RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni

1.2.2013 - (COM(2011)0897 – C7‑0004/2012 – 2011/0437(COD)) - ***I

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Philippe Juvin


Proċedura : 2011/0437(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0030/2013
Testi mressqa :
A7-0030/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni

(COM(2011)0897 – C7‑0004/2012 – 2011/0437(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0897),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53(1), 62 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0004/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fi ħdan il-qafas ta' Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Bundesrat Ġermaniż, il-Kungress tad-Deputati Spanjol u l-Kunsill Federali Awstrijakk, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta' Lulju 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7‑0000/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) l-Artikolu 62 u l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14, l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62 u l-Artikolu 114, kif ukoll il-Protokoll Nru 26 tiegħu,

Ġustifikazzjoni

B'kunsiderazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mas-servizzi ta' interess ġenerali u l-elementi speċifiċi tagħhom fid-direttiva.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) In-nuqqas ta' regoli ċari fil-livell tal-Unjoni li jirregolaw l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni jagħti lok għal inċertezza legali u għal ostakoli għall-forniment ħieles ta' servizzi u joħloq distorsjoni fil-funzjonament tas-Suq Intern. Bħala riżultat, l-operaturi ekonomiċi, partikolarment l-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs), qed ikunu mċaħħda mid-drittijiet tagħhom fi ħdan is-Suq Intern u jitilfu opportunitajiet importanti ta' negozju, filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu ma jsibux l-aħjar użu għall-flus pubbliċi sabiex iċ-ċittadini Ewropej jibbenefikaw minn servizzi ta' kwalità bl-aħjar prezzijiet. Qafas legali adegwat għall-għoti tal-konċessjonijiet jiżgura aċċess effettiv u nondiskriminatorju għas-suq għall-operaturi ekonomiċi kollha tal-Unjoni u ċertezza legali, jiffavorixxu l-investimenti pubbliċi f’infrastrutturi u servizzi strateġiċi liċ-ċittadin.

(1) In-nuqqas ta' regoli ċari fil-livell tal-Unjoni li jirregolaw l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni jagħti lok għal inċertezza legali u għal ostakoli għall-forniment ħieles ta' servizzi u joħloq distorsjoni fil-funzjonament tas-Suq Intern. Bħala riżultat, l-operaturi ekonomiċi, partikolarment l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), qed ikunu mċaħħda mid-drittijiet tagħhom fi ħdan is-Suq Intern u jitilfu opportunitajiet importanti ta' negozju, filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu ma jsibux l-aħjar użu għall-flus pubbliċi sabiex iċ-ċittadini Ewropej jibbenefikaw minn servizzi ta' kwalità bl-aħjar prezzijiet. Qafas legali adegwat, ibbilanċjat u flessibbli, għall-għoti tal-konċessjonijiet jiżgura aċċess effettiv u nondiskriminatorju għas-suq għall-operaturi ekonomiċi kollha tal-Unjoni u ċertezza legali, u jiffavorixxi l-investimenti pubbliċi f’infrastrutturi u servizzi strateġiċi liċ-ċittadin. Tali qafas legali jkun jippermetti wkoll li jkun hemm ċertezza legali akbar għall-operaturi ekonomiċi u jkun jista' jiswa ta' bażi u mezz għal ftuħ akbar tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku u għat-tisħiħ tal-kummerċ dinji. Għandu jiġi stabbilit prinċipju ġenerali fil-livell tal-Unjoni fejn l-għoti ta' konċessjonijiet ikun miftuħ għall-SMEs sabiex itejbu l-opportunitajiet tagħhom ta' aċċess fis-suq tal-konċessjonijiet.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Ir-regoli ta’ dan il-qafas leġiżlattiv applikabbli għall-għoti ta' konċessjonijiet għandhom jiġu ċċarati u ssimplifikati u m’għandhomx joħolqu burokrazija eċċessiva.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) In-natura tal-konċessjoni hija tali li d-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni m'għandhomx jikkorrispondu sempliċiment għar-regoli dwar l-għoti ta' kuntratti pubbliċi.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. L-għoti ta’ konċessjonijiet ta' xogħlijiet huwa preżentament soġġett għal regoli bażiċi tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, filwaqt li l-għoti ta’ konċessjonijiet ta' servizzi b’interess transkonfinali huwa suġġett għall-prinċipji tat-Trattat, u b'mod partikolari l-prinċipju tal-moviment ħieles tal-prodotti, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll mal-prinċipji li joħorġu minnhom bħat-trattament ugwali, nondiskriminazzjoni, rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza. Hemm riskju ta’ inċertezza legali relatata ma’ interpretazzjonijiet differenti tal-prinċipji tat-Trattat mil-leġiżlaturi nazzjonali u ta’ differenzi kbar fost il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri differenti. Dan ir-riskju ġie kkonfermat mill-ġurisprudenza estensiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea iżda li wkoll indirizzatat parzjalment biss ċerti aspetti tal-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni. Għaldaqstant, il-konkretizzazzjoni uniformi tal-prinċipji tat-Trattat fl-Istati Membri kollha u t-tneħħija tad-diskrepanzi fil-fehim tagħhom huma meħtieġa fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu eliminati d-distorsjonijiet persistenti fis-Suq Intern.

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. F’dan il-kuntest, il-kuntratti ta’ konċessjoni jirrappreżentaw strumenti importanti fl-iżvilupp strutturali fit-tul tal-infrastruttura u s-servizzi strateġiċi. B’mod korrispondenti, imexxu ħarir il-progress tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, isaħħu l-għarfien espert tas-settur privat, u jiksbu l-effikaċja u jwasslu l-innovazzjoni.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-għoti ta’ konċessjonijiet hija attwalment soġġetta għal regoli bażiċi tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi1, filwaqt li l-għoti ta’ konċessjonijiet ta' servizzi b’interess transkonfinali jrid jikkonforma mal-prinċipji tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-prinċipji tal-libertà tal-moviment tal-prodotti, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll mal-prinċipji li joħorġu minnhom bħat-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza. Hemm riskju ta’ inċertezza legali marbuta ma’ interpretazzjonijiet differenti tal-prinċipji tat-TFUE mil-leġiżlaturi nazzjonali u ta’ differenzi kbar fost il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri differenti. Dan ir-riskju ġie kkonfermat mill-ġurisprudenza estensiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li madankollu indirizzatat biss b'mod parzjali ċerti aspetti tal-għoti tal-kuntratti ta' konċessjoni.

 

_______________

 

1 ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) Għalhekk, din id-Direttiva għandha l-mira li tikseb applikazzjoni uniformi tal-prinċipji tat-Trattati fl-Istati Membri kollha biex tkun żgurata ċ-ċertezza legali, ikunu eliminati d-distorsjonijiet persistenti għas-suq intern, tikber l-effikaċja tal-infiq pubbliku, ikunu ffaċilitati l-aċċess ugwali u l-parteċipazzjoni ġusta tal-SMEs fl-għoti tal-kuntratti ta' konċessjoni, kemm f'livell lokali kif ukoll ta' Unjoni, u jingħata sostenn lill-ksib tal-objettivi tal-politika pubblika sostenibbli.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 2c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c) Suġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar l-esklużjoni tal-attivitajiet li huma esposti direttament għall-kompetizzjoni, kif inhu stipulat fl-Artikolu 14 ta' din id-Direttiva, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE u tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali ma għandhomx japplikaw għal konċessjonijiet kif definit f'din id-Direttiva. Madankollu, regoli stipulati minn din id-Direttiva ma għandhomx jintużaw biex jevitaw il-proċedura tal-għoti stipulata f'dawk id-Direttivi.

__________

1 ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Din id-Direttiva bl-ebda mod ma għandha taffettwa l-libertà tal-Istati Membri jew l-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu dwar il-forniment dirett ta' xogħlijiet jew servizzi lil entitajiet pubbliċi jew dwar l-esternalizzazzjoni ta' tali forniment lil partijiet terzi. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jibqgħu ħielsa li jiddefinixxu l-karatteristiċi tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti, inkluż kwalunkwe kondizzjonijiet rigward il-kwalità jew il-prezz tas-servizzi, sabiex isegwu l-għanijiet tal-politika pubblika tagħhom.

(3) Din id-Direttiva tirrikonoxxi u terġa' tafferma d-dritt tal-Istati Membri u l-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu l-mod tal-amministrazzjoni li huma jqisu bħala l-aktar xieraq għat-twettiq tax-xogħlijiet u l-forniment tas-servizzi. Din id-Direttiva bl-ebda mod ma għandha taffettwa l-libertà tal-Istati Membri u l-awtoritajiet pubbliċi li jwettqu xogħlijiet jew jipprovdu servizzi lil entitajiet pubbliċi jew jesternalizzaw tali forniment billi jiddelegawh lil partijiet terzi. L-Istati Membri u l-awtoritajiet pubbliċi għandhom iżommu d-dritt li jiddefinixxu u jispeċifikaw il-karatteristiċi tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti, inkluż kwalunkwe kondizzjonijiet rigward il-kwalità jew il-prezz tas-servizzi, sabiex isegwu l-għanijiet tal-politika pubblika tagħhom

Ġustifikazzjoni

Jerġa' jafferma l-prinċipju tal-amministrazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet pubbliċi li jagħżlu b'mod ħieles il-mezzi ta' amministrazzjoni għall-missjonijiet li għalihom huma responsabbli (implimentazzjoni ta' missjonijiet jew delegazzjoni għal parti terza). Id-Direttiva ma tantiċipax l-għażla ta' xi mezz ta' amministrazzjoni b'mod partikolari imma tistipula regoli jekk tintgħażel delegazzjoni għal parti terza (konċessjoni).

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Għal konċessjonijiet 'il fuq minn ċertu valur, huwa xieraq li tiġi prevista koordinazzjoni minima ta’ proċeduri nazzjonali għall-għoti ta’ dawn il-kuntratti abbażi tal-prinċipji tat-Trattat sabiex jiġi ggarantit il-ftuħ tal-konċessjonijiet għall-kompetizzjoni u ċertezza legali adekwata. Dawk il-disposizzjonijiet ta' kordinazzjoni ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija hawn fuq. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikun permessi jikkompletaw u jiżviluppaw aktar dawn id-dispożizzjonijiet jekk jidhrilhom li huwa xieraq, l-aktar biex tiġi żġurata l-konformità mal-prinċipji t'hawn fuq.

(4) Għal konċessjonijiet ugwali għal jew 'il fuq minn ċertu valur, huwa xieraq li tiġi prevista koordinazzjoni minima ta’ proċeduri nazzjonali għall-għoti ta’ dawn il-kuntratti abbażi tal-prinċipji tat-Trattat sabiex jiġi ggarantit il-ftuħ tal-konċessjonijiet għall-kompetizzjoni u ċertezza legali adekwata. Dawk il-dispożizzjonijiet ta' kordinazzjoni ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija hawn fuq u jkun żgurat ċertu grad ta’ flessibilità. B’mod korrispondenti, l-Istati Membri għandhom ikun permessi jikkompletaw u jiżviluppaw aktar dawn id-dispożizzjonijiet jekk jidhrilhom li huwa xieraq, l-aktar biex tiġi żġurata l-konformità mal-prinċipji t'hawn fuq.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Konċessjonijiet huma kuntratti għal interess pekunjarju konklużi bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità jew entità kontraenti waħda jew aktar u li għandhom bħala l-għan tagħhom l-akkwist ta' xogħlijiet jew servizzi fejn il-konsiderazzjoni tikkonsisti, normalment, fid-dritt li jiġu sfruttati xogħlijiet jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt. L-eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet jew servizzi hija soġġetta għal obbligi vinkolanti speċifiċi definit mill-awtorità jew l-entità kontraenti li huma legalment infurzabbli. B’kuntrast, ċerti atti mill-Istat bħal awtorizzazzjonijiet jew liċenzi li bihom l-Istat jew awtorità pubblika tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' attività ekonomika, m'għandhomx jikkwalifikaw bħala konċessjonijiet. L-istess japplika għal ċerti ftehimiet li jkollhom bħala għan tagħhom id-dritt li operatur ekonomiku jisfrutta ċerti dominji jew riżorsi pubbliċi, bħal kuntratti ta' kiri ta' art fejn l-Istat jew l-awtorità jew l-entità kontraenti tistabbilixxi biss kondizzjonijiet ġenerali għall-użu tagħhom mingħajr ma jakkwistaw xogħlijiet jew servizzi speċifiċi.

(6) Konċessjonijiet huma kuntratti għal interess pekunjarju li permezz tagħhom awtorità jew entità kontraenti waħda jew aktar ("konċedenti") jagħtu t-twettiq tax-xogħlijiet jew il-ġestjoni tas-servizzi li jkunu responsabbli għalihom, lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar, u fejn il-konsiderazzjoni għal din id-delega tikkonsisti jew fid-dritt li jiġu eżegwiti u ġġestjonati x-xogħlijiet jew jiġu pprovduti s-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt, jew f'dak id-dritt flimkien mal-pagament. L-eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet jew servizzi għandha tkun soġġetta għal obbligi vinkolanti speċifiċi definiti mill-konċedent li huma legalment infurzabbli. B’kuntrast, ċerti atti mill-Istat bħal awtorizzazzjonijiet, permessi jew liċenzji, inklużi dawk maħruġa għall-perjodi limitati, li bihom l-Istat jew awtorità pubblika tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju ta’ attività ekonomika, m'għandhomx jitqiesu bħala konċessjonijiet. L-istess japplika għal ċerti ftehimiet li permezz tagħhom l-Istat jew l-awtorità jew l-entità kontraenti tagħti lill-operatur ekonomiku d-dritt li jisfrutta ċerti dominji jew riżorsi pubbliċi, bħal dominju pubbliku jew kiri privat jew kuntratti ta' kiri ta' art, partikolarment fis-settur tal-portijiet marittimi jew interni, jew jagħti d-dritt ta’ passaġġ fejn l-Istat jew l-awtorità jew l-entità kontraenti tistabbilixxi biss kondizzjonijiet ġenerali għall-użu tagħhom mingħajr ma jsiru reċipjent ta' xogħlijiet jew servizzi speċifiċi provduti mill-operatur ekonomiku. Il-kondizzjonijiet ġenerali li jinsabu kemm fid-dominju pubbliku kif ukoll fil-kuntratti tal-kiri privat u tal-kiri tal-art jinkludu speċjalment regoli li jikkonċernaw it-trasferiment tal-proprjetà lill-kerrej, l-użu tagħha (pereżempju deskrizzjoni tal-proprjetà mikrija, dispożizzjonijiet dwar l-użi permessi tal-proprjetà mikrija, dispożizzjonijiet dwar l-użu ottimali tal-proprjetà mikrija, bħal pereżempju l-indikaturi ta' prestazzjoni u l-istandards ambjentali), l-obbligi rispettivi tas-sid u tal-kerrej fir-rigward tal-manutenzjoni tal-proprjetà mikrija, it-tul ta' żmien tal-kirja u r-restituzzjoni tal-pussess lis-sid tal-proprjetà mikrija u l-kera u spejjeż oħra mħallsa mill-kerrej, inklużi l-penali.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tad-definizzjoni tal-konċessjoni (ara l-Artikolu 2) u tat-tipi ta' kuntratti li ma jikkorrispondux għall-konċessjonijiet fit-tifsira ta' din id-Direttiva (awtorizzazzjonijiet, liċenzji, kuntratti li jistipulaw il-kundizzjonijiet ġenerali mingħajr delega biex jitwettqu x-xogħlijiet jew jiġu mmaniġġjati s-servizzi). It-terminu "konċedent" jintuża biex jissimplifika t-test fejn jirreferi għall-awtorità kontraenti u entità kontraenti bl-istess mod.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Id-diffikultajiet relatati mal-interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ konċessjoni u kuntratt pubbliku kienu sors ta’ inċertezza legali kontinwa fost il-partijiet interessati u taw lok għal bosta sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar dan is-suġġett. Għalhekk, id-definizzjoni ta’ konċessjoni għandha tiġi ċċarata, b’mod partikolari billi jkun hemm referenza għall-kunċett ta' riskju sostanzjali tal-operar. Il-karatteristika prinċipali ta’ konċessjoni, id-dritt li jiġu sfruttati x-xogħlijiet jew s-servizzi, dejjem jimplika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ riskju ekonomiku li jinvolvi l-possibbiltà li ma jiġborx lura l-investimenti u l-ispejjeż li jkunu saru fl-operar tax-xogħlijiet jew is-servizzi mogħtija. L-applikazzjoni ta’ regoli speċifiċi li jirregolaw l-għoti ta’ konċessjonijiet ma tkunx ġustifikata jekk l-awtorità jew l-entità kontraenti teżenta lill-kuntrattur minn kwalunkwe telf potenzjali, billi tiggarantixxi dħul minimu, daqs jew ogħla mill-ispejjeż li l-kuntrattur ikollu jġarrab b’rabta mat-twettiq tal-kuntratt. Fl-istess ħin għandu jkun iċċarat li ċerti arranġamenti li huma kompletament imħallsa minn awtorità kontraenti jew minn entità kontraenti għandhom jikkwalifikaw bħala konċessjonijiet fejn l-irkupru tal-investimenti u l-ispejjeż imġarrba mill-operatur għall-eżekuzzjoni tax-xogħol jew il-forniment tas-servizz jiddependi mid-domanda reali għal jew id-disponibbiltà tas-servizz jew l-assi.

(7) Id-diffikultajiet relatati mal-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ konċessjoni ġġeneraw inċertezza legali kontinwa fost il-partijiet interessati u taw lok għal bosta sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar dan is-suġġett. Għalhekk, id-definizzjoni ta’ konċessjoni għandha tiġi ċċarata, b’mod partikolari billi jkun hemm referenza għall-kunċett ta' riskju tal-operar. Il-karatteristika prinċipali ta’ konċessjoni, id-dritt li jiġu sfruttati x-xogħlijiet jew is-servizzi, dejjem jimplika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ parti sostanzjali tar-riskju ekonomiku li jinvolvi l-possibbiltà li ma jiġborx lura l-investimenti u l-ispejjeż li jkunu saru fl-operar tax-xogħlijiet jew is-servizzi mogħtija taħt kundizzjonijiet operattivi normali. Il-fatt li r-riskju huwa limitat ħafna mill-bidu, b'mod partikolari minħabba r-regoli dettaljati tal-liġi pubblika li tiggverna x-xogħlijiet jew is-servizzi li huma l-għan tal-konċessjoni, m'għandux jipprekludi l-kwalifikazzjoni tal-kuntratt bħala konċessjoni. L-applikazzjoni ta’ regoli speċifiċi li jirregolaw l-għoti ta’ konċessjonijiet ma tkunx ġustifikata jekk il-konċedent jeżenta lill-konċessjonarju minn kwalunkwe telf potenzjali, billi tiggarantixxi dħul minimu, daqs jew ogħla mill-ispejjeż li l-kuntrattur ikollu jġarrab b’rabta mat-twettiq tal-kuntratt. Fl-istess ħin għandu jkun iċċarat li ċerti arranġamenti li huma kompletament imħallsa minn awtorità kontraenti jew minn entità kontraenti għandhom jikkwalifikaw bħala konċessjonijiet fejn l-irkupru tal-investimenti u l-ispejjeż imġarrba mill-operatur għall-eżekuzzjoni tax-xogħol jew il-forniment tas-servizz jiddependi mid-domanda reali għal jew id-disponibbiltà tas-servizz jew l-assi.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Riskju operattiv għandu jirriżulta mill-fatturi li huma barra mill-kontroll tal-partijiet u b'hekk ma jistgħux jirriżultaw mit-twettiq inadegwat tal-kuntratt minn kwalunkwe parti tal-kuntratt. Huwa definit bħala r-riskju ta’ espożizzjoni għall-inċertezzi tas-suq, li jistgħu jikkonsistu minn, jew riskju ta' domanda jew riskju ta' provvista, jew kemm riskju ta' domanda u ta' provvista. Ir-riskju operattiv jista' jinkludi, pereżempju, ir-riskju li l-provvista tas-servizzi ma tkunx taqbel mad-domanda, ir-riskju li dawk responsabbli ma jkunux kapaċi jħallsu għas-servizzi provduti, jew ir-riskju li l-ispejjeż biex joperaw is-servizzi ma jkunux għal kollox koperti mid-dħul.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni u t-tifsira tar-"riskju ta' disponibilità" fil-Paragrafu 2 tal-Artikolu 2 mhumiex ċari ħafna. Din il-premessa ġdida proposta hija tentattiv biex ikun hemm rabta bejnha u bejn id-deċiżjonijiet tal-konċessjonarju dwar l-investimenti tiegħu fit-twettiq tal-konċessjoni

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-kunċett ta’ drittijiet speċjali jew esklussivi huwa ċentrali għad-definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, peress li entitajiet li la jkunu entitajiet kontraenti skont l-Artikolu 4(1)(1) u lanqas impriżi pubbliċi huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tagħha sal-punt biss li huma jeżerċitaw waħda mill-attivitajiet koperti fuq il-bażi ta' dawn id-drittijiet. Għalhekk huwa xieraq li jiġi ċċarat li d-drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura bbażata fuq kriterji oġġettivi, b’mod partikolari skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, u li għalihom ġiet assigurata pubbliċità adegwata ma jikkostitwixxux drittijiet speċjali jew esklussivi għall-finijiet ta’ din id-Direttiva. Din il-leġiżlazzjoni għandha tinkludi d-Direttiva 98/30/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tirrigwarda regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali, id-Direttiva 96/92/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1996 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku, id-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz, id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1994 dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta’ awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta' October 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70. Il-forom dejjem aktar diversi ta’ azzjoni pubblika ħolqu l-ħtieġa ta' definizzjoni aktar ċara tal-kunċett stess ta’ akkwist. Ir-regoli tal-Unjoni dwar il-konċessjonijiet jirreferu għall-akkwist ta' xogħlijiet jew servizzi għal korrispettiv li jikkonsisti fl-isfruttament ta' dawk ix-xogħlijiet jew is-servizzi. Il-kunċett ta' akkwist għandu ġeneralment jinftiehem fis-sens tal-ksib tal-benefiċċji tax-xogħlijiet jew is-servizzi inkwistjoni li mhux dejjem jirrikjedi t-trasferiment tas-sjieda lill-awtoritajiet kontraenti jew lill-entitajiet kontraenti. Barra minn hekk, is-sempliċiment finanzjar ta’ attività, li ta’ spiss ikun marbut mal-obbligu ta’ rimborż tal-ammonti riċevuti meta dawn ma jintużawx għall-finijiet maħsuba, normalment ma jaqax taħt din id-Direttiva.

(9) Il-kunċett ta’ drittijiet speċjali jew esklussivi huwa ċentrali għad-definizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, peress li entitajiet li la jkunu entitajiet kontraenti skont l-Artikolu 4(1)(1) u lanqas impriżi pubbliċi huma soġġetti għad-dispożizzjonijiet tagħha sal-punt biss li huma jeżerċitaw waħda mill-attivitajiet koperti fuq il-bażi ta' dawn id-drittijiet.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-verżjoni emendata tal-Artikolu 4(3).

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Barra minn hekk, inħolqot il-ħtieġa li jiġi ċċarat x’għandu jinftiehem bħala akkwist wieħed, bl-effett li l-valur aggregat tal-konċessjonijiet kollha konklużi għall-finijiet ta’ dan l-akkwist għandu jittieħed inkunsiderazzjoni fir-rigward tal-limiti stabbiliti ta’ din id-Direttiva, filwaqt li l-akkwist għandu jiġi riklamat bħala ħaġa sħiħa, possibbilment maqsum f’lottijiet. Il-kunċett ta' akkwist wieħed jinkludi l-provvisti, ix-xogħlijiet u s-servizzi kollha meħtieġa biex jitwettaq proġett partikolari. Indikazzjonijiet għall-eżistenza ta’ proġett wieħed jistgħu pereżempju jikkonsistu f’ippjanar u konċepiment ġenerali minn qabel mill-awtorità kontraenti, il-fatt li l-elementi differenti mixtrija jissodisfaw funzjoni ekonomika u teknika waħda jew li huma bxi mod ieħor loġikament interkonnessi.

(10) Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal kuntratti ta' konċessjoni li l-valur tagħhom huwa ugwali għal ċerti limiti minimi, jew akbar minnhom, li għandhom jirriflettu interess transkonfinali ċar għall-konċessjonijiet għall-operaturi ekonomiċi li jkunu jinsabu fi Stati Membri oħra. Konsegwentement, il-metodu ta' kalkolu tal-valur stmat ta' konċessjoni jeħtieġ li jiġi definit, u għandu jkun identiku għall-konċessjonijiet ta' xogħlijiet u servizzi, peress li l-maġġoranza tal-kuntratti huma mħallta. Għandu jinkludi l-fatt li jitqies il-fatturat kumulattiv tal-konċessjoni kkonċernata, bl-esklużjoni tat-taxxa, matul il-perjodu tal-kuntratt stmat mill-konċedent. Il-valur ta' konċessjoni għandu jqis il-valur tax-xogħlijiet u/jew is-servizzi kollha koperti mill-kuntratt u li jifformaw parti mill-istess proġett ta' konċessjoni. Indikazzjonijiet għall-eżistenza ta’ proġett wieħed jistgħu pereżempju jikkonsistu f’ippjanar u konċepiment ġenerali minn qabel mill-konċedent, il-fatt li l-elementi differenti tal-konċessjoni jissodisfaw funzjoni ekonomika u teknika waħda, li huma b'xi mod ieħor loġikament interkonnessi, jew li jeħtieġu l-istess tipi ta' investiment mill-konċessjonarju.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-verżjonijiet emendati tal-Artikoli 5 u 6.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex jiġi żgurat ftuħ reali tas-suq u bilanċ ġust fl-applikazzjoni tar-regoli tal-għoti tal-konċessjonijiet fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali huwa meħtieġ li l-entitajiet koperti jiġu identifikati fuq bażi li mhijiex l-istatus legali tagħhom. Għalhekk, għandu jiġi żgurat, li ma jiġix preġudikat it-trattament indaqs tal-entitajiet kontraenti li joperaw fis-settur pubbliku u ta’ dawk li joperaw fis-settur privat. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat, f’konformità mal-Artikolu 345 tat-Trattat, li ma jiġux preġudikati r-regoli li jirregolaw is-sistema tas-sjieda tal-proprjetà fl-Istati Membri.

(11) Sabiex jiġi żgurat l-aċċess reali għas-suq u bilanċ ġust fl-applikazzjoni tar-regoli tal-għoti tal-konċessjonijiet fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali huwa meħtieġ li l-entitajiet koperti jiġu identifikati b'mod ċar fuq bażi li mhijiex l-istatus legali tagħhom. Għandu jiġi żgurat it-trattament indaqs tal-entitajiet kontraenti li joperaw fis-settur pubbliku u ta’ dawk li joperaw fis-settur privat. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat, f’konformità mal-Artikolu 345 tat-Trattat, li ma jiġux preġudikati r-regoli li jirregolaw is-sistema tas-sjieda tal-proprjetà fl-Istati Membri.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-konċessjonijiet jistgħu jingħataw mill-entitajiet kontraenti bl-iskop li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ diversi attivitajiet, li possibbilment huma suġġetti għal reġimi legali differenti. Għandu jiġi ċċarat li r-reġim legali applikabbli għal konċessjoni waħda maħsuba li tkopri diversi attivitajiet għandu jkun soġġett għar-regoli applikabbli għall-attività li għaliha tkun maħsuba prinċipalment. Id-determinazzjoni tal-attività li għaliha l-konċessjoni tkun prinċipalment maħsuba tista’ tkun ibbażata fuq analiżi tar-rekwiżiti li l-konċessjoni speċifika trid tilħaq, imwettqa mill-entità kontraenti bil-għan li jiġi estimat il-valur tal-konċessjoni u biex jitfasslu d-dokumenti tal-għoti tal-konċessjoni. F 'ċerti każijiet, jista' jkun oġġettivament impossibbli li jiġi stabbilit għal liema attività il-konċessjoni hija maħsuba prinċipalment. Ir-regoli applikabbli għall-każijiet bħal dawn għandhom jiġu indikati.

(12) Il-konċessjonijiet jistgħu jingħataw mill-konċedent bl-iskop li jintlaħqu r-rekwiżiti ta’ diversi attivitajiet, li possibbilment huma suġġetti għal reġimi legali differenti. Għandu jiġi ċċarat li r-reġim legali applikabbli għal konċessjoni waħda maħsuba li tkopri diversi attivitajiet għandu jkun soġġett għar-regoli applikabbli għall-attività li għaliha tkun maħsuba prinċipalment. Id-determinazzjoni tal-attività li għaliha l-konċessjoni tkun prinċipalment maħsuba tista’ tkun ibbażata fuq analiżi tar-rekwiżiti li l-konċessjoni speċifika trid tilħaq, imwettqa mill-konċedent bil-għan li jiġi estimat il-valur tal-konċessjoni u biex jitfasslu d-dokumenti tal-konċessjoni. F 'ċerti każijiet, jista' jkun oġġettivament impossibbli li jiġi stabbilit għal liema attività il-konċessjoni hija maħsuba prinċipalment. Ir-regoli applikabbli għall-każijiet bħal dawn għandhom jiġu indikati.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Huwa xieraq li jiġu jesklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva ċerti konċessjonijiet ta' servizzi mogħtija lil operatur ekonomiku li huwa stess ikun awtorità kontraenti jew entità kontraenti fuq il-bażi ta' dritt esklussiv li dak l-operatur igawdi skont il-liġi nazzjonali jew att amministrattiv ippublikat u li jkun ingħata skont it-Trattat u l-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tan-networks tal-infrastruttura relatata mal-attivitajiet stipulati fl-Anness III, billi tali dritt esklussiv jagħmilha impossibbli li tiġi segwita proċedura kompetittiva għall-għoti. B'deroga u mingħajr preġudizzju għall-konsegwenzi legali tal-esklużjoni ġenerali mill-ambitu ta 'din id-Direttiva, il-konċessjonijiet kif definit fl-Artikolu 8(1) għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu ta' pubblikazzjoni ta' avviż tal-għoti ta' konċessjoni sabiex tkun żgurata t-trasparenza bażika sakemm il-kondizzjonijiet ta' din it-trasparenza ma jkunux previsti fil-leġiżlazzjoni settorjali.

(13) Huwa xieraq li jiġu jesklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva ċerti konċessjonijiet ta' servizzi relatati ma' attività stipulata fl-Anness III, inklużi dawk il-konċessjonijiet ta' servizzi rigward l-immaniġġjar tal-infrastruttura tan-netwerk relatata ma' tali attività, meta dawk il-konċessjonijiet ikunu mogħtija lil operatur ekonomiku li jgawdi mid-dritt esklussiv skont il-liġi, regolament jew att amministrattiv nazzjonali ppublikat u li jkun ingħata skont it-Trattat u l-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni, billi tali dritt esklussiv jagħmilha impossibbli li tiġi segwita proċedura kompetittiva għall-għoti. B'deroga u mingħajr preġudizzju għall-konsegwenzi legali tal-esklużjoni ġenerali mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, tali konċessjonijiet għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu ta' pubblikazzjoni ta' avviż tal-għoti ta' konċessjoni sabiex tkun żgurata t-trasparenza bażika sakemm il-kondizzjonijiet ta' din it-trasparenza ma jkunux previsti fil-leġiżlazzjoni settorjali. Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza, fejn Stat Membru jagħti dritt esklussiv lil operatur ekonomiku għall-eżerċizzju ta' waħda mill-attivitajiet stipulati fl-Anness III, huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar dan.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Huwa xieraq li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva konċessjonijiet relatati mal-attivitajiet tal-logħob tal-azzard li jinvolvu riskju finanzjarju permezz tal-investiment ta' somma ta' flus fil-logħob tal-azzard (jiġifieri lotteriji jew imħatri), li jingħataw minn korp jew aktar ta' Stat Membru wieħed jew aktar skont id-drittijiet esklussivi mogħtija bi qbil mal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli bi qbil mat-Trattati. Dik l-esklużjoni hija ġġustifikata mill-għoti ta' drittijiet esklussivi lil korp wieħed jew aktar f'livell nazzjonali u b'hekk proċedura kompetittiva ssir inapplikabbli, kif ukoll mill-ħtieġa li tinżamm il-possibilità għall-Istati Membri biex jirregolaw is-settur tal-logħob tal-azzard fil-livell nazzjonali fid-dawl tal-obbligi tagħhom f'termini tal-protezzjoni tal-pubbliku u l-ordni soċjali.

Ġustifikazzjoni

Premessa ġdida li tikkjarifika l-esklużjoni ta' parti tas-settur tal-logħob tal-azzard. L-għoti ta' drittijiet esklussivi jagħmel proċedura kompetittiva inapplikabbli. L-Istati Membri jridu wkoll iżommu ċerta flessibilità f'dan is-settur sensittiv (protezzjoni tal-pubbliku u ordni soċjali). Il-kapaċità ta' Stat għall-azzjoni f'dan ir-rigward ma tridx titnaqqas mir-regoli li mhumiex xierqa għas-settur (pereżempju waqfien ta' operazzjoni ta' logħba tal-azzard).

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Il-kuntratti ta' servizzi fl-oqsma tad-difiża ċivili, il-protezzjoni ċivili u l-prevenzjoni tal-periklu għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawk l-oqsma jinkludu, b'mod partikolari, is-servizzi tal-ambulanza tal-emerġenza, li għandhom jiġu definiti bħala separati mis-servizzi tal-ambulanza għat-trasport tal-pazjenti. Sabiex tiġi żgurata protezzjoni ċivili b'suċċess u rispons għall-emerġenza fl-interessi tal-pubbliku ġenerali, għandu jkun biżżejjed li jiġu applikati l-prinċipji tal-liġi primarja.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c) Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għas-setgħa tal-Istati Membri li jagħtu, jiddefinixxu u jorganizzaw il-provvediment ta' kompitu ta' servizz pubbliku b’konformità mal-Protokoll Nru.29 anness mat-Trattati dwar is-sistema ta’ xandir pubbliku fl-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Għandha tiżdied premessa ġdida li tagħmel referenza espliċita għall-Protokoll ta' Amsterdam bħala strument tal-liġi primarja tal-UE. Din l-emenda tkun simili għar-referenza tal-Protokoll ta' Amsterdam fil-komunikazzjoni interpretattiva tal-Kummissjoni dwar il-konċessjonijiet skont il-liġi tal-Komunità.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Huwa xieraq li jiġu esklużi ċerti konċessjonijiet ta’ servizzi u xogħlijiet mogħtija lil impriżi assoċjati ma' entitajiet kontraenti, li jkollhom bħala l-attività prinċipali tagħhom l-għoti ta’ dawn is-servizzi jew xogħlijiet lill-grupp li jagħmlu parti minnu, aktar milli joffruhom fis-suq. Huwa xieraq ukoll li jiġu esklużi ċerti konċessjonijiet ta’ servizz u xogħlijiet mogħtija minn entità kontraenti lil impriża konġunta li hija magħmula minn għadd ta’ entitajiet kontraenti għall-għan li jitwettqu attivitajiet koperti minn din id-Direttiva u li l-entità hija parti minnhom. Madankollu, huwa xieraq li jiġi żgurat li din l-esklużjoni ma toħloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni għall-benefiċċju tal-impriżi jew l-impriżi konġunti li huma assoċjati mal-entitajiet kontraenti; huwa xieraq li jiġi pprovdut sett adegwat ta’ regoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-limiti massimi li fihom l-impriżi jistgħu jiksbu parti mill-fatturat tagħhom mis-suq u li ’l fuq minnhom jistgħu jitilfu l-possibbiltà li jingħataw konċessjonijiet mingħajr sejħa għall-kompetizzjoni, il-kompożizzjoni ta’ tali impriżi konġunti u l-istabbiltà tar-rabtiet bejn dawn l-impriżi konġunti u l-entitajiet kontraenti li huma magħmula minnhom.

(14) Huwa xieraq li jiġu esklużi ċerti konċessjonijiet ta’ servizzi u xogħlijiet mogħtija lil impriżi assoċjati ma' entitajiet kontraenti, b'parteċipazzjoni privata jew mingħajrha, u li jkollhom bħala l-attività prinċipali tagħhom l-għoti ta’ dawn is-servizzi jew xogħlijiet lill-grupp li jagħmlu parti minnu, aktar milli joffruhom fis-suq. Huwa xieraq ukoll li jiġu esklużi ċerti konċessjonijiet ta’ servizz u xogħlijiet mogħtija minn entità kontraenti lil impriża konġunta li hija magħmula minn għadd ta’ entitajiet kontraenti għall-għan li jitwettqu attivitajiet koperti minn din id-Direttiva u li l-entità hija parti minnhom. Madankollu, huwa xieraq li jiġi żgurat li din l-esklużjoni ma toħloqx distorsjoni fil-kompetizzjoni għall-benefiċċju tal-impriżi jew l-impriżi konġunti li huma assoċjati mal-entitajiet kontraenti; huwa xieraq li jiġi pprovdut sett adegwat ta’ regoli, b’mod partikolari fir-rigward tal-limiti massimi li fihom l-impriżi jistgħu jiksbu parti mill-fatturat tagħhom mis-suq u li ’l fuq minnhom jistgħu jitilfu l-possibbiltà li jingħataw konċessjonijiet mingħajr sejħa għall-kompetizzjoni, il-kompożizzjoni ta’ tali impriżi konġunti u l-istabbiltà tar-rabtiet bejn dawn l-impriżi konġunti u l-entitajiet kontraenti li huma magħmula minnhom.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-Artikolu 11 dwar l-impriżi assoċjati. Fil-kuntest ta' dan l-artikolu, il-parteċipazzjoni privata f'impriżi assoċjati hija awtorizzata, għall-kuntrarju tal-Artikolu 15 dwar il-kooperazzjoni pubblika-pubblika, fejn mhija possibbli l-ebda parteċipazzjoni fil-persuna legali kkontrollata mill-awtorità kontraenti jew entità.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Fis-settur tal-ilma jaf ikun hemm l-hekk imsejħa impriżi affiljati b'ħafna attivitajiet li joperaw f'setturi oħrajn tal-attività bi strutturi tas-suq differenti (pereżempju kemm liberalizzati kif ukoll mhux liberalizzati) u li jistgħu jaffaċċjaw problemi strutturali fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti għal eżenzjoni previsti f'din id-Direttiva. Għalhekk, sabiex dawk l-impriżi affiljati jkunu permessi joperaw konċessjonijiet għall-għan li jfittxu attivitajiet fis-settur tal-ilma biex effettivament jagħmlu użu minn din l-eżenzjoni, jaf japplika perjodu tranżitorju sal-2020. Matul dak il-perjodu, jekk ċerti kundizzjonijiet jiġu sodisfati, il-konċessjonijiet eżistenti jistgħu jiġu estiżi mingħajr ma din id-Direttiva tiġi applikata. Tabilħaqq, taħt l-Artikolu 11, għal impriża affiljata biex tkun eżenti, 80% tal-fatturat totali medju tagħha jrid joħroġ mill-attivitajiet tagħha mal-membri tal-grupp ekonomiku li jagħmlu parti minnu, direttament lilhom jew liċ-ċittadini f'isimhom. Madankollu, għal impriżi affiljati b'ħafna attivitajiet li joperaw fis-settur tal-ilma, dan ir-rekwiżit tal-fatturat jista' jkun diffiċli li jiġi sodisfat għax il-fatturat ta' dawk l-impriżi jiġbor fih attivitajiet kemm fis-setturi liberalizzati kif ukoll dawk mhux liberalizzati. Il-perjodu tranżitorju huwa maħsub li jagħti lill-impriżi affiljati kkonċernati perjodu raġonevoli ta' żmien biex jadattaw l-organizzazzjoni interna tagħhom, possibilment billi l-kontabilità tagħhom għall-attivitajiet tagħhom fis-settur tal-ilma tiġi sseparata mill-attivitajiet l-oħrajn tagħhom. Sabiex tiġi limitata kwalunkwe distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni, il-kuntratti kkonċernati għandhom, madankollu, jintemmu sa Lulju 2020. Wara t-tmiem tal-perjodu tranżitorju, dan l-adattament tal-organizzazzjoni interna tagħhom għandha tippermetti li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal eżenzjonijiet għall-impriżi affiljati previsti f'din id-Direttiva.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti u maħsuba biex jippermettu t-twettiq ta' attività msemmija fl-Anness III jekk, fl-Istat Membru fejn issir din l-attività, tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li l-aċċess għalihom ma jkunx limitat, kif stabbilita skont il-proċedura prevista għal dan il-għan skont l-Art. 27 u 28 tad-Direttiva [attwalment 2004/17/KE]. Din il-proċedura għandha tipprovdi ċertezza legali għall-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll proċess xieraq ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, filwaqt li tiżgura applikazzjoni uniformi tal-liġi tal-Unjoni f’dan il-qasam, f’terminu qasir ta’ żmien.

(15) Il-konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti u maħsuba biex jippermettu t-twettiq ta' attività msemmija fl-Anness III fi Stat Membru li fih l-attività hija direttament esposta għall-kompetizzjoni fis-swieq li l-aċċess għalihom ma jkunx limitat, m'għandhomx jitqiesu konċessjonijiet skont it-tifsira ta' din id-Direttiva, u għalhekk m'għandhomx ikunu suġġetti għaliha. L-espożizzjoni diretta għall-kompetizzjoni għandha tkun analizzata skont l-Art. 27 u 28 tad-Direttiva 2004/17/KE. Din il-proċedura għandha tipprovdi ċertezza legali għall-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll proċess xieraq ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, filwaqt li tiżgura applikazzjoni uniformi tal-liġi tal-Unjoni f’dan il-qasam, f’terminu qasir ta’ żmien.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-verżjoni emendata tal-Artikolu 14.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Din id-Direttiva ma tapplikax għall-għoti ta' konċessjonijiet imwettaq minn organizzazzjonijiet internazzjonali f'isimhom stess u għalihom infushom. Hemm, madankollu, il-ħtieġa li jiġi ċċarat sa liema punt huwa xieraq li din id-Direttiva tiġi applikata għall-għoti ta' konċessjonijiet regolati minn regoli internazzjonali speċifiċi.

(16) Din id-Direttiva ma tapplikax għall-għoti ta' konċessjonijiet imwettaq minn organizzazzjonijiet internazzjonali f'isimhom stess u għalihom infushom. Hemm, madankollu, il-ħtieġa li jiġi investigat sa liema punt huwa xieraq li din id-Direttiva tiġi applikata għall-għotjiet ta' konċessjonijiet regolati minn regoli internazzjonali speċifiċi ħalli tkun permessa ċertezza legali akbar għall-operaturi ekonomiċi. Minħabba l-fatt li s-suq intern u s-swieq internazzjonali qed isiru dejjem aktar interdipendenti, il-prinċipjii tal-Unjoni, bħat-trasparenza, pożizzjoni mingħajr kompromessi kontra l-korruzzjoni, ir-regola tar-reċiproċità u l-progress fil-qasam tad-drittijiet soċjali u d-drittijiet tal-bniedem, għandhom ikunu promossi b'mod xieraq fil-politika fil-qasam tal-akkwist pubbliku.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Hemm inċertezza legali konsiderevoli dwar kemm il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi koperta b'regoli dwar l-għoti ta' konċessjonijiet. Il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija interpretata b’mod differenti fost l-Istati Membri u anki fost l-awtoritajiet kontraenti jew ċerti entitajiet kontraenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi ċċarat f’liema każijiet, il-konċessjonijiet konklużi bejn dawn l-awtoritatijiet kontraenti mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli tal-għoti tal-konċessjonijiet pubbliċi. Din il-kjarifika għandha tkun iggwidata mill-prinċipji stabbiliti fil-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-fatt biss li ż-żewġ partijiet għal ftehim ikunu huma stess awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti skont l-Art. 4 (1) (1) ma għandux bħala tali jeskludi l-applikazzjoni ta' regoli għall-għoti ta' konċessjonijiet. Madankollu, l-applikazzjoni ta' regoli tal-għoti ta' konċessjonijiet ma għandhiex tinterferixxi mal-libertà tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu kif jorganizzaw il-mod li bih iwettqu l-kompiti tagħhom ta’ servizz pubbliku. Konċessjonijiet mogħtija lil entitajiet kontrollati jew kooperazzjoni għall-eżekuzzjoni konġunta tal-kompiti ta’ servizz pubbliku tal-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti għandhom għalhekk jiġu eżentati mill-applikazzjoni tar-regoli jekk jiġu ssodisfati il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. Din id-Direttiva għandu jkollha l-għan li tiżgura li kull kooperazzjoni eżentata bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma tikkawżax distorsjoni fil-kompetizzjoni fir-rigward tal-atturi ekonomiċi privati. Lanqas il-parteċipazzjoni ta’ awtorità kontraenti bħala offerent fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku ma għandha tikkawża kwalunkwe distorsjoni fil-kompetizzjoni.

(17) Hemm inċertezza legali konsiderevoli dwar kemm il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi koperta b'regoli dwar l-għoti ta' konċessjonijiet. Il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija interpretata b’mod differenti fost l-Istati Membri. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi ċċarat, bi qbil ma' dik il-ġurisprudenza, taħt liema kundizzjonijiet l-għoti ta' konċessjonijiet konklużi bejn l-awtoritatijiet pubbliċi ma jkunx soġġett għar-regoli stipulati f'din id-Direttiva. Din il-kjarifika għandha tkun iggwidata mill-prinċipji stabbiliti fil-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. Il-fatt biss li ż-żewġ partijiet għal ftehim ikunu huma stess awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti skont l-Art. 4 (1) (a) ma għandux bħala tali jeskludi l-applikazzjoni ta' regoli għall-għoti ta' konċessjonijiet. L-applikazzjoni tar-regoli tal-għoti ta' konċessjoni ma għandhiex tinterferixxi mad-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu liberament kif jorganizzaw il-mod li bih iwettqu l-kompiti tagħhom ta’ servizz pubbliku. L-għoti ta' konċessjonijiet mogħtija lil entitajiet kontrollati għandhom għalhekk jiġu eżentati mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva jekk jiġu ssodisfati il-kundizzjonijiet. Il-parteċipazzjoni ta’ awtorità kontraenti bħala offerent fi proċedura għall-għoti ta’ konċessjoni ma għandhiex tikkawża xi distorsjoni fil-kompetizzjoni. Sabiex jinkiseb dan, il-kundizzjonijiet għall-esklużjoni tal-kuntratti mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom ikunu soġġetti għal interpretazzjoni stretta. Jekk waħda mill-kundizzjonijiet kumulattivi għall-esklużjoni mill-kamp ta' applikazzjoni ma tibqax sodisfata aktar matul it-terminu ta' kuntratt jew kooperazzjoni li ġiet eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, dak il-kuntratt jew kooperazzjoni li jkunu għaddejjin iridu jinfetħu għall-kompetizzjoni permezz ta' proċeduri ta' għoti ta' konċessjoni regolari.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-premessa. Il-kwistjoni ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi bil-għan li titwettaq b'mod konġunt missjoni tas-servizz pubbliku hija koperta f'premessa ġdida u separata.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a) Kundizzjoni waħda biex jiġi determinat jekk konċessjoni mogħtija minn awtorità kontraenti jew entità kontraenti, kif imsemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1), lil persuna legali oħra għandhiex taqa' barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, hija li tali awtorità jew entità teżerċita kontroll fuq il-persuna legali kkonċernata b'mod li jkun simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess. Dan ifisser li teżerċita influwenza deċiżiva fuq kemm l-objettivi strateġiċi kif ukoll id-deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna legali kkontrollata. Bil-għan li jiġi ddeterminat jekk tali kontroll qed jiġi eżerċitat, jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati fatturi bħal-livell ta’ rappreżentanza fuq korpi amministrattivi, ta’ ġestjoni jew ta’ sorveljanza, id-dispożizzjonijiet relevanti tal-artikoli ta' assoċjazzjoni jew l-arranġamenti tas-sjieda; mhuwiex meħtieġ, skont din id-Direttiva, li persuna legali kkontrollata tkun għal kollox taħt is-sjieda ta' awtorità jew entità kontraenti. Il-kundizzjonijiet imsemmija hawn fuq għandhom japplikaw mutatis mutandis jekk awtorità kontraenti tagħti kuntratt pubbliku lil persuni legali kkontrollati minnha flimkien ma’ awtoritajiet kontraenti oħra.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17b) Il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi lokali, jew bejn l-awtoritajiet pubbliċi lokali u l-gruppi magħmula esklussivament minn awtoritajiet pubbliċi lokali, bil-għan li jiżguraw b'mod konġunt l-organizzazzjoni tal-istess missjoni tas-servizz pubbliku għal għan ta' interess pubbliku bħala parti mill-organizzazzjoni istituzzjonali u amministrattiva interna ta' Stat Membru, għandha tiġi eżentata mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Il-liġi tal-Unjoni ma teħtiġx l-użu ta’ forma legali partikolari fuq l-awtoritajiet pubbliċi sabiex jipprovdu l-kompitu tas-servizzi pubbliċi b’mod konġunt. Bl-istess mod, it-trasferimenti tas-setgħat relatati mal-missjonijiet tas-servizz pubbliku li jinvolvu trasferiment globali ta' responsabilità bejn l-awtoritajiet pubbliċi lokali jew bejn awtoritajiet pubbliċi lokali u gruppi magħmula esklussivament minn awtoritajiet pubbliċi lokali, bħala parti mill-organizzazzjoni istituzzjonali u amministrattiva interna tal-Istati Membri u skont il-liġi jew regolament nazzjonali applikabbli, għandhom ikunu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 17c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17c) It-tul ta' żmien ta' konċessjoni għandu jkun limitat sabiex l-għeluq minn qabel tas-suq ikun evitat u ma jkunx hemm prevenzjoni tal-kompetizzjoni.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Sabiex tiżgura riklamar adegwat ta' konċessjonijiet ta' xogħlijiet u servizzi 'l fuq minn ċertu valur mogħti minn entitajiet kontraenti u minn awtoritajiet kontraenti, l-għoti ta' kuntratti bħal dawn għandu jkun preċedut b'pubblikazzjoni obbligatorja ta' avviż ta' konċessjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-limiti għandhom jirriflettu interess transkonfinali ċar għall-konċessjonijiet għall-operaturi ekonomiċi li jkunu jinsabu fi Stati Membri oħra. Sabiex jiġi kkalkulat il-valur ta’ konċessjoni ta’ servizzi, għandu jiġi kkunsidrat il-valur estimat tas-servizzi kollha li għandhom jiġu pprovduti mill-konċessjonarju mill-perspettiva ta’ offerent potenzjali.

(18) Sabiex tiżgura riklamar adegwat ta' konċessjonijiet ta' xogħlijiet u servizzi ugwali għal jew 'il fuq minn ċertu limitu minimu, l-għoti ta' kuntratti bħal dawn għandu jkun preċedut b'pubblikazzjoni obbligatorja ta' avviż ta' konċessjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

In-nozzjoni ta' limitu minimu u l-metodu ta' kalkolu huma ttrattati u ċċarati f'premessa 10, bi qbil mal-verżjonijiet emendati tal-Artikoli 5 u 6.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Fid-dawl tal-effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni, l-għoti ta' konċessjonijiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel għandhom ikunu permessi biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna. Din l-eċċezzjoni għandha tiġi llimitata għal każijiet fejn huwa ċar mill-bidu nett li pubblikazzjoni ma twassalx għal aktar kompetizzjoni, notevolment għaliex oġġettivament hemm operatur ekonomiku wieħed biss li jista' jwettaq il-konċessjoni. Sitwazzjonijiet ta' esklussività oġġettiva biss jistgħu jiġġustifikaw l-għoti ta' konċessjoni mingħajr pubblikazzjoni lil xi operatur ekonomiku, fejn is-sitwazzjoni ta’ esklussività ma tkunx inħolqot mill-awtorità jew l-entità kontraenti nnifisha fid-dawl tal-proċedura futura tal-għoti, u fejn m'hemm l-ebda sostitut adegwat, li d-disponibbiltà tiegħu trid tiġi vvalutata bir-reqqa.

(19) Fid-dawl tal-effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni, l-għoti ta' konċessjonijiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel għandu jkun permess biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna u jkun limitat għal każijiet fejn huwa ċar mill-bidu nett li pubblikazzjoni ma twassalx għal aktar kompetizzjoni, notevolment għaliex oġġettivament hemm operatur ekonomiku wieħed biss li jista' jwettaq il-konċessjoni jew meta s-soġġett tal-konċessjoni jikkonċerna servizzi soċjali jew servizzi speċifiċi oħra b'impatt transkonfinali minimu.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika ta' każijiet fejn avviż ta' konċessjoni ma jkunx neċessarju. Din il-premessa hija aġġornata partikolarment fir-rigward tat-tneħħija ta' avviż tal-informazzjoni minn qabel għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn inizjalment previsti fl-Artikolu 26(3).

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Reviżjoni tal-hekk imsejħa servizzi ta’ prijorità u mhux ta’ prijorità (servizzi “A” u “B”) mill-Kummissjoni wriet li mhuwiex ġustifikat li tiġi ristretta l-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-akkwist għal grupp limitat ta ’servizzi. Bħala riżultat, din id-Direttiva għandha tapplika għal għadd ta ’servizzi (bħal servizzi ta’ catering u tad-distribuzzjoni tal-ilma), li t-tnejn urew potenzjal għall-kummerċ transkonfinali.

(20) Fil-kuntest tar-riforma ta' regoli ta' kuntratti pubbliċi, reviżjoni tal-hekk imsejħa servizzi ta’ prijorità u mhux ta’ prijorità (servizzi “A” u “B”) mill-Kummissjoni wriet li mhuwiex ġustifikat li tiġi ristretta l-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-akkwist għal grupp limitat ta ’servizzi. Bħala riżultat, din id-Direttiva għandha tapplika għal għadd ta ’servizzi, li wrew potenzjal għall-kummerċ transkonfinali.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Fid-dawl tar-riżultati tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni dwar ir-riforma tar-regoli tal-akkwist pubbliku huwa xieraq li jiġu esklużi mill-applikazzjoni sħiħa ta 'din id-Direttiva biss dawk is-servizzi li jkollhom dimensjoni transkonfinali limitata, jiġifieri l-hekk imsejħa servizzi lill-persuna bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi. Dawn is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għalhekk għandu jiġi stabbilit reġim speċifiku għall-konċessjoni ta' dawn is-servizzi li jqis l-fatt li huma qed jiġu rregolati għall-ewwel darba. Obbligu li jippubblikaw avviż ta’ informazzjoni minn qabel u avviż tal-għoti ta' konċessjoni ta' kwalunkwe konċessjoni b' valur daqs jew akbar mil-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva huwa mod adegwat sabiex tingħata informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ negozju lil offerenti potenzjali kif ukoll dwar l-għadd u t-tip ta' kuntratti mogħtija lill-partijiet interessati kollha. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri xierqa b'referenza għall-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni għal dawn is-servizzi immirati li jiżguraw konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u t-trattament ugwali ta’ operaturi ekonomiċi filwaqt li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jqisu l-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà u l-komprensività tas-servizzi, l-bżonnijiet speċifiċi ta' kategoriji differenti ta' utenti, l-involviment u l-għoti tas-setgħa lill-utenti u l-innovazzjoni.

(21) Fid-dawl tar-riżultati tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni dwar ir-riforma tar-regoli tal-akkwist pubbliku huwa xieraq li jiġu esklużi mill-applikazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva biss dawk is-servizzi li jkollhom dimensjoni transkonfinali limitata, jiġifieri l-hekk imsejħa servizzi lill-persuna bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi. Dawn is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għalhekk għandu jiġi stabbilit reġim eħfef għall-konċessjoni ta' dawn is-servizzi li jqis il-fatt li huma qed jiġu rregolati għall-ewwel darba. Obbligu li jippubblikaw avviż tal-għoti ta' konċessjoni għal kwalunkwe konċessjoni b' valur daqs jew akbar mil-limitu minimu stabbilit f’din id-Direttiva huwa mod adegwat sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju tat-trasparenza filwaqt li jippermetti lill-konċedent iqis l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konċedent jista' jqis il-ħtieġa li jiġu żgurati l-innovazzjoni u, skont l-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll Nru.26 anness mat-Trattati, livell għoli ta' kwalità, sigurtà u affordabilità, trattament ugwali u l-promozzjoni tal-aċċess universali u d-drittijiet tal-utenti.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal direttiva ma żżommx l-awtoritajiet pubbliċi milli jwaqqfu livell xieraq ta' kwalità, jew obbligi pubbliċi ta' servizz pubbliku, fil-kuntest ta' kuntratt ta' konċessjoni. Id-Direttiva tirregola l-għoti tal-kuntratti, imma mhux l-objettivi mfittxija mill-awtoritajiet pubbliċi biex jingħatawlhom.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Din id-Direttiva ma għandhiex tkun ta' ħsara għal-libertà tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jiddefinixxu, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom u l-karatteristiċi tas-servizz li għandu jiġi pprovdut, inkluż kull kundizzjoni rigward il-kwalità tas-servizz, sabiex jiġu segwiti l-objettivi tal-politika pubblika tagħhom. Għandha tkun ukoll mingħajr ħsara għas-setgħa tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jipprovdu, jikkummissjonaw u jiffinanzjaw servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali skont l-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll Nru.26 anness mat-Trattati. Flimkien ma' dan, din id-Direttiva ma tittrattax il-finanzjament tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew is-sistemi ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati Membri, b’mod partikolari fil-qasam soċjali, skont ir-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Tfakkira tal-libertà tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali li jiddefinixxu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u jeżegwixxu u jiffinanzjaw is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali f'konformità mat-Trattati.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawn is-servizzi, l-Istati Membri għandhom jingħataw diskrezzjoni wiesgħa sabiex jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Ir-regoli ta' din id-Direttiva ma jżommux lill-Istati Membri milli japplikaw kriterji speċifiċi ta' kwalità għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas tal-Kwalità Ewropea għas-Servizzi Soċjali tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea volontarju. L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet pubbliċi jibqgħu liberi li jipprovdu dawn is-servizzi huma stess jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni ta’ konċessjonijiet, pereżempju permezz tas-sempliċi finanzjament ta’ dawn is-servizzi jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-awtorità jew l-entità kontraenti, mingħajr l-ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistema tiżgura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji tat-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni.

(22) Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawn is-servizzi, l-Istati Membri għandu jkollhom diskrezzjoni wiesgħa sabiex jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Ir-regoli ta' din id-Direttiva ma jżommux lill-Istati Membri milli japplikaw kriterji speċifiċi ta' kwalità għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas tal-Kwalità Ewropea għas-Servizzi Soċjali tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea volontarju. L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet pubbliċi jibqgħu liberi li jipprovdu dawn is-servizzi huma stess jew li jorganizzawhom b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni ta’ konċessjonijiet, pereżempju permezz tas-sempliċi finanzjament ta’ dawn is-servizzi jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-awtorità jew l-entità kontraenti, mingħajr l-ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistema tiżgura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji tat-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a) Sabiex tiġi żgurata l-kunfidenzjalità matul il-proċedura, il-konċedenti m'għandhomx jiżvelaw informazzjoni li jkunu ppreżentawlhom l-operaturi ekonomiċi u li jkunu identifikaw bħala kunfidenzjali. In-nuqqas ta' konformità ma' dak l-obbligu għandu jagħmel lill-konċedent responsabbli, jekk tista' tiġi murija l-ħsara b'mod ċar mill-operatur ekonomiku. B'mod simili, l-operaturi ekonomiċi m'għandhomx jiżvelaw informazzjoni li ġiet identifikata bħala kunfidenzjali. In-nuqqas ta' konformità ma' dak l-obbligu għandu jagħmel lill-operaturi ekonomiċi responsabbli.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Premessa 22b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22b) Il-proċedura għall-għoti ta' kuntratti ta' konċessjonijiet għandha tinkludi diversi stadji, fosthom il-pubblikazzjoni ta' avviż ta' konċessjoni li jippermetti lil min jagħti l-konċessjonijiet li jixtieq jagħti konċessjoni li jagħmel l-intenzjoni tiegħu pubblika; il-preżentazzjoni minn operaturi ekonomiċi interessati tal-applikazzjoni tagħhom bi tweġiba għal dak l-avviż. verifika tal-kondizzjonijiet ta' parteċipazzjoni għall-kandidati; is-sottomissjoni ta' offerta mill-kandidati; id-dritt ta' min jagħti l-konċessjonijiet li jinnegozja fuq bażi ta' kriterji oġġettivi ta' għoti; id-deċiżjoni dwar l-għoti minn min jagħti l-konċessjonijiet tal-kuntratt ta' konċessjoni lill-konċessjonarju u l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' għoti. Jeħtieġ li jkunu possibbli stadji intermedji, fosthom l-għażla ta' ċerti kandidati awtorizzati li jissottomettu offerta u li tintbagħat stedina għall-offerti lill-kandidati magħżula. Min jagħti l-konċessjonijiet għandu wkoll ikun jista' javviċina operaturi ekonomiċi li ma jkunux wieġbu għall-avviż ta' konċessjoni. Barra minn hekk, u sakemm ikun hemm konformità mal-prinċipji ta' trasparenza u nondiskriminazzjoni, għandu jkun possibbli li tinbidel l-ordni ta' ċerti stadji, fosthom, pereżempju, l-analiżi ta' offerti sottomessi qabel il-verifika tal-konformità mal-kriterji ta' għażla. Soġġett għall-konformità ma' din id-Direttiva, min jagħti l-konċessjonijiet għandu jkun permess flessibilità konsiderevoli biex jiddefinixxi l-proċedura li twassal għall-għażla tal-konċessjonarju, fejn l-uniċi żewġ stadji mandatorji huma l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' konċessjoni fil-bidu tal-proċedura, ħlief meta din ma tkunx meħtieġa skont din id-Direttiva, u l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' għoti fl-aħħar tal-proċedura. Din il-libertà għandha tkun ibbilanċjata ma' rekwiżit ta' trasparenza u trattament ugwali tal-kandidati u l-offerenti.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-proċedura tal-għoti biex jitjieb il-fehim tal-artikoli dwar il-kondotta tal-proċedura, it-trasparenza u l-garanziji proċedurali. Insistenza dwar id-dritt tal-konċedent li jagħżel li jżid stadji intermedjarji jew li jaqleb l-ordni tal-istadji, f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u soġġett għal pubblikazzjoni obbligatorja ta' avviż ta' konċessjoni fil-bidu tal-proċedura u avviż tal-għoti fit-tmiem tal-proċedura.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Premessa 22c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22c) Sabiex jiġu miġġielda l-frodi, in-nepotiżmu u l-korruzzjoni u jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess, l-Istati Membri għandhom jadottaw regoli li jiżguraw it-trasparenza tal-proċedura tal-għoti u t-trattament ugwali tal-kandidati u l-offerenti kollha. Il-miżuri adottati għandhom jistabbilixxu u japplikaw sistemi komprensivi, azzjonabbli, indikaturi u ta’ monitoraġġ biex jipprevjenu, jidentifikaw u jeliminaw każijiet rappurtati ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interess u irregolaritajiet serji oħra fir-rigward tal-konċessjonijiet.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex ikun possibbli għall-operaturi kollha interessati li jissottomettu applikazzjonijiet u offerti, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu obbligati jirrispettaw limitu ta’ żmien minimu biex jirċievu dawn l-applikazzjonijiet.

(23) Sabiex ikun possibbli għall-operaturi kollha interessati li jissottomettu applikazzjonijiet jew offerti, il-konċedent għandu jkun obbligat jirrispetta limitu ta’ żmien minimu biex jirċievi dawn l-applikazzjonijiet jew offerti.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-għażla u l-applikazzjoni ta’ kriterji tal-għażla proporzjonali, nondiskriminatorji u ekwi hija kruċjali għall-aċċess effettiv tal-operaturi ekonomiċi għall-opportunitajiet ekonomiċi relatati mal-konċessjonijiet. B’mod partikolari, il-possibbiltà li kandidat jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra tista’ tkun deċiżiva sabiex tippermetti l-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi previst li l-kriterji tal-għażla jkunu relatati esklużivament mal-kapaċità teknika, finanzjarja u ekonomika tal-operaturi, jiġu mħabbra fl-avviż ta’ konċessjoni u ma jistgħux jipprekludu operatur ekonomiku milli jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, irrispettivament min-natura legali tar-rabtiet tiegħu ma’ dawk l-entitajiet, jekk dan juri lill-awtorità jew lill-entità kontraenti li huwa se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi meħtieġa.

(24) L-għażla u l-applikazzjoni ta’ kriterji tal-għażla proporzjonali, nondiskriminatorji u ekwi hija kruċjali għall-aċċess effettiv tal-operaturi ekonomiċi għall-opportunitajiet ekonomiċi relatati mal-konċessjonijiet. B’mod partikolari, il-possibbiltà li kandidat jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra tista’ tkun deċiżiva sabiex tippermetti l-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi previst li l-kriterji tal-għażla jkunu definiti b'mod ċar, għandhom jirrelataw għall-kapaċitajiet tekniċi u finanzjarji professjonali tal-kandidati u marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, għandhom jiġu mħabbra fl-avviż ta’ konċessjoni u ma jistgħux jipprekludu kandidat milli jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, irrispettivament min-natura legali tar-rabtiet tiegħu ma’ dawk l-entitajiet, jekk dan juri lill-konċedent li huwa se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi meħtieġa.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-verżjoni emendata tal-Artikolu 36.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza u trattament ugwali, il-kriterji għall-għoti tal-konċessjonijiet għandhom dejjem jikkonformaw ma' standards ġenerali. Dawn għandhom jiġu żvelati lill-offerenti potenzjali minn qabel, ikunu relatati mas-suġġett tal-kuntratt u m'għandhomx joffru lill-awtorità jew lill-entità kontraenti libertà tal-għażla mingħajr restrizzjonijiet. Għandhom jiżguraw il-possibilità ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. Sabiex jikkonformaw ma’ dawn l-istandards filwaqt li jtejbu ċ-ċertezza legali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-użu tal-kriterju tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

(25) Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza u trattament ugwali, il-kriterji għall-għoti tal-konċessjonijiet għandhom dejjem jikkonformaw ma' standards ġenerali. Dawn għandhom jiġu żvelati lill-kandidati jew l-offerenti minn qabel, u jkunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt. Huma għandhom jiżguraw il-possibilità ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti minimi li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv mill-konċedent l-informazzjoni pprovduta mill-kandidati jew l-offerenti.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-artikolu l-ġdid dwar il-kriterji tal-għoti.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Sabiex jiġu integrati aħjar il-konsiderazzjonijiet soċjali fl-għoti tal-konċessjonijiet, min jagħtihom għandu jkun jista’ jinkludi karatteristiċi relatati mal-kondizzjonijiet tax-xogħol fost il-kriterji tal-għoti. Dawk il-karatteristiċi għandhom ifittxu li jipproteġu s-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew jippromwovu l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta' gruppi vulnerabbli fost il-persuni inkarigati li jwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilitajiet. Min jagħti l-konċessjonijiet għandu jitħalla juża bħala kriterji tal-għoti l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-kuntratt ta’ konċessjoni, minħabba li jistgħu jaffettwaw il-kwalità tal-prestazzjoni u, b’riżultat ta’ dan, il-valur ekonomiku tal-offerta. Sabiex jiġi żgurat li n-nisa u l-irġiel ikollhom aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol, il-konċedent għandu wkoll ikun kapaċi jinkludi karatteristiċi relatati mal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fost il-kriterji tal-għoti.

 

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Riorganizzazzjoni tal-premessi (rabta loġika bejn il-Premessa 29 u Premessa 25 dwar il-kriterji tal-għoti). Tisħiħ tal-kunsiderazzjonijiet soċjali. Tneħħija tar-referenzi għall-kriterju tal-offerta, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott l-aktar vantaġġjużi ekonomikament, li mhumiex relevanti għall-konċessjonijiet (vokabularju tal-"kuntratt pubbliku"). Madankollu, il-konċedent jista', jekk ikun jixtieq dan u f'konformità mal-liġi tal-UE, japplika kriterji tal-għoti relatati mal-kunsiderazzjonijiet soċjali (ara l-Artikoli 38a u 38b il-ġodda).

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Premessa 25b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25b) Ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa mix-xogħlijiet u/jew servizzi koperti mill-konċessjoni, inkluż ir-rekwiżiti rigward l-aċċessibilità għal nies b'diżabilitajiet jew livelli ta' prestazzjoni ambjentali. Dawk ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali għandhom ikunu inklużi fid-dokumenti tal-konċessjoni u għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tat-trattament ugwali u t-trasparenza. Huma m'għandhomx jitfasslu biex artifiċjalment jillimitaw il-kompetizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tar-rekwiżiti tekniċi u/jew funzjonali li jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa mix-xogħlijiet u/jew mis-servizzi li jiffurmaw is-suġġett tal-konċessjoni. Din in-nozzjoni tidher aktar xierqa għall-konċessjonijiet milli l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi oriġinarjament proposti fil-proposta għal direttiva (livell aktar baxx ta' dettall, konformità mal-"ispirtu" tal-konċessjoni bbażata fuq it-trasferiment tar-riskju ekonomiku għall-konċessjonarju, li jrid ikun kapaċi jżomm ċertu marġini ta' flessibilità, jekk il-konċedent jixtieq dan).

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Fejn l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu konċessjoni lill-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, huma għandhom jiddeterminaw il-kriterji ekonomiċi u ta' kwalità li fuq il-bażi tagħhom huma jivvalutaw l-offerti sabiex jidentifikaw liema waħda toffri l-aħjar valur għall-flus. Id-determinazzjoni ta’ dawn il-kriterji tiddependi fuq is-suġġett tal-kuntratt billi dawn għandhom jippermettu l-valutazzjoni tal-livell tal-prestazzjoni offrut minn kull offerta fid-dawl tas-suġġett tal-konċessjoni, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-valur għall-flus ta’ kull offerta li ser titqies.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Tneħħija tar-referenza għall-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġjuża ekonomikament billi mhijiex relevanti għall-kuntratti ta' konċessjoni (vokabularju tal-"kuntratt pubbliku").

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Il-konċessjonijiet huma normalment arranġamenti fit-tul u kumplessi fejn il-kuntrattur jassumi r-responsabbiltajiet u r-riskji li tradizzjonalment iġorru l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti u li normalment jaqgħu taħt il-mandat tagħhom. Għal din ir-raġuni, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom iżommu marġni ta’ flessibbiltà fl-organizzazzjoni tal-proċess tal-għoti, li jinvolvi wkoll il-possibilità li jiġi nnegozjat il-kontenut tal-kuntratt mal-kandidati. Madankollu, sabiex jiġi żgurat trattament ugwali u trasparenza matul il-proċedura tal-għoti, huwa xieraq li jiġu pprovduti ċerti rekwiżiti rigward l-istruttura tal-proċedura tal-għoti, inklużi n-negozjati, it-tixrid tal-informazzjoni u d-disponibbiltà ta' reġistri bil-miktub. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi pprovdut li ma jkunx hemm devjazzjoni mit-termini inizjali tal-avviż tal-konċessjoni, sabiex jiġi evitat it-trattament inġust ta’ kwalunkwe kandidat potenzjali.

(27) Il-konċessjonijiet huma normalment arranġamenti fit-tul u kumplessi fejn il-konċessjonarju jassumi r-responsabbiltajiet u r-riskji li tradizzjonalment iġorr il-konċedent u li normalment jaqgħu taħt il-mandat tiegħu. Għal din ir-raġuni, il-konċedent għandu jżomm marġni reali ta’ flessibbiltà fl-organizzazzjoni tal-proċess tal-għoti u fin-negozjar tal-kontenut tal-kuntratt mal-kandidati u l-offerenti, filwaqt li jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipji ta' trattament ugwali u trasparenza matul il-proċedura.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-Artikoli l-ġodda dwar il-kriterji tal-għoti u l-aspetti proċedurali. In-negozjar irid ikun l-element ċentrali tal-proċedura biex jingħataw il-kuntratti ta' konċessjoni. Il-konċedent (l-awtorità jew l-entità kontraenti) irid ikollu biżżejjed flessibilità biex jagħmel l-aktar għażliet xierqa.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-awtoritajiet kontraenti u mill-entitajiet kontraenti jeħtieġ li jippermettu li l-għoti tal-konċessjoni jkun miftuħ għall-kompetizzjoni. Għal dak il-għan, għandu jkun possibbli li jintefgħu offerti li jirriflettu diversità ta’ soluzzjonijiet tekniċi biex b’hekk jinkiseb livell suffiċjenti ta’ kompetizzjoni. Konsegwentement, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu abbozzati b’tali mod li jiġi evitat tnaqqis b’mod artifiċjali fil-kompetizzjoni permezz ta’ rekwiżiti li jiffavorixxu lil xi operatur ekonomiku speċifiku billi jirriflettu l-karatteristiċi ewlenin tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet li normalment joffri dak l-operatur ekonomiku. It-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni u funzjonali ġeneralment jippermetti li dan l-għan jintlaħaq bl-aħjar mod possibbli u jiffavorixxi l-innovazzjoni. Fejn issir referenza għal standard Ewropew jew, fin-nuqqas tiegħu, għal standard nazzjonali, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw offerti bbażati fuq arranġamenti ekwivalenti. Sabiex juru ekwivalenza, l-offerenti jistgħu jiġu obbligati li jipprovdu evidenza vverifikata minn parti terza; madankollu, għandhom ikunu permessi wkoll mezzi xierqa oħra ta’ prova bħal, dossier tekniku tal-manifattur meta l-operatur ekonomiku konċernat ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew ir-rapporti tat-testijiet, jew ma jkollu l-ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti taż-żmien rilevanti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-tneħħija tar-referenza għall-ispeċifikizzjonijiet tekniċi billi mhijiex relevanti għall-kuntratti ta' konċessjoni (vokabularju tal-"kuntratt pubbliku"). Madankollu, ir-rekwiżiti funzjonali jistgħu jiġu stabbiliti.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta' produzzjoni speċifiċi, għal mod speċifiku ta’ provvista ta’ servizzi, jew għal proċess speċifiku għal kwalunkwe stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott jew servizz, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-konċessjoni. Sabiex jintegraw ahjar il-konsiderazzjonijiet socjali fl-ghoti tal-koncessjonijiet, ix-xerreja jistghu wkoll jithallew jinkludu, fil-kriterji tal-ghoti, karatteristici marbuta ghall-kundizzjonijiet tax-xoghol. Madankollu, fejn l-awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jużaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, dawn il-kriterji jistgħu jirrelataw biss mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jipparteċipaw direttament fil-proċess tal-produzzjoni jew il-forniment inkwistjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jirrigwardaw biss il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew tiffavorixxi l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta' gruppi vulnerabbli fost il-persuni inkarigati li jwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità. F'dan il-każ, kwalunkwe kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu fi kwalunkwe każ jibqa' limitat għal karatteristiċi li jkollhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Għandhom jiġu applikati skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta 'Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi u b'mod li ma jkunx direttament jew indirettament jiddiskrimina kontra operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi li huma Partijiet għall-Ftehim jew għal Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles li fih l-Unjoni tkun parti. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandha wkoll, fejn dawn jużaw il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, jitħallew jużaw bħala kriterju għal-għoti ta' kuntratt l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat biex iwettaq il-konċessjoni konċernata, peress li dan jista' jaffettwa l-kwalità tal-prestazzjoni tal-konċessjoni u, bħala riżultat, il-valur ekonomiku tal-offerta.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Tneħħija tar-referenzi għall-kriterju tal-offerta, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u ċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott l-aktar vantaġġjużi ekonomikament, li mhumiex relevanti għall-konċessjonijiet (vokabularju tal-"kuntratt pubbliku"). Huwa madankollu importanti li jiġi indikat li l-konċedent jista', jekk ikun jixtieq dan u f'konformità mal-liġi tal-UE, japplika kriterji tal-għoti relatati mal-kunsiderazzjonijiet soċjali.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Il-mezzi elettroniċi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jistgħu jissimplifikaw sew il-pubblikazzjoni tal-kuntratti u jżidu l-effiċjenza u t-trasparenza tal-proċessi tal-għoti tal-konċessjonijiet. Dawn għandhom isiru l-mezz standard ta’ komunikazzjoni u ta' skambju ta’ informazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta’ konċessjonijiet. L-użu tal-mezzi elettroniċi jista' jwassal ukoll għal inqas ħela ta' ħin. Bħala riżultat, għandha ssir dispożizzjoni għat-tnaqqis tal-perjodi minimi fejn jintużaw il-mezzi elettroniċi, soġġett, madankollu, għall-kundizzjoni li jkunu kompatibbli mal-mod speċifiku ta’ trażmissjoni previst mil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-mezzi elettroniċi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni inklużi funzjonalitajiet xierqa jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti u lill-entitajiet kontraenti jevitaw, jidentifikaw u jikkoreġu żbalji li jseħħu matul il-proċeduri tal-akkwist.

(30) Il-mezzi elettroniċi tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni jistgħu jissimplifikaw sew il-pubblikazzjoni tal-kuntratti u jżidu l-effiċjenza, ir-rapidità u t-trasparenza tal-proċessi tal-għoti tal-konċessjonijiet. Dawn għandhom isiru l-mezz standard ta’ komunikazzjoni u ta' skambju ta’ informazzjoni fil-proċeduri tal-għoti ta’ konċessjonijiet. Għandu jsir ukoll obbligatorju li jintbagħat avviż ta' konċessjoni u avviż tal-għoti u biex id-dokumenti tal-konċessjoni jsiru elettronikament disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-verżjoni emendata tal-Artikolu 25. Billi l-konċessjonijiet huma kuntratti li huma kumplessi b'mod inerenti u bbażati fuq in-negozjar, ftit proċeduri jistgħu jsiru elettronikament b'mod effettiv, barra biex jintbagħtu l-avviżi ta' konċessjoni u tal-għoti (Artikolu 28 emendat) u l-għoti ta' dokumenti ta' konċessjoni (Artikolu 30 emendat).

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Awtoritajiet kontraenti u entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jkunu interessati jikkooperaw kif ukoll fl-għoti konġunt ta' konċessjonijiet pubbliċi sabiex jieħdu l-aħjar benefiċċju mill-potenzjal tas-suq intern f’termini ta’ ekonomiji ta' skala u l-qsim tar-riskji u l-benefiċċji, speċjalment għal proġetti innovattivi li jinvolvu ammont akbar ta’ riskju minn dak li raġonevolment tista' ġġor awtorità kontraenti jew entità kontraenti waħda. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti regoli ġodda dwar l-għoti konġunt ta' konċessjoni transkonfinali li jagħżlu l-liġi applikabbli biex jiffaċilitaw l-organizzar ta’ għoti konġunt ta' konċessjonijiet pubbliċi transkonfinali. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jistabbilixxu korpi legali konġunti stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. Għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi għal tali forma ta’ għoti ta' konċessjoni konġunta.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mat-tħassir tal-Artikolu 31.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Ma għandhomx jingħataw konċessjonijiet lill-operaturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ħasil tal-flus. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jiġi sanzjonat ukoll b’esklużjoni mandatorja fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jingħataw il-possibbiltà li jeskludu kandidati jew offerenti minħabba vjolazzjonijiet serji tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali bil-għan li jipproteġu l-interessi pubbliċi kompatibbli mat-Trattat jew fejn l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta' konċessjoni jew konċessjonijiet preċedenti ta' natura simili mal-istess awtorità kontraenti jew entità kontraenti.

(33) Ma għandhomx jingħataw konċessjonijiet lill-operaturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ħasil tal-flus. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jiġi sanzjonat ukoll b’esklużjoni mandatorja fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-konċedenti għandhom jingħataw il-possibbiltà li jeskludu kandidati jew offerenti minħabba ksur serju tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali bil-għan li jipproteġu l-interessi pubbliċi kompatibbli mat-Trattati sakemm ikun ġie stabbilit minn korp kompetenti li l-ksur ikun seħħ, fejn l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta' konċessjoni jew konċessjonijiet minn qabel ta' natura simili mal-istess konċedent, għal ksur serju jew ripetut tal-liġi soċjali, ambjentali jew tax-xogħol.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-verżjoni emendata tal-Artikolu 36.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Huwa neċessarju li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet skont liema, il-modifiki ta’ konċessjoni matul it-twettiq tagħha jkunu jeħtieġu proċedura ġdida tal-għoti, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Proċedura ġdid tal-għoti tkun meħtieġa fil-każ ta' bidla materjali fil-konċessjoni inizjali, li turi l-intenzjoni tal-partijiet li jinnegozjaw mill-ġdid termini jew kondizzjonijiet essenzjali ta' dik il-konċessjoni. B’mod partikolari dan ikun il-każ jekk il-kundizzjonijiet emendati kien ikollhom influwenza fuq l-eżitu tal-proċedura, li kieku dawn kienu parti mill-proċedura inizjali. Estensjoni eċċezzjonali u temporanja tat-terminu tal-konċessjoni strettament bil-għan li jiżguraw l-kontinwità tal-forniment tas-servizz sakemm iseħħ għoti ta' konċessjoni ġdid m'għandux normalment jikkwalifika bħala bidla materjali fil-konċessjoni inizjali.

(34) Huwa neċessarju li jiġu ċċarati l-kundizzjonijiet skont liema, il-modifiki ta’ konċessjoni matul it-twettiq tagħha jkunu jeħtieġu proċedura ġdida tal-għoti, filwaqt li tiġi kkunsidrata l-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Kwalunkwe konċessjoni fis-seħħ tista’ tiġi modifikata permezz ta’ ftehim supplementari, suġġett għal din id-Direttiva. Proċedura ġdida tal-għoti tkun meħtieġa, madankollu, fil-każ ta' bidla materjali fil-konċessjoni inizjali, li turi l-intenzjoni tal-partijiet li jinnegozjaw mill-ġdid termini jew kondizzjonijiet essenzjali ta' dik il-konċessjoni. B’mod partikolari dan ikun il-każ jekk il-kundizzjonijiet emendati kien ikollhom influwenza fuq l-eżitu tal-proċedura, li kieku dawn kienu parti mill-proċedura inizjali. Estensjoni eċċezzjonali u temporanja tat-terminu tal-konċessjoni strettament bil-għan li jiżguraw l-kontinwità tal-forniment tas-servizz sakemm iseħħ għoti ta' konċessjoni ġdid m'għandux normalment jikkwalifika bħala bidla materjali fil-konċessjoni inizjali. Madankollu, meta kuntratt jilħaq it-terminu tiegħu, il-konċedent u l-konċessjonarju għandhom iżommu lura milli jagħmlu tali estensjonjiiet għal finijiet ta’ investimenti mhux essenzjali għat-twettiq tal-konċessjoni u li jkunu implimentati bil-ħsieb uniku li tiġi estiża d-durata tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-verżjoni emendata tal-Artikolu 42.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) Peress li l-konċessjonijiet ta’ sikwit ikunu kuntratti b’terminu ta’ żmien twil, sabiex jiġi ddeterminat il-valur jeħtieġ li d-dejta kwantitattiva rilevanti tiġi aġġornata kull meta jiġi vvalutat il-valur ta’ konċessjoni. B’dan il-mod l-approċċ legali jista’ jsir konsistenti mar-realtà ekonomika u finanzjarja tal-kuntratt ta’ konċessjoni.

Ġustifikazzjoni

Konsistenza mal-emendi għall-artikoli.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jiġu ffaċċjati b’ċirkostanzi esterni li ma setgħux jipprevedu meta taw il-konċessjoni. F’dan il-każ, huwa meħtieġ ċertu grad ta’ flessibilità biex il-konċessjoni tiġi adattata għal dawn iċ-ċirkostanzi mingħajr il-bżonn ta’ proċedura tal-għoti ġdida. Il-kunċett ta' ċirkustanzi li awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti diliġenti ma setgħux jipprevedu tirreferi għal dawk ċirkostanzi li ma setgħux jiġu mbassra minkejja preparazzjoni raġonevolment diliġenti tal-għoti inizjali mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti, meta jitqiesu l-mezzi disponibbli tagħha, in-natura u l-karatteristiċi tal-proġett speċifiku, il-prassi tajba fil-qasam inkwistjoni u l-ħtieġa li tkun żgurata relazzjoni xierqa bejn ir-riżorsi użati fil-preparazzjoni tal-għoti u l-valur prevedibbli tagħha. Madankollu, dan ma jistax japplika fil-każijiet fejn modifika tirriżulta f’alterazzjoni tan-natura tal-akkwist ġenerali, pereżempju billi jiġu sostitwiti x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li jridu jiġu akkwistati b’xi ħaġa differenti jew billi jinbidel fundamentalment it-tip ta’ akkwist, minħabba li, f’sitwazzjoni bħal din, wieħed jista’ jassumi li jkun hemm influwenza ipotetika fuq ir-riżultat.

(35) Il-konċedenti jistgħu jiġu ffaċċjati b’ċirkostanzi esterni li ma setgħux jipprevedu meta taw il-konċessjoni. F’dan il-każ, huwa meħtieġ ċertu grad ta’ flessibilità biex il-konċessjoni tiġi adattata għal dawn iċ-ċirkostanzi mingħajr il-bżonn ta’ proċedura tal-għoti ġdida. Il-kunċett ta' ċirkustanzi li konċedent diliġenti ma setax jipprevedi jirreferi għal dawk iċ-ċirkostanzi li ma setgħux jiġu mbassra minkejja preparazzjoni raġonevolment diliġenti tal-għoti inizjali mill-konċedent, billi jitqiesu l-mezzi disponibbli tagħha, in-natura u l-karatteristiċi tal-proġett speċifiku, il-prassi tajba fil-qasam inkwistjoni u l-ħtieġa li tkun żgurata relazzjoni xierqa bejn ir-riżorsi użati fil-preparazzjoni tal-għoti u l-valur prevedibbli tagħha. Madankollu, dan ma jistax japplika fil-każijiet fejn modifika tirriżulta f’alterazzjoni tan-natura tal-konċessjoni globali, pereżempju billi jiġu sostitwiti x-xogħlijiet jew is-servizzi li għalihom irid jingħata kuntratt b’xi ħaġa differenti jew billi jiġu introdotti kundizzjonijiet b'tali mod li wieħed jista’ jassumi li jkun hemm influwenza fuq ir-riżultat.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) F’konformità mal-prinċipji tat-trattament ugwali u tat-trasparenza, l-offerent magħżul ma għandux jiġi sostitwit minn operatur ekonomiku ieħor mingħajr ma l-konċessjoni terġa’ tinfetaħ mill-ġdid għall-kompetizzjoni. Madankollu, l-offerent rebbieħ li jkun qed iwettaq il-konċessjoni jista' jgħaddi minn ċerti bidliet strutturali matul it-twettiq tal-konċessjoni, bħal riorganizzazzjonijiet purament interni, fużjonijiet u akkwisti jew insolvenza jew jiġi sostitwit fuq il-bażi ta' klawsola kuntrattwali magħrufa mal-offerenti kollha u konformi mal-prinċipji tat-trattament ugwali u t-trasparenza. Tali bidliet strutturali ma għandhomx awtomatikament jirrikjedu proċeduri ġodda tal-akkwist għall-konċessjonijiet kollha li tkun qed twettaq dik l-impriża.

(36) F’konformità mal-prinċipji tat-trattament ugwali u tat-trasparenza, l-offerent magħżul ma għandux jiġi sostitwit minn operatur ekonomiku ieħor mingħajr ma l-konċessjoni terġa’ tinfetaħ mill-ġdid għall-kompetizzjoni. Madankollu, l-offerent rebbieħ li jkun qed iwettaq il-konċessjoni jista' jgħaddi minn ċerti bidliet strutturali matul it-twettiq tal-konċessjoni, bħal riorganizzazzjonijiet purament interni, fużjonijiet u akkwisti, trasferiment ta' propjetà jew assi bejn il-kumpaniji jew insolvenza jew jiġi sostitwit fuq il-bażi ta' klawsola kuntrattwali magħrufa mal-offerenti kollha u konformi mal-prinċipji tat-trattament ugwali u t-trasparenza. Tali bidliet strutturali ma għandhomx awtomatikament jirrikjedu proċeduri ġodda tal-akkwist għall-konċessjonijiet kollha li tkun qed twettaq dik l-impriża.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mal-verżjoni emendata tal-Artikolu 42.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprevedu modifiki għal konċessjoni fil-kuntratt tal-konċessjoni nnifsu, permezz ta' klawsoli ta' reviżjoni li ma għandhomx jagħtuhom diskrezzjoni illimitata. Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi sa liema punt jistgħu jiġu previsti modifiki għall-konċessjoni inizjali.

(37) Il-konċedenti għandu jkollhom il-possibbiltà li jipprevedu modifiki għal konċessjoni fil-kuntratt tal-konċessjoni nnifsu, permezz ta' klawsoli ta' reviżjoni li ma għandhomx jagħtuhom diskrezzjoni illimitata. Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi sa liema punt jistgħu jiġu previsti modifiki għall-konċessjoni inizjali.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat fir-rigward ta’ għadd ta’ elementi mhux essenzjali ta’ din id-Direttiva sabiex ikun hemm adattament rapidu għall-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi. Fil-fatt, id-dettalji u l-karatteristiċi tekniċi tat-tagħmir għall-irċevuta elettronika għandhom jinżammu aġġornati mal-iżviluppi teknoloġiċi u l-ħtiġijiet amministrattivi; huwa wkoll meħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tagħmel standards tekniċi obbligatorji għall-komunikazzjoni elettronika sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità tal-formati, il-proċessi u l-messaġġar tekniċi fil-proċeduri tal-għoti tal-konċessjonijiet li jsiru permezz ta’ mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni b’kunsiderazzjoni tal-iżviluppi teknoloġiċi u l-ħtiġijiet amministrattivi; Barra minn dan, il-lista tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni li jistabbilixxu metodoloġiji komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja għandha tiġi adattata malajr biex tinkorpora l-miżuri adottati fuq bażi settorjali. Sabiex jiġu sodisfatti dawn il-bżonnijiet, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li żżomm il-lista tal-atti leġiżlattivi li jinkludu l-metodoloġiji LCC aġġornati.

(38) Sabiex ikun hemm adattament rapidu għall-iżviluppi tekniċi u ekonomiċi, għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE sabiex taġġorna n-numri ta’ referenza CPV, inklużi dawk li jidhru fl-Annessi I sa X, jekk dan ikun meħtieġ mill-bidliet fin-nomenklatura tas-CPV. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet waqt ix-xogħol preparatorju, inkluż f’livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, waqt li tkun qed tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti kollha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-emendi għall-Artikoli 25 u 40.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Il-liġi tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku teħtieġ li l-Istati Membri konsistentement u sistematikament jimmonitorjaw l-implimentazzjoni u t-tħaddim ta' dawk ir-regoli sabiex jiżguraw applikazzjoni uniformi u effiċjenti tal-liġi tal-Unjoni. Għalhekk, fejn l-Istati Membri jinnominaw awtorità nazzjonali waħda responsabbli għall-monitoraġġ, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-akkwist pubbliku, dik l-awtorità jista’ jkollha l-istess responsabbiltajiet rigward il-konċessjonijiet. Korp singolu b'kompiti ġenerali għandu jiżgura sorveljanza ġenerali tad-diffikultajiet ewlenin fl-implimentazzjoni u jissuġġerixxu rimedji xierqa għal problemi li jkunu l-aktar ta' natura strutturali. Dak il-korp jista’ wkoll jipprovdi informazzjoni immedjata dwar il-funzjonament tal-politika u n-nuqqasijiet potenzjali fil-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali, u b'hekk jikkontribwixxi biex jiġu identifikati soluzzjonijiet malajr u għat-titjib tal-proċeduri tal-għoti tal-konċessjonijiet.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi żgurata l-konsistenza mat-tħassir tar-referenza għall-awtorità ta' kontroll waħda li tirriżulta mir-reviżjoni tad-direttivi tal-akkwist pubbliku.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-integrazzjoni ta' dawn l-elementi rigward l-atti delegati fil-Premessa 38.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan id-Direttiva; il-proċedura għat-tfassil u trasmissjoni tal-avviżi u għal bigħt u l-pubblikazzjoni tad-dejta msemmija fl-Annessi IV sa VI, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat biex temenda l-limiti implimentattivi. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Għandha tintuża l-proċedura konsultattiva għall-adozzjoni ta’ dawn l-atti ta’ implimentazzjoni, li ma għandhom l-ebda impatt, la mil-lat finanzjarju u lanqas fuq in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva. Għall-kuntrarju, dawn l-atti huma kkaratterizzati minn sempliċi għan amministrattiv u jservu biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti b’din id-Direttiva.

(43) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva; il-proċedura għat-tfassil u trażmissjoni tal-avviżi u għal bigħt u l-pubblikazzjoni tad-dejta msemmija fl-Annessi IV sa VI, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat biex temenda l-limiti minimi implimentattivi. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. Għandha tintuża l-proċedura konsultattiva għall-adozzjoni ta’ dawk l-atti ta’ implimentazzjoni, li ma għandhom l-ebda impatt, la mil-lat finanzjarju u lanqas fuq in-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva. Għall-kuntrarju, dawn l-atti huma kkaratterizzati minn sempliċi għan amministrattiv u jservu biex jiffaċilitaw l-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti b’din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tfittex li tallinja l-premessa mal-formulazzjoni standard dwar l-atti ta' implimentazzjoni. It-tħassir tar-referenza għall-modifika tal-limiti minimi, li mhuwiex suġġett għal att ta' implimentazzjoni.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Taqsima I – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Definizzjonijiet u Kamp ta' Applikazzjoni

Definizzjonijiet, Kamp ta' Applikazzjoni, limiti minimi u mezzi li bihom jiġi kkalkulat il-valur ta' konċessjoni

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-proċeduri għal akkwisti mill-awtoritajiet kontraenti u mill-entitajiet kontraenti fir-rigward ta' konċessjonijiet li l-valur tagħhom huwa estimat għal mhux anqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 5.

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li huma applikabbli għall-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni tax-xogħlijiet jew tas-servizzi li l-valur tagħhom huwa stmat għal mhux anqas mil-limiti minimi stabbiliti fl-Artikolu 6 u li huma mogħtija lil operaturi ekonomiċi minn wieħed mill-atturi li ġejjin:

2. Din id-Direttiva tapplika għall-akkwist ta' xogħlijiet jew servizzi, inklużi l-provvisti li huma inċidentali għas-suġġett tal-konċessjoni, minn operaturi ekonomiċi magħżula minn kwalunkwe mis-segwenti:

 

a) L-awtoritajiet kontraenti kemm jekk ix-xogħlijiet jew servizzi inklużi l-provvisti relatati, huma maħsuba għal skop pubbliku jew le;

a) L-awtoritajiet kontraenti;

b) L-entitajiet kontraenti sakemm ix-xogħlijiet jew is-servizzi inklużi l-provvisti relatati, huma maħsuba għal l-eżerċizzju ta' waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness III.

b) L-entitajiet kontraenti sakemm ix-xogħlijiet jew is-servizzi jkunu maħsuba għall-eżerċizzju ta' waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness III.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva u tħassir tat-termini mislufa mill-akkwist pubbliku (proċeduri tal-għoti, akkwist ta' xogħlijiet/servizzi, provvisti).

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Il-prinċipju ta’ libertà amministrattiva mill-awtoritajiet pubbliċi

 

Din id-Direttiva tirrikonoxxi l-prinċipju tal-amministrazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet pubbliċi f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli. Dawn tal-aħħar se jkunu liberi li jiddeċiedu l-aħjar mod kif jimmaniġġjaw l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet jew il-forniment tas-servizzi, b’konformità mal-arranġamenti leġiżlattivi u l-metodi li jqisu bħala l-mod l-iktar effikaċi biex jiġi żgurat b'mod partikolari livell għoli ta’ kwalità, sikurezza u aċċessibilità ekonomika, trattament ugwali u l-promozzjoni tal-aċċess universali u tad-drittijiet tal-utenti fis-servizzi pubbliċi.

 

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu għalhekk jagħżlu li jiżvolġu l-kompiti ta' interess pubbliku tagħhom bir-riżorsi tagħhom stess jew f'kooperazzjoni ma' awtoritajiet kontraenti oħrajn jew biex jiddelegawhom lill-operaturi ekonomiċi.

Ġustifikazzjoni

Jerġa' jafferma l-prinċipju tal-amministrazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet pubbliċi li jagħżlu b'mod ħieles il-mezzi ta' amministrazzjoni għall-missjonijiet li għalihom huma responsabbli (implimentazzjoni ta' missjonijiet jew delegazzjoni għal parti terza). Id-Direttiva ma tantiċipax l-għażla ta' xi mezz ta' amministrazzjoni b'mod partikolari imma tistipula regoli jekk tintgħażel delegazzjoni għal parti terza (konċessjoni).

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1b

 

Il-prinċipji ta’ trasparenza mill-awtoritajiet pubbliċi

 

Id-dettalji tal-kuntratti ta’ konċessjoni, inkluż fir-rigward tat-trasferiment tal-parti sostanzjali tar-riskju ekonomiku kif definit fit-tielet subparagrafu tal-punt 2 tal-Artikolu 2(1), u l-pagamenti, jekk ikun hemm, mill-konċedent lill-operatur ekonomiku, għandhom ikunu pubbliċi u miftuħa għal skrutinju, suġġetti għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità stipulata fl-Artikolu 24.

 

Kwalunkwe modifika sussegwenti għall-kuntratt għandha wkoll issir pubblika.

 

 

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1c

 

Il-libertà li jiġu definiti servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali

 

 

 

 

 

Din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, dak li jikkunsidraw li huma servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif dawn is-servizzi għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati, f’konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat, u liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu soġġetti għalihom.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) 'konċessjonijiet' tfisser konċessjonijiet ta' xogħlijiet pubbliċi, konċessjonijiet ta' xogħlijiet jew konċessjonijiet ta' servizzi.

(1) 'konċessjonijiet' tfisser konċessjonijiet ta' xogħlijiet jew servizzi, kif definiti f'punti (a) u (b):

 

 

(a) 'konċessjoni ta' xogħlijiet' tfisser kuntratt għal interess pekunjarju konkluż bil-miktub li permezz tiegħu awtorità jew entità kontraenti waħda jew aktar jafdaw l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar, meta l-konsiderazzjoni tagħha tikkonsisti unikament fid-dritt ta' sfruttament tax-xogħlijiet li huma s-suġġett tal-kuntratt jew f'dak id-dritt flimkien ma' ħlas;

 

 

(b) 'konċessjoni ta' servizzi' tfisser kuntratt għal interess pekunjarju konkluż bil-miktub li permezz tiegħu l-awtorità jew l-entità kontraenti waħda jew aktar jafdaw il-ġestjoni ta’ servizz lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar, meta l-konsiderazzjoni tagħha tikkonsisti jew unikament fid-dritt ta' sfruttament tas-servizz li jkun is-suġġett tal-kuntratt jew f'dak id-dritt flimkien ma' ħlas.

 

 

L-għoti ta' konċessjoni tax-xogħlijiet jew konċessjoni tas-servizzi għandu jinvolvi t-trasferiment lill-konċessjonarju tal-parti sostanzjali tar-riskju ekonomiku fl-isfruttar ta’ dawn ix-xogħlijiet jew servizzi, definit bħala r-riskju ta’ espożizzjoni għall-inċertezzi tas-suq u li jinkludi kemm ir-riskju tad-domanda kif ukoll dak tal-provvista. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi l-parti sostanzjali tar-riskju operazzjonali meta, f’kundizzjonijiet normali ta’ sfruttament u skont id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt, ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni.

Ġustifikazzjoni

It-tneħħija tad-distinzjoni bejn il-konċessjoni tax-xogħlijiet u l-konċessjoni tax-xogħlijiet pubbliċi tiddependi fuq in-natura tal-konċedent (l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti), għax din ma żżid l-ebda valur lit-test.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) 'konċessjoni ta' xogħlijiet pubbliċi' tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar u li jkollu bħala għan tiegħu l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet, fejn il-korrispettiv għax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu jikkonsisti jew unikament fid-dritt ta' sfruttament tax-xogħlijiet li huma s-suġġett tal-kuntratt jew f'dak id-dritt flimkien ma' ħlas.

imħassar

 

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tan-nozzjoni ta' "konċessjoni" u n-natura speċjali tagħha meta mqabbla ma' kuntratt pubbliku: it-trasferiment ta' missjoni li għaliha l-konċedent ikun responsabbli għal operatur ekonomiku terz; it-trasferiment ta' riskju mill-konċedent għall-konċessjonarju; it-trasferiment ta' dritt lill-konċessjonarju li jiġu sfruttati x-xogħlijiet u s-servizzi kkonċernati mill-konċessjoni; il-pagament ta' konċessjonarju abbażi tal-isfruttament tax-xogħlijiet jew is-servizzi. Il-kjarifika tal-kunċett ta' riskju operazzjonali bħala riskju ekonomiku marbut mal-espożizzjoni għall-inċertezzi tas-suq.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) "operatur ekonomiku" tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali, jew grupp ta' tali persuni u/jew entitajiet, inklużi konsorzji ta’ impriżi, li joffri l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet u/jew xogħol, provvisti jew servizzi fis-suq.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni mċaqalqa għal sekwenza aktar loġika. Oriġinarjament l-Artikolu 2 punt 10 tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) "konċedent" tfisser awtorità kontraenti jew entità kontraenti li tagħti konċessjoni lil operatur ekonomiku.

Ġustifikazzjoni

Introduzzjoni tal-idea tal-"konċedent", billi jingħaqdu flimkien l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti meta dawn it-tnejn jissemmew flimkien. Il-konċedent jagħti l-konċessjoni lill-konċessjonarju.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c) "kandidat" tfisser operatur ekonomiku li jkun wieġeb għal stedina jew ikun ġie mistieden jieħu sehem fi proċedura tal-għoti ta' konċessjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni mċaqalqa għal sekwenza aktar loġika. Oriġinarjament l-Artikolu 2 punt 8 tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2d) "offerent" tfisser operatur ekonomiku li jkun ippreżenta offerta.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni mċaqalqa għal sekwenza aktar loġika. Oriġinarjament l-Artikolu 2 punt 11 tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2e) “konċessjonarju” tfisser operatur ekonomiku li ngħata konċessjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni mċaqalqa għal sekwenza aktar loġika. Oriġinarjament l-Artikolu 2 punt 9 tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2f) "dokumenti ta' konċessjoni" tfisser id-dokumenti kollha provduti mill-konċedent li jirreferi għalihom il-konċedent meta jiddeskrivi jew jiddefinixxi fatturi tal-kuntratt ta' konċessjoni u l-proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt ta' konċessjoni.

Ġustifikazzjoni

It-tneħħija tat-terminu "kuntratt pubbliku"; definizzjoni simplifikata u mċaqalqa għal sekwenza aktar loġika. Oriġinarjament l-Artikolu 2 punt 13 tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) 'konċessjoni ta' xogħlijiet pubbliċi' tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar u li jkollu bħala għan tiegħu l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet, fejn il-korrispettiv għax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu jikkonsisti jew unikament fid-dritt ta' sfruttament tax-xogħlijiet li huma s-suġġett tal-kuntratt jew f'dak id-dritt flimkien ma' ħlas;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni mċaqalqa u emendata, ara l-Artikolu 2 punt 2 il-ġdid.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) “eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet” tfisser l-eżekuzzjoni, jew kemm id-disinn u l-eżekuzzjoni, ta' xogħlijiet relatati ma’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I jew ta' xogħol, jew ir-realizzazzjoni, b’liema mezz li jkun, ta’ xogħol li jikkorrispondi għall-ħtiġijiet ippreċiżati mill-awtorità kontraenti li teżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tip jew disinn tax-xogħol.

(5) “eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet” tfisser l-eżekuzzjoni, jew kemm id-disinn u l-eżekuzzjoni, ta' xogħlijiet relatati ma’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness I jew ta' xogħol, jew ir-realizzazzjoni, b’liema mezz li jkun, ta’ xogħol li jikkorrispondi għall-ħtiġijiet ippreċiżati mill-konċedent li jeżerċita influwenza deċiżiva fuq it-tip jew disinn tax-xogħol.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) "konċessjoni ta' servizzi" tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti jew entità kontraenti waħda jew aktar u li jkollu bħala l-għan tiegħu l-provvediment ta' servizzi għajr dawk imsemmija fil-punti 2 u 4 meta l-korrispettiv għas-servizzi li jkunu se jiġu pprovduti jikkonsisti jew fid-dritt ta' sfruttament tas-servizzi li jkunu s-soġġett tal-kuntratt jew f'dak id-dritt flimkien ma' ħlas.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni mċaqalqa u emendata, ara l-Artikolu 2 punt 2 il-ġdid.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) "kandidat" tfisser operatur ekonomiku li jkun wieġeb għal sejħa jew ikun ġie mistieden jieħu sehem fi proċedura tal-għoti ta' konċessjoni;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni mċaqalqa, ara l-Artikolu 2 punt 2c.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) “konċessjonarju” tfisser operatur ekonomiku li ngħata konċessjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni mċaqalqa, ara l-Artikolu 2 punt 2e.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) "operatur ekonomiku" tfisser kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika, jew grupp ta' tali persuni u/jew entitajiet li joffri l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet u/jew xogħol, fornimenti jew servizzi fis-suq.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni mċaqalqa, ara l-Artikolu 2 punt 2a.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) "offerent" tfisser operatur ekonomiku li jkun issottometta offerta

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni mċaqalqa, ara l-Artikolu 2 punt 2d.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) “mezz elettroniku” tfisser l-użu ta' mezz elettroniku għall-ipproċessar (inkluż il-kompressjoni diġitali) u l-ħażna tad-dejta li tiġi trażmessa, imwassla u riċevuta bil-wajers, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħra.

(12) ‘mezzi elettroniċi’ tfisser mezz elettroniku għall-ipproċessar (inkluż il-kompressjoni diġitali) u l-ħażna tad-data, li tiġi trasmessa, imwassla u riċevuta permezz ta' wires, bir-radju, b’mezzi ottiċi jew b’mezzi elettromanjetiċi oħra; fil-każ ta’ konċessjoni ta’ xogħlijiet, ‘mezzi elettroniċi’ għandha tirreferi wkoll għall-użu ta’ rappreżentazzjonijiet tridimensjonali interoperabbli li jkopru d-disinn, l-eżekuzzjoni u l-operazzjoni tal-bini jew infrastruttura;

Ġustifikazzjoni

Din hija għodda essenzjali li tippermetti li l-awtoritajiet kontraenti jtejbu l-valur għall-flus u l-effiċjenza tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet. Din il-miżura se tiffranka l-flus tal-kontribwenti billi tiżgura li disinni alternattivi jiġu vvalutati b’faċilità komparattiva, u b’mod partikolari, li l-enerġija u ffrankar ieħor tul iċ-ċiklu tal-ħajja jingħataw spejjeż u jiġu mqabbla kif suppost.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) "drittijiet speċjali jew esklussivi" tfisser drittijiet mogħtija minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru permezz ta’ kwalunkwe dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva li l-effett tagħha jkun li tillimita l-eżerċizzju ta’ attività għal operatur ekonomiku wieħed jew aktar, u li sostanzjalment taffettwa l-kapaċità ta' operaturi ekonomiċi oħra biex iwettqu attività bħal din.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) “dokumenti ta' konċessjoni” tfisser id-dokumenti kollha prodotti jew imsemmija mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti biex jiddeskrivu jew jiddeterminaw l-elementi tal-akkwist jew il-proċedura, inkluż l-avviż tal-kuntratt, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, il-kundizzjonijiet proposti tal-kuntratt, il-formati għall-preżentazzjoni tad-dokumenti minn kandidati u offerenti, informazzjoni dwar obbligi ġeneralment applikabbli u kwalunkwe dokument addizzjonali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tressqet u ġiet emendata, ara l-Artikolu 2, punt 2f il-ġdid.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) ‘ċiklu tal-ħajja’ tfisser l-istadji konsekuttivi u/jew marbutin bejniethom kollha, inklużi l-produzzjoni, it-trasport, l-użu u l-manutenzjoni matul l-eżistenza ta’ prodott jew xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizz, mix-xiri tal-materja prima jew il-ġenerazzjoni ta’ riżorsi sar-rimi, l-ikklirjar u l-finalizzazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Tħassir tar-referenza għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, biex jikkonforma mat-tħassir tal-kriterju tal-offerta ekonomikament l-aktar vantaġġjuża. Il-konċedent huwa liberu li juża kwalunkwe kriterju tal-għoti li jikkunsidra xieraq, dment li dawn ikunu konformi mar-regoli stipulati f'din id-direttiva.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dritt ta' sfruttament ta' xogħlijiet jew is-servizzi kif imsemmija fil-punti 2, 4 u 7 tal-ewwel paragrafu għandu jimplika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta' riskju operazzjonali sostanzjali. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi r-riskju operazzjonali sostanzjali meta ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni.

imħassar

Li r-riskju ekonomiku jista' jikkonsisti f'wieħed minn dawn li ġejjin:

 

a) ir-riskju relatat mal-użu tax-xogħlijiet jew id-domanda għall-provvista tas-servizz; jew

 

b) ir-riskju relatat mad-disponibbiltà tal-infrastruttura pprovduta mill-konċessjonarju jew użata għall-provvista ta’ servizzi lill-utenti.

 

Ġustifikazzjoni

Integrazzjoni tal-idea ta' riskju fid-definizzjoni ta' konnessjoni sabiex tiġi ċċarata d-definizzjoni u ssir aktar intelliġibbli. Il-kjarifika tal-kunċett ta' riskju operazzjonali bħala riskju ekonomiku marbut mal-espożizzjoni għall-inċertezzi tas-suq.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-finijiet ta' din id-Direttiva “Awtoritajiet kontraenti ” huma l-Istat, awtoritajiet reġjonali jew lokali, korpi rregolati mil-liġi pubblika, assoċjazzjonijiet iffurmati minn waħda jew aktar minn dawn l-awtoritajiet jew wieħed jew aktar minn dawn il-korpi rregolati mil-liġi pubblika, għajr dawk li jagħtu konċessjoni għall-iskop li titwettaq attività kif imsemmi fl-Anness III.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. 'Awtoritajiet reġjonali' jinkludu l-awtoritajiet kollha tal-unitajiet amministrattivi li jaqgħu taħt NUTS 1 u 2, kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. 'Awtoritajiet lokali' jinkludu l-awtoritajiet kollha tal-unitajiet amministrattivi li jaqgħu taħt NUTS 3 u l-unitajiet amministrattivi iżgħar, kif imsemmi fir-Regolament Nru 1059/2003.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. "Korpi regolati mil-liġi pubblika" tfisser korpi li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, "Entitajiet kontraenti" huma wieħed minn dawn:

1. Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, "Entitajiet kontraenti" huma entitajiet li jagħtu konċessjoni għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness III u li huma wieħed minn dawn:

(1) L-istat, awtoritajiet reġjonali jew lokali, korpi rregolati mil-liġi pubblika, assoċjazzjonijiet iffurmati minn waħda jew aktar minn dawn l-awtoritajiet jew wieħed jew aktar minn dawn il-korpi rregolati bil-liġi pubblika hekk kif definit fil-paragrafi 2-4 tal-Artikolu 3.

(a) L-awtoritajiet tal-istat, reġjonali jew lokali, korpi rregolati mil-liġi pubblika, assoċjazzjonijiet iffurmati minn waħda jew aktar minn dawn l-awtoritajiet jew wieħed jew aktar minn dawn il-korpi rregolati bil-liġi pubblika hekk kif definit fl-Artikolu 3(2), (3) u (4).

(2) impriżi pubbliċi kif definit fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(b) impriżi pubbliċi kif definit fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu;

(3) Entitajiet li mhumiex awtoritajiet kontraenti jew impriżi pubbliċi, li joperaw abbażi ta' drittijiet speċjali jew esklussivi mogħtija minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru

(c) Entitajiet li mhumiex awtoritajiet kontraenti jew impriżi pubbliċi, imma li joperaw abbażi ta' drittijiet speċjali jew esklussivi mogħtija minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru għall-eżerċizzju ta' waħda mill-attivitajiet definiti fl-Anness III.

meta jagħtu konċessjoni għall-iskop tat-twettiq ta' waħda mill-attivitajiet kif imsemmi fl-Anness III.

 

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-paragrafu biex isir aktar intelliġibbli.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. 'Drittijiet speċjali jew esklussivi' tfisser drittijiet mogħtija minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru permezz ta’ kwalunkwe dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva li l-effett tagħha jkun li tillimita l-eżerċizzju ta’ attivitajiet definiti fl-Anness III għal entità waħda jew aktar, u li sostanzjalment taffettwa l-abbiltà ta' entitajiet oħra milli jwettqu attività bħal din.

imħassar

Drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura li fiha ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi m'għandhomx jikkostitwixxu “drittijiet speċjali jew esklussivi” fis-sens ta’ din id-Direttiva. Din il-proċedura tinkludi:

 

a) proċeduri ta’ akkwist b'sejħa minn qabel għall-kompetizzjoni skont id-Direttiva [2004/18/KE jew 2004/17/KE] jew din id-Direttiva

 

b) proċeduri skont atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni, elenkati fl-Anness XI, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi.

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 sabiex timmodifika l-lista tal-atti leġiżlattivi tal-Unjoni li tinsab fl-Anness XI meta, minħabba l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida tal-Unjoni jew revoka ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni, din il-modifika tkun meħtieġa.

 

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' drittijiet speċjali jew esklussivi mċaqalqa taħt l-Artikolu 2.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

imħassar

Limiti

 

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-konċessjonijiet li ġejjin li l-valur tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn EUR 5 000 000:

 

a) konċessjonijiet konklużi minn entitajiet kontraenti biex titwettaq waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness III;

 

b) konċessjonijiet konklużi mill-awtoritajiet kontraenti.

 

2. Konċessjonijiet ta' servizzi li l-valur tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn EUR 2 500 000 iżda anqas minn EUR 5 000 000 minbarra servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn, għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu li jippubblikaw avviż tal-għoti ta' konċessjoni skont l-Artikoli 27 u 28.

 

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tat-test; il-konċessjonijiet imsemmija diġà ġew definiti fl-Artikolu 1 u l-integrazzjoni tal-Artikolu 5 ġie definit fl-Artikolu 6. It-tneħħija tal-limitu intermedjarju ta' EUR 2.5-5 miljun li jispeċifika l-obbligu li jiġi ppubblikat avviż tal-għoti ta' konċessjoni sabiex tiġi ssimplifikata d-Direttiva u tiġi eskluża kwalunkwe spiża burokratika addizzjonali.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Metodi għall-kalkolu tal-valur estimat ta’ konċessjoni

Limiti minimi u metodi għall-kalkolu tal-valur stmat ta’ konċessjoni

 

-1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-konċessjonijiet li l-valur tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn EUR 8 000 000.

1. Il-kalkolu tal-valur estimat ta' konċessjoni għandu jiġi ibbażat fuq l-ammont totali pagabbli, nett mill-VAT, kif estimat mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti, inkluż kull forma ta' opzjoni u kull estensjoni tat-tul taż-żmien tal-konċessjoni.

1. Il-kalkolu tal-valur stmat ta' konċessjoni għandu jiġi bbażat fuq il-fatturat tagħha, nett tat-taxxi, akkumulat matul it-tul ta' żmien tal-kuntratt, kif stmat mill-konċedent, li miegħu jiżdied kwalunkwe sussidju ta' investiment pubbliku rċevut mill-konċessjonarju u previst għar-raġuni tal-konċessjoni.

 

Dik l-istima għandha tkun valida fil-ħin li jintbagħat l-avviż tal-konċessjoni, jew, fil-każ li tali avviż ma jkunx previst, fil-ħin meta l-konċedent jibda l-proċedura għall-għoti tal-konċessjoni.

 

Jekk il-valur jinbidel bħala riżultat tan-negozjati matul il-proċedura tal-għoti, l-istima valida għandha tkun l-istima indikata fil-ħin tal-iffirmar tal-kuntratt.

2. Il-valur estimat ta’ konċessjoni għandu jkun ikkalkulat bħala l-valur tax-xogħlijiet jew servizzi kollha, anke jekk akkwistati permezz ta’ kuntratti differenti, fejn il-kuntratti jkunu parti minn proġett wieħed. Indikazzjonijiet għall-eżistenza ta’ proġett wieħed jikkonsistu f’ippjanar u konċepiment ġenerali minn qabel mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti, il-fatt li l-elementi differenti mixtrija jissodisfaw funzjoni ekonomika u teknika waħda jew li huma b'xi mod ieħor loġikament interkonnessi.

2. Il-valur stmat ta' konċessjoni għandu jkun ikkalkulat bħala l-valur tax-xogħlijiet u/jew servizzi kollha li huma parti minn proġett wieħed ta’ konċessjoni, inklużi l-istudji mwettqa mill-operatur ekonomiku għar-raġunijiet tal-konċessjoni. In-natura unika tal-proġett tista’ pereżempju tintwera mill-eżistenza ta’ ppjanar u konċepiment mill-konċedent, mill-fatt li l-elementi differenti tal-proġett ta' konċessjoni jissodisfaw funzjoni ekonomika u teknika waħda jew li huma b'xi mod ieħor loġikament interkonnessi.

Fejn l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tipprovdi għall-premji jew pagamenti lil- kandidati jew lill-offerenti għandha tikkunsidrahom meta tikkalkula l-valur estimat tal-konċessjoni.

 

3. L-għażla tal-metodu għall-kalkolu tal-valur estimat ta’ konċessjoni ma għandhiex issir bl-intenzjoni li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Proġett ta' xogħlijiet jew sett ta' servizzi m'għandux jiġi subdiviż bl-effett li jimpedixxih milli jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, sakemm ma jkunx ġustifikat b'raġunijiet oġġettivi.

3. L-istima tal-valur ta’ konċessjoni ma għandhiex issir bl-intenzjoni li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

 

3a. Il-valur stmat tal-konċessjoni għandu jiġi kkalkulat billi jintuża metodu oġġettiv.

4. Din l-istima għandha tkun valida fil-mument meta jintbagħat l-avviż ta' konċessjoni, jew, fil-każijiet fejn avviż bħal dan ma jkunx previst, fil-mument meta l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tibda l-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni, partikolarment billi tiddefinixxi l-karatteristiċi essenzjali tal-konċessjoni maħsuba.

 

5. Għall-konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi u konċessjonijiet ta' xogħlijiet, il-kalkolu tal-valur estimat għandu jqis kemm l-ispiża tax-xogħlijiet kif ukoll il-valur totali estimat tal-provvisti u s-servizzi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-kuntrattur mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti, sakemm dawn ikunu meħtieġa għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet.

 

6. Meta xogħol propost jew xiri ta’ servizzi jistgħu jirriżultaw f’konċessjonijiet mogħtija fl-istess ħin fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jiġi kkunsidrat il-valur totali estimat ta' dawn il-lottijiet.

 

7. Meta l-valur aggregat tal-lottijiet ikun daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 5, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kull lott.

 

8. L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħtu konċessjonijiet għal lottijiet individwali mingħajr ma japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti previsti f'din id-Direttiva, sakemm il-valur estimat nett mill-VAT tal-lott konċernat ikun anqas minn EUR 1 miljun. Madankollu, il-valur aggregat tal-lottijiet hekk mogħtija mingħajr l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva m' għandux jeċċedi 20% tal-valur aggregat tal-lottijiet kollha li jkun ġie maqsum fihom ix-xogħol propost jew ix-xiri propost.

 

9. Il-valur tal-konċessjonijiet għandu jkun il-valur totali estimat tas-servizzi li se jingħataw minn il-konċessjonarju tul iż-żmien kollu tal-konċessjoni, kalkulat skont metodoloġija oġġettiva li għandha tiġi speċifikata fl-avviż tal-konċessjoni jew fid-dokumenti tal-konċessjoni.

 

Il-bażi għall-kalkolazzjoni tal-valur estima tal-konċessjoni għandu, fejn xieraq, ikun kif ġej:

 

a) għal servizzi tal-assigurazzjoni: il-primjum pagabbli, u forom oħra ta’ rimunerazzjoni;

 

b) għas-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra: it-tariffi, il-kummissjonijiet, l-imgħax u forom oħra ta’ rimunerazzjoni;

 

c) għal servizzi ta' tfassil: it-tariffi, il-kummissjonijiet pagabbli u forom oħra ta’ rimunerazzjoni;

 

10. Il-valur tal-konċessjonijiet għandu jinkludi kemm l-istima tad-dħul li għandu jkun irċevut minn partijiet terzi kif ukoll l-ammonti li għandhom jitħallsu mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

 

Ġustifikazzjoni

Riformulazzjoni tal-kliem tal-Artikolu 6 u l-integrazzjoni tal-Artikolu 5 sabiex tiġi ċċarata d-Direttiva. Ir-regoli proposti huma kumplessi wisq, neqsin miċ-ċarezza u jintroduċu distinzjoni mhux ġustifikata bejn il-konċessjonijiet tax-xogħlijiet u tas-servizzi. Proposta: li jkun hemm metodu ta' kalkolu sempliċi li jkun l-istess ikun xi jkun is-suġġett tal-konċessjoni, billi japplikaw l-istess regoli għall-konċessjonijiet tax-xogħlijiet bħall-konċessjonijiet tas-servizzi u n-natura mħallta tal-maġġoranza tal-kuntratti (xogħlijiet u servizzi), jagħmilha diffiċli li jiġi ddeterminat il-limitu applikabbli.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

imħassar

Prinċipji ġenerali

 

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi ugwalment u għandhom jaġixxu b'mod trasparenti u proporzjonat. It-tfassil tal-proċedura tal-akkwist m'għandux isir bil-għan li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew sabiex titnaqqas il-kompetizzjoni b’mod artifiċjali.

 

Ġustifikazzjoni

Iżżomm u tintegra dan l-artikolu fit-taqsima li tikkonċerna r-regoli li jirregolaw il-proċedura tal-għoti ta' kuntratti (Artikolu ġdid ‑ 26a).

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta' servizzi mogħtija minn awtorità kontraenti jew minn entità kontraenti lil operatur ekonomiku li huwa entità kontraenti jew assoċjazzjoni tagħhom, fuq il-bażi ta' dritt esklussiv li operatur ekonomiku jgawdi skont il-liġi nazzjonali applikabbli u ppubblikata, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva, u li ngħata skont it-Trattat u l-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni dwar l-immaniġjar tan-networks infrastrutturali relatati mal-attivitajiet stipulati fl-Anness III.

1. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta' servizzi għal attività mniżżla fl-Anness III, inklużi dawk is-servizzi li jikkonċernaw l-immaniġjar tal-infrastruttura tan-netwerks relatata ma' din l-attività, meta dawn il-konċessjonijiet ikunu mogħtija lil operatur ekonomiku fuq il-bażi ta' dritt esklussiv li dan tal-aħħar igawdi skont il-liġi nazzjonali applikabbli u ppubblikata, regolament jew dispożizzjonijiet amministrattivi, u li ngħata skont it-Trattat u l-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni.

 

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, fejn il-leġiżlazzjoni settorjali msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tipprovdix għall-obbligi ta’ trasparenza speċifiċi għas-settur, għandu japplika l-Artikolu 27(1) u (3).

 

Meta Stat Membru jagħti dritt esklussiv lil operatur ekonomiku għall-eżerċizzju ta' waħda mill-attivitajiet imniżżla fl-Anness III, huwa għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan fi żmien xahar minn meta jingħata dak id-dritt esklussiv.

Ġustifikazzjoni

Estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-esklużjoni li tikkonċerna l-konċessjonijiet ta' servizzi mogħtija abbażi ta' dritt esklussiv (lil hinn minn sempliċi mmaniġġjar tal-infrastruttura għall-attivitajiet stipulati fl-Anness III). Biex jiġu evitati l-abbużi, dawn id-drittijiet esklussivi għandhom jiġi mgħarrfa lill-Kummissjoni.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, fejn il-leġiżlazzjoni settorjali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma tipprovdix għal l-obbligi speċifiċi ta’ trasparenza għas-settur, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 27 (1) u (3)

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu qed jiddaħħal fl-Artikolu 8(1).

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-konċessjonijiet għas-servizzi tat-trasport bl-ajru bbażati fuq l-għoti ta' liċenzja ta' operar fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni)1 jew għal servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq

 

_________________

 

1 ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3.

 

2 ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Ibbażata fuq l-Artikolu 8(5) (f) u (g) tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti hija obbligata tagħti jew torganizza skont il-proċeduri tal-akkwist stabbiliti fi:

3. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li l-konċedent huwa obbligat li jagħti jew li jorganizza skont il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti ta' konċessjonijiet ta' servizzi stabbiliti fi:

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux essenzjali tad-Direttiva.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) ftehim internazzjonali konkluż b’konformità mat-Trattat bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi bil-ħsieb ta' implimentazzjoni jew sfruttament konġunt ta’ proġett mill-Istati firmatarji;

a) ftehim internazzjonali konkluż b’konformità mat-Trattat bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar u li jkopri xogħlijiet jew servizzi bil-ħsieb ta' implimentazzjoni jew sfruttament konġunt ta’ proġett mill-Istati firmatarji;

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux essenzjali tad-Direttiva.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 ‑ paragrafu 3 ‑ subparagrafi 2 u 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ftehimiet kollha msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni, li tista’ tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Kuntratti Pubbliċi msemmi fl-Artikolu 48.

imħassar

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, fejn parti konsiderevoli ta' konċessjoni hija kkofinanzjata għal minn organizzazzjoni internazzjonali jew organizzazzjoni internazzjonali ta' finanzjament, il-partijiet jiddeċiedu dwar il-proċeduri tal-għoti ta' konċessjoni applikabbli, li għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

 

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux essenzjali tad-Direttiva.

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Suġġett għall-Artikolu 346 tat-Trattat, din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-għoti ta' konċessjonijiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà sal-punt li l-protezzjoni tal-interessi essenzjali ta’ sigurtà ta’ Stat Membru ma jistgħux jiġu ggarantit mir-regoli previsti f'din id-Direttiva.

4. Suġġett għall-Artikolu 346 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta' konċessjonijiet fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, bl-eċċezzjoni ta' dawn li ġejjin:

 

(a) konċessjonijiet li għalihom l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva tkun tobbliga lil Stat Membru li jagħti informazzjoni li l-ħruġ tagħha hija tqis li jmur kontra l-interessi essenzjali ta' sigurtà tagħha, jew li l-għoti u t-twettiq tal-konċessjoni jridu jkunu akkumpanjati minn miżuri speċjali ta' sigurtà skont il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi fis-seħħ fi Stat Membru meta l-Istat membru jkun iddetermina li l-interessi essenzjali kkonċernati ma jistgħux jiġu ggarantiti b'miżuri anqas intrużivi, pereżempju kif imsemmi fil-paragrafu 4a;

 

(b) konċessjonijiet mogħtija fil-qafas ta' programm kooperattiv imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà1;

 

(c) kuntratti mogħtija minn gvern lil gvern ieħor relatati ma' xogħlijiet u servizzi direttament marbuta ma' tagħmir militari jew tagħmir sensittiv, jew xogħlijiet u servizzi speċifikament għal raġunijiet militari, jew xogħlijiet sensittivi u servizzi sensittivi;

 

(d) konċessjonijiet mogħtija f’pajjiż terz, li jsiru meta jintbagħtu forzi militari barra mit-territorju tal-Unjoni, fejn ħtiġijiet operattivi jitolbu li dawn ikunu konklużi ma' operaturi ekonomiċi li jinsabu fiż-żona tal-operazzjonijiet.

 

_________

1 ĠU L 216, 20.8.2009, p. 76.

Ġustifikazzjoni

Din l-Emenda hija parti minn pakkett li għandu l-għan li jiżgura li ma jkun hemm l-ebda trikkib bejn din id-Direttiva u d-Direttiva dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri tal-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħol, kuntratti ta’ provvista u kuntratti ta’ servizz mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (2009/81/KE), kif ukoll l-artikoli rilevanti relatati tat-Trattat.

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-konċessjonijiet li mhumiex eżentati b'mod ieħor skont il-paragrafu 4 sal-punt li l-protezzjoni tal-interessi essenzjali ta’ sigurtà ta’ Stat Membru ma jistgħux ikunu ggarantiti minn miżuri anqas intrużivi, pereżempju billi jiġu imposti rekwiżiti bil-għan li titħares in-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni li l-konċedent joffri għad-dispożizzjoni fi proċedura tal-għoti ta' konċessjoni, kif previst f'din id-Direttiva.

 

 

 

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Din l-Emenda hija parti minn pakkett li għandu l-għan li jiżgura li ma jkun hemm l-ebda trikkib bejn din id-Direttiva u d-Direttiva dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri tal-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħol, kuntratti ta’ provvista u kuntratti ta’ servizz mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà (2009/81/KE), kif ukoll l-artikoli rilevanti relatati tat-Trattat.

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) l-akkwist jew il-kiri, bi kwalunkwe mezz finanzjarju, ta’ artijiet, bini eżistenti jew proprjetà immobbli oħra jew li jikkonċernaw id-drittijiet tagħhom; madankollu, il-konċessjonijiet ta’ servizzi finanzjarji mogħtija fl-istess żmien, qabel jew wara l-kuntratt ta’ akkwist jew ta' kiri, fi kwalunkwe forma, għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva;

a) l-akkwist, il-kiri jew 'lease' minn awtorità kontraenti jew entità kontraenti bi kwalunkwe mezz finanzjarju, ta’ artijiet, bini eżistenti jew proprjetà immobbli oħra jew li jikkonċernaw id-drittijiet tagħhom;

Ġustifikazzjoni

M'hemm l-ebda dispożizzjoni għal konċessjoni għal servizzi finanzjarji. Il-leasing hija alternattiva li kienet inizjalment inkluża fid-Direttiva, iżda li jistħoqqilha kunsiderazzjoni (rabta mal-Premessa 6).

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) l-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta' materjal ta' programm intiżi għal xandir, definit bħala trasmissjoni u distribuzzjoni li juża kwalunkwe forma ta' network elettroniku, li jingħataw minn xandara, u lanqas għal konċessjonijiet għal ħin ta' xandir, li jingħataw lil xandara;

b) l-akkwist, l-iżvilupp, il-produzzjoni jew il-koproduzzjoni ta' materjal ta' programm u servizzi ta' tħejjija relatati għal servizzi tal-midja li huma pprovduti minn xandara, u lanqas għal konċessjonijiet għal ħin ta' xandir li jingħataw lil xandara; għall-finijiet ta' din id-Direttiva, is-servizzi tal-midja jfissru l-forom kollha ta' trasmissjoni u distribuzzjoni li jużaw kwalunkwe forma ta' network elettroniku;

Ġustifikazzjoni

Fit-tfassil ta’ dan il-paragrafu qed jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fit-teknoloġija marbuta mas-settur tal-midja.

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, servizzi tal-bank ċentrali u operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (FESF);

(d) servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji1, servizzi tal-bank ċentrali u tranżazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (FESF) kif ukoll operazzjonijiet biex jinkisbu flus jew kapital għall-awtoritajiet kontraenti;

 

____________

1 ĠU L 145, 30.4.2004, p.1.

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e) kuntratti ta’ impjieg;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tad-Direttiva bit-tneħħija ta' test li huwa kkuppjat preċiżament mid-direttivi dwar l-akkwist pubbliku. Sa fejn jaf ir-rapporteur, m'hemm l-ebda konċessjoni għal dawn is-servizzi.

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f) Servizzi tat-trasport bl-ajru ibbażati fuq l-għoti ta' liċenzja ta' operar fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Riorganizzazzjoni tal-Artikolu 8 tad-Direttiva biex ikun hemm riferenza għall-esklużjonijiet speċifiċi għas-settur skont il-leġiżlazzjoni tal-UE (paragrafu 2(a) (ġdid)).

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 ‑ punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

g) Servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Riorganizzazzjoni tal-Artikolu 8 tad-Direttiva biex ikun hemm riferenza għall-esklużjonijiet speċifiċi għas-settur skont il-leġiżlazzjoni tal-UE (paragrafu 2(a) (ġdid)). Id-definizzjoni ta' konċessjoni ta' servizz stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tapplika skont l-Artikolu 50 ta' din id-Direttiva.

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) id-difiża ċivili, il-protezzjoni ċivili, u l-prevenzjoni tal-perikli;

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ix-xandir imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jinkludi kwalunkwe trasmissjoni u distribuzzjoni permezz ta’ kwalunkwe forma ta’ netwerk elettroniku.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu ddaħħal fl-Artikolu 8(5)(b).

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 - paragrafi 5a u 5b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Din id-Direttiva mgħandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta' servizzi għal attivitajiet tal-logħob tal-azzard li jinvolvu riskju finanzjarju permezz tal-investiment ta' somma ta' flus fil-logħob tal-azzard (jiġifieri f'lotteriji u f'imħatri), mogħtija lil korp wieħed jew aktar minn Stat Membru wieħed jew aktar skont liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli skont it-Trattati.

 

5b. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti għal għanijiet oħra għajr it-twettiq tal-attivitajiet tagħhom kif deskritt fl-Anness III jew għat-twettiq ta' dawn l-attivitajiet f'pajjiż terz, b'kundizzjonijiet li ma jinvolvux l-użu fiżiku ta' netwerk jew erja ġeografika fl-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Riorganizzazzjoni u simplifikazzjoni tad-Direttiva (l-Artikolu 10(1) iddaħħal fl-Artikolu 8(5(a) (ġdid)).

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li għandhom l-għan prinċipali li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti jipprovdu jew jisfruttaw netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni jew li jipprovdu lill-pubbliku servizz wieħed ta' komunikazzjoni elettronika jew aktar.

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li għandhom l-għan prinċipali li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti jipprovdu jew jisfruttaw netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni kif definit fil-punt (d) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi1, jew li jipprovdu lill-pubbliku servizz wieħed ta' komunikazzjoni elettronika jew aktar kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2 ta' dik id-Direttiva.

 

________________

 

1 ĠU L 108, 24.4.2002, p. 33.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tad-Direttiva billi d-definizzjonijiet ġew sostitwiti b'riferenzi għal-leġiżlazzjoni rilevanti (Direttiva 2002/21/KE).

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu:

imħassar

(a) “netwerk pubbliku tal-komunikazzjoni” tfisser netwerk tal-komunikazzjoni elettronika wżat kollu jew prinċipalment biex jipprovdi servizzi ta' komunikazzjoni elettronika disponibbli għall-pubbliku u li jissapportja t-trasferiment ta’ informazzjoni bejn il-punti terminali tan-network;

 

(b) 'network ta' komunikazzjonijiet elettroniċi "tfisser sistemi ta 'trasmissjoni u, fejn applikabbli, switching jew routing tagħmir u riżorsi oħra, jinkludi elementi tan-netwerk li ma jkunux attivi, li jħallu l-ġarr ta' sinjali bil-wire, radju, meżżi ottiċi jew elettromanjetiċi oħra, inklużi networks tas-satelliti, fiss (circuitand packet-switched, fosthom l-Internet) u netwerks terrestri mobbli, sistemi ta 'kejbil tal-elettriku, sal-punt li jintużaw għall-għan ta' trasmissjoni ta 'sinjali, netwerks użati għax-xandir fuq ir-radju u t-televiżjoni, u n-netwerks tat-televiżjoni bil-kejbil, irrispettivament mit-tip ta' informazzjoni mogħtija;

 

(c) “punt tat-terminazzjoni tan-network” (NTP) tfisser il-punt fiżiku fejn l-abbonat jiġi provdut b'aċċess għal network pubbliku tal-komunikazzjoni; fil-każ ta' networks li jinvolvu l-iswiċċjar jew routing, l-NTP huwa identifikat permezz ta' indirizz speċifiku tan-network, li jista' jintrabat ma' numru jew isem ta' abbonat;

 

(d) “servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi” tfisser servizz normalment ipprovdut għar-remunerazzjoni li jikkonsisti kollu jew l-aktar fit-twassil ta' sinjali minn networks tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, inklużi s-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet u s-servizzi tat-trasmissjoni fin-networks użati għax-xandir iżda jeskludu s-servizzi li jipprovdu jew jeżerċitaw kontroll editorjali fuq il-kontenut trasmess bl-użu ta' networks u s-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi; ma jinkludix servizzi tas-soċjeta tal-informazzjoni, kif definiti fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 98/34/KE, li ma jikkonsistux kollha kemm huma jew prinċipalment fit-twassil ta' sinjali minn networks ta' komunikazzjonijiet elettroniċi.

 

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tad-Direttiva billi d-definizzjonijiet ġew sostitwiti b'riferenzi għal-leġiżlazzjoni rilevanti (Direttiva 2002/21/KE).

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

imħassar

Esklużjonijiet applikabbli għall-konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti

 

1. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti għal għanijiet oħra għajr it-twettiq tal-attivitajiet tagħhom kif deskrit fl-Anness III jew għat-twettiq ta' dawn l-attivitajiet f'pajjiż terz, b'kundizzjonijiet li ma jinvolvux l-użu fiżiku ta' netwerk jew erja ġeografika fl-Unjoni.

 

2. L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ sorveljanza nazzjonali fuq talba tagħhom dwar kwalunkwe attività li huma jikkunsidraw eskluża. Il-Kummissjoni tista’ perjodikament tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għal finijiet ta' informazzjoni, listi tal-kategoriji ta’ attivitajiet li hija tqis koperti minn din l-esklużjoni. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tirrispetta kull aspett kummerċjali sensittiv li l-entitajiet kontraenti jistgħu jsemmu meta jibagħtu dan l-informazzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Tidħil mill-ġdid tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(1) fl-Artikolu 8 li jikkonċernaw l-esklużjonijiet applikabbli għall-konċessjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet u/jew entitajiet kontraenti, biex it-test jiġi ssimplifikat u ċċarat. Tidħil mill-ġdid tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 10(2) fl-Artikolu 13 li jikkonċernaw l-informazzjoni mogħtija mill-entitajiet kontraenti, biex it-test jiġi ssimplifikat u ċċarat.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

L-Artikolu 11 ‑ paragrafi 1, 2 u 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, "impriża affiljata" tfisser kwalunkwe impriza li l-kontijiet annwali tagħha huma konsolidati ma' dawk tal-entità kontraenti skont ir-rekwiżiti tas-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE.

1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, “impriża affiljata” għandha tfisser:

 

a) kwalunkwe impriża li l-kontijiet annwali tagħha huma konsolidati ma’ dawk tal-entità kontraenti skont ir-rekwiżiti tas-Seba’ Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE; jew

2. Fil-każ ta’ entitajiet li ma jkunux soġġetti għal dik id-Direttiva, “impriża affiljata” għandha tfisser kwalunkwe impriża li:

b) kwalunkwe impriża li ssib lilha nnifisha f'waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet:

a) tista' tkun, direttament jew indirettament, soġġetta għal influwenza dominanti mill-entità kontraenti fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva;

i) hija tista' tkun, direttament jew indirettament, soġġetta għal influwenza dominanti mill-entità kontraenti;

b) tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq l-entità kontraenti;

ii) hija tkun tista’ teżerċita influwenza dominanti fuq l-entità kontraenti;

c) li l-istess bħall-entità kontraenti, hija soġġetta għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra permezz ta’ sjieda, parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha.

iii) li l-istess bħall-entità kontraenti, hija tkun soġġetta għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra permezz ta’ sjieda, parteċipazzjoni finanzjarja jew ir-regoli li jirregolawha.

 

L-idea ta' influwenza dominanti hija ddefinita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2).

3. Minkejja l-Artikolu 15 u sakemm il-kundizzjonijiet fil-paragrafu 4 ikunu ssodisfati, din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li ġejjin:

2. Minkejja l-Artikolu 15 u sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 1 u 3 jkunu ssodisfati, din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal konċessjonijiet li ġejjin:

(a) konċessjonijiet mogħtija minn entità kontraenti lil impriża affiljata;

(a) konċessjonijiet mogħtija minn entità kontraenti lil impriża affiljata; kif ukoll

(b) konċessjonijiet mogħtija minn impriża konġunta, iffurmata esklussivament minn għadd ta' entitajiet kontraenti bil-għan li twettaq attivitajiet deskritti fl-Anness III, lil impriża li hija affiljata ma' waħda minn dawn l-entitajiet kontraenti.

(b) konċessjonijiet mogħtija minn impriża konġunta, iffurmata esklussivament minn żewġ entitajiet kontraenti jew aktar bil-għan li twettaq attivitajiet deskritti fl-Anness III, lil impriża li hija affiljata ma' waħda minn dawn l-entitajiet kontraenti.

Ġustifikazzjoni

Riorganizzazzjoni u kjarifika tal-Artikolu sħiħ bil-għan li jingħad b'mod mhux ambigwu: (1) is-suġġett tal-Artikolu (l-esklużjoni ta' ċerti konċessjonijiet); (2) id-definizzjoni ta' impriża affiljata (li qabel kienet mifruxa fuq żewġ paragrafi (11(1) u 11(2) li r-rabta bejniethom ma kinitx ċara); (3) il-kundizzjonijiet li jirregolaw dawn l-esklużjonijiet. il-frażi "fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 4 ta' din id-Direttiva" tneħħiet u tmexxiet sabiex ikun ċar għal xiex hija tirreferi ("influwenza dominanti" u mhux "l-entità kontraenti").

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Article 11 – paragrafu 4 – punti a u b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) għal konċessjonijiet ta’ servizzi jekk tal-inqas 80% tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata fir-rigward ta’ servizzi inġenerali għat-tliet snin ta’ qabel ikun ġej mill-forniment ta’ servizzi lil impriżi li hija affiljata magħhom;

a) għal konċessjonijiet ta’ servizzi jekk tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata, billi jitqiesu s-servizzi kollha pprovduti minn din l-impriża fit-tliet snin ta’ qabel, ikun ġej mill-forniment ta’ servizzi lill-entità kontraenti li magħha l-impriża tkun affiljata, jew mal-entità kontraenti li hija stess hija soġġetta għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra li magħha tkun affiljata l-impriża mogħtija l-konċessjoni;

b) għal konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jekk tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata fir-rigward ta’ xogħlijiet inġenerali għat-tliet snin ta’ qabel ikun ġej mill-forniment ta’ xogħlijiet lil impriżi li hija affiljata magħhom.

b) għal konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jekk tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata, billi jitqiesu x-xogħlijiet kollha mwettqa minn din l-impriża fit-tliet snin ta’ qabel, ikun ġej mill-forniment ta’ xogħlijiet lill-entità kontraenti li magħha l-impriża tkun affiljata, jew mal-entità kontraenti li hija stess hija soġġetta għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra li magħha tkun affiljata l-impriża mogħtija l-konċessjoni.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika meħtieġa dwar l-esklużjonijiet għall-impriżi affiljati. Il-kalkolu ta’ 80 % tal-fatturat għandu jikkunsidra s-servizzi kollha pprovduti mill-impriża affiljata (servizzi pprovduti lill-entità kontraenti + servizzi oħrajn). Jeħtieġ li jkun hemm rabta bejn dan it-80 % tal-fatturat tal-impriża affiljata u l-entità kontraenti li tat il-konċessjoni lill-impriża affiljata, kemm jekk l-entità kontraenti tkun direttament relatata magħha, u kemm jekk tkun soġġetta għall-influwenza dominanti ta’ impriża oħra affiljata mal-impriża li ngħatat il-konċessjoni.

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta, minħabba d-data li fiha nħolqot l-impriża affiljata jew meta bdew l-attivitajiet, il-fatturat mhuwiex disponibbli għat-tliet snin ta’ qabel, ikun biżżejjed li dik l-impriża turi li l-fatturat imsemmi fil-paragrafu 4 il-punt (a) jew (b) ikun kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projjezzjonijiet kummerċjali.

5. Meta, minħabba d-data li fiha nħolqot l-impriża affiljata jew meta bdew l-attivitajiet, il-fatturat mhuwiex disponibbli għat-tliet snin ta’ qabel, ikun biżżejjed li dik l-impriża turi li l-proporzjon tal-fatturat medju totali msemmi fil-paragrafu 4 il-punt (a) jew (b) ikun kredibbli, b’mod partikolari permezz ta’ projezzjonijiet kummerċjali.

Ġustifikazzjoni

Paragrafu mħassar minħabba li d-dispożizzjonijiet tiegħu setgħu jiġu abbużati.

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Fejn aktar minn impriża affiljata waħda mal-entità kontraenti tipprovdi l-istess servizzi, jew servizzi simili, provvisti jew xogħlijiet, il-perċentwali t’hawn fuq imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom jiġu kkalkolati billi jitqies il-fatturat totali li jkun ġej mill-forniment tas-servizzi, il-provvisti jew ix-xogħlijiet rispettivament minn dawk l-impriżi affiljati.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Paragrafu mneħħi biex l-Artikolu jiġi ċċarat u simplifikat.

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Dispożizzjonijiet transitorji marbuta mal-Artikolu 11

 

1. Konċessjonijiet ta' servizzi għall-fini li tiġi eżerċitata l-attività msemmija fil-paragrafu 3 tal-Anness III li, meta din id-Direttiva tidħol fis-seħħ, ikunu operati minn impriżi affiljati, kif definiti fl-Artikolu 11, jistgħu jiġu estiżi mingħajr ma d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu applikabbli, sakemm 100% tat-total tal-fatturat tal-impriża affiljata fir-rigward tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt u li jikkonċernaw l-attività msemmija fil-paragrafu 3 tal-Anness III għat-tliet snin preċedenti, jiġi mill-provvediment ta' servizzi lill-impriżi kontraenti li magħhom tkun affiljata. Fejn dawn il-konċessjonijiet ikopri nħawi limitati ta' muniċipalitajiet ġirien il-fatturat totali tal-impriża affiljata għandu jkun 90 %.

 

2. Għall-fini ta' dan l-Artikolu l-idea ta' impriża affiljata għandha tirreferi wkoll għal kwalunkwe impriża li tista' tkun, direttament jew indirettament, suġġetta għal influwenza dominanti minn entitajiet kontraenti fis-sens tal-Artikolu 4(2) ta' din id-Direttiva.

 

3. L-estensjonijiet tal-konċessjonijiet ta' servizzi kif imsemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jseħħu fi żmien tliet snin mid-data msemmija fl-Artikolu 49(1). Il-kuntratti li jirriżultaw għandhom ikunu validi sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ikunu ssodisfati, u għandhom jintemmu sal-1 ta' Lulju 2020.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni l-ġdida tintroduċi perjodu transitorju għal dawk l-impriżi affiljati li joperaw fis-settur tal-ilma u oqsma oħra, li l-attivitajiet tagħhom ma jistgħux jiġu separati fil-kalkolu tat-total tad-dħul rigward il-kundizzjonijiet imposti bl-Artikolu 11. B'hekk dawk l-entitajiet ikunu jistgħu jadattaw għar-regoli attwali mingħajr ma jipperikolaw l-istruttura globali tagħhom.

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, fuq talba tagħhom, b’kull attività li huma jqisu bħala eskluża skont l-Artikolu 8(5b). Il-Kummissjoni tista’ perjodikament tippubblika f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għal finijiet ta' informazzjoni, listi tal-kategoriji ta’ attivitajiet li hija tqis koperti minn dik l-esklużjoni. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tirrispetta kull aspett kummerċjali sensittiv li l-entitajiet kontraenti jistgħu jsemmu meta jibagħtu dik l-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Riorganizzazzjoni u simplifikazzjoni tad-Direttiva billi jiddaħħlu d-dispożizzjonijiet kollha dwar l-informazzjoni li tikkonċerna l-esklużjonijiet skont id-Direttiva li l-entitajiet kontraenti jridu jipprovdu (l-Artikolu 13 eżistenti jitħalla mhux mittiefes u jiżdied l-Artikolu 10(2)).

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ sorveljanza nazzjonali, fuq talba tagħhom, l-informazzjoni li ġejja rigward l-applikazzjoni tal-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 11 u l-Artikolu 12.

2. L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, fuq talba tagħhom, l-informazzjoni li ġejja rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 11(2) u (3) u l-Artikolu 12.

Ġustifikazzjoni

Riorganizzazzjoni u simplifikazzjoni tad-Direttiva billi jiddaħħlu d-dispożizzjonijiet kollha dwar l-informazzjoni li tikkonċerna l-esklużjonijiet skont id-Direttiva li l-entitajiet kontraenti jridu jipprovdu (l-Artikolu 13 eżistenti jitħalla mhux mittiefes u jiżdied l-Artikolu 10(2)).

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) provi meqjusa meħtieġa mill-Kummissjoni jew mill-korp ta’ sorveljanza nazzjonali li juru li r-relazzjoni bejn l-impriża jew l-impriża konġunta li ngħatawlha l-kuntratti u l-entità kontraenti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikoli 11 jew 12.

c) provi meqjusa meħtieġa mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li juru li r-relazzjoni bejn l-impriża jew l-impriża konġunta li ngħatawlha l-kuntratti u l-entità kontraenti tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikoli 11 jew 12.

Ġustifikazzjoni

Bidla marbuta mad-dispożizzjonijiet dwar il-governanza.

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti fejn, fl-Istat Membru li fih isiru tali konċessjonijiet, l-attività tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni skont l-Artikolu 27 u 28 tad-Direttiva [tissostitwixxi d-Direttiva 2004/17/KE].

Il konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti u mwettqa fi Stat Membru li fih l-attività tkun direttament esposta għall-kompetizzjoni skont l-Artikolu 27 u 28 tad-Direttiva .../.../UE* m'għandhomx jitqiesu bħala konċessjonijiet fis-sens ta' din id-Direttiva.

 

*ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru, id-data u r-referenza tal-pubblikazzjoni tad-direttiva li tissostitwixxi d-Direttiva 2004/17/KE.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-Artikolu. It-test oriġinali jidher li jissuġġerixxi li, jekk ikun hemm kompetizzjoni libera fis-settur tal-utilitajiet, id-Direttiva ma tkunx tapplika għall-kuntratti ta' konċessjoni kkonċernati. Fil-fatt, f'dawn il-każijiet, dawn il-kuntratti mhumiex konċessjonijiet iżda kuntratti li skonthom awtorità pubblika jew impriża privata mogħtija drittijiet speċjali jew esklussivi taġixxi bħal kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor fis-suq.

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) din l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika konċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess.

a) l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika konċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess; jiġifieri li hija teżerċita influwenza deċiżiva fuq l-objettivi strateġiċi u fuq id-deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kkontrollata;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-kriterji li jiddefinixxu kuntratti "in-house" u li jiġġustifikaw l-esklużjoni ta’ tali kuntratti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. It-terminu "kontroll analogu" huwa dak li huwa maħruġ mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u jsaħħaħ il-kriterju ta’ kontroll applikat mill-awtorità kontraenti fuq l-entità kkontrollata. Il-kunċett ta’ kontroll analogu huwa wkoll speċifikat minn elementi meħuda mir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (trasport pubbliku tal-passiġġieri) sabiex tiffaċilita l-identifikazzjoni tiegħu.

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 ‑ paragrafu 1 ‑ subparagrafu 1 ‑ punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) mill-inqas 90% tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li tikkontrollaha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti

b) mill-inqas 80% tal-fatturat medju totali ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettaq għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li tikkontrollaha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità jew entità kontraenti

Ġustifikazzjoni

Kjarfika tal-kriterji li jiddefinixxu "in-house": l-espressjoni "90 % tal-attivitajiet" tiċċara wieħed mit-termini tal-ġurisprudenza ("il-qofol tal-attivitajiet") u tonqos milli tispeċifika t-terminu l-ieħor, u għal din ir-raġuni bdiet tintuża l-espressjoni "90 % tal-medja tal-fatturat totali".

Emenda  126

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata

c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni tal-forom ta' parteċipazzjoni privata infurzati bil-liġi, f'konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitaw l-ebda influwenza fuq id-deċiżjonijiet tal-awtorità jew entità kontraenti li tikkontrolla.

Emenda  127

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 għandha titqies li teżerċita kontroll fuq persuna ġuridika simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess skont it-tifsira tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu meta hija teżerċita influwenza deċiżiva kemm fuq l-objettivi strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kontrollata.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-kriterji li jiddefinixxu kuntratti "in-house" u li jiġġustifikaw l-esklużjoni ta’ tali kuntratti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-kliem "kontroll simili" mibdula b'"kontroll ekwivalenti" u mdaħħla fl-Artikolu 15(1)(a).

Emenda  128

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-paragrafu 1 japplika wkoll fejn entità kkontrollata li hija awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 tagħti konċessjoni lill-entità li jikkontrollaha, jew lil persuna ġuridika oħra kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika li tingħata l-konċessjoni pubblika.

2. Il-paragrafu 1 japplika wkoll fejn entità kkontrollata jew aktar li hija/jkunu awtorità/awtoritajiet kontraenti jew entità/ entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tagħti/jagħtu konċessjoni lill-entità jew entitajiet li jikkontrollawha, jew lil persuna ġuridika oħra kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti jew entità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika li tingħata l-konċessjoni pubblika, bl-eċċezzjoni ta' forom ta' parteċipazzjoni privata infurzati bil-liġi, b'konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitaw l-ebda influwenza fuq id-deċiżjonijiet tal-awtorità jew entità kontraenti li tikkontrolla.

Ġustifikazzjoni

Żieda ta' riferenza għall-entità kontraenti li kienu tħallew barra f'dan il-punt fit-test ("in-house" invers).

Emenda  129

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4, li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika skont it-tifsira tal-paragrafu 1, tista' madankollu tagħti konċessjoni mingħajr ma tapplika d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva fuq persuna ġuridika li tikkontrolla b'mod konġunt ma' awtoritajiet jew entitajiet kontraenti oħra bħal dawn, fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

3. Awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1), li ma teżerċitax kontroll fuq persuna ġuridika skont it-tifsira tal-punt (a) tas-subparagrafu 1 tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, tista' madankollu tagħti konċessjoni barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva lil persuna ġuridika li tikkontrolla b'mod konġunt ma' awtoritajiet jew entitajiet kontraenti oħra bħal dawn, kif imsemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1), fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-kriterji li jiddefinixxu kuntratti konġunti "in-house" u li jiġġustifikaw l-esklużjoni ta’ tali kuntratti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Emenda  130

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 ‑ paragrafu 3 ‑ subparagrafu 1 ‑ punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) mill-inqas 90 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti li jikkontrollawha kif imsemmi fl-Artikolu 4(1)(1) jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtorità jew entità kontraenti;

b) mill-inqas 80% tal-fatturat medju totali ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettaq għall-awtorità jew l-entità kontraenti li tikkontrollaha kif imsemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità jew entità kontraenti

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-kriterji li jiddefinixxu kuntratti konġunti "in-house" u li jiġġustifikaw l-esklużjoni ta’ tali kuntratti mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Il-frażi '90% tal-attivitajiet' tiċċara waħda mit-termini użati fil-każistika ("ħafna mill-attivitajiet") imma mhux l-oħra, għalhekk il-proposta għandha tinkludi l-frażi '90% tal-fatturat'.

Emenda  131

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata.

c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata bl-eċċezzjoni tal-forom ta' parteċipazzjoni privata infurzati bil-liġi, f'konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitaw l-ebda influwenza fuq id-deċiżjonijiet tal-awtorità jew entità kontraenti li tikkontrolla.

Emenda  132

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-punt (a), awtoritajiet jew entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 għandhom jitqiesu li jikkontrollaw konġuntament persuna ġuridika fejn il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin huma ssodisfati:

Għall-finijiet tal-punt (a), awtoritajiet jew entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) għandhom jitqiesu li jikkontrollaw konġuntament persuna ġuridika fejn il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin huma ssodisfati:

(a) il-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollatha huma magħmula minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti kollha kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4;

(a) il-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-persuna ġuridika kkontrollatha huma magħmula minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti kif imsemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1); filwaqt li rappreżentant wieħed jista' jirrappreżenta awtorità kontraenti parteċipanti waħda jew aktar;

(b) dawk l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 huma kapaċi jeżerċitaw b'mod konġunt influwenza deċiżiva fuq l-objettivi strateġiċi u d-deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kontrollata;

(b) dawk l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) huma kapaċi jeżerċitaw b'mod konġunt influwenza deċiżiva fuq l-objettivi strateġiċi u d-deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kontrollata;

(c) il-persuna ġuridika kkontrollata ma tfittex l-ebda interess li huwa distint minn dak tal-awtoritajiet pubbliċi li hija affiljata magħhom;

(c) il-persuna ġuridika kkontrollata ma tfittex l-ebda interess li jkun f’kunflitt ma’ dak tal-awtoritajiet pubbliċi li hija affiljata magħhom;

(d) il-persuna ġuridika kkontrollata ma tikseb l-ebda gwadann ieħor, minbarra r-rimborż tal-ispejjeż attwali mill-kuntratti pubbliċi mal-awtoritajiet kontraenti.

 

Emenda  133

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Ftehim konkluż bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jew aktar kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 ma għandux jitqies bħala konċessjoni skont it-tifsira tal-punt 1 tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 ta' din id-Direttiva, fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

4. Ftehim konkluż bejn żewġ awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jew aktar kif imsemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) ma jidħolx fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

Emenda  134

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 - paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-ftehim jistabbilixxi kooperazzjoni leali bejn l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti, bil-għan li jwettqu b’mod konġunt il-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom u jinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi tal-partijiet;

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda  135

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 - paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-ftehim jistabbilixxi kooperazzjoni leali bejn l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti, bil-għan li jwettqu b’mod konġunt il-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom u jinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi tal-partijiet;

(a) il-ftehim jistabbilixxi kooperazzjoni leali bejn l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti, bil-għan li jwettqu b’mod konġunt il-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom u jinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi tal-partijiet għall-fini tat-twettiq ta' kompitu konġunt ta' servizz pubbliku;

Emenda  136

Proposta għal direttiva

Artikolu 15– paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti ma għandhomx iwettqu fis-suq miftuħ aktar minn 10%, f’termini ta' fatturat, tal-attivitajiet li huma rilevanti fil-kuntest tal-ftehim;

(c) l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti ma għandhomx iwettqu fis-suq miftuħ aktar minn 20%, f’termini ta' fatturat, tal-attivitajiet li huma rilevanti fil-kuntest tal-ftehim;

Emenda  137

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 - paragrafu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-ftehim ma jinvolvix trasferimenti finanzjarji bejn l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti, minbarra dawk li jikkorrispondu għar-rimborż tal-ispejjeż attwali tax-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti;

imħassar

Emenda  138

Proposta għal direttiva

Artikoku 15 - paragrafu 4 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fi kwalunkwe mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti involuti.

(e) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fi kwalunkwe mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti involuti, bl-eċċezzjoni tal-forom ta' parteċipazzjoni privata infurzati bil-liġi, f'konformità mat-Trattati, li ma jeżerċitaw l-ebda influwenza fuq id-deċiżjonijiet tal-awtorità jew entità kontraenti li tikkontrolla.

Emenda  139

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 - paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal ftehimiet, deċiżjonijiet jew strumenti legali oħrajn, milħuqa bejn diversi awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1), jew gruppi ta' awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) li jipprevedu, fil-qafas tal-organizzazzjoni istituzzjonali u amminsitrattiva interna ta' Stat Membru u skont il-liġi jew ir-regoli nazzjonali applikabbli, għat-trasferiment tas-setgħat bejn il-partijiet bil-ħsieb tat-twettiq ta' kompitu ta' servizz pubbliku.

 

 

Ġustifikazzjoni

L-esklużjoni espliċita ta' kooperazzjoni orizzontali (Artikolu 15(4)) twassal għal dubji dwar l-istatus, skont id-Direttiva, ta' arranġamenti għal trasferiment ta' setgħat bejn awtoritajiet pubbliċi ('intercommunalité' skont il-liġi Franċiża),li ma jkunux esklużi espliċitament. Għalhekk, qed jiġi propost paragrafu ġdid li jeskludi dawn l-arranġamenti.

Emenda  140

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fil-mument tal-għoti tal-konċessjoni jew tal-konklużjoni tal-ftehim għandu jiġi vverifikat li m’hemm l-ebda parteċipazzjoni privata msemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

5. Fil-mument tal-għoti tal-konċessjoni jew tal-konklużjoni tal-ftehim għandu jiġi vverifikat li m’hemm l-ebda parteċipazzjoni privata msemmija fil-paragrafi 1 sa 4a.

L-eċċezzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu għandhom jieqfu japplikaw mill-mument li fih isseħħ kwalunkwe parteċipazzjoni privata, bl-effett li l-konċessjonijiet fis-seħħ ikunu jridu jinfetħu għall-kompetizzjoni permezz ta’ proċeduri regolari tal-għoti.

 

Emenda  141

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tul tal-konċessjoni għandu jkun limitat għaż-żmien estimat meħtieġ sabiex il-konċessjonarju jirkupra l-investimenti magħmula fl-operat tax-xogħlijiet jew servizzi flimkien ma’ dħul raġonevoli fuq il-kapital investit.

1. It-tul tal-konċessjonijiet għandu jkun limitat. Il-konċedent għandu jagħmel stima tat-tul taż-żmien abbażi tax-xogħlijiet jew servizzi mitluba.

 

Meta n-nefqa għall-investimenti trid issir mill-konċedent, it-tul taż-żmien tal-konċessjoni għandu jirrifletti n-natura u l-ammont tal-investimenti involuti, kemm l-investimenti inizjali u dawk ulterjuri matul iż-żmien tal-konċessjoni, u m'għandux, taħt dawk iċ-ċirkustanzi, jaqbeż il-perjodu normali tal-ammortizzament.

 

Irrispettivament jekk il-konċedent ikunx meħtieġ jagħmel investimenti jew le, it-tul tal-konċessjoni għandu jirrifletti wkoll l-ammont taż-żmien meqjus meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fil-kuntratt, b'mod partikulari fir-rigward tal-għoti tas-servizz inkwistjoni.

 

2. Il-perjodu normali tal-ħlas lura għandu jikkorrispondi maż-żmien li l-konċessjonarji jistgħu b'mod raġonevoli jiġu mistennija li jirkupraw l-ispejjeż tal-investiment u biex jiżguraw li jagħmlu dħul raġonevoli fuq il-kapital investit.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tenfasizza li l-konċessjoni hija għal perjodu limitat ta' żmien. It-test oriġinali naqas ukoll milli jqis il-fatt li "l-investimenti magħmula fl-operat tax-xogħlijiet jew servizzi" ma kienu jirreferu la għall-investimenti inizjali u lanqas għall-konċessjonijiet mingħajr investimenti materjali li aktarx jiġu ammortizzati (u huwa minħabba f'hekk li ġew miżjuda fil-kuntratt kriterji oħrajn, bħat-twettiq tal-kuntratt).

Emenda  142

Proposta għal direttiva

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Konċessjonijiet għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness X li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 26 u l-paragrafu 1 tal-Artikolu 27.

Konċessjonijiet għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness X ta' din id-Direttiva għandhom ikunu suġġetti biss għall-Artikolu 27(1) u (3).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tenfasizza li l-konċessjonijiet għal servizzi soċjali u servizzi oħrajn speċifiċi huma suġġetti biss għad-dispożizzjonijiet li jirrikjedu l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' għoti ta' kuntratt (trasparenza). It-test oriġinali kien ambigwu dwar jekk dispożizzjonijiet oħrajn kinux japplikaw għal dawn is-servizzi. L-avviż ta' informazzjoni minn qabel tneħħa wkoll sabiex titnaqqas il-burokrazija fil-proċedura, li ma żżid l-ebda valur għal dan it-tip ta' servizz.

Emenda  143

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Konċessjonijiet mħallta

Kuntratti mħallta

Emenda  144

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kuntratti li jkollhom bħala l-għan tagħhom kemm servizzi kif ukoll provvisti għandhom jingħataw skont din id-Direttiva meta l-oġġett prinċipali tal-kuntratt inkwistjoni jkunu servizzi u fejn ikunu konċessjonijiet fi ħdan it-tifsira tal-punt (1) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2

1. Meta l-kuntratti jkollhom bħala oġġett konċessjonijiet koperti minn din id-Direttiva kif ukoll akkwisti jew elementi oħrajn mhux koperti minnha, il-parti tal-kuntratt li tikkostitwixxi konċessjoni koperta minn din id-Direttiva għandha tingħata skont id-dispożizzjonijiet tagħha.

 

Meta l-partijiet differenti tal-kuntratt ikkonċernat ma jkunux separabbli, l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tkun determinata mis-suġġett ewlieni ta' dak il-kuntratt, stabbilit abbażi tal-valuri rispettivi tal-konċessjoni, tal-akkwisti u tal-elementi l-oħrajn mhux koperti mid-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika u simplifikazzjoni tal-Artikolu, li tirreferi għal sett ta' każijiet speċifiċi ta' kuntratti mħallta li jistgħu jinġabru f'paragrafu 1 ġdid (kuntratti għal konċessjonijiet koperti minn din id-Direttiva kif ukoll akkwisti u elementi oħrajn mhux koperti minnha, bħall-akkwist pubbliku), bl-azzjoni li trid tittieħed jekk il-partijiet differenti tal-kuntratt ma jkunux jistgħu jiġu sseparati (applikazzjoni tar-regoli tas-supremazija tas-suġġett ewlieni tal-kuntratt).

Emenda  145

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Konċessjonijiet li għandhom bħala l-għan tagħhom kemm servizzi fis-sens tal-Artikolu 17 u servizzi oħra għandhom jingħataw skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għat-tip ta’servizz li jikkaretterizza l-oġġett ewlieni il-kuntratt inkwistjoni.

2. Meta kuntratt ta' konċessjoni ta' servizzi li jidħol fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jkollu bħala l-għan tiegħu kemm servizzi fis-sens tal-Artikolu 17 u servizzi oħra, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw abbażi tat-tip ta’servizz li jikkaretterizza l-oġġett ewlieni tal-kuntratt inkwistjoni, determinat skont il-valuri rispettivi tas-servizzi kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-paragrafu dwar kuntratti mħallta għal servizzi soċjali speċifiċi u tipi oħrajn ta' servizzi, kif ukoll l-arranġamenti biex jiġi determinat liema dispożizzjoni għandha tapplika.

Emenda  146

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fil-każ ta' kuntratti mħallta msemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-objettiv ewlieni għandu jkun determinat bi tqabbil tal-valuri tas-servizzi jew provvisti rispettivi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjonijiet imdaħħla fil-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 18.

Emenda  147

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn il-kuntratti jkollhom bħala għan tagħhom il-konċessjonijiet koperti b'din id-Direttiva kif ukoll akkwist jew elementi oħra mhux koperti minnha u lanqas minn Direttivi [li jissostitwixxu 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18] jew 2009/81/KE, il-parti tal-kuntratt li tikkostitwixxi konċessjoni koperta minn din id-Direttiva għandha tingħata skont din id-Direttiva. Madankollu, meta partijiet differenti tal-kuntratt huma oġġettivament mhux separabbli, l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tiġi determinata abbażi tas-suġġett ewlieni ta ' dak il-kuntratt.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Kjarifika u simplifikazzjoni tal-Artikolu, li tirreferi għal sett ta' każijiet speċifiċi ta' kuntratti mħallta li jistgħu jinġabru f'paragrafu 1 ġdid (kuntratti għal konċessjonijiet koperti minn din id-Direttiva kif ukoll akkwisti u elementi oħrajn mhux koperti minnha, bħall-akkwist pubbliku), bl-azzjoni li trid tittieħed jekk il-partijiet differenti tal-kuntratt ma jkunux jistgħu jiġu sseparati (applikazzjoni tar-regoli tas-supremazija tas-suġġett ewlieni tal-kuntratt).

Emenda  148

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fil-każ ta' konċessjonijiet soġġetti għal din id-Direttiva u kuntratti suġġetti għad- [Direttiva 2004/18/KE jew 2004/17/KE] jew 2009/81/KE, il-parti tal-kuntratt li jikkostitwixxi konċessjoni kopertai minn din id-Direttiva għandha tingħata skont id-dispożizzjonijiet tagħha.

imħassar

Fejn il-partijiet differenti ta' kuntratti bħal dawn mhumiex oġġettivament separabbli, l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tiġi determinata abbażi tas-suġġett ewlieni ta' dak il-kuntratt.

 

Ġustifikazzjoni

Kjarifika u simplifikazzjoni tal-Artikolu, li tirreferi għal sett ta' każijiet speċifiċi ta' kuntratti mħallta li jistgħu jinġabru f'paragrafu 1 ġdid (kuntratti għal konċessjonijiet koperti minn din id-Direttiva kif ukoll akkwisti u elementi oħrajn mhux koperti minnha, bħall-akkwist pubbliku), bl-azzjoni li trid tittieħed jekk il-partijiet differenti tal-kuntratt ma jkunux jistgħu jiġu sseparati (applikazzjoni tar-regoli tas-supremazija tas-suġġett ewlieni tal-kuntratt).

Emenda  149

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, l-għażla bejn l-għoti ta' konċessjoni waħda u l-għoti ta' għadd ta' konċessjonijiet separati ma tistax issir bil-għan li tiġi eskluża mill-ambitu ta' din id-Direttiva.

L-għażla bejn l-għoti ta’ konċessjoni waħda u l-għoti ta’ għadd ta’ konċessjonijiet separati m'għandiex issir bil-għan li l-konċessjoni tiġi eskluża mill-ambitu ta' din id-Direttiva.

Emenda  150

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn waħda mill-attivitajiet li għalihom il-konċessjoni soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva tkun elenkata fl-Anness III u l-oħra ma tkunx u fejn huwa oġġettivament impossibbli li jiġi stabbilit għal liema attività il-konċessjoni hija prinċipalment maħsuba, il-konċessjoni għandha tingħata skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-konċessjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti.

2. Fejn waħda mill-attivitajiet li għalihom il-konċessjoni li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva tkun intenzjonata tkun elenkata fl-Anness III u l-oħra ma tkunx u fejn huwa oġġettivament impossibbli li jiġi stabbilit għal liema attività il-konċessjoni hija prinċipalment maħsuba, il-konċessjoni għandha tingħata skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-konċessjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti, bla ħsara għal-liġi tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tqis il-leġiżlazzjoni settorjali.

Emenda  151

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha jkun maħsub il-kuntratt jew il-konċessjoni tkun suġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra ma tkunx soġġetta la għal din id-Direttiva u lanqas għad-[Direttiva 2004/18/KE jew 2004/17/KE] jew 2009/81/KE u jekk ikun oġġettivament impossibbli li jiġi stabbilit għal liema attività huwa prinċipalment maħsub il-kuntratt pubbliku jew il-konċessjoni, il-kuntratt jew il-konċessjoni għandhom jingħataw skont din id-Direttiva.

3. Jekk waħda mill-attivitajiet li għaliha tkun maħsuba l-konċessjoni tkun suġġetta għal din id-Direttiva u l-oħra ma tkunx soġġetta għal din id-Direttiva u jekk ikun oġġettivament impossibbli li jiġi stabbilit għal liema attività tkun prinċipalment maħsuba l-konċessjoni, il-konċessjoni għandha tingħata skont din id-Direttiva.

Emenda  152

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-personalità legali tal-operaturi ekonomiċi m'għandhiex tikkostitwixxi raġuni valida għal ċaħda fil-qafas ta' proċedura tal-għoti ta' kuntratt ta' konċessjoni.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-paragrafu li jgħid sempliċement li l-personalità legali tal-operaturi ekonomiċi (persuni fiżiċi, persuni ġuridiċi) ma tistax tkun raġuni għal ċaħda fil-kuntest ta' proċedura tal-għoti ta' konċessjoni.

Emenda  153

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Operaturi ekonomiċi li, skont il-liġi tal-Istat Membru li huma stabbiliti fih, huma intitolati jipprovdu s-servizz relevanti, ma għandhomx ma jiġux aċċettati minħabba r-raġuni unika li, skont il-liġi tal-Istat Membru li fih tingħata l-konċessjoni, dawn ikunu meħtieġa jkunu persuni fiżiċi jew persuni ġuridiċi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Tidħil ta' dan il-paragrafu fil-paragrafu preċedenti (Artikolu 22(-1)) minħabba r-rabta loġika bejn iż-żewġ dispożizzjonijiet.

Emenda  154

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Madankollu, persuni ġuridiċi jistgħu ikunu meħtieġa jindikaw fl-offerta jew l-applikazzjoni, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali rilevanti tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tal-konċessjoni inkwistjoni.

Madankollu, persuni ġuridiċi jistgħu jkunu meħtieġa jindikaw fl-applikazzjoni jew fl-offerta, l-ismijiet u l-kwalifiki professjonali rilevanti tal-persunal li għandu jkun responsabbli mit-twettiq tal-konċessjoni inkwistjoni.

Emenda  155

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Gruppi ta’ operaturi ekonomiċi jistgħu jissottomettu offerti jew jipproponu lilhom infushom bħala kandidati.

3. Gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, inklużi konsorzja ta' impriżi, jistgħu jipproponu lilhom infushom bħala kandidati jew jissottomettu offerti. Il-parteċipazzjoni tagħhom fi proċedura ta' għoti ta' konċessjoni ma tistax tkun soġġetta għal kundizzjonijiet ulterjuri li ma jkunux imposti fuq kandidati individwali.

Emenda  156

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-konċessjonarji jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq ta’ konċessjoni minn grupp ta' operaturi ekonomiċi, sakemm dawk il-kundizzjonijiet ikunu ġustifikati b’raġunijiet oġġettivi u jkunu proporzjonati.

Emenda  157

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti ma għandhomx jistabbilixxu kundizzjonijiet speċifiċi għall-parteċipazzjoni ta' gruppi bħal dawn fi proċeduri tal-għoti ta' konċessjonijiet li mhumiex imposti fuq kandidati individwali. Sabiex jissottomettu applikazzjoni jew offerta, dawn il-gruppi ma għandhomx jiġu mitluba mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti li jassumu forma legali speċifika.

imħassar

L-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet speċifiċi għat-twettiq ta’ konċessjoni minn grupp, dejjem jekk dawk il-kundizzjonijiet jiġu ġustifikati permezz ta’ raġunijiet oġġettivi u proporzjonati. Dawk il-kundizzjonijiet jistgħu jeħtieġu li grupp jassumi forma legali speċifika ladarba dan ikun ingħata l-kuntratt, sakemm din il-bidla tkun meħtieġa għat-twettiq sodisfaċenti tal-konċessjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Tidħil tal-ewwel parti tal-paragrafu fil-paragrafu preċedenti (Artikolu 22(2) ġdid) minħabba r-rabta loġika bejn iż-żewġ dispożizzjonijiet (awtorizzazzjoni għal gruppi biex jissottomettu applikazzjonijiet jew jippreżentaw offerti u l-impossibilità li jiġu imposti kundizzjonijiet speċifiċi fuq dawk il-gruppi li mhumiex imposti fuq kandidati jew offerenti individwali).

Emenda  158

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f’din id-Direttiva jew fil-liġi nazzjonali li tikkonċerna l-aċċess għal informazzjoni, u mingħajr ħasra għall-obbligi relatati mar-reklamar tal-kuntratti mogħtija u mal-informazzjoni għal kandidati u offerenti stabbiliti fl-Artikoli 27 u 35 ta’ din id-Direttiva, l-awtorità kontraenti ma għandhiex tiddivulga informazzjoni mgħoddija lilha minn operaturi ekonomiċi li tkun indikata bħala kunfidenzjali, inklużi, iżda mhux limitati għal, sigrieti tekniċi jew kummerċjali u l-aspetti kunfidenzjali tal-offerti.

1. Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f’din id-Direttiva jew fil-liġi nazzjonali li tikkonċerna l-aċċess għal informazzjoni, u mingħajr ħsara għall-obbligi relatati mar-reklamar tal-kuntratti ta' konċessjoni mogħtija u mal-informazzjoni għal kandidati u offerenti stabbiliti fl-Artikoli 27 u 35 ta’ din id-Direttiva, il-konċedent m'għandux jiddivulga informazzjoni mgħoddija lilu minn operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari sigrieti tekniċi jew kummerċjali.

 

Dan l-Artikolu m'għandux iwaqqaf l-iżvelar pubbliku ta' partijiet mhux kunfidenzjali ta' kuntratti konklużi, inkluża kwalunkwe bidla sussegwenti.

Ġustifikazzjoni

Tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni pprovduta mill-kandidati jew offerenti lill-konċedent waqt il-proċedura tal-għoti. Dawn l-obbligi japplikaw kemm għall-awtoritajiet kontraenti kif ukoll għall-entitajiet kontraenti. Il-konċedent għandu jitqies responsabbli jekk tiġi żvelata informazzjoni sensittiva, bħal sigrieti tekniċi jew kummerċjali.

Emenda  159

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jistgħu jimponu fuq operaturi ekonomiċi rekwiżiti bil-għan li jipproteġu n-natura konfidenzjali tal-informazzjoni li l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jagħmlu disponibbli matul il-proċedura tal-għoti ta' konċessjoni.

2. Il-konċedent jista' jimponi fuq operaturi ekonomiċi rekwiżiti bil-għan li jipproteġi n-natura kunfidenzjali tal-informazzjoni li huwa jagħmel disponibbli matul il-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni.

Emenda  160

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ħlief fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi jkun obbligatorju skont l-Artikoli 28 (2) u 30 ta' din id-Direttiva l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu bejn għal dawn il-mezzi ta' komunikazzjoni għall-komunikazzjoni kollha u l-iskambju ta' informazzjoni:

1. Ħlief fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi jkun obbligatorju skont l-Artikoli 28 (2) u 30 ta' din id-Direttiva il-konċedent jista' jagħżel bejn dawn il-mezzi ta' komunikazzjoni li ġejjin għall-komunikazzjoni kollha u l-iskambju ta' informazzjoni:

Emenda  161

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) mezzi elettroniċi skont il-paragrafi 3, 4 u 5;

a) mezzi elettroniċi:

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-komunikazzjonijiet elettroniċi u adattament għan-natura speċifika tal-konċessjonijiet li għalihom, għall-kuntrarju tal-kuntratti pubbliċi, mhux bilfors jeħtieġu l-użu ġeneralizzat ta' proċeduri elettroniċi, minħabba l-element sinifikanti ta' negozjati involuti f'dan it-tip ta' kuntratt. Mill-banda l-oħra, it-trażmissjoni elettronika tal-avviżi ta' konċessjoni u l-avviżi ta' għoti ta' konċessjoni, u d-disponibilità elettronika tad-dokumenti ta' konċessjoni, huma obbligatorji sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess.

Emenda  162

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) telefon fil-każijiet u ċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 6, jew

c) bit-telefon, bil-kundizzjoni li tintbagħat konferma bil-miktub;

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-komunikazzjonijiet elettroniċi u adattament għan-natura speċifika tal-konċessjonijiet li għalihom, għall-kuntrarju tal-kuntratti pubbliċi, mhux bilfors jeħtieġu l-użu ġeneralizzat ta' proċeduri elettroniċi, minħabba l-element sinifikanti ta' negozjati involuti f'dan it-tip ta' kuntratt. Mill-banda l-oħra, it-trażmissjoni elettronika tal-avviżi ta' konċessjoni u l-avviżi ta' għoti ta' konċessjoni, u d-disponibilità elettronika tad-dokumenti ta' konċessjoni, huma obbligatorji sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess.

Emenda  163

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) konsenja bl-idejn ċertifikata b'nota ta' riċevuta;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tqis mezzi possibbli oħrajn ta' komunikazzjoni (konsenja bl-idejn b'nota ta' riċevuta).

Emenda  164

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula jridu jkunu ġeneralment disponibbli u ma għandhomx jillimitaw l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura tal-għoti ta' konċessjoni.

2. Il-mezzi ta’ komunikazzjoni magħżula jridu jkunu ġeneralment disponibbli u non-diskriminatorji, u ma għandhomx jillimitaw l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura tal-għoti ta' konċessjoni. Fil-każ tal-mezzi elettroniċi, huma għandhom ikunu wkoll interoperabbli mal-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni f'użu ġenerali.

Fil-komunikazzjonijiet kollha, l-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw li l-integrità tad-dejta u l-kunfidenzjalità tal-offerti u l-applikazzjonijiet ikunu ppreżervati. Għandhom jeżaminaw il-kontenut tal-offerti u l-applikazzjonijiet meta l-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tagħhom ikun skada u fl-ebda ħin ieħor.

Fil-komunikazzjonijiet kollha, l-iskambju u l-ħażna tal-informazzjoni, il-konċedent għandu jiżgura li l-integrità tad-dejta u l-kunfidenzjalità tal-applikazzjonijiet u tal-offerti jkunu ppreservati. Huma għandhom jeżaminaw il-kontenut tal-applikazzjonijiet u tal-offerti biss wara li l-limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tagħhom ikun skada.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-komunikazzjonijiet elettroniċi u adattament għan-natura speċifika tal-konċessjonijiet li għalihom, għall-kuntrarju tal-kuntratti pubbliċi, mhux bilfors jeħtieġu l-użu ġeneralizzat ta' proċeduri elettroniċi, minħabba l-element sinifikanti ta' negozjati involuti f'dan it-tip ta' kuntratt. Mill-banda l-oħra, it-trażmissjoni elettronika tal-avviżi ta' konċessjoni u l-avviżi ta' għoti ta' konċessjoni, u d-disponibilità elettronika tad-dokumenti ta' konċessjoni, huma obbligatorji sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess.

Emenda  165

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-għodod li għandhom jintużaw għall-komunikazzjoni b’mezzi elettroniċi, kif ukoll il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, ma għandhomx ikunu diskriminatorji, iridu jkunu ġeneralment disponibbli u interoperabbli mal-prodotti tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fl-użu ġenerali u ma għandhomx jillimitaw l-aċċess tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni. Id-dettalji u l-karatteristiċi tekniċi tal-tagħmir għar-riċevuta elettronika li għandhom jitqiesu konformi mal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huma stabbiliti fl-Anness XII.

imħassar

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 sabiex temenda d-dettalji u l-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Anness XII minħabba żviluppi tekniċi jew raġunijiet amministrattivi.

 

Sabiex tiġi żgurata l-interoperabilità tal-formati tekniċi kif ukoll tal-istandards tal-ipproċessar u tal-messaġġar, b’mod partikolari fil-kuntest transkonfinali, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 46 sabiex tistabbilixxi l-użu mandatorju ta’ standards tekniċi speċifiċi, tal-inqas fir-rigward tal-użu tas-sottomissjoni-e, katalogi elettroniċi u mezzi għal awtentikazzjoni elettronika.

 

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-komunikazzjonijiet elettroniċi u adattament għan-natura speċifika tal-konċessjonijiet li għalihom, għall-kuntrarju tal-kuntratti pubbliċi, mhux bilfors jeħtieġu l-użu ġeneralizzat ta' proċeduri elettroniċi, minħabba l-element sinifikanti ta' negozjati involuti f'dan it-tip ta' kuntratt. Mill-banda l-oħra, it-trażmissjoni elettronika tal-avviżi ta' konċessjoni u l-avviżi ta' għoti ta' konċessjoni, u d-disponibilità elettronika tad-dokumenti ta' konċessjoni, huma obbligatorji sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess.

Emenda  166

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn dan ikun meħtieġ, l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu l-użu ta' għodod li mhumiex ġeneralment disponibbli dejjem jekk dawn joffru mezzi alternattivi ta’ aċċess.

imħassar

L-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jitqiesu li joffru mezzi alternattivi xierqa ta’ aċċess fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

 

(a) Joffru aċċess mingħajr restrizzjonijiet, sħiħ u dirett b’mezzi elettroniċi għal dawn l-għodod mid-data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Anness IX jew mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-konferma tal-interess; it-test tal-avviż jew l-stedina għall-konferma tal-interess għandha tispeċifika l-indirizz fuq l-internet li fuqu jkunu disponibbli dawn l-għodod;

 

(b) jiżguraw li l-offerenti stabbiliti fi Stati Membri oħra apparti dak tal-awtorità kontraenti jista’ jkollhom aċċess għall-proċedura tal-għoti ta' konċessjoni permezz tal-użu ta’ tokens temporanji pprovduti onlajn mingħajr spejjeż addizzjonali;

 

(c) isostnu kanal alternattiv għas-sottomissjoni elettronika tal-offerti.

 

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-komunikazzjonijiet elettroniċi u adattament għan-natura speċifika tal-konċessjonijiet li għalihom, għall-kuntrarju tal-kuntratti pubbliċi, mhux bilfors jeħtieġu l-użu ġeneralizzat ta' proċeduri elettroniċi, minħabba l-element sinifikanti ta' negozjati involuti f'dan it-tip ta' kuntratt. Mill-banda l-oħra, it-trażmissjoni elettronika tal-avviżi ta' konċessjoni u l-avviżi ta' għoti ta' konċessjoni, u d-disponibilità elettronika tad-dokumenti ta' konċessjoni, huma obbligatorji sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess.

Emenda  167

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għal tagħmir tat-trażmissjoni elettronika u r-riċevuta ta’ offerti u għat-trażmizzjoni elettronika u r-riċevuta tal-applikazzjonijiet:

imħassar

(a) informazzjoni dwar speċifikazzjonijiet għas-sottomissjoni elettronika tal-offerti u t-talbiet għal parteċipazzjoni, inklużi l-enkriptar u r-reġsitrazzjoni tal-tal-ħin, għandha tkun għad-dispożizzjoni ta’ partijiet interessati;

 

(b) tagħmir, metodi għall-awtentikazzjoni u l-firem elettroniċi għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-Anness XII;

 

(c) l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw il-livell ta' sikurezza meħtieġ għal mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi fid-diversi stadji tal-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni użata. Il-livell għandu jkun proporzjonat mar-riskji involuti.

 

(d) fejn Firem Elettroniċi avvanzati kif definit mid-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kusill ikunu meħtieġa, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jaċċettaw firem sostnuti minn ċertifikat elettroniku kkwalifikat imsemmi fil-Lista ta’ Fiduċja li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2009/767/KE, maħluqa bi jew mingħajr tagħmir għall-ħolqien tal-firem sikuri, soġġetti għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(i) iridu jistabbilixxu l-format tal-firma avvanzata meħtieġ fuq il-bażi tal-formati stabbiliti fid-Deċiżjonital-Kummissjoni 2011/130/UE u jimplimentaw il-miżuri meħtieġa sabiex ikunu jistgħu teknikament jipproċessaw dawn il-formati;

 

(ii) fejn offerta tkun iffirmata b'sostenn ta’ ċertifikat kwalifikat li huwa inkluż fil-Lista ta’ Fiduċja, dawn ma jistgħux japplikaw rekwiżiti addizzjonali li jistgħu jxekklu l-użu ta’ dawk il-firem mill-offerenti.

 

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-komunikazzjonijiet elettroniċi u adattament għan-natura speċifika tal-konċessjonijiet li għalihom, għall-kuntrarju tal-kuntratti pubbliċi, mhux bilfors jeħtieġu l-użu ġeneralizzat ta' proċeduri elettroniċi, minħabba l-element sinifikanti ta' negozjati involuti f'dan it-tip ta' kuntratt. Mill-banda l-oħra, it-trażmissjoni elettronika tal-avviżi ta' konċessjoni u l-avviżi ta' għoti ta' konċessjoni, u d-disponibilità elettronika tad-dokumenti ta' konċessjoni, huma obbligatorji sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess.

Emenda  168

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw għat-trażmissjoni ta' applikazzjonijiet għal parteċipazzjoni:

imħassar

(a) applikazzjonijiet għall-parteċipazzjoni fi proċedura għall-għoti ta' konċessjoni jistgħu jsiru bil-miktub jew bit-telefon; jekk bit-telefon, trid tintbagħat konferma bil-miktub qabel id-data ta’ skadenza tal-perjodu stabbilit għar-riċevuta tagħhom;

 

(b) l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jitolbu li l-applikazzjonijiet għal parteċipazzjoni li jsiru bil-faks jridu jiġu kkonfermati bil-posta jew b’mezzi elettroniċi, fejn dan ikun neċessarju għal skopijiet ta’ prova legali.

 

Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tindika fl-avviż tal-konċessjoni jew fl-istedina għall-konferma tal-interess li hi teħtieġ li l-applikazzjonijiet għal parteċipazzjoni li jsiru bil-faks għandu jiġu kkonfermati bil-posta jew b’mezzi elettroniċi u l-limitu ta’ żmien sabiex tintbagħat din il-konferma

 

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-komunikazzjonijiet elettroniċi u adattament għan-natura speċifika tal-konċessjonijiet li għalihom, għall-kuntrarju tal-kuntratti pubbliċi, mhux bilfors jeħtieġu l-użu ġeneralizzat ta' proċeduri elettroniċi, minħabba l-element sinifikanti ta' negozjati involuti f'dan it-tip ta' kuntratt. Mill-banda l-oħra, it-trażmissjoni elettronika tal-avviżi ta' konċessjoni u l-avviżi ta' għoti ta' konċessjoni, u d-disponibilità elettronika tad-dokumenti ta' konċessjoni, huma obbligatorji sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess.

Emenda  169

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux sa aktar tard minn 5 snin wara d-data speċifikata fl-Artikolu 49(1), il-proċeduri kollha tal-għoti ta' konċessjonijiet skont din id-Direttiva jitwettqu billi jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari s-sottomissjoni-e skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

imħassar

Dan l-obbligu ma għandux japplika fejn l-użu ta’ mezzi elettroniċi jkun jeħtieġ għodod speċjalizzati jew formati ta’ fajls li ġeneralment ma jkunux disponibbli fl-Istati Membri kollha fis-sens tal-paragrafu 3. Hija r-responsabilità tal-awtoritajiet jew l-entità kontraenti li jużaw mezzi oħra ta’ komunikazzjoni għas-sottomissjoni tal-offerti biex fid-dokumenti tal-konċessjoni juru li l-użu tal-mezzi elettroniċi, minħabba n-natura partikolari tal-informazzjoni li trid tiġi skambjata mal-operaturi ekonomiċi, tkunu teħtieġ għodod speċjalizzati jew formati ta’ fajls li mhumiex ġeneralment disponibbli fl-Istati Membri kollha.

 

L-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jitqiesu li għandhom raġunijiet leġittimi biex ma jitolbux mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni fil-proċess ta’ sottomissjoni fil-każijiet li ġejjin:

 

(a) id-deskrizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, minħabba n-natura speċjalizzata tal-għoti tal-konċessjoni, ma tistax tingħata bl-użu ta' formati ta' fajls li ġeneralment huma sostnuti minn applikazzjonijiet użati b’mod komuni;

 

(b) l-applikazzjonijiet li jsostnu formati ta’ fajls li huma xierqa għad-deskrizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma taħt skema ta’ liċenzjar proprjetarju u ma jistgħux jitqiegħdu għad-dispożizzjoni għat-tniżżil jew għall-użu mill-bogħod mill-awtorità kontraenti;

 

(c) l-applikazzjonijiet li jsostnu formati ta’ fajls li huma xierqa għad-deskrizzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi jużaw formati ta’ fajls li ma jistgħux jinqraw mill-ebda applikazzjoni oħra gratwita jew li tista’ titniżżel.

 

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-komunikazzjonijiet elettroniċi u adattament għan-natura speċifika tal-konċessjonijiet li għalihom, għall-kuntrarju tal-kuntratti pubbliċi, mhux bilfors jeħtieġu l-użu ġeneralizzat ta' proċeduri elettroniċi, minħabba l-element sinifikanti ta' negozjati involuti f'dan it-tip ta' kuntratt. Mill-banda l-oħra, it-trażmissjoni elettronika tal-avviżi ta' konċessjoni u l-avviżi ta' għoti ta' konċessjoni, u d-disponibilità elettronika tad-dokumenti ta' konċessjoni, huma obbligatorji sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess.

Emenda  170

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw id-dejta pproċessata elettronikament għall-proċeduri tal-akkwist pubbliku sabiex jevita, identifikaw u jikkoreġu żbalji li jseħħu f’kull stadju billi jiżviluppaw għodod xierqa.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-komunikazzjonijiet elettroniċi u adattament għan-natura speċifika tal-konċessjonijiet li għalihom, għall-kuntrarju tal-kuntratti pubbliċi, mhux bilfors jeħtieġu l-użu ġeneralizzat ta' proċeduri elettroniċi, minħabba l-element sinifikanti ta' negozjati involuti f'dan it-tip ta' kuntratt. Mill-banda l-oħra, it-trażmissjoni elettronika tal-avviżi ta' konċessjoni u l-avviżi ta' għoti ta' konċessjoni, u d-disponibilità elettronika tad-dokumenti ta' konċessjoni, huma obbligatorji sabiex jiġi ffaċilitat il-proċess.

Emenda  171

Proposta għal direttiva

Titolu II – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

REGOLI DWAR L-GĦOTI TA' KONĊESSJONIJIET

REGOLI DWAR L-GĦOTI TA' KONĊESSJONIJIET PRINĊIPJI ĠENERALI, TRASPARENZA U GARANZIJI PROĊEDURALI

Ġustifikazzjoni

Riorganizzazzjoni tat-Titolu II dwar regoli dwar l-għoti ta' konċessjonijiet sabiex it-test jiġi simplifikat u ċċarat. Żieda ta' kapitolu ġdid dwar prinċipji ġenerali, segwit mill-kapitolu dwar trasparenza u kapitolu dwar garanziji proċedurali.

Emenda  172

Proposta għal direttiva

Titolu II – Kapitolu -I (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kapitolu -I

 

Prinċipji ġenerali

 

Artikolu -26

 

Il-libertà tal-konċedent li jorganizza l-procedura

 

Il-konċedent għandu jkollu l-libertà li jorganizza l-proċedura li twassal għall-għażla ta' konċessjonarju suġġetta għall-konformità ma' din id-Direttiva, u l-uniċi żewġ stadji obbligatorji huma l-pubblikazzjoni tal-avviż ta' konċessjoni fil-bidu tal-proċedura, ħlief fil-każijiet previsti mill-Artikolu 17 u l-Artikolu 26(5), u l-pubblikazzjoni tal-avviż tal-għoti ta' konċessjoni fl-aħħar tal-proċedura.

 

Jistgħu jiġu pprovduti stadji intermedji matul il-proċedura tal-għoti mill-konċessjonarju, bħal li jibgħat stedina lill-kandidati li jkunu wieġbu, fejn ikun il-każ, għall-avviż tal-konċessjoni, biex huma jippreżentaw offerta.

 

Artikolu -26a

 

Prinċipji ġenerali

 

1. Il-konċessjonijiet għandhom jingħataw fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti mill-konċedent skont l-Artikolu 38b sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

 

(a) l-offerta tkun konformi mar-rekwiżiti, il-kundizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti fl-avviż tal-konċessjoni jew fl-istedina biex tiġi ppreżentata offerta u fid-dokumenti għall-għoti tal-konċessjoni;

 

(b) l-offerta tkun ġejja minn offerent li

 

(i) ma jkunx eskluż milli jipparteċipa fil-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni skont l-Artikolu 36(5) u (7), u bla ħsara għall-Artikolu 36(8), u

 

(ii) jissodisfa l-kriterji tal-għażla stipulati mill-konċedent skont l-Artikolu 36(2) u (3).

 

2. Matul il-proċedura tal-għoti ta' konċessjonijiet, min jagħti konċessjoni jittratta lill-operaturi ekonomiċi ugwalment u jaġixxi b'mod trasparenti u proporzjonat. B'mod partikolari, ma jipprovdix informazzjoni b'mod diskriminatorju li tista' tagħti lil xi kandidati jew offerenti vantaġġ fuq oħrajn. It-tfassil tal-proċedura tal-akkwist m'għandux isir bil-għan li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew sabiex titnaqqas il-kompetizzjoni b’mod artifiċjali.

 

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni ambjentali, soċjali u tax-xogħol li japplikaw fil-post fejn jitwettqu x-xogħlijiet jew jingħataw is-servizzi, kif stipulat fil-konvenzjonijiet internazzjonali mniżżla fl-Anness Xa, fil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali kif ukoll fil-ftehimiet kollettivi milħuqa skont il-liġi nazzjonali u l-prattiki li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni.

 

4. Il-konċedent m'għandux jagħti kuntratt ta' konċessjoni lill-offerent li jippreżenta l-aħjar offerta meta jkun ġie stabbilit, abbażi ta' evidenza ċara u suffiċjenti, li l-offerent ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni ambjentali, soċjali u tax-xogħol imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

 

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 46 sabiex temenda l-lista fl-Anness Xa, fejn dan ikun meħtieġ minħabba l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali ġodda jew minħabba l-modifika ta’ ftehimiet internazzjonali eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-proċedura tal-għoti ta' konċessjoni sabiex l-artikoli fil-kapitoli sussegwenti jinftiehmu aktar. Insistenza fuq id-dritt tal-konċedent li jagħżel li jżid stadji intermedji jew li jaqleb l-ordni tal-istadji, f'konformità mad-direttiva u suġġett għall-pubblikazzjoni obbligatorja tal-avviż ta' konċessjoni, u tal-avviż tal-għoti ta' konċessjoni fl-aħħar tal-proċedura. L-Artikolu 26a ġdid għandu t-test tiegħu meħud mill-Artikolu 34 inizjali, flimkien ma' paragrafu meħud mill-Artikolu 7 oriġinali.

Emenda  173

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li jixtiequ jagħtu konċessjoni għandhom jagħrfu bl-intenzjoni tagħhom permezz ta' avviż ta' konċessjoni.

1. Konċedent li jkun jixtieq jagħti konċessjoni għandu jgħarraf l-intenzjoni tiegħu permezz ta' avviż ta' konċessjoni skont il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 28. L-avviż ta' konċessjoni għandu jkun fih l-informazzjoni msemmija fl-Anness IV u, jekk ikun il-każ, kull informazzjoni oħra li l-konċedent iqis meħtieġa.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafi 1, 2 u 4 jingħaqdu flimkien biex id-Direttiva tiġi ssimplifikata u ċċarata. Fir-rigward tal-manjiera tal-pubblikazzjoni, qed issir riferenza għall-Artikolu 28 sabiex it-test jiġi ssimplifikat u sabiex jiġi evitat li jkun hemm repetizzjoni bla bżonn.

Emenda  174

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Avviżi ta' konċessjoni għandu jkollhom fihom l-informazzjoni msemmija fil-parti tal-Anness IV u, fejn xieraq, kull informazzjoni oħra meqjusa utli mill-awtorità kontrattwanti jew entità, skont il-format tal-formoli standard.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafi 1, 2 u 4 jingħaqdu flimkien biex id-Direttiva tiġi ssimplifikata u ċċarata. Fir-rigward tal-manjiera tal-pubblikazzjoni, qed issir riferenza għall-Artikolu 28 sabiex it-test jiġi ssimplifikat u sabiex jiġi evitat li jkun hemm repetizzjoni bla bżonn.

Emenda  175

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li jixtiequ jagħtu konċessjoni għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn għandhom jgħarrfu bl-intenzjoni tagħhom tal-għoti ta' konċessjoni ppjanat permezz ta' pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ informazzjoni minn qabel mill-aktar fis possibbli wara l-bidu tas-sena baġitarja. Dawk l-avviżi għandu jkollhom fihom l-informazzjoni stipulata fl-Anness XIII.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-avviż ta' informazzjoni minn qabel tneħħa sabiex titnaqqas il-burokrazija fil-proċedura, li ma żżid l-ebda valur għal dan it-tip ta' servizz.

Emenda  176

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilliti dawk il-forom standard. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu aodttati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 48.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafi 1, 2 u 4 jingħaqdu flimkien biex id-Direttiva tiġi ssimplifikata u ċċarata. Fir-rigward tal-manjiera tal-pubblikazzjoni, qed issir riferenza għall-Artikolu 28 sabiex it-test jiġi ssimplifikat u sabiex jiġi evitat li jkun hemm repetizzjoni bla bżonn.

Emenda  177

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet m'għandhomx ikunu meħtieġa jippubblikaw l-avviż tal-konċessjoni fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:

5. B'deroga mill-paragrafu 1, il-konċedent m'għandux ikun meħtieġ jippubblika l-avviż tal-konċessjoni fejn ix-xogħlijiet jew is-servizzi jistgħu jiġu provduti biss minn operatur ekonomiku partikolari minħabba l-eżistenza ta' dritt speċjali jew esklussiv, in-nuqqas ta' kompetizzjoni għal raġunijiet tekniċi jew il-protezzjoni tal-privattivi, id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet oħra ta' proprjetà intelletwali u fejn l-ebda alternattiva raġonevoli jew sostituzzjoni ma teżisti u n-nuqqas ta' kompetizzjoni mhux ir-riżultat ta’ tiċkin artifiċjali tal-parametri tal-għoti ta' konċessjoni.

a) fejn l-ebda offerta jew l-ebda offerta xierqa jew l-ebda applikazzjoni ma tkun ġiet sottomessa b'risposta għal proċedura ta' konċessjoni, basta li l-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt ta’ konċessjoni ma jkunux mibdula sostanzjalment u bil-kundizzjoni li jintbagħat rapport lill-Kummissjoni jew lil korp nazzjonali tas-sorveljanza nominat skont l-Artikolu 84 tad-Direttiva [li tissostitwixxi d-Direttiva 2004/18/KE] meta dawn jitlobu hekk;

 

b) fejn ix-xogħlijiet jew is-servizzi jistgħu jiġu provduti biss minn operatur ekonomiku partikolari minħabba n-nuqqas ta' kompetizzjoni għal raġunijiet tekniċi, il-protezzjoni tal-privattivi, id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet oħra ta' proprjetà intelletwali jew il-protezzjoni ta' drittijiet esklussivi oħra u fejn l-ebda alternattiva raġonevoli jew sostituzzjoni ma teżisti u n-nuqqas ta' kompetizzjoni mhux ir-riżultat ta’ tiċkin artifiċjali tal-parametri tal-għoti ta' konċessjoni;

 

c) Għal xogħlijiet ġodda jew servizzi li jikkonsistu fir-ripetizzjoni ta 'xogħlijiet jew servizzi simili fdati lill-operatur ekonomiku li lilu l-istess awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti taw konċessjoni oriġinal soġġett għall-obbligu msemmi fil-paragrafu 1, basta li dawn ix-xogħlijiet jew is-servizzi jkunu konformi ma' proġett bażiku li għalih ingħatat il-konċessjoni oriġinali. Il-proġett bażiku għandu jsemmi sa fejn jestendu x-xogħlijiet jew is-servizzi addizzjonali possibbli u l-kundizzjonijiet li se jiġu applikati għall-għoti tagħhom.

 

Malli l-ewwel proġett jitqiegħed għall-offerta l-ispiża totali estimata ta' xogħlijiet jew servizzi sussegwenti għandu jittieħed inkunsiderazzjoni mill-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti meta japplikaw id-disposizzjonijiet tal-Artikolu 5

 

Ġustifikazzjoni

Distinzjoni bejn iż-żewġ tipi differenti ta' każijiet deskritti, għalkemm mhux b'mod espliċitu, f'dan il-paragrafu, li jwasslu sabiex l-avviż ta' konċessjoni ma jiġix ippubblikat: każijiet fejn ma jkun ippubblikat l-ebda avviż ta' konċessjoni (Artikolu 26(5)(b) inizjali) u każijiet fejn avviż ta' konċessjoni jkun diġà ġie ppubblikat iżda ma jkun meħtieġ l-ebda avviż ġdid (Artikolu 26(5)(a) u (c) inizjali).

Emenda  178

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. B'deroga mill-paragrafu 1, il-konċedent m'għandux ikun meħtieġ jippubblika avviż tal-konċessjoni ġdid fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:

 

(a) fejn l-ebda applikazzjoni jew offerta jew l-ebda offerta xierqa ma tkun tressqet bi tweġiba għal proċedura inizjali ta' għoti ta' konċessjoni, sakemm il-kundizzjonijiet inizjali tal-kuntratt ta' konċessjoni ma jkunux sostanzjalment modifikati u sakemm jintbagħat rapport lill-Kummissjoni jew lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, fejn jitolbu dan;

 

(b) għal xogħlijiet ġodda jew servizzi li jikkonsistu fir-ripetizzjoni ta' xogħlijiet jew servizzi simili fdati lill-konċessjonarju oriġinali li lilu l-istess konċedent ikun ta konċessjoni oriġinali soġġett għall-obbligu msemmi fil-paragrafu 1, sakemm dawn ix-xogħlijiet jew servizzi jkunu konformi ma' proġett bażiku li għalih tkun ingħatat il-konċessjoni oriġinali. Il-proġett bażiku għandu jsemmi sa fejn jestendu x-xogħlijiet jew is-servizzi addizzjonali possibbli u l-kundizzjonijiet li se jiġu applikati għall-għoti tagħhom.

 

Hekk kif l-ewwel proġett jinħareġ għall-offerti in-nefqa totali stmata tax-xogħlijiet jew ta' servizzi sussegwenti għandha titqies mill-konċedent fl-applikazzjoni tal-Artikolu 6.

Ġustifikazzjoni

Distinzjoni bejn iż-żewġ tipi differenti ta' każijiet deskritti, għalkemm mhux b'mod espliċitu, f'dan il-paragrafu, li jwasslu sabiex l-avviż ta' konċessjoni ma jiġix ippubblikat: każijiet fejn ma jkun ippubblikat l-ebda avviż ta' konċessjoni (Artikolu 26(5)(b) inizjali) u każijiet fejn avviż ta' konċessjoni jkun diġà ġie ppubblikat iżda ma jkun meħtieġ l-ebda avviż ġdid (Artikolu 26(5)(a) u (c) inizjali). Il-punti (a) u (b) tal-paragrafu ġdid 5a huma bbażati fuq il-paragrafu 5(a) u 5(c) tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  179

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-offerta għandha titqies mhux adattata fejn:

6. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 5(a), l-offerta għandha titqies mhux adattata fejn tkun kompletament irrelevanti għall-konċessjoni, u ma tkunx kapaċi tissodisfa l-ħtiġijiet tal-konċedent kif speċifikat fid-dokumenti tal-konċessjoni.

 

;

- tkun irregolari jew mhux aċċettabbli, u

 

- tkun kompletament irrilevanti għall-konċessjoni, għax inkapaċi li tilħaq il-ħtiġijiet tal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif speċifikat fid-dokumenti tal-konċessjoni.

 

L-offerti għandhom ikunu kkunsidrati irregolari, meta ma jikkonformawx mad-dokumneti tal-konċessjoni jew fejn il-prezzijiet offruti jkunu protetti kontra l-forzi kompetittivi normali.

 

L-offerti għandhom jitqiesu inaċċettabbli fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:

 

(a) meta jaslu tard;

 

b) meta jkunu ġew sottomessi minn offerenti li ma jkollhomx il-kwalifiki neċessarji;

 

c) meta l-prezz tagħhom jaqbeż il-baġit tal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif determinat qabel it-tnedija tal-proċedura tal-għoti ta' konċessjoni u dokumentat bil-miktub;

 

d) jitqiesu li huma anormalment baxxi

 

Ġustifikazzjoni

Distinzjoni bejn 3 każijiet possibbli fejn offerta ma tkunx adegwata: l-offerta tkun irrelevanti għall-konċessjoni, offerta irregolari jew offerta inaċċettabbli. Offerta li ma tkunx adegwata mhux dejjem tkun irrelevanti għas-suġġett tal-konċessjoni (eż. tista' tkun relevanti għas-suġġett tal-konċessjoni iżda tasal wara l-iskadenza; f'dan il-każ tkun inaċċettabbli). It-tieni subparagrafu inizjali jitħassar minħabba li diġà huwa kopert mill-punti (c) u (d) li jispjegaw meta offerta tkun inaċċettabbli (aktar mill-baġit jew anormalment baxxa).

Emenda  180

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mhux aktar tard minn 48 jum wara l-għoti ta' konċessjoni, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jibagħtu avviż tal-għoti tal-konċessjoni dwar ir-riżultati tal-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni.

1. Mhux aktar tard minn 48 jum wara l-għoti ta' konċessjoni, il-konċedent għandu, skont il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 28, jibgħat avviż tal-għoti tal-konċessjoni dwar ir-riżultati tal-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni.

Emenda  181

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal dawk il-konċessjonijiet ta' servizzi li l-valur estimat tagħhom, kif ikkalkulat skont il-metodu msemmi fl-Artikolu 6(5), hu ugwali jew ogħla minn EUR 2 500 000 bl-unika eċċezzjoni tas-servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra kif imsemmi fl-Artikolu 17.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-livelli minimi intermedji u d-dispożizzjonijiet li jikkonċernawhom qed jitħassru sabiex id-direttiva tiġi ssimplifikata u ċċarata.

Emenda  182

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Dawn l-avviżi għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata fl-Anness V jew, fir-rigward ta' konċessjonijiet għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra, l-informazzjoni stabbilita fi VI u jiġu ppubblikati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28

3. L-avviżi ta' għoti ta' konċessjoni għandhom jinkludu l-informazzjoni stipulata fl-Anness V jew, fir-rigward ta' konċessjonijiet għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra, l-informazzjoni stabbilita fi VI u jiġu ppubblikati skont l-Artikolu 28

Emenda  183

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-avviżi msemmija fl-Artikoli 26 u 27 u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 43(6) għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Annessi IV sa VI u fil-format tal-formoli standard, inklużi formoli standard għall-korriġenda.

1. L-avviżi ta' konċessjoni, l-avviżi ta' għoti ta' konċessjoni u l-avviż imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 42(6) għandhom jinkludu l-informazzjoni stabbilita fl-Annessi IV sa VI u fil-format tal-formoli standard, inklużi formoli standard għall-korriġenda.

Emenda  184

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-avviżi għandhom jitfasslu, jintbagħtu b’mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni u jiġu ppubblikati skont l-Anness IX. L-avviżi għandhom jiġu ppubblikati mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li jintbagħtu. L-ispejjeż tal-pubblikazzjoni tal-avviżi mill-Kummissjoni għandhom jiġġarrbu mill-Unjoni.

2. L-avviżi msemmija fil-pargarfu 1 għandhom jitfasslu, jintbagħtu b’mezzi elettroniċi lill-Kummissjoni u jiġu ppubblikati skont l-Anness IX. Il-Kummissjoni għandha tagħti lill-konċedent konferma li tkun irċeviet l-avviż u tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta, filwaqt li tindika d-data tal-pubblikazzjoni li għandha sservi ta' prova tal-pubblikazzjoni. L-avviżi għandhom jiġu ppubblikati mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li jintbagħtu. L-ispejjeż tal-pubblikazzjoni tal-avviżi mill-Kummissjoni għandhom jiġġarrbu mill-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 28 u 29 qed jingħaqdu u jiġu ssimplifikati. L-Artikolu 28(4) qed jiddaħħal f'dan il-paragrafu.

Emenda  185

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-avviżi msemmija fl-Artikolu 26 għandhom jiġu ppubblikati sħaħ f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni kif magħżula mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti. Il-verżjoni b’dik il-lingwa għandha tikkostitwixxi l-uniku test awtentiku. Sommarju tal-elementi importanti ta’ kull avviż għandu jiġi ppubblikati fil-lingwi uffiċċjali l-oħra.

3. L-avviżi ta' konċessjoni għandhom jiġu ppubblikati sħaħ f’lingwa uffiċjali tal-Unjoni kif magħżula mill-konċedent. Il-verżjoni b’dik il-lingwa għandha tikkostitwixxi l-uniku test awtentiku. Sommarju tal-elementi importanti ta’ kull avviż għandu jiġi ppubblikati fil-lingwi uffiċċjali l-oħra.

Emenda  186

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-avviżi ta' konċessjoni u l-avviżi tal-għoti ta' konċessjoni m'għandhomx jintbagħtu għall-pubblikazzjoni fuq livell nazzjonali qabel id-data li fiha jintbagħtu lill-Kummissjoni. L-avviżi ta' konċessjoni u l-avviżi tal-għoti ta' konċessjoni ppubblikati fil-livell nazzjonali m’għandux ikun fihom tagħrif ieħor minbarra dak fl-avviżi mibgħuta lill-Kummissjoni iżda għandhom jindikaw id-data ta' meta ntbagħat l-avviż lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 3a l-ġdid huwa bbażat fuq l-Artikolu 29 tal-proposta tal-Kummissjoni. Huwa jgħaqqad l-Artikoli 28 u 29 sabiex tiġi ssimplifikata d-direttiva.

Emenda  187

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom ikunu jistgħu jfornu prova tad-dati li fihom ikunu ntbagħtu l-avviżi.

imħassar

Il-Kummissjoni għandha tagħti konferma lill-awtorità jew lill-entità kontraenti dwar ir-riċevuta tal-avviż u tal-pubblikazzjoni tal-informazzjoni mibgħuta, fejn tindika d-data ta’ dik il-pubblikazzjoni. Din il-konferma għandha tikkostitwixxi prova tal-pubblikazzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 4 qed jiddaħħal fl-Artikolu 28(2) sabiex tiġi ssimplifikata d-direttiva.

Emenda  188

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti jistgħu jippubblikaw avviżi ta' konċessjoni li ma jkunux soġġetti għar-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni stabbiliti f’din id-Direttiva sakemm dawk l-avviżi jintbagħtu lill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi skont il-format u l-proċeduri għat-trażmissjoni indikati fl-Anness IX.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu qed jitħassar biex tiġi ssimplifikata u ċċarata d-direttiva.

Emenda  189

Proposta għal direttiva

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 29

imħassar

Pubblikazzjoni fil-livell nazzjonali

 

1. L-avviżi msemmija fl-Artikoli 26 u 27 u l-informazzjoni li tinstab fihom ma għandhomx jiġu ppubblikati fil-livell nazzjonali qabel il-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 28.

 

2. L-avviżi ppubblikati fil-livell nazzjonali m’għandux ikun fihom tagħrif ieħor minbarra dak fl-avviżi mibgħuta lill-Kummissjoni iżda għandhom jindikaw id-data tal-bigħt tal-avviż lill-Kummissjoni.

 

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 29 qed jiddaħħal fl-Artikolu 28 (ara l-paragrafu l-ġdid 3a). L-Artikolu 28 u 29 qed jingħaqdu u jiġu ssimplifikati. L-avviżi ta' konċessjoni u l-avviżi tal-għoti ta' konċessjoni m'għandhomx jiġu ppubblikati fil-livell nazzjonali qabel id-data ta' meta jintbagħtu lill-Kummissjoni (minflok qabel id-data ta' meta jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni) billi l-pubblikazzjoni fuq livell nazzjonali sikwit isseħħ qabel il-livell Ewropew.

Emenda  190

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom joffru aċċess sħiħ, dirett u mingħajr restrizzjonijiet u mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għad-dokumenti tal-konċessjoni mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż skont l-Artikolu 28 jew mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għas-sottomissjoni tal-offerti. It-test tal-avviż jew ta’ dawn l-istediniet għandu jispeċifika l-indirizz tal-internet li fuqu hija aċċessibbli din id-dokumentazzjoni.

1. Il-konċedent għandu joffri aċċess sħiħ, dirett u mingħajr restrizzjonijiet mingħajr ħlas b’mezzi elettroniċi għad-dokumenti tal-akkwist mid-data ta’ pubblikazzjoni tal-avviż ta' konċessjoni jew mid-data li fiha tintbagħat l-istedina għall-konferma tal-interess. It-test tal-avviż ta' konċessjoni jew ta’ dawn l-istediniet għandu jispeċifika l-indirizz tal-internet li fuqu hija aċċessibbli din id-dokumentazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-dokumenti ta' konċessjoni għandhom ikunu disponibbli b'mezzi elettroniċi hekk kif l-avviż ta' konċessjoni jiġi ppubblikat (riferenza żbaljata għall-Artikolu 28 fit-test inizjali) jew hekk kif tintbagħat l-istedina biex titressaq offerta.

Emenda  191

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk din tintalab fil-ħin, l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti jew id-dipartimenti kompetenti għandhom jipprovdu informazzjoni addizzjonali relatata mad-dokumenti ta’ konċessjoni sa mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel l-iskadenza stabbilita għall-wasla tal-offerti.

2. Jekk din tintalab fil-ħin, il-konċedent għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali relatata mad-dokumenti ta’ konċessjoni sa mhux aktar tard minn sitt ijiem qabel l-iskadenza stabbilita għall-wasla tal-offerti.

Ġustifikazzjoni

Ir-riferenza għal "dipartimenti kompetenti" hija vaga wisq. Hija responsabilità tal-konċedent li jgħaddi l-informazzjoni lill-kandidati u l-offerenti.

Emenda  192

Proposta għal direttiva

Artikolu 30a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 30a

 

Il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess

 

L-Istati Membri jadottaw regoli kontra l-frodi, in-nepotiżmu u l-korruzzjoni u li jevitaw il-kunflitti ta’ interess, bl-għan li jiżguraw it-trasparenza tal-proċedura tal-għoti u t-trattament ugwali tal-kandidati u l-offerenti kollha.

 

Fir-rigward tal-konflitti ta' interess il-miżuri adottati m'għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jipprevjenu konflitt ta' interess potenzjali jew jeliminaw konflitt ta' interess li jkun ġie identifikat. Partikolarment, dawk il-miżuri għandhom jippermettu l-esklużjoni ta’ offerent jew kandidat mill-proċedura fil-każ biss fejn il-konflitt ta’ interessi ma jistax tiġi effettivament rimedjat b'mezzi oħra.

Ġustifikazzjoni

Dan it-test ittieħed mill-Artikolu 36(4) u mqiegħed f'artikolu ġdid sabiex jingħata prominenza akbar.

Emenda  193

Proposta għal direttiva

Kapitolu II – titolu –taqsima I –titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

KAPITOLU II

KAPITOLU II

Twettiq tal-proċedura

Garanziji proċedurali

Taqsima I

 

Konċessjonijiet konġunti, limiti ta’ żmien u speċifikazzjonijiet tekniċi

 

Ġustifikazzjoni

Meħud mit-Taqsima II (Għażla ta' preteċipanti u l-għoti ta' konċessjonijiet) tal-Kapitolu II tal-proposta, b'modifiki. It-Taqsima I tal-Kapitolu II tħassret.

Emenda  194

Proposta għal direttiva

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 31

imħassar

Konċessjonijiet konġunti bejn awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti

 

1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 15, awtoritajiet jew entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jagħtu kuntratti pubbliċi b’mod konġunt billi jużaw wieħed mill-mezzi deskritti f’dan l-Artikolu.

 

2. Diversi awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jistgħu jagħtu konċessjoni b'mod konġunt. F'dak il-każ, l-awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti parteċipanti għandhom jikkonkludu ftehim li jiddetermina

 

(a) liema dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom japplikaw għall-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni.

 

(b) l-organizzazzjoni interna tal-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni, inklużi l-immaniġjar tal-proċedura, il-qsim tar-responsabbiltajiet, id-distribuzzjoni tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi li se jinxtraw u l-konklużjoni tal-konċessjonijiet.

 

Meta tiġi determinata l-liġi nazzjonali applikabbli b’konformità mal-punt (a), l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu d-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ kwalunkwe Stat Membru li fih tinstab tal-inqas waħda mill-awtoritajiet parteċipanti.

 

3. Fejn diversi awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti jkunu stabbilixxew entità ġuridika konġunta legali, inkluż Raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti għandhom, b'deċiżjoni tal-korp kompetenti tal-entità ġuridika konġunta, jiftiehmu dwar ir-regoli nazzjonali applikabbli tal-għoti tal-konċessjoni ta' wieħed minn dawn l-Istati Membri:

 

(a) id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-entità ġuridika għandha l-uffiċċju reġistrat tagħha;

 

(b) id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-entità ġuridika twettaq l-attivitajiet tagħha.

 

Dan il-ftehim jista’ jew japplika għal perjodu indeterminat, fejn dan ikun stabbilit fl-att kostituttiv tal-entità ġuridika konġunta, jew jiġi limitat għal ċertu perjodu ta’ żmien, għal ċerti tipi ta’ konċessjonijiet jew għal għotja ta’ konċessjoni individwali waħda jew aktar.

 

4. Fin-nuqqas ta' ftehim li jiddetermina r-regoli applikabbli għall-konċessjoni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-għoti ta' konċessjoni għandha tiġi determinati skont ir-regoli stabbiliti hawn taħt:

 

(a) fejn il-proċedura titwettaq jew tiġi mmaniġjata minn awtorità jew entità kontraenti parteċipanti waħda f'isem l-oħrajn, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru ta' dik li l-awtorità jew l-entità kontraenti;

 

(b) fejn il-proċedura ma titwettaqx jew tiġi mmaniġjata minn awtorità jew entità kontraenti parteċipanti waħda f’isem l-oħrajn, u

 

(i) tikkonċerna x-xogħlijiet pubbliċi jew xogħlijiet b'konċessjoni, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet ikunu jinsabu;

 

(ii) tikkonċerna kuntratt ta’ servizz, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun ipprovduta l-parti l-kbira tas-servizzi;

 

(c) fejn ma jkunx possibbli li tiġi determinata l-liġi nazzjonali applikabbli skont il-punti (a) jew (b), l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru tal-awtorità kontraenti li ġġorr l-akbar sehem mill-ispejjeż.

 

5. Fin-nuqqas ta' ftehim li jiddetermina l-liġi applikabbli għall-għoti tal-konċessjoni taħt il-paragrafu 3, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tigverna l-proċeduri għall-għoti tal-konċessjoni mwettqa minn korpi ġuridiċi konġunti imwaqqaf minn diversi awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti għandhom jiġu determinati skont ir-regoli li ġejjin:

 

(a) fejn il-proċedura titwettaq jew tiġi mmaniġjata mill-korp kompetenti tal-entità ġuridika konġunta, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-entità ġuridika jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha.

 

(b) fejn il-proċedura titwettaq jew tiġi mmaniġjata minn membru tal-entità ġuridika f’isem dik l-entità ġuridika, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4.

 

(c) fejn mhuwiex possibbli li tiġi determinata l-liġi nazzjonali applikabbli skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri fejn l-entità ġuridika jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha.

 

6. Awtorità jew entià kontraenti waħda jew aktar tista' tagħti konċessjonijiet individwali skont ftehim qafas konkluż minn jew flimkien ma’ awtorità kontraenti li tkun tinsab fi Stat Membru ieħor, bil-kundizzjoni li l-qafas tal-ftehim ikun fih dispożizzjonijiet speċifiċi li jippermettu lill-awtorità kontraenti jew lill-awtoritajiet kontraenti rispettivi jew lill-entità jew l-entitajiet kontraenti tal-għoti konċessjonijiet individwali.

 

7. Id-deċiżjonijiet dwar l-għoti ta’ konċessjonijiet f’konċessjonijiet transkonfinali għandhom ikunu soġġetti għall-mekkaniżmi ta’ reviżjoni ordinarji disponibbli taħt il-liġi nazzjonali applikabbli.

 

8. Sabiex ikun possibbli t-tħaddim effettiv tal-mekkaniżmi ta’ reviżoni, l-Istati Membri għandhom jippermettu li d-deċiżjonijiet ta’ korpi ta’ reviżjoni fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE u d-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE li jinsabu fi Stati Membri oħra jiġu eżekwiti bis-sħiħ fl-ordni ġuridiku domestiku tagħhom, fejn dawn id-deċiżjonijiet jinvolvu lill-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti stabbiliti fit-territorju tagħhom li jipparteċipaw fil-proċedura tal-għoti ta' konċessjoni transkonfinali rilevanti.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-artikolu qed jitħassar biex tiġi ssimplifikata u ċċarata d-direttiva.

Emenda  195

Proposta għal direttiva

Artikolu 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 32

imħassar

Speċifikazzjonijiet tekniċi

 

1. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Anness VIII għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-konċessjoni. Għandhom jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa tax-xogħlijiet, tas-servizzi jew tal-provvista.

 

Dawn il-karatteristiċi jistgħu jirreferu wkoll għall-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew il-provvista tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi mitluba jew ta' kwalunkwe stadju ieħor fiċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom kif imsemmi fil-punt (14) tal-Artikolu 2.

 

L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jispeċifikaw jekk huwiex se jkun meħtieġ it-trasferiment tad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali.

 

Għall-għoti tal-konċessjonijiet kollha li s-suġġett tagħhom huwa maħsub għal użu minn persuni, kemm jekk il-pubbliku ġenerali kif ukoll jekk għall-persunal tal-awtorità jew l-entità kontraenti, dawn l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jitfasslu b’tali mod li jqisu l-kriterji ta’ aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilitajiet jew disinn għall-utenti kollha, għajr f’każijiet ġustifikati sew.

 

Fejn l-istandards mandatorji ta’ aċċessibilità huma adottati permezz ta’ att leġiżlattiv tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kriterji ta’ aċċessibilità għandhom jiġu definiti b’referenza għalih.

 

2. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiggarantixxu aċċess ugwali għall-operaturi ekonomiċi għall-proċedura tal-għoti ta' konċessjoni u ma għandhomx ikollhom l-effett li joħolqu xkiel mingħajr ġustifikazzjoni għall-ftuħ tal-għoti ta' konċessjonijiet għall-kompetizzjoni.

 

3. Mingħajr ħsara għar-regoli tekniċi nazzjonali mandatorji, sa fejn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu formulati b’wieħed minn dawn il-modi li ġejjin:

 

(a) f’termini tar-rekwiżiti ta’ twettiq jew funzjonali, inklużi l-karatteristiċi ambjentali, dejjem jekk il-parametri jkunu preċiżi biżżejjed sabiex jippermettu lill-offerenti jiddeterminaw is-suġġett tal-kuntratt u jippermettu lill-aworitajiet jew l-entitajiet kontraenti jagħtu l-kuntratt;

 

(b) permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi definiti fl-Anness VIII u, fl-ordni ta’ preferenza, għall-istandards nazzjonali li jittrasponu l-istandards Ewropej, l-approvazzjonijiet tekniċi Ewropej, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi komuni, l-istandards internazzjonali, sistemi ta’ referenzi tekniċi oħrajn stabbiliti mill-korpi tal-istandardizzazzjoni Ewropej jew - fejn dawn ma jeżistux - l-istandards nazzjonali, l-approvazzjonijiet tekniċi nazzjonali jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi nazzjonali relatati mad-disinn, il-kalkolu u l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet u l-użu tal-provvisti; kull referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem ‘jew ekwivalenti’;

 

(c) f’termini ta’ rekwiżiti ta’ perstazzjoni jew funzjonali kif imsemmi fil-punt (a), b’referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) bħala mezz ta’ suppożizzjoni ta’ konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni jew funzjonali;

 

(d) permezz ta’ referenza għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) għal ċerti karatteristiċi, u b’referenza għar-rekwiżiti ta’ prestazzjoni jew funzjonali msemmija fil-punt (a) għal karatteristiċi oħrajn.

 

4. Sakemm dan ma jkunx ġustifikat mis-suġġett tal-kuntratt, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ma għandhomx jirreferu għall-għamla jew is-sors speċifiku jew għal proċess partikolari, jew għal marki kummerċjali, privattivi, tipi jew oriġini jew produzzjoni speċifika bl-effett li jiġu favoriti jew eliminati ċerti impriżi jew ċerti prodotti. Din ir-referenza għandha tkun permessa fuq bażi eċċezzjonali, fejn ma tkunx possibbli deskrizzjoni preċiża u leġibbli biżżejjed tas-suġġett tal-kuntratt skont il-paragrafu 3; din ir-referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem “jew ekwivalenti”.

 

5. Fejn awtorità jew entità kontraenti tuża l-opzjoni li tirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 3, ma għandhiex tiċħad offerta minħabba r-raġuni li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi offruti ma jikkonformawx mal-ispeċifikazzjonijiet li hi rreferiet għalihom, ladarba l-offerent juri bi kwalunkwe mezz xieraq, inkluż il-mezz ta’ prova msemmi fl-Artikolu 33, li s-soluzzjonijiet proposti fl-offerta tiegħu jissodisfaw b’mod ekwivalenti r-rekwiżiti definiti mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

 

6. Fejn awtorità jew entità kontraenti tuża l-opzjoni stabbilita fil-punt (a) tal-paragrafu 3 li tifformula speċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni jew funzjonali, ma għandhiex tiċħad offerta għal xogħlijiet, provvisti jew servizzi li jikkonformaw ma’ standard nazzjonali li jittrasponi standard Ewropew, approvazzjoni teknika Ewropea, speċifikazzjoni teknika komuni, standard internazzjonali jew sistema ta’ referenza teknika stabbilita minn korp tal-istandardizzazzjoni Ewropew, fejn dawk l-ispeċifikazzjonijiet jindirizzaw ir-rekwiżiti tal-prestazzjoni jew funzjonali li hi tkun stabbilixxiet.

 

Fl-offerta tiegħu, l-offerent għandu juri bi kwalunkwe mezz xieraq, inkluż il-mezz ta’ prova msemmi fl-Artikolu 33, li l-provvisti, is-servizz jew ix-xogħol konformi mal-istandard jilħqu r-rekwiżiti ta’ prestazzjoni jew funzjonali tal-awtorità jew l-entità kontraenti.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu tħassar għaliex jadotta l-approċċ tal-'akkwist pubbliku' għal konċessjonijiet. Minħabba li r-riskju ekonomiku qed jiġi trasferit mill-konċedent għall-konċessjonarju, dan tal-aħħar irid jingħata ċerta ammont ta' spazju biex jilħaq l-objettivi u l-kriterji mniżżla mill-offerent. Madankollu, rekwiżiti tekniċi u/jew funzjonali jistgħu jiġu stipulati minn kwalunkwe konċedent li jixtieq iżomm kontroll akbar fuq l-aspetti tekniċi tal-konċessjoni (ara l-ġustifikazzjoni għall-Artikolu 38b).

Emenda  196

Proposta għal direttiva

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 33

imħassar

Rapporti tat-test, ċeritifikazzjoni u mezzi oħra ta’ prova

 

1. L-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-operaturi ekonomiċi jipprovdu rapport ta' test minn korp rikonoxxut jew ċertifikat maħruġ minn korp bħal dan bħala mezz ta’ prova ta’ konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi.

 

Fejn l-awtoritajiet kontraenti jeħtieġu li jiġu ppreżentati bi ċertifikati mħejji minn korpi rikonoxxuti li jikkonfermaw il-konformità ma’ speċifikazzjoni teknika partikolari, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jaċċettaw ukoll ċertifikati minn korpi ekwivalenti rikonoxxuti oħra.

 

2. L-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom jaċċettaw ukoll mezzi xierqa oħra ta’ prova bħal dossier tekniku tal-manifattur fejn l-operatur ekonomiku konċernat ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew għar-rapporti ta' test imsemmija fil-paragrafu 1, jew ma jkollux il-possibilità li jiksibhom fi ħdan il-limiti ta’ żmien relevanti.

 

3. Korpi rikonoxxuti, fis-sens ta’ dan l-Artikolu, huma laboratorji ta’ ttestjar u kalibrazzjoni u kwalunkwe korp ta’ ċeritifikazzjoni u spezzjoni akkreditat skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

 

4. L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ Stati Membri oħra, fuq talba tagħhom, kull informazzjoni relatata mal-provi u d-dokumenti pprovduti sabiex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti tekniċi msemmija fl-Artikoli 32 u f’dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment għandhom jipprovdu din l-informazzjoni skont id-dispożizzjonijiet dwar il-governanza kif imsemmi fl-Artikolu 88 ta' (id-Direttiva li tissostitwixxi d-Direttiva 2004/18/KE).

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu tħassar għaliex jadotta l-approċċ tal-'akkwist pubbliku' għal konċessjonijiet. Minħabba li r-riskju ekonomiku qed jiġi trasferit mill-konċedent għall-konċessjonarju, dan tal-aħħar irid jingħata ċerta ammont ta' spazju biex jilħaq l-objettivi u l-kriterji mniżżla mill-offerent. Madankollu, rekwiżiti funzjonali jistgħu jiġu stipulati minn kwalunkwe konċedent li jixtieq iżomm kontroll akbar fuq l-aspetti tekniċi tal-konċessjoni (ara l-Artikolu 38a - Kriterji tal-Għoti).

Emenda  197

Proposta għal direttiva

Taqsima II – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Taqsima II

imħassar

Għażla ta’ parteċipanti u l-għoti ta’ konċessjonijiet

 

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni strutturali.

Emenda  198

Proposta għal direttiva

Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 34

imħassar

Prinċipji ġenerali

 

Il-konċessjonijiet għandhom jingħataw fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti skont l-Artikolu 39 sakemm ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

 

a) l-offerta tikkonforma mar-rekwiżiti, il-kundizzjonijiet u l-kriterji stabbiliti fl-avviż tal-konċessjoni jew fl-istedina biex jiġi konfermat l-interss u fid-dokumenti għall-għoti tal-konċessjoni;

 

b) l-offerti tkun ġejja minn offerent li

 

i) mhux eskluż milli jipparteċipa fil-proċedura tal-għoti skont il-paragrafi 4 sa 8 tal-Artikolu 36 u

 

ii) jissodisfa l-kriterji tal-għażla stipulati mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti skont il-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 36.

 

Ġustifikazzjoni

Imqiegħed fl-Artikolu -26a ġdid.

Emenda  199

Proposta għal direttiva

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 35

imħassar

Garanziji proċedurali

 

1. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti ghandhom jindikaw fl-avviz tal-kuntratt, fl-istedina ghas-sottomissjoni tal-offerti jew fid-dokumenti tal-koncessjoni deskrizzjoni tal-koncessjoni, il-kriterji tal-ghoti u r-rekwiziti minimi li jridu jintlahqu. Din l-informazzjoni ghandha tippermetti li tkun identifikata n-natura u l-ambitu tal-koncessjoni, li tippermetti lill-operaturi ekonomici jiddeciedu jekk jitolbux li jippartecipaw fil-procedura tal-ghoti tal-koncessjoni. Id-deskrizzjoni, il-kriterji tal-għoti u r-rekwiżiti minimi m'għandhomx ikunu mibdula matul in-negozjati.

 

2. Matul l-għoti tal-konċessjoni, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jiżguraw trattament ugwali għall-offerenti kollha. B’mod partikolari, huma ma għandhomx jipprovdu informazzjoni b’mod diskriminatorju li jista’ jagħti lil xi offerenti vantaġġ fuq l-oħrajn.

 

3. Kull meta l-awtorità jew l-entità kontraenti tillimita l-għadd ta’ applikanti għal livell xieraq, dan għandu jsir b’mod trasparenti u fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jkunu disponibbli għall-operaturi ekonomiċi interessati kollha.

 

4. Ir-regoli dwar l-organizzazzjoni tal-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni, inklużi regoli dwar il-komunikazzjoni, dwar l-istadji tal-proċedura u dwar l-għażla taż-żmien, għandhom jiġu stabbiliti minn qabel u kkomunikati lill-parteċipanti kollha.

 

5. Fejn l-għoti tal-konċessjoni jinvolvi negozjati, l-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti għandhom jikkonformaw mar-regoli li ġejjin:

 

(a) fejn in-negozjati jseħħu wara s-sottomissjoni tal-offerti, huma għandhom jinnegozjaw mal-offerenti l-offerti sottomessi minnhom sabiex jadattawhom għall-kriterji u r-rekwiżiti indikati skont il-paragrafu 1.

 

(b) m'għandhomx jiżvelaw ma’ parteċipanti oħra soluzzjonijiet proposti jew informazzjoni kunfidenzjali oħra komunikata minn kandidat li jkun qed jipparteċipa fin-negozjati mingħajr il-qbil ta’ dak il-kandidat. Qbil bħal dan ma għandux jieħu l-forma ta’ rinunzja ġenerali iżda għandu jsir b’referenza għall-komunikazzjoni partikolari ta’ soluzzjonijiet jew informazzjoni kunfidenzjali oħra speċifika.

 

(c) jistgħu jwettqu negozjati f’fażijiet suċċessivi sabiex jitnaqqas l-għadd ta’ offerti li jridu jiġu nnegozjati billi japplikaw il-kriterji tal-għoti mniżżla fl-avviż tal-kuntratt, fl-istedina għas-sottomissjoni tal-offerti jew fid-dokumenti tal-konċessjoni. Fl-avviż tal-kuntratt, fl-istedina għas-sottomissjoni tal-offerti jew fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-awtorità kontraenti għandha tindika kinetx ser tuża din l-opzjoni.

 

(d) għandhom jivvalutaw l-offerti kif innegozjati fuq il-bażi tal-kriterji tal-għoti indikati fil-bidu;

 

(e) għandhom jistabbilixxu rekord bil-miktub tad-deliberazzjonijiet formali u kwalunkwe pass u avveniment rilevanti ieħor għall-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni. B’mod partikolari, hija għandha tiżgura, permezz tal-mezzi xierqa kollha, it-traċċabilità tan-negozjati.

 

6. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom mill-aktar fis possibbli jinformaw lil kull kandidat u l-offerent bid-deċiżjonijiet meħuda rigward l-għoti tal-konċessjoni inkluż ir-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni li ma jingħatax kuntratt li għalih kien hemm pubblikazzjoni ta' avviż ta' konċessjoni jew biex terġa' tinbeda l-proċedura.

 

7. Fuq talba mill-parti konċernata, malajr kemm jista’ jkun, u f’kull każ fi żmien 15-il jum mir-riċevuta ta’ talba bil-miktub, l-awtorità kontraenti għandha tinforma:

 

(a) lil kull kandidat ma ntgħażilx bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni tiegħu,

 

(b) lil kull offerent li ma ntgħażilx bir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-offerta tiegħu, inklużi, għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 32(5) u (6), ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tagħha ta’ nuqqas ta’ ekwivalenza jew għad-deċiżjoni tagħha li x-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta’ prestazzjoni jew funzjonali,

 

(c) lil kull offerent li għamel offerta ammissibbli bil-karatteritsiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerta magħżula, kif ukoll isem l-offerenti magħżul jew il-partijiet għall-ftehim ta' qafas,

 

(d) lil kull offerent li għamel offerta ammissibbli bit-twettiq u l-progress tan-negozjati u d-djalogu mal-offerenti.

 

8. Madankollu, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiddeċiedu li jżommu ċerta informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6, rigward il-kuntratt meta l-ħruġ ta' din l-informazzjoni timpedixxi l-infurzar tal-liġi, imur kontra l-interess pubbliku, jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operaturi ekonomiċi, sew jekk privati jew pubbliċi, jew tista' tippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejniethom.

 

Ġustifikazzjoni

Imħassar għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni. Imqiegħed inparti fl-Artikoli 36, 38b u 38c.

Emenda  200

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Selezzjoni u valutazzjoni kwalitattiva tal-kandidati

Selezzjoni u valutazzjoni kwalitattiva tal-kandidati u tal-offerenti u raġunijiet għall-esklużjoni

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-Emenda 169 tar-Rapporteur.

Emenda  201

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Il-konċedent għandu jipprovdi:

 

(a) fl-avviż tal-konċessjoni, deskrizzjoni tal-konċessjoni u tal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni;

 

(b) fl-avviz tal-konċessjoni, fl-istedina biex issir offerta jew fid-dokumenti ta' konċessjoni, deskrizzjoni tal-kriterji tal-għoti.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-Emenda 169 tar-Rapporteur. Id-deskrizzjoni tal-konċessjoni u tal-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni jridu jidhru fl-avviż tal-konċessjoni, billi dan huwa obbligatorju biex tkun żgurata l-konformità mal-prinċipji tat-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni u t-trattament ugwali tal-kandidati u l-offerenti.

Emenda  202

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw, fl-avviż tal-konċessjoni l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni relatati ma’:

1. Il-konċedent għandu jivverifika l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni relatati mal-kapaċità professjonali u teknika tal-kandidati jew l-offerenti, il-qagħda finanzjarja tal-kandidati jew l-offerenti u r-referenza jew ir-referenzi li għandhom jitressqu bħala evidenza skont ir-rekwiżiti speċifikati fl-avviż tal-konċessjoni. Dawk il-kundizzjonijiet ikunu marbuta mas-suġġett tal-kuntratt, ma jkunux diskriminatorji u jistgħu jkunu akkumpanjati b'rekwiżiti minimi kull meta jkun meħtieġ.

(a) l-adegwatezza għat-twettiq tal-attività professjonali;

 

(b) il-qagħda ekonomika u finanzjarja;

 

(c) l-abilità teknika u professjonali.

 

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jillimitaw kwalunkwe kundizzjoni għal parteċipazzjoni għal dawk li huma xierqa biex jiżguraw li kandidat jew offerent għandu l-kapaċitajiet legali u finanzjarji u l-abilitajiet kummerċjali u tekniċi li jwettaq il-konċessjoni li għandha tingħata. Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu relatati u strettament proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt, billi jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.

 

L-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw ukoll fl-avviż tal-konċessjoni r-referenza jew referenzi li għandhom jiġu ppreżentati bħala prova tal-kapaċitajiet tal-operatur ekonomiku. Ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ dawk ir-referenzi għandhom ikunu nondiskriminatorji u proporzjonati għas-suġġett tal-konċessjoni.

 

Ġustifikazzjoni

Tgħaqqad flimkien diversi dispożizzjonijiet tal-Artikoli 35 u 36 fi kliem ġdid tad-dispożizzjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni mill-kandidati jew l-offerenti (il-kapaċità professjonali u teknika u l-qagħda finanzjarja).

Emenda  203

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fir-rigward tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, operatur ekonomiku jista', fejn xieraq u għal xi konċessjoni partikolari, jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, irrispettivament minn natura legali tar-rabtiet tiegħu magħhom. Huwa għandu, f’dan il-każ, jagħti prova lill-awtorità jew l-entità kontraenti li se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, matul il-perjodu tal-konċessjoni, ir-riżorsi neċessarji, per eżempju, billi jipproduċi impenn minn dawk l-entitajiet għal dak l-effett. Fir-rigward tal-qagħda ekonomika u finanzjarja, l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti jistgħu jeħtieġu li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli flimkien għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

2. Biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni stipulati fil-paragrafu 1, operatur ekonomiku jista', fejn xieraq u għal xi konċessjoni partikolari, jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, irrispettivament min-natura legali tar-rabtiet tiegħu magħhom. Huwa għandu, f’dan il-każ, jagħti prova lill-konċedent li se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu, matul il-perjodu tal-konċessjoni, ir-riżorsi neċessarji, pereżempju, billi jipproduċi impenn minn dawk l-entitajiet għal dak l-effett. Fir-rigward tal-qagħda finanzjarja, il-konċedent jista' jeħtieġ li l-operatur ekonomiku u dawk l-entitajiet ikunu responsabbli flimkien għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt.

Emenda  204

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Taħt l-istess kundizzjonijiet, grupp ta’ operaturi ekonomiċi kif imsemmi fl-Artikolu 22 jista’ jafda fuq il-kapaċitajiet ta’ parteċipanti fil-grupp jew ta’ entitajiet oħra.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Imħassar għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni.

Emenda  205

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-konċedent jista' jillimita l-għadd ta' kandidati jew offerenti għal livell xieraq, bil-kundizzjoni li dan isir b'mod trasparenti u abbażi ta' kriterji oġġettivi. L-għadd ta' kandidati jew offerenti mistiedna għandu jkun biżżejjed biex tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina.

Ġustifikazzjoni

Dan jieħu parti mill-Artikolu 35 b'test ġdid dwar il-possibbiltà li jitqiegħed limitu għall-għadd ta' kandidati (f'dawn il-każi, tintbagħat stedina biex tintefa' offerta lill-kandidati magħżula).

Emenda  206

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jadottaw ir-regoli li jiġġieldu n-nepotiżmu, il-korruzzjoni u li jevitaw il-konflitti ta’ interess, immirati li jiżguraw it-trasparenza tal-proċedura tal-għoti u t-trattament ugwali tal-offerenti kollha.

imħassar

Fir-rigward il-konflitti ta' interess il-miżuri adottati għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa strettament meħtieġ sabiex jipprevjenu jew jeliminaw l-konflitt identifikat. Partikolarment, għandhom jippermettu l-esklużjoni ta’ offerent jew kandidat mill-proċedura fil-każ biss fejn il-konflitt ta’ interessi ma jistax tiġi effettivament rimedjat b'mezzi oħra.

 

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet dwar konflitti ta' interess inkitbu u ġew inkorporati fl-Artikolu 30a ġdid.

Emenda  207

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) il-parteċipazzjoni fl-isfruttar tat-traffikar tal-bnedmin u t-tħaddim tat-tfal koperti mid-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu1.

 

1 ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1.

Emenda  208

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-obbligu li jiġi eskluż kandidat jew offerent milli jieħu sehem f’konċessjoni għandu japplika wkoll fejn il-kundanna permezz ta’ sentenza finali sabet ħatja lil diretturi ta’ kumpanija jew kwalunkwe persuni oħra li kellhom setgħat ta’ rappreżetazzjoni, deċiżjoni jew kontroll fir-rigward tal-kandidat jew l-offerent.

imħassar

Emenda  209

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fejn tkun konxja minn kwalunkwe vjolazzjoni serja oħra ta' dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew ta' liġi nazzjonali mmirati lejn il-protezzjoni ta' interessi pubbliċi kompatibbli mat-Trattat;

(a) fejn tkun konxja minn kwalunkwe vjolazzjoni serja oħra ta' dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew ta' liġi nazzjonali mmirata lejn il-protezzjoni ta' interessi pubbliċi kompatibbli mat-Trattati, sakemm ikun ġie stabbilit minn entità kompetenti li dik il-vjolazzjoni tkun seħħet;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika taċ-ċirkustanzi li fihom tali esklużjoni tista' ssir sabiex jiġu żgurati l-proporzjonalità u l-aċċess liberu għall-kuntratti ta' konċessjoni.

Emenda  210

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fejn l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta’ kwalunkwe rekwiżit sostantiv taħt konċessjoni jew konċessjonijiet preċedenti ta’ natura simili mal-istess awtorità jew entità kontraenti.

(c) fejn l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta’ kwalunkwe rekwiżit sostantiv taħt konċessjoni jew konċessjonijiet preċedenti ta’ natura simili.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun possibbli li operatur ekonomiku jiġi eskluż ukoll meta l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tkun taf dwar dawn in-nuqqasijiet persistenti ma' awtorità kontraenti jew entità kontraenti oħra.

Emenda  211

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) fejn ikunu konxji minn kwalunkwe ksur serja jew repetut ta' dispożizzjonijiet soċjali, ambjentali jew tal-liġi tax-xogħol, kif imsemmi fl-Artikolu -26a(3).

Emenda  212

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex japplikaw ir-raġuni għall-esklużjoni msemmija fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jipprovdu metodu għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni kuntrattwali li tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u li jistgħu jitkejlu, applikat b'mod sistematiku, konsistenti u trasparenti. Kwalunkwe valutazzjoni tal-prestazzjoni għandha tiġi komunikata lill-operatur ekonomiku inkwistjoni, li għandu jingħata l-opportunità joġġezzjona għas-sejbiet u li jikseb protezzjoni legali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Imħassar għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni.

Emenda  213

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni għal dan l-Artikolu. Għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri l-oħra, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni relatata mar-raġunijiet tal-esklużjoni elenkati f’dan l-Artikolu. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jipprovdu din l-informazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 88 tad-Direttiva [li tissostitwixxi d-Direttiva 2004/18/KE].

imħassar

Ġustifikazzjoni

Imħassar għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni.

Emenda  214

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta jistipulaw il-limiti ta' żmien għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għal konċessjoni u s-sottomissjoni tal-offerti, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom iqisu partikolarment tal-kumplessità tal-konċessjoni u ż-żmien meħtieġ għat-tifsil tal-offerti, mingħajr preġudizzju għal-limiti ta' żmien minimi stipulati fl-Artikolu 37.

1. Meta jistipula l-limiti ta' żmien għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet jew tal-offerti, il-konċedent għandu jqis partikolarment il-kumplessità tal-konċessjoni u ż-żmien meħtieġ għat-tifsil tal-offerti jew tal-applikazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet dwar it-twaqqif ta' limiti ta' żmien preċedentement mifruxa fl-Artikoli 37 u 38 issa tqiegħdu flimkien fl-Artikolu 37 għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni.

Emenda  215

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn l-applikazzjonijiet jew l-offerti jistgħu jsiru biss wara żjara fis-sit jew wara spezzjoni fuq il-post tad-dokumenti li jsostnu d-dokumenti tal-għoti tal-konċessjoni, il-limiti ta' żmien għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet għal konċessjoni għandu jiġi estiż sabiex l-operaturi ekonomiċi kollha konċernati jkunu jistgħu jsiru konxji dwar l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jipproduċu l-applikazzjonijiet jew l-offerti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet dwar it-twaqqif ta' limiti ta' żmien preċedentement mifruxa fl-Artikoli 37 u 38 issa tqiegħdu flimkien fl-Artikolu 37 għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni.

Emenda  216

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafi 2a u 2b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-iskadenza għat-tressiq ta' applikazzjonijiet jew biex jintbagħtu l-offerti ma tkunx anqas minn 30 jum ta' ħidma mid-data li fiha jkun intbagħat l-avviż ta' konċessjoni jew id-data li fiha l-kandidati jkunu rċevew notifika dwar l-istedina biex jibagħtu offerta, rispettivament.

 

2b. L-iskadenza biex jintlaqgħu l-offerti tista' titnaqqas b'ħamest ijiem ta' ħidma fejn l-entità kontraenti taċċetta illi l-offerti jistgħu jiġu mibgħuta b’mezzi elettroniċi.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet dwar it-twaqqif ta' limiti ta' żmien preċedentement mifruxa fl-Artikoli 37 u 38 issa tqiegħdu flimkien fl-Artikolu 37 għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni.

Emenda  217

Proposta għal direttiva

Artikolu 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 38

imħassar

Limiti ta' żmien għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għall-konċessjoni

 

1. Fejn l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jirrikorru għal konċessjoni, il-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-appikazzjonijiet għall-konċessjonijiet m'għandux ikun ta' inqas minn 52 jum mid-data li fiha tkun ntbagħat l-avviż tal-konċessjoni.

 

2. Il-limitu taż-żmien għall-irċevuta tal-offerti jista' jitnaqqas b'ħamest ijiem fejn l-entità kontraenti taċċetta illi l-offerti jistgħu jiġu sottomessi b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 25.

 

Ġustifikazzjoni

Test miġbur fl-Artikolu 37 sabiex jissimplifika u jiċċara d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.

Emenda  218

Proposta għal direttiva

Artikolu 38a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38a

 

Rekwiżiti tekniċi u funzjonali

 

1. Ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali se jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa mix-xogħlijiet jew mis-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni. Għandhom jiġu stabbiliti fid-dokumenti tal-konċessjoni.

 

2. Dawk ir-rekwiżiti jikkonformaw mal-prinċipju tal-aċċess ugwali tal-operaturi ekonomiċi għall-proċedura tal-għoti ta' konċessjoni u ma jkollhomx l-effett li joħolqu ostakli mhux ġustifikati għall-ftuħ ta' konċessjonijiet għall-kompetizzjoni.

 

B'mod partikolari, sakemm dan ma jkunx ġustifikat mis-suġġett tal-kuntratt, ir-rekwiżiti tekniċi u funzjonali ma jirreferux għall-għamla jew is-sors speċifiċi, jew għal proċess partikolari, jew għal marki kummerċjali, privattivi, tipi jew produzzjoni speċifika bl-effett li jiġu favoriti jew eliminati ċerti impriżi jew ċerti prodotti. Referenza bħal din tiġi permessa, fuq bażi eċċezzjonali, fejn ma tkunx possibbli deskrizzjoni preċiża u intelliġibbli biżżejjed tas-suġġett tal-kuntratt. Ir-referenza għandha tkun akkumpanjata mill-kliem “jew ekwivalenti”.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 38a = l-Artikolu 32(1) u (3)(b) tal-proposta tal-Kummissjoni. L-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet li jippermettu lill-konċedent li jistipula rekwiżiti tekniċi u/jew funzjonali għal xogħlijiet jew servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjonijiet. Dan jippermetti lill-konċedent li jiċċara s-suġġett tal-konċessjonijiet jew jistipula rekwiżiti aktar speċifiċi (pereżempju dwar aċċess għal persuni b'diżabbiltà jew rendiment ambjentali). L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi previsti fl-Artikolu 32 kienu wisq dettaljati u ma jaqblux mal-prinċipju tat-trasferiment tar-riskju, li jitlob ammont ta' spazju għall-konċessjonarji.

Emenda  219

Proposta għal direttiva

Artikolu 38b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38b

 

Kriterji tal-għoti

 

1. Il-konċedent jista' jkollu negozjati mal-kandidati u l-offerenti. Għandu jipprevedi għal dokumentazzjoni xierqa tal-istadji ewlenin tal-proċedura bil-mezzi li jqis li jkunu xierqa, sakemm ikun hemm konformità mal-Artikolu 24(1) ta' din id-Direttiva. Il-konċessjonijiet jingħataw mill-konċedent abbażi ta' kriterji tal-għoti oġġettivi li jikkonformaw mal-principji stabbiliti fl-Artikolu -26a(2).

 

2. Is-suġġett tal-konċessjoni, il-kriterji tal-għoti u r-rekwiżiti minimi ma jinbidlux b'mod diskriminatorju jew arbitrarju matul in-negozjati. Kull bidla għandha tiġi nnotifikata immedjatament lill-kandidati u lill-offerenti kkonċernati.

 

3. Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu marbuta mas-suġġett tal-konċessjoni. Jistgħu, inter alia, jinkludu kriterji ambjentali, soċjali, jew relatati mal-innovazzjoni. Il-konċedent jivverifika jekk l-offerti jissodisfawx kif suppost il-kriterji tal-għoti.

 

4. Il-konċedent jindika, fl-avviż tal-konċessjoni jew fl-istedina biex tintbagħat offerta, l-ordni ta' klassifikazzjoni tiegħu, jekk ikun hemm klassifikazzjoni, għall-kriterji msemmija fil-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Preċedentement l-Artikolu 39. Artikolu ġdid dwar il-kriterji tal-għoti, magħmula kif ġej: (1) referenza għall-importanza tan-negozjati fil-proċedura għall-konċessjonijiet tal-għoti; (2) il-kundizzjoni li l-ebda bidla arbitrarja ma tista' ssir għall-kriterji tal-għoti matul il-kors tal-proċedura; (3) speċifikazzjoni tal-ambitu tal-kriterji tal-għoti; (4) għażla għall-konċedent li jqiegħed il-kriterji f'ordni ta' importanza; L-approċċ ta' ppeżar tneħħa minħabba li ma jipprovdix il-flessibbiltà meħtieġa. L-ordni ta' importanza għandu jkun fakultattiv, biex jagħti l-possibbiltà li jkunu inklużi soluzzjonijiet innovattivi mhux previsti preċedentement.

Emenda  220

Proposta għal direttiva

Artikolu 38c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38c

 

Għoti ta' informazzjoni lill-kandidati u l-offerenti

 

1. Il-konċedent għandu mill-aktar fis possibbli jinforma lil kull kandidat u offerent bid-deċiżjonijiet meħuda rigward l-għoti tal-konċessjoni inkluż ir-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta l-applikazzjoni jew l-offerta u r-raġunijiet għal kwalunkwe deċiżjoni li minħabba fiha ma jingħatax kuntratt li għalih kien hemm pubblikazzjoni ta' avviż ta' konċessjoni jew ta' bidu mill-ġdid ta' proċedura.

 

2. Il-konċedent jista' jiddeċiedi li jżomm ċerta informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, rigward il-kuntratt meta l-ħruġ ta' din l-informazzjoni jimpedixxi l-infurzar tal-liġi, imur kontra l-interess pubbliku, jippreġudika l-interessi kummerċjali leġittimi ta’ operaturi ekonomiċi, sew jekk privati jew pubbliċi, jew jista' jippreġudika l-kompetizzjoni ġusta bejn dawn l-operaturi.

Ġustifikazzjoni

Ibbażat fuq l-Artikolu 35(6) u (8) tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  221

Proposta għal direttiva

Artikolu 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 39

imħassar

Kriterji għall-għoti ta' konċessjonijiet

 

1. Il-konċessjonijiet għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali u li jiżguraw li l-offerti jiġu vvalutati f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva biex jiġi identifikat vantaġġ ekonomiku kumplessiv għall-awtorità jew l-entità kontraenti.

 

2. Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu marbuta mas-suġġett tal-konċessjoni u ma jikkonferixxux libertà tal-għażla mingħajr restrizzjonijiet fuq l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

 

Dawn il-kriterji għandhom jiżguraw kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. L-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw b’mod effettiv abbażi tal-informazzjoni u l-provi pprovduti mill-offerenti jekk l-offerti jissodisfawx il-kriterji tal-għoti.

 

3. L-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tindika fl-avviż jew fid-dokumenti tal-konċessjoni l-ippiżar relattiv li tagħti lil kull waħda mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew telenka dawk il-kriterji f’ordni dekrexxenti ta' importanza.

 

4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta' konċessjonijiet fuq il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, f’konformità mal-paragrafu 2. Dawk il-kriterji jistgħu jinkludu, minbarra l-prezz jew spejjeż, kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin

 

(a) kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiki estetiċi u funzjonali, l-aċċessibbiltà, id-disinn għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv.

 

(b) għal konċessjonijiet ta’ servizzi u konċessjonijiet li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, jistgħu jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-konċessjoni inkwistjoni, bil-konsegwenza li wara l-għoti tal-konċessjoni, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità jew l-entità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni u kwalità ekwivalenti;

 

(c) servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data tal-kunsinna u l-perjodu tal-kunsinna jew il-perjodu tat-tlestija;

 

(d) il-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew il-kunsinna tax-xogħlijiet mitluba, il-provvisti jew is-servizzi jew ta' kwalunkwe stadju ieħor fiċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kif imsemmi fil-punt 14 tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2, sal-punt li l-kriterji jikkonċernaw fatturi direttament involuti f'dawn il-proċessi u jikkaratterizzaw il-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew il-forniment tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi.

 

5. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 4, mill-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tispeċifika fl-avviż tal-kuntratt, fl-istedina għas-sottomissjoni tal-offerti, jew fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-ippiżar relattiv li tagħti lil kull waħda mill-kriterji magħżula biex tistabbilixxi l-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament.

 

Dawk il-piżijiet jistgħu jingħataw billi tiġi pprovduta medda b’firxa massima xierqa.

 

Fejn għal raġunijiet oġġettivi l-ippeżar mhuwiex possibbli, l-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tindika l-kriterji f’ordni dekrexxenti ta’ importanza.

 

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 38b ġdid.

Emenda  222

Proposta għal direttiva

Artikolu 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 40

imħassar

Ikkostjar taċ-ċiklu tal-ħajja

 

1. L-ikkostjar taċ-ċiklu tal-ħajja għandu sa fejn huwa relevanti jkopri l-ispejjeż kollha li ġejjin matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet kif stipulat fil-punt 14 tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2:

 

(a) spejje interni, inklużi spejjeż relatati max-xiri (bħall-ispejjeż tal-produzzjoni), l-użu (bħall-konsum tal-enerġija, l-ispejjeż tal-manutenzjoni) u tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja (bħall-ispejjeż tal-ġbir u r-riċiklaġġ)

 

(b) spejjeż ambjentali esterni marbutin b’mod dirett maċ-ċiklu tal-ħajja, jekk il-valur monetarju tagħhom ikun jista’ jiġi determinat u verifikat, li jistgħu jinkludu l-ispiża relatata mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħra u spejjeż oħrajn ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

 

2. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jivvalutaw l-ispejjeż permezz ta’ approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, dawn għandhom jindikaw il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja fid-dokumenti tal-għoti tal-konċessjoni. Il-metodoloġija użata trid tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

 

(a) Ġiet imfassla fuq il-bażi ta' informazzjoni xjentifika jew hija bbażata fuq kriterji oħra oġġettivi verifikabbli u nondiskriminatorji;

 

(b) Ġiet stabbilita għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa;

 

(c) Hija aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha.

 

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jippermettu lill-operaturi ekonomiċi japplikaw metodoloġija differenti biex jistabbilixxu l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-offerta tagħhom, dment li jipprovaw li din il-metodoloġija hija konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti a, b u c u hija ekwivalenti għall-metodoloġija indikata mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti.

 

3. Kull meta tiġi adottatta metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja bħala parti minn att leġiżlattiv tal-Unjoni, fosthom atti delegati skont leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, din għandha tiġi applikata fejn l-ikkostjar taċ-ċiklu tal-ħajja jkun inkluż fil-kriterji tal-għoti msemmija fl-Artikolu 39 il-paragrafu 4.

 

Il-lista ta’ dawn l-atti leġiżlattivi u delegati hija pprovduta fl-Anness II. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 46 rigward l-aġġornar ta’ din il-lista, fejn fuq il-bażi tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida, tħassir jew modifiki ta’ din il-leġiżlazzjoni ikunu meħtieġa dawn l-emendi.

 

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu tħassar bi qbil mat-tħassir tal-kriterji tal-għoti li huma l-aktar ekonomikament vantaġġużi. Il-konċedent għandu jkun liberu li juża kwalunkwe kriterji tal-għoti li jikkunsidra xierqa, dment li dawn ikunu konformi mar-regoli mniżżla f'din id-Direttiva.

Emenda  223

Proposta għal direttiva

Artikolu 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-awtorità jew l-entità kontraenti tista’ titlob jew jista’ jkun meħtieġ minn Stat Membru li jintalab li l-offerent jindika fl-offerta tiegħu kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika kwalunkwe sottokuntratturi proposti.

1. Fid-dokumenti tal-konċessjoni, il-konċedent jista' jitlob li l-offerent jindika fl-offerta tiegħu kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi .

 

1a. Wara li jkun intgħażel l-offerent, dan għandu jindika lill-awtoritajiet kontraenti l-isem, id-dettalji tal-kuntatt u r-rappreżentanti legali tas-sottokuntratturi u ta' kwalunkwe bidla relatata ma' dik l-informazzjoni matul iż-żmien tal-kuntratt. L-informazzjoni se tkun ipprovduta lill-offerent minn kull sottokuntrattur fil-katina ta' sottokuntrattar permezz tal-kuntrattur dirett tas-sottokuntrattur. Kull sottokuntrattur għandu jżomm l-informazzjoni aġġornata matul iż-żmien tal-kuntratt.

2. Il-paragraf 1 għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-kwistjoni tar-responsabilità tal-operatur ekonomiku prinċipali.

2. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr ħsara għall-kwistjoni tar-responsabilità tal-operatur ekonomiku prinċipali.

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sottokuntratturi jirrispettaw ukoll id-dispożizzjonijiet kollha legali, regolatorji u amministrattivi obbligatorji fis-seħħ fl-Istat Membru fejn se jitwettaq il-kuntratt, inklużi l-obbligi msemmija fl-Artikolu -26a(3). Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu sistema ta' responsabbiltà mal-katina ta' sottokuntrattar sabiex il-kuntrattur dirett ta' sottokuntrattur ikun responsabbli fil-każ li s-sottokuntrattur jonqos milli jikkonforma ma' xi waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet jew fil-każ ta' insolvenza. Meta kuntrattur dirett jaqa' f'insolvenza, is-sistema għandha tipprevedi li l-kuntrattur solventi dirett li jmiss fil-katina tas-sottokuntrattar, inkluż il-kuntrattur prinċipali, jerfa' r-responsabbiltà.

 

2b. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu regoli għal responsabilità aktar stretta skont il-liġi nazzjonali.

Emenda  224

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Modifika sostanzjali tad-dispożizzjonijiet ta’ konċessjoni matul it-terminu tiegħu għandha titqies bħala għoti ġdid għall-finijiet ta’ din id-Direttiva u għandha teħtieġ proċedura tal-għoti tal-konċessjoni ġdida skont din id-Direttiva.

1. Konċessjoni tista' tiġi mmodifikata matul it-terminu tagħha permezz ta' ftehim supplimentari sakemm il-modifiki ma jkunux sostanzjali.

Ġustifikazzjoni

Introduzzjoni ta' paragrafu ġdid li jiċċara l-Artikolu billi jispeċifika li konċessjoni li tkun fil-proċess tista' tiġi modifikata (prinċipju ġenerali) barra fejn il-modifiki jkunu sostanzjali (esklużjonijiet).

Emenda  225

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Modifika ta’ kuntratt matul it-terminu tiegħu għandha titqies sostanzjali fit-tifsira tal-paragrafu 1 fejn din trendi l-kuntratt sostanzjalment differenti minn dak inizjalment konkluż. Fi kwalunkwe każ, mingħajr ħsara għall-paragrafi 3 u 4, modifika għandha titqies bħala sostanzjali fejn tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

2. Modifika sostanzjali ta’ konċessjoni matul it-terminu tiegħu għandha teħtieġ proċedura ta' għotja ġdida bi qbil ma' din id-Direttiva. Modifika għandha titqies sostanzjali fejn tkun issodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

 

(-a) il-modifika tibdel in-natura tal-koncessjoni;

 

(-aa) il-modifika timplika s-sostituzzjoni tal-konċessjonarju;

(a) il-modifika tintroduċi kundizzjonijiet li, li kieku kienu parti mill-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni inizjali, kienu jippermettu għall-għażla ta’ applikanti oħra minn dawk inizjalment magħżula jew li jippermettu l-għoti tal-konċessjoni lil applikant jew offerent ieħor;

(a) il-modifika tintroduċi kundizzjonijiet li, li kieku kienu parti mill-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni inizjali, kienu jippermettu għall-għażla ta’ applikanti oħra minn dawk inizjalment magħżula jew li jippermettu l-għoti tal-konċessjoni lil applikant jew offerent ieħor;

(b) il-modifika bidliet il-bilanċ ekonomiku tal-konċessjoni favur il-konċessjonarju jew

(b) il-modifika tibdel sostanzjalment il-bilanċ ekonomiku tal-konċessjoni; jew

(c) il-modifika testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-konċessjoni b’mod konsiderevoli sabiex ikopri provvisti, servizzi jew xogħlijiet li inizjalment ma kinux koperti.

(c) il-modifika testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-konċessjoni b’mod konsiderevoli b'tali mod li tkopri provvisti, servizzi jew xogħlijiet li inizjalment ma kinux koperti.

Ġustifikazzjoni

Qed tiġi inkluża hawn kjarifika tal-kwalifika ta' "modifika sostanzjali" li timplika t-tnedija ta' proċedura tal-għoti ġdida, u l-integrazzjoni tal-Artikolu 42(3) li tikkonċerna bl-istess mod każ ta' modifika sostanzjali (tibdil tal-konċessjonarju). Dan jiċċara u jissimplifika t-test.

Emenda  226

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-sostituzzjoni tal-konċessjonarju għandha titqies bħala modifika sostanzjali skont it-tifisra tal-paragrafu 1.

 

Madanakollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fil-każ ta’ suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara operazzjonijiet ta’ ristrutturar korporattiv, insolvenza jew abbażi ta' klawżola kuntrattwali ta' operatur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva inizjalment stabbiliti, dejjem jekk dan ma jwassalx għal modifiki sostanzjali oħrajn fil-konċessjoni u ma jkollux l-għan li tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Il-punt (-aa) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu ma għandux japplika fil-każ ta’ suċċessjoni universali jew parzjali fil-pożizzjoni tal-kuntrattur inizjali, wara:

 

(a) operazzjonijiet ta' ristrutturar korporattiv;

 

(b) it-trasferiment tal-kapital jew tal-assi bejn l-imprizi,

 

(c) l-akkwist ta' min jagħti konċessjoni wara insolvenza jew skont klawżola kuntrattwali ta' operatur ekonomiku ieħor li jissodisfa l-kriterji tal-għażla kwalitattiva inizjalment stabbiliti, dejjem jekk dan ma jwassalx għal modifiki sostanzjali oħrajn fil-konċessjoni u ma jkollux l-għan li tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Integrazzjoni tal-paragrafu fl-Artikolu 42(2) għal raġunijiet ta' kjarifika u simplifikazzjoni tad-Direttiva.

Emenda  227

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Sakemm in-natura ġenerali tal-konċessjoni tibqa' l-istess, il-modifika tal-konċessjoni ma għandhiex titqies bħala waħda sostanzjali meta:

 

(a) il-modifika ġiet prevista fil-kuntratt ta' konċessjoni oriġinali permezz ta' klawżoli jew ta' rieżami ċari, preċiżi u inekwivokabbli jew għażliet magħmula bi qbil mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali li jiddeskrivu l-kamp ta' applikazzjoni u n-natura tal-modifiki possibbli kif ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom dawn jistgħu jintużaw; jew

 

b) il-valur tagħha jkun inqas minn 10 % tal-valur aġġornat tal-kuntratt oriġinali.

 

Fejn isiru modifiki suċċessivi, il-valur tal-modifiki suċċessivi se jkun ivvalutat abbażi tal-valur aġġornat kumulattiv tal-modifiki suċċessivi.

Ġustifikazzjoni

Arranġament mill-ġdid tal-Artikolu 42(4) u 42(5) attwali li jikkonċernaw żewġ każijiet fejn il-modifika mhijiex meqjusa sostanzjali jekk ma tbiddilx in-natura tal-konċessjoni (klawżoli ta' reviżjoni jew ta' għażla; valur minimu ta' 5 % tal-valur inizjali). Il-vokabularju "kuntratti pubblici" ("prezz") ġie modifikat. Kunsiderazzjoni tal-valur aġġornat mill-ġdid tal-kuntratt inizjali li jidher bħala valur aktar ġust. It-tieni subparagrafu meħud mill-Artikolu 42(4).

Emenda  228

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn il-valur ta’ modifika jista' jingħata f’termini monetarji, il-modifika ma għandhiex titqies bħala sostanzjali skont it-tifsira tal-paragrafu 1, fejn il-valur tagħha ma jaqbiżx il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 5 u fejn tkun taħt il-5% tal-prezz tal-kuntratt inizjali, dejjem jekk il-modifika ma tibdilx in-natura ġenerali tal-kuntratt. Fejn isiru diversi modifiki suċċessivi, il-valur għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-valur kumulattiv tal-modifiki suċċessivi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Test kopert mill-paragrafu 2a.

Emenda  229

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Modifiki fil-konċessjoni ma għandhomx jitqiesu sostanzjali skont it-tifsira tal-paragrafu 1 fejn dawn ġew previsti fid-dokumenti tal-konċessjoni fi klawżoli jew opzjonijiet ta’ reviżjoni ċari, preċiżi u inekwivokabbli. Dawn il-klawżoli għandhom jiddikkjaraw il-kamp ta’ applikazzjoni u n-natura tal-modifiki jew l-opzjonijiet possibbli kif ukoll il-kundizzjonijiet li dawn jistgħu jintużaw taħthom. Ma għandhomx jipprevedu modifiki jew opzjonijiet li jibdlu n-natura ġenerali tal-konċessjoni.

imħassar

Emenda  230

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-ħtieġa għal modifika seħħet minħabba ċirkostanzi li awtorità jew entità kontraenti diliġenti ma setgħux ibassru

(a) il-ħtieġa għal modifika seħħet minħabba ċirkostanzi li konċedent diliġenti ma setax jantiċipa;

Ġustifikazzjoni

Modifika tal-Artikolu 42(6) eżistenti li tispjega meta modifika, minkejja n-natura sostanzjali tagħha, ma jkollhiex bżonn ta' proċedura tal-għoti ġdida.

Emenda  231

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fil-każ ta' konċessjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti fejn kwalunkwe żieda fil-prezz ma tkunx ogħla minn 50% tal-valur tal-konċessjoni oriġinali.

(c) fil-każ ta' konċessjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti fejn il-valur tal-modifika intenzjonata ma jaqbiżx il-50 % tal-valur inizjali aġġornat tal-konċessjoni;

Ġustifikazzjoni

Modifika tal-Artikolu 42(6) eżistenti li tispjega meta modifika, minkejja n-natura sostanzjali tagħha, ma jkollhiex bżonn ta' proċedura tal-għoti ġdida. Kunsiderazzjoni tal-valur aġġornat tal-kuntratt inizjali li jidher bħala valur aktar ġust. Min-naħa l-oħra, il-vokabularju "kuntratti pubbliċi" ("prezz") ġie modifikat.

Emenda  232

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 - paragrafu 6 - subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom jippubblikaw avviż dwar dawn il-modifiki f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII u jkunu ppubblikati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28.

Il-konċedent għandu jippubblika avviż dwar dawn il-modifiki f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII u jkunu ppubblikati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28.

Emenda  233

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 7 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti m'għandhomx jirrikorru għal modifiki tal-konċessjoni fil-każijiet li ġejjin:

7. Il-konċedent ma għandux jinċita dan l-Artikolu fil-każijiet li ġejjin:

Emenda  234

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 - paragrafu 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fejn il-modifika tkun timmira lejn kumpens għar-riskji ta' żidiet fil-prezzijiet li huma r-riżultat ta’ varjazzjonijiet fil-prezzijiet li jistgħu jkollhom impatt sostanzjali fuq il-prestazzjoni ta’ kuntratt u li jkunu ġew iħħeġġjati mill-konċessjonarju.

(b) fejn il-modifika tkun timmira li tnaqqas ir-riskji tal-operat meħuda mill-konċessjonarju.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-Artikolu 42(7) eżistenti li jirreferi għal żewġ każijiet ta' modifika fejn il-konċedent ma jkunx jista' jinċita l-klawżoli ta' dan l-artikolu sabiex jiġi evitat l-abbuż possibbli (li bidliet li fir-realtà jeħtieġu proċedura ġdida ta' għoti tal-kuntratt jittressqu bħala modifiki, għalhekk igawdu minn dispożizzjonijiet potenzjalment eħfef bħall-Artikoli 42(3) u (4) ġodda).

Emenda  235

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti jkollhom il-possibilità, li skont il-kundizzjonijiet determinati mil-liġi kuntrattwali nazzjonali applikabbli, li jitterminaw konċessjoni matul it-terminu tagħha, fejn tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konċedent ikollu l-possibilità, li skont il-kundizzjonijiet determinati mil-liġi nazzjonali applikabbli, li jitterminaw konċessjoni matul it-terminu tagħha, fejn tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda  236

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 15 ma jibqgħux japplikaw wara parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika mogħtija l-kuntratt skont l-Artikolu 15(4);

(a) l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 15 ma jibqgħux japplikaw wara parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika mogħtija l-kuntratt skont l-Artikolu 15;

Ġustifikazzjoni

Il-limitazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu għall-uniku każ tal-Artikolu 15(4) (kooperazzjoni orizzontali) mhijiex loġika. Dawn id-dispożizzjonijiet iridu jiġu applikati fil-każijiet kollha tal-Artikolu 15(4) fejn in-nuqqas ta' parteċipazzjoni privata huwa kriterju.

Emenda  237

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fi proċedura skont l-Artikolu 258 tat-Trattat, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ssib, li Stat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont it-Trattati minħabba l-fatt li awtorità jew entità kontraenti li tappartjeni għal dak l-Istat Membru tat il-konċessjoni inkwistjoni mingħajr ma kkonformat mal-obbligi tagħha skont it-Trattati u din id-Direttiva.

(c) fi proċedura skont l-Artikolu 258 tat-Trattat, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ssib, li Stat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont it-Trattati minħabba l-fatt li konċedent li jappartjeni għal dak l-Istat Membru ta l-konċessjoni inkwistjoni mingħajr ma kkonforma mal-obbligi tiegħu skont it-Trattati u din id-Direttiva.

Emenda  238

Proposta għal direttiva

Artikolu 43a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 43a

 

Governanza

 

1. Sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni korretta u effiċjenti ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tal-anqas, il-kompiti stabbiliti f'dan l-Artikolu jitwettqu minn awtorità jew struttura waħda jew aktar. Huma għandhom jindikaw lill-Kummissjoni l-awtoritajiet jew l-istrutturi kompetenti kollha li qed iwettqu dawn il-kompiti.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikazzjoni tar-regoli għall-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni tiġi mmonitorjata, inkluża l-implimentazzjoni ta' proġetti kofinanzjati mill-Unjoni bil-ħsieb li jiġu identifikati theddidiet għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan il-monitoraġġ għandu jintuża biex jiġu evitati, identifikati u rappurtati b'mod adegwat każijiet possibbli ta’ frodi, korruzzjoni u konflitt ta' interess relatati mal-akkwist, kif ukoll irregolaritajiet serji oħra.

 

Meta l-awtoritajiet jew l-istrutturi ta’ sorveljanza jidentifikaw ksur speċifiku jew problemi sistemiċi, dawn għandhom is-setgħa li jirreferu dawk il-każijiet ta' ksur jew problemi lill-awtoritajiet nazzjonali tal-verifika, lill-qrati jew lit-tribunali jew lil awtoritajiet jew strutturi oħra xierqa, bħall-Ombudsman, il-Parlamenti nazzjonali jew il-kumitati tagħhom.

 

3. Fuq talba tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali se jkunu notifikati mill-awtoritajiet u mill-entitajiet kontraenti dwar kwalunkwe attività li huma jqisu bħala eskluża minn din id-Direttiva skont l-Artikolu 8(5b).

 

4. Ir-riżultati tal-attivitajiet ta' monitoraġġ imwettqa skont il-paragrafu 2 għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku permezz ta' mezzi xierqa ta' informazzjoni. B'mod partikolari, l-Istati Membri se jippubblikaw, tal-inqas darba kull sentejn, ħarsa ġenerali tal-kawżi l-aktar frekwenti ta' applikazzjoni inkorretta tar-regoli għall-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni jew ta' inċertezza legali, inklużi problemi strutturali jew rikorrenti fl-applikazzjoni tar-regoli, inklużi każijiet possibbli ta' frodi u ta' imġiba illegali oħra.

 

5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni għall-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni tkun disponibbli b'xejn biex tgħin lill-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti u lill-operaturi ekonomiċi fl-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-Unjoni.

Emenda  239

Proposta għal direttiva

Artikolu 46 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(3), 21(3), 23(2), 25(3), 40(3) u 52(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu mhux determinat ta’ żmien mid-[data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

2. Is-setgħa biex jiġu adottati atti delegati msemmija fl-Artikolu 21(3) u l-Artikolu 23(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu mhux determinat ta’ żmien minn ...*.

 

________

*ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Dan iħassar referenza ħażina li ma teżistix (l-Artikolu 52(2)) u jaġġorna d-dispozizzjonijiet dwar l-atti delegati.

Emenda  240

Proposta għal direttiva

Artikolu 46 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 4(3), 21(3), 23(2), 25(3), 40(3) u 52(2), tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21(3) u fl-Artikolu 23(2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva mill-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Dan iħassar referenza ħażina li ma teżistix (l-Artikolu 52(2)) u jaġġorna d-dispozizzjonijiet dwar l-atti delegati.

Emenda  241

Proposta għal direttiva

Artikolu 49 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax għal konċessjonijiet mogħtija qabel ...* . Din id-Direttiva għandha, madankollu, tapplika għal modifiki u tmiem ta' kuntratti li jseħħu qabel ...*.

 

*ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  242

Proposta għal direttiva

Artikolu 51 – paragrafi 1a u 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-funzjonament ta' din id-Direttiva u tgħaddi rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa ...*, u kull ħames snin wara, abbażi ta' informazzjoni li l-Istati Membri għandhom jipprovdu.

 

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed ir-riżultati tar-reviżjonijiet imwettqa skont it-tieni paragrafu disponibbli pubblikament.

 

_____________

 

* ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data: "[ħames] snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva stabbilita fl-Artikolu 49(1), l-ewwel subparagrafu".

Emenda  243

Proposta għal direttiva

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS II

imħassar

LISTA TAL-LEĠIŻLAZZJONI TAL-UE MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 40(3)

 

1. Id-Direttiva 2009/33/KE. ANNESS III

 

Ġustifikazzjoni

Marbut mat-tħassir tal-Artikolu 40.

Emenda  244

Proposta għal direttiva

Anness III – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fir-rigward ta' gass u s-sħana:

1. Fir-rigward tal-gass, it-tisħin u t-tkessiħ:

(a) il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku f’konnessjoni mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta' gass jew tisħin;

(a) il-forniment jew it-tħaddim ta’ netwerks fissi maħsuba biex jipprovdu servizz lill-pubbliku b’rabta mal-produzzjoni, it-trasport jew id-distribuzzjoni ta’ gass, tisħin jew tkessiħ;

(b) il-provvista ta’ gass jew sħana lil dawn in-netwerks.

(b) il-provvista ta’ gass, tisħin jew tkessiħ lil dawn in-netwerks.

Il-provvista ta 'gass jew sħana lil netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku minn entità kontraenti msemmija fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 2 u s-subparagrafu 3 tal-Artikolu 4 ma għandhiex titqies bħala attività rilevanti skont it-tifsira tal-paragrafu 1 fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:

Il-provvista ta 'gass, tisħin jew tkessiħ lil netwerks li jipprovdu servizz lill-pubbliku minn entità kontraenti msemmija fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 2 u s-subparagrafu 3 tal-Artikolu 4 ma għandhiex titqies bħala attività rilevanti skont it-tifsira tal-paragrafu 1 fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin huma ssodisfati:

(c) il-produzzjoni ta’ gass jew tisħin mill-entità konċernata hija l-konsegwenza inevitabbli li tirriżulta mit-twettiq ta’ attività apparti dawk imsemmija f'dan il-paragrafu jew fil-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Anness;

(c) il-produzzjoni ta’ gass, tisħin jew tkessiħ mill-entità konċernata hija l-konsegwenza inevitabbli li tirriżulta mit-twettiq ta’ attività apparti dawk imsemmija f'dan il-paragrafu jew fil-paragrafi 2 sa 4 ta' dan l-Anness;

(d) il-provvista lin-netwerk pubbliku għandha l-għan biss li tisfrutta ekonomikament din il-produzzjoni u tammonta għal mhux aktar minn 20% tal-fatturat tal-entità abbażi tal-medja fuq it-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena attwali.

(d) il-provvista lin-netwerk pubbliku għandha l-għan biss li tisfrutta ekonomikament din il-produzzjoni u tammonta għal mhux aktar minn 20 % tal-fatturat tal-entità abbażi tal-medja fuq it-tliet snin preċedenti, inkluża s-sena attwali.

Ġustifikazzjoni

Żieda tal-attivitajiet marbutin mat-tkessiħ għax jirrigwardaw l-istess sistema tat-tisħin.

Emenda  245

Proposta għal direttiva

Anness III – punt 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-provvista tal-elettriku tinkludi l-ġenerazzjoni (produzzjoni) u l-bejgħ fil-livell ta' operatur tal-elettriku.

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-provvista ta’ elettriku tinkludi l-ġenerazzjoni (produzzjoni) u l-forniment.

Ġustifikazzjoni

Il-provvista tan-netwerks tal-elettriku tikkonċerna wkoll il-bejgh bl-imnut (lill-individwi) u mhux biss il-bejgħ bil-grossa.

Emenda  246

Proposta għal direttiva

Anness III – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Attivitajiet li jirrelataw mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għall-fini ta' forniment ta' ajruporti u portijiet marittimi jew interni jew faċilitajiet terminali oħrajn lill-operaturi tal-ajru, tal-baħar jew fuq l-ilmijiet interni;

5. Attivitajiet li jirrelataw mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għall-fini ta' forniment ta' ajruporti u portijiet marittimi jew interni jew infrastruttura ġenerali oħra lill-operaturi tal-ajru, tal-baħar jew fuq l-ilmijiet interni;

Ġustifikazzjoni

Faċilitajiet terminali mhumiex tip ta' infrastruttura ġenerali, li hija koperta mill-attivitajiet tal-awtoritajiet kontraenti, iżda tip ta' superstruttura, u għalhekk koperta mill-attivitajiet ta' impriżi privati.

Emenda  247

Proposta għal direttiva

Anness IV – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-KONĊESSJONIJIET

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija)

Emenda  248

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Deskrizzjoni tal-akkwist: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u l-firxa tas-servizzi. fejn il-konċessjoni tkun maqsuma f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott. Fejn xierqa, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe opzjoni.

4. Deskrizzjoni tal-kuntratt: in-natura u l-firxa tax-xogħlijiet, in-natura u l-firxa tas-servizzi.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż tal-konċessjoni u t-tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi (bħal lottijiet, il-forniment tal-prodotti, eċċ.).

Emenda  249

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Nru/i ta’ referenza tan-Nomenklatura tas-CPV. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

5. Nru/i ta’ referenza tan-Nomenklatura tas-CPV.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż tal-konċessjoni u t-tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi (bħal lottijiet, il-forniment tal-prodotti, eċċ.).

Emenda  250

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta' konċessjonijiet tax-xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għal il-post ewlieni ta' konċessjonijiet tas-servizzi ta' prestazzjoni; fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

6. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta' konċessjonijiet tax-xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni ta' konċessjonijiet tas-servizzi ta' prestazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż tal-konċessjoni u t-tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi (bħal lottijiet, il-forniment tal-prodotti, eċċ.).

Emenda  251

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Valur totali estimat tal-konċessjoni(jiet); Fejn il-konċessjoni hija maqsuma f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott, flimkien mal-metodu dettaljat tal-kalkolu tal-valur totali estimat tal-konċessjoni, skont l-Art.6

7. Valur totali estimat tal-konċessjoni(jiet);

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż tal-konċessjoni u t-tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi (bħal lottijiet, il-forniment tal-prodotti, eċċ.).

Emenda  252

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Fejn il-konċessjoni trid tiġi sottodiviża f’lottijiet, indikazzjoni tal-possibilità li jsiru offerti għal lott wieħed, għal diversi jew għal-lottijiet kollha; indikazzjoni dwar kwalunkwe limitazzjoni possibbli tal-għadd ta’ lottijiet li jistgħu jingħataw lil offerent wieħed.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż tal-konċessjoni u t-tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi (bħal lottijiet, il-forniment tal-prodotti, eċċ.).

Emenda  253

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. Il-perjodu għall-kunsinna jew il-forniment ta' provvisti, xogħlijiet jew servizzi u, sa fejn ikun possibbli, it-tul taż-żmien tal-konċessjoni.

9. Il-perjodu tal-implimentazzjoni tal-konċessjoni; it-tul taz-zmien tal-koncessjoni.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi (bħal lottijiet, il-forniment tal-prodotti, ecc.).

Emenda  254

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 10 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) fejn xierqa, indikazzjoni dwar jekk il-forniment tas-servizz huwiex riżervat mil-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva għal professjoni partikolari; referenza għal-liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva relevanti,

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li tissimplifika r-regoli dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni.

Emenda  255

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 11 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Deskrizzjoni tal-proċedura tal-għoti li tintuża, jekk il-proċedura titwettaq fi stadji, l-għadd ta' kandidati li se jiġu ammessi għal stadju partikolari jew li se jiġu mistiedna biex jissottomettu offerti u l-kriterji oġġettivi li se jintużaw biex jintgħażlu l-kandidati inkwistjoni.

11. Deskrizzjoni tal-proċedura tal-għoti li tintuża:

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż tal-konċessjoni u t-tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi (bħal lottijiet, il-forniment tal-prodotti, eċċ.).

Emenda  256

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 11 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) Limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

a) Limitu ta’ żmien għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet jew meta jintlaqgħu l-offerti;

Emenda  257

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14. L-isem u l-indirizz tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn dawn ikunu xierqa, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża dwar l-iskadenza biex jitressqu l-appelli jew jekk ikun meħtieġ l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-feks u l-indirizz tal-imajl tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

14. L-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn xieraq, proċeduri ta' medjazzjoni. Informazzjoni preċiża dwar l-iskadenza biex jitressqu l-appelli jew jekk ikun meħtieġ l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-imajl tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

Emenda  258

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17. Fil-każ ta' proċeduri bi stadju wieħed:

imħassar

a) Limitu ta' żmien għall-irċevuta tal-offerti, jekk differenti minn l-limitu taż-żmien għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

 

b) il-perjodu ta’ żmien li matulu l-offerent irid iżomm l-offerta tiegħu,

 

c) id-data, il-ħin u l-post għall-ftuħ tal-offerti,

 

d) il-persuni awtorizzati li jkunu preżenti f’dan il-ftuħ.

 

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż tal-konċessjoni u t-tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi (bħal lottijiet, il-forniment tal-prodotti, eċċ.).

Emenda  259

Proposta għal direttiva

Anness V – parti I – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Deskrizzjoni tal-akkwist: in-natura u sa fejn jestendu x-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott. Fejn xierqa, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe opzjoni.

5. Deskrizzjoni tal-kuntratt: in-natura u sa fejn jestendu x-xogħlijiet, in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi.

Emenda  260

Proposta għal direttiva

Anness V – parti I – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 39 li ntużaw għall-għoti tal-konċessjoni jew il-konċessjonijiet.

7. Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 38b li ntużaw għall-għoti tal-konċessjoni jew il-konċessjonijiet.

Emenda  261

Proposta għal direttiva

Anness V – parti I – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9. L-għadd ta’ offerti li waslu fir-rigward ta’ kull għotja, inkluż:

imħassar

a) l-għadd ta’ offerti li waslu mingħand operaturi ekonomiċi li huma impriżi żgħar u medji,

 

b) l-għadd ta’ offerti li waslu minn barra l-pajjiż,

 

c) l-għadd ta’ offerti li waslu b’mod elettroniku.

 

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż tal-konċessjoni u t-tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi (bħal lottijiet, il-forniment tal-prodotti, eċċ.). Ċertu informazzjoni mhijiex relevanti fejn m'hemmx pubblikazzjoni preliminarja.

Emenda  262

Proposta għal direttiva

Anness V – parti I – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Għal kull għotja, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-faks, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-internet tal-offerenti li ntgħażlu, inkluż

10. Għal kull għotja, l-isem, l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-faks, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz fuq l-internet tal-offerenti li ntgħażlu.

a) informazzjoni dwar jekk l-offerent li ntgħażel huwiex impriża żgħira u medja,

 

b) informazzjoni dwar jekk il-konċessjoni ngħatatx lil konsorzju.

 

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż tal-konċessjoni u t-tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi (bħal lottijiet, il-forniment tal-prodotti, eċċ.). Ċertu informazzjoni mhijiex relevanti fejn m'hemmx pubblikazzjoni preliminarja.

Emenda  263

Proposta għal direttiva

Anness V – parti I – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11. Valur u t-termini finanzjarji ewlenin tal-konċessjoni mogħtija, inkluż tariffi u prezzijiet.

11. Valur u t-termini finanzjarji ewlenin tal-konċessjoni mogħtija.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż tal-konċessjoni u t-tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi (bħal lottijiet, il-forniment tal-prodotti, eċċ.). Ċertu informazzjoni mhijiex relevanti fejn m'hemmx pubblikazzjoni preliminarja.

Emenda  264

Proposta għal direttiva

Anness V – parti I – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

12. Fejn xieraq, għal kull għotja, il-valur u l-proporzjon tal-konċessjoni li aktarx se jingħata bħala sottokuntratt lil partijiet terzi.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż tal-konċessjoni u t-tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi (bħal lottijiet, il-forniment tal-prodotti, eċċ.). Ċertu informazzjoni mhijiex relevanti fejn m'hemmx pubblikazzjoni preliminarja.

Emenda  265

Proposta għal direttiva

Anness V – parti I – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

14. L-isem u l-indirizz tal-korp tas-sorveljanza u l-korp responsabbli għar-reviżjoni u, fejn xieraq, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża dwar id-data ta’ skadenza għall-proċedura ta’ reviżjoni, jekk jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

14. L-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u tal-korp responsabbli għall-appell u, fejn xieraq, proċeduri ta' medjazzjoni. Informazzjoni preċiża dwar id-data ta’ skadenza għall-proċedura ta’ reviżjoni, jekk jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-bqija tal-abbozz tar-rapport, referenzi għall-korp tas-sorveljanza mħassra.

Emenda  266

Proposta għal direttiva

Anness V – parti I – punt 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

17. Metodu dettaljat tal-kalkolu tal-valur estimat totali tal-konċesskoni, skont l-Artikolu 6.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda huwa li tissimplifika r-regoli dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni. Barra minn hekk, din id-dispozizzjoni tista' tesponi awtoritajiet kontraenti żgħar għar-riskju ta' tilwim legali.

Emenda  267

Proposta għal direttiva

Anness V – parti II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-GĦOTI TA’ KONĊESSJONIJIET IPPUBBLIKATI SKONT L-ARTIKOLU 27(2)

imħassar

1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-faks, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz tal-internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.

 

2. Deskrizzjoni tal-akkwist: in-natura u sa fejn jestendu x-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi. Fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott. Fejn xierqa, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe opzjoni.

 

3. Nru/i ta’ referenza tan-Nomenklatura tas-CPV.

 

4. Tip ta' awtorità jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.

 

5. Id-data tad-deċiżjoni jew id-deċiżjonijiet tal-għoti tal-konċessjoni;

 

6. Għal kull għoti, l-isem, l-indirizz inkluż kodiċi NUTS, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax, l-indirizz tal-emajl u l-indirizz tal-internet tal-operaturi ekonomiċi li ngħataw il-konċessjoni.

 

7. Valur u termini finanzjarji ewlenin tal-għoti, inklużi tariffi u prezzijiet.

 

8. Metodu dettaljat tal-kalkolu tal-valur estimat totali tal-konċesskoni, skont l-Artikolu 6.

 

Ġustifikazzjoni

Tħassir ta' din il-parti li tirreferi għall-avvizi ta' konċessjoni għal-limiti intermedjarji (konsegwenza tat-tħassir tal-Artikolu 27(2).)

Emenda  268

Proposta għal direttiva

Anness VI – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Nru/i ta’ referenza tan-Nomenklatura tas-CPV; fejn il-kuntratt inkun maqsum f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

3. Nru/i ta’ referenza tan-Nomenklatura tas-CPV.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż tal-għoti ta' konċessjoni ta' servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn, b'mod partikolari r-referenza għal-lottijiet u tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi.

Emenda  269

Proposta għal direttiva

Anness VI – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Mill-inqas indikazzjoni sommarja tan-natura u l-kwantità tas-servizzi u jekk applikabbli, ix-xogħlijiet u l-provvisti pprovduti.

4. Indikazzjoni sommarja tas-suġġett tal-konċessjoni.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż tal-għoti ta' konċessjoni ta' servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn, u tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi.

Emenda  270

Proposta għal direttiva

Anness VI – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Valur u termini finanzjarji ewlenin tal-għoti, inklużi tariffi u prezzijiet.

6. Valur u t-termini finanzjarji ewlenin tal-għoti.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż tal-għoti ta' konċessjoni ta' servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn, u tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi.

Emenda  271

Proposta għal direttiva

Anness VII – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta' konċessjonjiet għal xogħlijiet pubbliċi jew konċessjonijiet ta' xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għal il-post ewlieni minn fejn ser jingħata s-servizz jew il-prestazzjoni fil-konċessjonijiet ta' servizz;

3. Il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni tax-xogħlijiet fil-każ ta' konċessjonijiet ta' xogħlijiet jew il-kodiċi NUTS għall-post ewlieni jew il-prestazzjoni fil-konċessjonijiet ta' servizz;

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż ta' modifika ta' konċessjoni, u t-tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi.

Emenda  272

Proposta għal direttiva

Anness VII – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Deskrizzjoni tal-konċessjoni qabel u wara l-modifika: in-natura u sa fejn jestendu x-xogħlijiet, in-natura u l-kwantità jew il-valur tal-provvisti, in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi.

4. Deskrizzjoni tal-konċessjoni qabel u wara l-modifika: in-natura u sa fejn jestendu x-xogħlijiet, in-natura u sa fejn jestendu s-servizzi.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż ta' modifika ta' konċessjoni, u t-tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi.

Emenda  273

Proposta għal direttiva

Anness VII – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fejn applikabbli, il-modifika ta' termini finanzjarji ta' konċessjoni, inkluż żieda fil-prezzijiet jew tariffi kkawżati mill-modifika.

5. Fejn applikabbli, il-modifika ta' termini finanzjarji ta' konċessjoni.

Ġustifikazzjoni

Simplifikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa fl-avviż ta' modifika ta' konċessjoni, u t-tħassir tal-informazzjoni marbuta mas-swieq pubbliċi.

Emenda  274

Proposta għal direttiva

Anness VII – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. L-isem u l-indirizz tal-korp tas-sorveljanza u l-korp responsabbli għar-reviżjoni u, fejn xieraq, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża dwar id-data ta’ skadenza għall-proċedura ta’ reviżjoni, jekk jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

10. L-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u tal-korp responsabbli għar-reviżjoni u, fejn xieraq, il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Informazzjoni preċiża dwar id-data ta’ skadenza għall-proċedura ta’ reviżjoni, jekk jekk ikun hemm bżonn, l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-faks u l-indirizz tal-posta elettronika tas-servizz li minnu tista’ tinkiseb din l-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-bqija tal-abbozz ta' rapport, referenzi għall-korp tas-sorveljanza mħassra.

Emenda  275

Proposta għal direttiva

Anness VIII

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS VIII

imħassar

DEFINIZZJONI TA’ ĊERTI SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI

 

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:

 

1. “speċifikazzjoni teknika” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

 

a) fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi jew konċessjonijiet ta' xogħlijiet, it-totalità ta’ preskrizzjonijiet tekniċi li jinsabu b’mod partikolari fid-dokumenti tal-għoti tal-konċessjonijiet, li jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa minn materjal, prodott jew provvista, sabiex jissodisfa l-użu li huwa maħsuba għalih mill-awtorità jew l-entità kontraenti; Dawn il-karatteristiċi għandhom jinkludu livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatiċi, disinn għar-rekwiżiti kollha (inkluża aċċessibilità għal persuni b’diżabilità) u valutazzjoni tal-konformità, prestazzjoni, sikurezza jew dimensjonijiet, inklużi l-proċeduri li jikkonċernaw il-garanzija tal-kwalità, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta’ ttestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet għall-utenti u l-proċessi u l-metodi ta’ produzzjoni f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tax-xogħlijiet; dawn il-karatteristiċi, għandhom jinkludu wkoll regoli relatati mad-disinn u l-ispejjeż, it-test, il-kundizzjonijiet ta’ spezzjoni u aċċettabilità għax-xogħlijiet u l-metodi jew tekniki ta’ kostruzzjoni u l-kundizzjonijiet tekniċi kollha l-oħrajn li l-awtorità jew l-entità kontraenti tkun f’pożizzjoni li tippreskrivi, skont regolamenti ġenerali jew speċifiċi, fir-rigward tax-xogħlijiet kompluti u fir-rigward tal-materjali jew komponenti li dawn jinvolvu;

 

b) fil-każ ta’ konċessjoni ta' servizz, speċifikazzjoni f’dokument li jiddefinixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott jew servizz, bħal-livelli ta’ kwalità, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatiċi, id-disinn għar-rekwiżiti kollha (inkluża l-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità) u valutazzjoni tal-konformtià, il-prestazzjoni, l-użu tal-prodott, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, inklużi rekwiżiti relevanti għall-prodott fir-rigward tal-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta’ ttestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet għall-utenti, il-proċessi u l-metodi ta’ produzzjoni f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-provvista jew is-servizz u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità;

 

2. “standard” tfisser speċifikazzjoni teknika approvata minn korp ta’ standardizzazzjoni rikonoxxut għal applikazzjoni repetuta jew kontinwa, li l-konformità miegħu mhijiex obbligatorja u li taqa’ f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

 

a) standard internazzjonali: standard adottat minn organizzazzjoni ta’ standards internazzjonali u mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali,

 

b) standard Ewropew: standard adottat minn organizzazzjoni ta’ standards Ewropej u mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali,

 

c) standard nazzjonali: standard adottat minn organizzazzjoni ta’ standards nazzjonali u mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ġenerali;

 

3. “approvazzjoni teknika Ewropea” tfisser valutazzjoni teknika favorevoli ta’ kemm prodott huwa xieraq sabiex jintuża għal skop partikolari, fuq il-bażi ta’ kemm jilħaq ir-rekwiżiti essenzjali għal xogħlijiet ta’ bini, permezz ta’ karatteristiċi inerenti tal-prodott u l-kundizzjonijiet definiti ta’ applikazzjoni u użu. Approvazzjonijiet tekniċi Ewropej jinħarġu minn korp ta’ approvazzjoni magħżul għal dan il-għan mill-Istat Membru;

 

4. “Speċifikazzjoni teknika komuni” tfisser speċifikazzjoni teknika stabbilita skont proċedura rikonoxxuta mill-Istati Membri li ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

 

5. “Referenza teknika” tfisser kwalunkwe element prodott minn korpi Ewropej ta’ standardizzazzjoni, għajr standards Ewropej, skont il-proċeduri adattati għall-iżvilupp tal-ħtiġijiet tas-suq.

 

Ġustifikazzjoni

Tħassir ta' dan l-anness li jirreferi għall-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (konsegwenza tat-tħassir tal-Artikolu 32).

Emenda  276

Proposta għal direttiva

Anness IX – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea se jagħti lill-awtorità jew l-entità kontraenti l-konferma msemmija fl-Artikolu 28(5).

L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea se jagħti lill-awtorità jew l-entità kontraenti l-konferma msemmija fl-Artikolu 28(2).

Emenda  277

Proposta għal direttiva

Anness X – kolonna 1 – ringieli 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kodiċi tas-CPV

Kodiċi tas-CPV

7511000-4 u

79611000-0 u

minn 85000000-9 sa 85323000-9

minn 85000000-9 sa 85323000-9

(ħlief 85321000-5 u 85322000-2)

(ħlief 85321000-5 u 85322000-2)

75121000-0, 75122000-7, 75124000-1

75121000-0, 75122000-7, 75124000-1; minn 79995000-5 sa 79995200-7; minn 80100000-5 sa 80660000-8 (minbarra 80533000-9, 80533100-0, 80533200-1); minn 92000000-1 sa 92700000-8 (minbarra 92230000-2, 92231000-9, 92232000-6)

Ġustifikazzjoni

Aġġornament tal-lista tas-servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn li jibbenefikaw minn sistema eħfef minħabba l-lista prevista fil-proposti riveduti tad-direttivi tas-swieq pubbliċi.

Emenda  278

Proposta għal direttiva

Anness Xa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ANNESS Xa

 

LISTA TA’ KONVENZJONIJIET INTERNAZZJONALI SOĊJALI U AMBJENTALI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU -26a(3)

 

- Il-Konvenzjoni 87 tal-ILO dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt għall-Organizzazzjoni;

 

- il-Konvenzjoni 98 tal-ILO dwar id-Dritt għall-Organizzazzjoni u n-Negozjar Kollettiv;

 

- il-Konvenzjoni 29 tal-ILO dwar ix-Xogħol Furzat;

 

- il-Konvenzjoni 105 tal-ILO dwar it-Tneħħija ta’ Xogħol Furzat;

 

- il-Konvenzjoni 138 tal-ILO dwar l-Età Minima;

 

- il-Konvenzjoni 111 tal-ILO dwar id-Diskriminazzjoni (Impjieg u Xogħol);

 

- il-Konvenzjoni 100 tal-ILO dwar Remunerazzjoni Ugwali;

 

- il-Konvenzjoni 182 tal-ILO dwar l-Agħar Forom ta’ Tħaddim tat-Tfal.

 

- il-Konvenzjoni ta’ Vjenna għall-Protezzjoni tal-Faxx tal-Ożonu u l-Protokoll ta’ Montreal tagħha dwar sustanzi li jeżawrixxu l-Faxx tal-Ożonu;

 

- il-Konvenzjoni ta’ Basel dwar il-Kontroll tal-Movimenti Transkonfinali ta’ Skart Perikoluż u r-Rimi tiegħu (il-Konvenzjoni ta’ Basel);

 

- il-Konvenzjoni ta’ Stokkolma dwar Sustanzi Organiċi Persistenti li Jniġġsu (il-Konvenzjoni POPs ta’ Stokkolma);

 

- il-Konvenzjoni ta' Rotterdam dwar il-Proċedura ta’ Kunsens Infurmat minn Qabel għal Ċerti Kimiċi u Pestiċidi Perikolużi fil-Kummerċ Internazzjonali (il-Konvenzjoni PIC) u t-tliet Protokolli reġjonali tagħha.

Emenda  279

Proposta għal direttiva

Anness XI

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS XI

imħassar

LISTA TAL-LEĠIŻLAZZJONI TAL-UNJONI EWROPA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4 (3) (b)

 

Drittijiet li ngħataw permezz ta’ proċedura li fiha ġiet żgurata pubbliċità adegwata u fejn l-għoti ta’ dawk id-drittijiet kien ibbażat fuq kriterji oġġettivi m'għandhomx jikkostitwixxu “drittijiet speċjali jew esklussivi” fis-sens ta’ din id-Direttiva. Dan li ġej jelenka proċeduri, li jiżguraw trasparenza adegwata minn qabel, għall-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet fuq il-bażi ta’ atti leġiżlattivi oħra tal-Unjoni Ewropea li ma jikkostitwixxux “drittijiet speċjali jew esklussivi” fis-sens ta’ din id-Direttiva:

 

(a) L-għoti ta’ awtorizzazzjoni sabiex jitħaddmu stallazzjonijiet tal-gass naturali skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/30/KE.

 

(b) Awtorizzazzjoni jew stedina għall-offerti għall-kostruzzjoni ta’ stallazzjonijiet tal-produzzjoni elettrika ġodda skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/92/KE.

 

(c) L-għoti, skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/67/KE, ta’ awtorizzazzjonijiet fir-rigward ta’ servizz postali li mhuwiex jew li ma għandux jiġi riżervat.

 

(d) Proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-twettiq ta’ attività li tinvolvi l-isfruttar ta’ idrokarboni skont id-Direttiva 94/22/KE.

 

(e) Kuntratti pubbliċi tas-servizz fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 li ngħataw fuq il-bażi ta’ proċedura ta’ offerti kompetittiva skont l-Artikolu 5(3) tiegħu.

 

Ġustifikazzjoni

Marbut mat-tħassir tal-Artikolu 4(3).

Emenda  280

Proposta għal direttiva

Anness XII

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS XII

imħassar

REKWIŻITI RELATATI MA' MEZZI GĦALL-IRĊEVUTA ELETTRONIKA TAL-OFFERTI U L-APPLIKAZZJONIJIET

 

1. Mezzi għall-irċevuta elettronika tal-offerti u l-applikazzjonijiet iridu mill-anqas jiggarantixxu, permezz ta' mezzi tekniċi u proċeduri xierqa, li:

 

(a) il-ħin u d-data eżatta tal-irċevuta tal-offerti jew l-applikazzjonijiet ikunu jistgħu jiġu determinati preċiżament;

 

(b) ikun jista’ jiġi raġonevolment żgurat li, qabel il-limiti ta’ żmien stabbiliti, ħadd ma jkollu aċċess għad-dejta trażmessa taħt dawn r-rekwiżiti;

 

(c) fejn dik il-projbizzjoni għall-aċċess ma tkunx rispettata, ikun jista’ jiġi żgurat b’mod raġonevoli li dan il-ksur ikun jista’ jiġi identifikat b’mod ċar;

 

(d) persuni awtorizzati biss jistgħu jfasslu jew jibdlu d-dati għall-ftuħ tad-dejta li tkun waslet;

 

(e) matul l-istadji differenti tal-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni, l-aċċess għad-dejta kollha sottomessa, jew parti minnha, trid ikun possibbli biss permezz ta’ azzjoni simultanja minn persuni awtorizzati;

 

(f) azzjoni simultanja minn persuni awtorizzati trid tagħti aċċess għal dejta li tkun ġiet trażmessa wara d-data preskritta biss;

 

(g) dejta riċevuta u miftuħa skont dawn ir-rekwiżiti trid tibqa’ aċċessibbli biss għal dawk il-persuni awtorizzati li jarawha, u

 

(h) l-awtentikazzjoni tal-offerti trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Anness.

 

Ġustifikazzjoni

Tħassir ta' dan l-anness li jirreferi għad-dispozizzjonijiet imħassra tal-Artikolu 25.

Emenda  281

Proposta għal direttiva

Anness XIII

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness XIII

imħassar

L-INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TKUN INKLUŻA FL-AVVIŻI TA' INFORMAZZJONI MINN QABEL DWAR KONĊESSJONIJIET GĦAL SERVIZZI SOĊJALI U SERVIZZI SPEĊIFIĊI OĦRA(kif imsemmi fl-Artikolu 26 (3))

 

 

1. L-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni (fejn previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali), l-indirizz inkluż il-kodiċi NUTS, it-telefon, in-numru tal-faks, l-indirizz tal-posta elettronika u l-indirizz tal-internet tal-awtorità jew l-entità kontraenti u, fejn ikunu differenti, tas-servizz minn fejn tista’ tinkiseb informazzjoni addizjonali.

 

2. Fejn xieraq, l-emajl jew l-indirizz tal-websajt fejn l-ispeċifikazzjonijiet u kwalunwe dokumenti sostinenti se tkun disponibbli.

 

3. Tip ta' awtorità jew entità kontraenti u l-attività prinċipali eżerċitata.

 

4. Nru/i ta’ referenza tan-Nomenklatura tas-CPV; fejn il-kuntratt inkun maqsum f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

 

5. Kodiċi NUTS għal il-post ewlieni tat-twassil jew il-prestazzjoni tal-konċessjonijiet ta' servizz

 

6. Deskrizzjoni tas-servizzi u fejn applikabbli, xogħlijiet u provvisti inċidentali li jridu jiġu akkwistati

 

7. Valur totali estimat tal-konċessjoni(jiet); fejn il-konċessjoni tinqasam f’lottijiet, din l-informazzjoni għandha tingħata għal kull lott.

 

8. Kondizzjonijiet għall-parteċipazzjoni.

 

9. Fejn applikabbli, l-iskadenza/i biex jiġu kkuntattjati l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti bl-għan ta' parteċipazzjoni.

 

10. Fejn applikabbli, deskrizzjoni qasira tal-karatteristiċi prinċipali tal-proċedura tal-għoti li jridu jiġu applikati.

 

11. Kwalunkwe informazzjoni relevanti oħra.

 

Ġustifikazzjoni

Marbut mat-tħassir tal-Artikolu 26(3).

  • [1]  ĠU C, 191, 29.6.2012, p. 84.
  • [2]  ĠU C, 277, 13.9.2012, p. 74.

NOTA SPJEGATTIVA

L-akkwist pubbliku jifforma parti kbira mill-attività ekonomika fl-UE. Ta' spiss, dan jieħu forma ta' kuntratti pubbliċi jew ta' konċessjonijiet. Hemm regoli ċari li jmexxu l-kuntratti pubbliċi. Bil-maqlub, ix-xogħlijiet ta' konċessjonijiet huma suġġetti biss għad-dispożizzjonijiet bażiċi tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku (id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE), u konċessjonijiet ta' servizz huma mmexxija biss mill-prinċipji ġenerali mniżżla fit-Trattat u minn korp sostanzjali ta' ġurisprudenza. Inizjattiva leġiżlattiva dwar il-konċessjonijiet ikollha l-vantaġġ li tiċċara l-qafas leġiżlattiv eżistenti, filwaqt li tikkunsidra li l-Qorti tal-Ġustizzja qed tipproduċi aktar u aktar każistika, li twassal għal aktar stabbiltà u ċertezza legali, bil-maqlub tas-sitwazzjoni attwali fl-UE, li fiha n-nuqqas ta' applikazzjoni tal-prinċipji tat-Trattat b'xi mod ħolqot traqqigħ tal-liġijiet. Regoli ċari li jmexxu l-għoti ta' konċessjonijiet ta' servizz jew ta' xogħlijiet jipprovdu wkoll lill-awtoritajiet pubbliċi, jekk isiru b'dan il-ħsieb, b'mezzi addizzjonali ta' żvilupp u modernizzar tas-servizzi pubbliċi. Huma jistimulaw il-kompetizzjoni fl-UE. Trasparenza proċedurali akbar finalment tista' toffri arma aktar effettiva kontra l-favoritiżmu fl-għoti tal-kuntratti pubbliċi.

Minħabba l-kumplessità tas-suġġett, ir-Rapporteur għamel dikjarazzjoni ċara tal-intenzjoni fil-bidu tal-proċedura, fosthom li jwettaq analiżi dettaljata u jiżgura li l-partijiet interessati kollha jistgħu jkunu konsultati fuq l-aktar bażi wiesgħa possibbli. Dan l-approċċ ġie espress f'dokument ta' ħidma[1], f'seduta ta' smigħ pubbliku li saret fil-31 ta' Marzu 2012, f'workshop li sar fl-10 ta' Mejju 2012, u f'diversi laqgħat max-shadow rapporterurs, kif ukoll fit-talbiet għal dokumenti ta' informazzjoni dwar punti speċfiċi (il-qafas legali, id-definizzjoni tat-termini 'konċessjoni', trasparenza, eċċ.).

Id-diskussjoni eżawrjenti preċedenti ma' firxa wiesgħa ta' atturi wasslet għal żewġ prinċipji ta' gwida li ffurmaw il-bażi ta' dan l-abbozz ta' rapport:

- hi meħtieġa inizjattiva fil-livell Ewropew anke jekk biss biex titfassal definizzjoni komuni ta' konċessjonijiet u l-mod li bih jingħataw, kif ukoll għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq;

           - l-approċċ jeħtieġ ikun 'ħafif' u bbażat fuq qafas leġiżlattiv li għandu jkun b'saħħtu biżżejjed biex jevita interpretazzjonijiet imma li m'għandux lanqas jirregola l-għoti tal-kuntratti ta' konċessjoni sal-anqas dettall jew jinvolvi spejjeż amministrattivi żejda.

2. Minn dak li joħroġ minn dawk il-premessi, ir-Rapporteur qed ifittex li jilħaq l-erba' għanijiet mogħtija fil-qasir hawn taħt:

- id-Direttiva trid tkun iċċarata, maħduma mill-ġdid u simplifikata sabiex tipprovdi qafas leġiżlattiv effettiv, intelliġibbli, koerenti u prammatiku.

- minflok ma jqabblu l-konċessjonijiet mal-kuntratti pubbliċi, id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu mfassla apposta għall-karatteristiċi tagħhom; il-konċessjonijiet jixbħu lil dak li l-avukati jsejħu 'kuntratti mhux kompluti';

- l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu kompletament indipendenti meta jiġu biex jagħżlu l-qafas legali għall-azzjoni tagħhom, filwaqt li jorganizzaw lilhom infushom biex iwettqu l-kompiti tagħhom, u jniżżlu l-kriterji tal-kwalità għall-konċessjonijiet ta' servizz;

- għandu jinżamm bilanċ ġust bejn, fuq naħa, il-flessibbiltà u d-diskrezjoni li l-awtoritajiet pubbliċi jridu jeżerċitaw meta jieħdu d-deċiżjonijiet, u, t-tieni, it-trasparenza meħtieġa biex ikun hemm kundizzjonijiet ugwali għall-operaturi ekonomiċi;

1. Definizzjoni ta' konċessjoni u regoli ta' prestazzjoni: karatteristiċi speċfiċi ta' 'kuntratt mhux komplut'

Id-definizzjoni ta' konċessjoni (is-suġġett ta' 13-il sentenza minn 25 dwar konċessjonijiet li tat il-Qorti tal-Ġustizzja sa mill-2000) hi essenzjali sabiex titneħħa n-nuqqas ta' ċarezza tal-liġi u t-traqqigħ legali fost is-27 Stat Membru.

Konċessjoni hi forma ta' maniġment li hu distint b'mod ċar minn awtorizzazzjoni amministrattiva, liċenzja, jew kuntratt pubbliku sal-punt li:

(a) awtorità kontraenti jew entità tassenja kompitu (twettiq ta' xogħlijiet jew l-għoti ta' servizz), u b'dan il-mod titrasferixxi r-responsabbiltà għal din il-ħidma lil operator ekonomiku ieħor; kif ukoll

(b) hemm riskju ekonomiku fit-twettiq tax-xogħlijiet jew tas-servizzi, u li dan ir-risklu jrid jidħol għalih il-konċessjonarju.

Uħud mill-emendi mressqa għandhom l-għan li jneħħu l-idea żbaljata li konċessjoni hi biss tip ieħor ta' kuntratt pubbliku: id-definizzjoni tat-terminu 'konċessjoni' ġie miktub mill-ġdid; il-vokabolarju inbidel, u l-kunċetti mislufa mill-kuntratti pubbliċi (maqsum fl-lottijiet, kuntratti qafas, speċifikazzjonijiet tekniċi, eċċ) tneħħew.

Il-kalkolu tal-valur ta' konċessjonijiet hi kruċjali, minħabba li jiddetermina liema kuntratti jrid ikopri t-test (limiti minimi). Ir-regoli proposti fid-Direttiva huma ferm kumplessi u mhumiex daqshekk ċari, u jiddistingwu mingħajr ħtieġa bejn konċessjonijiet ta' xogħlijiet u ta' servizz. Preferibbilment ikun hemm metodu uniku sempliċi ta' kalkolu, irrispettivament mill-għan tal-konċessjoni, minħabba li l-istess regoli japplikaw għal konċessjonijiet ta' xogħlijiet u ta' servizzi u ħafna konċessjonijiet huma taħlita ta' xogħlijiet u ta' servizzi, li jagħmilha diffiċli biex jiġi determinat il-limitu miminu applikabbli. Il-metodu l-ġdid propost hu bbażat essenzjalment fuq il-valur aggregat tal-fatturat tal-konċessjoni. Dan għandu l-mertu li jkun ċar u japplika ugwalment għal konċessjonijiet ta' xogħlijiet u ta' servizz.

Fl-interess tas-simplifikazzjoni, ir-Rapporteur qed ineħħi l-limiti intermedji u d-dispożizzjonijet relatati, li hu jqis li joħolqu piż mingħajr ħtieġa u li ma jagħtu l-ebda valur miżjud.

Id-dispożizzjonijiet tat-tul ta' żmien tal-konċessjonijiet ġew emendati sabiex jiġi enfasizzat il-punt li l-konċessjonijiet huma limitati fiż-żmien u jkopru każijiet li fihom m'hemmx investiment li jrid ikun finanzjat minn konċessjonarju. It-tul ta' żmien ta' konċessjoni jrid, f'dak il-każ, ikun determinat skont kriterji oħra għajr iż-żmien tad-deprezzament ta' dawn l-investimenti (eż. l-ilħuq tal-objettivi stabbiliti mill-kuntratt).

Il-konċessjonijiet għandhom xi xebħ mal-kunċett ekonomiku ta' 'kuntratt mhux komplut' safejn jinvolvu kuntratti kumplessi ta' tul ta' żmien sew, ħtieġa għal rinegozzjazzjoni, investiment sostanzjali, bidliet ekonomiċi (riskju operattiv), u incertezza (kontinġenzi li jistgħu jinħolqu meta qed titwettaq konċessjoni). Hu meħtieġ għalhekk grad ta' flessibbiltà kemm fil-proċedura tal-għoti u kemm fir-rigward tar-regoli ta' prestazzjoni tal-kuntratt. Minkejja dan, ir-Rapporteur hu kontra t-tiġdid 'perpetwu' li jirriżulta minn investiment tal-aħħar minuta eżattament qabel ma jiskadi l-kuntratt.

2. Iż-żamma tal-kwalità tas-servizzi pubbliċi

It-tneħħija tad-distinzjoni li saret fid-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE bejn servizzi ta' prijorità u dawk mhux ta' prijorità waslet mill-analiżi tal-Kummissjoni (ara l-valutazzjoni tal-impatt għar-reviżjoni tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku). L-Anness X tad-Direttiva dwar il-konċessjonijiet ġie aġġornat fid-dawl tal-proposti mressqa mir-reviżjoni tad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ir-Rapporteur innota l-ansjetà espressa dwar il-kwalità tas-servizzi pubbliċi li jingħataw bħala konċessjoni, kif ikkumparati ma' dawk maħduma internament. Kategorikament jirrifjuta privatizzazzjoni furzata tas-servizzi pubbliċi. Il-konċessjonijiet huma biss wieħed minn diversi forom ta' maniġment li l-awtoritajiet pubbliċi huma liberi li jagħżlu. Ir-Rapporteur, bħall-Kummissjoni, jemmen li xogħlijiet u servizzi ġestiti internament u, sa ċertu punt, l-attivitajiet ta' 'impriżi affiljati' għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva.

Id-Direttiva tippermetti l-awtoritajiet, jekk nassumu li jinsabu ħerqana li joffru servizz ta' standard għoli liċ-ċittadini sħabhom, li jfasslu kriterji ta' kwalità jew obbligi tas-servizz pubbliku li kwalunkwe konċessjonaju jkun jista' jwettaq. Ir-Rapporteur, f'dan ir-rigward, qiegħed jikkonferma d-dritt li l-awtoritajiet pubbliċi jipprovdu livell stabbilit ta' kwalità jew obbligi tas-servizz pubbliku bi qbil mal-Protokol (nru 26) anness mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.

3. Salvagwardji proċedurali: bilanċ ġust bejn il-flessibbiltà u t-trasparenza

F'termini proċedurali, il-kunċett ta' 'kuntratt mhux komplut' jimplika li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet għandu jkollhom grad ta' flessibbiltà u libertà li jippermettulhom jagħmlu l-aħjar għażliet possibbli. Il-proposta għal direttiva, madankollu, hi wisq riġida fl-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni għaliex hi bbażata fuq regoli applikabbli għall-kuntratti pubbliċi.

Ir-Rapporteur, għalhekk, qed jipproponi verżjoni mnaqqsa mid-dispożizzjonijiet proċedurali, waqt li jenfasizza l-importanza ċentrali tan-negozjazzjoni, u jelimina regolamentazzjoni eċċessiva (eż pubblikazzjoni ta' stadji jew kriterji dwar il-piż) – filwaqt li jżomm f'moħħu li n-negozzjazzjoni għandha żżomm il-libertà li fiha jinsabu s-saħħa u l-interess tagħha – u jagħlaq ir-regolamentazzjoni tal-kriterji tal-għoti għar-rekwiżit li jiġu osservati l-prinċipji ġenerali bħat-trasparenza, in-nondiskriminazzjoni, u t-trattament ugwali.

Il-libertà ta' negozjati, madankollu, ma jmurx lura mill-ħtieġa li jkun żgurat li l-informazzjoni mgħoddija mill-kandidati u mill-offerenti tinżamm kunfidenzjali.

Ir-Rapporteur madankollu jżomm li l-flessibbiltà trid timxi id f'id mal-garanzija ta' trasparenza proċedurali, filwaqt li jikkunsidra l-prinċipju ta' trattament ugwali u l-investiment konsiderevoli ta' spiss meħtieġa (f'termini ta' riżorsi finanzjarji, umani u riżorsi oħra). L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu infurmati b'mod sħiħ u ekwu dwar il-kriterji tal-għotja, dwar kwalunkwe tibdil fil-kors tan-negozjati, u dwar affarijiet oħra.

Min-naħa l-oħra, it-trasparenza meħtieġa għandha tinkiseb mingħajr ma tinħoloq burokrazija mingħajr ħtieġa: dik hi r-raġuni li wasslet għall-proposti sabiex jitneħħew avviżi ta' informazzjoni minn qabel għal servizzi soċjali u servizzi oħra ta' natura speċifika, tibdil fl-arranġamenti tar-riklamar, sabiex avviż ta' konċessjoni jista' jintbagħat wara li jkun intbagħat lill-Kummissjoni (minflok ma jkun pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali), u jiġu simplifikati l-forom standard.

Finalment, ir-Rapporteur jaqbel kompletament li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva ta' 'Reviżjoni' għandhom ukoll japplikaw għall-kuntratti ta' konċessjoni.

4. Kunsiderazzjoni tal-għanijiet tal-politika pubblika

Jekk l-għanijiet tal-politika pubblika stabbiliti mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti jridu jkunu kkunsidrati, il-ħtieġa għall-flessibbiltà trid timplika wkoll li fornitur ta' konċessjoni għandu jkun jista' jagħti konċessjoni fuq il-bażi ta' kriterji ambjentali, soċjali jew relatati mal-innovazzjoni.

Il-fornitur ta' konċessjoni għandu bl-istess mod ikun liberu li jiddetermina r-rekwiżiti tekniċi u prattiċi li fuqhom ikunu bbażati l-karatteristiċi tal-konċessjoni. Dawn jistgħu jinkludu, pereżempju, ir-rekwiżit li jingħata każ tal-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilitajiet, id-deċiżjoni li jintuża apparat kompatibbli ma' approċċ ta' żvilupp sostenibbli jew ir-rikonoxximent ta' kunsiderazzjonijiet soċjali.

5. Esklużjonijiet

Ir-Rapporteur jaqbel li l-kooperazzjoni pubblika-privata għandha, bħala definizzjoni, tkun eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva. Il-kodifikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-ġuriżprudenza Teckal[2] u Coditel[3] dwar arranġamenti interni u arranġamenti interni konġunti hi pożittiva, minħabba li tiċċara kriterji li tħallew wisq vagi (l-Artikolu 15(1) u (3)). Ir-Rapporteur madankollu qed jipproponi li jiddefinixxi l-kunċett ta' 'kontroll simili' b'mod aktar espliċitu, wara l-mudell tar-Regolament (KE) Nru 1307/2007 dwar it-trasport pubbliku tal-passiġġieri, b'hekk jagħmilha aktar faċli li jistabbilixxi jekk tali kontroll jeżistix. Barra minn hekk, il-kjarifika parzjali li hemm fil-lingwaġġ tal-ġuriżprudenza ('90 % tal-attivitajiet' minflok 'il-parti essenzjali' tagħha) irid isir komplet permezz ta' deskrizzjoni aktar speċifika tat-terminu 'attivitajiet' (i.e. fatturat) sabiex dan ir-raġunament jitwassal għall-konklużjoni loġika tiegħu.

L-esklużjoni espliċita ta' kooperazzjoni orizzontali (kooperazzjoni bejn il-muniċipji, l-Artikolu 15(4)) tqajjem dubji dwar l-istatus li jrid jingħata lit-trasferimenti ta' responsabbilitajiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi li ma jkunux esklużi espliċitament. Qed jiġi propost għalhekk paragrafu ġdid sabiex jeskludi ftehimiet dwar trasferimenti ta' responsabbilitajiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi.

Ir-Rapporteur jappoġġa l-esklużjoni ta' konċessjonijiet mogħtija minn entitajiet kontraenti lill-impriżi affiljati, minħabba li dawn joħorġu minn relazzjonijiet partikolarment qrib bejn entitajiet li jkunu tal-istess grupp (kontijiet konsolidati jew eżerċizzju ta' influenza dominanti). L-artikolu reġa' ġie miktub biex ikun aktar espliċitu u organizzat mill-ġdid. Barra minn hekk, il-kriterju ta' 80 % ġie ċċarat biex jevita li din l-esklużjoni tiġi użata ħażin; iċ-ċifra trid tiġi kkalkulata f'rabta mas-servizzi kollha provduti minn impriża affiljata fit-tliet snin preċedenti, jiġifieri, dawk imwettqa għall-entità kontraenti li magħha hi affiljata l-impriża u dawk imwettqa barra dik ir-relazzjoni (u mhux biss is-servizzi kollha mwettqa għall-entità kontraenti, li tista' tkun biss parti żgħira mill-fatturat kollu). It-80 % jridu, madankollu, ikunu spjegati bħala servizzi jew xogħlijiet li huma suġġett għal konċessjoni u provduti lill-entità kontraenti bħala tali, li jfisser li jew l-entità li għaliha l-impriża konċessjonarja hi affiljata (l-Artikolu 11(2)(a) u (b)) jew entità suġġetta għall-influenza dominanti ta' impriża oħra li magħha l-impriża konċessjonarja għandha rabta (l-Artikolu 11(2)(c)).

Fir-rigward ta' esklużjonijiet speċifiċi għas-settur, ir-Rapporteur qed jerġa' jaħdem u jissimplifika d-Direttiva (għaqqad l-Artikoli 8 u 10, ħassar ir-referenzi għal servizzi mhux irkuprati minn konċessjonijiet, pereżempju kuntratti tal-impjieg, u oħrajn). Qed jipproponi wkoll li l-esklużjoni li tapplika għal konċessjonijiet mogħtija abbażi ta' dritt esklużiv għandha titwessa' biex tiġbor fiha l-attivitajiet li jaqgħu taħt l-Anness III jekk dawn ikunu suġġetti għal tariffa regolata fil-livell nazzjonali fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tad-Direttiva; din id-dispożizzjoni ma għandhiex tkun limitata għall-immaniġġjar ta' network infrastrutturali għall-iskopijiet tal-attivitajiet elenkati fl-Anness III (l-Artikolu 8(1)). Il-fatt li hemm tariffa regolata mill-Istat jimplika li m'hemmx għażla ta' operator ekonomiku u għalhekk ebda raġuni li ssir proċedura kompetittiva tat-tip ikkonċernata hawn.

Il-logħob, barra minn hekk, ġie eskluż minħabba n-natura speċifika tal attivitajiet tiegħu u l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-Istati Membri jistgħu jkomplu jeżerċitaw sorveljanza sabiex isegwu għanijiet fl-interess ġenerali (il-ġlieda kontra l-logħob tal-ażżard illegali, il-frodi, u l-ħasil tal-flus; il-prevenzjoni tad-dipendenza). Jekk il-logħob kellu jkun suġġett għar-regoli tad-Direttiva, L-Istati Membri jkunu nieqsa mill-flessibbiltà u konsegwentement imfixkla fl-abbiltà tagħhom li jaġixxu. Il-lotteriji nazzjonali u logħob ieħor għalhekk ikun eskluż.

Konklużjoni

Ir-Rapporteur jinsab konvint mill-ħtieġa ta' inizjattiva leġiżlattiva Ewropea dwar il-konċessjonijiet. Minħabba n-nuqqas ta' ċertezza legali, il-fatt li l-kuntratti għadhom qed ikunu konklużi privatament, bi sfida għall-prinċipji ewlenin li fuqhom is-suq intern tal-UE inbena, kif ukoll minħabba t-traqqigħ tal-liġijiet tal-Istati Membri f'dan il-qasam, jeħtieġ ikun stabbilit qafas leġiżlattiv fil-livell Ewropew. Dak il-qafas, madankollu, irid ikun konsistenti ma' approċċ 'ħafif' li jkollu regoli ċari, koerenti, intelliġibbli u effettivi. Ir-Rapporteur jittama li laħaq dak il-għan.

  • [1]  PE483.644v01-00.
  • [2]  Il-Kawża C-107/98, 1999.
  • [3]  Il-Kawża C-324/07, 2008.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (7.11.2012)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni
(COM(2011)0897 – C7‑0004/2012 – 2011/0437(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Gianluca Susta

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni Ewropea dan l-aħħar ipproponiet il-modernizzazzjoni tad-direttivi dwar l-akkwist pubbliku (Direttiva 2004/18/KE) dwar il-proċeduri ta' akkwisti ta' entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u l-posta (Direttiva 2004/17/KE). Barra minn hekk, ġew ippreżentati proposta għal direttiva ġdida bl-għan li tirregola l-qasam tal-konċessjonijiet, u, imbagħad, proposta għal regolament rigward l-aċċess ta' beni u servizzi għas-suq intern tal-kuntratti pubbliċi tal-UE u għall-proċeduri bl-għan li jiffaċilitaw in-negozjati dwar l-aċċess għall-beni u s-servizzi tal-UE għas-swieq tal-kuntratti pubbliċi tal-pajjiżi terzi. F'livell internazzjonali, il-kuntratti pubbliċi jirrappreżentaw parti kbira mill-kummerċ dinji:

is-settur tal-kuntratti jiswa bħala medja bejn 15% u 20% tal-PDG fil-pajjiżi żviluppati. Minkejja l-importanza tiegħu, is-suq tal-kuntratti pubbliċi għadu wieħed mis-setturi l-iktar magħluqa (il-Kummissjoni tistma li aktar minn nofs is-suq dinji tal-kuntratti pubbliċi għadu magħluq għall-kompetituri barranin) u l-anqas regolati fl-ambitu tal-kummerċ internazzjonali.

Fil-livell multilaterali, ir-regoli li jiswew ta’ riferiment jinsabu fil-Ftehima Internazzjonali dwar l-Akkwist Pubbliku (Government Procurement Agreement – GPA), li dan l-aħħar ġie sottopost għal proċess ta’ reviżjoni li ngħalaq f’Marzu 2012. Din ir-reviżjoni kellha l-iskop li tkabbar it-trasparenza, il-grad ta’ ftuħ tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku u s-semplifikazzjoni tal-proċeduri. Għal tali fini, ir-rapporteur għal opinjoni jilqa’ favorevolment tali proċess ta’ reviżjoni u jixtiqlu approvazzjoni bilġri min-naħa tal-UE; fl-istess ħin, jinnota kif 42 Stat Membru biss tad-WTO (li 27 minnhom huma l-Istati Membri tal-UE) attwalment aderew għal dan il-Ftehim internazzjonali u jittama bil-qawwa li bosta pajjiżi oħra jingħaqdu ma' dawn, b'mod partikolari l-pajjiżi l-aktar żviluppati u l-ekonomiji emerġenti, bl-għan li tiġi estiża l-kopertura ġeografika tiegħu u li b'hekk tinkiseb sistema ta' regoli kondiviżi u universalment validi f'dan is-settur importanti tal-kummerċ internazzjonali.

Dispożizzjonijiet speċifiċi rigward is-settur tal-akkwisti pubbliċi jinsbau wkoll fi ftehim ieħor tad-WTO, il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS).

Fil-livell bilaterali, l-UE hija wkoll marbuta bl-obbligi li assumiet fil-kuntest ta’ xi Ftehimiet bilaterali ġa konklużi (mal-Albanija, l-eks Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-CARIFORUM, iċ-Ċili, il-Kroazja, il-Messiku, il-Montenegro, il-Korea t’Isfel u l-Isvizzera). Is-settur tal-akkisti jirrappreżenta kapitolu importanti u ħafna drabi delikat fin-negozjati li għaddejjin għall-konklużjoni ta' ftehimiet kummerċjali ġodda possibbli ma' sħab internazzjonali oħra.

Fl-ambitu ta' dan il-kuntest internazzjonali, ir-Rapporteur għal opinjoni jissottolinja l-importanza tad-dimensjoni internazzjonali fis-settur tal-akkwisti pubbliċi. Jara wkoll il-bżonn ta' ftuħ progressiv tas-swieq internazzjonali tal-akkwisti pubbliċi abbażi ta' sistema ta' regoli kondiviżi, għar-reċiproċità, l-ekwità u r-rispett tal-istandards internazzjonali fil-qasam ambjentali, soċjali u tax-xogħol. L-Unjoni Ewropea, attwalment, tiggarantixxi għall-operaturi internazzjonali livell sinifikanti ta' ftuħ tas-suq tagħha tal-akkwisti pubbliċi, ftuħ li spiss ma jiġix rikambjat minn sħab kummerċjali internazzjonali importanti oħra.

Ir-Rapporteur għal opinjoni jittama għalhekk li tittieħed azzjoni aktar inċiżiva min-naħa tal-UE, permezz ta' inizjattivi leġiżlattivi u mġiba koerenti fin-negozjati, sabiex jerġgħu jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta' ekwilibriju u kundizzjonijiet indaqs reali fil-livell internazzjonali.

Minn din il-perspettiva, jiddeplora d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li ma tiġborx f'regolament wieħed id-"dimensjoni esterna" tas-settur tal-akkwisti pubbliċi: id-deċiżjoni biex id-dispożizzjonijiet preżenti ma jerġgħux jiġu inklużi fid-Direttiva 2004/17/KE dwar l-offerti li jinkludu beni u servizzi barranin u l-preżentazzjoni suċċessiva ta' inizjattiva leġiżlattiva komplementari iżda għalkollox awtonoma, anke fl-iter leġiżlattiv tagħha - għalkemm intlaqgħet favorevolment fir-rigward tal-kontenut propost - tista' toħloq vojt ġuridiku perikoluż, u ċċaħħad il-leġiżlazzjoni Ewropea minn dispożizzjonijiet bl-għan li jirregolaw l-aċċess għall-beni, is-servizzi u l-impriżi ta' pajjiżi terzi għas-suq Ewropew tal-akkwisti.

Għal din ir-raġuni, ir-Rapporteur għal opinjoni jqis li huwa importanti ferm li jerġgħu jiddaħħlu regoli speċifiċi bl-għan li jirregolaw b'mod organiku u estensiv il-kundizzjonijiet li permezz tagħhom jiġu rrifjutati offerti eventwali li fihom ikun hemm prevalenza ta' beni u servizzi mhux previsti minn ftehimiet internazzjonali: f'dan ir-rigward, ir-Rapporteur għal opinjoni biħsiebu jadatta l-mekkaniżmu leġiżlattiv propost mill-Kummissjoni fil-proposta għal regolament reċenti tagħha.

Barra minn hekk, jidher li huwa importanti wkoll li l-liġi proposta mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-hekk imsejħa "offerti li jidhru baxxi wisq" issir aktar restrittiva, permezz tal-introduzzjoni tal-possibbiltà ta' mekkaniżmu ta' esklużjoni awtomatika għall-offerti aktar baxxi b'mod sinifikanti mill-oħrajn u l-estensjoni għall-operaturi ekonomiċi tal-kundizzjonijiet minimi għat-talba ta' informazzjoni supplementari.

Fl-aħħar nett, tqies li jkun xieraq li jiddaħħlu xi emendi bl-għan li jiġi evidenzjat b'mod aktar komplet il-kuntest internazzjonali li fih joperaw id-Direttivi Ewropej.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) In-nuqqas ta' regoli ċari fil-livell tal-Unjoni li jirregolaw l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni jagħti lok għal inċertezza legali u għal ostakoli għall-forniment ħieles ta' servizzi u joħloq distorsjoni fil-funzjonament tas-Suq Intern. Bħala riżultat, l-operaturi ekonomiċi, partikolarment l-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs), qed ikunu mċaħħda mid-drittijiet tagħhom fi ħdan is-Suq Intern u jitilfu opportunitajiet importanti ta' negozju, filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu ma jsibux l-aħjar użu għall-flus pubbliċi sabiex iċ-ċittadini Ewropej jibbenefikaw minn servizzi ta' kwalità bl-aħjar prezzijiet. Qafas legali adegwat għall-għoti tal-konċessjonijiet jiżgura aċċess effettiv u nondiskriminatorju għas-suq għall-operaturi ekonomiċi kollha tal-Unjoni u ċertezza legali, jiffavorixxu l-investimenti pubbliċi f’infrastrutturi u servizzi strateġiċi liċ-ċittadin.

(1) In-nuqqas ta' regoli ċari fil-livell tal-Unjoni li jirregolaw l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni jagħti lok għal inċertezza legali u għal ostakoli għall-forniment ħieles ta' servizzi u joħloq distorsjoni fil-funzjonament tas-Suq Intern. Bħala riżultat, l-operaturi ekonomiċi, partikolarment l-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs), qed ikunu mċaħħda mid-drittijiet tagħhom fi ħdan is-Suq Intern u jitilfu opportunitajiet importanti ta' negozju, filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu ma jsibux l-aħjar użu għall-flus pubbliċi sabiex iċ-ċittadini Ewropej jibbenefikaw minn servizzi ta' kwalità bl-aħjar prezzijiet. Qafas legali adegwat għall-għoti tal-konċessjonijiet jiżgura aċċess effettiv u nondiskriminatorju għas-suq għall-operaturi ekonomiċi kollha tal-Unjoni u ċertezza legali, jiffavorixxu l-investimenti pubbliċi f’infrastrutturi u servizzi strateġiċi liċ-ċittadin. Tali kwadru ġuridiku jkun jippermetti wkoll li jkun hemm ċertezza ġuridiku akbar għall-operaturi ekonomiċi u jkun jista' jiswa ta' bażi u mezz għal ftuħ akbar tas-swieq internazzjonali tal-akkwist pubbliku u għat-tisħiħ tal-iskambji kummerċjali internazzjonali.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Din id-Direttiva ma tapplikax għall-għoti ta' konċessjonijiet imwettaq minn organizzazzjonijiet internazzjonali f'isimhom stess u għalihom infushom. Hemm, madankollu, il-ħtieġa li jiġi ċċarat sa liema punt huwa xieraq li din id-Direttiva tiġi applikata għall-għoti ta' konċessjonijiet regolati minn regoli internazzjonali speċifiċi.

(16) Din id-Direttiva ma tapplikax għall-għoti ta' konċessjonijiet imwettaq minn organizzazzjonijiet internazzjonali f'isimhom stess u għalihom infushom. Hemm, madankollu, il-ħtieġa li jiġi investigat sa liema punt huwa xieraq li din id-Direttiva tiġi applikata għall-għotjiet ta' konċessjonijiet regolati minn regoli internazzjonali speċifiċi ħalli tkun permessa ċertezza ġuridika akbar għall-operaturi ekonomiċi. Is-suq intern u s-swieq internazzjonali qed isiru dejjem aktar interdipendenti; konsegwenza ta' dan, il-valuri tal-Unjoni, bħat-trasparenza, pożizzjoni ta' prinċipju kontra l-korruzzjoni, il-prinċipju ta' reċiproċità u l-progress fil-qasam tad-drittijiet soċjali u d-drittijiet tal-bniedem, għandhom ikunu promossi b'mod xieraq fil-politiki fil-qasam tal-aġġudikazzjoni tal-appalti.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Ma għandhomx jingħataw konċessjonijiet lill-operaturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ħasil tal-flus. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jiġi sanzjonat ukoll b’esklużjoni mandatorja fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jingħataw il-possibbiltà li jeskludu kandidati jew offerenti minħabba vjolazzjonijiet serji tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali bil-għan li jipproteġu l-interessi pubbliċi kompatibbli mat-Trattat jew fejn l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta' konċessjoni jew konċessjonijiet preċedenti ta' natura simili mal-istess awtorità kontraenti jew entità kontraenti.

(33) Ma għandhomx jingħataw konċessjonijiet lill-operaturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ħasil tal-flus. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u vjolazzjonijiet serji oħrajn tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali li jkollhom l-objettiv li jipproteġu l-interessi pubbliċi kompatibbli mat-Trattat, kif ukoll ksur serju ieħor tad-dispożizjonijiet tad-dritt nazzjonali jew tad-dritt tal-Unjoni li għandhom l-għan li jħarsu l-interessi pubbliċi kompatibbli mat-trattat, għandhom jiġu ssanzjonati ukoll b’esklużjoni mandatorja fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jingħataw il-possibbiltà li jeskludu kandidati jew offerenti fejn l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta' konċessjoni jew konċessjonijiet preċedenti ta' natura simili mal-istess awtorità kontraenti jew entità kontraenti.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-konċessjonijiet li ġejjin li l-valur tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn EUR 5.000.000:

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-attivitajiet li ġejjin:

(a) konċessjonijiet konklużi minn entitajiet kontraenti biex titwettaq waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness III;

(a) konċessjonijiet konklużi minn entitajiet kontraenti biex titwettaq waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness III;

(b) konċessjonijiet konklużi mill-awtoritajiet kontraenti.

(b) konċessjonijiet konklużi mill-awtoritajiet kontraenti.

 

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-konċessjonijiet li l-valur tagħhom ikun ugwali għal jew akbar minn:

 

(a) EUR 2 500 000 EUR għall-konċessjonijiet ta’ servizzi (esklużi s-servizzi soċjali);

 

(b) EUR 5 000 000 għall-konċessjonijiet ta’ xogħlijiet.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) fejn il-konċessjonijiet ikunu ffinanzjati kompletament minn organizzazzjoni internazzjonali jew istituzzjoni internazzjonali ta’ finanzjament.

imħassar

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, fejn parti konsiderevoli ta' konċessjoni hija kkofinanzjata għal minn organizzazzjoni internazzjonali jew organizzazzjoni internazzjonali ta' finanzjament, il-partijiet jiddeċiedu dwar il-proċeduri tal-għoti ta' konċessjoni applikabbli, li għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

imħassar

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) mill-inqas 90 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li tikkontrollaha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti

(b) il-parti essenzjali tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika titwettaq għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li tikkontrollaha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tirrifletti l-prinċipji stabbiliti skont il-ġurisprudenza tal-Qorti li ssemmi "il-parti essenzjali [tal-attivitajiet]", terminu li ma jfissirx neċessarjament li jkun proporzjon ta' attivitajiet li jkun akbar mill-oħrajn.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) mill-inqas 90% tal-attivitajiet ta' dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti li jikkontrollawha kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtorità jew entità kontraenti;

(b) il-parti essenzjali tal-attivitajiet dik il-persuna ġuridika titwettaq għall-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti li jikkontrollawha kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtorità jew entità kontraenti;

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti ma għandhomx iwettqu fis-suq miftuħ aktar minn 10%, f’termini ta' fatturat, tal-attivitajiet li huma rilevanti fil-kuntest tal-ftehim;

imħassar

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) il-leġiżlazzjoni soċjali u ambjentali.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) vjolazzjonijiet serji oħra ta' dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali jew tad-dritt tal-Unjoni Ewropea għall-protezzjoni ta' interessi pubbliċi kompatibbli mat-Trattat.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jirrikorru għal konċessjoni, il-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-appikazzjonijiet għall-konċessjonijiet m'għandux ikun ta' inqas minn 52 jum mid-data li fiha tkun ntbagħat l-avviż tal-konċessjoni.

1. Fejn l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jirrikorru għal konċessjoni, il-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-appikazzjonijiet għall-konċessjonijiet m'għandux ikun ta' inqas minn 70 jum mid-data li fiha tkun ntbagħat l-avviż tal-konċessjoni.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-limitu taż-żmien għall-irċevuta tal-offerti jista' jitnaqqas b'ħamest ijiem fejn l-entità kontraenti taċċetta illi l-offerti jistgħu jiġu sottomessi b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 25.

2. Il-limitu taż-żmien għat-tressiq tal-applikazzjonijiet għall-konċessjoni jista' jitnaqqas b'ħamest ijiem fejn l-entità kontraenti taċċetta illi tali applikazzjonijiet jistgħu jiġu sottomessi b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 25.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) Ottemperanza mad-Dritt tax-xogħol tal-UE jew internazzjonali, u mad-Dritt ambjentali;

PROĊEDURA

Titolu

L-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni

Referenzi

COM(2011)0897 – C7-0004/2012 – 2011/0437(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Gianluca Susta

25.1.2012

Eżami fil-kumitat

25.4.2012

11.7.2012

18.9.2012

 

Data tal-adozzjoni

6.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Maria Badia i Cutchet, Marielle de Sarnez, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Paul Murphy, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Gianluca Susta, Henri Weber, Jan Zahradil

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Catherine Bearder, George Sabin Cutaş, Béla Glattfelder, Syed Kamall, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edite Estrela, Jean-Paul Gauzès, Arlene McCarthy, Oldřich Vlasák

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (16.10.2012)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni
(COM(2011)897 – C7‑0004/2012 – 2011/0437(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Thomas Händel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Parlament Ewropew, fir-rapport Rühle fl-2011, ikkritika t-talbiet dwar il-possibilità ta’ att ġuridiku dwar il-konċessjonijiet.

Għal kuntrarju, l-abbozz tal-Kummissjoni joħloq diversi problemi ġodda.

Il-kompiti tal-Istat

L-Istat, flimkien mal-istrutturi tiegħu kollha, jipprovdi servizzi u beni lill-persuni.

It-tipi ta' beni u servizzi huma varji - servizzi universali mandatorji, servizzi soċjali ta' interess ġenerali, servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali u servizzi ta' interessi ġenerali fost oħrajn[1].

Id-distinzjoni hija diffiċli u spiss issir sussegwentement mill-Qrati. L-abbozz ma jagħmilx distinzjoni.

Sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu, l-Istat jalloka kuntratti fl-ambitu tal-akkwist pubbliku, xi drabi bħala konċessjonijiet. L-abbozz la jagħmel distinzjoni u lanqas ma jsemmi kriterji għall-esklużjoni reċiproċi.

Skont l-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll 26 tal-istess Trattat, l-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali jiddeċiedu b'mod awtonomu dwar jekk jipprovdux huma stess jew jikkuntrattawx beni u servizzi ta' interess ġenerali. B'hekk, il-kriterju ewlieni huwa l-forniment għall-popolazzjoni, u mhux il-kriterji tas-suq intern. Għalhekk għandu jiġi definit kamp ta' applikazzjoni b'mod speċifiku.

Il-livelli statali kollha jwettqu kompiti u jimpenjaw ruħhom għal objettivi li jiżguraw il-ġid komuni, l-interess komunitarju u l-koeżjoni.

Fir-realtà, minħabba l-għażla tal-kriterji tal-għoti, dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet isibu ruħhom f'morsa, li tirrestrinġi d-deċiżjoni tagħhom.

L-abbozz isemmi l-kriterju tal-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża.

Sussegwentement apparti dawk tal-prezz u tal-ispejjeż, ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati ċerti kriterji 'tekniċi'. Għalhekk id-deċiżjoni dwar 'jekk' ikunx hemm allokazzjoni hija ristretta: baġits pubbliċi bi problemi finanzjarji jistgħu jqisu ruħhom kostretti jirrikorru għall-għoti ta' kuntratti, billi l-impjegati fis-settur pubbliku spiss ikollhom dħul aktar għoli minn dawk li jaħdmu ma' operaturi privati.

M’huwiex il-kompitu ta’ direttiva dwar il-konċessjonijiet li timponi fil-prattika l-privatizzazzjoni tal-obbligi tal-Istat.

Anki l-modalità tal-għoti hija ristretta minħabba l-kriterji limitati tal-allokazzjoni.

Billi l-abbozz ma jagħmilx distinzjoni bejn it-tipi ta' servizzi, id-dritt għad-determinazzjoni proprja u l-libertà tas-servizzi jistgħu jmorru kontra xulxin. Dan jista' jiġi evitat biss permezz tal-esklużjoni ta' servizzi partikolari.

Regolament dwar il-konċessjonijiet ma għandux il-kompitu li jibbilanċja l-baġits pubbliċi. Minflok li ssir pressjoni mil-lat ta' nfiq permezz ta' tnaqqis fil-prezzijiet u fl-ispejjeż, dan l-objettiv għandu jintlaħaq permezz ta' titjib fir-rigward tad-dħul.

Il-kriterji ġenerali

L-abbozz ta' Direttiva ma joħloq l-ebda ċertezza legali. Id-definizzjoni ta' konċessjonijiet hija differenti minn dik tal-Qorti tal-Ġustizzja. Dan għandu jġib miegħu deċiżjonijiet ġodda. Hemm nuqqas ta' distinzjoni fir-rigward ta' tipi ta' kuntratti oħrajn bħal liċenzji, awtorizzazzjonijiet, eċċ.

Il-kriterju tat-trażmissjoni tar-riskju mhuwiex suffiċjenti. F'każ ta' insolvenza ta' konċessjonarju tal-provvista tal-ilma, l-Istat għandu l-obbligu li jiżgura ulterjorment il-provvista tal-ilma. Ir-riskju qatt ma jiġi trasferit kompletament fuq il-konċessjonarju.

It-trasparenza u s-sempliċità tal-proċedura mhumiex garantiti.

It-tul tal-validità ta' tali regoli mhuwiex ċar. Mhumiex previsti rekwiżiti futuri u ħtiġijiet għal negozjati mill-ġdid.

L-iżgurar tal-kwalità u l-kriterju ta' prezz baxx huma kontradittorji.

L-impjiegi u l-affarijiet soċjali

Skont l-esperjenza, il-kriterju tal-prezz baxx iwassal għal pressjoni fuq in-numru ta' impjegati tal-operaturi u s-sottokuntratturi u fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom. Dan huwa inkompatibbli mal-klawsola soċjali orizzontali skont l-Artikolu 9 tat-TFUE.

Il-kriterju tal-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġjuża jimplika l-promozzjoni tal-kriterji soċjali. L-inklużjoni ta' 'klawsola ta' konformità mat-tariffi' u kriterji oħrajn ma jkoprux dan. B'hekk il-kompetizzjoni abbażi ta' tnaqqis fil-prezzijiet titwettaq minn fuq dahar l-impjegati.

Konformità mal-kriterji timplika konformità mal-istandards nazzjonali u Ewropej għad-dritt tax-xogħol. Madankollu, l-istandards nazzjonali għandhom ikunu konformi mal-liġi Ewropea. B'hekk l-inklużjoni tal-prinċipju bażiku ta' 'salarju ugwali għall-istess xogħol f'postijiet tax-xogħol komparabbli' huwa eskluż bil-fatti.

Ir-referenza espliċita li l-ebda pajjiż ma huwa ostakolat milli josserva l-Ftehim tal-ILO C 94 u li l-Istati Membri kollha għandhom l-obbligu jirratifikaw u jikkonformaw ma' dan il-ftehim, hija nieqsa.

Is-servizzi soċjali huma marbuta mill-qrib mal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem speċjalment fil-livell lokali. Dawn għandhom ikunu kompletament esklużi, bħal fil-każ tas-servizzi li huma pprovduti mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema.

L-osservanza ta' kundizzjonijiet tax-xogħol obbligatorji spiss hija diffiċli biex tinkiseb fil-każ tas-sottokuntratturi. L-obbligazzjoni in solidum mal-operaturi ewlenin hija nieqsa.

******

Għar-raġunijiet espressi qabel, ir-rapporteur ippropona lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni. Il-Kumitat madankollu, ma segwiex din il-proposta u adotta emendi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Skont l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni għandha tikkunsidra r-rekwiżiti marbuta mal-promozzjoni ta' livell għoli ta' okkupazzjoni, il-garanzija ta' protezzjoni soċjali adegwata, il-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, u livell għoli ta' edukazzjoni, taħriġ u ħarsien tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tagħha.

 

Din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-ilħuq ta’ dawn l-objettivi billi tinkoraġġixxi kuntratti ta’ konċessjoni sostenibbli, l-integrazzjoni ta’ kriterji soċjali fl-istadji kollha tal-proċedura ta’ konċessjoni, u r-rispett tal-obbligi relatati mal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol, is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, is-sigurtà soċjali u l-kundizzjonijiet tax-xogħol kif stabbiliti mill-UE, il-liġijiet nazzjonali u d-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol, l-għoti ta' arbitraġġ, ftehimiet kollettivi u kuntratti.

 

Din id-Direttiva m’għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jaderixxu mal-Konvenzjoni Nru 94 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-klawsoli tax-xogħol fil-kuntratti pubbliċi, u milli jirrikjedu l-inklużjoni ta’ klawsoli tax-xogħol f’konċessjonijiet ta’ servizzi.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) F’konformità mal-Artikolu 14 TFUE u b’assoċjazzjoni mal-Protokoll 26 tiegħu, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandu jkollhom diskrezzjoni wiesgħa fid-deċiżjoni dwar jekk, kif u sa liema punt iridu jwettqu funzjonijiet pubbliċi huma stess.

 

L-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jwettqu kompiti ta' interess pubbliku bl-użu tar-riżorsi tagħhom stess, mingħajr ma jkunu obbligati jirrikorru għal operaturi ekonomiċi esterni. Jistgħu jagħmlu dan f'kooperazzjoni ma' awtoritajiet pubbliċi oħra.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Ir-rwol essenzjali u d-diskrezzjoni wiesgħa tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fil-forniment, il-kummissjonar u l-organizzazzjoni ta’ servizzi ta’ interess ġenerali kemm jista’ jkun qrib tal-ħtiġijiet tal-utenti huwa wkoll f’konformità mal-Artikoli 2, 3, 4 u 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll 26 dwar is-Servizzi ta' Interess Ġenerali, u l-Artikolu 36 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Reviżjoni tal-hekk imsejħa servizzi ta' prijorità u mhux ta' prijorità (servizzi “A” u “B”) mill-Kummissjoni wriet li mhuwiex ġustifikat li tiġi ristretta l-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-akkwist għal grupp limitat ta 'servizzi.

imħassar

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Fid-dawl tar-riżultati tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni dwar ir-riforma tar-regoli tal-akkwist pubbliku huwa xieraq li jiġu esklużi mill-applikazzjoni sħiħa ta 'din id-Direttiva biss dawk is-servizzi li jkollhom dimensjoni transkonfinali limitata, jiġifieri l-hekk imsejħa servizzi lill-persuna bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi. Dawn is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għalhekk għandu jiġi stabbilit reġim speċifiku għall-konċessjoni ta' dawn is-servizzi li jqis l-fatt li huma qed jiġu rregolati għall-ewwel darba. Obbligu li jippubblikaw avviż ta’ informazzjoni minn qabel u avviż tal-għoti ta' konċessjoni ta' kwalunkwe konċessjoni b' valur daqs jew akbar minn il-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva huwa mod adegwat sabiex tingħata informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ negozju lil offerenti potenzjali kif ukoll dwar l-għadd u t-tip ta' kuntratti mogħtija lill-partijiet interessati kollha. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri xierqa b'referenza għall-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni għal dawn is-servizzi immirat li jiżguraw konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u t-trattament ugwali ta’ operaturi ekonomiċi filwaqt li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jqisu l-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà u l-komprensività tas-servizzi, l-bżonnijiet speċifiċi ta' kategoriji differenti ta' utenti, l-involviment u l-għoti tas-setgħa lill-utenti u l-innovazzjoni.

(21) Fid-dawl tar-riżultati tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni dwar ir-riforma tar-regoli tal-akkwist pubbliku huwa xieraq li jiġu esklużi mill-applikazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva biss dawk is-servizzi li jkollhom dimensjoni transkonfinali limitata, jiġifieri l-hekk imsejħa servizzi lill-persuna bħal ċerti servizzi edukattivi. Dawn is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għalhekk għandu jiġi stabbilit reġim speċifiku għall-konċessjoni ta' dawn is-servizzi li jqis l-fatt li huma qed jiġu rregolati għall-ewwel darba. Obbligu li jippubblikaw avviż ta’ informazzjoni minn qabel u avviż tal-għoti ta' konċessjoni ta' kwalunkwe konċessjoni b' valur daqs jew akbar minn il-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva huwa mod adegwat sabiex tingħata informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ negozju lil offerenti potenzjali kif ukoll dwar l-għadd u t-tip ta' kuntratti mogħtija lill-partijiet interessati kollha. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri xierqa b'referenza għall-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni għal dawn is-servizzi immirat li jiżguraw konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u t-trattament ugwali ta’ operaturi ekonomiċi filwaqt li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jqisu l-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà u l-komprensività tas-servizzi, il-bżonnijiet speċifiċi ta' kategoriji differenti ta' utenti, l-involviment u l-għoti tas-setgħa lill-utenti u l-innovazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi soċjali u tas-saħħa m’għandhomx jitħallew mingħajr regolazzjoni.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza u trattament ugwali, il-kriterji għall-għoti tal-konċessjonijiet għandhom dejjem jikkonformaw ma' standards ġenerali. Dawn għandhom jiġu żvelati lill-offerenti potenzjali minn qabel, ikunu relatati mas-suġġett tal-kuntratt u m'għandhomx joffru lill-awtorità jew lill-entità kontraenti libertà tal-għażla mingħajr restrizzjonijiet. Għandhom jiżguraw il-possibilità ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. Sabiex jikkonformaw ma' dawn l-istandards filwaqt li jtejbu ċ-ċertezza legali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-użu tal-kriterju tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

(25) Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza u trattament ugwali, il-kriterji għall-għoti tal-konċessjonijiet għandhom dejjem jikkonformaw ma' standards ġenerali. Dawn għandhom jiġu żvelati lill-offerenti potenzjali minn qabel, ikunu relatati mas-suġġett tal-kuntratt u m'għandhomx joffru lill-awtorità jew lill-entità kontraenti libertà tal-għażla mingħajr restrizzjonijiet. Għandhom jiżguraw il-possibilità ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. Sabiex jikkonformaw ma' dawn l-istandards filwaqt li jtejbu ċ-ċertezza legali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-użu tal-kriterju tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża u sostenibbli.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Fejn l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu konċessjoni lill-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, huma għandhom jiddeterminaw il-kriterji ekonomiċi u ta' kwalità li fuq il-bażi tagħhom huma jivvalutaw l-offerti sabiex jidentifikaw liema waħda toffri l-aħjar valur għall-flus. Id-determinazzjoni ta’ dawn il-kriterji tiddependi fuq is-suġġett tal-kuntratt billi dawn għandhom jippermettu l-valutazzjoni tal-livell tal-prestazzjoni offerta minn kull offerta fid-dawl tas-suġġett tal-konċessjoni, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-valur għall-flus ta’ kull offerta li ser titqies.

(26) Fejn l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu konċessjoni lill-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża u sostenibbli, huma għandhom jiddeterminaw il-kriterji ekonomiċi u ta' kwalità li fuq il-bażi tagħhom huma jivvalutaw l-offerti sabiex jidentifikaw liema waħda toffri l-aħjar valur għall-flus. Id-determinazzjoni ta’ dawk il-kriterji tiddependi fuq is-suġġett tal-kuntratt billi dawn għandhom jippermettu l-valutazzjoni tal-livell tal-prestazzjoni offrut minn kull offerta fid-dawl tas-suġġett tal-konċessjoni, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-valur għall-flus ta’ kull offerta li ser titqies.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-awtoritajiet kontraenti u mill-entitajiet kontraenti jeħtieġ li jippermettu li l-għoti tal-konċessjoni jkun miftuħ għall-kompetizzjoni. Għal dak il-għan, għandu jkun possibbli li jintefgħu offerti li jirriflettu diversità ta’ soluzzjonijiet tekniċi biex b’hekk jinkiseb livell suffiċjenti ta’ kompetizzjoni. Konsegwentement, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu abbozzati b’tali mod li jiġi evitat tnaqqis b’mod artifiċjali fil-kompetizzjoni permezz ta’ rekwiżiti li jiffavorixxu lil xi operatur ekonomiku speċifiku billi jirriflettu l-karatteristiċi ewlenin tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet li normalment joffri dak l-operatur ekonomiku. It-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni u funzjonali ġeneralment jippermetti li dan l-għan jintlaħaq bl-aħjar mod possibbli u jiffavorixxi l-innovazzjoni. Fejn issir referenza għal standard Ewropew jew, fin-nuqqas tiegħu, għal standard nazzjonali, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw offerti bbażati fuq arranġamenti ekwivalenti. Sabiex juru ekwivalenza, l-offerenti jistgħu jiġu obbligati li jipprovdu evidenza vverifikata minn parti terza; madankollu, għandhom ikunu permessi wkoll mezzi xierqa oħra ta’ prova bħal, dossier tekniku tal-manifattur meta l-operatur ekonomiku konċernat ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew ir-rapporti tat-testijiet, jew ma jkollu l-ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti taż-żmien rilevanti.

(28) L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti mill-awtoritajiet kontraenti u mill-entitajiet kontraenti jeħtieġ li jippermettu li l-għoti tal-konċessjoni jkun miftuħ għall-kompetizzjoni. Għal dak il-għan, għandu jkun possibbli li jintefgħu offerti li jirriflettu diversità ta’ soluzzjonijiet tekniċi biex b’hekk jinkiseb livell suffiċjenti ta’ kompetizzjoni. Konsegwentement, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għandhom jiġu abbozzati u applikati f'konformità mal-prinċipji ta' trasparenza u nondiskriminazzjoni u b’tali mod li jiġi evitat tnaqqis b’mod artifiċjali fil-kompetizzjoni permezz ta’ rekwiżiti li jiffavorixxu lil xi operatur ekonomiku speċifiku billi jirriflettu l-karatteristiċi ewlenin tal-provvisti, is-servizzi jew ix-xogħlijiet li normalment joffri dak l-operatur ekonomiku. It-tfassil tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi f’termini ta’ rekwiżiti ta’ prestazzjoni u funzjonali ġeneralment jippermetti li dan l-għan jintlaħaq bl-aħjar mod possibbli u jiffavorixxi l-innovazzjoni. Fejn issir referenza għal standard Ewropew jew, fin-nuqqas tiegħu, għal standard nazzjonali, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom jikkunsidraw offerti bbażati fuq arranġamenti ekwivalenti. Sabiex juru ekwivalenza, l-offerenti jistgħu jiġu obbligati li jipprovdu evidenza vverifikata minn parti terza; madankollu, għandhom ikunu permessi wkoll mezzi xierqa oħra ta’ prova bħal, dossier tekniku tal-manifattur meta l-operatur ekonomiku konċernat ma jkollux aċċess għal dawn iċ-ċertifikati jew ir-rapporti tat-testijiet, jew ma jkollu l-ebda possibbiltà li jiksibhom fil-limiti taż-żmien rilevanti.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta' produzzjoni speċifiċi, għal mod speċifiku ta’ provvista ta’ servizzi, jew għal proċess speċifiku għal kwalunkwe stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott jew servizz, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-konċessjoni. Sabiex jintegraw aħjar il-konsiderazzjonijiet soċjali fl-għoti tal-konċessjonijiet, ix-xerrejja għandhom ukoll jitħallew jinkludu, fil-kriterji tal-għoti, karatteristiċi marbuta mal-kundizzjonijiet tax-xogħol. Madankollu, fejn l-awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jużaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, dawn il-kriterji jistgħu jirrelataw biss mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jipparteċipaw direttament fil-proċess tal-produzzjoni jew il-forniment inkwistjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jirrigwardaw biss il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew tiffavorixxi l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta' gruppi vulnerabbli fost il-persuni inkarigati li jwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità. F'dan il-każ, kwalunkwe kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu fi kwalunkwe każ jibqa' limitat għal karatteristiċi li jkollhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Għandhom jiġu applikati skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta 'Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi u b'mod li ma jkunx direttament jew indirettament jiddiskrimina kontra operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi li huma Partijiet għall-Ftehim jew għal Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles li fih l-Unjoni tkun parti. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandha wkoll, fejn dawn jużaw il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, jitħallew jużaw bħala kriterju għal-għoti ta' kuntratt l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat biex iwettaq il-konċessjoni konċernata, peress li dan jista' jaffettwa l-kwalità tal-prestazzjoni tal-konċessjoni u, bħala riżultat, il-valur ekonomiku tal-offerta.

(29) Fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta' produzzjoni speċifiċi, għal mod speċifiku ta’ provvista ta’ servizzi, jew għal proċess speċifiku għal kwalunkwe stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott jew servizz, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-konċessjoni. Sabiex jintegraw aħjar il-konsiderazzjonijiet soċjali fl-għoti tal-konċessjonijiet, ix-xerrejja għandhom ukoll jitħallew jinkludu, fil-kriterji tal-għoti, karatteristiċi marbuta mal-kundizzjonijiet tax-xogħol. Madankollu, fejn l-awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jużaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża u sostenibbli, dawn il-kriterji jistgħu jirrelataw biss mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jipparteċipaw direttament fil-proċess tal-produzzjoni jew il-forniment inkwistjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jirrigwardaw biss il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew tiffavorixxi l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta' gruppi vulnerabbli fost il-persuni inkarigati li jwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità. F'dan il-każ, kwalunkwe kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu fi kwalunkwe każ jibqa' limitat għal karatteristiċi li jkollhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Għandhom jiġu applikati skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi u b'mod li ma jkunx direttament jew indirettament jiddiskrimina kontra operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi li huma Partijiet għall-Ftehim jew għal Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles li fih l-Unjoni tkun parti. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom ukoll, fejn dawn jużaw il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament u sostenibbli, jitħallew jużaw bħala kriterju għal-għoti ta' kuntratt l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat biex iwettaq il-konċessjoni konċernata, peress li dan jista' jaffettwa l-kwalità tal-prestazzjoni tal-konċessjoni u, bħala riżultat, il-valur ekonomiku tal-offerta.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29 a) Sabiex il-kunsiderazzjonijiet soċjali jiġu integrati aħjar fl-għoti tal-konċessjonijiet, ix-xerrejja għandu jkollhom il-permess jinkludu kriterji soċjali u kriterji tal-politika għall-impjiegi, bħal pereżempju: il-protezzjoni soċjali u tal-impjiegi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, ir-regolazzjoni tas-saħħa u s-sikurezza, il-promozzjoni tax-xogħol għal dawk li ilhom qiegħda għal tul ta' żmien twil, għal ħaddiema aktar anzjani, persuni iżgħar u dawk li qed jirċievu taħriġ, persuni minn gruppi żvantaġġati, persuni b'diżabilitajiet u persuni bi sfond migratorju, standards tax-xogħol deċenti, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-aċċess għal taħriġ vokazzjonali fil-post, id-drittijiet tal-bniedem u l-kummerċ etiku.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 29b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-Direttiva tiżgura l-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/23/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta' trasferiment ta' impriżi, negozji jew partijiet ta' impriżi jew negozji sabiex ikun żgurat li jiġu rispettati r-regoli dwar il-kompetizzjoni indaqs u l-ħarsien tal-ħaddiema fil-kuntest tat-trasferiment ta' impriża.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 32a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk, meta tingħata konċessjoni, il-ħaddiema jiġu impjegati mis-sid il-ġdid tal-konċessjoni wara li kienu impjegati minn awtorità, korp pubbliku kontraenti jew is-sid preċedenti tal-konċessjoni, għandhom japplikaw fil-konfront tal-ħaddiema, il-konsegwenzi legali tad-Direttiva 2001/23/KE fir-rigward tas-salvagwardja tal-impjieg u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-Direttiva m’għandhiex taffettwa d-dritt tal-awtoritajiet f’kull livell li jiddeċiedu dwar jekk, kif, u sa liema punt għandhom iwettqu l-funzjonijiet pubbliċi huma stess. L-awtoritajiet jistgħu jwettqu kompiti pubbliċi bl-użu tar-riżorsi tagħhom stess, mingħajr ma jkunu obbligati li jagħtu konċessjonijiet lil operaturi ekonomiċi (esterni). Jistgħu jwettqu wkoll tali kompiti b’mod konġunt ma’ awtoritajiet oħra.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) ‘kuntratt għal interess pekunjarju’ ifisser kuntratt li l-kawża tiegħu hija bbażata fuq skambju ta’ benefiċċji. Dan jimplika li kull parti tista’ tgawdi mit-tranżazzjoni u li tali profitt m’għandux ikun neċessarjament ta’ natura ekonomika;

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) kuntratti ta’ impjieg;

(e) kuntratti ta’ impjieg jew ftehimiet kollettivi li jikkontribwixxu għat-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol;

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tul tal-konċessjoni għandu jkun limitat għaż-żmien estimat meħtieġ sabiex il-konċessjonarju jirkupra l-investimenti magħmula fl-operat tax-xogħlijiet jew servizzi flimkien ma’ dħul raġonevoli fuq il-kapital investit.

It-tul tal-konċessjoni għandu jkun limitat. Fost il-fatturi li jistgħu jitqiesu hawnhekk hemm iż-żmien estimat meħtieġ sabiex il-konċessjonarju jirkupra l-investimenti magħmula fl-operat tax-xogħlijiet jew servizzi. Għandhom jitqiesu wkoll kriterji oġġettivi oħrajn bħall-interess pubbliku fil-forniment kontinwu u ta’ kwalità għolja jew fil-prestazzjoni ambjentalment u soċjalment sostenibbli tas-servizz, u n-nefqa li tirriżulta fl-għażla ta’ konċessjonarju kif ukoll iż-żmien neċessarju sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-prestazzjoni stabbiliti mill-awtorità kontraenti.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

imħassar

Servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn

 

Konċessjonijiet għal servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra elenkati fl-Anness X li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 26 u l-paragrafu 1 tal-Artikolu 27.

 

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri tal-għoti ta' konċessjoni għal workshops imkennija u operaturi ekonomiċi li l-gћan ewlieni tagћhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta' ħaddiema żvantaġġjati u b'diżabilità jew li jipprovdu li dawn il-konċessjonijiet jitwettqu fil-kuntest ta' programmi ta' impjiegi inkennija sakemm aktar minn 30% tal-impjegati f'dawk il-workshops, l-operaturi ekonomiċi jew programmi jkunu ħaddiema b’diżabilità jew żvantaġġati.

L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri tal-għoti ta' konċessjoni għal:

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a) workshops imkennija, jew ikun previst li tali kuntratti jitwettqu fil-kuntest ta' programmi ta' impjieg imkennija, bil-kundizzjoni li l-maġġoranza tal-impjegati kkonċernati jkunu persuni b'diżabilità li, minħabba n-natura jew il-gravità tad-diżabilitajiet tagħhom, ma jistgħux iwettqu attivitajiet professjonali f'kundizzjonijiet normali jew faċilment isibu impjieg fis-suq ordinarju;

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) l-intrapriżi u l-programmi li l-għan prinċipali tagħhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali tal-ħaddiema żvantaġġati, bil-kundizzjoni li aktar minn 30 % tal-impjegati ta' dawk l-operaturi ekonomiċi jew il-programmi jkunu b'diżabilità jew ħaddiema żvantaġġati.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c. L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu konformi mal-obbligi relatati mal-protezzjoni soċjali u tal-impjiegi, kif ukoll mal-kundizzjonijiet tax-xogħol li japplikaw fil-post fejn ikun se jitwettaq ix-xogħol, is-servizz jew il-forniment kif stipulat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u/jew mill-ftehimiet kollettivi jew mid-dispożizzjonijiet tal-liġi internazzjonali tax-xogħol elenkati fl-Anness XIII a (ġdid).

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 4d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4d. Id-dettalji tal-konċessjonijiet tal-kuntratt għandhom isiru pubbliċi u jkunu miftuħa għal skrutinju.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-awtoritajiet kontraenti jistgħu jużaw id-dejta pproċessata elettronikament għall-proċeduri tal-akkwist pubbliku sabiex jevita, identifikaw u jikkoreġu żbalji li jseħħu f’kull stadju billi jiżviluppaw għodod xierqa.

8. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jużaw id-dejta pproċessata elettronikament għall-proċeduri tal-għoti ta’ konċessjonijiet sabiex jevitaw, jidentifikaw u jikkoreġu żbalji li jseħħu f’kull stadju billi jkunu żviluppati għodod xierqa.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw, fl-avviż tal-konċessjoni l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni relatati ma’:

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw, fl-avviż jew fid-dokument tal-konċessjoni l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni relatati ma’:

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) ksur ripetut u/jew serju tal-liġi tax-xogħol, is-sigurtà soċjali jew dik ambjentali, stabbilit minn sentenzi li jkollha s-saħħa res judicata.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Kwalunkwe operatur ekonomiku għandu jiġi eskluż milli jieħu sehem f’konċessjoni fejn l-awtorità jew l-entità kontraenti tkun taf b’deċiżjoni li jkollha s-saħħa res judicata li tistabbilixxi li dan ma jkunx issodisfa l-obbligi relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih huwa stabbilit jew skont dawk tal-Istat Membru tal-awtorità jew l-entità kontraenti.

6. Kwalunkwe operatur ekonomiku għandu jiġi eskluż milli jieħu sehem f’konċessjoni fejn l-awtorità jew l-entità kontraenti tkun taf b’deċiżjoni li jkollha s-saħħa res judicata jew b’deċiżjoni amministrattiva legalment vinkolanti, li tistabbilixxi li dan ma jkunx issodisfa l-obbligi relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih huwa stabbilit jew skont dawk tal-Istat Membru tal-awtorità jew l-entità kontraenti, jew jekk tali operatur kien is-suġġett, f’aktar minn okkażjoni waħda, ta’ sentenza jew sanzjoni mhux favorevoli skont il-liġi tax-xogħol.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jeskludu mill-parteċipazzjoni fl-għoti ta' konċessjoni lil kwalunkwe operatur ekonomiku jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jeskludu mill-parteċipazzjoni fl-għoti ta' konċessjoni lil kwalunkwe operatur ekonomiku jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) ksur tal-liġi tas-sigurtà soċjali, tax-xogħol, fiskali jew ambjentali.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta' konċessjonijiet fuq il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, f’konformità mal-paragrafu 2. Dawk il-kriterji jistgħu jinkludu, minbarra l-prezz jew spejjeż, kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin

4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta' konċessjonijiet fuq il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament u sostenibbli, f’konformità mal-paragrafu 2. Dawk il-kriterji jistgħu jinkludu, minbarra l-prezz jew spejjeż, kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiki estetiċi u funzjonali, l-aċċessibbiltà, id-disinn għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv.

(a) kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibbiltà, id-disinn għall-utenti kollha, l-interess soċjali, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) kriterji soċjali u kriterji tal-politika għall-impjiegi.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għal konċessjonijiet ta’ servizzi u konċessjonijiet li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, jistgħu jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-konċessjoni inkwistjoni, bil-konsegwenza li wara l-għoti tal-konċessjoni, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità jew l-entità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni u kwalità ekwivalenti;

(b) għal konċessjonijiet ta’ servizzi u konċessjonijiet li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, għandhom jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-konċessjoni inkwistjoni, kif ukoll il-kwalifika u l-kondotta professjonali ta' kwalunkwe sottokuntrattur, bil-konsegwenza li wara l-għoti tal-konċessjoni, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità jew l-entità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni, kwalità, kwalifika jew esperjenza ekwivalenti;

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 4, mill-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tispeċifika fl-avviż tal-kuntratt, fl-istedina għas-sottomissjoni tal-offerti, jew fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-ippiżar relattiv li tagħti lil kull waħda mill-kriterji magħżula biex tistabbilixxi l-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament.

Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 4, l-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tispeċifika fl-avviż tal-kuntratt, fl-istedina għas-sottomissjoni tal-offerti, jew fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-ippiżar relattiv li tagħti lil kull waħda mill-kriterji magħżula biex tistabbilixxi l-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament u sostenibbli.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-awtorità jew l-entità kontraenti tista’ titlob jew jista’ jkun meħtieġ minn Stat Membru li jintalab li l-offerent jindika fl-offerta tiegħu kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika kwalunkwe sottokuntratturi proposti.

1. Fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-awtorità jew l-entità kontraenti tista’ titlob jew jista’ jkun meħtieġ minn Stat Membru li jintalab li l-offerent jindika fl-offerta tiegħu kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika kwalunkwe sottokuntratturi proposti, filwaqt li jipprovdi informazzjoni dwar is-sottokuntrattur inklużi l-ismijiet, id-dettalji tal-kuntatt u r-rappreżentanti legali. Kwalunkwe bidla fil-katina ta’ sottokuntrattar għandha tiġi indikata mingħajr dewmien lill-awtorità kontraenti, inklużi l-ismijiet, id-dettalji tal-kuntatt u r-rappreżentanti legali tagħhom.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-paragraf 1 għandhom ikunu mingħajr ħsara għall-kwistjoni tar-responsabilità tal-operatur ekonomiku prinċipali.

2. Il-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr ħsara għall-kwistjoni tar-responsabilità tal-operatur ekonomiku prinċipali u r-responsabilità tas-sottokontrattur.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Anness 4 – intestatura 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-KONĊESSJONIJIET

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FL-AVVIŻI TAL-KONĊESSJONIJIET JEW FID-DOKUMENT TA’ KONĊESSJONI

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Anness 10

Kodiċi tas-CPV

Deskrizzjoni

7511000-4 u

minn 85000000-9 sa 85323000-9

(ħlief 85321000-5 u 85322000-2)

Servizzi tas-saħħa u soċjali

75121000-0, 75122000-7, 75124000-1

Servizzi amministrattivi, edukattivi, tal-kura tas-saħħa u kulturali

75300000-9

Servizzi tas-sigurtà soċjali obbligatorja

75310000-2, 75311000-9, 75312000-6,

75313000-3, 75313100-4, 75314000-0,

75320000-5, 75330000-8, 75340000-1

Servizzi ta' benefiċċju

98000000-3

Servizzi oħra tal-komunità, soċjali u personali

98120000-0

Servizzi pprovduti mit-trade unions

98131000-0

Servizzi reliġjużi

 

Emenda

imħassar

PROĊEDURA

Titolu

L-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni

Referenzi

COM(2011)0897 – C7-0004/2012 – 2011/0437(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Thomas Händel

16.2.2012

Eżami fil-kumitat

10.7.2012

8.10.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

9.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Emer Costello, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Veronica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Andrea Zanoni

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Malika Benarab-Attou, Edite Estrela, Ria Oomen-Ruijten, Antigoni Papadopoulou, Csaba Sógor, Gabriele Zimmer

  • [1]  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, COM(2011) 900 finali

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (8.11.2012)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni
(COM(2011)0897 – C7‑0004/2012 – 2011/0437(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Werner Langen

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-konċessjonijiet jippreżentaw parti importanti mill-attività ekonomika fl-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea. Għalkemm minħabba l-qagħda legali attwali hu diffiċli li jingħataw ammonti preċiżi, l-istudji juru li iktar minn 60 fil-mija tas-sħubijiet pubbliċi u privati fl-Ewropa jaqgħu taħt il-konċessjonijiet.

Attwalment huwa biss l-għoti ta' konċessjonijiet ta' xogħlijiet li jaqa' taħt għadd limitat ta' dispożizzjonijiet fil-liġi sekondarja, filwaqt li l-konċessjonijiet ta' servizzi huma koperti biss mill-prinċipji ġenerali tat-TFUE. Din il-lakuna għandha tiġi eliminata permezz tad-Direttiva proposta.

Is-sitwazzjoni attwali mhijiex waħda sodisfaċenti, minħabba li m’hawn l-ebda ċertezza legali xierqa, la għan-negozji u lanqas għall-entitajiet kontraenti, filwaqt li l-aċċess għan-negozji Ewropej huwa limitat, partikolarment għall-SMEs, għal opportunitajiet ekonomiċi offruti minn kuntratti ta’ konċessjoni.

Barra minn hekk, minħabba sitwazzjoni ekonomika diffiċli fil-maġġoranza tal-Istati Membri tal-UE, allokazzjoni effiċjenti ta’ fondi pubbliċi hija ferm importanti, sabiex il-kompetizzjoni tista’ tagħti kontribut importanti għall-irħas soluzzjoni u l-iktar effiċjenti fl-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni.

Regolament fil-livell Ewropew bl-ebda mod ma jillimita l-libertà tal-awtoritajiet kontraenti milli jwettqu l-kompiti tagħhom b’mod indipendenti u bil-fondi tagħhom stess. Madankollu, meta awtorità kontraenti tiddeċiedi li ssejjaħ xi parti terza biex twettaq dawn il-kompiti, għandu jiġi żgurat l-aċċess effettiv għas-suq għan-negozji xierqa kollha, sabiex tinkiseb l-irħas soluzzjoni u l-iktar waħda effiċjenti u jonqos ir-riskju tal-korruzzjoni.

Il-benefiċċji tad-Direttiva dwar il-Kuntratti ta’ Konċessjoni speċifikati fid-dokument ta’ ħidma tal-Kumitat għas-Suq Intern huma appoġġjati b’mod espliċitu, partikolarment fir-rigward tal-kjarifika tal-qafas legali eżistenti, il-ħolqien ta’ inċentivi għal iżjed kompetizzjoni u l-karatteristiċi tal-kriterji individwali proposti, li għandhom jiġu emendati.

Ir-rapporteur sostanzjalment jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni.

Rigward il-limiti, huwa propost tnaqqis ta’ EUR 2.5 miljun għall-konċessonijiet ta’ servizzi u għalhekk jitwarrab ir-rekwiżit ta’ rappurtaġġ addizzjonali propost mill-Kummissjoni.

L-emendi proposti għandhom iservu wkoll biex jimpedixxu dispożizzjonijiet estensivi fir-rigward tal-kunċett taċ-ċiklu tal-ħajja u l-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, li huma konnessi mar-riskju ta’ abbuż. Fl-istess waqt, l-entitajiet kontraenti madankollu għandhom jingħataw l-opportunità li jinkludu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fil-kriterji tal-għoti u li jeskludu l-kandidati li jkun magħruf li jkunu wettqu xi ksur serju fil-qasam tal-liġi soċjali, tax-xogħol u l-ambjent. Minħabba d-differenza sinifikanti bejn il-limiti tad-Direttiva proposta u dawk tad-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku, huwa wkoll meħtieġ li jiġi evitat ir-riskju ta’ evażjoni mill-kunċett ta’ kuntratt ta’ konċessjoni. Rigward l-introduzzjoni tal-akkwist pubbliku elettroniku, jidher li l-perjodu ta’ 5 snin wara l-perjodu ta’ implimentazzjoni huwa twil wisq, speċjalment meta mqabbel mal-perjodu ferm iqsar li tipprovdi d-Direttiva għall-akkwist pubbliku. Parteċipazzjonijiet żgħar privati fin-negozji pubbliċi sa 10 fil-mija, għandhom japplikaw fil-qafas tad-derogi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) In-nuqqas ta' regoli ċari fil-livell tal-Unjoni li jirregolaw l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni jagħti lok għal inċertezza legali u għal ostakoli għall-forniment ħieles ta' servizzi u joħloq distorsjoni fil-funzjonament tas-Suq Intern. Bħala riżultat, l-operaturi ekonomiċi, partikolarment l-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs), qed ikunu mċaħħda mid-drittijiet tagħhom fi ħdan is-Suq Intern u jitilfu opportunitajiet importanti ta' negozju, filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu ma jsibux l-aħjar użu għall-flus pubbliċi sabiex iċ-ċittadini Ewropej jibbenefikaw minn servizzi ta' kwalità bl-aħjar prezzijiet. Qafas legali adegwat għall-għoti tal-konċessjonijiet jiżgura aċċess effettiv u nondiskriminatorju għas-suq għall-operaturi ekonomiċi kollha tal-Unjoni u ċertezza legali, jiffavorixxu l-investimenti pubbliċi f’infrastrutturi u servizzi strateġiċi liċ-ċittadin.

(1) In-nuqqas ta' regoli ċari fil-livell tal-Unjoni li jirregolaw l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni jagħti lok għal inċertezza legali u għal ostakoli għall-forniment ħieles ta' servizzi u joħloq distorsjoni fil-funzjonament tas-Suq Intern. Bħala riżultat, l-operaturi ekonomiċi, partikolarment l-Intrapriżi Żgħar u Medji (SMEs), qed ikunu mċaħħda mid-drittijiet tagħhom fi ħdan is-Suq Intern u jitilfu opportunitajiet importanti ta' negozju, filwaqt li l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu ma jsibux l-aħjar użu għall-flus pubbliċi sabiex iċ-ċittadini Ewropej jibbenefikaw minn servizzi ta' kwalità bl-aħjar prezzijiet. Qafas legali adegwat, ibbilanċjat u flessibbli, għall-għoti tal-konċessjonijiet jiżgura aċċess effettiv u nondiskriminatorju għas-suq għall-operaturi ekonomiċi kollha tal-Unjoni u ċertezza legali, u jiffavorixxi l-investimenti pubbliċi f’infrastrutturi u servizzi strateġiċi liċ-ċittadin.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Ir-regoli ta’ dan il-qafas legali għandhom jiġu ċċarati u ssimplifikati u m’għandhomx joħolqu burokrazija eċċessiva.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Min-natura tal-konċessjoni jirriżulta li d-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni ma jikkorrispondux biss għall-applikazzjoni tar-regolament dwar l-akkwist pubbliku.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta' produzzjoni speċifiċi, għal mod speċifiku ta’ provvista ta’ servizzi, jew għal proċess speċifiku għal kwalunkwe stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott jew servizz, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-konċessjoni. Sabiex jintegraw aħjar il-konsiderazzjonijiet soċjali fl-għoti tal-konċessjonijiet, ix-xerreja jistgħu wkoll jitħallew jinkludu, fil-kriterji tal-għoti, karatteristiċi marbuta għall-kundizzjonijiet tax-xogħol. Madankollu, fejn l-awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jużaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, dawn il-kriterji jistgħu jirrelataw biss mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jipparteċipaw direttament fil-proċess tal-produzzjoni jew il-forniment inkwistjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jirrigwardaw biss il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew tiffavorixxi l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta' gruppi vulnerabbli fost il-persuni inkarigati li jwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità. F'dan il-każ, kwalunkwe kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu fi kwalunkwe każ jibqa' limitat għal karatteristiċi li jkollhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Għandhom jiġu applikati skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta 'Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi u b'mod li ma jkunx direttament jew indirettament jiddiskrimina kontra operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi li huma Partijiet għall-Ftehim jew għal Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles li fih l-Unjoni tkun parti. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandha wkoll, fejn dawn jużaw il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, jitħallew jużaw bħala kriterju għal-għoti ta' kuntratt l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat biex iwettaq il-konċessjoni konċernata, peress li dan jista' jaffettwa l-kwalità tal-prestazzjoni tal-konċessjoni u, bħala riżultat, il-valur ekonomiku tal-offerta.

(29) Fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta’ produzzjoni speċifiku jew għal mod speċifiku ta’ provvista ta’ servizzi, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-konċessjoni. Sabiex jintegraw aħjar il-konsiderazzjonijiet soċjali fl-għoti tal-konċessjonijiet, ix-xerrejja għandhom jitħallew jinkludu, fil-kriterji tal-għoti, karatteristiċi marbuta għall-kundizzjonijiet tax-xogħol. Madankollu, fejn l-awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jużaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, dawn il-kriterji jistgħu jirrelataw biss mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jipparteċipaw direttament fil-proċess tal-produzzjoni jew il-forniment inkwistjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jirrigwardaw biss il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew tiffavorixxi l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta' gruppi vulnerabbli fost il-persuni inkarigati li jwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità. F'dan il-każ, kwalunkwe kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu jibqa' limitat għal karatteristiċi li jkollhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Għandhom jiġu applikati skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi u b'mod li ma jkunx direttament jew indirettament jiddiskrimina kontra operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi li huma Partijiet għall-Ftehim jew għal Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles li fih l-Unjoni tkun parti. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandha wkoll, fejn dawn jużaw il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, jitħallew jużaw bħala kriterju għal-għoti ta' kuntratt l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat biex iwettaq il-konċessjoni konċernata, peress li dan jista' jaffettwa l-kwalità tal-prestazzjoni tal-konċessjoni u, bħala riżultat, il-valur ekonomiku tal-offerta.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) L-awtoritajiet kontraenti kemm jekk ix-xogħlijiet jew servizzi inklużi l-provvisti relatati, huma maħsuba għal skop pubbliku jew le;

a) L-awtoritajiet kontraenti, skont l-Artikolu 3 ta’ din id-Direttiva, kemm jekk ix-xogħlijiet jew servizzi inklużi l-provvisti relatati, huma maħsuba għal skop pubbliku jew le;

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Konċessjonijiet taħt il-valur ta’ limitu jistgħu jingħataw permezz ta’ ftehim reċiproku.

Ġustifikazzjoni

Din id-direttiva għandha tapplika biss għall-konċessjonijiet li jaffettwaw is-suq intern.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) L-entitajiet kontraenti sakemm ix-xogħlijiet jew is-servizzi inklużi l-provvisti relatati, huma maħsuba għal l-eżerċizzju ta' waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness III.

b) L-entitajiet kontraenti, skont l-Artikolu 4 ta’ din id-Direttiva, sakemm ix-xogħlijiet jew is-servizzi inklużi l-provvisti relatati, huma maħsuba għall-eżerċizzju ta' waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness III.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) "kandidat" tfisser operatur ekonomiku li jkun wieġeb għal sejħa jew ikun ġie mistieden jieħu sehem fi proċedura tal-għoti ta' konċessjoni;

(8) "kandidat" tfisser operatur ekonomiku li jkun wieġeb għal sejħa jieħu sehem fi proċedura tal-għoti ta' konċessjoni jew li jkun ġie mistieden biex jagħmel dan;

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dritt ta’ sfruttament ta’ xogħlijiet jew is-servizzi kif imsemmija fil-punti 2, 4 u 7 tal-ewwel paragrafu għandu jimplika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ riskju operazzjonali sostanzjali. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi r-riskju operazzjonali sostanzjali meta ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni.

Id-dritt ta’ sfruttament ta’ xogħlijiet jew is-servizzi kif imsemmija fil-punti 2, 4 u 7 tal-ewwel paragrafu għandu jimplika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ riskju operazzjonali sostanzjali. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi s-sehem sostanzjali tar-riskju operazzjonali meta ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni, ħlief meta dan in-nuqqas ta’ dħul ikun attribwibbli direttament lill-awtorità kontraenti.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Li r-riskju ekonomiku jista' jikkonsisti f'wieħed minn dawn li ġejjin:

Li r-riskju ekonomiku jista' jikkonsisti, b’mod partikolari, f'wieħed minn dawn li ġejjin:

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-konċessjonijiet li ġejjin li l-valur tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn EUR 5 000 000:

1. Din id-Direttiva għandha tapplika għall-konċessjonijiet li ġejjin li l-valur tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn EUR 5 000 000 għal konċessjonijiet mhux itwal minn 5 snin:

Ġustifikazzjoni

Il-konċessjonijiet jista’ jkollhom tul ta’ ħajja differenti. F’konċessjonijiet għal perjodu ta’ żmien twil, limitu minimu ta’ EUR 5 000 000 jista’ ma tkunx biżżejjed biex jaffettwa s-suq intern. Għaldaqstant komponent tal-ħin għandu jkun miżjud mal-kundizzjonijiet.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Din id-direttiva tapplika għall-konċessjonijiet li ġejjin li l-valur tagħhom huwa ugwali għal EUR 5 000 000 jew iktar meta l-kuntratt ta’ konċessjoni jkun għal iktar minn 5 snin:

 

(a) konċessjonijiet konklużi minn entitajiet kontraenti biex titwettaq waħda mill-attivitajiet imsemmija fl-Anness III;

 

(b) konċessjonijiet konklużi mill-awtoritajiet kontraenti.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Konċessjonijiet ta' servizzi li l-valur tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn EUR 2 500 000 iżda anqas minn EUR 5 000 000 minbarra servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn, għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu li jippubblikaw avviż tal-għoti ta' konċessjoni skont l-Artikoli 27 u 28.

2. Konċessjonijiet ta’ servizzi għal perjodu mhux itwal minn 5 snin, li l-valur tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn EUR 2 500 000 iżda anqas minn EUR 5 000 000 minbarra servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn, għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu li jippubblikaw avviż tal-għoti ta’ konċessjoni skont l-Artikoli 27 u 28. Il-konċessjonijiet ta’ servizzi għal perjodu ta’ iktar minn ħames snin, b’valur ugwali għal EUR 5 000 000 jew iktar, iżda inqas min EUR 10 000 000, bl-eċċezzjoni tas-servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra, għandhom ikunu soġġetti għall-obbligu li jippubblikaw avviż tal-għoti ta’ konċessjoni skont l-Artikoli 27 u 28.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kalkolu tal-valur estimat ta' konċessjoni għandu jkun ibbażat fuq l-ammont totali pagabbli, nett mill-VAT, kif estimat mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti, inkluż kull forma ta' opzjoni u kull estensjoni tat-tul taż-żmien tal-konċessjoni.

1. Il-kalkolu tal-valur stmat ta' konċessjoni għandu jiġi bbażat fuq l-ammont totali pagabbli, nett mill-VAT, kif estimat mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-għażla tal-metodu għall-kalkolu tal-valur estimat ta’ konċessjoni ma għandhiex issir bl-intenzjoni li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Proġett ta' xogħlijiet jew sett ta' servizzi m'għandux jiġi subdiviż bl-effett li jimpedixxih milli jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, sakemm ma jkunx ġustifikat b'raġunijiet oġġettivi.

3. L-għażla tal-metodu għall-kalkolu tal-valur estimat ta’ konċessjoni ma għandhiex issir bl-intenzjoni li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Proġett ta' xogħlijiet jew sett ta' servizzi m'għandux jiġi subdiviż bl-effett li jimpedixxih milli jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, sakemm ma jkunx ġustifikat b'raġunijiet oġġettivi bħal pereżempju l-kunsiderazzjoni tal-SMEs.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għall-konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi u konċessjonijiet ta' xogħlijiet, il-kalkolu tal-valur estimat għandu jqis kemm l-ispiża tax-xogħlijiet kif ukoll il-valur totali estimat tal-provvisti u s-servizzi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-kuntrattur mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti, sakemm dawn ikunu meħtieġa għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet.

5. Sabiex jiġi determinat il-limitu minimu, il-valur estimat tal-konċessjoni huwa ugwali għall-fatturat ikkalkolat qabel it-taxxa, akkumulat matul il-perjodu tal-kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Ħafna drabi kuntratt ta’ konċessjoni jgħaqqad ix-xogħol u s-servizzi. Konċessjoni ta’ xogħlijiet tista’ tinkludi l-użu u l-forniment tas-servizzi. Konċessjoni ta’ servizz tista’ teħtieġ, għat-tul tal-kuntratt, l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet. Il-metodu ta’ kalkolu tal-valur tal-konċessjoni għandu jkun identiku għall-konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u l-konċessjonijiet ta’ servizzi u dan għandu jirrifletti aktar ir-rimunerazzjoni tal-konċessjoni (id-dħul tagħha).

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Meta l-valur aggregat tal-lottijiet ikun daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 5, din id-Direttiva tapplika għall-għoti ta’ kull lott.

7. Meta l-valur aggregat tal-lottijiet ikun daqs jew aktar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 5, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kull lott.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħtu konċessjonijiet għal lottijiet individwali mingħajr ma japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti previsti f'din id-Direttiva, sakemm il-valur estimat nett mill-VAT tal-lott konċernat ikun anqas minn EUR 1 miljun. Madankollu, il-valur aggregat tal-lottijiet hekk mogħtija mingħajr l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva m' għandux jeċċedi 20% tal-valur aggregat tal-lottijiet kollha li jkun ġie maqsum fihom ix-xogħol propost jew ix-xiri propost.

8. L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħtu konċessjonijiet għal lottijiet individwali mingħajr ma japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti previsti f'din id-Direttiva, sakemm il-valur estimat nett mill-VAT tal-lott ikkonċernat ikun anqas minn EUR 500 000. Madankollu, il-valur aggregat tal-lottijiet hekk mogħtija mingħajr l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva m' għandux jeċċedi 20% tal-valur aggregat tal-lottijiet kollha li jkun ġie maqsum fihom ix-xogħol propost jew ix-xiri propost.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Bl-istess mod, it-tfassil m’għandux isir bl-għan li jitħassar il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Id-differenza kbira bejn il-limiti tad-Direttiva eżistenti u dawk tad-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku tinkludi r-riskju li l-kuntratti jiġu mfassla bħala konċessjonijiet, sabiex jiġi evitat il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti huma meħtieġa, fl-għoti tal-konċessjonijiet, li abbażi tal-valur tagħhom ma jkunux koperti minn din id-Direttiva, josservaw il-prinċipji tat-TFUE dwar it-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni u t-trasparenza.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta' servizzi mogħtija minn awtorità kontraenti jew minn entità kontraenti lil operatur ekonomiku li huwa entità kontraenti jew assoċjazzjoni tagħhom, fuq il-bażi ta' dritt esklussiv li operatur ekonomiku jgawdi skont il-liġi nazzjonali applikabbli u ppubblikata, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva, u li ngħata skont it-Trattat u l-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni dwar l-immaniġjar tan-networks infrastrutturali relatati mal-attivitajiet stipulati fl-Anness III.

 

1. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizzi mogħtija minn awtorità kontraenti jew minn entità kontraenti lil operatur ekonomiku fuq il-bażi ta’ dritt esklussiv li operatur ekonomiku jgawdi skont il-liġi nazzjonali applikabbli u ppubblikata jew regolament, u li ngħata skont it-Trattat u l-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni dwar l-immaniġġjar tan-netwerks infrastrutturali relatati mal-attivitajiet stipulati fl-Anness III.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 8.1 u l-Anness V jirrikonoxxu l-esklużjoni ta’ attivitajiet diġà koperti minn direttivi settorjali oħra. Madankollu, it-tibdil propost f’dan l-abbozz jassumi li l-operatur ekonomiku għandu jkun entità kontraenti, li mhuwiex il-każ għall-operaturi kollha li jwettqu dawn l-attivitajiet. L-emenda proposta tippermetti li jerġa’ jitwaqqaf test f'konformità mal-bażi tal-abbozz.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) ftehim internazzjonali konkluż b’konformità mat-Trattat bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi bil-ħsieb ta' implimentazzjoni jew sfruttament konġunt ta’ proġett mill-Istati firmatarji;

a) ftehim internazzjonali konkluż b’konformità mat-Trattat bejn Stat Membru u pajjiż terz wieħed jew aktar u li jkopri xogħlijiet, provvisti jew servizzi bil-ħsieb ta' implimentazzjoni jew sfruttament konġunt ta’ proġett mill-Istati firmatarji, sakemm ma jinħarġux fondi tal-Unjoni għal dan;

Ġustifikazzjoni

Il-prinċipji ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu osservati meta jintużaw il-fondi tal-UE.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, fejn parti konsiderevoli ta' konċessjoni hija kkofinanzjata għal minn organizzazzjoni internazzjonali jew organizzazzjoni internazzjonali ta' finanzjament, il-partijiet jiddeċiedu dwar il-proċeduri tal-għoti ta' konċessjoni applikabbli, li għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, fejn iktar minn kwart ta' konċessjoni hija kkofinanzjata minn organizzazzjoni internazzjonali jew organizzazzjoni internazzjonali ta' finanzjament, il-partijiet jiddeċiedu dwar il-proċeduri tal-għoti ta' konċessjoni applikabbli, li għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ftehim li permezz tiegħu l-Istat jew l-awtorità jew entità kontraenti tagħti d-dritt lil operatur ekonomiku li jisfrutta oqsma pubbliċi jew ċerti riżorsi, meta l-Istat jew l-awtorità jew l-entità kontraenti jistabbilixxu biss kundizzjonijiet ġenerali għall-użu tagħhom mingħajr ma jsiru benefiċjarji tax-xogħlijiet jew tas-servizzi speċifiċi pprovduti mill-operatur ekonomiku.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizz għal:

Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal konċessjonijiet ta’ servizz mogħtija minn awtorità kontraenti lil awtorità kontraenti oħra jew lil xi assoċjazzjoni ta' awtoritajiet kontraenti fuq il-bażi ta' dritt esklużiv li huma jgawdu meta jiġu segwiti liġi pubblikata, regolament amministrattiv jew dispożizzjoni amministrattiva li huma kompatibbli mat-Trattat.

 

Lanqas m'għandha tapplika fir-rigward ta:

Ġustifikazzjoni

Skont il-formulazzjoni użata fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2004/18 attwali, jidher ċar li l-Istati Membri jistgħu jkomplu jagħtu drittijiet esklużivi bħal dawn skont it-Trattat tal-UE.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, servizzi tal-bank ċentrali u operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (FESF);

d) servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tranżazzjonijiet mill-awtoritajiet kontraenti sabiex jiġbru flus jew kapital, servizzi tal-bank ċentrali u operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (FESF) u mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES);

Ġustifikazzjoni

Huwa raġunat li jkun hemm tħassib dwar il-fatt li l-muniċipalitajiet ma jsibuhiex daqshekk sempliċi biex jisselfu. Tassew li attwalment hemm biżżejjed miżuri protettivi għal dan u m’hemm l-ebda ħtieġa għal regolament fil-livell tal-UE. Għandha tkompli tkun żgurata ċerta flessibbiltà fil-ksib ta’ self għall-muniċipalitajiet. Għalhekk it-tranżazzjonijiet għall-ġbir tal-flus u l-kapital għandhom jiġu esklużi anke lil hinn mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) kuntratti ta’ impjieg;

imħassar

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ix-xandir imsemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu għandu jinkludi kwalunkwe trasmissjoni u distribuzzjoni permezz ta’ kwalunkwe forma ta’ netwerk elettroniku.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kunċett tax-xandir huwa diġà ddefinit fil-paragrafu 5, punt b).

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ sorveljanza nazzjonali fuq talba tagħhom dwar kwalunkwe attività li huma jikkunsidraw eskluża. Il-Kummissjoni tista’ perjodikament tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għal għanijiet ta’ tagħrif, listi tal-kategoriji ta’ prodotti u attivitajiet li hija tqis bħala koperti minn din l-esklużjoni. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tirrispetta kull aspett kummerċjali sensittiv li l-entitajiet kontraenti jistgħu jsemmu meta jibagħtu dan l-informazzjoni.

2. L-entitajiet kontraenti għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni jew lill-korp ta’ sorveljanza nazzjonali fuq talba tagħhom dwar kwalunkwe attività li huma jikkunsidraw eskluża. Il-Kummissjoni tippubblika kull sitt xhur, l-ewwel darba fl-1 ta’ Lulju 2013, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għal finijiet ta' informazzjoni, listi tal-kategoriji ta’ attivitajiet li hija tqis koperti minn din l-esklużjoni. Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tirrispetta kull aspett kummerċjali sensittiv li l-entitajiet kontraenti jistgħu jsemmu meta jibagħtu dan l-informazzjoni.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) għal konċessjonijiet ta’ servizzi jekk tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata fir-rigward ta’ servizzi inġenerali għat-tliet snin ta’ qabel ikun ġej mill-forniment ta’ servizzi lil impriżi li hija affiljata magħhom;

a) għal konċessjonijiet ta’ servizzi jekk tal-inqas 60 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata fir-rigward ta’ servizzi inġenerali għat-tliet snin ta’ qabel ikun ġej mill-forniment ta’ servizzi lil impriżi li hija affiljata magħhom;

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) għal konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jekk tal-inqas 80 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata fir-rigward ta’ xogħlijiet inġenerali għat-tliet snin ta’ qabel ikun ġej mill-forniment ta’ xogħlijiet lil impriżi li hija affiljata magħhom.

b) għal konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jekk tal-inqas 60 % tal-fatturat totali medju tal-impriża affiljata fir-rigward ta’ xogħlijiet inġenerali għat-tliet snin ta’ qabel ikun ġej mill-forniment ta’ xogħlijiet lil impriżi li hija affiljata magħhom.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) mill-inqas 90 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li tikkontrollaha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti

b) mill-inqas 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li tikkontrollaha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata

c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjonijiet privati li b’kollox jaqbżu l-10 % fil-persuna ġuridika kkontrollata.

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa kjarifikazzjoni abbażi tas-Sentenza Altmark tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) mill-inqas 90% tal-attivitajiet ta' dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti li jikkontrollawha kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtorità jew entità kontraenti;

b) mill-inqas 80 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti li jikkontrollawha kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtorità jew entità kontraenti;

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika kkontrollata.

c) ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjonijiet privati li b’kollox jaqbżu l-10 % fil-persuna ġuridika kkontrollata.

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa kjarifikazzjoni abbażi tas-Sentenza Altmark tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-ftehim jistabbilixxi kooperazzjoni leali bejn l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti, bil-għan li jwettqu b’mod konġunt il-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom u jinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi tal-partijiet;

(a) l-iskop tas-sħubija hu l-forniment ta' xogħol ta' servizz pubbliku fl-interess pubbliku mogħti lill-awtoritajiet pubbliċi, jew it-twettiq ta' attivitajiet ta' akkwist anċillari fit-tifsira tal-Artikolu 2(17), li hu meħtieġ sabiex jitwettaq xogħol ta' servizz pubbliku fl-interess pubbliku. Jista' jkun hemm ġabra ta' kompiti fejn muniċipalità tiġi obbligata li tagħmel il-pagamenti, sakemm dik il-kooperazzjoni tippermetti lill-muniċipalità li twettaq l-obbligi tagħha b'mod aktar ekonomiku jew b'mod aktar effettiv;

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-ftehim huwa regolat biss minn kunsiderazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-interess pubbliku;

(b) ix-xogħol qed jitwettaq biss mill-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati mingħajr l-involviment tal-kapital attiv privat;

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti ma għandhomx iwettqu fis-suq miftuħ aktar minn 10%, f’termini ta' fatturat, tal-attivitajiet li huma rilevanti fil-kuntest tal-ftehim;

imħassar

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-mument tal-għoti tal-konċessjoni jew tal-konklużjoni tal-ftehim għandu jiġi vverifikat li m’hemm l-ebda parteċipazzjoni privata msemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

Fil-mument tal-għoti tal-konċessjoni jew tal-konklużjoni tal-ftehim għandu jiġi vverifikat li m’hemm l-ebda parteċipazzjonijiet privati li jaqbżu l-10 % msemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tul tal-konċessjoni għandu jkun limitat għaż-żmien estimat meħtieġ sabiex il-konċessjonarju jirkupra l-investimenti magħmula fl-operat tax-xogħlijiet jew servizzi flimkien ma’ dħul raġonevoli fuq il-kapital investit.

It-tul tal-konċessjoni għandu jkun limitat biss għaż-żmien stmat meħtieġ sabiex il-konċessjonarju jamortizza l-investimenti inizjali u sussegwenti magħmula fl-operat tax-xogħlijiet jew servizzi flimkien ma’ dħul raġonevoli fuq il-kapital investit.

Ġustifikazzjoni

Emenda lingwistika.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kuntratti li jkollhom bħala l-għan tagħhom kemm servizzi kif ukoll provvisti għandhom jingħataw skont din id-Direttiva meta l-oġġett prinċipali tal-kuntratt inkwistjoni jkunu servizzi u fejn ikunu konċessjonijiet fi ħdan it-tifsira tal-punt (1) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2

1. Din id-Direttiva għandha tapplika fir-rigward ta’ kuntratti kemm għas-servizzi kif ukoll għall-provvisti meta l-oġġett prinċipali tal-kuntratt inkwistjoni jkunu servizzi u fejn ikunu konċessjonijiet fi ħdan it-tifsira tal-punt (1) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, l-għażla bejn l-għoti ta' konċessjoni waħda u l-għoti ta' għadd ta' konċessjonijiet separati ma tistax issir bil-għan li tiġi eskluża mill-ambitu ta' din id-Direttiva.

Madankollu, l-għażla bejn l-għoti ta’ konċessjoni waħda u l-għoti ta’ għadd ta’ konċessjonijiet separati ma għandiex issir bil-għan li tiġi eskluża mill-ambitu ta' din id-Direttiva.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri tal-għoti ta' konċessjoni għal workshops imkennija u operaturi ekonomiċi li l-gћan ewlieni tagћhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta' ħaddiema żvantaġġati u b'diżabilità jew li jipprovdu li dawn il-konċessjonijiet jitwettqu fil-kuntest ta' programmi ta' impjiegi imkennija sakemm aktar minn 30% tal-impjegati f'dawk il-workshops, l-operaturi ekonomiċi jew programmi jkunu ħaddiema b’diżabilità jew żvantaġġati.

L-Istati Membri jistgħu jirriżervaw id-dritt li jipparteċipaw fi proċeduri tal-għoti ta' konċessjoni għal workshops imkennija u operaturi ekonomiċi li l-gћan ewlieni tagћhom huwa l-integrazzjoni soċjali u professjonali ta' ħaddiema żvantaġġati u b'diżabilità jew li jipprovdu li dawn il-konċessjonijiet jitwettqu fil-kuntest ta' programmi ta' impjiegi imkennija sakemm aktar minn 50% tal-impjegati f'dawk il-workshops, l-operaturi ekonomiċi jew programmi jkunu ħaddiema b’diżabilità jew żvantaġġati.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux sa aktar tard minn 5 snin wara d-data speċifikata fl-Artikolu 49(1), il-proċeduri kollha tal-għoti ta' konċessjonijiet skont din id-Direttiva jitwettqu billi jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari s-sottomissjoni-e skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sa mhux sa aktar tard minn 3 snin wara d-data speċifikata fl-Artikolu 49(1), il-proċeduri kollha tal-għoti ta' konċessjonijiet skont din id-Direttiva jitwettqu billi jintużaw mezzi elettroniċi ta’ komunikazzjoni, b’mod partikolari s-sottomissjoni-e skont ir-rekwiżiti ta’ dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Perjodu ta’ ħames snin jidher twil wisq, speċjalment meta mqabbel mal-perjodu ferm iqsar li tipprovdi d-Direttiva għall-akkwist pubbliku.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jużaw id-dejta pproċessata elettronikament għall-proċeduri ta’ akkwist pubbliku sabiex jevitaw, jidentifikaw u jikkoreġu żbalji li jseħħu f’kull stadju billi jkunu żviluppati għodod xierqa.

imħassar

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

− tkun kompletament irrilevanti għall-konċessjoni, għax inkapaċi li tilħaq il-ħtiġijiet tal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif speċifikat fid-dokumenti tal-konċessjoni.

− tkun irrilevanti għall-konċessjoni, għax tonqos milli tissodisfa l-ħtiġijet tal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif speċifikat fid-dokumenti tal-konċessjoni.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-offerti għandhom ikunu kkunsidrati irregolari, meta ma jikkonformawx mad-dokumneti tal-konċessjoni jew fejn il-prezzijiet offruti jkunu protetti kontra l-forzi kompetittivi normali.

imħassar

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-offerti għandhom jitqiesu inaċċettabbli fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin:

L-offerti huma inaċċettabbli fil-każijiet li ġejjin:

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) meta jkunu ġew sottomessi minn offerenti li ma jkollhomx il-kwalifiki neċessarji;

b) meta jkunu ġew sottomessi minn offerenti li ma jkollhomx il-provi tal-kwalifiki neċessarji;

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) meta l-prezz tagħhom jaqbeż il-baġit tal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti kif determinat qabel it-tnedija tal-proċedura tal-għoti ta' konċessjoni u dokumentat bil-miktub;

c) meta l-prezz tagħhom jaqbeż il-baġit tal-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti b’iktar minn 20 % kif determinat qabel it-tnedija tal-proċedura tal-għoti ta' konċessjoni u dokumentat bil-miktub;

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) jitqiesu li huma anormalment baxxi

d) jibqgħu b’iktar minn 20% taħt il-medja tal-offerti l-oħra jew tal-baġit dokumentat bil-miktub.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal dawk il-konċessjonijiet ta' servizzi li l-valur estimat tagħhom, kif ikkalkulat skont il-metodu msemmi fl-Artikolu 6(5), hu ugwali jew ogħla minn EUR 2 500 000 bl-unika eċċezzjoni tas-servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra kif imsemmi fl-Artikolu 17.

imħassar

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 32 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn il-karatteristiċi jistgħu jirreferu wkoll għall-proċess speċifiku ta’ produzzjoni jew il-provvista tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi mitluba jew ta’ kwalunkwe stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kif imsemmi fil-punt(14) tal-Artikolu 2.

Dawn il-karatteristiċi jistgħu jirreferu wkoll għall-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew il-provvista tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi mitluba.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fl-avviż tal-kuntratt, fl-istedina għas-sottomissjoni tal-offerti jew fid-dokumenti tal-konċessjoni deskrizzjoni tal-konċessjoni, il-kriterji tal-għoti u r-rekwiżiti minimi li jridu jintlaħqu. Din l-informazzjoni għandha tippermetti li tkun identifikata n-natura u l-ambitu tal-konċessjoni, li tippermetti lill-operaturi ekonomiċi jiddeċiedu jekk jitolbux li jipparteċipaw fil-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni. Id-deskrizzjoni, il-kriterji tal-għoti u r-rekwiżiti minimi m’għandhomx ikunu mibdula matul in-negozjati.

1. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw fl-avviż tal-kuntratt, fl-istedina għas-sottomissjoni tal-offerti jew fid-dokumenti tal-konċessjoni deskrizzjoni tal-konċessjoni, il-kriterji tal-għoti u r-rekwiżiti minimi li jridu jintlaħqu. Din l-informazzjoni għandha tippermetti li tkun identifikata n-natura u l-ambitu tal-konċessjoni, li tippermetti lill-operaturi ekonomiċi jiddeċiedu jekk jitolbux li jipparteċipaw fil-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni. Matul il-proċedura, iżda qabel ma jaslu l-offerti, l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jaġġustaw ir-rekwiżiti minimi u l-kriterji tal-għoti mingħajr il-pubblikazzjoni ta' avviż ġenerali tal-korrezzjoni jekk il-bidla ma jkollha l-ebda effett fuq l-offerenti. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jinfurmaw lill-offerenti kkonċernati u għandhom jipprevedu estensjoni raġonevoli tad-data tal-għeluq għall-applikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli ta’ konċessjoni għandhom ikunu flessibbli. Għalhekk għandu jkun possibbli li jsiru żidiet mal-offerta matul il-proċedura.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 5 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) għandhom jistabbilixxu rekord bil-miktub tad-deliberazzjonijiet formali u kwalunkwe pass u avveniment rilevanti ieħor għall-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni. B’mod partikolari, hija għandha tiżgura, permezz tal-mezzi xierqa kollha, it-traċċabilità tan-negozjati.

(e) għandhom jistabbilixxu rekord tad-deliberazzjonijiet formali u kwalunkwe pass u avveniment rilevanti ieħor għall-proċedura tal-għoti ta’ konċessjoni, sabiex jiġi żgurat, permezz tal-mezzi xierqa kollha, it-traċċabilità tan-negozjati.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

c) frodi skont it-tifsira fl-Artikoli 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej;

c) frodi skont it-tifsira tal-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej, kif ukoll frodi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti;

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Kwalunkwe operatur ekonomiku għandu jiġi eskluż milli jieħu sehem f’konċessjoni fejn l-awtorità jew l-entità kontraenti tkun taf b’deċiżjoni li jkollha s-saħħa res judicata li tistabbilixxi li dan ma jkunx issodisfa l-obbligi relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih huwa stabbilit jew skont dawk tal-Istat Membru tal-awtorità jew l-entità kontraenti.

6. Kwalunkwe operatur ekonomiku għandu jiġi eskluż milli jieħu sehem f’konċessjoni fejn l-awtorità jew l-entità kontraenti tkun taf b’deċiżjoni li jkollha s-saħħa res judicata li tistabbilixxi li dan ma jkunx issodisfa l-obbligi relatati mal-ħlas ta’ taxxi jew tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih huwa stabbilit jew skont dawk tal-Istat Membru tal-awtorità jew l-entità kontraenti, jew tikseb għarfien dwar il-kundanni dwar il-liġi tax-xogħol jew id-deċiżjonijiet regolatorji finali fil-proċeduri amministrattivi.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) fejn tkun konxja minn kwalunkwe vjolazzjoni serja oħra ta' dispożizzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew ta' liġi nazzjonali mmirati lejn il-protezzjoni ta' interessi pubbliċi kompatibbli mat-Trattat;

a) fejn tkun konxja minn kwalunkwe vjolazzjoni serja oħra ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, ta' liġi nazzjonali mmirata lejn il-protezzjoni ta' interessi pubbliċi kompatibbli mat-Trattat, jew ksur serju fil-qasam tal-liġi soċjali, tax-xogħol u tal-ambjent;

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tindika fl-avviż jew fid-dokumenti tal-konċessjoni l-ippiżar relattiv li tagħti lil kull waħda mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew telenka dawk il-kriterji f’ordni dekrexxenti ta' importanza.

3. Jekk tara li jkun meħtieġ, l-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tindika fl-avviż jew fid-dokumenti tal-konċessjoni l-ippiżar relattiv li tagħti lil kull wieħed mill-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 jew telenka dawk il-kriterji f’ordni dekrexxenti ta' importanza.

Ġustifikazzjoni

Fih innifsu, l-ippiżar ma jiggarantixxix l-imparzjalità tal-proċedura imma sempliċiment jorbot lill-awtorità kontraenti. L-impatt ta’ din il-bidla fuq il-proċeduri ta’ tiġdid imnedija hija inċerta. L-ippiżar jew il-klassifikazzjoni ta’ kriterji skont l-ordni ta’ importanza jista’ jwassal sabiex jipprivileġġa l-kriterju finanzjarju tar-rimunerazzjoni tal-offerent għad-detriment ta’ dimensjonijiet tal-enerġija u ambjentali tal-offerti fil-każ ta’ konċessjonijiet idroelettriċi.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-awtorità kontraenti jew entità kontraenti għandhom jeskludu kull operatur ekonomiku stabbilit f’pajjiż barra mill-Unjoni Ewropea mill-parteċipazzjoni fl-għoti ta’ konċessjoni jekk id-dispożizzjonijiet legali tal-pajjiż fejn huwa stabbilit jipprojbixxu jew jillimitaw operatur stabbilit fl-Unjoni milli jiġi nnominat għal konċessjoni simili;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipproponi l-prinċipju tar-reċiproċità, fil-kuntest tar-regoli tal-kummerċ internazzjonali, fl-aċċess għall-konċessjoni. Din l-emenda teskludi kull operatur ekonomiku stabbilit f’pajjiż barra l-UE fejn hemm projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet fir-rigward tal-operaturi ekonomiċi Ewropej fl-aċċess għall-konċessjonijiet.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta' konċessjonijiet fuq il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, f’konformità mal-paragrafu 2. Dawk il-kriterji jistgħu jinkludu, minbarra l-prezz jew spejjeż, kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin

4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta' konċessjonijiet fuq il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, f’konformità mal-paragrafu 2. Dawk il-kriterji jistgħu jinkludu, minbarra l-prezz jew spejjeż, kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiki estetiċi u funzjonali, l-aċċessibbiltà, id-disinn għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv;

a) kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiċi estetiċi u funzjonali, l-aċċessibbiltà, il-kriterji soċjali, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) il-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew il-kunsinna tax-xogħlijiet mitluba, il-provvisti jew is-servizzi jew ta' kwalunkwe stadju ieħor fiċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kif imsemmi fil-punt 14 tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2, sal-punt li l-kriterji jikkonċernaw fatturi direttament involuti f'dawn il-proċessi u jikkaratterizzaw il-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew il-forniment tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi.

d) il-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew il-kunsinna tax-xogħlijiet mitluba, il-provvisti jew is-servizzi

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 4, mill-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tispeċifika fl-avviż tal-kuntratt, fl-istedina għas-sottomissjoni tal-offerti, jew fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-ippiżar relattiv li tagħti lil kull waħda mill-kriterji magħżula biex tistabbilixxi l-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament.

Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 4, mill-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tispeċifika, fejn xieraq, fl-avviż tal-kuntratt, fl-istedina għas-sottomissjoni tal-offerti, jew fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-ippiżar relattiv li tagħti lil kull waħda mill-kriterji magħżula biex tistabbilixxi l-offerta l-aktar vantaġġjuża ekonomikament.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) spejje interni, inklużi spejjeż relatati max-xiri (bħall-ispejjeż tal-produzzjoni), l-użu (bħall-konsum tal-enerġija, l-ispejjeż tal-manutenzjoni) u tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja (bħall-ispejjeż tal-ġbir u r-riċiklaġġ)

(a) spejjeż interni, inklużi spejjeż relatati max-xiri, l-użu (bħall-konsum tal-enerġija, l-ispejjeż tal-manutenzjoni) u tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja (bħall-ispejjeż tal-ġbir u r-riċiklaġġ);

Ġustifikazzjoni

Fil-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja, għandhom jiġu kkunsidrati biss dawk l-ispejjeż li jirriżultaw għall-utent ta’ konċessjoni, kif ukoll l-ispejjeż ambjentali esterni bbażati fuq ir-regolamenti legali.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) spejjeż ambjentali esterni marbutin b’mod dirett maċ-ċiklu tal-ħajja, jekk il-valur monetarju tagħhom ikun jista’ jiġi determinat u verifikat, li jistgħu jinkludu l-ispiża relatata mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħra u spejjeż oħrajn ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

(b) spejjeż ambjentali esterni marbutin b’mod dirett maċ-ċiklu tal-ħajja, jekk il-valur monetarju tagħhom ikun jista’ jiġi determinat u verifikat, li jistgħu jinkludu l-ispiża relatata mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħra.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-awtorità jew l-entità kontraenti tista’ titlob jew jista’ jkun meħtieġ minn Stat Membru li jintalab li l-offerent jindika fl-offerta tiegħu kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika kwalunkwe sottokuntratturi proposti.

1. Fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-awtorità jew l-entità kontraenti tista’ titlob lill-offerent biex jindika fl-offerta tiegħu kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika kwalunkwe sottokuntratturi proposti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni, f’termini ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol u pagi, bejn persuni impjegati minn sottokuntratturi u persuni impjegati minn offerenti

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri jistgħu jirregolaw b’mod vinkolanti l-obbligu skont il-paragrafu 1, kif ukoll jillimitaw in-numru ta’ sottokuntratturi skont id-daqs u l-kumplessità tal-kuntratt.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-modifika bidliet il-bilanċ ekonomiku tal-konċessjoni favur il-konċessjonarju jew

(b) il-modifika tibdel il-bilanċ ekonomiku tal-konċessjoni favur il-konċessjonarju ħlief jekk dan jirriżulta mill-irkupru tal-bilanċ ekonomiku u finanzjarju tal-konċessjoni wara li jkun ġie mxekkel bl-azzjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti jew

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 6 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom jippubblikaw avviż dwar dawn il-modifiki f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dawn l-avviżi għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fl-Anness VII u jkunu ppubblikati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 28.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ma jagħmilx sens li jiġu nnotifikati l-emendi li, bħala konsegwenza, ma jkollhomx proċeduri ta’ akkwist ġodda.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Terminazzjoni ta' konċessjonijiet

Terminazzjoni ta' konċessjonijiet u sejħa ġdida għall-offerti

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) ma jintlaħqux l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratti ta’ konċessjoni;

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 15 ma jibqgħux japplikaw wara parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika mogħtija l-kuntratt skont l-Artikolu 15(4);

(a) l-eċċezzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15 jieqfu milli japplikaw wara parteċipazzjoni privata ta' aktar minn 10 fil-mija fil-persuna ġuridika mogħtija l-kuntratt skont l-Artikolu 15 (4);

Ġustifikazzjoni

Emenda teknika.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fi proċedura skont l-Artikolu 258 tat-Trattat, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ssib, li Stat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont it-Trattati minħabba l-fatt li awtorità jew entità kontraenti li tappartjeni għal dak l-Istat Membru tat il-konċessjoni inkwistjoni mingħajr ma kkonformat mal-obbligi tagħha skont it-Trattati u din id-Direttiva.

(c) f'każijiet fejn fi proċedura skont l-Artikolu 258 tat-Trattat, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiddetermina, li Stat Membru naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont it-Trattati minħabba l-fatt li awtorità jew entità kontraenti li tappartjeni għal dak l-Istat Membru tat il-konċessjoni inkwistjoni mingħajr ma kkonformat mal-obbligi tagħha skont it-Trattati u din id-Direttiva, għandha ssir talba għall-offerti għal konċessjoni fi żmien sitt xhur . L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-prerekwiżiti legali meħtieġa għal dan.

Ġustifikazzjoni

Emenda teknika, strutturar mill-ġdid tal-Artikolu.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 50 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-bidliet magħmula fid-Direttivi 89/665/KEE u 92/13/KEE għandhom jiddaħħlu f’dawn it-testi l-aktar tard meta tidħol fis-seħħ din id-Direttiva.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Anness VIII – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi jew konċessjonijiet ta' xogħlijiet, it-totalità ta’ preskrizzjonijiet tekniċi li jinsabu b’mod partikolari fid-dokumenti tal-għoti tal-konċessjonijiet, li jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa minn materjal, prodott jew provvista, sabiex jissodisfa l-użu li huwa maħsuba għalih mill-awtorità jew l-entità kontraenti; Dawn il-karatteristiċi għandhom jinkludu livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatiċi, disinn għar-rekwiżiti kollha (inkluża aċċessibilità għal persuni b’diżabilità) u valutazzjoni tal-konformità, prestazzjoni, sikurezza jew dimensjonijiet, inklużi l-proċeduri li jikkonċernaw il-garanzija tal-kwalità, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta’ ttestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet għall-utenti u l-proċessi u l-metodi ta’ produzzjoni f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tax-xogħlijiet; dawn il-karatteristiċi, għandhom jinkludu wkoll regoli relatati mad-disinn u l-ispejjeż, it-test, il-kundizzjonijiet ta’ spezzjoni u aċċettabilità għax-xogħlijiet u l-metodi jew tekniki ta’ kostruzzjoni u l-kundizzjonijiet tekniċi kollha l-oħrajn li l-awtorità jew l-entità kontraenti tkun f’pożizzjoni li tippreskrivi, skont regolamenti ġenerali jew speċifiċi, fir-rigward tax-xogħlijiet kompluti u fir-rigward tal-materjali jew komponenti li dawn jinvolvu;

a) fil-każ ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi jew konċessjonijiet ta' xogħlijiet, it-totalità ta’ preskrizzjonijiet tekniċi li jinsabu b’mod partikolari fid-dokumenti tal-għoti tal-konċessjonijiet, li jiddefinixxu l-karatteristiċi meħtieġa minn materjal, prodott jew provvista, sabiex jissodisfa l-użu li huwa maħsuba għalih mill-awtorità jew l-entità kontraenti; Dawn il-karatteristiċi għandhom jinkludu livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatiċi, garanzija tal-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità u konformità mal-liġi tal-Unjoni, prestazzjoni, sikurezza jew dimensjonijiet, inklużi l-proċeduri li jikkonċernaw il-garanzija tal-kwalità, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta’ ttestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, kif ukoll l-istruzzjonijiet għall-utenti; dawn il-karatteristiċi, għandhom jinkludu wkoll regoli relatati mad-disinn u l-ispejjeż, it-test, il-kundizzjonijiet ta’ spezzjoni u aċċettabilità għax-xogħlijiet u l-metodi jew tekniki ta’ kostruzzjoni u l-kundizzjonijiet tekniċi kollha l-oħrajn li l-awtorità jew l-entità kontraenti tkun f’pożizzjoni li tippreskrivi, skont regolamenti ġenerali jew speċifiċi, fir-rigward tax-xogħlijiet kompluti u fir-rigward tal-materjali jew komponenti li dawn jinvolvu;

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Anness VIII – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) fil-każ ta’ konċessjoni ta' servizz, speċifikazzjoni f’dokument li jiddefinixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott jew servizz, bħal-livelli ta’ kwalità, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatiċi, id-disinn għar-rekwiżiti kollha (inkluża l-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità) u valutazzjoni tal-konformità, il-prestazzjoni, l-użu tal-prodott, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, inklużi rekwiżiti relevanti għall-prodott fir-rigward tal-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta’ ttestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, l-istruzzjonijiet għall-utenti, il-proċessi u l-metodi ta’ produzzjoni f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-provvista jew is-servizz u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità;

b) fil-każ ta’ konċessjoni ta' servizz, speċifikazzjoni bil-miktub li tiddefinixxi l-karatteristiċi meħtieġa ta’ prodott jew servizz, bħal-livelli ta’ kwalità, il-livelli ta’ prestazzjoni ambjentali u klimatiċi, il-garanzija tal-aċċessibilità għal persuni b’diżabilità u l-konformità mal-liġi tal-Unjoni , il-prestazzjoni, l-użu tal-prodott, is-sikurezza jew id-dimensjonijiet, inklużi rekwiżiti relevanti għall-prodott fir-rigward tal-isem li taħtu jinbiegħ il-prodott, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi ta’ ttestjar, l-imballaġġ, l-immarkar u t-tikkettar, kif ukoll l-istruzzjonijiet għall-utenti;

PROĊEDURI

Titolu

L-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni

Referenzi

COM(2011)0897 – C7-0004/2012 – 2011/0437(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Werner Langen

14.3.2012

Eżami fil-kumitat

12.7.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

6

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Jan Březina, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Vicky Ford, Adam Gierek, Fiona Hall, Jacky Hénin, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Béla Kovács, Angelika Niebler, Rolandas Paksas, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Michèle Rivasi, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Britta Thomsen, Evžen Tošenovský, Catherine Trautmann, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Yves Cochet, Ioan Enciu, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Gunnar Hökmark, Yannick Jadot, Werner Langen, Zofija Mazej Kukovič, Franck Proust, Algirdas Saudargas, Silvia-Adriana Ţicău

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Christian Engström

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (21.11.2012)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni
(COM(2011)0897 – C7‑0004/2012 – 2011/0437(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sabine Wils

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Parlament Ewropew diġà esprima l-oppożizzjoni tiegħu għal att leġiżlattiv Ewropew dwar konċessjonijiet għall-għoti ta' servizzi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2010 dwar żviluppi ġodda fl-akkwisti pubbliċi.

Ir-rapporteur temmen ukoll li m’hemm ebda bżonn għal att leġiżlattiv għall-aġġudikazzjoni ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi fil-livell Ewropew. Ikun hemm riskju ta' effetti negattivi fuq il-provvista ta’ servizzi ta’ interess ġenerali u fuq il-fornimet garantit u l-iżvilupp ulterjuri tas-sigurtà soċjali.

Ir-rapporteur tirrakkomanda li jiġi miċħud l-abbozz tad-direttiva.

Rimarki ġenerali

L-għan prinċipali tal-abbozz huwa li jinħoloq grad ogħla ta’ ċertezza legali. Il-konċessjonijiet ta’ servizzi huma attwalment eżenti mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt fil-qasam tal-akkwisti skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva 2004/18/KE (id-Direttiva dwar il-koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi) u l-Artikolu 18 tad-Direttiva 2004/17/KE (id-Direttiva tal-Utilitajiet). L-aġġudikazzjoni ta’ konċessjonijiet ta’ servizzi hija rregolata b’ċertezza legali suffiċjenti permezz tal-leġiżlazzjoni primarja eżistenti tal-UE, b’mod partikolari l-prinċipji tat-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni u t-trasparenza, derivati mil-libertajiet fundamentali, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-aġġudikazzjoni ta’ konċessjonijiet ta’ kostruzzjoni hija wkoll irregolata b’mod suffiċjenti (Direttiva 2004/18/KE).

Ir-rapporteur temmen li l-Kummissjoni żbaljata meta tissuġġerixxi li hemm xi aspetti mhux irregolati. M’għandhiex tkun mistennija iżjed ċertezza legali permezz tad-Direttiva.

Barra minn hekk, ir-rapporteur tikkritika wkoll il-kamp ta’ applikazzjoni vag u wiesa’ żżejjed (Artikolu 1, 2 u 5) u l-kundizzjonijiet għal derogi, li huma ristretti wisq (Artikolu 8). Skont l-opinjoni tar-rapporteur, l-oqsma tas-sigurtà soċjali, il-kultura, l-edukazzjoni, l-infrastruttura pubblika u servizzi oħra provduti mill-awtoritajiet lokali għandhom ikunu eżentati mill-kamp ta’ applikazzjoni.

Is-salvagwardja tas-servizzi ta' interess ġenerali aktar milli l-ftuħ tas-suq

Filwaqt li l-Artikolu 14 tat-TFUE u l-Protokoll dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali jenfasizzaw id-diskrezzjoni wiesgħa tal-awtoritajiet pubbliċi biex jipprovdu, jikkummissjonaw u jiffinanzjaw servizzi ta’ interess ġenerali, l-abbozz tad-direttiva ma jirreferi mkien għat-tisħiħ ta' dawn is-servizzi fil-leġiżlazzjoni primarja tal-UE. L-enfasi saret minflok fuq il-ftuħ tas-settur tal-akkwist pubbliku għall-kompetizzjoni (premessi 1, 2 u 4), filwaqt li d-sikrezzjoni tal-awtoritajiet kontraenti hija limitata billi dawn ma jingħatawx libertà ta' għażla mingħajr restrizzjonijiet fid-definizzjoni tal-kriterji tal-aġġudikazzjoni (Artikolu 39(2)). Barra minn hekk, m'hemm l-ebda obbligu ta' konformità mal-ftehimiet kollettivi lokali (Artikolu 39, premessi 29 u 32).

B’diżappunt għar-rapporteur, l-għan bażiku tas-servizzi pubbliċi, jiġifieri li ċ-ċittadini jingħataw aċċess ġenerali, mhux diskriminatorju, komprensiv u bi prezz raġonevoli għas-servizzi ta’ interess ġenerali, mhuwiex ikkunsidrat fil-proposta. L-għan tal-Kummissjoni mhuwiex daqstant li tissalvagwardja dawn is-servizzi, iżda li toħloq setturi ġodda tas-suq. Għalhekk, hemm il-biża’ li l-kooperazzjoni pubblika-privata u t-tranżazzjonijiet interni jsiru l-eċċezzjoni. Bħala għanijiet, jissemmew ukoll fl-abbozz l-aċċess imtejjeb tas-suq għall-intrapriżi u l-promozzjoni tas-sħubijiet pubbliċi privati (premessa 17). Ir-rapporteur tikkritika b’mod partikolari dan tal-aħħar, minħabba li hija tal-fehma li s-settur privat ma jipprovdix servizzi li huma aktar effiċjenti, trasparenti u bi prezzijiet aktar raġonevoli mis-settur pubbliku. Barra minn hekk, mhumiex normalment inklużi l-effetti esterni bħal pereżempju dawk fuq il-ħaddiema.

Is-settur tat-trasport

Id-direttiva proposta tapplika għall-attivitajiet relatati mal-provvista ta’ servizzi lill-pubbliku fil-qasam tat-trasport bil-ferrovija, sistemi awtomatizzati, bit-trammijiet, trolley bus, karozzi tal-linja jew kejbil u s-servizzi postali, b'eċċezzjoni tas-servizzi tat-trasport bl-ajru abbażi tal-għoti ta’ liċenzja tal-operar fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 u ta’ servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Din id-direttiva se tapplika wkoll għall-isfruttar ta’ żona ġeografika bl-għan li jiġu pprovduti ajruporti u portijiet marittimi jew interni, jew faċilitajiet oħrajn ta’ terminals għall-operaturi tat-trasport tal-ajru, bil-baħar jew fuq l-ilmijiet interni.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda          1

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Konċessjonijiet huma kuntratti għal interess pekunjarju konklużi bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità jew entità kontraenti waħda jew aktar u li għandhom bħala l-għan tagħhom l-akkwist ta' xogħlijiet jew servizzi fejn il-konsiderazzjoni tikkonsisti, normalment, fid-dritt li jiġu sfruttati xogħlijiet jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt. L-eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet jew servizzi hija soġġetta għal obbligi vinkolanti speċifiċi definiti mill-awtorità jew l-entità kontraenti li huma legalment infurzabbli. B’kuntrast, ċerti atti mill-Istat bħal awtorizzazzjonijiet jew liċenzi li bihom l-Istat jew awtorità pubblika tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' attività ekonomika, m'għandhomx jikkwalifikaw bħala konċessjonijiet. L-istess japplika għal ċerti ftehimiet li jkollhom bħala għan tagħhom id-dritt li operatur ekonomiku jisfrutta ċerti dominji jew riżorsi pubbliċi, bħal kuntratti ta' kiri ta' art fejn l-Istat jew l-awtorità jew l-entità kontraenti tistabbilixxi biss kondizzjonijiet ġenerali għall-użu tagħhom mingħajr ma jakkwistaw xogħlijiet jew servizzi speċifiċi.

(6) Konċessjonijiet huma kuntratti għal interess pekunjarju konklużi bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità jew entità kontraenti waħda jew aktar u li għandhom bħala l-għan tagħhom l-akkwist ta' xogħlijiet jew servizzi fejn il-konsiderazzjoni tikkonsisti, normalment, fid-dritt li jiġu sfruttati xogħlijiet jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt. L-eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet jew servizzi hija soġġetta għal obbligi vinkolanti speċifiċi definiti mill-awtorità jew l-entità kontraenti li huma legalment infurzabbli. B’kuntrast, ċerti atti mill-Istat bħal awtorizzazzjonijiet jew liċenzi li bihom l-Istat jew awtorità pubblika tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' attività ekonomika, m'għandhomx jikkwalifikaw bħala konċessjonijiet. L-istess japplika għal ċerti ftehimiet, bħal kuntratti ta' inkwilinat jew ta' kiri ta' art, fejn l-Istat jew l-awtorità jew entità kontraenti tagħti lil operatur ekonomiku, għal remunerazjoni, id-dritt li jisfrutta ċerti dominji jew riżorsi pubbliċi, inklużi żoni marittimi, portijiet interni jew marittimi, u li fihom, bħala regola, jiġu stabbiliti biss kondizzjonijiet ġenerali għall-użu tagħhom mingħajr ma l-Istat jew l-awtorità kontraenti ssir id-destinatarju ta' xogħlijiet jew servizzi speċifiċi. Fil-qafas ta' kuntratti bħal dawn, id-dispożizzjonijiet relatati mat-trasferiment, l-użu permissibbli u ż-żamma tad-dominji jew ir-riżorsi pubbliċi u r-restituzzjoni tal-pussess tagħhom lill-Istat jew lill-awtorità kontraenti, il-perjodu tal-kuntratt ta' inkwilinat jew ta' kiri ta' art, il-kera u l-kostijiet l-oħra mġarrba mill-inkwilin għandhom jitqiesu bħala kundizzjonijiet ġenerali li għandhom l-għan li jirregolaw l-użu tad-dominju pubbliku jew ir-riżorsa pubblika.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Minħabba li l-konċessjonarji jġorru riskju operattiv sostanzjali, għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu l-mod ta’ twettiq tal-kuntratt li jidhrilhom li hu l-aktar xieraq, jiġifieri li l-kuntratt jitwettaq direttament minnhom, jew f'kollaborazzjoni ma’ kumpaniji affiljati, jew billi jissottokuntrattaw liberament lil partijiet terzi.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija maħsuba biex tiċċara l-objettiv ta’ flessibilità u simplifikazzjoni mixtieq mill-proposta għal direttiva rigward l-attribuzzjoni downstream mill-konċessjonarju, b'konformità mal-identifikazzjoni tar-riskju operattiv sostanzjali bħala wieħed mill-elementi li jikkaratterizzaw il-konċessjoni. Minħabba li r-riskju msemmi jinġarr mill-konċessjonarji, għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu l-mod li jħossu li hu l-aktar xieraq biex iwettqu l-kuntratt: jew direttament, jew f'kollaborazzjoni ma’ kumpaniji affiljati, jew billi jissottokuntrattaw liberament lil partijiet terzi.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex jiġi żgurat ftuħ reali tas-suq u bilanċ ġust fl-applikazzjoni tar-regoli tal-għoti tal-konċessjonijiet fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali huwa meħtieġ li l-entitajiet koperti jiġu identifikati fuq bażi li mhijiex l-istatus legali tagħhom. Għalhekk, għandu jiġi żgurat, li ma jiġix preġudikat it-trattament indaqs tal-entitajiet kontraenti li joperaw fis-settur pubbliku u ta’ dawk li joperaw fis-settur privat. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat, f’konformità mal-Artikolu 345 tat-Trattat, li ma jiġux preġudikati r-regoli li jirregolaw is-sistema tas-sjieda tal-proprjetà fl-Istati Membri.

(11) Għandu jiġi żgurat li jingħata t-trattament indaqs lill-entitajiet kontraenti li joperaw fis-settur pubbliku u lil dawk li joperaw fis-settur privat. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat, f’konformità mal-Artikolu 345 tat-Trattat, li ma jiġux preġudikati r-regoli li jirregolaw is-sistema tas-sjieda tal-proprjetà fl-Istati Membri.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Skont l-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-Protokoll 26 dwar servizzi ta’ interess ġenerali, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, reġjonali jew lokali għandu jkollhom diskrezzjoni wiesgħa fid-deċiżjoni dwar jekk jagħtux kuntratti għal servizzi ta’ interess ġenerali.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Hemm inċertezza legali konsiderevoli dwar kemm il-kooperazzjoni bejn awtoritajiet pubbliċi għandha tiġi koperta b'regoli dwar l-għoti ta' konċessjonijiet. Il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija interpretata b’mod differenti fost l-Istati Membri u anki fost l-awtoritajiet kontraenti jew ċerti entitajiet kontraenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi ċċarat f’liema każijiet, il-konċessjonijiet konklużi bejn dawn l-awtoritatijiet kontraenti mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli tal-għoti tal-konċessjonjiet pubbliċi. Il-fatt biss li ż-żewġ partijiet għal ftehim ikunu huma stess awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti skont l-Art. 4 (1) (1) ma għandux bħala tali jeskludi l-applikazzjoni ta' regoli għall-għoti ta' konċessjonijiet. Madankollu, l-applikazzjoni ta' regoli tal-għoti ta' konċessjonijiet ma għandhiex tinterferixxi mal-libertà tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu kif jorganizzaw il-mod li bih iwettqu l-kompiti tagħhom ta’ servizz pubbliku. Konċessjonijiet mogħtija lil entitajiet kontrollati jew kooperazzjoni għall-eżekuzzjoni konġunta tal-kompiti ta’ servizz pubbliku tal-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti għandhom għalhekk jiġu eżentati mill-applikazzjoni tar-regoli jekk jiġu ssodisfatti il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. Din id-Direttiva għandu jkollha l-għan li tiżgura li kull kooperazzjoni eżentata bejn l-awtoritajiet pubbliċi ma tikkawżax distorsjoni fil-kompetizzjoni fir-rigward tal-atturi ekonomiċi privati. Lanqas il-parteċipazzjoni ta’ awtorità kontraenti bħala offerent fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku ma għandha tikkawża kwalunkwe distorsjoni fil-kompetizzjoni.

(17) Il-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti hija interpretata b’mod differenti fost l-Istati Membri u anki fost l-awtoritajiet kontraenti jew ċerti entitajiet kontraenti. Għaldaqstant huwa neċessarju li jiġi ċċarat f’liema każijiet, il-konċessjonijiet konklużi bejn dawn l-awtoritatijiet kontraenti mhumiex soġġetti għall-applikazzjoni tar-regoli tal-għoti tal-konċessjonijiet pubbliċi. Din il-kjarifika għandha tkun iggwidata mill-prinċipji stabbiliti fil-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja. L-applikazzjoni ta' regoli tal-għoti ta' konċessjonijiet ma għandhiex tinterferixxi mal-libertà tal-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu kif jorganizzaw il-mod li bih iwettqu l-kompiti tagħhom ta’ servizz pubbliku. Konċessjonijiet mogħtija lil entitajiet kontrollati jew kooperazzjoni għall-eżekuzzjoni konġunta tal-kompiti ta’ servizz pubbliku tal-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti għandhom għalhekk jiġu eżentati mill-applikazzjoni tar-regoli jekk jiġu ssodisfati il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. Din id-Direttiva għandu jkollha l-għan li tiżgura li kull kooperazzjoni eżentata bejn l-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li tipprovdi servizzi ta' interess pubbliku liċ-ċittadini, mhijiex meqjusa bħala sors ta' distorsjoni possibbli fil-kompetizzjoni fir-rigward tal-atturi ekonomiċi privati. Lanqas il-parteċipazzjoni ta’ awtorità kontraenti bħala offerent fi proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku ma għandha tikkawża kwalunkwe distorsjoni fil-kompetizzjoni.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 37a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a) F’konformità mal-ġurisprudenza stabbilita mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, din id-direttiva tapplika għall-konċessjonijiet mogħtija wara d-dħul fis-seħħ tagħha.

Ġustifikazzjoni

Meta titqies l-importanza tal-prinċipju tal-invjolabilità tal-kuntratti ta' konċessjoni fis-seħħ fl-Istati Membri, dan għandu jiġi speċifikat b’mod ċar fid-direttiva.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2 a. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi fi kwalunkwe livell li jiddeċiedu jekk għandhomx iwettqu funzjonijiet pubbliċi huma stess, billi jużaw ir-riżorsi interni tagħhom mingħajr ma jkunu obbligati li jagħtu konċessjonijiet lil operaturi ekonomiċi esterni oħra. Dawn il-kompiti jistgħu jitwettqu f'kooperazzjoni ma' awtoritajiet kontraenti pubbliċi oħra.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) "akkwist" kif definita fl-Artikolu 1, paragrafu 2 tad-Direttiva 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta'... dwar l-akwist pubbliku.*

 

______________

 

* ĠU: daħħal in-numru u d-data ta' dik id-Direttiva.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) 'konċessjoni ta' xogħlijiet pubbliċi' tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar u li jkollu bħala għan tiegħu l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet, fejn il-korrispettiv għax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu jikkonsisti jew unikament fid-dritt ta' sfruttament tax-xogħlijiet li huma s-suġġett tal-kuntratt jew f'dak id-dritt flimkien ma' ħlas.

(2) 'konċessjoni ta' xogħlijiet pubbliċi' tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub, skont liema kuntratt awtorità kontraenti waħda jew aktar jafdaw l-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, li huma responsabbli għalihom, lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar, u li fih id-drittijiet u l-obbligi taż-żewġ partijiet ikunu rregolati u jikkonsistu jew unikament fid-dritt ta' sfruttament tax-xogħlijiet li huma s-suġġett ta' konċessjoni jew f'dak id-dritt flimkien ma' ħlas.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) "konċessjoni ta' servizzi" tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti jew entità kontraenti waħda jew aktar u li jkollu bħala l-għan tiegħu l-provvediment ta' servizzi għajr dawk imsemmija fil-punti 2 u 4 meta l-korrispettiv għas-servizzi li jkunu se jiġu pprovduti jikkonsisti jew fid-dritt ta' sfruttament tas-servizzi li jkunu s-soġġett tal-kuntratt jew f'dak id-dritt flimkien ma' ħlas.

(7) "konċessjoni ta' servizzi" tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub li permezz tiegħu awtorità kontraenti jew entità kontraenti waħda jew aktar jafdaw il-provvediment ta' servizzi li jkunu responsabbli għalihom, għajr dawk imsemmija fil-punti 2 u 4, lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar, meta l-korrispettiv għas-servizzi li jkunu se jiġu pprovduti jikkonsisti jew unikament fid-dritt ta' sfruttament tas-servizzi li jkunu s-soġġett tal-kuntratt jew f'dak id-dritt flimkien ma' ħlas.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dritt ta' sfruttament ta' xogħlijiet jew is-servizzi kif imsemmija fil-punti 2, 4 u 7 tal-ewwel paragrafu għandu implika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta' riskju operazzjonali sostanzjali. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi r-riskju operazzjonali sostanzjali meta ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni.

2. Id-dritt ta' sfruttament ta' xogħlijiet jew is-servizzi kif imsemmija fil-punti 2, 4 u 7 tal-ewwel paragrafu għandu implika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta' sehem sostanzjali tar-riskju ekonomiku u operazzjonali. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi sehem sostanzjali tar-riskju meta ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni.

Li r-riskju ekonomiku jista' jikkonsisti f'wieħed minn dawn li ġejjin:

Ir-riskju ekonomiku u operattiv jista' jikkonsisti f'wieħed minn dawn li ġejjin:

(a) ir-riskju relatat mal-użu tax-xogħlijiet jew d-domanda għall-provvista tas-servizz; jew

(a) ir-riskju relatat mal-użu tax-xogħlijiet jew id-domanda għall-provvista tas-servizz; jew

b) ir-riskju relatat mad-disponibbiltà tal-infrastruttura pprovduta mill-konċessjonarju jew użata għall-provvista ta’ servizzi lill-utenti.

(b) ir-riskju relatat mad-disponibbiltà tal-infrastruttura pprovduta mill-konċessjonarju jew użata għall-provvista ta’ servizzi lill-utenti.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-akkwist jew il-kiri, bi kwalunkwe mezz finanzjarju, ta’ artijiet, bini eżistenti jew proprjetà immobbli oħra jew li jikkonċernaw id-drittijiet tagħhom; madankollu, il-konċessjonijiet ta’ servizzi finanzjarji mogħtija fl-istess żmien, qabel jew wara l-kuntratt ta’ akkwist jew ta' kiri, fi kwalunkwe forma, għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva;

(a) l-akkwist, il-kiri, il-lokazzjoni jew l-għoti bi kwalunkwe mezz finanzjarju, ta’ dominji pubbliċi, inklużi żoni marittimi, portijiet interni u marittimi, artijiet, bini eżistenti jew proprjetà immobbli oħra jew li jikkonċernaw id-drittijiet tagħhom, fejn l-Istat jew l-awtorità jew entità kontraenti jistabblixxu biss kundizzjonijiet ġenerali għall-użu tagħhom mingħajr ma jakkwistaw xogħlijiet jew servizzi; madankollu, il-konċessjonijiet ta’ servizzi finanzjarji mogħtija fl-istess żmien, qabel jew wara l-kuntratt ta’ akkwist jew ta' kiri, fi kwalunkwe forma, għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva;

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tul tal-konċessjoni għandu jkun limitat għaż-żmien estimat meħtieġ sabiex il-konċessjonarju jirkupra l-investimenti magħmula fl-operat tax-xogħlijiet jew servizzi flimkien ma’ dħul raġonevoli fuq il-kapital investit.

It-tul tal-konċessjoni għandu jkun limitat għaż-żmien stmat meħtieġ sabiex il-konċessjonarju jirkupra l-investimenti magħmula fl-operat tax-xogħlijiet jew servizzi flimkien ma’ dħul raġonevoli fuq il-kapital investit, kif speċifikat preċedentament fil-kuntratt tal-konċessjoni.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtorità kontraenti għandu jkollha l-obbligu, meta tippubblika n-notifika tal-konċessjoni, li tonora l-impenji kollha li jirriżultaw mill-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jeskludu mill-parteċipazzjoni fl-għoti ta' konċessjoni lil kwalunkwe operatur ekonomiku jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jeskludu mill-parteċipazzjoni fl-għoti ta' konċessjoni lil kwalunkwe operatur ekonomiku jekk tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c a) Ksur tal-liġi tas-sigurtà soċjali, tax-xogħol, fiskali jew ambjentali.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-konċessjonijiet għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali u li jiżguraw li l-offerti jiġu vvalutati f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva biex jiġi identifikat vantaġġ ekonomiku kumplessiv għall-awtorità jew l-entità kontraenti.

1. Il-konċessjonijiet għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi, definiti b’mod preċiż mill-fornitur tal-konċessjonijiet, li jiżguraw konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali u li jiżguraw li l-offerti jiġu vvalutati f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva biex jiġi identifikat vantaġġ ekonomiku kumplessiv għall-awtorità jew l-entità kontraenti.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta' konċessjonijiet fuq il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, f’konformità mal-paragrafu 2. Dawk il-kriterji jistgħu jinkludu, minbarra l-prezz jew spejjeż, kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin

4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta' konċessjonijiet fuq il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, f’konformità mal-paragrafu 2. Dawk il-kriterji jistgħu jinkludu, minbarra l-prezz jew spejjeż, kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-awtorità jew l-entità kontraenti tista’ titlob jew jista’ jkun meħtieġ minn Stat Membru li jintalab li l-offerent jindika fl-offerta tiegħu kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi u jindika kwalunkwe sottokuntratturi proposti.

1. Fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-awtorità jew l-entità kontraenti tista’ titlob jew tista’ tintalab minn Stat Membru biex titlob lill-offerent jindika fl-offerta tiegħu kwalunkwe sehem mill-kuntratt li hu jista’ jkollu l-ħsieb li jagħti bħala sottokuntratt lil partijiet terzi, filwaqt li jispeċifika l-ismijiet ta' kwalunkwe sottokuntratturi, kif ukoll ir-responsabbiltà in solidum tagħhom. Tali informazzjoni għandha tkun aġġornata u kkomunikata lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontraenti matul il-perjodu tal-konċessjoni filwaqt li jiġu indikati sostituzzjonijiet jew tibdil possibbli.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Sakemm ma tinbidilx in-natura ġenerali tal-konċessjoni, il-modifika tal-konċessjoni mhix ikkunsidrata sostanzjali jekk:

 

a) il-modifika tkun prevista fil-kuntratt ta' konċessjoni inizjali fil-forma ta' klawżoli ta' rieżami jew għażliet ċari, preċiżi u inekwivoċi, li jindikaw il-kamp ta' applikazzjoni u n-natura tal-modifiki possibbli kif ukoll il-kundizzjonijiet li taħthom ikunu jistgħu jintużaw;

 

b) il-valur tagħha ma jaqbiżx il-limitu ffissat fl-Artikolu 6 u jkun inferjuri għal 5 % tal-valur aġġornat tal-kuntratt inizjali.

 

Fejn isiru bosta modifiki suċċessivi, il-valur imsemmi għandu jkun ivvalutat abbażi tal-valur aġġornat kumulattiv tal-modifiki suċċessivi.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 43 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-obbligi stabbiliti fil-kuntratt ta’ konċessjoni mhux qed jiġu ssodisfati;

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Anness III – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Attivitajiet li jirrelataw mal-esplojtazzjoni ta’ żona ġeografika għall-fini ta' forniment ta' ajruporti u portijiet marittimi jew interni jew faċilitajiet terminali oħrajn lill-operaturi tal-ajru, tal-baħar jew fuq l-ilmijiet interni;

5. Attivitajiet li jirrelataw mal-isfruttament ta’ żona ġeografika għall-fini ta' forniment ta' ajruporti u portijiet marittimi jew interni jew infrastruttura ġenerali oħra lill-operaturi tal-ajru, tal-baħar jew fuq l-ilmijiet interni.

PROĊEDURA

Titolu

L-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni

Referenzi

COM(2011)0897 – C7-0004/2012 – 2011/0437(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Sabine Wils

27.2.2012

Eżami fil-kumitat

17.9.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

6.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Georgios Koumoutsakos, Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Hubert Pirker, Petri Sarvamaa, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Gahler, Petra Kammerevert, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Anna Rosbach, Ramon Tremosa i Balcells, Sabine Wils, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Peter Simon, Patricia van der Kammen

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (3.12.2012)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni
(COM(2011)0897 – C7‑0004/2012 – 2011/0437(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Heide Rühle

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien       tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Din id-Direttiva ma għandhiex tintroduċi preġudizzju fil-konfront tad-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali li jiddeċiedu dwar jekk, kif, u sa liema punt jixtiequ jwettqu l-funzjonijiet pubbliċi huma stess. L-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha jistgħu jiżvolġu kompiti ta' interess pubbliku bl-użu tar-riżorsi tagħhom stess, mingħajr ma jkunu obbligati jirrikorru għal operaturi ekonomiċi esterni. Huma jistgħu jagħmlu dan f'kooperazzjoni ma' awtoritajiet pubbliċi oħra.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Din id-Direttiva ma għandhiex tittratta l-finanzjament tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali jew is-sistemi ta’ għajnuna mogħtija mill-Istati Membri, b’mod partikolari fil-qasam soċjali, skont ir-regoli tal-Komunità dwar il-kompetizzjoni. L-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom iżommu r-rwol essenzjali tagħhom u diskrezzjoni wiesgħa fil-forniment, l-ikkummissjonar u l-organizzazzjoni ta' servizzi ta' interess ġenerali, kemm jista' jkun qrib tal-ħtiġijiet tal-utenti u skont l-objettivi tal-politika pubblika li qed isegwu.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Konċessjonijiet huma kuntratti għal interess pekunjarju konklużi bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità jew entità kontraenti waħda jew aktar u li għandhom bħala l-għan tagħhom l-akkwist ta' xogħlijiet jew servizzi fejn il-konsiderazzjoni tikkonsisti, normalment, fid-dritt li jiġu sfruttati xogħlijiet jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt. L-eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet jew servizzi hija soġġetta għal obbligi vinkolanti speċifiċi definit mill-awtorità jew l-entità kontraenti li huma legalment infurzabbli. B’kuntrast, ċerti atti mill-Istat bħal awtorizzazzjonijiet jew liċenzi li bihom l-Istat jew awtorità pubblika tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' attività ekonomika, m'għandhomx jikkwalifikaw bħala konċessjonijiet. L-istess japplika għal ċerti ftehimiet li jkollhom bħala għan tagħhom id-dritt li operatur ekonomiku jisfrutta ċerti dominji jew riżorsi pubbliċi, bħal kuntratti ta' kiri ta' art fejn l-Istat jew l-awtorità jew l-entità kontraenti tistabbilixxi biss kondizzjonijiet ġenerali għall-użu tagħhom mingħajr ma jakkwistaw xogħlijiet jew servizzi speċifiċi.

(6) Konċessjonijiet huma kuntratti għal interess pekunjarju konklużi bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità jew entità kontraenti waħda jew aktar u li għandhom bħala l-għan tagħhom l-akkwist ta' xogħlijiet jew servizzi fejn il-konsiderazzjoni tikkonsisti, normalment, fid-dritt li jiġu sfruttati xogħlijiet jew servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt. L-eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet jew servizzi hija soġġetta għal obbligi vinkolanti speċifiċi definit mill-awtorità jew l-entità kontraenti li huma legalment infurzabbli. B’kuntrast, ċerti atti mill-Istat bħal awtorizzazzjonijiet jew liċenzi li bihom l-Istat jew awtorità pubblika tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju ta' attività ekonomika, m'għandhomx jikkwalifikaw bħala konċessjonijiet. L-istess japplika għal ċerti ftehimiet li jkollhom bħala għan tagħhom id-dritt li operatur ekonomiku jisfrutta ċerti dominji jew riżorsi pubbliċi, bħal kuntratti ta' kiri ta' art, inklużi żoni marittimi, fejn l-Istat jew l-awtorità jew l-entità kontraenti tistabbilixxi biss kondizzjonijiet ġenerali għall-użu tagħhom mingħajr ma jakkwistaw xogħlijiet jew servizzi speċifiċi.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Huwa xieraq li jiġu jesklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva ċerti konċessjonijiet ta' servizzi mogħtija lil operatur ekonomiku li huwa stess ikun awtorità kontraenti jew entità kontraenti fuq il-bażi ta' dritt esklussiv li dak l-operatur igawdi skont il-liġi nazzjonali jew att amministrattiv ippublikat u li jkun ingħata skont it-Trattat u l-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tan-networks tal-infrastruttura relatata mal-attivitajiet stipulati fl-Anness III, billi tali dritt esklussiv jagħmilha impossibbli li tiġi segwita proċedura kompetittiva għall-għoti. B'deroga u mingħajr preġudizzju għall-konsegwenzi legali tal-esklużjoni ġenerali mill-ambitu ta 'din id-Direttiva, il-konċessjonijiet kif definit fl-Artikolu 8(1) għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu ta' pubblikazzjoni ta' avviż tal-għoti ta' konċessjoni sabiex tkun żgurata t-trasparenza bażika sakemm il-kondizzjonijiet ta' din it-trasparenza ma jkunux previsti fil-leġiżlazzjoni settorjali.

(13) Huwa xieraq li jiġu esklużi mill-ambitu ta’ din id-Direttiva ċerti konċessjonijiet ta' servizzi mogħtija lil operatur ekonomiku li huwa stess ikun awtorità kontraenti jew entità kontraenti fuq il-bażi ta' dritt esklussiv li dak l-operatur igawdi skont il-liġi nazzjonali jew att amministrattiv ippublikat, bħal fil-każ tal-konċessjonijiet ta' proprjetajiet pubbliċi marittimi għal skopijiet ta' turiżmu u divertiment, u li jkun ingħata skont it-Trattat u l-leġiżlazzjoni settorjali tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tan-networks tal-infrastruttura relatata mal-attivitajiet stipulati fl-Anness III, billi tali dritt esklussiv jagħmilha impossibbli li tiġi segwita proċedura kompetittiva għall-għoti. B'deroga u mingħajr preġudizzju għall-konsegwenzi legali tal-esklużjoni ġenerali mill-ambitu ta 'din id-Direttiva, il-konċessjonijiet kif definit fl-Artikolu 8(1) għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu ta' pubblikazzjoni ta' avviż tal-għoti ta' konċessjoni sabiex tkun żgurata t-trasparenza bażika sakemm il-kondizzjonijiet ta' din it-trasparenza ma jkunux previsti fil-leġiżlazzjoni settorjali.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Fid-dawl tal-effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni, l-għoti ta' konċessjonijiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel għandhom ikunu permessi biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna. Din l-eċċezzjoni għandha tiġi llimitata għal każijiet fejn huwa ċar mill-bidu nett li pubblikazzjoni ma twassalx għal aktar kompetizzjoni, notevolment għaliex oġġettivament hemm operatur ekonomiku wieħed biss li jista' jwettaq il-konċessjoni. Sitwazzjonijiet ta' esklussività oġġettiva biss jistgħu jiġġustifikaw l-għoti ta' konċessjoni mingħajr pubblikazzjoni lil xi operatur ekonomiku, fejn is-sitwazzjoni ta’ esklussività ma tkunx inħolqot mill-awtorità jew l-entità kontraenti nnifisha fid-dawl tal-proċedura futura tal-għoti, u fejn m'hemm l-ebda sostitut adegwat, li d-disponibbiltà tiegħu trid tiġi vvalutata bir-reqqa.

(19) Fid-dawl tal-effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni, l-għoti ta' konċessjonijiet mingħajr pubblikazzjoni minn qabel għandhom ikunu permessi biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali ħafna. Din l-eċċezzjoni għandha tiġi limitata għal każijiet fejn huwa ċar mill-bidu nett li pubblikazzjoni ma twassalx għal aktar kompetizzjoni, notevolment għaliex oġġettivament hemm operatur ekonomiku wieħed biss li jista' jwettaq il-konċessjoni, bħal fil-każ ta' sidien ta' negozji ħdejn il-baħar stabbiliti fi proprjetà taħt konċessjoni. Sitwazzjonijiet ta' esklussività oġġettiva biss jistgħu jiġġustifikaw l-għoti ta' konċessjoni mingħajr pubblikazzjoni lil xi operatur ekonomiku, fejn is-sitwazzjoni ta’ esklussività ma tkunx inħolqot mill-awtorità jew l-entità kontraenti nnifisha fid-dawl tal-proċedura futura tal-għoti, u fejn m'hemm l-ebda sostitut adegwat, li d-disponibbiltà tiegħu trid tiġi vvalutata bir-reqqa.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Reviżjoni tal-hekk imsejħa servizzi ta' prijorità u mhux ta' prijorità (servizzi “A” u “B”) mill-Kummissjoni wriet li mhuwiex ġustifikat li tiġi ristretta l-applikazzjoni sħiħa tal-liġi tal-akkwist għal grupp limitat ta 'servizzi. Bħala riżultat, din id-Direttiva għandha tapplika għal għadd ta 'servizzi (bħal servizzi ta' catering u tad-distribuzzjoni tal-ilma), li t-tnejn urew potenzjal għall-kummerċ transkonfinali.

imħassar

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Fid-dawl tar-riżultati tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni dwar ir-riforma tar-regoli tal-akkwist pubbliku huwa xieraq li jiġu esklużi mill-applikazzjoni sħiħa ta 'din id-Direttiva biss dawk is-servizzi li jkollhom dimensjoni transkonfinali limitata, jiġifieri l-hekk imsejħa servizzi lill-persuna bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi. Dawn is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għalhekk għandu jiġi stabbilit reġim speċifiku għall-konċessjoni ta' dawn is-servizzi li jqis l-fatt li huma qed jiġu rregolati għall-ewwel darba. Obbligu li jippubblikaw avviż ta’ informazzjoni minn qabel u avviż tal-għoti ta' konċessjoni ta' kwalunkwe konċessjoni b' valur daqs jew akbar minn il-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva huwa mod adegwat sabiex tingħata informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ negozju lil offerenti potenzjali kif ukoll dwar l-għadd u t-tip ta' kuntratti mogħtija lill-partijiet interessati kollha. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri xierqa b'referenza għall-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni għal dawn is-servizzi immirat li jiżguraw konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u t-trattament ugwali ta’ operaturi ekonomiċi filwaqt li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jqisu l-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà u l-komprensività tas-servizzi, l-bżonnijiet speċifiċi ta' kategoriji differenti ta' utenti, l-involviment u l-għoti tas-setgħa lill-utenti u l-innovazzjoni.

(21) Fid-dawl tar-riżultati tal-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni dwar ir-riforma tar-regoli tal-akkwist pubbliku huwa xieraq li jiġu esklużi mill-applikazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva dawk is-servizzi li jkollhom dimensjoni transkonfinali limitata, jiġifieri l-hekk imsejħa servizzi lill-persuna bħal ċerti servizzi soċjali, tas-saħħa u edukattivi. Dawn is-servizzi jingħataw f’kuntest partikolari li jvarja ħafna fost l-Istati Membri, minħabba tradizzjonijiet kulturali differenti. Għalhekk għandu jiġi stabbilit reġim speċifiku għall-konċessjoni ta' dawn is-servizzi li jqis il-fatt li huma qed jiġu rregolati għall-ewwel darba. Obbligu li jippubblikaw avviż ta’ informazzjoni minn qabel u avviż tal-għoti ta' konċessjoni ta' kwalunkwe konċessjoni b' valur daqs jew akbar mil-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva huwa mod adegwat sabiex tingħata informazzjoni dwar opportunitajiet ta’ negozju lil offerenti potenzjali kif ukoll dwar l-għadd u t-tip ta' kuntratti mogħtija lill-partijiet interessati kollha. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri xierqa b'referenza għall-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni għal dawn is-servizzi immirati li jiżguraw konformità mal-prinċipji tat-trasparenza u t-trattament ugwali ta’ operaturi ekonomiċi filwaqt li jippermettu lill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu l-ispeċifiċitajiet tas-servizzi inkwistjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jistgħu jqisu l-ħtieġa li jiżguraw il-kwalità, il-kontinwità, l-aċċessibbiltà, id-disponibbiltà u l-komprensività tas-servizzi, il-bżonnijiet speċifiċi ta' kategoriji differenti ta' utenti, l-involviment u l-għoti tas-setgħa lill-utenti u l-innovazzjoni.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti, filwaqt li jsegwu l-prinċipju ta' amministrazzjoni libera u f'konformità mat-Trattati tal-UE, għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu kif l-aħjar jipprovdu, jorganizzaw u jamministraw l-eżekuzzjoni tax-xogħol u l-forniment tas-servizzi li huma responsabbli għalihom, skont l-arranġamenti leġiżlattivi u l-metodi li huma jiġġudikaw bħala l-aktar mod effikaċi sabiex jiġi żgurat b'mod partikolari livell għoli ta' kwalità, sikurezza u aċċessibilità ekonomika, trattament ugwali u l-promozzjoni tal-aċċess universali u tad-drittijiet tal-utenti fis-servizzi pubbliċi.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu, b’konformità mal-liġi tal-Unjoni, x'jikkunsidraw bħala servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, kif dawk is-servizzi għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati, f'konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat, u liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu suġġetti għalihom.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) "konċessjoni ta' servizzi" tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti jew entità kontraenti waħda jew aktar u li jkollu bħala l-għan tiegħu l-provvediment ta' servizzi għajr dawk imsemmija fil-punti 2 u 4 meta l-korrispettiv għas-servizzi li jkunu se jiġu pprovduti jikkonsisti jew fid-dritt ta' sfruttament tas-servizzi li jkunu s-soġġett tal-kuntratt jew f'dak id-dritt flimkien ma' ħlas.

(7) "konċessjoni ta' servizzi" tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti jew entità kontraenti waħda jew aktar u li jkollu bħala l-għan tiegħu l-provvediment ta' servizzi għajr dawk imsemmija fil-punti 2 u 4 meta l-korrispettiv għas-servizzi li jkunu se jiġu pprovduti jikkonsisti jew fid-dritt ta' sfruttament tas-servizzi li jkunu s-soġġett tal-kuntratt jew f'dak id-dritt flimkien ma' ħlas, ħlief fil-każ ta' approvazzjonijiet sempliċi, b'mod partikolari approvazzjonijiet dwar l-użu ta' ben pubbliku jew dominju pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika li l-approvazzjonijiet sempliċi bħad-dritt ta’ passaġġ mhumiex koperti mid-Direttiva.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dritt ta' sfruttament ta' xogħlijiet jew is-servizzi kif imsemmija fil-punti 2, 4 u 7 tal-ewwel paragrafu għandu implika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta' riskju operazzjonali sostanzjali. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi r-riskju operazzjonali sostanzjali meta ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni.

Id-dritt ta' sfruttament ta' xogħlijiet jew is-servizzi kif imsemmija fil-punti 2, 4 u 7 tal-ewwel paragrafu għandu jimplika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta' riskju operazzjonali sostanzjali. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi r-riskju operazzjonali sostanzjali meta ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni; riskju operazzjonali li jkun limitat mill-bidu ma għandu jkollu l-ebda effett fuq dan il-prinċipju.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża WAZV Gotha (C-206/08), li skontha l-konċessjonijiet jistgħu jeżistu wkoll meta r-riskju meħud mill-operatur ikun limitat mill-bidu minħabba r-regoli tal-liġi pubblika.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għall-konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi u konċessjonijiet ta' xogħlijiet, il-kalkolu tal-valur estimat għandu jqis kemm l-ispiża tax-xogħlijiet kif ukoll il-valur totali estimat tal-provvisti u s-servizzi li jitqegħdu għad-dispożizzjoni tal-kuntrattur mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti, sakemm dawn ikunu meħtieġa għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet.

5. Għall-konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi u konċessjonijiet ta' xogħlijiet, il-kalkolu tal-valur estimat għandu jqis kemm l-ispiża tax-xogħlijiet kif ukoll il-valur totali estimat tal-provvisti u s-servizzi li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-kuntrattur mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti, sakemm dawn ikunu meħtieġa għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet. Fil-każ ta' konċessjonijiet ta' beni pubbliċi għall-forniment ta' servizzi lill-pubbliku, il-limitu għandu jkun stmat u kkalkolat fuq bażi annwali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi ugwalment u għandhom jaġixxu b'mod trasparenti u proporzjonat. It-tfassil tal-proċedura tal-akkwist m'għandux isir bil-għan li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew sabiex titnaqqas il-kompetizzjoni b’mod artifiċjali.

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi ugwalment u għandhom jaġixxu b'mod trasparenti. It-tfassil tal-proċedura tal-akkwist m'għandux isir bil-għan li l-akkwist jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva jew sabiex titnaqqas il-kompetizzjoni b’mod artifiċjali.

Ġustifikazzjoni

L-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità għal ċertu entitajiet koperti mill-proposta għal direttiva tista' tkun ta' riskju.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-akkwist jew il-kiri, bi kwalunkwe mezz finanzjarju, ta’ artijiet, bini eżistenti jew proprjetà immobbli oħra jew li jikkonċernaw id-drittijiet tagħhom; madankollu, il-konċessjonijiet ta’ servizzi finanzjarji mogħtija fl-istess żmien, qabel jew wara l-kuntratt ta’ akkwist jew ta' kiri, fi kwalunkwe forma, għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva;

(a) l-akkwist jew il-kiri, bi kwalunkwe mezz finanzjarju, ta’ artijiet, bini eżistenti jew proprjetà immobbli oħra, inklużi żoni marittimi, jew li jikkonċernaw id-drittijiet tagħhom; madankollu, il-konċessjonijiet ta’ servizzi finanzjarji mogħtija fl-istess żmien, qabel jew wara l-kuntratt ta’ akkwist jew ta' kiri, fi kwalunkwe forma, għandhom ikunu soġġetti għal din id-Direttiva;

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali;

Ġustifikazzjoni

Protokoll Nru 26 tat-Trattat ta' Lisbona jirrikonoxxi espliċitament id-dritt tal-awtoritajiet reġjonali u lokali li jamministraw is-servizzi pubbliċi tagħhom stess u d-diskrezzjoni wiesgħa li għandhom fir-rigward tal-għoti, l-ikkummissjonar u l-organizzazzjoni ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali b'tali mod li jikkorrispondi mill-qrib kemm jista' jkun mal-ħtiġijiet tal-utenti. Għalhekk, servizzi ta' dan it-tip ma jistgħux jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) protezzjoni ċivili, prevenzjoni tad-diżastri u servizzi għall-prevenzjoni tal-periklu ta' kuljum;

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni;

(c) is-servizzi ta’ arbitraġġ u konċiljazzjoni, is-servizzi legali u s-servizzi notarili;

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, servizzi tal-bank ċentrali u operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (FESF);

(d) servizzi finanzjarji marbuta mal-ħruġ, il-bejgħ, ix-xiri jew it-trasferiment ta’ titoli jew strumenti finanzjarji oħra skont it-tifsira tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, servizzi tal-bank ċentrali u operazzjonijiet imwettqa mal-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (FESF), kif ukoll operazzjonijiet għall-ħolqien ta’ flus jew kapital għall-awtorità kontraenti;

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) kuntratti ta’ impjieg;

(e) kuntratti ta’ impjieg u arranġamenti ta’ protezzjoni soċjali obbligatorji;

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) Servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (KE) 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(g) Servizzi tat-trasport sat-tali punt li jkunu rregolati minn strumenti Komunitarji oħra;

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) servizzi soċjali u servizzi tas-saħħa.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) din l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika konċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess.

(a) din l-awtorità kontraenti teżerċita kontroll fuq il-persuna ġuridika konċernata li huwa simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess; dan għandu jitqies li jkun il-każ meta din teżerċita influwenza deċiżiva kemm fuq l-objettivi strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kkontrollata; bil-għan li jiġi ddeterminat jekk dan il-kontroll ikunx qed jiġi eżerċitat, jistgħu jitqiesu wkoll fatturi bħal-livell ta' rappreżentanza f'entitajiet amministrattivi, ta' ġestjoni jew superviżorji, id-dispożizzjonijiet relevanti tal-artikoli ta' assoċjazzjoni jew l-arranġamenti ta' sjieda; mhuwiex rekwiżit obbligatorju li l-persuna ġuridika kkontrollata tkun għal kollox taħt is-sjieda tal-awtorità jew l-entità kontraenti;

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 jeżerċitaw kontroll konġunt fuq il-persuna ġuridika li huwa simili għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess.

(a) l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 jeżerċitaw kontroll konġunt fuq il-persuna ġuridika li huwa simili għal dak li jeżerċitaw fuq id-dipartimenti tagħhom stess; dan għandu jitqies li jkun il-każ meta din teżerċita influwenza deċiżiva kemm fuq l-objettivi strateġiċi kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet sinifikanti tal-persuna ġuridika kkontrollata; bil-għan li jiġi ddeterminat jekk dan il-kontroll ikunx qed jiġi eżerċitat, jistgħu jitqiesu wkoll fatturi bħal-livell ta' rappreżentanza f'entitajiet amministrattivi, ta' ġestjoni jew superviżorji, id-dispożizzjonijiet relevanti tal-artikoli ta' assoċjazzjoni jew l-arranġamenti ta' sjieda; mhuwiex rekwiżit obbligatorju li l-persuna ġuridika kkontrollata tkun għal kollox taħt is-sjieda tal-awtorità jew l-entità kontraenti;

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-ftehim ma jinvolvix trasferimenti finanzjarji bejn l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti, minbarra dawk li jikkorrispondu għar-rimborż tal-ispejjeż attwali tax-xogħlijiet, is-servizzi jew il-provvisti;

imħassar

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw, fl-avviż tal-konċessjoni l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni relatati ma’:

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw, fl-avviż tal-konċessjoni, fl-istedina għas-sottomissjoni ta' offerti jew fil-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni, deskrizzjoni tal-konċessjoni u tal-kriterji tal-għoti relatati ma’:

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jadottaw ir-regoli li jiġġieldu n-nepotiżmu, il-korruzzjoni u li jevitaw il-konflitti ta’ interess, immirati li jiżguraw it-trasparenza tal-proċedura tal-għoti u t-trattament ugwali tal-offerenti kollha.

L-Istati Membri għandhom jadottaw ir-regoli li jiġġieldu l-frodi, in-nepotiżmu u l-korruzzjoni u li jevitaw il-konflitti ta’ interess, immirati li jiżguraw it-trasparenza tal-proċedura tal-għoti u t-trattament ugwali tal-offerenti kollha.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) il-parteċipazzjoni fl-isfruttament tat-traffikar tal-bnedmin u t-tħaddim tat-tfal koperti mid-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

imħassar

Ġustifikazzjoni

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-324/98 il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE sabet li l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jippermettu biss rieżami tal-imparzjalità tal-proċeduri ta' akkwist.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 44a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 44a

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri xierqa huma disponibbli biex jivverifikaw l-imparzjalità tad-deċiżjoni tal-għoti.

Ġustifikazzjoni

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-324/98 il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE sabet li l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jippermettu biss rieżami tal-imparzjalità tal-proċeduri ta' akkwist.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

imħassar

PROĊEDURA

Titolu

L-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni

Referenzi

COM(2011)0897 – C7-0004/2012 – 2011/0437(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Heide Rühle

26.1.2012

Eżami fil-kumitat

10.10.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

1

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Victor Boştinaru, Salvatore Caronna, Nikos Chrysogelos, Francesco De Angelis, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Miroslav Mikolášik, Jens Nilsson, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Monika Smolková, Ewald Stadler, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Andrea Cozzolino, Ivars Godmanis, Karin Kadenbach, Lena Kolarska-Bobińska, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Heide Rühle, Vilja Savisaar-Toomast, Elisabeth Schroedter

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (3.12.2012)

għall-Kumitat tas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni
(COM(2011)0897 – C7–0004/2012 – 2011/0437(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): Raffaele Baldassarre

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. Daħla

Minkejja l-importanza elevata tal-akkwisti pubbliċi, il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tipprevedix reġim ġuridiku definit għall-aġġudikazzjoni tal-kuntratti ta’ konċessjoni[1]. Is-sitwazzjoni attwali ta’ inċertezza fuq bosta livelli qiegħda tikkawża ineffiċjenzi ekonomiċi kbar u hija ta' ħsara għall-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti, l-operaturi ekonomiċi u l-utenti tas-servizzi. L-operaturi ekonomiċi qed isibu ruħhom jaġixxu f’kundizzjonijiet ta’ dispartià, li ta’ sikwit jiddeterminaw prattiki skorretti jekk mhux saħansitra korruzzjoni[2].

Il-proposta ta’ direttiva għandha l-mira, għalhekk, li twettaq żewġ objettivi essenzjali: it-tkabbir taċ-ċertezza ġuridika u t-titjib tal-aċċess tal-impriżi Ewropej għas-swieq tal-konċessjonijiet. F’dan is-sens, id-direttiva tiċċara l-kwadru ġuridiku applikabbli għall-introduzzjoni ta’ regoli favur trasparenza u ekwità akbar fil-proċeduri.

2. Il-pożizzjoni tar-rapporteur għal opinjoni

2.1 Konsiderazzjonijiet preliminari u prijoritajiet

Ir-rapporteur għal opinjoni jikkondividi l-objettivi persegwiti mill-Kummissjoni fil-proposta ta’ direttiva u, kuntrarjament għal ċerti pożizzjonijiet[3], iqis li hu neċessarju li jkun hemm intervent leġiżlattiv Ewropew f’dan is-sens, għall-fini li tkun garantita konverġenza fir-regola u parità ta’ aċċess għas-swieq tal-konċessjonijiet tal-UE.

F’dan is-sens, ir-rapporteur għal opinjoni jirrileva n-neċessità regoli ċari, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam mal-argumenti li ġejjin:

- definizzjoni aktar preċiża tal-kuntratti tal-konċessjoni, b’riferiment partikolari għall-kunċett tar-riskju operattiv[4];

- rekwiżiti konkreti u pertinenti li għandhom jiġu applikati fil-proċess tal-aġġudikazzjoni[5];

- regoli speċifiċi għall-każijiet ta’ modifika tal-konċessjonijiet fis-seħħ[6]; u

- dispożizzjonijiet xierqa għat-tkabbir tat-trasparenza u l-ekwità tal-proċeduri.

Dan kollu premess, ir-rapporteur għal opinjoni jirritjeni li hu neċessarju li tkun evitata kull forma ta’ sovraregolamentazzjoni, għall-fini li tkun ikkonsentita applikazzjoni effikaċi u omoġenea tar-regoli. Għal dan il-fini, ir-rapporteur għal opinjoni għandu żewġ objettivi paralleli:

is-semplifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imdaħħlin mid-direttiva, għall-fini li jkun permess reċepiment eħfef u aktar koerenti tal-istess; u

il-garanzija ta’ ekwlibriju ġust bejn l-eżiġenza li tkun żgurat parità ta’ aċċess u trattament u n-neċessità tal-preservazzjoni ta’ grad xieraq ta’ flessibilità min-naħa tal-entijiet aġġudikaturi u tal-amministrazzjonijiet aġġudikatriċi[7] (ara l-emendi 5 u 13). .

2.2 L-emendi proposti

Ir-rapporteur għal opinjoni jirritjeni li l-proposta tiddixxiplina b’mod xi kultant inadegwat l-assenjazzjoni tal-kuntratti tal-konċessjoni, billi tissottoponi dawn il-kuntratt għall-istess kriterji applikabbli għall-appalti pubbliċi. Fid-dawl tan-natura distinta tal-kuntratt ta’ konċessjoni, ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li jimmodifika d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

is-soppressjoni tal-limiti massimi intermedji previsti mill-artikolu 5, li ma jippreżentaw l-ebda valur miżjud u jirriskjaw li jrendu inutilment diffiċli l-identifikazzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva (ara l-emendi 17 u 30);

is-semplifikazzjoni tal-metodu ta’ kalkolu, bl-eliminazzjoni tad-distinzjoni bejn il-konċessjonijiet ta’ xogħlijiet u ta’ servizzi fid-dawl tal-fatt li bosta konċessjonijiet jippreżentaw natura “mħalta” u bl-introduzzjoni l-prinċipju komuni għall-kalkolu tal-“valur stmat”, li jikkorrispondi għall-fatturat nett tat-taxxi, akkumulat matul id-durata sħiħ tal-kuntratt (ara l-emendi 8, 9, 18, 19, 20, 21, 22 e 23);

il-limitazzjoni b'mod espliċitu tad-durata tal-konċessjonijiet u l-previżjoni li tali limiti ma jkunu jistgħu jissuperaw il-perijodu ta’ żmien neċessarju, sabiex il-konċessjonarju jirkupra l-investimenti magħmulin flimkien ma’ qligħ raġonevoli (ara l-emendi: 10 u 24);

l-adegwament tal-kriterji tal-aġġudikazzjoni għat-tipiċità tal-kuntratti tal-konċessjoni, bl-assikurazzjoni ta’ ċertu grad ta’ flessibilità li, fl-istess waqt, ma tattribwixxix libertà tal-għażla inkondizzjonata lill-enti jew lill-amministrazzjoni aġġudikatriċi (ara l-emendi: 11, 12, 16, 35, 44, 46, 47 u 48).

Għall-finijiet tas-semplifikazzjoni tar-regoli mdaħħlin mid-direttiva u tal-evitar tal-forom ta’ sovraregolamentazzjoni, ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li jkun soppress kull tip ta’ regola ritenuta superfluwa u, kulfejn ikun possibbli, jiġu inkorporati dispożizzjonijiet varji f’artikolu wieħed (ara l-emendi: 26, 27, 28, 41 u 43). Għal dan il-fini, ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li tkun magħmula obbligatorja l-għażla tar-regoli u tal-liġijiet applikabbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-konċessjonijiet konġunti bejn amministrazzjonijiet aġġudikatriċi jew entijiet aġġudikaturi tal-Istati Membri differenti, għall-fini li tkun evitata l-inċertezza ġuridika u r-rikors inutli għal-litigazzjoni (ara l-emendi: 31.32 u 33);

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur għal opinjoni jirritjeni li d-direttiva preżenti tista’ konkretament tikkontribwixxi għall-implementazzjoni tal-politiki intiżi li jiksbu rata għoli ta’ impjiegi, il-garanzija ta’ protezzjoni soċjali adegwata u livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u saħħa (ara l-emendi 1 u 3). F’dan is-sens, ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li lill-konċedenti tingħatalu l-possibilità li jinkludi, fil-kriterji għall-aġġudikazzjoni, kriterji ambjentali, soċjali jew relattivi għall-innovazzjoni u, fejn ikun xieraq, konċernanti l-attwazzjoni ta' politiki intiżi għall-promozzjoni ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli u koeżjoni soċjali isħaħ (ara l-emendi: 4, 14 u 15).

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jitlob lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jiġu inkorporati fir-rapport tiegħu l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 53(1) l-Artikolu 62 u l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 14, l-Artikolu 53(1), l-Artikolu 62 u l-Artikolu 114, kif ukoll il-Protokoll Nru 26 tiegħu,

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. L-għoti ta’ konċessjonijiet ta' xogħlijiet huwa preżentament soġġett għal regoli bażiċi tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi, filwaqt li l-għoti ta’ konċessjonijiet ta' servizzi b’interess transkonfinali huwa suġġett għall-prinċipji tat-Trattat, u b'mod partikolari l-prinċipju tal-moviment ħieles tal-prodotti, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll mal-prinċipji li joħorġu minnhom bħat-trattament ugwali, nondiskriminazzjoni, rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza. Hemm riskju ta’ inċertezza legali relatata ma’ interpretazzjonijiet differenti tal-prinċipji tat-Trattat mil-leġiżlaturi nazzjonali u ta’ differenzi kbar fost il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri differenti. Dan ir-riskju ġie kkonfermat mill-ġurisprudenza estensiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea iżda li wkoll indirizzatat parzjalment biss ċerti aspetti tal-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni. Għaldaqstant, il-konkretizzazzjoni uniformi tal-prinċipji tat-Trattat fl-Istati Membri kollha u t-tneħħija tad-diskrepanzi fil-fehim tagħhom huma meħtieġa fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu eliminati d-distorsjonijiet persistenti fis-Suq Intern.

(2) L-akkwist pubbliku għandu rwol fl-istrateġija Ewropa 2020 bħala wieħed mill-istrumenti bbażati fuq is-suq li għandu jintuża sabiex jinkiseb tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv filwaqt li jiġi żgurat l-aktar użu effiċjenti tal-fondi pubbliċi. F’dan il-kuntest, il-kuntratti ta’ konċessjoni jirrappreżentaw strumenti importanti fl-iżvilupp strutturali fit-tul tal-infrastrutturi u s-servizzi strateġiċi. B’mod korrispondenti, imexxu ħarir il-progress tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern, isaħħu l-għarfien espert tas-settur privat, filwaqt li jiksbu l-effikaċja u jwasslu l-innovazzjoni.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-għoti ta’ konċessjonijiet fil-mument hija soġġetta għal regoli bażiċi tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar koordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta' kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi1, filwaqt li l-għoti ta’ konċessjonijiet ta' servizzi b’interess transkonfinali huwa suġġett għall-prinċipji tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-prinċipji tal-libertà tal-moviment tal-prodotti, il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll mal-prinċipji li joħorġu minnhom bħat-trattament ugwali, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza. Hemm riskju ta’ inċertezza ġuridika marbuta ma’ interpretazzjonijiet differenti tal-prinċipji tat-TFUE mil-leġiżlaturi nazzjonali u ta’ differenzi kbar fost il-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri differenti. Dan ir-riskju ġie kkonfermat mill-ġurisprudenza estensiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li iżda indirizzatat parzjalment biss ċerti aspetti tal-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni.

 

_______________

 

1 ĠU L 134, 30.4.2004, p.114.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) Għalhekk, din id-Direttiva għandha l-mira li tikseb applikazzjoni uniformi tal-prinċipji tat-Trattat fl-Istati Membri kollha biex tkun żgurata ċ-ċertezza ġuridika, ikunu eliminati d-distorsjonijiet persistenti għas-suq intern, tikber l-effikaċja tal-infiq pubbliku, ikunu ffaċilitati l-aċċess ugwali u l-parteċipazzjoni ġusta tal-SMEs fl-għoti tal-kuntratti ta' konċessjoni, kemm f'livell lokali kemm f'livell ta' Unjoni, u jingħata sostenn lill-ksib tal-objettivi tal-politika pubblika sostenibbli.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 2c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c) Barra minn hekk, din id-Direttiva għandha l-mira li tagħti sostenn lill-implementazzjoni tal-politiki marbutin mal-promozzjoni ta’ livell għoli ta’ impjieg, mal-garanzija ta’ protezzjoni soċjali xierqa, mal-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, kif ukoll ma’ livell għoli ta’ edukazzjoni, taħriġ u protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem. B’mod korripondenti, din id-Direttiva tikkontribwixxi għall-ksib ta’ dawk l-objettivi billi tiżgura li l-kriterji soċjali marbutin mal-kundizzjonijiet ta’ xogħol, mal-protezzjoni soċjali u mas-saħħa pubblika jiddaħħlu fl-istadji kollha tal-proċedura ta' akkwist pubbliku.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Din id-Direttiva bl-ebda mod ma għandha taffettwa l-libertà tal-Istati Membri jew l-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu dwar il-forniment dirett ta' xogħlijiet jew servizzi lil entitajiet pubbliċi jew dwar l-esternalizzazzjoni ta' tali forniment lil partijiet terzi. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jibqgħu ħielsa li jiddefinixxu l-karatteristiċi tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti, inkluż kwalunkwe kondizzjonijiet rigward il-kwalità jew il-prezz tas-servizzi, sabiex isegwu l-għanijiet tal-politika pubblika tagħhom

(3) Din id-Direttiva għandha tiggarantixxi l-libertà tal-Istati Membri jew l-awtoritajiet pubbliċi li jiddeċiedu dwar il-forniment dirett ta' xogħlijiet jew servizzi lil entitajiet pubbliċi jew dwar l-esternalizzazzjoni ta' tali forniment lil partijiet terzi. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet pubbliċi għandhom jibqgħu ħielsa li jiddefinixxu l-karatteristiċi tas-servizzi li għandhom jiġu pprovduti u li jiddeċiedu jekk, kif u sa liema punt ikunu jridu jwettqu funzjonijiet pubbliċi huma stess, inkluż kwalunkwe kondizzjoni rigward il-kwalità jew il-prezz tas-servizzi, sabiex isegwu l-għanijiet tal-politika pubblika tagħhom B’mod korrispondenti, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu, b’konformità mal-Artikolu 14  tat-TFUE u l-Protokoll Nru 26 anness mat-Trattat, x'jikkunsidraw bħala servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, kif dawk is-servizzi għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati, skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, u liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu suġġetti għalihom.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Għal konċessjonijiet 'il fuq minn ċertu valur, huwa xieraq li tiġi prevista koordinazzjoni minima ta’ proċeduri nazzjonali għall-għoti ta’ dawn il-kuntratti abbażi tal-prinċipji tat-Trattat sabiex jiġi ggarantit il-ftuħ tal-konċessjonijiet għall-kompetizzjoni u ċertezza legali adekwata. Dawk il-disposizzjonijiet ta' kordinazzjoni ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija hawn fuq. Madankollu, l-Istati Membri għandhom ikun permessi jikkompletaw u jiżviluppaw aktar dawn id-dispożizzjonijiet jekk jidhrilhom li huwa xieraq, l-aktar biex tiġi żġurata l-konformità mal-prinċipji t'hawn fuq.

(4) Għal konċessjonijiet 'il fuq minn ċertu valur, huwa xieraq li tiġi prevista koordinazzjoni minima ta’ proċeduri nazzjonali għall-għoti ta’ dawn il-kuntratti abbażi tal-prinċipji tat-Trattat sabiex jiġi ggarantit il-ftuħ tal-konċessjonijiet għall-kompetizzjoni u ċertezza legali adekwata. Dawk il-disposizzjonijiet ta' kordinazzjoni ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija hawn fuq u jkun iggarantit ċertu grad ta’ flessibilità. B’mod korrispondenti, l-Istati Membri għandhom ikun permessi jikkompletaw u jiżviluppaw aktar dawn id-dispożizzjonijiet jekk jidhrilhom li huwa xieraq, l-aktar biex tiġi żġurata l-konformità mal-prinċipji t'hawn fuq.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Id-diffikultajiet relatati mal-interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ konċessjoni u kuntratt pubbliku kienu sors ta’ inċertezza legali kontinwa fost il-partijiet interessati u taw lok għal bosta sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar dan is-suġġett. Għalhekk, id-definizzjoni ta’ konċessjoni għandha tiġi ċċarata, b’mod partikolari billi jkun hemm referenza għall-kunċett ta' riskju sostanzjali tal-operar. Il-karatteristika prinċipali ta’ konċessjoni, id-dritt li jiġu sfruttati x-xogħlijiet jew s-servizzi, dejjem jimplika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ riskju ekonomiku li jinvolvi l-possibbiltà li ma jiġborx lura l-investimenti u l-ispejjeż li jkunu saru fl-operar tax-xogħlijiet jew is-servizzi mogħtija. L-applikazzjoni ta’ regoli speċifiċi li jirregolaw l-għoti ta’ konċessjonijiet ma tkunx ġustifikata jekk l-awtorità jew l-entità kontraenti teżenta lill-kuntrattur minn kwalunkwe telf potenzjali, billi tiggarantixxi dħul minimu, daqs jew ogħla mill-ispejjeż li l-kuntrattur ikollu jġarrab b'rabta mat-twettiq tal-kuntratt. Fl-istess ħin għandu jkun iċċarat li ċerti arranġamenti li huma kompletament imħallsa minn awtorità kontraenti jew minn entità kontraenti għandhom jikkwalifikaw bħala konċessjonijiet fejn l-irkupru tal-investimenti u l-ispejjeż imġarrba mill-operatur għall-eżekuzzjoni tax-xogħol jew il-forniment tas-servizz jiddependi mid-domanda reali għal jew id-disponibbiltà tas-servizz jew l-assi.

(7) Id-diffikultajiet relatati mal-interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ konċessjoni u kuntratt pubbliku kienu sors ta’ inċertezza legali kontinwa fost il-partijiet interessati u taw lok għal bosta sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar dan is-suġġett. Minħabba fil-fatt li d-dritt li jiġu sfruttati x-xogħlijiet jew s-servizzi dejjem jimplika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ riskju ekonomiku li jinvolvi l-possibbiltà li ma jiġborx lura l-investimenti u l-ispejjeż li jkunu saru fl-operar tax-xogħlijiet jew is-servizzi mogħtija, id-definizzjoni tal-konċessjoni għandha tkun kjarifikata u marbuta mal-kunċett tar-riskju ekonomiku sostanzjali. L-applikazzjoni ta’ regoli speċifiċi li jirregolaw l-għoti ta’ konċessjonijiet ma tkunx ġustifikata jekk l-awtorità jew l-entità kontraenti teżenta lill-kuntrattur minn kwalunkwe telf potenzjali, billi tiggarantixxi dħul minimu, daqs jew ogħla mill-ispejjeż li l-kuntrattur ikollu jġarrab b'rabta mat-twettiq tal-kuntratt.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) B’riferiment għar-riskju operattiv sostanzjali, għandu jkun iċċarat li ċerti arranġamenti li huma kompletament imħallsa minn awtorità kontraenti jew minn entità kontraenti għandhom jikkwalifikaw bħala konċessjonijiet fejn l-irkupru tal-investimenti u l-ispejjeż imġarrba mill-operatur għall-eżekuzzjoni tax-xogħol jew għall-forniment tas-servizz jiddependu mid-domanda reali għal jew id-disponibbiltà tas-servizz jew il-beni.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Il-valur stmat tal-konċessjoni huwa fattur kruċjali fl-għoti ta’ kuntratt ta’ konċessjoni. Sabiex tkun evitata l-inċertezza fost il-partijiet kontraenti, huwa neċessarju li jiġi preskritt prinċipju komuni għall-kalkolu ta’ tali valur. Għal dak il-fini, il-valur stmat tal-konċessjoni għandu jissejjes fuq il-fatturat annwali addizzjonali mill-bidu tal-kuntratt ta’ konċessjoni sa tmiemu.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex jiġi żgurat ftuħ reali tas-suq u bilanċ ġust fl-applikazzjoni tar-regoli tal-għoti tal-konċessjonijiet fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali huwa meħtieġ li l-entitajiet koperti jiġu identifikati fuq bażi li mhijiex l-istatus legali tagħhom. Għalhekk, għandu jiġi żgurat, li ma jiġix preġudikat it-trattament indaqs tal-entitajiet kontraenti li joperaw fis-settur pubbliku u ta’ dawk li joperaw fis-settur privat. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat, f’konformità mal-Artikolu 345 tat-Trattat, li ma jiġux preġudikati r-regoli li jirregolaw is-sistema tas-sjieda tal-proprjetà fl-Istati Membri.

(11) Sabiex jiġi żgurat ftuħ reali tas-suq u bilanċ ġust fl-applikazzjoni tar-regoli tal-għoti tal-konċessjonijiet fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali huwa meħtieġ li l-entitajiet koperti jiġu identifikati b’mod ċar fid-dawl tal-kompiti partikolari definiti mill-awtoritajiet pubbliċi. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi żgurat, f’konformità mal-Artikolu 345 tat-Trattat, li ma jiġux preġudikati r-regoli li jirregolaw is-sistema tas-sjieda tal-proprjetà fl-Istati Membri.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Sabiex tiżgura riklamar adegwat ta' konċessjonijiet ta' xogħlijiet u servizzi 'l fuq minn ċertu valur mogħtija minn entitajiet kontraenti u minn awtoritajiet kontraenti, l-għoti ta' kuntratti bħal dawn għandu jkun preċedut b'pubblikazzjoni obbligatorja ta' avviż ta' konċessjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-limiti għandhom jirriflettu interess transkonfinali ċar għall-konċessjonijiet għall-operaturi ekonomiċi li jkunu jinsabu fi Stati Membri oħra. Sabiex jiġi kkalkulat il-valur ta’ konċessjoni ta’ servizzi, għandu jiġi kkunsidrat il-valur estimat tas-servizzi kollha li għandhom jiġu pprovduti mill-konċessjonarju mill-perspettiva ta’ offerent potenzjali.

(18) Sabiex tiżgura riklamar adegwat ta' konċessjonijiet ta' xogħlijiet u servizzi 'l fuq minn ċertu valur mogħti minn entitajiet kontraenti u minn awtoritajiet kontraenti, l-għoti ta' kuntratti bħal dawn għandu jkun preċedut b'pubblikazzjoni obbligatorja ta' avviż ta' konċessjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-limiti għandhom jirriflettu interess transkonfinali ċar għall-konċessjonijiet għall-operaturi ekonomiċi li jkunu jinsabu fi Stati Membri oħra.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Il-konċessjonijiet ta’ durata twila aktarx jirriżultaw fil-għeluq tas-suq u b’hekk ixekklu l-libertà tal-moviment tas-servizzi u l-libertà tal-istabbiliment. B’danakollu, tali durata tista’ tkun ġustifikata jekk ikun neċessarju li l-konċessjonarju jingħata l-possibilità li jirkupra l-investimenti li jkun għamel hu u jeżegwixxi l-konċessjoni, inklużi l-kostijiet preliminari, kif ukoll jikseb profitt fuq il-kapital investit, li għandu jikkorrispondi mal-profitt mistenni f'kundizzjonijiet normali tas-suq.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawn is-servizzi, l-Istati Membri għandhom jingħataw diskrezzjoni wiesgħa li jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Ir-regoli ta' din id-Direttiva ma jzommux lill-Istati Membri milli japplikaw kriterji speċifiċi ta' kwalità għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas tal-Kwalità Ewropea għas-Servizzi Soċjali tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea volontarju. L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet pubbliċi jibqgħu liberi li jipprovdu dawn is-servizzi huma stess jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni ta' konċessjonijiet, pereżempju permezz tas-sempliċi finanzjament ta’ dawn is-servizzi jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-awtorità jew l-entità kontraenti, mingħajr l-ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistema tiżgura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji tat-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni.

(22) Fid-dawl tal-importanza tal-kuntest kulturali u s-sensittività ta’ dawn is-servizzi, l-Istati Membri għandhom diskrezzjoni wiesgħa li jorganizzaw l-għażla tal-fornituri ta’ servizzi bil-mod li jidhrilhom li jkun l-iżjed xieraq. Ir-regoli ta' din id-Direttiva ma jżommux lill-Istati Membri milli japplikaw kriterji speċifiċi ta' kwalità għall-għażla tal-fornituri tas-servizz, bħall-kriterji stipulati fil-Qafas tal-Kwalità Ewropea għas-Servizzi Soċjali tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali tal-Unjoni Ewropea volontarju. L-Istati Membri u/jew l-awtoritajiet pubbliċi jibqgħu liberi li jipprovdu dawn is-servizzi huma stess jew li jorganizzaw is-servizzi soċjali, bħas-servizzi kollha ta’ interess ekonomiku ġenerali, b’mod li ma jġibx miegħu l-konklużjoni ta' konċessjonijiet, pereżempju permezz tas-sempliċi finanzjament ta’ dawn is-servizzi jew bl-għoti ta’ liċenzji jew awtorizzazzjonijiet lill-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti minn qabel mill-awtorità jew l-entità kontraenti, mingħajr l-ebda limitu jew kwota, sakemm tali sistema tiżgura riklamar suffiċjenti u tikkonforma mal-prinċipji tat-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) L-għażla u l-applikazzjoni ta’ kriterji tal-għażla proporzjonali, nondiskriminatorji u ekwi hija kruċjali għall-aċċess effettiv tal-operaturi ekonomiċi għall-opportunitajiet ekonomiċi relatati mal-konċessjonijiet. B’mod partikolari, il-possibbiltà li kandidat jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra tista’ tkun deċiżiva sabiex tippermetti l-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi previst li l-kriterji tal-għażla jkunu relatati esklużivament mal-kapaċità teknika, finanzjarja u ekonomika tal-operaturi, jiġu mħabbra fl-avviż ta’ konċessjoni u ma jistgħux jipprekludu operatur ekonomiku milli jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, irrispettivament min-natura legali tar-rabtiet tiegħu ma’ dawk l-entitajiet, jekk dan juri lill-awtorità jew lill-entità kontraenti li huwa se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi meħtieġa.

(24) L-għażla u l-applikazzjoni ta’ kriterji tal-għażla proporzjonali, nondiskriminatorji u ekwi hija kruċjali għall-aċċess effettiv tal-operaturi ekonomiċi għall-opportunitajiet ekonomiċi relatati mal-konċessjonijiet. B’mod partikolari, il-possibbiltà li kandidat jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra tista’ tkun deċiżiva sabiex tippermetti l-parteċipazzjoni ta’ impriżi żgħar u medji. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi previst li l-kriterji tal-għażla jkunu relatati mal-kapaċità teknika, finanzjarja u ekonomika tal-operaturi, imma wkoll f’dak li jikkonċerna s-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, il-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet ambjentali, soċjali u ta' koeżjoni, kif ukoll mal-objettivi ta’ livell għoli ta' kwalità, ta' sikurezza u fir-rigward tal-aċċessibilità f’termini ta’ spejjeż, it-trattament ugwali u l-promozzjoni tal-aċċess universali u tad-drittijiet tal-utenti, jiġu mħabbra fl-avviż ta’ konċessjoni u ma jistgħux jipprekludu operatur ekonomiku milli jiddependi fuq il-kapaċitajiet ta’ entitajiet oħra, irrispettivament min-natura legali tar-rabtiet tiegħu ma’ dawk l-entitajiet, jekk dan juri lill-awtorità jew lill-entità kontraenti li huwa se jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu r-riżorsi meħtieġa.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza u trattament ugwali, il-kriterji għall-għoti tal-konċessjonijiet għandhom dejjem jikkonformaw ma' standards ġenerali. Dawn għandhom jiġu żvelati lill-offerenti potenzjali minn qabel, ikunu relatati mas-suġġett tal-kuntratt u m'għandhomx joffru lill-awtorità jew lill-entità kontraenti libertà tal-għażla mingħajr restrizzjonijiet. Għandhom jiżguraw il-possibilità ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. Sabiex jikkonformaw ma' dawn l-istandards filwaqt li jtejbu ċ-ċertezza legali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu l-użu tal-kriterju tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża.

(25) Sabiex ikunu żgurati t-trasparenza u trattament ugwali, il-kriterji għall-għoti tal-konċessjonijiet għandhom dejjem jikkonformaw ma' standards ġenerali. Dawn għandhom jiġu żvelati lill-offerenti potenzjali minn qabel, ikunu relatati mas-suġġett tal-kuntratt u m'għandhomx joffru lill-awtorità jew lill-entità kontraenti libertà tal-għażla mingħajr restrizzjonijiet. Għandhom jiżguraw il-possibilità ta’ kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Fejn l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jagħżlu li jagħtu konċessjoni lill-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, huma għandhom jiddeterminaw il-kriterji ekonomiċi u ta' kwalità li fuq il-bażi tagħhom huma jivvalutaw l-offerti sabiex jidentifikaw liema waħda toffri l-aħjar valur għall-flus. Id-determinazzjoni ta’ dawk il-kriterji tiddependi fuq is-suġġett tal-kuntratt billi dawn għandhom jippermettu l-valutazzjoni tal-livell tal-prestazzjoni offrut minn kull offerta fid-dawl tas-suġġett tal-konċessjoni, kif definit fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-valur għall-flus ta’ kull offerta li ser titqies.

imħassar

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Il-konċessjonijiet huma normalment arranġamenti fit-tul u kumplessi fejn il-kuntrattur jassumi r-responsabbiltajiet u r-riskji li tradizzjonalment iġorru l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti u li normalment jaqgħu taħt il-mandat tagħhom. Għal din ir-raġuni, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom iżommu marġni ta’ flessibbiltà fl-organizzazzjoni tal-proċess tal-għoti, li jinvolvi wkoll il-possibilità li jiġi nnegozjat il-kontenut tal-kuntratt mal-kandidati. Madankollu, sabiex jiġi żgurat trattament ugwali u trasparenza matul il-proċedura tal-għoti, huwa xieraq li jiġu pprovduti ċerti rekwiżiti rigward l-istruttura tal-proċedura tal-għoti, inklużi n-negozjati, it-tixrid tal-informazzjoni u d-disponibbiltà ta' reġistri bil-miktub. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi pprovdut li ma għandux ikun hemm devjazzjoni mit-termini inizjali tal-avviż tal-konċessjoni, sabiex jiġi evitat it-trattament inġust ta’ kwalunkwe kandidat potenzjali.

(27) Il-konċessjonijiet huma normalment arranġamenti fit-tul u kumplessi fejn il-kuntrattur jassumi r-responsabbiltajiet u r-riskji li tradizzjonalment iġorru l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti u li normalment jaqgħu taħt il-mandat tagħhom. Għal din ir-raġuni, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom iżommu marġni ta’ flessibbiltà fl-organizzazzjoni tal-proċess tal-għoti. Dan jinvolvi l-inklużjoni tal-flessibilità fl-użu tal-kriterji tal-għoti tal-kuntratt biex l-awtorità kontraenti tkun tista’ twettaq analiżi ekonomika u kwalitattiva globali tal-offerta flimkien mal-possibilità li jiġi nnegozjat il-kontenut tal-kuntratt mal-kandidati. Madankollu, sabiex jiġi żgurat trattament ugwali u trasparenza matul il-proċedura tal-għoti, huwa xieraq li jiġu pprovduti ċerti rekwiżiti rigward l-istruttura tal-proċedura tal-għoti, inklużi n-negozjati, it-tixrid tal-informazzjoni u d-disponibbiltà ta' reġistri bil-miktub. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi pprovdut li ma jkunx hemm devjazzjoni mit-termini inizjali tal-avviż tal-konċessjoni, sabiex jiġi evitat it-trattament inġust ta’ kwalunkwe kandidat potenzjali.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta' produzzjoni speċifiċi, għal mod speċifiku ta’ provvista ta’ servizzi, jew għal proċess speċifiku għal kwalunkwe stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott jew servizz, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-konċessjoni. Sabiex jintegraw aħjar il-konsiderazzjonijiet soċjali fl-għoti tal-konċessjonijiet, ix-xerrejja għandhom ukoll jitħallew jinkludu, fil-kriterji tal-għoti, karatteristiċi marbuta għall-kundizzjonijiet tax-xogħol. Madankollu, fejn l-awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti jużaw l-aktar offerta ekonomikament vantaġġjuża, dawn il-kriterji jistgħu jirrelataw biss mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jipparteċipaw direttament fil-proċess tal-produzzjoni jew il-forniment inkwistjoni. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jirrigwardaw biss il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni jew tiffavorixxi l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta' gruppi vulnerabbli fost il-persuni inkarigati li jwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità. F'dan il-każ, kwalunkwe kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu fi kwalunkwe każ jibqa' limitat għal karatteristiċi li jkollhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Għandhom jiġu applikati skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta 'Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi u b'mod li ma jkunx direttament jew indirettament jiddiskrimina kontra operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi li huma Partijiet għall-Ftehim jew għal Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles li fih l-Unjoni tkun parti. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandha wkoll, fejn dawn jużaw il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, jitħallew jużaw bħala kriterju għal-għoti ta' kuntratt l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat biex iwettaq il-konċessjoni konċernata, peress li dan jista' jaffettwa l-kwalità tal-prestazzjoni tal-konċessjoni u, bħala riżultat, il-valur ekonomiku tal-offerta.

(29) Fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kriterji tal-għoti, l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jitħallew jirreferu għal proċess ta' produzzjoni speċifiċi, għal mod speċifiku ta’ provvista ta’ servizzi, jew għal proċess speċifiku għal kwalunkwe stadju ieħor taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott jew servizz, sakemm dawn ikunu marbuta mas-suġġett tal-konċessjoni. Dawk il-kriterji jistgħu jinkludu kriterji ambjentali, soċjali jew marbutin mal-innovazzjoni kif ukoll element marbutin ma’ objettivi ta’ politika pubblika mmirati lejn il-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-koeżjoni soċjali. Sabiex jintegraw aħjar il-konsiderazzjonijiet soċjali fl-għoti tal-konċessjonijiet, ix-xerrejja għandhom ukoll jitħallew jinkludu, fil-kriterji tal-għoti, karatteristiċi marbuta għall-kundizzjonijiet tax-xogħol. Dawk il-karatteristiċi jistgħu jirrigwardaw il-protezzjoni tas-saħħa tal-persunal involut fil-proċess tal-produzzjoni, u s-salvagwardja tal-kundizzjonijiet tal-impjieg u tax-xogħol tagħhom u l-konformità ma’ ftehimiet kollettivi għalihom, jew jiffavorixxu l-integrazzjoni soċjali ta’ persuni żvantaġġati jew membri ta' gruppi vulnerabbli fost il-persuni inkarigati li jwettqu l-kuntratt, inkluża l-aċċessibbiltà għall-persuni b’diżabilità. F'dan il-każ, kwalunkwe kriterju tal-għoti li jinkludi dawk il-karatteristiċi għandu fi kwalunkwe każ jibqa' limitat għal karatteristiċi li jkollhom konsegwenzi immedjati fuq il-membri tal-persunal fl-ambjent tax-xogħol tagħhom. Għandhom jiġu applikati skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi u b'mod li ma jkunx direttament jew indirettament jiddiskrimina kontra operaturi ekonomiċi minn Stati Membri oħra jew minn pajjiżi terzi li huma Partijiet għall-Ftehim jew għal Ftehimiet ta' Kummerċ Ħieles, abbażi tar-rispett tal-istandards tal-ILO, li fih l-Unjoni tkun parti.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Ma għandhomx jingħataw konċessjonijiet lill-operaturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ħasil tal-flus. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jiġi sanzjonat ukoll b’esklużjoni mandatorja fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jingħataw il-possibbiltà li jeskludu kandidati jew offerenti minħabba vjolazzjonijiet serji tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali bil-għan li jipproteġu l-interessi pubbliċi kompatibbli mat-Trattat jew fejn l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta' konċessjoni jew konċessjonijiet preċedenti ta' natura simili mal-istess awtorità kontraenti jew entità kontraenti.

(33) Ma għandhomx jingħataw konċessjonijiet lill-operaturi ekonomiċi li jkunu pparteċipaw f’organizzazzjoni kriminali, inkluża l-parteċipazzjoni fl-isfruttament tal-kummerċ fil-bnedmin u t-tħaddim tat-tfal, jew li jkunu nstabu ħatja ta’ korruzzjoni, frodi għad-detriment tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew ħasil tal-flus. In-nuqqas ta’ ħlas ta’ taxxi jew ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għandu jiġi sanzjonat ukoll b’esklużjoni mandatorja fil-livell tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jingħataw il-possibbiltà li jeskludu kandidati jew offerenti minħabba vjolazzjonijiet serji tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali bil-għan li jipproteġu l-interessi pubbliċi kompatibbli mat-Trattat jew fejn l-operatur ekonomiku jkun wera nuqqasijiet sinifikanti jew persistenti fit-twettiq ta' konċessjoni jew konċessjonijiet preċedenti ta' natura simili mal-istess awtorità kontraenti jew entità kontraenti.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-proċeduri għal akkwisti mill-awtoritajiet kontraenti u mill-entitajiet kontraenti fir-rigward ta' konċessjonijiet li l-valur tagħhom huwa estimat għal mhux anqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 5.

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar il-proċeduri għall-għoti ta’ konċessjonijiet ta’ xogħlijiet jew servizzi li l-valur tagħhom huwa estimat għal mhux anqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 5.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Prinċipju ta’ amministrazzjoni ħielsa mill-awtoritajiet pubbliċi

 

Din id-Direttiva tirrikonoxxi l-prinċipju ta’ amministrazzzjoni libera mill-awtoritajiet pubbliċi b’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ u l-liġi tal-Unjoni. Dawk l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu liberi li jiddeċiedu dwar il-metodu ta’ ġestjoni li jqisu l-iktar xieraq sabiex jitwettqu x-xogħlijiet u/jew jipprovdu s-servizzi li huma responsabbli għalihom.

 

Din id-Direttiva ma taffettwax il-libertà tal-Istati Membri li jiddefinixxu, f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, dak li jikkunsidraw li huma servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, kif dawn is-servizzi għandhom jiġu organizzati u ffinanzjati, f’konformità mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat, u liema obbligi speċifiċi għandhom ikunu soġġetti għalihom.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) 'konċessjonijiet' tfisser konċessjonijiet ta' xogħlijiet pubbliċi, konċessjonijiet ta' xogħlijiet jew konċessjonijiet ta' servizzi.

(1) 'konċessjonijiet' tfisser konċessjonijiet ta' xogħlijiet jew ta' servizzi.

Ġustifikazzjoni

Id-distinzjoni bejn konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi u konċessjonijiet ta’ xogħlijiet mhijiex utli fil-prattika. Emenda għal skopijiet ta’ simplifikazzjoni.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) 'konċessjoni ta' xogħlijiet pubbliċi' tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti waħda jew aktar u li jkollu bħala għan tiegħu l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet, fejn il-korrispettiv għax-xogħlijiet li għandhom jitwettqu jikkonsisti jew unikament fid-dritt ta' sfruttament tax-xogħlijiet li huma s-suġġett tal-kuntratt jew f'dak id-dritt flimkien ma' ħlas.

(4) ‘konċessjoni xogħlijiet pubbliċi’ tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub fejn awtorità kontraenti jew entità kontraenti waħda jew aktar tafda l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar, fejn għaldaqstant il-korrispettiv jikkonsisti jew unikament fid-dritt ta’ sfruttament tax-xogħlijiet li huma s-suġġett tal-kuntratt jew f'dak id-dritt flimkien ma’ ħlas.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) "konċessjoni ta' servizzi" tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub bejn operatur ekonomiku wieħed jew aktar u awtorità kontraenti jew entità kontraenti waħda jew aktar u li jkollu bħala l-għan tiegħu l-provvediment ta' servizzi għajr dawk imsemmija fil-punti 2 u 4 meta l-korrispettiv għas-servizzi li jkunu se jiġu pprovduti jikkonsisti jew fid-dritt ta' sfruttament tas-servizzi li jkunu s-soġġett tal-kuntratt jew f'dak id-dritt flimkien ma' ħlas.

(7) "konċessjoni ta' servizzi" tfisser kuntratt bi ħlas miftiehem bil-miktub fejn awtorità kontraenti jew entità kontraenti waħda jew aktar tafda l-provvediment ta' servizzi lil operatur ekonomiku wieħed jew aktar, meta l-korrispettiv jikkonsisti jew fid-dritt ta' sfruttament tas-servizz li jkun is-suġġett tal-kuntratt jew f'dak id-dritt flimkien ma' ħlas;

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) ‘ċiklu tal-ħajja’ tfisser l-istadji konsekuttivi u/jew marbutin bejniethom kollha, inklużi l-produzzjoni, it-trasport, l-użu u l-manutenzjoni matul l-eżistenza ta’ prodott jew xogħlijiet jew il-forniment ta’ servizz, mix-xiri tal-materja prima jew il-ġenerazzjoni ta’ riżorsi sar-rimi, l-ikklirjar u l-finalizzazzjoni.

imħassar

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-dritt ta' sfruttament ta' xogħlijiet jew is-servizzi kif imsemmija fil-punti 2, 4 u 7 tal-ewwel paragrafu għandu implika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta' operazzjonali sostanzjali. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi r-riskju operazzjonali sostanzjali meta ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-konċessjoni.

2. Id-dritt ta' sfruttament ta' xogħlijiet jew is-servizzi kif imsemmija fil-punti 2, 4 u 7 tal-ewwel paragrafu għandu jimplika t-trasferiment lill-konċessjonarju ta’ parti sostanzjali tar-riskju ekonomiku. Il-konċessjonarju għandu jitqies li jassumi r-riskju operazzjonali sostanzjali meta ma jkunx garantit li jirkupra l-investimenti magħmula jew l-ispejjeż imġarrba fl-operat tax-xogħlijiet jew is-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt.

Li r-riskju ekonomiku jista' jikkonsisti f'wieħed minn dawn li ġejjin:

Ir-riskju ekonomiku għandu jinftiehem bħala:

a) ir-riskju relatat mal-użu tax-xogħlijiet jew d-domanda għall-provvista tas-servizz; jew

(a) ir-riskju fuq id-domanda attwali għax-xogħlijiet jew is-servizzi li jkunu l-oġġett tal-kuntratt; jew

(b) ir-riskju relatat mad-disponibbiltà tal-infrastruttura pprovduta mill-konċessjonarju jew użata għall-provvista ta’ servizzi lill-utenti.

(b) ir-riskju relatat mad-disponibbiltà tal-infrastruttura pprovduta mill-konċessjonarju jew użata għall-provvista ta’ servizzi lill-utenti.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Konċessjonijiet ta' servizzi li l-valur tagħhom huwa ugwali għal jew aktar minn EUR 2 500 000 iżda anqas minn EUR 5 000 000 minbarra servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħrajn, għandhom ikunu suġġetti għall-obbligu li jippubblikaw avviż tal-għoti ta' konċessjoni skont l-Artikoli 27 u 28.

imħassar

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Metodi għall-kalkolu tal-valur estimat ta’ konċessjoni

Metodi għall-kalkolu tal-valur estimat ta’ konċessjoni

1. Il-kalkolu tal-valur estimat ta' konċessjoni għandu jiġi bbażat fuq l-ammont totali pagabbli, nett mill-VAT, kif estimat mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti, inkluż kull forma ta' opzjoni u kull estensjoni tat-tul taż-żmien tal-konċessjoni.

1. Il-kalkolu tal-valur estimat ta' konċessjoni għandu jiġi bbażat fuq il-fatturat aggregat qabel it-taxxa, matul iż-żmien tal-kuntratt kif estimat mill-offerent. Din l-istima għandha tkun valida fil-ħin li tiġi pubblikata n-notifika tal-konċessjoni, jew, f’każijiet li din in-notifika ma tkunx meħtieġa, fil-ħin meta l-awtorità kontraenti jew l-entità tibda l-proċedura għall-għoti tal-konċessjoni. Meta l-valur ikun modifikat wara negozjati matul il-proċedura tal-għoti, l-istima valida tkun dik indikata fil-ħin tal-iffirmar tal-kuntratt.

2. Tal-valur estimat ta' konċessjoni għandu jkun ikkalkulat bħala l-valur tax-xogħlijiet jew servizzi kollha, anke jekk akkwistati permezz ta’ kuntratti differenti, fejn il-kuntratti jkunu parti minn proġett wieħed. Indikazzjonijiet għall-eżistenza ta’ proġett wieħed jikkonsistu f’ippjanar u konċepiment ġenerali minn qabel mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti, il-fatt li l-elementi differenti mixtrija jissodisfaw funzjoni ekonomika u teknika waħda jew li huma b'xi mod ieħor loġikament interkonnessi.

2. Il-valur estimat ta' konċessjoni għandu jkun ikkalkulat bħala l-valur tax-xogħlijiet u/jew servizzi kollha li huma parti minn proġett wieħed ta’ konċessjoni, inklużi l-istudji. In-natura unika tal-proġett tista’ tintwera b’mod partikolari mill-eżistenza ta’ ppjanar u konċepiment ġenerali minn qabel mill-awtorità jew l-entità kontraenti, permezz tal-fatt li l-elementi differenti tal-proġett jissodisfaw funzjoni ekonomika u teknika waħda jew permezz tal-fatt li huma b'xi mod ieħor loġikament interkonnessi.

Meta l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tipprovdi għal għotjiet jew pagamenti lil kandidati jew offerenti, għandha tqishom meta tikkalkula l-valur estimat tal-konċessjoni.

 

3. L-għażla tal-metodu għall-kalkolu tal-valur estimat ta’ konċessjoni ma għandhiex issir bl-intenzjoni li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Proġett ta' xogħlijiet jew sett ta' servizzi m'għandux jiġi subdiviż bl-effett li jimpedixxih milli jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, sakemm ma jkunx ġustifikat b'raġunijiet oġġettivi.

3. L-istima tal-valur ta’ konċessjoni ma għandhiex issir bl-intenzjoni li tiġi eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Proġett ta' xogħlijiet jew sett ta' servizzi m'għandux jiġi subdiviż bl-effett li jimpedixxih milli jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, sakemm ma jkunx ġustifikat b'raġunijiet oġġettivi.

4. Din l-istima għandha tkun valida fil-mument meta jintbagħat l-avviż ta' konċessjoni, jew, fil-każijiet fejn avviż bħal dan ma jkunx previst, fil-mument meta l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti tibda l-proċedura tal-għoti tal-konċessjoni, partikolarment billi tiddefinixxi l-karatteristiċi essenzjali tal-konċessjoni maħsuba.

4. Il-valur estimat tal-konċessjoni huwa kkalkulat skont metodu oġġettiv ippreċiżat fin-notifika tal-konċessjoni.

5. Għall-konċessjonijiet ta’ xogħlijiet pubbliċi u konċessjonijiet ta' xogħlijiet, il-kalkolu tal-valur estimat għandu jqis kemm l-ispiża tax-xogħlijiet kif ukoll il-valur totali estimat tal-provvisti u s-servizzi li jitqegħdu għad-dispożizzjoni tal-kuntrattur mill-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti, sakemm dawn ikunu meħtieġa għall-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet.

 

6. Meta xogħol propost jew xiri ta’ servizzi jistgħu jirriżultaw f’konċessjonijiet mogħtija fl-istess ħin fil-forma ta’ lottijiet separati, għandu jiġi kkunsidrat il-valur totali estimat ta' dawn il-lottijiet.

 

7. Meta l-valur aggregat tal-lottijiet ikun daqs jew aktar mil-limitu stabbilit fl-Artikolu 5, din id-Direttiva għandha tapplika għall-għoti ta’ kull lott.

 

8. L-awtoritajiet kontraenti jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħtu konċessjonijiet għal lottijiet individwali mingħajr ma japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar l-għoti previsti f'din id-Direttiva, sakemm il-valur estimat nett mill-VAT tal-lott konċernat ikun anqas minn EUR 1 miljun. Madankollu, il-valur aggregat tal-lottijiet hekk mogħtija mingħajr l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva m' għandux jeċċedi 20% tal-valur aggregat tal-lottijiet kollha li jkun ġie maqsum fihom ix-xogħol propost jew ix-xiri propost.

 

9. Il-valur ta’ konċessjonijiet tas-servizzi għandu jkun il-valur totali estimat tas-servizzi li se jingħataw minn il-konċessjonarju tul iż-żmien kollu tal-konċessjoni, kalkulat skont metodoloġija oġġettiva li għandha tiġi speċifikata fl-avviż tal-konċessjoni jew fid-dokumenti tal-konċessjoni.

 

Il-bażi għall-kalkolazzjoni tal-valur estima tal-konċessjoni għandu, fejn xieraq, ikun kif ġej:

 

a) għal servizzi tal-assigurazzjoni: il-primjum pagabbli, u forom oħra ta’ rimunerazzjoni;

 

(b) għas-servizzi bankarji u servizzi finanzjarji oħra: it-tariffi, il-kummissjonijiet, l-imgħax u forom oħra ta’ rimunerazzjoni;

 

(c) għal servizzi ta' tfassil: il-miżati, il-kummissjoni pagabbli u forom oħra ta’ rimunerazzjoni.

 

10. Il-valur tal-konċessjonijiet għandu jinkludi kemm id-dħul estimat li għandhom jirċievu partijiet terzi kif ukoll l-ammonti li għandhom jitħallsu mill-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

 

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) mill-inqas 90 % tal-attivitajiet ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li tikkontrollaha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità kontraenti;

(b) l-attivitajiet kollha ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti li tikkontrollaha jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati minn dik l-awtorità jew entità kontraenti;

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-paragrafu 1 japplika wkoll fejn entità kkontrollata li hija awtorità kontraenti jew entità kontraenti kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 tagħti konċessjoni lill-entità li jikkontrollaha, jew lil persuna ġuridika oħra kkontrollata mill-istess awtorità kontraenti, sakemm ma jkun hemm l-ebda parteċipazzjoni privata fil-persuna ġuridika li tingħata l-konċessjoni pubblika.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-eżenzjoni interna inversa proposta mill-Kummissjoni tmur lil hinn mis-sentenza Teckal u tirrestrinġi l-kompetizzjoni b’mod eċċessiv.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) mill-inqas 90% tal-attivitajiet dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti li jikkontrollawha kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtorità jew entità kontraenti;

(b) l-attivitajiet kollha ta’ dik il-persuna ġuridika jitwettqu għall-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti li jikkontrollawha kif imsemmi fil-paragrafu 1 is-subparagrafu 1 tal-Artikolu 4 jew għal persuni ġuridiċi oħra kkontrollati mill-istess awtorità jew entità kontraenti;

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-ftehim jistabbilixxi kooperazzjoni leali bejn l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti, bil-għan li jwettqu b’mod konġunt il-kompiti ta’ servizz pubbliku tagħhom u jinvolvi drittijiet u obbligi reċiproċi tal-partijiet;

(a) il-ftehim jistabbilixxi kooperazzjoni leali bejn l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti li jaġixxu bħala awtoritajiet kompetenti sabiex b’mod konġunt jiżguraw l-organizzazzjoni tal-istess missjoni tas-servizz pubbliku;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika ta' kooperazzjoni orizzontali.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-ftehim huwa regolat biss minn kunsiderazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-interess pubbliku;

(b) il-ftehim huwa regolat biss minn kunsiderazzjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-interess pubbliku u ma għandu l-ebda orjentazzjoni tas-suq;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika ta' kooperazzjoni orizzontali.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti parteċipanti ma għandhomx iwettqu fis-suq miftuħ aktar minn 10%, f’termini ta' fatturat, tal-attivitajiet li huma rilevanti fil-kuntest tal-ftehim;

(c) l-awtoritajiet jew entitajiet kontraenti parteċipanti ma għandhomx joperaw fis-suq miftuħ;

Ġustifikazzjoni

B’konformità ma’ emendi preċedenti.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-mument tal-għoti tal-konċessjoni jew tal-konklużjoni tal-ftehim għandu jiġi vverifikat li m’hemm l-ebda parteċipazzjoni privata msemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

Fil-mument tal-għoti tal-konċessjoni jew tal-konklużjoni tal-ftehim għandu jiġi vverifikat li m’hemm l-ebda parteċipazzjoni privata u l-kundizzjonijiet l-oħra kollha msemmija fil-paragrafi 1 sa 4.

Ġustifikazzjoni

Il-kundizzjonijiet kollha msemmija fil-paragrafi 1-4 għandhom ikunu verifikati fil-fażi tal-għoti, mhux biss il-parteċipazzjoni privata.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eċċezzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu għandhom jieqfu japplikaw mill-mument li fih isseħħ kwalunkwe parteċipazzjoni privata, bl-effett li l-konċessjonijiet fis-seħħ ikunu jridu jinfetħu għall-kompetizzjoni permezz ta’ proċeduri regolari tal-għoti.

L-eċċezzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu għandhom jieqfu milli japplikaw mill-mument li fih kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet kumulattivi mniżżla fihom ma tibqax tiġi sodisfatta, bl-effett li l-konċessjonijiet attwali jkunu jridu jinfetħu għall-kompetizzjoni permezz ta’ proċeduri regolari tal-għoti.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tul tal-konċessjoni għandu jkun limitat għaż-żmien estimat meħtieġ sabiex il-konċessjonarju jirkupra l-investimenti magħmula fl-operat tax-xogħlijiet jew servizzi flimkien ma’ dħul raġonevoli fuq il-kapital investit.

Għal konċessjonijiet li jdumu aktar minn ħames snin, it-tul massimu tal-konċessjoni ma għandux jeċċedi ż-żmien estimat meħtieġ sabiex il-konċessjonarju jirkupra l-investimenti magħmula fl-operat tax-xogħlijiet jew servizzi, inklużi l-kostijiet preliminari, flimkien ma’ dħul raġonevoli fuq il-kapital investit korrispondenti għal profitt mistenni f’kondizzjonijiet normali tas-suq.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Gruppi ta’ operaturi ekonomiċi jistgħu jissottomettu offerti jew jipproponu lilhom infushom bħala kandidati.

3. Gruppi ta’ operaturi ekonomiċi jistgħu jissottomettu offerti jew jipproponu lilhom infushom bħala kandidati. Gruppi ta’ operaturi ekonomiċi, l-aktar l-SMEs, jistgħu jieħdu l-forma ta’ konsorzju ta’ impriżi.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li jixtiequ jagħtu konċessjoni għandhom jagħrfu bl-intenzjoni tagħhom permezz ta' avviż ta' konċessjoni.

1. L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti li jixtiequ jagħtu konċessjoni għandhom juru l-intenzjoni tagħhom permezz ta' avviż ta' konċessjoni skont l-Artikolu 28.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilliti dawk il-forom standard. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu aodttati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 48.

imħassar

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fejn ix-xogħlijiet jew is-servizzi jistgħu jiġu provduti biss minn operatur ekonomiku partikolari minħabba n-nuqqas ta' kompetizzjoni għal raġunijiet tekniċi, il-protezzjoni tal-privattivi, id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet oħra ta' proprjetà intelletwali jew il-protezzjoni ta' drittijiet esklussivi oħra u fejn l-ebda alternattiva raġonevoli jew sostituzzjoni ma teżisti u n-nuqqas ta' kompetizzjoni mhux ir-riżultat ta’ tiċkin artifiċjali tal-parametri tal-għoti ta' konċessjoni;

(b) fejn ix-xogħlijiet jew is-servizzi jistgħu jiġu provduti biss minn operatur ekonomiku partikolari għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

 

(i) l-għan tal-konċessjoni huwa l-ħolqien jew l-akkwist ta’ opra artistika jew performance artistika unika;

 

(ii) il-kompetizzjoni tkun assenti għal raġunijiet tekniċi;

 

(iii) il-protezzjoni tal-privattivi, id-drittijiet tal-awtur u drittijiet oħra ta’ proprjetà intellettwali jew il-protezzjoni ta’ drittijet esklussivi oħra.

 

L-eċċezzjonijiet iddelineati fil-punti (ii) u (iii) japplikaw biss fejn ma jkunx hemm alternattiva jew sostitut raġonevoli u l-assenza ta' kompetizzjoni ma tkunx ir-riżultat ta' traqqiq artifiċjali tal-parametri tal-għoti tal-konċessjoni;

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-offerta għandha titqies mhux adattata fejn:

6. Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 5, l-offerta għandha titqies mhux adattata fejn:

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 għandu japplika wkoll għal dawk il-konċessjonijiet ta' servizzi li l-valur estimat tagħhom, kif ikkalkulat skont il-metodu msemmi fl-Artikolu 6(5), hu ugwali jew ogħla minn EUR 2 500 000 bl-unika eċċezzjoni tas-servizzi soċjali u servizzi speċifiċi oħra kif imsemmi fl-Artikolu 17.

imħassar

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta tiġi determinata l-liġi nazzjonali applikabbli b’konformità mal-punt (a), l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti jistgħu jagħżlu d-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ kwalunkwe Stat Membru li fih tinstab tal-inqas waħda mill-awtoritajiet parteċipanti.

Meta tiġi determinata l-liġi nazzjonali applikabbli b’konformità mal-punt (a), l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom jagħżlu d-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ kwalunkwe Stat Membru li fih tinstab tal-inqas waħda mill-awtoritajiet parteċipanti.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fin-nuqqas ta' ftehim li jiddetermina r-regoli applikabbli għall-konċessjoni, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola l-għoti ta' konċessjoni għandha tiġi determinati skont ir-regoli stabbiliti hawn taħt:

imħassar

(a) fejn il-proċedura titwettaq jew tiġi mmaniġjata minn awtorità jew entità kontraenti parteċipanti waħda f'isem l-oħrajn, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru ta' dik li l-awtorità jew l-entità kontraenti;

 

(b) fejn il-proċedura ma titwettaqx jew tiġi mmaniġjata minn awtorità jew entità kontraenti parteċipanti waħda f’isem l-oħrajn, u

 

(i) tikkonċerna x-xogħlijiet pubbliċi jew xogħlijiet b'konċessjoni, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-biċċa l-kbira tax-xogħlijiet ikunu jinsabu;

 

(ii) tikkonċerna kuntratt ta’ servizz, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun ipprovduta l-parti l-kbira tas-servizzi;

 

(c) fejn ma jkunx possibbli li tiġi determinata l-liġi nazzjonali applikabbli skont il-punti (a) jew (b), l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru tal-awtorità kontraenti li ġġorr l-akbar sehem mill-ispejjeż.

 

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fin-nuqqas ta' ftehim li jiddetermina l-liġi applikabbli għall-għoti tal-konċessjoni taħt il-paragrafu 3, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tigverna l-proċeduri għall-għoti tal-konċessjoni mwettqa minn korpi ġuridiċi konġunti imwaqqaf minn diversi awtoritajiet kontraenti jew entitajiet kontraenti minn Stati Membri differenti għandhom jiġu determinati skont ir-regoli li ġejjin:

imħassar

(a) fejn il-proċedura titwettaq jew tiġi mmaniġjata mill-korp kompetenti tal-entità ġuridika konġunta, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istat Membru fejn l-entità ġuridika jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha.

 

(b) fejn il-proċedura titwettaq jew tiġi mmaniġjata minn membru tal-entità ġuridika f’isem dik l-entità ġuridika, għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 4.

 

(c) fejn mhuwiex possibbli li tiġi determinata l-liġi nazzjonali applikabbli skont il-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri fejn l-entità ġuridika jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha.

 

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 5 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) huma għandhom jindikaw fid-dokumenti tal-konċessjoni liema elementi jistgħu jkunu soġġetti għan-negozjati u liema elementi jiddefinixxu r-rekwiżiti minimi kif imsemmi fil-paragrafu 1;

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw, fl-avviż tal-konċessjoni l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni relatati ma’:

1. L-awtoritajiet kontraenti għandhom jispeċifikaw, fl-avviż tal-konċessjoni l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni relatati ma’:

(a) l-adegwatezza għat-twettiq tal-attività professjonali;

(a) l-adegwatezza għat-twettiq tal-attività professjonali;

(b) il-qagħda ekonomika u finanzjarja;

(b) il-qagħda ekonomika u finanzjarja;

(c) l-abilità teknika u professjonali.

(c) l-abilità teknika u professjonali.

L-awtoritajiet kontraenti għandhom jillimitaw kwalunkwe kundizzjoni għal parteċipazzjoni għal dawk li huma xierqa biex jiżguraw li kandidat jew offerent għandu l-kapaċitajiet legali u finanzjarji u l-abilitajiet kummerċjali u tekniċi li jwettaq il-konċessjoni li għandha tingħata. Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu relatati u strettament proporzjonati mas-suġġett tal-kuntratt, billi jieħdu f’kunsiderazzjoni l-ħtieġa li tiġi żgurata kompetizzjoni ġenwina.

Ir-rekwiżiti kollha għandhom ikunu relatati u strettament proporzjonati għall-ħtieġa li tkun żgurata l-abilità tal-konċessjonarju li jeżegwixxi l-konċessjoni, filwaqt li jitqies is-suġġett tal-kuntratt, u l-iskop li tkun żgurata kompetizzjoni ġenwina

L-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw ukoll fl-avviż tal-konċessjoni r-referenza jew referenzi li għandhom jiġu ppreżentati bħala prova tal-kapaċitajiet tal-operatur ekonomiku. Ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ dawk ir-referenzi għandhom ikunu nondiskriminatorji u proporzjonati għas-suġġett tal-konċessjoni.

L-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jindikaw ukoll fl-avviż tal-konċessjoni r-referenza jew referenzi li għandhom jiġu ppreżentati bħala prova tal-kapaċitajiet tal-operatur ekonomiku. Ir-rekwiżiti fir-rigward ta’ dawk ir-referenzi għandhom ikunu nondiskriminatorji u proporzjonati għas-suġġett tal-konċessjoni.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jadottaw ir-regoli li jiġġieldu n-nepotiżmu, il-korruzzjoni u li jevitaw il-konflitti ta’ interess, immirati li jiżguraw it-trasparenza tal-proċedura tal-għoti u t-trattament ugwali tal-offerenti kollha.

4. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli xierqa biex jipprevjenu, jidentifikaw u jirmedjaw immedjatament in-nepotiżmu, il-korruzzjoni u l-konflitti ta’ interess, immirati li jiżguraw it-trasparenza tal-proċedura tal-għoti u t-trattament ugwali tal-offerenti kollha.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 36a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 36a

 

Raġunijiet għall-esklużjoni ta’ kandidati

 

(dan l-Artikolu l-ġdid għandu jkun fih l-Artikolu 36(5) sa (9) inklużivament)

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 5 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ħasil ta’ flus, kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/308/KEE.

(e) ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Kunsill.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 5 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) il-parteċipazzjoni fl-isfruttament tat-traffikar tal-bnedmin u t-tħaddim tat-tfal koperti bid-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Kwalunkwe kandidat jew offerent li qiegħed f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 5 sa 7 jista’ jipprovdi lill-awtorità jew lill-entità kontraenti bi provi li juru l-affidabilità tiegħu minkejja l-eżistenza ta' raġuni relevanti għall-esklużjoni.

8. Kwalunke kandidat jew offerent li qiegħed f’waħda mis-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 3 jista’ jipprovdi lill-awtorità jew lill-entità kontraenti bi provi li juru l-affidabilità tiegħu, jew, fejn xieraq, l-affidabilità tas-sottokuntrattur tiegħu, minkejja l-eżistenza tar-raġuni relevanti għall-esklużjoni.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stipular ta’ limiti ta’ żmien

Limiti ta' żmien għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għall-konċessjoni

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta jistipulaw il-limiti ta' żmien għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għal konċessjoni u s-sottomissjoni tal-offerti, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom iqisu partikolarment tal-kumplessità tal-konċessjoni u ż-żmien meħtieġ għat-tifsil tal-offerti, mingħajr preġudizzju għal-limiti ta' żmien minimi stipulati fl-Artikolu 37.

1. Meta jistipulaw il-limiti ta' żmien għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għal konċessjoni u s-sottomissjoni tal-offerti, l-awtoritajiet jew l-entitajiet kontraenti għandhom iqisu partikolarment il-kumplessità tal-konċessjoni u ż-żmien meħtieġ għat-tifsil tal-offerti, mingħajr preġudizzju għal-limiti ta' żmien minimi stipulati fil-paragrafi 3 u 4.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 38

 

Limiti ta' żmien għas-sottomissjoni ta' applikazzjonijiet għall-konċessjoni

 

1. Fejn l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jirrikorru għal konċessjoni, il-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-appikazzjonijiet għall-konċessjonijiet m'għandux ikun ta' inqas minn 52 jum mid-data li fiha tkun ntbagħat l-avviż tal-konċessjoni.

3. Fejn l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jirrikorru għal konċessjoni, il-limitu ta' żmien għas-sottomissjoni tal-appikazzjonijiet għall-konċessjonijiet m'għandux ikun ta' inqas minn 52 jum mid-data li fiha jkun ntbagħat l-avviż tal-konċessjoni.

2. Il-limitu taż-żmien għall-irċevuta tal-offerti jista' jitnaqqas b'ħamest ijiem fejn l-entità kontraenti taċċetta illi l-offerti jistgħu jiġu sottomessi b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 25.

4. Il-limitu taż-żmien għall-irċevuta tal-offerti jista' jitnaqqas b'ħamest ijiem fejn l-entità kontraenti taċċetta illi l-offerti jistgħu jiġu sottomessi b’mezzi elettroniċi f’konformità mal-Artikolu 25.

(Jekk jiġu adottati, iż-żewġ paragrafi tal-Artikolu 38 isiru l-Artikolu 37(3) and (4).)

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-konċessjonijiet għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali u li jiżguraw li l-offerti jiġu vvalutati f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva biex jiġi identifikat vantaġġ ekonomiku kumplessiv għall-awtorità jew l-entità kontraenti.

1. Il-konċessjonijiet għandhom jingħataw fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jiżguraw konformità mal-prinċipji ta’ trasparenza, nondiskriminazzjoni u trattament ugwali u li jiżguraw li l-offerti jiġu vvalutati bil-ħsieb li jiġi identifikat vantaġġ kumplessiv ekonomiku, ambjentali, soċjali u ta’ koeżjoni.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-kriterji tal-għoti ma jagħtux libertà mingħajr restrizzjoni ta’ għażla lill-awtorità kontraenti jew lill-entità kontaenti u ma għandhomx jinbidlu b’mod arbitrarju jew diskriminatorju matul in-negozjati. Kwalunkwe bidla għandha tiġi nnotifikata lill-kandidati u lill-offerenti kkonċernati.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu marbuta mas-suġġett tal-konċessjoni u ma jikkonferixxux libertà tal-għażla mingħajr restrizzjonijiet fuq l-awtorità kontraenti jew l-entità kontraenti.

2. Il-kriterji tal-għoti għandhom ikunu marbuta mas-suġġett tal-konċessjoni, u jistgħu jinkludu aspetti ambjentali, soċjali jew marbutin mal-innovazzjoni, u, fejn ikun xieraq, raġunijiet ta’ politika pubblika għall-promozzjoni tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-koeżjoni soċjali.

Dawn il-kriterji għandhom jiżguraw kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti. L-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jivverifikaw b’mod effettiv abbażi tal-informazzjoni u l-provi pprovduti mill-offerenti jekk l-offerti jissodisfawx il-kriterji tal-għoti.

Dawn il-kriterji għandhom jiżguraw kompetizzjoni effettiva u għandhom ikunu akkumpanjati minn rekwiżiti li jippermettu li tiġi verifikata b’mod effettiv l-informazzjoni pprovduta mill-offerenti.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtoritajiet u l-entitajiet kontraenti għandhom jibbażaw l-għoti ta' konċessjonijiet fuq il-kriterju tal-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament, f’konformità mal-paragrafu 2. Dawk il-kriterji jistgħu jinkludu, minbarra l-prezz jew spejjeż, kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin

imħassar

(a) kwalità, inklużi l-mertu tekniku, il-karatteristiki estetiċi u funzjonali, l-aċċessibbiltà, id-disinn għall-utenti kollha, il-karatteristiċi ambjentali u l-karattru innovattiv.

 

(b) għal konċessjonijiet ta’ servizzi u konċessjonijiet li jinvolvu d-disinjar ta’ xogħlijiet, jistgħu jittieħdu f’kunsiderazzjoni l-organizzazzjoni, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persunal assenjat għat-twettiq tal-konċessjoni inkwistjoni, bil-konsegwenza li wara l-għoti tal-konċessjoni, dan il-persunal jista’ jiġi sostitwit biss bil-kunsens tal-awtorità jew l-entità kontraenti, li trid tivverifika li s-sostituti jiżguraw organizzazzjoni u kwalità ekwivalenti;

 

(c) servizz ta’ wara l-bejgħ u l-assistenza teknika, id-data tal-kunsinna u l-perjodu tal-kunsinna jew il-perjodu tat-tlestija;

 

(d) il-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew il-kunsinna tax-xogħlijiet mitluba, il-provvisti jew is-servizzi jew ta' kwalunkwe stadju ieħor fiċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu kif imsemmi fil-punt 14 tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2, sal-punt li l-kriterji jikkonċernaw fatturi direttament involuti f'dawn il-proċessi u jikkaratterizzaw il-proċess speċifiku tal-produzzjoni jew il-forniment tax-xogħlijiet, il-provvisti jew is-servizzi.

 

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fil-każ imsemmi fil-paragrafu 4, mill-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tispeċifika fl-avviż tal-kuntratt, fl-istedina għas-sottomissjoni tal-offerti, jew fid-dokumenti tal-konċessjoni, l-ippiżar relattiv li tagħti lil kull waħda mill-kriterji magħżula biex tistabbilixxi l-offerta l-aktar vantaġġuża ekonomikament.

imħassar

Dawk il-piżijiet jistgħu jingħataw billi tiġi pprovduta medda b’firxa massima xierqa.

 

Fejn għal raġunijiet oġġettivi l-ippeżar mhuwiex possibbli, l-awtorità jew l-entità kontraenti għandha tindika l-kriterji f’ordni dekrexxenti ta’ importanza.

 

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 40

imħassar

Ikkostjar taċ-ċiklu tal-ħajja

 

1. L-ikkostjar taċ-ċiklu tal-ħajja għandu sa fejn huwa relevanti jkopri l-ispejjeż kollha li ġejjin matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ prodott, servizz jew xogħlijiet kif stipulat fil-punt 14 tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 2:

 

(a) spejje interni, inklużi spejjeż relatati max-xiri (bħall-ispejjeż tal-produzzjoni), l-użu (bħall-konsum tal-enerġija, l-ispejjeż tal-manutenzjoni) u tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja (bħall-ispejjeż tal-ġbir u r-riċiklaġġ)

 

(b) spejjeż ambjentali esterni marbutin b’mod dirett maċ-ċiklu tal-ħajja, jekk il-valur monetarju tagħhom ikun jista’ jiġi determinat u verifikat, li jistgħu jinkludu l-ispiża relatata mal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u ta’ emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa oħra u spejjeż oħrajn ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

 

2. Fejn l-awtoritajiet kontraenti jivvalutaw l-ispejjeż permezz ta’ approċċ tal-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja, dawn għandhom jindikaw il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja fid-dokumenti tal-għoti tal-konċessjoni. Il-metodoloġija użata trid tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

 

(a) Ġiet imfassla fuq il-bażi ta' informazzjoni xjentifika jew hija bbażata fuq kriterji oħra oġġettivi verifikabbli u nondiskriminatorji;

 

(b) Ġiet stabbilita għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa;

 

(c) Hija aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha.

 

L-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti għandhom jippermettu lill-operaturi ekonomiċi japplikaw metodoloġija differenti biex jistabbilixxu l-ispejjeż tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-offerta tagħhom, dment li jipprovaw li din il-metodoloġija hija konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti a, b u c u hija ekwivalenti għall-metodoloġija indikata mill-awtorità kontraenti jew mill-entità kontraenti.

 

3. Kull meta tiġi adottatta metodoloġija komuni għall-kalkolu tal-ispejjeż taċ-ċiklu tal-ħajja bħala parti minn att leġiżlattiv tal-Unjoni, fosthom atti delegati skont leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, din għandha tiġi applikata fejn l-ikkostjar taċ-ċiklu tal-ħajja jkun inkluż fil-kriterji tal-għoti msemmija fl-Artikolu 39 il-paragrafu 4.

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 46 rigward l-aġġornar ta’ din il-lista, fejn fuq il-bażi tal-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni ġdida, ikunu meħtieġa t-tħassir jew il-modifika ta’ din il-leġiżlazzjoni jew ta’ dawn l-emendi.

 

PROĊEDURA

Titolu

L-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni

Referenzi

COM(2011)0897 – C7-0004/2012 – 2011/0437(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

17.1.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

17.1.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Raffaele Baldassarre

1.3.2012

Eżami fil-kumitat

30.5.2012

17.9.2012

6.11.2012

 

Data tal-adozzjoni

27.11.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Evelyn Regner, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Eva Lichtenberger, Angelika Niebler, József Szájer, Axel Voss

  • [1]  L'aggiudicazione delle concessioni di lavori è, infatti, soggetta alle disposizioni di base della direttiva 2004/18/CE relativa al coordinamento delle procedure di aggiudicazione degli appalti pubblici di lavori, di forniture e di servizi. Le concessioni di servizi sono, invece, unicamente regolate in ottemperanza ai principi generali del Trattato in materia di libertà economiche, non discriminazione, trasparenza, parità di trattamento, proporzionalità e reciproco riconoscimento.
  • [2]  Cfr. Soreide, Tina (2012): "Risks of Corruption and Collusion in the Awarding of Concessions Contracts". Dan l-istudju, ikkummissjonat mill-Parlament, huwa aċċessibbli minn din il-link: http://www.europarl.europa.eu/document/activities/cont/201206/20120626ATT47717/20120626ATT47717EN.pdf.
  • [3]  B’konformità mal-artikolu 6 tal-protokoll nru. 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità, id-deputati nazzjonali jistgħu jfissru opinjoni mmotivata li tesponi r-raġunijiet li għalihom iqisu li l-proġett ma jkunx jikkonforma mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. Il-Parlament Ewropew s’issa rċieva tliet opinjonijiet immotivati f’dak li għandu x’jaqsam mad-direttiva dwar l-aġġudikazzjoni tal-kuntratti ta' konċessjonijiet tal-Bundesrat Awstrijakk, tal-Bundesrat Ġermaniż, u tal-Cortes Generales tar-Renju ta' Spanja.
  • [4]  Tlettax mill-25 sentenza tal-Qorti relattivi għall-aġġudikazzjoni tal-kuntratti ta' konċessjoni huma dwar il-kjariment tan-nozzjoni ta' konċessjoni.
  • [5]  Minkejja s-sentenza tal-Qorti fil-kawża "Teleaustria" (C-324/98) kkonfermat l-obbligu tal- konformità mal-prinċipji tat-Trattat min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti matul il-fażi tal-aġġudikazzjoni ta’ konċessjoni, il-Qorti ma ċċaratx biżżejjed il-kontenut ta’ tali prinċipji regolatorji.
  • [6]  Kif evidenzjat fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni (op. cit. p. 13), ir-rekwiżiti applikabbli għall-modifika tal-kuntratti jikkostitwixxu element f’saħħtu ta’ inċertezza ġuridika fost l-operaturi.
  • [7]  Il-konċessjonarju jassumi riskju differenti minn dak tal-appaltatur, li ma hux limitat għall-attwazzjoni ta’ beni jew servizz b’ottemperanza ma’ kriterji parikolari kwantitattivi u kwalitattivi, imma jestendi għall-proffittabilità effettiva tax-xogħol u /jew servizz. B’dan il-mod, il-konċessjoni jissejjaħ ħalli jassumi riskju imprenditorjali kkwalifikat relattiv għall-utilità offerta, fl-aħħar analiżi, lil suġġett differenti mill-enti konċessjonarju: l-utent. Fid-dawl tal-fatt li l-komportamenti tal-utenit huma biss parzjalment prevedibbli, dan iwassal għal riskju speċifiku tas-suq, li jkun ġej mit-trilateralità (konċessjonarju-enti aġġudikatriċi-utent) tar-relazzjoni konċessorja (cfr. Goisis: "Concessioni di costruzione e gestione di lavori e concessioni di servizi", IUS Publicum, Ġunju 2011, p.2-9).

PROĊEDURA

Titolu

L-għoti ta’ kuntratti ta’ konċessjoni

Referenzi

COM(2011)0897 – C7-0004/2012 – 2011/0437(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.12.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

17.1.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

17.1.2012

INTA

17.1.2012

ECON

17.1.2012

EMPL

17.1.2012

 

ENVI

17.1.2012

ITRE

17.1.2012

TRAN

17.1.2012

REGI

17.1.2012

 

CULT

17.1.2012

JURI

17.1.2012

LIBE

17.1.2012

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

6.3.2012

ECON

13.2.2012

ENVI

24.1.2012

CULT

23.1.2012

 

LIBE

28.2.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Philippe Juvin

29.11.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

6.2.2012

29.2.2012

21.3.2012

6.9.2012

 

5.11.2012

29.11.2012

10.1.2013

 

Data tal-adozzjoni

24.1.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

10

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adam Bielan, Preslav Borissov, Cristian Silviu Buşoi, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Thomas Händel, Małgorzata Handzlik, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Claudio Morganti, Franz Obermayr, Phil Prendergast, Mitro Repo, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Olle Schmidt, Andreas Schwab, Emilie Turunen, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Françoise Castex, Frank Engel, Ashley Fox, Ildikó Gáll-Pelcz, Anna Hedh, Constance Le Grip, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Pier Antonio Panzeri, Antonyia Parvanova, Olga Sehnalová, Marc Tarabella, Wim van de Camp, Patricia van der Kammen, Sabine Verheyen

Data tat-tressiq

1.2.2013