvenimenti, litteriżmu tal-films u festivals;

(c) l-istimulazzjoni tal-interess tal-udjenza għal xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, b'mod partikolari permezz ta’ promozzjoni, avvenimenti, litteriżmu tal-films u festivals;

 

(ca) il-promozzjoni ta’ attivitajiet li jgħinu lil koprodutturi sħab Ewropej u internazzjonali biex jikkollaboraw u jipprovdu appoġġ għal xogħlijiet awdjoviżivi koprodotti;

(d) Jeħtieġ li tkun promossa l-flessibbiltà ta' modalitajiet ġodda ta' distribuzzjoni biex ikunu jistgħu jinħolqu mudelli ġodda tan-negozju.

(d) jeħtieġ li tkun promossa l-flessibbiltà ta' modalitajiet ġodda ta' distribuzzjoni biex ikunu jistgħu jinħolqu mudelli ġodda tan-negozju.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri ta' appoġġ tat-Taqsima MEDIA

Miżuri ta' appoġġ tal-programm MEDIA

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-Taqsima MEDIA għandha tipprovdi appoġġ għall-miżuri li ġejjin:

Sabiex jiġu implimentati l-prijoritajiet stipulati fl-Artikolu 11, il-programm MEDIA għandu jipprovdi appoġġ għal:

(a) l-appoġġ għall-iżvilupp ta’ offerta komprensiva ta’ akkwiżizzjoni ta’ ħiliet ġodda, kondiviżjoni ta’ għarfien u inizjattivi ta’ netwerking:

(a) li ssir disponibbli firxa komprensiva ta' miżuri ta' taħriġ li jippromwovu l-akkwiżizzjoni u t-titjib ta' ħiliet ġodda minn professjonisti awdjoviżivi, kondiviżjoni ta’ għarfien u inizjattivi ta’ netwerking, inkluża l-integrazzjoni tat-teknoloġiji diġitali;

 

(aa) is-sottotitolar, is-suprartitolar, id-dubbing u l-awdjodeskrizzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi;

(b) l-appoġġ tal-operaturi awdjoviżivi biex jiżviluppaw xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej b’potenzjal imtejjeb għaċ-ċirkolazzjoni transkonfinali;

(b) il-miżuri li għandhom l-għan li jappoġġjaw lill-operaturi awdjoviżivi Ewropej biex jiżviluppaw xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej b’potenzjal imtejjeb għaċ-ċirkolazzjoni transkonfinali, u li b’mod partikolari għandhom l-għan li jippromwovu l-iżvilupp ta' proġetti ta' produzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (xogħlijiet fittizji, xogħlijiet ta’ animazzjoni, dokumentarji) televiżivi u ċinematografiċi, kif ukoll xogħlijiet interattivi b’mod partikolari l-videogames, maħsuba għas-swieq Ewropej u internazzjonali;

(c) l-appoġġ għal attivitajiet li għandhom l-għan li jiffaċilitaw il-koproduzzjonijiet Ewropej u internazzjonali, inklużi dawk televiżivi;

(c) il-miżuri li għandhom l-għan jappoġġjaw l-attivitajiet ta' kumpaniji tal-produzzjoni awdjoviżiva Ewropej, b'mod partikolari ta' kumpaniji indipendenti, bl-għan li jiffaċilitaw il-koproduzzjonijiet Ewropej u internazzjonali ta' xogħlijiet awdjoviżivi, inklużi dawk televiżivi, kif ukoll li jappoġġjaw fondi ta' koproduzzjoni internazzjonali bbażati fl-UE;

(d) l-iffaċilitar tal-aċċess għal avvenimenti u swieq tal-kummerċ awdjoviżivi professjonali u l-użu ta’ għodda tan-negozju onlajn ġewwa u barra l-Ewropa;

(d) il-miżuri li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-aċċess għal avvenimenti u swieq tal-kummerċ awdjoviżivi professjonali u l-użu ta’ riżorsi ekonomiċi onlajn ġewwa u barra l-Ewropa, b’mod partikolari fil-kuntest tal-fora ta’ koproduzzjoni, u li jippromwovu l-proġetti u x-xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej fis-swieq tal-films, kemm Ewropej kif ukoll internazzjonali;

(e) l-istabbiliment ta’ sistemi ta’ appoġġ għad-distribuzzjoni ta’ films Ewropej mhux nazzjonali fuq il-pjattaformi kollha u għall-attivitajiet tal-bejgħ internazzjonali;

(e) il-miżuri li għandhom l-għan li jistabbilixxu sistemi ta’ appoġġ għad-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej mhux nazzjonali permezz tal-pjattaformi tad-distribuzzjoni taċ-ċinema u l-pjattaformi l-oħra kollha, inklużi pjattaformi ta’ vidjo fuq talba u pjattaformi mobbli, u għall-attivitajiet tal-bejgħ internazzjonali;

(f) l-iffaċilitar taċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej mad-dinja u ta’ films internazzjonali fl-Ewropa fuq il-pjattaformi kollha;

(f) il-miżuri li għandhom l-għan li jiffaċilitaw iċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej mad-dinja u ta’ films internazzjonali fl-Ewropa fuq il-pjattaformi kollha, permezz ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni b’mod partikolari bejn l-atturi differenti tas-settur awdjoviżiv (festivals, rappreżentanti tal-bejgħ, distributuri u l-pjattaformi ta’ distribuzzjoni kollha;

(g) l-appoġġ għal netwerk Ewropew ta’ sidien taċ-ċinema li juru proporzjon sinifikanti ta’ films Ewropej mhux nazzjonali, inkluż l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali;

(g) il-miżuri li għandhom l-għan li jappoġġjaw netwerk Ewropew ta’ sidien taċ-ċinema li juru maġġoranza ta’ films Ewropej, fosthom proporzjon sinifikanti ta’ films Ewropej mhux nazzjonali, u li jappoġġjaw l-integrazzjoni ta’ teknoloġiji diġitali, l-aktar bit-tħeġġiġ tad-diġitizzazzjoni tas-swali taċ-ċinema ta’ dawn is-sidien;

(h) l-appoġġ għal inizjattivi li jippreżentaw u jippromwovu diversità ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej;

(h) il-miżuri li għandhom l-għan li jappoġġjaw inizjattivi, inkluż festivals, li jippreżentaw u jippromwovu diversità ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u l-wirt awdjoviżiv u ċinematografiku, u li jtejbu l-aċċess għal udjenzi Ewropej u internazzjonali, fost l-oħrajn permezz tan-networking u pjattaformi onlajn;

(i) l-appoġġ għal attivitajiet li għandhom l-għan li jżidu l-għarfien u l-interess tal-udjenzi;

(i) il-miżuri li għandhom l-għan li jappoġġjaw attivitajiet immirati biex iżidu l-għarfien u l-interess tal-udjenzi fiċ-ċinema Ewropew, b'mod partikolari attivitajiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-litteriżmu ċinematografiku, speċjalment fost l-udjenzi żgħażagħ;

(j) l-appoġġ ta’ azzjonijiet innovattivi li jittestjaw mudelli u għodod tan-negozju ġodda fl-oqsma li x’aktarx jiġu influwenzati mill-introduzzjoni u l-użu tat-teknoloġiji diġitali.

(j) il-miżuri li għandhom l-għan li jappoġġjaw azzjonijiet innovattivi li jittestjaw mudelli u għodod tan-negozju ġodda fl-oqsma li x’aktarx jiġu influwenzati mill-introduzzjoni u l-użu tat-teknoloġiji diġitali.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Parteċipazzjoni fl-Osservatorju Ewropew tal-Mezzi Awdjoviżivi

 

1. Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Osservatorju Ewropew tal-Mezzi Awdjoviżivi għandha tagħmel parti integrali mill-programm MEDIA u għandha tikkontribwixxi għall-ilħiq tal-objettivi tiegħu billi:

 

(a) tħeġġeġ it-trasparenza u l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet indaqs fl-aċċessibbiltà għal informazzjoni legali u finanzjarja/tas-swieq u tikkontribwixxi għall-paragunabbiltà tal-informazzjoni legali u statistika;

 

(b) tipprovdi data u analiżi tas-swieq utli għall-elaborazzjoni tal-linji ta' azzjoni tal-programm MEDIA u għall-evalwazzjoni tal-impatt tagħhom fuq is-suq.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fir-relazzjonijiet tagħha mal-Osservatorju.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura l-konsistenza globali u l-komplementarjetà ma' dan li ġej:

1. Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha, f'konformità mal-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, tiżgura l-konsistenza globali u l-komplementarjetà tal-Programm ta' Qafas u s-sinerġiji tiegħu mal-politiki u l-programmi li ġejjin, li għandhom iqisu b'mod sħiħ l-objettivi tal-Programm Ewropa Kreattiva sabiex tiġi rispettata u promossa d-diversità kulturali:

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-politiki rilevanti tal-UE, b'mod partikolari dawk fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-impriża, it-turiżmu, il-ġustizzja u l-iżvilupp;

(a) il-politiki rilevanti tal-Unjoni, bħal dawk fl-oqsma tal-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, il-koeżjoni soċjali u territorjali, is-saħħa, is-suq intern, iż-żgħażagħ, iċ-ċittadinanza, ir-relazzjonijiet esterni, il-kummerċ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, it-turiżmu, il-ġustizzja, it-tkabbir u l-iżvilupp;

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) sorsi oħra rilevanti ta' finanzjament tal-UE fil-qasam tal-politiki tal-kultura u l-midja, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Programmi ta' Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji marbuta mal-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, il-programmi ta' kooperazzjoni esterna u l-istrumenti ta' qabel l-adeżjoni. B'mod partikolari, se jkun importanti li jiġu żgurati s-sinerġiji fil-livell ta' implimentazzjoni bejn il-Programm u l-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti.

(b) sorsi oħra rilevanti ta' finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-politiki tal-kultura u l-midja, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-programmi ta' riċerka u innovazzjoni.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-istrumenti finanzjarji marbuta mal-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, il-programmi ta' kooperazzjoni esterna u l-istrumenti ta' qabel l-adeżjoni.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) programmi oħra tal-Unjoni;

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc) strateġiji nazzjonali, reġjonali u lokali.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dan ir-Regolament għandu japplika u jiġi implimentat b'rispett lejn l-impenji internazzjonali tal-Unjoni.

2. Dan ir-Regolament għandu japplika u jiġi implimentat mingħajr ħsara għall-impenji internazzjonali tal-Unjoni.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura monitoraġġ u evalwazzjoni esterna regolari tal-Programm Ewropa Kreattiva skont l-indikaturi tal-prestazzjoni li ġejjin. Għandu jkun ikkunsidrat li l-kisba tal-miri ta' prestazzjoni tiddependi fuq l-impatt kumplimentari ta’ attivitajiet oħra fil-livell Ewropew u nazzjonali li jaffettwaw is-setturi kulturali u kreattivi:

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura monitoraġġ u evalwazzjoni esterna regolari tal-Programm ta' Qafas skont l-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi tal-prestazzjoni stipulati hawn taħt.

 

Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-Faċilità ta’ Garanzija. Bħala proġett esperimentali, il-proċess kollu tal-istabbiliment, il-funzjonament u r-riżultati għandu jkun monitorjat u evalwat kull sena, wara l-fażijiet differenti ta' kostituzzjoni, jiġifieri l-konklużjoni ta’ ftehim bejn il-Kummissjoni u l-FEI, il-pubblikazzjoni ta' sejħa għall-offerti fl-Istati Membri, l-istabbiliment ta’ forma ta’ ftehim bejn l-FEI u l-banek/intermedjarji finanzjarji magħżula, it-taħriġ tal-persunal, id-dispaċċ tal-komunikazzjoni dwar l-għodda nnifisha lill-operaturi, u l-produzzjoni ta’ valutazzjoni tal-impatt u r-rapport tal-progress bil-għan li tiġi riflessa s-sitwazzjoni fil-perjodu tal-programm li jmiss.

(a) Indikaturi għall-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 4:

(a) Indikaturi għall-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 4:

is-sehem tas-setturi tal-impjieg u s-sehem tal-PDG;

il-livell, il-bidla u s-sehem kulturali u kreattiv tas-setturi tal-impjieg u s-sehem tal-prodott domestiku gross;

il-perċentwal ta’ persuni li jirrapportaw li jaċċessaw xogħlijiet kulturali Ewropej.

dejta statistika dwar l-aċċess fl-Istati Membri għal xogħlijiet kulturali u kreattivi Ewropej mhux nazzjonali, b'mod partikolari xogħlijiet awdjoviżivi;

 

– dejta statistika dwar l-aċċess għal xogħlijiet kulturali u kreattivi Ewropej, b'mod partikolari xogħlijiet awdjoviżivi, f'pajjiżi oħra parteċipanti u fid-dinja.

(b) Indikaturi għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5:

(b) Indikaturi għall-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5:

Fir-rigward tal-objettiv dwar l-appoġġ għall-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 5:

Fir-rigward tal-objettiv imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 5:

l-internazzjonalizzazzjoni tal-operaturi kulturali u n-numru ta’ sħubijiet transnazzjonali maħluqa;

id-dimensjoni tal-attivitajiet internazzjonali tal-operaturi kulturali u kreattivi u n-numru ta’ sħubijiet transnazzjonali maħluqa;

 

– in-numru ta’ attivitajiet appoġġati mill-Programm ta’ Qafas li tejbu l-kompetenzi u l-ħiliet tal-operaturi kulturali u kreattivi u konsegwentement żiedu l-impjegabilità tagħhom;

– in-numru ta’ esperjenzi ta' tagħlim maħluqa għall-artisti/operaturi kulturali li żiedu l-ħiliet u l-impjegabilità tagħhom.

(Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija)

Fir-rigward tal-objettiv dwar il-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali tax-xogħlijiet u l-operaturi kulturali u kreattivi u l-ilħuq ta’ udjenzi ġodda fl-Ewropa u lil hinn minnha msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5:

Fir-rigward tal-objettiv imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 5:

It-Taqsima Kultura:

Il-programm Kultura:

– in-numru ta’ persuni milħuqa direttament u indirettament permezz tal-proġetti appoġġati mill-Programm.

– in-numru ta’ persuni milħuqa permezz tal-proġetti appoġġati mill-Programm ta' Qafas.

It-Taqsima MEDIA:

Il-programm MEDIA:

–in-numru ta’ ammissjonijiet għal films Ewropej fl-Ewropa u mad-dinja (l-10 swieq mhux Ewropej l-aktar importanti);

– in-numru ta’ ammissjonijiet għal films Ewropej nazzjonali u mhux nazzjonali fiċ-ċinema fl-Unjoni kollha u għal films Ewropej mad-dinja (l-10 swieq mhux Ewropej l-aktar importanti);

–il-perċentwal ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej fiċ-ċinemas, it-TV u l-pjattaformi diġitali.

– il-perċentwal ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej fis-swali taċ-ċinema, fuq it-televiżjoni u fuq il-pjattaformi diġitali.

 

– in-numru ta’ logħbiet diġitali Ewropew fi pjattaformi prinċipali tal-logħob (pjattaformi prinċipali tal-consoles, mobbli u onlajn).

Fir-rigward tal-objettiv dwar it-tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tas-setturi kulturali u kreattivi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5:

Fir-rigward tal-objettiv imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 5:

– il-volum ta’ self mogħti fil-qafas tal-faċilità finanzjarja;

il-volum ta’ self mogħti fil-qafas tal-Faċilità ta' Garanzija, maqsum skont l-oriġini nazzjonali, id-daqs u s-sottosetturi tal-SMEs u tal-organizzazzjonijiet;

 

il-volum ta' għotjiet ta' self mogħtija mill-intermedjarji finanzjarji, klassifikati skont l-oriġini nazzjonali tagħhom;

– in-numru u l-firxa ġeografika tal-istituzzjonijiet finanzjarji li jipprovdu aċċess għal finanzi għas-setturi kulturali u kreattivi;

in-numru u l-firxa ġeografika tal-intermedjarji finanzjarji;

– in-numru, l-oriġini nazzjonali u s-sottosetturi tal-benefiċjarji finali li jibbenefikaw mill-faċilità finanzjarja.

in-numru, l-oriġini nazzjonali u s-sottosetturi tal-SMEs u l-organizzazzjonijiet li jibbenefikaw mill-Faċilità ta' Garanzija;

 

– ir-rata medja ta' inadempjenza fuq self, klassifikata skont l-oriġini nazzjonali, id-daqs u s-sottosetturi tal-SMEs u l-organizzazzjonijiet;

 

– is-sitwazzjoni tal-kapital ta’ ekwità tal-benefiċjarji finali tal-istrument finanzjarju.

Fir-rigward tal-objettiv dwar l-appoġġ għall-kooperazzjoni tal-politika transnazzjonali msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 5:

Fir-rigward tal-objettiv imsemmi fil-punt (d) tal-Artikolu 5:

– in-numru ta’ Stati Membri li jagħmlu użu mir-riżultati tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni fl-iżvilupp tal-politika nazzjonali tagħhom u n-numru ta' inizjattivi ġodda.

– in-numru ta’ Stati Membri li jagħmlu użu mir-riżultati tal-Metodu Miftuħ ta’ Koordinazzjoni fl-iżvilupp tal-politika nazzjonali tagħhom u n-numru ta' inizjattivi ġodda.

 

– in-numru u l-kwalità ta’ applikazzjonijiet ipproċessati fil-Punti Kulturali ta’ Kuntatt u l-Uffiċċji tal-MEDIA;

 

– il-kwalità tas-servizz provdut mill-Punti Kulturali ta’ Kuntatt u l-Uffiċċji tal-MEDIA lill-koordinaturi ta’ proġetti potenzjali, li jridu jiġu evalwati minn uffiċċju espert indipendenti u estern.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Biex ikunu żgurati monitoraġġ u evalwazzjoni ottimi tal-Programm ta’ Qafas, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 17b li jadattaw l-indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi tal-prestazzjoni stabbiliti fil-paragrafu (1).

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-riżultati tal-proċess ta' monitoraġġ u valutazzjoni għandhom jintużaw fl-implimentazzjoni tal-Programm.

imħassar

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-valutazzjoni għandu jkollha l-kamp ta' applikazzjoni korrett u se titwettaq b'mod f'waqtu biżżejjed sabiex titqies fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjoni.

imħassar

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Minbarra l-monitoraġġ regolari l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni esterna mhux aktar tard minn tmiem l-2007 sabiex tivvaluta l-effikaċja fil-kisba tal-objettivi u l-effiċjenza tal-Programm u l-valur miżjud Ewropew tiegħu bil-ħsieb ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-Programm. L-evalwazzjoni għandha tindirizza l-kamp ta' applikazzjoni għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tal-Programm, l-issoktar tar-rilevanza tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tad-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE, id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE u d-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

1b. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Programm ta’ Qafas jiġi evalwat b’mod regolari, estern u indipendenti. Sabiex tivvaluta l-effikaċja fil-kisba tal-objettivi u l-effiċjenza tal-Programm ta’ Qafas, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-possibbiltà li jiġi ssimplifikat, il-koerenza interna u esterna tal-Programm, u l-issoktar tar-rilevanza tal-objettivi tiegħu. Minbarra li tqis l-indikaturi msemmija fil-paragrafu 1, l-evalwazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni ta’ fatturi rilevanti oħra, bħalma huma d-differenza bejn ir-rata medja ta’ mgħax fuq self provdut taħt il-Faċilità ta’ Garanzija u r-rata medja ta’ mgħax ġeneralment provdut lil SMEs b’kundizzjonijiet tas-suq normali. Għandhom jitqiesu wkoll ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tad-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE, id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE u d-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta’ evalwazzjoni f’nofs it-terminu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta’ Diċembru 2017.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti msemmija fil-punt (a), l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru 2017, rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm ta' Qafas fit-territorju tagħhom.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 14 - paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d. Evalwazzjoni finali tal-Programm ta' Qafas għandha titressaq mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2022.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) L-impatti aktar fit-tul u s-sostenibbiltà tal-effetti tal-miżuri għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni bl-għan li jitqiesu fid-deċiżjoni dwar il-possibbiltà ta' tiġdid, modifika jew sospensjoni ta' programm sussegwenti.

1e. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-impatti aktar fit-tul u s-sostenibbiltà tal-effetti tal-Programm ta’ Qafas mill-perspettiva tal-ġenerazzjoni li ġejja ta’ oqfsa finanzjarji pluriennali.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni u l-FEI għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti għall-kompiti tagħhom tkun disseminata fost l-Uffiċċji tal-Ewropa Kreattiva imsemmija fl-Artikolu 8b.

Emenda  92

Proposta għal regolament

L-Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-netwerk Creative Europe Desks imsemmi fl-Artikolu 8(f) għandu jiżgura l-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar il-finanzjament tal-Unjoni mogħti u r-riżultati miksuba għall-pajjiżhom.

2. In-netwerk tal-Uffiċċji tal-Ewropa Kreattiva għandhom jiżguraw il-komunikazzjoni u d-disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar il-finanzjament tal-Unjoni mogħti u r-riżultati miksuba għall-pajjiżi parteċipanti rispettivi.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Kapitolu VI – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aċċess għall-Programm

Aċċess għall-Programm ta' Qafas

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-Istati mhux Membri tal-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali

Dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-pajjiżi parteċipanti

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Programm għandu jrawwem id-diversità kulturali fil-livell internazzjonali b’konformità mal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali.

1. Il-Programm ta' Qafas għandu jrawwem id-diversità kulturali fil-livell internazzjonali b’konformità mal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali.

Emenda  96

Proposta għal regolament

L-Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-Taqsimiet għandhom ikunu miftuħin għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin sakemm il-kundizzjonijiet jintlaħqu, (inklużi dawk li jinsabu fid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva għat-taqsima MEDIA, u l-approprjazzjonijiet addizzjonali jitħallsu:

2. Il-Programm ta' Qafas għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 2a sakemm dawk il-pajjiżi jkunu:

 

– ffirmaw u rratifikaw il-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali;

 

laħqu l-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-midja awdjoviżiva fir-rigward tal-programm MEDIA;

 

– ħallsu l-approprjazzjonijiet addizzjonali.

 

2a. B'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2, il-Programm ta' Qafas għandu jkun miftuħ, ħlief fir-rigward tal-miżuri elenkati fl-Artikolu 7, għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi li ġejjin:

 

(a) l-Istati Membri;

(a) Il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn strateġija ta’ preadeżjoni, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet ta' Qafas rispettivi, fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jew ftehimiet simili;

(b) il-pajjiżi aderenti, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali li jibbenefikaw minn strateġija ta’ qabel l-adeżjoni, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kondizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawn il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-Ftehimiet Qafas rispettivi, fid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni jew ftehimiet simili;

(b) Il-pajjiżi tal-EFTA li huma membri taż-ŻEE, skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE;

(c) il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim taż-ŻEE;

(c) Il-Konfederazzjoni Svizzera, abbażi ta’ ftehim bilaterali li jrid jiġi konkluż ma’ dak il-pajjiż;

(d) il-Konfederazzjoni Svizzera, abbażi ta’ ftehim bilaterali li għandu jiġi konkluż ma’ dak il-pajjiż;

(d) Il-pajjiżi taż-żona tal-Viċinat Ewropew, skont il-proċeduri definiti f’dawk il-pajjiżi li jsegwu l-ftehimiet ta’ qafas li jipprovdu għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni Ewropea.

(e) il-pajjiżi taż-żona tal-Viċinat Ewropew, f'konformità mal-proċeduri definiti f’dawk il-pajjiżi skont il-ftehimiet ta’ qafas li jipprevedu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programmi tal-Unjoni.

 

2b. Il-pajjiżi msemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-paragrafu 2a għandhom jipparteċipaw fil-Faċilità ta' Garanzija kif definit fl-Artikolu 7.

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Programm għandu jkun miftuħ għal azzjonijiet ta’ kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali mmirati lejn pajjiżi jew reġjuni magħżula abbażi ta’ approprjazzjonijiet addizzjonali.

3. Il-Programm ta’ Qafas għandu jkun miftuħ għal azzjonijiet ta’ kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali mmirati lejn pajjiżi jew reġjuni magħżula abbażi ta’ approprjazzjonijiet addizzjonali.

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Programm għandu jippermetti kooperazzjoni u azzjonijiet konġunti ma’ pajjiżi li mhumiex qed jipparteċipaw fil-Programm u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali attivi fis-setturi kulturali u kreattivi bħall-UNESCO, il-Kunsill tal-Ewropa, l-OECD jew l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali abbażi tal-kontribuzzjonijiet konġunti għar-realizzazzjoni tal-objettivi tal-Programm.

4. Il-Programm ta’ Qafas għandu jippermetti kooperazzjoni u azzjonijiet konġunti ma’ pajjiżi li mhumiex qed jipparteċipaw fih u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali li huma attivi fis-setturi kulturali u kreattivi bħall-UNESCO, il-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi jew l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali abbażi tal-kontribuzzjonijiet konġunti għar-realizzazzjoni tal-objettivi tal-Programm ta’ Qafas.

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

imħassar

L-implimentazzjoni tal-Programm

 

Sabiex timplimenta l-programm, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma annwali permezz ta' atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 18(2). Il-programmi ta' ħidma annwali għandhom jistabbilixxu l-objettivi fil-mira, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tal-pjan ta' finanzjament. Huma għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammonti allokati għal kull azzjoni u kalendarju indikattiv tal-implimentazzjoni. Għall-għotjiet għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji ta' evalwazzjoni essenzjali u r-rata massima ta' kofinanzjament.

 

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 17a

 

Programmi ta’ ħidma annwali

 

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 17b li jistabbilixxu programmi ta’ ħidma annwali.

 

2. Il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jispeċifikaw, b’mod partikolari, l-objettivi fil-mira, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta’ implimentazzjoni u l-ammont totali tal-pjan ta’ finanzjament.

 

3. Il-programmi ta’ ħidma annwali għandhom jinkludu wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull taqsima u skeda indikattiva tal-implimentazzjoni. Rigward l-għotjiet, dawn għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali tal-evalwazzjoni u r-rata massima tal-kofinanzjament.

 

4. Għall-Faċilità ta’ Garanzija, il-programm ta’ ħidma annwali għandu jinkludi l-kriterji tal-eliġibbiltà u ta’ selezzjoni għal intermedjarji finanzjarji, il-kriterji tal-esklużjoni relatati mal-kontenut tal-proġetti sottomessi għall-intermedjarji finanzjarji parteċipanti, l-allokazzjoni annwali għall-FEI u l-kriterji tal-eliġibbiltà, ta’ selezzjoni u tal-għotja għall-fornituri tal-bini tal-kapaċitajiet.

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 17b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Article 17b

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 14(1a) u 17a(1) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ seba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għat-tul tal-Programm ta’ Qafas.

 

3. Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 14(1a) u 17a(1) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l--pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 14(1a) u 17a(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjonijiet li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-Programm Ewropa Kreattiva. Tali kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

imħassar

Emenda  103

Proposta għal regolament

L-Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

imħassar

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm għall-perjodu stabbilit fl-Artikolu 1(1) huwa stabbilit għal EUR 1 801 000 000.

1. Skont it-tifsira tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta‘ .../.... bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja soda, l-ammont ta' referenza primarju għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali f'termini tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm għall-perjodu stabbilit fl-Artikolu 1 (1) huwa stabbilit għal EUR 1 801 000 000.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-allokazzjoni baġitarja bejn il-programmi MEDIA u Kultura u t-Taqsima Transettorjali msemmija fl-Artikolu 6 għandha tkun kif ġej:

 

– tal-anqas 55 % għall-programm MEDIA;

 

– tal-anqas 30 % għall-programm Kultura;

 

– massimu ta’ 15 % għat-Taqsima Transettorjali, b’tal-anqas 4 % allokata għall-miżuri ta’ kooperazzjoni transnazzjonali elenkati fl-Artikolu 8 u għan-Netwerk tal-Uffiċċji tal-Ewropa Kreattiva msemmi fl-Artikolu 8b.

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet annwali disponibbli mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin bejn l-2014 u l-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja soda.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija intiża sabiex tirrinforza r-rwol tal-Parlament Ewropew bħala awtorità baġitarja fil-proċedura baġitarja annwali.

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. Fondi li jibqgħu ma jiġux allokati taħt it-Taqsima Transettorjali provduta fl-Artikolu 7 għandhom jitqassmu lill-programmi Kultura u MEDIA.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm tista' tkopri wkoll l-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet ta' preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni li jinħtieġu direttament għall-immaniġġjar tal-programm u l-kisba tal-objettivi tiegħu; b'mod partikolari, l-istudji, il-laqgħat tal-esperti, l-azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea safejn dawn huma marbuta mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha ta' għajnuna teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-immaniġġar tal-Programm.

2. L-allokazzjoni finanzjarja għall-Programm ta' Qafas tista' tkopri wkoll l-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet ta' preparazzjoni, monitoraġġ, kontroll, awditjar u valutazzjoni li jinħtieġu direttament għall-immaniġġar tal-Programm ta' Qafas u l-kisba tal-objettivi tiegħu; b'mod partikolari, l-istudji, il-laqgħat tal-esperti, l-azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluża l-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni Ewropea safejn dawn huma marbuta mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament, l-ispejjeż marbuta man-netwerks tal-IT li jiffokaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, flimkien mal-ispejjeż l-oħra kollha ta' għajnuna teknika u amministrattiva mġarrba mill-Kummissjoni għall-immaniġġar tal-Programm ta' Qafas. Tali allokazzjoni jeħtieġ li tkun definita u viżibbli b'mod ċar.

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħha u l-Qorti tal-Awdituri għandu jkollhom is-setgħa ta’ verifika, abbażi ta’ dokumenti u fuq il-post, fuq il-benefiċjarji tal-għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew il-fondi tal-Unjoni. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jkun awtorizzat iwettaq kontrolli u spezzjonijiet fil-post fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 bil-għan li jiġi stabbilit li kien hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b'rabta ma' ftehim ta' għajnuna finanzjarja jew deċiżjoni jew kuntratt li jikkonċernaw il-finanzjament tal-Unjoni.

2. The Commission or its representatives and the Court of Auditors shall have the power of audit, on the basis of documents and on the spot, over all grant beneficiaries, contractors and subcontractors who have received Union funds. The European Anti-fraud Office (OLAF) L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jkun awtorizzat iwettaq kontrolli u spezzjonijiet fil-post fuq l-operaturi ekonomiċi kkonċernati direttament jew indirettament minn tali finanzjament miksub taħt il-Programm ta' Qafas, skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, bl-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea b’rabta ma’ ftehim ta’ għajnuna finanzjarja jew deċiżjoni jew kuntratt li jikkonċernaw il-finanzjament tal-Unjoni.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ARRANĠAMENTI TA’ IMPLIMENTAZZJONI GĦALL-FAĊILITÀ TAS-SETTURI KULTURALI U KREATTIVI

Il-Faċilità ta’ Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi

 

(1) Il-Faċilità ta' Garanzija hija strument ta' dejn awtonomu li jipprovdi garanziji, għarfien u kapaċità tekniċi sabiex jiġu evalwati u koperti r-riskji u, potenzjalment, solliev kapitali, għall-proġetti fis-setturi kulturali u kreattivi permezz ta’ opportunitajiet ta’ ingranaġġ għall-intermedjarji finanzjarji.

 

(1a) L-allokazzjoni baġitarja għandha tkopri l-ispejjeż sħaħ tal-Faċilità ta’ Garanzija, inklużi l-obbligi tal-ħlas lejn l-intermedjarji finanzjarji bħat-telf mill-garanziji, it-tariffi tal-ġestjoni għall-FEI li jiġġestixxi r-riżorsi tal-Unjoni, u kwalunkwe spejjeż oħra eliġibbli.

 

(1b) Il-mira għall-volum ta’ garanziji finanzjarji fil-qafas tal-Faċilità ta' Garanzija għall-2020 għandha tkun self b’valur ta’ EUR 1 biljun.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi faċilità mmirata lejn is-setturi kulturali u kreattivi u operata fil-kuntest ta' strument ta' dejn tal-Unjoni Ewropea għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju. L-appoġġ finanzjarju previst għandu jkun immirat għall-impriżi u l-organizzazzjonijiet żgħar u ta’ daqs medju li joperaw fis-setturi kulturali u kreattivi.

 

1. Kompiti

 

Il-Faċilità għas-Setturi Kulturali u Kreattivi għandha twettaq il-kompiti li ġejjin:

(1c) Il-Faċilita ta’ Garanzija għandha tipprovdi:

(a) Jipprovdi garanziji lil intermedjarji finanzjarji xierqa minn kwalunkwe pajjiż li qed jipparteċipa fil-Programm Ewropa Kreattiva;

(a) garanziji lil intermedjarji finanzjarji xierqa minn wieħed mill-pajjiżi msemmija fil-punti (a), (c) u (d) tal-Artikolu 16(2a);

(b) lill-intermedjarji finanzjarji bil-kompetenzi u l-kapaċità addizzjonali biex jevalwaw ir-riskji assoċjati mal-operaturi fis-setturi kulturali u kreattivi;

(b) lill-intermedjarji finanzjarji bil-kompetenzi u l-kapaċità addizzjonali biex jevalwaw ir-riskji assoċjati ma’ SMEs u ma’ organizzazzjonijiet u l-proġetti kulturali u kreattivi tagħhom;

2. Għażla tal-intermedjarji

(2) Għażla tal-intermedjarji finanzjarji

L-intermedjarji għandhom jintgħażlu b’konformità mal-aħjar prattika tas-suq fir-rigward tal-effett fuq:

L-intermedjarji finanzjarji għandhom jintgħażlu b'konformità mal-aħjar prattika tas-suq, filwaqt li jittieħed kont tad-diffikultà fl-evalwazzjoni tar-riskju fi proġetti kulturali u kreattivi, u wara kunsiderazzjoni tal-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 7.

 

Għandha tingħata prijorità lill- intermedjarji finanzjarji li għandhom esperjenza sostanzjali fil-finanzjament ta' SMEs fis-setturi kulturali u kreattivi.

 

Il-kriterji tal-għażla għandhom jinkludu b'mod partikolari dawn li ġejjin:

– il-volum ta’ finanzjament tad-dejn li jitpoġġa għad-disponibilità tal-operatur kulturali u kreattiv u/jew

il-volum ta’ finanzjament tad-dejn li jkun tqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ SMEs u organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi;

 

il-volum ta’ finanzjament tad-dejn li jkun ġie allokat biex jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ SMEs u organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi;

– l-aċċess tal-operatur kulturali u kreattivi għall-finanzi, u/jew

 

– it-teħid ta’ riskji fil-finanzjament tal-operaturi kulturali u kreattivi mill-intermedjarju konċernat.

 

 

il-politika ta’ ġestjoni tar-riskju għal operazzjonijiet ta’ self, b'referenza partikolari għal proġetti kulturali u kreattivi;

 

– il-kapaċità għall-bini ta’ portafoll diversifikat ta’ self u t-tressiq ta’ pjan ta’ kummerjalizzazzjoni u promozzjoni lil SMEs f’diversi reġjuni u sottosetturi.

3. Tul taż-żmien tal-Faċilità għas-Setturi Kulturali u Kreattivi

(3) Tul ta' żmien tal-Faċilità ta’ Garanzija

Il-garanziji individwali jista' jkollhom maturità sa 10 snin.

Il-garanziji individwali jista' jkollhom maturità sa 10 snin.

Skont l-Artikolu 18.2 tar-Regolament XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju], id-dħul u r-ripagamenti ġġenerati bil-garanziji għandhom ikunu assenjati għall-faċilità finanzjarja. Għall-faċilitajiet finanzjarji diġà stabbiliti fil-qafas finanzjarju pluriennali preċedenti, id-dħul u r-ripagamenti ġġenerati mill-operazzjonijiet li nbdew fil-perjodu preċedenti għandhom ikunu assenjati għall-faċilità finanzjarja fil-perjodu attwali.

Skont il-punt (h) tal-Artikolu 18.3 tar-Regolament XX/2012 [ir-Regolament Finanzjarju], id-dħul u r-ripagamenti ġġenerati bil-garanziji għandhom ikunu assenjati għall-Faċilità ta’ Garanzija għal perjodu ta’ mhux aktar mit-tul tal-perjodu ta’ impenn miżjud b’10 snin. Għall-Fond ta’ Garanzija tal-Produzzjoni MEDIA, ir-ripagamenti ġġenerati mill-operazzjonijiet tiegħu stabbiliti fil-perjodu qabel dak kopert mill-Programm ta’ Qafas għandhom ikunu assenjati għall-Faċilità ta’ Garanzija fil-perjodu attwali.

4. Bini tal-Kapaċità

(4) Bini tal-Kapaċità

Il-bini tal-kapaċità taħt il-Faċilità għas-Setturi Kulturali u Kreattivi huwa essenzjalment il-provvista ta’ servizzi ta’ esperti lill-intermedjarji finanzjarji li jiffirmaw ftehim ta’ faċilità taħt il-Faċilità għas-Setturi Kulturali u Kreattivi, bl-objettiv li kull intermedjarju finanzjarju jingħata kompetenzi u kapaċità addizzjonali biex jevalwa r-riskji assoċjati mal-finanzjament tas-setturi kulturali u kreattivi. Addizzjonalment, l-operaturi fis-setturi kulturali u kreattivi jistgħu jibbenefikaw minn dan il-bini tal-kapaċità bl-iżvilupp tal-ħiliet xierqa biex jelaboraw pjanijiet tan-negozju u jippreparaw tagħrif preċiż tal-proġetti tagħhom li jistgħu jgħinu lill-intermedjarju finanzjarju jevalwa l-proġetti kulturali u kreattivi b'mod effiċjenti.

Il-bini tal-kapaċità taħt il-Faċilità ta’ Garanzija huwa l-provvista ta’ għarfien espert lill-intermedjarji finanzjarji biex jifhmu aktar is-setturi kulturali u kreattivi – rigward in-natura intanġibbli ta’ assi kollaterali, id-daqs tas-suq li m’għandux massa kritika, u n-natura ta’ prototip tal-prodotti u s-servizzi – u jipprovdu lil kull intermedjarju finanzjarju għarfien espert addizzjonali fil-ġmigħ ta’ portafolli u fl-evalwazzjoni tar-riskji assoċjati ma’ proġetti kulturali u kreattivi.

 

Ir-riżorsi allokati għall-bini tal-kapaċità għandhom jiġu limitati għal [10 %] tal-baġit għall-Faċilità ta’ Garanzija.

 

Il-FEI għandu jagħżel il-fornituri tal-bini tal-kapaċità f’isem il-Faċilità ta’ Garanzija u taħt is-sorveljanza tal-Kummissjoni permezz ta’ proċedura tal-akkwist pubblika u miftuħa, abbażi tal-kriterji bħall-esperjenza fil-finanzjament tas-setturi kulturali u kreattivi, il-kompetenza, il-firxa ġeografika, il-kapaċità tat-twassil u l-għarfien tas-suq.

5. Baġit

 

L-allokazzjoni baġitarja għandha tkopri l-ispejjeż sħaħ tal-Faċilità, inklużi l-obbligi tal-ħlas lejn l-intermedjarji finanzjarji bħat-telf mill-garanziji, it-tariffi tal-ġestjoni għall-FEI li jiġġestixxi r-riżorsi tal-Unjoni, kif ukoll kwalunkwe spejjeż oħra eliġibbli.

 

6. Viżibilità u sensibilizzazzjoni

(5) Viżibilità u sensibilizzazzjoni

Kull intermedjarju għandu jipprovdi livell xieraq ta’ viżibilità u trasparenza għall-appoġġ mogħti mill-Unjoni, inkluż tagħrif xieraq dwar l-opportunitajiet finanzjarji offruti mill-Programm.

Kull intermedjarju għandu jipprovdi livell xieraq ta’ viżibilità u trasparenza għall-appoġġ mogħti taħt il-Faċilità ta’ Garanzija, inkluż tagħrif xieraq dwar l-opportunitajiet finanzjarji mqiegħda għad-disponibilità mill-Faċilità ta’ Garanzija.

Għandu jkun żgurat li l-benefiċjarji finali jkunu informati b'mod xieraq dwar l-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli.

Għandu jkun żgurat li l-benefiċjarji finali jkunu informati b'mod xieraq dwar l-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli.

 

(6) Tipi ta' self

 

Tipi ta’ self kopert bil-Facilità ta’ Garanzija jinkludu, b’mod partikolari, self fir-rigward ta' dan li ġej:

 

– investiment f’beni tanġibbli jew intanġibbli;

 

– trasferimenti ta’ negozju;

 

– kapital li jdur (bħal finanzi interim, finanzi ta’ distakk (gap finance), inċentivi fiskali, fluss tal-flus, linji ta’ kreditu, eċċ.).

 

Kapital operatorju jista’ jinkudi krediti ta’ finanzjament tal-bank rilevanti fuq terminu qasir li permezz tagħhom jistgħu jiġu żgurati l-fondi tal-produtturi.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Anness Ia (ġdid) – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness Ia

 

Logo tal-programm MEDIA

Emenda  112

Proposta għal regolament

Anness Ia (ġdid) – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda tal-Parlament

1. Il-logo tal-programm MEDIA għandu jkun kif ġej:

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Ir-Rapporteur temmen li l-protezzjoni u l-promozzjoni tal-kreattività u l-kultura huma neċessarji għat-tisħiħ tal-għeruq u l-futur tal-għaqda fid-diversità Ewropea bil-pluraliżmu, id-demokrazija, u l-koeżistenza paċifika tagħha, kif ukoll għat-tisħiħ tal-mudell soċjali, u l-innovazzjoni, u l-inklużjoni soċjali, u l-iżvilupp sostenibbli, u d-djalogu interkulturali u l-apertura tagħha lejn pajjiżi terzi.

F’din il-perspettiva, l-UE tipproteġi u tippromwovi l-wirt tanġibbli u intanġibbli u tiżgura li d-dimensjoni kulturali titqies fil-politiki tagħha kollha.

Ir-Rapporteur tagħraf l-isforzi tal-Kummissjoni favur l-avvjament tal-potenzjal sħiħ tas-setturi kulturali u tal-kreattività f’termini ta’ tkabbir, kompetittività u ħolqien tal-impjiegi, kif ukoll f’termini ta’ protezzjoni u promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika.

Illum, is-setturi tal-kultura u tal-kreattività jikkontribwixxu 2,6 % tal-PGD Ewropew, b’tendenza lejn it-tkabbir, li hi tal-għaġeb f’kuntest ta’ bħalissa ta’ kriżi ekonomika, b’aktar minn 5 miljun impjieg.

Inġibdet b’mod partikolari l-attenzjoni għall-konsistenza u l-komplementarjetà tal-programm propost mal-politiki u l-azzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni (b’mod partikolari fis-setturi tal-edukazzjoni, tal-koeżjoni, tar-riċerka, u tal-impriża).

1. L-istruttura tal-programm (Artikolu 1 sa Artikolu 6)

Ir-Rapporteur tilqa’ t-tentattiv tal-Kummissjoni li tibni l-pontijiet bejn is-settur kulturali u dak awdjoviżiv, bit-twaqqif ta’ taqsima transettorjali li tgħinhom jittrattaw l-isfidi globali ta’ bħalissa: il-frammentazzjoni tas-suq Ewropew iġġenerata mid-diversità lingwistika u kulturali, il-ħtieġa tal-adattament għall-globalizzazzjoni u l-iswitchover diġitali, in-nuqqas ta’ data paragunabbli u d-diffikultajiet għall-SMEs fil-qasam tal-kultura u tal-kreattività li jkollhom aċċess għall-kreditu, ħwejjeġ li kollha jirrikjedu azzjoni f’livell ta’ Unjoni.

B’danakollu, ir-Rapporteur tissuġġerixxi li trid titqies in-natura partikolari ta’ kull settur, kif ukoll l-ispeċifiċitajiet ta’ kull settur. Il-programm propost, Ewropa Kreattiva, għandu għalhekk jitwaqqaf bħala Programm ta' Qafas (Emenda 27, Emenda 28), u jkun jikkonsisti f’żewġ programmi indipendenti, jiġifieri programm Kultura u programm MEDIA, u taqsima transettorjali, filwaqt li kull programm ikollu l-prijoritajiet, objettivi, u kriterji ta’ valutazzjoni speċifiċi tiegħu.

2. Definizzjionijiet u objettivi (Artikolu 2 sa Artikolu 5)

Ir-Rapporteur tipproponi li tikkjarifika d-definizzjoni tas-setturi tal-kultura u tal-kreattività (Emenda 30), tal-operaturi tal-kultura u tal-kreattività (Emenda 31) u tal-SMEs (Emenda 32).

Għar-rigward tal-objettivi ġenerali (Artikolu 4) u speċifiċi (Artikolu 5), ir-Rapporteur tipproponi li żżid is-salvagwardja u t-titjib tal-wirt kulturali tal-Ewropa (Emenda 7 u Emenda 39) bħala objettiv ġenerali, u l-appoġġ għall-espressjoni artistika u kreattiva permezz tal-mobilità, iċ-ċirkolazzjoni u s-sħubija kif ukoll bħala promozzjoni tal-operaturi tal-kultura u tal-kreattività, l-aktar in-nisa (Emenda 44), u aċċess aħjar għall-kultura min-naħa taċ-ċittadini (Emenda 46), bħala objettivi speċifiċi.

3. It-Taqsima Transettorjali (Kapitolu II)

a. Il-Faċilità ta’ Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi (Artikolu 7 u Anness I)

Ir-Rapporteur tipproponi li tiddeskrivi aħjar il-funzjonament tal-Faċilità ta’ Garanzija fl- Artikolu 7 (Emenda 56 sa Emenda 61) u fl-Anness I (Emenda 175 sa Emenda 195). Ir-Rapporteur tissuġġerixxi b’mod partikolari li jkunu biss l-SMEs u l-organizzazzjonijiet imwaqqfin fl-Istati Membri li għandhom jibbenefikaw mill-Faċilità (Emenda 57).

Minħabba fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi u ċari dwar il-funzjonament tal-Faċitilità ta’ Garanzija, ir-Rapporteur tipproponi wkoll li tikkjarifika d-dispożizzjonijiet marbutin mal-kriterji ta’ selezzjoni u mal-mekkaniżmi ta’ kontroll (Emenda 180 sa Emenda 187).

Barra minn hekk, ir-Rapporteur titlob li jkun hemm selezzjoni ekwilibrata tal-proġetti fil-portafolji (Emenda 144 sa Emenda 158, Emenda 187) u tissuġġerixxi li l-fondi li ma jkunux allokati għal dak li għandu jinkiseb b’rabta mal-Artikolu 7 għandhom ikunu redistribwiti għall-programmi Kultura u MEDIA (Emenda 174).

b. Kooperazzjoni tal-politika transnazzjonali (Artikolu 8)

Ir-Rapporteur tipproponi li ttejjeb xi punti speċifiċi marbutin mal-miżuri ta’ kooperazzjoni transnazzjonali bħalma hi l-promozzjoni tal-pjattaformi diġitali, netwerking aktar strutturat, kooperazzjoni aħjar tal-operaturi wkoll mal-universitajiet u mal-istituti kulturali fl-oqsma tal-litteriżmu kulturali, medjatiku, u diġitali, kif ukoll fl-edukazzjoni ċinematografika (Emenda 68). Ir-Rapporteur tipproponi wkoll appoġġ speċifiku għat-taħriġ tal-professjonisti fis-setturi tal-kultura u tal-kreattività fit-titjib tal-ħiliet diġitali (Emenda 69).

Ir-Rapporteur tissuġġerixxi li n-nuqqas ta’ data paragunabbli fl-oqsma tal-kultura u tal-kreattività jeħtieġ li jkun indirizzat, u tipproponi studju ta’ fattibilità li jesplora l-possibilità tal-ġbir u tal-analiżi tad-data fl-oqsma tal-kultura u tal-kreattività, ħlief għall-qasam awdjoviżiv (Emenda 66).

Ir-Rapporteur tqis li l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew għandu jissokta jiġbor id-data fil-qasam awdjoviżiv biss (Emenda 65) u tipproponi wkoll li tkun ikkjarifikata l-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Osservatorju, bil-proposta ta’ Artikolu 12a ġdid (Emenda 121).

c. Netwerk tal-Uffiċċji tal-Ewropa Kreattiva

Ir-Rapporteur tipproponi li din il-kwestjoni tkun indirizzata f’Artikolu separat u tissuggerixxi, fid-dawl tal-prinċipju tas-solidarjetà, li l-Istati Membri jkunu liberi li jiddeċiedu dwar kif ikunu organizzati l-Uffiċċji tagħhom (Emenda 70 sa Emenda 77) filwaqt li jsaħħu r-rwol u l-kapaċità tagħhom. Il-Kummissjoni għandha wkoll tappoġġja n-netwerk tal-Uffiċċji tal-Ewropa Kreattiva (Emenda 71).

4. Il-programm Kultura (Kapitolu III)

Ingħata aċċent isħaħ lill-effett pożittiv multiplu ta’ ċirkolazzjoni aħjar tax-xogħlijiet u l-operaturi kulturali u kreattivi għall-benefiċċju ta’ udjenza akbar, b’mod partikolari tfal, żgħażagħ, persuni b'diżabilità u gruppi sottorappreżentati (Emenda 44).

Ir-Rapporteur tqis li l-programm Kultura għandu jkun miftuħ għax-xogħlijiet awdjoviżivi biss jekk ikun anċillari għall-objettivi tiegħu (Emenda 53) u tisħaq li l-programm Kultura għandu jappoġġa b’mod partikolari l-proġetti li ma jkollhomx skop ta’ qligħ (Emenda 96).

Ir-Rapporteur tindirizza kwestjonijiet oħrajn, bħalma huma s-sħubijiet kreattivi u l-parteċipazzjoni attiva (Emenda 81), il-festivals (Emenda 84), il-pjattaformi diġitali għall-iskambji kulturali u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet kulturali u kreattivi (Emenda 87), il-promozzjoni tal-mobilità u t-taħriġ tal-artisti (Emenda 92) u l-appoġġ għat-traduzzjoni, b’mod partikolari l-letteratura, is-sottotitolar u l-awdjodeskrizzjoni ta’ xogħlijiet kulturali u kreattivi f’rappreżentazzjonijiet f'ħin dirett u f’esibizzjonijiet (Emenda 94).

5. Il-programm MEDIA (Kapitolu IV)

Illum, 38 % mit-30 000 liżar taċ-ċinema Ewropew għadhom jiddependu miċ-ċellulojde (fonti: Mediasalles) u l-koproduzzjonijiet għandhom probabilità ta’ tliet darbiet aktar li jkunu distribwiti barra minn pajjiżhom mill-produzzjonijiet nazzjonali (fonti: Eurimages).

L-akkwist u t-titjib tat-teknoloġiji diġitali għaċ-ċinema, kif ukoll il-miżuri għat-twaqqif ta’ sistemi ta’ appoġġ għad-distribuzzjoni ta’ films Ewropej mhux nazzjonali, permezz tad-distribuzzjoni teatrali u fuq pjattaformi oħrajn – b’mod partikolari d-distribuzzjoni satellitari – kif ukoll l-attivitajiet ta’ bejgħ internazzjonali – huma milqugħin, inklużi l-koproduzzjonijiet ċinematografiċi u televiżivi (Emenda 101).

Is-sottotitolar, id-doppjaġġ, u l-awdjodeskrizzjoni għal xogħlijiet awdjoviżivi (Emenda 110) ukoll huma inkoraġġiti. Għandu jingħata appoġġ għat-twaqqif ta’ pjattaformi diġitali Ewropej (Emenda 114).

L-akkwist ta’ ħiliet (Emenda 109) kif ukoll l-iżvilupp ta’ udjenza (Emenda 100), il-parteċipazzjoni attiva u s-sħubijiet kreattivi (Emenda 118), il-promozzjoni tal-litteriżmu ċinematografiku u medjatiku u l-kooperazzjoni bejn l-operaturi u l-universitajiet jew l-istituti kulturali (Emenda 119) huma indirizzati wkoll.

7. Riżultati tal-prestazzjoni u d-disseminazzjoni (Kapitolu V)

Ir-Rapporteur tipproponi li l-indikaturi kemm kwantitattivi kemm dawk kwalitattivi, li jkunu speċifiċi għal kull programm jintużaw għall-monitoraġġ tal-Programm ta' Qafas (Emenda 129) u tissuġġerixxi li dawn ikunu ċċarati (Emenda 30 sa Emenda 152).

8. L-aċċess għall-Programm ta’ Qafas (Artikolu 16)

Ir-Rapporteur tissuġġerixxi li l-Programm MEDIA għandu jkun miftuħ għall-istess għadd ta’ pajjiżi bħalma hu l-Programm Kultura, billi jitrattbu l-kondizzjonjiet tal-parteċipazzjoni (Emenda 160).

9. Logos u viżibilità (Artikolu 6a ġdid)

Ir-Rapporteur tinnota bi tħassib li t-twaħħid tal-programm Kultura u dak MEDIA jista’ jimmina l-viżibilità tagħhom, b’mod partikolari fil-każ tal-programm MEDIA li issa huwa ampjament rikonoxxut.

Ir-Rapporteur għalhekk tissuġġerixxi li l-logos eżistenti tal-programmi MEDIA u Kultura għandhom jinżammu (Emenda 54, Emenda 197 u Emenda 198). Barra minn hekk, bl-iskop li tingħata aktar viżibilità lill-Programm ta’ Qafas Ewropa Kreattiva, ir-Rapporteur tipproponi t-twaqqif tal-identità viżiva tiegħu, inkluż il-ħolqien ta’ emblema speċifiku.

10. Il-programm ta’ ħidma annwali u l-atti delegati (Artikolu 17a ġdid)

Meta titqies ir-redazzjoni pjuttost miftuħa u ġenerali tal-proposta, ir-Rapporteur tqis li dispożizzjonijiet proposti ta’ implementazzjoni ma jagħtux garanzija lil-leġiżlaturi li jkollhom biżżejjed kontroll u monitoraġġ tal-proċess ta’ implementazzjoni.

Is-suġġeriment tal-Kummissjoni li tiġi applikata l-proċedura ta’ konsultazzjoni għall-implementazzjoni tal-programm, kif preskritt fl-Artikolu 4 tar-Regolament 182/2011/UE mhix adegwata, billi skont din il-proċedura, il-Parlament ma jkunx jista’ jeżerċita l-kontroll tiegħu fuq kif il-Kummissjoni timplementa l-programm, jiġifieri ma jkollu l-ebda tagħrif u l-ebda jedd ta’ skrutinju fuq il-programm ta’ ħidma annwali li jiddelinea fid-dettall l-objettivi persegwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta’ implementazzjoni, u l-ammont totali tal-pjan ta’ finanzjament, deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni għall-għotjiet, prijoritajiet, kriterji ta’ valutazzjoni essenzjali u r-rata massima ta’ kofinanzjament.

Dawn l-elementi, skont it-termini tal-Artikolu 290 TFUE, jissupplementaw l-elementi mhux essenzjali tal-att bażiku f’liema każ għandhom jew ikunu inklużi fl-att bażiku jew inkella adotatti permezz ta’ atti ddelegati.

Ir-Rapporteur għalhekk tissuġġerixxi li jiddaħħlu l-atti ddelegati (Emenda 24, Emenda 166, Emenda 167), u tipproponi għalhekk li jitħassru d-dispożizzjonijiet kollha marbutin mal-atti ta’ implementazzjoni (Emenda 23, Emenda 165, Emenda 168, Emenda 169, Emenda 170).

11. Baġit (Artikolu 18)

Ir-Rapporteur tilqa’ l-baġit propost ta’ EUR 1.801 biljun li jirrappreżenta żieda effettiva ta’ 37 % apparagun mal-baġit kombinati tal-programmi MEDIA, MEDIA Mundus u Kultura 2007 ta’ bħalissa.

B'danakollu, l-ambitu tal-Programm ta’ Qafas hu usa’ milli kien qabel bl-inklużjoni tal-industriji tal-kultura u tal-kreattività, iż-żieda fil-għadd ta’ benefiċjarji u pajjiżi parteċipanti, u l-għadd ta’ azzjonijiet li jridu jiġu implementati.

Ir-Rapporteur tipproponi li l-baġit jiġi mfisser skont it-taqsimiet tiegħu għaż-żewġ programmi u għat-taqsima transettorjali (Emenda 172), u li jkun jagħti indikazzjonijiet dwar ir-rata massima ta’ kofinanzjament (Emenda 173).

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (16.11.2012)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva
(COM(2011)0785 – C7‑0435/2011 – 2011/0370(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Barbara Matera

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Kuntest

Il-Kummissjoni, fid-deskrizzjoni qasira tagħha għall-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss għall-perjodu 2014-2020, iddeċidiet li l-appoġġ għas-setturi kulturali u kreattivi għandu jibqa' element essenzjali tal-pakkett finanzjarju li jmiss u pproponiet programm qafas uniku "Ewropa Kreattiva", li jgħaqqad il-programmi attwali Kultura, MEDIA u MEDIA Mundus, u jinkludi faċilità finanzjarja ġdida li ttejjeb l-aċċess għall-finanzi għal intrapriżi ta' daqs żgħir u medju (SME) u organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi. Is-setturi huma elementi fundamentali għal Ewropa 2020 u l-QFP li jmiss, skont ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-12 ta’ Mejju 2011 (2010/2156)

Is-setturi kulturali u kreattivi jinkludu b’mod partikolari, iżda mhux limitati għal, l-arkitettura u d-diżinn, l-arti u s-snajja, l-awdjoviżiv u l-multimidja, il-kotba u l-istampa, il-wirt kulturali u l-arkivji, il-libreriji, il-mużika, l-arti tal-ispettaklu, il-videogames u l-arti viżiva. Is-setturi jagħtu kontribut importanti għall–impjiegi u t-tkabbir fl-Ewropa, u fl-2008 kienu jirrappreżentaw 4.5% tal-PDG totali tal-Ewropa u kienu jiġbru fihom 3.8% tal-forza tax-xogħol (8.5 miljuni impjiegi). Lil hinn mill-kontribuzzjoni diretta tagħhom għall-PDG, dawn joħolqu effetti indiretti f’setturi oħra tal-ekonomija bħat-turiżmu u jfornu l-kontenut għall-ICT. F’sens aktar wiesa’, il-kreattività se jkollha rwol essenzjali fl-edukazzjoni moderna u se tikkontribwixxi għall-objettivi Ewropa 2020. Din se tmexxi l-innovazzjoni, l-intraprenditorija, kif ukoll it-tkabbir intelliġenti u sostenibbli u tikkontribwixxi għall-inklużjoni soċjali.

Baġit

Il-baġit propost għall-qafas Ewropa Kreattiva għall-QFP li jmiss jammonta għal EUR 1,8 biljun, meta mqabbel mal-ammont ta’ EUR 1,17 biljun fil-QFP attwali għat-tliet programmi – Kultura (EUR 400 miljun), Midja (EUR 255 miljun) u Media Mundus (EUR 15 miljun) – li għandhom jinġabru taħt intestatura waħda. Il-programm il-ġdid huwa mistenni li se jikkonsisti fi tliet taqsimiet, bl-allokazzjoni li ġejja: 15 % għat-Taqsima Transettorjali, 30 % għat-Taqsima Kultura u 55 % għat-Taqsima MEDIA. Ir-Rapporteur tilqa’ ż-żieda proposta tal-pakkett baġitarju fil-livell tal-Unjoni għas-settur kulturali u dak kreattiv. Fl-istess hin, ir-Rapporteur tenfasizza li l-persentaġġ ippjanat tad-distribuzzjoni tal-fondi għandu jiġi inkluż fit-test leġiżlattiv, u mhux biss fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva annessa. Bl-istess mod, id-deskrizzjoni dettaljata tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-Faċilità (finanzjarja) għas-Setturi Kulturali u Kreattivi għandha tkun koperta mit-test leġiżlattiv. Barra minn hekk, ir-Rapporteur tindika li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u dan ma jistax ikun iffissat sakemm jintlaħaq qbil fuq il-proposta għal regolament dwar il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020.

Objettivi

L-għanijiet ġenerali tal-Programm se jkunu: (i) li jissalvagwardja u jippromwovi d-diversità kulturali u lingwistika Ewropea u (ii) li jsaħħaħ il-kompetittività tas-settur; b’hekk dan se jikkontribwixxi għall-Istrateġija tal-UE 2020 u l-inizjattivi ewlenin tagħha. L-objettivi speċifiċi huma dawk li ġejjin:

· l-appoġġ għall-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej biex joperaw b’mod transnazzjonali inkluż permezz tat-tisħiħ tar-relazzjonijiet u n-netwerks bejn l-operaturi;

· il-promozzjoni taċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali tax-xogħlijiet u l-operaturi kulturali u kreattivi u l-ilħuq ta’ udjenzi ġodda fl-Ewropa u lil hinn;

· it-tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tas-setturi kulturali u kreattivi;

· l-appoġġ tal-kooperazzjoni politika transnazzjonali sabiex jittrawmu l-iżvilupp tal-politika, l-innovazzjoni, il-bini tal-udjenza u mudelli ġodda ta’ negozju.

Ir-Rapporteur temmen li l-aspetti internazzjonali tas-setturi kulturali u kreattivi mhumiex spjegati biżżejjed, u partijiet sinifikanti tal-programm Media Mundus ma jinstabux, għalhekk, fil-proposta tal-Kummissjoni. Ir-Rapporteur għandha l-ħsieb li tintroduċi mill-ġdid l-elementi ewlenin tal-kooperazzjoni globali fil-proposta leġiżlattiva.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Kultura, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

1a. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva hu biss indikazzjoni lill-awtorità leġiżlattiva u ma jistax jiġi stabbilit sakemm ma jintlaħaq qbil rigward il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020;

Ġustifikazzjoni

Iċ-ċifri fil-bażijiet legali tematiċi ma jistgħux jitqiesu bħala finali, waqt li jkunu għadhom għaddejjin in-negozjati dwar il-QFP, skont il-prinċipju "xejn mhu deċiż, sakemm jiġi deċiż kollox".

Emenda  2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

1b. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFP) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva"1; itenni li jinħtieġu biżżejjed riżorsi addizzjonali fil-QFP li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet eżistenti tal-politika tagħha u twettaq il-kompiti l-ġodda previsti mit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll sabiex tindirizza sitwazzjonijiet mhux mistennija; iħeġġeġ lill-Kunsill, f'każ li ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet politiċi jew mill-proġetti tiegħu jista' jiġu abbandunati totalment, minkejja l-garanzija ta' valur miżjud Ewropew tagħhom; jindika li anke b'żieda ta' 5 % fil-livell tar-riżorsi għall-QFP li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni;

 

______________

 

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

Ġustifikazzjoni

Jekk il-Kunsill inqaqqas l-ammonti tal-QFP, il-PE jħeġġu jidentifika "prijoritajiet negattivi" minkejja l-valur miżjud ippruvat tagħhom u l-kompiti ġodda li l-Unjoni trid twettaq wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) It-Trattat għandu l-għan li jġib l-unjoni eqreb fost il-popli tal-Ewropa u jikkonferixxi lill-Unjoni l-kompitu, fost l-oħrajn, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess ħin tiżgura li jeżistu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-Unjoni, fejn meħtieġ, tappoġġa u tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jirrispettaw id-diversità kulturali u lingwistika, isaħħu l-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u jiffaċilitaw l-adattament għat-tibdil industrijali, b'mod partikolari permezz tat-taħriġ vokazzjonali.

(1) It-Trattat għandu l-għan li jġib l-unjoni eqreb fost il-popli tal-Ewropa u jikkonferixxi lill-Unjoni l-kompitu, fost l-oħrajn, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess ħin tiżgura li jeżistu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-Unjoni, fejn meħtieġ, tappoġġa u tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jippromwovu d-diversità kulturali u lingwistika, isaħħu l-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u jiffaċilitaw l-adattament għat-tibdil industrijali, b'mod partikolari permezz tat-taħriġ vokazzjonali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istrateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (Strateġija Ewropa 2020) tiddefinixxi strateġija li għandha l-għan li tbiddel l-Unjoni f’ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva li tagħti livelli għoljin ta’ impjieg, produttività u koeżjoni soċjali. F'din l-istrateġija, il-Kummissjoni nnotat li l-Unjoni teħtieġ tipprovdi kundizzjonijiet qafas aktar attraenti għall-innovazzjoni u l-kreattività, inkluż permezz ta’ inċentivi għat-tkabbir ta' ditti kummerċjali bbażati fuq l-għarfien u aċċess akbar għall-finanzi għas-setturi kulturali u kreattivi.

(7) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istrateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (Strateġija Ewropa 2020) tiddefinixxi strateġija li għandha l-għan li tbiddel l-Unjoni f’ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva li tagħti livelli għoljin ta’ impjieg, produttività u koeżjoni soċjali. F'din l-istrateġija, il-Kummissjoni nnotat li l-Unjoni teħtieġ tipprovdi kundizzjonijiet qafas aktar attraenti għall-innovazzjoni u l-kreattività, inkluż permezz ta’ inċentivi għat-tkabbir ta' ditti kummerċjali bbażati fuq l-għarfien u aċċess akbar għall-finanzi għas-setturi kulturali u kreattivi. Mandankollu, l-abbiltà tal-operaturi kulturali li joperaw madwar l-Ewropa ġiet ristretta ħafna minħabba t-tnaqqis ta’ finanzjament mis-sorsi nazzjonali. Għalhekk, il-miri għall-impjiegi u l-industriji kreattivi ma jistgħux jintlaħqu, jekk il-fondi għall-mobbiltà kreattiva u l-interazzjoni kreattiva madwar l-Ewropa u lil hinn ma jiżdiedux b’mod sinifikanti.

Ġustifikazzjoni

Il-kriżi finanzjarja kkawżat it-tnaqqis tal-fondi għas-setturi kreattivi u kulturali fil-livell nazzjonali; għalhekk, il-fondi Ewropej jistgħu jagħmlu tajjeb b’mod parzjali dan it-telf.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-bidla diġitali qed ikollha impatt massiv fuq kif il-prodotti u s-servizzi kulturali u kreattivi jsiru, jiġu disseminati, aċċessati, ikkunsmati u msarrfa. Dawn il-bidliet joffru opportunitajiet kbar għas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej. Spejjeż aktar baxxi għad-distribuzzjoni, kanali ġodda ta’ distribuzzjoni u opportunitajiet ġodda għal prodotti speċjalizzati jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess u jżidu ċ-ċirkolazzjoni fid-dinja. Sabiex jieħdu dawn l-opportunitajiet u jadattaw għall-kuntest tal-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni, is-setturi kulturali u kreattivi jeħtieġu jiżviluppaw ħiliet ġodda u jeħtieġu aċċess akbar għall-finanzi sabiex itejbu t-tagħmir, jiżviluppaw metodi ġodda ta’ produzzjoni u distribuzzjoni u jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom.

(11) Il-bidla diġitali qed ikollha impatt massiv fuq kif il-prodotti u s-servizzi kulturali u kreattivi jsiru, jiġu disseminati, aċċessati, ikkunsmati u msarrfa. Dawn il-bidliet joffru opportunitajiet kbar għas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej. Spejjeż aktar baxxi għad-distribuzzjoni, kanali ġodda ta’ distribuzzjoni u opportunitajiet ġodda għal prodotti speċjalizzati jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess u jżidu ċ-ċirkolazzjoni fid-dinja. Sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ minn dawn l-opportunitajiet u jadattaw għall-kuntest tal-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni, is-setturi kulturali u kreattivi jeħtieġu jiżviluppaw ħiliet ġodda u jeħtieġu aċċess akbar għall-finanzi sabiex itejbu t-tagħmir, jiżviluppaw metodi ġodda ta’ produzzjoni u distribuzzjoni u jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Waħda mill-akbar sfidi tas-setturi kulturali u kreattivi, speċjalment operaturi żgħar inklużi l-impriżi żgħar u medji (SME) u mikrointrapriżi, hija d-diffikultà tagħhom biex jaċċessaw il-fondi li jeħtieġu biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom, jikbru, iżommu l-kompetittività tagħhom jew jinternazzjonalizzaw ruħhom. Filwaqt li din hija sfida komuni għall-SMEs b’mod ġenerali, is-sitwazzjoni hija ferm aktar diffiċli fis-setturi kulturali u kreattivi minħabba n-natura intanġibbli ta’ ħafna mill-assi tagħhom, il-profil tal-prototip tal-attivitajiet tagħhom, in-nuqqas ta’ prontezza tal-operaturi biex jinvestu fis-setturi kif ukoll in-nuqqas ta’ prontezza tal-istituzzjonijiet finanzjarji biex jinvestu.

(13) Waħda mill-akbar sfidi tas-setturi kulturali u kreattivi, speċjalment operaturi żgħar inklużi l-impriżi żgħar u medji (SME) u mikrointrapriżi, hija d-diffikultà tagħhom biex jaċċessaw il-fondi li jeħtieġu biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom ħalli jżommu l-kompetittività u t-tkabbir tagħhom jew jinternazzjonalizzaw ruħhom. Filwaqt li din hija sfida komuni għall-SMEs b’mod ġenerali, is-sitwazzjoni hija ferm aktar diffiċli fis-setturi kulturali u kreattivi minħabba n-natura intanġibbli ta’ ħafna mill-assi tagħhom, il-profil tal-prototip tal-attivitajiet tagħhom, in-nuqqas ta’ prontezza tal-operaturi biex jinvestu fis-setturi kif ukoll in-nuqqas ta’ prontezza tal-istituzzjonijiet finanzjarji biex jinvestu.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a) L-Unjoni għandha, flimkien mal-Istati Membri, tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura kooperazzjoni tajba fis-setturi kulturali u kreattivi ma’ pajjiżi terzi (qabel il-programm Media Mundus) u ma’ organizzazzjonijiet u entitajiet multilaterali u reġjonali, inklużi, iżda mhux limitat għal, istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, aġenziji tan-Nazzjonijiet Uniti, fondi u programmi, fondazzjonijiet privati u politiċi u donaturi mhux tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Peress li fil-QFP li jmiss, il-programm Media Mundus ġie integrat fil-qafas komuni, il-prijoritajiet tiegħu - il-koooperazzjoni internazzjonali u l-projezzjoni ta’ prodotti kulturali Ewropej fid-dinja - ma għandhomx jiġu abbandunati.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Dan ir-Regolament jistabbilixxi għat-tul kollu tal-Programm, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' XX/YY/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja soda, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

(21) Dan ir-Regolament jistabbilixxi għat-tul kollu tal-Programm, pakkett finanzjarju indikattiv li jikkostitwixxi r-referenza finanzjarja, skont it-tifsira tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' XX/YY/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u dwar il-ġestjoni finanzjarja soda, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

Ġustifikazzjoni

Tagħmel il-premessa konformi mal-Artikolu 19(1).

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Programm, in-natura speċifika tas-setturi kulturali u kreattivi għandha tiġi kkunsidrata, u għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiżgura li l-proċeduri amministrattivi u finanzjarji jiġu simplifikati.

(23) Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Programm, in-natura speċifika tas-setturi kulturali u kreattivi għandha tiġi kkunsidrata. Għandu jingħata, b’mod partikolari, aċċess għall-Programm lil entitajiet żgħar u ta’ daqs medju, u dan l-aċċess ma għandux jiġi limitat għall-operaturi l-kbar biss. Il-Programm għandu jappoġġa mhux biss il-proġetti pluriennali, iżda wkoll inizjattivi ta’ terminu qasir u ta’ terminu medju. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-proċeduri amministrattivi u finanzjarji jiġu simplifikati.

Ġustifikazzjoni

Minħabba n-natura tas-setturi kulturali u kreattivi, il-proġetti u l-inizjattivi żgħar u ta’ daqs medju ma għandhomx jiġu esklużi mill-ambitu tal-proġett, peress li dawn jikkontribwixxu għall-kreattività u d-diversità li huma essenzjali għat-trawwim tal-kultura Ewropea.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Għandhom isiru provvedimenti għal miżuri li jikkontrollaw it-tranżizzjoni mill-Programmi Kultura 2007, MEDIA 2007 u MEDIA Mundus għall-Programm stabbilit f’dan ir-Regolament.

(29) Għandhom isiru provvedimenti għal miżuri li jikkontrollaw it-tranżizzjoni mill-Programmi Kultura 2007, MEDIA 2007 u MEDIA Mundus għall-Programm stabbilit f’dan ir-Regolament. Madankollu, fil-fażi ta’ tranżizzjoni kif ukoll f’dik operattiva tal-Programm komuni ġdid, il-fokus u l-objettivi individwali ta’ kull wieħed minn dawn il-programmi (Kultura, Media u Media Mundus) ma għandhomx jitnaqqsu.

Ġustifikazzjoni

Peress li fil-QFP li jmiss, il-programm Media Mundus ġie integrat fil-qafas komuni, il-prijoritajiet tiegħu, il-koooperazzjoni internazzjonali u l-projezzjoni ta’ prodotti kulturali Ewropej fid-dinja – ma għandhomx jiġu abbandunati.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 7 - titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Faċilità tas-Setturi Kulturali u Kreattivi

Il-Faċilità Finanzjarja tas-Setturi Kulturali u Kreattivi

Ġustifikazzjoni

In-natura “finanzjarja” tal-istrument ta’ appoġġ il-ġdid għandha tidher fit-titolu.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-prijoritajiet għandhom jiġu implimentati kif definit fl-Anness I.

2. Il-Faċilità Finanzjarja hija strument ta' dejn li jipprovdi garanziji, għarfien u kapaċità tekniċi sabiex jiġu evalwati u koperti r-riskji u, potenzjalment, solliev kapitali, għall-proġetti fis-setturi kulturali u kreattivi permezz ta’ opportunitajiet ta’ ingranaġġ għall-intermedjarji finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Il-Faċilità Finanzjarja għandha tiġi deskritta fid-dettall mhux biss fl-Anness jew fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja iżda l-aktar fit-test leġiżlattiv.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-intermedjarji finanzjarji magħżula għal appoġġ għandhom jikkonformaw mal-aħjar prassi tas-suq, fid-dawl tad-diffikultà li jiġi evalwat ir-riskju fil-proġetti kreattivi, u għandhom ikunu bbażati fuq il-volum tal-finanzjament ta’ dejn disponibbli għall-operaturi kulturali jew kreattivi u fuq il-kapaċità ta’ dawn tal-aħħar li jaċċedu għall-finanzjament, għal finanzjament ta’ riskju u għal finanzjament addizzjonali disponibbli għall-intermedjarji finanzjarji għall-appoġġ tal-operaturi kulturali u kreattivi.

Ġustifikazzjoni

Il-Faċilità Finanzjarja għandha tiġi deskritta fid-dettall mhux biss fl-Anness jew fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja iżda l-aktar fit-test leġiżlattiv.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-garanziji individwali jista' jkollhom maturità sa 10 snin. Skont l-Artikolu XX.X tar-Regolament (UE) XX/2012 [dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni], id-dħul u r-rimborsi maħluqa mill-garanziji għandhom ikunu assenjati mill-ġdid għall-Faċilità Finanzjarja. Għall-faċilitajiet finanzjarji diġà stabbiliti fil-qafas finanzjarju pluriennali preċedenti, id-dħul u r-rimborsi maħluqa mill-operazzjonijiet li nbdew fil-perjodu preċedenti għandhom ikunu assenjati għall-Faċilità Finanzjarja fil-perjodu attwali.

Ġustifikazzjoni

Il-Faċilità Finanzjarja għandha tiġi deskritta fid-dettall mhux biss fl-Anness jew fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja iżda l-aktar fit-test leġiżlattiv.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. Il-bini tal-kapaċità taħt il-Faċilità Finanzjarja huwa essenzjalment il-provvista ta’ servizzi ta’ esperti lill-intermedjarji finanzjarji li jiffirmaw ftehim ta’ faċilità taħt il-Faċilità Finanzjarja għas-Setturi Kulturali u Kreattivi, bl-objettiv li kull intermedjarju finanzjarju jingħata kompetenzi u kapaċità addizzjonali biex jevalwa r-riskji assoċjati mal-finanzjament tas-setturi kulturali u kreattivi. Addizzjonalment, l-operaturi fis-setturi kulturali u kreattivi għandhom jibbenefikaw minn dan il-bini tal-kapaċità bl-iżvilupp tal-ħiliet xierqa biex ifasslu pjanijiet tan-negozju u jippreparaw tagħrif preċiż tal-proġetti tagħhom li jistgħu jgħinu lill-intermedjarju finanzjarju jevalwa l-proġetti kulturali u kreattivi f'mod effiċjenti.

Ġustifikazzjoni

Il-Faċilità Finanzjarja għandha tiġi deskritta fid-dettall mhux biss fl-Anness jew fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja iżda l-aktar fit-test leġiżlattiv.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2d. L-allokazzjoni baġitarja għandha tkopri l-ispiża sħiħa tal-Faċilità Finanzjarja, inklużi l-obbligi tal-ħlas lejn l-intermedjarji finanzjarji bħat-telf mill-garanziji, it-tariffi tal-ġestjoni għall-Fond Ewropew tal-Investiment li jiġġestixxi r-riżorsi tal-Unjoni, kif ukoll kwalunkwe spejjeż oħra eliġibbli.

Ġustifikazzjoni

Il-Faċilità Finanzjarja għandha tiġi deskritta fid-dettall mhux biss fl-Anness jew fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja iżda l-aktar fit-test leġiżlattiv.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2e. Kull intermedjarju finanzjarju għandu jipprovdi livell xieraq ta’ viżibbiltà u trasparenza għall-appoġġ mogħti mill-Unjoni, inkluż tagħrif xieraq dwar l-opportunitajiet finanzjarji mqiegħda għad-disponibilità mill-Programm. Għandu jkun żgurat li l-benefiċjarji finali jkunu informati b'mod xieraq dwar l-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Il-Faċilità Finanzjarja għandha tiġi deskritta fid-dettall mhux biss fl-Anness jew fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja iżda l-aktar fit-test leġiżlattiv.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2f. Il-mira għall-volum ta’ garanziji finanzjarji fil-qafas tal-Faċilità Finanzjarja għall-2020 għandha tkun self b’valur ta’ EUR 1 biljun.

Ġustifikazzjoni

Il-Faċilità Finanzjarja għandha tiġi deskritta fid-dettall mhux biss fl-Anness jew fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja iżda l-aktar fit-test leġiżlattiv. Il-mira għall-Faċilità għandha tiġi stabbilita bħala fattur kwantitattiv.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da) it-titjib tal-kompetittività tal-industrija awdjoviżiva Ewropea u d-distribuzzjoni ta' xogħlijiet Ewropej barra mill-Ewropa u ż-żieda tad-domanda tal-pubbliku għal kontenut awdjoviżiv kulturali diversifikat.

Ġustifikazzjoni

Fil-kuntest tal-appoġġ għaċ-ċirkulazzjoni ta’ prodotti ta' midja Ewropej, huwa importanti li tiġi appoġġata l-kompetittività tal-industrija awdjoviżiva Ewropea u tiġi promosssa d-domanda għal dan il-kontenut awdjoviżiv sabiex tiġi ffaċċjata l-kompetizzjoni mill-Istati Uniti u l-kompetizzjoni li dejjem qed tikber mill-Asja.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm għall-perjodu stabbilit fl-Artikolu 1 (1) huwa stabbilit għal EUR 1 801 000 000.

1. Skont it-tifsira tal-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-.../... bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja soda, l-ammont ta' referenza primarju għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali f'termini tal-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Programm għall-perjodu stabbilit fl-Artikolu 1 (1) huwa stabbilit għal EUR 1 801 000 000.

Ġustifikazzjoni

It-tqassim tal-Programm għat-tliet taqsimiet għandu jiġi inkluż fil-proposta leġiżlattiva sabiex jiġi żgurat finanjament xieraq u adegwat għall-prijoritajiet kollha.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. L-awtorità baġitarja għandha tawtorizza l-approprjazzjonijiet annwali disponibbli mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin bejn l-2014 u l-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja soda.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija intiża sabiex tirrinforza r-rwol tal-Parlament Ewropew bħala awtorità baġitarja fil-proċedura baġitarja annwali.

PROĊEDURA

Titolu

Programm Ewropa Kreattiva

Referenzi

COM(2011)0785 – C7-0435/2011 – 2011/0370(COD)

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

30.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

30.11.2011

Rapporteur għal opinjoni

 Data tal-ħatra

Barbara Matera

6.2.2012

Data tal-adozzjoni

15.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Zuzana Brzobohatá, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, George Lyon, Barbara Matera, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, Derek Vaughan

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Jürgen Klute, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis, Nils Torvalds

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (20.9.2012)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva
(COM(2011)0785 – C7‑0435/2011 – 2011/0370(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Kinga Göncz

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Illum il-ġurnata, meta l-impjiegi u l-konsegwenzi soċjali tal-kriżi finanzjarja u dawk tal-miżuri ta' awsterità tagħna huma drammatiċi aktar minn qatt qabel u qed jheddu ċ-ċittadini tagħna bil-faqar fit-tul u bl-esklużjoni soċjali, irridu nkunu ċerti li l-proposti leġiżlattivi tagħna jiffaċilitaw verament ħajjet iċ-ċittadini tagħna u rridu wkoll nissalvagwardjaw il-fatt li jkunu aċċessibbli għalihom kollha, irrispettivament min-nazzjonalità jew minn liema sfond soċjali jkunu ġejjin.

Attwalment hemm 24.5 miljun persuna qgħeda fl-Unjoni Ewropea, jiġifieri 10.2% taċ-ċittadini tagħna li għandhom l-età tal-impjieg, u ż-żgħażagħ tagħna jirdu jegħlbu rata allarmanti ta' qgħad ta' aktar minn 22.4% u f'xi każijiet aktar għolja (kważi 50% f'diversi Stati Membri)[1]. Għaldaqstant, irridu nagħmlu l-almu tagħna biex nipprovdu opportunitajiet u assistenza lil dawk is-setturi li juru potenzjal għal tkabbir. Fis-setturi kulturali u kreattivi huwa faċli li wieħed jidentifika kapaċità definita għal tkabbir u żvilupp, billi "bejn l-2000 u l-2007, l-impjieg f'dawn is-setturi żdied b'medja ta' 3.5% fis-sena, meta mqabbel ma' 1% fl-ekonomija sħiħa tal-UE-27"[2]. Fl-2008 dawn is-setturi kienu jirrappreżentaw 4.5% tal-PDG totali Ewropew u kienu jimpjegaw madwar 3.8% tal-forza tax-xogħol; barra minn hekk, huma għandhom ukoll effett pożittiv u stimulanti fuq setturi oħrajn bħat-turiżmu, l-informatika, l-edukazzjoni, eċċ..

Il-Programm Ewropa Kreattiva (il-Programm) huwa programm ta' qafas ieħor li jista' jwassal għal avvanzi sinifikanti fil-ħajja tal-operaturi tal-industriji kreattivi u kulturali, iżda biss jekk ikun istitwit b'mod adegwat u jekk jirrispondi għall-ħtiġijiet u l-isfidi tas-setturi u tal-operaturi kollha tagħhom.

Minkejja dan, is-setturi kulturali u kreattivi huma eteroġeni u diversi daqs l-UE sħiħa. Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea diġà ssemmi l-fatt li s-setturi kulturali u kreattivi tal-UE huma frammentati skont il-konfini nazzjonali u lingwistiċi; madankollu, ma nistgħux ninjoraw il-fatt li hemm differenzi ulterjuri fil-possibilitajiet għall-operaturi li jwaqqfu u jmantnu l-attivtajiet tagħhom. F'xi Stati Membri li għandhom kapaċità produttiva iżgħar, setgħa ta' akkwist u kapaċità ta' sponsorjar aktar limitati, il-qagħda tas-setturi kulturali u kreattivi hija ħafna aktar diffiċli; għaldaqstant, ir-rapporteur tagħkom tissuġġerixxi li jitwettqu sforzi speċjali fir-rigward ta' dawk il-pajjiżi biex jiġi promoss il-potenzjal tas-setturi kulturali u kreattivi li jilħqu lill-konsumaturi.

Fattur ieħor importanti li jrid jitqies huwa l-kompitu diffiċli tal-operaturi, li jagħmlu parti minn gruppi żvantaġġjati (bħall-persuni b'diżabilità, persuni li ġejjin minn gruppi ta’ minoranza differenti, eċċ.), biex jaċċedu għall-programm u għall-fondi b'mod ġenerali. Ir-rapporteur tixtieq tenfasizza li d-drittijiet kulturali ta' dawn il-persuni jridu jiġu mħarsa u promossi.

Barra minn hekk irid jingħadd aspett ieħor, dak tal-importanza tal-mikrointrapriżi. Skont id-data tal-Kummissjoni Ewropea, 99% tal-impriżi kollha tal-UE huma SMEs, u 90% minnhom huma fil-fatt mikrointrapriżi (b'anqas minn 10 impjegati, fil-fatt jimpjegaw medja ta' 5 persuni). Dawn il-mikrointrapriżi jimpjegaw 53% tal-forza tax-xogħol fl-Ewropa; għaldaqstant, huma essenzjali għall-ekonomiji tagħna. Huma għandhom ukoll rwol sinifikanti fis-setturi kulturali u kreattivi u, għaldaqstant, huwa ta' importanza fundamentali li jiġi żgurat li l-programm ikun ta' benefiċċju għalihom ukoll.

L-operaturi żgħażagħ lanqas m'għandhom jintnesew; huwa essenzjali li huma jirċievu l-għajnuna u l-inċentivi kollha possibbli biex iwaqqfu, jħaddmu u jinternazzjonalizzaw l-impriżi u l-organizzazzjonijiet tagħhom kemm jista' jkun.

Sabiex tissaħħaħ il-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi bl-għan li l-istrateġija UE 2020 issir realtà, il-Programm għandu jappoġġjahom sabiex huma joperaw transnazzjonalment billi jagħtihom il-kompetenzi komunikattivi u imprenditorjali meħtieġa f'dan il-kuntest u għandu jippromwovi wkoll id-disponibilità ta' taħriġ maniġerjali, tan-negozju u dak imprenditorjali mfassal speċifikament għall-professjonisti fis-setturi, sabiex isaħħu l-awtonomija finanzjarja tagħhom u tiġi garantita s-sostenibilità tal-attivitajiet tagħhom.

Bl-għan li jkun hemm avvanz aktar sinifikanti fis-setturi, jeħtieġ li jiġi żgurat li l-Programm ikun konsistenti u komplementari b'mod ġenerali mas-sorsi l-oħra ta' finanzjament tal-UE, bħall-FSE, il-Programm tal-UE għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni, il-FEŻR, eċċ..

Bħal fil-każ ta' programmi oħra, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni għandhom importanza vitali; għaldaqstant, huwa essenzjali li jkun hemm sett ta' indikaturi mfassla sewwa. Sabiex ikun hemm stampa aktar ċara tas-sitwazzjoni u tat-tibdil fis-setturi (minħabba l-Programm), ma tinħtieġx biss data dwar is-sehem tagħhom tal-impjiegi u mill-PDG, iżda jinħtieġu wkoll ċifri dwar it-tibdil fis-setturi fir-rigward tas-sostenibilità tal-attivitajiet tal-operaturi tagħhom u dwar l-aċċessibilità tal-Programm għall-operaturi soċjalment żvantaġġjati. Barra minn hekk, sa fejn jirrigwarda l-objettiv tat-tisħiħ tal-kapaċità finanzjarja tas-setturi kulturali u kreattivi, m'għandhomx jiġu mmoniterjati u evalwati biss il-volumi tas-self mogħti fil-qafas tal-istrument finanzjarju, iżda wkoll l-għadd ta' benefiċjarji finanzjarji li ġejjin minn pajjiżi ta' koeżjoni u li jappartjenu għal gruppi soċjalment żvantaġġjati li jibbenefikaw mill-faċilità finanzjarja.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda                      1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) It-Trattat għandu l-għan li jġib l-unjoni eqreb fost il-popli tal-Ewropa u jikkonferixxi lill-Unjoni l-kompitu, fost l-oħrajn, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess ħin tiżgura li jkunu jeżistu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-Unjoni, fejn meħtieġ, tappoġġa u tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jirrispettaw id-diversità kulturali u lingwistika, isaħħu l-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u jiffaċilitaw l-adattament għat-tibdil industrijali, b'mod partikolari permezz tat-taħriġ vokazzjonali.

(1) It-Trattat għandu l-għan li joħloq għaqda akbar fost il-popli tal-Ewropa u jikkonferixxi lill-Unjoni l-kompitu, fost l-oħrajn, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom, u tqis, jekk ikun il-każ, il-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività. F’dan ir-rigward, l-Unjoni, fejn meħtieġ, tappoġġa u tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri li kemm jirrispettaw kif ukoll jippromwovu d-diversità kulturali u lingwistika, isaħħu s-setturi kulturali u kreattivi Ewropej sabiex jgħinuhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku u jiffaċilitaw l-adattament għat-tibdil industrijali, b'mod partikolari permezz tat-taħriġ vokazzjonali inizjali jew kontinwu.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-"Aġenda Ewropea għall-kultura f'dinja ta' globalizzazzjoni", approvata mill-Kunsill fir-Riżoluzzjoni tas-16 ta’ Novembru 2007 tistabbilixxi l-objettivi għall-attivitajiet tal-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea għas-setturi kulturali u kreattivi. Din għandha l-għan li tippromwovi d-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali, tippromwovi l-kultura bħala katalist għall-kreattività fil-qafas għat-tkabbir u l-impjiegi u tippromwovi l-kultura bħala element vitali fir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni.

(3) L-"Aġenda Ewropea għall-kultura f'dinja ta' globalizzazzjoni", approvata mill-Kunsill fir-Riżoluzzjoni tas-16 ta’ Novembru 2007 tistabbilixxi l-objettivi għall-attivitajiet tal-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea għas-setturi kulturali u kreattivi. Din għandha l-għan li tippromwovi d-diversità kulturali u d-djalogu interkulturali, il-mobilità tal-professjonisti, tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet kulturali ta' persuni li jappertjenu għal minoranzi u persuni soċjalment marġinalizzati, tippromwovi l-kultura bħala katalist għall-kreattività u l-inklużjoni soċjali fil-qafas tal-Istrateġija UE 2020 għat-tkabbir u l-impjiegi u tippromwovi l-kultura bħala element vitali fir-relazzjonijiet internazzjonali tal-Unjoni.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali tal-UNESCO li daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2007, u li l-Unjoni hija parti, għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali, inkluż il-ftehimiet internazzjonali ta’ koproduzzjoni u kodistribuzzjoni, u s-solidarjetà sabiex tiffavorixxi l-espressjoni kulturali tal-pajjiżi kollha.

(5) Il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali tal-UNESCO li daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2007, u li tagħha l-Unjoni hija parti kontraenti, għandha l-għan li ssaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali, inkluż il-ftehimiet internazzjonali ta’ koproduzzjoni u kodistribuzzjoni, u s-solidarjetà sabiex tiffavorixxi l-espressjoni kulturali tal-pajjiżi u l-individwi kollha. F'dan ir-rigward, il-Konvenzjoni tgħid li għandha tingħata attenzjoni xierqa lil gruppi soċjali varji, inklużi persuni li jappartjenu għal minoranzi.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Is-setturi kulturali u kreattivi Ewropej huma frammentati b'mod inerenti f’termini nazzjonali u lingwistiċi. Minn naħa waħda, il-frammentazzjoni tirriżulta f’xenarju kulturali varjat kulturalment u indipendenti ħafna, li jagħti vuċi lit-tradizzjonijiet kulturali differenti li jifformaw id-diversità tal-wirt Ewropew tagħna. Min-naħa l-oħra, il-frammentazzjoni twassal għal ċirkolazzjoni transnazzjonali limitata u subottimali ta’ xogħlijiet u operaturi kulturali u kreattivi ġewwa u barra l-Unjoni Ewropea, għal żbilanċi ġeografiċi u - sussegwentement - għal għażla limitata għall-konsumatur.

(10) Is-setturi kulturali u kreattivi Ewropej huma frammentati b'mod inerenti f’termini nazzjonali u lingwistiċi. Madankollu, irid jitqies ukoll il-fatt li jeżistu setturi kulturali u kreattivi fil-livell reġjonali u lokali li ma jikkoinċidux dejjem mal-fruntieri nazzjonali u lingwistiċi tal-Istati Membri, kif ukoll il-frammentazzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi f'termini tal-possibilitajiet tagħhom li jintroduċu lilhom infushom lill-pubbliku ġenerali. Fir-rigward tad-differenzi nazzjonali, il-fatt li s-sitwazzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi hija ferm aktar diffiċli f'xi Stati Membri li għandhom kapaċità produttiva iżgħar u setgħa ta' akkwist u kapaċità ta' sponsorjar aktar limitati, ma jistax jiġi injorat; għaldaqstant, għandhom jitwettqu sforzi speċjali biex jiġi promoss il-potenzjal tas-setturi kulturali u kreattivi li jilħqu lill-konsumaturi. Minn naħa waħda, il-frammentazzjoni tirriżulta f’xenarju kulturali varjat kulturalment u indipendenti ħafna, li jagħti vuċi lit-tradizzjonijiet kulturali differenti li jifformaw id-diversità tal-wirt Ewropew tagħna. Min-naħa l-oħra, il-frammentazzjoni twassal għal ċirkolazzjoni transnazzjonali limitata u subottimali ta’ xogħlijiet u operaturi kulturali u kreattivi ġewwa u barra l-Unjoni Ewropea, għal żbilanċi ġeografiċi u soċjali u - sussegwentement - għal għażla limitata għall-konsumatur.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-bidla diġitali qed ikollha impatt massiv fuq kif il-prodotti u s-servizzi kulturali u kreattivi jsiru, jiġu disseminati, aċċessati, ikkunsmati u msarrfa. Dawn il-bidliet joffru opportunitajiet kbar għas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej. Spejjeż aktar baxxi għad-distribuzzjoni, kanali ġodda ta’ distribuzzjoni u opportunitajiet ġodda għal prodotti speċjalizzati jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess u jżidu ċ-ċirkolazzjoni fid-dinja. Sabiex jieħdu dawn l-opportunitajiet u jadattaw għall-kuntest tal-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni, is-setturi kulturali u kreattivi jeħtieġu jiżviluppaw ħiliet ġodda u jeħtieġu aċċess akbar għall-finanzi sabiex itejbu t-tagħmir, jiżviluppaw metodi ġodda ta’ produzzjoni u distribuzzjoni u jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom.

(11) Il-bidla diġitali qed ikollha impatt massiv fuq kif il-prodotti u s-servizzi kulturali u kreattivi jsiru, jiġu disseminati, aċċessati, ikkunsmati u msarrfa. Hija tiżgura aċċess aħjar għall-wirt kulturali u tippermetti rabtiet interkulturali b'saħħithom. Dawn il-bidliet joffru opportunitajiet kbar għas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej. Spejjeż aktar baxxi għad-distribuzzjoni, kanali ġodda ta’ distribuzzjoni u opportunitajiet ġodda għal prodotti speċjalizzati jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess u jżidu ċ-ċirkolazzjoni fid-dinja. Sabiex jieħdu dawn l-opportunitajiet u jadattaw għall-kuntest tal-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni, is-setturi kulturali u kreattivi jeħtieġu jiżviluppaw ħiliet ġodda u jeħtieġu aċċess akbar għall-finanzi sabiex itejbu t-tagħmir, jiżviluppaw metodi ġodda ta’ produzzjoni u distribuzzjoni u jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom. Huwa diffiċli għall-operaturi li ġejjin minn sfond soċjalment żvantaġġjat, li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti ġodda; għaldaqstant, għandha tingħatalhom attenzjoni speċjali f'dan il-qasam.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Waħda mill-akbar sfidi tas-setturi kulturali u kreattivi, speċjalment operaturi żgħar inklużi l-impriżi żgħar u medji (SME) u mikrointrapriżi, hija d-diffikultà tagħhom biex jaċċessaw il-fondi li jeħtieġu biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom, jikbru, iżommu l-kompetittività tagħhom jew jinternazzjonalizzaw ruħhom. Filwaqt li din hija sfida komuni għall-SMEs b’mod ġenerali, is-sitwazzjoni hija ferm aktar diffiċli fis-setturi kulturali u kreattivi minħabba n-natura intanġibbli ta’ ħafna mill-assi tagħhom, il-profil tal-prototip tal-attivitajiet tagħhom, in-nuqqas ta’ prontezza tal-operaturi biex jinvestu fis-setturi kif ukoll in-nuqqas ta’ prontezza tal-istituzzjonijiet finanzjarji biex jinvestu.

(13) Waħda mill-akbar sfidi tas-setturi kulturali u kreattivi, speċjalment l-NGOs jew l-assoċjazzjonijiet, operaturi żgħar inklużi l-impriżi żgħar u medji (SMEs) u mikrointrapriżi, hija d-diffikultà tagħhom biex jaċċessaw il-fondi li jeħtieġu biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom, jibdew jaħdmu, jikbru, iżommu l-kompetittività tagħhom jew jinternazzjonalizzaw ruħhom. Filwaqt li din hija sfida komuni għall-mikrointrapriżi u għall-SMEs b’mod ġenerali, is-sitwazzjoni hija ferm aktar diffiċli fis-setturi kulturali u kreattivi minħabba n-natura intanġibbli ta’ ħafna mill-assi tagħhom, il-profil tal-prototip tal-attivitajiet tagħhom, in-nuqqas ta’ prontezza tal-operaturi biex jinvestu fis-setturi kif ukoll in-nuqqas ta’ prontezza tal-istituzzjonijiet finanzjarji biex jinvestu.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa fil-qafas tal-Programm, il-kumplimentarjetà għall-attivitajiet tal-Istati Membri u l-konformità mal-Artikolu 167(4) tat-Trattat u attivitajiet oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-politika industrijali u ta' koeżjoni, it-turiżmu u r-relazzjonijiet esterni.

(20) Huwa meħtieġ li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet kollha mwettqa fil-qafas tal-Programm, il-kumplimentarjetà għall-attivitajiet tal-Istati Membri u l-konformità mal-Artikolu 167(4) tat-Trattat u attivitajiet oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni, tal-impjiegi, ir-riċerka u l-innovazzjoni, tal-politika soċjali, il-politika industrijali u ta' koeżjoni, it-turiżmu u r-relazzjonijiet esterni.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) B’konformità mal-prinċipji għall-valutazzjoni marbuta mal-prestazzjoni, il-proċeduri għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm għandhom jinkludu rapporti annwali dettaljati u jirreferu għall-miri u l-indikaturi speċifiċi, miżurabbli, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u marbuta biż-żmien stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(27) B’konformità mal-prinċipji għall-valutazzjoni marbuta mal-prestazzjoni, il-proċeduri għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm għandhom jinkludu rapporti annwali dettaljati u jirreferu għall-miri u l-indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi, li jistgħu jitkejlu, li jistgħu jintlaħqu, rilevanti u marbuta biż-żmien stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għandhom jintbagħtu u jiġu ppreżentati rapporti annwali lill-Parlament Ewropew.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-programm, huwa importanti li l-kwalità tal-impjiegi maħluqa fis-setturi kulturali u kreattivi tiġi mmoniterjata, billi dawn is-setturi sikwit huma kkaratterizzati minn relazzjonijiet ta' xogħol insikuri u instabbli.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30b) L-implimentazzjoni tal-programm għandha tkun akkumpanjata minn djalogu mal-partijiet interessati kollha fis-setturi kulturali u kreattivi, inklużi atturi mis-soċjetà ċivili u mis-settur mhux kummerċjali.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-karattru transnazzjonali tal-attivitajiet tiegħu u l-impatt tagħhom li se jikkumplimentaw il-programmi nazzjonali, internazzjonali u oħrajn tal-Unjoni;

(a) il-karattru transnazzjonali u interkulturali tal-attivitajiet tiegħu u l-impatt tagħhom li se jikkumplimentaw il-programmi nazzjonali, internazzjonali u oħrajn tal-Unjoni;

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet indaqs fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej billi jkunu kkunsidrati l-pajjiżi b’kapaċità tal-produzzjoni baxxa u/jew pajjiżi jew reġjuni b’żona ġeografika u lingwistika ristretta.

(d) l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet indaqs fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej billi jkunu kkunsidrati l-pajjiżi b’kapaċità tal-produzzjoni baxxa u/jew pajjiżi jew reġjuni b’żona ġeografika u lingwistika ristretta, kif ukoll l-operaturi li ġejjin minn gruppi żvantaġġjati.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) isaħħu l-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi bil-għan li jiġi promoss it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

(b) isaħħu s-setturi kulturali u kreattivi, il-kompetittività tagħhom, kif ukoll id-dimensjonijiet ta' integrazzjoni soċjali tagħhom, bil-għan li jkunu jistgħu jipparteċipaw fl-iżvilupp soċjali u ekonomiku Ewropew u li jippromwovu tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) li jappoġġja l-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej sabiex joperaw b’mod transnazzjonali;

(a) li jappoġġa l-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej sabiex joperaw b'mod transnazzjonali billi, fost l-oħrajn, l-operaturi jingħataw il-kompetenzi komunikattivi u imprenditorjali meħtieġa f'dan il-kuntest;

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li jsaħħaħ il-kapaċità finanzjarja tas-setturi kulturali u kreattivi, u b'mod partikolari l-impriżi żgħar u medji u l-organizzazzjonijiet;

(c) li jsaħħaħ l-awtonomija u l-kapaċità finanzjarja tas-setturi kulturali u kreattivi, u b'mod partikolari l-impriżi mikro, żgħar u medji u l-organizzazzjonijiet, il-pubbliku, l-operaturi mhux kummerċjali u dawk soċjalment żvantaġġjati, u li jippromwovi d-disponibilità ta' programmi ta' taħriġ maniġerjali, tan-negozju u imprenditorajli mfassla speċifikament għall-professjonisti fis-settur kulturali u kreattiv, u billi jespandi l-programmi edukattivi attwali, bħall-Programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja, l-Erasmus, eċċ.;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Faċilità mmirata lejn is-setturi kulturali u kreattivi u li titħaddem fil-kuntest ta' strument ta' dejn tal-Unjoni għall-impriżi u medji. Din il-faċilità għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Faċilità mmirata lejn is-setturi kulturali u kreattivi u li titħaddem fil-kuntest ta' strument ta' dejn tal-Unjoni għall-impriżi żgħar u medji, assoċjazzjonijiet u fundazzjonijiet, skont ir-Rakkomandazzjoni 2003/361 tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni ta' impriżi mikro, żgħar u medji. Din il-faċilità għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

(a) l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzi għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju u organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej;

(a) l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzi għall-intrapriżi ta' daqs mikro, żgħir u medju u organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-operaturi żgħażagħ u dawk li ġejjin minn gruppi soċjali żvantaġġjati;

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-iskambju transnazzjonali ta’ esperjenzi u kompetenzi dwar mudelli ġodda tan-negozju, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u netwerking fost l-operaturi kulturali u l-persuni li jfasslu l-politika relatati mal-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi;

(a) l-iskambju transnazzjonali ta’ esperjenzi u kompetenzi dwar mudelli ġodda tan-negozju, mudelli ta' integrazzjoni soċjali, programmi ta' taħriġ, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u netwerking fost l-operaturi kulturali u l-persuni li jfasslu l-politika relatati mal-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi;

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt f – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– jippromwovu l-Programm Ewropa Kreattiva fil-livell nazzjonali;

– jippromwovu l-Programm Ewropa Kreattiva fil-livell nazzjonali u f’dak reġjonali;

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt f – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– jistimulaw il-kooperazzjoni transkonfinali bejn professjonisti, istituzzjonijiet, pjattaformi u netwerks;

– jistimulaw il-mobilità u l-kooperazzjoni transkonfinali bejn professjonisti, istituzzjonijiet, pjattaformi u netwerks;

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) l-appoġġ għall-azzjoni kulturali u l-parteċipazzjoni tal-artisti fl-attivitajiet ta' integrazzjoni soċjali;

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) l-appoġġ għall-kreattività u l-esperimentazzjoni tal-operaturi kulturali, irrispettivament mid-daqs tal-organizzazzjoni kkonċernata;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-provvista ta’ appoġġ għat-tisħiħ tal-operaturi Ewropej u n-netwerks kulturali internazzjonali sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal opportunitajiet professjonali.

(c) il-provvista ta’ appoġġ għat-tisħiħ tal-operaturi Ewropej u n-netwerks kulturali internazzjonali sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal opportunitajiet professjonali, għall-edukazzjoni professjonali kontinwa u għall-mobilità tal-atturi.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-appoġġ għaċ-ċirkolazzjoni tal-letteratura Ewropea;

(b) l-appoġġ għaċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali tax-xogħlijiet u tal-prodotti artistiċi u kulturali Ewropej;

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-appoġġ għall-bini tal-udjenza bħala mezz għall-istimulazzjoni tal-interess fix-xogħlijiet kulturali Ewropej.

(c) l-appoġġ għall-bini tal-udjenza u l-aċċess għall-kultura għal kulħadd bħala mezz għall-istimulazzjoni tal-interess fix-xogħlijiet kulturali Ewropej.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) miżuri ta’ kooperazzjoni li jġibu flimkien operaturi minn pajjiżi differenti biex iwettqu attivitajiet settorjali jew transettorjali;

(a) miżuri ta’ kooperazzjoni li jġibu flimkien operaturi minn pajjiżi differenti biex iwettqu attivitajiet settorjali jew transettorjali, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-operaturi soċjalment żvantaġġjati;

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 10 punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Attivitajiet minn organizzazzjonijiet li jipprovdu pjattaforma Ewropea promozzjonali għall-iżvilupp ta’ talent emerġenti u jistimulaw iċ-ċirkolazzjoni ta’ artisti u xogħlijiet, b’effett sistematiku u fuq skala kbira;

(c) Attivitajiet minn organizzazzjonijiet li jipprovdu pjattaforma Ewropea promozzjonali għall-iżvilupp ta’ talent emerġenti u jiffaċilitaw il-mobilità tal-artisti u tax-xogħlijiet. L-artisti għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod effettiv, mingħajr ebda diskriminazzjoni, l-aktar fir-rigward tal-protezzjoni soċjali, drittijiet marbuta man-nuqqas ta' impjieg jew mal-irtirar, irrispettivament mill-Istat Membru fejn jaħdmu;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 12 - punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-appoġġ tal-operaturi awdjoviżivi biex jiżviluppaw xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej b’potenzjal imtejjeb għaċ-ċirkolazzjoni transkonfinali;

(b) l-appoġġ tal-operaturi awdjoviżivi biex jiżviluppaw xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej b’potenzjal imtejjeb għaċ-ċirkolazzjoni transkonfinali, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-operaturi soċjalment żvantaġġjati;

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-iffaċilitar tal-aċċess għal avvenimenti u swieq tal-kummerċ awdjoviżivi professjonali u l-użu ta’ għodda tan-negozju onlajn ġewwa u barra l-Ewropa;

(d) l-iffaċilitar tal-aċċess għal avvenimenti kummerċjali, għas-swieq awdjoviżivi professjonali u għal korsijiet ta' taħriġ u għal miżuri ta' edukazzjoni kontinwa, u l-użu ta’ għodda tan-negozju onlajn ġewwa u barra l-Ewropa;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) l-appoġġ għal inizjattivi li jippreżentaw u jippromwovu diversità ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej;

(h) l-appoġġ għal inizjattivi li jippreżentaw u jippromwovu diversità ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, inkluża d-diversità lingwistika tagħhom, permezz tal-għoti ta' appoġġ għat-traduzzjoni, id-doppjaġġ u s-sottotitli;

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) l-appoġġ għal attivitajiet li għandhom l-għan li jżidu l-għarfien u l-interess tal-udjenzi;

(i) l-appoġġ għal attivitajiet li għandhom l-għan li jżidu l-għarfien u l-interess tal-udjenzi fir-rigward tan-natura diversa u kumplessa tas-soċjetajiet;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja) l-appoġġ għall-introduzzjoni ta' teknoloġija ta' assistenza f'ċentri ta' kultura u ta' edukazzjoni bil-għan li jikber l-aċċess għall-kultura, l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali għan-nies neqsin mis-smigħ u mid-dawl.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-politiki rilevanti tal-UE, b'mod partikolari dawk fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-impriża, it-turiżmu, il-ġustizzja u l-iżvilupp;

(a) il-politiki rilevanti tal-UE, b'mod partikolari dawk fl-oqsma tal-kultura, l-edukazzjoni, l-impjiegi, l-affarijiet soċjali, is-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija, l-imprenditorija, il-kummerċ, it-turiżmu, il-ġustizzja u l-iżvilupp;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) sorsi oħra rilevanti ta' finanzjament tal-UE fil-qasam tal-politiki tal-kultura u l-midja, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Programmi ta' Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji marbuta mal-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, il-programmi ta' kooperazzjoni esterna u l-istrumenti ta' qabel l-adeżjoni. B'mod partikolari, se jkun importanti li jiġu żgurati s-sinerġiji fil-livell ta' implimentazzjoni bejn il-Programm u l-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti.

(b) sorsi oħra rilevanti ta' finanzjament tal-UE fil-qasam tal-politiki tal-kultura u l-midja, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, il-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Bidla Soċjali u l-Innovazzjoni (b'mod partikulari l-Istrument ta' Mikrofinanzjament "Progress"), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Programmi ta' Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji marbuta mal-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, il-programmi ta' kooperazzjoni esterna u l-istrumenti ta' qabel l-adeżjoni. B'mod partikolari, se jkun importanti li jiġu żgurati s-sinerġiji fil-livell ta' implimentazzjoni bejn il-Programm u l-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– tibdiliet fis-setturi f'termini tas-sostenibilità tal-attivitajiet ta' operaturi differenti;

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– tibdiliet fis-setturi f'termini tal-aċċess tal-operaturi soċjalment żvantaġġjati għall-Programm;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b – subparagrafu 1 – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– l-internazzjonalizzazzjoni tal-operaturi kulturali u n-numru ta’ sħubijiet transnazzjonali maħluqa;

id-diversifikazzjoni, l-internazzjonalizzazzjoni u l-mobilità tal-operaturi kulturali u n-numru ta’ sħubijiet transnazzjonali maħluqa;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b – subparagrafu 3 – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– l-għadd ta' benefiċjarji finali li ġejjin minn Stati Membri li għandhom kapaċità produttiva baxxa, u setgħa ta' akkwist u kapaċità ta' sponsorjar limitati, eċċ.;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b – subparagrafu 3 – inċiż 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– l-għadd ta' benefiċjarji finali li jappartjenu għal gruppi soċjalment żvantaġġjati li jibbenefikaw mill-faċilità finanzjarja.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Minbarra l-monitoraġġ regolari l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni esterna mhux aktar tard minn tmiem l-2007 sabiex tivvaluta l-effikaċja fil-kisba tal-objettivi u l-effiċjenza tal-Programm u l-valur miżjud Ewropew tiegħu bil-ħsieb ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-Programm. L-evalwazzjoni għandha tindirizza l-kamp ta' applikazzjoni għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tal-Programm, l-issoktar tar-rilevanza tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tad-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE, id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE u d-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(a) Minbarra l-monitoraġġ regolari l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni esterna mhux aktar tard minn tmiem l-2007 sabiex tivvaluta l-effikaċja fil-kisba tal-objettivi u l-effiċjenza tal-Programm u l-valur miżjud Ewropew tiegħu bil-ħsieb ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-Programm. L-evalwazzjoni għandha tindirizza l-kamp ta' applikazzjoni għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tal-Programm, l-issoktar tar-rilevanza tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tad-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE, id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE u d-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Ir-rapport ta' evalwazzjoni esterna għandu jingħata u jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Anness I − paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi faċilità mmirata lejn is-setturi kulturali u kreattivi u li titħaddem fil-kuntest ta' strument ta' dejn tal-Unjoni għall-impriżi u medji. L-appoġġ finanzjarju previst għandu jkun immirat għall-impriżi u l-organizzazzjonijiet żgħar u medji li joperaw fis-setturi kulturali u kreattivi.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi faċilità mmirata lejn is-setturi kulturali u kreattivi u li titħaddem fil-kuntest ta' strument ta' dejn tal-Unjoni għall-impriżi mikro, żgħar u medji. L-appoġġ finanzjarju previst għandu jkun immirat għall-impriżi u l-organizzazzjonijiet mikro, żgħar u medji li joperaw fis-setturi kulturali u kreattivi.

PROĊEDURA

Titolu

Programm Ewropa Kreattiva

Referenzi

COM(2011)0785 – C7-0435/2011 – 2011/0370(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

30.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

19.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Kinga Göncz

15.12.2011

Eżami fil-kumitat

31.5.2012

10.7.2012

17.9.2012

 

Data tal-adozzjoni

18.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Marije Cornelissen, Emer Costello, Frédéric Daerden, Sari Essayah, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jean Lambert, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Andrea Zanoni, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Kinga Göncz, Richard Howitt, Jan Kozłowski, Svetoslav Hristov Malinov, Anthea McIntyre, Antigoni Papadopoulou, Birgit Sippel, Csaba Sógor

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (12.6.2012)

għall-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva
(COM(2011)0785 – C7‑0435/2011 – 2011/0370(COD))

Rapporteur: Silvia-Adriana Ţicău

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-importanza tas-setturi tal-kultura u tal-kreattività

Is-setturi tal-kultura u tal-kreattività jagħtu kontribut importanti għall-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku, u fl-2008 kienu jirrappreżentaw 4.5% tal-PDG totali tal-Ewropa u kienu jiġbru fihom 3.8% tal-popolazzjoni li taħdem. Is-setturi tal-kultura u l-kreattività jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp ta’ setturi oħrajn tal-ekonomija, bħalma huma t-turiżmu u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICTs). Is-setturi tal-kultura u l-kreattività jagħtu spinta lill-innovazzjoni u l-intraprenditorija bħala parti minn tkabbir intelliġenti u sostenibbli u b’hekk jikkontribwixxu favur l-integrazzjoni soċjali.

Problemi u sfidi komuni

Is-setturi tal-kultura u tal-kreattività qed jaffaċċaw sfidi u diffikultajiet komuni, fosthom suq frammentat, globalizzazzjoni u l-bidla diġitali, nuqqas ta’ data u n-nuqqas ta’ investiment mis-settur privat. B’mod partikolari, l-SMEs u l-organizzazzjonijiet fis-settur tal-kultura u f'dak tal-kreattività qed jaffaċċaw diffikultajiet fl-aċċess għall-finanzi. Dawn id-diffikulatajiet huma prinċipalment dovuti għall-kawżi li ġejjin:

· in-natura intanġibbli ta’ ħafna mill-assi tagħhom, bħal pereżempju d-dritt tal-awtur;

· il-fatt li, b’differenza minn proġetti industrijali oħra, ix-xogħol kulturali ġeneralment ma jiġix prodott bil-massa, u ta’ sikwit ikun prototip uniku, mentri hemm bżonn ta’ investiment fit-tul sabiex tiġi żgurata l-profittabilità;

· l-intraprendituri fis-settur tal-kultura u tal-kreattività ħafna drabi ma jkollhomx il-ħiliet ta' kummerċjalizzazzjoni meħtieġa biex jippromwovu l-proġetti mal-istituzzjonijiet finanzjarji;

· l-istituzzjonijiet finanzjarji m’għandhomx għarfien suffiċjenti ta’ dawn is-setturi u mhux lesti jinvestu fl-iżvilupp meħtieġ biex jivvalutaw ir-riskji relatati magħhom;

· ta’ sikwit ma jkunx hemm biżżejjed data affidabbli, u dan jillimita l-possibilitajiet li l-SMEs f’dan is-settur jiksbu kreditu.

Deskrizzjoni tal-programm Ewropa Kreattiva

Il-programm Ewropa Kreattiva jgħaqqad u jkompli l-Programmi Kultura, MEDIA u MEDIA Mundus Il-baġit ġenerali għall-azzjonijiet (2014-2020) jammonta għal EUR 1 801 biljun, li jfisser żieda ta’ 37% apparagun tal-livell tan-nefqa attwali. Il-Programm Ewropa Kreattiva jikkonsisti fi tliet taqsimiet: it-Taqsima Transsettorjali indirizzati għas-setturi tal-kultura u l-kreattività kollha (15% tal-baġit tal-programm); it-Taqsima Kulturali indirizzati għas-setturi tal-kultura u l-kreattività (30% tal-baġit tal-programm); u t-Taqsima MEDIA, indirizzata għas-settur awdjoviżiv (55% tal-baġit tal-programm).

It-Taqsima Transsettorjali tipprovdi s-setturi tal-kultura u l-kreattività b’mekkaniżmu li jiffaċilita l-aċċess għall-finanzi għall-SMEs u l-organizzazzjonijiet fis-settur tal-kultura u tal-kreattvità u jtejjeb il-kapaċità tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-valutazzjoni tal-proġetti kulturali u kreattivi. Il-mekkaniżmu se jikkomplementa l-mekkaniżmi l-oħra tal-UE taħt il-Fondi Strutturali u l-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni.

Kemm il-prijoritajiet kif ukoll il-miżuri ta' appoġġ għall-Programmi Kultura u MEDIA għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċitajiet tas-setturi tal-kultura u l-kreattività sabiex: iħeġġu l-użu tat-teknoloġija diġitali sabiex jiġi żgurat l-adattament għall-iżviluppi fis-suq; l-adattament għat-teknoloġoġiji diġitali; mudelli ta’ negozju u distribuzzjoni ġodda; u jappoġġaw id-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni transnazzjonali fuq pjattaformi onlajn.

Sabiex timplimenta l-programm, il-Kummissjoni se tadotta programmi ta’ ħidma annwali permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, skont il-proċedura konsultattiva. Il-maġġoranza tal-għotjiet li jsiru permezz tal-programm Ewropea Kreattiva se jkunu ġestiti mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura permezz ta’ sejħiet għal proposti. L-għajnuna finanzjarja pprovduta ma tistax tkun iktar minn 50% tal-ispejjeż finali tal-operazzjonijiet appoġġati (sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-programm annwali). Il-Kummissjoni se tiġġestixxi direttament ċerti aspetti tal-programm, bħalma huma: l-għoti tal-premijiet, il-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet internazzjonali, il-fondi għall-koproduzzjoni awdjoviżiva internazzjonali, u l-finanzjament tal-programmi “Kapitali Ewropej tal-Kultura” u “Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew”.

Il-Kummissjoni se twettaq monitoraġġ regolari tal-Programm Ewropa Kreattiva abbażi tal-indikaturi ta’ prestazzjoni stipulati fl-Artikolu 14, li jinkludu: is-sehem tas-setturi tal-impjieg u s-sehem tal-PDG; il-grad ta’ internazzjonalizzazzjoni tal-operaturi kulturali u n-numru ta’ sħubijiet transnazzjonali; in-numru ta’ ammissjonijiet għal films Ewropej fl-Ewropa u mad-dinja; il-persentaġġ ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej fiċ-ċinema, it-TV u l-pjattaformi diġitali; il-volum ta’ self mogħti fil-qafas tal-faċilità finanzjarja.

Il-Pożizzjoni tar-Rapporteur

Fl-emendi proposti, ir-Rapporteur għall-Kumitat ITRE hija favur l-introduzzjoni ta’ objettivi speċifiċi ġodda għall-programm li jsaħħu t-taqsimiet relatati mal-adattament tas-setturi tal-kultura u l-kreattività għall-globalizzazzjoni u l-bidla diġitali. Il-bidliet huma mmirati, b’mod partikolari, lejn l-aċċessibilità onlajn ta’ materjal kulturali, billi jitjieb il-mod li dan jiġi ġestit u miżmum diġitalment u jiġu promossi s-sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet kulturali u s-settur privat, sabiex jinħolqu modi ġodda ta’ finanzjament tad-diġitalizzazzjoni ta’ materjal kulturali u sabiex jiġi nkoraġġut l-użu innovattiv tal-istess materjal. Ir-Rapporteur hija favur ukoll li l-aċċess aħjar għall-prodotti tas-setturi tal-kultura u l-kreattività għall-persuni b’diżabilità ikun wieħed mill-objettivi speċifiċi tal-programm.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħala l-kumitat responsabbli, jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) It-Trattat għandu l-għan li jġib l-unjoni eqreb fost il-popli tal-Ewropa u jikkonferixxi lill-Unjoni l-kompitu, fost l-oħrajn, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess ħin tiżgura li jeżistu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-Unjoni, fejn meħtieġ, tappoġġa u tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jirrispettaw id-diversità kulturali u lingwistika, isaħħu l-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u jiffaċilitaw l-adattament għat-tibdil industrijali, b'mod partikolari permezz tat-taħriġ vokazzjonali.

(1) It-Trattat għandu l-għan li jġib l-unjoni eqreb fost il-popli tal-Ewropa u jikkonferixxi lill-Unjoni l-kompitu, fost l-oħrajn, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kulturi tal-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess ħin tiżgura li jeżistu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-kompetittività tal-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, l-Unjoni, fejn meħtieġ, tappoġġa u tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri li jirrispettaw id-diversità kulturali u lingwistika, isaħħu l-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u jiffaċilitaw l-adattament għat-tibdil industrijali, b'mod partikolari permezz tat-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim tul il-ħajja.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Il-persuni b’diżabilità għad għandhom aċċess limitat għall-prodotti kulturali u kreattivi, u l-faċilitazzjoni ta’ tali aċċess għall-persuni b’diżabilità għandha tkun inkluża fl-objettivi speċifiċi tal-Programm Ewropa Kreattiva.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi protetta u promossa d-diversità lingwistika u kulturali Ewropea, u sabiex tiġi kkonsolidata l-kompetittività tas-setturi tal-kultura u l-kreattività, jeħtieġ li fost l-objettivi speċifiċi tal-programm speċifiku jiġi inkluż l-objettiv ta' appoġġ tat-tkabbir sostenibbli u inklużiv billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-prodotti kulturali u kreattivi għall-persuni b’diżabilità.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istrateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (Strateġija Ewropa 2020) tiddefinixxi strateġija li għandha l-għan li tbiddel l-Unjoni f’ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva li tagħti livelli għoljin ta’ impjieg, produttività u koeżjoni soċjali. F'din l-istrateġija, il-Kummissjoni nnotat li l-Unjoni teħtieġ tipprovdi kundizzjonijiet qafas aktar attraenti għall-innovazzjoni u l-kreattività, inkluż permezz ta’ inċentivi għat-tkabbir ta' ditti kummerċjali bbażati fuq l-għarfien u aċċess akbar għall-finanzi għas-setturi kulturali u kreattivi.

(7) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-Istrateġija Ewropea għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (Strateġija Ewropa 2020) tiddefinixxi strateġija li għandha l-għan li tbiddel l-Unjoni f’ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva li tagħti livelli għoljin ta’ impjieg, produttività u koeżjoni soċjali. F'din l-istrateġija, il-Kummissjoni nnotat li l-Unjoni teħtieġ tipprovdi kundizzjonijiet qafas aktar attraenti għall-innovazzjoni u l-kreattività, inkluż permezz ta’ inċentivi għat-tkabbir ta' ditti kummerċjali bbażati fuq l-għarfien u aċċess akbar għall-finanzi għas-setturi kulturali u kreattivi, kif ukoll il-promozzjoni ta' livelli għolja ta' aċċessibbiltà u kompetenza diġitali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Il-kultura għandha rwol ewlieni fi żminijiet ta' kriżi ekonomika u finanzjarja u tagħti kontribut kreattiv fil-kisba ta' objettivi ta' politika soċjali u fit-trawwim tal-innovazzjonijiet u b'hekk tipproduċi riżultati soċjali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Minn dawn l-eżerċizzji ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u konsultazzjoni pubblika jirriżulta li l-programmi Kultura, MEDIA u MEDIA Mundus għandhom rwol verament importanti fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa u li dawn huma rilevanti għall-ħtiġijiet tas-setturi kulturali u kreattivi, iżda wkoll li l-objettivi ta’ kull programm ġdid għandhom jiġu allinjati mill-ġdid mal-miri ta' Ewropa 2020. Jidher ukoll minn dawn l-evalwazzjonijiet u konsultazzjonijiet, kif ukoll minn studji indipendenti differenti, b’mod partikolari l-istudju dwar id-dimensjoni intraprenditorjali tal-industriji kulturali u kreattivi, li s-setturi kulturali u kreattivi qed jaffaċċjaw sfidi komuni, jiġifieri kuntest tas-suq frammentat ħafna, l-impatt tal-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni, diffikultajiet ta' aċċess għall-finanzi u nuqqas ta' dejta paragunabbli, li kollha jeħtieġu azzjoni fil-livell tal-Unjoni.

(9) Minn dawn l-eżerċizzji ta’ monitoraġġ, evalwazzjoni u konsultazzjoni pubblika jirriżulta li l-programmi Kultura, MEDIA u MEDIA Mundus għandhom rwol verament importanti fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika tal-Ewropa u li dawn huma rilevanti għall-ħtiġijiet tas-setturi kulturali u kreattivi, iżda wkoll li l-objettivi ta’ kull programm ġdid għandhom jiġu allinjati mill-ġdid mal-miri ta' Ewropa 2020. Jidher ukoll minn dawn l-evalwazzjonijiet u konsultazzjonijiet, kif ukoll minn studji indipendenti differenti, b’mod partikolari l-istudju dwar id-dimensjoni intraprenditorjali tal-industriji kulturali u kreattivi, li s-setturi kulturali u kreattivi qed jaffaċċjaw sfidi komuni, jiġifieri kuntest tas-suq frammentat ħafna, l-impatt tal-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni, diffikultajiet ta' aċċess għall-finanzi u nuqqas ta' dejta paragunabbli, li kollha jeħtieġu azzjoni fil-livell tal-Unjoni. Minkejja dan, il-bidla diġitali, b’differenza mill-isfidi l-oħra, għandha titqies kemm bħala katalist kif ukoll bħala opportunità.

Ġustifikazzjoni

It-teknoloġija u d-disponibilità tal-infrastruttura broadband fiż-żoni urbani u rurali jiftħu opportunitajiet ġodda għall-persuni kreattivi biex jipproduċu u jqassmu x-xogħlijiet tagħhom lil pubbliku usa' bi spiża aktar baxxa, indipendentement mill-ostakli fiżiċi u ġeografiċi. Minħabba li l-ICTs jintużaw bis-sħiħ mill-fornituri tal-kontenut kulturali u x-xejriet tradizzjonali tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni qed jiġu riveduti, dan joffri swieq u udjenzi potenzjalment akbar għall-persuni kreattivi u offerta kulturali aktar diversa għaċ-ċittadini.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Is-setturi kulturali u kreattivi qed jaffaċċaw tranżizzjoni diġitali li qed theżżeż il-mudell tradizzjonali, u b’hekk qed tittrasforma l-katini ta' valur u tirrikjedi mudelli ta' negozju ġodda. Il-bidla diġitali u l-aċċess iktar wiesa’ għar-riżorsi kulturali joffru opportunitajiet ekonomiċi enormi u huma prekundizzjoni għall-iżvilupp ulterjuri tal-kapaċitajiet kulturali u kreattivi tal-Ewropa u tal-preżenza industrijali tagħha f’dan il-qasam.

Ġustifikazzjoni

Aktar minn hekk, il-materjal diġitalizzat jista' jerġa' jintuża –għal skopijiet kummerċjali u mhux kummerċjali – f'għadd ta’ oqsma, fosthom l-iżvilupp ta’ kontenut edukattiv u tat-tagħlim, id-dokumentarji, it-turiżmu, il-logħob, l-animazzjoni u l-għodda tad-disinn, dejjem jekk dan isir b'rispett sħiħ lejn id-drittijiet tal-awtur u drittijiet simili.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-bidla diġitali qed ikollha impatt massiv fuq kif il-prodotti u s-servizzi kulturali u kreattivi jsiru, jiġu disseminati, aċċessati, ikkunsmati u msarrfa. Dawn il-bidliet joffru opportunitajiet kbar għas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej. Spejjeż aktar baxxi għad-distribuzzjoni, kanali ġodda ta’ distribuzzjoni u opportunitajiet ġodda għal prodotti speċjalizzati jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess u jżidu ċ-ċirkolazzjoni fid-dinja. Sabiex jieħdu dawn l-opportunitajiet u jadattaw għall-kuntest tal-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni, is-setturi kulturali u kreattivi jeħtieġu jiżviluppaw ħiliet ġodda u jeħtieġu aċċess akbar għall-finanzi sabiex itejbu t-tagħmir, jiżviluppaw metodi ġodda ta’ produzzjoni u distribuzzjoni u jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom.

(11) Il-bidla diġitali qed ikollha impatt massiv fuq kif il-prodotti u s-servizzi kulturali u kreattivi jsiru, jiġu disseminati, aċċessati, ikkunsmati u msarrfa. Dawn il-bidliet joffru opportunitajiet kbar għas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u għas-soċjetà Ewropea inġenerali. Spejjeż aktar baxxi għad-distribuzzjoni, kanali ġodda ta’ distribuzzjoni u opportunitajiet ġodda għal prodotti speċjalizzati jistgħu jiffaċilitaw l-aċċess u jżidu ċ-ċirkolazzjoni fid-dinja, filwaqt li fl-istess ħin jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali. Sabiex jieħdu dawn l-opportunitajiet u jadattaw għall-kuntest tal-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni, is-setturi kulturali u kreattivi jeħtieġu jiżviluppaw ħiliet ġodda u jeħtieġu aċċess akbar għall-finanzi sabiex itejbu t-tagħmir, jiżviluppaw metodi ġodda ta’ produzzjoni u distribuzzjoni u jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-istrateġiji ta’ żvilupp lokali u reġjonali inkorporaw b’suċċess is-setturi kulturali u kreattivi f’bosta oqsma: il-promozzjoni tal-wirt kulturali għall-użu tan-negozju; l-iżvilupp ta' infrastruttura u servizzi kulturali li jappoġġaw it-turiżmu sostenibbli; ir-raggruppament tas-sħubijiet u n-negozji lokali u bejn is-CCSs u l-industrija, ir-riċerka, l-edukazzjoni u setturi oħra; it-twaqqif ta' laboratorji tal-innovazzjoni; l-iżvilupp urban sostenibbli.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Il-materjal diġitali għandu jiġi ġestit u miżmum b’mod effikaċi, sabiex jiġi evitat li l-informazzjoni miżmuma f’format diġitali ma tibqax tinqara meta l-ħardwer u s-softwer li fuqhom tkun miżmuma jiskadu, meta t-tagħmir ta’ ħażna jiddeterjora biż-żmien u/jew meta dak it-tagħmir ma jibqax ilaħħaq mal-volum kbir ta’ kontenut ġdid u li dejjem jinbidel. Teknoloġiji ta' ħażna innovattivi bbażati fuq l-Internet jista' jkollhom rwol importanti fiż-żamma ta' data kulturali u kreattiva, sakemm is-sigurtà tad-data, ir-reżiljenza tal-infrastruttura diġitali u l-aċċess għal dik id-data jkunu applikati, salvagwardjati u garnatiti;

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b) Sabiex jiffjorixxu, is-setturi kulturali u kreattivi tal-Ewropa jirrikjedu sistema moderna, aċċessibbli u legalment ċerta għall-ħarsien tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali (IPR).

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-prattiki attwali ta' distribuzzjoni huma fil-bażi tas-sistema ta' finanzjament taċ-ċinema. Madankollu, qed tinħass dejjem aktar il-ħtieġa li jiġi promoss il-ħolqien ta' offerti legali onlajn attraenti u li titħeġġeġ l-innovazzjoni. Għaldaqstant, il-promozzjoni tal-flessibbiltà ta' modalitajiet ġodda ta' distribuzzjoni biex ikunu jistgħu jinħolqu mudelli ġodda tan-negozju hija essenzjali.

(12) Il-prattiki attwali ta' distribuzzjoni huma fil-bażi tas-sistema ta' finanzjament taċ-ċinema. Madankollu, qed tinħass dejjem aktar il-ħtieġa li jiġi promoss il-ħolqien ta' offerti legali onlajn attraenti u li titħeġġeġ l-innovazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-Internet mobbli. Għaldaqstant, il-promozzjoni tal-flessibbiltà ta' modalitajiet ġodda ta' distribuzzjoni biex ikunu jistgħu jinħolqu mudelli ġodda tan-negozju hija essenzjali. Il-forniment ta’ tali offerti legali u attraenti għandu jkun ibbażat fuq strateġija komprensiva pan-Unjoni li tinvolvi lill-partijiet interessati kollha. Tali offerti legali onlajn għandu jkollhom l-għan li jrawmu l-kreazzjoni artistika u jissalvagwardjaw l-interessi ta' dawk li joħolquhom iżda wkoll li jiżguraw l-usa’ aċċess pubbliku possibbli għall-prodotti tas-settur kulturali u kreattiv.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-Internet qed jiġi aċċessat dejjem iktar minn tagħmir mobbli (telefowns, kompjuters, eċċ.), għandha ssir referenza għat-teknoloġiji tal-Internet mobbli, li għandhom rwol importanti fl-iżgurar ta’ mezzi ġodda u flessibbli ta’ distribuzzjoni. L-offerti legali u attraenti onlajn għandhom iħeġġu l-kreazzjoni artistika u jipproteġu l-interessi ta’ dawk li joħolquhom, iżda għandhom jiżguraw ukoll aċċess pubbliku wiesa’ kemm jista’ jkun għall-prodotti tas-CCS.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) L-Unjoni għandha tieħu azzjoni immedjata sabiex tisfrutta l-benefiċċji tal-bidla diġitali u l-konservazzjoni ta’ materjal diġitali. Jekk l-Istati Membri ma jkattrux l-investimenti tagħhom f'dan il-qasam, hemm riskju li l-benefiċċji kulturali u ekonomiċi tal-bidla diġitali jsiru realtà f'kontinenti oħra u mhux fl-Ewropa.

Ġustifikazzjoni

Id-diġitalizzazzjoni hija mezz importanti biex jiġi żgurat aċċess ikbar għall-materjal kultural u użu iktar mifrux tiegħu. L-ispejjeż tad-diġitalizzazzjoni tal-wirt kulturali kollu tal-Ewropa huma għoljin, u ma jistgħux jiġu koperti mill-finanzjament pubbliku biss. L-isponsorjar tad-diġitalizzazzjoni mis-settur privat, jew minn sħubijiet bejn is-settur pubbliku u dak privat, jistgħu jinvolvu entitajiet privati fl-isforzi tad-diġitalizzazzjoni, u għandhom jiġu mħeġġa iktar.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) Il-kotba, il-gazzetti u l-magażins huma komponenti essenzjali tal-industriji kulturali u jiffurmaw ukoll parti mill-panorama tal-midja Ewropea pluralistika u varjata. L-era diġitali tippreżenta sfidi fir-rigward tas-sostenibilità tas-setturi tradizzjonali ta’ dawk l-industriji, inklużi l-pubblikazzjoni tal-kotba, il-bejgħ tal-kotba u l-midja tal-istampa.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c) L-aċċessibbiltà onlajn tal-materjal kulturali se tippermetti liċ-ċittadini madwar l-Unjoni kollha jaċċessawh u jużawh għal skopijiet ta’ divertiment, studju jew xogħol. Dan jagħti lill-wirt divers u multilingwi tal-Ewropa profil ċar fuq l-Internet, filwaqt li d-diġitalizzazzjoni tal-assi tagħhom se tgħin lill-istituzzjonijiet kulturali Ewropej ikomplu jwettqu l-missjoni tagħhom li jagħtu aċċess għal wirtna u jikkonservawh fl-ambjent diġitali.

Ġustifikazzjoni

L-aċċessibbiltà onlajn tal-materjal kulturali se tippermetti liċ-ċittadini madwar l-UE kollha jaċċessawh u jużawh għal skopijiet ta’ divertiment, studju jew xogħol. Fl-istess ħin, l-aċċessibilità onlajn ta’ materjal kulturali se tfisser li l-wirt divers u multilingwi tal-Ewropa jikseb profil ċar fuq l-Internet.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Waħda mill-akbar sfidi tas-setturi kulturali u kreattivi, speċjalment operaturi żgħar inklużi l-impriżi żgħar u medji (SME) u mikrointrapriżi, hija d-diffikultà tagħhom biex jaċċessaw il-fondi li jeħtieġu biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom, jikbru, iżommu l-kompetittività tagħhom jew jinternazzjonalizzaw ruħhom. Filwaqt li din hija sfida komuni għall-SMEs b’mod ġenerali, is-sitwazzjoni hija ferm aktar diffiċli fis-setturi kulturali u kreattivi minħabba n-natura intanġibbli ta’ ħafna mill-assi tagħhom, il-profil tal-prototip tal-attivitajiet tagħhom, in-nuqqas ta’ prontezza tal-operaturi biex jinvestu fis-setturi kif ukoll in-nuqqas ta’ prontezza tal-istituzzjonijiet finanzjarji biex jinvestu.

(13) Waħda mill-akbar sfidi tas-setturi kulturali u kreattivi, speċjalment operaturi żgħar inklużi l-impriżi żgħar u medji (SMEs) u mikrointrapriżi, hija d-diffikultà tagħhom biex jaċċessaw il-fondi li jeħtieġu biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom, jikbru, joħolqu impjiegi, iżommu l-kompetittività tagħhom jew jinternazzjonalizzaw ruħhom. Filwaqt li din hija sfida komuni għall-SMEs b’mod ġenerali, is-sitwazzjoni hija ferm aktar diffiċli fis-setturi kulturali u kreattivi minħabba n-natura intanġibbli ta’ ħafna mill-assi tagħhom, il-profil tal-prototip tal-attivitajiet tagħhom u l-bżonn intrinsiku tagħhom li jieħdu riskji kif ukoll li jesperimentaw sabiex ikunu innovattivi, in-nuqqas ta’ prontezza tal-operaturi biex jinvestu fis-setturi kif ukoll in-nuqqas ta’ prontezza tal-istituzzjonijiet finanzjarji biex jinvestu.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Hemm bżonn li jinġabru flimkien il-programmi individwali attwali tal-Unjoni għas-setturi kulturali u kreattivi fi programm ta’ qafas komprensiv uniku sabiex ikun hemm appoġġ aktar effettiv tal-operaturi kulturali u kreattivi sabiex dawn jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li l-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni joffru u tingħatalhom għajnuna sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet li fil-preżent iwasslu għal frammentazzjoni tas-suq. Sabiex ikun effettiv, il-Programm għandu jikkunsidra n-natura speċifika tas-sottosetturi, il-gruppi differenti ta’ mira tagħhom u l-bżonnijiet partikolari tagħhom permezz ta’ approċċi mfassla apposta fit-taqsimiet indipendenti.

(15) Hemm bżonn li jinġabru flimkien il-programmi individwali attwali tal-Unjoni għas-setturi kulturali u kreattivi fi programm ta’ qafas komprensiv uniku sabiex ikun hemm appoġġ aktar effettiv tal-operaturi kulturali u kreattivi sabiex dawn jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet li l-bidla diġitali u l-globalizzazzjoni joffru u tingħatalhom għajnuna sabiex jindirizzaw il-kwistjonijiet li fil-preżent iwasslu għal frammentazzjoni tas-suq. Sabiex ikun effettiv, il-Programm għandu jikkunsidra n-natura speċifika tas-sottosetturi, il-gruppi differenti ta’ mira tagħhom u l-bżonnijiet partikolari tagħhom permezz ta’ approċċi mfassla apposta fit-taqsimiet indipendenti. Il-bidliet li dan jinvolvi għandhom jipprijoritizzaw is-simplifikazzjoni tal-proċess għall-applikazzjoni tal-proċeduri tar-rappurtar finanzjarju u l-konformità magħhom sabiex kemm l-SMEs kif ukoll l-organizzazzjonijiet komunitarji u volontarji ma jiġux mgħobbija żżejjed b’kompiti amministrattiv.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura u ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jgħinu jsaħħu s-sensazzjoni ta’ appartenenza għal żona kulturali komuni, u jikkontribwixxu biex itejbu l-valur tal-wirt kulturali. Il-finanzjament għandu jiġi pprovdut għal dawn iż-żewġ azzjonijiet tal-Unjoni.

(16) Il-Kapitali Ewropej tal-Kultura u l-Isport u ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jgħinu jsaħħu s-sensazzjoni ta’ appartenenza għal żona kulturali komuni, u jikkontribwixxu biex itejbu l-valur tal-wirt kulturali. Dawn l-azzjonijiet tal-Unjoni se jiġu ffinanzjati permezz tal-Programm Ewropa Kreattiva.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Programm, in-natura speċifika tas-setturi kulturali u kreattivi għandha tiġi kkunsidrata, u għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiżgura li l-proċeduri amministrattivi u finanzjarji jiġu simplifikati.

(23) Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Programm, in-natura speċifika tas-setturi kulturali u kreattivi għandha tiġi kkunsidrata, inter alia billi jiġi kkonsultat is-settur permezz tal-mezzi xierqa, u għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-proċeduri amministrattivi u finanzjarji jiġu simplifikati, b'mod partikolari għall-SMEs u l-organizzazzjonijiet komunitarji u volontarji.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Kif imsemmi fir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-impatt tad-Deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimmodifikaw il-bażijiet legali tal-Programmi Ewropej fl-oqsma tat-Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u ċ-Ċittadinanza tat-30 ta’ Lulju 2010, it-tnaqqis sostanzjali tad-dewmien fil-proċeduri ta’ ġestjoni żied l-effiċjenza tal-programmi. Din it-tip ta' simplifikazzjoni għandha titkompla.

(25) Kif imsemmi fir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-impatt tad-Deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jimmodifikaw il-bażijiet legali tal-Programmi Ewropej fl-oqsma tat-Tagħlim Tul il-Ħajja, il-Kultura, iż-Żgħażagħ u ċ-Ċittadinanza tat-30 ta’ Lulju 2010, it-tnaqqis sostanzjali tad-dewmien fil-proċeduri ta’ ġestjoni żied l-effiċjenza tal-programmi. Din it-tip ta' simplifikazzjoni għandha titkompla u tiġi mtejba aktar, b'fokus fuq it-tnaqqis tal-ħin involut fl-għoti u b’użu ikbar tal-għodod elettroniċi ta' ġestjoni tal-proġett.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. "setturi kulturali u kreattivi" tfisser is-setturi kollha li l-attivitajiet tagħhom huma bbażati fuq valuri kulturali u/jew espressjonijiet artistiċi u kreattivi, irrispettivament jekk dawn l-attivitajiet humiex orjentati lejn is-suq jew le u mit-tip ta’ struttura li twettaqhom. Dawn l-attivitajiet jinkludu l-ħolqien, il-produzzjoni, id-disseminazzjoni u l-preservazzjoni ta’ prodotti u servizzi li jinkorporaw espressjonijiet kulturali, artistiċi jew kreattivi, kif ukoll il-funzjonijiet relatati bħall-edukazzjoni, il-ġestjoni jew ir-regolamentazzjoni. Is-setturi kulturali u kreattivi jinkludu b’mod partikolari l-arkitettura, l-arkivji u l-libreriji, is-snajja' artistika, il-prodotti awdjoviżivi (inklużi l-films, it-televiżjoni, il-videogames u l-multimedja), il-wirt kulturali, id-disinn, il-festivals, il-mużika, l-arti tal-ispettaklu, il-pubblikazzjoni, ir-radju u l-arti viżiva.

1. "setturi kulturali u kreattivi" tfisser is-setturi kollha li l-attivitajiet tagħhom huma bbażati fuq valuri kulturali u/jew espressjonijiet artistiċi u kreattivi, irrispettivament jekk dawn l-attivitajiet humiex orjentati lejn is-suq jew le u mit-tip ta’ struttura li twettaqhom. Dawn l-attivitajiet jinkludu l-ħolqien, il-produzzjoni, id-disseminazzjoni u l-preservazzjoni ta’ prodotti u servizzi, inkluża d-diġitalizzazzjoni tas-servizzi, li jinkorporaw espressjonijiet kulturali, artistiċi jew kreattivi, kif ukoll il-funzjonijiet relatati bħall-edukazzjoni, il-ġestjoni jew ir-regolamentazzjoni u t-taħriġ. Is-setturi kulturali u kreattivi jinkludu setturi bħall-arkitettura, l-arkivji u l-libreriji, is-snajja' artistika, il-prodotti awdjoviżivi (inklużi l-films, it-televiżjoni, ir-radju, il-videogames u l-multimedja), il-wirt kulturali, id-disinn, il-mużika, l-arti tal-ispettaklu, il-pubblikazzjoni, l-arti viżiva u r-reġistrazzjoni.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-karattru transnazzjonali tal-attivitajiet tiegħu u l-impatt tagħhom li se jikkumplimentaw il-programmi nazzjonali, internazzjonali u oħrajn tal-Unjoni;

(a) il-karattru transnazzjonali tal-attivitajiet tiegħu u l-impatt tagħhom, b'mod partikolari fuq il-kondiviżjoni tal-għarfien, li se jikkumplimentaw il-programmi lokali, reġjonali, nazzjonali, internazzjonali u oħrajn tal-Unjoni;

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-kooperazzjoni transnazzjonali li tistimula rispons aktar komprensiv, rapidu u effettiv għall-isfidi globali u toħloq effetti sistemiċi fit-tul fuq is-setturi;

(c) il-kooperazzjoni transnazzjonali li tistimula rispons aktar komprensiv, rapidu u effettiv għall-isfidi globali u l-innovazzjoni, u toħloq effetti sistemiċi fit-tul fuq is-setturi;

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) it-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali permezz tat-titjib tal-aċċess għall-prodotti tas-settur kulturali u kreattiv għaċ-ċittadini tal-Unjoni kollha, u b’mod partikolari għall-persuni b’diżabilità;

Ġustifikazzjoni

It-titjib tal-aċċess għall-prodotti tas-CCS għaċ-ċittadini kollha tal-Ewropa, u b’mod partikolari għall-persuni b’diżabilità, se jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-koeżjoni soċjali fl-UE.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) isaħħu l-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi bil-għan li jiġi promoss it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

(b) isaħħu l-kompetittività u l-flessibbiltà tas-setturi kulturali u kreattivi bil-għan li jiġi promoss it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li jippromwovi ċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali tax-xogħlijiet u l-operaturi kulturali u kreattivi u jilħaq udjenzi ġodda fl-Ewropa u lil hinn;

(b) li jippermetti ċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali tax-xogħlijiet u l-operaturi kulturali u kreattivi u jilħaq udjenzi ġodda fl-Ewropa u lil hinn;

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) li jippromwovi l-mobbiltà fost l-artisti, id-djalogu interkulturali u l-edukazzjoni artistika;

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li jsaħħaħ il-kapaċità finanzjarja tas-setturi kulturali u kreattivi, u b'mod partikolari l-impriżi żgħar u medji u l-organizzazzjonijiet;

(c) li jsaħħaħ il-kapaċità finanzjarja tas-setturi kulturali u kreattivi, u b'mod partikolari l-libreriji pubbliċi, l-impriżi żgħar u medji, il-mikrointrapriżi u l-organizzazzjonijiet komunitarji u volontarji;

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) li jappoġġa l-kooperazzjoni tal-politika transnazzjonali sabiex irawwem l-iżvilupp tal-politika, l-innovazzjoni, il-bini tal-udjenza u mudelli ġoddatan-negozju.

(d) li jappoġġa l-kooperazzjoni tal-politika transnazzjonali sabiex irawwem l-iżvilupp tal-politika, l-innovazzjoni, il-bini tal-udjenza, mudelli ta' negozju ġodda u attività intraprenditorjali;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) li jinkoraġġixxi sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet kulturali u s-settur privat sabiex jinħolqu modi ġodda għall-finanzjament tad-diġitalizzazzjoni ta' materjal kulturali u li jistimula l-użu innovattiv ta' tali materjal, filwaqt li jiġi żgurat li s-sħubijiet bejn il-pubbliku u l-privat għad-diġitalizzazzjoni jkunu ġusti u bbilanċati;

Ġustifikazzjoni

Għat-trawwim tal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità lingwistika u kulturali Ewropea u sabiex tiġi kkonsolidata l-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi, l-objettivi speċifiċi jeħtieġ jinkludu l-objettiv tal-inkuraġġiment tas-sħubijiet bejn l-istituzzjonijiet kulturali u s-settur privat sabiex jinħolqu modi ġodda ta’ finanzjament tad-diġitalizzazzjoni tal-materjal kulturali u jiġi stimulat l-użu innovattiv ta’ dan il-materjal.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) li jippromwovi livelli għolja ta' kompetenza u aċċessibbiltà diġitali fl-Istati Membri kollha, sabiex jinħolqu opportunitajiet ugwali li jippermettu li ċ-ċittadini tal-Unjoni jgawdu l-frott tax-xogħlijiet kulturali, artistiċi u awdjoviżivi;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 - punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc) li jistimula l-impjiegi sostennibbli fis-setturi kulturali u kreattivi, biex b’hekk jiġu ġġenerati wkoll impatti pożittivi fil-qasam tal-impjiegi f'setturi relatati bħat-turiżmu u s-settur diġitali;

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt dd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dd) li jtejjeb il-kundizzjonijiet għad-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibilità onlajn ta’ materjal kopert mid-drittijiet tal-awtur;

Ġustifikazzjoni

Għat-trawwim tal-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità lingwistika u kulturali Ewropea u sabiex tiġi kkonsolidata l-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi, l-objettivi speċifiċi jeħtieġ jinkludu l-objettiv tat-titjib tal-kundizzjonijiet għad-diġitalizzazzjoni u l-aċċessibilità onlajn ta’ materjal kopert mid-drittijiet tal-awtur.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – punt de (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(de) li jtejjeb il-kundizzjonijiet infrastrutturali diġitali u l-qafas leġiżlattiv għall-ġestjoni u l-ħżin tal-materjal f'format diġitali, sabiex tiġi garantita l-preservazzjoni fit-tul tagħhom;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – point df (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(df) li jappoġġa t-tkabbir sostenibbli u inklużiv billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-prodotti kulturali u kreattivi għall-persuni b’diżabilità.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi protetta u promossa d-diversità lingwistika u kulturali Ewropea, u sabiex tiġi kkonsolidata l-kompetittività tas-setturi tal-kultura u l-kreattività, jeħtieġ li fost l-objettivi speċifiċi tal-programm speċifiku jiġi inkluż l-objettiv ta' appoġġ tat-tkabbir sostenibbli u inklużiv billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-prodotti kulturali u kreattivi għall-persuni b’diżabilità.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Faċilità mmirata lejn is-setturi kulturali u kreattivi u li titħaddem fil-kuntest ta' strument ta' dejn tal-Unjoni għall-impriżi u medji. Din il-faċilità għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Faċilità mmirata lejn is-setturi kulturali u kreattivi u li titħaddem fil-kuntest ta' strument ta' dejn tal-Unjoni għall-impriżi żgħar u medji, il-mikrointrapriżi u l-organizzazzjonijiet komunitarji u volontarji. Din il-faċilità għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzi għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju u organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej;

(a) l-iffaċilitar tal-aċċess għall-finanzi għall-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, il-mikrointrapriżi, il-libreriji pubbliċi u l-organizzazzjonijiet komunitarji u volontarji fis-setturi kulturali u kreattivi Ewropej;

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) konferenzi, seminars u djalogu politiku inkluż fil-qasam tal-litteriżmu kulturali u medjatiku;

(e) konferenzi, seminars u djalogu politiku inkluż fil-qasam tal-litteriżmu kulturali u medjatiku intiżi għall-partijiet interessati direttament involuti fis-setturi kkonċernati;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – punt f – inċiż 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– jipprovdu feedback regolari dwar il-piżijiet amministrattivi għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju u l-organizzazzjonijiet komunitarji u volontarji kif ukoll proposti prattiċi sabiex jitnaqqsu dawk il-piżijiet.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-appoġġ ta’ azzjonijiet li jipprovdu l-operaturi b’ħiliet u kompetenzi li jinkoraġġixxu l-adattament għat-teknoloġiji diġitali, inkluż l-ittestjar ta’ approċċi ġodda għall-bini tal-udjenza u l-mudelli tan-negozju;

(a) l-appoġġ ta’ azzjonijiet li jipprovdu l-operaturi, inklużi l-libreriji pubbliċi, b’ħiliet u kompetenzi li jinkoraġġixxu l-adattament għat-teknoloġiji diġitali, inkluż l-ittestjar ta’ approċċi ġodda għall-bini tal-udjenza u l-mudelli tan-negozju, inter alia permezz tal-użu ta' pjattaformi medjatiċi soċjali; it-teknoloġija tal-Internet mobbli għandha tifforma parti integrali ta’ dan il-proċess, fid-dawl tal-użu dejjem ikbar tagħha;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-appoġġ għall-bini tal-udjenza bħala mezz għall-istimulazzjoni tal-interess fix-xogħlijiet kulturali Ewropej.

(c) l-appoġġ għall-bini tal-udjenza bħala mezz għall-istimulazzjoni tal-interess fix-xogħlijiet kulturali Ewropej, inklużi bl-ingranaġġ ta' pjattaformi medjatiċi soċjali.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) attivitajiet mil-libreriji pubbliċi li jelenkaw ix-xogħlijiet litterarji tagħhom fuq il-kompjuter, jipproduċu katalogi integrati onlajn u jintegraw il-libreriji pubbliċi f'netwerks nazzjonali u internazzjonali;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) azzjonijiet speċjali li għandhom l-għan li jiksbu viżibilità akbar tar-rikkezza u d-diversità tal-kulturi Ewropej, u jistimulaw djalogu interkulturali u fehim reċiproku, inklużi premjijiet kulturali Ewropej, iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, u l-Kapitali Ewropej tal-Kultura.

(e) azzjonijiet speċjali li għandhom l-għan li jiksbu viżibilità akbar tar-rikkezza u d-diversità tal-kulturi Ewropej, u jistimulaw djalogu interkulturali u fehim reċiproku, inklużi premjijiet kulturali Ewropej, iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, u l-Kapitali Ewropej tal-Kultura u l-Isport.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-iffaċilitar tal-akkwiżizzjoni ta’ ħiliet u l-iżvilupp ta’ netwerks u b’mod partikolari l-inkoraġġiment tal-użu ta’ teknoloġiji diġitali sabiex jiżguraw l-adattament għall-iżvilupp tas-suq;

(a) l-iffaċilitar tal-akkwiżizzjoni ta’ ħiliet u l-iżvilupp ta’ netwerks u b’mod partikolari l-inkoraġġiment tal-użu ta’ teknoloġiji diġitali u l-midja soċjali sabiex jiżguraw l-adattament għall-iżvilupp tas-suq; it-teknoloġija tal-Internet mobbli għandha tifforma parti integrali ta’ dan il-proċess, fid-dawl tal-użu dejjem ikbar tagħha;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) il-promozzjoni ta' proġetti li jimplimentaw żvilupp transmedjali u ta’ pjattaformi diversi kemm teknikament kif ukoll kreattivament;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) l-appoġġ tal-iżvilupp ta' proġett pilota kif ukoll il-promozzjoni u t-twaqqif tiegħu.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja) fid-dawl tal-aspetti multidimensjonali tal-industriji kreattivi, it-trawwim ta’ politiki li jħeġġu l-innovazzjoni kemm fil-livell tekniku kif ukoll f’dak kreattiv.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-politiki rilevanti tal-UE, b'mod partikolari dawk fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-impriża, it-turiżmu, il-ġustizzja u l-iżvilupp;

(a) il-politiki rilevanti tal-UE, b'mod partikolari dawk fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-impjiegi, is-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-impriża, it-turiżmu, il-ġustizzja, l-iżvilupp u l-isport;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) sorsi oħra rilevanti ta' finanzjament tal-UE fil-qasam tal-politiki tal-kultura u l-midja, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Programmi ta' Riċerka u Innovazzjoni, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji marbuta mal-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, il-programmi ta' kooperazzjoni esterna u l-istrumenti ta' qabel l-adeżjoni. B'mod partikolari, se jkun importanti li jiġu żgurati s-sinerġiji fil-livell ta' implimentazzjoni bejn il-Programm u l-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti.

(b) sorsi oħra rilevanti ta' finanzjament tal-UE fil-qasam tal-politiki tal-kultura u l-midja, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Programm ta' Riċerka u Innovazzjoni, il-Programm Erasmus għal Kulħadd, kif ukoll l-istrumenti finanzjarji marbuta mal-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, il-programmi ta' kooperazzjoni esterna u l-istrumenti ta' qabel l-adeżjoni. B'mod partikolari, se jkun importanti li jiġu żgurati s-sinerġiji fil-livell ta' implimentazzjoni bejn il-Programm u l-istrateġiji nazzjonali u reġjonali għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Minbarra l-monitoraġġ regolari l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni esterna mhux aktar tard minn tmiem l-2007 sabiex tivvaluta l-effikaċja fil-kisba tal-objettivi u l-effiċjenza tal-Programm u l-valur miżjud Ewropew tiegħu bil-ħsieb ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-Programm. L-evalwazzjoni għandha tindirizza l-kamp ta' applikazzjoni għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tal-Programm, l-issoktar tar-rilevanza tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tad-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE, id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE u d-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(a) Minbarra l-monitoraġġ regolari l-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rapport ta' evalwazzjoni esterna mhux aktar tard minn tmiem l-2007 sabiex tivvaluta l-effikaċja fil-kisba tal-objettivi u l-effiċjenza tal-Programm u l-valur miżjud Ewropew tiegħu bil-ħsieb ta' deċiżjoni dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar ir-riżultati u l-indikaturi ta’ prestazzjoni għall-Programm. L-evalwazzjoni għandha tindirizza l-kamp ta' applikazzjoni għas-simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna tal-Programm, l-issoktar tar-rilevanza tal-objettivi kollha, kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-miżuri għall-prijoritajiet tal-Unjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni fuq l-impatt fit-tul tad-Deċiżjoni Nru 1855/2006/KE, id-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE u d-Deċiżjoni Nru 1041/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament ibbażat fuq il-monitoraġġ u l-valutazzjoni skont l-Artikolu 14, sabiex il-Parlament ikun jista’ jissorvelja r-riżultati u l-indikaturi ta’ prestazzjoni għall-programm.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-benefiċjarji tal-proġetti appoġġati mill-Programm għandhom jiżguraw komunikazzjoni u disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar il-finanzjament tal-Unjoni li jkunu rċevew u r-riżultati miksuba.

1. Il-benefiċjarji tal-proġetti appoġġati mill-Programm għandhom jiżguraw komunikazzjoni u disseminazzjoni tal-informazzjoni dwar il-finanzjament tal-Unjoni li jkunu rċevew u r-riżultati miksuba, inklużi l-wiri prominenti tal-logos, in-nomenklatura u s-simboli rilevanti.

PROĊEDURA

Titolu

Programm Ewropa Kreattiva

Referenzi

COM(2011)0785 – C7-0435/2011 – 2011/0370(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

30.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

30.11.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Silvia-Adriana Ţicău

27.1.2012

Eżami fil-kumitat

21.3.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

31.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Jürgen Creutzmann, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Marisa Matias, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Jens Rohde, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Patrizia Toia, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, Francesco De Angelis, Ioan Enciu, Françoise Grossetête, Satu Hassi, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Seán Kelly, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Zofija Mazej Kukovič, Vladimír Remek

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

María Auxiliadora Correa Zamora, Franziska Keller

PROĊEDURA

Titolu

Il-Programm Ewropa Kreattiva

Referenzi

COM(2011)0785 – C7-0435/2011 – 2011/0370(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.11.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

30.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

30.11.2011

DEVE

30.11.2011

BUDG

30.11.2011

EMPL

19.1.2012

 

ITRE

30.11.2011

LIBE

30.11.2011

FEMM

30.11.2011

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

Data tad-deċiżjoni

AFET

20.12.2011

DEVE

5.12.2011

LIBE

5.12.2011

FEMM

10.7.2012

Rapporteur

Data tal-ħatra

Silvia Costa

2.2.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.7.2012

8.10.2012

27.11.2012

 

Data tal-adozzjoni

18.12.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Santiago Fisas Ayxela, Lorenzo Fontana, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Emilio Menéndez del Valle, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Monika Panayotova, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marietje Schaake, Marco Scurria, Hannu Takkula, Helga Trüpel, Milan Zver

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Timothy Kirkhope, Iosif Matula, Raimon Obiols, Georgios Papanikolaou, Rui Tavares

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Leonardo Domenici

Data tat-tressiq

14.1.2013