RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew
14.1.2013 - (COM(2011)0650/3 – C7‑0375/2012 – 2011/0294(COD)) - ***I
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Georgios Koumoutsakos, Ismail Ertug
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew
(COM(2011)0650/3 – C7‑0375/2012 – 2011/0294(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011) 0650/3),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0375/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Frar 2012[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Mejju 2012[2],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0012/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2) L-ippjanar, l-iżvilupp u l-operat tan-netwerks tat-trasport trans-Ewropew jikkontribwixxu għall-ilħuq ta' għanijiet ewlenin tal-Unjoni, bħall-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali u għandhom ukoll l-għanijiet speċifiċi li jippermettu l-mobilità mingħajr interruzzjonijiet u sostenibbli tal-persuni u l-merkanzija u jiżguraw l-aċċessibbiltà għar-reġjuni kollha tal-Unjoni. |
(2) L-ippjanar, l-iżvilupp u l-operat tan-netwerks tat-trasport trans-Ewropew għandhom ikunu konformi mal-objettivi u l-prijoritajiet definiti fil-White Paper dwar it-Trasport ("Pjan Direzzjonali għal Żona tat-Trasport Ewropea Unika") u tal-Istrateġija UE 2020. Dawn jikkontribwixxu għall-ilħuq ta' għanijiet ewlenin tal-Unjoni, bħall-implimentazzjoni totali u l-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Huma għandhom ikollhom ukoll l-għanijiet speċifiċi li jippermettu l-mobilità mingħajr interruzzjonijiet, sigura u sostenibbli tal-persuni u l-merkanzija fost l-Istati Membri u jiżguraw l-aċċessibbiltà u l-konnettività xierqa għar-reġjuni kollha tal-Unjoni, inklużi r-reġjuni insulari, remoti u ultraperiferiċi. Għandhom jikkontribwixxu għal aktar tkabbir ekonomiku u kompetittività f'kuntest globali. Barra minn hekk, jeħtieġ li x-xejriet tat-trasport tal-passiġġieri sostenibbli jiġu bbażati fuq soluzzjonijiet multimodali għaċ-ċittadini kollha kif ukoll fuq inklużjoni soċjali mtejba. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3) Dawn l-għanijiet speċifiċi għandhom jintlaħqu bit-twaqqif ta' interkonnessjonijiet u interoperabbiltà bejn in-netwerks tat-trasport nazzjonali b'mod effiċjenti fir-riżorsi. |
(3) Dawn l-għanijiet speċifiċi għandhom jintlaħqu bit-twaqqif ta' interkonnessjonijiet u interoperabbiltà bejn in-netwerks tat-trasport nazzjonali b'mod sostenibbli permezz ta' teknoloġiji nodfa b'użu effiċjenti tal-enerġija u jqisu l-esiġenza ta' salvagwardja tal-ambjent. L-interoperabilità ferrovjarja tista' tiġi promossa bis-saħħa ta' soluzzjonijiet innovattivi intiżi li jtejbu l-kompatibilità fost is-sistemi differenti, bħat-tagħmir abbord u binarji b'wisa' multipla. Għall-finijiet ta' valur miżjud Ewropew, l-Unjoni għandha partikolarment tiffokalizza l-isforzi tagħha u tikkonċentra r-riżorsi tagħha fuq is-sezzjonijiet transkonfinali. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4) Iż-żieda fit-traffiku rriżultat f'żieda fil-konġestjoni fil-kurituri tat-trasport internazzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-mobilità internazzjonali tal-merkanzija u l-passiġġieri, il-kapaċità tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u l-użu ta' din il-kapaċità għandhom jiġu ottimizzati u, jekk ikun meħtieġ, imkabbra bit-tneħħija tal-punti ta' konġestjoni tal-infrastruttura u l-ħolqien ta' konnessjonijiet ta' infrastruttura nieqsa fi u bejn l-Istati Membri. |
(4) Iż-żieda fit-traffiku rriżultat f'żieda fil-konġestjoni fil-kurituri tat-trasport internazzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-mobilità internazzjonali tal-merkanzija u l-passiġġieri, il-kapaċità tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u l-użu ta' din il-kapaċità għandhom jiġu ottimizzati u, jekk ikun meħtieġ, imkabbra bit-tneħħija tal-punti ta' konġestjoni tal-infrastruttura u l-ħolqien ta' konnessjonijiet ta' infrastruttura nieqsa fi u bejn l-Istati Membri u, skont il-każ, il-pajjiżi tal-viċinat, partikolarment fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni fl-2013 u n-negozjati li għaddejjin ma' pajjiżi kandidati u potenzjalment kandidati oħra. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7) Il-politika tan-netwerk ta' trasport trans-Ewropew għandha tikkunsidra l-evoluzzjoni tal-politika ta' trasport u s-sjieda tal-infrastruttura. Fl-imgħoddi, l-Istati Membri kienu l-entità ewlenija inkarigata mill-ħolqien u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport. Madankollu, entitajiet oħra, inklużi dawk privati, saru wkoll rilevanti għat-twettiq ta' netwerk tat-trasport trans-Ewropew multimodali, inklużi pereżempju maniġers tal-infrastruttura, konċessjonarji jew awtoritajiet tal-portijiet u tal-ajruporti. |
(7) Il-politika tan-netwerk ta' trasport trans-Ewropew għandha tikkunsidra l-evoluzzjoni tal-politika ta' trasport u s-sjieda tal-infrastruttura. Fl-imgħoddi, l-Istati Membri kienu l-entità ewlenija inkarigata mill-ħolqien u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport. Madankollu, entitajiet oħra, inklużi s-sħab privati, saru wkoll rilevanti għat-twettiq ta' netwerk tat-trasport trans-Ewropew multimodali u l-investimenti relatati, inklużi pereżempju l-awtoritajiet reġjonali u lokali, maniġers tal-infrastruttura, konċessjonarji jew awtoritajiet tal-portijiet, tal-interportijiet u tal-ajruporti. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 8a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(8a) Waqt l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni dwar it-TEN-T, għandha tingħata kunsiderazzjoni dovuta liċ-ċirkostanzi partikolari tal-proġett individwali. Fejn hu possibbli, għandhom ikunu sfruttati s-sinerġiji ma' politiki oħrajn, pereżempju mal-aspetti tat-turiżmu billi mal-istrutturi ta' inġinerija, bħal pontijiet jew mini, tiġu inkluża l-infrastruttura ċiklistika għal mogħdijiet ċiklabbli fuq distanzi twal bħar-rotot EuroVelo. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 8b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(8b) In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandu jiġi żviluppat permezz tal-ħolqien ta' infrastruttura ġdida tat-trasport, ir-rivitalizzazzjoni u t-titjib tal-infrastruttura eżistenti u permezz ta' miżuri li jippromwovu l-użu effiċjenti tiegħu mil-lat tar-riżorsi. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(9) L-aħjar mod li bih jista' jiġi żviluppat in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew huwa permezz tal-approċċ tas-saff doppju, li jikkonsisti f'netwerk komprensiv u netwerk ewlieni, fejn dawn iż-żewġ saffi huma l-ogħla livell ta' ppjanar ta' infrastruttura fl-Unjoni. |
(9) In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandu jiġi żviluppat permezz tal-approċċ tas-saff doppju, li jikkonsisti f'netwerk komprensiv u netwerk ewlieni, fejn dawn iż-żewġ saffi huma l-ogħla livell ta' ppjanar ta' infrastruttura fl-Unjoni u bbażat fuq metodoloġija komuni u trasparenti. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10) In-netwerk komprensiv għandu jkun netwerk tat-trasport mifrux mal-Ewropa kollha li jiżgura l-aċċessibbiltà tar-reġjuni kollha fl-Unjoni, inklużi l-iktar reġjuni remoti u mbiegħda, kif stabbilit ukoll fil-Politika Marittima Integrata1 u t-tisħiħ tal-koeżjoni bejniethom. Il-linji gwidi għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-infrastruttura tan-netwerk komprensiv, sabiex jinkiseb netwerk ta' kwalità għolja madwar l-Unjoni sal-2050. |
(10) In-netwerk komprensiv għandu jkun netwerk tat-trasport mifrux mal-Ewropa kollha li jiżgura l-aċċessibbiltà tar-reġjuni kollha fl-Unjoni, inklużi dawk insulari, l-iktar reġjuni remoti u ultraperiferiċi, kif stabbilit ukoll fir-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Novembru 2011 li jistabbilixxi Programm biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ulterjuri ta' Politika Marittima Integrata1, u t-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u ekonomika bejniethom. Il-linji gwidi għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-infrastruttura tan-netwerk komprensiv, sabiex jiġi żviluppat netwerk ta' kwalità għolja madwar l-Unjoni sal-2050. |
|
__________________ |
__________________ |
|
1 COM(2007) 575 finali. |
1 ĠU L 321, 5.12.2011, p. 1. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 10 a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(10a) Ir-reġjuni ultraperiferiċi għad iridu jottimizzaw urġentement l-aċċessibbiltà tagħhom, speċjalment fir-rigward tal-konnessjonijiet bl-ajru mat-territorju Ewropew u tal-ġarr ta' passiġġieri u merkanzija bil-baħar, billi dan huwa l-uniku mod li bih jistgħu jintegraw b'mod aktar sħiħ fis-suq intern. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 10b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(10b) In-netwerk komprensiv għandu jqis il-problemi speċifiċi ta' wħud mill-Istati Membri, bħall-inħawi ftit li xejn popolati li ma għandhomx toroq lokali alternattivi, u għandu jiżgura li dawk il-problemi jkunu rranġati b'mod effiċjenti u adegwat. Dan jikkontribwixxi biex jippermetti liċ-ċittadini kollha jgawdu minn moviment liberu fl-Unjoni. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11) In-netwerk ewlieni għandu jiġi identifikat u implimentat bħala prijorità fil-qafas ipprovdut bin-netwerk komprensiv sal-2030. Huwa għandu jikkostitwixxi s-sinsla tal-iżvilupp ta' netwerk tat-trasport multimodali u jistimola l-iżvilupp tan-netwerk komprensiv kollu. Għandu jippermetti li l-azzjoni tal-Unjoni tikkonċentra fuq dawk il-komponenti tan-netwerk ta' trasport trans-Ewropew bl-ogħla valur miżjud Ewropew, b'mod partikolari s-sezzjonijiet transkonfinali, il-konnessjonijiet nieqsa, il-punti ta' konnessjoni multimodali u l-punti ewlenin ta' konġestjoni. |
(11) In-netwerk ewlieni għandu jiġi identifikat u implimentat bħala prijorità fil-qafas ipprovdut bin-netwerk komprensiv sal-2030. Huwa għandu jikkostitwixxi s-sinsla tal-iżvilupp ta' netwerk tat-trasport multimodali u jistimola l-iżvilupp tan-netwerk komprensiv kollu. Għandu jippermetti li l-azzjoni tal-Unjoni tikkonċentra fuq dawk il-komponenti tan-netwerk ta' trasport trans-Ewropew bl-ogħla valur miżjud Ewropew, b'mod partikolari s-sezzjonijiet transkonfinali, il-konnessjonijiet nieqsa, il-konnessjonijiet "tal-aħħar mil", il-punti ta' konnessjoni multimodali u l-punti ewlenin ta' konġestjoni, filwaqt li sal-2050 jissodisfa l-objettiv ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mit-trasport b'60 % taħt il-livelli tal-1990. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11) In-netwerk ewlieni għandu jiġi identifikat u implimentat bħala prijorità fil-qafas ipprovdut bin-netwerk komprensiv sal-2030. Huwa għandu jikkostitwixxi s-sinsla tal-iżvilupp ta' netwerk tat-trasport multimodali u jistimola l-iżvilupp tan-netwerk komprensiv kollu. Għandu jippermetti li l-azzjoni tal-Unjoni tikkonċentra fuq dawk il-komponenti tan-netwerk ta' trasport trans-Ewropew bl-ogħla valur miżjud Ewropew, b'mod partikolari s-sezzjonijiet transkonfinali, il-konnessjonijiet nieqsa, il-punti ta' konnessjoni multimodali u l-punti ewlenin ta' konġestjoni. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Ġustifikazzjoni | |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 11a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(11a) L-interessi tal-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll tas-soċjetà ċivili lokali milquta minn proġett ta' interess komuni għandhom jiġu kkunsidrati b'mod adegwat fil-fażijiet ta' ppjanar u kostruzzjoni tal-proġetti. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jiġu evitati kunflitti fil-ġejjieni dwar ċerti proġetti u pjanijiet u ssir prevenzjoni xierqa tagħhom, huwa essenzjali li l-organizzazzjonijiet u l-awtoritajiet tas-soċjetà ċivili jiġu kkonsultati b'għarfien espert lokali / reġjonali. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 11b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(11b) Is-sitwazzjoni partikolari tan-netwerks ferrovjarji iżolati jew parzjalment iżolati għandha tiġi rikonoxxuta permezz ta' eżenzjonijiet minn ċerti rekwiżiti infrastrutturali. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12) Sabiex jistabbilixxu n-netwerk ewlieni u komprensiv b'mod koordinat u fil-ħin, u b'hekk tkun possibbli l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tan-netwerk, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-proġetti ta' interess komuni jiġu finalizzati sal-2030 u l-2050 rispettivament. |
(12) Sabiex jistabbilixxu n-netwerk ewlieni u komprensiv b'mod koordinat u fil-ħin, u b'hekk tkun possibbli l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tan-netwerk, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-proġetti ta' interess komuni jiġu finalizzati sal-2030 u l-2050 rispettivament. Fil-kuntest tar-reviżjoni skont l-Artikolu 57, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istat tal-progress tal-proġetti u, fejn ikun meħtieġ, għandha tkun tista' tikkunsidra mill-ġdid dawn l-iskadenzi, filwaqt li tqis kwalunkwe żvilupp li jista' jolqot it-twettiq tagħhom, kif ukoll il-proċess ta' tlaħħiq tal-Istati Membri l-ġodda. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13) Huwa meħtieġ li jiġu identifikati proġetti ta' interess komuni li jikkontribwixxu għall-ilħuq tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u li jikkorrispondu għall-prijoritajiet stabbiliti fil-linji gwidi. |
(13) Huwa meħtieġ li jiġu identifikati proġetti ta' interess komuni li jikkontribwixxu għall-ilħuq tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u li jikkontribwixxu għall-objettivi u jikkorrispondu għall-prijoritajiet stabbiliti fil-linji gwidi. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14) Il-proġetti ta' interess komuni għandhom juru valur miżjud Ewropew ċar. Il-proġetti transkonfinali tipikament għandhom valur miżjud Ewropew għoli, iżda jista' jkollhom effetti ekonomiċi diretti iżjed baxxi meta mqabbla ma' proġetti purament nazzjonali. Għalhekk, huwa probabbli li ma jiġux implimentati mingħajr l-intervent tal-Unjoni. |
(14) Il-proġetti ta' interess komuni għandhom juru valur miżjud Ewropew ċar, billi jtejbu l-interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fluwidità, il-veloċità u s-sostenibbiltà tal-flussi tat-trasport fl-Unjoni kollha. Il-proġetti transkonfinali tipikament għandhom valur miżjud Ewropew għoli. L-effetti ekonomiċi diretti iżjed baxxi tagħhom meta mqabbla ma' proġetti purament nazzjonali jeħtieġu intervent prijoritarju min-naħa tal-Unjoni sabiex jiġi żgurat li dawn jiġu implimentati. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tkun ċara t-tifsira preċiża ta' "valur miżjud" permezz ta' riferiment qasir għad-definizzjoni ta' "valur miżjud Ewropew" proposta fir-rapport tal-PE dwar din il-proposta għal regolament. Intervent min-naħa tal-Unjoni għall-finanzjament ta' proġetti transkonfinali għandu jkun prijoritarju, meta jitqies il-valur miżjud Ewropew għoli ta' proġetti bħal dawn. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(14a) Il-proġetti ta' interess komuni, barra minn hekk, għandhom ikunu soġġetti għal analiżi tal-benefiċċji tal-kostijiet li tkun imfassla partikolarment għan-netwerks tat-trasport trans-Ewropej u jiġu kkunsidrati l-benefiċċji u l-kostijiet kollha soċjali, ekonomiċi u ambjentali. Ir-riżultati ta' din l-analiżi għandhom juru valur attwali nett pożittiv. |
Ġustifikazzjoni | |
L-analiżi soċjoekonomika tal-benefiċċji tal-kostijiet proposta mill-Kummissjoni fl-Artikolu 7 għandha tissemma fi premessa. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 14b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(14b) Sabiex jikkontribwixxu għall-objettivi klimatiċi tal-White Paper dwar it-trasport ta' tnaqqis ta' 60 % fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra taħt il-livelli tal-1990 sal-2050, l-impatti ta' gass b'effett ta' serra ta' proġetti ta' interess komuni fil-forma ta' infrastrutturi ġodda, estensjonijiet jew titjib fl-istandards tal-infrastruttura għandhom jiġu vvalutati. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa meħtieġ li l-impatt fuq il-klima ta' ċerti proġetti tal-infrastruttura jiġi vvalutat, għaliex l-investimenti fl-infrastruttura tat-trasport trans-Ewropew sejrin jinfluwenzaw bil-qawwa l-użu tat-trasport u jiddeterminaw l-emissjonijiet CO2 sal-2050 u lil hinn minnu. L-iżvilupp jew it-titjib fl-istandards tal-infrastruttura tat-trasport jistgħu jkollhom impatti sinifikanti fuq id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport. Filwaqt li ċerti tipi ta' infrastruttura jġorru magħhom ir-riskju li jeħlu f'tekonoloġija jew moduli tat-trasport b'użu intensiv ta' karbonju, proġetti oħra jistgħu jikkontribwixxu għal tnaqqis fil-gass b'effett ta' serra. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 18a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(18a) Fil-qafas tal-reviżjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' evalwa, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, jekk l-infrastrutturi l-oħra li tejbu l-istandards tagħhom u li jistgħu jiggarantixxu r-rekwiżiti kif definiti f'dan ir-Regolament, ikunu jistgħu jiġu integrati fin-netwerk. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20) Is-sistemi tat-trasport intelliġenti huma meħtieġa sabiex jipprovdu l-bażi għall-ottimizzazzjoni tal-operat tat-traffiku u t-trasport u t-titjib tas-servizzi relatati. |
(20) Is-sistemi tat-trasport intelliġenti huma meħtieġa sabiex jipprovdu l-bażi għall-ottimizzazzjoni tal-operat tat-traffiku u t-trasport u t-titjib tas-servizzi relatati, kif ukoll għat-titjib tas-sikurezza tat-traffiku u s-sikurezza ta' operazzjonijiet tat-trasport. Dawn għandhom ikunu interoperabbli u għandhom jintużaw b'mod wiesa' fil-moduli tat-trasport, fl-Istati Membri u fir-reġjuni kollha sabiex jiġu massimizzati l-benefiċċji għas-suq intern, it-tkabbir sostenibbli u l-koeżjoni. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21) Il-linji gwida għandhom jipprevedu l-iżvilupp tan-netwerk komprensiv f'nodi urbani, billi dawk in-nodi huma l-punt ta' tluq jew id-destinazzjoni finali ("l-aħħar mil") għal passiġġieri u merkanzija li jkunu qed jiġu trasportati permezz tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u huma punti ta' trasferiment fi jew bejn mezzi differenti ta' trasport. |
(21) Il-linji gwida għandhom jipprevedu l-iżvilupp tan-netwerk komprensiv f'nodi urbani, skont l-objettivi tal-Unjoni dwar il-mobilità urbana sostenibbli, billi dawk in-nodi huma l-punt ta' tluq jew id-destinazzjoni finali ("l-aħħar mil") għal passiġġieri u merkanzija li jkunu qed jiġu trasportati permezz tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u huma punti ta' trasferiment fi jew bejn mezzi differenti ta' trasport. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 22 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22) In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, minħabba l-iskala kbira tiegħu, għandu jipprovdi l-bażi għall-mobilitazzjoni fuq skala kbira ta' teknoloġiji ġodda u innovazzjoni, li, pereżempju, jistgħu jgħinu fit-titjib tal-effiċjenza ġenerali tas-settur tat-trasport Ewropew u jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tiegħu. Dan se jikkontribwixxi lejn l-istrateġija Ewropa 2020 u l-mira tal-White Paper tat-Trasport ta' tnaqqis ta' 60% fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2050 (fuq bażi tal-livelli tal-1990) u fl-istess ħin jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għan taż-żieda tas-sigurtà tal-karburanti għall-Unjoni. |
(22) In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, minħabba l-iskala kbira tiegħu, għandu jipprovdi l-bażi għall-mobilitazzjoni fuq skala kbira ta' teknoloġiji ġodda u innovazzjoni, li, pereżempju, jistgħu jgħinu fit-titjib tal-effiċjenza ġenerali tas-settur tat-trasport Ewropew u jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
It-tieni parti ta' din il-premessa hija inkluża fi premessi oħra bħall-premessa l-ġdida 14b. | |
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 23 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(23) In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandu jiżgura multimodalità effiċjenti sabiex jippermetti għażliet modali aħjar li għandhom isiru u volumi kbar li għandhom jiġu konsolidati għat-trasferimenti fuq distanzi twal. Dan għandu jagħmel il-multimodalità iżjed ekonomikament attraenti għall-kumpaniji tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar. |
(23) In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandu jiżgura multimodalità effiċjenti billi jagħti prijorità lill-moduli tat-trasport l-aktar sostenibbli sabiex jippermetti għażliet modali aħjar li jsiru għall-passiġġieri u l-merkanzija u volumi kbar li għandhom jiġu konsolidati għat-trasferimenti fuq distanzi twal. L-investimenti fil-faċilitajiet tat-trasbord multimodali se jagħmlu t-trasport aktar effiċjenti u se jagħmlu wkoll il-multimodalità iżjed ekonomikament attraenti għall-kumpaniji tal-ġarr tal-merkanzija bil-baħar, għall-kunsinnjaturi tal-merkanzija, għall-passiġġieri u għall-utenti. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24) Sabiex tintlaħaq infrastruttura tat-trasport ta' kwalità għolja u effiċjenti matul il-moduli kollha, il-linji gwidi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza u s-sigurtà tal-movimenti tal-passiġġieri u l-merkanzija, l-impatt tat-tibdil fil-klima u tad-diżastri potenzjali u dawk maħluqa mill-bnedmin tal-infrastruttura u l-aċċessibbiltà għall-utenti kollha tat-trasport. |
(24) Sabiex tintlaħaq infrastruttura tat-trasport ta' kwalità għolja u effiċjenti matul il-moduli kollha, il-linji gwidi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza u s-sigurtà tal-movimenti tal-passiġġieri u l-merkanzija, l-impatt fuq u tat-tibdil fil-klima u tad-diżastri potenzjali u dawk maħluqa mill-bnedmin tal-infrastruttura u l-aċċessibbiltà għall-utenti kollha tat-trasport, inklużi l-anzjani, il-persuni b'mobilità mnaqqsa u l-passiġġieri b'diżabbiltà. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 25 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(25) In-netwerk ewlieni għandu jkun sottogrupp tan-netwerk komprensiv li jkun qed jissovrastah. Għandu jirrappreżenta n-nodi l-iżjed importanti mil-lat strateġiku tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, skont il-ħtiġijiet tat-traffiku. Għandu jkun multimodali, jiġifieri jinkludi l-moduli kollha tat-trasport u l-konnessjonijiet tagħhom kif ukoll sistemi rilevanti tal-ġestjoni tat-traffiku u l-informazzjoni. |
(25) In-netwerk ewlieni għandu jkun sottogrupp tan-netwerk komprensiv li jkun qed jissovrastah. Għandu jirrappreżenta n-nodi l-iżjed importanti mil-lat strateġiku tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, skont il-ħtiġijiet tat-traffiku, u l-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tar-reġjuni u tal-pajjiżi li jinsabu fihom u għandu jiggarantaxxi mobilità u aċċessibbiltà bla xkiel fir-reġjuni kollha tal-Unjoni. Għandu jkun multimodali, jiġifieri jinkludi l-moduli kollha tat-trasport u l-konnessjonijiet tagħhom kif ukoll sistemi rilevanti tal-ġestjoni tat-traffiku u l-informazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Minbarra s-sodisfar tal-ħtiġijiet tat-traffiku, in-netwerk ewlieni għandu jiggarantixxi koeżjoni territorjali fl-Unjoni kollha, peress li din se toffri valur miżjud Ewropew. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 25a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(25a) In-netwerk ewlieni ġie identifikat fuq il-bażi ta' metodoloġija ta' ppjanar oġġettiv. Din il-metodoloġija identifikat in-nodi urbani, il-portijiet, l-ajruporti kif ukoll il-punti ta' qsim tal-fruntieri l-aktar importanti. Kull meta jkun possibbli, dawn in-nodi huma marbuta ma' konnessjonijiet multimodali, sakemm huwa ekonomikament validu, ambjentalment sostenibbli u fattibbli sal-2030. Il-metodoloġija żgurat il-konnessjonijiet tal-Istati Membri kollha u l-integrazzjoni tal-gżejjer prinċipali fin-netwerk ewlieni. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 26 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(26) Sabiex ikun implimentat in-netwerk ewlieni fil-perjodu ta' żmien mogħti, approċċ ta' kuritur jista' jintuża bħala strument għall-koordinazzjoni ta' proġetti fuq bażi transnazzjonali u għas-sinkronizzazzjoni tal-iżvilupp tal-kuritur, u b'hekk ikunu massimizzati l-benefiċċji. |
(26) Sabiex ikun implimentat in-netwerk ewlieni fil-perjodu ta' żmien mogħti, approċċ ta' kuritur jista' jintuża bħala strument għall-koordinazzjoni ta' proġetti fuq bażi transnazzjonali u għas-sinkronizzazzjoni tal-iżvilupp tal-kurituri u tal-interkonnessjoni tagħhom, u b'hekk ikunu massimizzati l-benefiċċji. L-approċċ tal-kurituri ma għandux iwassal għall-prijoritizzazzjoni ta' ċerti proġetti fuq oħrajn fin-netwerk ewlieni. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-koordinatur Ewropew huwa responsabbli mill-implimentazzjoni ta' proġetti maħsuba għall-iżvilupp tan-netwerk ewlieni, u huwa importanti li jippromwovu wkoll proġetti li jinvolvu n-nodi tan-netwerk li jinsabu qrib kuritur. Dan se jwitti t-triq għall-istabbiliment ta' konnessjonijiet xierqa bejn il-kurituri, u b'hekk jgħaqqad in-netwerk ewlieni Ewropew u jiżgura li ċerti proġetti ma jiġux marġinalizzati u li l-kurituri ma jitħallewx iżolati. | |
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 27 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27) Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jindirizzaw ukoll għanijiet usa' tal-politika tat-trasport u jiffaċilitaw l-integrazzjoni modali u l-operat multimodali. Dan għandu jippermetti kurituri żviluppati b'mod speċjali li jkunu ottimizzati f'termini ta' użu enerġetiku u emissjonijiet, u b'hekk jimminimizzaw l-impatti ambjentali, u huma wkoll attraenti għall-affidabilità, il-konġestjoni limitata u spejjeż tal-operat u amministrattivi baxxi tagħhom. Lista tal-bidu tal-kurituri għandha tiġi inkluża fir-Regolament (UE) XXX/2012 [Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa], iżda għandha tkun adattabbli sabiex tikkunsidra t-tibdil fil-flussi tat-traffiku. |
(27) Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jindirizzaw ukoll għanijiet usa' tal-politika tat-trasport u jiffaċilitaw l-integrazzjoni modali u l-operat multimodali. Dan għandu jippermetti kurituri żviluppati b'mod speċjali li jkunu ottimizzati f'termini ta' użu enerġetiku u emissjonijiet, u b'hekk jimminimizzaw l-impatti ambjentali u jżidu l-kompetittività, u huma wkoll attraenti għall-affidabilità, il-konġestjoni limitata u spejjeż tal-operat u amministrattivi baxxi tagħhom. Madankollu, il-ġestjoni tagħhom ma għandhiex twassal għal żieda eċċessiva tal-ispejjeż amministrattivi. Lista tal-bidu tal-kurituri għandha tiġi inkluża fir-Regolament (UE) XXX/2012 [Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa], iżda għandha tkun adattabbli sabiex tikkunsidra t-tibdil fil-flussi tat-traffiku u żżid l-aċċessibbiltà tar-reġjuni kollha tal-Unjoni. Fuq il-bażi ta' tali lista, il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jiġu spjegati permezz ta' mappa skematika indikattiva inkluża f'anness. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 28 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28) L-iddisinjar tal-istruttura tajba tal-governanza u l-identifikazzjoni tas-sorsi tal-finanzjament għall-proġetti transkonfinali kumplessi jsir eħfef bil-ħolqien ta' pjattaformi tal-kurituri għal dawn il-kurituri tan-netwerk ewlieni. Il-Koordinaturi Ewropej għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni koordinata tal-kurituri tan-netwerk ewlieni. |
(28) Meta jkunu qed jiddisinjaw l-istruttura t-tajba tal-governanza, l-Istati Membri għandhomx jaqsmu r-responsabbiltà mal-popolazzjonijiet ikkonċernati, bi qbil mal-proċeduri u l-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti. l-identifikazzjoni tas-sorsi tal-finanzjament għall-proġetti transkonfinali kumplessi, permezz tal-investiment pubbliku u billi jinġibed il-kapital privat, isir eħfef bil-ħolqien ta' pjattaformi tal-kurituri għal dawn il-kurituri tan-netwerk ewlieni. Il-Koordinaturi Ewropej għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni koordinata tal-kurituri tan-netwerk ewlieni u l-interkonnessjoni tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
L-iżvilupp tal-kurituri tat-trasport u l-ippjanar u l-governanza adegwati tagħhom għandhom jiġu implimentati bl-involviment tal-partijiet kollha interessati, billi permezz tal-konsultazzjoni xierqa, jipprovdu s-suġġerimenti u l-pjanijiet tagħhom. | |
Il-koordinatur Ewropew huwa responsabbli mill-implimentazzjoni ta' proġetti maħsuba għall-iżvilupp tan-netwerk ewlieni, u huwa importanti li huwa jew hija jippromwovu wkoll proġetti li jinvolvu n-nodi tan-netwerk li jinsabu qrib kuritur. Dan se jwitti t-triq għall-istabbiliment ta' konnessjonijiet xierqa bejn il-kurituri, u b'hekk jgħaqqad in-netwerk ewlieni Ewropew u jiżgura li ċerti proġetti ma jiġux marġinalizzati u li l-kurituri ma jitħallewx iżolati. | |
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 28a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(28a) L-approċċ tal-kurituri għandu jkun trasparenti u ċar. Dan ma għandux joħloq piżijiet amministrattivi addizzjonali. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 28b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(28b) Ir-rwol tal-koordinaturi Ewropej hu ta' importanza kruċjali sabiex tingħata spinta u jiżdied il-valur miżjud Ewropew tal-kurituri u tas-sezzjonijiet, barra li jiġi żgurat li l-infrastruttura tiġi ppjanata b'mod razzjonali, billi jiġi stabbilit djalogu strutturat mal-awtoritajiet lokali u mal-popolazzjonijiet kkonċernati. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 29 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(29) Fl-iżvilupp tal-kurituri tan-netwerk ewlieni għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa għall-kurituri tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija mwaqqfa skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tat-22 ta' Settembru 2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv kif ukoll għall-Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni għal ERTMS ipprovdut fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/561/KE tat-22 ta' Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/679/KE rigward l-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabilità relatata mas-subsistema tal-kmand-kontroll u s-senjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea. |
(29) Fl-iżvilupp tal-kurituri tan-netwerk ewlieni għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa għall-kurituri tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija mwaqqfa skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tat-22 ta' Settembru 2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta' merkanzija kompetittiv kif ukoll għall-Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni għal ERTMS ipprovdut fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/561/KE tat-22 ta' Lulju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/679/KE rigward l-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabilità relatata mas-subsistema tal-kmand-kontroll u s-senjalar tas-sistema ferrovjarja konvenzjonali trans-Ewropea. L-istrutturi ta' kooperazzjoni eżistenti fl-ambitu ta' dawn l-atti ġuridiċi għandhom jinżammmu u l-ħidma li saret skont dawn l-istrutturi għandha tikkontribwixxi għall-ħidma tal-kurituri multimodali tan-netwerk ewlieni kif anki għall-"kurituri ħodor". |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kurituri Ewropej li jiffurmaw parti min-netwerk TEN-T għandhom jieħdu mill-infrastruttura disponibbli fil-forma tal-kurituri tal-merkanzija u ERTMS bil-għan li jiżguraw li dawn jistgħu jkunu stabbiliti kemm jista' jkun malajr u b'mod effikaċi. | |
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 30a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(30a) Sabiex jiġi żgurat li l-politika ta' finanzjament tal-programmi finanzjarji kollha titwettaq f'konformità mal-objettivi u l-prijoritajiet tal-linji gwida tat-TEN-T, id-data statistika dettaljata dwar l-għajnuna finanzjarja kollha rilevanti fil-forma ta' għotjiet, self jew strumenti finanzjarji oħra, użati għal kull proġett ta' interess komuni u għal kull modulu tat-trasport fin-netwerk ewlieni kif ukoll komprensiv fil-livell tal-Unjoni u fil-livell rispettiv tal-Istat Membru għandha tiġi miġbura, proċessata u pubblikata fuq bażi regolari. |
Ġustifikazzjoni | |
Jidher li huwa indispensabbli li jsir titjib sinifikanti fit-TEN-T fil-perjodu finanzjarju li jmiss, meta titqies l-esperjenza preċedenti ma' uħud mis-sorsi ta' finanzjament rilevanti tat-TEN-T rigward informazzjoni trasparenti, dettaljata u regolari. | |
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 30b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(30b) It-tlestija sħiħa u ottimali tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport tista' ssir biss permezz ta' konċentrazzjoni ikbar ta' riżorsi ekonomiċi; Għalhekk għandhom isiru disponibbli riżorsi addizzjonali minn forom innovattivi ta' finanzjament tal-Unjoni. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Premessa 31 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(31) Sabiex jiġu aġġornati l-Annessi u b'mod partikolari l-mapep sabiex jiġi kkunsidrat tibdil possibbli li jirriżulta mill-użu effettiv ta' ċertu elementi ta' infrastruttura tat-trasport analizzati skont limiti massimi kwantitattivi stabbiliti minn qabel, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni rigward l-emendi tal-Annessi. Hija ta' importanza partikolari għall-Kummissjoni li twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż f'livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tabbozza atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin opportun u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. |
(31) Sabiex jiġu aġġornati l-Annessi u b'mod partikolari l-mapep sabiex jiġi kkunsidrat tibdil possibbli li jirriżulta mill-użu effettiv ta' ċertu elementi ta' infrastruttura tat-trasport analizzati skont limiti massimi kwantitattivi stabbiliti minn qabel, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni rigward l-emendi tal-Annessi. Hija ta' importanza partikolari għall-Kummissjoni li twettaq konsultazzjonijiet xierqa mal-awtoritajiet rilevanti waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż f'livell ta' esperti u mas-soċjetà ċivili b'għarfien espert lokali. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tabbozza atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin opportun u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Premessa 31a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(31a) Hija u twettaq ir-reviżjoni tagħha tal-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tevalwa, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri, jekk għandhiex tinkludi partijiet oħra fin-netwerk, speċjalment il-proġetti ta' prijorità inklużi fid-Deċiżjoni 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew1. |
|
|
_________________ |
|
|
1 ĠU L 204, 5.8.2010, p. 1. |
Ġustifikazzjoni | |
Xi wħud mill-proġetti ta' prijorità tad-Deċiżjoni 661/2010/UE mhumiex inklużi fin-netwerk ewlieni. Peress li diġà saru sforzi bejn l-Istati Membri, dawn għandhom għallinqas jitqiesu fir-reviżjoni li għandha ssir fl-2023. | |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Il-linji gwida jipprovdu miżuri għall-implimentazzjoni tan-netwerk trans-Ewropew. |
4. Il-linji gwida jipprovdu miżuri u dati ta' skadenza għall-implimentazzjoni tan-netwerk trans-Ewropew. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – inċiż 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
– miżuri li jippromwovu l-ġestjoni u l-użu effiċjenti ta' din l-infrastruttura. |
– miżuri li jippromwovu l-ġestjoni u l-użu effiċjenti ta' din l-infrastruttura u jippermettu servizzi tat-trasport sostenibbli u effiċjenti. |
Ġustifikazzjoni
Il-kamp ta' applikazzjoni għandu jkun allinjat mal-objettivi stabbiliti skont l-Artikolu 4.
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) 'proġett ta' interess komuni' tfisser kwalunkwe biċċa ta' infrastruttura ppjanata, ta' infrastruttura tat-trasport eżistenti jew kwalunkwe tibdil fl-infrastruttura tat-trasport eżistenti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II u kwalunkwe miżura li tipprovdi l-ġestjoni u l-użu effiċjenti ta' infrastruttura bħal din. |
(a) 'proġett ta' interess komuni' tfisser kwalunkwe biċċa ta' infrastruttura ppjanata, ta' infrastruttura tat-trasport eżistenti jew kwalunkwe tibdil fl-infrastruttura tat-trasport eżistenti li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II u kwalunkwe miżura li tipprovdi l-ġestjoni u l-użu effiċjenti ta' infrastruttura bħal din b'konformità ma' dan ir-Regolament. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(e) Il-'valur miżjud Ewropew' tfisser, fir-rigward ta' proġett, il-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li kien jinħoloq b'azzjoni minn Stat Membru waħdu |
(e) Il-'valur miżjud Ewropew' tfisser, fir-rigward ta' proġett, il-valur li jirriżulta mill-għażliet politiċi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru, mill-intervent finanzjarju, jew mit-tnejn li huma, li, barra mill-valur potenzjali tal-Istat Membru rispettiv waħdu, iwassal għal titjib sinifikanti u li jista' jitkejjel tal-flussi tat-trasport bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-sostenibbiltà, l-effiċjenza, il-kompetittività u l-koeżjoni, skont l-objettivi TEN-T stabbiliti fl-Artikolu 4; |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(g) 'sistemi intelliġenti tat-trasport (ITS)' tfisser sistemi li jużaw teknoloġiji ta' informazzjoni, komunikazzjoni, navigazzjoni u pożizzjonar/lokalizzazzjoni sabiex jiġġestixxu l-mobbiltà u t-traffiku fuq in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u sabiex jipprovdu servizzi ta' valur miżjud liċ-ċittadini u l-operaturi, inkluż għal użu tan-netwerk sikur, mingħajr periklu, ambjentalment b'saħħtu u b'effiċjenza tal-kapaċitajiet. Jistgħu jinkludu wkoll strumenti ta' abbord, bil-kundizzjoni li jiffurmaw sistema indiviżibbli mal-komponenti tal-infrastruttura korrispondenti. Huma jinkludu sistemi, teknoloġiji u servizzi msemmija fil-punti (h)-(l); |
(g) 'sistemi intelliġenti tat-trasport (ITS)' tfisser sistemi li jużaw teknoloġiji ta' informazzjoni, komunikazzjoni, navigazzjoni u pożizzjonar/lokalizzazzjoni sabiex jiġġestixxu b'mod effikaċi l-mobbiltà u t-traffiku fuq in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u sabiex jipprovdu servizzi ta' valur miżjud liċ-ċittadini u l-operaturi, inkluż għal użu tan-netwerk sikur, mingħajr periklu, ambjentalment b'saħħtu u b'effiċjenza tal-kapaċitajiet. Jistgħu jinkludu wkoll strumenti ta' abbord, bil-kundizzjoni li jiffurmaw sistema indiviżibbli mal-komponenti tal-infrastruttura korrispondenti. Huma jinkludu sistemi, teknoloġiji u servizzi msemmija fil-punti (h)-(l); |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt i | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(i) 'Sistemi ta' Monitoraġġ u Informazzjoni tat-Traffiku Marittimu' (VTMIS) tfisser sistemi skjerati għall-monitoraġġ u l-ġestjoni tat-traffiku u t-trasport marittimu, bl-użu ta' informazzjoni mis-Sistemi tal-Identifikazzjoni Awtomatika tal-Vapuri (AIS), l-Identifikazzjoni u r-Rintraċċar fuq Medda Twila tal-Vapuri (LRIT), sistemi kostali tar-radar u l-komunikazzjonijiet bir-radju kif ipprovdut fid-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE; |
(i) 'Sistemi ta' Monitoraġġ u Informazzjoni tat-Traffiku Marittimu' (VTMIS) tfisser sistemi skjerati għall-monitoraġġ u l-ġestjoni tat-traffiku u t-trasport marittimu, bl-użu ta' informazzjoni mis-Sistemi tal-Identifikazzjoni Awtomatika tal-Vapuri (AIS), l-Identifikazzjoni u r-Rintraċċar fuq Medda Twila tal-Vapuri (LRIT), sistemi kostali tar-radar u l-komunikazzjonijiet bir-radju kif ipprovdut fid-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE u tinkludi l-integrazzjoni ta' SafeSeaNet nazzjonali; |
Ġustifikazzjoni | |
Safe Sea Net hija sistema ċentrali tal-pjattaforma ta' skambju ta' informazzjoni marittima fil-livell tal-UE u nazzjonali u element teknoloġiku ewlieni għas-sikurezza marittima li tintegra VTMIS fil-kuntest tad-Direttiva 2002/59. | |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(k) 'Servizzi Marittimi elettroniċi' tfisser servizzi li jużaw teknoloġiji avvanzati u interoperabbli tal-informazzjoni fis-settur tat-trasport marittimu sabiex jiġi ffaċilitat l-immaniġġjar tal-volum tal-merkanzija fuq il-baħar u fiż-żoni tal-portijiet; |
(k) 'Servizzi marittimi elettroniċi' tfisser servizzi li jużaw teknoloġiji avvanzati u interoperabbli tal-informazzjoni fis-settur tat-trasport marittimu sabiex jiġu semplifikati l-proċeduri amministrattivi u jiġi ffaċilitat l-immaniġġjar tal-volum tal-merkanzija fuq il-baħar u fiż-żoni tal-portijiet, inklużi s-servizzi mogħtija f'punt uniku marittimu integrat kif tistabbilixxi d-Direttiva 2010/65/UE, sistemi ta' komunità tal-port u sistemi rilevanti ta' informazzjoni doganali; |
Ġustifikazzjoni | |
L-inizjattiva tal-UE: Servizzi Marittimi elettroniċi għandha l-għan li tippromwovi soluzzjonijiet koerenti, trasparenti, effiċjenti u semplifikati bbażati fuq teknoloġiji tal-informazzjoni avvanzati. Referenza aktar ċara għas-servizzi u s-sistemi komponenti tagħha hija meqjusa neċessarja. | |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt na (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(na) 'interoperabbiltà' tfisser il-kapaċità ta' modulu tat-trasport li jippermetti l-moviment sigur u bla interruzzjoni tal-vetturi tiegħu bil-għan li jiġu sodisfatti l-livelli rikjesti ta' rendiment, dan jiddependi mill-kundizzjonijiet tekniċi, operattivi u regolatorji li fihom jopera l-mod ta' trasport rispettiv u tinkludi soluzzjonijiet innovattivi li jtejbu l-kompatibbiltà fost is-sistemi differenti. |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt nb (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(nb) 'interkonnessjoni tal-moduli tat-trasport' tfisser l-irbit fiżiku ta' modulu tat-trasport, in-netwerk tiegħu, jew it-tnejn li huma, ma' tagħmir jew faċilitajiet li jappartjenu għal modulu jew netwerk ieħor ta' trasport; |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt nc (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(nc) 'integrazzjoni modali' tfisser il-kombinazzjoni tal-varji moduli tat-trasport b'mod koerenti sabiex jinkisbu konnessjonijiet effiċjenti u mingħajr xkiel bejniethom; |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt nd (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(nd) 'sezzjoni transkonfinali' tfisser is-sezzjoni li tiżgura l-kontinwità ta' proġett ta' interess komuni bejn l-eqreb nodi urbani fuq iż-żewġ naħat tal-konfini ta' żewġ Stati Membri jew bejn Stat Membru u pajjiż tal-viċinat; |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt o | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(o) 'nodu urban' tfisser żona urbana fejn l-infrastruttura tat-trasport tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew hija konnessa ma' partijiet oħra ta' dik l-infrastruttura u mal-infrastruttura għat-traffiku reġjonali u lokali; |
(o) 'nodu urban' tfisser żona urbana fejn l-infrastruttura tat-trasport tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew bħall-portijiet, l-ajruporti, l-istazzjonijiet tal-ferrovija, il-pjattaformi loġistiċi u t-terminals tal-passiġġieri u tal-merkanzija li jinsabu f'żona urbana u madwarha u li hija konnessa ma' partijiet oħra ta' dik l-infrastruttura u mal-infrastruttura għat-traffiku reġjonali u lokali; |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt oa (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(oa) 'punti ta' konġestjoni' tfisser ostaklu fiżiku jew operattiv li tinterrompi l-kontinwità tal-flussi fuq distanza twila u li jista' jiġi eliminat bil-ħolqien ta' infrastruttura ġdida jew il-modernizzazzjoni ta' dik eżistenti u dan jista' jġib titjib sinifikanti li jsolvi dawn il-limitazzjonijiet minħabba konġestjoni; |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt q | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(q) 'terminal tal-merkanzija' tfisser struttura mgħammra għat-trasbord bejn mill-inqas żewġ moduli tat-trasport u għall-ħżin temporanju tal-merkanzija, bħal portijiet, portijiet interni, ajruporti u terminals ferrovjarji; |
(q) 'terminal tal-merkanzija' tfisser struttura mgħammra għat-trasbord bejn mill-inqas żewġ moduli tat-trasport u bejn żewġ sistemi ferrovjarji differenti, għall-ħżin temporanju tal-merkanzija bħal portijiet, portijiet interni, ajruporti u terminals ferrovjarji; |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ra (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ra) 'analiżi soċjoekonomika tal-benefiċċji tal-kostijiet' tfisser valutazzjoni kwantifikata ex ante fuq il-bażi ta' metodoloġija armonizzata tal-valur ta' proġett jew programm, inkluża valutazzjoni tal-impatt fuq il-klima, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-benefiċċji u l-kostijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali kollha, u li sservi bħala indikatur ta' fattur kontribwenti għall-benesseri; |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun hemm definizzjoni għall-analiżi tal-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 7 bħala element importanti għall-valutazzjoni ta' proġett ta' interess komuni. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-proġetti joffru kontribut ġenerali pożittiv għall-benesseri, meta l-benefiċċji u l-kostijiet kollha, inklużi dawk soċjali u ambjentali, jiġu kkunsidrati. | |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt rb (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(rb) 'netwerk iżolat' tfisser netwerk ferrovjarju ta' Stat Membru, jew parti minnu, b'wisa' bejn il-binarji ta' linja ferrovjarja differenti minn dik nominali Ewropea standard (1435 mm), li għalih ċerti investimenti importanti fl-infrastruttura ma jistgħux jiġu ġustifikati f'termini ta' kostijiet u benefiċċji ekonomiċi minħabba l-ispeċifitajiet ta' dak in-netwerk li jirriżultaw mid-distakk ġeografiku tiegħu jew il-pożizzjoni periferika; |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt rc (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(rc) 'valutazzjoni tal-impatt fuq il-klima' tfisser evalwazzjoni ex ante tal-impatti assoluti u relattivi tal-gass b'effett ta' serra ta' infrastruttura tat-trasport ġdida, estiża jew modernizzata fuq il-bażi ta' metodoloġija armonizzata u aċċessibbli pubblikament miċ-ċittadini skont il-Konvenzjoni ta' Aarhus, li tinkludi: |
|
|
(i) bidliet fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mit-traffiku; |
|
|
(ii) bidliet fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mill-operat, il-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-infrastruttura; |
|
|
(iii) emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra minn proċessi relatati mal-bini, mal-iżvilupp u mat-tmiem tal-ħajja tal-infrastruttura; kif ukoll |
|
|
(iv) effetti indiretti fuq setturi oħra; |
Ġustifikazzjoni | |
L-informazzjoni inkluża fil-valutazzjoni tal-impatt klimatiku, bħall-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, għandha tkun aċċessibbli pubblikament. | |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandu jippermetti s-servizzi u l-operat tat-trasport li: |
1. In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandu jikkontribwixxi għall-objettivi kif stabbilit fl-erba' kategoriji li ġejjin: |
|
(a) jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' mobilità u trasport tal-utenti tiegħu fl-Unjoni u fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi, u b'hekk jikkontribwixxu sabiex ikun hemm iżjed żvilupp ekonomiku u kompetittività; |
(a) effiċjenza permezz ta': |
|
|
(i) it-tneħħija tal-punti ta' konġestjoni u l-ħolqien ta' konnessjonijiet li huma neqsin, kemm fl-infrastrutturi tat-trasport u fil-punti tal-konnessjoni bejniethom, kif ukoll fit-territorji tal-Istati Membri u fis-sezzjonijiet trankonfinali bejniethom; |
|
|
(ii) konnessjonijiet mingħajr xkiel bejn l-infrastruttura tat-trasport għat-traffiku fuq distanzi twal min-naħa waħda, u traffiku reġjonali u lokali min-naħa l-oħra kemm għat-traffiku tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija; |
|
|
(iii) l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks tat-trasport reġjonali u nazzjonali; |
|
|
(iv) il-promozzjoni ta' trasport ekonomikament effiċjenti, interoperabbli u ta' kwalità għolja, li jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku ulterjuri u l-kompetittività; |
|
|
(v) l-aħjar integrazzjoni u interkonnessjoni tal-moduli kollha tat-trasport u l-użu effiċjenti tal-infrastrutturi ġodda u eżistenti; |
|
|
(vi) il-kunċetti teknoloġiċi u operattivi l-aktar avvanzati promossi b'mod estiż fl-Istati Membri. |
|
(b) ikunu ekonomikament effiċjenti, jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet ta' trasport b'livell baxx ta' karbonju u nadif, is-sigurtà tal-karburant u l-ħarsien ambjentali, ikunu siguri u jkollhom standards ta' kwalità għolja, kemm għat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll għal dak tal-merkanzija; |
(b) sostenibbiltà permezz ta': |
|
|
(i) il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli, b'użu baxx ta' karbonju u effiċjenti fl-enerġija bl-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet CO2 mis-settur ta' trasport tal-Unjoni b'60 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2050; |
|
|
(ii) it-tnaqqis tat-tniġġis ta' kull tip mit-trasport permezz tal-promozzjoni ta' trasport nadif kif ukoll tat-tnaqqis tal-kostijiet esterni l-oħrajn; |
|
|
(iii) protezzjoni ambjentali konsistenti u kkoordinata; |
|
(c) jippromwovu l-kunċetti teknoloġiċi u tal-operat l-iżjed avvanzati; |
(c) iż-żieda fil-benefiċċji għall-utenti kollha permezz ta': |
|
|
(i) l-issodisfar tal-ħtiġijiet tal-mobilità u t-trasport tal-utenti tagħhom fi ħdan l-Unjoni u fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi; |
|
|
(ii) servizzi tal-passiġġieri ta' kwalità għolja, li jkunu bi prezzijiet raġonevoli u aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha, inkluża l-aċċessibbiltà għall-anzjani, il-persuni b'mobilità mnaqqsa u l-passiġġieri b'diżabilità; |
|
|
(iii) servizzi tal-merkanzija ta' kwalità għolja; |
|
|
(iv) soluzzjonijiet bla periklu u siguri ta' trasport ta' kwalità tajba, inkluż l-adattament għat-tibdil fil-klima; |
|
|
(v) l-istabbiliment ta' rekwiżiti tal-infrastruttura, fl-oqsma tal-interoperabbiltà, is-sigurtà u s-sikurezza, u l-kwalità, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tas-servizzi tat-trasport; |
|
(d) jipprovdu aċċessibbiltà xierqa tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, u b'hekk ikunu qegħdin jippromwovu l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u jappoġġjaw l-iżvilupp inklużiv. |
(d) koeżjoni permezz ta': |
|
|
(i) kontribut għall-aċċessibbiltà u l-konnettività tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, inklużi r-reġjuni remoti, ultraperiferiċi, insulari, periferiċi u tal-muntanja, u b'hekk issir promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, appoġġ lit-tkabbir inklużiv u tnaqqis tad-differenzi fl-infrastruttura tat-transport bejn id-diversi partijiet tal-Unjoni. |
|
2. Fl-iżvilupp tal-infrastruttura tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, għandhom jiġu segwiti l-għanijiet li ġejjin: |
|
|
(a) l-interkonnessjoni u l-interoperabilità tan-netwerks tat-trasport nazzjonali; |
|
|
(b) it-tneħħija tal-punti ta' konġestjoni u l-ħolqien ta' konnessjonijiet nieqsa,kemm fl-infrastrutturi tat-trasport kif ukoll fil-punti tal-konnessjoni bejn dawn, fit-territorji tal-Istati Membri u fil-punti tal-qsim minn konfini għall-ieħor bejniethom; |
|
|
(c) l-iżvilupp tal-moduli kollha tat-trasport b'mod konsistenti mal-iżgurar ta' trasport sostenibbli u ekonomikament effiċjenti fuq perjodu twil; |
|
|
(d) l-aħjar integrazzjoni u l-interkonnessjoni tal-moduli kollha tat-trasport; |
|
|
(e) l-użu effiċjenti tal-infrastruttura; |
|
|
(f) il-promozzjoni ta' użu wiesgħa ta' trasport bl-iżjed effett newtrali ta' karbonju; |
|
|
(g) il-konnessjonijiet tal-infrastruttura tat-trasport bejn in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u n-netwerks tal-infrastruttura tat-trasport tal-pajjiżi ġirien, u l-promozzjoni tal-interoperabilità tagħhom; |
|
|
(h) l-istabbiliment ta' rekwiżiti tal-infrastruttura, prinċipalment fil-qasam tal-interoperabilità, is-sigurtà u s-sikurezza, li se jkunu punt ta' referenza għall-kwalità, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tas-servizzi tat-trasport; |
|
|
(i) kemm għat-traffiku tal-passiġġieri kif ukoll għal dak tal-merkanzija, konnessjonijiet mingħajr xkiel bejn l-infrastruttura tat-trasport għat-traffiku fuq distanzi twal min-naħa waħda, u traffiku reġjonali u lokali min-naħa l-oħra; |
|
|
(j) infrastruttura tat-trasport li tirrifletti s-sitwazzjonijiet speċifiċi fil-partijiet differenti tal-Unjoni u tipprovdi għal kopertura bilanċjata tar-reġjuni Ewropej, inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda u oħra periferiċi; |
|
|
(k) aċċessibbiltà għall-persuni anzjani, persuni ta' mobilità mnaqqsa u għall-passiġġieri b'diżabilità. (j) (k) |
|
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri u, kif xieraq, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-maniġers tal-infrastruttura, l-operaturi tat-trasport u, kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra għandhom jippjanaw, jiżviluppaw u joperaw in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew b'mod effiċjenti għar-riżorsi, permezz ta': |
1. L-Istati Membri u, kif xieraq, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-maniġers tal-infrastruttura, l-operaturi tat-trasport u, kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra għandhom jippjanaw, jiżviluppaw u joperaw in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew b'mod effiċjenti għar-riżorsi, permezz ta': |
|
(a) titjib tal-integrazzjoni u l-interkonnessjoni tal-infrastruttura; |
(a) titjib tal-integrazzjoni u l-interkonnessjoni tal-infrastruttura; |
|
(b) il-mobilitazzjoni wiesgħa ta' teknoloġiji ġodda u ITS; |
(b) il-mobilitazzjoni wiesgħa ta' teknoloġiji ġodda u ITS, |
|
(c) it-titjib u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti; |
(c) it-titjib u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti; |
|
|
(ca) l-analiżi soċjoekonomika tal-kostijiet u l-benefiċċji inklużi l-għażliet prinċipali għal proġett ta' interess komuni bħall-modernizzazzjoni tal-infrastruttura eżistenti jew il-bini ta' oħrajn ġodda; |
|
(d) il-kunsiderazzjoni ta' sinerġiji possibbli ma' netwerks oħra, b'mod partikolari netwerks trans-Ewropej tal-enerġija u/jew tat-telekomunikazzjoni; |
(d) il-kunsiderazzjoni ta' sinerġiji possibbli ma' netwerks oħra, b'mod partikolari netwerks trans-Ewropej tal-enerġija u/jew tat-telekomunikazzjoni; |
|
(e) il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali strateġiku, bl-istabbiliment ta' pjanijiet u programmi xierqa u ta' impatti dwar il-mitigazzjoni tal-klima; |
(e) il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali strateġiku, bl-istabbiliment ta' pjanijiet u programmi xierqa u ta' impatti dwar il-mitigazzjoni tal-klima; |
|
(f) miżuri sabiex tiġi ppjanata u mkabbra l-kapaċità tal-infrastruttura fejn dan ikun meħtieġ; |
(f) miżuri sabiex tiġi ppjanata u mkabbra l-kapaċità tal-infrastruttura fejn dan ikun meħtieġ; |
|
(g) kunsiderazzjoni adegwata għall-vulnerabbiltà tal-infrastruttura tat-trasport rigward klima li qed tinbidel kif ukoll diżastri naturali u dawk maħluqa mill-bnedmin. |
(g) kunsiderazzjoni adegwata għall-vulnerabbiltà tal-infrastruttura tat-trasport rigward klima li qed tinbidel kif ukoll diżastri naturali u dawk maħluqa mill-bnedmin, sabiex l-infrastruttura tiġi adattata biex tkun tista' tlaħħaq ma' dawn l-isfidi; |
|
|
(ga) il-promozzjoni ta' servizzi tat-trasport sostenibbli u effiċjenti. |
|
|
1a. Fl-ippjanar u fl-iżvilupp tan-Netwerk tat-Trasport trans-Ewropew, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-maniġers tal-infrastruttura, l-impriżi tat-trasport u l-aġenziji pubbliċi u privati għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi partikolari fid-diversi partijiet tal-Unjoni, bħal, b'mod partikolari, l-aspetti relatati mat-turiżmu u l-karatteristiċi topografiċi tar-reġjuni kkonċernati. Dawn jistgħu jadattaw l-allinjament tas-sezzjonijiet tar-rotta dettaljat fi ħdan il-limiti indikati fl-Artikolu 54(3)(c) filwaqt li jiżguraw ir-rispett tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-iżvilupp gradwali tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew b'mod partikolari għandu jintlaħaq bl-implimentazzjoni ta' struttura b'saff doppju għal dan in-netwerk, li tinkludi netwerk komprensiv u netwerk ewlieni. |
1. L-iżvilupp gradwali tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew b'mod partikolari għandu jintlaħaq bl-implimentazzjoni ta' struttura b'saff doppju għal dan in-netwerk b'approċċ metodoloġiku koerenti u transparenti, li tinkludi netwerk komprensiv u netwerk ewlieni. |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. In-netwerk komprensiv għandu jkun magħmul mill-infrastrutturi kollha eżistenti u ppjanati tat-trasport tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew kif ukoll miżuri li jippromwovu l-użu effiċjenti ta' infrastrutturi bħal dawn. Għandu jiġu żviluppat skont il-Kapitolu II. |
2. In-netwerk komprensiv għandu jkun magħmul mill-infrastrutturi kollha eżistenti u ppjanati tat-trasport tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew kif ukoll miżuri li jippromwovu l-użu effiċjenti u sostenibbli mil-lat soċjali u ambjentali ta' infrastrutturi bħal dawn. Għandu jiġu żviluppat skont il-Kapitolu II. |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jikkontribwixxi għall-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4; |
(a) jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet li jidħlu mill-inqas fi tlieta mill-erba' kategoriji stabbiliti fl-Artikolu 4; |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapporteurs qed jipproponu li l-kriterji ta' eliġibilità jiġu ristretti bi ftit sabiex il-proġetti ta' interess komuni jissodisfaw aħjar l-objettivi tat-TEN-T msemmija fl-Artikolu 4 u fl-emenda 29 relatata miegħu. | |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) ikun ġie suġġett għal analiżi soċjo-ekonomika tal-benefiċċju tal-kostijiet li tirriżulta f'valur nett preżenti pożittiv; |
(c) ikun ekonomikament vijabbli abbażi tal-kostijiet u l-benefiċċji soċjoekonomiċi; |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu 3a jiddefinixxi l-proġetti kollha mwettqa fuq in-Netwerk TEN-T bħala "proġetti ta' interess komuni". L-Artikoli 1.4 u 7.2(c) jaċċertaw li l-proġetti huma ekonomikament vijabbli u jippermettu deċiżjonijiet dwar liema proġetti għandhom jiġu żviluppati u għandu jsir investiment fihom fin-netwerk nazzjonali biex jibqgħu mal-Istati Membri kkonċernati. | |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. L-Istati Membri u promoturi oħra tal-proġetti kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-proġetti jitwettqu b'konformità mar-regoli u l-proċeduri rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-ħarsien tal-klima, is-sigurtà, is-sikurezza, il-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u s-saħħa pubblika. |
4. L-Istati Membri u promoturi oħra tal-proġetti kkonċernati għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-proġetti jitwettqu b'konformità mar-regoli u l-proċeduri rilevanti tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali, b'mod partikolari mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-ħarsien tal-klima, is-sigurtà, is-sikurezza, il-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku, is-saħħa pubblika u l-aċċessibbiltà. |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Il-proġetti ta' interess komuni huma eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni taħt l-istrumenti disponibbli għan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, b'mod partikolari l-Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa stabbilita bir-Regolament (UE) Nru XXX/2012. |
5. Il-proġetti ta' interess komuni huma eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni taħt l-istrumenti disponibbli għan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, fosthom il-Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa stabbilita bir-Regolament (UE) Nru XXX/2012. |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) jiżguraw il-konnessjoni bejn in-netwerk ewlieni u n-netwerks tat-trasport tal-pajjiżi terzi; |
(b) jiżguraw il-konnessjoni bejn in-netwerk ewlieni u n-netwerks tat-trasport tal-pajjiżi terzi, waqt li jimmiraw għal titjib fit-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività; |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) jimplimentaw sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku f'dawk il-pajjiżi. |
(d) jippromwovu sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku f'dawk il-pajjiżi, li huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni. |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt da (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(da) jippromwovu t-trasport marittimu u l-Awtostradi tal-Baħar, bl-esklużjoni tal-appoġġ finanzjarju lil portijiet ta' pajjiżi terzi. |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt db (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(db) jiffaċilitaw it-trasport fuq passaġġi tal-ilma interni ma' pajjiżi terzi. |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt dc (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(dc) jikkunsidra l-limitazzjonijiet fiżiċi u l-ispeċifiċitajiet topografiċi tal-infrastrutturi tat-trasport tal-Istati Membri kif ġie identifikat fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta' interoperabbiltà. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-fatt dwar il-limitazzjonijiet ġeografiċi għandhom jiġu rikonoxxuti wkoll sabiex tiġi żgurata l-fattibbiltà tal-implimentazzjoni tan-netwertk komprensiv. | |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 10 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Unjoni, l-Istati Membri, il-maniġers tal-infrastrutturi u promoturi oħra ta' proġetti, waqt l-iżvilupp ta' netwerk komprensiv, għandhom jagħtu kunsiderazzjoni partikolari lill-miżuri li huma meħtieġa għal: |
1. L-Unjoni, l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali kkonċernati, il-maniġers tal-infrastrutturi u promoturi oħra ta' proġetti, waqt l-iżvilupp ta' netwerk komprensiv, għandhom jagħtu prijorità lill-miżuri li huma meħtieġa għal: |
|
(a) l-implimentazzjoni u l-mobilitazzjoni ta' sistemi tat-trasport intelliġenti, inklużi miżuri li jippermettu l-ġestjoni tat-traffiku, l-iskedar multimodali u s-servizzi tal-informazzjoni, ir-rintraċċar multimodali, l-ippjanar tal-kapaċitajiet u s-servizzi integrati onlajn ta' riservazzjoni u ta' xiri ta' biljetti; |
(a) il-ħolqien ta' konnessjonijiet nieqsa u t-tneħħija ta' punti ta' konġestjoni, b'mod partikolari fis-sezzjonijiet transkonfinali, pereżempju bit-titjieb jew l-istabbiliment mill-ġdid ta' sezzjonijiet transkonfinali; |
|
(b) il-ħolqien ta' konnessjonijiet nieqsa u t-tneħħija ta' punti ta' konġestjoni,prinċipalment fis-sezzjonijiet transkonfinali; |
(b) l-implimentazzjoni u l-mobilitazzjoni ta' sistemi tat-trasport intelliġenti; |
|
(c) it-tneħħija tal-ostakli amministrattivi u tekniċi, b'mod partikolari għall-interoperabilità tan-netwerk u għall-kompetizzjoni; |
(c) l-iżgurar tal-aħjar integrazzjoni u interoperabbiltà tal-moduli tat-trasport; |
|
|
(ca) il-kontribut favur l-objettiv ta' tnaqqis fl-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra mit-trasport b'60 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2050; |
|
(d) l-iżgurar tal-aħjar integrazzjoni u interoperabilità tal-moduli tat-trasport; |
(d) l-iżgurar ta' aċċessibbiltà u konnettività xierqa għar-reġjuni kollha tal-Unjoni; |
|
(e) l-iżgurar ta' aċċessibbiltà xierqa għar-reġjuni kollha tal-Unjoni; |
|
|
|
2. Sabiex jiġu kkomplementati l-miżuri stabbiliti fil-paragrafu 1, għandha tingħata kunsiderazzjoni partikolari lill-miżuri li huma meħtieġa għal: |
|
(f) it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-infrastruttura f'termini ta' effiċjenza, sigurtà, sikurezza, klima u fejn ikun xieraq reżistenza għad-disastri, prestazzjonijiet ambjentali, kundizzjonijiet soċjali, aċċessibbiltà għall-utenti kollha, kwalità tas-servizzi u l-kontinwità tal-flussi tat-traffiku; |
(a) it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-infrastruttura f'termini ta' effiċjenza, sigurtà, sikurezza, klima u fejn ikun xieraq reżistenza għad-diżastri, prestazzjonijiet ambjentali, kundizzjonijiet soċjali, aċċessibbiltà għall-utenti kollha, b'mod partikolari l-anzjani, il-persuni b'mobilità mnaqqsa u l-passiġġieri b'diżabilità, kif ukoll il-kwalità tas-servizzi u l-kontinwità tal-flussi tat-traffiku; |
|
(g) il-promozzjoni tal-iżvilupp teknoloġiku avvanzat; |
(b) il-promozzjoni tal-iżvilupp teknoloġiku avvanzat, innovattiv u nadif; |
|
(h) -iżgurar tas-sikurezza tal-karburant billi jiġi permess l-użu ta' sorsi tal-enerġija alternattivi u b'mod partikolari dawk b'livell baxx jew żero ta' karbonju u sistemi ta' propulsjoni (k) |
(c) l-iżgurar tas-sigurtà tal-karburant permezz ta' żieda fl-effiċjenza enerġetika u l-promozzjoni tal-użu ta' sorsi tal-enerġija alternattivi u b'mod partikolari dawk b'livell baxx jew żero ta' karbonju u sistemi ta' propulsjoni; |
|
(i) l-evitar taż-żoni urbani għat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija. |
(d) il-mitigazzjoni tal-esponiment ta' żoni urbani għall-effetti negattivi tat-trasport ta' transitu bil-ferrovija jew stradali tal-merkanzija. |
|
|
(da) it-tneħħija tal-ostakli amministrattivi u tekniċi, b'mod partikolari għall-interoperabbiltà tan-netwerk u għall-kompetizzjoni; |
|
|
(db) il-kunsiderazzjoni tal-każ speċifiku tal-gżejjer, in-netwerks iżolati, ir-reġjuni remoti u ultraperiferiċi. |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 12 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju tinkludi b'mod partikolari: |
1. L-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju tinkludi b'mod partikolari: |
|
(a) linji ferrovjarji ta' veloċità għolja u konvenzjonali, inklużi: |
(a) linji ferrovjarji ta' veloċità għolja u konvenzjonali, inklużi: |
|
(i) binarji żgħar maġenb il-binarju ewlieni (sidings) |
(i) binarji żgħar maġenb il-binarju ewlieni (sidings) |
|
(ii) mini; |
(ii) mini; |
|
(iii) pontijiet; |
(iii) pontijiet; |
|
(b) terminals għat-trasport tal-merkanzija u pjattaformi loġistiċi għat-trasbord ta' merkanzija fil-modulu ferrovjarju u bejn il-ferroviji u moduli oħra tat-trasport: |
(b) terminals għat-trasport tal-merkanzija, pjattaformi loġistiċi għat-trasbord ta' merkanzija fil-modulu ferrovjarju u konnessjonijiet ferrovjarji ma' żoni u siti industrijali kif ukoll punti ta' interkonnessjoni bejn il-ferroviji u moduli oħra tat-trasport; |
|
(c) stazzjonijiet fuq il-linji indikati fl-Anness I għat-trasferiment tal-passiġġieri fil-modulu ferrovjarju u bejn il-ferroviji u moduli oħra tat-trasport; |
(c) stazzjonijiet fuq il-linji indikati fl-Anness I għat-trasferiment tal-passiġġieri fil-modulu ferrovjarju u bejn il-ferroviji u moduli oħra tat-trasport; |
|
(d) tagħmir assoċjat; |
(d) tagħmir assoċjat; |
|
(e) ITS |
(e) ITS. |
|
2. Il-linji ferrovjarji għandu jkollhom waħda mill-forom li ġejjin: |
2. Il-linji ferrovjarji għandu jkollhom waħda mill-forom li ġejjin: |
|
(a) Linji ferrovjarji għat-trasport ta' veloċità għolja li huma: |
(a) Linji ferrovjarji għat-trasport ta' veloċità għolja li huma: |
|
(i) linji ta' veloċità għolja mibnija b'mod speċjali mgħammra għall-veloċitajiet li jkunu ekwivalenti għal jew ogħla minn 250 km/h; |
(i) linji ta' veloċità għolja mibnija b'mod speċjali mgħammra għall-veloċitajiet li jkunu ekwivalenti għal jew ogħla minn 250 km/h; |
|
(ii) linji konvenzjonali mtejba b'mod speċjali mgħammra għall-veloċitajiet ta' madwar 200 km/h; |
(ii) linji konvenzjonali mtejba b'mod speċjali mgħammra għall-veloċitajiet ta' madwar 200 km/h; |
|
|
(iia) linji modernizzati apposta għall-veloċità għolja li għandhom karatteristiċi speċjali bħala r-riżiltat ta' limitazzjonijiet topografiċi, orografiċi jew urbanistiċi, li fuqhom il-veloċità trid tiġi adattata għal kull sitwazzjoni, inkluż l-interkonnessjoni ta' linji bejn in-netwerks ta' veloċità għolja u dawk konvenzjonali, il-linji, fost oħrajn li jgħaddu minn stazzjonijiet, aċċessi għat-terminals, stazzjonijiet użatu għall-ivvjaġġar b'veloċità konvenzjonali minn vetturi ferrovjarji ta' veloċità għolja; |
|
(b) Linji ferrovjarji għat-trasport konvenzjonali. |
(b) Linji ferrovjarji għat-trasport konvenzjonali. |
|
3. It-tagħmir tekniku assoċjat mal-linji ferrovjarji għandu jinkludi sistemi tal-elettrifikazzjoni, tagħmir għat-tlugħ u l-inżul tal-passiġġieri u t-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija fl-istazzjonijiet, il-pjattaformi loġistiċi u t-terminals għat-trasport tal-merkanzija. Huwa għandu jinkludi kwalunkwe faċilità meħtieġa sabiex jiġi żgurat l-operat sikur, sigur u effiċjenti tal-vetturi. |
3. It-tagħmir tekniku assoċjat mal-linji ferrovjarji għandu jinkludi sistemi tal-elettrifikazzjoni, tagħmir għat-tlugħ u l-inżul tal-passiġġieri u t-tagħbija u l-ħatt tal-merkanzija fl-istazzjonijiet, il-pjattaformi loġistiċi u t-terminals għat-trasport tal-merkanzija. Huwa jista' jinkludi kwalunkwe faċilità, bħall-faċilitajiet għall-bdil awtomatiku tal-wisa' bejn il-binarji, meħtieġa sabiex jiġi żgurat l-operat sikur, sigur u effiċjenti tal-vetturi, inkluż l-impatt imnaqqas tagħhom fuq l-ambjent u l-interoperabbiltà mtejba. |
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 13 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-operaturi tat-terminals tal-merkanzija għandhom jiżguraw li kwalunkwe terminal tal-merkanzija jkun miftuħ għall-peraturi kollha. |
1. L-operaturi tat-terminals tal-merkanzija u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għat-terminals tal-merkanzija jirrispettaw id-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura tal-ferroviji u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà1. It-terminals tal-merkanzija koperti minn dan ir-Regolament huma miftuħin għall-operaturi tat-trasport skont id-Direttiva XXX [Riformulazzjoni tal-ewwel pakkett ferrovjarju]. |
|
L-operaturi tal-pjattaformi loġistiċi għandhom joffru mill-inqas terminal wieħed li jkun miftuħ għall-operaturi kollha. |
|
|
L-operaturi tat-terminals tal-merkanzija u l-pjattaforma loġistika għandhom jipprovdu dan l-aċċess b'mod mhux diskriminatorju u japplikaw tariffi trasparenti. |
|
|
2. L-operaturi tal-istazzjonijiet tal-passiġġieri għandhom jiżguraw li l-istazzjonijiet tal-passiġġieri jipprovdu aċċess għal informazzjoni, ix-xiri tal-biljetti u l-attivitajiet kummerċjali għat-traffiku ferrovjarju matul in-netwerk komprensiv kollu u fejn ikun xieraq informazzjoni dwar il-konnessjoni mat-trasport lokali u reġjonali, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabilità relatata mas-subsistema 'applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri' tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea. |
2. L-operaturi tal-istazzjonijiet tal-passiġġieri għandhom jiżguraw li l-istazzjonijiet tal-passiġġieri jipprovdu għall-utenti kollha aċċess għal informazzjoni, ix-xiri tal-biljetti u l-attivitajiet kummerċjali għat-traffiku ferrovjarju matul in-netwerk komprensiv kollu u fejn ikun xieraq informazzjoni dwar il-konnessjoni mat-trasport lokali u reġjonali, skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 454/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 dwar l-ispeċifikazzjoni teknika għal interoperabilità relatata mas-subsistema 'applikazzjonijiet telematiċi għas-servizzi tal-passiġġieri' tas-sistema ferrovjarja trans-Ewropea. |
|
3. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li: |
3. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali kkonċernati u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li: |
|
(a) il-linji ferrovjarji jkunu mgħammra b'ERTMS. |
(a) il-linji ferrovjarji jkunu mgħammra b'ERTMS għajr għan-netwerks iżolati; |
|
(b) l-infrastruttura ferrovjarja tikkonforma mad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha sabiex tintlaħaq l-interoperabilità tan-netwerk komprensiv; |
(b) l-infrastruttura ferrovjarja tikkonforma mad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità u l-miżuri ta' implimentazzjoni tagħha sabiex tintlaħaq l-interoperabilità tan-netwerk komprensiv; |
|
(c) l-infrastruttura ferrovjarja tikkonforma mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni teknika ta' Interoperabilità (TSI) adottata skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/57/KE għal linji ġodda u mtejba, minbarra f'każijiet ġustifikati kif xieraq, fejn ikun permess mit-TSI rilevanti jew taħt il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/57/KE. Fi kwalunkwe każ, l-infrastruttura ferrovjarja għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin: |
(c) l-infrastruttura ferrovjarja tikkonforma mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni teknika ta' Interoperabilità (TSIs) adottata skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2008/57/KE minbarra fejn ikun permess mit-TSI rilevanti jew taħt il-proċedura pprovduta fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2008/57/KE. Fi kwalunkwe każ, l-infrastruttura ferrovjarja għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin: |
|
(1) it-track gauge nominali għal-linji ferrovjarji ġodda: 1 435 mm; |
(1) il-wisa' nominali bejn il-binarji għal-linji ferrovjarji ġodda: 1 435 mm, minbarra f'każjiet fejn il-linja l-ġdida testendi netwerk li l-wisa' bejn il-binarji tiegħu tkun differenti u mhux relatata mal-linji ferrovjarji ewlenin fl-Unjoni; |
|
(2) elettrifikazzjoni; |
(2) elettrifikazzjoni sħiħa, bl-eċċezzjoni tal-binarji żgħar maġenb il-binarju ewlieni u t-terminals; |
|
(3) linji li jintużaw minn ferroviji għat-trasport tal-merkanzija konvenzjonali: tagħbija tal-fus ta' 22,5 t, u tul tal-ferrovija ta' 750 metru; |
(3) linji li jintużaw minn ferroviji għat-trasport tal-merkanzija konvenzjonali: tagħbija tal-fus ta' 22,5 t, u tul tal-ferrovija ta' 750 metru inkluż marġini ta' sikurezza ta' 10 m; |
|
(4) diżlivelli massimi għal-linji ġodda li għandhom jintużaw minn ferroviji għat-trasport ta' merkanzija konvenzjonali: 12,5 mm/m. |
(4) diżlivelli massimi għal-linji ġodda li għandhom jintużaw minn ferroviji għat-trasport ta' merkanzija konvenzjonali: 12,5 mm/m, ħlief f'każijiet iġġustifikati debitament fejn japplikaw derogi skont 'każijiet speċifiċi' tat-TSIs. |
|
|
___________ |
|
|
1 OJ L 75, 15.3.2001, p. 29. |
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(aa) il-bidla għal wisa' nominali bejn il-binarji ta' linja ferrovjarja ta' 1 435 mm; |
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) il-mitigazzjoni tal-impatt tal-istorbju kkawżat mit-trasport tal-ferroviji; |
(b) il-prevenzjoni tal-istorbju kif ukoll il-mitigazzjoni tal-impatt tiegħu kkawżat mit-trasport tal-ferroviji permezz ta' miżuri għall-infrastruttura u għall-vetturi ferrovjarji; |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-UE dwar it-trażżin tal-istorbju mit-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, għandhom jingħataw kunsiderazzjoni partikolari l-miżuri għall-infrastruttura u t-trasport ferrovjarju li għandhom l-għan li jipprevjenu u li jnaqqsu l-istorbju. Ir-rapporteurs jemmnu li huwa ta' importanza speċjali li jiġi kkunsidrat l-impatt tal-istorbju mit-trasport ferrovjaru f'reġjuni b'densità għolja ta' popolazzjoni. | |
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) l-ilħuq ta' standards ogħla minn dawk stabbiliti bħala rekwiżiti minimi fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, kif deskritt fl-Artikolu13. |
(c) l-issodisfar tar-rekwiżiti infrastrutturali u t-titjib tal-interoperabbiltà. |
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) it-titjib fis-sikurezza tal-passaġġi nvell jew is-sostituzzjoni tagħhom minn pontijiet jew passaġġi taħt l-art. |
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(cb) il-konnessjoni tal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju mal-infrastruttura ta' port ta' ilmijiet interni. |
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-kanali interni u l-portijiet interni li jagħmlu parti min-netwerk komprensiv huma indikati fuq il-mapep fl-Anness I. |
Il-kanali interni u l-portijiet interni li jagħmlu parti min-netwerk komprensiv huma indikati fuq il-mapep fl-Annessi I u IIIa. |
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) xmajjar; |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Ġustifikazzjoni | |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) | |
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) infrastruttura relatata bħal serraturi, elevejters, pontijiet, ġibjuni; |
(d) infrastruttura relatata bħal imgħalaq, elevejters, pontijiet, ġibjuni u sistemi għall-prevenzjoni tal-għargħar; |
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ea) punti ta' interkonnessjoni ma' moduli oħra tat-trasport; |
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ga) konnessjonijiet tal-"aħħar mil"; |
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(gb) terminals tal-passiġġieri u tal-merkanzija u pjattaformi loġistiċi għat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija bil-passaġġi tal-ilma, u oħra bejn passaġġi tal-ilma interni u mezzi oħra tat-trasport. |
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. B'mod parikolari t-tagħmir assoċjat mal-portijiet għandu jippermetti l-użu tas-sistemi tal-propulsjoni u l-operat li jnaqqsu t-tniġġis, il-konsum tal-enerġija u l-intensità tal-karbonju. Huwa jinkludi l-faċilitajiet għar-rimi tal-iskart. |
3. Tagħmir assoċjat ma' passaġġi fuq l-ilma interni jista' jinkludi t-tagħmir għall-imbark u l-iżbark ta' passiġġieri u għat-tagħbija u l-ħatt tal-merkanziji f'portijiet interni. B'mod partikolari t-tagħmir assoċjat jista' jippermetti l-użu tas-sistemi tal-propulsjoni u l-operat li jnaqqsu t-tniġġis bħat-tniġġis tal-ilma u tal-arja, il-konsum tal-enerġija u l-intensità tal-karbonju. Huwa jinkludi l-faċilitajiet għar-rimi tal-iskart, il-faċilitajiet tal-provvista tal-elettriku mix-xatt u l-faċilitajiet għall-ġbir taż-żejt użat kif ukoll it-tagħmir għat-tkissir tas-silġ, l-istħarriġ idroloġiku u t-tħammil u l-manutenzjoni tal-port u tal-bokok tal-port biex tiġi garantita navigabbiltà mas-sena kollha. |
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-operaturi tal-portijiettal-portijiet għandhom jiżguraw li kwaunkwe port intern joffri mill-inqas terminal wieħed għat-trasport tal-merkanzija li jkun miftuħ għall-operaturi kollha b'mod mhux diskriminatorju u li japplika tariffi trasparenti. |
2. L-entità li tirregola l-port intern għandha tiżgura li kwalunkwe port intern joffri mill-inqas terminal wieħed għat-trasport tal-merkanzija li jkun miftuħ għall-operaturi kollha b'mod mhux diskriminatorju u li japplika tariffi trasparenti. |
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li: |
3. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri, l-awtoritajiet tal-port u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li: |
|
(a) ix-xmajjar, il-kanali u l-għadajjar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi għall-kanali tal-Klassi IV kif stabbilit fil-Ftehim Ewropew dwar il-Kanali Interni Ewlenin ta' Importanza Internazzjonali (AGN) dwar il-klassifikazzjoni l-ġdida tal-kanali interni u jiżguraw ikklerjar kontinwu tal-pontijiet. |
(a) ix-xmajjar, il-kanali u l-għadajjar għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi għall-kanali tal-Klassi IV kif stabbilit fil-Ftehim Ewropew dwar il-Kanali Interni Ewlenin ta' Importanza Internazzjonali (AGN) dwar il-klassifikazzjoni l-ġdida tal-kanali interni u jiżguraw l-għoli liberu ta' passaġġ taħt il-pontijiet fir-rispett sħiħ tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 41 u 42 ta' dan ir-Regolament. |
|
|
Fid-dawl tal-importanza speċifika tal-bijodiversità, f'każijiet debitament ġustifikati, fuq talba ta' Stat Membru, jistgħu jingħataw eżenzjonijiet mir-rekwiżiti minimi għax-xmajjar li jimxu liberament u qrib l-istat naturali tagħhom fid-dawl kemm tar-rekwiżiti ekoloġiċi għas-sezzjonijiet tax-xmara kif ukoll ir-rekwiżiti strateġiċi tat-trasport fuq il-kanali interni. |
|
(b) ix-xmajjar, il-kanali u l-għadajjar ikunu mgħammra b'RIS. |
(b) ix-xmajjar, il-kanali u l-għadajjar ikunu mgħammra b'RIS. |
|
|
(ba) ix-xmajjar, il-kanali u l-għadajjar imsemmija fil-punt (a) għandhom jiggarantixxu "status ta' navigazzjoni tajba" skont id-dispożizzjonijiet tal-AGN, filwaqt li jirrispettaw l-obbligi internazzjonali relatati mal-ħarsien tal-ambjent. |
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 18 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri u promoturi oħra ta' proġetti, meta jkunu qegħdin jippromwovu proġetti ta' interess komuni u minbarra l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 10, għandhom jagħtu konsiderazzjoni partikolari lil: |
L-Istati Membri u promoturi oħra ta' proġetti, meta jkunu qegħdin jippromwovu proġetti ta' interess komuni u minbarra l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 10, għandhom jagħtu konsiderazzjoni partikolari lil: |
|
(a) għall-kanali interni eżistenti: l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu l-istandards tal-kanali interni tal-klassi IV; |
(a) għall-kanali interni eżistenti: l-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa sabiex jintlaħqu l-istandards tal-kanali interni tal-klassi IV; |
|
(b) fejn ikun xieraq, l-ilħuq ta' standards ogħla minn dawk tal-kanali interni tal-klassi IV, sabiex jiġu sodisfatti d-domandi tas-suq; |
(b) fejn ikun xieraq, l-ilħuq ta' standards ogħla għall-modernizzazzjoni u għall-kanali ġodda bi qbil mal-karatteristiċi tekniċi u operattivi tal-AGN dwar il-klassifikazzjoni l-ġdida tal-kanali interni sabiex jiġu sodisfatti d-domandi tas-suq; |
|
(c) l-implimentazzjoni tal-STI, inkluż RIS; |
(c) l-implimentazzjoni tal-STI, inkluż RIS; |
|
(d) il-konnessjoni tal-infrastruttura tal-portijiet interni mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju. |
(d) il-konnessjoni tal-infrastruttura tal-portijiet interni mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u stradali; |
|
|
(da) il-promozzjoni tat-trasport fil-kanali interni; |
|
|
(db) xmajjar li jimxu liberament qrib l-istat naturali tagħhom li jingħataw attenzjoni speċjali u li jistgħu, għalhekk, ikunu soġġetti għal miżuri speċifiċi. |
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) żoni ta' parkeġġ; |
(b) żoni ta' parkeġġ u ta' mistrieħ; |
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ea) punti ta' interkonnessjoni ma' moduli oħra tat-trasport u partikolarment mal-ferroviji; |
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt f | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(f) stazzjonijiet tal-karozzi tal-linja. |
(f) stazzjonijiet tal-kowċis. |
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. It-toroq ta' kwalità għolja msemmija fil-paragrafu 1(a) huma dawk li għandhom irwol importanti għat-traffiku tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq distanzi twal, jintegraw iċ-ċentri urbani u ekonomiċi ewlenin, joħolqu interkonnessjoni ma' moduli oħra tat-trasport u jgħaqqdu r-reġjuni NUTS 2 maqtugħa mill-baħar u dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni. |
2. It-toroq ta' kwalità għolja msemmija fil-paragrafu 1(a) huma dawk li għandhom irwol importanti għat-traffiku tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq distanzi twal, jintegraw iċ-ċentri urbani u ekonomiċi ewlenin, joħolqu interkonnessjoni ma' moduli oħra tat-trasport u jgħaqqdu r-reġjuni NUTS 2 muntanjużi, remoti, maqtugħa mill-baħar u dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni. Dawk it-toroq għandhom jinżammu f'kundizzjoni adegwata biex it-traffiku jiċċirkola bla periklu u b'mod sigur. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan huwa titjib żgħir tal-emenda 46, imressqa mir-Rapporteur għal opinjoni. Hi kundizzjoni ovvja għat-toroq inklużi fin-netwerk trans-Ewropew. | |
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 20 - paragrafu 3 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. It-toroq ta' kwalità għolja għandhom jiġu ddisinjati u mibnija b'mod speċjali għat-traffiku tal-vetturi bil-mutur, u għandhom ikunu kemm toroq prinċipali għall-vetturi bil-mutur (motorways) kif ukoll toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa (express). |
3. It-toroq ta' kwalità għolja għandhom jiġu ddisinjati u mibnija b'mod speċjali għat-traffiku tal-vetturi bil-mutur, u għandhom ikunu jew: awtostradi, toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa (express) jew toroq strateġiċi konvenzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tipprovdi għal tip ta' triq addizzjonali bħala aċċettabbli fin-netwerk komprensiv. Xi proposti għal toroq ma jidhrux li jappoġġaw l-għan ta' koeżjoni. Il-proposti biex jiġu eliminati l-passaġġi nvell kollha għaċ-ċiklisti u għall-pedoni jkunu diffiċli u jistgħu jbiegħdu l-komunitajiet ġirien. Ir-rekwiżit li l-aċċess kollu jkun minn interkambji jew punti ta' konġunzjoni kkontrollati joħloq diffikultajiet minħabba toroq sekondarji, aċċess għall-azjendi agrikoli u dawriet. Qed nikkalkolaw li dawn jistgħu jiswew bejn £53 u £100 biljun biex jiġu implimentati fir-Renju Unit, u ma joffrux titjib reali fir-rendiment tan-netwerk. | |
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3 – punt a – subpunt ii | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ii) ma taqsamx f'livell mal-ebda triq, binarju ferrovjarju jew tat-tramm, jew mogħdija tar-riġel; u |
(ii) ma taqsam, fl-istess livell, l-ebda triq, binarju ferrovjarju jew tat-tramm, mogħdija ċiklabbli jew mogħdija tar-riġel; u |
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3 – punt a – punt iiia (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(iiia) tinkorpora korsija tal-emerġenza (hard shoulder). |
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3 – punt b – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) Triq li tgħaqqad bliet direttament u bil-ħeffa hija triq riservata għat-traffiku tal-vetturi bil-mutur aċċessibbli minn interskambji jew punti ta' konġunzjoni kkontrollati biss u li: |
(b) Triq li tgħaqqad hija triq għal kull tip ta' użu aċċessibbli primarjament minn interskambji jew punti ta' konġunzjoni kkontrollati u li: |
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) Triq strateġika konvenzjonali hija triq li la hi awtostrada u lanqas triq li tgħaqqad bliet direttament u bil-ħeffa iżda li madankollu tibqa' triq ta' kwalità għolja kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 u li hija ġestita u ffinanzjata skont l-ispeċifiċitajiet stabbiliti mill-Istat Membru rilevanti. |
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) It-toroq jikkorrispondu għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(3). |
(a) It-toroq jikkorrispondu għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(3). |
|
|
Fuq talba ta' Stat Membru, jistgħu jingħataw mill-Kummissjoni eżenzjonijiet mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(3) f'każijiet debitament ġustifikati, inklużi każijiet fejn ċerti investimenti infrastrutturali ma jistgħux jiġu ġustifikati f'termini ta' kost-benefiċċju, sakemm ikun żgurat livell xieraq ta' sikurezza. |
Ġustifikazzjoni | |
Ma jistax jiġi ġustifikat mil-lat ekonomiku jew ambjentali, u lanqas mhu meħtieġ għall-interoperabbiltà tan-netwerk, li jimmodernizzaw it-toroq kollha tat-TEN-T f'awtostradi jew f'toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa. F'ċerti partijiet tal-Unjoni, pereżempju fir-reġjuni tat-tramuntana li mhumiex popolati ħafna, japplikaw ċirkostanzi speċjali, bħal distanzi twal ħafna flimkien ma' flussi baxxi tat-traffiku. Dawn iċ-ċirkostanzi jimmotivaw eżenzjoni mir-rekwiżiti li t-toroq ewlenin kollha għandhom ikunu awtostradi jew toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa. | |
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) L-interoperabilità tas-sistemi tal-ġbir tal-ħlasijiet hija żgurata skont id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi tal-ġbir tal-ħlasijiet tat-toroq fil-Komunità u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE tas-6 ta' Ottubru 2009 dwar id-definizzjoni tas-Servizz Elettroniku Ewropew tal-Ġbir tal-Ħlasijiet u l-elementi tekniċi tiegħu. |
(d) Fejn tkun applikabbli l-interoperabilità tas-sistemi tal-ġbir tal-ħlasijiet hija żgurata skont id-Direttiva 2004/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-interoperabilità tas-sistemi elettroniċi tal-ġbir tal-ħlasijiet tat-toroq fil-Komunità u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/750/KE tas-6 ta' Ottubru 2009 dwar id-definizzjoni tas-Servizz Elettroniku Ewropew tal-Ġbir tal-Ħlasijiet u l-elementi tekniċi tiegħu. |
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt -aa (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(-aa) it-titjib u l-promozzjoni tas-sikurezza stradali; |
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) il-promozzjoni tas-sigurtà fit-toroq. |
imħassar |
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt da (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(da) it-tnaqqis progressiv tal-istorbju tat-traffiku tal-awtostradi; |
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt (db) (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(db) it-tnaqqis tal-lakuni fl-iżvilupp tal-infrastruttura bejn l-Istati Membri; |
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt dc (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(dc) l-impatt tal-konġestjoni fit-toroq. |
Emenda 102 Proposta għal regolament Kapitolu 2 – taqsima 4 – titolu | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
INFRASTRUTTURA TAT-TRASPORT MARITTIMU |
INFRASTRUTTURA TAT-TRASPORT MARITTIMU U AWTOSTRADI TAL-BAĦAR |
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-portijiet marittimi li jagħmlu parti min-netwerk komprensiv huma indikati fuq il-mapep fl-Anness I. |
Il-portijiet marittimi li jagħmlu parti min-netwerk komprensiv huma elenkati fl-Anness IIIa kif ukoll indikati fuq il-mapep fl-Anness I. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal raġunijiet ta' ċertezza tad-dritt u trasparenza, għandu jiġi ċċarat permezz ta' lista liema nodi huma identifikati bħala nodi TEN-T fin-netwerk komprensiv. | |
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) spazju marittimu; |
(a) spazju marittimu, inklużi d-digi, l-imgħalaq u l-baċiri; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-komponenti infrastrutturali għal kull modulu tat-trasport għandhom jiġu definiti b'mod ċar. | |
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) portijiet marittimi, inkluża l-infrastruttura meħtieġa għall-operat tat-trasport fiż-żona tal-port; |
(c) portijiet marittimi, inkluż l-istabbiliment, il-modernizzazzjoni, il-manutenzjoni u l-espansjoni tal-kapaċità tal-infrastruttura meħtieġa għall-operat tat-trasport fiż-żona tal-port; |
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) punti ta' interkonnessjoni ma' moduli tat-trasport oħrajn u partikolarment bil-ferroviji; |
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ha) konnessjonijiet "tal-aħħar mil"; |
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. It-tagħmir assoċjat mal-infrastruttura tat-trasport marittimu għandu jinkludi b'mod partikolari tagħmir għat-tkissir tas-silġ, stħarriġ idroloġiku, u t-tħammil u l-manutenzjoni tal-port u l-approċċi għall-port. |
3. It-tagħmir assoċjat mal-infrastruttura tat-trasport marittimu għandu jinkludi b'mod partikolari tagħmir għall-ġestjoni tat-traffiku u tal-merkanzija, għat-tnaqqis tal-effetti negattivi, fosthom l-effetti ambjentali negattivi, għall-użu tal-karburanti alternattivi, għat-tkissir tas-silġ, għall-istħarriġ idroloġiku, u għat-tħammil u l-manutenzjoni u l-protezzjoni tal-port u l-bokok tal-port. |
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 25 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-awtostradi tal-baħar jirrappreżentaw id-dimensjoni marittima tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. Għandhom jikkonsistu minn rotot tal-baħar ta' distanzi qosra, infrastruttura u tagħmir marittimu assoċjati, u faċilitajiet li jippermettu t-trasport bil-baħar għal distanzi qosra u/jew servizzi tal-baħar-xmajjar bejn mill-inqas żewġ portijiet, inklużi l-konnessjonijiet fil-hinterland, f'mill-inqas żewġ Stati Membri differenti. L-awtostradi tal-baħar għandhom jinkludu: |
1. L-awtostradi tal-baħar jirrappreżentaw id-dimensjoni marittima tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u għandhom jikkontribwixxu għall-ksib ta' spazju ta' trasport marittimu Ewropew mingħajr ostakli. Għandhom jikkonsistu minn rotot tal-baħar ta' distanzi qosra, infrastruttura u tagħmir marittimu assoċjati, u faċilitajiet kif ukoll formalitajiet amministrattivi semplifikati li jippermettu t-trasport bil-baħar għal distanzi qosra u/jew servizzi tal-baħar-xmajjar bejn mill-inqas żewġ portijiet, inklużi l-konnessjonijiet fil-hinterland, f'mill-inqas żewġ Stati Membri differenti, jew bejn Stat Membru u pajjiż terz skont l-Artikolu 8 u jekk dan ikun ta' importanza strateġika għall-Unjoni. L-awtostradi tal-baħar għandhom jinkludu: |
|
(a) konnessjonijiet marittimi bejn portijiet marittimi tan-netwerk komprensiv; |
(a) konnessjonijiet marittimi bejn portijiet marittimi tan-netwerk komprensiv jew bejn port tan-netwerk komprensiv u port ta' pajjiż terz, jekk dan ikun ta' importanza strateġika għall-Unjoni; |
|
(b) faċilitajiet tal-port, teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) bħas-sistemi elettroniċi tal-ġestjoni tal-loġistika, proċeduri tas-sigurtà u s-sikurezza u dawk amministrattivi u doganali f'mill-inqas wieħed mill-Istati Membri; |
(b) faċilitajiet tal-port, terminals tal-merkanzija, pjattaformi loġistiċi u postijiet tal-merkanzija li jinsabu barra ż-żona tal-port iżda li huma assoċjati mal-operazzjonijiet tal-port teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) bħas-sistemi elettroniċi tal-ġestjoni tal-loġistika, proċeduri tas-sigurtà u s-sikurezza u dawk amministrattivi u doganali f'mill-inqas wieħed mill-Istati Membri; |
|
(c) infrastruttura għal aċċess dirett tal-art u l-baħar. |
(c) infrastruttura għal aċċess dirett tal-art u l-baħar. |
|
2. Il-proġetti ta' interess komuni għall-awtostradi tal-baħar fin-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandhom jiġu proposti minn tal-inqas żewġ Stati Membri. Huma għandhom jieħdu waħda mill-forom li ġejjin: |
2. Il-proġetti ta' interess komuni għall-awtostradi tal-baħar fin-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandhom jiġu proposti minn tal-inqas żewġ Stati Membri. Huma għandhom jieħdu waħda mill-forom li ġejjin: |
|
(a) ikunu l-komponent marittimu ta' kuritur ta' netwerk ewlieni kif definit fl-Artikolu 49, jew jikkostitwixxu l-komponent marittimu bejn żewġ kurituri tan-netwerk ewlieni; |
|
|
(b) jikkostitwixxu konnessjoni marittima u l-konnessjonijiet tal-hinterland tagħha fin-netwerk ewlieni bejn żewġ portijiet jew iżjed tan-netwerk ewlieni; |
(b) jikkostitwixxu konnessjoni marittima u l-konnessjonijiet tal-hinterland tagħha fin-netwerk ewlieni bejn żewġ portijiet jew iżjed tan-netwerk ewlieni; |
|
(c) jikkostitwixxu konnessjoni marittima u l-konnessjonijiet tal-hinterland tagħha bejn port tan-netwerk ewlieni u portijiet tan-netwerk komprensiv, b'iffokar speċjali fuq il-konnessjonijiet tal-hinterland tal-portijiet tan-netwerk ewlieni u dak komprensiv. |
(c) jikkostitwixxu konnessjoni marittima u l-konnessjonijiet tal-hinterland tagħha bejn port tan-netwerk ewlieni u portijiet tan-netwerk komprensiv, b'iffokar speċjali fuq il-konnessjonijiet tal-hinterland tal-portijiet tan-netwerk ewlieni u dak komprensiv. |
|
|
(ca) jikkostitwixxu konnessjoni marittima bejn port tan-netwerk ewlieni u port ta' pajjiż terz, skont l-Artikolu 8. |
|
3. Il-proġetti ta' interess komuni għall-awtostradi tal-baħar fin-netwerk tat-trasport trans-Ewropew jistgħu jinkludu wkoll attivitajiet li jkollhom benefiċċji usa' u ma jkunux konnessi ma' portijiet speċifiċi, bħall-attivitajiet għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali, attivitajiet sabiex il-faċilitajiet għat-tkissir tas-silġ isiru disponibbli, attivitajiet li jiggarantixxu navigabilità matul is-sena kollha, operat ta' tħammil, facilitajiet alternattivi għall-għoti tal-karburant, kif ukoll l-ottimizzazzjoni tal-proċessi, il-proċeduri u l-element uman, pjattaformi tal-ICT u sistemi tal-informazzjoni, inkluż il-ġestjoni tat-traffiku u s-sistemi elettroniċi ta' rapportar. |
3. Il-proġetti ta' interess komuni għall-awtostradi tal-baħar fin-netwerk tat-trasport trans-Ewropew jistgħu jinkludu wkoll attivitajiet li jkollhom benefiċċji usa' u ma jkunux konnessi ma' portijiet speċifiċi, bħal servizzi u azzjonijiet initiż li jiggarantixxu l-mobilità bla xkiel ta' persuni u merkanzija partikolarment fir-reġjuni remoti, ultraperiferiċi u insulari, bħall-attivitajiet għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali, bħall-provvista ta' elettriku mix-xatt jew "scrubbers" tal-emissjonijiet li jistgħu jgħinu lill-bastimenti jilħqu livelli ta' emissjonijiet aktar stretti, attivitajiet sabiex il-faċilitajiet għat-tkissir tas-silġ isiru disponibbli, attivitajiet li jiggarantixxu navigabilità matul is-sena kollha, operat ta' tħammil, facilitajiet alternattivi għall-għoti tal-karburant, kif ukoll l-ottimizzazzjoni tal-proċessi, il-proċeduri u l-element uman, pjattaformi tal-ICT u sistemi tal-informazzjoni, inkluż il-ġestjoni tat-traffiku u s-sistemi elettroniċi ta' rapportar. |
|
|
4. Sa sentejn wara n-nomina tal-Koordinatur tal-Awtostradi tal-Baħar kif jiddisponi l-Artikolu 51, il-Koordinatur għandu jippreżenta pjan ta' implimentazzjoni dettaljat għall-Awtostradi tal-Baħar abbażi tal-esperjenzi u l-iżviluppi marbuta mat-trasport marittimu tal-Unjoni kif ukoll mat-tbassir ta' traffiku fl-Awtostradi tal-Baħar. Barra minn dan il-pjan ta' implimentazzjoni għandu jkun fih linji gwida ċari dwar l-Awtostradi tal-Baħar il-ġodda, anki mal-pajjiżi terzi, u jqisu t-tbassir ta' traffiku u l-koerenza tiegħu fin-netwerk ewlieni u komprensiv. |
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri, l-operaturi tal-portijiet u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li: |
1. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali, l-operaturi tal-portijiet u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li: |
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-operaturi tal-portijiet għandhom jiżguraw li l-portijiet jinkludu t-tagħmir meħtieġ sabiex jiżguraw il-prestazzjoni ambjentali tal-bastimenti fil-portijiet, b'mod partikolari l-faċilitajiet ta' rimi ta' skart iġġenerat mill-bastimenti u r-residwi tal-merkanzija skont id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet fil-portijiet ta' rimi ta' skart iġġenerat mill-bastimenti u r-residwi tal-merkanzija. |
2. L-operaturi tal-portijiet, jew l-awtorità kompetenti li tirregola l-port, għandhom jiżguraw li l-portijiet jinkludu t-tagħmir meħtieġ sabiex jiżguraw il-prestazzjoni ambjentali tal-bastimenti fil-portijiet, b'mod partikolari l-faċilitajiet tal-provvista tal-elettriku kif ukoll il-faċilitajiet ta' rimi ta' skart iġġenerat mill-bastimenti u r-residwi tal-merkanzija skont id-Direttiva 2000/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Novembru 2000 dwar il-faċilitajiet fil-portijiet ta' rimi ta' skart iġġenerat mill-bastimenti u r-residwi tal-merkanzija u d-Direttiva 2012/.../UE dwar il-kontenut ta' kubrit tal-karburanti tal-bastimenti, u l-faċilitajiet tal-provvista tal-elettriku. |
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-VTMIS kif ipprovdut fid-Direttiva 2002/59/KE. |
3. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-VTMIS u SafeSeaNet kif ipprovdut fid-Direttiva 2002/59/KE u jużaw is-servizzi marittimi elettroniċi, inkluż b'mod partikolari s-servizzi marittimi mogħtija f'punt uniku, kif inhu stabbilit fid-Direttiva 2010/65/UE. |
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) il-promozzjoni ta' awtostradi tal-baħar inkluż trasport bil-baħar għal distanzi qosra; |
(a) il-promozzjoni ta' awtostradi tal-baħar inkluż trasport bil-baħar għal distanzi qosra, l-aġevolazzjoni tal-iżvilupp tal-konnessjonijiet mal-hinterland u l-iżvilupp, b'mod partikolari, ta' miżuri għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tat-trasport marittimu f'konformità mar-rekwiżiti applikabbli skont id-dritt tal-Unjoni jew il-ftehimiet internazzjonali rilevanti; |
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda u l-innovazzjoni għall-promozzjoni ta' karburanti alternattivi u ta' trasport marittimu effiċjenti fl-użu tal-enerġija, bħal-LNG. |
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) punti ta' interkonnessjoni ma' moduli tat-trasport oħrajn u partikolarment bil-ferroviji; |
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) tagħmir assoċjat; |
(c) tagħmir assoċjat inklużi l-miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju; |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tkun prevista referenza għar-Regolament preżenti dwar l-istorbju fl-ajruporti. | |
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 – punt da (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(da) konnessjonijiet "tal-aħħar mil"; |
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri u l-operaturi tal-ajruporti għandhom jiżguraw li kwalunkwe ajruport joffri mill-inqas terminal wieħed li jkun miftuħ għall-operaturi kollha b'mod mhux diskriminatorju u li japplika tariffi trasparenti. |
1. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri u l-operaturi tal-ajruporti għandhom jiżguraw li kwalunkwe ajruport joffri mill-inqas terminal wieħed li jkun miftuħ għall-operaturi kollha b'mod mhux diskriminatorju u li japplika tariffi trasparenti, xierqa u ġusti. |
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) It-titjib tal-infrastruttura eżistenti; |
(a) It-titjib tal-infrastruttura eżistenti billi tiżdied l-effiċjenza u s-sostenibbiltà, b'mod partikolari billi tiġi faċilitata d-distribuzzjoni u l-użu tal-karburanti alternattivi; |
Ġustifikazzjoni | |
L-ajruporti jiżvolġu rwol importanti fl-appoġġ tal-użu ta' karburanti alternattivi u jeħtieġ li jiżviluppaw u jżommu infrastruttura xierqa. | |
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) titjib tal-interkonnessjonijiet multimodali bejn l-ajruporti u l-infrastruttura għal moduli tat-trasport oħrajn. |
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) pjanijiet ibbażati fuq miżuri ta' sostenibbiltà u li jtejbu l-klima; |
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri, l-operaturi ta' terminals tal-merkanzija, portijiet u ajruporti, u maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li: |
1. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri, l-operaturi ta' terminals tal-merkanzija, portijiet u ajruporti, u maniġers tal-infrastruttura għandhom, b'mod ġust u mhux diskriminatorju, jiżguraw li: |
Ġustifikazzjoni | |
Hu importanti li jiġi żgurat aċċess għall-moduli kollha tat-trasport b'mod nondiskriminatorju – għal dawk li jkunu diġà hemm kif ukoll oħrajn ġodda. | |
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) l-modi tat-trasport ikunu konnessi fi kwalunkwe post minn dawn li ġejjin: Terminals tal-merkanzija, stazzjonijiet tal-passiġġieri, portijiet interni, portijiet marittimi sabiex jippermettu t-trasport multimodali tal-merkanzija u l-passiġġieri. |
Ma taffettwax il-verżjoni Maltija. |
Ġustifikazzjoni | |
Ma taffettwax il-verżjoni Maltija. | |
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) il-garanzija li l-interkonnessjonijiet multimodali jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità sħiħa għall-utenti kollha. |
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) konnessjoni adegwata bejn stazzjonijiet ferrovjarji differenti jew ajruporti tan-netwerk komprensiv fin-nodu urban; |
(c) konnessjoni adegwata bejn stazzjonijiet ferrovjarji differenti, portijiet jew ajruporti tan-netwerk komprensiv fin-nodu urban; |
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) konnessjoni mingħajr xkiel bejn l-infrastruttura tan-netwerk komprensiv u l-infrastruttura għat-traffiku reġjonali u lokali, inklużi ċ-ċentri tal-konsolidazzjoni u d-distribuzzjoni loġistiċi; |
(d) konnessjoni mingħajr xkiel bejn l-infrastruttura tan-netwerk komprensiv u l-infrastruttura għat-traffiku reġjonali u lokali u l-kunsinna urbana ta' merkanzija, inklużi ċ-ċentri tal-konsolidazzjoni u d-distribuzzjoni loġistiċi; |
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt f | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(f) l-evitar taż-żoni urbani għat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija; |
(f) l-evitar taż-żoni urbani għat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija fejn it-topografija tippermetti; |
Ġustifikazzjoni | |
F'reġjuni muntanjużi bħall fl-Awstrija, l-evitar ta' żoni urbani mhijiex dejjem possibbli. | |
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-STI għandhom jippermettu l-ġestjoni tat-traffiku u l-iskambju tal-informazzjoni fi u bejn il-moduli tat-trasport għall-operat tat-trasport multimodali u s-servizzi b'valur miżjud relatati mat-trasport, it-titjib tas-sigurtà, is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali. |
1. L-STI għandhom jippermettu l-ġestjoni tat-traffiku u l-iskambju tal-informazzjoni fi u bejn il-moduli tat-trasport għall-operat tat-trasport multimodali u s-servizzi b'valur miżjud relatati mat-trasport, it-titjib tas-sigurtà, is-sikurezza u l-prestazzjoni ambjentali kif ukoll is-semplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi. |
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 2a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Għandhom jintużaw l-ITS fl-Unjoni bl-iktar mod mifrux possibbli bl-għan li tiġi faċilitata ġabra ta' kapaċitajiet bażiċi interoperabbli fl-Istati Membri kollha. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikunu massimizzati l-effetti ta' netwerk pożittivi u benefiċċji għas-sistema kollha, hu preferibbli li jkunu promossi teknoloġiji b'mod mifrux fost l-Istati Membri u r-reġjuni tal-Unjoni kollha. L-għan mhuwiex l-ugwaljanza tal-kapaċitajiet tal-ITS, iżda l-iżgurar ta' ġabra ta' kapaċitajiet komuni minimi li ċ-ċittadini u l-impriżi jistgħu jistennew, fejn ikun rilevanti, fl-Unjoni kollha. | |
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 37 – paragrafu 3 – ir-raba' inċiż | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- għat-trasport marittimu: VTMIS u servizzi Marittimi elettroniċi; |
- għat-trasport marittimu: VTMIS u servizzi marittimi elettroniċi, inkluż servizzi li jingħataw f'punt uniku bħal dak għall-affarijiet marittimi, sistemi tal-komunità tal-port u sistemi rilevanti ta' informazzjoni doganali; |
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 38 ‑ paragrafu 1 ‑ parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Unjoni, l-Istati Membri u promoturi oħra ta' proġetti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-proġetti ta' interess komuni li jipprovdu servizzi effiċjenti tat-trasport tal-merkanzija li jużaw l-infrastruttura tan-netwerk komprensiv u jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju. B'mod partikolari dawn il-proġetti għandu jkollhom l-għan li: |
L-Unjoni, l-Istati Membri u promoturi oħra ta' proġetti għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-proġetti ta' interess komuni li jipprovdu servizzi effiċjenti tat-trasport tal-merkanzija li jużaw l-infrastruttura tan-netwerk komprensiv u jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u spejjeż esterni oħrajn tat-trasport. B'mod partikolari dawn il-proġetti għandu jkollhom l-għan li: |
Ġustifikazzjoni | |
Minbarra t-tibdil fil-klima, ir-regolament għandu jindirizza b'mod iktar espliċitu wkoll spejjeż esterni oħrajn tat-trasport. | |
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) jippromwovu l-mobilitazzjoni ta' servizzi tat-trasport innovattivi jew kombinazzjonijiet ġodda ta' servizzi tat-trasport eżistenti li l-effiċjenza tagħhom tkun ġiet ippruvata, inkluż permezz tal-applikazzjoni ta' ITS u t-twaqqif ta' strutturi rilevanti ta' governanza; |
(b) jippromwovu l-mobilitazzjoni ta' servizzi tat-trasport innovattivi jew kombinazzjonijiet ġodda ta' servizzi tat-trasport eżistenti li l-effiċjenza tagħhom tkun ġiet ippruvata, inkluż permezz tal-applikazzjoni ta' ITS u l-iżvilupp ta' infrastruttura anċillari fuq skala żgħira, meħtieġa l-iktar biex jinkisbu l-għanijiet ambjentali ta' dawn is-servizzi kif ukoll it-twaqqif ta' strutturi rilevanti ta' governanza; |
Ġustifikazzjoni | |
Peress li l-infrastruttura anċillari hija element kumplimentari għall-finanzjament tal-infrastruttura fuq skala kbira prevista skont ir-regolament, għandha tappoġġa l-kisba tal-għanijiet ambjentali tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija sostenibbli. | |
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) jiffaċilitaw l-operat tas-servizz tat-trasport multimodali u jtejbu l-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizz tat-trasport; |
(c) jiffaċilitaw l-operat tas-servizz tat-trasport multimodali inklużi l-flussi ta' informazzjoni ta' akkumpanjament u jtejbu l-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizz tat-trasport; |
Ġustifikazzjoni | |
Hu importanti li titqies ukoll l-informazzjoni u s-soluzzjonijiet ta' komunikazzjoni li jappoġġaw il-moviment tal-merkanzija. | |
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ea) faċilitazzjoni tal-mobilitazzjoni tas-servizzi tal-Awtostradi tal-Baħar. |
Ġustifikazzjoni | |
L-appoġġ għad-dimensjoni tas-servizz tal-Awtostradi tal-Baħar se jirriżulta f'kunċett iktar attraenti għas-suq. | |
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(eb) itejbu l-konnessjonijiet mal-partijiet l-iktar vulnerabbli u iżolati tal-Unjoni, b'mod partikolari r-reġjuni ultraperiferiċi, il-gżejjer, dawk remoti u muntanjużi. |
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
In-netwerk komprensiv għandu jżomm aġġornat mal-iżviluppi u l-mobilitazzjoni b'teknoloġija avvanzata. B'mod partikolari dawn għandu jkollhom l-għan li: |
In-netwerk komprensiv għandu jżomm aġġornat mal-iżviluppi u l-mobilitazzjoni b'teknoloġija avvanzata, billi tingħata prijorità lil proġetti li għandhom l-għan b'mod partikolari li: |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda għandha l-għan li tispeċifika li għandu jkun hemm prijoritajiet identifikati fir-rigward tal-iżvilupp u l-mobilitazzjoni tan-netwerk komprensiv. | |
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jippermettu d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport permezz ta' tranżizzjoni lejn teknoloġiji innovattivi tat-trasport; |
(a) isostnu u jippromwovu d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport permezz ta' tranżizzjoni lejn teknoloġiji innovattivi u sostenibbli tat-trasport; |
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) jippermettu d-dekarbonizzazzjoni tal-moduli kollha tat-trasport billi jistimolaw l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll l-introduzzjoni ta' sistemi alternattivi ta' propulsjoni u l-provvista tal-infrastruttura korrispondenti. Infrastruttura bħal din tista' tinkludi gradilji u faċilitajiet oħra meħtieġa għall-provvista tal-enerġija, b'kunsiderazzjoni tal-infrastruttura - interfaċċja tal-vetturi u tinkludi sistemi tat-trasport intelliġenti; |
(b) isostnu d-dekarbonizzazzjoni tal-moduli kollha tat-trasport billi jistimolaw l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll l-introduzzjoni ta' sistemi alternattivi ta' propulsjoni u ta' provvista tal-elettriku u l-provvista tal-infrastruttura korrispondenti. Infrastruttura bħal din tista' tinkludi gradilji u faċilitajiet oħra meħtieġa għall-provvista tal-enerġija, b'kunsiderazzjoni tal-infrastruttura - interfaċċja tal-vetturi u tinkludi sistemi tat-trasport intelliġenti; |
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) itejbu l-operat, l-aċċessibbiltà, l-interoperabilità, il-multimodalità u l-effiċjenza tan-netwerk, inkluż ix-xiri tal-biljetti multimodali; |
(d) itejbu l-operat, l-aċċessibbiltà, l-interoperabilità, il-multimodalità u l-effiċjenza tan-netwerk, inkluż ix-xiri tal-biljetti multimodali u l-ġestjoni tat-trasport; |
Ġustifikazzjoni | |
Soluzzjonijiet innovattivi li jappoġġaw il-ġestjoni tat-trasport u l-merkanzija li jmorru lil hinn mit-trasport tal-passiġġieri għandhom jiġu appoġġati wkoll. | |
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt da (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(da) jippromwovu modi effiċjenti biex liċ-ċittadini kollha tingħatalhom informazzjoni aċċessibbli u li tinftiehem dwar l-interkonnessjonijiet, l-interoperabbiltà u l-multimodalità; |
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 39 – paragrafu 1 – punt e | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(e) jippromwovu miżuri għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni, bħat-tniġġis ta' kwalunkwe tip, inkluż l-istorbju, il-konġestjoni u l-ħsara għas-saħħa; |
(e) jippromwovu miżuri għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni, bħat-tniġġis ta' kwalunkwe tip, inkluż l-istorbju, l-emissjonijiet, il-konġestjoni u l-ħsara għas-saħħa; |
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 40 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri u promoturi oħra ta' proġetti għandhom jagħtu konsiderazzjoni partikolari sabiex jiġi garantit li l-infrastruttura tat-trasport tipprovdi grad għoli ta' sigurtà u sikurezza għall-movimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija. |
L-Istati Membri u promoturi oħra ta' proġetti jieħdu miżuri sabiex jiġi garantit li l-infrastruttura tat-trasport tipprovdi għall-ogħla grad possibbli ta' sigurtà u sikurezza għall-movimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija, inkluż matul perjodi meta x-xogħol ta' manutenzjoni jew modernizzazzjoni irid isir. |
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn ikun xieraq, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa għar-reżistenza tal-infrastruttura għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem b'konformità ma' kwalunkwe rekwiżit li jista' jiġi stabbilit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. |
Għandha tingħata wkoll l-ikbar kunsiderazzjoni għar-reżistenza tal-infrastruttura għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem b'konformità ma' kwalunkwe rekwiżit li jista' jiġi stabbilit fid-dritt rilevanti tal-Unjoni. |
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. L-Istati Membri u l-promoturi tal-proġetti l-oħrajn għandhom jiżguraw li dawn il-valutazzjonijiet jitwettqu b'mod effiċjenti, billi jiġi evitat dewmien żejjed, partikolarment għal proġetti ta' interess komuni. |
Emenda 145 Proposta għal regolament Artikolu 43 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-infrastruttura tat-trasport għandha tippermetti mobilità u aċċessibbiltà mingħajr xkiel għall-utenti kollha, b'mod partikolari l-persuni anzjani, il-persuni b'mobilità mnaqqsa u l-passiġġieri b'diżabilità. |
L-infrastruttura tat-trasport għandha tippermetti mobilità u aċċessibbiltà mingħajr xkiel għall-utenti kollha, b'mod partikolari l-persuni anzjani, il-persuni b'mobilità mnaqqsa u l-passiġġieri b'diżabilità. |
|
|
Id-disinn u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tat-trasport tkun ibbażata fuq il-ħtiġijiet tal-utenti u tippermetti lill-passiġġieri jeżerċitaw għalkollox drittijiethom skont id-dritt tal-Unjoni. |
|
|
Għal dan il-għan, l-Istati Membri u l-promoturi tal-proġetti l-oħrajn jagħmlu valutazzjonijiet ex ante tal-aċċessibbiltà tal-infrastruttura u tas-servizzi relatati magħha. |
Emenda 146 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. In-netwerk ewlieni għandu jikkonsisti minn dawk il-partijiet tan-netwerk komprensiv li huma tal-ogħla importanza strateġika għall-ilħuq tal-għanijiet tal-politika tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. In-netwerk ewlieni għandu b'mod partikolari jikkontribwixxi għall-ġestjoni tajba ta' mobilità li dejjem qiegħda tiżdied u għall-iżvilupp ta' sistema tat-trasport b'livell baxx ta' karbonju. |
1. In-netwerk ewlieni, kif stabbilit fl-Anness 1, għandu jikkonsisti minn dawk il-partijiet tan-netwerk komprensiv li huma tal-ogħla importanza strateġika għall-ilħuq tal-għanijiet tal-politika tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u għandu jirrifletti d-domanda tat-traffiku li qed tevolvi u l-ħtieġa għal trasport multimodali. Għandu jkun strutturat b'tali mod li jitqies il-qafas ġeografiku futur bil-ħsieb tat-tkabbir tal-Unjoni u l-iżvilupp possibbli u t-tlestija tal-kurituri ta' prijorità. In-netwerk ewlieni għandu b'mod partikolari jikkontribwixxi għall-ġestjoni tajba ta' mobilità li dejjem qiegħda tiżdied, b'esiġenzi dejjem akbar fir-rigward tat-trasport aċċessibbli għall-anzjani, għall-persuni b'mobilità mnaqqsa u għall-passiġġieri b'diżabbiltà, u jiżgura standard ta' sikurezza għoli kif ukoll jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' sistema tat-trasport b'livell baxx ta' karbonju. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni tan-netwerk ewlieni għandha tkun tista' tqis it-tkabbir imminenti tal-Unjoni lill-pajjiżi oħrajn, u b'hekk il-ħtieġa li jiġu ppjanati kurituri strateġiċi fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi. | |
Bil-preżenza ta' 80 miljun persuna b'diżabilità fl-Ewropa, tat-tixjiħ tal-popolazzjoni u tal-kwistjonijiet ambjentali, l-aċċessibbiltà għat-trasport saret sfida tas-soċjetà kruċjali li għandha tiġi indirizzata fin-netwerk ewlieni. | |
Emenda 147 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. In-netwerk ewlieni għandu jirrifletti d-domanda tat-traffiku li tkun qiegħda tevolvi u l-ħtieġa għal trasport multimodali. Għandhom jiġu kkunsidrati teknoloġiji avvanzati u miżuri regolatorji u ta' governanza għall-ġestjoni tal-użu tal-infrastruttura sabiex jiġi garantit użu b'effiċjenza tar-riżorsi tal-infrastruttura tat-trasport u ssir provvista għal kapaċità suffiċjenti. |
1. In-netwerk ewlieni għandu jirrifletti d-domanda tat-traffiku li tkun qiegħda tevolvi u l-ħtieġa għal trasport multimodali, kif ukoll il-mobilità mingħajr xkiel għall-passiġġieri u għall-merkanzija. Għandhom jiġu kkunsidrati teknoloġiji avvanzati u miżuri regolatorji u ta' governanza għall-ġestjoni tal-infrastruttura għall-użu tat-trasport kemm tal-passiġġieri kif ukoll tal-merkanzija sabiex jiġi garantit użu b'effiċjenza tar-riżorsi tal-infrastruttura tat-trasport u ssir provvista għal kapaċità suffiċjenti. |
Ġustifikazzjoni | |
Minbarra s-sodisfar tal-ħtiġijiet tat-traffiku, in-netwerk ewlieni għandu jiggarantixxi koeżjoni territorjali fl-Unjoni kollha, peress li dan se joffri valur miżjud Ewropew. Dawn iż-żewġ elementi huma kruċjali jekk għandha tinkiseb koeżjoni territorjali, ekonomika u soċjali. | |
Emenda 148 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-infrastruttura tan-netwerk ewlieni għandha tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu II mingħajr eċċezzjoni. Barra minn hekk, l-infrastruttura għandha tissodisfa wkoll r-rekwiżiti li ġejjin tan-netwerk ewlieni: |
2. L-infrastruttura tan-netwerk ewlieni għandha tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu II mingħajr eċċezzjoni. Barra minn hekk, l-infrastruttura għandha tissodisfa wkoll r-rekwiżiti li ġejjin tan-netwerk ewlieni: |
|
(a) għall-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju: |
(a) għall-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju, ħlief għal netwerks iżolati: |
|
- elettrifikazzjoni sħiħa tal-linji ferrovjarji; |
- elettrifikazzjoni sħiħa tal-linji ferrovjarji, bl-eċċezzjoni tal-binarji żgħar maġenb il-binarju ewlieni u t-terminals; |
|
-il-linji bi traffiku regolari ta' merkanzija: tal-inqas 22.5 t ta' piż tal-fus, veloċità tal-linja ta' 100 km/h u tul tal-ferrovija ta' 750 m; |
- il-linji tat-trasport tal-merkanzija fin-netwerk ewlieni kif indikat fl-Anness I tal-inqas 22.5 t ta' piż tal-fus, 25 t ta' piż tal-fus għal-linji l-ġodda, veloċità tal-linja ta' 100 km/h u tul tal-ferrovija ta' 750 m, inkluż marġini ta' sikurezza ta' 10 m, li jista' jiġi estiż, partikolarment fil-kurituri tan-netwerk ewlieni sa 1 500 m fil-każi ta' vantaġġ soċjoekonomiku ċar u fattibbiltà operattiva u teknika; |
|
|
- użu sħiħ tal-ERTMS; |
|
(b) għall-infrastruttura tan-navigazzjoni interna u t-trasport marittimu: |
(b) għall-infrastruttura tan-navigazzjoni interna u t-trasport marittimu: |
|
- karburanti nodfa alternattivi disponibbli; |
- karburanti nodfa alternattivi disponibbli; |
|
(c) għall-infrastruttura tat-trasport bit-toroq; |
(c) għall-infrastruttura tat-trasport bit-toroq: |
|
|
- it-toroq tan-netwerk ewlieni għandhom jirrispettaw ir-rekwiżit għall-awtostradi jew għat-toroq li jgħaqqdu bliet direttament u bil-ħeffa kif speċifikat fl-Artikolu 20; |
|
- l-iżvilupp ta' żoni ta' mistrieħ madwar kull 50 kilometru fuq l-awtostradi sabiex inter alia jiġi pprovdut spazju biżżejjed għal parkeġġ għall-utenti kummerċjali tat-toroq b'livell xieraq ta' sigurtà u sikurezza; |
l-iżvilupp ta' żoni ta' mistrieħ kull 100 kilometru jew anqas fuq l-awtostradi skont il-ħtiġijiet tas-soċjetà u s-suq u restrizzjonijiet ambjentali sabiex inter alia jiġi pprovdut spazju biżżejjed għal parkeġġ għall-utenti kummerċjali tat-toroq b'livell xieraq ta' sigurtà, kumdità u sikurezza; |
|
- karburanti nodfa alternattivi disponibbli; |
- karburanti nodfa alternattivi disponibbli; |
|
(d) għall-infrastruttura tat-trasport bl-ajru: |
(d) għall-infrastruttura tat-trasport bl-ajru: |
|
- kapaċità li jkun hemm karburanti nodfa alternattivi disponibbli. |
- kapaċità li jkun hemm karburanti nodfa alternattivi disponibbli. |
Emenda 149 Proposta għal regolament Artikolu 47 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. In-nodi tan-netwerk ewlieni huma stabbiliti fl-Anness II u jinkludu: |
1. In-nodi tan-netwerk ewlieni huma stabbiliti fl-Anness II u jinkludu: |
|
- nodi urbani, inklużi l-portijiet u l-ajruporti tagħhom; |
- nodi urbani, inklużi l-portijiet u l-ajruporti tagħhom; |
|
- il-portijiet marittimi; |
- il-portijiet marittimi; |
|
- il-punti ta' qsim minn konfini għall-ieħor f'pajjiżi tal-viċinat. |
- punti ta' qsim tal-fruntiera f'pajjiżi tal-viċinat; |
|
|
- il-portijiet interni, it-terminals ferrovjarji/stradali; |
|
|
- l-ajruporti tal-merkanzija u tal-passiġġieri. |
|
2. Il-portijiet marittimi indikati fil-Parti 2 tal-Anness II għandhom jiġu konnessi mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju u dak tat-toroq tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, minbarra f'każijiet li jiġu ġustifikati kif xieraq. |
2. Il-portijiet marittimi indikati fil-Parti 2 tal-Anness II għandhom jiġu konnessi mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju u dak tat-toroq u, fejn possibbli, tal-kanali interni, tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, minbarra f'każijiet li jiġu ġustifikati kif xieraq. |
|
3. L-ajruporti ewlenin indikati fil-Parti 1b tal-Anness II għandhom ikunu konnessi mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju u tat-toroq tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2050. B'kunsiderazzjoni għad-domanda potenzjali tat-traffiku, ajruporti bħal dawn għandhom jiġu integrati fin-netwerk ferrovjarju ta' veloċità għolja kull fejn ikun possibbli. |
3. L-ajruporti ewlenin indikati fil-Parti 1b tal-Anness II għandhom ikunu konnessi mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju u tat-toroq tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2050. B'kunsiderazzjoni għad-domanda potenzjali tat-traffiku, ajruporti bħal dawn għandhom jiġu integrati fin-netwerk ferrovjarju ta' veloċità għolja kull fejn ikun possibbli. |
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 48 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni huma strument li jiffaċilita l-implimentazzjoni koordinata tan-netwerk ewlieni. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jiġu bbażati fuq l-integrazzjoni modali, l-interoperabilità, kif ukoll fuq żvilupp u ġestjoni koordinati tal-infrastruttura, sabiex iwasslu għal trasport multimodali u effiċjenti fir-riżorsi. |
1. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni huma strument li jiffaċilita l-implimentazzjoni koordinata tan-netwerk ewlieni. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jiġu bbażati fuq l-integrazzjoni modali, l-interoperabilità, kif ukoll fuq żvilupp u ġestjoni koordinati tal-infrastruttura, sabiex iwasslu għal trasport multimodali u effiċjenti fir-riżorsi u jikkontribwixxu għat-titjib tal-koeżjoni fi ħdan l-Unjoni. L-infrastruttura tal-kurituri tan-netwerk ewlieni għandha tiġi żviluppata b'tali mod li jkun possibbli l-użu transkonfinali u mingħajr konġestjoni u li jsir titjib ambjentali sostenibbli. |
|
2. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jipprovdu għal approċċ ikkoordinat rigward l-użu tal-infrastruttura u l-investimenti, sabiex jiġġestixxu l-kapaċitajiet bl-iżjed mod effiċjenti. L-infrastruttura multimodali fil-kurituri tan-netwerk ewlieni għandha tinbena u tiġi koordinata, kull fejn ikun meħtieġ, b'mod li jottimizza l-użu ta' kull modulu tat-trasport u l-kooperazzjoni tagħhom. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jappoġġjaw il-mobilitazzjoni komprensiva tas-sistemi interoperabbli tal-ġestjoni tat-traffiku. |
2. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jipprovdu għal approċċ ikkoordinat rigward l-użu tal-infrastruttura u l-investimenti, sabiex jiġġestixxu l-kapaċitajiet bl-iżjed mod effiċjenti. L-infrastruttura multimodali fil-kurituri tan-netwerk ewlieni għandha tinbena u tiġi koordinata, kull fejn ikun meħtieġ, b'mod li jottimizza l-użu ta' kull modulu tat-trasport u l-kooperazzjoni tagħhom. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jappoġġjaw il-mobilitazzjoni komprensiva tas-sistemi interoperabbli tal-ġestjoni tat-traffiku, tal-innovazzjoni u tat-teknoloġiji l-ġodda. |
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jinkludu portijiet marittimi u l-aċċessi għalih, minbarra f'każijiet li jiġu ġġustifikati kif xieraq. |
3. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jinkludu portijiet marittimi u l-aċċessi għalih, minbarra f'każijiet li jiġu ġġustifikati kif xieraq. Kull kuritur għandu jiżviluppa Awtostradi tal-Baħar fejn possibbli sabiex jikseb trasport effiċjenti u sostenibbli. |
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 3a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jinkludu l-istruttura tal-kooperazzjoni eżistenti tal-kurituri ERTMS u tal-kurituri tal-merkanzija bil-ferrovija stabbiliti f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 913/2010 fejn il-ħidma għandha tkun integrata fil-ħidma tal-kurituri tan-netwerk ewlieni. Fil-każijiet neċessarji u debitament ġustifikati, għandhom jiżdiedu mal-kurituri tal-merkanzija bil-ferrovija sezzjonijiet addizzjonali sabiex ikunu koerenti mal-kurituri tan-netwerk ewlieni. Kurituri 'ħodor' għandhom jitqiesu għall-kurituri tan-netwerk ewlieni, meta jkun il-każ. |
Emenda 153 Proposta għal regolament Artikolu 50 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Kull Stat Membru għandu jipparteċipa f'mill-inqas kuritur wieħed tan-netwerk ewlieni. |
1. Kull Stat Membru għandu jipparteċipa f'mill-inqas kuritur wieħed tan-netwerk ewlieni. |
|
2. Il-lista tal-kurituri tan-netwerk ewlieni hija stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 ta' … [Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa]. |
2. Il-lista tal-kurituri tan-netwerk ewlieni hija stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 ta' … [Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa]. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ġenerali mniżżla fil-Kapitlu 2, Taqsima 7, partikolarment dawk li jirrigwardaw teknoloġiji u innovazzjonijiet ġodda, għandhom japplikaw għall-kurituri u l-moduli kollha tan-netwerk ewlieni ta' trasport. |
|
|
2a. Fuq il-bażi tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru XXX/2012 [Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa], il-kurituri tan-netwerk ewlieni huma spjegati f'mapep skematiċi indikattivi fl-Anness I ta' dan ir-Regolament inkluż il-punti nodali intermodali prinċipali, konnessjonijiet nieqsa u sezzjonijiet transkonfinali. |
Emenda 154 Proposta għal regolament Artikolu 51 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 51 |
Artikolu 51 |
|
Koordinazzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni |
Koordinazzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni |
|
1. Sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni koordinata tal-kurituri tan-netwerk ewlieni, il-Kummissjoni għandha tinnomina, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, persuni msejħa "Koordinatur Ewropew". |
1. Sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni koordinata tal-kurituri tan-netwerk ewlieni, il-Kummissjoni għandha tinnomina, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati u mal-Parlament Ewropew, persuni msejħa "Koordinatur Ewropew". |
|
2. Il-Koordinatur Ewropew għandu jintgħażel, b'mod partikolari, fuq il-bażi tal-esperjenza tiegħu/tagħha tal-istituzzjonijiet Ewropej u l-għarfien tal-kwistjonijiet relatati mal-finanzjament u l-evalwazzjoni soċjo-ekonomika u ambjentali tal-proġetti ewlenin. |
2. Il-Koordinatur Ewropew għandu jintgħażel, b'mod partikolari, fuq il-bażi tal-esperjenza tiegħu/tagħha tal-istituzzjonijiet Ewropej u l-għarfien tal-kwistjonijiet relatati mal-finanzjament u l-evalwazzjoni soċjo-ekonomika u ambjentali tal-proġetti ewlenin. |
|
3. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinnomina Koordinatur Ewropew għandha tispeċifika kif ix-xogħlijiet imsemmija fil-paragrafu 5 għandhom jitwettqu. |
3. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinnomina Koordinatur Ewropew għandha tispeċifika kif ix-xogħlijiet imsemmija fil-paragrafu 5 għandhom jitwettqu. |
|
|
3a. Għandu jinħatar koordinatur speċjali għall-implimentazzjoni tal-ERTMS u tal-Awtostradi tal-Baħar. |
|
4. Il-Koordinatur Ewropew għandu jaġixxi f'isem il-Kummissjoni. Il-mandat tal-Koordinatur Ewropew għandu jkun relatat ma' kuritur uniku tan-netwerk ewlieni. Il-Koordinatur Ewropew għandu jfassal flimkien mal-Istati Membri kkonċernati pjan ta' ħidma għall-attivitajiet li jkollhom jitwettqu. |
4. Il-Koordinatur Ewropew għandu jaġixxi f'isem il-Kummissjoni. Il-mandat tal-Koordinatur Ewropew għandu jkun relatat ma' kuritur uniku tan-netwerk ewlieni. Il-Koordinatur Ewropew għandu jfassal flimkien mal-Istati Membri kkonċernati pjan ta' ħidma għall-attivitajiet li jkollhom jitwettqu. |
|
5. Il-Koordinatur Ewropew għandu: |
5. Il-Koordinatur Ewropew għandu: |
|
(a) imexxi l-implimentazzjoni koordinata tal-kuritur tan-netwerk ewlieni sabiex jippermetti li tiġi rispettata l-iskeda tal-orarji stabbilita fid-deċiżjoni ta' implimentazzjoni għall-kuritur tan-netwerk ewlieni individwali; |
(a) imexxi l-implimentazzjoni koordinata tal-kuritur tan-netwerk ewlieni sabiex jippermetti li tiġi rispettata l-iskeda tal-orarji stabbilita fid-deċiżjoni ta' implimentazzjoni għall-kuritur tan-netwerk ewlieni individwali; |
|
|
(aa) jiżgura li l-pjanijiet infrastrutturali nazzjonali jikkunsidraw l-iżvilupp tal-kuritur |
|
(b) jirrapporta lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u, skont kif xieraq, lill-entitajiet l-oħra kollha involuti direttament fl-iżvilupp tal-kuritur tan-netwerk ewlieni dwar kwalunkwe diffikultà li tinħoloq u jikkontribwixxi sabiex jinstabu soluzzjonijiet xierqa; |
(b) jirrapporta lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u, skont kif xieraq, lill-entitajiet l-oħra kollha involuti direttament fl-iżvilupp tal-kuritur tan-netwerk ewlieni dwar kwalunkwe diffikultà li tinħoloq u jikkontribwixxi sabiex jinstabu soluzzjonijiet xierqa; jekk il-Koordinatur Ewropew iqis li t-tmexxija bla xkiel ta' proġett qed ikollha tfixkil serju, jista' jgħarraf lill-Kummissjoni għall-iskopijiet ta' eżekuzzjoni tal-Artikolu 59. |
|
(c) jagħmel rapport kull sena għall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress milħuq fl-implimentazzjoni tal-kuritur tan-netwerk ewlieni; |
(c) jagħmel rapport kull sena għall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati dwar il-progress milħuq fl-implimentazzjoni tal-kuritur tan-netwerk ewlieni; |
|
(d) jikkonsulta, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, b'mod parikolari l-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-maniġers tal-infrastruttura, l-operaturi tat-trasport, l-utenti tat-trasport u, skont kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra, bl-għan li jinkiseb għarfien iżjed komplut tad-domanda għas-servizzi tat-trasport, il-possibbiltajiet ta' fondi ta' investiment u finanzjament u tal-passi li għandhom jittieħdu u l-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal fondi jew finanzjament bħal dawn. |
(d) jikkonsulta, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati, b'mod parikolari l-awtoritajiet muniċipali u lokali, l-awtoritajiet reġjonali meta jkun il-każ, u l-awtoritajiet tat-trasport lokali, il-maniġers tal-infrastruttura, l-operaturi tat-trasport, l-utenti tat-trasport u, skont kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra, bl-għan li jinkiseb għarfien iżjed komplut tad-domanda għas-servizzi tat-trasport, il-possibbiltajiet ta' fondi ta' investiment u finanzjament u tal-passi li għandhom jittieħdu u l-kundizzjonijiet li għandhom jintlaħqu sabiex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal fondi jew finanzjament bħal dawn. Il-Koordinatur Ewropew għandu jkollu biżżejjed riżorsi biex jagħti kontribu attiv għall-kompromessi bejn ir-rekwiżiti tal-proġetti u l-interessi tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u tas-soċjetà ċivili milquta. |
|
6. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw mal-Koordinatur Ewropew u għandhom jagħtu lill-Koordinatur l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tax-xogħlijiet imsemmija fil-paragrafu 5. |
6. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw mal-Koordinatur Ewropew u għandhom jagħtu lill-Koordinatur l-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq tax-xogħlijiet imsemmija fil-paragrafu 5, inkluż dwar kif il-pjan infrastrutturali nazzjonali jieħu kont tal-iżvilupp tal-kurituri. |
|
7. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri applikabbli stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, il-Kummissjoni tista' titlob l-opinjoni tal-Koordinatur Ewropew fl-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-fondi tal-Unjoni għall-kurituri tan-netwerk ewlieni li għalihom il-Koordinatur Ewropew ikun responsabbli. |
7. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri applikabbli stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni u dik nazzjonali, il-Kummissjoni għandha titlob l-opinjoni tal-Koordinatur Ewropew fl-eżami tal-applikazzjonijiet għall-fondi tal-Unjoni għall-kurituri tan-netwerk ewlieni li għalihom il-Koordinatur Ewropew ikun responsabbli biex tiżgura l-konsistenza u l-avvanzament ta' kull kuritur. |
|
|
7a. Jekk il-kKoordinatur ma jkunx jista' jwettaq il-mandat tiegħu b'mod sodisfaċenti u f'konformità mar-rekwiżiti mniżżla f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista' f'kull ħin tirtira l-ħatra tiegħu u taħtar lil xi ħadd ieħor. |
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 52 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu pjattaforma tal-kuritur responsabbli għad-definizzjoni tal-għanijiet ġenerali tal-kuritur tan-netwerk ewlieni u għat-tħejjija u s-superviżjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 53(1). |
1. Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu pjattaforma tal-kuritur responsabbli għad-definizzjoni tal-għanijiet ġenerali tal-kuritur tan-netwerk ewlieni u għat-tħejjija u s-superviżjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 53(1). |
|
2. Il-pjattaforma tal-kuritur għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Istati Membri kkonċernati u, skont kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra. Fi kwalunkwe każ, il-maniġers tal-infrastruttura rilevanti kif definiti fid-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà għandhom jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-kuritur. |
2. Il-pjattaforma tal-kuritur għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Istati Membri kkonċernati u, bħala prinċipju, entitajiet pubbliċi u privati oħra, bħall-awtoritajiet reġjonali u lokali kkonċernati. Fi kwalunkwe każ, il-maniġers tal-infrastruttura rilevanti kif definiti fid-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà kif ukoll l-impriżi ferrovjarji bħala utenti tal-kuritur, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-portijiet marittimi jew tal-ilmijiet interni li huma kkonċernati mill-kuritur għandhom jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-kuritur. |
|
|
Il-kurituri tal-merkanzija bil-ferrovija stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 għandhom ikunu l-bażi għad-dimensjoni ferrovjarja tal-pjattaforma tal-kuritur kif inhu xieraq. |
|
3. Il-Koordinatur Ewropew għandu jippresjedi l-pjattaforma tal-kuritur. |
3. Il-Koordinatur Ewropew għandu jippresjedi l-pjattaforma tal-kuritur. |
|
4. Il-pjattaforma tal-kuritur tista' tiġi stabbilita bħala entità legali permanenti, bħall-Grupp Ewropew ta' Interess Ekonomiku. |
4. Il-pjattaforma tal-kuritur tista' tiġi stabbilita bħala entità legali permanenti, bħall-Grupp Ewropew ta' Interess Ekonomiku. |
|
5. L-istabbiliment tal-pjattaformi tal-kuritur huwa mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li l-benefiċjarju tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandu r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-proġetti. |
5. L-istabbiliment tal-pjattaformi tal-kuritur huwa mingħajr preġudizzju għall-prinċipju li l-benefiċjarju tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandu r-responsabbiltà finali għall-implimentazzjoni tal-proġetti. |
|
|
5a. Sabiex tiġi evitata duplikazzjoni tal-attività, għandu jiġi żgurat koordinament adegwat bejn il-pjattaformi tal-kuritur u l-istrutturi stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 913/2010. |
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni, l-Istati Membri kkonċernati, b'kooperazzjoni mal-pattaforma tal-kuritur, għandhom ifasslu u jinnotifikaw b'mod konġunt lill-Kummissjoni pjan ta' żvilupp tal-kuritur fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Dan il-pjan għandu jinkludi b'mod partikolari: |
1. Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali kkonċernati, b'kooperazzjoni mal-pattaforma tal-kuritur, għandhom ifasslu u jinnotifikaw b'mod konġunt lill-Kummissjoni pjan ta' żvilupp tal-kuritur fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Dan il-pjan għandu jinkludi b'mod partikolari: |
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-kuritur tan-netwerk ewlieni, inkluż il-punti tal-konġestjoni; |
(a) deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-kuritur tan-netwerk ewlieni, inklużi s-sezzjonijiet transkonfinali u l-punti tal-konġestjoni; |
Emenda 158 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) l-għanijiet għall-kuritur tan-netwerk ewlieni b'mod partikolari f'termini ta' prestazzjoni espressa bħala l-kwalità tas-servizz, il-kapaċità tiegħu u l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II; |
(b) l-għanijiet għall-kuritur tan-netwerk ewlieni b'mod partikolari f'termini ta' prestazzjoni espressa bħala l-kwalità, l-aċċessibilità u s-sikurezza tas-servizz, il-kapaċità tiegħu u l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II; |
Emenda 159 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt e – inċiż 5 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
- miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiġu mitigati l-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra; |
- miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiġu mitigati l-impatti ambjentali; |
Emenda 160 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ea) miżuri għall-istabbiliment ta' proċeduri ta' konsultazzjoni pubblika orjentati lejn l-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni dwar il-kurituri, partikolarment meta jirrigwardaw sezzjonijiet transkonfinali, li fil-kuntest tagħhom il-Koordinatur għandu jaċċeta li ssir konsultazzjoni pubblika estensiva qabel mal-partijiet interessati kollha u mas-soċjetà ċivili u li l-miżuri biex jidentifikaw il-problemi, f'każ li jkun hemm, jitfasslu, u għandhom jipproponi modi ta' żvilupp tal-pjan tal-kurituri u jimplimentah b'mod bilanċjat. |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-imgħoddi, xi proġetti kienu jiddewmu jew kien ikun hemm reżistenza għalihom minħabba li ma kinux suġġetti għal proċedura intensiva ta' konsultazzjoni pubblika u ta' informazzjoni. Għaldaqstant, il-persuni impjegati fir-rwol ġdid ta' koordinatur tal-kuritur għandhom jaħdmu biex jippromwovu l-konsultazzjoni wiesgħa tas-soċjetà ċivili u, abbażi tal-perspettiva transkonfinali, ifittxu li jegħlbu l-ostakoli għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni. | |
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Il-pjan ta' żvilupp tal-kurituri għandu jikkunsidra l-isforzi diġà magħmula mill-Istati Membri u l-maniġers tal-infrastruttura rilevanti fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 kif ukoll l-esperjenzi u r-riżultati tal-kumpaniji eżistenti tal-kuritur tal-merkjanzija bil-ferrovija jew l-entitajiet ikkonċernati; |
Ġustifikazzjoni | |
F'xi Stati Membri kumpaniji tal-kuritur tal-merkjanzija bil-ferrovija ma jeżistux u għalhekk hu importanti li jitqiesu entitajiet oħra li jistgħu jipprovdu l-għarfien espert rilevanti. | |
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Sabiex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni għall-kurituri tan- netwerk ewlieni. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu: |
3. Sabiex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni għall-kurituri tan- netwerk ewlieni. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu: |
|
(a) jinkludu l-ippjanar tal-investiment, l-ispejjeż relatati u l-orarju tal-implimentazzjoni, stmati bħala meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni b'konformità mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament; |
(a) jinkludu l-ippjanar tal-investiment, l-ispejjeż relatati u l-orarju tal-implimentazzjoni, stmati bħala meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni b'konformità mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament; |
|
(b) jiddefinixxu l-miżuri kollha għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni, b'mod partikolari l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-istorbju, u jkunu mmirati sabiex jippromwovu l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda fil-ġestjoni tat-traffiku u l-kapaċitajiet; |
(b) jiddefinixxu l-miżuri kollha għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni, b'mod partikolari l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-istorbju, u jkunu mmirati sabiex jippromwovu l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda fil-ġestjoni tat-traffiku u l-kapaċitajiet; |
|
(c) jipprevedu miżuri oħra li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' żvilupp tal-kuritur u għall-użu effiċjenti tal-infrastruttura tal-kuritur tan-netwerk ewlieni |
|
Ġustifikazzjoni | |
Il-paragrafu (c) imur 'il bogħod wisq għal att ta' implimentazzjoni u għandu jitħassar. | |
Emenda 163 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 3a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Fejn is-sezzjonijiet tal-kuritur jikkoinċidu mal-kurituri skont ir-Regolament (UE) Nru 913/2010, il-pjan ta' żvilupp u l-istudju tas-suq li diġà jinsabu f'dak ir-Regolament għandhom jitqiesu fit-tfassil tal-pjan ta' żvilupp tal-kuritur. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan hu l-istess bħal tal-emenda ta' qabel, jiġifieri li tiġi evitata d-duplikazzjoni ma' xogħol li jkun diġà sar skont id-Direttiva dwar il-Merkanzija (UE) Nru 913/2010. | |
Emenda 164 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kontinwament permezz tas-sistema tal-informazzjoni ġeografika u teknika interattiva għan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (TENtec), dwar il-progress magħmul fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni u l-investimenti magħmula għal dan il-għan. |
L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kontinwament u b'mod trasparenti permezz tas-sistema tal-informazzjoni ġeografika u teknika interattiva għan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (TENtec), dwar il-progress magħmul fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni u l-investimenti magħmula għal dan il-għan. Dan għandu jinkludi data statistika dettaljata dwar l-għajnuna finanzjarja kollha rilevanti fil-forma ta' għotjiet, self u strumenti finanzjarji oħra, użati għal kull proġett ta' interess komuni u għal kull modulu ta' trasport fin-netwerk ewlieni kif ukoll fin-netwerk komprensiv fil-livell tal-Unjoni u fil-livell tal-Istat Membru rispettiv. Il-forom ta' għajnuna finanjarja li għandhom jiġu kkunsidrati f'dan ir-rapport huma b'mod partikolari: |
|
|
- għajnuna finanzjarja koperta mir-Regolament XXXX [Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa]; |
|
|
- għajnuna finanzjarja koperta mir-Regolamenti XXXX u XXXX [Fond ta' Koeżjoni, FEŻR]; |
|
|
- għajnuna finanzjarja koperta mir-Regolament XXXX [Orizzont 2020]; |
|
|
- għajnuna finanzjarja fil-forma ta' self u strumenti finanzjarji mogħtija mill-Bank Ewropew tal-Investiment; |
|
|
- kwalunkwe riżorsa oħra. |
|
|
It-TENtec għandu jkun pubblikament u faċilment aċċessibbli. Se jkun fih informazzjoni speċifika għall-proġett u se jkun aġġornat dwar il-forom u l-ammonti ta' kofinanzjament tal-Unjoni, kif ukoll dwar il-progress ta' kull proġett. |
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'sommarji tal-pjanijiet u l-programmi nazzjonali li jkunu qegħdin ifasslu bl-għan li jiżviluppaw in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, b'mod partikolari b'relazzjoni man-netwerk ewlieni. Ladarba jiġu adottati, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjanijiet u l-programmi nazzjonali lill-Kummissjoni għall-informazzjoni. |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b'sommarji tal-pjanijiet u l-programmi nazzjonali li jkunu qegħdin ifasslu bl-għan li jiżviluppaw in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, b'mod partikolari b'relazzjoni man-netwerk ewlieni. Ladarba jiġu adottati, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-pjanijiet u l-programmi nazzjonali lill-Kummissjoni għall-informazzjoni. |
Emenda 165 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Kull sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u wara l-konsultazzjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport tal-progress dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwidi, li għandu jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. |
2. Kull sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u wara l-konsultazzjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport tal-progress dwar l-implimentazzjoni tal-linji gwidi, li għandu jiġi sottomess lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-rapport għandu jinkludi data statistika dettaljata dwar l-użu ta' diversi forom ta' għanuna finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, għall-moduli varji tat-trasport u elementi oħra tan-netwerk ewlieni u komprensiv kif definit fil-Kapitoli II u III fil-livell tal-Unjoni kif ukoll għal kull Stat Membru. |
|
|
Ir-rapport għandu wkoll: |
|
|
- janalizza u jiddefinixxi l-natura dinamika u li tevolvi tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew rigward proġetti kompletati ta' interess komuni, li jirriżultaw f'tibdil potenzjali fil-flussi tat-trasport ta' passiġġieri u merkanzija kif ukoll l-użu modali; |
|
|
- jagħtu informazzjoni dettaljata dwar il-koordinament intern tal-Kummissjoni tal-forom kollha ta' għajnuna finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 bil-ħsieb li tiġi żgurata applikazzjoni koerenti tal-linji gwida tat-TEN-T f’konformità mal-objettivi u l-prijoritajiet tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-rapport ta' progress li għandha tipprepara l-Kummissjoni għandu jinkludi data aktar dettaljata u elementi addizzjonali. Għandu jirrefletti u jiddefinixxi n-natura tat-TEN-T li qed tevolvi kif ukoll jagħti informazzjoni dettaljata dwar il-koordinament intern tal-Kummissjoni tal-forom kollha ta' għajnuna finanzjarja għat-TEN-T. | |
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 54 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) taġġusta l-mappa għall-kurituri tan-netwerk ewlieni biex tirrifletti kwalunkwe bidla fil-lista tal-kurituri tan-netwerk ewlieni stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru XXXX/2012 [Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa]. |
Ġustifikazzjoni | |
Għall-aġġustament tal-mappa tal-kurituri tan-netwerk ewlieni jeħtieġ li jiġi previst att delegat. | |
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 54a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 54a |
|
|
Involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali u tas-soċjetà ċivili |
|
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-interessi tal-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll tas-soċjetà ċivili lokali milquta minn proġett ta' interess komuni jiġu kkunsidrati b'mod adegwat fil-fażijiet ta' ppjanar u kostruzzjoni ta' proġett. Sal-1 ta' Diċembru 2013 il-Kummissjoni għandha tippreżenta linji gwida u manwal tal-aħjar prattika għal dan il-għan. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa xi linji gwida u manwal tal-aħjar prattika biex tinvolvi b'mod xieraq is-soċjetà ċivili lokali u reġjonali fi proġetti tat-TEN-T u tiżviluppa dawn il-proġetti flimkien magħhom aktar milli kontrihom. Permezz ta' dan jiġi evitat dewmien li jtawwal il-proġetti u li jżid l-ispejjeż tagħhom. | |
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 54b (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Artikolu 54 b |
|
|
Metodoloġiji għal analiżi tal-kostbenefiċċju soċjoekonomiku, tal-valur miżjud Ewropew u tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-klima |
|
|
Fuq il-bażi tad-definizzjonijiet fl-Artikolu 3 l-Kummissjoni għandha tiżviluppa metodoloġiji dettaljati għal: |
|
|
- analiżi soċjoekonomika tal-benefiċċji u tal-kostijiet; |
|
|
- il-valutazzjoni tal-valur miżjud Ewropew; |
|
|
- il-valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-klima. |
|
|
Dawn il-metodoloġiji għandhom jintużaw għall-valutazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni kif stabbilit fl-Artikolu 7. Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari biex timminimizza l-piż amministrattiv li l-proċess ta' valutazzjoni estiża jista' jippreżenta, b'mod partikolari għal proġetti iżgħar b'kalkolu ta' baġits totali baxx. |
|
|
Dawn il-metodoloġiji għandhom jiġu adottati permezz ta' atti delegati sa mhux aktar tard mill-31 ta' Jannar 2014 f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 56. |
Ġustifikazzjoni | |
Rekwiżiti ġodda bħall-Valutazzjoni tal-Impatt Klimatiku għandhom ifittxu li jservu l-iskop mingħajr ma jikkumplikaw bla meħtieġ il-proċeduri amministrattivi li għal proġetti iżgħar u għal numru ta' Stati Membri jistgħu jippreżentaw diffikultajiet. | |
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 57 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni tal-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni, sabiex tevalwa l-konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament preżenti u l-progress fl-implimentazzjoni. |
Mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2023, bl-assistenza tal-Koordinaturi Ewropej, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni tal-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni, sabiex tevalwa: |
|
|
(a) il-konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament; |
|
|
(b) il-progess fl-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament; |
|
|
(c) it-tibdil fil-flussi tat-trasport ta' passiġġieri u merkanzija; |
|
|
(d) l-iżviluppi fl-investimenti infrastrutturali fit-trasport nazzjonali; |
|
|
(e) il-ħtieġa potenzjali għal emendi ta' dan ir-Regolament. |
|
|
Barra minn din ir-reviżjoni, il-Kummissjoni għandha tivvalura jekk sezzjonijiet ġodda. bħal ċerti ex proġetti transkonfinali ta' prijorità elenkati fid-Deċiżjoni Nru 661/2010 dwar il-linji giwda TEN-T għandhomx jiddaħħlu fin-netwerk ewlieni u għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva jekk ikun il-każ. |
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 59 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-Kummissjoni tista', bħala parti mill-monitoraġġ attiv tal-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipju tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà, tiddeċiedi li tieħu miżuri xierqa. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni ma għandux ikollha d-dritt li tiddeċiedi dwar dawn il-miżuri unilateralment. Għaldaqstant, dan il-paragrafu għandu jitħassar. | |
Emenda 171 Proposta għal regolament Anness I – Volum 04/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- is-sezzjoni ferrovjarja Aarhus - Frederikshavn - Hirtshals |
|
|
- il-passaġġi fl-ilmijiet navigabbli interni Svediżi li jikkollegaw lil Göteborg mal-għadajjar fl-intern tal-pajjiż |
|
|
- il-passaġġi fl-ilmijiet navigabbli interni Svediżi li jikkollegaw lil Stockholm mal-għadajjar fl-intern tal-pajjiż |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk komprensiv: |
|
|
- il-linja ferrovjarja Nyköbing - Gedser |
|
|
- il-passaġġi fl-ilmijiet navigabbli interni Svediżi li jikkollegaw lil Göteborg mal-għadajjar fl-intern tal-pajjiż |
|
|
- il-passaġġi fl-ilmijiet navigabbli interni Svediżi li jikkollegaw lil Stockholm mal-għadajjar fl-intern tal-pajjiż |
Emenda 172 Proposta għal regolament Anness I – Volum 05/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- is-sezzjoni ferrovjarja minn Aarhus sa Hirtshals u Frederikshavn |
|
|
- is-sezzjoni stradali minn Aarhus sa Hirtshals u Frederikshavn |
Emenda 173 Proposta għal regolament Anness I – Volum 07/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- l-ajruport ta' Nottingham East Midlands (UK) |
Emenda 174 Proposta għal regolament Anness I – Volum 08/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- il-portijiet ta' Guyane (FR) u Lille |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ferrovjarju tal-passiġġieri, tal-merkanzija u stradali ewlieni: |
|
|
- is-sezzjoni Nantes Saint-Nazaire – Lyon (FR) |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk komprensiv: |
|
|
- il-kollegament ferrovjarju li jgħaqqad Colmar/FR ma' Freiburg/DE |
Emenda 175 Proposta għal regolament Anness I – Volum 10/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- il-portijiet ta' Bergen op Zoom, Almelo, Moerdijk, Nijmegen, Kortrijk-Bossuit |
|
|
- il-port ta' Deventer |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk komprensiv: |
|
|
- il-linja ferrovjarja tal-merkanzija Valenciennes – Mons |
Emenda 176 Proposta għal regolament Anness I – Volum 11/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- l-ajruport ta' Liège-Bierset (BE) |
|
|
- il-port ta' Valenciennes |
Emenda 177 Proposta għal regolament Anness I – Volum 12/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk komprensiv: |
|
|
- il-kollegament ferrovjarju Berlin – Küstrin – Kietz – Kostrzyn nad Odrą – Gdańsk |
|
|
- il-kollegament ferrovjarju Berlin – Forst (Lausitz) – Wrocław |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- il-port ta' Nürnberg |
Emenda 178 Proposta għal regolament Anness I – Volum 13/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk komprensiv: |
|
|
- il-kollegament ferrovjarju b'veloċità għolja Ústí nad Labem - Dresden |
|
|
- il-modernizzazzjoni tal-medda stazzjon tal-fruntiera ta' Česká Kubice – Regensburg |
Emenda 179 Proposta għal regolament Anness I – Volum 14/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- il-kollegament ferrovjarju Berlin – Szczecin |
|
|
- il-kollegament ferrovjarju b'veloċità għolja Praha – Lovosice |
|
|
- il-port ta' Ústí nad Labem |
|
|
- il-port ta' Komárno |
Emenda 180 Proposta għal regolament Anness I – Volum 15/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- il-kollegament stradali Berlin – Szczecin |
Emenda 181 Proposta għal regolament Anness I – Volum 16/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- il-port ta' Santa Cruz de Tenerife (ES) |
|
|
iż-żieda tas-sezzjonijiet tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija segwenti man-netwerk komprensiv: |
|
|
– Ávila – Salamanca |
|
|
– León – Zamora – Salamanca – Plasencia |
|
|
– Los Rosales – Zafra |
|
|
– Torralba – Soria – Castejón |
Emenda 182 Proposta għal regolament Anness I – Volum 17/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- l-ajruport ta' Las Palmas de Gran Canaria (ES) |
|
|
- l-ajruport ta' Tenerife Sur (ES) |
|
|
- l-ajruport ta' Málaga (ES) |
|
|
- l-ajruport ta' Alicante (ES) |
|
|
- il-pjattaforma multimodali ta' Alcázar de San Juan (ES) |
|
|
- il-pjattaforma multimodali ta' León (ES) |
|
|
- il-pjattaforma multimodali ta' Antequera (ES) |
|
|
- il-pjattaforma multimodali ta' Murcia (ES) |
|
|
- il-pjattaforma multimodali ta' Valladolid (ES) |
|
|
- il-pjattaforma multimodali ta' Zaragoza (ES) |
|
|
iż-żieda tas-sezzjonijiet tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri segwenti man-netwerk komprensiv: |
|
|
– Los Rosales – Zafra |
|
|
iż-żieda tas-sezzjonijiet stradali segwenti man-netwerk komprensiv: |
|
|
– Ávila – Salamanca |
|
|
– Ávila – Villacastín |
Emenda 183 Proposta għal regolament Anness I – Volum 18/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- il-port ta' Cagliari (IT) |
|
|
- il-port ta' Cremona |
|
|
- il-port ta' Mantova |
|
|
- il-pjattaforma multimodali ta' Cervignano |
|
|
- il-pjattaforma multimodali ta' Firenze |
|
|
- il-pjattaforma multimodali ta' Verona |
Emenda 184 Proposta għal regolament Anness I – Volum 19/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- l-ajruport ta' Cagliari (IT) |
Emenda 185 Proposta għal regolament Anness I – Volum 20/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- il-kollegament ferrovjarju (tal-merkanzija) Ungheni – Iaşi – Suceava – Dej – Cluj-Napoca – Coşlariu |
Emenda 186 Proposta għal regolament Anness I – Volum 21/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- il-kollegament ferrovjarju (tal-passiġġieri) Ungheni – Iaşi – Suceava – Dej – Cluj-Napoca – Coşlariu |
|
|
- il-kollegament stradali Ungheni – Miclăuşeni – Mirăslău – Sebeş |
|
|
il-kollegamenti stradali Bucureşti – Craiova – Calafat |
|
|
- il-port ta' Galaţi |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk komprensiv: |
|
|
- il-kollegament stradali Constanţa – Tulcea – Galaţi – Brăila |
Emenda 187 Proposta għal regolament Anness I – Volum 22/33 u 23/33 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- il-port ta' Ηράκλειο (Heraklion) (EL) |
|
|
- l-ajruport ta' Ηράκλειο (Heraklion) (EL) |
Emenda 188 Proposta għal regolament Anness II – Taqsima 1a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- Cagliari (IT) |
|
|
- Ηράκλειο (Heraklion) (EL) |
|
|
- Las Palmas de Gran Canaria / Santa Cruz de Tenerife (ES) |
Emenda 189 Proposta għal regolament Anness II – Taqsima 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
iż-żieda tas-segwenti man-netwerk ewlieni: |
|
|
- Cagliari (IT) |
|
|
- Ηράκλειο (Heraklion) (EL) |
|
|
- Santa Cruz de Tenerife (ES) |
|
|
- Felixstowe - Harwich (Cluster) (UK) |
Emenda 190 Proposta għal regolament Anness II – Taqsima 2a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
Il-listi tal-ajruporti, tal-portijiet, tal-portijiet interni u tat-terminals ferrovjarji-stradali li jappartjenu għan-netwerk ewlieni u għan-netwerk komprensiv jiżdiedu ma' dan l-Anness. |
NOTA SPJEGATTIVA
In-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (TEN-T) huwa wieħed mill-proġetti ewlenin tal-Unjoni Ewropea. Huwa s-sinsla tas-suq komuni, indispensabbli għall-mobiltà taċ-ċittadini tal-UE, għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi.
L-isfidi attwali biex jiġi realizzat it-TEN-T huma magħrufa sew: dewmien sinifikanti fir-realizzazzjoni ta' bosta proġetti tat-TEN-T, diffikultajiet fil-finanzjamenti tal-proġetti fi żminijiet ta' kriżi ekonomika, nuqqas ta' koordinament bejn l-istrumenti differenti ta' finanzjament immaniġġjati b'mod ċentrali jew deċentralizzat, kif ukoll in-nuqqas ta' informazzjoni u statistika dwar il-finanzjamenti tal-proġetti, partikolarment dawk l-għajnuniet finanzjarji ġejjin mill-Fond Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni u mill-BEI.
Fil-proposta tagħha l-Kummissjoni kellha l-ħsieb li tilqa' dawn l-isfidi permezz ta' tibdil sinifikanti fil-politika attwali tat-TEN-T:
Metodoloġija u struttura b'saff doppju:
L-indifikazzjoni prelimiari ta' proġetti ta' interess komuni murija fil-mapep fl-Anness issa hija bbażata fuq metodoloġija bi kriterji komuni għan-netwerk kollu u l-moduli kollha tat-trasport tiegħu. Il-metodoloġija ġiet spjegata mill-Kummissjoni fil-Laqgħa ta' Smigħ dwar il-linji gwida tat-TEN-T fit-8 ta' Mejju 2012 u anki fid-dokument relatat imqassam dakinhar.
Għar-Rapporteurs, din il-metodoloġija ġdida hija element kruċjali għall-politika l-ġdida tat-TEN-T. Hija tgħin biex l-istruttura tat-TEN-T tinftiehem u ssaħħaħ l-ippjanar strateġiku u kunċettwali biex tintegra r-reġjuni kollha ugwalment u skont il-ħtiġijiet tat-trasport. Tgħin ukoll biex jiġu evitati deċiżjonijiet arbitrarji. Fil-verità, għandha tkun id-dimensjoni Ewropea li tgħodd għat-TEN-T aktar milli numru ta' xewqat b'interess nazzjonali, reġjonali jew lokali. Għar-rapporeurs, il-metodoloġija sottostanti proposta mill-Kummissjoni fil-proposta tagħha hija sensibbli u bbilanċjata.
Din il-metodoloġija twassal għal struttura b'saff doppju: in-netwerk komprensiv u n-netwerk ewlieni. Dan jikkostitwixxi l-bażi għall-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni u r-Rapporteurs jappoġġaw bis-sħiħ dan l-approċċ b'saff doppju. L-istess jgħodd għall-Annessi ta' dan ir-Regolament, li jiddefinixxu l-proġetti potenzjali ta' interess komuni bħala riżlutat tal-metodoloġija applikata. Ir-Rapporteurs jipproponu biss żewġ aġġustamenti fi ħdan il-qafas tal-metodoloġija u b'konformità sħiħa mal-loġika tagħha:
1) l-inklużjoni ta' ajruporti tal-merkanzija li l-ammont tagħhom ta' trasbord annwali tal-merkanzija bl-ajru jaqbeż il-1%, biex l-ajruporti ta' Liège u East Midlands isiru parti min-netwerk ewlieni.
2) l-inklużjoni ta' nodi urbani fil-gżejjer prinċipali Ewropej. Permezz ta' dan, Cagliari, f'Sardenja (1.68 miljun abitant), Heraklion fi Kreta (NUTS 1 b'1.11 miljun abitant) u Las Palmas fil-Gran Canaria (NUTS 1 bi 2.12 miljun abitant) isiru nodi urbani u l-ajruporti u l-porti rispettivi tagħhom isiru parti min-netwerk ewlieni.
Prijoritiazzjoni u valur miżjud tal-UE:
Il-massimizzazzjoni tal-malur miżjud Ewropew u l-kisba tal-ikbar progress possibbli b'riżorsi finanzjarji minimi għandhom ikunu l-prijoritajiet ewlenin għat-TEN-T. Biex jintlaħaq dan l-objettiv, il-Kummissjoni qed tipproponi prijoritizzazzjoni akbar. Jeżisti objettiv ċar li huwa l-elementi l-iktar importanti tat-TEN-T (b'mod partikolari l-punti ta' konġestjoni u proġetti transkonfinali) kif ukoll modi sostenibbli tat-trasport u elementi kumplimentari bħall-ITS. Ir-rapporteurs jaqblu ma' dan l-approċċ. Barra minn hekk, huma qed jipproponu li mmorru pass 'il quddiem mill-proposta tal-Kummissjoni. Fuq kollox, dan jikkonċerna d-definizzjoni ta' kriterji aktar stretti għal proġetti ta' interess komuni billi l-Artikolu 4 (Għanijiet) u l-Artikolu 10 (Prijoritajiet) jiġu strutturati aħjar kif ukoll billi l-kundizzjonijiet ta' eliġibilità jitnaqqsu xi ftit fl-Artikolu 7.
Barra minn hekk, fil-proposta tal-Kummissjoni, il-valur miżjud Ewropew jibqa' kunċett pjuttost vag. Jidher li għandu tifsiriet differenti għal atturi differenti. Fil-fehma tar-Rapporteurs huwa meħtieġ li tiġi introdotta definizzjoni mfassla preċiżament għat-TEN-T. L-istess japplika għall-analiżi soċjoekonomika tal-benefiċċji u tal-kostijiet.
Il-ħidma fuq il-metodoloġiji dettaljati li għandhom jintużaw għall-valutazzjoni tal-proġetti ta' interess komuni għandha titwettaq mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-forma ta' att delegat tiggarantixxi li l-Parlament ikun involut f'dan il-proċess.
Ir-Rapporteurs jaqblu mal-opinjoni tal-Kummissjoni li għandu jkun hemm skadenzi obbligatorji biex kemm in-netwerk ewlieni u n-netwerk komprensiv jiġu kkompletati (2030 u 2050 rispettivament). Dawn se jgħinu biex tingħata l-ispinta neċessarja għat-TEN-T.
TEN-T u tkabbir sostenibbli:
Apparti dan kollu, hija meħtieġa rabta qawwija bejn l-objettivi u l-prijoritajiet tat-TEN-T minn naħa waħda u l-istrateġija UE 2020 min-naħa l-oħra sabiex jiġu riflessi aħjar l-isfidi li ġejjin.
Meta jitqiesu l-impatti fuq il-klima fuq terminu ta' żmien twil li għandha l-infrastruttura tat-trasport, jidher indispensabbli li l-valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-klima jitwettqu għal proġetti ġodda jew ta' titjib fl-infrastruttura. L-isfidi enormi biex il-politika tat-trasport trażżan l-emissjonijiet tal-karbonju u l-objettivi ambizzjużi li jirriżultaw, li huma definiti fil-White Paper dwar il-Politika tat-Trasport, jagħmlu dan aktar meħtieġ. Għalhekk, il-valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-klima għandhom jiġu inkorporati fl-analiżi soċjoekonomika tal-benefiċċji u tal-kostijiet fl-Artikolu 7.
Strumenti għall-koordinament u l-implimentazzjoni:
Fil-Kapitolu IV l-Kummissjoni tipproponi approċċ ta' Kuritur tan-Netwerk Ewlieni multimodali. L-għaxar Kurituri tan-Netwerk Ewlieni jkopru l-flussi transkonfinali fuq distanza twila l-iżjed importanti. Huma jservu bħala strument ewlieni għall-implimentazzjoni kkoordinata tan-netwerk ewlieni. Dawn il-kurituri fil-prinċipju se jkopru tliet modi tat-trasport u se jaqsmu għallanqas tliet Stati Membri, u ġeneralment jistabbilixxu konnessjoni ma' port marittimu..
Il-Kummissjoni qed tipproponi li l-Koordinaturi Ewropej jiġu maħtura għall-koordinament u l-governanza tal-Kurituri tan-Netwerk Ewlieni (Artikolu 51). Il-Pjattaformi tal-Kurituri taħt il-presidenza tal-koodinatur Ewropew rispettiv għandhom jiffaċilitaw il-governanza ta' dawn il-kurituri (Artikolu 52). Il-Pjattaforma tista' tiġi stabbilita bħala entità ġuridika permanenti, pereżempju grupp ta' Interess Ekonomiku Ewropew. F'kooperazzjoni mal-Pjattaforma tal-Kurituri, l-Istati Membri għandhom ifasslu b'mod konġunt pjanijiet ta' żvilupp tal-kuritur.
Ir-Rapporteurs jaqblu ma' dan l-approċċ. Fil-fatt, koordinament aħjar huwa pilastru ieħor tal-politika l-ġdida tat-TEN-T. L-esperjenza mal-Koordinaturi għal uħud mill-proġetti ta' prijorità attwali tat-TEN-T sa issa kienet pjuttost pożittiva. Ir-rwol il-ġdid tagħhom għandu jkompli jiġi ċċarat u msaħħaħ. Bis-saħħa tal-pjattaforma tal-kurituri u l-pjan ta' żvilupp tal-kurituri, huma jkunu kapaċi jibbażaw lilhom infushom fuq struttura armonizzata. Ir-Rapporteurs iqisu dan bħala l-approċċ xieraq. Madankollu, ġew miżjuda numru ta' elementi. Passaġġi oħra ta' approċċ għall-kurituri (pereżempju l-krituri tal-merkanzija bil-ferrovija) għandhom jiġu kkunsidrati aħjar għall-istruttura tal-Governanza tal-Kurituri. L-involviment tal-awtoritajiet reġjonali u lokali kif ukoll tar-rappreżentanti tal-portijiet marittimi u l-portijiet interni kkonċernati għandu jiġi mtejjeb ukoll.
Rimarki dwar modi speċifiċi tat-trasport:
Ir-Rapporteurs jilqgħu l-intenzjoni tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-portijiet marittimi tal-UE bħala punti ta' aċċess multimodali, filwaqt li tenfasizza l-fatt li l-kunċett ta' "Awtostradi tal-Baħar" jibqa' pjuttost vag. Barra minn hekk, dawn tpoġġew f'livell aktar baxx – meta mqabbla mar-rwol pjuttost prominenti fil-linji gwida attwali tat-TEN-T. Għal din ir-raġuni u sabiex tiġi sottolinjata l-importanza strateġika tagħhom, ir-Rapporteurs jipproponu li jitolbu aġġornament tal-proġett tal-Awtostradi tal-Baħar.
Fir-rigward tal-passaġġi tal-ilma interni, ir-Rapporteurs jilqgħu il-mira fuq dan il-mod ta' transport – b'mod partikolari b'relazzjoni mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Madankollu, uħud miż-żoni ta' importanza speċifika għall-ispeċijiet tal-flora u l-fawna, bħax-xmajjar naturali, mhux mittiefsa, li jimxu liberament, u s-siti ta' Natura 2000 għandhom jiġu eżentati mir-rekwiżiti tal-passaġġi tal-ilma interni, b'mod partikolari ir-rekwiżiti tal-klassi 4 fl-Artikolu 17. Hawnhekk, il-bastimenti għandhom jadattaw ruħhom għax-xmara u mhux ix-xmara tadatta ruħha għall-bastimenti.
Tħassib tas-soċjetà ċivili lokali u dewmien fil-proġetti:
Kwistjoni ta' importanza dejjem akbar ma ġietx indirizzata mill-Kummissjoni: kif jistgħu l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni xierqa taċ-ċittadini affettwati minn ċertu proġett (eż. il-ħsejjes tal-ferrovija, it-tniġġis, eċċ.) jiġu żgurati fil-proċess ta' ppjanar? Dan huwa essenzjali sabiex l-impatt ta' proġetti kontroversjali jkun jista' jittaffa u jkunu jistgħu jiġu evitati kunflitti fuq terminu ta' żmien twil fil-livell lokali jew reġjonali, li spiss qed jirriżultaw f'dewmien sinifikanti tal-proġetti. Attwalment, numru ta' proġetti qed jiffaċċjaw oppożizzjoni qawwija mill-popolazzjoni lokali (eż. il-mina bejn Lyon u Turin, Stuttgart 21). Il-Kummissjoni, għalhekk, għandha tintalab tiżviluppa abbozz ta' linji gwida għall-involviment xieraq tal-awtoritajiet lokali/reġjonali u s-soċjetà ċivili fi proġetti tat-TEN-T u tiżviluppa dawn il-proġetti flimkien magħhom aktar milli kontrihom.
Trasparenza, monitoraġġ u rappurtar u koordinament intern:
Skont l-Artikolu 54(1) tal-proposta dwar il-linji gwida tat-TEN-T, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fuq bażi regolari, permezz tas-sistema tal-informazzjoni ġeografika u teknika interattiva għan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (TENtec), dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni u l-investimenti magħmula għal dan il-għan.
Din is-sistema għandha potenzjal kbir għal titjib fis-sitwazzjoni insodisfaċenti attwali rigward id-disponibilità ta' informazzjoni dwar it-tipi kollha ta' finanzjament għal proġetti ta' interess komuni. B'mod partikolari, in-nuqqas ta' trasparenza u informazzjoni dwar il-proġetti tat-TEN-T ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u l-Fondi ta' Koeżjoni ġiet ikkritikata mill-Kumitat TRAN fil-passat.
Madankollu, skont il-proposta tal-Kummissjoni, mhuwiex għalkollox ċar jekk l-Istati Membri humiex se jkollhom jittrażmettu data f'dan it-TENtec minn strumenti differenti ta' finanzjament. Ir-Rapporteurs iddeċidew li jiċċarawh dan u wkoll li jinkludu data dwar self mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) Barra minn hekk, mhux biss l-obbligi ta' rappurtar għall-Istati Membri għandu jissaħħaħ. Ir-rapport ta' progress ta' kull sentejn li għandha tipprepara l-Kummissjoni għandu jinkludi wkoll data aktar dettaljata u elementi addizzjonali. Għandu jirrefletti u jiddefinixxi n-natura tat-TEN-T li qed tevolvi kif ukoll jagħti informazzjoni dettaljata dwar il-koordinament intern tal-Kummissjoni tal-forom kollha ta' għajnuna finanzjarja għat-TEN-T. Dan tal-aħħar huwa importanti ħafna biex il-Parlament Ewropew ikollu viżjoni ġenerali dwar jekk il-politika ta' finanzjament tal-programmi finanzjarji kollha hijiex qed titwettaq skont il-linji gwida tat-TEN-T.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (15.10.2012)
għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew
(COM(2011)0650/3 – C7‑0375/2011 – 2011/0294(COD))
Rapporteur: Elena Oana Antonescu
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Introduzzjoni
It-trasport huwa s-sinsla ta' ekonomija ta' suċċess u l-pedament għall-koeżjoni soċjali u l-integrazzjoni fis-soċjetà tagħna.
In-nuqqasijiet fin-Netwerks tat-Trasport Trans-Ewropew (TEN-T) għandhom riperkussjonijiet notevoli fuq il-moviment liberu tal-merkanzija u tal-persuni. Infrastruttura tat-trasport aċċessibbli u effiċjenti hija essenzjali għall-provvista ta' servizzi tat-trasport operattivi, fundamentali għal-libertà ta' moviment u ta' importanza vitali għar-reġjuni kollha tal-Unjoni Ewropea biex ikunu jistgħu jibqgħu kompetittivi fi ħdan is-suq uniku Ewropew. Il-preżenza ta' infrastruttura intelliġenti hjia prerekwiżit għall-funzjonament tajjeb tas-sistema tat-trasport. L-investimenti fl-infrastrutturi għandhom perjodu ta' rkupru tal-kapital investit twil ħafna u, jekk żviluppati jew maħsuba kif suppost, joffru benefiċċji għal bosta ġenerazzjonijiet.
Elementi fundamentali għal TEN-T aħjar
Fil-prinċipju, ir-rapporteur taqbel mal-kunċett dupliċi tan-netwerk ewlieni u netwerk komprensiv li jikkomplementaw lil xulxin. In-netwerk ewlieni se jiddetermina, fil-biċċa l-kbira, il-karattru u n-natura tan-netwerk komprensiv. Madankollu, minħabba ż-żminijiet ta' twettiq twal previsti sal-2030 u l-2050, se jkun diffiċli li nimmiraw daqshekk fil-futur u naħdmu bi skadenzi vinkolanti.
Ir-rapporteur tqis li l-għan tal-linji gwida huwa dak li jtejjeb il-konnettività u b'hekk il-funzjonament tas-suq uniku billi jiġu garantiti t-tkabbir ekonomiku u l-mobilità, elementi fundamentali għall-kwalità ta' ħajjet iċ-ċittadini Ewropej.
Għal dak li għandu x'jaqsam mal-għażla tal-proġetti, ir-rapporteur hi tal-fehma li l-punt tat-tluq tad-diversi żoni ġeografiċi tal-Unjoni Ewropea jista' jvarja. Għalhekk, huwa assolutament neċessarju approċċ differenzjat u bbilanċjat fid-dawl ta' din is-sitwazzjoni, tal-bżonnijiet futuri tar-reġjuni u tal-Istati Membri rispettivi kif ukoll in-natura komplementari tal-modi tat-trasport differenti. Pereżempju, in-netwerks ferrovjarji u l-ilmijiet navigabbli interni għandhom vantaġġ potenzjali mil-lat ambjentali meta mqabblin mat-trasport bit-triq iżda ma jistgħu qatt jikkompetu mal-kapillarità tat-trasport stradali li jibqa' bla dubju insostitwibbli għall-inħawi jew għall-postijiet ta' konsenja mbegħdin jew mhux kollegati daqshekk tajjeb, biex ikopru l-aħħar parti tat-trasport, pereżempju sa passaġġi navigabbli marittimi kif anki fil-każ tad-distanzi iqsar jew għall-kwantitajiet iżgħar ta' tagħbija.
L-użu tal-kombustibbli fossili fil-maġġoranza tal-modi tat-trasport tradizzjonalment kien dominanti ħafna iżda l-affarijiet qegħdin jinbidlu: enerġija elettrika "ħadra", karburanti alternattivi, trakkijiet EURO 5 u EURO 6 b'emissjonijiet drastikament imnaqqsa u effiċjenza aħjar fil-modi kollha tat-trasport għandhom joffru possibilitajiet tajbin għall-ġejjieni.
It-tlestija tal-"konnessjonijiet neqsin", pereżempju fil-każ ta' kollegamenti transkonfinali u konġestjonijiet, tkun fattibbli li taf turi l-valur miżjud Ewropew iżda din mhijiex biss purament kwistjoni ta' infrastruttura. Għandha tmur, pjuttost, id f'id mar-riformi amministrattivi li jaċċeleraw il-proċeduri mal-fruntieri. Għaldaqstant ir-rapporteur tinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli l-isforzi tagħha li għaddejjin bħalissa f'dan is-sens.
Fiż-żoni urbani t-trasport jikkawża konġestjoni tat-traffiku, storbju u tniġġis tal-arja. Tali elementi jħallu effett negattiv fuq il-kwalità tal-arja u l-kwalità tal-ħajja fil-bliet li bħalissa jiġbdu saħansitra aktar nies kif se jkomplu jagħmlu fil-futur, skont il-projezzjonijiet demografiċi. It-titjib fl-emissjonijiet mill-ħruġ ta' duħħan kemm mill-vetturi tal-passiġġieri kif ukoll mill-vetturi kummerċjali tqal iddgħajfu minħabba ż-żieda fid-domanda għat-trasport; għalhekk użu akbar ta' vetturi b'livell baxx ta' emissjonijiet jew mingħajr emissjonijiet fil-bliet jista' jkun soluzzjoni possibbli. Id-domanda għat-trasport hija sensittiva ħafna, għaldaqstant jeħtieġ li jiġu offruti alternattivi konvinċenti lill-pubbliku sabiex jiżdiedu l-bidliet neċessarji.
Ir-rapporteur tilqa' pożittivament l-isforzi li biħsiebha tagħmel il-Kummissjoni, espressi fl-Artikolu 5 biex toħloq użu effiċjenti tal-infrastrutturi f'termini ta' riżorsi. Dan se jkun kosteffikaċi għall-atturi involuti u konformi ma' dak li l-Parlament Ewropew x'aktarx jadotta fir-rigward tal-pjan direzzjonali dwar l-effiċjenza tar-riżorsi. Dan għandu jinkludi l-użu tas-sistemi tat-trasport intelliġenti, in-navigazzjoni satellitari, loġistika aħjar (attwalment 25 % tal-vetturi kummerċjali tqal għadhom jivvjaġġaw vojta), bidla intermodali bla intoppi li tippermetti lil kull mod tat-trasport jieħu vantaġġ mill-kwalitajiet tiegħu stess u t-tkomplija tar-riċerka u tal-iżvilupp f'dan il-qasam.
Il-bini tal-infrastrutturi, fil-forma ta' ferroviji, awtostradi, eċċ., jista' jkollu konsegwenzi sostanzjali għall-habitats naturali u jista' jikkontribwixxi biex tiġi kompromessa l-eżistenza ta' ċerti speċijiet ta' annimali. Il-ħarsien tal-bijodiversità għandha impatt kruċjali fuq il-kapaċità li l-ekosistemi tagħna jgħixu u fuq il-benefiċċji li joffrulna. Meta l-infrastruttura tat-trasport tiġi ddisinjata, mibnija u ffinanzjata jeħtieġ għaldaqstant li jitqiesu r-riżultati dwar il-konsegwenzi negattivi għall-bijodiversità.
Ir-rapporteur tikkunsidra li waqt ir-rieżami tal-implimentazzjoni tan-netwerk ewlieni previst fil-31 ta' Diċembru 2023, il-Kummissjoni għandha tqis is-sitwazzjoni ekonomika u tal-baġit tal-Unjoni u tal-Istati Membri individwali, kif ukoll tevalwa, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri, jekk in-netwerk ewlieni għandux jiġi modifikat fid-dawl tal-iżviluppi tal-flussi tat-trasport u tal-ippjanar tal-investimenti f'livell nazzjonali.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3) Dawn l-għanijiet speċifiċi għandhom jintlaħqu bit-twaqqif ta' interkonnessjonijiet u interoperabbiltà bejn in-netwerks tat-trasport nazzjonali b'mod effiċjenti fir-riżorsi. |
(3) Dawn l-għanijiet speċifiċi għandhom jintlaħqu bit-twaqqif ta' interkonnessjonijiet u interoperabbiltà bejn in-netwerks tat-trasport nazzjonali b'mod effiċjenti fir-riżorsi. L-interoperabilità ferrovjarja tista' tiġi promossa bis-saħħa ta' soluzzjonijiet innovattivi intiżi li jtejbu l-kompatibilità fost is-sistemi differenti, bħat-tagħmir abbord u binarji b'wisa' multipla. |
Ġustifikazzjoni | |
Fir-Regolament għandhom jitqiesu soluzzjonijiet innovattivi għat-titjib tal-interoperabilità. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 5a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(5a) Il-politika dwar in-netwerks tat-trasport trans-Ewropej trid tikkontribwixxi għall-objettivi klimatiċi tal-istrateġija UE 2050 b'konformità mal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu 'Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050'. Għal dan il-għan, l-objettivi kkonċernati jridu jkunu l-bażi biex jiġu definiti speċifikament il-kriterji għall-implimentazzjoni ta' proġetti u l-allokazzjoni ta' fondi. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11) In-netwerk ewlieni għandu jiġi identifikat u implimentat bħala prijorità fil-qafas ipprovdut bin-netwerk komprensiv sal-2030. Huwa għandu jikkostitwixxi s-sinsla tal-iżvilupp ta' netwerk tat-trasport multimodali u jistimola l-iżvilupp tan-netwerk komprensiv kollu. Għandu jippermetti li l-azzjoni tal-Unjoni tikkonċentra fuq dawk il-komponenti tan-netwerk ta' trasport trans-Ewropew bl-ogħla valur miżjud Ewropew, b'mod partikolari s-sezzjonijiet transkonfinali, il-konnessjonijiet nieqsa, il-punti ta' konnessjoni multimodali u l-punti ewlenin ta' konġestjoni. |
(11) In-netwerk ewlieni għandu jiġi identifikat u implimentat bħala prijorità fil-qafas ipprovdut bin-netwerk komprensiv sal-2030. Huwa għandu jikkostitwixxi s-sinsla tal-iżvilupp ta' netwerk tat-trasport multimodali u jistimola l-iżvilupp tan-netwerk komprensiv kollu. Għandu jippermetti li l-azzjoni tal-Unjoni tikkonċentra fuq dawk il-komponenti tan-netwerk ta' trasport trans-Ewropew bl-ogħla valur miżjud Ewropew u jservi bħala objettiv għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mit-trasport ta' gassijiet serra, b'mod partikolari s-sezzjonijiet transkonfinali, il-konnessjonijiet nieqsa, il-punti ta' konnessjoni multimodali u l-punti ewlenin ta' konġestjoni. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 23a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(23a) Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-Linji gwida tat-TEN-T għandha tiggarantixxi li l-proġetti tal-Unjoni fil-qasam tal-infrastrutturi se jqisu wkoll b'mod adegwat l-aspetti marbuta mal-ambjent u mal-bijodiversità filwaqt li jieħdu provvedimenti li jistgħu jitkejlu favur ekonomija b'livell baxx ta' karbonju, reżiljenti għall-klima u effiċjenti fir-riżorsi. In-netwerks tat-trasport trans-Ewropej għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 u jiffavorixxu t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'konsum baxx ta' karbonju. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt e | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(e) Il-'valur miżjud Ewropew' tfisser, fir-rigward ta' proġett, il-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li kien jinħoloq b'azzjoni minn Stat Membru waħdu |
(e) Il-'valur miżjud Ewropew' tfisser, fir-rigward ta' proġett, il-valur li jirriżulta mill-intervent tal-Unjoni li huwa addizzjonali għall-valur li kien jinħoloq b'azzjoni minn Stat Membru waħdu. Dan il-valur miżjud jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 u għall-Pjan direzzjonali biex nimxu lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050; |
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 4 - paragrafu 1 - parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandu jippermetti s-servizzi u l-operat tat-trasport li: |
1. In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew għandu jsaħħaħ il-koeżjoni territorjali tal-Unjoni, jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni sħiħa tas-Suq Uniku Ewropew, kif ukoll jippermetti s-servizzi u l-operat tat-trasport li: |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' mobilità u trasport tal-utenti tiegħu fl-Unjoni u fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi, u b'hekk jikkontribwixxu sabiex ikun hemm iżjed żvilupp ekonomiku u kompetittività; |
(a) jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' mobilità u trasport tal-utenti tiegħu fl-Unjoni u fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi, u b'hekk jikkontribwixxu sabiex ikun hemm iżjed żvilupp ekonomiku u kompetittività tal-Unjoni fi prospettiva globali; |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(aa) iżidu l-moviment liberu tal-merkanzija u tal-persuni fis-suq intern u joffru servizzi ta' mobilità ta' kwalità għolja filwaqt li jużaw ir-riżorsi b'mod iktar effiċjenti; |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) ikunu ekonomikament effiċjenti, jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet ta' trasport b'livell baxx ta' karbonju u nadif, is-sigurtà tal-karburant u l-ħarsien ambjentali, ikunu siguri u jkollhom standards ta' kwalità għolja, kemm għat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll għal dak tal-merkanzija; |
(b) ikunu ekonomikament effiċjenti, jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet ta' trasport b'livell baxx ta' karbonju u nadif, is-sigurtà tal-karburant u l-ħarsien ambjentali, ikomplu jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra skont l-objettivi klimatiċi tal-istrateġija UE 2050 u l-Pjan direzzjonali biex nimxu lejn ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050, ikunu siguri u jkollhom standards ta' kwalità għolja, kemm għat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll għal dak tal-merkanzija; |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) jippromwovu l-kunċetti teknoloġiċi u tal-operat l-iżjed avvanzati; |
(c) jippromwovu l-kunċetti teknoloġiċi u tal-operat l-iżjed avvanzati għat-tipi kollha tat-trasport; |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) jipprovdu aċċessibbiltà xierqa tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, u b'hekk ikunu qegħdin jippromwovu l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u jappoġġjaw l-iżvilupp inklużiv. |
(d) jipprovdu aċċessibbiltà u konnettività xierqa tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, u b'hekk ikunu qegħdin jippromwovu l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u jappoġġjaw l-iżvilupp inklużiv. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt da (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(da) inaqqsu l-impatt fuq l-ambjent kif ukoll fuq ir-riżorsi naturali fundamentali bħall-ilma, l-art u l-ekosistemi; |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks tat-trasport nazzjonali; |
(a) l-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks tat-trasport nazzjonali kif ukoll ir-rotot tat-traffiku transkonfinali; |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) l-iżvilupp tal-moduli kollha tat-trasport b'mod konsistenti mal-iżgurar ta' trasport sostenibbli u ekonomikament effiċjenti fuq perjodu twil; |
(c) l-iżvilupp tal-modi kollha tat-trasport b'mod konsistenti kemm mal-objettivi klimatiċi tal-UE kif ukoll mal-iżgurar ta' trasport sostenibbli u ekonomikament effiċjenti fuq perjodu twil; |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt e | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(e) l-użu effiċjenti tal-infrastruttura; |
(e) l-użu effiċjenti u adegwat tal-infrastruttura moderna; |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt f | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(f) il-promozzjoni ta' użu wiesgħa ta' trasport bl-iżjed effett newtrali ta' karbonju; |
(f) il-bżonn ta' promozzjoni ta' użu usa' tal-aktar modi ta' trasport possibbli newtrali ta' karbonju; |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt j | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(j) infrastruttura tat-trasport li tirrifletti s-sitwazzjonijiet speċifiċi f'partijiet differenti tal-Unjoni u li tipprevedi kopertura bilanċjata tar-reġjuni Ewropej, inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda u oħrajn periferiċi; |
(j) infrastruttura tat-trasport li tirrifletti s-sitwazzjonijiet speċifiċi fil-partijiet differenti tal-Unjoni u li tipprevedi kopertura bilanċjata tar-reġjuni Ewropej, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi, muntanjużi u inħawi iżolati, u oħrajn periferiċi; |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jsir riferiment speċifiku għar-reġjuni muntanjużi li, minħabba l-fatt li huma diffiċli li jintlaħqu u spiss sensittivi mil-lat ambjentali, jeħtieġu attenzjoni speċjali. Għandu jsir riferiment ukoll għall-inħawi iżolati, li, għalkemm ma jkunux jinsabu f'żoni periferiċi, ikunu fihom infushom periferiċi fl-aktar sens wiesa' tat-terminu u jħabbtu wiċċhom ma' sfidi speċifiċi. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ka (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ka) l-iżvilupp ta' infrastruttura li tkun sensittiva għall-ħtieġa li jitħarsu nħawi ta' valur ekoloġiku u l-bijodiversità. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Dawn l-objettivi jservu bażi biex jiġu definiti speċifikament il-kriterji għall-implimentazzjoni ta' proġetti u l-allokazzjoni ta' fondi. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 5 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri u, kif xieraq, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-maniġers tal-infrastruttura, l-operaturi tat-trasport u, kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra għandhom jippjanaw, jiżviluppaw u joperaw in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew b'mod effiċjenti għar-riżorsi, permezz ta': |
L-Istati Membri u, kif xieraq, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-maniġers tal-infrastruttura, l-operaturi tat-trasport u, kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra għandhom jippjanaw, jiżviluppaw u joperaw in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew b'mod effiċjenti u sostenibbli għar-riżorsi, permezz ta': |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 5 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) il-mobilitazzjoni wiesgħa ta' teknoloġiji ġodda u ITS; |
(b) il-mobilitazzjoni wiesgħa ta' teknoloġiji ġodda u applikazzjonijiet ITS biex ikun sostnut is-sewqan effiċjenti pereżempju billi jitneħħew il-konġestjonijiet tat-traffiku fil-viċinanzi ta' żoni urbani jew punti ta' qsim tal-fruntiera; |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 5 – punt ga (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ga) il-promozzjoni ta' programmi għas-sikurezza u t-tnaqqis tar-riskju u l-prevalenza ta' inċidenti; |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 10 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) it-tneħħija tal-ostakli amministrattivi u tekniċi, b'mod partikolari għall-interoperabilità tan-netwerk u għall-kompetizzjoni; |
(c) it-tneħħija tal-ostakli amministrattivi u tekniċi, b'mod partikolari għall-interoperabilità u l-interkonnessjoni tan-netwerk u għall-kompetizzjoni: pass 'il quddiem lejn l-implimentazzjoni sħiħa tas-suq uniku Ewropew; |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 10 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) l-iżgurar tal-aħjar integrazzjoni tal-moduli tat-trasport; |
(d) l-iżgurar tal-aħjar integrazzjoni tal-modi tat-trasport skont il-kundizzjonijiet u l-bżonnijiet fil-post; |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 10 – punt f | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(f) it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-infrastruttura f'termini ta' effiċjenza, sigurtà, sikurezza, klima u fejn ikun xieraq reżistenza għad-disastri, prestazzjonijiet ambjentali, kundizzjonijiet soċjali, aċċessibbiltà għall-utenti kollha, kwalità tas-servizzi u l-kontinwità tal-flussi tat-traffiku; |
(f) il-minimizzazzjoni tal-impatt tal-klima, it-titjib jew iż-żamma tal-kwalità tal-infrastruttura f'termini ta' effiċjenza, sigurtà, sikurezza, u fejn ikun xieraq reżistenza għad-disastri, prestazzjonijiet ambjentali, kundizzjonijiet soċjali, aċċessibbiltà għall-utenti kollha, kwalità tas-servizzi u l-kontinwità tal-flussi tat-traffiku; |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 3 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) ix-xmajjar, il-kanali u l-għadajjar jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi għall-passaġġi fuq l-ilma tal-klassi IV kif stabbilit fil-Ftehim Ewropew dwar il-Passaġġi tal-Ilma Interni Ewlenin ta' Importanza Nazzjonali (AGN) dwar il-klassifikazzjoni l-ġdida ta' passaġġi fuq l-ilma interni u jiżguraw tindif kontinwu tal-pontijiet. |
(a) ix-xmajjar, il-kanali u l-għadajjar jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi għall-passaġġi fuq l-ilma tal-klassi IV kif stabbilit fil-Ftehim Ewropew dwar il-Passaġġi tal-Ilma Interni Ewlenin ta' Importanza Nazzjonali (AGN) dwar il-klassifikazzjoni l-ġdida ta' passaġġi fuq l-ilma interni u jiżguraw tindif kontinwu tal-pontijiet, fejn ikun il-każ, mingħajr ma jipprevjenu l-ilħuq tal-objettivi ambjentali tal-anqas tad-Direttiva 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa* u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill: 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma** u 2009/147/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi***. |
|
|
________________ |
|
|
* ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. |
|
|
________________ |
|
|
** ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. |
|
|
________________ |
|
|
*** ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 18 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) għall-passaġġ tal-ilma interni eżistenti: il-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa sabiex jintlaħqu l-istandards tal-passaġġi fuq l-ilma interni tal-klassi IV; |
(a) għall-passaġġ tal-ilma interni eżistenti: il-miżuri ta' implimentazzjoni meħtieġa sabiex jintlaħqu l-istandards tal-passaġġi fuq l-ilma interni tal-klassi IV, fejn ikun il-każ, mingħajr ma jipprevjenu l-ilħuq tal-objettivi ambjentali tal-anqas tad-Direttiva 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa* u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill: 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma** u 2009/147/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi***; |
|
|
________________ |
|
|
* ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. |
|
|
________________ |
|
|
** ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. |
|
|
________________ |
|
|
*** ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 18 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) fejn xieraq, l-ilħuq ta' standards ogħla minn dawk tal-passaġġi fuq l-ilma interni tal-klassi IV, sabiex jiġu ssodisfati d-domandi tas-suq; |
(b) fejn xieraq, sabiex jiġu ssodisfati d-domandi tas-suq għall-ilħuq ta' standards ogħla minn dawk tal-passaġġi fuq l-ilma interni tal-klassi IV fejn ikun il-każ, mingħajr ma jipprevjenu l-ilħuq tal-objettivi ambjentali tal-anqas tad-Direttiva 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa* u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill: 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma** u 2009/147/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi***; |
|
|
________________ |
|
|
* ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7. |
|
|
________________ |
|
|
** ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1. |
|
|
________________ |
|
|
*** ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. L-Istati Membri u l-promoturi l-oħra tal-proġetti jużaw l-approċċ għall-ippjanar integrat fil-proġetti tal-passaġġi fuq l-ilma interni, speċjalment meta japplikaw għal (ko)finanzjament skont il-Programmi tal-UE. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 2 – punt a – punt iia (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(iia) l-ajruport huwa ta' importanza strateġika għar-reġjun li huwa jkun iservi. |
Ġustifikazzjoni | |
L-ajruporti kollha ta' importanza strateġika għar-reġjuni għandhom ikunu inklużi f'dawn il-linji gwida, tal-anqas fin-netwerk komprensiv. | |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 39 – punt ea (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ea) jippromwovu miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju fis-sors tiegħu; |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 40 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri u promoturi oħra ta' proġetti għandhom jagħtu konsiderazzjoni partikolari sabiex jiġi garantit li l-infrastruttura tat-trasport tipprovdi grad għoli ta' sigurtà u sikurezza għall-movimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija. |
L-Istati Membri u promoturi oħra ta' proġetti għandhom jagħtu konsiderazzjoni partikolari sabiex jiġi garantit li l-infrastruttura tat-trasport tipprovdi grad għoli ta' sigurtà u sikurezza għall-movimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija. Is-sigurtà u s-sikurezza tat-trasport għandhom ikunu kkonsolidati u msaħħa aktar permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri flimkien mal-atturi internazzjonali ewlenin. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Waqt l-ippjanar tal-infrastruttura, l-Istati Membri u promoturi oħra ta' proġetti għandhom jagħtu konsiderazzjoni xierqa għall-valutazzjonijiet tar-riskju u l-miżuri tal-adozzjoni li jtejbu b'mod adegwat ir-reżistenza għat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari b'relazzjoni mal-preċipitazzjonijiet, l-għargħar, il-maltempati, it-temperaturi għolja u l-imwieġ ta' sħana, in-nixfiet, it-tlugħ fil-livell tal-baħar u l-mewġ fuq il-kosta, b'konformità ma' kwalunkwe rekwiżit li jista' jiġi stabbilit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. |
Waqt l-ippjanar tal-infrastruttura, l-Istati Membri u promoturi oħra ta' proġetti għandhom jagħtu konsiderazzjoni xierqa għall-valutazzjonijiet tar-riskju u l-miżuri tal-adozzjoni li jtejbu b'mod adegwat ir-reżistenza għat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari b'relazzjoni mal-preċipitazzjonijiet, l-għargħar, il-maltempati, it-temperaturi għolja u l-imwieġ ta' sħana, it-temperaturi baxxi u l-imwieġ ta' kesħa, in-nixfiet, it-tlugħ fil-livell tal-baħar u l-mewġ fuq il-kosta, b'konformità ma' kwalunkwe rekwiżit li jista' jiġi stabbilit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 42 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri u promoturi oħra ta' proġetti għandhom iwettqu valutazzjoni ambjentali ta' pjanijiet u proġetti b'mod partikolari kif ipprovdut fid-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent u 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill: 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma, 2001/42/KE tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, u 2009/147/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi sabiex jiġu evitati jew, meta ma jkunx possibbli, jitnaqqsu jew jikkumpensaw għal impatti negattivi fuq l-ambjent, bħall-frammentazzjoni tal-pajsaġġ, l-impermeabilità tal-ħamrija, it-tniġġis tal-arja u l-ilma kif ukoll l-istorbju, u sabiex tiġi mħarsa b'mod effikaċi l-bijodiversità. |
L-Istati Membri u promoturi oħra ta' proġetti għandhom iwettqu valutazzjoni ambjentali ta' pjanijiet u proġetti b'mod partikolari kif ipprovdut fid-Direttivi tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent u 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill: 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, 2001/42/KE tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, u 2009/147/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi sabiex jiġu evitati jew, meta ma jkunx possibbli, jitnaqqsu jew jikkumpensaw għal impatti negattivi fuq l-ambjent, bħall-frammentazzjoni tal-pajsaġġ, it-tnaqqis tal-habitats naturali, l-ostakli għall-migrazzjoni, il-kolliżjoni ta' vetturi ma' annimali, l-impermeabilità tal-ħamrija, it-tniġġis tal-arja u l-ilma kif ukoll l-istorbju, u sabiex tiġi mħarsa b'mod effikaċi l-bijodiversità. |
|
|
Il-programmi l-ġodda u l-proġetti individwali fil-qasam tal-infrastrutturi għandhom ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni marbuta mal-ħarsien tal-ambjent kif ukoll mal-leġiżlazzjoni dwar l-istorbju, l-ilma u l-protezzjoni tal-flora u l-fawna, u l-ippjanar tal-infrastruttura għandu jitjieb permezz tal-identifikazzjoni tar-riperkussjonijiet fuq in-netwerk Natura 2000, partikolarment bl-użu tas-sistemi ta' informazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-infrastruttura trans-Ewropea tat-trasport (TENtec) u n-netwerk Natura 2000. |
|
|
L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u l-promoturi l-oħra ta' proġetti jiżguraw li l-leġiżlazzjoni kkonċernata tkun applikata fuq livell transkonfinali. |
|
|
Il-Kummissjoni tinkoraġġixxi d-djalogu u l-kooperazzjoni effiċjenti bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri mingħajr, madankollu naturalment, ma żżid il-piż amministrattiv. |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 43 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-infrastruttura tat-trasport għandha tippermetti mobilità u aċċessibbiltà mingħajr xkiel għall-utenti kollha, b'mod partikolari l-persuni anzjani, il-persuni b'mobilità mnaqqsa u l-passiġġieri b'diżabilità. |
L-infrastruttura tat-trasport għandha tippermetti mobilità u aċċessibbiltà mingħajr xkiel għall-utenti kollha, b'mod partikolari l-persuni anzjani, il-persuni b'mobilità mnaqqsa u l-passiġġieri b'diżabilità. L-Istati Membri u l-promoturi ta' proġetti jagħtu l-attenzjoni xierqa biex jiżguraw li l-infrastruttura tat-trasport tkun aċċessibbli għall-utenti kollha. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Artikolu għandu jagħmilha ċara li l-Istati Membri u l-promoturi tal-proġetti jkunu dawk li fl-aħħar mill-aħħar ikunu responsabbli sabiex l-infrastruttura tat-trasport tkun aċċessibbli għall-utenti kollha, partikolarment il-persuni b'mobilità mnaqqsa. | |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt c – l-ewwel inċiż | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
– l-iżvilupp ta' żoni ta' mistrieħ madwar kull 50 kilometru fuq l-awtostradi sabiex inter alia jiġi pprovdut spazju biżżejjed għal parkeġġ għall-utenti kummerċjali tat-toroq b'livell xieraq ta' sigurtà u sikurezza; |
– l-iżvilupp ta' żoni ta' mistrieħ madwar kull 50 kilometru, skont id-domanda, fuq l-awtostradi sabiex tiżdied is-sikurezza fit-toroq u inter alia jiġi pprovdut spazju biżżejjed għal parkeġġ għall-utenti kummerċjali tat-toroq b'livell xieraq ta' sigurtà u sikurezza; |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-pjattaforma tal-kuritur għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Istati Membri kkonċernati u, skont kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra. Fi kwalunkwe każ, il-maniġers tal-infrastruttura rilevanti kif definiti fid-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà għandhom jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-kuritur. |
2. Il-pjattaforma tal-kuritur għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati u, skont kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra. Fi kwalunkwe każ, il-maniġers tal-infrastruttura rilevanti kif definiti fid-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà għandhom jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-kuritur. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt e – inċiż 3a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
– miżuri li jistabbilixxu proċeduri ta' konsultazzjoni pubblika dwar l-iżvilupp ta' proġetti ta' kurituri ta' interess komuni, partikolarment meta jolqtu sezzjonijiet transkonfinali. Il-koordinatur jiżgura li jseħħ proċess intensiv ta' konsultazzjoni pubblika mal-partijiet kollha interessati u mas-soċjetà ċivili waqt l-ippjanar ta' infrastruttura ġdida. |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-imgħoddi, xi proġetti kienu jiddewmu jew kien ikun hemm reżistenza għalihom minħabba li ma kinux suġġetti għal proċedura intensiva ta' konsultazzjoni pubblika u ta' informazzjoni. Għaldaqstant, il-persuni impjegati fir-rwol ġdid ta' koordinatur tal-kuritur għandhom jaħdmu biex jippromwovu l-konsultazzjoni wiesgħa tas-soċjetà ċivili u, abbażi tal-prospettiva transkonfinali, ifittxu li jegħlbu l-ostakoli għall-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni. | |
PROĊEDURA
|
Titolu |
Żvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew |
||||
|
Referenzi |
COM(2011)0650 – C7-0375/2011 – 2011/0294(COD) |
||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 15.11.2011 |
|
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 15.11.2011 |
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Elena Oana Antonescu 15.12.2011 |
||||
|
Eżami fil-kumitat |
21.6.2012 |
|
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
10.10.2012 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
57 0 2 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Martina Anderson, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Lajos Bokros, Milan Cabrnoch, Nessa Childers, Yves Cochet, Chris Davies, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Jo Leinen, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Andres Perello Rodriguez, Pavel Poc, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Kārlis Šadurskis, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Thomas Ulmer, Åsa Westlund, Sabine Wils |
||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Adam Gierek, Julie Girling, Esther Herranz García, Romana Jordan, Csaba Sándor Tabajdi, Vladimir Urutchev, Anna Záborská, Andrea Zanoni |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (30.10.2012)
għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew
(COM(2011)0650/3 – C7‑0375/2011 – 2011/0294(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Sergio Gaetano Cofferati
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Netwerk ta' infrastruttura tat-trasport huwa indispensabbli għat-twettiq sħiħ tas-suq uniku Ewropew. Il-moviment ħieles tal-persuni u tal-merkanzija, sabiex ikun effettiv, għandu bżonn jegħleb il-limiti, l-ostakoli u n-nuqqas ta' kollegamenti rapidi u kontinwi.
L-orjentamenti tal-Kummissjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-Trasport permezz ta' approċċ ta' saff doppju jikkostitwixxu proposta ġustament ambizzjuża u kompluta u jistgħu jsiru strument indispensabbli għat-tkabbir sostenibbli u l-koeżjoni territorjali.
Sabiex dan ikun possibbli huwa fundamentali li wieħed jaħseb fl-infrastruttura tat-trasport mhux biss fil-perspettiva tal-utilità marġinali għal reġjun jew Stat Membru wieħed, iżda billi jkun enfasizzat u jingħata valur lill-valur miżjud Ewropew. Id-definizzjoni tal-prijoritajiet trid tkun f'din id-direzzjoni, u tiffoka primarjament fuq it-tlestija u t-tisħiħ tas-sezzjonijiet tal-binarji transkonfinali, tindirizza l-konġestjoni minħabba aċċess limitat, u tiffavorixxi l-iżvilupp ta' sistemi interoperabbli ta' trasport bejn l-Istati Membri.
Minbarra l-kollegamenti bejn il-pajjiżi, il-konnessjoni u l-integrazzjoni modali bejn il-mezzi tat-trasport għandha tieħu rwol deċiżiv, permezz tar-realizzazzjoni ta' kollegamenti u pjattaformi intermodali.
Fl-infrastrutturi tat-trasport żgur li din trid tiffoka fuq l-ogħla livell tat-teknoloġija eżistenti, sabiex tipprovdi servizzi ta' kwalità għolja u tiggrantixxi l-ogħla livell possibbli ta' sikurezza bi prezz aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha.
Is-sistema Ewropea tat-trasport għandha tkun imfassla, mibnija u modernizzata b'tali mod li jiggarantixxi l-aċċessibilità għall-utenti kollha, b'attenzjoni speċjali f'dan ir-rigward għall-passiġġieri b'mobilità limitata, persuni b'diżabilità jew anzjani.
Ir-realizzazzjoni tal-infrastruttura Ewropea trid issir b'mod li jnaqqas kemm jista' jkun l-impatt ambjentali, u fejn ikun possibbli, li jivvalorizza l-infrastrutturi eżistenti. In-netwerk għandu jkun maħluq, żviluppat u ġestit b'mod effiċjenti f'termini ta' riżorsi u għandu jkun sostenibbli fil-ħajja soċjali u ambjentali.
Ta' importanza kbira għall-kostruzzjoni ta' netwerks Ewropej hija l-figura tal-koordinaturi maħtura biex jiffaċilitaw ir-realizzazzjoni tal-kurituri. Din hija funzjoni kruċjali sabiex tingħata spinta u tkun iggarantita r-realizzazzjoni tas-sezzjonijiet b'valur miżjud Ewropew akbar, u jkun żgurat l-ippjanar b'mod razzjonali tal-infrastruttura, b'mod li jżomm informati u koinvolti l-Istati Membri u l-gvernijiet lokali. Tali figura hija msaħħa, kif għandu jkun, fil-proposta tal-Kummissjoni. Ir-rapporteur jaħseb li l-valorizzazzjoni tar-rwol tagħha hija ġusta u koerenti mal-ħtieġa tar-realizzazzjoni ta' netwerk infrastrutturali li jmur lil hinn mill-konfini nazzjonali u jiffavorixxi l-iżvilupp sħiħ tal-potenzjal tas-suq intern.
Proġett ta' infrastruttura tant ambizzjuż jeħtieġ ovvjament skala kbira ta' investimenti Ewropej. Iż-żieda tar-riżorsi destinati għal proġetti bħal dawn, permezz tal-"Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa" hija pass importanti, iżda mhux biżżejjed, għat-tlestija tal-pjan fiż-żmien previst. Għalhekk hu neċessarju li ma' investimenti bħal dawn jiżdiedu fondi u investimenti oħra, u li dawn jiżdiedu ma' riżorsi oħra anke minn forom ta' finanzjament innovattivi tal-Unjoni.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u għall-Ħarsien tal-Konsumatur jitlob lill-Kumitat għall-Ekonomija u l-Affarijiet Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3) Dawn l-għanijiet speċifiċi għandhom jintlaħqu bit-twaqqif ta' interkonnessjonijiet u interoperabbiltà bejn in-netwerks tat-trasport nazzjonali b'mod effiċjenti fir-riżorsi. |
(3) Dawn l-għanijiet speċifiċi għandhom jintlaħqu bit-twaqqif ta' interkonnessjonijiet u interoperabbiltà bejn in-netwerks tat-trasport nazzjonali b'mod li jkun effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, ekoeffiċjenti u soċjalment sostenibbli. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10) In-netwerk komprensiv għandu jkun netwerk tat-trasport mifrux mal-Ewropa kollha li jiżgura l-aċċessibbiltà tar-reġjuni kollha fl-Unjoni, inklużi l-iktar reġjuni remoti u mbiegħda, kif stabbilit ukoll fil-Politika Marittima Integrata u t-tisħiħ tal-koeżjoni bejniethom. Il-linji gwidi għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-infrastruttura tan-netwerk komprensiv, sabiex jinkiseb netwerk ta' kwalità għolja madwar l-Unjoni sal-2050. |
(10) In-netwerk komprensiv għandu jkun netwerk tat-trasport mifrux mal-Ewropa kollha li jiżgura l-aċċessibbiltà tar-reġjuni kollha fl-Unjoni, inklużi r-reġjuni mbegħdin, gżejjer u ultraperiferiċi, kif stabbilit ukoll fil-Politika Marittima Integrata, u t-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika u soċjali bejniethom. Il-linji gwida għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-infrastruttura tan-netwerk komprensiv, sabiex jiġi żgurat netwerk ta' kwalità għolja madwar l-Unjoni sal-2050. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(10a) The comprehensive network should take into account the specific problems of some Member States, such as sparsely populated areas without alternative local roads, and ensure that those problems are managed efficiently and in appropriate way. Dan jikkontribwixxi biex jippermetti liċ-ċittadini kollha jgawdu minn moviment ħieles fl-Unjoni Ewropea. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(11) In-netwerk ewlieni għandu jiġi identifikat u implimentat bħala prijorità fil-qafas ipprovdut bin-netwerk komprensiv sal-2030. Huwa għandu jikkostitwixxi s-sinsla tal-iżvilupp ta' netwerk tat-trasport multimodali u jistimola l-iżvilupp tan-netwerk komprensiv kollu. Għandu jippermetti li l-azzjoni tal-Unjoni tikkonċentra fuq dawk il-komponenti tan-netwerk ta' trasport trans-Ewropew bl-ogħla valur miżjud Ewropew, b'mod partikolari s-sezzjonijiet transkonfinali, il-konnessjonijiet nieqsa, il-punti ta' konnessjoni multimodali u l-punti ewlenin ta' konġestjoni. |
(11) In-netwerk ewlieni għandu jiġi identifikat u għandhom jittieħdu miżuri adatti għall-implimentazzjoni tiegħu bħala prijorità fil-qafas ipprovdut min-netwerk komprensiv sal-2030. Huwa għandu jikkostitwixxi s-sinsla tal-iżvilupp ta' netwerk tat-trasport multimodali u jistimola l-iżvilupp tan-netwerk komprensiv kollu. Għandu jippermetti li l-azzjoni tal-Unjoni tikkonċentra fuq dawk il-komponenti tan-netwerk ta' trasport trans-Ewropew bl-ogħla valur miżjud Ewropew, b'mod partikolari s-sezzjonijiet transkonfinali, il-konnessjonijiet nieqsa, il-punti ta' konnessjoni multimodali u l-punti ewlenin ta' konġestjoni. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(12) Sabiex jistabbilixxu n-netwerk ewlieni u komprensiv b'mod koordinat u fil-ħin, u b'hekk tkun possibbli l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tan-netwerk, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-proġetti ta' interess komuni jiġu finalizzati sal-2030 u l-2050 rispettivament. |
(12) Sabiex jistabbilixxu n-netwerk ewlieni u komprensiv b'mod koordinat u fil-ħin, u b'hekk tkun possibbli l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tan-netwerk, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-proġetti ta' interess komuni jiġu finalizzati sal-2030 u l-2050 rispettivament. Fil-kuntest tar-rieżami skont l-Artikolu 57, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-istat tal-progress tal-proġetti u fejn ikun meħtieġ tista' tikkunsidra mill-ġdid dawn l-iskadenzi, filwaqt li tqis kwalunkwe żviluppi li jistgħu jaffettwaw it-twettiq tagħhom, kif ukoll il-proċess ta' tlaħħiq tal-Istati Membri l-ġodda. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(14a) Il-Kummissjoni għandha timmoniterja u tivvaluta jekk l-Istati Membri jkunux ħadu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-proġetti jitwettqu skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll sabiex jaċċertaw l-implimentazzjoni tajba ta' dan ir-Regolament u l-valur miżjud Ewropew ta' proġetti ta' interess komuni. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 15a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(15a) Dan ir-Regolament m'għandux joħloq piżijiet amministrattivi addizzjonali għall-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u għall-partijiet kollha interessati involuti fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tat-TEN-T. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 18a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(18a) Fil-qafas tar-reviżjoni sal-2023 skont l-Artikolu 57, il-Kummissjoni tista' tivvaluta f'kooperazzjoni mal-Istati Membri kkonċernati jekk infrastrutturi oħra li jkunu tejbu l-istandards tagħhom u li jkunu jistgħu jiżguraw ir-rekwiżiti kif definiti fir-Regolament, ikunux jistgħu jiġu integrati fin-netwerk. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 19a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(19a) Sabiex isir l-aħjar użu tal-linji gwida tat-TEN-T b'mod komprensiv, kif ukoll sabiex jiġi pprovdut użu aħjar, aktar effettiv u aċċessibbli għall-passiġġieri, l-istabbiliment tan-netwerk ewlieni u dak komprensiv għandu jiġi segwit mill-istabbiliment ta' Pjattaforma Komuni Ewropea għat-Trasport tal-Passiġġieri, li tkun toffri modi standardizzati ta' vjaġġar madwar l-Ewropa kollha. Il-Pjattaforma Komuni Ewropea għat-Trasport tal-Passiġġieri għandha toffri lill-passiġġieri informazzjoni aċċessibbli u komprensiva dwar il-vjaġġi transkonfinali tagħhom, inklużi l-interkonnessjonijiet, l-interoperabilità u l-multimodalità; tipprovdi mod standardizzat ta' ħruġ ta' biljetti u fatturi, li jippermetti lill-passiġġieri jużaw biljett uniku li jkun jikkonċerna l-vjaġġ sħiħ tagħhom fi Stati Membri differenti u li jkun jinkludi l-mezzi kollha ta' trasport; toffri sistema komuni għall-ilmenti li tippermetti lill-konsumaturi jgħarrfu lill-operaturi tal-vjaġġi minn Stati Membri oħra tal-UE dwar il-problemi li jkunu seħħew. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 19b (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(19b) Il-linji gwida jirrikonoxxu li d-definizzjoni tal-prijoritajiet u l-implimentazzjoni tal-proġetti jiddependu mill-grad ta' maturità tagħhom u d-disponibbiltà tar-riżorsi finanzjarji, u ma jippreġudikawx l-impenn finanzjarju ta' Stat Membru jew tal-Unjoni. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 24a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(24a) In-netwerk trans-Ewropew tat-trasport għandu jiġi ddisinjat, mibni u modernizzat b'tali mod li jiggarantixxi l-aċċess sħiħ għall-utenti kollha, b'attenzjoni partikolari għall-persuni anzjani, il-passiġġieri b'diżabilità jew dawk b'mobilità mnaqqsa. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 27 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27) Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jindirizzaw ukoll għanijiet usa' tal-politika tat-trasport u jiffaċilitaw l-integrazzjoni modali u l-operat multimodali. Dan għandu jippermetti kurituri żviluppati b'mod speċjali li jkunu ottimizzati f'termini ta' użu enerġetiku u emissjonijiet, u b'hekk jimminimizzaw l-impatti ambjentali, u huma wkoll attraenti għall-affidabilità, il-konġestjoni limitata u spejjeż tal-operat u amministrattivi baxxi tagħhom. Lista tal-bidu tal-kurituri għandha tiġi inkluża fir-Regolament (UE) XXX/2012 [Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa], iżda għandha tkun adattabbli sabiex tikkunsidra t-tibdil fil-flussi tat-traffiku. |
(27) Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jindirizzaw ukoll għanijiet usa' tal-politika tat-trasport u jiffaċilitaw l-integrazzjoni modali u l-operat multimodali. Dan għandu jippermetti kurituri żviluppati b'mod speċjali li jkunu ottimizzati f'termini ta' użu enerġetiku u emissjonijiet, u b'hekk jimminimizzaw l-impatti ambjentali, u huma wkoll attraenti għall-affidabilità, il-konġestjoni limitata u spejjeż tal-operat u amministrattivi baxxi tagħhom li għandhom ikomplu jitnaqqsu aktar b'mod progressiv. Lista tal-bidu tal-kurituri għandha tiġi inkluża fir-Regolament (UE) XXX/2012 [Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa], iżda għandha tkun adattabbli sabiex tikkunsidra t-tibdil fil-flussi tat-traffiku. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 28a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(28a) Ir-rwol tal-koordinaturi Ewropej hu ta' importanza kruċjali sabiex jingħata momentum u jiġi żgurat li l-kurituri u s-sezzjonijiet jitlestew b'valur miżjud Ewropew akbar, minbarra li jiġi żgurat li l-infrastrutturi tiġi ppjanata b'mod razzjonali, billi jiġi stabbilit djalogu strutturat mal-awtoritajiet lokali u l-popolazzjonijiet interessati. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 30a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(30a) It-tlestija sħiħa u ottimali tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport tista' ssir biss permezz ta' konċentrazzjoni ikbar ta' riżorsi ekonomiċi; għalhekk għandhom isiru disponibbli riżorsi addizzjonali minn suriet innovattivi ta' finanzjamenti tal-Unjoni. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' mobilità u trasport tal-utenti tiegħu fl-Unjoni u fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi, u b'hekk jikkontribwixxu sabiex ikun hemm iżjed żvilupp ekonomiku u kompetittività; |
(a) jissodisfaw il-ħtiġijiet ta' mobilità u trasport tal-utenti kollha tiegħu fl-Unjoni u, fejn ikun il-każ, fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi, u b'hekk jikkontribwixxu sabiex ikun hemm iżjed tkabbir ekonomiku u kompetittività sostenibbli; |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) jippromwovu l-kunċetti teknoloġiċi u tal-operat l-iżjed avvanzati; |
(c) jippromwovu l-kunċetti teknoloġiċi, kosteffiċjenti u tal-operat l-iżjed avvanzati; |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) jipprovdu aċċessibbiltà xierqa tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, u b'hekk ikunu qegħdin jippromwovu l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u jappoġġjaw l-iżvilupp inklużiv. |
(d) itejbu l-aċċessibbiltà tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi, ġżejjer u muntanjużi, u b'hekk ikunu qegħdin jippromwovu l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u jappoġġjaw it-tkabbir inklużiv u sostenibbli. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt da (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(da) joffru lill-utenti servizi li jkunu aċċessibili, sikuri u ta' kwalità għolja, b'kundizzjonijiet ekonomiċi ekwi; |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ea) l-iżvilupp u t-titjib tal-infrastruttura eżistenti; |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ga) il-minimizzazjoni tal-impatt konsegwenti fuq l-ambjent; |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ja (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ja) infrastruttura tat-trasport li tkun ibbilanċjata mil-lat ġeografiku u li tkun tqis iż-żoni li fihom popolazzjoni baxxa u mifruxa, żoni mingħajr toroq lokali alternattivi u żoni li diffiċli jintlaħqu; |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 5 – kliem introduttorju | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri u, kif xieraq, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-maniġers tal-infrastruttura, l-operaturi tat-trasport u, kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra għandhom jippjanaw, jiżviluppaw u joperaw in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew b'mod effiċjenti għar-riżorsi, permezz ta': |
L-Istati Membri u, kif xieraq, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, il-maniġers tal-infrastruttura, l-operaturi tat-trasport u, kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra għandhom jippjanaw, jiżviluppaw u joperaw in-netwerk tat-trasport trans-Ewropew b'mod li jkun effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli f'sens soċjali u ambjentali, permezz ta': |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 5 – punt ga (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ga) jippromwovu miżuri u programmi ta' emerġenza biex iżidu s-sikurezza u jnaqqsu l-inċidenti. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 5 – punt gb (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(gb) miżuri biex jiġi żgurat li l-objettivi tas-sostenibilità soċjali u ambjentali jintlaħqu dejjem. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. In-netwerk komprensiv għandu jkun magħmul mill-infrastrutturi kollha eżistenti u ppjanati tat-trasport tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew kif ukoll miżuri li jippromwovu l-użu effiċjenti ta' infrastrutturi bħal dawn. Għandu jiġu żviluppat skont il-Kapitolu II. |
2. In-netwerk komprensiv għandu jkun magħmul mill-infrastrutturi kollha eżistenti u ppjanati tat-trasport tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew kif ukoll miżuri li jippromwovu l-użu effiċjenti u soċjalment u ambjentalment sostenibbli ta' infrastrutturi bħal dawn. Għandu jiġu żviluppat skont il-Kapitolu II. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-proġetti ta' interess komuni għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew permezz tal-ħolqien ta' infrastruttura ġdida tat-trasport, il-manutenzjoni, ir-riabilitazzjoni u t-titjib tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti u permezz ta' miżuri li jippromwovu l-użu tiegħu b'effiċjenza tar-riżorsi.
|
1. Il-proġetti ta' interess komuni għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew permezz tal-ħolqien ta' infrastruttura ġdida tat-trasport, il-manutenzjoni, ir-riabilitazzjoni u t-titjib tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti u permezz ta' miżuri li jippromwovu l-użu tiegħu li jkun effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli mill-perspettiva soċjali u ambjentali. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
1a. Il-Kummissjoni timmoniterja u tivvaluta jekk l-Istati Membri jkunux ħadu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-proġetti jitwettqu skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) ikun ġie suġġett għal analiżi soċjo-ekonomika tal-benefiċċju tal-kostijiet li tirriżulta f'valur nett preżenti pożittiv; |
(c) ikun ġie suġġett għal analiżi soċjo-ekonomika tal-benefiċċju tal-kostijiet li tirriżulta f'valur nett preżenti pożittiv, li għandha tinkludi l-effetti fuq il-moviment ħieles tal-persuni u tal-merkanzija fost l-Istati Membri, fuq il-koeżjoni territorjali u fuq l-iżvilupp sostenibbli; |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) juri valur miżjud Ewropew ċar. |
(d) juri valur miżjud Ewropew ċar, inkluż minn perspettiva soċjali, ekoloġika u rispettuża mil-lat ambjentali. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) jimplimentaw sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku f'dawk il-pajjiżi. |
(d) jippromwovu sistemi ta' ġestjoni tat-traffiku f'dawk il-pajjiżi. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt da (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(da) jirrikonoxxi r-restrizzjonijiet fiżiċi u ġeografiċi li jaffettwaw lill-infrastrutturi tat-trasport fl-Istati Membri kif imsemmi fl-Istandards Tekniċi għall-Interoperabilità. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-netwerk komprensiv jitlesta u jkun jikkonforma kompletament mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Kapitolu mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2050. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-netwerk komprensiv jitlesta u jkun jikkonforma kompletament mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan il-Kapitolu sal-31 ta' Diċembru 2050. Fil-kuntest tar-rieżami skont l-Artikolu 57, il-Kummissjoni tivvaluta l-istat tal-progress tan-netwerk komprensiv u fejn ikun meħtieġ tista' tikkunsidra mill-ġdid din l-iskadenza, filwaqt li tqis kwalunkwe żviluppi li jistgħu jaffettwaw it-twettiq tiegħu, kif ukoll il-proċess ta' tlaħħiq tal-Istati Membri l-ġodda. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 10 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) l-implimentazzjoni u l-mobilitazzjoni ta' sistemi tat-trasport intelliġenti, inklużi miżuri li jippermettu l-ġestjoni tat-traffiku, l-iskedar multimodali u s-servizzi tal-informazzjoni, ir-rintraċċar multimodali, l-ippjanar tal-kapaċitajiet u s-servizzi integrati onlajn ta' riservazzjoni u ta' xiri ta' biljetti; |
(a) l-implimentazzjoni u l-mobilitazzjoni ta' sistemi tat-trasport intelliġenti, inklużi miżuri li jippermettu l-ġestjoni tat-traffiku, l-iskedar multimodali u s-servizzi tal-informazzjoni, ir-rintraċċar multimodali, l-ippjanar tal-kapaċitajiet u s-servizzi tar-riservazzjoni onlajn u ta' ħruġ ta' biljetti integrat li jkunu faċli li jintużaw mill-konsumatur; |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 10 – punt ea (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ea) l-iżgurar li l-problemi speċifiċi ta' xi Stati Membri, bħall-inħawi b'popolazzjoni baxxa u mifruxa li m'għandhomx toroq lokali alternattivi, jiġu kkunsidrati u mmaniġġjati b'mod xieraq u effiċjenti. |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 10 – punt eb (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(eb) il-garanzija liċ-ċittadini li l-proċess ta' ppjanar tat-TEN-T jkun jirrispetta l-interessi tagħhom. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 10 – punt ga (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ga) il-promozzjoni tal-użu effiċjenti u sostenibbli tal-infrastruttura u, fejn ikun meħtieġ, iż-żieda tal-kapaċità tagħha; |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 10 – punt h | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(h) l-iżgurar tas-sikurezza tal-karburant billi jiġi permess l-użu ta' sorsi tal-enerġija alternattivi u b'mod partikolari dawk b'livell baxx jew żero ta' karbonju u sistemi ta' propulsjoni; |
(h) l-iżgurar tas-sikurezza tal-karburant billi jiġi appoġġjat u promoss l-użu ta' sorsi tal-enerġija alternattivi u b'mod partikolari dawk b'livell baxx jew żero ta' karbonju u sistemi ta' propulsjoni; |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. L-operaturi tat-terminals tal-merkanzija għandhom jiżguraw li kwalunkwe terminal tal-merkanzija jkun miftuħ għall-peraturi kollha. |
1. L-operaturi tat-terminals tal-merkanzija għandhom jiżguraw li kwalunkwe terminal tal-merkanzija jkun miftuħ għall-peraturi kollha. |
|
L-operaturi tal-pjattaformi loġistiċi għandhom joffru mill-inqas terminal wieħed li jkun miftuħ għall-operaturi kollha. |
L-operaturi tal-pjattaformi loġistiċi għandhom joffru mill-inqas terminal wieħed li jkun miftuħ għall-operaturi kollha. |
|
L-operaturi tat-terminals tal-merkanzija u l-pjattaforma loġistika għandhom jipprovdu dan l-aċċess b'mod mhux diskriminatorju u japplikaw tariffi trasparenti. |
L-operaturi tat-terminals tal-merkanzija u l-pjattaforma loġistika għandhom jipprovdu dan l-aċċess b'mod mhux diskriminatorju u japplikaw tariffi trasparenti, relevanti u ġusti. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 14 – punt ca (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) il-konformità mal-istandards infrastrutturali u interoperabilità msaħħa. |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. It-toroq ta' kwalità għolja msemmija fil-paragrafu 1(a) huma dawk li għandhom irwol importanti għat-traffiku tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq distanzi twal, jintegraw iċ-ċentri urbani u ekonomiċi ewlenin, joħolqu interkonnessjoni ma' moduli oħra tat-trasport u jgħaqqdu r-reġjuni NUTS 2 maqtugħa mill-baħar u dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni. |
2. It-toroq ta' kwalità għolja msemmija fil-paragrafu 1(a) huma dawk li għandhom irwol importanti għat-traffiku tat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri fuq distanzi twal, jintegraw iċ-ċentri urbani u ekonomiċi ewlenin, joħolqu interkonnessjoni ma' moduli oħra tat-trasport u jgħaqqdu r-reġjuni NUTS 2 muntanjużi, imbiegħda, maqtugħa mill-baħar u dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 22 – punt -aa (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(-aa) it-tisħiħ u l-promozzjoni tas-sikurezza tat-toroq; |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 22 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) il-promozzjoni tas-sigurtà fit-toroq. |
imħassar |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Il-proġetti ta' interess komuni għall-awtostradi tal-baħar fin-netwerk tat-trasport trans-Ewropew jistgħu jinkludu wkoll attivitajiet li jkollhom benefiċċji usa' u ma jkunux konnessi ma' portijiet speċifiċi, bħall-attivitajiet għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali, attivitajiet sabiex il-faċilitajiet għat-tkissir tas-silġ isiru disponibbli, attivitajiet li jiggarantixxu navigabilità matul is-sena kollha, operat ta' tħammil, facilitajiet alternattivi għall-għoti tal-karburant, kif ukoll l-ottimizzazzjoni tal-proċessi, il-proċeduri u l-element uman, pjattaformi tal-ICT u sistemi tal-informazzjoni, inkluż il-ġestjoni tat-traffiku u s-sistemi elettroniċi ta' rapportar. |
3. Il-proġetti ta' interess komuni għall-awtostradi tal-baħar fin-netwerk tat-trasport trans-Ewropew jistgħu jinkludu wkoll attivitajiet li jkollhom benefiċċji usa' u ma jkunux konnessi ma' portijiet speċifiċi, bħall-attivitajiet għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tat-trasportaturi u tal-infrastrutturi, attivitajiet sabiex il-faċilitajiet għat-tkissir tas-silġ isiru disponibbli, attivitajiet li jiggarantixxu navigabilità matul is-sena kollha, operat ta' tħammil, facilitajiet alternattivi għall-għoti tal-karburant, kif ukoll l-ottimizzazzjoni tal-proċessi, il-proċeduri u l-element uman, pjattaformi tal-ICT u sistemi tal-informazzjoni, inkluż il-ġestjoni tat-traffiku u s-sistemi elettroniċi ta' rapportar. |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 27 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) il-promozzjoni ta' awtostradi tal-baħar inkluż trasport bil-baħar għal distanzi qosra; |
(a) il-promozzjoni ta' awtostradi tal-baħar inkluż trasport bil-baħar għal distanzi qosra, l-iffaċilitar tal-iżvilupp tal-konnessjonijiet mal-intern tal-pajjiż u l-iżvilupp, b'mod partikulari, ta' miżuri għat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali tat-trasport marittimu f'konformità mar-rekwiżiti applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni jew il-ftehimiet internazzjonali relevanti; |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 30 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri u l-operaturi tal-ajruporti għandhom jiżguraw li kwalunkwe ajruport joffri mill-inqas terminal wieħed li jkun miftuħ għall-operaturi kollha b'mod mhux diskriminatorju u li japplika tariffi trasparenti. |
1. Fl-isfera tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri u l-operaturi tal-ajruporti għandhom jiżguraw li kwalunkwe ajruport joffri mill-inqas terminal wieħed li jkun miftuħ għall-operaturi kollha b'mod mhux diskriminatorju u li japplika tariffi trasparenti, relevanti u ġusti. |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 31 – punt ca (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) it-titjib tal-interkonnessjonijiet multimodali fl-ajruporti, b'mod partikolari mal-ferroviji ta' veloċità għolja u mal-linji ferrovjarji metropolitani urbani; |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 31 – punt cb (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) pjanijiet ibbażati fuq miżuri ta' sostenibilità u li jtejbu l-klima; |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 35 – punt ca (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) il-garanzija li l-interkonnessjonijiet multimodali jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità sħiħa għall-utenti kollha. |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 39 – punt a | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(a) jippermettu d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport permezz ta' tranżizzjoni lejn teknoloġiji innovattivi tat-trasport; |
(a) jappoġġjaw u jippromwovu d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport permezz ta' tranżizzjoni lejn teknoloġiji innovattivi u sostenibbli tat-trasport; |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 39 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) jippermettu d-dekarbonizzazzjoni tal-moduli kollha tat-trasport billi jistimolaw l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll l-introduzzjoni ta' sistemi alternattivi ta' propulsjoni u l-provvista tal-infrastruttura korrispondenti. Infrastruttura bħal din tista' tinkludi gradilji u faċilitajiet oħra meħtieġa għall-provvista tal-enerġija, b'kunsiderazzjoni tal-infrastruttura - interfaċċja tal-vetturi u tinkludi sistemi tat-trasport intelliġenti; |
(b) jappoġġjaw id-dekarbonizzazzjoni tal-moduli kollha tat-trasport billi jistimolaw l-effiċjenza tal-enerġija kif ukoll l-introduzzjoni ta' sistemi alternattivi ta' propulsjoni u l-provvista tal-infrastruttura korrispondenti. Infrastruttura bħal din tista' tinkludi gradilji u faċilitajiet oħra meħtieġa għall-provvista tal-enerġija, b'kunsiderazzjoni tal-infrastruttura - interfaċċja tal-vetturi u tinkludi sistemi tat-trasport intelliġenti; |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 39 – punt ca (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) jippromwovu miżuri, bħalma hi l-Pjattaforma Komuni Ewropea għat-Trasport tal-Passiġġieri bil-għan li tittejjeb il-koordinazzjoni tas-servizzi tal-passiġġieri li jkunu konnessi mal-infrastruttura, permezz tal-għoti ta' tagħrif aħjar, l-istandardizzazzjoni tal-ħruġ ta' biljetti, u sistema komuni għall-ilmenti; |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 39 – punt da (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(da) jippromwovu modi effiċjenti biex liċ-ċittadini kollha tingħatalhom informazzjoni aċċessibbli u li tinftiehem dwar l-interkonnessjonijiet, l-interoperabilità u l-multimodalità; |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 40 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri u promoturi oħra ta' proġetti għandhom jagħtu konsiderazzjoni partikolari sabiex jiġi garantit li l-infrastruttura tat-trasport tipprovdi grad għoli ta' sigurtà u sikurezza għall-movimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija. |
L-Istati Membri u promoturi oħra ta' proġetti jieħdu miżuri sabiex jiġi garantit li l-infrastruttura tat-trasport tipprovdi għall-ogħla grad possibbli ta' sigurtà u sikurezza għall-movimenti tal-passiġġieri u tal-merkanzija. |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 41 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fejn ikun xieraq, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa għar-reżistenza tal-infrastruttura għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem b'konformità ma' kwalunkwe rekwiżit li jista' jiġi stabbilit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. |
Għandha tingħata wkoll l-ikbar kunsiderazzjoni għar-reżiljenza tal-infrastruttura għad-diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem b'konformità ma' kwalunkwe rekwiżit li jista' jiġi stabbilit fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 42 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri u promoturi oħra tal-proġettgħandhom iwettqu valutazzjoni ambjentali tal-pjani u l-proġetti b'mod partikolari kif ipprovdut fid-Direttivi Nru 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1984 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent u Nru 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill: Nru 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma, Nru 2001/42/KE tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent u Nru 2009/147/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, sabiex ikunu evitati, jew fejn possibbli miġġielda jew ikkumpensati għal impatti negattivi fuq l-ambjent bħall-frammentazzjoni tal-pajsaġġ, l-issiġillar tal-ħamrija, it-tniġġiż tal-ilma u tal-arja kif ukoll l-istorbju u biex tkun protetta b'mod effettiv il-bijodiversità. |
L-Istati Membri u promoturi oħra tal-proġettgħandhom iwettqu valutazzjoni ambjentali tal-pjani u l-proġetti b'mod partikolari kif ipprovdut fid-Direttivi Nru 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1984 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent u Nru 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta' l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u d-Direttivi tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill: Nru 2000/60/KE tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika ta' l-ilma, Nru 2001/42/KE tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima ta' l-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent u Nru 2009/147/KE tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, sabiex ikunu evitati, jew fejn possibbli miġġielda jew ikkumpensati għal impatti negattivi fuq l-ambjent bħall-frammentazzjoni tal-pajsaġġ, l-issiġillar tal-ħamrija, it-tniġġiż tal-ilma u tal-arja kif ukoll l-istorbju u biex tkun protetta b'mod effettiv il-bijodiversità. L-Istati Membri u promoturi oħra tal-proġetti jivvalutaw ukoll jekk il-proġetti ta' infrastruttura jkunux konsistenti mal-objettivi tal-UE li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra. |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 43 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-infrastruttura tat-trasport għandha tippermetti mobilità u aċċessibbiltà mingħajr xkiel għall-utenti kollha, b'mod partikolari l-persuni anzjani, il-persuni b'mobilità mnaqqsa u l-passiġġieri b'diżabilità. |
L-infrastruttura tat-trasport tippermetti mobilità u aċċessibbiltà mingħajr xkiel għall-utenti kollha, b'mod partikolari l-persuni anzjani, il-persuni b'mobilità mnaqqsa u l-passiġġieri b'diżabilità. |
|
|
Id-disinn u l-kostruzzjoni tal-infrastruttura tat-trasport tkun ibbażata fuq il-ħtiġijiet tal-utenti u tippermetti lill-passiġġieri jeżerċitaw għalkollox il-jeddijiet tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni. |
|
|
Għal dan il-għan, l-Istati Membri u promoturi oħra ta' proġetti jagħmlu valutazzjonijiet ex ante tal-aċċessibilità tal-infrastruttura u tas-servizzi relatati magħha. |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 44 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. In-netwerk ewlieni għandu jikkonsisti minn dawk il-partijiet tan-netwerk komprensiv li huma tal-ogħla importanza strateġika għall-ilħuq tal-għanijiet tal-politika tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. In-netwerk ewlieni għandu b'mod partikolari jikkontribwixxi għall-ġestjoni tajba ta' mobilità li dejjem qiegħda tiżdied u għall-iżvilupp ta' sistema tat-trasport b'livell baxx ta' karbonju. |
1. In-netwerk ewlieni għandu jikkonsisti minn dawk il-partijiet tan-netwerk komprensiv li huma tal-ogħla importanza strateġika għall-ilħuq tal-għanijiet tal-politika tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew. In-netwerk ewlieni b'mod partikolari jikkontribwixxi għall-ġestjoni tajba ta' mobilità li dejjem qiegħda tiżdied, filwaqt li jiżgura li t-trasport ikun totalment aċċessibbli għall-passiġġieri anzjani u dawk b'diżabilità u mobilità limitata, kif ukoll għall-iżvilupp ta' sistema tat-trasport b'livell baxx ta' karbonju. |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt b – inċiż 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
– karburanti nodfa alternattivi disponibbli; |
– id-disponibilità ta' karburanti nodfa alternattivi bi prezzijiet kompetittivi; |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt c – inċiż 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
– l-iżvilupp ta' żoni ta' mistrieħ madwar kull 50 kilometru fuq l-awtostradi sabiex inter alia jiġi pprovdut spazju biżżejjed għal parkeġġ għall-utenti kummerċjali tat-toroq b'livell xieraq ta' sigurtà u sikurezza; |
– l-iżvilupp ta' żoni ta' mistrieħ madwar kull 50 kilometru fuq l-awtostradi sabiex inter alia jiġi pprovdut spazju biżżejjed għal parkeġġ għall-utenti kummerċjali tat-toroq b'livell suffiċjenti ta' sigurtà u sikurezza; |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt c – inċiż 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
– karburanti nodfa alternattivi disponibbli; |
– id-disponibilità ta' karburanti nodfa alternattivi bi prezzijiet kompetittivi; |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Bla ħsara għall-Artikolu 47(2) u (3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-netwerk ewlieni jitlesta u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu l-iktar tard sal-31 ta' Diċembru 2030. |
3. Bla ħsara għall-Artikolu 47(2) u (3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li n-netwerk ewlieni jitlesta u jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu l-iktar tard sal-31 ta' Diċembru 2030. Fil-kuntest tar-rieżami skont l-Artikolu 57, il-Kummissjoni tivvaluta l-istat tal-progress tan-netwerk ewlieni u fejn ikun meħtieġ tista' tikkunsidra mill-ġdid din l-iskadenza, filwaqt li tqis kwalunkwe żviluppi li jistgħu jaffettwaw it-twettiq tiegħu, kif ukoll il-proċess ta' tlaħħiq tal-Istati Membri l-ġodda. |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-portijiet marittimi indikati fil-Parti 2 tal-Anness II għandhom jiġu konnessi mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju u dak tat-toroq tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2030, minbarra f'każijiet li jiġu ġustifikati kif xieraq. |
2. Il-portijiet marittimi indikati fil-Parti 2 tal-Anness II għandhom jiġu konnessi mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju u dak tat-toroq tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew sal-31 ta' Diċembru 2030, minbarra f'każijiet li jiġu ġustifikati kif xieraq. |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 47 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. L-ajruporti ewlenin indikati fil-Parti 1b tal-Anness II għandhom ikunu konnessi mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju u tat-toroq tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2050. B'kunsiderazzjoni għad-domanda potenzjali tat-traffiku, ajruporti bħal dawn għandhom jiġu integrati fin-netwerk ferrovjarju ta' veloċità għolja kull fejn ikun possibbli. |
3. L-ajruporti ewlenin indikati fil-Parti 1b tal-Anness II għandhom ikunu konnessi mal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju u tat-toroq tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew sal-31 ta' Diċembru 2050. B'kunsiderazzjoni għad-domanda potenzjali tat-traffiku, ajruporti bħal dawn għandhom jiġu integrati fin-netwerk ferrovjarju ta' veloċità għolja kull fejn ikun possibbli. |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 49 – paragrafu 3a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
3a. Kull meta jkun il-każ, il-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija mwaqqfa bir-Regolament (UE) Nru 913/2010, kif ukoll il-kurituri tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS) għandhom ikunu parti mill-kurituri tan-netwerk ewlieni. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tagħti garanzija li l-kurituri kollha jiġu inklużi fin-netwerk ewlieni, sabiex ma jinħolqux ostakoli fl-identifikazzjoni ta' kurituri tal-ferroviji, tat-toroq jew Pan-Ewropej. Attwalment jista' jkun li mhijiex daqshekk ċara. | |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 5 – punt da (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(da) jippromwovi d-definizzjoni ta' forom ta' djalogu mal-popolazzjonijiet u t-territorji kkonċernati bil-għan li joħorġu fid-dieher u jissolvew minn qabel il-problemi possibbli relatati mad-disinn tal-infrastruttura, b'mod li jiffavorixxi soluzzjonijiet sostenibbli mill-perspettiva ambjentali u li s-soċjetà taqbel miegħu. |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 6a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
6a. Il-Parlament Ewropew jivvaluta kull sena l-istadju li jkun intlaħaq fl-iżvilupp tal-kurituri tan-netwerk ewlieni u l-azzjoni li tkun ittieħdet mill-Koordinaturi u, fl-istess ħin, jistedinhom jieħdu miżuri u inizjattivi. |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 7 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri applikabbli stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, il-Kummissjoni tista' titlob l-opinjoni tal-Koordinatur Ewropew fl-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-fondi tal-Unjoni għall-kurituri tan-netwerk ewlieni li għalihom il-Koordinatur Ewropew ikun responsabbli. |
7. Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri applikabbli stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, il-Kummissjoni titlob l-opinjoni tal-Koordinatur Ewropew fl-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-fondi tal-Unjoni għall-kurituri tan-netwerk ewlieni li għalihom il-Koordinatur Ewropew ikun responsabbli. |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni, l-Istati Membri kkonċernati, b'kooperazzjoni mal-pattaforma tal-kuritur, għandhom ifasslu u jinnotifikaw b'mod konġunt lill-Kummissjoni pjan ta' żvilupp tal-kuritur fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Dan il-pjan għandu jinkludi b'mod partikolari: |
1. Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni, l-Istati Membri kkonċernati, flimkien mal-Koordinatur Ewropew u b'kooperazzjoni mal-pattaforma tal-kuritur, ifasslu u jinnotifikaw b'mod konġunt lill-Kummissjoni pjan ta' żvilupp tal-kuritur fi żmien sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-Koordinatur Ewropew jgħin lill-Istati Membri jimplimentaw il-pjan ta' ħidma u jiżguraw l-implimentazzjoni f'waqtha tal-kuritur. Dan il-pjan għandu jinkludi b'mod partikolari: |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) l-għanijiet għall-kuritur tan-netwerk ewlieni b'mod partikolari f'termini ta' prestazzjoni espressa bħala l-kwalità tas-servizz, il-kapaċità tiegħu u l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II; |
(b) l-għanijiet għall-kuritur tan-netwerk ewlieni b'mod partikolari f'dawk li huma prestazzjoni espressa bħala l-kwalità, l-aċċessibilità u s-sikurezza tas-servizz, il-kapaċità tiegħu u l-konformità tiegħu mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitolu II; |
PROĊEDURA
|
Titolu |
L-iżvilupp tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew |
||||
|
Referenzi |
COM(2011)0650 – C7-0375/2011 – 2011/0294(COD) |
||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 15.11.2011 |
|
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 15.11.2011 |
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Sergio Gaetano Cofferati 24.1.2012 |
||||
|
Eżami fil-kumitat |
20.6.2012 |
6.9.2012 |
10.10.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
11.10.2012 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
32 0 2 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Vicente Miguel Garcés Ramón, Louis Grech, Mikael Gustafsson, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Iliana Ivanova, Edvard Kožušník, Hans-Peter Mayer, Gesine Meissner, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Gino Trematerra, Barbara Weiler |
||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Regina Bastos, Ildikó Gáll-Pelcz, María Irigoyen Pérez, Olle Schmidt, Olga Sehnalová, Kyriacos Triantaphyllides, Kerstin Westphal |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (16.10.2012)
għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew
(COM(2011)0650/3 – C7‑0375/2011 – 2011/0294(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Oldřich Vlasák
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
In-netwerk TEN-T għad għandu ħafna ħtiġijiet li jridu jiġu indirizzati u ssodisfati. Għalhekk, il-proposta għal regolament tippreżenta bażi tajba għall-finanzjament futur tan-netwerk TEN-T fl-UE.
L-emendi jiffukaw l-aktar fuq l-iżgurar li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed flessibbiltà. Pereżempju, il-lista ta' proġetti predefiniti m'għandhiex titqies definittiva jew li ma tistax tinbidel jekk trid tirrifletti flussi tat-traffiku fl-UE b'mod flessibbli. Minħabba n-natura li tieħu ħafna ħin tat-tħejjija tal-proġetti, lista fformulata b'tali mod ma tirriflettix il-kurituri kollha tat-traffiku li se jkunu meħtieġa fuq perjodu twil ta' żmien sabiex jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku fl-Ewropa. Għalhekk, għandu jkun possibbli li jitressqu proposti addizzjonali u li jitħallew jikkompetu ma' xulxin.
Bl-għan li jkun żgurat li r-riżorsi jintużaw b'mod effiċjenti, huwa vitali wkoll li l-Istati Membri jkollhom ċertu livell ta' flessibbiltà li jkunu jistgħu – permezz ta' eżenzjonijiet – iqisu d-disparitajiet territorjali li jeżistu fl-UE. L-impożizzjoni riġida ta' kundizzjonijiet uniformi rigward it-tul massimu ta' kombinazzjonijiet ta' vetturi, il-veloċitajiet permessi jew id-densità ta' traffiku f'kurituri madwar l-UE, bla kunsiderazzjoni għall-ispeċifiċitajiet territorjali, mhijiex neċessarjament l-aktar soluzzjoni effikaċi[1].
Fl-aħħar nett, il-korpi lokali u reġjonali ma jistgħux ikunu responsabbli għal proġetti li jmorru lil hinn mill-kompetenzi tagħhom. Il-korpi lokali u reġjonali ma jipproponux proġetti fil-livell tal-Istati Membri, u lanqas ma jinnegozjaw mal-Kummissjoni, u jistgħu jinfluwenzawhom biss sa ċertu punt. Għaldaqstant, ir-regoli u l-obbligi stabbiliti fir-regolament ma jistgħux ikunu vinkolanti għalihom.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4) Iż-żieda fit-traffiku rriżultat f'żieda fil-konġestjoni fil-kurituri tat-trasport internazzjonali. Sabiex tiġi żgurata l-mobilità internazzjonali tal-merkanzija u l-passiġġieri, il-kapaċità tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u l-użu ta' din il-kapaċità għandhom jiġu ottimizzati u, jekk ikun meħtieġ, imkabbra bit-tneħħija tal-punti ta' konġestjoni tal-infrastruttura u l-ħolqien ta' konnessjonijiet ta' infrastruttura nieqsa fi u bejn l-Istati Membri. |
(4) Iż-żieda fit-traffiku rriżultat f'żieda fil-konġestjoni fil-kurituri tat-trasport internazzjonali. Din is-sitwazzjoni tinsab b'mod partikolari fl-Istati Membri l-ġodda minħabba infrastruttura sottożviluppata. Sabiex tiġi żgurata l-mobilità internazzjonali tal-merkanzija u l-passiġġieri, il-kapaċità tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew u l-użu ta' din il-kapaċità għandhom jiġu ottimizzati u, jekk ikun meħtieġ, imkabbra bit-tneħħija tal-punti ta' konġestjoni tal-infrastruttura u l-ħolqien ta' konnessjonijiet ta' infrastruttura nieqsa fi u bejn l-Istati Membri. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10) In-netwerk komprensiv għandu jkun netwerk tat-trasport mifrux mal-Ewropa kollha li jiżgura l-aċċessibbiltà tar-reġjuni kollha fl-Unjoni, inklużi l-iktar reġjuni remoti u mbiegħda, kif stabbilit ukoll fil-Politika Marittima Integrata u t-tisħiħ tal-koeżjoni bejniethom. Il-linji gwidi għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-infrastruttura tan-netwerk komprensiv, sabiex jinkiseb netwerk ta' kwalità għolja madwar l-Unjoni sal-2050. |
(10) In-netwerk komprensiv għandu jkun netwerk tat-trasport mifrux mal-Ewropa kollha li jiżgura l-aċċessibbiltà tar-reġjuni kollha fl-Unjoni, inklużi l-iktar reġjuni remoti u mbiegħda, kif stabbilit ukoll fil-Politika Marittima Integrata u t-tisħiħ tal-koeżjoni bejniethom, filwaqt li jitqiesu d-disparitajiet fl-infrastruttura tat-trasport interreġjonali. Il-linji gwidi għandhom jistabbilixxu r-rekwiżiti għall-infrastruttura tan-netwerk komprensiv, sabiex jinkiseb netwerk ta' kwalità għolja madwar l-Unjoni sal-2050. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(10a) Ir-reġjuni ultraperiferiċi għad iridu jottimizzaw urġentement l-aċċessibilità tagħhom, speċjalment fir-rigward tal-konnessjonijiet bl-ajru mat-territorju Ewropew u tal-ġarr ta' passiġġieri u merkanzija bil-baħar, billi dan huwa l-uniku mod li bih jistgħu jintegraw b'mod aktar sħiħ fis-suq intern. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 11a (ġdida) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(11a) Sabiex ikun żgurat li r-reġjuni insulari tal-Unjoni jkunu aċċessibbli bis-sħiħ u jgawdu l-benefiċċji tat-tkabbir inklużiv u tal-koeżjoni territorjali, għandhom jiġu stabbiliti kriterji addizzjonali bħall-erja tas-superfiċje u l-popolazzjoni bl-għan li jiġi identifikat in-netwerk ewlieni, sabiex jiġi inkluż tal-anqas port wieħed jew ajruport wieħed għal kull gżira. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14) Il-proġetti ta' interess komuni għandhom juru valur miżjud Ewropew ċar. Il-proġetti transkonfinali tipikament għandhom valur miżjud Ewropew għoli, iżda jista' jkollhom effetti ekonomiċi diretti iżjed baxxi meta mqabbla ma' proġetti purament nazzjonali. Għalhekk, huwa probabbli li ma jiġux implimentati mingħajr l-intervent tal-Unjoni. |
(14) Il-proġetti ta' interess komuni għandhom juru valur miżjud Ewropew. Il-proġetti transkonfinali huma eżempju ta' proġetti b'valur valur miżjud Ewropew għoli, u konnessjonijiet tat-trasport transkonfinali jista' jkollhom effetti ekonomiċi diretti fuq ir-reġjuni. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15) Billi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew ma jitwettqux biss mill-Istati Membri, il-promoturi kollha tal-proġetti ta' interess komuni bħall-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-maniġers tal-infrastruttura jew entitajiet privati jew pubbliċi oħra għandhom ikunu soġgetti għad-drittijiet u l-obbligi ta' dan ir-Regolament, kif ukoll għal regoli u proċeduri rilevanti oħra tal-Unjoni u nazzjonali, meta jkunu qegħdin iwettqu proġetti bħal dawn. |
imħassar |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20) Is-sistemi tat-trasport intelliġenti huma meħtieġa sabiex jipprovdu l-bażi għall-ottimizzazzjoni tal-operat tat-traffiku u t-trasport u t-titjib tas-servizzi relatati. |
(20) Is-sistemi tat-trasport intelliġenti huma meħtieġa sabiex jipprovdu l-bażi għall-ottimizzazzjoni tal-operat tat-traffiku u t-trasport u t-titjib tas-servizzi relatati, kif ukoll għat-titjib tas-sikurezza tat-traffiku u s-sikurezza ta' operazzjonijiet tat-trasport. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 22 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(22) In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, minħabba l-iskala kbira tiegħu, għandu jipprovdi l-bażi għall-mobilitazzjoni fuq skala kbira ta' teknoloġiji ġodda u innovazzjoni, li, pereżempju, jistgħu jgħinu fit-titjib tal-effiċjenza ġenerali tas-settur tat-trasport Ewropew u jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tiegħu. Dan se jikkontribwixxi lejn l-istrateġija Ewropa 2020 u l-mira tal-White Paper tat-Trasport ta' tnaqqis ta' 60% fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2050 (fuq bażi tal-livelli tal-1990) u fl-istess ħin jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għan taż-żieda tas-sigurtà tal-karburanti għall-Unjoni. |
(22) In-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, minħabba l-iskala kbira tiegħu, għandu jipprovdi l-bażi għall-mobilitazzjoni fuq skala kbira ta' teknoloġiji ġodda u innovazzjoni, li, pereżempju, jistgħu jgħinu fit-titjib tal-effiċjenza ġenerali tas-settur tat-trasport Ewropew, iżidu s-sikurezza u s-sigurtà tat-trasport u jnaqqsu l-impronta tal-karbonju tiegħu. Dan se jikkontribwixxi lejn l-istrateġija Ewropa 2020 u l-mira tal-White Paper tat-Trasport ta' tnaqqis ta' 60% fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2050 (fuq bażi tal-livelli tal-1990) u fl-istess ħin jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għan taż-żieda tas-sigurtà tal-karburanti għall-Unjoni. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24) Sabiex tintlaħaq infrastruttura tat-trasport ta' kwalità għolja u effiċjenti matul il-moduli kollha, il-linji gwidi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza u s-sigurtà tal-movimenti tal-passiġġieri u l-merkanzija, l-impatt tat-tibdil fil-klima u tad-diżastri potenzjali u dawk maħluqa mill-bnedmin tal-infrastruttura u l-aċċessibbiltà għall-utenti kollha tat-trasport. |
(24) Sabiex tinkiseb infrastruttura tat-trasport ta' kwalità għolja u effiċjenti matul il-moduli kollha, il-linji gwidi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza u s-sigurtà tal-movimenti tal-passiġġieri u l-merkanzija, l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali fuq ir-reġjuni li fihom jinsabu l-proġetti infrastrutturali rispettivi, u l-impatt tat-tibdil fil-klima u tad-diżastri potenzjali u dawk maħluqa mill-bnedmin tal-infrastruttura u l-aċċessibbiltà għall-utenti kollha tat-trasport. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24) Sabiex tintlaħaq infrastruttura tat-trasport ta' kwalità għolja u effiċjenti matul il-moduli kollha, il-linji gwidi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza u s-sigurtà tal-movimenti tal-passiġġieri u l-merkanzija, l-impatt tat-tibdil fil-klima u tad-diżastri potenzjali u dawk maħluqa mill-bnedmin tal-infrastruttura u l-aċċessibbiltà għall-utenti kollha tat-trasport. |
(24) Sabiex tinkiseb infrastruttura tat-trasport ta' kwalità għolja u effiċjenti matul il-moduli kollha, il-linji gwidi għandhom jinkludu dispożizzjonijiet dwar is-sikurezza u s-sigurtà tal-movimenti tal-passiġġieri u l-merkanzija, l-impatt tat-tibdil fil-klima u tad-diżastri potenzjali u dawk maħluqa mill-bnedmin tal-infrastruttura permezz tal-istabbiliment ta' rotot sikuri alternattivi u l-interkonnessjoni tagħhom f'livell reġjonali u l-aċċessibbiltà akbar għall-utenti kollha tat-trasport. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 25 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(25) In-netwerk ewlieni għandu jkun sottogrupp tan-netwerk komprensiv li jkun qed jissovrastah. Għandu jirrappreżenta n-nodi l-iżjed importanti mil-lat strateġiku tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, skont il-ħtiġijiet tat-traffiku. Għandu jkun multimodali, jiġifieri jinkludi l-moduli kollha tat-trasport u l-konnessjonijiet tagħhom kif ukoll sistemi rilevanti tal-ġestjoni tat-traffiku u l-informazzjoni. |
(25) In-netwerk ewlieni għandu jkun sottogrupp tan-netwerk komprensiv li jkun qed jissovrastah. Għandu jirrappreżenta n-nodi l-iżjed importanti mil-lat strateġiku tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, skont il-ħtiġijiet tat-traffiku u l-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tar-reġjuni u l-pajjiżi li jinsabu fihom. Għandu jkun multimodali, jiġifieri jinkludi l-moduli kollha tat-trasport u l-konnessjonijiet tagħhom kif ukoll sistemi rilevanti tal-ġestjoni tat-traffiku u l-informazzjoni. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 27 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27) Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jindirizzaw ukoll għanijiet usa' tal-politika tat-trasport u jiffaċilitaw l-integrazzjoni modali u l-operat multimodali. Dan għandu jippermetti kurituri żviluppati b'mod speċjali li jkunu ottimizzati f'termini ta' użu enerġetiku u emissjonijiet, u b'hekk jimminimizzaw l-impatti ambjentali, u huma wkoll attraenti għall-affidabilità, il-konġestjoni limitata u spejjeż tal-operat u amministrattivi baxxi tagħhom. Lista tal-bidu tal-kurituri għandha tiġi inkluża fir-Regolament (UE) XXX/2012 [Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa], iżda għandha tkun adattabbli sabiex tikkunsidra t-tibdil fil-flussi tat-traffiku. |
(27) Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jindirizzaw ukoll għanijiet usa' tal-politika tat-trasport u jiffaċilitaw l-integrazzjoni modali u l-operat multimodali. Lista tal-bidu tal-kurituri għandha tiġi inkluża fir-Regolament (UE) XXX/2012 [Faċilità tal-Konnessjoni tal-Ewropa] bħala lista indikattiva u għandha tkun adattabbli sabiex tikkunsidra t-tibdil fil-flussi tat-traffiku. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 28 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28) L-iddisinjar tal-istruttura tajba tal-governanza u l-identifikazzjoni tas-sorsi tal-finanzjament għall-proġetti transkonfinali kumplessi jsir eħfef bil-ħolqien ta' pjattaformi tal-kurituri għal dawn il-kurituri tan-netwerk ewlieni. Il-Koordinaturi Ewropej għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni koordinata tal-kurituri tan-netwerk ewlieni. |
(28) L-iddisinjar tal-istruttura tajba tal-governanza u l-identifikazzjoni tas-sorsi tal-finanzjament għall-proġetti transkonfinali kumplessi, permezz ta' investiment pubbliku u kapital privat, isir eħfef bil-ħolqien ta' pjattaformi tal-kurituri għal dawn il-kurituri tan-netwerk ewlieni. Il-Koordinaturi Ewropej għandhom jiffaċilitaw l-implimentazzjoni koordinata tal-kurituri tan-netwerk ewlieni. |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(d) jipprovdu aċċessibbiltà xierqa tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, u b'hekk ikunu qegħdin jippromwovu l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u jappoġġjaw l-iżvilupp inklużiv. |
(d) jipprovdu aċċessibbiltà xierqa tar-reġjuni kollha tal-Unjoni, u b'hekk ikunu qegħdin jippromwovu l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u jappoġġjaw l-iżvilupp inklużiv, anke bit-tnaqqis tad-disparitajiet fl-infrastruttura tat-trasport interreġjonali. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt j | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(j) infrastruttura tat-trasport li tirrifletti s-sitwazzjonijiet speċifiċi fil-partijiet differenti tal-Unjoni u tipprovdi għal kopertura bilanċjata tar-reġjuni Ewropej, inklużi r-reġjuni l-aktar imbiegħda u oħra periferiċi; |
(j) infrastruttura tat-trasport li tirrifletti s-sitwazzjonijiet speċifiċi fil-partijiet differenti tal-Unjoni u tipprovdi għal kopertura u konnessjoni bilanċjata tar-reġjuni Ewropej kollha, inklużi r-reġjuni tal-Istati Membri l-ġodda, ir-reġjuni muntanjużi, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda, ir-reġjuni periferiċi u r-reġjuni insulari; |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(c) it-titjib u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti; |
(c) it-titjib u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti jew il-bini mill-ġdid tal-infrastruttura tat-trasport li ddeterjorat; |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Unjoni, l-Istati Membri, il-maniġers tal-infrastrutturi u promoturi oħra ta' proġetti, waqt l-iżvilupp ta' netwerk komprensiv, għandhom jagħtu kunsiderazzjoni partikolari lill-miżuri li huma meħtieġa għal: |
L-Unjoni, l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali li jinsabu fit-TENs, il-maniġers tal-infrastrutturi u promoturi oħra ta' proġetti, waqt l-iżvilupp ta' netwerk komprensiv, għandhom jagħtu kunsiderazzjoni partikolari lill-miżuri li huma meħtieġa għal: |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) il-ħolqien ta' konnessjonijiet nieqsa u t-tneħħija ta' punti ta' konġestjoni,prinċipalment fis-sezzjonijiet transkonfinali; |
(b) il-ħolqien ta' konnessjonijiet nieqsa u t-tneħħija ta' punti ta' konġestjoni, prinċipalment fis-sezzjonijiet transkonfinali u fiż-żoni urbani; |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 17 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Fl-isfera tar-responsabbiltajiet tagħhom, l-Istati Membri, l-operaturi tal-portijiettal-portijiet u l-maniġers tal-infrastruttura għandhom jiżguraw li l-portijiet interni jkunu konnessi mal-infrastruttura tat-toroq u dik ferrovjarja tan-netwerk komprensiv. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3 – punt b – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) Triq li tgħaqqad bliet direttament u bil-ħeffa hija triq riservata għat-traffiku tal-vetturi bil-mutur aċċessibbli minn interskambji jew punti ta' konġunzjoni kkontrollati biss u li: |
(b) Triq li tgħaqqad bliet direttament u bil-ħeffa hija triq iddisinjata għat-traffiku tal-vetturi bil-mutur aċċessibbli primarjament minn interskambji jew punti ta' konġunzjoni kkontrollati u li: |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ba) Triq strateġika konvenzjonali hija triq li mhijiex awtostrada jew triq li tgħaqqad bliet direttament u bil-ħeffa, iżda li xorta hija triq ta' kwalità għolja kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2. Toroq strateġiċi konvenzjonali għandhom jiġu ġestiti u ffinanzjati skont l-ispeċifiċitajiet ta' Stat Membru individwali. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(ca) l-appoġġ għall-iżvilupp ta' ajruporti reġjonali, bl-għan li jiżdiedu l-interkonnessjonijiet, titneħħa l-konġestjoni tat-traffiku tal-ajru tal-passiġġieri, u li jiġu diversifikati d-destinazzjonijiet tat-titjiriet. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
(cb) l-iżgurar li l-aspetti kollha – ekonomiċi, soċjali u ambjentali – jitqiesu meta tiġi deċiża l-ordni ta' prijorità bejn it-trasport tal-merkanzija u dak tal-passiġġieri fit-TEN-T. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 2 – punt b – inċiż 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
– id-disponibilità ta' karburanti nodfa alternattivi; |
– id-disponibilità ta' karburanti nodfa alternattivi. |
|
|
Ċerti komponenti tan-navigazzjoni interna u tal-infrastruttura tan-netwerk ewlieni m'għandhomx għalfejn jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha stabbiliti f'dan l-Artikolu f'każijiet fejn il-passaġġ fuq l-ilma intern ikun elenkat fil-Ftehim Ewropew dwar il-Passaġġi fuq l-Ilma Interni Ewlenin ta' Importanza Internazzjonali (AGN). |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-infrastruttura tan-netwerk ewlieni għandha tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu II mingħajr eċċezzjoni. Barra minn hekk, l-infrastruttura għandha tissodisfa wkoll r-rekwiżiti li ġejjin tan-netwerk ewlieni: |
2. L-infrastruttura tan-netwerk ewlieni għandha tissodisfa r-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu II. Barra minn hekk, l-infrastruttura għandha tissodisfa wkoll r-rekwiżiti li ġejjin tan-netwerk ewlieni: |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 45 – paragrafu 2a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. Fuq talba ta' Stat Membru, fir-rigward tal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju, il-Kummissjoni tista' tagħti eżenzjonijiet f'każijiet ġustifikati kif xieraq, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 55(2) fejn l-issodisfar ta' ċerti standards ma jkunx fattibbli minħabba raġunijiet ekonomiċi jew fil-każ ta' netwerks iżolati. Dan jista' jkopri t-tul tal-ferroviji, l-ERTMS, it-tagħbija fuq il-fus, l-elettrifikazzjoni, il-veloċità tal-linja, eċċ. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni huma strument li jiffaċilita l-implimentazzjoni koordinata tan-netwerk ewlieni. Il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jiġu bbażati fuq l-integrazzjoni modali, l-interoperabilità, kif ukoll fuq żvilupp u ġestjoni koordinati tal-infrastruttura, sabiex iwasslu għal trasport multimodali u effiċjenti fir-riżorsi. |
1. Bla ħsara għall-kompetenzi nazzjonali tal-Istati Membri fir-rigward tal-ippjanar tal-infrastruttura tagħhom, il-kurituri tan-netwerk ewlieni huma strument li jiffaċilita l-implimentazzjoni koordinata tan-netwerk ewlieni. Sabiex iwasslu għal trasport multimodali b'użu effiċjenti ta' riżorsi, il-kurituri tan-netwerk ewlieni għandhom jikkonċentraw fuq: |
|
|
– l-intermodalità, |
|
|
– l-interoperabbiltà, kif ukoll fuq |
|
|
– l-iżvilupp koordinat tal-infrastruttura f'żoni transkonfinali. |
|
|
L-infrastruttura tal-kurituri tan-netwerk ewlieni għandha tiġi żviluppata b'tali mod li jkun possibbli l-użu nazzjonali u transkonfinali mingħajr konġestjoni u li jsir titjib ambjentali sostenibbli. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 48 – paragrafu 2a (ġdid) | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
2a. L-istabbiliment ta' lista inizjali ta' dawn il-kuruturi m'għandux jinftiehem bħala prerekwiżit awtomatiku għal appoġġ mill-FEŻR, mill-Fond ta' Koeżjoni jew mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 5 – punt b | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(b) jirrapporta lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u, skont kif xieraq, lill-entitajiet l-oħra kollha involuti direttament fl-iżvilupp tal-kuritur tan-netwerk ewlieni dwar kwalunkwe diffikultà li tinħoloq u jikkontribwixxi sabiex jinstabu soluzzjonijiet xierqa; |
(b) jirrapporta lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew, lill-Kummissjoni u lill-entitajiet l-oħra kollha involuti direttament fl-iżvilupp tal-kuritur tan-netwerk ewlieni dwar kwalunkwe diffikultà li tinħoloq u jikkontribwixxi sabiex jinstabu soluzzjonijiet xierqa; |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 1 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1. Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jistabbilixxu pjattaforma tal-kuritur responsabbli għad-definizzjoni tal-għanijiet ġenerali tal-kuritur tan-netwerk ewlieni u għat-tħejjija u s-superviżjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 53(1). |
1. Għal kull kuritur tan-netwerk ewlieni, l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali li jinsabu fit-TENs ikkonċernati kkonċernati għandhom jistabbilixxu b'mod konġunt pjattaforma tal-kuritur responsabbli għad-definizzjoni tal-għanijiet ġenerali tal-kuritur tan-netwerk ewlieni u għat-tħejjija u s-superviżjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 53(1). |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 52 – paragrafu 2 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Il-pjattaforma tal-kuritur għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Istati Membri kkonċernati u, skont kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra. Fi kwalunkwe każ, il-maniġers tal-infrastruttura rilevanti kif definiti fid-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà għandhom jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-kuritur. |
2. Il-pjattaforma tal-kuritur għandha tkun magħmula minn rappreżentanti tal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-awtoritajiet lokali kkonċernati u, skont kif xieraq, entitajiet pubbliċi u privati oħra, kif ukoll pajjiżi terzi fil-każ ta' proġetti transkonfinali. Fi kwalunkwe każ, il-maniġers tal-infrastruttura rilevanti kif definiti fid-Direttiva 2001/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2001 dwar l-allokazzjoni ta' kapaċità ta' infrastruttura u t-tqegħid ta' piżijiet għall-użu ta' infrastruttura tal-ferroviji u ċertifikazzjoni tas-sigurtà għandhom jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-kuritur. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 3 | |
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Sabiex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni, il-Kummissjoni tista' tadotta deċiżjonijiet ta' implimentazzjoni għall-kurituri tan- netwerk ewlieni. Dawn id-deċiżjonijiet jistgħu: |
imħassar |
|
(a) jinkludu l-ippjanar tal-investiment, l-ispejjeż relatati u l-orarju tal-implimentazzjoni, stmati bħala meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kurituri tan-netwerk ewlieni b'konformità mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament; |
|
|
(b) jiddefinixxu l-miżuri kollha għat-tnaqqis tal-ispejjeż esterni, b'mod partikolari l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-istorbju, u jkunu mmirati sabiex jippromwovu l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda fil-ġestjoni tat-traffiku u l-kapaċitajiet; |
|
|
(c) jipprevedu miżuri oħra li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' żvilupp tal-kuritur u għall-użu effiċjenti tal-infrastruttura tal-kuritur tan-netwerk ewlieni. |
|
|
Dawk l-atti tal-implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 55(2). |
|
PROĊEDURA
|
Titolu |
L-iżvilupp tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew |
||||
|
Referenzi |
COM(2011)0650 – C7-0375/2011 – 2011/0294(COD) |
||||
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 15.11.2011 |
|
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
REGI 15.11.2011 |
||||
|
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Oldřich Vlasák 23.11.2011 |
||||
|
Data tal-adozzjoni |
10.10.2012 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 2 5 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Jean-Jacob Bicep, Victor Boştinaru, John Bufton, Alain Cadec, Salvatore Caronna, Nikos Chrysogelos, Francesco De Angelis, Rosa Estaràs Ferragut, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Vincenzo Iovine, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Vladimír Maňka, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Miroslav Mikolášik, Ana Miranda, Jan Olbrycht, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Ewald Stadler, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska |
||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Karin Kadenbach, Lena Kolarska-Bobińska |
||||
- [1] Pereżempju, fiwaqt li wieħed jista' jassumi b'mod ġenerali li ferrovija tal-merkanzija b'tul ta' 750m tkun il-konfigurazzjoni l-aktar effiċjenti, din tista' ma tkunx l-aħjar għażla f'żoni muntanjużi jew imħattba. F'postijiet bħal dawn, li wieħed jispeċifika t-tul ta' ferrovija jista' jirriżulta f'kostijiet eċċessivament għoljin għall-istazzjonijiet u t-terminali ta' trasferiment.
PROĊEDURA
|
Titolu |
L-iżvilupp tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew |
||||
|
Referenzi |
COM(2011)0650 – C7-0375/2011 – 2011/0294(COD) |
||||
|
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
19.10.2011 |
|
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 15.11.2011 |
|
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ENVI 15.11.2011 |
ITRE 15.11.2011 |
IMCO 15.11.2011 |
REGI 15.11.2011 |
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ITRE 22.11.2011 |
|
|
|
|
|
Rapporteur Data tal-ħatra |
Ismail Ertug 15.12.2011 |
Georgios Koumoutsakos 15.12.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
27.2.2012 |
8.5.2012 |
6.9.2012 |
5.11.2012 |
|
|
|
3.12.2012 |
|
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
18.12.2012 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 5 5 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Inés Ayala Sender, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Petri Sarvamaa, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Patricia van der Kammen, Artur Zasada, Roberts Zīle |
||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Spyros Danellis, Markus Ferber, Eider Gardiazábal Rubial, Dominique Riquet, Sabine Wils |
||||
|
Data tat-tressiq |
14.1.2013 |
||||