RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE

8.2.2013 - (COM(2011)0658 – C7‑0371/2011 – 2011/0300(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: António Fernando Correia De Campos


Proċedura : 2011/0300(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0036/2013

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE

(COM(2011)0658 – C7‑0371/2011 – 2011/0300(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0658),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0371/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-House of Commons tar-Renju Unit, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta' Frar 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-1 ta' Frar 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-1 ta' Frar 2012[3],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0036/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[4]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

REGOLAMENT (UE) Nru .../2013

TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta'...

dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 172 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[6],

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġislattiva[7],

(1)  Fis-26 ta' Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew qabel mal-proposta tal-Kummissjoni li titnieda strateġija ġdida ‘Ewropa 2020'. Waħda mill-prijoritajiet tal-istrateġija Ewropa 2020 hija t-tkabbir sostenibbli li għandu jsir billi tiġi promossa ekonomija iktar effiċjenti fir-riżorsi, iktar sostenbbli u iktar kompetittiva. Dik l-istrateġija poġġiet l-infrastrutturi tal-enerġija fuq quddiem nett bħala parti mill-inizjattiva ewlenija ‘Ewropa b'użu effiċjenti ta' riżorsi', billi enfasizzat il-ħtieġa li n-netwerks tal-Ewropa jiġu aġġornati urġentement, billi tinterkonnettjahom fil-livell kontinentali, b'mod partikolari biex jiġu integrati s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

(1a)       L-objettiv li ntlaħaq ftehim dwaru fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Barċellona ta' Marzu 2002 biex l-Istati Membri jkollhom livell ta' interkonnessjoni ekwivalenti għal tal-anqas 10 % tal-kapaċità installata tal-produzzjoni tagħhom, għadu ma ntlaħaqx.

(2)         Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata “Prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u wara – Pjan dettaljat għal netwerk tal-enerġija Ewropew integrat”, segwita mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija tat-28 ta' Frar 2011 u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011, appellat għal politika tal-infrastruttura tal-enerġija ġdida għall-ottimizzazzjoni tal-iżvilupp tan-netwerk fil-livell Ewropew għall-perjodu li jwassal għall-2020 u wara, sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq l-għanijiet ewlenin tagħha tal-politika dwar l-enerġija ta' kompetittività, sostenibbiltà u sigurtà tal-provvista.

(3)  Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011 enfasizza l-ħtieġa li tiġi modernizzata u estiża l-infrastruttura tal-enerġija tal-Ewropa u li ssir l-interkonnessjoni transkonfinali tan-netwerks, sabiex tintwera s-solidarjetà bejn l-Istati Membri, sabiex jiġu pprovduti rotot alternattivi tal-provvista jew tat-tranżitu u sorsi tal-enerġija alternattivi u sabiex jiġu żviluppati sorsi tal-enerġija rinnovabbli li jikkompetu mas-sorsi tradizzjonali. Huwa insista li ebda Stat Membru ▌ma għandu jibqa' iżolat min-netwerks Ewropej tal-gass u l-elettriku wara l-2015 jew jara s-sigurtà tal-enerġija tiegħu tiġi pperikolata minħabba n-nuqqas ta' konnessjonijiet xierqa.

(4)         Id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006[8] tistabbilixxi l-linji gwida għan-netwerks tal-enerġija trans-Ewropej (TEN-E). L-għanijiet ta' dawk il-Linji Gwida huma li jappoġġjaw l-ikkompletar tas-suq intern tal-enerġija tal-Unjoni filwaqt li jinkoraġġixxu l-produzzjoni, it-trasportazzjoni, id-distribuzzjoni u l-użu razzjonali tar-riżorsi tal-enerġija, li jnaqqsu l-iżolament tar-reġjuni żvantaġġjati u tal-gżejjer, li jiżguraw u jiddiversifikaw il-provvisti, is-sorsi u r-rotot tal-enerġija tal-Unjoni, fosthom permezz tal-kooperazzjoni ma' partijiet terzi, u li jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli u l-protezzjoni tal-ambjent.

(5)  L-evalwazzjoni tal-qafas attwali tat-TEN-E wriet b'mod ċar li din il-politika, għalkemm tagħti kontribut pożittiv għal proġetti partikolari billi tagħtihom viżibbiltà politika, hija nieqsa minn viżjoni, iffukar u flessibbiltà biex ikunu jistgħu jimtlew il-lakuni identifikati fl-infrastruttura. Għalhekk, l-Unjoni għandha żżid l-isforzi tagħha biex tissodisfa l-isfidi futuri f'dan il-qasam, u għandha tingħata l-attenzjoni dovuta biex jiġu identifikati lakuni futuri potenzjali fid-domanda għall-enerġija u l-provvista tagħha.

(6)         L-aċċellerazzjoni fir-restawr tal-infrastruttura tal-enerġija eżistenti ▌u fl-użu tal-infrastruttura l-ġdida tal-enerġija hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni, li huma li jiġi kkompletat is-suq intern tal-enerġija, li tiġi garantita s-sigurtà tal-provvista, b'mod partikolari tal-gass u ż-żejt, li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra b'20 % (30 % jekk il-kundizzjonijiet ikunu korretti), li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija jiżdied għal 20 %[9], u li tinkiseb żieda ta' 20 % fl-effiċjenza fl-enerġija sal-2020 biex b'hekk iż-żieda fl-effiċjenza fl-enerġija tkun tista' tikkontribwixxi biex titnaqqas il-ħtieġa ta' kostruzzjoni ta' infrastrutturi ġodda.

Fl-istess ħin, l-Unjoni għandha tipprepara l-infrastruttura tagħha għad-dekarbonizzazzjoni ulterjuri tas-sistema tal-enerġija fit-tul sal-2050. Għalhekk, dan ir-Regolament għandu jkun jista' wkoll jakkomoda objettivi futuri possibbli tal-Unjoni dwar il-politika tal-enerġija u l-klima.

(7)  Minkejja l-fatt li d-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku[10] u d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali[11] jipprevedu suq intern fl-enerġija, is-suq għadu frammentat minħabba n-nuqqas ta' interkonnessjonijiet bejn in-netwerks nazzjonali tal-enerġija u l-użu subottimali tal-infrastruttura eżistenti tal-enerġija. Madankollu, netwerks integrati fl-Unjoni kollha u l-użu ta' grids intelliġenti huma vitali biex jiżguraw suq integrat kompetittiv u li jiffunzjona sew, għall-kisba ta' użu ottimali tal-infrastruttura tal-enerġija, għal aktar effiċjenza fl-enerġija u aktar integrazzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli mqassma u għall-promozzjoni tat-tkabbir, l-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli.

(8)         L-infrastruttura tal-enerġija tal-Unjoni għandha tiġi aġġornata għall-finijiet tal-prevenzjoni ta' ħsara teknika u taż-żieda tar-reżiljenza tagħha għal tali ħsara, għal diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, għal effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u għal theddid għas-sigurtà tagħha ▌, b'mod partikolari fir-rigward tal-infrastruttura kritika Ewropea kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta' Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-infrastruttura kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom[12].

(8a)  It-trasport taż-żejt minn pipelines fuq l-art minflok minn fuq l-ilma jista' jagħti kontribut kbir għat-tnaqqis tar-riskju ambjentali assoċjat mat-trasport taż-żejt.

(9)         L-importanza tal-grids intelliġenti fil-ksib tal-għanijiet tal-politika tal-enerġija tal-Unjoni ġiet rikonoxxuta fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-12 ta' April 2011 intitolata "Grids intelliġenti: nimxu mill-innovazzjoni għall-użu tagħhom".

(9a)       Il-faċilitajiet ta' ħżin tal-enerġija kif ukoll il-faċilitajiet ta' riċeviment, ħżin u rigassifikazzjoni jew dekompressjoni għall-gass naturali likwifikat (LNG) u għall-gas naturali kkompressat (CNG) għandhom rwol dejjem aktar importanti x'jiżvolġu fl-infrastruttura Ewropea tal-enerġija. L-espansjoni ta' tali faċilitajiet ta' infrastruttura tal-enerġija tifforma komponent importanti ta' infrastruttura ta' netwerk li taħdem sew.

(10)       Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta' Settembru 2011 "Il-Politika tal-UE dwar l-Enerġija: Kooperazzjoni ma' Pajjiżi lil hinn mill-Fruntieri Tagħna" enfasizzat il-ħtieġa li l-Unjoni tinkludi l-promozzjoni tal-iżvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija fir-relazzjonijiet esterni tagħha bil-għan li tappoġġja l-iżvilupp soċjoekonomiku lil hinn mill-fruntieri tal-Unjoni. L-Unjoni għandha tiffaċilita l-proġetti ta' infrastruttura li jikkonnettjaw in-netwerks tal-enerġija tal-Unjoni man-netwerks ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari f'pajjiżi tal-viċinat u f'pajjiżi li magħhom l-Unjoni stabbilixxiet kooperazzjoni speċifikament dwar l-enerġija.

(10a)  Biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-vultaġġ u tal-frekwenza, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-istabbiltà tan-netwerk Ewropew tal-elettriku fil-kundizzjonijiet li jinbidlu kkawżati miż-żieda fl-influss tal-enerġija rinnovabbli varjabbli.

(11)       Il-ħtiġijiet tal-investiment sal-2020 fl-infrastrutturi tat-trażmissjoni tal-elettriku u l-gass b'rilevanza Ewropea ġew stmati għal madwar EUR 200 biljun. Iż-żieda sinifikanti fil-volumi tal-investiment imqabbla mat-tendenzi fil-passat u l-urġenza biex jiġu implimentati l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija jirrikjedu approċċ ġdid fil-mod li bih l-infrastrutturi tal-enerġija, u b'mod partikolari dawk ta' natura transkonfinali, jiġu rregolati u ffinanzjati.

(12)       Id-dokument ta' ħidma mill-persunal tal-Kummissjoni għall-Kunsill tat-Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija tal-10 ta' Ġunju 2011 “Ħtiġijiet u rekwiżiti ta' ffinanzjar tal-investiment fl-infrastrutturi tal-enerġija” enfasizza li madwar nofs l-investimenti totali meħtieġa għad-deċennju li jwassal għall-2020 jinsabu f'riskju li ma jitwettqu qatt jew li ma jitwettqux fil-ħin minħabba ostakli marbuta mal-għoti tal-permessi, mar-regolamentazzjoni u mal-finanzjament.

(13)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-iżvilupp fil-ħin u l-interoperabbiltà tan-netwerks trans-Ewropej tal-enerġija, bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-enerġija skont it-Trattat, jiġifieri dawk li jiġu żgurati l-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni, li jiġu promossi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija u l-iżvilupp ta' forom ġodda u rinnovabbli tal-enerġija, u li tiġi promossa l-interkonnessjoni tan-netwerks tal-enerġija. B'dawn l-għanijiet fil-mira tagħha, dan ir-Regolament jikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u jġib miegħu benefiċċji għall-Unjoni kollha f'termini ta' kompetittività u koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali.

(13a)     Għall-iżvilupp ta' netwerks trans-Ewropej u għall-interoperabilità effikaċi tagħhom, huwa essenzjali li tiġi żgurata kooperazzjoni operazzjonali bejn l-operaturi tas-sistemi tat-trażmissjoni tal-elettriku (TSOs). Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku[13] f'dan ir-rigward, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni[14]. Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni tal-linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-koordinazzjoni operazzjonali bejn it-TSOs tal-elettriku fil-livell tal-Unjoni, billi dawk il-linji gwida se japplikaw ġeneralment għat-TSOs.

(13b)  L-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (l-"Aġenzija") stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 [15] hija allokata kompiti addizzjonali importanti skont dan ir-Regolament u għandha tingħata d-dritt li titlob ħlasijiet għal uħud minn dawn il-kompiti addizzjonali.

(14)       Wara konsultazzjonijiet mill-qrib mal-Istati Membri u l-partijiet interessati kollha, il-Kummissjoni identifikat ▌12-il prijorità strateġika tal-infrastruttura enerġija trans-Ewropea, li l-implimentazzjoni tagħhom sal-2020 hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet ta' politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni. Dawn il-prijoritajiet ikopru reġjuni ġeografiċi jew oqsma tematiċi differenti fil-qasam tat-trażmissjoni u l-ħżin tal-elettriku, it-trażmissjoni tal-gass, il-ħżin u l-infrastruttura tal-gass naturali likwifikat jew ikkompressat, it-trasport tad-diossidu tal-karbonju u l-infrastruttura taż-żejt.

(15)       ▌Proġetti ta' interess komuni għandhom jikkonformaw ma' kriterji komuni, trasparenti u oġġettivi fid-dawl tal-kontribut tagħhom għall-għanijiet tal-politika tal-enerġija. Għall-elettriku u l-gass, sabiex ikunu eliġibbli għall-inklużjoni fit-tieni lista u fil-listi sussegwenti tal-Unjoni, il-proġetti ▌għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan disponibbli tal-iżvilupp tan-netwerk għal għaxar snin. Il-pjan għandu jikkunsidra b'mod partikolari l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011 rigward il-ħtieġa li jiġu integrati s-swieq periferali tal-enerġija.

(16)  ▌Għandhom jiġu stabbiliti gruppi reġjonali bil-għan li jipproponu u jirrieżaminaw proġetti ta' interess komuni, li jwasslu għall-istabbiliment ta' listi reġjonali ta' proġetti ta' interess komuni. Sabiex jiġi żgurat kunsens wiesa', dawn il-gruppi reġjonali għandhom jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, il-promoturi tal-proġetti u partijiet interessati rilevanti. Il-kooperazzjoni għandha tistrieħ kemm jista' jkun fuq strutturi eżistenti ta' kooperazzjoni ta' awtoritajiet regolatorji nazzjonali u TSOs' u strutturi oħra stabbiliti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni. Fil-kuntest ta' din il-kooperazzjoni, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, meta jkun meħtieġ, għandhom jagħtu pariri lill-gruppi reġjonali, inter alia dwar il-fattibbiltà tal-aspetti regolatorji tal-proġetti proposti u dwar il-fattibbiltà tal-kalendarju propost għall-approvazzjoni regolatorja.

(17)  Sabiex ikun żgurat li l-lista ta' proġetti ta' interess komuni fl-Unjoni ("lista tal-Unjoni") tkun limitata għall-proġetti li l-iktar jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji strateġiċi tal-infrastruttura tal-enerġija, is-setgħa li tadotta u tirrieżamina l-lista tal-Unjoni għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), filwaqt li jiġi rispettat id-dritt tal-Istati Membri li japprovaw proġetti ta' interess komuni marbuta mat-territorju tagħhom. Skont analiżi li twettqet fil-valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja ▌l-proposta, l-għadd ta' dawn il-proġetti huwa stmat għal madwar 100 fil-qasam tal-elettriku u 50 fil-qasam tal-gass. Filwaqt li titqies din l-istima, u l-ħtieġa li jiġi żgurat il-punt fokali ta' dan ir-Regolament, l-għadd totali ta' proġetti ta' interess komuni għandu jibqa' ġestibbli, u għalhekk m'għandux jaqbeż il-220 b'mod sinifikanti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(17a)  Għandha tiġi stabbilita lista ġdida tal-Unjoni kull sentejn. Proġetti ta' interess komuni li jiġu kkompletati jew li m'għadhomx jissodisfaw il-kriterji u r-rekwiżiti rilevanti kif stabbilit f'dan ir-Regolament m'għandhomx jitniżżlu fil-lista li jmiss tal-Unjoni. Għal dik ir-raġuni, proġetti eżistenti ta' interess komuni li għandhom jiġu inklużi fil-lista tal-Unjoni li jmiss għandhom ikunu soġġetti għall-istess proċess ta' għażla għall-istabbiliment ta' listi reġjonali u għall-istabbiliment tal-lista tal-Unjoni bħall-proġetti proposti; madankollu, għandha tingħata attenzjoni biex il-piż amministrattiv li jirriżulta jiġi minimizzat kemm jista' jkun, pereżempju billi sa fejn ikun possibbli tintuża informazzjoni mressqa preċedentement, u billi jitqiesu r-rapporti annwali tal-promoturi tal-proġetti.

(18)       Il-proġetti ta' interess komuni għandhom jiġu implimentati mill-iktar fis possibbli u għandhom ikunu mmonitorjati u evalwati mill-qrib, filwaqt li l-piż amministrattiv tal-promoturi tal-proġetti għandu jinżamm f'livell minimu. Il-Kummissjoni għandha tinnomina koordinaturi Ewropej għall-proġetti li jkunu qed jiffaċċjaw diffikultajiet partikolari.

(19)  Il-proċeduri tal-awtorizzazzjoni la għandhom iwasslu għal piżijiet amministrattivi li jkunu sproporzjonati għad-daqs jew għall-kumplessità ta' proġett u lanqas għandhom joħolqu ostakli għall-iżvilupp tan-netwerks trans-Ewropej u l-aċċess għas-suq. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 enfasizzaw il-ħtieġa li jiġu identifikati u mneħħija l-ostakli għall-investiment, inkluż permezz tas-simplifikazzjoni tal-proċeduri tal-ippjanar u l-konsultazzjoni. Dawk il-konklużjonijiet ġew imsaħħa bil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011 li reġgħu enfasizzaw l-importanza li jiġu ssemplifikati u mtejba l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni filwaqt li jiġu rrispettati l-kompetenzi nazzjonali.

(19a)     L-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Unjoni ta' interess komuni fl-oqsma tal-infrastruttura tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni għandhom ikunu kkoordinati biex jiġġeneraw sinerġiji kull meta dan ikun jagħmel sens mill-perspettiva ġenerali ekonomika, teknika, ambjentali jew tal-ippjanar spazjali u b'kunsiderazzjoni dovuta tal-aspetti rilevanti tas-sikurezza. B'hekk, meta jkunu qegħdin jiġu ppjanati d-diversi netwerks trans-Ewropej, tista' tingħata prijorità lill-integrazzjoni tan-netwerks tat-trasport, tal-komunikazzjoni u tal-enerġija sabiex jiġi garantit li tintuża mill-inqas art possibbli, filwaqt li jiġi żgurat, kull meta jkun possibbli, li r-rotot eżistenti jew mhux użati jerġgħu jintużaw, sabiex jitnaqqas għal minimu kwalunkwe impatt soċjali, ekonomiku, ambjentali u finanzjarju negattiv.

(20)  Il-proġetti ta' interess komuni għandhom jingħataw “status prijoritarju” fil-livell nazzjonali, biex jiġi żgurat trattament amministrattiv rapidu. Il-proġetti ta' interess komuni għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala li huma fl-interess pubbliku. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal proġetti li għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent, abbażi ta' raġunijiet ta' interess pubbliku prevalenti, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha ▌fid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa[16] u fid-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma[17].

(21)       L-istabbiliment ta' awtorità jew awtoritajiet kompetenti ▌li jintegraw jew jikkoordinaw l-proċeduri kollha għall-għoti tal-permessi (“one-stop shop”) għandu jnaqqas il-kumplessità, iżid l-effiċjenza u t-trasparenza u jgħin biex titjieb il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri. Mal-ħatra tagħha, l-awtorità kompetenti għandha tkun operattiva mill-aktar fis possibbli.

(22)       Minkejja l-eżistenza ta' standards stabbiliti għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fi proċeduri ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' natura ambjentali, jinħtieġu miżuri oħra biex jiġu żgurati l-ogħla standards possibbli ta' trasparenza u parteċipazzjoni tal-pubbliku fir-rigward tal-kwistjonjiet kollha relatati mal-proċess tal-għoti tal-permessi għal proġetti ta' interess komuni.

(23)  L-implimentazzjoni korretta u koordinata tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent[18]; tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent[19], meta applikabbli, u tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, iffirmata f'Aarhus fil-25 ta' Ġunju 1998[20] ('il-"Konvenzjoni ta' Aarhus") u Konvenzjoni ta' Espoo dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali f'kuntest transkonfinali (il-"Konvenzjoni ta' Epsoo") għandha tiżgura l-armonizzazzoni tal-prinċipji ewlenin tal-valutazzjoni tal-effetti ambjentali, inkluż f'kuntest transkonfinali. L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-valutazzjonijiet tagħhom dwar proġetti ta' interess komuni, u jipprovdu valutazzjonijiet konġunti meta jkun possibbli. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jiskambjaw l-aħjar prassi u l-bini ta' kapaċitajiet amministrattivi għal proċeduri ta' għoti ta' permessi.

(24)  Huwa importanti li l-proċeduri ta' awtorizzazzjoni jiġu ssemplifikati u mtejba. Dak għandu jsir filwaqt li jiġu rispettati – sa fejn ikun possibbli b'kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipju tas-sussidjarjetà – il-kompetenzi u l-proċeduri nazzjonali għall-kostruzzjoni ta' infrastruttura ġdida. Minħabba l-urġenza li jiġu żviluppati infrastrutturi tal-enerġija, is-semplifikazzjoni tal-proċeduri għall-għoti tal-permessi għandha tkun akkumpjanata minn limitu ta' żmien ċar biex tittieħed id-deċiżjoni mill-awtoritajiet ▌rispettivi fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-proġett. Dak il-limitu taż-żmien għandu jistimola definizzjoni u ttrattar aktar effiċjenti tal-proċeduri, u fl-ebda ċirkostanza ma għandu jwassal biex jikkomprometti l-istandards għolja għall-protezzjoni tal-ambjent u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku. Fir-rigward tal-limiti taż-żmien massimi stabbiliti b'dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu madankollu jippruvaw inaqqsuhom, jekk dan ikun fattibbli. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw konformità mal-limiti taż-żmien, u l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li appelli li jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta' deċiżjoni komprensiva jiġu ttrattati bl-iżjed mod effiċjenti possibbli.

Meta l-Istati Membri jqisu li jkun xieraq, jistgħu jinkludu fid-deċiżjoni komprensiva deċiżjonijiet meħuda fil-kuntest ta': negozjati ma' sidien ta' artijiet individwali biex jingħata aċċess għal, sjieda ta', jew dritt li tiġi okkupata proprjetà; l-ippjanar spazjali li jiddetermina l-użu tal-art ġenerali ta' reġjun definit, jinkludi żviluppi oħrajn bħal awtostradi, linji ferrovjarji, bini u, żoni ta' ħarsien tan-natura, u li ma jsirx għall-fini speċifiku tal-proġett ippjanat; l-għoti ta' permessi operazzjonali. Fil-kuntest tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi, proġett ta' interess komuni jista' jinkludi infrastruttura relatata sakemm tkun essenzjali għall-kostruzzjoni jew il-funzjonament tal-proġett.

(25)       Dan ir-Regolament, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar l-għoti tal-permessi, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni, għandu japplika mingħajr preġudizzju għad-dritt internazzjonali u għal-liġi tal-Unjoni, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem, u d-dispożizzjonijiet adottati skont il-Politika Komuni tas-Sajd u l-Ambjent Marittimu.

(25a)  L-ispejjeż għall-iżvilupp, il-kostruzzjoni, l-operat u l-manutenzjoni ta' proġetti ta' interess komuni b'mod ġenerali għandhom jinġarrbu mill-utenti tal-infrastruttura. Proġetti ta' interess komuni għandhom ikunu eliġibbli għal allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali meta valutazzjoni tad-domanda tas-suq jew tal-effetti mistennija fuq it-tariffi tkun indikat li ma jistax ikun mistenni li l-ispejjeż jiġu rkuprati mit-tariffi mħallsa mill-utenti tal-infrastruttura.

(26)       Il-bażi għad-diskussjoni dwar l-allokazzjoni xierqa tal-ispejjeż għandha tkun l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' proġett infrastrutturali abbażi ta' metodoloġija armonizzata għall-analiżi tas-sistema kollha tal-enerġija, fil-qafas tal-pjanijiet ta' għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk ippreparati min-Netwerks Ewropej għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni (TSOs) skont ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 u r-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kundizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali[21], u riveduta mill-Aġenzija.

Diki l-analiżi tista' tqis indikaturi u valuri ta' referenza korrispondenti għat-tqabbil ta' unitajiet ta' spejjeż ta' investiment.

(27)  F'suq intern tal-enerġija li dejjem qed isir iktar integrat, hemm bżonn regoli ċari u trasparenti għall-allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż biex jiġi aċċellerat l-investiment fl-infrastruttura transkonfinali. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011 fakkar fl-importanza li jiġi promoss qafas regolatorju li jattira l-investimenti fin-netwerks, b'tariffi stabbiliti f'livelli konsistenti mal-ħtiġijiet ta' finanzjament u l-allokazzjoni xierqa tal-ispiża għal investimenti transkonfinali, filwaqt li jittejbu l-kompetizzjoni u l-kompetittività ▌u filwaqt li jiġi kkunsidrat l-impatt fuq il-konsumaturi. Meta jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-impatt tagħha fuq it-tariffi nazzjonali ma jirrappreżentax piż sproporzjonat għall-konsumaturi. Barra minn hekk, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jevitaw ir-riskji ta' appoġġ doppju għall-proġetti billi jqisu imposti u dħul attwali jew stmati. Dawk l-imposti u d-dħul għandhom jitqiesu biss sakemm jitfasslu biex ikopru l-ispejjeż konċernati u għandhom ikunu relatati kemm jista' jkun mal-proġetti.

Meta talba ta' investiment tqis il-benefiċċji lil hinn mill-fruntieri tal-Istati Membri konċernati, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jikkonsultaw lit-TSOs konċernati dwar l-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għall-proġett speċifiku.

(28)  Il-liġi eżistenti tas-suq intern tal-enerġija titlob li t-tariffi għall-aċċess għan-netwerks tal-gass u tal-elettriku ▌jipprovdu inċentivi xierqa għall-investiment. Meta japplikaw il-liġi tas-suq intern tal-enerġija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw qafas regolatorju stabbli u prevedibbli b'inċentivi għal proġetti ta' interess komuni, inklużi l-inċentivi fit-tul, li jirriflettu l-livell ta' riskju speċifiku tal-proġett. Dan japplika b'mod partikolari għat-teknoloġiji innovattivi tat-trażmissjoni għall-elettriku li jippermettu integrazzjoni fuq skala wiesgħa tal-enerġija rinnovabbli, tar-riżorsi tal-enerġija mqassma jew tar-rispons għad-domanda f'netwerks interkonnessi, u għall-infrastrutturi tat-trażmissjoni tal-gass li joffru kapaċità avvanzata jew flessibbiltà addizzjonali għas-suq biex jippermettu kummerċ f'perjodi qosra jew provvista ta' riżerva f'każ ta' interruzzjonijiet fil-provvista.

(28a)     Dan ir-Regolament japplika biss għall-għoti ta' permessi għal proġetti ta' interess komuni, għall-parteċipazzjoni pubblika fihom, u għat-trattament regolatorju tagħhom, skont it-tifsira stabbilita fih. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw, bis-saħħa tal-liġi nazzjonali tagħhom, l-istess regoli jew regoli simili għal proġetti oħrajn li m'għandhomx l-istess status ta' proġetti ta' interess komuni fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Fir-rigward tal-inċentivi regolatorji, l-Istati Membri jistgħu japplikaw, permezz tal-liġi nazzjonali tagħhom, l-istess regoli jew regoli simili għal proġetti ta' interess komuni li jaqgħu fil-kategorija ta' ħżin ta' elettriku.

(28b)  L-Istati Membri li attwalment ma jipprevedux status legali tal-ogħla sinifikat nazzjonali possibbli li huwa attribwibbli għal proġetti ta' infrastruttura tal-enerġija fil-kuntest tal-proċeduri tal-għoti tal-permessi, għandhom jikkunsidraw li jdaħħlu tali status, b'mod partikolari billi jevalwaw jekk dan iwassalx għal proċedura iktar rapida ta' għoti ta' permessi.

(29)       Il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR) stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1233/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2010[22] wera l-valur miżjud tal-ingranaġġ ta' finanzjament privat permezz ta' assistenza finanzjarja sinifikanti tal-Unjoni li tippermetti l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' sinifikat Ewropew. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar 2011 irrikonoxxa li xi proġetti relatati mal-infrastruttura tal-enerġija jistgħu jirrikjedu finanzjament pubbliku limitat għall-ingranaġġ tal-finanzjament privat. Fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja u r-restrizzjonijiet baġitarji, għandu jiġi żviluppat appoġġ immirat, permezz ta' għotjiet u strumenti finanzjarji, taħt il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, li jattira investituri ġodda lejn il-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija, filwaqt li l-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni tinżamm f'livell minimu. Il-miżuri rilevanti għandhom jissejsu fuq l-esperjenza miksuba matul il-fazi pilota wara l-introduzzjoni ta' bonds ta' proġetti biex jiġu ffinanzjati l-proġetti ta' infrastruttura.

(30)  Il-proġetti ta' interess komuni fl-oqsma tal-elettriku, il-gass u d-diossidu tal-karbonju għandhom ikunu eliġibbli biex jirċievu għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għal studji u, taħt ċerti kundizzjonijiet, għal xogħlijiet malli tali finanzjament isir disponibbli taħt ir-Regolament dwar Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa” ▌ fil-forma ta' għotjiet jew fil-forma ta' strumenti finanzjarji innovattivi. Dan għandu jiżgura li jiġi pprovdut appoġġ personalizzat lil dawk il-proġetti ta' interess komuni li ma jkunux vijabbli taħt il-qafas regolatorju u l-kundizzjonijiet tas-suq eżistenti. Huwa importanti li tiġi evitata kwalunkwe distorsjoni tal-kompetizzjoni, b'mod partikolari bejn proġetti li jikkontribwixxu għat-twettiq tal-istess kuritur prijoritarju tal-Unjoni. Din l-għajnuna finanzjarja għandha tiżgura s-sinerġiji meħtieġa mal-Fondi Strutturali, li se jiffinanzjaw in-netwerks internazzjonali intelliġenti tad-distribuzzjoni tal-enerġija ta' importanza lokali jew reġjonali. Għal proġetti ta' interess komuni tapplika loġika fi tliet stadji: l-ewwel, is-suq għandu jkollu l-prijorità li jinvesti. It-tieni, jekk l-investimenti ma jsirux mis-suq, għandhom jiġu studjati soluzzjonijiet regolatorji, jekk ikun meħtieġ il-qafas regolatorju rilevanti għandu jiġi aġġustat, u għandha tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tal-qafas regolatorju rilevanti. It-tielet, meta l-ewwel żewġ stadji ma jkunux biżżejjed biex jiġu pprovduti l-investimenti meħtieġa fi proġetti ta' interess komuni, tista' tingħata assistenza finanzjarja tal-Unjoni jekk il-proġett ta' interess komuni jissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà applikabbli.

(32)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżvilupp u l-interoperabbiltà tan-netwerks trans-Ewropej tal-enerġija u l-konnessjoni ma' dawn in-netwerks, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għaldaqstant jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(32a) Ir-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 għandhom jiġu emendati b'konsegwenza.

(32b) Għalhekk, id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE għandha tiġi revokata,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU IDISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

1.          Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-linji gwida għall-iżvilupp fil-ħin u l-interoperabbiltà tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura trans-Ewropea tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I ("kurituri u oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija").

2.          B'mod partikolari, dan ir-Regolament:

(a)    jindirizza l-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji u li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija fl-elettriku, il-gass, iż-żejt, u d-diossidu tal-karbonju stabbiliti fl-Anness II ("kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija");

(b)  jiffaċilita l-implimentazzjoni fil-ħin ta' proġetti ta' interess komuni billi jissemplifika, jikkoordina aktar mill-qrib, u jħaffef l-għoti tal-permessi u billi jtejjeb il-parteċipazzjoni tal-pubbliku;

(c)    jipprovdi regoli u gwida għall-allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali u inċentivi marbuta mar-riskju għal proġetti ta' interess komuni;

(d)    jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà ta' proġetti ta' interess komuni għal għajnuna finanzjarja tal-Unjoni ▌.

Artikolu 2Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, minbarra d-definizzjonijiet provduti fid-Direttivi 2009/28/KE, 2009/72/KE u 2009/73/KE, ir-Regolamenti (KE) Nru 713/2009, (KE) Nru 714/2009, u (KE) Nru 715/2009, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)  “infrastruttura tal-enerġija” tfisser kwalunkwe tagħmir fiżiku jew faċilità li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija li jkunu jinsabu fl-Unjoni jew li jikkonnettjaw lill-Unjoni ma' pajjiż jew pajjiżi terzi;

(2)         “deċiżjoni komprensiva” tfisser id-deċiżjoni jew is-sett ta' deċiżjonijiet meħuda minn awtorità jew awtoritajiet ta' Stat Membru li ma jinkludux il-qrati jew it-tribunali, li jiddeterminaw jekk promotur ta' proġett għandux jingħata awtorizzazzjoni għall-bini tal-infrastruttura tal-enerġija biex iwettaq proġett mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni ▌meħuda fil-kuntest ta' proċedura ta' appell amministrattiv ▌;

(3)         “proġett” tfisser linji, pipelines, faċilitajiet, tagħmir jew installazzjonijiet li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija ▌;

(4)_       “proġett ta' interess komuni” tfisser proġett ▌meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I u li huwa parti mil-lista ta' proġetti ta' interess komuni tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 3;

(4a)   “konġestjoni tal-infrastruttura tal-enerġija” tfisser limitazzjoni ta' flussi fiżiċi f'sistema tal-enerġija minħabba kapaċità ta' trażmissjoni insuffiċjenti, li tinkludi inter alia l-assenza ta' infrastruttura;

(5)         “promotur ta' proġett” tfisser:

(a)    operatur ta' sistema tat-trażmissjoni, operatur ta' sistema tad-distribuzzjoni jew operatur jew investitur ieħor li jiżviluppa proġett ta' interess komuni; jew

(b)    fejn ikun hemm diversi TSOs, operaturi ta' sistema tad-distribuzzjoni, operaturi oħra, investituri jew kull grupp magħmul minn dawn, l-entità b'personalità legali taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, li tkun intgħażlet b'arranġament kuntrattwali bejniethom u li jkollha l-kapaċità li tissodisfa l-obbligi legali u li terfa' responsabbiltà finanzjarja għan-nom tal-partijiet fl-arranġament kuntrattwali;

(5b)  “grid intelliġenti” tfisser netwerk tal-elettriku li jista' jintegra b'mod kosteffiċjenti, l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha mqabbdin miegħu – ġeneraturi, konsumaturi u dawk li kemm jiġġeneraw kif ukoll jikkonsumaw, – sabiex tiġi żgurata sistema tal-enerġija effiċjenti mil-lat ekonomiku u sostenibbli bi ftit telf u b'livelli għoljin ta' kwalità, sigurtà tal-provvista u sikurezza;

(5c)       “xogħlijiet” tfisser ix-xiri, il-forniment u l-użu ta' komponenti, sistemi u servizzi inkluż is-softwer, it-twettiq tal-iżvilupp u l-bini u l-attivitajiet ta' installazzjoni relatati ma' proġett, l-aċċettazzjoni tal-installazzjonijiet u t-tnedija ta' proġett;

(5d)       “studji” tfisser attivitajiet meħtieġa għat-tħejjija ta' implimentazzjoni tal-proġett, bħal studji preparatorji, tal-fattibilità, ta' evalwazzjoni, ta' ttestjar u ta' validazzjoni, inkluż softwer, u kwalunkwe miżura oħra ta' appoġġ tekniku li tinkludi azzjoni bil-quddiem sabiex jiġi definit u żviluppat proġett u sabiex tittieħed deċiżjoni dwar il-finanzjament tiegħu, bħal stħarriġ fuq il-post dwar is-siti kkonċernati u l-preparazzjoni tal-pakkett finanzjarju;

(5e)  “awtorità regolatorja nazzjonali” tfisser awtorità regolatorja nazzjonali maħtura skont l-Artikolu 35(1) tad-Direttiva 2009/72/KE jew l-Artikolu 39(1) tad-Direttiva 2009/73/KE;

(5f)        “ikkummissjonar” tfisser il-proċess li bih proġett jibda jopera, ladarba jkun inbena.

KAPITOLU IIPROĠETTI TA' INTERESS KOMUNI

Artikolu 3

Lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni

2.          Dan ir-Regolament jistabbilixxi tnax-il Grupp Reġjonali (“Gruppi”), kif stabbilit fit-Taqsima 1 tal-Anness III. Is-sħubija ta' kull Grupp għandha tkun imsejsa fuq kull kuritur u qasam prijoritarju u l-kopertura ġeografika rispettiva tagħhom kif stabbilit fl-Anness I. Is-setgħat ta' teħid ta' deċiżjonijiet fil-Gruppi għandhom ikunu ristretti għall-Istati Membri u l-Kummissjoni, li għandhom, għal dawk il-finijiet, jissejħu bħala l-korp ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Gruppi.

2a.  Kull Grupp għandu jadotta r-regoli ta' proċedura proprja tiegħu, filwaqt li jikkunsidra d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness III.

3.          Il-korp ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' kull Grupp għandu jadotta lista reġjonali ta' proġetti proposti ta' interess komuni mfassla skont il-proċess stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness III, skont il-kontribut ta' kull proġett għall-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija u skont jekk jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4.

Meta Grupp ifassal il-lista reġjonali tiegħu:

-       kull proposta individwali għal proġett ta' interess komuni għandha tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-Istat/i Membru/i, li l-proġett ikun marbut mat-territorju tiegħu/tagħhom; jekk Stat Membru jiddeċiedi li ma jagħtix l-approvazzjoni tiegħu, għandu jippreżenta r-raġunijiet issostanzjati tiegħu għal dan lill-Grupp konċernat.

-       għandu jqis il-pariri tal-Kummissjoni li għandhom l-għan li jkun hemm għadd totali ġestibbli ta' proġetti ta' interess komuni;

6a.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15b li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni ta' proġetti ta' interess komuni ("lista tal-Unjoni"), skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-lista tal-Unjoni għandha tieħu l-forma ta' anness għal dan ir-Regolament.

             Fl-eżerċizzju tas-setgħa tagħha, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-lista tal-Unjoni tiġi stabbilita kull sentejn, abbażi tal-listi reġjonali adottati mill-korpi ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-Gruppi kif stabbilit fl-Anness III.I(1a), wara l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

             L-ewwel lista tal-Unjoni għandha tiġi adottata sal-31 ta' Lulju 2013.

6b.        Il-Kummissjoni, meta tadotta l-lista tal-Unjoni abbażi tal-listi reġjonali, għandha:

-       tiżgura li dawk il-proġetti li jissodisfaw il-kriterji fl-Artikolu 4 biss jiġu inklużi;

-       tiżgura l-konsistenza interreġjonali, filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Aġenzija kif imsemmi fl-Anness III.2(5f);

-  tqis kwalunkwe opinjoni tal-Istati Membri kif imsemmi fl-Anness III.2(5c); u

-       jkollha l-objettiv ta' għadd totali ġestibbli ta' proġetti ta' interess komuni fil-lista tal-Unjoni.

7.          Il-proġetti ta' interess komuni inklużi fil-lista tal-Unjoni skont il-paragrafu 6a ta' dan l-Artikolu għandhom isiru parti integrali mill-pjanijiet ta' investiment reġjonali rilevanti taħt l-Artikolu 12 tar-Regolamenti (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 u tal-pjanijiet nazzjonali ta' għaxar snin għall-iżvilupp rilevanti taħt l-Artikolu 22 tad-Direttivi 2009/72/KE2009/73/KE u pjanijiet ta' infrastruttura nazzjonali oħra kkonċernati, kif xieraq. Dawk il-proġetti għandhom jingħataw l-ogħla prijorità possibbli f'kull wieħed minn dawk il-pjanijiet.

Artikolu 4Kriterji għal proġetti ta' interess komuni

1.          Il-proġetti ta' interess komuni għandhom jissodisfaw il-kriterji ġenerali li ġejjin:

(a)    il-proġett ikun meħtieġ għal tal-anqas wieħed mill-kurituri u mill-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija ▌;

(b)    il-benefiċċji globali potenzjali tal-proġett, ivvalutati skont il-kriterji speċifiċi rispettivi fil-paragrafu 2, jegħlbu l-ispejjeż tiegħu, anke fuq żmien itwal; u

(c)    il-proġett jilqa' kwalunkwe mill-kriterji li ġejjin:

(i)     ikun jinvolvi mill-inqas żewġ Stati Membri permezz tal-qsim dirett tal-fruntieri ta' żewġ Stati Membri jew aktar; jew

(ii)    ikun jinsab fit-territorju ta' Stat Membru wieħed u jkollu impatt transkonfinali sinifikanti kif stabbilit fl-Anness IV.1; jew

(iii)  jaqsam il-fruntiera ta' mill-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż wieħed taż-ŻEE.

2.  Il-kriterji speċifiċi li ġejjin għandhom japplikaw għall-proġetti ta' interess komuni li jaqgħu f'kategoriji speċifiċi tal-infrastruttura tal-enerġija:

(a)    fir-rigward ta' proġetti relatati mat-trażmissjoni u l-ħżin tal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II.1(a) sa (d) tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal mill-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:

i)      integrazzjoni tas-suq, inter alia permezz tat-tneħħija tal-iżolament ta' mill-anqas Stat Membru wieħed u tat-tnaqqis tal-konġestjonijiet tal-infrastruttura tal-enerġija; kompetizzjoni u flessibbiltà tas-sistema;

ii)     sostenibbiltà, inter alia permezz tal-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grid u tat-trażmissjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli f'ċentri tal-konsum ewlenin u siti tal-ħżin;

iii)   sigurtà tal-provvista, inter alia permezz ta' interoperabbiltà, konnessjonijiet xierqa u operazzjoni ta' sistema sigura u affidabbli;

(b)  fir-rigward ta' proġetti relatati mal-gass li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II.2, il-proġett għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għal mill-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:

i)      integrazzjoni tas-suq, inter alia permezz tat-tneħħija tal-iżolament ta' mill-anqas Stat Membru wieħed u tat-tnaqqis tal-konġestjonijiet tal-infrastruttura tal-enerġija; interoperabbiltà u flessibbiltà tas-sistema;

ii)     sigurtà tal-provvista, inter alia permezz ta' konnessjonijiet xierqa u tad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista, provvista ta' kontropartijiet u rotot;

iii)   kompetizzjoni, inter alia permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista u permezz tal-provvista ta' kontropartijiet u rotot;

iv)    sostenibbiltà, inter alia permezz tat-tnaqqis fl-emissjonijiet, l-appoġġ għall-ġenerazzjoni rinnovabbli intermittenti u t-titjib fl-użu tal-gass rinnovabbli;

(c)  fir-rigward ta' proġetti relatati mal-grids intelliġenti tal-elettriku li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fl-Anness II.1(e), il-proġett għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-kriterji speċifiċi kollha li ġejjin:

i)      integrazzjoni u involviment tal-utenti tan-netwerk fir-rigward ta' rekwiżiti tekniċi ġodda f'dak li jirrigwarda l-provvista u d-domanda għall-elettriku;

ii)     effiċjenza u interoperabbiltà tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku fl-operat ta' kuljum tan-netwerk;

iii)   sigurtà tan-netwerk, kontroll tas-sistema u kwalità tal-provvista;

iv)    ippjanar ottimizzat ta' investimenti kosteffiċjenti fin-netwerks fil-futur;

v)     funzjonament tas-suq u servizzi għall-klijenti;

vi)    involviment tal-utenti fil-ġestjoni tal-użu tal-enerġija tagħhom;

(d)  fir-rigward ta' proġetti relatati mat-trasport taż-żejt li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II.3, il-proġett għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-kriterji speċifiċi kollha li ġejjin:

i)      sigurtà tal-provvista li tnaqqas id-dipendenza fuq sors wieħed jew rotta waħda ta' provvista;

ii)     użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi permezz ta' mitigazzjoni tar-riskji ambjentali;

iii)   interoperabbiltà;

(e)    fir-rigward ta' proġetti relatati mat-trasport tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II.4, il-proġett għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-kriterji speċifiċi kollha li ġejjin:

i)      l-evitar ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju ▌filwaqt li tinżamm is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija;

ii)     iż-żieda tar-reżistenza u sigurtà tat-trasport tad-diossidu tal-karbonju;

iii)   l-użu effiċjenti tar-riżorsi, billi jiġu konnessi diversi sorsi u siti tal-ħżin tad-diossidu tal-karbonju permezz ta' infrastruttura komuni u billi jiġu mminimizzati l-piż u r-riskji ambjentali.

3.  Fir-rigward ta' proġetti li jaqgħu fil-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness II.1 sa 3 tal-Anness II, il-kriterji elenkati f'dan l-Artikolu għandhom jiġu vvalutati skont l-indikaturi stabbiliti fl-Anness IV. 2 sa 5.

4.          Sabiex tiġi ffaċilitata l-evalwazzjoni tal-proġetti kollha li jistgħu jkunu eliġibbli bħala proġetti ta' interess komuni u li jistgħu jiġu inklużi f'lista reġjonali, kull Grupp għandu jivvaluta l-kontribut ta' kull proġett għall-implimentazzjoni tal-istess kuritur prijoritarju jew żona prijoritarja b'mod trasparenti u oġġettiv. Kull Grupp għandu jiddetermina l-metodu ta' valutazzjoni tiegħu abbażi tal-kontribut aggregat għall-kriterji msemmija fil-paragrafu 2; dik il-valutazzjoni għandha twassal għall-klassifikazzjoni ta' proġetti għall-użu intern tal-Grupp; La l-lista reġjonali u lanqas il-lista tal-Unjoni m'għandu jkun fiha xi klassifikazzjoni, u l-klassifikazzjoni m'għandhiex tintuża għal xi fini sussegwenti ħlief kif deskritt fl-Anness III.2(5h).

Meta jivvaluta l-proġetti, kull Grupp għandu wkoll jagħti l-attenzjoni dovuta lil:

(a)  l-urġenza ta' kull wieħed mill-proġetti proposti sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-enerġija tal-Unjoni li huma l-integrazzjoni tas-suq, inter alia permezz tat-tneħħija tal-iżolament ta' mill-inqas Stat Membru wieħed, u l-kompetizzjoni, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista;

(b)    l-għadd ta' Stati Membri milquta minn kull proġett, filwaqt li jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għal proġetti li jinvolvu Stati Membri periferiċi;

(ba)  il-kontribut ta' kull proġett għall-koeżjoni territorjali u

(c)    il-komplementarjetà ▌fir-rigward ta' proġetti oħra proposti.

Għall-proġetti tal-"grids intelliġenti" li jaqgħu fil-kategorija tal-infrastruttura tal-enerġija stabbilita fl-Anness II.1(e), il-klassifikazzjoni għandha titwettaq għal dawk il-proġetti li jaffettwaw l-istess żewġ Stati Membri, u għandha tingħata wkoll attenzjoni lill-għadd ta' utenti milquta mill-proġett, il-konsum annwali tal-enerġija u s-sehem ta' ġenerazzjoni minn riżorsi mhux spedibbli fiż-żona koperta minn dawn l-utenti.

Artikolu 5Implimentazzjoni u monitoraġġ

1.          Il-promoturi ta' proġett għandhom ifasslu pjan ta' implimentazzjoni għall-proġetti ▌ta' interess komuni ▌li jinkludi skeda taż-żmien għal:

a)      l-istudji dwar il-fattibbiltà u t-tfassil;

b)     l-approvazzjoni ▌mill-awtorità regolatorja nazzjonali jew minn kwalunkwe awtorità oħra konċernata;

c)      il-bini u l-ikkummissjonar;

d)     l-iskeda tal-għoti tal-permessi msemmija fl-Artikolu 11(2)(b).

1a.        It-TSOs, l-operaturi ta' sistema ta' distribuzzjoni u operaturi oħra għandhom jikkooperaw ma' xulxin sabiex jiffaċilitaw l-iżvilupp ta' proġetti ta' interess komuni fiż-żona tagħhom.

2.  L-Aġenzija u l-Gruppi konċernati għandhom jimmonitorjaw il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta' interess komuni u, jekk ikun meħtieġ, għandhom jagħmlu rakkomandazzjonijiet biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni. Il-Gruppi jistgħu jitolbu li informazzjoni addizzjonali tiġi pprovduta f'konformità mal-paragrafi 3, 4 u 5, ▌isejħu laqgħat mal-partijiet rilevanti u jistiednu lill-Kummissjoni tivverifika l-informazzjoni pprovduta fil-post.

3.          Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena wara s-sena tal-inklużjoni tal-proġett ta' interess komuni fil-lista tal-Unjoni skont l-Artikolu 3, il-promoturi ta' proġett għandhom jissottomettu rapport annwali, għal kull proġett li jaqa' fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II. 1 u 2, lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 9, u jew lill-Aġenzija jew, għall-proġetti li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II. 3 u 4 lill-Grupp rispettiv. Dak ir-rapport għandu jipprovdi dettalji dwar:

(a)    il-progress miksub fl-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar tal-proġett, b'mod partikolari fir-rigward ta' proċeduri tal-għoti tal-permessi u l-konsultazzjoni;

(b)    fejn huwa rilevanti, id-dewmien meta mqabbel mal-pjan ta' implimentazzjoni, ir-raġunijiet għal dan id-dewmien u diffikultajiet oħra ffaċċjati;

(ba)  fejn huwa rilevanti, pjan rivedut bl-għan li jegħleb id-dewmien.

4.  Fi żmien tliet xhur mill-wasla tar-rapporti annwali msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-Aġenzija għandha tissottometti lill-Gruppi rapport konsolidat għall-proġetti ta' interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II. 1 u 2, li jevalwa l-progress miksub u jagħmel, fejn xieraq, rakkomandazzjonijiet dwar kif jingħelbu d-dewmien u d-diffikultajiet li jinstabu. Dak ir-rapport konsolidat għandu jevalwa wkoll, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(8) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 713/2009, l-implimentazzjoni konsistenti tal-pjanijiet ta' żvilupp tan-netwerk fl-Unjoni fir-rigward tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I.

5.          Kull sena, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 9 għandhom ▌jirrapurtaw lill-Grupp rispettiv dwar il-progress u, fejn rilevanti, dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni li jkunu jinsabu fit-territorju rispettiv tagħhom fir-rigward tal-proċess tal-għoti tal-permessi, u r-raġunijiet għal dan id-dewmien.

6.  Jekk l-ikkummissjonar ta' proġett ta' interess komuni jiddewwem ▌meta mqabbel mal-pjan ta' implimentazzjoni, ħlief għal raġunijiet predominanti li mhumiex fil-kontroll tal-promotur tal-proġett::

(a)    sakemm il-miżuri msemmija fl-Artikolu 22(7) (a), (b) jew (c) tad-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE huma applikabbli skont il-liġijiet nazzjonali rispettivi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-investiment jitwettaq;

(b)    jekk il-miżuri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont il-punt (a) ma jkunux applikabbli, il-promotur ta' proġett għandu jagħżel parti terza biex tiffinanzja jew tibni parti mill-proġett jew il-proġett kollu. Il-promotur ta' proġett għandu jagħmel dan qabel ma d-dewmien jaqbeż is-sentejn meta mqabbel mad-data tal-ikkummissjonar fil-pjan ta' implimentazzjoni;

(ba)  jekk parti terza ma tintgħażilx skont il-punt (b), l-Istat Membru jew, meta l-Istat Membru jkun ippreveda hekk, l-awtorità regolatorja nazzjonali, jistgħu, fi żmien xahrejn mill-iskadenza tal-perijodu msemmi fil-punt (b), jinnominaw parti terza biex tiffinanzja jew tibni l-proġett li l-promotur tal-proġett għandu jaċċetta;

(c)  jekk id-dewmien jaqbeż is-sentejn u xahrejn meta mqabbel mad-data tal-ikkummissjonar fil-pjan ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni, skont il-ftehim u bil-kooperazzjoni sħiħa tal-Istat(i) Membru/i konċernat(i), tista' tniedi sejħa għall-proposti miftuħa għal kwalunkwe parti terza li kapaċi ssir promotur ta' proġett biex twettaq il-proġett skont l-iskeda taż-żmien miftiehma;

(ca)  meta jiġu applikati l-punti (ba) jew (c), l-operatur tas-sistemi, li l-investiment ikun jinsab fiż-żona tiegħu, għandu jipprovdi lill-operaturi jew lill-investituri jew lill-parti terza li jkunu qed jimplimentaw proġett l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-investiment, għandu jikkonnettja assi ġodda man-netwerk tat-trażmissjoni u, b'mod ġenerali, għandu jagħmel l-almu kollu tiegħu biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-investiment u l-operat u l-manutenzjoni tal-proġett ta' interess komuni b'mod sigur, affidabbli u effiċjenti.

7.          Proġett ta' interess komuni jista' jitneħħa mil-lista tal-Unjoni ▌skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 3(6a), jekk l-inklużjoni tiegħu f'dik il-lista ▌kienet ibbażata fuq informazzjoni żbaljata li kienet fattur determinanti għal dik l-inklużjoni, jew il-proġett ma jkunx f'konformità mal-liġi ▌tal-Unjoni.

7a.  Proġetti li ▌m'għadhomx fil-lista tal-Unjoni għandhom jitilfu d-drittijiet u l-obbligi kollha marbuta mal-istatus tal-proġett ta' interess komuni li jirriżultaw minn dan ir-Regolament ▌.

Madankollu, proġett li m'għadux fil-lista tal-Unjoni iżda li għalih ġie aċċettat fajl ta' applikazzjoni biex jiġi eżaminat mill-awtorità kompetenti, għandu jżomm id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw mill-Kapitolu III, ħlief fil-każ fejn il-proġett m'għadux fil-lista għar-raġunijiet stabbiliti fil-paragrafu 7.

7b.        Dan l-artikolu m'għandu jkun ta' preġudizzju għall-ebda assistenza finanzjarja mogħtija lil kwalunkwe proġett ta' interess komuni qabel ma dan jitneħħa mil-lista tal-Unjoni.

Artikolu 6Koordinaturi Ewropej

1.          Fejn proġett ta' interess komuni jesperjenza diffikultajiet ta' implimentazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni tista' tagħżel, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, koordinatur Ewropew għal perjodu massimu ta' sena li jista' jiġġedded darbtejn.

2.  Il-Koordinatur Ewropew għandu ▌:

(a)    jippromwovi l-proġett(i) li għalih/hom ikun intgħażel bħala koordinatur Ewropew u jippromovi d-djalogu transkonfinali bejn il-promoturi ta' proġett u l-partijiet interessati kollha kkonċernati;

(b)    jassisti l-partijiet kollha kif inhu meħtieġ fil-konsultazzjoni ma' partijiet interessati kkonċernati fil-ksib tal-permessi meħtieġa għall-proġett(i);

(ba)  jekk ikun xieraq, jagħti pariri lill-promoturi tal-proġetti dwar il-finanzjament tal-proġett;

(c)    jiżgura li jingħataw appoġġ u direzzjoni strateġika xierqa mill-Istati Membri kkonċernati għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġett(i);

(d)    jissottometti rapport lill-Kummissjoni kull sena, u jekk ikun xieraq, kif jintemm il-mandat tiegħu, dwar il-progress tal-proġett(i) u dwar kwalunkwe diffikultajiet u ostakli li aktarx li jtawlu b'mod sinifikanti d-data tal-ikkummissjonar tal-proġett(i). Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport lill-Gruppi kkonċernati u lill-Parlament Ewropew.

3.  Il-koordinatur Ewropew għandu jintgħażel abbażi tal-esperjenza tiegħu fir-rigward tal-kompiti speċifiċi assenjati lilu għall-proġetti ikkonċernati.

4.          Id-deċiżjoni li jintgħażel koordinatur Ewropew għandha tispeċifika t-termini ta' referenza li jipprovdu dettalji dwar it-tul taż-żmien tal-mandat, il-kompiti speċifiċi u l-iskadenza taż-żmien korrispondenti u l-metodoloġija li għandha tiġi segwita. L-isforz ta' koordinazzjoni għandu jkun proporzjonat għall-kumplessità u l-ispejjeż stmati tal-proġetti.

5.          L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-koordinatur Ewropew fit-twettiq tal-kompiti tiegħu ▌msemmija fil-paragrafi 2 u 4.

KAPITOLU III

GĦOTI TAL-PERMESSI U PARTEĊIPAZZJONI TAL-PUBBLIKU

Artikolu 8

"Status prijoritarju" ta' proġetti ta' interess komuni

2.          L-adozzjoni tal-lista ▌tal-Unjoni għandha tistabbilixxi, għall-finijiet ta' kwalunkwe deċiżjoni maħruġa fil-proċess tal-għoti tal-permessi,in-neċessità ta' dawn il-proġetti mill-perspettiva tal-politika dwar l-enerġija, mingħajr preġudizzju għall-post eżatt, ir-rotot jew it-teknoloġija tal-proġett.

3.          Bil-għan li jiġi żgurat ipproċessar amministrattiv effiċjenti tal-fajls ta' applikazzjoni marbuta ma' proġetti ta' interess komuni, il-promoturi ta' proġett u l-awtoritajiet konċernati kollha għandhom jiżguraw li jingħata l-iżjed trattament rapidu li huwa legalment possibbli lil dawn il-fajls ▌.

3a.  Fejn tali status jeżisti fil-liġi nazzjonali, il-proġetti ta' interess komuni għandhom jiġu allokati l-istatus tal-ogħla sinifikat nazzjonali possibbli u jiġu ttrattati bħala tali fil-proċeduri għall-għoti tal-permessi – u jekk il-liġi nazzjonali tipprevedi hekk, fl-ippjanar spazjali – inklużi dawk marbuta ma' valutazzjonijiet ambjentali, bil-mod li dan it-trattament ikun previst fil-liġi nazzjonali applikabbli għat-tip ta' infrastruttura tal-enerġija korrispondenti.

3b.        Sa ...[23]*, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida mhux vinkolanti biex tappoġġa lill-Istati Membri fid-definizzjoni ta' miżuri leġislattivi u mhux leġislattivi adegwati biex jiġu ssemplifikati l-proċeduri ta' valutazzjoni ambjentali u biex tkun żgurata l-applikazzjoni koerenti tal-proċeduri ta' valutazzjoni ambjentali meħtieġa mil-liġi tal-Unjoni għal proġetti ta' interess komuni.

3c.         L-Istati Membri għandhom jivvalutaw, filwaqt li jqisu kif dovut il-gwida mill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 3b, liema miżuri huma possibbli biex jiġu ssemplifikati l-proċeduri ta' valutazzjoni ambjentali u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni koerenti tagħhom, u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultat.

3d.  Sa disa' xhur mid-data tal-ħruġ tal-gwida msemmija fil-paragrafu 3b, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri prattiċi u mhux leġiżlattivi li jkunu identifikaw fil-paragrafu 3c.

4.          Sa 24 xahar mid-data tal-ħruġ tal-gwida msemmija fil-paragrafu 3b, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri leġiżlattivi li jkunu identifikaw fil-paragrafu 3c. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mil-liġi tal-Unjoni.

5.          Fir-rigward tal-impatti ambjentali indirizzati fl-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 92/43/KEE u l-Artikolu 4(7) tad-Direttiva 2000/60/KE, il-proġetti ta' interess komuni għandhom jiġu kkunsidrati li huma ta' interess pubbliku minn perspettiva ta' politika dwar l-enerġija, u jistgħu jiġu kkunsidrati bħala "interest pubbliku prevalenti", sakemm il-kundizzjonijiet previsti kollha f'dawn id-Direttivi jiġu ssodisfati.

Jekk tkun meħtieġa l-opinjoni tal-Kummissjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE, skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni u l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għandhom jiżguraw li d-deċiżjoni dwar l-"interess pubbliku prevalenti" ta' proġett tittieħed fil-limitu taż-żmien skont l-Artikolu 11(1) ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 9Organizzazzjoni tal-proċess tal-għoti tal-permessi

1.          Sa ...[24]*, kull Stat Membru għandu jagħżel awtorità kompetenti nazzjonali waħda li għandha tkun responsabbli għall-iffaċilitar u l-koordinazzjoni tal-proċess tal-għoti tal-permessi għall-proġetti ta' interess komuni ▌.

1a.        Ir-responsabbiltà tal-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1 u/jew il-kompiti relatati magħha jistgħu jiġu delegati lil, jew jitwettqu minn, awtorità oħra, għal kull proġett ta' interess komuni jew għal kull kategorija ta' proġetti ta' interess komuni, sakemm:

(a)    l-awtorità kompetenti tinnotifika lill-Kummissjoni b'dik id-delegazzjoni u l-informazzjoni fiha tiġi ppubblikata jew mill-awtorità kompetenti jew mill-promotur tal-proġett fil-websajt imsemmija fl-Artikolu 10(7);

(b)  awtorità waħda biss tkun responsabbli għal kull proġett ta' interess komuni, tkun l-uniku punt ta' kuntatt għall-promotur tal-proġett fil-proċess li jwassal għad-deċiżjoni komprensiva għal proġett speċifiku ta' interess komuni, u tikkoordina t-tressiq tad-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti kollha.

L-awtorità kompetenti tista' żżomm ir-responsabbiltà li tistabbilixxi limiti taż-żmien, mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti skont l-Artikolu 11.

2.          Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti rilevanti taħt il-liġi tal-Unjoni u d-dritt Internazzjonali, l-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjonijiet biex tiffaċilita l-ħruġ tad-deċiżjoni komprensiva. Id-deċiżjoni komprensiva għandha tinħareġ fil-limitu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 11(1) u (1a) u skont waħda mill-iskemi li ġejjin).

(a)  skema integrata: id-deċiżjoni komprensiva għandha tinħareġ mill-awtorità kompetenti u għandha tkun l-unika deċiżjoni legalment vinkolanti li tirriżulta mill-proċedura statutorja għall-għoti tal-permessi. Meta awtoritajiet oħra jkunu kkonċernati mill-proġett, skont il-liġi nazzjonali dawn jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom bħala input għall-proċedura li għandha tiġi kkunsidrata mill-awtorità kompetenti.

(b)  skema koordinata: id-deċiżjoni komprensiva ▌tinkludi bosta deċiżjonijiet individwali legalment vinkolanti maħruġa minn diversi awtoritajiet konċernati, li għandhom jiġu kkoordinati mill-awtorità kompetenti ▌. L-awtorità kompetenti tista' tistabbilixxi grupp ta' ħidma fejn l-awtoritajiet konċernati kollha jkunu rappreżentati sabiex tiġi mfassla skeda ta' għoti ta' permessi skont l-Artikolu 11(2)(b), u biex tiġi monitorjata u koordinata l-implimentazzjoni tagħha. L-awtorità kompetenti għandha, b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, meta jkun applikabbli skont il-liġi nazzjonali, u mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti skont l-Artikolu 11, tistabbilixxi fuq il-bażi ta' każ b'każ, limitu taż-żmien raġonevoli li matulu għandhom jinħarġu d-deċiżjonijiet individwali. L-awtorità kompetenti tista' tieħu deċiżjoni individwali f'isem awtorità nazzjonali oħra kkonċernata, jekk id-deċiżjoni minn dik l-awtorità ma tasalx fil-limitu taż-żmien u jekk id-dewmien ma jkunx jista' jiġi ġġustifikat b'mod adegwat; jew, fejn previst taħt il-liġi ta' Stat Membru, u sakemm dan ikun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, l-awtorità kompetenti tista' tikkunsidra li awtorità nazzjonali oħra konċernata jew tat l-approvazzjoni jew ir-rifjut tagħha tal-proġett jekk id-deċiżjoni minn dik l-awtorità ma tingħatax sal-limitu taż-żmien. Fejn previst taħt il-liġi ta' Stat Membru, l-awtorità kompetenti tista' tinjora deċiżjoni individwali ta' awtorità nazzjonali oħra konċernata jekk tikkunsidra li d-deċiżjoni mhijiex ssostanzjata biżżejjed fir-rigward tal-evidenza ppreżentata mill-awtorità nazzjonali kkonċernata; meta tagħmel dan, l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti rilevanti skont il-liġi internazzjonali u tal-Unjoni jiġu rrispettati u għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha b'mod korrett.

(ba)  skema kollaborattiva: id-deċiżjoni komprensiva għandha tiġi kkoordinata mill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha, b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, meta jkun applikabbli skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, u mingħajr preġudizzju għal-limiti taż-żmien stabbiliti skont l-Artikolu 11, tistabbilixxi fuq il-bażi ta' każ b'każ, limitu taż-żmien raġonevoli li matulu għandhom jinħarġu d-deċiżjonijiet individwali. Għandha timmonitorja l-konformità mal-limiti taż-żmien min-naħa tal-awtoritajiet konċernati.

Jekk ikun mistenni li d-deċiżjoni individwali mill-awtorità konċernata ma tkunx se tittieħed fil-limitu taż-żmien, dik l-awtorità għandha tinforma lill-awtorità kompetenti bla dewmien u tinkludi ġustifikazzjoni għad-dewmien. Sussegwentement, l-awtorità kompetenti għandha terġa' tistabbilixxi l-limitu taż-żmien li fih dik id-deċiżjoni individwali għandha tinħareġ, filwaqt li tibqa' tikkonforma mal-limiti taż-żmien ġenerali stabbiliti skont l-Artikolu 11.

Filwaqt li jirrikonoxxu l-ispeċifiċitajiet nazzjonali fi proċeduri ta' ppjanar u ta' għoti ta' permessi, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu bejn dawn it-tliet skemi biex jiffaċilitaw u jikkoordinaw il-proċeduri tagħhom u għandhom jagħżlu li jimplimentaw l-iskema l-aktar effikaċi. Meta Stat Membru jagħżel l-iskema kollaborattiva, għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar ir-raġunijiet dwar dan. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-effikaċja tal-iskemi fir-rapport previst fl-Artikolu 16.

2a.  Madankollu, l-Istati Membri jistgħu japplikaw skemi differenti kif stabbilit fil-paragrafu 2 għal proġetti onshore u offshore ta' interess komuni.

3.          Jekk proġett ta' interess komuni jitlob li d-deċiżjonijiet jittieħdu f'żewġ Stati Membri jew iktar, l-awtoritajiet kompetenti rispettivi għandhom jieħu l-passi neċessarji kollha għal kooperazzjoni u koordinazzjoni effiċjenti u effettivi bejniethom, inkluż fir-rigward tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 11(2). L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jipprovdu proċeduri konġunti, speċjalment fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatti ambjentali.

Artikolu 10Trasparenza u parteċipazzjoni tal-pubbliku

1.          Sa ...[25]*, l-Istat Membru jew l-awtorità kompetenti għandhom, meta jkun applikabbli b'kollaborazzjoni ma'awtoritajiet oħra kkonċernati, tippubblika manwal ta' proċeduri għall-proċess għall-għoti tal-permessi applikabbli għal proġetti ta' interess komuni. Il-manwal għandu jiġi aġġornat kif ikun meħtieġ u jkun disponibbli għall-pubbliku. Il-manwal għandu mill-inqas jinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness VI.I. Il-manwal m'għandux ikun legalment vinkolanti, iżda jista' jirreferi għal dispożizzjonijiet legali rilevanti jew jikkwotahom.

2.          Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit abbażi tal-Konvenzjonijiet Aarhus u Espoo u l-liġi rilevanti tal-Unjoni, il-partijiet kollha involuti fil-proċess għall-għoti tal-permess għandhom jimxu fuq il-prinċipji tal-parteċipazzjoni al-pubbliku stabbiliti fl-Anness VI.2.

3.  Il-promotur ta' proġett għandu jiżviluppa u jissottometti, fi żmien perjodu indikattiv ta' tliet xhur mill-bidu tal-proċess għall-għoti tal-permessi skont l-Artikolu 11(1)(a), kunċett dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku lill-awtorità kompetenti, skont il-proċess deskritt fil-manwal u b'konformità mal-linji gwida stabbiliti fl-Anness VI. L-awtorità kompetenti għandha titlob modifiki jew tapprova l-kunċett tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku fi żmien tliet xhur; meta tagħmel dan, l-awtorità kompetenti għandha tqis kwalunkwe forma ta' parteċipazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku li seħħew qabel il-bidu tal-proċess tal-għoti tal-permessi, sakem tali parteċipazzjoni u konsultazzjoni tal-pubbliku jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu.

Meta l-promotur ta' proġett ikun biħsiebu jagħmel bidliet sinifikanti għal kunċett approvat, għandu jinforma lill-awtorità kompetenti dwar dan. F'dak il-każ, l-awtorità kompetenti tista' titlob modifiki.

4.  Mill-inqas konsultazzjoni pubblika waħda għandha titwettaq mill-promotur ta' proġett, jew, fejn meħtieġ mil-liġi nazzjonali, mill-awtorità kompetenti, qabel is-sottomissjoni tal-fajl tal-applikazzjoni finali u komplet lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 11(1)(a). Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe konsultazzjoni pubblika li għandha ssir wara s-sottomissjoni tat-talba għal kunsens għall-iżvilupp skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2011/92/KE. Il-konsultazzjoni pubblika għandha tinforma lill-partijiet interessati msemmija fil-punt (2)(a) tal-Anness VI.2(a), dwar il-proġett fi stadju bikri u għandha tgħin biex jiġu identifikati l-iżjed post jew perkors xierqa u l-kwistjonijiet rilevanti li għandhom jiġu indirizzati fil-fajl tal-applikazzjoni. Ir-rekwiżiti minimi ta' din il-konsultazzjoni pubblika huma speċifikati fl-Anness VI.4.

Il-promotur ta' proġett għandu jħejji rapport li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tal-attivitajiet relatati mal-parteċipazzjoni tal-pubbliku qabel is-sottomissjoni tal-fajl tal-applikazzjoni, fosthom dawk l-attivitajiet li seħħew qabel il-bidu tal-proċess tal-għoti tal-permessi. Il-promotur ta' proġett għandu jippreżenta dak ir-rapport flimkien mal-fajl tal-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti. Dawn ir-riżultati għandhom jitqiesu kif xieraq fid-deċiżjoni komprensiva.

5.  Għal proġetti li jaqsmu l-fruntieri ta' żewġ Stati Membri jew iżjed, il-konsultazzjonijiet pubbliċi, skont il-paragrafu 4, f'kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati għandhom isiru f'mhux iżjed minn xahrejn mid-data li fiha tkun inbdiet l-ewwel konsultazzjoni tal-pubbliku f'wieħed minn dawn l-Istati Membri.

6.          Għal proġetti li x'aktarx ikollhom impatti negattivi transkonfinali sinifikanti fi Stat Membru wieħed jew iżjed tal-viċinat, fejn ikunu applikabbli l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2011/92/UE u l-Konvenzjoni Espoo, l-informazzjoni rilevanti għandha tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru/i tal-viċinat. L-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru/i tal-viċinat għandha tindika, fil-proċess tan-notifika meta jkun xieraq, jekk hi, jew xi awtorità oħra kkonċernata, tixtieqx tipparteċipa fil-proċeduri ta' konsultazzjoni pubblika rilevanti.

7.  Il-promotur ta' proġett, jew, fejn il-liġi nazzjonali tipprovdi dan, l-awtorità kompetenti, għandhom jistabbilixxu u jaġġornaw regolarment sit elettroniku b'informazzjoni rilevanti dwar il-proġett ta' interess komuni, li għandha tkun konnessa mas-sit elettroniku tal-Kummissjoni u li għandu jissodisfa r-rekwiżiti speċifikati fl-Anness VI.5. Informazzjoni kummerċjalment sensittiva għandha tinżamm kunfidenzjali.

Barra minn dan, il-promoturi ta' proġett għandhom ukoll jippubblikaw l-informazzjoni rilevanti permezz ta' mezzi ta' informazzjoni xierqa oħra, li għalihom il-pubbliku għandu jkollu aċċess liberu.

Artikolu 11Tul taż-żmien u implimentazzjoni tal-proċess għall-għoti tal-permessi

1.          ▌Il-proċess għall-għoti tal-permessi għandu jikkonsisti minn żewġ proċeduri ▌:

(a)  il-proċedura ta' qabel l-applikazzjoni, li tkopri l-perjodu bejn il-bidu tal-proċess tal-għoti tal-permessi u l-aċċettazzjoni tal-fajl ta' applikazzjoni sottomess mill-awtorità kompetenti, għandha ssir fi żmien perjodu indikattiv ta' sentejn.

Din il-proċedura għandha tinkludi t-tħejjija ta' kwalunkwe rapport ambjentali li għandu jitħejja mill-promotur(i) tal-proġetti.

Bil-għan li jiġi stabbilit il-bidu tal-proċess għall-għoti tal-permessi, il-promotur(i) ta' proġett għandu/hom jinnotifika/w il-proġett lill-awtorità kompetenti tal-Istat(i) kkonċernat(i) bil-miktub, u għandu/hom jinkludi/u deskrizzjoni raġonevolment dettaljata tal-proġett. Mhux iżjed minn tliet xhur wara l-wasla tan-notifika, l-awtorità kompetenti għandha, anke f'isem awtoritajiet oħra kkonċernati, tirrikonoxxi, jew jekk tqis li l-proġett ma laħaqx biżżejjed maturità biex jidħol fil-proċess għall-għoti tal-permess, tirrifjuta n-notifika bil-miktub. Fil-każ ta' rifjut, l-awtorità kompetenti għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha, anke f'isem awtoritajiet oħra kkonċernati. Id-data tal-iffirmar tar-rikonoxximent tan-notifika mill-awtorità kompetenti għandha sservi bħala l-bidu tal-proċess għall-għoti tal-permess. Fejn ikunu kkonċernati żewġ Istati Membri jew iżjed, id-data tal-aċċettazzjoni ta' l-aħħar notifika mill-aħħar awtorità kompetenti kkonċernata għandha sservi bħala d-data tal-bidu tal-proċess tal-għoti tal-permessi.

(b)  Il-proċedura statutorja għall-għoti tal-permessi, li tkopri l-perjodu mid-data tal-aċċettazzjoni tal-fajl tal-applikazzjoni sottomess sakemm tittieħed id-deċiżjoni komprensiva, ma għandhiex taqbeż sena u sitt xhur. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu data iktar kmieni għal-limitu taż-żmien jekk dan jitqies xieraq.

1a.        Iż-żmien kombinat li jdumu ż-żewġ proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 m'għandux jaqbeż perjodu ta' tliet snin u sitt xhur. Madankollu, meta l-awtorità kompetenti tqis li waħda mill-fażijiet jew iż-żewġ proċeduri tal-proċess tal-għoti tal-permessi mhux se jiġu kkompletati qabel il-limiti taż-żmien stabbiliti fil-paragrafu 1, tista' tiddeċiedi, qabel ma jintemmu u fuq il-bażi ta' każ b'każ, li testendi wieħed mil-limiti jew iż-żewġ limiti taż-żmien b'massimu ta' disa' xhur għaż-żewġ proċeduri kombinati.

F'dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-Grupp ikkonċernat u tippreżenta lill-Grupp il-miżuri kkonċernati meħuda jew li għandhom jittieħdu biex il-proċess tal-għoti tal-permessi jiġi konkluż fl-iqsar żmien possibbli. Il-Grupp jista' jitlob lill-awtorità kompetenti tirrapporta regolarment dwar il-progress miksub f'dan ir-rigward.

1b.  Fi Stati Membri li fihom id-determinazzjoni ta' rotta jew post, imwettqa unikament għall-għan speċifiku ta' proġett ippjanat, inkluż l-ippjanar ta' kurituri ta' grids speċifiċi, ma tistax tiġi inkluża fil-proċess li jwassal għad-deċiżjoni komprensiva, id-deċiżjoni korrispondenti għandha tittieħed fi żmien perjodu separat ta' sitt xhur, li jibda mid-data tas-sottomissjoni mill-promotur tad-dokumenti ta' applikazzjoni finali u kompleti.

F'dak il-każ, il-perjodu ta' estensjoni msemmi fil-paragrafu 1a għandu jitnaqqas għal sitt xhur, anke għall-proċedura msemmija f'dan il-paragrafu.

2.          Il-proċedura ta' preapplikazjzoni għandha tinkludi l-passi li ġejjin:

(a)    malli tiġi rikonoxxuta n-notifika, skont il-paragrafu 1(a), l-awtorità kompetenti għandha tidentifika, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet l-oħra kkonċernati, u meta jkun xieraq abbażi ta' proposta mill-promotur tal-proġett, il-kamp ta' applikazzjoni tal-materjal u l-livell ta' dettall tal-informazzjoni li għandha tiġi sottomessa mill-promotur ta' proġett, bħala parti mill-fajl tal-applikazzjoni, biex japplika għad-deċiżjoni komprensiva. Il-lista ta' verifika msemmija fl-Anness VI.1(e) għandha sservi bħala bażi għal din l-identifikazzjoni.

(b)  l-awtorità kompetenti għandha tfassal, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-promotur ta' proġett u ma' awtoritajiet oħra kkonċernati u filwaqt li tikkunsidra r-riżultati tal-attivitajiet imwettqa skont il-paragrafu 2, kalendarju dettaljat għall-proċess tal-għoti tal-permessi skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness VI.(1a).

Għal proġetti li jaqsmu l-fruntiera bejn żewġ Stati Membri jew iżjed, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati għandhom iħejju kalendarju konġunt, li fihom jippruvaw jallinjaw l-iskedi ta' żmien tagħhom.

(c)    malli tirċievi l-abbozz tal-fajl tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha, jekk ikun meħtieġ, u anke f'isem awtoritajiet oħra kkonċernati, tagħmel talbiet ulterjuri rigward informazzjoni nieqsa li għandha tiġi sottomessa mill-promotur ta' proġett, li jistgħu jindirizzaw biss is-suġġetti identifikati fil-punt (a). Fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-informazzjoni nieqsa, l-awtorità kompetenti għandha taċċetta għall-eżami l-applikazzjoni bil-miktub. Talbiet għal informazzjoni ulterjuri jistgħu jsiru biss jekk ikunu ġustifikati minn ċirkustanzi ġodda.

4.  Il-promotur ta' proġett għandu jiżgura l-kompletezza u n-natura adegwata tal-fajl tal-applikazzjoni, u għandu jitlob l-opinjoni tal-awtorità kompetenti dwar dan mill-iktar fis possibbli matul il-proċedura ta' qabel l-applikazzjoni. Il-promotur ta' proġett għandu jikkoopera bis-sħiħ mal-awtorità kompetenti biex jiġu rispettati l-iskadenzi u l-iskeda dettaljata kif definit fil-paragrafu 3.

7.          Il-limiti ta' żmien stipulati f'dan l-Artikolu se jkunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li joħorġu mil-liġi internazzjonali u tal-Unjoni, u mingħajr preġudizzju għal proċeduri amministrattivi ta' appell u rimedji ġudizzjarji quddiem qorti jew tribunal.

KAPITOLU IVTRATTAMENT REGOLATORJU

Artikolu 12Analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż tas-sistema tal-enerġija

1.          Sa ...[26]*, in-Netwerk ta' Operaturi tas-Sistemi tat-Trażmissjoni (ENTSO) għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jippubblikaw u jissottomettu lill-Aġenzija, ▌lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-metodoloġiji rispettivi tagħhom, inkluż fuq l-immudellar tan-netwerk u tas-suq, għal analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż ta' sistema tal-enerġija armonizzata fil-livell tal-Unjoni għal proġetti ta' interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji msemmija fl-Anness II. 1(a) sa (d) u l-Anness II.2. Dawn il-metodoloġiji għandhom jiġu applikati għat-tħejjija ta' kull pjan deċennali sussegwenti għall-iżvilupp tan-netwerk żviluppat mill-ENTSOs għall-Elettriku jew l-ENTSO għall-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 u l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009. Il-metodoloġiji għandhom jiġu elaborati f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness V u għandhom ikunu konsistenti mar-regoli u l-indikaturi stabbiliti fl-Anness IV.

Qabel ma jissottomettu l-metodoloġiji rispettivi tagħhom, l-ENTSOs għandhom iwettqu proċess ta' konsultazzjoni estensiv li jinvolvi tal-anqas l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti kollha – u, jekk jitqies xieraq – il-partijiet interessati stess, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u awtoritajiet nazzjonali oħra.

2.          Fi żmien tliet xhur mid-data tal-wasla tal-metodoloġiji, l-Aġenzija ▌għandha tipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar il-metodoloġiji u tippubblikaha.

3.          Fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-opinjoni tal-Aġenzija, il-Kummissjoni għandha, u l-Istati Membri jistgħu, jagħtu opinjoni dwar il-metodoloġiji. L-opinjonijiet għandhom jiġu sottomessi lill-ENTSO għall-Elettriku jew lill-ENTSO għall-Gass.

4.          Fi żmien tliet xhur mid-data tal-wasla tal-aħħar opinjoni li tkun waslet skont il-paragrafu 3, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jadattaw il-metodoloġiji tagħhom filwaqt li jqisu b'mod dovut l-opinjoni tal-Kummissjoni, l-opinjoni tal-Aġenzija u l-opinjonijiet tal-Istati Membri li jkunu waslu, u jissottomettuhom lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni.

5.  Fi żmien ġimagħtejn mill-approvazzjoni mill-Kummissjoni, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jippubblikaw il-metodoloġiji rispettivi tagħhom fuq is-siti elettroniċi tagħhom. Huma għandhom jittrażmettu s-settijiet ta' dejta tal-input korrispondenti, kif definiti fil-punt 1 tal-Anness V, u dejta oħra rilevanti dwar in-netwerk, il-fluss tat-tagħbija u s-suq f'forma preċiża biżżejjed, skont il-liġi nazzjonali u l-ftehimiet dwar il-kunfidenzjalità rilevanti, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija, meta mitluba jagħmlu dan. Id-dejta għandha tkun valida fid-data tat-talba. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw it-trattament kunfidenzjali tad-dejta li taslilhom, min-naħa tagħhom stess u min-naħa ta' kwalunkwe parti li twettaq xogħol analitiku għalihom abbażi ta' dik id-dejta.

6.          Il-metodoloġiji għandha tiġi aġġornata u mtejba regolarment billi tiġi segwita l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 5. L-Aġenzija, fuq inizjattivi proprja jew fuq talba motivata kif xieraq mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew il-partijiet interessati, u wara li tikkonsulta formalment l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti kollha u lill-Kummissjoni, tista' titlob tali aġġornament u titjib bil-ġustifikazzjoni u t-termini ta' żmien dovuti. L-Aġenzija għandha tippubblika t-talba/talbiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jew mill-partijiet interessati u d-dokumenti rilevanti kollha mhux kummerċjalment sensittivi li jwasslu għal talba mill-Aġenzija għal aġġornament jew titjib.

7a.  Sa ...[27]*, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li jikkooperaw fil-qafas tal-Aġenzija għandhom jistabbilixxu u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku sett ta' indikaturi u valuri ta' referenza korrispondenti għat-tqabbil ta' unitajiet ta' spejjeż ta' investiment għal proġetti paragunabbli tal-kategoriji tal-infrastruttura inklużi fl-Anness II. 1 u 2. Dawk il-valuri ta' referenza jistgħu jintużaw mill-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-gas għall-analiżijiet tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż imwettqa għal pjanijiet deċennali sussegwenti għall-iżvilupp tan-netwerks.

8.          Sal-31 ta' Diċembru 2016, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jissottomettu b'mod konġunt lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija mudell konsistenti u interkonness għas-suq u għan-netwerk tal-elettriku u tal-gass li jinkludi kemm l-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku u l-gass kif ukoll il-faċilitajiet tal-ħżin u tal-LNG u li jkopru l-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija u elaborati f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Aneess V. Wara l-approvazzjoni ta' dan il-mudell mill-Kummissjoni skont il-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4, dawn għandhom jiġu inklużi fil-metodoloġiji.

Artikolu 13Permess għal investimenti b'impatti transkonfinali

1.          L-ispejjeż tal-investiment imġarrba b'mod effiċjenti, li jeskludu l-ispejjeż tal-manutenzjoni, marbuta ma' proġett ta' interess komuni li jaqa' fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.1(a), (b) u (d) u fl-Anness II.2 għandhom jiġu koperti mill-operatur(i) tas-sistema tat-trażmissjoni rilevanti jew mill-promotur(i) tal-proġetti tal-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-Istat(i) Membru/i li l-proġett jipprovdilu/hom impatt pożittiv nett, u, sakemm ma jkunux koperti b'kirjiet ta' konġestjoni jew imposti oħra, għandhom jitħallsu mill-utenti tan-netwerks permezz ta' tariffi għall-aċċess għan-netwerks f'dak l-Istat Membru jew f'dawk l-Istati Membri.

1b.        Għal proġett ta' interess komuni li jaqa' fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II. 1(a), (b) u (d) u fl-Anness II.2, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss jekk mill-inqas promotur ta' proġett wieħed jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti japplikaw dan l-Artikolu għall-ispejjeż kollha tal-proġett jew għal parti minnhom. Barra minn hekk, għal proġett ta' interess komuni li jaqa' fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.2, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 għandhom japplikaw biss meta tkun twettqet valutazzjoni tad-domanda tas-suq li wriet li wieħed ma jistax jistenna li l-ispejjeż ta' investiment imġarrba b'mod effiċjenti jiġu koperti mit-tariffi.

Meta proġett ikollu diversi promoturi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti għandhom, mingħajr dewmien, jitolbu lill-promoturi kollha jissottomettu t-talba tal-investiment b'mod konġunt skont il-paragrafu 4.

4.          Għal proġett ta' interess komuni li għalih jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu (1), il-promoturi ta' proġett ▌għandu/hom iżommu l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati infurmati regolarment, tal-anqas darba fis-sena, u sakemm il-proġett jiġi kkummissjonat, bil-progress ta' dak il-proġett u l-identifikazzjoni tal-ispejjeż u l-impatti assoċjati miegħu.

Hekk kif tali proġett ▌ikun laħaq biżżejjed maturità, il-promoturi ta' proġett, wara li jkunu kkonsultaw lill-Operaturi ta' Sistema tat-Trażmissjoni minn dawk l-Istati Membri li għalihom il-proġetti jipprovdu impatt pożittiv nett sinifikanti, għandhom jissottomettu talba ta' investiment. Dik it-talba ta' investiment għandha tinkludi talba għal allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali u għandha tiġi sottomessa lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati kollha, akkompanjata minn dawn li ġejjin:

(a)  analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż speċifika għall-proġett konsistenti mal-metodoloġija elaborata skont l-Artikolu 12 u filwaqt li jitqiesu l-benefiċċji lil hinn mill-fruntieri tal-Istat Membru kkonċernat; u

(b)    pjan ta' negozju li jevalwa l-vijabbiltà finanzjarja tal-proġett, inkluża s-soluzzjoni ta' finanzjament magħżula, u għal proġett ta' interess komuni li jaqa' fil-kategorija msemmija fil-punt 2 tal-Anness II, ir-riżultati tal-ittestjar tas-suq;

(ba)  jekk il-promoturi ta' proġett jaqblu, proposta ssostanzjata għal allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali.

Jekk proġett jiġi promoss minn diversi operaturi jew investituri, dawn għandhom jissottomettu t-talba ta' investiment tagħhom b'mod konġunt.

Għal proġetti inklużi fil-lista tal-Unjoni, il-promoturi ta' proġett għandhom jissottomettu t-talba tagħhom sat-30 ta' Settembru 2013.

Kopja ta' kull talba ta' investiment għandha tiġi trażmessa għal skopijiet ta' informazzjoni u mingħajr dewmien mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali lill-Aġenzija malli tasal.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Aġenzija għandhom iżommu l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

5.          Fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun waslet l-aħħar talba ta' investiment mingħand l-awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, wara li jikkonsultaw mal-promoturi tal-proġett ikkonċernati, jieħdu deċiżjonijiet ikkoordinati dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż tal-investiment li għandhom jiġu koperti minn kull operatur tas-sistema għall-proġett, kif ukoll dwar l-inklużjoni tagħhom fit-tariffi▌. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jiddeċiedu li jallokaw biss parti mill-ispejjeż jew jistgħu jiddeċiedu li jallokaw l-ispejjeż fuq pakkett ta' diversi proġetti ta' interess komuni.

Meta jkunu qed jallokaw l-ispejjeż, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom iqisu l-ammonti reali jew stmati:

-       tal-kirjiet ta' konġestjoni jew imposti oħra;

-       tad-dħul mill-mekkaniżmu ta' kumpens għall-operaturi ta' sistemi ta' intertrażmissjoni stabbilit skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

Fid-deċiżjoni dwar jekk għandhiex issir allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż, għandhom jiġu kkunsidrati l-ispejjeż u l-benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-proġetti fl-Istati Membri kkonċernati u l-possibbiltà li jkun hemm bżonn appoġġ finanzjarju.

Fid-deċiżjoni dwar jekk għandhiex issir allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali relevanti, f'konsultazzjoni mat-TSOs ikkonċernati, għandhom jipprovaw jilħqu ftehim reċiproku bbażat fuq l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 4(a) u (b) imma mhux limitat għaliha.

Jekk proġett ta' interess komuni jkun ta' mitigazzjoni għall-esternalitajiet negattivi, bħat-trasferimenti f'ċirku, u dak il-proġett ta' interess komuni jiġi implimentat fl-Istat Membru minn fejn oriġinat din l-esternalità negattiva, tali mitigazzjoni m'għandhiex titqies bħala benefiċċju transkonfinali u għaldaqstant m'għandhiex tikkostitwixxi bażi għall-allokazzjoni tal-ispejjeż lill-operatur tas-sistema ta' trażmissjoni tal-Istati Membru/i milquta minn dawk l-esternalitajiet negattivi.

5a.        L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom, abbażi tal-allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż kif imsemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, jikkunsidraw l-ispejjeż attwali mġarrba minn operatur ta' sistema tat-trażmissjoni jew promotur ieħor ta' proġett bħala riżultat tal-investimenti ▌meta jistabbilixxu jew japprovaw it-tariffi skont l-Artikolu 37(1)(a) tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikolu 41(1)(a) tad-Direttiva 2009/73/KE, sakemm dawn l-ispejjeż jikkorrispondu għal dawk ta' operatur effiċjenti u strutturalment komparabbli.

Id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż għandha tiġi nnotifikata, mingħajr dewmien, mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali lill-Aġenzija, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tad-deċiżjoni. B'mod partikolari, l-informazzjoni għandha tinkludi r-raġunijiet dettaljati li abbażi tagħhom ikunu ġew allokati l-ispejjeż fost l-Istati Membri, bħalma huma dawn li ġejjin:

(a)  evalwazzjoni tal-impatti identifikati, inklużi dawk li jikkonċernaw it-tariffi tan-netwerks, fuq kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati;

(b)    evalwazzjoni tal-pjan ta' negozju msemmi fil-paragrafu 4(b);

(c)    l-esternalitajiet pożittivi reġjonali jew mifruxa fl-Unjoni kollha ġġenerati mill-proġett;

(d)    ir-riżultat tal-konsultazzjoni tal-promoturi ta' proġett ikkonċernati.

Id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż għandha tiġi ppubblikata.

6.          Meta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati ma jkunux laħqu ftehim dwar it-talba ta' investiment fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun waslet it-talba mingħand l-aħħar awtorità regolatorja nazzjonali kkonċernata, dawn għandhom jinfurmaw lill-Aġenzija mingħajr dewmien.

F'dan il-każ jew fuq talba konġunta mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati, id-deċiżjoni dwar it-talba ta' investiment li tinkludi l-allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 4, kif ukoll il-metodu ta' kif l-ispiża tal-investimenti hi riflessa fit-tariffi għandha tittieħed mill-Aġenzija fi żmien tliet xhur mid-data tar-riferiment lill-Aġenzija.

Qabel ma tieħu tali deċiżjoni, l-Aġenzija għandha tikkonsulta l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati u l-promotur(i) ta' proġett. Il-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fit-tieni subparagrafu jista' jiġi estiż b'perjodu addizzjonali ta' xahrejn meta jkun hemm bżonn iżjed informazzjoni mill-Aġenzija. Dak il-perjodu addizzjonali għandu jibda fil-jum wara l-wasla tal-informazzjoni kompluta.

Id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż għandha tiġi ppubblikata. L-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 għandhom ikunu applikabbli.

7.          Kopja tad-deċiżjonijiet kollha dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward ta' kull deċiżjoni, għandha tiġi notifikata, mingħajr dewmien, mill-Aġenzija lill-Kummissjoni. Dik l-informazzjoni tista' tiġi sottomessa f'forma aggregata. Il-Kummissjoni għandha żżomm il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

8.          Din id-deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż ma għandhiex taffettwa d-dritt tat-TSOs li japplikaw u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali li japprovaw bidliet għal aċċess għal netwerks skont l-Artikolu 32 tad-Direttiva 2009/72/KE u tad-Direttiva 2009/73/KE, l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

8a.  Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu m'għandhomx japplikaw għall-proġetti ta' interess komuni li jkunu rċevew:

-       eżenzjoni mill-Artikoli 32, 33, 34 u l-Artikolu 41(6), (8) u (10) tad-Direttiva 2009/73/KE skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE, jew

-       eżenzjoni mill-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 jew eżenzjoni mill-Artikoli 32 u 37(6) u (10) tad-Direttiva 2009/72/KE skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, jew

-       eżenzjoni skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE[28], jew

-       eżenzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003[29].

Artikolu 14Inċentivi

1.          Meta promotur ta' proġett iġarrab riskji akbar għall-iżvilupp, il-kostruzzjoni, l-operat jew il-manutenzjoni ta' proġett ta' interess komuni li jaqa' taħt il-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.1(a), (b) u (d) u fl-Anness II.2, ▌meta mqabbla mar-riskji li jittieħdu normalment minn proġett ta' infrastruttura komparabbli, l-Istati Membri u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li jingħataw inċentivi xierqa lil dak il-proġett b'konformita' mal-Artikolu 37(8) tad-Direttiva 2009/72/KE, l-Artikolu 41(8) tad-Direttiva 2009/73/KE, l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fejn il-proġett ta' interess komuni jkun irċieva:

-       eżenzjoni mill-Artikoli 32, 33, 34 u l-Artikolu 41(6), (8) u (10) tad-Direttiva 2009/73/KE skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE, jew

-  eżenzjoni mill-Artikolu 16(6) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 jew eżenzjoni mill-Artikoli 32 u 37(6) u (10) tad-Direttiva 2009/72/KE skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, jew

-       eżenzjoni skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2003/55/KE, jew

-       eżenzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1228/2003.

2.          Id-deċiżjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-għoti ta' dawn l-inċentivi għandha tikkunsidra r-riżultati tal-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż abbażi tal-metodoloġija elaborata skont l-Artikolu 12 u b'mod partikolari l-esternalitajiet pożittivi reġjonali jew fl-Unjoni kollha ġġenerati mill-proġett. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom janalizzaw ulterjorment ir-riskji speċifiċi meħuda mill-promotur(i) ta' proġett, il-miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskju meħuda u l-ġustifikazzjoni ta' dan il-profil tar-riskju fid-dawl tal-impatt pożittiv nett ipprovdut mill-proġett, meta mqabbel ma' alternattiva ta' riskju aktar baxx. Ir-riskji eliġibbli għandhom jinkludu b'mod partikolari riskji marbuta ma' teknoloġiji ta' trażmissjoni ġodda, kemm fuq l-art kif ukoll barra mill-kosta, riskji relatati mal-insuffiċjenza fil-kopertura tal-ispejjeż u riskji relatati mal-iżvilupp.

3.  L-inċentiv mogħti bid-deċiżjoni għandu jikkunsidra n-natura speċifika tar-riskju sostnut u jista' jkopri fost affarijiet oħra:

(a)    ir-regoli għal investiment antiċipatorju; jew

(b)    ir-regoli għar-rikonoxximent tal-ispejjeż imġarrba b'mod effiċjenti qabel l-ikkummissjonar tal-proġett; jew

(c)    ir-regoli għall-provvista ta' ritorn addizzjonali fuq il-kapital investit għall-proġett; jew

(d)    kwalunkwe miżura oħra li hija meqjusa meħtieġa u xierqa.

5.          Sal-31 ta' Lulju 2013, fejn ikunu disponibbli, kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tippreżenta lill-Aġenzija l-metodoloġija tagħha u l-kriterji użati għall-evalwazzjoni ta' investimenti fi proġetti tal-infrastruttura tal-elettriku u l-gass u r-riskji akbar li jieħdu huma.

5a.   Sal-31 ta' Diċembru 2013, waqt li tqis kif dovut l-informazzjoni li tkun irċeviet skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, l-Aġenzija għandha tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-prattiki tajba u toħroġ rakkomandazzjonijiet bi qbil mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 713/2009 rigward:

(a)     l-inċentivi msemmija fil-paragrafu 1 abbażi ta' parametraġġ ta' riferiment tal-aħjar prattika mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali;

(b)     metodoloġija komuni li tevalwa r-riskji akbar sostnuti għal investimenti fi proġetti tal-infrastruttura tal-elettriku u l-gass.

5b.        Sal-31 ta' Marzu 2014, kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tippubblika l-metodoloġija tagħha u l-kriterji użati għall-evalwazzjoni ta' investimenti fi proġetti tal-infrastruttura tal-elettriku u l-gass u r-riskji akbar li tkun sostniet.

6.  Fejn il-miżuri msemmijin fil-paragrafi 5a u 5b ma jkunux biżżejjed biex tiġi żgurata implimentazzjoni f'waqtha tal-proġetti ta' interess komuni, il-Kummissjoni tista' toħroġ linji gwida dwar l-inċentivi stabbiliti f'dan l-Artikolu▌.

KAPITOLU VFINANZJAMENT

Artikolu 15 Eliġibbiltà ta' proġetti għal għajnuna finanzjarja mill-Unjoni

1.          Proġetti ta' interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II. 1, 2 u 4 huma eliġibbli għal għajnuna finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta' għotjiet għal studji u strumenti finanzjarji▌.

2.          Proġetti ta' interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II. 1(a) sa (d) u fl-Anness II.2, minbarra proġetti ta' ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma, huma eliġibbli wkoll għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta' għotjiet għal xogħlijiet▌ jekk jissodisfaw il-kriterji li ġejjin:

(a)  l-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż speċifika għall-proġett skont l-Artikolu 13(4)(a) tipprovdi provi li jikkonċernaw l-eżistenza ta' esternalitajiet pożittivi sinifikanti, bħas-sigurtà tal-provvista, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni; u

(b)    il-proġett ikun irċieva deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali skont l-Artikolu 13; jew, fir-rigward tal-proġetti ta' interess komuni li jaqgħu taħt il-kategorija 1(c) tal-Anness II u li għaldaqstant ma jirċevux deċiżjoni dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali, il-proġett għandu jimmira li jipprovdi servizzi bejn il-fruntieri, li jġib miegħu innovazzjoni teknoloġika u li jiżgura s-sikurezza tal-operazzjoni tal-grid transkonfinali; u

(c)    il-proġett ma jkunx kummerċjalment vijabbli skont il-pjan tan-negozju u evalwazzjonijiet oħra mwettqa, speċjalment minn investituri jew kredituri possibbli jew mill-awtorità regolatorja nazzjonali. Id-deċiżjoni dwar l-inċentivi u l-ġustifikazzjoni tagħha msemmija fl-Artikolu 14(2) għandha tittieħed meta tiġi evalwata l-vijabbiltà kummerċjali tal-proġett;

2a.  Proġetti ta' interess komuni mwettqa b'konformita' mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5(6)(c) għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta' għotjiet għal xogħlijiet jekk jissodisfaw il-kriterji stipulati fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

3.          Proġetti ta' interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II. 1(e) u 4 għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni fil-forma ta' għotjiet għal xogħlijiet▌, jekk il-promoturi tal-proġett ikkonċernati jkunu jistgħu juru b'mod ċar l-esternalitajiet pożittivi sinifikanti ġġenerati mill-proġetti u n-nuqqas ta' vijabbiltà kummerċjali tagħhom, skont il-pjan ta' negozju jew evalwazzjonijiet oħra mwettqa, speċfikament minn investituri jew kredituri possibbli jew, fejn ikun applikabbli, awtorità regolatorja nazzjonali.

Artikolu 15aGwida għall-kriterji biex tingħata l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

Il-kriterji speċifiċi stipulati fl-Artikolu 5(2) u l-parametri stipulati fl-Artikolu 4(4) jissodisfaw ukoll ir-rwol ta' objettivi għall-iskop li jiġu stabbiliti l-kriterji biex tingħata l-assistenza finanzjarja mill-Unjoni fir-Regolament rilevanti dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Artikolu 15bL-eżerċizzju tad-delega

1.          Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.          Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' 4 snin minn ...[30]*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem ta' dan il-perijodu. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.          Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 3 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.  Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.          Att delegat adottat skont l-Artikolu 3 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

KAPITOLU VIDISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 16Rapportar u evalwazzjoni

Sa mhux iktar tard mill-2017, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni u tippreżentah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jipprovdi evalwazzjoni:

(a)  tal-progress miksub għall-ippjanar, l-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar ta' proġetti ta' interess komuni magħżula skont l-Artikolu 3, u, fejn rilevanti, id-dewmien fl-implimentazzjoni u diffikultajiet oħra ffaċċjati;

(b)         tal-fondi impenjati u żburżati mill-Unjoni għal proġetti ta' interess komuni ▌, imqabbla mal-valur totali tal-proġetti ta' interess komuni ffinanzjati;

(c)         rigward is-setturi tal-elettriku u l-gass, tal-evoluzzjoni tal-livell ta' interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, l-evoluzzjoni korrispondenti tal-prezzijiet tal-enerġija, kif ukoll l-għadd ta' avvenimenti ta' falliment tas-sistema tan-netwerk, il-kawżi tagħhom u l-ispiża ekonomika relatata;

(d)         rigward l-għoti tal-permessi u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku:

–  tat-tul ta' żmien totali medju u massimu tal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni għall-proġetti ta' interess komuni, inkluż it-tul ta' żmien ta' kull pass tal-proċedura ta' awtorizzazzjoni, imqabbla maż-żmien previst mit-tragwardi ewlenin tal-bidu msemmija fl-Artikolu 11(2);

–       tal-livell ta' oppożizzjoni ffaċċjat minn proġetti ta' interess komuni (speċjalment l-għadd ta' osservazzjonijiet bil-miktub waqt il-proċess ta' konsultazzjoni pubblika, l-għadd ta' azzjonijiet għal rikors legali);

-       ta' ħarsa ġenerali lejn l-aħjar prattiki u l-prattiki innovattivi fir-rigward tal-involviment tal-partijiet interessati u l-mitigazzjoni tal-impatt ambjentali waqt il-proċessi tal-għoti tal-permessi u l-implimentazzjoni tal-proġetti;

-       tal-effikaċja tal-iskemi previsti fl-Artikolu 9(2) rigward il-konformità mal-limiti ta' żmien stipulati skont l-Artikolu 11.

(e)  rigward it-trattament regolatorju:

–       tal-għadd ta' proġetti ta' interess komuni li ngħataw deċiżjoni dwar allokazzjoni ta' spejjeż transkonfinali skont l-Artikolu 13;

–       tal-għadd u t-tip ta' proġetti ta' interess komuni li jkunu rċevew inċentivi speċifiċi skont l-Artikolu 14;

(ea)       tal-effikaċja ta' dan ir-Regolament biex jikkontribwixxi għall-għanijiet għall-integrazzjoni tas-suq sal-2014 u l-2015, għall-objettivi klimatiċi u enerġetiċi għall-2020, u, fuq żmien itwal, għal bidla lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju sal-2050.

Artikolu 17Informazzjoni u pubbliċità

Il-Kummissjoni, sa sitt xhur wara d-data meta tiġi adottata l-ewwel lista tal-Unjoni, għandha tistabbilixxi pjattaforma għat-trasparenza tal-infrastruttura li tkun faċilment aċċessibbli mill-pubbliku ġenerali, anke permezz tal-internet. Din il-pjattaforma għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)  informazzjoni ġenerali, aġġornata▌, inkluża informazzjoni ġeografika, għal kull proġett ta' interess komuni;

(b)         il-pjan ta' implimentazzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 5(1), għal kull proġett ta' interess komuni;

(c)         ir-riżultati ewlenin tal-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż abbażi tal-metodoloġija elaborata skont l-Artikolu 12 għall-proġetti ta' interess komuni kkonċernati, minbarra informazzjoni kummerċjalment sensittiva;

(ca)       il-lista tal-Unjoni;

(cb)       il-fondi allokati u żburżati mill-Unjoni għal kull proġett ta' interess komuni.

Artikolu 18Dispożizzjonijiet tranżitorji

Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-għoti, il-kontinwazzjoni jew il-modifikazzjoni ta' għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni abbażi ta' sejħiet għal proposti mnedija taħt ir-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija[31] għall-proġetti elenkati fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE jew fid-dawl tal-miri, ibbażati fuq il-kategoriji rilevanti tan-nefqa għat-TEN-E, kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni[32].

Għall-proġetti ta' interess komuni fil-proċess għall-għoti tal-permess li għalihom promotur ta' proġetti jkun ressaq fajl ta' applikazzjoni qabel ...[33]*, id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III m'għandhomx japplikaw.

Artikolu 18aEmendi għar-Regolament (KE) Nru 713/2009

Fir-Regolament (KE) Nru 713/2009, il-paragrafu 1 tal-Artikolu 22 jinbidel b'dan li ġej:

“1.    Id-drittijiet għandhom ikunu dovuti lill-Aġenzija biex tintalab deċiżjoni dwar eżenzjoni skont l-Artikolu 9(1) u għad-deċiżjonijiet dwar allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali li tipprovdi l-Aġenzija skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ...[34]*1dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea.

_____________________

1       ĠU L ...[35]** "

Artikolu 18bEmendi għar-Regolament (KE) Nru 714/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 714/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)         L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)    fil-paragrafu 3, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)  għodda komuni għall-operat tan-netwerk biex jiġi żgurat il-koordinament tal-operat tan-netwerk f'kundizzjonijiet normali u ta' emerġenza, inkluża skala għall-klassifikazzjoni tal-inċidenti komuni, u pjanijiet ta' riċerka. Din l-għodda għandha tispeċifika fost affarijiet oħra:

(i)     l-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni xierqa minn ġurnata qabel, tal-istess jum, u f'ħin reali, li tkun utli għat-titjib tal-koordinament operattiv, kif ukoll il-frekwenza ottimali għall-ġbir u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni ta' dan it-tip;

(ii)  il-pjattaforma teknoloġika għall-iskambju ta' informazzjoni f'ħin reali u fejn ikun xieraq, il-pjattaformi teknoloġiċi għall-ġbir, l-ipproċessar u t-trażmissjoni tal-informazzjoni l-oħra msemmija fil-punt (i), kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-proċeduri li jkunu kapaċi jżidu l-koordinament operattiv bejn l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni bil-ħsieb li koordinament ta' dan it-tip jibda jseħħ fl-Unjoni kollha kemm hi;

(iii)  kif l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni se jqiegħdu l-informazzjoni operattiva għad-diżpożizzjoni tal-operaturi l-oħra tas-sistemi ta' trażmissjoni jew ta' kwalunkwe entità oħra li tkun ingħatat il-mandat dovut li tappoġġahom fil-kisba tal-koordinament operattiv, u tal-Aġenzija; u

(iv)   li l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni jaħtru punt ta' kuntatt responsabbli biex iwieġeb għall-mistoqsijiet minn operaturi oħrajn ta' sistemi ta' trażmissjoni jew minn kwalunkwe entità oħra li tkun ingħatat il-mandat dovut kif imsemmi fil-punt (iii), jew mill-Aġenzija fir-rigward tal-informazzjoni ta' dan it-tip.

L-ENTSO tal-Elettriku għandu jissosttometti l-ispeċifikazzjonijiet adottati rigward il-punti (i) sa (iv) t'hawn fuq lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni sa ...[36]*. .

Fi żmien 12-il xahar minn meta jiġu adottati l-ispeċifikazzjonijiet, l-Aġenzija għandha toħroġ opinjoni li fiha tikkunsidra jekk humiex qed jikkontribwixxu biżżejjed għall-promozzjoni tal-kummerċ transkonfinali u għall-iżgurar tal-ġestjoni ottimali, tal-operat ikkoordinat, tal-użu effiċjenti u tal-evoluzzjoni teknika soda tan-netwerk Ewropew għat-trażmissjoni tal-elettriku.".

(b)    fil-paragrafu 10, il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

“(a)  jibni fuq pjanijiet ta' investiment nazzjonali, waqt li jitqiesu l-pjanijiet ta' investiment reġjonali kif imsemmijin fl-Artikolu 12(1), u, jekk ikun il-każ, l-aspetti tal-Unjoni tal-ippjanar tan-netwerk, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ...[37]* 1 dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea; għandu jkun soġġett għal analiżi tal-benefiċċji meta mqabblin mal-ispejjeż permezz tal-metodoloġija stabbilita kif stipulat fl-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament;

_________________

1       ĠU L ...[38]**.".

(2)  L-Artikolu 11 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 11Spejjeż

L-ispejjeż relatati mal-attivitajiet tal-ENTSO tal-Elettriku msemmija fl-Artikoli 4 sa 12 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru .../...[39]* għandhom jiġġarrbu mill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi. L-awtoritajiet regolatorji għandhom japprovaw dawn l-ispejjeż biss jekk ikunu raġonevoli u xierqa."

(3)         Fl-Artikolu 18, qed jiddaħħal il-paragrafu ġdid li ġej:

“4a.  Il-Kummissjoni tista' tadotta linji gwida dwar l-implimentazzjoni tal-koordinament operattiv bejn l-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni fil-livell tal-Unjoni. Dawk il-linji gwida għandhom ikunu konsistenti mal-kodiċijiet tan-netwerk imsemmijin fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament u jibnu fuqhom, u għandhom jibnu fuq l-ispeċifikazzjonijiet adottati u l-opinjoni tal-Aġenzija msemmija fl-Artikolu 8(3)(a) ta' dan ir-Regolament. Meta tkun qed tadotta dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni għandha tqis ir-rekwiżiti operattivi reġjonali u nazzjonali li jvarjaw bejniethom.

Dawk il-linji gwida għandhom jiġu adottati bi qbil mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 23(3).".

(4)         Fl-Artikolu 23, qed jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"3.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni.

__________________

ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.".

Artikolu 18cEmendi għar-Regolament (KE) Nru 715/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 8(10), il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

"(a)  jibni fuq pjanijiet ta' investiment nazzjonali, waqt li jitqiesu l-pjanijiet ta' investiment reġjonali kif imsemmijin fl-Artikolu 12(1), u, jekk ikun il-każ, l-aspetti tal-Unjoni tal-ippjanar tan-netwerk, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ...[40]* 1dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea; għandu jkun soġġett għal analiżi tal-benefiċċji meta mqabblin mal-ispejjeż permezz tal-metodoloġija stabbilita kif stipulat fl-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament;

__________________

1       ĠU L ...[41]**.".

(2)         L-Artikolu 11 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 11Spejjeż

L-ispejjeż relatati mal-attivitajiet tal-ENTSO tal-Gass imsemmi fl-Artikoli 4 sa 12 ta' dan ir-Regolament u fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru .../...[42]* għandhom jiġġarrbu mill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u għandhom jitqiesu fil-kalkolu tat-tariffi. L-awtoritajiet regolatorji għandhom japprovaw dawn l-ispejjeż biss jekk ikunu raġonevoli u xierqa.".

Artikolu 19Revoka

Id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE hija hawnhekk imħassra mill-1 ta' Jannar 2014. Ma għandhom jirriżultaw l-ebda drittijiet taħt dan ir-Regolament għall-proġetti elenkati fl-Annessi I u III għad-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE.

Artikolu 20Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika minn ...[43]* bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 15 u 15a li għandhom japplikaw sa mid-data meta jibda japplika r-Regolament rilevanti dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew                                                Għall-Kunsill

Il-President                                                                                  Il-President

________________________

ANNESS I

KURITURI U OQSMA PRIJORITARJI TAL-INFRASTRUTTURA TAL-ENERĠIJA

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kurituri u l-oqsma ta' prijorità tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropej li ġejjin:

1.          KURITURI PRIJORITARJI TAL-ELETTRIKU

(1)         Il-Grid Barra mill-Kosta tal-Ibħra tat-Tramuntana (“NSOG” - Northern Seas Offshore Grid): l-iżvilupp ta' grid tal-elettriku integrata barra mill-kosta u l-interkonnetturi relatati fil-Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar Irlandiż, il-Kanal Ingliż, il-Baħar Baltiku u l-ilmijiet fil-viċin għat-trasport tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija barra mill-kosta rinnovabbli lejn ċentri ta' konsum u ħżin u għaż-żieda tal-iskambju tal-elettriku transkonfinali.

Stati Membri kkonċernati: il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja, ir-Renju Unit;

(2)  Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa ("NSI West Electricity"): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri tar-reġjun u maż-żona tal-Mediterran, inkluża l-peniżola Iberika, speċjalment biex jintegraw l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli u jsaħħu l-infrastrutturi tal-grids interni biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq fir-reġjun.

Stati Membri kkonċernati: l-Awstrija, il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, Malta, il-Portugall, Spanja, ir-Renju Unit;

(3)         Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa ("NSI East Electricity"): interkonnessjonijiet u linji interni fid-direzzjonijiet ta' Tramuntana-Nofsinhar u Lvant-Punent biex jikkompletaw is-suq intern u jintegraw il-ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

Stati Membri kkonċernati: l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja[44], ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja;

(4)  Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fl-elettriku (Baltic Energy Market Interconnection Plan "BEMIP tal-Elettriku"): interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri fir-reġjun Baltiku u r-rinfurzar ta' infrastrutturi tal-grid interni skont dan, biex jintemm l-iżolament tal-Istati Baltiċi u biex titrawwem l-integrazzjoni tas-suq fost affarijiet oħra billi jkun hemm ħidma lejn l-integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fir-reġjun;

Stati Membri kkonċernati: id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, l-Isvezja.

2.          KURITURI PRIJORITARJI TAL-GASS

(5)         Interkonnessjonijiet tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa ("NSI West Gas"): infrastruttura tal-gass għal flussi tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa biex ikomplu jiddiversifikaw ir-rotot tal-provvista u biex tiżdied il-kapaċità ta' kunsinna ta' gass fi żmien qasir.

Stati Membri kkonċernati: il-Belġju, id-Danimarka, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, Spanja, ir-Renju Unit;

(6)  Interkonnessjonijiet tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fix-Xlokk tal-Ewropa ("NSI East Gas"): infrastruttura tal-gass għall-konnessjonijiet tal-gass reġjonali bejn ir-reġjun tal-Baħar Baltiku, l-Ibħra Adrijatiku u tal-Eġew, il-Baħar Mediterran tal-Lvant u l-Baħar l-Iswed u għat-tisħiħ tad-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvista tal-gass;

Stati Membri kkonċernati: l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja[45], Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja;

(7)         Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar (“SGC”): infrastruttura għat-trażmissjoni ta' gass mill-Baċir tal-Kaspju, l-Asja Ċentrali, il-Lvant Nofsani u l-Baċir Mediterranju tal-Lvant lill-Unjoni sabiex tissaħħaħ id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-gass.

Stati Membri kkonċernati: l-Awstrija, il-Bulgarija, il-Kroazja[46], ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Greċja, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja;

(8)  Pjan ta' Interkonnessjoni tas-Suq Baltiku tal-Enerġija fil-gass ("BEMIP Gas"): infrastruttura tal-gass li ttemm l-iżolament tat-tliet Stati Baltiċi u l-Finlandja u d-dipendenza tagħhom fuq fornitur wieħed, li ssaħħaħ l-infrastrutturi tal-grids interni u li żżid id-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvisti fir-reġjun tal-Baħar Baltiku;

Stati Membri kkonċernati: id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, il-Ġermanja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, l-Isvezja.

3.        KURITUR PRIJORITARJU TAŻ-ŻEJT

(9)         Konnessjonijiet tal-provvista taż-żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa ("OSC"): interoperabbiltà tan-netwerk tal-pipelines taż-żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa għaż-żieda tas-sigurtà tal-provvista u t-tnaqqis tar-riskji ambjentali.

Stati Membri kkonċernati: l-Awstrija, il-Kroazja[47], ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja.

4.  OQSMA TEMATIĊI PRIJORITARJI

(10)       Użu tal-grids intelliġenti: adozzjoni ta' teknoloġiji ta' grids intelliġenti fl-Unjoni li jintegraw b'mod effiċjenti l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha għan-netwerk tal-elettriku, b'mod partikolari l-ġenerazzjoni ta' ammonti kbar ta' elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli jew distribwiti u r-rispons għad-domanda mill-konsumaturi;

Stati Membri kkonċernati: kollha;

(11)       Awtostradi tal-elettriku: l-ewwel awtostradi tal-elettriku sal-2020, fid-dawl tal-bini ta' sistema ta' awtostradi tal-elettriku fl-Unjoni li hija kapaċi:

(a)    takkomoda l-ġenerazzjoni żejda tal-enerġija mir-riħ li qiegħda dejjem tiżdied fl-Ibħra tat-Tramuntana u l-Baltiku u madwarhom u żżid il-ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli fil-Lvant u t-Tramuntana tal-Ewropa kif ukoll fl-Afrika ta' Fuq;

(b)    torbot dawn iċ-ċentri ġodda ta' ġenerazzjoni mal-kapaċitajiet ta' ħżin importanti fil-pajjiżi Nordiċi, fl-Alpi u f'reġjuni oħra b'ċentri ta' konsum ewlenin, u

(c)  tlaħħaq ma' provvista tal-elettriku dejjem iżjed varjabbli u deċentralizzata u ma' domanda flessibbli għall-elettriku;

Stati Membri kkonċernati: kollha;

(12)       Netwerk transkonfinali tad-diossidu tal-karbonju: żvilupp ta' infrastruttura għat-trasport tad-diossidu tal-karbonju bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi tal-viċinat biex ikunu jistgħu jiġu attivati l-qbid u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju.

Stati Membri kkonċernati: kollha.

________________________

ANNESS IIKATEGORIJI TAL-INFRASTRUTTURA TAL-ENERĠIJA

Il-kategoriji tal-infrastruttura tal-enerġija li għandhom jiġu żviluppati sabiex jiġu implimentati l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija elenkati fl-Anness I huma dawn li ġejjin:

(1)         fir-rigward tal-elettriku:

(a)    il-fili għat-trażmissjoni ta' vultaġġ għoli 'l fuq mill-art, jekk ikunu ġew iddisinjati għal vultaġġ ta' 220 kV jew iżjed, u kejbils għat-trażmissjoni taħt l-art u taħt il-baħar, jekk ikunu ġew iddisinjati għal vultaġġ ta' 150 kV jew iżjed;

(b)    fir-rigward b'mod partikolari tal-awtostradi tal-elettriku; kwalunkwe tagħmir fiżiku ddisinjat biex jippermetti t-trasport tal-elettriku fuq il-livell ta' vultaġġ għoli u għoli ħafna, bil-ħsieb li ammonti kbar ta' elettriku ġġenerat jew maħżun fi Stat Membru jew f'diversi Stati Membri jew pajjiżi terzi jiġu konnessi mal-konsum tal-elettriku fuq skala kbira fi Stat Membru jew f'diversi Stati Membri;

(c)  il-faċilitajiet għall-ħżin tal-elettriku li jintużaw għall-ħżin tal-elettriku fuq bażi temporanja jew permanenti f'infrastruttura jew siti ġeoloġiċi taħt l-art jew fuq l-art, sakemm dawn ikunu konnessi direttament ma' fili għat-trażmissjoni b'vultaġġ għoli ddisinjati għal vultaġġ ta' 110 kV jew iżjed;

(d)    kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali biex is-sistemi definiti fil-punti (a) sa (c) joperaw b'sikurezza, sigurtà u effiċjenza, inklużi s-sistemi ta' protezzjoni, monitoraġġ u kontroll fil-livelli kollha tal-vultaġġ u fis-substazzjonijiet kollha;

(e)    kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni, kemm fil-livell tat-trażmissjoni u kif ukoll tad-distribuzzjoni b'vultaġġ medju, li jimmira lejn komunikazzjoni diġitali bidirezzjonali, f'ħin reali jew viċin il-ħin reali, monitoraġġ u ġestjoni interattivi u intelliġenti tal-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-elettriku fi ħdan netwerk tal-elettriku bl-għan li jiġi żviluppat netwerk li b'mod effiċjenti jintegra l-imġiba u l-azzjonijiet tal-utenti kollha konnessi miegħu – ġeneraturi, konsumaturi u dawk li jagħmlu t-tnejn – sabiex jiġu żgurati sistema tal-elettriku ekonomikament effiċjenti, sostenibbli, b'telf baxx u b'livelli għoljin ta' kwalità, sigurtà tal-provvista u sikurezza;

(2)  fir-rigward tal-gass:

(a)    il-pipelines ta' trażmissjoni għat-trasport tal-gass naturali u l-bijogass li jiffurmaw parti minn netwerk li jinkludi primarjament pipelines bi pressa għolja, apparti l-pipelines bi pressa għolja li jintużaw għal distribuzzjoni upstream jew lokali ta' gass naturali,

(b)    il-faċilitajiet għall-ħżin taħt l-art konnessi mal-imsemmija pipelines tal-gass bi pressa għolja,

(c)    il-faċilitajiet ta' riċeviment, ħżin u rigassifikazzjoni jew dekompressjoni għal gass naturali likwifikati (LNG) jew gass naturali kkompressat (CNG);

(d)    kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali biex is-sistema topera b'sikurezza, b'sigurtà u b'effiċjenza jew biex tippermetti kapaċità bidirezzjonali, inklużi l-istazzjonijiet ta' kompressuri;

(3)  fir-rigward taż-żejt:

(a)    il-pipelines użati għat-trasport ta' żejt mhux maħdum;

(b)    l-istazzjonijiet tal-ippumpjar u l-faċilitajiet ta' ħżin meħtieġa għall-operazzjoni tal-pipelines għaż-żejt mhux maħdum;

(c)    kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali biex is-sistema inkwistjoni topera b'mod adattat, b'sigurtà u b'effiċjenza, inklużi s-sistemi ta' protezzjoni, monitoraġġ u kontroll u l-apparat ta' inverżjoni tal-fluss;

(4)         fir-rigward tad-diossidu tal-karbonju:

(a)    il-pipelines dedikati, minbarra netwerks ta' pipelines upstream, użati għat-trasport ta' diossidu tal-kabonju minn iżjed minn sors wieħed, jiġifieri installazzjonijiet industrijali (inklużi impjanti tal-enerġija) li jipproduċu gass tad-diossidu tal-karbonju mill-kombustjoni jew reazzjonijiet kimiċi oħra li jinvolvu komposti fossili jew mhux fossili li fihom il-karbonju, għall-finijiet tal-ħżin ġeoloġiku permanenti tad-diossidu tal-karbonju skont id-Direttiva 2009/31/KE;

(b)  il-faċilitajiet għal-likwifikazzjoni u l-ħżin intermedju tad-diossidu tal-karbonju fil-prospettiva tat-trasport ulterjuri tiegħu. Dan ma jinkludix l-infrastruttura ġo formazzjoni ġeoloġika li tintuża għal ħżin ġeoloġiku permanenti tad-diossidu tal-karbonju skont id-Direttiva 2009/31/KE u l-faċilitajiet tal-wiċċ u ta' injezzjoni assoċjati.

(c)    kwalunkwe tagħmir jew installazzjoni essenzjali biex is-sistema inkwistjoni topera b'mod xieraq, b'sigurtà u b'effiċjenza, inklużi s-sistemi ta' protezzjoni, monitoraġġ u kontroll.

________________________

ANNESS III

LISTI REĠJONALI TA' PROĠETTI TA' INTERESS KOMUNI

1.          REGOLI GĦALL-GRUPPI

(1)         Għall-proġetti relatati mal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tat-TSOs ▌, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ENTSO tal-Elettriku.

Għall-proġetti relatati mal-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.2, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, tat-TSOs ▌, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ENTSO tal-Gass.

Għall-proġetti relatati mat-trasport taż-żejt u d-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategoriji msemmija fl-Anness II(3) u (4), kull Grupp għandu jkun magħmul minn rapprezentanti tal-Istati Membri, il-promoturi tal-proġetti kkonċernati minn kull prijorità rilevanti indikata fl-Anness 1 u l-Kummissjoni.

(1a)  Il-korpi deċiżjonali tal-Gruppi jistgħu jingħaqdu bejniethom. Il-Gruppi jew il-korpi deċiżjonali kollha għandhom jiltaqgħu, meta jkun rilevanti, biex jiddiskutu t-temi li jkunu komuni għall-Gruppi kollha; it-tali temi jistgħu jinkludu kwistjonijiet rilevanti għall-konsistenza transreġjonali jew l-għadd ta' proġetti proposti inklużi fl-abbozzi tal-listi reġjonali li jkunu fil-periklu li se jsiru inkontrollabbli.

(2)         Kull Grupp għandu jorganizza l-ħidma tiegħu f'konformità mal-isforzi għall-kooperazzjoni reġjonali skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/72/KE, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/73/KE, l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u l-istrutturi eżistenti oħra ta' kooperazzjoni reġjonali.

(3)  Kull Grupp għandu jistieden, kif ikun xieraq bl-għan li tiġi implimentata l-prijorità rilevanti indikata fl-Anness I, il-promoturi ta' proġett li potenzjalment ikun eliġibbli biex jintgħażel bħala proġett ta' interess komuni, kif ukoll ir-rappreżentanti tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, tal-awtoritajiet regolatorji, ▌u TSOs mill-pajjiżi kandidati tal-UE u l-pajjiżi li potenzjalment jistgħu jkunu kandidati, il-pajjiżi membri taż-Żona Ekonomika Ewropea u l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, ir-rappreżentanti minn istituzzjonijiet u korpi tal-Komunità tal-Enerġija, il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-pajjiżi li magħhom l-Unjoni tkun stabbilixxiet kooperazzjoni speċifika għall-qasam tal-enerġija. Id-deċiżjoni li jiġu mistiedna rappreżentanti ta' pajjiżi terzi għandha tkun ibbażata fuq kunsens.

(4)         Kull Grupp għandu jikkonsulta mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet interessati rilevanti - u, jekk jitqies xieraq, mal-partijiet interessati direttament - inklużi l-produtturi, l-operaturi ta' sistemi ta' distribuzzjoni, il-fornituri, il-konsumaturi u ▌l-organizzazzjonijiet tal-protezzjoni ambjentali. Il-Grupp jista' jorganizza smigħ jew konsultazzjonijiet meta jkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(4a)  Ir-regoli interni, lista aġġornata tal-organizzazzjonijiet membri, informazzjoni aġġornata regolarment dwar il-progress tal-ħidma, l-aġendi tal-laqgħat, kif ukoll il-konklużjonijiet u d-deċiżjonijiet finali ta' kull Grupp għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni fuq il-pjattaforma għat-trasparenza msemmija fl-Artikolu 17.

(4b)       Il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-Gruppi għandhom jagħmlu ħilithom biex ikun hemm konsistenza bejn il-Gruppi differenti. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw, meta jkun rilevanti, l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-ħidma kollha li tirrappreżenta interess interreġjonali bejn il-Gruppi kkonċernati.

Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Aġenzija fil-Gruppi m'għandhiex tipperikola t-twettiq tal-objettivi u d-dmirijiet tagħhom skont dan ir-Regolament jew skont l-Artikoli 36 u 37 tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikoli 40 u 41 tad-Direttiva 2009/73/KE, jew skont ir-Regolament (KE) Nru 713/2009.

2.  PROĊESS BIEX JIĠU STABBILITI LISTI REĠJONALI

(1)         Il-promoturi ta' proġett li jkun potenzjalment eliġibbli biex jintgħażel bħala proġett ta' interess komuni li jkunu jixtiequ jiksbu l-istatus ta' proġetti ta' interess komuni għandhom iressqu applikazzjoni għall-għażla ta' proġett bħala proġett ta' interess komuni lill-Grupp li tkun tinkludi:

-       valutazzjoni tal-proġett(i) tagħhom fir-rigward tal-kontribut għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness I;

-       analiżi dwar l-issodisfar tal-kriterji rilevanti definiti fl-Artikolu 4;

-       fir-rigward tal-proġetti li jkun laħqu grad suffiċjenti ta' maturità, analiżi tal-benefiċċji meta mqabblin mal-ispejjeż speċifika għall-proġett, bi qbil mad-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 18a u abbażi tal-metodoloġija żviluppata mid-diversi ENTSO skont l-Artikolu 12; u

-       kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-evalwazzjoni tal-proġett.

(2)         Id-destinatarji kollha għandhom iżommu l-kunfidenzjalità ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

(3)  Wara li tkun ġiet adottata l-ewwel lista tal-Unjoni, fir-rigward tal-listi kollha sussegwenti tal-Unjoni li jiġu adottati, il-proġetti proposti għall-ħżin u t-trażmissjoni tal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 1(a), (b) u (d) tal-Anness II għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan deċennali disponibbli għall-iżvilupp tan-netwerk tal-elettriku, żviluppat mill-ENTSO tal-Elettriku skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009.

(4)         Wara li tkun ġiet adottata l-ewwel lista tal-Unjoni, fir-rigward tal-listi kollha sussegwenti tal-Unjoni li jiġu adottati▌, il-proġetti proposti għall-infrastruttura ▌tal-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan deċennali disponibbli għall-iżvilupp tan-netwerk tal-gass, żviluppat mill-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

(4a)  Il-proposti għal proġetti li jitressqu biex jiġu inklużi fl-ewwel lista tal-Unjoni li ma jkunux ġew evalwati skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 għandhom jiġu vvalutati fil-livell tas-sistema tat-totalità tal-Unjoni:

-       mill-ENTSO tal-Elettriku bi qbil mal-metodoloġija applikata fl-aħħar pjan deċennali disponibbli għall-iżvilupp tan-netwerk fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu taħt il-punt 1(a), (b) u (d) tal-Anness II;

-       mill-ENTSO tal-Gass jew minn parti terza b'mod konsistenti abbażi ta' metodoloġija oġġettiva fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu taħt il-punt 2 tal-Anness II;

-       sa ...[48]*, il-Kummissjoni għandha toħroġ Linji Gwida dwar il-kriterji li għandhom jiġu applikati mill-ENTSO tal-Elettriku u l-ENTSO tal-Gass meta jkunu qed jiżviluppaw il-pjanijiet deċennali għall-iżvilupp tan-netwerk rispettivi tagħhom imsemmijin fil-punti (3) u (4) t'hawn fuq, sabiex tiżgura t-trattament ugwali u t-trasparenza tal-proċess.

(5)  Il-proġetti proposti għat-trasport tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategorija stabbilita fl-Anness II.4 għandhom jiġu ppreżentati bħala parti minn pjan, żviluppat minn tal-anqas żewġ Stati Membri, għall-iżvilupp ta' infrastruttura għat-trasport u l-ħżin transkonfinali tad-diossidu tal-karbonju, li għandu jiġi ppreżentat mill-Istati Membri kkonċernati jew mill-entitajiet maħtura minn dawk l-Istati Membri lill-Kummissjoni.

(5a)       Fir-rigward tal-proġetti proposti li jaqgħu taħt il-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.1 u 2 , l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, u jekk ikun hemm bżonn l-Aġenzija, għandhom, kull fejn ikun possibbli fil-kuntest tal-kooperazzjoni reġjonali (l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/72/KE, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/73/KE), jikkontrollaw li l-kriterji u l-metodoloġija ta' analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż ikunu qed jiġu applikati b'mod konsistenti u jevalwaw ir-rilevanza transkonfinali tagħhom. Huma għandhom jippreżentaw l-evalwazzjoni tagħhom lill-Grupp.

(5b)  Fir-rigward tal-proġetti proposti għat-trasport taż-żejt u tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategoriji stabbiliti fl-Anness II. 3 u 4, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4. Għall-proġetti proposti tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu taħt il-kategorija stabbilita fl-Anness II.4, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra wkoll il-potenzjal għall-estensjoni futura biex tinkludi Stati Membri addizzjonali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-evalwazzjoni tagħha lill-Grupp.

(5c)       Kull Stat Membru li proġett propost ma jkollux x'jaqsam mat-territorju tiegħu imma li jista' jkollu impatt pożittiv nett potenzjali jew effett sinifikanti potenzjali fuqu, bħal fuq l-ambjent jew fuq l-operat tal-infrastruttura tal-enerġija fit-territorju tiegħu, jista' jippreżenta opinjoni lill-Grupp fejn jispeċifika t-tħassib tiegħu;

(5d)       Il-korp deċiżjonali tal-Grupp għandu jeżamina, fuq talba ta' Stat Membru tal-Grupp, ir-raġunijiet motivati ppreżentati minn Stat Membru skont l-Artikolu 3(3) talli ma jkunx approva proġett ta' interess komuni relatat mat-territorju tiegħu.

(5e)  Il-Grupp għandu jiltaqa' biex jeżamina u jikklassifika l-proġetti proposti, waqt li jqis l-evalwazzjoni tar-regolaturi, jew l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-proġetti għat-trasport taż-żejt u tad-diossidu tal-karbonju.

(5f)        L-abbozzi tal-listi reġjonali tal-proġetti proposti li jaqgħu taħt il-kategoriji stabbiliti fl-Anness II. 1 u 2 tal-Anness II mfassla mill-Gruppi, flimkien ma' kwalunkwe opinjoni kif speċifikat fil-punt (5c), għandhom jiġu ppreżentati lill-Aġenzija sitt xhur qabel id-data ta' adozzjoni tal-lista tal-Unjoni. L-abbozzi tal-listi reġjonali u l-opinjonijiet akkumpanjanti għandhom jiġu evalwati mill-Aġenzija fi żmien tliet xhur mid-data meta tirċevihom. L-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni dwar l-abbozzi tal-listi reġjonali, b'mod partikulari fir-rigward tal-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji u tal-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż bejn reġjun u ieħor. L-opinjoni tal-Aġenzija għandha tiġi adottata bi qbil mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 713/2009.

(5g)  Fi żmien xahar mid-data meta jirċievi l-opinjoni tal-Aġenzija, il-korp deċiżjonali ta' kull Grupp għandu jadotta l-lista reġjonali finali tiegħu, waqt li jirrispetta d-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(3), abbażi tal-proposta tal-Gruppi u waqt li jqis l-opinjoni tal-Aġenzija u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali ppreżentati bi qbil mal-punt (5a), jew il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-proġetti għat-trasport taż-żejt u tad-diossidu tal-karbonju proposti bi qbil mal-punt (5b). Il-Gruppi għandhom jippreżentaw il-listi reġjonali finali lill-Kummissjoni, flimkien ma' kwalunkwe opinjoni kif speċifikat fil-punt (5c).

(5h)       Jekk, abbażi tal-listi reġjonali li tirċievi, u wara li tkun qieset l-opinjoni tal-Aġenzija, l-għadd totali ta' proġetti ta' interess komuni proposti fuq il-lista tal-Unjoni jkun jaqbeż għadd maniġġabbli, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra, wara li tkun ikkonsultat ma' kull Grupp ikkonċernat, li ma tinkludix fil-lista tal-Unjoni dawk il-proġetti li jkunu ġew ikklassifikati fl-iżjed pożizzjonijiet baxxi mill-Grupp ikkonċernat skont il-klassifika stabbilita skont l-Artikolu 4(4).

ANNESS IV

REGOLI U INDIKATURI LI JIKKONĊERNAW IL-KRITERJI TAL-PROĠETTI TA' INTERESS KOMUNI

(1)         Proġett b'impatt transkonfinali sinifikanti huwa proġett fit-territorju ta' Stat Membru, li jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)    fir-rigward tat-trażmissjoni tal-elettriku, il-proġett iżid il-kapaċità ta' trasferiment tal-grid, jew il-kapaċità disponibbli għall-flussi kummerċjali, fil-fruntiera ta' dak l-Istat Membru ma' Stat Membru jew diversi Stati Membri, jew fi kwalunkwe sezzjoni trażversali rilevanti oħra tal-istess kuritur ta' trażmissjoni bl-effett li tiżdied din il-kapaċità ta' trasferiment tal-grid transkonfinali, b'mill-inqas 500 Megawatt meta mqabbla mas-sitwazzjoni jekk ma jiġix ikkummissjonat il-proġett;

(b)    fir-rigward tal-ħżin tal-elettriku, il-proġett jipprovdi kapaċità installata ta' mill-inqas 225 MW u jkollu kapaċità ta' ħżin li tippermetti ġenerazzjoni annwali netta tal-elettriku ta' mill-inqas 250 GWh fis-sena;

(c)  fir-rigward tat-trażmissjoni tal-gass, il-proġett jikkonċerna investiment fil-kapaċitajiet ta' inverżjoni tal-flussi jew jibdel il-kapaċità ta' trażmissjoni tal-gass bejn il-fruntiera/i tal-Istati Membri kkonċernati b'mill-inqas 10 % meta mqabbla mas-sitwazzjoni qabel ikun ġie kkummissjonat il-proġett;

(d)    fir-rigward tal-ħżin tal-gass jew tal-gass naturali likwifikat/kompressat, il-proġett ikun immirat biex iforni direttament jew indirettament lil mill-inqas żewġ Stati Membri jew biex jissodisfa l-istandard tal-infrastruttura (ir-regola N-1) fil-livell reġjonali bi qbil mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010;

(e)    fir-rigward tal-grids intelliġenti, il-proġett ikun iddisinjat għal tagħmir u installazzjonijiet ta' vultaġġ għoli u vultaġġ medju ddisinjati għal vultaġġ ta' 10 kV jew iżjed. Ikun jinvolvi operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni minn mill-inqas żewġ Stati Membri, li jkopru mill-inqas 50 000 utent li jiġġeneraw jew jikkunsmaw l-elettriku jew li jagħmlu t-tnejn li huma f'żona ta' konsum ta' mill-inqas 300 GWh fis-sena, li minnhom mill-inqas 20 % joriġinaw minn riżorsi varjabbli.

(2)  Fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II. 1(a) sa (d), il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jitkejlu kif ġej:

(a)    L-integrazzjoni tas-suq, il-kompetizzjoni u l-flessibbiltà tas-sistema għandhom jitkejlu f'konformità mal-analiżi li tkun saret fl-aħħar pjan deċennali disponibbli fl-Unjoni kollha għall-iżvilupp tan-netwerk tal-elettriku, speċjalment billi:

–      jiġu kkalkolati, fir-rigward ta' proġetti transkonfinali, l-impatt fuq il-kapaċità tal-grid li tittrasferixxi fluss tal-elettriku fiż-żewġ direzzjonijiet, imkejjel f'termini tal-ammont ta' enerġija (f'mega Watt), u l-kontribut tagħhom sabiex tintlaħaq il-kapaċità interkonnettiva minima ta' 10 % tal-kapaċità ta' produzzjoni installata jew, fir-rigward tal-proġetti b'impatt transkonfinali sinifikanti, l-impatt fuq il-kapaċità ta' trasferiment tal-grid fil-fruntieri bejn l-Istati Membri rilevanti, bejn l-Istati Membri rilevanti u pajjiżi terzi jew fi ħdan l-Istati Membri rilevanti u fuq l-ibbilanċjar tad-domanda mal-provvista u l-operazzjonijiet tan-netwerk fl-Istati Membri rilevanti;

–      jiġi vvalutat l-impatt, għaż-żona ta' analiżi kif definita fl-Anness V.10, f'termini tal-ispejjeż għall-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni fis-sistema kollha tal-enerġija u l-evoluzzjoni u l-konverġenza fil-prezzijiet tas-suq ipprovduti minn proġett f'xenarji differenti ta' ppjanar, filwaqt li jiġu kkunsidrati b'mod partikolari l-varjazzjonijiet indotti fuq l-ordni ta' mertu.

(b)  It-trażmissjoni tal-ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli lejn iċ-ċentri ta' konsum u s-siti ta' ħżin ewlenin għandha titkejjel f'konformità mal-analiżi li tkun saret fl-aħħar pjan deċennali disponibbli għall-iżvilupp tan-netwerk tal-elettriku disponibbli, speċjalment billi:

–      fir-rigward tat-trażmissjoni tal-elettriku, jiġi stmat l-ammont tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli (skont it-teknoloġija, f'mega Watts), li jkun konness u trażmess minħabba l-proġett, meta mqabbel mal-ammont tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni totali ppjanata minn dawn it-tipi ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli fl-Istat Membru kkonċernat fl-2020 skont il-pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali dwar l-enerġija rinnovabbli kif definiti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/28/KE.

–      fir-rigward tal-ħżin tal-elettriku, tiġi mqabbla l-kapaċità ġdida pprovduta mill-proġett mal-kapaċità totali eżistenti għall-istess teknoloġija ta' ħżin fiż-żona ta' analiżi kif definita fil-punt 10 tal-Anness V.

(c)  Is-sigurtà tal-provvista, l-interoperabbiltà u l-operazzjoni tas-sistemi b'sigurtà għandhom jitkejlu f'konformità mal-analiżi li tkun saret fl-aħħar pjan deċennali disponibbli għall-iżvilupp tan-netwerk tal-elettriku , speċjalment billi jiġi vvalutat l-impatt tal-proġett fuq it-telf tal-aspettativa tal-load għaż-żona ta' analiżi kif definita fl-Anness V.10 f'termini ta' adegwatezza tal-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni għal sett ta' perjodi ta' load tipika, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-bidliet mistennija fl-avvenimenti estremi tat-temp relatati mal-klima u l-impatt tagħhom fuq ir-reżiljenza tal-infrastruttura. Fejn ikun applikabbli, għandu jitkejjel l-impatt tal-proġett fuq il-kontroll indipendenti u affidabbli tal-operat u s-servizzi tas-sistemi.

(3)         Fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fl-Anness II.2, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jitkejlu kif ġej:

(a)    L-integrazzjoni u l-interoperabbiltà tas-suq għandhom jitkejlu billi jiġi kkalkulat il-valur addizzjonali tal-proġett għall-integrazzjoni tal-oqsma tas-suq u l-konverġenza tal-prezzijiet, għall-flessibbiltà globali tas-sistema, inkluż il-livell ta' kapaċità offrut għal flussi inversi skont diversi xenarji.

(b)  Il-kompetizzjoni għandha titkejjel abbażi tad-diversifikazzjoni, inkluż l-iffaċilitar tal-aċċess għal sorsi indiġeni tal-provvista, waqt li jiġu kkunsidrati suċċessivament: id-diversifikazzjoni tas-sorsi; id-diversifikazzjoni tal-kontropartijiet; id-diversifikazzjoni tar-rotot; l-impatt tal-kapaċità ġdida fuq l-indiċi Herfindahl-Hirschmann (HHI) ikkalkulat fil-livell tal-kapaċità għaż-żona ta' analiżi kif definita fl-Anness V.10.

(c)    Is-sigurtà tal-provvista tal-gass għandha titkejjel billi jiġi kkalkulat il-valur addizzjonali tal-proġett għar-reżiljenza fil-qasir u fit-tul tas-sistema tal-gass tal-Unjoni u għat-tisħiħ tal-flessibbiltà li s-sistema jkun fadlilha biex tittratta t-tħarbit fil-provvista lill-Istati Membri taħt diversi xenarji, kif ukoll il-kapaċità addizzjonali pprovduta mill-proġett imkejla fil-kuntest tal-istandard tal-infrastruttura (ir-regola N-1) fil-livell reġjonali bi qbil mal-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010.

(d)    Is-sostenibbiltà għandha titkejjel bħala l-kontribut ta' proġett biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, tiġi appoġġata l-ġenerazzjoni ta' riżerva tal-elettriku rinnovabbli jew t-trasport tal-gass miksub permezz tal-elettriku u l-bijogass, filwaqt li jiġu kkunsidrati il-bidliet mistennija fil-kundizzjonijiet klimatiċi.

(4)  Fir-rigward tal-proġetti li jaqgħu taħt il-kategorija stabbilita fl-Anness II.1(e), kull funzjoni elenkata fl-Artikolu 4 għandha tiġi evalwata fil-konfront tal-kriterji li ġejjin:

(a)    Livell ta' sostenibbiltà: Dan il-kriterju għandu jitkejjel billi jiġi vvalutat it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, u l-impatt ambjentali tal-infrastruttura tal-grid tal-elettriku;

(b)    Kapaċità ta' trażmissjoni u distribuzzjoni tal-grids għall-konnessjoni u t-trasport tal-elettriku mill-utenti u lejhom: Dan il-kriterju għandu jitkejjel billi tiġi stmata l-kapaċità installata tar-riżorsi tal-enerġija distribwiti fin-netwerks ta' distribuzzjoni, l-injezzjoni massima permissibbli tal-elettriku mingħajr riskji ta' konġestjoni f'netwerks ta' trażmissjoni, u l-enerġija li ma tkunx estratta minn sorsi rinnovabbli minħabba riskji ta' konġestjoni jew sigurtà;

(c)    Konnettività tan-netwerk u aċċess għall-kategoriji kollha tal-utenti tan-netwerk: Dan il-kriterju għandu jiġi evalwat billi jiġu vvalutati l-metodi adottati għall-kalkolu tal-imposti u t-tariffi, kif ukoll l-istruttura tagħhom, għal min jiġġenera, min jikkonsma u min jagħmel it-tnejn li huma, u l-flessibbiltà operattiva pprovduta għall-ibbilanċjar dinamiku tal-elettriku fin-netwerk;

(d)  Sigurtà u kwalità tal-provvista: Dan il-kriterju għandu jiġi evalwat billi jiġi vvalutat il-proporzjon tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni disponibbli b'mod affidabbli mal-quċċata tad-domanda, is-sehem tal-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli, l-istabbiltà tas-sistema tal-elettriku, it-tul ta' żmien u l-frekwenza tal-interuzzjonijiet għal kull klijent, inkluż it-taqlib relatat mal-klima, u l-prestazzjoni tal-kwalità tal-vultaġġ;

(e)    Effiċjenza u kwalità tas-servizz fil-provvista tal-elettriku u l-operazzjoni tal-grid: Dan il-kriterju għandu jiġi stmat billi jiġi vvalutat il-livell tat-telf fin-netwerks ta' trażmissjoni u ta' distribuzzjoni, il-proporzjon bejn id-domanda minima u massima għall-elettriku fuq żmien definit, il-parteċipazzjoni min-naħa tad-domanda fis-swieq tal-elettriku u f'miżuri għal użu effiċjenti tal-enerġija, il-perċentwal ta' utilizzazzjoni (jiġifieri il-load medju) tal-komponenti tan-netwerk tal-elettriku, id-disponibbiltà tal-komponenti tan-netwerk (marbuta ma' manutenzjoni ppjanata u mhux ippjanata) u l-impatt tagħha fuq il-prestazzjonijiet tan-netwerk, u d-disponibbiltà reali tal-kapaċità tan-netwerk fir-rigward tal-valur standard tiegħu;

(f)     Kontribuzzjoni għas-swieq transkonfinali tal-elettriku permezz tal-kontroll tal-flussi tal-loads għall-mitigazzjoni tat-trasferimenti f'ċirku u għaż-żieda tal-kapaċitajiet ta' interkonnessjoni: Dan il-kriterju għandu jiġi stmat billi jiġi vvalutat il-proporzjon bejn il-kapaċità ta' interkonnessjoni ta' Stat Membru u d-domanda tiegħu għall-elettriku, l-isfruttament tal-kapaċitajiet ta' interkonnessjoni, u l-kirjiet ta' konġestjoni fil-livell tal-interkonnessjonijiet.

(5)  Fir-rigward tal-proġetti relatati mat-trasport taż-żejt li jaqgħu taħt il-kategoriji stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness II.3, il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4 għandhom jitkejlu kif ġej:

(a)    Is-sigurtà tal-provvista taż-żejt għandha titkejjel billi jiġi evalwat il-valur addizzjonali tal-kapaċità ġdida offruta minn proġett għar-reżiljenza fil-qasir u fit-tul tas-sistema u l-flessibbiltà li s-sistema jkun fadlilha biex tittratta t-tħarbit fil-provvista taħt diversi xenarji.

(b)    L-interoperabbiltà għandha titkejjel billi jiġi evalwat sa liema livell il-proġett itejjeb l-operazzjoni tan-netwerk taż-żejt, b'mod partikolari billi jipprovdi l-possibbiltà ta' flussi inversi.

(c)    L-użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi għandu jiġi evalwat permezz ta' valutazzjoni ta' kemm jagħmel użu il-proġett minn infrastruttura diġà eżistenti u kemm jikkontribwixxi għall-minimizzazzjoni tal-piż u r-riskji relatati mal-ambjent u t-tibdil fil-klima.

ANNESS VANALIŻI TAL-BENEFIĊĊJI U L-ISPEJJEŻ TAS-SISTEMA TAL-ENERĠIJA KOLLHA

Il-metodoloġija għal analiżi armonizzata tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż tas-sistema tal-enerġija kollha fir-rigward tal-proġetti ta' interess komuni għandha tissodisfa l-prinċipji li ġejjin stabbiliti f'dan l-Anness.

(1)         Il-metodoloġija għandha tkun ibbażata fuq sett komuni ta' data ta' input li jirrappreżenta s-sistemi tal-elettriku u l-gass tal-Unjoni fis-snin n+5, n+10, n+15, u n+20, fejn n hija s-sena meta titwettaq l-analiżi. Dan is-sett ta' data għandu jkun fih mill-inqas:

(a)    Fir-rigward tal-elettriku: xenarji li jikkonċernaw id-domanda, il-kapaċitiajiet ta' ġenerazzjoni skont it-tip ta' fjuwil (bijomassa, enerġija ġeotermali, enerġija idroelettrika, gass, nukleari, żejt, fjuwil solidu, enerġija eolika, enerġija solari fotovoltaika, enerġija solari kkonċentrata, teknoloġiji rinnovabbli oħra) u l-lokazzjoni ġeografika tagħhom, il-prezzijiet tal-fjuwil (inklużi l-bijomassa, il-faħam, il-gass u ż-żejt), il-prezzijiet tad-diossidu tal-karbonju, il-kompożizzjoni tat-trażmissjoni u, jekk ikun rilevanti, in-netwerk ta' distribuzzjoni u l-evoluzzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-proġetti ġodda sinifikanti kollha ta' ġenerazzjoni (inkluża l-kapaċità mgħammra għall-qbid tad-diossidu tal-karbonju), ta' ħżin u ta' trażmissjoni li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-investiment finali u li jkunu waslu biex jiġu kkummissjonati sal-aħħar tas-sena n+5;

(b)  Fir-rigward tal-gass: xenarji li jikkonċernaw id-domanda, l-importazzjonijiet, il-prezzijiet tal-fjuwil (inklużi l-faħam, il-gass u ż-żejt), il-prezzijiet tad-diossidu tal-karbonju, il-kompożizzjoni tan-netwerk ta' trażmissjoni u l-evoluzzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-proġetti ġodda kollha li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni dwar l-investiment finali u li jkunu waslu biex jiġu kkummissjonati sal-aħħar tas-sena n+5;

(2)         Is-sett tad-data għandu jirrifletti l-liġi tal-Unjoni u l-leġislazzjonijiet nazzjonali fis-seħħ dakinhar tal-analiżi. Is-settijiet tad-data li jintużaw fir-rigward tal-elettriku u l-gass rispettivament għandhom ikunu kompatibbli, speċjalment fir-rigward tal-preżunzjonijiet dwar il-prezzijiet u l-volumi f'kull suq. Is-sett tad-data għandu jiġi elaborat wara li jkunu ġew ikkonsultati formalment l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti kollha. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw l-aċċess għad-data kummerċjali rikjesta mingħand partijiet terzi meta jkun applikabbli.

(3)         Il-metodoloġija għandha tagħti gwida għall-iżvilupp u l-użu tal-immudellar tan-netwerk u tas-suq meħtieġ għall-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż.

(4)         L-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż għandha tkun ibbażata fuq evalwazzjoni armonizzata tal-benefiċċji u l-ispejjeż għall-kategoriji differenti tal-proġetti analizzati, u għandha tkopri mill-inqas il-perjodu ta' żmien imsemmi fil-punt 1.

(5)  L-analiżi tal-benefiċċji mqabbla mal-ispejjeż għandha mill-inqas tikkunsidra l-ispejjeż li ġejjin: in-nefqa ta' kapital, in-nefqa għall-operazzjoni u l-manutenzjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja tekniku tal-proġett u l-ispejjeż għad-dekummissjonament u l-ġestjoni tal-iskart, fejn ikun rilevanti. Il-metodoloġija għandha tagħti gwida fuq ir-rati ta' skont li għandhom jintużaw għall-kalkoli.

(6)         Fir-rigward tat-trażmissjoni u l-ħżin tal-elettriku, l-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż għandha tal-anqas tikkunsidra l-impatt u l-kumpensi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, l-impatti fuq l-indikaturi definiti fl-Anness IV, u dawn l-impatti li ġejjin:

(b)    l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u telf ta' trażmissjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja tekniku tal-proġett;

(c)    l-ispejjeż futuri għal investiment ġdid fil-ġenerazzjoni u t-trażmissjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja tekniku tal-proġett;

(d)  il-flessibbiltà operattiva, inkluża l-ottimizzazzjoni tas-servizzi li jirregolaw l-enerġija u s-servizzi anċillari;

(e)    ir-reżiljenza tas-sistema, li tinkludi r-reżiljenza għad-diżastri u l-klima, u s-sigurtà tas-sistema, speċjalment fir-rigward tal-infrastrutturi kritiċi Ewropej kif definiti fid-Direttiva 2008/114/KE.

(7)         Fir-rigward tal-gass, l-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż għandha mill-inqas tikkunsidra r-riżultati tal-ittestjar tas-suq, ▌l-impatti fuq l-indikaturi definiti fl-Anness IV u l-impatti li ġejjin:

(b)    Ir-reżiljenza ▌għad-diżastri u l-klima, u s-sigurtà tas-sistema, speċjalment għall-infrastrutturi kritiċi Ewropej kif definiti fid-Direttiva 2008/114/KE;

(e)    Il-konġestjoni fin-netwerk tal-gass.

(8)  Fir-rigward tal-grids intelliġenti, l-analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż għandha tikkunsidra l-impatti fuq l-indikaturi definiti fl-Anness IV.

(9)         Il-metodu dettaljat użat biex jiġu kkunsidrati l-indikaturi msemmija fil-punti 6 sa 8 għandu jiġi elaborat wara li jkunu ġew formalment ikkonsultati l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti kollha.

(10)       Il-metodoloġija għandha tiddefinixxi l-analiżi li għandha titwettaq, abbażi tas-sett ta' data ta' input rilevanti, billi tidentifika l-impatti għal kull proġett jekk isir u jekk ma jsirx. Iż-żona ta' analiżi ta' proġett individwali għandha tkopri l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kollha li l-proġett ikun se jinbena fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri kollha li jkunu ġirien diretti u l-Istati Membri l-oħra kollha li l-proġett se jkollu impatt sinifikanti fuqhom.

(11)       ▌L-analiżi għandha tidentifika l-Istati Membri li fihom il-proġett ikollu impatti netti pożittivi (il-benefiċjarji) u dawk l-Istati Membri li fihom il-proġett ikollu impatt nett negattiv (dawk li jġarrbu l-ispejjeż). Kull analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjeż għandha tinkludi analiżijiet ta' sensittività dwar is-sett ta' data ta' input, id-data meta jkunu ġew ikkummissjonati proġetti differenti fl-istess żona ta' analiżi u parametri rilevanti oħra.

(12)  L-operaturi ta' sistemi ta' trażmissjoni, ta' sistemi ta' ħżin u ta' terminali ta' gass naturali kkumpressat u likwifikat u ta' sistemi ta' distribuzzjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi elaborata l-metodoloġija, inkluż l-immudellar rilevanti tan-netwerk u s-suq. Kull operatur ta' sistema ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni li jiġbor informazzjoni f'isem operaturi oħra ta' sistema ta' trażmissjoni jew distribuzzjoni għandu jirritorna r-riżultati tal-ġbir tad-data lill-operaturi tas-sistemi ta' trażmissjoni u distribuzzjoni parteċipanti.

(13)       Fir-rigward tal-mudell komuni għas-suq u għan-netwerk tal-elettriku u tal-gass stipulat fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 12, is-sett ta' data ta' input msemmi fil-punt 1 għandu jkopri s-snin n+10, n+20 u n+30, u l-mudell għandu jippermetti li ssir valutazzjoni sħiħa tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, b'mod partikolari bl-inklużjoni tal-ispejjeż esterni bħal dawk relatati mal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u l-emissjonijiet ta' sustanzi konvenzjonali li jniġġsu l-arja jew is-sigurtà tal-provvista.

ANNESS VILINJI GWIDA DWAR IT-TRASPARENZA U L-PARTEĊIPAZZJONI TAL-PUBBLIKU

(1)         Il-manwal tal-proċeduri msemmi fl-Artikolu 10(1) għandu mill-inqas jispeċifika:

(a)    il-liġi rilevanti li fuqha jkunu bbażati d-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet għat-tipi differenti ta' proġetti ta' interess komuni rilevanti, inkluża l-liġi ambjentali;

(b)    id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet rilevanti li għandhom jinkisbu;

(c)    l-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-Awtorità Kompetenti, l-awtoritajiet l-oħra u l-partijiet interessati ewlenin ikkonċernati;

(d)    il-fluss tax-xogħol, b'deskrizzjoni ta' kull stadju fil-proċess, inkluż kalendarju indikattiv u ħarsa ġenerali fil-qosor lejn il-proċess deċiżjonali;

(e)    informazzjoni dwar il-kamp ta' applikazzjoni, l-istruttura u l-livell ta' dettall tad-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati flimien mal-applikazzjoni għal deċiżjonijiet, inkluża lista ta' verifika;

(f)     l-istadji u l-mezzi biex il-pubbliku ġenerali jipparteċipa fil-proċess.

(1a)  L-iskeda dettaljata msemmija fl-Artikolu 11(2)(b) għandha tispeċifika tal-anqas dan li ġej:

(a)    id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet li għandhom jinkisbu;

(b)    l-awtoritajiet, il-partijiet interessati, u l-pubbliku li x'aktarx ikunu kkonċernati;

(c)    l-istadji individwali tal-proċedura u t-tul tagħhom;

(d)    l-objettivi ewlenin li għandhom jintlaħqu u l-iskadenzi tagħhom fid-dawl tad-deċiżjoni komprensiva li għandha tittieħed;

(e)    ir-riżorsi ppjanati mill-awtoritajiet u l-ħtiġijiet possibbli għal riżorsi addizzjonali.

(2)         Biex tiżdied il-parteċipazzjoni tal-pubbliku fil-proċess tal-għoti tal-permessi u biex jiġu żgurati minn qabel it-tgħarrif u d-djalogu mal-pubbliku, għandhom jiġu applikati l-prinċipji li ġejjin:

(a)  Il-partijiet interessati milquta minn proġett ta' interess komuni, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti, is-sidien ta' artijiet u ċ-ċittadini li jgħixu fl-inħawi tal-proġett, il-pubbliku ġenerali u l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, għandhom jiġu informati u kkonsultati b'mod estensiv fi stadju bikri, meta jkun għadu jista' jitqies it-tħassib potenzjali tal-pubbliku u b'mod miftuħ u trasparenti. Fejn ikun rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tappoġġa b'mod attiv l-attivitajiet imwettqa mill-promotur tal-proġett.

(b)    L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-proċeduri ta' konsultazzjoni pubblika għall-proġetti ta' interess komuni jiġu ragruppati flimkien fejn ikun possibbli. Kull konsultazzjoni pubblika għandha tkopri s-suġġetti kollha rilevanti għall-istadju partikolari tal-proċedura, u suġġett partikolari wieħed rilevanti għal dak l-istadju partikolari tal-proċedura ma għandux jiġi indirizzat f'iżjed minn konsultazzjoni pubblika waħda; madankollu, tista' ssir konsultazzjoni pubblika waħda f'aktar minn post ġeografiku wieħed. Is-suġġetti indirizzati f'konsultazzjoni pubblika għandhom jiġu indikati b'mod ċar fin-notifika tal-konsultazzjoni pubblika.

(c)  Il-kummenti u l-oġġezzjonijiet għandhom ikunu ammissibbli mill-bidu tal-konsultazzjoni pubblika sad-data tal-iskadenza biss.

(3)         Il-kunċett ta' parteċipazzjoni tal-pubbliku għandu mill-inqas jinkludi informazzjoni dwar:

(a)    il-partijiet interessati kkonċernati u indirizzati;

(b)    il-miżuri previsti, inklużi l-indikazzjonijiet ġenerali għall-postijiet u d-dati proposti għal-laqgħat iddedikati;

(c)    il-kalendarju;

(d)    ir-riżorsi umani allokati għall-kompiti rispettivi.

(4)         Fil-kuntest tal-konsultazzjoni pubblika li għandha titwettaq qabel ma jiġi ppreżentat il-fajl ta' applikazzjoni, il-partijiet rilevanti għandhom mill-inqas:

(a)  jippubblikaw fuljett ta' informazzjoni ta' mhux iżjed minn 15-il paġna, li jagħti ħarsa ġenerali, b'mod ċar u konċiż, lejn l-iskop u l-kalendarju preliminari tal-proġett, il-pjan ta' żvilupp tal-grid nazzjonali, ir-rotot alternattivi kkunsidrati, l-impatti mistennija, inklużi dawk ta' natura transkonfinali, u l-miżuri ta' mitigazzjoni possibbli, li għandu jiġi ppubblikat qabel ma tibda l-konsultazzjoni; il-fuljett ta' informazzjoni għandu barra minn hekk jelenka l-indrizzi fuq l-internet tal-pjattaforma għat-trasparenza msemmija fl-Artikolu 17 u tal-manwal tal-proċeduri msemmi fil-punt (1);

(b)    jinfurmaw lill-partijiet interessati kollha milquta dwar il-proġett permezz tas-sit elettroniku msemmi fl-Artikolu 10(7) u permezz ta' mezzi oħra ta' informazzjoni xierqa;

(c)    jistiednu, bil-miktub, lill-partijiet interessati milquta għal laqgħat iddedikati, li fihom għandu jiġi diskuss it-tħassib tagħhom.

(5)  Is-sit elettroniku tal-proġett għandu jagħmel disponibbli bħala minimu dawn li ġejjin:

(-a)   il-fuljett ta' informazzjoni msemmi fil-punt (4);

(a)    sommarju mhux tekniku li jiġi aġġornat regolarment ta' mhux iżjed minn 50 paġna li jirrifletti l-istatus attwali tal-proġett u jindika b'mod ċar, fil-każ ta' aġġornamenti, il-bidliet fil-verżjonijiet preċedenti;

(b)    l-ippjanar tal-proġett u tal-konsultazzjoni pubblika, b'indikazzjoni ċara tad-dati u l-postijiet tal-konsultazzjonijiet u s-smigħ pubbliċi u t-temi previsti rilevanti għal dak is-smigħ;

(c)    id-dettalji ta' kuntatt fejn jista' jinkiseb is-sett sħiħ tad-dokumenti tal-applikazzjoni;

(d)    id-dettalji ta' kuntatt fejn jistgħu jiġu trażmessi kummenti u oġġezzjonijiet waqt il-konsultazzjonijiet pubbliċi;

________________________

  • [1]  ĠU C 0000, 0.0.2012, p. 0.
  • [2]  ĠU C 0000, 0.0.2012, p. 0.
  • [3]  ĠU C 277, 13.9.2012, p. 138.
  • [4] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [5]           ĠU C 143, 22.5.2012, p. 125.
  • [6]           ĠU C 277, 13.9.2012, p. 143.
  • [7]           Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ...(għadha mhijiex ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill ta'....
  • [8]           ĠU L 262, 22.9.2006, p. 1.
  • [9]           Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.
  • [10]           ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55.
  • [11]          ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.
  • [12]          ĠU L 345, 23.12.2008, p. 75.
  • [13]  ĠU L 211, 14.8.2009, p. 15.
  • [14]  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
  • [15]          ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.
  • [16]          ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.
  • [17]          ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.
  • [18]          ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1.
  • [19]          ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30.
  • [20]  Approvata f'isem il-Komunita' Ewropea mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta' Frar 2005 (ĠU 2005 L 124, p. 1.)
  • [21]          ĠU L 211, 14.8.2009, p. 36.
  • [22]  ĠU L 200, 31.7.2009, p. 31.
  • [23] * ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data – tliet xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
  • [24] *         ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data – sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
  • [25] *          ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data – tnax-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
  • [26] *         ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data – sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
  • [27] *         ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data – sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
  • [28]          Id-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali (ĠU L 176, 15.7.2003, p. 57).
  • [29]          Ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2003 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku (ĠU L 176, 15.7.2003, p. 1).
  • [30] *         ĠU: jekk jogħġobkom, daħħlu d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
  • [31]          ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1.
  • [32]          ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25.
  • [33] *          ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 6 xhur wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament..
  • [34] *          ĠU: Jekk jogħġobkom, daħħlu n-numru u d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
  • [35] **        ĠU: Jekk jogħġobkom daħħlu r-referenzi tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
  • [36] *          ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
  • [37] *          ĠU: Jekk jogħġobkom, daħħlu n-numru u d-data ta' pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
  • [38] **        ĠU: Jekk jogħġobkom daħħlu r-referenzi ta' pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
  • [39] *          ĠU: Jekk jogħġobkom daħħlu n-numru ta' dan ir-Regolament.
  • [40] *          ĠU: Jekk jogħġobkom, daħħlu n-numru u d-data tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
  • [41] **        ĠU: Jekk jogħġobkom daħħlu r-referenzi tal-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
  • [42] *          ĠU: Jekk jogħġobkom daħħlu n-numru ta' dan ir-Regolament.
  • [43] *          ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data – l-ewwel jum tax-xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ dan ir-Regolament.
  • [44]          Soġġett għad-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, minn din id-data.
  • [45]          Soġġett għad-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, minn din id-data.
  • [46]          Soġġett għad-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, minn din id-data.
  • [47]          Soġġett għad-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, minn din id-data.
  • [48] *         ĠU: jekk jogħġobkom daħħlu d-data: tmien xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest Preżenti

Enerġija sostenibbli, bla periklu, sigura u bi prezz li jintlaħaq minn kulħadd hija waħda mill-Isfidi l-Kbar li tgħaqqad l-Ewropej, mis-soċjetà ċivili sa dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, l-industrija, u l-ambjentalisti. Minkejja dan, il-politika tal-enerġija Ewropea għamlet progress bil-mod, b'allokazzjoni skarsa ta' riżorsi fil-livell Ewropew u m'ilhiex ħafna li kisbet relevanza fit-Trattat ta' Lisbona. Minkejja li l-Kummissjoni ddefinixxiet objettivi politiċi ambizzjużi tal-enerġija tal-kompetittività, sigurtà tal-provvista, sostenibilità, u dekarbonizzazzjoni, għadna qed niffaċċjaw integrazzjoni insuffiċjenti tas-suq tal-enerġija intern, iżolament sinifikanti tal-enerġija ta' ċerti żoni ġeografiċi, aċċess insuffiċjenti għal sorsi diversifikati tal-enerġija li jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-enerġija, u n-nuqqas ta' benefiċċji tanġibbli għall-konsumaturi u n-negozji rigward prezzijiet u sostenibilità. Din il-ħarsa ġenerali u livell konsiderevoli ta' interdipendenza fost l-Istati Membri jirrikjedu approċċ f'livell Ewropew. Tinħtieġ azzjoni aktar mgħaġġla, deċiżiva u kkonċertata, u huwa imperattiv li l-Ewropa jkollha rwol aktar b'saħħtu fil-koordinazzjoni u l-integrazzjoni tal-isforzi nazzjonali.

Kuntest tal-politika

L-objettivi tal-politika tal-enerġija Ewropea jistabbilixxu għanijiet ċari għall-2020: 20 % ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra (GHG), 20 % tal-konsum tal-enerġija finali minn sorsi rinovabbli, 20 % żieda fl-effiċjenza tal-enerġija. Il-leġiżlazzjoni ta' implimentazzjoni tinkludi d-direttiva dwar l-iskema għall-iskambju ta' emissjonijiet GHG[1], id-direttiva dwar l-enerġija rinovabbli[2], id-direttiva dwar il-ġbir u l-ħżin tal-karbonju[3], ir-regolament dwar is-sigurtà tal-provvista tal-gass[4], it-tielet pakkett tal-enerġija[5] u d-direttiva dwar l-effiċjenza tal-enerġija li bħalissa qed tiġi nnegozjata bejn il-Parlament u l-Kunsill. It-tielet pakkett tal-enerġija kien l-ewwel pass importanti fid-direzzjoni ta' sistema Ewropea tal-enerġija iktar integrata. Ir-rapport ta' inizjattiva riċenti dwar il-prijoritajiet għall-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u lil hinn (2011/2034(INI))[6] kien ukoll dokument ta' ispirazzjoni għal proposta politika komprensiva dwar netwerk tal-enerġija.

Ostakli għal suq tal-enerġija transkonfinali

Minkejja ċertu progress riċenti, għad hemm ostakli sinifikanti għal suq kompetittiv: in-netwerks ta' trażmissjoni tal-enerġija fl-Ewropa Ċentrali għandhom nuqqasijiet importanti. Minkejja objettivi minimi ta' interkonnessjoni definiti mill-Kunsill għal Stati Membri individwali biex ikollhom interkonnessjoni tal-elettriku ta' 10 % ta' kapaċità ta' produzzjoni installata sal-2005, fl-2010 9 Stati Membri kienu għadhom ma laħqux dan il-livell. It-trasferimenti tal-elettriku żdiedu b'inqas minn nofs b'paragun mal-progress li kien sar fid-deċennju preċedenti. Id-differenzi bejn il-prezzijiet medji tal-gassijiet żdiedu b'mod konsiderevoli. Fil-bidu tal-2011 kienu għaddejjin aktar minn 60 proċedura ta' ksur dwar it-tieni pakkett politiku dwar l-enerġija interna biss. Fir-rigward tat-traspożizzjoni tat-tielet pakkett tal-enerġija, id-data ta' skadenza għaddiet (3 ta' Marzu 2011), u l-Kummissjoni Ewropea riċentement ħarġet tmien opinjonijiet motivati li jħeġġu lil tmien Stati Membri jikkonformaw mal-obbligi ta' traspożizzjoni tagħhom.

Ostakli għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija transkonfinali

Il-kuntest ġdid tal-politika tal-enerġija joħloq ħtiġijiet sostanzjali għal infrastrutturi ġodda. Il-ħtiġijiet ta' investiment għall-2020 huma stmati li jlaħqu EUR 200 biljun għall-infrastruttura tal-enerġija biss li għandhom rilevanza transkonfinali. Madankollu, proċessi nazzjonali ta' permess twal ħafna għall-infrastruttura tal-enerġija ħafna drabi jimblukkaw proġetti u jiskoraġġixxu deċiżjonijiet ta' investiment, f'kuntest ta' oppożizzjoni pubblika ogħla u dewmien; filwaqt li n-nuqqas ta' strumenti ta' finanzjament adegwati jfixkel l-investimenti f'nofs kriżi finanzjarja qawwija.

Kwistjonijiet fil-proposta għal regolament dwar l-infrastruttura tal-enerġija

Ir-regolament il-ġdid huwa inizjattiva pożittiva u importanti peress li għandu l-għan li jgħaġġel it-twettiq tas-suq tal-enerġija intern, u li jwettaq il-politika tal-enerġija u l-objettivi tal-klima tal-UE. Ir-regolament jista' jikkontribwixxi, permezz tal-mobilizzazzjoni ta' investimenti sinifikanti ħafna, għat-tnedija mill-ġdid tat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE.

Il-proposta tipprevedi l-modernizzazzjoni u l-interkonnessjoni tan-netwerks tal-enerġija. Fl-elettriku hi għandha l-għan li ssaħħaħ l-integrazzjoni tas-suq u l-kompetittività, is-sigurtà tas-sistemi, u l-integrazzjoni tas-sorsi rinovabbli tal-enerġija, tlaħħaq mal-ġenerazzjoni tal-enerġija deċentralizzata u mhux distribwibbli permezz ta' grids intelliġenti, konnessjoni ma' siti ta' ħżin u arterji ewlenin tal-elettriku. Fil-gass, is-sigurtà tal-enerġija tista' tintlaħaq permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi u tar-rotot għall-provvista tal-gass, ħżin għall-gass naturali likwifikat (LNG) u pipelines tal-flussi fid-direzzjoni l-opposta. Il-proposta tappoġġa wkoll il-provvista ta' żejt mhux maħdum lill-pajjiżi mdawra bl-art, u l-użu ta' pipelines għall-ġbir u l-ħżin tal-karbonju sabiex ikun hemm konnessjoni mal-produzzjoni u s-siti tal-ħżin.

Il-proposta tiddefinixxi disa' kurituri ġeografiċi ta' prijorità u tliet żoni tematiċi ta' prijorità, tistipula regoli għall-identifikazzjoni ta' proġetti ta' interess komuni (PCI), u tistabbilixxi, f'kull Stat Membru, awtorità unika (one-stop shop) sabiex tissorvelja u tgħaġġel l-proċessi tal-għoti tal-permessi għall-PCIs; hi tipproponi analiżi tal-benefiċċju tal-ispejjeż (CBA) għall-klassifikazzjoni tal-PCIs u għall-allokazzjoni tal-kostijiet ta' investimenti skont il-post transkonfinali fejn il-benefiċċji huma involuti, b'hekk tagħti inċentivi għall-proġetti ta' riskju ogħla u tiddetermina l-kundizzjonijiet ta' eliġibilità għall-assistenza finanzjarja tal-Unjoni permezz tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF).

Hemm diversi oqsma fejn dan il-proġett għal regolament jista' jittejjeb:

a) Il-proċess tal-għażla tal-PCIs għandu jimmira għal Ewropizzazzjoni tan-netwerks

Il-preżentazzjoni tal-proposti minn operaturi tas-sistema ta' trażmissjoni (TSO) u l-analiżi tagħhom minn Gruppi Reġjonali (RG) ssegwi approċċ minn isfel għal fuq. Il-kunċett tal-Promotur tal-Proġett reġa' ġie definit u r-rappurtar tagħhom lill-Gruppi Reġjonali (RG) ġie kkjarifikat. Il-governanza tal-Gruppi Reġjonali, responsabbli għall-għażla tal-PCI, tħalli barra dettalji dwar il-bilanċ tas-setgħat fost il-partijiet interessati, proċessi ta' deċiżjonijiet u mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni tal-kunflitti. Diskussjonijiet riċenti fil-Kunsill rigward il-governanza tal-Gruppi Reġjonali enfasizzaw l-interess tal-Istati Membri li jissalvagwardjaw "interessi nazzjonali" strateġiċi. Dan huwa tħassib importanti dwar l-iżvilupp ta' kwalunkwe infrastruttura Ewropea.

Is-salvagwardja tal-Interess Komuni Ewropew matul l-għażla tal-proġetti għandu jkollha prevalenza fuq interessi individwali. Il-proċess tal-għażla tal-PCI għandu jsir skont it-tielet pakkett ta' leġiżlazzjoni u l-proċess tal-pjan ta' żvilupp ta' netwerk fuq għaxar snin fil-Komunità (TYNDP) b'perspettiva Ewropea minn fuq għal isfel dwar is-suq intern biex tikkumplimenta l-approċċ qawwi inkorporat minn isfel għal fuq u nazzjonali. Għandu jkun hemm rwol importanti għall-Aġenzija għall-Kooperazzjoni għar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) fil-garanzija tal-koordinazzjoni u l-koerenza tal-espansjoni tan-netwerk u tal-investimenti ekonomikament effiċjenti u fis-salvagwardja tal-perspettiva tal-konsumatur. L-għażla tal-proġetti u l-aggregazzjoni skont il-clusters, l-ewwel f'livell reġjonali, imbagħad f'livell tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni ta' multikriterji u analiżi C/B, se jiffaċilitaw l-objettività u l-kunsens matul il-proċedura tal-għażla tal-lista tal-PCI.

b) Il-proposta għandha tipprovdi strumenti effettivi għall-użu tal-infrastruttura

L-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-infrastruttura tan-netwerk tal-enerġija transkonfinali storikament ffaċċjaw ħafna ostakli u dan huwa mistenni li jkompli fiż-żminijiet li ġejjin, kif ukoll il-bilanċ delikat bejn is-sussidjarjetà u l-interess komuni Ewropew.

Il-proposta tipprova toħloq triq f'dan il-proċess: deskrizzjoni tal-kurituri ta' prijorità se tikkjarifika l-kontribuzzjoni mistennija tar-reġjuni differenti lejn l-objettivi politiċi tal-enerġija; proċessi ta' deċiżjoni ta' kunsens fil-Gruppi Reġjonali għandhom jevitaw imblokki unilaterali; arranġamenti ta' permessi aktar effettivi, limitu ta' żmien ta' tliet snin u one-stop shop infurzabbli għall-awtoritajiet nazzjonali biex joħorġu permess ta' proġett, huma strumenti ewlenin għall-proċedura; barra minn hekk, l-assenjar ta' setgħat speċjali lill-Koordinaturi Ewropej biex jimmonitorjaw proġetti li jaffaċċjaw diffikultajiet ta' implimentazzjoni, skont stejjer ta' suċċess u mhux ta' suċċess jistgħu jsolvu parti mill-problemi. Apparti dan, meta l-promoturi ta' proġetti ma jkunux kapaċi jimplimentaw proġetti fiż-żminijiet ippjanati, għajr għal raġunijiet li ma jkollhomx kontroll fuqhom, u l-eżekuzzjoni tagħhom ikollha diversi dewmien, limiti ta' żmien u proċeduri ċari jiġu imposti sabiex jippermettu lill-promoturi ta' proġetti ġodda jgħaqqdu l-isforzi tagħhom jew jieħdu l-kontroll ta' dawn il-proġetti.

Għandna bżonn strumenti effettivi biex negħlbu l-assimetriji ġeografiċi u l-iżolament li dejjem qed jiżdiedu, sabiex niggarantixxu koeżjoni territorjali madwar l-Unjoni. Sabiex niżguraw l-effettività tal-miżuri preskritti u negħlbu l-ostakli, jeħtieġ li jitwaqqfu strumenti biex jippermettu l-allinjament tal-partijiet interessati lejn l-għanijiet ta' koeżjoni komuni u nnaqqsu l-ostakli artifiċjali għal netwerks transkonfinali.

c) Il-proposta għandha tippromwovi aktar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-operaturi tan-netwerks biex iwettqu l-benefiċċji mistennija

Stati Membri differenti għamlu progress b'pass differenti lejn l-objettivi politiċi Ewropej ta' interkonnessjoni miżjuda u l-produzzjoni tal-enerġija rinovabbli. Id-direzzjoni tal-finanzjament tal-UE lejn dawk l-Istati Membri li ma tantx ħadmu biex jagħmlu progress tpoġġihom f'periklu morali, fejn dawk li jiġu l-aħħar se jieħdu vantaġġ fuq dawk li jiġu minn tal-ewwel billi jistennew li jitwaqqfu inċentivi tal-investiment. L-offerta tal-possibilità għall-involviment ta' operaturi multipli (3+) biex jimplimentaw proġetti ffinanzjati Ewropej issaħħaħ kooperazzjoni meħtieġa ħafna fost it-TSOs, billi jintuża l-għarfien miksub, tinbena l-fiduċja bejn l-atturi tas-suq, u titħeġġeġ l-integrazzjoni tas-suq.

Kooperazzjoni u sistema ta' governanza aħjar huma meħtieġa biex jiżguraw l-aħjar użu u operazzjoni tan-netwerks tal-enerġija minn TSOs. Il-kumplessità teknoloġika li dejjem qed tiżdied tat-taħlit ġdid tal-enerġija, minħabba l-kontribuzzjoni ta' sorsi rinovabbli żdiedet ir-riskju tan-nuqqas ta' koordinazzjoni, anke qtugħ tal-elettriku, ġewwa netwerks multi-indipendenti. Il-ġbir u l-monitoraġġ tal-informazzjoni dwar skambji transkonfinali fi żmien reali jistgħu jsiru għodda importanti għall-operat bla periklu u effiċjenti tal-infrastruttura tan-netwerk tal-enerġija kif ukoll għall-ippjanar futur. Bl-istess mod, l-aħjar użu tal-infrastruttura huwa ta' importanza maġġuri, meta titqies il-perspettiva tal-konsumatur. L-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni proposti għat-tfassil u l-implimentazzjoni għall-koodinazzjoni operazzjonali xierqa fi żmien reali, tal-infrastruttura tal-enerġija Ewropea.

d) It-tisħiħ tal-investimenti

Il-mobilizzazzjoni tal-investiment privat huwa fattur ewlieni Il-proposta tipprevedi mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali skont il-benefiċċji mġarrba mill-Istat Membru involut. Id-dispożizzjonijiet fir-regolament jistabbilixxu rwol għar-regolaturi nazzjonali fid-definizzjoni tal-inċentivi tal-investiment proporzjonali mar-riskji mġarrba mill-promoturi tal-proġett. Linji gwida Ewropej aktar ċari, jew il-valutazzjoni komparattiva tal-aħjar prattiki madwar l-Ewropa jistgħu jkunu neċessarji biex isaħħu l-investimenti.

Il-vijabilità mhux kummerċjali ġiet ippreservata bħala kriterju ewlieni ta' eliġibilità għall-aċċess għall-appoġġ finanzjarju tal-UE taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Dan huwa kruċjali biex tiġi evitata d-distorsjoni fis-suq u biex jiġi limitat l-appoġġ pubbliku għal dawk il-proġetti li għandhom esternalitajiet pożittivi iżda li kieku ma jitwettqux mill-mekkaniżmi tas-suq. Rabta mill-qrib mal-istrumenti finanzjarji tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) għall-mobilizzazzjoni tal-fondi privati għall-investimenti tal-PCIs se tkun strument essenzjali, filwaqt li l-Fondi Strutturali se jiffinanzjaw lin-netwerks ta' distribuzzjoni ta' enerġija intelliġenti ta' importanza lokali jew reġjonali. B'hekk, iż-żewġ sorsi ta' finanzjament se jikkumplimentaw lil xulxin. Min-naħa l-oħra, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-regoli tas-suq tal-enerġija Ewropew sabiex ikollhom l-aċċess għall-istrumenti ta' finanzjament tal-UE taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

  • [1]  Direttiva 2009/29/KE.
  • [2]  Direttiva 2009/28/KE.
  • [3]  Direttiva 2009/31/KE.
  • [4]  Regolament (UE) Nru 994/2010.
  • [5]  Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE u r-Regolamenti (KE) 713/2009, 714/2009 u 715/2009.
  • [6]  Rapporteur: Francico Sosa Wagner.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (11.6.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE
(COM(2011)0658 – C7‑0371/2011 – 2011/0300(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Philippe Lamberts

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-Rapporteur jilqa' l-linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea proposti mill-Kummissjoni Ewropea.

Kif iddikjarat mill-Kummissjoni, din l-inizjattiva tidentifika, għall-perjodu li jwassal għall-2020 u wara, għadd limitat ta’ kurituri u oqsma prijoritarji trans-Ewropej li jkopru n-netwerks tal-elettriku u l-gass kif ukoll l-infrastruttura tat-trasport taż-żejt u d-diossidu tal-karbonju, li għalihom hemm l-ikbar ħtieġa ta’ azzjoni fl-Unjoni Ewropea. Imbagħad hija għandha l-għan li timplimenta dawn il-prijoritajiet billi:

1.  tissimplifika l-proċeduri għall-għoti tal-permessi biex jitnaqqas b’mod sinifikanti d-dewmien tagħhom f’dak li jirrigwarda l-proġetti ta’ interess komuni u biex jiżdiedu l-parteċipazzjoni u l-aċċettazzjoni tal-pubbliku fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-proġetti;

2.  tiffaċilita t-trattament regolatorju ta' proġetti ta’ interess komuni fl-elettriku u l-gass billi l-ispejjeż jiġu allokati abbażi tal-benefiċċji pprovduti u billi jiġi żgurat li d-dħul permess ikun konformi mar-riskji meħuda;

3.  tiżgura l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni billi jiġi provdut l-appoġġ finanzjarju bbażat fuq is-suq u dirett tal-UE neċessarju. Fir-rigward ta' dan tal-aħħar, il-proposta tipprovdi l-bażi għall-eliġibbiltà ta’ proġetti ta' interess komuni għall-għajnuna finanzjarja tal-UE taħt il-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”, li hija suġġetta għal proposta leġiżlattiva separata.

L-emendi huma intiżi sabiex jispeċifikaw ċerti kunċetti tar-Regolament u jiżguraw aktar konsistenza ma' testi leġiżlattivi oħra tal-UE – b'mod partikolari dawk relatati mal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u mal-fondi strutturali – kif ukoll mal-Istrateġija UE2020 (peress li din tal-aħħar għandha ċerti miri interkonnessi fil-qasam tal-enerġija u l-klima) u ma' xenarji ta' żvilupp rilevanti oħra bħal dawk imressqa fil-Pjan Direzzjonali 2050.

Fid-dawl tal-insuffiċjenza tal-fondi disponibbli tal-UE għall-appoġġ tal-isforzi finanzjarji enormi meħtieġa biex jiġu implimentati l-proġetti ta' interess komuni, l-emendi huma intiżi sabiex jiżguraw li s-settur privat se jassumi l-parti ekwa tiegħu fil-finanzjament tagħhom.

Fattur essenzjali tar-Regolament huwa l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji. Ir-Rapporteur jissuġġerixxi li jiġu żviluppati d-dispożizzjonijiet imniżżla fl-Anness li jiddeskrivi l-metodoloġija billi jingħata aktar dettall tal-indikaturi relatati mal-ispejjeż u l-benefiċċji. Fid-dawl tat-tul taż-żmien twil tal-kalendarju ta' implimentazzjoni tal-proġetti u taċ-ċiklu ta' ħajja previst tagħhom, ir-rati ta' skont applikati fil-kalkolu ta' dawn il-parametri huma ta' importanza kbira. Għalhekk, qed jiġi propost li l-Kummissjoni tħabbar b'mod regolari r-rati ta' skont li għandu jittieħed kont tagħhom. Barra min hekk, sabiex jiġu riflessi l-esternalitajiet speċifiċi ta' kull proġett, primjum ta' riskju stabbilit mill-promoturi tal-proġett b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti se jiżdied mar-rati ta' skont. Dan il-metodu se joffri lill-partijiet interessati rilevanti, speċjalment liċ-ċittadini fil-viċinat tal-proġetti, b'inċentiva biex jieħdu sehem fid-diskussjoni.

Qabel ma jissottomettu l-metodoloġija rispettiva tagħhom għal analiżi armonizzata tal-ispejjeż u l-benefiċċji għas-sistema tal-enerġija kollha fuq livell tal-UE kollha kemm hi, kemm in-Netwerk Ewropew għall-Operaturi tas-Sistema ta' Trażmissjoni tal-Elettriku kif ukoll tal-Gass se jkollhom iqisu l-kontribut mogħti lilhom mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u n-Netwerk Ewropew ta' Osservazzjoni għall-Iżvilupp u l-Koeżjoni Territorjali. B'hekk, iktar 'il fuq mill-metodoloġija, se jiġu internalizzati l-parametri relatati mal-ippjannar ambjentali u l-ġestjoni tat-territorju.

Il-kontenut tar-rapport ġie estiż sabiex jinkludi informazzjoni bħall-kontribut tal-fondi strutturali għall-implimentazzjoni tal-proġett u reġistrazzjoni tal-ispejjeż mġarrba meta mqabbla mal-istima inizjali tagħhom.

Jekk l-ispejjeż attwali jaqbżu b'20% l-ispejjeż stmati, il-Kummissjoni se jkollha l-opportunità tneħħi l-proġett ikkonċernat mil-lista ta' proġetti eliġibbli.

Ir-Rapporteur iqis li l-inklużjoni fil-pjan ta' għaxar snin ta' żvilupp tan-netwerk ma għandhiex tkun kundizzjoni li trid tiġi sodisfatta sabiex il-proġett jitqies li huwa ta' "interess komuni".

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-aċċellerazzjoni fir-restawr tal-infrastruttura tal-enerġija eżistenti u fl-użu tal-infrastruttura l-ġdida hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni, li huma li jiġi kkompletat is-suq intern tal-enerġija, li tiġi garantita s-sigurtà tal-provvista, speċjalment tal-gass u ż-żejt, li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’20 %, li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija jiżdied għal 20 %, u li tinkiseb żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza fl-enerġija sal-2020. Fl-istess ħin, l-Unjoni għandha tipprepara l-infrastruttura tagħha għad-dekarbonizzazzjoni ulterjuri tas-sistema tal-enerġija fit-tul sal-2050.

(6) L-aċċellerazzjoni fir-restawr tal-infrastruttura tal-enerġija eżistenti u fl-użu tal-infrastruttura l-ġdida hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni, li huma li jiġi kkompletat is-suq intern tal-enerġija, li tiġi garantita s-sigurtà tal-provvista, speċjalment tal-gass u ż-żejt, li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’20 %, li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija jiżdied għal 20 %, u li tinkiseb żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza fl-enerġija sal-2020. Fl-istess ħin, l-Unjoni għandha tipprepara l-infrastruttura tagħha għad-dekarbonizzazzjoni ulterjuri tas-sistema tal-enerġija fit-tul sal-2050, u fl-istess perjodu ta' żmien tippreparaha għall-konnessjoni ta' reġjuni li għandhom kapaċità kbira ta' produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli u potenzjal kbir ta' ħżin tal-elettriku.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-ħtiġijiet tal-investiment sal-2020 fl-infrastrutturi tat-trażmissjoni tal-elettriku u l-gass b’rilevanza Ewropea ġew stmati għal madwar EUR 200 biljun. Iż-żieda sinifikanti fil-volumi tal-investiment imqabbla mat-tendenzi fil-passat u l-urġenza biex jiġu implimentati l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija jirrikjedu approċċ ġdid fil-mod li bih l-infrastrutturi tal-enerġija, u speċjalment dawk ta’ natura transkonfinali, jiġu rregolati u ffinanzjati.

(11) Il-ħtiġijiet tal-investiment sal-2020 fl-infrastrutturi tat-trażmissjoni tal-elettriku u l-gass b’rilevanza Ewropea ġew stmati għal madwar EUR 200 biljun. Iż-żieda sinifikanti fil-volumi tal-investiment imqabbla mat-tendenzi fil-passat, bħala riżultat tal-iżvilupp iktar mgħaġġel u komprensiv tas-sorsi rinnovabbli tal-enerġija u l-isforzi biex jintlaħqu, sal-2020, l-għanijiet tal-Unjoni fir-rigward tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra b'20%, tittejjeb l-effiċjenza fl-enerġija b’20 % u jiżdied is-sehem tal-konsum tal-enerġija kopert mis-sorsi rinnovabbli b’20 %, u l-urġenza biex jiġu implimentati l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija jirrikjedu approċċ ġdid fil-mod li bih l-infrastrutturi tal-enerġija, u speċjalment dawk ta’ natura transkonfinali, jiġu rregolati u ffinanzjati.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Bħala parti mis-sistema tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, il-faċilitajiet tal-ħżin tal-enerġija u impanti tal-gass naturali likwifikat (LNG) u tal-gass naturali kkompressat (CNG) għandu jkollhom rwol importanti fil-garanzija tal-provvista permezz tad-distribuzzjoni tal-enerġija maħżuna. B’hekk, l-iżvilupp mgħaġġel tal-impjanti tal-ħżin tal-enerġija hu komponent importanti ta' infrastruttura tan-netwerk li tiffunzjona.

 

Il-kompetizzjoni fir-rigward tal-kostruzzjoni u l-operat ta’ proġetti ta’ ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma jew l-impjanti tal-ħżin tal-enerġija ma għandhomx jiġu ostakolati bl-impożizzjoni ta’ tariffi tan-netwerk li jittrattaw lil dawn l-impjanti bħala konsumaturi finali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jingħataw “status prijoritarju” fil-livell nazzjonali, biex jiġi żgurat trattament amministrattiv rapidu. Il-proġetti ta' interess komuni għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala li huma fl-interess pubbliku. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal proġetti li għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent abbażi ta’ raġunijiet ta’ interess pubbliku prevalenti, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha stipulati fid-Direttivi 92/43/KE u 2000/60KE.

(20) Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jingħataw “status prijoritarju” fil-livell nazzjonali, biex jiġi żgurat trattament amministrattiv rapidu. Il-proġetti reġjonali jew nazzjonali jistgħu jingħataw ukoll status prijoritarju jekk dan iservi biex tiġi ggarantita l-integrazzjoni ta' sorsi rinnovabbli tal-enerġija u biex tiġi ssalvagwardjata l-kompetizzjoni. Dan jinkludi wkoll proġetti li jinvolvu pajjiżi terzi (eż. l-Isvizzera). Il-proġetti ta' interess komuni għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala li huma fl-interess pubbliku. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal proġetti li għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent abbażi ta’ raġunijiet ta’ interess pubbliku prevalenti, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha stipulati fid-Direttivi 92/43/KE u 2000/60KE.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) L-istabbiliment ta’ awtorità kompetenti waħda fil-livell nazzjonali li tintegra jew tikkoordina l-proċeduri kollha għall-għoti tal-permessi (“one-stop shop”) għandu jnaqqas il-kumplessità, iżid l-effiċjenza u t-trasparenza u jgħin biex titjieb il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri.

(21) L-istabbiliment ta’ awtorità kompetenti waħda fil-livell nazzjonali li tintegra jew tikkoordina l-proċeduri kollha għall-għoti tal-permessi (“one-stop shop”) għandu jnaqqas il-kumplessità, iżid l-effiċjenza u t-trasparenza u jgħin biex titjieb il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri. Madankollu, l-istabbiliment ta’ awtorità bħal din ma għandux iżid l-ispejjeż ta’ min iħallas it-taxxa, u għandha tkun stabbilita permezz tar-riallokazzjoni ta’ riżorsi eżistenti.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR) wera l-valur miżjud tal-ingranaġġ ta’ finanzjament privat permezz ta’ għajnuna finanzjarja sinifikanti tal-Unjoni li tippermetti l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ sinifikat Ewropew. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 irrikonoxxa li xi proġetti relatati mal-infrastruttura tal-enerġija jistgħu jirrikjedu finanzjament pubbliku limitat għall-ingranaġġ tal-finanzjament privat. Fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja u r-restrizzjonijiet baġitarji, għandu jiġi żviluppat appoġġ immirat, permezz ta’ għotjiet u strumenti finanzjarji, taħt il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, li jattira investituri ġodda lejn il-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija, filwaqt li l-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni tinżamm f’livell minimu.

(29) Il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR) wera l-valur miżjud tal-ingranaġġ ta’ finanzjament privat permezz ta’ għajnuna finanzjarja sinifikanti tal-Unjoni li tippermetti l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ sinifikat Ewropew. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 irrikonoxxa li xi proġetti relatati mal-infrastruttura tal-enerġija jistgħu jirrikjedu finanzjament pubbliku limitat għall-ingranaġġ tal-finanzjament privat. Fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja u r-restrizzjonijiet baġitarji, għandu jiġi żviluppat appoġġ immirat, permezz ta’ għotjiet u strumenti finanzjarji, taħt il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, li jattira investituri ġodda lejn il-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija, filwaqt li l-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni tinżamm f’livell minimu. Il-miżuri relevanti għandhom jieħdu mill-esperjenza miksuba matul il-fazi pilota wara l-introduzzjoni ta' bonds ta' proġetti biex jiġu ffinanzjati l-proġetti ta' infrastruttura.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Il-proġetti ta’ interess komuni fl-oqsma tal-elettriku, il-gass u d-diossidu tal-karbonju għandhom ikunu eliġibbli biex jirċievu għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għal studji u, taħt ċerti kundizzjonijiet, għal xogħlijiet taħt il-proposta għal Regolament għal Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa” (iktar ’il quddiem ir-Regolament tas-CEF), fil-forma ta’ għotjiet jew fil-forma ta’ strumenti finanzjarji innovattivi. Dan għandu jiżgura li jiġi pprovdut appoġġ personalizzat lil dawk il-proġetti ta’ interess komuni li ma jkunux vijabbli taħt il-qafas regolatorju u l-kundizzjonijiet tas-suq eżistenti. Din l-għajnuna finanzjarja għandha tiżgura s-sinerġiji meħtieġa mal-finanzjament mill-istrumenti ta' politiki oħra tal-Unjoni. Partikolarment, il-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa” se tiffinanzja l-infrastruttura tal-enerġija ta' rilevanza Ewropea, filwaqt li l-Fondi Strutturali se jiffinanzjaw in-netwerks internazzjonali intelliġenti tad-distribuzzjoni tal-enerġija ta' importanza lokali jew reġjonali. B'hekk, iż-żewġ sorsi ta' finanzjament se jikkumplimentaw lil xulxin.

(30) Il-proġetti ta’ interess komuni fl-oqsma tal-elettriku, il-gass u d-diossidu tal-karbonju għandhom ikunu eliġibbli biex jirċievu għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għal studji u, taħt ċerti kundizzjonijiet, għal xogħlijiet taħt il-proposta għal Regolament għal Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa” (iktar ’il quddiem ir-Regolament tas-CEF), fil-forma ta’ għotjiet jew fil-forma ta’ strumenti finanzjarji innovattivi. Dan għandu jiżgura li jiġi pprovdut appoġġ personalizzat lil dawk il-proġetti ta’ interess komuni li ma jkunux vijabbli taħt il-qafas regolatorju u l-kundizzjonijiet tas-suq eżistenti. L-evitar ta’ kwalunkwe tip ta' tfixkil tal-kompetizzjoni, partikolarment bejn proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-istess kuritur ta’ prijorità tal-Unjoni, għandu jitqies kif xieraq. Din l-għajnuna finanzjarja għandha tiżgura s-sinerġiji meħtieġa mal-finanzjament mill-istrumenti ta' politiki oħra tal-Unjoni. Partikolarment, il-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa” se tiffinanzja l-infrastruttura tal-enerġija ta' rilevanza Ewropea, filwaqt li l-Fondi Strutturali se jiffinanzjaw in-netwerks internazzjonali intelliġenti tad-distribuzzjoni tal-enerġija ta' importanza lokali jew reġjonali. B'hekk, iż-żewġ sorsi ta' finanzjament se jikkumplimentaw lil xulxin.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 30 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30α) Fil-klima attwali tal-kriżi ekonomika, id-disparità kbira bejn il-klassifikazzjoni tal-kreditu bejn l-Istati Membri u l-investituri tista’ twassal għal żbilanċi u ostakoli kbar għall-finanzjament tal-proġetti. Il-kontribut tal-fondi tal-Unjoni biex jingħelbu dawn l-iżbilanċi hu ta’ importanza ewlenija għall-iżgurar li r-realizzazzjoni ta’ proġetti infrastrutturali li jgħinu biex jiksbu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma tkunx kompromessa, partikolarment fid-dawl tal-fatt li l-biċċa l-kbira tal-fondi meħtieġa għall-infrastrutturi tal-enerġija fid-deċennju li ġej se tkun pprovduta mis-settur privat.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 32 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(32a) Meta l-Kunsill u l-Kummissjoni jivvalutaw jekk ikunx sar progress suffiċjenti biex jintlaħaq l-objettiv baġitarju fuq terminu ta’ żmien medju u b’hekk jeżaminaw it-tkabbir tan-nefqa tal-gvern, l-aggregat tan-nefqa għandu jeskludi n-nefqa fuq l-interessi, in-nefqa fuq programmi tal-Unjoni koperti bis-sħiħ mid-dħul tal-fondi tal-Unjoni u mill-bidliet mhux diskrezzjonali fl-infiq tal-benefiċċju tal-qgħad kif stipulat fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet ta' budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika1.

 

____________________

 

1 ĠU L 209, 2.8.1997, p. 1.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Dan ir-Regolament japplika mingħajr preġudizzju għal:

 

– id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent1;

 

– id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent2;

 

– id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma3;

 

– id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi4;

 

– id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi5;

 

– il-Konvenzjoni ta’ Aarhus; kif ukoll

 

– il-Konvenzjoni ta' Espoo.

 

____________________

 

1 ĠU L 175, 5.7.1985, p. 40

 

2 ĠU L 197, 21.7.2001, p.30.

 

3 ĠU L 327, 22.12.2000, p.1.

 

4 ĠU L 206, 22.7.1992, p.7.

 

5 ĠU L 20, 26.1.2010, p.7.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tispeċifika li l-leġiżlazzjonijiet l-oħra tal-UE xorta waħda se japplikaw .

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ proġetti ta’ interess komuni għall-Unjoni kollha. Il-lista għandha tiġi riveduta u aġġornata kif ikun meħtieġ kull sentejn. L-ewwel lista għandha tiġi adottata mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju 2013.

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ proġetti ta’ interess komuni għall-Unjoni kollha. Il-lista għandha tiġi riveduta u aġġornata kull sentejn. L-ewwel lista għandha tiġi adottata mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju 2013.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ proġetti ta’ interess komuni għall-Unjoni kollha. Il-lista għandha tiġi riveduta u aġġornata kif ikun meħtieġ kull sentejn. L-ewwel lista għandha tiġi adottata mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju 2013.

1. Il-Kummissjoni, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri, għandha tistabbilixxi lista ta’ proġetti ta’ interess komuni għall-Unjoni kollha. Il-lista għandha tiġi riveduta u aġġornata kif ikun meħtieġ kull sentejn. L-ewwel lista għandha tiġi adottata mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju 2013.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun proċess konsultattiv fl-istadji kollha.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull Grupp għandu jħejji l-lista proposta tiegħu ta’ proġetti ta’ interess komuni skont il-proċess stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness III, skont il-kontribut ta' kull proġett għall-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I u skont jekk jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4. Kull proposta individwali għal proġett għandha tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-Istat/i Membru/i, li l-proġett ikun marbut mat-territorju tiegħu/tagħhom.

3. Kull Grupp għandu jħejji l-lista proposta tiegħu ta’ proġetti ta’ interess komuni skont il-proċess stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness III, skont il-kontribut ta' kull proġett għall-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I u skont jekk jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4. Il-Gruppi għandhom jadottaw il-lista proposta b'maġġoranza sempliċi tal-membri tagħhom. Kull proposta individwali għal proġett għandha tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-Istat/i Membru/i, li l-proġett ikun marbut mat-territorju tiegħu/tagħhom.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-proġett juri vijabbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali; kif ukoll

(b) il-proġett hu vijabbli skont kriterji ekonomiċi, soċjali u ambjentali; kif ukoll

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) il-proġett jintegra u hu konsistenti mal-objettivi tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod speċifiku mal-Artikoli 170 u 171;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– integrazzjoni tas-suq, kompetizzjoni u flessibbiltà tas-sistema;

– integrazzjoni tas-suq, inter alia billi jitneħħew l-effetti tal-iżolament tar-reġjuni fl-Unjoni; kompetizzjoni u flessibbiltà tas-sistema;

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– interoperabbiltà u operazzjoni ta’ sistema sigura;

sigurtà tal-provvista, inter alia permezz ta' interoperabbiltà u operazzjoni ta’ sistema sigura;

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– kapaċità kbira ta' produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli u potenzjal kbir ta' ħżin;

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– integrazzjoni tas-suq, interoperabbiltà u flessibbiltà tas-sistema;

– integrazzjoni tas-suq, inter alia billi jitneħħew l-effetti tal-iżolament tar-reġjuni fl-Unjoni; interoperabbiltà u flessibbiltà tas-sistema;

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-klassifikazzjoni tal-proġetti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-istess prijorità, għandha tingħata wkoll l-attenzjoni dovuta lill-urġenza ta’ kull wieħed mill-proġetti proposti sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-enerġija li huma l-integrazzjoni tas-suq u l-kompetizzjoni, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista, l-għadd ta’ Stati Membri milquta minn kull proġett propost, u l-kumplimentarjetà tiegħu fir-rigward ta’ proġetti oħra proposti. Għall-proġetti li jaqgħu fil-kategorija stabbilita fil-punt 1(e) tal-Anness II, għandha tingħata wkoll attenzjoni lil għadd ta’ utenti milquta mill-proġett, il-konsum annwali tal-enerġija u s-sehem ta’ ġenerazzjoni minn riżorsi mhux spedibbli fiż-żona koperta minn dawn l-utenti.

4. Fil-klassifikazzjoni tal-proġetti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-istess prijorità, għandha tingħata wkoll l-attenzjoni dovuta lill-urġenza ta’ kull wieħed mill-proġetti proposti sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-enerġija li huma l-integrazzjoni u l-kompetizzjoni tas-suq, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista, il-flessibbiltà u s-saħħa tas-sistema, il-benefiċċju b'valur miżjud u kost-effettiv tal-proġett f'termini ta' impjiegi u l-għadd ta’ Stati Membri milquta minn kull proġett propost, u l-kumplimentarjetà tiegħu fir-rigward ta’ proġetti oħra proposti kif ukoll il-potenzjal tiegħu fit-titjib tal-innovazzjoni. Jitqiesu l-indikaturi li hemm riferiment għalihom fil-punt 5 tal-Anness V li jippermettu analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż tal-proġett. Għal dan l-għan, dawn l-indikaturi jistgħu jitniżżlu f'qafas armonizzat stabbilit mill-Kummissjoni. Għall-proġetti li jaqgħu fil-kategorija stabbilita fil-punt 1(e) tal-Anness II, għandha tingħata wkoll attenzjoni lil għadd ta’ utenti milquta mill-proġett, il-konsum annwali tal-enerġija u s-sehem ta’ ġenerazzjoni minn riżorsi mhux spedibbli fiż-żona koperta minn dawn l-utenti.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Il-proġetti li jinvolvu tal-inqas Stat Membri wieħed li jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja u/jew li talbu għal jew qed jirċievu għajnuna finanzjarja skont ir-Regolament (UE) Nru …/2012 għandhom jingħataw l-ogħla status ta’ prijorità meta jiġu kklassifikati l-proġetti b’interess komuni.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Aġenzija u l-Gruppi għandhom jimmonitorjaw il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni. Il-Gruppi jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali, ipprovduta f’konformità mal-paragrafi 3, 4 u 5, jivverifikaw l-informazzjoni provduta fuq il-post u jsejħu laqgħat mal-partijiet rilevanti. Il-Gruppi jistgħu wkoll jitolbu lill-Aġenzija tieħu miżuri biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni.

2. L-Aġenzija u l-Gruppi għandhom jimmonitorjaw il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni. Il-Gruppi jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali, ipprovduta f’konformità mal-paragrafi 3, 4 u 5, jivverifikaw l-informazzjoni provduta fuq il-post u jsejħu laqgħat mal-partijiet rilevanti. Il-Gruppi jistgħu wkoll jitolbu lill-Aġenzija tieħu miżuri biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni. Kwalunkwe deċiżjoni mill-Gruppi biex jibgħatu t-talba tittieħed b'maġġoranza sempliċi tal-membri tagħhom.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) spjegazzjoni tal-ispejjeż li tħallsu sal-preżent u l-previżjonijiet attwali ta’ spejjeż futuri li hu previst li għandhom jitħallsu mill-proġett, flimkien ma’ analiżi u deskrizzjoni ta’ kif dawn l-ispejjeż jista' jsir paragun tagħhom ma' dawk stmati fil-pjan inizjali ta' implimentazzjoni;

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) il-kontribut tal-fondi strutturali u fondi oħra tal-Unjoni għall-proġett, inklużi investimenti jew garanziji mill-Bank Ewropew tal-Investiment;

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Il-proġett ma jibqax inkluż fil-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk;

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni fil-pjan ta' għaxar snin ta' żvilupp tan-netwerk ma għandhiex tkun kundizzjoni li trid tiġi sodisfatta sabiex il-proġett jitqies li għandu interess komuni. Altrimenti, il-proġetti potenzjali li jġibu magħhom valur miżjud Ewropew sinifikanti iżda li ma jinteressawx tal-anqas wieħed mill-Istati Membri kkonċernati qatt ma kienu jiġu implimentati.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) L-ispejjeż li tħallsu jaqbżu t-30% tal-ispejjeż stmati fil-pjan ta’ implimentazzjoni għall-istess perjodu, sakemm dan il-qbiż tal-ispejjeż jista’ jiġi ġġustifikat b’raġunijiet li ma jistgħux jiġu kkontrollati mill-maniġers tal-proġetti.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7a. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport kull sena lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni fuq il-bażi tal-informazzjoni relatata mal-paragrafi 2 sa 7.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Bil-għan li jintlaħqu l-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 11 u li jitnaqqas il-piż amministrattiv għat-tlestija tal-proġetti ta' interess komuni, l-Istati Membri għandhom, fi żmien disa' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jieħdu l-miżuri biex itejbu l-proċeduri tal-valutazzjoni ambjentali. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

4. Bil-għan li jintlaħqu l-limiti taż-żmien stabbiliti fl- u li jitnaqqas il-piż amministrattiv għat-tlestija tal-proġetti ta' interess komuni, l-Istati Membri għandhom, fi żmien disa' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jieħdu l-miżuri vinkolanti biex itejbu l-proċeduri tal-valutazzjoni ambjentali. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida biex tappoġġja lill-Istati Membri fid-definizzjoni ta' miżuri adegwati u biex tiżgura l-applikazzjoni koerenti tal-proċeduri tal-valutazzjoni ambjentali mitluba skont il-leġiżlazzjoni tal-UE għall-proġetti ta' interess komuni.

Fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida biex tappoġġja lill-Istati Membri fid-definizzjoni ta' miżuri adegwati vinkolanti u biex tiżgura l-applikazzjoni koerenti tal-proċeduri tal-valutazzjoni ambjentali mitluba skont il-leġiżlazzjoni tal-UE għall-proġetti ta' interess komuni.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jissottomettu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni l-metodoloġija rispettiva tagħhom, inkluż fuq l-immudellar tan-netwerk u tas-suq, għal analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ sistema tal-enerġija armonizzata li taqa’ fil-kategoriji msemmija fil-punti 1(a) sa (d) u 2 tal-Anness II. Il-metodoloġija għandha tiġi elaborata f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness V.

1. Fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass, wara konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) u n-Netwerk Ewropew ta' Osservazzjoni għall-Iżvilupp u l-Koeżjoni Territorjali (ESPON), għandhom jissottomettu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni l-metodoloġija rispettiva tagħhom, inkluż fuq l-immudellar tan-netwerk u tas-suq, għal analiżi armonizzata tal-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ sistema tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni għal proġetti ta' interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji msemmija fil-punti 1(a) sa (d) u 2 tal-Anness II. Il-metodoloġija għandha tiġi elaborata f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness V.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jissottomettu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni l-metodoloġija rispettiva tagħhom, inkluż fuq l-immudellar tan-netwerk u tas-suq, għal analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ sistema tal-enerġija armonizzata li taqa’ fil-kategoriji msemmija fil-punti 1(a) sa (d) u 2 tal-Anness II. Il-metodoloġija għandha tiġi elaborata f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness V.

1. Fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jissottomettu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni l-metodoloġija rispettiva tagħhom, inkluż fuq l-immudellar tan-netwerk u tas-suq, għal analiżi armonizzata tal-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ sistema tal-enerġija fil-livell tal-Unjoni fix-xenarji rilevanti ta' żvilupp għal proġetti ta' interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji msemmija fil-punti 1(a) sa (d) u 2 tal-Anness II. Il-metodoloġija għandha tiġi elaborata f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness V.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-metodoloġija għandha tiġi applikata għall-analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż taħt il-pjanijiet ta’ għaxar snin sussegwenti kollha għall-iżvilupp tan-netwerks tal-elettriku jew tal-gass żviluppati mill-ENTSOs għall-Elettriku u għall-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) 714/2009 u r-Regolament (KE) 715/2009.

7. Il-metodoloġija għandha tiġi applikata għall-analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż taħt il-pjanijiet ta’ għaxar snin sussegwenti kollha għall-iżvilupp tan-netwerks tal-elettriku jew tal-gass żviluppati mill-ENTSOs għall-Elettriku u għall-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) 714/2009 u r-Regolament (KE) 715/2009, u r-riżultati ewlenin tal-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji fix-xenarji rilevanti għandhom jiġu inklużi fil-proċess ta’ konsultazzjoni u r-rappurtaġġ finali tal-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerks.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-ispejjeż tal-investiment marbuta ma’ proġett ta’ interess komuni li jaqa' fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (d) u 2 tal-Anness II għandhom jiġu koperti mill-operatur(i) tas-sistema tat-trażmissjoni tal-Istat(i) Membru/i li l-proġett jipprovdilu/hom impatt pożittiv nett, u għandhom jitħallsu mill-utenti tan-netwerks permezz ta’ tariffi għall-aċċess għan-netwerks.

1. L-ispejjeż tal-investiment marbuta ma’ proġett ta’ interess komuni li jaqa' fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (e) u 2 tal-Anness II għandhom jiġu koperti mill-operatur(i) tas-sistema tat-trażmissjoni tal-Istat(i) Membru/i li l-proġett jipprovdilu/hom impatt pożittiv nett, u għandhom jitħallsu mill-utenti tan-netwerks permezz ta’ tariffi għall-aċċess għan-netwerks.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-promotur(i) ta’ proġett ta’ interess komuni li jaqa'/jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (d) u 2 tal-Anness II għandu/hom iżommu l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati infurmati regolarment bil-progress ta’ dak il-proġett u l-identifikazzjoni tal-ispejjeż u l-impatti assoċjati miegħu. Hekk kif proġett ta’ interess komuni magħżul skont l-Artikolu 3 u li jaqa’ fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (d) u 2 tal-Anness II ikun laħaq biżżejjed maturità, il-promotur ta’ proġett għandu jissottometti talba ta’ investiment, inkluża allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, akkompanjata minn dawn li ġejjin:

Il-promotur(i) ta’ proġett ta’ interess komuni li jaqa'/jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (e) u 2 tal-Anness II għandu/hom iżommu l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kkonċernati infurmati regolarment bil-progress ta’ dak il-proġett u l-identifikazzjoni tal-ispejjeż u l-impatti assoċjati miegħu. Hekk kif proġett ta’ interess komuni magħżul skont l-Artikolu 3 u li jaqa’ fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (e) u 2 tal-Anness II ikun laħaq biżżejjed maturità, il-promotur ta’ proġett għandu jissottometti talba ta’ investiment, inkluża allokazzjoni tal-ispejjeż transkonfinali, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti, akkompanjata minn dawn li ġejjin:

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fid-deċiżjoni dwar jekk għandhiex issir allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż, għandhom jiġu kkunsidrati l-ispejjeż ekonomiċi, soċjali u ambjentali u l-benefiċċji tal-proġett(i) fl-Istati Membri kkonċernati u l-possibbiltà li jkun hemm bżonn appoġġ finanzjarju.

Fid-deċiżjoni dwar jekk għandhiex issir allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż, għandhom jiġu kkunsidrati l-ispejjeż ekonomiċi u l-benefiċċji tal-proġett(i) fl-Istati Membri kkonċernati u l-possibbiltà li jkun hemm bżonn appoġġ finanzjarju.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta l-ispejjeż ta' proġett huma inklużi fit-tariffi tan-netwerk, id-dħul mill-imposta ta' tariffa fil-każ ta' konġestjoni fuq il-linji tat-trażmissjoni inklużi fil-proġett għandhom jitnaqqsu mit-tariffi tan-netwerk. Fl-allokazzjoni tad-dħul mill-imposta ta' tariffa fil-każ ta' konġestjoni bejn it-tariffi ta' trażmissjoni differenti, għandhom jintużaw l-istess propozjonijiet użati għall-allokazzjoni tal-ispejjeż.

Ġustifikazzjoni

Dan jista' jissimplifika d-diskussjoni ta' ftehim dwar il-qsim tal-ispejjeż bejn il-promoturi tal-proġett, peress li dan jiżgura li parti sinifikanti tal-benefiċċji qed tinqasam b'mod proporzjonali għall-ispejjeż. Dan jindirizza t-tħassib tar-regolaturi nazzjonali dwar l-imposta potenzjali tal-ispejjeż fuq il-konsumaturi tagħhom li minnha jistgħu jibbenefikaw konsumaturi barranin.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta promotur ta’ proġett jieħu riskji akbar għall-iżvilupp, il-kostruzzjoni, l-operat jew il-manutenzjoni ta’ proġett ta' interess komuni li jaqa' taħt il-kategoriji stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, minbarra għall-proġetti ta' ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma (hydro-pumped electricity storage projects), meta mqabbla mar-riskji li jittieħdu normalment minn proġett ta’ infrastruttura komparabbli, u meta dawn ir-riskji ma jkunux koperti b’eżenzjoni skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE jew l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li jingħataw inċentivi xierqa lil dak il-proġett fl-applikazzjoni tal-Artikolu 37(8) tad-Direttiva 2009/72/KE, l-Artikolu 41(8) tad-Direttiva 2009/73/KE, l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

1. Meta promotur ta’ proġett jieħu riskji akbar għall-iżvilupp, il-kostruzzjoni, l-operat jew il-manutenzjoni ta’ proġett ta' interess komuni li jaqa' taħt il-kategoriji stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, minbarra għall-proġetti ta' ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma (hydro-pumped electricity storage projects), il-faċilitajiet tal-ħżin tal-gass u l-faċilitajiet tal-LNG, meta mqabbla mar-riskji li jittieħdu normalment minn proġett ta’ infrastruttura komparabbli, u meta dawn ir-riskji ma jkunux koperti b’eżenzjoni skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE jew l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li jingħataw inċentivi xierqa lil dak il-proġett fl-applikazzjoni tal-Artikolu 37(8) tad-Direttiva 2009/72/KE, l-Artikolu 41(8) tad-Direttiva 2009/73/KE, l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

 

B’rabta mal-ħlas ta’ imposti tan-netwerk, proġetti ta’ ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma, faċilitajiet tal-ħżin tal-gass u impjanti LNG ma għandhomx jiġu ttrattati bħala konsumaturi finali, sabiex il-kompetittività tagħhom ma tkunx ipperikolata.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-deċiżjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-għoti ta’ dawn l-inċentivi għandha tikkunsidra r-riżultati tal-analiżi tal-benefiċċju tal-ispejjeż abbażi tal-metodoloġija elaborata skont l- u b’mod partikolari l-esternalitajiet pożittivi reġjonali jew fl-Unjoni kollha ġġenerati mill-proġett. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kollha għandhom janalizzaw iktar ir-riskji speċifiċi meħuda mill-promotur(i) ta’ proġett, il-miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskju meħuda u l-ġustifikazzjoni ta’ dan il-profil tar-riskju fid-dawl tal-impatt pożittiv nett ipprovdut mill-proġett, meta mqabbel ma’ alternattiva ta’ riskju baxx. Ir-riskji eliġibbli għandhom jinkludu b’mod partikolari riskji marbuta ma’ teknoloġiji ta’ trażmissjoni ġodda, kemm fuq l-art kif ukoll barra mill-kosta, riskji relatati mal-insuffiċjenza fil-kopertura tal-ispejjeż u riskji relatati mal-iżvilupp.

2. Id-deċiżjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għall-għoti ta’ dawn l-inċentivi għandha tikkunsidra r-riżultati tal-analiżi tal-benefiċċju tal-ispejjeż abbażi tal-metodoloġija elaborata skont l- u b’mod partikolari l-esternalitajiet pożittivi reġjonali jew fl-Unjoni kollha ġġenerati mill-proġett. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kollha għandhom janalizzaw iktar ir-riskji speċifiċi meħuda mill-promotur(i) ta’ proġett, il-miżuri tal-mitigazzjoni tar-riskju meħuda u l-ġustifikazzjoni ta’ dan il-profil tar-riskju fid-dawl tal-impatt pożittiv nett ipprovdut mill-proġett, meta mqabbel ma’ alternattiva ta’ riskju baxx. Ir-riskji eliġibbli għandhom jinkludu b’mod partikolari riskji marbuta ma’ teknoloġiji ta’ trażmissjoni ġodda, kemm fuq l-art kif ukoll barra mill-kosta u riskji relatati mal-iżvilupp.

Ġustifikazzjoni

Għall-proġetti ta' trażmissjoni maħsuba bħala parti mill-bażi regolatorja, ir-regolaturi nazzjonali u l-oqfsa tal-UE jiżguraw renumerazzjoni xierqa u b'hekk jevitaw ir-riskju relatat man-nuqqas ta' rkupru tal-ispejjeż; altrimenti, dan jista' jwassal għal garanzija għalja għal-linji kummerċjali ta' trażmissjoni. Fejn dan ma jitqiesx kredibbli, l-objettiv ta' dawk li jfasslu l-politika għandu jkun li jiġi indirizzat tali tħassib billi tissaħħaħ il-kredibbiltà pjutost milli billi jiġu offruti profitti ogħla ħalli jiġu limitati l-ispejjeż għall-konsumaturi.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) regoli għall-provvista ta’ ritorn addizzjonali fuq il-kapital investit għall-proġett; jew

(c) regoli għall-provvista ta’ ritorn addizzjonali jew l-indirizzar tar-riskji fuq il-kapital investit għall-proġett; jew

Ġustifikazzjoni

Jekk l-aħjar prattiki għall-approċċi regolatorji jkunu kondiviżi u żviluppati aktar u jiġu indirizzati l-fatturi ta' riskji li mhumiex taħt il-kontroll tal-investituri, dan jista' jwassal sabiex l-investiment fl-infrastruttura tat-trażmissjoni jsir aktar attraenti għal firxa usa' ta' atturi u r-renumerazzjoni li teħtieġ li tiġi offruta sabiex jiġu attirati tali investimenti tkun tista' titnaqqas.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) linji gwida bbażati fuq l-aqwa prattiki fl-evalwazzjoni tar-riskji relatati mal-kapital investit għall-proġett; or

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-Kummissjoni tista’ toħroġ linji gwida dwar l-inċentivi stabbiliti f’dan l-Artikolu skont l-Artikolu 18(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 u l-Artikolu 23 (1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

6. Il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida dwar l-inċentivi stabbiliti f’dan l-Artikolu skont l-Artikolu 18(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 u l-Artikolu 23 (1) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009. F’dan ir-rigward għandhom jiġu partikolarment ikkunsidrati r-Regolamenti għal ritorn addizzjonali skont il-Paragrafu 3(c) ta’ dan l-Artikolu.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1, 2 u 4 tal-Anness II huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal studji u strumenti finanzjarji skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”].

1. Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1, 2 u 4 tal-Anness II huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal studji u strumenti finanzjarji skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”, filwaqt li jitqiesu:

 

- il-ħtieġa li tiġi evitata distorsjoni tal-kompetizzjoni b’mod partikolari bejn proġetti li jikkontribwixxu lejn it-twettiq tal-istess kuritur ta’ prijorità tal-Unjoni;

 

- il-fatt li l-finanzjament privat, jew il-finanzjament mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati, se jkun is-sors ewlieni ta' finanzjament.

 

L-għażla tal-istrumenti finanzjarji għandha ssir skont il-proġett. Mhux bilfors il-possibilitajiet kollha tal-finanzjament jiġu applikati għal kull proġett.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (d) u 2 tal-Anness II, minbarra proġetti ta’ ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma, għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”], jekk jitwettqu skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 6(b) tal-Artikolu 5 jew jekk jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

2. Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (e) u 2 tal-Anness II, minbarra proġetti ta’ ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma, għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”], jekk jitwettqu skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 6(b) tal-Artikolu 5 jew jekk jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Jagħmel sens li l-prijoritajiet kollha għall-infrastruttura tal-enerġija – f'dan il-każ tal-elettriku – ikunu eliġibbli għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, biex b'hekk jiġu inklużi proġetti relatati mal-istabbiliment ta' grids intelliġenti.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-proġett ma jkunx kummerċjalment vijabbli skont il-pjan tan-negozju u evalwazzjonijiet oħra mwettqa, speċjalment minn investituri jew kredituri possibbli. Id-deċiżjoni dwar l-inċentivi u l-ġustifikazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 14 għandha tittieħed meta tiġi evalwata l-vijabbiltà kummerċjali tal-proġett; kif ukoll

(b) il-proġett ma jkunx kummerċjalment vijabbli skont il-pjan tan-negozju u evalwazzjonijiet oħra mwettqa, speċjalment minn investituri jew kredituri possibbli. Id-deċiżjoni dwar l-inċentivi u l-ġustifikazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 14 għandha tittieħed meta tiġi evalwata l-vijabbiltà kummerċjali tal-proġett; jew il-promotur tal-proġetti jista’ juri b’mod ċar li l-ispejjeż ta’ finanzjament huma għoljin b’mod sproporzjonat jew n-nuqqas ta’ kapaċità li jiġi aċċessat il-finanzjament mis-suq minħabba diffikultajiet finanzjarji u ekonomiċi eċċezzjonali li jaffaċċja l-Istat Membru jew l-Istati Membri fejn il-proġett ta’ interess komuni jew parti minnu għandu jiġi implimentat; kif ukoll

Emenda  45

Proposta għal regolament

Kapitolu V a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kapitolu Va – Proċedura rapida fi Stati Membri għaddejjin minn jew li huma mhedda b’diffikultajiet serji

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Infrastrutturi tal-enerġija bħala parti mill-programmi ta’ aġġustament makroekonomiku

 

1. L-għajnuna teknika pprovduta mill-Kummissjoni lill-Istati Membri wieħed li jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja u/jew li talbu għal jew qed jirċievu għajnuna finanzjarja skont ir-Regolament (UE) Nru …/2012 għandha tinkludi konsultazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tagħhom u l-promoturi tal-proġett ikkonċernati sabiex:

 

a) titħaffef l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni mniżżla fil-lista speċifikata fl-Artikolu 3 skont il-kriterji ta’ urġenza stabbiliti fl-Artikolu 4(4);

 

b) jiġu eżaminati l-mezzi kollha disponibbli biex jittaffu l-kundizzjonijiet ta' finanzjament għad-diversi partijiet interessati involuti.

 

2. Sabiex jiġi applikat il-punt (a) tal-paragrafu 1, il-perjodi ta’ żmien stipulati fl-Artikoli 10(3), 11, 13(5) u 13(6) jistgħu jitqassru.

 

3. Il-parteċipazzjoni pubblika tal-partijiet interessati rilevanti m'għandhiex tiddgħajjef bi skeda ta’ żmien iqsar.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(aa) il-kontribut tal-proġetti ta' interess komuni għall-ksib tal-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi;

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tal-fondi involuti u minfuqa mill-Unjoni għal proġetti ta’ interess komuni skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa], imqabbla mal-valur totali tal-proġetti ffinanzjati ta’ interess komuni;

(b) tal-fondi impenjati u minfuqa mill-Unjoni għal proġetti ta’ interess komuni skont, minn naħa, id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”] u, min-naħa l-oħra, il-fondi strutturali, imqabbla mal-valur totali tal-proġetti ta’ interess komuni ffinanzjati;

Emenda  49

Proposta għal regolament

Anness 1 – parti 1 – punt 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (“NSI tal-Lvant - Elettriku”): interkonnessjonijiet u linji interni fid-direzzjonijiet ta’ Tramuntana-Nofsinhar u Lvant-Punent biex ilestu s-suq intern u jintegraw ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

(3) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (“NSI tal-Lvant - Elettriku”): interkonnessjonijiet u linji interni fid-direzzjonijiet ta’ Tramuntana-Nofsinhar u Lvant-Punent biex ilestu s-suq intern, biex iwaqqfu l-iżolazzjoni tas-Sistemi Elettriċi ta’ Gżejjer u jintegraw ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Anness 1 – parti 2 – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Interkonnessjonijiet tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fix-Xlokk tal-Ewropa(‘NSI tal-Lvant - Gass’): konnessjonijiet tal-gass reġjonali bejn ir-reġjun tal-Baħar Baltiku, l-Ibħra Adrijatiku u tal-Eġew u l-Baħar l-Iswed, speċjalment biex itejbu d-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvista tal-gass;

(2) Interkonnessjonijiet tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fix-Xlokk tal-Ewropa(‘NSI tal-Lvant - Gass’): konnessjonijiet tal-gass reġjonali bejn ir-reġjun tal-Baħar Baltiku, l-Ibħra Adrijatiku u tal-Eġew, il-Baħar l-Iswed u l-Baċir Mediterranju tal-Lvant, speċjalment biex itejbu d-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvista tal-gass;

Emenda  51

Proposta għal regolament

Anness 1 – parti 4 – punt 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Awtostradi tal-elettriku: l-ewwel awtostradi tal-elettriku sal-2020, fid-dawl tal-bini ta’ sistema ta’ awtostradi tal-elettriku fl-Unjoni.

(11) Awtostradi tal-elettriku: l-ewwel awtostradi tal-elettriku sal-2020, fid-dawl tal-bini ta’ sistema ta’ awtostradi tal-elettriku fl-Unjoni, speċjalment il-konnessjoni ta' reġjuni li għandhom kapaċità kbira ta' produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli u potenzjal kbir ta' ħżin;

Emenda  52

Proposta għal regolament

Anness III – taqsima 2 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a) Kull maniġer potenzjali ta' proġett jista' jippreżenta lill-Grupp rispettiv valutazzjoni tal-proġett(i) tiegħu fir-rigward tal-kontribut għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness I, l-issodisfar tal-kriterji rilevanti definiti fl-Artikolu 6, u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-evalwazzjoni tal-proġett(i), u jekk il-proġett(i) jissodisfaw il-kriterji mniżżla fl-Artikolu 4, l-Anness II u l-Anness III, il-Grupp rispettiv għandu fi żmien sitt xhur jagħti opinjoni motivata dwar il-kwalifikazzjoni probabbli tal-proġett(i) bħala proġetti ta' interess komuni.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Anness III – taqsima 2 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) Proġetti proposti relatati mat-trażmissjoni tal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) u 1(b) tal-Anness II jistgħu jiġu suġġetti għal kontroll u eżami mill-Gruppi rispettivi jekk dan jiġi propost mill-partijiet interessati rilevanti, jekk jissodisfaw tal-anqas il-kriterji elenkati fl-Artikolu 4(1) u (2)(a) u l-punt 1 tal-Anness II.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Anness III – taqsima 2 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jevalwa l-proposti għal proġetti tal-elettriku u l-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (d) u 2 tal-Anness II, kull Grupp għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-analiżi magħmula, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-punt 4, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7 tal-Artikolu 12, dwar il-proposti għal proġetti tal-elettriku u l-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (d) u 2 tal-Anness II fl-aħħar pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk tal-gass jew tal-elettriku disponibbli, żviluppat mill-ENTSOs tal-Elettriku u tal-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolamenti (KE) 714/2009 u (KE) 715/2009.

Meta jevalwa l-proposti għal proġetti tal-elettriku u l-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (e) u 2 tal-Anness II, kull Grupp għandu jieħu inkunsiderazzjoni l-analiżi magħmula, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-punt 4, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 7 tal-Artikolu 12, dwar il-proposti għal proġetti tal-elettriku u l-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (e) u 2 tal-Anness II fl-aħħar pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk tal-gass jew tal-elettriku disponibbli, żviluppat mill-ENTSOs tal-Elettriku u tal-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolamenti (KE) 714/2009 u (KE) 715/2009.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija intiża sabiex jiġu inklużi l-grids intelliġenti.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Anness 4 – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għall-ħżin tal-elettriku, il-proġett għandu jipprovdi kapaċità ta’ ħżin li tippermetti ġenerazzjoni annwali tal-elettriku ta’ mill-inqas 500 Gigawatt fis-siegħa;

(b) għall-ħżin tal-elettriku, il-proġett għandu jipprovdi kapaċità ta’ ħżin li tippermetti ġenerazzjoni annwali tal-elettriku ta’ mill-inqas 500 Gigawatt fis-siegħa jew [x]% tal-ġenerazzjoni tal-elettriku annwali tal-Istat Membru, dak li l-iktar ikun baxx;

Ġustifikazzjoni

500 Gigawatt fis-siegħa hu ammont sustanzjali ħafna f’xi Stati Membri u għalhekk jista’ jkun ta’ għajnuna jekk isir qbil dwar persentaġġ tal-ġenerazzjoni tal-elettriku annwali wkoll.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) għall-ħżin tal-gass jew tal-gass naturali likwifikat/kompressat, il-proġett għandu jkollu l-għan li jipprovdi direttament jew indirettament lil mill-inqas żewġ Stati Membri jew li jissodisfa l-istandard tal-infrastruttura (regola N-1) fil-livell reġjonali skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010;

(d) għall-ħżin tal-gass jew tal-LNG/CNG, il-proġett għandu jkollu l-għan li jipprovdi direttament jew ikollu l-kapaċità li jipprovdi indirettament lil mill-inqas żewġ Stati Membri jew li jissodisfa l-istandard tal-infrastruttura (regola N-1) fil-livell reġjonali skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (UE) Nru 994/2010;

Emenda  57

Proposta għal regolament

Anness 5 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Fl-elettriku: xenarji għal kapaċitiajiet tad-domanda u tal-ġenerazzjoni skont it-tip ta’ fjuwil (tal-bijomassa, ġeotermali, idro, tal-gass, nukleari, taż-żejt, tal-fjulwil, tar-riħ, fotovoltajku solari, solari kkonċentrat, teknoloġiji oħra rinnovabbli) u l-lokazzjoni ġeografika tagħhom, prezzijiet tal-fjulwil (inklużi tal-bijomassa, tal-faħam, tal-gass u taż-żejt), prezzijiet tad-diossidu tal-karbonju, il-kompożizzjoni tat-trażmissjoni u, jekk rilevanti, in-netwerk ta’ distribuzzjoni, u l-evoluzzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-proġetti ġodda kollha sinifikanti tal-ġenerazzjoni (inkluża l-kapaċità mgħammra għall-qbid tad-diossidu tal-karbonju), il-ħżin u t-trażmissjoni li għalihom ttieħdet deċiżjoni ta’ investiment finali u li waslu biex jiġu kkummissjonati sal-aħħar tas-sena n+5;

(a) Fl-elettriku: xenarji għal kapaċitiajiet tad-domanda (kemm fl-Istati Membri kif ukoll fil-pajjiżi terzi ġirien), u tal-ġenerazzjoni skont it-tip ta’ fjuwil (tal-bijomassa, ġeotermali, idro, tal-gass, nukleari, taż-żejt, tal-fjulwil, tar-riħ, fotovoltajku solari, solari kkonċentrat, teknoloġiji oħra rinnovabbli) u l-lokazzjoni ġeografika tagħhom, prezzijiet tal-fjulwil (inklużi tal-bijomassa, tal-faħam, tal-gass u taż-żejt), prezzijiet tad-diossidu tal-karbonju, il-kompożizzjoni tat-trażmissjoni u, jekk rilevanti, in-netwerk ta’ distribuzzjoni, u l-evoluzzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-proġetti ġodda kollha sinifikanti tal-ġenerazzjoni (inkluża l-kapaċità mgħammra għall-qbid tad-diossidu tal-karbonju), il-ħżin u t-trażmissjoni li għalihom ttieħdet deċiżjoni ta’ investiment finali u li waslu biex jiġu kkummissjonati sal-aħħar tas-sena n+5;

Emenda  58

Proposta għal regolament

Anness 5 – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Fl-elettriku: xenarji għal kapaċitiajiet tad-domanda u tal-ġenerazzjoni skont it-tip ta’ fjuwil (tal-bijomassa, ġeotermali, idro, tal-gass, nukleari, taż-żejt, tal-fjulwil, tar-riħ, fotovoltajku solari, solari kkonċentrat, teknoloġiji oħra rinnovabbli) u l-lokazzjoni ġeografika tagħhom, prezzijiet tal-fjulwil (inklużi tal-bijomassa, tal-faħam, tal-gass u taż-żejt), prezzijiet tad-diossidu tal-karbonju, il-kompożizzjoni tat-trażmissjoni u, jekk rilevanti, in-netwerk ta’ distribuzzjoni, u l-evoluzzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-proġetti ġodda kollha sinifikanti tal-ġenerazzjoni (inkluża l-kapaċità mgħammra għall-qbid tad-diossidu tal-karbonju), il-ħżin u t-trażmissjoni li għalihom ttieħdet deċiżjoni ta’ investiment finali u li waslu biex jiġu kkummissjonati sal-aħħar tas-sena n+5;

(a) Fl-elettriku: xenarji għal kapaċitiajiet tad-domanda u tal-ġenerazzjoni skont it-tip ta’ fjuwil (tal-bijomassa, ġeotermali, idro, tal-gass, nukleari, taż-żejt, tal-fjulwil, tar-riħ, fotovoltajku solari, solari kkonċentrat, teknoloġiji oħra rinnovabbli) u l-lokazzjoni ġeografika tagħhom, prezzijiet tal-fjulwil (inklużi tal-bijomassa, tal-faħam, tal-gass u taż-żejt), prezzijiet tad-diossidu tal-karbonju, il-kompożizzjoni tat-trażmissjoni u, jekk rilevanti, in-netwerk ta’ distribuzzjoni, u l-evoluzzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-proġetti ġodda kollha sinifikanti tal-ġenerazzjoni (inkluża l-kapaċità mgħammra għall-qbid tad-diossidu tal-karbonju), il-potenzjal tal-ħżin u proġetti tal-ħżin u tat-trażmissjoni li għalihom ttieħdet deċiżjoni ta’ investiment finali u li waslu biex jiġu kkummissjonati sal-aħħar tas-sena n+5;

Emenda  59

Proposta għal regolament

Anness V – punt 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5b) Meta jkun qed iwettaq l-analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż imsemmija fl-Artikolu 13(4)(a), il-maniġer ta' proġett se japplika primjum ta' riskju għar-rati ta' skont. Dan il-primjum ta' riskju għandu jiġi stabbilit mill-maniger tal-proġett wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti fuq il-bażi tal-informazzjoni mniżżla fil-punt 4 tal-Anness VI.

Ġustifikazzjoni

Il-maniġer ta' proġett se jżid mar-rati ta' skont armonizzati primjum ta' riskju li jirrifletti kemm ikunu opportuni l-proġetti għall-partijiet interessati rilevanti, speċjalment iċ-ċittadini.

PROĊEDURA

Titolu

Trans-European energy infrastructure, and repeal of Decision No 1364/2006/EC

Referenzi

COM(2011)0658 – C7-0371/2011 – 2011/0300(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.11.2011

Relatur

Data tal-ħatra

Philippe Lamberts

29.11.2011

Eżami fil-kumitat

20.3.2012

30.5.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

31.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Elena Băsescu, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Arlene McCarthy, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Olle Schmidt, Edward Scicluna, Peter Simon, Ivo Strejček, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sophie Auconie, Thijs Berman, Philippe De Backer, Roberto Gualtieri, Danuta Maria Hübner, Olle Ludvigsson

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (9.5.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE
(COM(2011)0658 – C7‑0371/2011 – 2011/0300(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Pavel Poc

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Introduzzjoni

Fid-19 ta' Ottubru 2011, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-proposta tagħha għal Regolament dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea. Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tiżgura li n-netwerks tal-enerġija u l-impjanti ta' ħażna strateġiċi fl-UE jitlestew sal-2020. Aktar speċifikament, dan ir-Regolament għandu l-objettiv tal-integrazzjoni sħiħa tas-suq intern tal-enerġija, inkluż billi jiġi żgurat li l-ebda Stat Membru ma jkun iżolat min-netwerk Ewropew.

Ir-Regolament jikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli u ħarsien tal-ambjent billi jippermetti lill-Unjoni tilħaq l-objettivi strateġiċi tagħha għall-2020, filwaqt li jiżgura li jkun hemm sigurtà tal-provvista u solidarjetà fost l-Istati Membri.

Kif ġie intalab fll-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Il-prijoritajiet għall-infrastruttura tal-enerġija għall-2020 u lil hinn", il-politika attwali dwar in-netwerks tal-enerġija trans-Ewropej (TEN-E) għandha tiġi riveduta, imsaħħa bi strumenti li jkunu ġejjin minn politika ġdida dwar l-infrastruttura tal-enerġija, imħaffa, u ffinanzjata kif jixraq.

Finanzjament

Fl-għaxar snin li ġejjin, jinħtieġu madwar Euro 200 biljun għall-bini ta' pajplajns tal-gass u netwerks tal-elettriku. B’mod aktar speċifiku: € 140 biljun għal sistemi ta' trażmissjoni tal-elettriku ta' vultaġġ qawwi, għall-ħżin u għal sistemi ta' netwerks intelliġenti tad-distribuzzjoni, €70 biljun għall-pajplajns tal-gass, ħżin, terminali tal-Gass Naturali Likwifikat (LNG) u infrastrutturi ta' fluss fid-direzzjoni opposta, u € 2.5 biljun għall-infrastrutturi tat-trasport tas-CO2.

Dan ifisser li l-livelli attwali ta' investiment iridu jittejbu konsiderevolment. Meta jitqabblu mal-perjodu mill-2000 sal-2010, dan iwassal għal żieda ta' 30% f'investimenti fis-settur tal-gass, u żieda ta' 100% fis-settur tal-elettriku meta mqabbel mal-istess perjodu preċedenti.

Identifikazzjoni tal-problemi

Il-problemi fil-proċeduri tal-għoti tal-permessi u l-oppożizzjoni pubblika huma fost ir-raġunijiet ewlenin li jostakolaw l-implimentazzjoni f'waqtha tal-proġetti ta' infrastruttura tal-enerġija, b'mod partikolari dawk il-kejbils tal-elettriku fl-għoli ’l fuq mit-triq.

Il-proċeduri amministrattivi huma kumplessi u ineffiċjenti, l-aktar fir-rigward tal-organizzazzjoni tal-proċeduri u l-kompetenzi tal-partijiet involuti. Dawn għadhom ifframmentati u neqsin minn limiti ta' żmien ċari u ppjanar u koordinazzjoni minn qabel fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE.

L-oppożizzjoni min-naħa tal-popolazzjoni milquta hija relatata man-nuqqas ta' ċarezza dwar il-valur miżjud ta' proġett, l-impatti reali jew ipperċepiti fuq l-ambjent u l-pajsaġġ, it-tħassib marbut mas-saħħa u s-sikurezza u l-involviment tard u insuffiċjenti tal-pubbliku u l-partijiet interessati.

F'xi Stati Membri jkun hemm ukoll spekulazzjonijiet politiċi u/jew ta' pussess marbuta mal-proċeduri tal-għoti tal-permessi għall-investimenti fl-infrastrutturi.

L-impatt fuq l-ambjent

L-infrastrutturi tal-enerġija ppjanati llum iridu jkunu konsistenti mal-objettivi klimatiċi u enerġetiċi tal-UE fuq żmien fit-tul u mal-implimentazzjoni tagħhom fid-diversi politiki nazzjonali dwar l-enerġija. L-ippjanar ta' proġetti ta' infrastruttura enerġetika għandhom ukoll jikkonformaw għalkollox mal-prinċipju prekawzjonarju.

Jeħtieġ li l-proposta tintegra r-rekwiżiti eżistenti ta' protezzjoni ambjentali fil-kuntest tal-infrastruttura enerġetika. Għandha tingħata wkoll prijorità lil dawk is-sorsi tal-enerġija li ma jiġux bi prezz soċjetali jew ambjentali.

Minbarra l-ispejjeż operattivi u ta' kapital, spejjeż ambjentali sinifikanti joriġinaw mill-bini, l-operat u d-dekummissjonar tal-infrastrutturi tal-enerġija. Dawn il-kosti ambjentali jridu jitqiesu f'analiżi tal-kost-benefiċċju bl-użu tal-approċċ tal-valutazzjoni tal-kost taċ-ċiklu tal-ħajja. Jeħtieġ li jkun hemm valutazzjoni rigoruża tal-impatt ambjentali tal-proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija każ b'każ, sabiex jiġu evalwati r-riskji sinifikanti, u jiġu kkunsidrati l-kundizzjonijiet ambjentali lokali u reġjonali.

Trasparenza u parteċipazzjoni tal-pubbliku

Ir-regoli l-ġodda jtejbu l-possibilità li ċ-ċittadini jiġu involuti fi proġett u li l-vuċi tagħhom tinstema'. Ir-Regolament jgħid li ċ-ċittadinin jridu jkunu involuti fi stadju bikri ħafna tal-proċedura tal-għoti ta' permess. Ir-Regolament jgħid li dan irid isir qabel ma żviluppatur ta' proġett jippreżenta l-applikazzjoni formali tiegħu għal permess. B'dan il-mod, it-tħassib taċ-ċittadini jkun għadu jista' jitqies fil-fażi ta' ppjanar tal-proġett. F'ħafna Stati Membri hija l-prattika attwali li titwettaq konsultazzjoni pubblika wara li l-fajl jitressaq quddiem l-awtorità.

Proġetti ta’ interess komuni

Għal dan l-għan, il-Kummissjoni identifikat 12-il kuridur u oqsma prijoritarji li jkopru l-elettriku, il-gass, u n-netwerks tat-trasport taż-żejt u tad-dijossidu tal-karbonju. Hija qed tipproponi reġim ta' "interess komuni" għall-proġetti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' dawn il-prijoritajiet u li ġew identifikati bħala tali. Il-proġetti ta' interess komuni għandhom jibbenefikaw mill-proċedura mħaffa tal-għoti ta' permessi, li m'għandhiex taqbeż it-tliet snin.

Ir-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni bl-għan li jitħaffef it-teħid tad-deċiżjonijiet f'dak li jirrigwarda l-awtorizzazzjonijiet għall-bini ta' infrastruttura, kif ukoll ir-regoli l-ġodda biex tittejjeb il-possibilità li ċ-ċittadini jiġu involuti fi proġett u li l-vuċi tagħhom tinstema'.

Madankollu, mhuwiex possibbli li l-proġetti tal-infrastruttura jiġu eżentati mil-leġiżlazzjoni ambjentali u, skont l-Artikolu 11 tat-TFUE, il-proposta trid tintegra r-rekwiżiti eżistenti dwar il-protezzjoni ambjentali fil-kuntest tal-infrastruttura tal-enerġija.

Għandu jiġi ggarantit li jkun hemm dibattitu pubbliku ta' livell għoli, filwaqt li l-leġiżlazzjoni ambjentali Ewropea trid titqies b'mod xieraq,

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-aċċellerazzjoni fir-restawr tal-infrastruttura tal-enerġija eżistenti u fl-użu tal-infrastruttura l-ġdida hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni, li huma li jiġi kkompletat is-suq intern tal-enerġija, li tiġi garantita s-sigurtà tal-provvista, speċjalment tal-gass u ż-żejt, li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’20 %, li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija jiżdied għal 20 %, u li tinkiseb żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza fl-enerġija sal-2020. Fl-istess ħin, l-Unjoni għandha tipprepara l-infrastruttura tagħha għad-dekarbonizzazzjoni ulterjuri tas-sistema tal-enerġija fit-tul sal-2050.

(6) L-aċċellerazzjoni fir-restawr tal-infrastruttura tal-enerġija eżistenti u fl-użu tal-infrastruttura l-ġdida hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni, li huma li jiġi kkompletat is-suq intern tal-enerġija, li tiġi garantita s-sigurtà tal-provvista, speċjalment tal-gass u ż-żejt, li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’20 %, li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija jiżdied għal 20 %, u li tinkiseb żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza fl-enerġija sal-2020. Fl-istess ħin, l-Unjoni għandha tipprepara l-infrastruttura tagħha għad-dekarbonizzazzjoni ulterjuri tas-sistema tal-enerġija fit-tul sal-2050 u fl-istess perjodu ta' żmien tippreparaha għall-konnessjoni ta' reġjuni li għandhom kapaċità kbira ta' produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli u potenzjal kbir ta' ħżin tal-elettriku. Dawn l-objettivi tal-enerġija u l-klima għandhom jintlaħqu bl-aktar mod kosteffikaċi possibbli.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-aqwa infrastruttura, mil-lat ambjentali, soċjali u ekonomiku, hija infrastruttura diġà eżistenti li m'għandhiex għalfejn tinbena. Għalhekk l-effiċjenza enerġetika hija ta' importanza vitali, u għandhom jitqiesu bis-sħiħ l-effetti possibbli tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika proposta mill-Kummissjoni (proċedura għadha għaddejja) fit-tnaqqis tal-ħtieġa għal infrastruttura futura.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Minkejja l-eżistenza legali tiegħu, kif definit fid-Direttivi 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali, is-suq intern fl-enerġija għadu frammentat minħabba n-nuqqas ta’ interkonnessjonijiet bejn in-netwerks nazzjonali tal-enerġija. Madankollu, netwerks integrati fl-Unjoni kollha huma vitali biex jiżguraw suq integrat kompetittiv u li jiffunzjona tajjeb għall-promozzjoni tat-tkabbir, l-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli.

(7) Minkejja l-eżistenza legali tiegħu, kif definit fid-Direttivi 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali, is-suq intern fl-enerġija għadu frammentat minħabba n-nuqqas ta’ interkonnessjonijiet bejn in-netwerks nazzjonali tal-enerġija. Madankollu, netwerks integrati fl-Unjoni kollha u l-użu ta' infrastruttura ta' grids intelliġenti li jippermettu effiċjenza enerġetika akbar u integrazzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli mqassma, huma vitali biex jiżguraw suq integrat kompetittiv u li jiffunzjona tajjeb għall-promozzjoni tat-tkabbir effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, l-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-infrastruttura tal-enerġija tal-Unjoni għandha tiġi aġġornata għall-finijiet tal-prevenzjoni ta’ diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, ta’ effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u ta’ theddid għas-sigurtà tagħha u għall-finijiet taż-żieda fir-reżistenza kontrihom, speċjalment fir-rigward tal-infrastruttura kritika Ewropea kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-infrastruttura kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom.

(8) L-infrastruttura tal-enerġija tal-Unjoni għandha tiġi aġġornata għall-finijiet tal-prevenzjoni ta’ diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, ta’ effetti negattivi tat-tibdil fil-klima u ta’ theddid għas-sigurtà tagħha u għall-finijiet taż-żieda fir-reżiljenza kontrihom, speċjalment fir-rigward tal-infrastruttura kritika Ewropea kif stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar l-identifikazzjoni u l-indikazzjoni tal-infrastruttura kritika Ewropea u l-valutazzjoni tal-ħtieġa għat-titjib tal-ħarsien tagħhom, b'arkitettura deċentralizzata li tiffavorixxi l-awtosuffiċjenza enerġetika tat-territorji lokali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-ħtiġijiet tal-investiment sal-2020 fl-infrastrutturi tat-trażmissjoni tal-elettriku u l-gass b’rilevanza Ewropea ġew stmati għal madwar EUR 200 biljun. Iż-żieda sinifikanti fil-volumi tal-investiment imqabbla mat-tendenzi fil-passat u l-urġenza biex jiġu implimentati l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija jirrikjedu approċċ ġdid fil-mod li bih l-infrastrutturi tal-enerġija, u speċjalment dawk ta’ natura transkonfinali, jiġu rregolati u ffinanzjati.

(11) Il-ħtiġijiet tal-investiment sal-2020 fl-infrastrutturi tat-trażmissjoni tal-elettriku u l-gass b’rilevanza Ewropea ġew stmati għal madwar EUR 200 biljun. Iż-żieda sinifikanti fil-volumi tal-investiment imqabbla mat-tendenzi fil-passat u l-urġenza biex jiġu implimentati l-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija jirrikjedu approċċ ġdid fil-mod li bih l-infrastrutturi tal-enerġija, u speċjalment dawk ta’ natura transkonfinali, jiġu rregolati u ffinanzjati. Dan l-approċċ madankollu għandu jqis il-mekkaniżmi ta' konsolidazzjoni fiskali li qed isiru madwar l-UE, jagħti prijorità lil dawk il-proġetti ta' interess komuni li jagħtu valur miżjud Ewropew ġenwin, u jagħraf meta l-awtoritajiet tal-Istati Membri u s-suq ikunu f'pożizzjoni aħjar biex jintervjenu.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni għandha tkun ibbażata fuq kriterji komuni, trasparenti u oġġettivi fid-dawl tal-kontribut tagħhom għall-għanijiet tal-politika tal-enerġija. Għall-elettriku u l-gass, il-proġetti proposti għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan disponibbli tal-iżvilupp tan-netwerk għal għaxar snin. Il-pjan għandu jikkunsidra b'mod partikolari l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar rigward il-ħtieġa li jiġu integrati s-swieq periferali tal-enerġija.

(15) L-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni għandha tikkonforma ma' kriterji komuni, trasparenti u oġġettivi fid-dawl tal-kontribut tagħhom għall-għanijiet tal-politika tal-enerġija. Il-proġetti għall-elettriku u l-gass għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan disponibbli tal-iżvilupp tan-netwerk għal għaxar snin. Il-pjan għandu jikkunsidra b'mod partikolari l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar rigward il-ħtieġa li jiġu integrati s-swieq periferali tal-enerġija u li jiġi stabbilit it-tqegħid fl-użu ta' infrastruttura ta' grids intelliġenti.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Il-partijiet terzi li jridu jinvestu f'dan il-qasam m'għandhomx ikunu esklużi milli japplikaw għal u jirċievu finanzjament għal proġetti ta' interess komuni. Barra minn hekk, sħubijiet bejn partijiet terzi u entitajiet governattivi, li jinvolvu proġetti ta' interess komuni, għandhom jiġu inkoraġġiti wkoll;

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jingħataw “status prijoritarju” fil-livell nazzjonali, biex jiġi żgurat trattament amministrattiv rapidu. Il-proġetti ta' interess komuni għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala li huma fl-interess pubbliku. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal proġetti li għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent abbażi ta’ raġunijiet ta’ interess pubbliku prevalenti, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha stipulati fid-Direttivi 92/43/KE u 2000/60KE.

(20) Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jingħataw “status prijoritarju” fil-livell nazzjonali, biex jiġi żgurat trattament amministrattiv rapidu. Il-proġetti ta' interess komuni għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala li huma fl-interess pubbliku. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal proġetti li għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent abbażi ta’ raġunijiet ta’ interess pubbliku prevalenti, biss meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha stipulati fid-Direttivi 92/43/KE u 2000/60KE. Jeħtieġ li jiġu identifikati, skont ġerarkija ta' importanza u fl-interess tal-kosteffikaċja, il-każijiet fejn l-infrastruttura tista' tiġi minimizzata permezz ta' politiki dwar l-effiċjenza enerġetika, fejn infrastruttura nazzjonali u transkonfinali eżistenti tista' tittejjeb jew tiġi modernizzata u fejn tkun meħtieġa infrastruttura ġdida li tista' tinbena ħdejn infrastruttura eżistenti tal-enerġija u t-trasport.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Minkejja l-eżistenza ta’ standards stabbiliti għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fi proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura ambjentali, jinħtieġu miżuri oħra biex jiġu żgurati l-ogħla standards possibbli ta’ trasparenza u parteċipazzjoni tal-pubbliku fir-rigward tal-kwistjonjiet kollha relatati mal-proċess tal-għoti tal-permessi għal proġetti ta’ interess komuni.

(22) Minkejja l-eżistenza ta’ standards stabbiliti għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku fi proċeduri ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ natura ambjentali, jinħtieġu miżuri oħra biex jiġu żgurati l-ogħla standards possibbli ta’ trasparenza u parteċipazzjoni xierqa tal-pubbliku fir-rigward tal-kwistjonjiet kollha relatati mal-proċess tal-għoti tal-permessi għal proġetti ta’ interess komuni.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jiffaċilita l-implimentazzjoni fil-ħin ta’ proġetti ta’ interess komuni billi jħaffef l-għoti tal-permessi u jtejjeb il-parteċipazzjoni tal-pubbliku;

(b) jiffaċilita l-implimentazzjoni fil-ħin ta’ proġetti ta’ interess komuni billi jħaffef l-għoti tal-permessi u jistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku;

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ proġetti ta’ interess komuni għall-Unjoni kollha. Il-lista għandha tiġi riveduta u aġġornata kif ikun meħtieġ kull sentejn. L-ewwel lista għandha tiġi adottata mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju 2013.

1. Il-Kummissjoni għandha f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tistabbilixxi lista ta’ proġetti ta’ interess komuni għall-Unjoni kollha, filwaqt li tikklassifikahom fl-ordni tal-importanza. Il-lista għandha tiġi riveduta u aġġornata kif ikun meħtieġ kull sentejn. L-ewwel lista għandha tiġi adottata mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju 2013. Meta tistabbilixxi lista għall-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha tqis ukoll il-karatteristiċi speċifiċi ta' Stati Membri gżejjer żgħar u tiżviluppa proġetti biex tiżgura li l-ebda Stat Membru ma jibqa' iżolat min-netwerks Ewropej tal-gass u l-elettriku wara l-2015 jew tiġi pperikolata s-sigurtà enerġetika tiegħu minħabba nuqqas ta' konnessjonijiet xierqa. Il-lista tal-Unjoni għandha tinkludi wkoll proġetti bħal dawn.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex il-Kummissjoni tidentifika proġetti ta’ interess komuni, hija għandha tistabbilixxi Grupp Reġjonali (“Grupp”), kif definit fit-Taqsima 1 tal-Anness III imsejjes fuq kull kuritur u qasam ta' prijorità u l-kopertura ġeografika rispettiva tagħhom kif stabbilit fl-Anness I.

2. Sabiex il-Kummissjoni tidentifika proġetti ta’ interess komuni, hija għandha tistabbilixxi 12-il Grupp Reġjonali (“Gruppi”) imsejsa fuq kull kuritur u qasam ta' prijorità u l-kopertura ġeografika rispettiva tagħhom kif stabbilit fl-Anness I. Il-kompożizzjoni ta' kull grupp għandha tkun ibbażata fuq ir-regoli definiti fit-taqsima 1 tal-Anness III. Kull Grupp għandu jwettaq il-kompiti tiegħu abbażi ta' termini ta' referenza jew regoli ta' proċedura miftiehma minn qabel, filwaqt li titqies kwalunkwe gwida mogħtija mill-Kummissjoni dwar dan is-suġġett.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull Grupp għandu jħejji l-lista proposta tiegħu ta’ proġetti ta’ interess komuni skont il-proċess stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness III, skont il-kontribut ta' kull proġett għall-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I u skont jekk jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4. Kull proposta individwali għal proġett għandha tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-Istat/i Membru/i, li l-proġett ikun marbut mat-territorju tiegħu/tagħhom.

3. Kull Grupp għandu jadotta l-lista reġjonali tiegħu ta’ proġetti ta’ interess komuni, imfassla skont il-proċess stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness III, skont il-kontribut ta' kull proġett għall-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I u skont jekk jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4. Kull proposta individwali għal proġett għandha tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-Istat/i Membru/i, li l-proġett ikun marbut mat-territorju tiegħu/tagħhom.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għall-proġetti tal-elettriku u l-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, l-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tal-listi proposti ta’ proġetti ta’ interess komuni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, dwar il-listi proposti ta’ proġetti ta’ interess komuni, b’mod partikolari billi tikkunsidra l-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 fost il-Gruppi, u r-riżultati tal-analiżi mwettqa mill-ENTSOs għall-Elettriku u tal-Gass f’konformità mal-punt 2.6 tal-Anness III.

5. Għall-proġetti tal-elettriku u l-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, l-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tal-listi proposti ta’ proġetti ta’ interess komuni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, dwar il-listi proposti ta’ proġetti ta’ interess komuni, b’mod partikolari billi tikkunsidra l-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 fost il-Gruppi, u r-riżultati tal-analiżi mwettqa mill-ENTSOs għall-Elettriku u tal-Gass f’konformità mal-punt 2.6 tal-Anness III. Il-Kummissjoni għandha tiffinalizza l-lista ta' proġetti ta' interess komuni, filwaqt li tipprovdi analiżi dettaljata għad-deċiżjoni tagħha dwar kull proġett.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) il-proġett ikun konformi mal-objettivi tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-proġett ikun jinvolvi mill-inqas żewġ Stati Membri, permezz tal-qsim dirett tal-fruntieri ta’ Stat Membru wieħed jew iżjed jew inkella billi jkun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed u jkollu impatt transkonfinali sinifikanti kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness IV;

(c) il-proġett ikun jinvolvi mill-inqas żewġ Stati Membri jekk jaqsam direttament il-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar ta’ Stat Membru wieħed jew iżjed, jew jekk ikun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed iżda minkejja dan xorta jkollu impatt transkonfinali sinifikanti, jew fil-każ ta' tisħiħ intern, il-proġett ikun rilevanti għal interkonnessjoni transkonfinali kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness IV, jew jekk ikollu l-għan li jgħaqqad gżejjer u reġjuni periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

B'konformità mal-iżvilupp ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, jeħtieġ li tiġi appoġġjata l-integrazzjoni tal-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli fi proġetti ta' tisħiħ ta' trażmissjoni interna jekk jikkontribwixxu għal trażmissjoni transkonfinali skont il-kriterji definiti fl-Anness IV.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) fir-rigward ta’ proġetti relatati mat-trażmissjoni u l-ħżin tal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (d) tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal mill-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:

(a) fir-rigward ta’ proġetti relatati mat-trażmissjoni u l-ħżin tal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (d) tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi għas-sostenibilità u b’mod sinifikanti għal mill-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ta' sostenibbiltà m'għandhomx ikunu fakultattivi. Approċċ sostenibbli jgħin lill-UE tilħaq miri ta' ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju filwaqt li jipprevjeni d-degradazzjoni ambjentali, it-telf tal-bijodiversità u l-użu insostenibbli tar-riżorsi.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– integrazzjoni tas-suq, kompetizzjoni u flessibbiltà tas-sistema;

– integrazzjoni tas-suq, inter alia billi jitneħħa l-iżolament ta' ċerti reġjuni fl-Unjoni Ewropea; kompetizzjoni u flessibbiltà tas-sistema;

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

sostenibbiltà, inter alia permezz tat-trażmissjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli f’ċentri tal-konsum ewlenin u siti tal-ħżin;

integrazzjoni tal-enerġija rinnovabbli fil-grid u trażmissjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli f’ċentri tal-konsum ewlenin u siti tal-ħżin;

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ta' sostenibbiltà m'għandhomx ikunu fakultattivi. Approċċ sostenibbli jgħin lill-UE tilħaq miri ta' ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju filwaqt li jipprevjeni d-degradazzjoni ambjentali, it-telf tal-bijodiversità u l-użu insostenibbli tar-riżorsi.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– interoperabbiltà u operazzjoni ta’ sistema sigura;

sigurtà tal-provvista, inter alia permezz ta' interoperabbiltà, u operazzjoni ta’ sistema sigura u affidabbli, b'mod partikolari bit-tisħiħ tal-istabbiltà attwali tat-trażmissjoni, billi tiżdied ir-reżiljenza għall-qtugħ tad-dawl, u bl-iżgurar tal-integrazzjoni tal-produzzjoni intermittenti;

Ġustifikazzjoni

Speċifikazzjoni tal-għanijiet ewlenin li għandhom jintlaħqu bis-sigurtà tal-provvista. Definizzjoni aktar speċifika tas-sigurtà tal-provvista hija importanti ħafna biex nifhmu l-problema sew.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- kapaċità kbira ta' produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli u potenzjal kbir ta' ħżin;

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) fir-rigward ta’ proġetti relatati mal-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal mill-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:

(b) fir-rigward ta’ proġetti relatati mal-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi għas-sostenibilità u b’mod sinifikanti għal mill-inqas wieħed mill-kriterji speċifiċi li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ta' sostenibbiltà m'għandhomx ikunu fakultattivi. Approċċ sostenibbli jgħin lill-UE tilħaq miri ta' ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju filwaqt li jipprevjeni d-degradazzjoni ambjentali, it-telf tal-bijodiversità u l-użu insostenibbli tar-riżorsi.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– integrazzjoni tas-suq, interoperabbiltà u flessibbiltà tas-sistema;

– integrazzjoni tas-suq, inter alia billi jitneħħa l-iżolament ta' ċerti reġjuni fl-Unjoni Ewropea; interoperabbiltà u flessibbiltà tas-sistema;

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– kompetizzjoni, inter alia permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista u permezz tal-provvosta ta’ kontropartijiet u rotot;

– kompetizzjoni, inter alia permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista u permezz tal-provvista ta’ rotot u kontropartijiet;

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b – inċiż 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– sostenibbiltà;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ta' sostenibbiltà m'għandhomx ikunu fakultattivi. Approċċ sostenibbli jgħin lill-UE tilħaq miri ta' ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju filwaqt li jipprevjeni d-degradazzjoni ambjentali, it-telf tal-bijodiversità u l-użu insostenibbli tar-riżorsi.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) fir-rigward ta’ proġetti relatati mal-grids intelliġenti tal-elettriku li jaqgħu fil-kategorija stabbilita fil-punt 1(e) tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għal mill-inqas wieħed mill-funzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

(c) fir-rigward ta’ proġetti relatati mal-grids intelliġenti tal-elettriku li jaqgħu fil-kategorija stabbilita fil-punt 1(e) tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi għas-sostenibilità u b’mod sinifikanti għal mill-inqas wieħed mill-funzjonijiet speċifiċi li ġejjin:

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) fir-rigward ta’ proġetti relatati mat-trasport taż-żejt li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tliet kriterji speċifiċi li ġejjin:

(d) fir-rigward ta’ proġetti relatati mat-trasport taż-żejt li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi għas-sostenibilità u b’mod sinifikanti għat-tliet kriterji speċifiċi li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ta' sostenibbiltà m'għandhomx ikunu fakultattivi. Approċċ sostenibbli jgħin lill-UE tilħaq miri ta' ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju filwaqt li jipprevjeni d-degradazzjoni ambjentali, it-telf tal-bijodiversità u l-użu insostenibbli tar-riżorsi.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt e – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) fir-rigward ta’ proġetti relatati mat-trasport tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tliet kriterji speċifiċi li ġejjin:

(e) fir-rigward ta’ proġetti relatati mat-trasport tad-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi għas-sostenibilità u b’mod sinifikanti għat-tliet kriterji speċifiċi li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji ta' sostenibbiltà m'għandhomx ikunu fakultattivi. Approċċ sostenibbli jgħin lill-UE tilħaq miri ta' ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju filwaqt li jipprevjeni d-degradazzjoni ambjentali, it-telf tal-bijodiversità u l-użu insostenibbli tar-riżorsi.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena wara s-sena tal-għażla bħala proġett ta’ interess komuni skont l-Artikolu 4, il-promoturi ta' proġett għandhom jissottomettu rapport annwali, għal kull proġett li jaqa’ fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, lill-Aġenzija jew, għall-proġetti li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 3 u 4 tal-Anness II lill-Grupp rispettiv. Dan ir-rapport għandu jipprovdi dettalji dwar:

3. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena wara s-sena tal-għażla bħala proġett ta’ interess komuni skont l-Artikolu 4, il-promoturi ta' proġett għandhom jissottomettu rapport annwali, għal kull proġett li jaqa’ fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija jew, għall-proġetti li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 3 u 4 tal-Anness II lill-Grupp rispettiv. Dan ir-rapport għandu jipprovdi dettalji dwar:

Ġustifikazzjoni

Għall-fini tat-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tkun infurmata dwar l-input tar-rapport konsolidat imfassal mill-Aġenzija skont il-paragrafu 4.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta proġett ta’ interess komuni jesperjenza diffikultajiet ta’ implimentazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ tagħżel koordinatur Ewropew għal perjodu massimu ta’ sena li jista’ jiġġedded darbtejn.

1. Meta proġett ta’ interess komuni jesperjenza diffikultajiet ta’ implimentazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni, bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, tista’ tagħżel koordinatur Ewropew għal perjodu massimu ta’ sena li jista’ jiġġedded darbtejn.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-koordinatur Ewropew għandu jintgħażel abbażi tal-esperjenza tiegħu fir-rigward tal-kompiti speċifiċi assenjati lilu għall-proġett(i) kkonċernat/i.

3. Il-koordinatur Ewropew għandu jintgħażel abbażi tal-esperjenza tiegħu fir-rigward tal-kompiti speċifiċi assenjati lilu għall-proġett(i) kkonċernat(i), bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jiġu allokati l-istatus tal-ogħla sinifikat nazzjonali possibbli u jiġu ttrattati bħala tali fil-proċeduri għall-għoti tal-permessi, fejn u bil-mod li dan it-trattament ikun previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għat-tip ta’ infrastruttura tal-enerġija korrispondenti.

1. Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jiġu allokati l-istatus tal-ogħla sinifikat nazzjonali possibbli u jiġu ttrattati bħala tali fil-proċeduri tal-ippjanar reġjonali u spazjali, tal-għoti tal-permessi, tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u tal-valutazzjoni ambjentali strateġika, fejn u bil-mod li dan it-trattament ikun previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għat-tip ta’ infrastruttura tal-enerġija korrispondenti.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida biex tappoġġja lill-Istati Membri fid-definizzjoni ta' miżuri adegwati u biex tiżgura l-applikazzjoni koerenti tal-proċeduri tal-valutazzjoni ambjentali mitluba skont il-leġiżlazzjoni tal-UE għall-proġetti ta' interess komuni.

Fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida biex tappoġġja lill-Istati Membri fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri adegwati u biex tiżgura l-applikazzjoni koerenti tal-proċeduri tal-valutazzjoni ambjentali mitluba skont il-leġiżlazzjoni tal-UE għall-proġetti ta' interess komuni, u għandha timmonitorja l-applikazzjoni tagħha.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) skema koordinata: Id-deċiżjoni komprensiva tista' tinkludi bosta deċiżjonijiet individwali legalment vinkolanti meħuda mill-Awtorità Kompetenti u minn awtoritajiet oħra kkonċernati. L-awtorità kompetenti għandha, fuq il-bażi ta' każ b'każ, tistabbilixxi limitu taż-żmien raġonevoli li matulu għandhom jittieħdu d-deċiżjonijiet individwali. L-awtorità kompetenti tista’ tieħu deċiżjoni individwali f'isem awtorità nazzjonali oħra kkonċernata, jekk id-deċiżjoni minn dik l-awtorità ma tasalx fil-limitu taż-żmien u jekk id-dewmien ma jkunx jista' jiġi ġġustifikat b'mod adegwat. L-awtorità kompetenti tista' tħassar deċiżjoni individwali ta' awtorità nazzjonali oħra jekk tikkunsidra li d-deċiżjoni mhijiex ssostanzjata biżżejjed fir-rigward tal-evidenza ppreżentata mill-awtorità kkonċernata. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti rilevanti skont il-leġiżlazzjoni internazzjonali u tal-Unjoni jiġu rrispettati u għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha.b'mod korrett

(b) skema koordinata: Id-deċiżjoni komprensiva tista' tinkludi bosta deċiżjonijiet individwali legalment vinkolanti meħuda mill-Awtorità Kompetenti u minn awtoritajiet oħra kkonċernati. L-awtorità kompetenti għandha, fuq il-bażi ta' każ b'każ, tistabbilixxi limitu taż-żmien raġonevoli li matulu għandhom jittieħdu d-deċiżjonijiet individwali. L-awtorità kompetenti tista’ tieħu deċiżjoni individwali f'isem awtorità nazzjonali oħra kkonċernata, jekk id-deċiżjoni minn dik l-awtorità ma tasalx fil-limitu taż-żmien u jekk id-dewmien ma jkunx jista' jiġi ġġustifikat b'mod adegwat. L-awtorità kompetenti tista' tħassar deċiżjoni individwali ta' awtorità nazzjonali oħra jekk tikkunsidra li d-deċiżjoni mhijiex ssostanzjata biżżejjed fir-rigward tal-evidenza ppreżentata mill-awtorità kkonċernata. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti rilevanti skont il-leġiżlazzjoni internazzjonali u tal-Unjoni jiġu rrispettati u għandha tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha b'mod korrett u tqiegħed id-deċiżjoni u l-ġustifikazzjoni, inkluża l-evidenza rilevanti, għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) skema kollaborattiva: id-deċiżjoni komprensiva tista' tinkludi bosta deċiżjonijiet individwali legalment vinkolanti meħuda mill-awtorità kompetenti u minn awtoritajiet oħra kkonċernati. L-awtorità kompetenti għandha, b'konsultazzjoni mal-awtoritajiet ikkonċernati l-oħra, tistabbilixxi, fuq il-bażi ta' każ b'każ, limitu taż-żmien raġonevoli li matulu jistgħu jittieħdu d-deċiżjonijiet individwali, kif ukoll il-limitu ta' żmien totali tal-permess. L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja l-konformita tal-limiti ta' żmien mill-awtoritajiet ikkonċernati. Jekk ikun mistenni li d-deċiżjoni mill-awtorità involuta ma tasalx fil-limitu taż-żmien, dik l-awtorità għandha tinforma lill-awtorità kompetenti minnufih u tinkludi ġustifikazzjoni għad-dewmien.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Għal proġetti li x’aktarx ikollhom impatti negattivi transkonfinali sinifikanti fi Stat Membru wieħed jew iżjed tal-viċinat, fejn ikunu applikabbli l-Artikolu 7 tad-Direttiva 85/337/KEE u l-Konvenzjoni Espoo, l-informazzjoni rilevanti għandha tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru/i tal-viċinat. L-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru/i tal-viċinat għandha tindika jekk tixtieqx tipparteċipa fil-proċeduri ta’ konsultazzjoni pubblika rilevanti.

6. Għal proġetti li x’aktarx ikollhom impatti negattivi transkonfinali sinifikanti fi Stat Membru wieħed jew iżjed tal-viċinat, fejn ikunu applikabbli l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2001/42/KE, l-Artikolu 7 tad-Direttiva 85/337/KEE, jew il-Konvenzjoni Espoo, l-informazzjoni rilevanti għandha tkun disponibbli għall-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru/i tal-viċinat. L-awtorità kompetenti tal-Istat(i) Membru/i tal-viċinat għandha tindika jekk tixtieqx tipparteċipa fil-proċeduri ta’ konsultazzjoni pubblika rilevanti.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi għall-kumpens ta' muniċipalitajiet milquta mill-proġetti ta' interess komuni kif ukoll minn proġetti nazzjonali oħrajn fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija.

Ġustifikazzjoni

Dan l-istrument sempliċi kapaċi jqassar b'mod sinifikanti t-tul tal-proċeduri għall-għoti tal-permessi mingħajr ma jintmissu l-prinċipju tas-sussidjarjetà tal-UE u s-setgħat tal-muniċipalitajiet lokali, billi jaffettwa indirettament il-fażi tal-ippjanar spazjali li hija predominantement responsabbli għad-dewmien fil-proċeduri għall-għoti tal-permessi. Il-kumpens finanzjarju huwa għodda b'saħħitha li timmotiva lill-muniċipalitajiet (komunitajiet) lokali ma joġġezzjonawx għat-tqegħid tal-infrastruttura fid-dokumentazzjoni ta' ppjanar tal-użu tal-art nazzjonali, reġjonali u lokali.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Fl-Istati Membri fejn partijiet mill-proċess tal-għoti tal-permessi, inkluż l-ippjanar spazjali u l-proċeduri tal-valutazzjoni tal-impatt ambjentali, ma jirriżultawx f'permess legalment vinkolanti, l-awtoritajiet kompetenti meħtieġa jiżguraw li ż-żmien kemm dawn idumu jkun integrat sewwa fil-limiti kumplessivi taż-żmien.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jissottomettu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni l-metodoloġija rispettiva tagħhom, inkluż fuq l-immudellar tan-netwerk u tas-suq, għal analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ sistema tal-enerġija armonizzata li taqa’ fil-kategoriji msemmija fil-punti 1(a) sa (d) u 2 tal-Anness II. Il-metodoloġija għandha tiġi elaborata f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness V.

1. Fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jissottomettu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni l-metodoloġija rispettiva tagħhom, inkluż fuq l-immudellar tan-netwerk u tas-suq, għal analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ sistema tal-enerġija armonizzata li taqa’ fil-kategoriji msemmija fil-punti 1(a) sa (d) u 2 tal-Anness II. Il-metodoloġija għandha tiġi elaborata f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness V u għandha tkun konsistenti mar-regoli u l-indikaturi stipulati fl-Anness IV. L-ENTSOs għandhom iwettqu proċess ta' konsultazzjoni estensiva li jinvolvi tal-anqas l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet interessati rilevanti kollha - u, jekk jitqies li jkun xieraq, lill-partijiet interessati direttament - lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lil awtoritajiet nazzjonali oħra.

Ġustifikazzjoni

L-elaborazzjoni ta' tali metodoloġija mhux biss tieħu aktar minn xahar minħabba l-proċessi interni ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-ENTSOG u l-ENTSO-E (ara l-istatuti tal-ENTSOG u l-ENTSO-E), iżda l-kostijiet imġarrba mit-TSOs qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ma jkunux eliġibbli għar-rimborż permezz tal-iffissar tat-tariffi mill-NRAs. Barra minn hekk, jekk jitwettaq proċess ta' konsultazzjoni estensiv, xahar mhuwiex biżżejjed.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-metodoloġija għandha tiġi aġġornata u mtejba regolarment billi tiġi segwita l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 5. L-Aġenzija, wara li tikkonsulta formalment l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti kollha u lill-Kummissjoni, tista’ titlob tali aġġornament u titjib bil-ġustifikazzjoni u t-termini ta’ żmien dovuti.

6. Il-metodoloġija għandha tiġi aġġornata u mtejba kull sentejn billi tiġi segwita l-proċedura stabbilita fil-paragrafi 1 sa 5.

Ġustifikazzjoni

Dan irid ikun proċess ċar u predefinit, anke fir-rigward tat-tul ta' żmien, i.e. ma jistax ikun ibbażat fuq talba każwali.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Kopja tad-deċiżjonijiet kollha, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward ta’ kull deċiżjoni, għandha tiġi notifikata, mingħajr dewmien, mill-Aġenzija lill-Kummissjoni. Dik l-informazzjoni tista’ tiġi sottomessa f’forma aggregata. Il-Kummissjoni għandha żżomm il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

7. Kopja tad-deċiżjonijiet kollha maħruġa skont il-paragrafu 6, flimkien mal-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward ta’ kull deċiżjoni, għandha tiġi notifikata, mingħajr dewmien, mill-Aġenzija lill-Kummissjoni. Dik l-informazzjoni tista’ tiġi sottomessa f’forma aggregata. Il-Kummissjoni għandha żżomm il-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika dwar liema huma d-deċiżjonijiet ikkonċernati.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-analiżi speċifika tal-benefiċċji u l-ispejjeż għall-proġett skont il-paragrafu 4(a) tal-Artikolu 13 tipprovdi provi li jikkonċernaw l-eżistenza ta’ esternalitajiet pożittivi sinifikanti, bħas-sigurtà tal-provvista, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni; kif ukoll

(a) l-analiżi speċifika tal-benefiċċji u l-ispejjeż għall-proġett skont il-paragrafu 4(a) tal-Artikolu 13 tipprovdi provi li jikkonċernaw l-eżistenza ta’ esternalitajiet pożittivi sinifikanti, bħall-benefiċċji ambjentali u soċjali, is-sigurtà tal-provvista, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni; kif ukoll

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) informazzjoni dwar il-lista attwali ta' proġetti prijoritarji, ħarsa ġenerali lejn l-istadji tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet kif ukoll id-dati u l-aġendi għal-laqgħat tal-gruppi reġjonali, flimkien mal-pubblikazzjoni sussegwenti tal-minuti u ta' kull deċiżjoni meħuda.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) informazzjoni ġenerali, aġġornata regolarment, inkluża informazzjoni ġeografika, għal kull proġett ta’ interess komuni;

(a) informazzjoni ġenerali, aġġornata regolarment, inkluża informazzjoni ġeografika meħtieġa, għal kull proġett ta’ interess komuni;

Emenda  45

Proposta għal regolament

Anness I – parti 1 – punt 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (“NSI tal-Lvant - Elettriku”): interkonnessjonijiet u linji interni fid-direzzjonijiet ta’ Tramuntana-Nofsinhar u Lvant-Punent biex ilestu s-suq intern u jintegraw ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

(3) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (“NSI tal-Lvant - Elettriku”): interkonnessjonijiet u linji interni fid-direzzjonijiet ta’ Tramuntana-Nofsinhar u Lvant-Punent biex ilestu s-suq intern u jintegraw ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli. Interkonnessjoni ta' sistemi elettriċi ta' gżejjer iżolati mal-kontinent sabiex jingħataw il-benefiċċji tas-suq integrat tal-elettriku, tiżdied il-penetrazzjoni tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli (RES) u jkun possibbli li l-enerġija RES tiġi trasferita għall-kontinent.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Anness 1 – parti 4 – punt 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Awtostradi tal-elettriku: l-ewwel awtostradi tal-elettriku sal-2020, fid-dawl tal-bini ta’ sistema ta’ awtostradi tal-elettriku fl-Unjoni.

(11) Awtostradi tal-elettriku: l-ewwel awtostradi tal-elettriku sal-2020, fid-dawl tal-bini ta’ sistema ta’ awtostradi tal-elettriku fl-Unjoni, speċjalment il-konnessjoni ta' reġjuni li għandhom kapaċità kbira ta' produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli u potenzjal kbir ta' ħżin;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Anness III – parti 1 – punt 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Għall-proġetti relatati mal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, awtoritajiet regolatorji nazzjonali, operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni li jaqdu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw f’livell reġjonali f’konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 u promoturi ta’ proġetti kkonċernati minn kull waħda mill-prijoritajiet rilevanti indikati fl-Anness 1, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ENTSO tal-Elettriku.

(1) Għall-proġetti relatati mal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, awtoritajiet regolatorji nazzjonali, operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni li jaqdu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw f’livell reġjonali f’konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, promoturi ta’ proġetti u partijiet interessati rilevanti oħra, inklużi produtturi, operaturi tas-sistemi ta' distribuzzjoni, fornituri u organizzazzjonijiet ambjentali u organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-konsumaturi, ikkonċernati minn kull waħda mill-prijoritajiet rilevanti indikati fl-Anness 1, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ENTSO tal-Elettriku.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Anness III – parti 1 – punt 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-proġetti relatati mal-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, awtoritajiet regolatorji nazzjonali, operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni li jaqdu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw f’livell reġjonali f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u promoturi ta’ proġetti kkonċernati minn kull waħda mill-prijoritajiet rilevanti indikati fl-Anness I, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ENTSO tal-Gass.

Għall-proġetti relatati mal-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, awtoritajiet regolatorji nazzjonali, operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni li jaqdu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw f’livell reġjonali f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u promoturi ta’ proġetti kkonċernati minn kull waħda mill-prijoritajiet rilevanti indikati fl-Anness I, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ENTSO tal-Gass.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Anness III – parti 1 – punt 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-proġetti relatati mat-trasport taż-żejt u d-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategoriji msemmija fl-Anness II(3) u (4), kull Grupp għandu jkun magħmul mill-Istati Membri, promoturi ta’ proġetti kkonċernati minn kull waħda mill-prijoritajiet rilevanti indikati fl-Anness 1 u l-Kummissjoni.

Għall-proġetti relatati mat-trasport taż-żejt u d-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategoriji msemmija fl-Anness II(3) u (4), kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, promoturi ta’ proġetti kkonċernati minn kull waħda mill-prijoritajiet rilevanti indikati fl-Anness 1 u l-Kummissjoni.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Anness III – parti 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Kull Grupp għandu jikkonsulta l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet interessati rilevanti, inklużi l-produtturi, l-operaturi ta' sistema ta’ distribuzzjoni, il-fornituri u għall-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 5, organizzazzjonijiet tal-protezzjoni ambjentali. Il-Grupp jista’ jorganizza seduti jew konsultazzjonijiet meta jkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu.

(4) Kull Grupp għandu jikkonsulta l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-partijiet interessati rilevanti, inklużi l-produtturi, l-operaturi ta' sistema ta’ distribuzzjoni, il-fornituri, il-konsumaturi u organizzazzjonijiet tal-protezzjoni ambjentali. Il-Grupp għandu jorganizza seduti jew konsultazzjonijiet meta jkun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu. Il-Grupp għandu jinforma lill-pubbliku regolarment u bis-sħiħ dwar l-istat u r-riżultat tad-deliberazzjonijiet tiegħu u jorganizza smigħ jew konsultazzjoni qabel ma jressaq il-lista proposta tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 3(4).

Emenda  51

Proposta għal regolament

Anness III – parti 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-proġetti proposti għall-ħżin u t-trażmissjoni tal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 1(a) sa (d) tal-Anness II għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk tal-elettriku disponibbli, u żviluppat mill-ENTSO tal-Elettriku skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) 714/2009.

(3) Għall-proġetti kollha ta' interess komuni inklużi fil-lista tal-Unjoni wara l-1 ta' Awwissu 2013, il-proġetti għall-ħżin u t-trażmissjoni tal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 1(a) sa (d) tal-Anness II għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk tal-elettriku disponibbli, u żviluppat mill-ENTSO tal-Elettriku skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) 714/2009.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Anness III – parti 2 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Għal-listi kollha ta’ proġetti ta’ interess komuni fl-Unjoni, adottati wara l-1 ta’ Awwissu 2013, il-proposti għal proġetti għall-ħżin u t-trażmissjoni tal-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk tal-gass disponibbli, żviluppat mill-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) 715/2009.

(4) Għall-proġetti kollha ta’ interess komuni inklużi fil-lista tal-Unjoni wara l-1 ta’ Awwissu 2013, il-proġetti għall-ħżin u t-trażmissjoni tal-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk tal-gass disponibbli, żviluppat mill-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) 715/2009.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Anness IV – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għall-ħżin tal-elettriku, il-proġett għandu jipprovdi kapaċità ta’ ħżin li tippermetti ġenerazzjoni annwali tal-elettriku ta’ mill-inqas 500 Gigawatt fis-siegħa;

(b) għall-ħżin tal-elettriku, il-proġett għandu jipprovdi kapaċità ta’ ħżin li tippermetti ġenerazzjoni annwali tal-elettriku ta’ mill-inqas 250 MW kapaċità u 250 Gigawatt-sigħat/sena;

Emenda  54

Proposta għal regolament

Anness V – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Fl-elettriku: xenarji għal kapaċitiajiet tad-domanda u tal-ġenerazzjoni skont it-tip ta’ fjuwil (tal-bijomassa, ġeotermali, idro, tal-gass, nukleari, taż-żejt, tal-fjulwil, tar-riħ, fotovoltajku solari, solari kkonċentrat, teknoloġiji oħra rinnovabbli) u l-lokazzjoni ġeografika tagħhom, prezzijiet tal-fjulwil (inklużi tal-bijomassa, tal-faħam, tal-gass u taż-żejt), prezzijiet tad-diossidu tal-karbonju, il-kompożizzjoni tat-trażmissjoni u, jekk rilevanti, in-netwerk ta’ distribuzzjoni, u l-evoluzzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-proġetti ġodda kollha sinifikanti tal-ġenerazzjoni (inkluża l-kapaċità mgħammra għall-qbid tad-diossidu tal-karbonju), il-ħżin u t-trażmissjoni li għalihom ttieħdet deċiżjoni ta’ investiment finali u li waslu biex jiġu kkummissjonati sal-aħħar tas-sena n+5;

(a) Fl-elettriku: xenarji għad-domanda (kemm fl-Istati Membri u f'pajjiżi terzi ġirien) u għall-kapaċitiajiet tal-ġenerazzjoni skont it-tip ta’ fjuwil (tal-bijomassa, ġeotermali, idro, tal-gass, nukleari, taż-żejt, tal-fjulwil, tar-riħ, fotovoltajku solari, solari kkonċentrat, teknoloġiji oħra rinnovabbli) u l-lokazzjoni ġeografika tagħhom, prezzijiet tal-fjulwil (inklużi tal-bijomassa, tal-faħam, tal-gass u taż-żejt), prezzijiet tad-diossidu tal-karbonju, il-kompożizzjoni tat-trażmissjoni u, jekk rilevanti, in-netwerk ta’ distribuzzjoni, u l-evoluzzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-proġetti ġodda kollha sinifikanti tal-ġenerazzjoni (inkluża l-kapaċità mgħammra għall-qbid tad-diossidu tal-karbonju), il-potenzjal tal-ħżin u proġetti ta' ħżin u trażmissjoni li għalihom ttieħdet deċiżjoni ta’ investiment finali u li waslu biex jiġu kkummissjonati sal-aħħar tas-sena n+5;

Emenda  55

Proposta għal regolament

Anness V – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Fil-gass: xenarji għal domanda, importazzjonijiet, prezzijiet tal-fjulwil (inklużi faħam, gass u żejt), prezzijiet tad-diossidu tal-karbonju, il-kompożizzjoni tan-netwerk tat-trażmissjoni u l-evoluzzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-proġetti ġodda kollha li għalihom tkun ittieħdet deċiżjoni tal-investiment finali u li waslu biex jiġu kkummissjonati sal-aħħar tas-sena n+5;

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tat-test.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Anness V – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż għandha mill-inqas tikkunsidra l-ispejjeż li ġejjin: in-nefqa tal-kapital, in-nefqa operazzjonali u ta’ manutenzjoni fuq iċ-ċiklu tal-ħajja tekniku tal-proġett u l-ispejjeż għad-dekummissjonament u l-ġestjoni tal-iskart, fejn ikun rilevanti. Il-metodoloġija għandha tagħti gwida fuq ir-rati ta’ skont li għandhom jintużaw għall-kalkoli.

(5) L-analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż, abbażi tal-ispejjeż matul iċ-ċiklu tal-ħajja tekniku tal-proġett, għandha mill-inqas tikkunsidra l-ispejjeż li ġejjin: in-nefqa tal-kapital, in-nefqa operazzjonali u ta’ manutenzjoni u l-ispejjeż ambjentali għall-kostruzzjoni, għall-operat u għad-dekummissjonar ta' proġetti ta' infrastruttura tal-enerġija u l-ġestjoni tal-iskart, fejn ikun rilevanti. Il-metodoloġija għandha tagħti gwida fuq ir-rati ta’ skont li għandhom jintużaw għall-kalkoli.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Anness V – punt 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Ir-reżistenza tas-sistema, li tinkludi r-reżistenza kontra d-diżastri u l-klima, u s-sigurtà tas-sistema, speċjalment għall-infrastrutturi kritiċi Ewropej kif definiti fid-Direttiva 2008/114/KE;

(b) Ir-reżiljenza tas-sistema, li tinkludi s-sigurtà tal-provvista, ir-reżiljenza kontra d-diżastri u l-klima, u s-sigurtà tas-sistema, speċjalment għall-infrastrutturi kritiċi Ewropej kif definiti fid-Direttiva 2008/114/KE;

Ġustifikazzjoni

Is-sigurtà tal-provvista hija waħda mill-kwistjonijiet l-aktar importanti f'dan il-kuntest.

PROĊEDURA

Titolu

Infrastrutturi tal-enerġija trans-Ewropej u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE

Referenzi

COM(2011)0658 – C7-0371/2011 – 2011/0300(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.11.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Pavel Poc

20.12.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.3.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

8.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

3

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Lajos Bokros, Martin Callanan, Nessa Childers, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Antonyia Parvanova, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Bogusław Sonik, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Chrysogelos, João Ferreira, Filip Kaczmarek, Toine Manders, Judith A. Merkies, James Nicholson, Justas Vincas Paleckis, Alojz Peterle, Michèle Rivasi, Christel Schaldemose, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Andrea Zanoni

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (31.5.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE
(COM(2011)0658 – C7‑0371/11 – 2011/0300(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sandra Kalniete

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-Rapporteur tifraħ lill-Kummissjoni talli pproponiet linji gwida raġonevoli dwar l-iżvilupp ta' infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u tqis dan bħala pass essenzjali li se jkompli jsaħħaħ l-Unjoni Ewropea. Din il-proposta tistabbilixxi r-regoli għall-iżvilupp fil-ħin u l-interoperabbiltà tan-netwerks trans-Ewropej tal-eneġija biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-enerġija tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biex jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija, biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni, biex jiġu promossi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iżvilupp ta’ forom ġodda u rinnovabbli tal-enerġija, kif ukoll li tiġi promossa s-sinerġija tan-netwerks tal-enerġija. Ir-Rapporteur temmen li din partikolarment hija kwistjoni importanti ta' sigurtà għall-Unjoni Ewropea.

Għad hemm għadd ta' Stati Membri tal-UE li huma dipendenti fuq fornitur wieħed tal-enerġija, fatt li ma jikkonformax mal-prinċipji tal-governanza tajba. Din il-kundizzjoni b'mod ġenerali żżid ir-riskju li jseħħ inċident f'sitwazzjonijiet fejn, pereżempju, il-fornitur ikollu diffikultajiet tekniċi. Is-sitwazzjoni mhijiex sostenibbli, u għaldaqstant ir-Rapporteur tilqa' wkoll il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Baġit għall-Ewropa 2020" fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss (2014-2020) li tipproponi, fost l-oħrajn, il-ħolqien ta' Strument li Jgħaqqad l-Ewropa bil-għan li jippromwovi l-prijoritajiet ta' infrastruttura tal-enerġija, tat-trasport u dik diġitali permezz ta' fond uniku ta' EUR 40 biljun, li minnhom EUR 9.1 biljun ikunu ddedikati għall-enerġija.

Fil-proposta tagħha l-Kummissjoni tissuġġerixxi li tistabbilixxi għadd limitat ta' proġetti ta' prijorità li jkopru n-netwerks tal-elettriku u tal-gass u l-infratsrutturi tat-trasport taż-żejt u tad-dijossidu tal-karbonju. Kumplessivament, il-Kummissjoni identifikat 12-il proġett u qasam prijoritarji li jikkonċernaw l-infrastrutturi tal-enerġija.

Ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza li l-proposta mhix limitata għas-sorsi mhux rinovabbli. Bl-għajnuna ta' dan ir-regolament, l-Unjoni tkun tista' tilħaq l-objettivi tagħha dwar il-klima u l-enerġija: tnaqqis ta' 20 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra sal-2020, żieda ta' 20 % fl-effiċjenza enerġetika u żieda ta' 20 % fl-enerġija rinovabbli fil-konsum finali tal-enerġija. Ir-Rapporteur tilqa' l-impenn ta' din il-proposta lejn il-kwistjoni ferm importanti ta' politika tal-enerġija li tkun sostenibbli u li tirrispetta l-ambjent. Ir-Rapporteur tinsab imħassba dwarha iżda temmen li l-proposta tal-Kummissjoni hija bbilanċjata tajjeb. Bl-istess mod, ir-Rapporteur tenfasizza li l-proġetti li jagħmlu ħsara lill-ambjent m'għandhomx jirċievu appoġġ. Wieħed mill-kriterji tal-evalwazzjoni għall-proġetti ta' interess komuni huwa l-livell ta' sostenibilità tagħhom. Dan il-kriterju għandu jitkejjel billi jiġi vvalutat it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra, u l-impatt ambjentali tal-infrastruttura tal-grid tal-elettriku. Ir-Rapporteur temmen li l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur m'għandux jiffoka, fl-opinjoni tiegħu, fuq kwistjonijiet ambjentali, peress li l-kumitat responsabbli għal dawn l-affarijiet, il-Kumitat ENVI, qiegħed iħejji l-opinjoni tiegħu.

Ir-Rapporteur temmen li l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti hija vitali biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-enerġija ffissati mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Madankollu, hija temmen ukoll li dan m'għandux iwassal għal żieda fil-prezzijiet tal-enerġija. Iċ-ċittadini Ewropej jeħtieġu provvista sikura tal-enerġija, iżda din m'għandhiex taffettwa b'mod sinifikanti l-prezz tal-enerġija. Ir-Rapporteur jiddispjaċiha għan-nuqqas ta' studju bir-reqqa dwar kif l-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti se tolqot il-prezzijiet tal-enerġija. Madankollu, bil-valutazzjoni tal-ħtieġa ta' dawn il-proġetti u tal-effett pożittiv tagħhom fuq il-kompetizzjoni, huwa mistenni li jkun hemm tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija.

B'mod ġenerali, l-oqsma u l-proġetti prijoritarji li jikkonċernaw in-netwerks tal-elettriku u tal-gass kif ukoll il-proġetti tal-infrastrutturi tat-trasport taż-żejt u tad-dijossidu tal-karbonju jeħtieġu fondi li huma stmati li jlaħħqu l-EUR 200 biljun. Il-Kummissjoni temmen li l-biċċa l-kbira ta' dawn il-proġetti se jkunu ffinanzjati minn investituri privati, minħabba li jħallu qligħ. Madankollu, diversi proġetti jridu jiffukaw fuq Stati Membri iżgħar u f'dawn il-każijiet l-investituri privati jistgħu ma jkunux interessati fit-twettiq ta' dawn il-proġetti minħabba li l-perjodi biex iġibu flushom lura jkunu twal wisq. Huwa għalhekk li l-Kummissjoni ddedikat EUR 9.1 biljun sabiex tiffinanzja proġetti li mhumiex attraenti għall-investituri privati iżda li xorta waħda huma ferm importanti għas-sigurtà tal-Unjoni Ewropea.

B'mod ġenerali, ir-Rapporteur tilqa' r-Regolament propost u tittama li jidħol fis-seħħ skont il-kalendarju propost. Ir-Rapporteur tistieden lill-Membri tal-Parlament, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jaġixxu b'responsabilità, billi l-proċess tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament ma jagħmluhx kwistjoni politika, peress li din l-eventwalità tista' tkun theddida għas-sigurtà tal-Unjoni.

L-għadd limitat ta' emendi proposti hawn taħt huma bil-għan li jenfasizzaw l-importanza tal-iżvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija għas-Suq Uniku b'mod ġenerali, u għan-negozji u l-konsumaturi Ewropej, b'mod partikolari. Tnejn minnhom jindirizzaw aspetti ta' komunikazzjoni, b'mod partikulari l-lingwi li bihom għandha tkun aċċessibbli l-pjattaforma għat-trasparenza li l-Kummissjoni se tistabbilixxi, u l-pubblikazzjoni ta' informazzjoni rilevanti mill-promoturi tal-proġetti.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-aċċellerazzjoni fir-restawr tal-infrastruttura tal-enerġija eżistenti u fl-użu tal-infrastruttura l-ġdida hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni, li huma li jiġi kkompletat is-suq intern tal-enerġija, li tiġi garantita s-sigurtà tal-provvista, speċjalment tal-gass u ż-żejt, li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’20 %, li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija jiżdied għal 20 %, u li tinkiseb żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza fl-enerġija sal-2020. Fl-istess ħin, l-Unjoni għandha tipprepara l-infrastruttura tagħha għad-dekarbonizzazzjoni ulterjuri tas-sistema tal-enerġija fit-tul sal-2050.

(6) L-aċċellerazzjoni fir-restawr tal-infrastruttura tal-enerġija eżistenti u fl-użu tal-infrastruttura l-ġdida hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni, li huma li jiġi kkompletat is-suq intern tal-enerġija, li tiġi garantita s-sigurtà tal-provvista, speċjalment tal-gass u ż-żejt, li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’20 %, li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija jiżdied għal 20 %, jiġifieri billi jiġu konnessi r-reġjuni b'kapaċità għolja li jiġġeneraw l-enerġija rinnovabbli u b'potenzjal kbir li jaħżnu l-elettriku, u li tinkiseb żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza fl-enerġija sal-2020. Fl-istess ħin, l-Unjoni għandha tipprepara l-infrastruttura tagħha għad-dekarbonizzazzjoni ulterjuri tas-sistema tal-enerġija fit-tul sal-2050.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Minkejja l-eżistenza legali tiegħu, kif definit fid-Direttivi 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali, is-suq intern fl-enerġija għadu frammentat minħabba n-nuqqas ta’ interkonnessjonijiet bejn in-netwerks nazzjonali tal-enerġija. Madankollu, netwerks integrati fl-Unjoni kollha huma vitali biex jiżguraw suq integrat kompetittiv u li jiffunzjona tajjeb għall-promozzjoni tat-tkabbir, l-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli.

(7) Minkejja l-eżistenza legali tiegħu, kif definit fid-Direttivi 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali, is-suq intern fl-enerġija għadu frammentat minħabba n-nuqqas ta’ interkonnessjonijiet bejn in-netwerks nazzjonali tal-enerġija. Madankollu, netwerks integrati fl-Unjoni kollha, bl-attivitajiet ta' produzzjoni u provvista separati b'mod effettiv minn operazzjonijiet tan-netwerk huma vitali biex jiżguraw suq integrat kompetittiv u li jiffunzjona tajjeb għall-promozzjoni tat-tkabbir, l-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli.

Ġustifikazzjoni

It-Tielet Pakkett tal-Liberalizzazzjoni tal-Enerġija huwa bażi għal suq tal-enerġija kompetittiv fl-UE. Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tat-tielet pakkett tal-enerġija u isir ċaqliq fid-direzzjoni ta' suq tal-enerġija tabilħaqq liberalizzat fl-UE kollha, jeħtieġ li jiġi żgurat, permezz tal-linja gwida TEN-E, li s-separazzjoni effettiva tas-sjieda tal-produzzjoni u l-provvista hija implimentata.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) F’suq intern tal-enerġija li dejjem qed isir iktar integrat, hemm bżonn regoli ċari u trasparenti għall-allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż biex jiġi aċċellerat l-investiment fl-infrastruttura transkonfinali. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 fakkar fl-importanza li jiġi promoss qafas regolatorju li jattira l-investimenti fin-netwerks, b’tariffi stabbiliti f’livelli konsistenti mal-ħtiġijiet ta’ finanzjament u l-allokazzjoni xierqa tal-ispiża għal investimenti transkonfinali, filwaqt li jittejbu l-kompetizzjoni u l-kompetittività, speċjalment tal-industrija Ewropea, u filwaqt li jiġi kkunsidrat l-impatt fuq il-konsumaturi.

(27) F’suq intern tal-enerġija li dejjem qed isir iktar integrat, hemm bżonn regoli ċari u trasparenti għall-allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż biex jiġi aċċellerat l-investiment fl-infrastruttura transkonfinali għall-benefiċċju tan-negozji tal-Unjoni, mhux l-anqas għall-SMEs, li għalihom il-prezzijiet għaljin tal-enerġija jistgħu jirrappreżentaw ostakolu serju, u għall-konsumaturi. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 fakkar fl-importanza li jiġi promoss qafas regolatorju li jattira l-investimenti fin-netwerks, b’tariffi stabbiliti f’livelli konsistenti mal-ħtiġijiet ta’ finanzjament u l-allokazzjoni xierqa tal-ispiża għal investimenti transkonfinali, filwaqt li jittejbu l-kompetizzjoni u l-kompetittività, speċjalment tal-industrija Ewropea u tal-SMEs, u filwaqt li jiġi kkunsidrat l-impatt fuq il-konsumaturi.

Ġustifikazzjoni

Ara wkoll l-emenda korrispondenti għall-Artikolu 16(c).

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-proġett juri vijabbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali; kif ukoll

(b) il-proġett juri vijabbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali u mhux se jikkontribwixxi għal effetti negattivi fuq l-affordabbiltà tal-enerġija għall-konsumaturi finali jew għal distorsjoni tal-kompetizzjoni ġusta bejn l-atturi tas-suq, b'konformità mal-funzjonament tas-suq intern; kif ukoll

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-proġett ikun jinvolvi mill-inqas żewġ Stati Membri, permezz tal-qsim dirett tal-fruntieri ta’ Stat Membru wieħed jew iżjed jew inkella billi jkun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed u jkollu impatt transkonfinali sinifikanti kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness IV;

(c) il-proġett ikun jinvolvi mill-inqas żewġ Stati Membri, permezz tal-qsim dirett tal-fruntieri ta’ Stat Membru wieħed jew iżjed jew inkella billi jkun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed u jkollu impatt transkonfinali sinifikanti kif stabbilit fil-punt 1 tal-Anness IV, jew li jservi biex jikkolega gżejjer u reġjuni periferiċi ma' reġjuni ċentrali tal-Unjoni;

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– interoperabbiltà u operazzjoni ta’ sistema sigura;

– interoperabbiltà, operazzjoni ta’ sistema sigura u s-sigurtà tal-provvista;

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c – inċiż 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– funzjonament tas-suq u servizzi għall-klijenti;

– funzjonament tas-suq u servizzi għall-klijenti, speċjalment fir-rigward tan-nuklei familjari u l-SMEs;

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-klassifikazzjoni tal-proġetti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-istess prijorità, għandha tingħata wkoll l-attenzjoni dovuta lill-urġenza ta’ kull wieħed mill-proġetti proposti sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-enerġija li huma l-integrazzjoni tas-suq u l-kompetizzjoni, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista, l-għadd ta’ Stati Membri milquta minn kull proġett propost, u l-kumplimentarjetà tiegħu fir-rigward ta’ proġetti oħra proposti. Għall-proġetti li jaqgħu fil-kategorija stabbilita fil-punt 1(e) tal-Anness II, għandha tingħata wkoll attenzjoni lil għadd ta’ utenti milquta mill-proġett, il-konsum annwali tal-enerġija u s-sehem ta’ ġenerazzjoni minn riżorsi mhux spedibbli fiż-żona koperta minn dawn l-utenti.

4. Fil-klassifikazzjoni tal-proġetti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-istess prijorità, għandha tingħata wkoll l-attenzjoni dovuta lill-urġenza ta’ kull wieħed mill-proġetti proposti sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-enerġija li huma l-integrazzjoni tas-suq u l-kompetizzjoni, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista, l-għadd ta’ Stati Membri milquta minn kull proġett propost, u l-kumplimentarjetà tiegħu fir-rigward ta’ proġetti oħra proposti. Għall-proġetti li jaqgħu fil-kategorija stabbilita fil-punt 1(e) tal-Anness II, għandha tingħata wkoll attenzjoni lil għadd u s-sitwazzjoni ta’ utenti milquta mill-proġett, speċjalment in-nuklei familjari, il-konsum annwali tal-enerġija u s-sehem ta’ ġenerazzjoni minn riżorsi mhux spedibbli fiż-żona koperta minn dawn l-utenti.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta proġett ta’ interess komuni jesperjenza diffikultajiet ta’ implimentazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ tagħżel koordinatur Ewropew għal perjodu massimu ta’ sena li jista’ jiġġedded darbtejn.

Meta proġett ta’ interess komuni jesperjenza diffikultajiet ta’ implimentazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni tista’, wara li tiftiehem mal-Istati Membri kkonċernati, tagħżel koordinatur Ewropew għal perjodu massimu ta’ sena li jista’ jiġġedded darbtejn.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn dan, il-promoturi ta’ proġett għandhom jippubblikaw l-informazzjoni rilevanti permezz ta’ mezzi ta’ informazzjoni xierqa oħra, li għalihom il-pubbliku għandu jkollu aċċess liberu.

Barra minn dan, il-promoturi ta’ proġett għandhom jippubblikaw l-informazzjoni rilevanti permezz ta’ mezzi ta’ informazzjoni xierqa oħra, li għalihom il-pubbliku għandu jkollu aċċess faċli u mingħajr ħlas.

Ġustifikazzjoni

It-terminu "aċċess liberu" jista' jiżgwida minħabba l-użu tiegħu fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fid-deċiżjoni dwar jekk għandhiex issir allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż, għandhom jiġu kkunsidrati l-ispejjeż ekonomiċi, soċjali u ambjentali u l-benefiċċji tal-proġett(i) fl-Istati Membri kkonċernati u l-possibbiltà li jkun hemm bżonn appoġġ finanzjarju.

Fid-deċiżjoni dwar jekk għandhiex issir allokazzjoni transkonfinali tal-ispejjeż, għandhom jiġu kkunsidrati l-ispejjeż ekonomiċi, soċjali u ambjentali u l-benefiċċji tal-proġett(i) fl-Istati Membri kkonċernati, partikolarment għall-funzjonament tas-suq intern, u l-possibbiltà li jkun hemm bżonn appoġġ finanzjarju.

Ġustifikazzjoni

L-importanza ta' provvista tajba tal-enerġija għall-funzjonament tas-suq intern u l-ekonomiji Ewropej jeħtieġ li tiġi enfasizzata.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1, 2 u 4 tal-Anness II huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal studji u strumenti finanzjarji skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”].

1. Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1 u 4 tal-Anness II huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal studji u strumenti finanzjarji skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”].

 

Proġetti ta' interess komuni li jaqgħu taħt il-kategoriji stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II għandhom ikunu eliġibbli għal sostenn finanzjarju mill-Unjoni fil-forma ta' għotjiet għal studji u ħidmiet u strumenti finanzjarji b'konformità mad-dispożizzjonijiet [tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa] jekk dawn jitwettqu fil-partijiet tas-setturi tal- infrastruttura tal-gass fejn id-dispożizzjonijiet dwar is-separazzjoni tad-Direttiva 2009/73/KE fir-rigward ta' regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali ġew implimentati, inkluż f'dawk l-Istati Membri fejn jiġu applikati derogi f'dak ir-rigward.

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jiġi implimentat it-Tielet Pakkett għal-Liberalizzazzjoni tal-Enerġija, speċjalment fir-rigward tas-suq tal-gass, u li jiġi żgurat li l-attivatijet marbuta mal-produzzjoni u l-provvista tal-gass ikunu separati u li n-netwerks ta' monopolju eżistenti jiġu separati wkoll. Dan jista' jiġi ffaċilitat billi tiġi stabbilita prekondizzjoni li biss dawk il-proġetti ta' interess komuni li jikkonċernaw il-gass u li jitwettqu f'setturi tal-infrastruttura tal-gass fi Stati Membri fejn is-separazzjoni tas-sjieda effettiva tiġi implimentata, għandhom ikunu eliġibbli għal assistenza finanzjarja mill-Unjoni.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li tikkonċerna s-setturi tal-elettriku u l-gass, l-evoluzzjoni tal-livell ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, l-evoluzzjoni korrispondenti tal-prezzijiet tal-enerġija, kif ukoll l-għadd ta’ avvenimenti ta’ falliment tas-sistema tan-netwerk, il-kawżi tagħhom u l-ispiża ekonomika relatata;

(c) li tikkonċerna s-setturi tal-elettriku u l-gass, l-evoluzzjoni tal-livell ta’ interkonnessjoni bejn l-Istati Membri, l-evoluzzjoni korrispondenti tal-prezzijiet tal-enerġija għall-konsumaturi u n-negozji Ewropej, speċjalment l-SMEs, kif ukoll l-għadd ta’ avvenimenti ta’ falliment tas-sistema tan-netwerk, il-kawżi tagħhom u l-ispiża ekonomika relatata;

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma trasparenti tal-infrastruttura li tkun faċilment aċċessibbli mill-pubbliku ġenerali. Din il-pjattaforma għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma trasparenti tal-infrastruttura li tkun faċilment aċċessibbli mill-pubbliku ġenerali fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Din il-pjattaforma għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

Emenda  15

Proposta għal regolament

Anness 1 – parti 1 – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (“NSI tal-Lvant - Elettriku”): interkonnessjonijiet u linji interni fid-direzzjonijiet ta’ Tramuntana-Nofsinhar u Lvant-Punent biex ilestu s-suq intern u jintegraw ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

(3) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (“NSI tal-Lvant - Elettriku”): interkonnessjonijiet u linji interni fid-direzzjonijiet ta’ Tramuntana-Nofsinhar u Lvant-Punent biex ilestu s-suq intern u jintegraw ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

 

Konnessjoni tal-provvisti tal-elettriku fuq ġżejjer iżolati mal-kontinent bl-għan li jitlesta s-suq intern tal-elettriku, żieda tal-input minn sosri tal-enerġija rinnovabbli u faċilitazzjoni tat-trażmissjoni tal-elettriku ġġenerat minn sorsi rinnovabbli fuq il-kontinent.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Anness V – punt 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-kompetizzjoni f’termini tas-saħħa tas-suq ta’ operaturi differenti, u l-konverġenza tal-prezzijiet bejn Stati Membri differenti;

(a) Il-kompetizzjoni f’termini tas-saħħa tas-suq ta’ operaturi differenti, u l-konverġenza tal-prezzijiet, speċjalment dawk li jaffettwaw lin-nuklei familjari, bejn Stati Membri differenti;

Emenda  17

Proposta għal regolament

Anness V – punt 7 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-kompetizzjoni f’termini tas-saħħa tas-suq ta’ operaturi differenti, u l-konverġenza tal-prezzijiet bejn Stati Membri differenti;

(a) Il-kompetizzjoni f’termini tas-saħħa tas-suq ta’ operaturi differenti, u l-konverġenza tal-prezzijiet, speċjalment dawk li jaffettwaw lin-nuklei familjari, bejn Stati Membri differenti;

Emenda  18

Proposta għal regolament

Anness V – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa għall-elaborazzjoni tal-metodoloġija, inkluż l-immudellar rilevanti tan-netwerk u s-suq. Kull operatur ta’ sistema tat-trażmissjoni jew id-distribuzzjoni li jiġbor informazzjoni għan-nom ta’ operaturi oħra ta’ sistema tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni għandu jagħti lura r-riżultati tal-ġbir tad-dejta lill-operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni li jkunu qed jipparteċipaw. Għall-mudell komuni għas-suq u għan-netwerk tal-elettriku u tal-gass stabbilit fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 12, is-sett ta' input ta' dejta msemmi fil-punt 1 għandu jkopri s-snin n+10, n+20 u n+30, u l-mudell għandu jippermetti li ssir valutazzjoni sħiħa tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, b'mod partikolari l-inklużjoni ta' spejjeż esterni bħal dawk relatati mal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u l-emissjonijiet tat-tniġġis konvenzjonali tal-arja jew is-sigurtà tal-provvista.

(12) L-operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni għandhom jiskambjaw l-informazzjoni meħtieġa għall-elaborazzjoni tal-metodoloġija, inkluż l-immudellar rilevanti tan-netwerk u s-suq. Kull operatur ta’ sistema tat-trażmissjoni jew id-distribuzzjoni li jiġbor informazzjoni għan-nom ta’ operaturi oħra ta’ sistema tat-trażmissjoni jew tad-distribuzzjoni għandu jagħti lura r-riżultati tal-ġbir tad-dejta lill-operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni li jkunu qed jipparteċipaw. Għall-mudell komuni għas-suq u għan-netwerk tal-elettriku u tal-gass stabbilit fil-paragrafu 8 tal-Artikolu 12, is-sett ta' input ta' dejta msemmi fil-punt 1 għandu jkopri s-snin n+10, n+20 u n+30, u l-mudell għandu jippermetti li ssir valutazzjoni sħiħa tal-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali, b'mod partikolari għall-funzjonament tas-suq intern u l-inklużjoni ta' spejjeż esterni bħal dawk relatati mal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u l-emissjonijiet tat-tniġġis konvenzjonali tal-arja jew is-sigurtà tal-provvista.

Ġustifikazzjoni

L-importanza ta' provvista tajba tal-enerġija għall-funzjonament tas-suq intern u l-ekonomiji Ewropej jeħtieġ li tiġi enfasizzata.

PROĊEDURA

Titolu

Infrastrutturi tal-enerġija trans-Ewropej u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE

Referenzi

COM(2011)0658 – C7-0371/2011 – 2011/0300(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.11.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Sandra Kalniete

24.1.2012

Eżami fil-kumitat

19.3.2012

25.4.2012

30.5.2012

 

Data tal-adozzjoni

31.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Adam Bielan, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, António Fernando Correia de Campos, Cornelis de Jong, Evelyne Gebhardt, Louis Grech, Mikael Gustafsson, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Iliana Ivanova, Sandra Kalniete, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Mitro Repo, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Anna Hedh, María Irigoyen Pérez, Constance Le Grip, Morten Løkkegaard, Antonyia Parvanova, Wim van de Camp, Sabine Verheyen

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (8.5.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropej u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE
(COM(2011)0658 – C7-0371/2011 – 2011/0300(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Introduzzjoni

Jinħtieġu sfidi kbar għall-modernizzazzjoni u l-espansjoni mhux biss tat-trasport fl-Ewropa iżda wkoll tal-infrastruttura tal-enerġija biex jintlaħqu l-objettivi ta' kompetittività, sostenibbiltà u sigurtà tal-provvista tal-politika enerġetika tal-Unjoni[1] u għat-tlestija tas-suq enerġetiku intern li minnu se jibbenefika s-settur tat-trasport tal-UE. Il-proposta tal-Kummissjoni timmira partikolarment li tistabbilixxi l-proċeduri korretti u r-regoli għal dik l-impriża.

Diġà fl-2010[2], il-Kummissjoni appellat għal politika ġdida tal-UE fil-qasam tal-infrastruttura tal-enerġija bil-għan li tikkoordina u tottimizza l-iżvilupp tan-netwerk, b'enfasi fuq il-bżonn ta' sostituzzjoni tal-politika tan-Netwerk Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E) eżistenti b'qafas ta' regolamentazzjoni aktar effikaċi b'kunsiderazzjoni tas-solidarjetà bejn l-Istati Membri.

F'Ġunju 2011, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (2014-2020) li jmiss[3], li fiha tipproponi l-ħolqien ta' Faċilità għall-Konnessjoni tal-Ewropa biex tintegra l-infrastrutturi prijoritarji fl-oqsma tal-enerġija, it-trasport u dik diġitali b'fond uniku li jammonta għal EUR 40 biljun, li minnhom EUR 9.1 biljun huwa ddedikakati lill-enerġija.

Għal dak li għandu x'jaqsam mal-ambitu ta' responsabbiltà tiegħu, il-Kumitat TRAN għandu jenfasizza l-utilità tal-ħolqien ta' sinerġiji meta jiġu implimentati l-proġetti tal-UE dwar l-infrastruttura tat-trasport (permezz tat-TEN-T) u tal-enerġija, bil-għan li jikkoordina, meta jkun possibbli, il-proġetti dwar l-infrastruttura tat-trasport u tal-enerġija u jissemplifika l-proċeduri amministrattivi, ambjentali u tal-permessi għal kurituri komuni tal-enerġija u tat-trasport.

Aspetti oħra tal-proposta marbutin mat-trasport jirrigwardaw il-mod li bih iż-żejt, il-gass u l-elettriku jintbagħtu lejn li l-UE u viċi versa: essenzjalment huma ż-żejt u l-gass li jinġarru bil-baħar, bit-triq jew bil-ferrovija u, f'dan il-każ, bidla fil-politika tat-trasport tista' tagħmel differenza.

80 % tal-importazzjonijiet taż-żejt mhux maħdum huwa kkunsinnat lill-UE permezz tat-tankers. Karatteristika importanti tan-netwerk intern tal-UE tat-trasport taż-żejt hija li l-parti tal-Punent hija kkollegata permezz ta' pipeline mal-portijiet Ewropej il-kbar filwaqt li l-maġġoranza tal-raffineriji fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (UE-12) huma fornuti mis-sistema tal-pipeline taż-żejt ta' Druzhba mir-Russja (madwar 60 miljun tunnellata fis-sena) b'konnessjonijiet limitati bejn in-netwerks Ewropej tal-Punent u tal-Lvant. Dan minħabba l-fatt li l-infrastruttura tal-pipelines tal-Ewropa tal-Lvant ġiet iddisinjata u mibnija waqt il-perjodu tal-Gwerra Bierda. Barra minn hekk, bejn l-2012 u l-2020 id-domanda għaż-żejt mistennija tikber b'7.8 % f'dawn il-pajjiżi, bil-maqlub tal-UE-15, u kumplessivament, iż-żejt se jibqa' parti importanti tat-taħlita enerġetika tal-UE wara dik id-data. Dan jeżerċita pressjoni biex tiġi żviluppata infrastruttura tal-pipeline taż-żejt bil-għan li tkun garantita l-sigurtà tal-provvista fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

It-trasport taż-żejt joħloq riskji ambjentali importanti. F'każ ta' qtugħ fil-provvista fis-sistema ta' Druzhba, l-għażliet alternattivi limitati għall-provvista jwasslu għal żieda qawwija fit-traffiku bit-tankers fiż-żona ambjentalment sensittiva tal-Baltiku, tal-Baħar l-Iswed u tal-fliegi Torok, b'hekk jinħolqu problemi kbar rigward il-periklu potenzjali ta' inċidenti u ta' tixrid ta' żejt. Kull xahar 3 500-5 000 bastiment jaqsmu l-ilmijiet tal-Baħar Baltiku. Sa 25 % minn dawn il-bastimenti huma tankers li jittrasportaw madwar 170 miljun tunnellata żejt fis-sena. Barra milli jnaqqas ir-riskju ta' tixrid ta' żejt, it-tnaqqis fit-traffiku tat-tankers ibaxxi l-emissjonijiet ta' CO2 u NOX.

Il-gass naturali għandu rwol importanti fil-qasam enerġetiku billi t-trasport fl-UE huwa għajn enerġetiku sostenibbli u b'emissjonijiet baxxi li jwassal enerġija nadifa għall-ġenerazzjoni tal-kurrent (speċjalment CHP), li aktarx ikun ittrasferit faċilment fi bżonnijiet tat-trasport. Dan jista', direttament, jittratta l-objettivi ta' "trasport nadif" meta jintuża bħala fjuwil (LNG u CNG). Fl-istess ħin, l-UE sserraħ bil-kbir fuq l-importazzjonijiet tal-gass naturali, li huma dipendenti ħafna mill-infrastrutturi.

Id-domanda enerġetika li kulma jmur qiegħda tiżdied tista' tkun sostnuta b'aktar użu ta' LNG u CNG. F'dan is-sens, għandna nagħmlu aktar użu u użu aħjar tan-netwerks eżistenti u ppjanati tal-enerġija.

Bil-għan li jitlesta s-suq intern tal-gass, l-UE għandha tkun mgħammra b'infrastruttura adegwata tal-gass naturali. Hemm bżonn li jiġu żviluppati kapaċitajiet ġodda ta' trażmissjoni għall-provvista, interkonnessjonijiet bejn l-Istati Membri, kif ukoll faċilitajiet ġodda ta' ħżin u rigassifikazzjoni. Jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex jimtlew il-lakuni fl-investiment eżistenti, filwaqt li jiżdiedu u jiġu żviluppati n-netwerks ta' trażmissjoni nazzjonali. Il-Linji Gwida l-ġodda għandhom ikopru wkoll il-kwestjoni tal-gżejjer tal-enerġija u tal-interkonnessjoni nieqsa bejn is-swieq nazzjonali tal-gass naturali, viżibbli f'żoni bħar-reġjun Baltiku u l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

Suġġerimenti

Abbażi ta' dak li ntqal hawn fuq, huwa ssuġġerit li tingħata attenzjoni partikolari lil dawn li ġejjin:

(1) il-promozzjoni ta' sinerġiji bejn il-proġetti ta' infrastruttura tal-UE fil-qasam tat-trasport u tal-enerġija, fost affarijiet oħra billi l-awtoritajiet kompetenti jitħeġġu jikkonċedu permessi konġunti inkluż fil-qasam ambjentali;

(2) l-iżvilupp ulterjuri tan-netwerk tal-pipeline eżistenti fl-UE bil-għan li titjieb il-konnessjoni bejn l-UE-12 u l-UE-15 u tiġi garantita s-sigurtà tal-provvista taż-żejt fir-reġjun tal-UE-12;

(3) it-tnaqqis tar-riskju potenzjali tad-diżastri ambjentali kkawżati mit-traffiku tat-tankers;

(4) il-promozzjoni tar-rwol tat-terminals LNG reġjonali b'attenzjoni partikolari għall-bunkering tal-bastimenti u t-trasport bil-ferrovija u bit-triq;

(5) il-promozzjoni tar-rwol tal-gass naturali bħal għajn sostenibbli ta' enerġija;

(6) l-ilħuq tal-integrazzjoni tas-suq u t-tmiem tal-iżolament tas-swieq enerġetiċi;

(7) l-appoġġ għall-objettivi tal-UE ta' netwerks nazzjonali ta' trażmissjoni li jkunu sodi u flessibbli.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal Regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(4a) Minħabba l-kundizzjonijiet ġeomorfoloġiċi u l-pożizzjoni tar-reġjuni l-aktar imbiegħda, l-isfida li tinsab fl-awtonomija tal-enerġija ekonomika u l-provvista tal-enerġija, għandha tiġi kkunsidrata , speċjalment fl-istabbiliment ta' proġetti ta' interess komuni, minħabba li dawn ir-reġjuni huma postijiet partikolarment tajba għall-iżvilupp tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, il-prerekwiżit meħtieġ għat-twettiq tal-għanijiet tal-Unjoni fil-politika tal-enerġija u l-klima.

Emenda 2

Proposta għal Regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(5) L-evalwazzjoni tal-qafas attwali tat-TEN-E wriet b’mod ċar li din il-politika, għalkemm tati kontribut pożittiv għal proġetti partikolari billi tagħtihom viżibbiltà politika, hija nieqsa minn viżjoni, iffukar u flessibbiltà biex ikunu jistgħu jimtlew il-lakuni identifikati fl-infrastruttura.

(5) L-evalwazzjoni tal-qafas attwali tat-TEN-E wriet b’mod ċar li din il-politika, għalkemm tati kontribut pożittiv għal proġetti partikolari billi tagħtihom viżibbiltà politika, hija nieqsa minn viżjoni, iffukar u flessibbiltà biex ikunu jistgħu jimtlew il-lakuni identifikati fl-infrastruttura. jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza li jiġu identifikati lakuni potenzjali futuri fid-domanda u l-provvista tal-enerġija.

Emenda  3

Proposta għal Regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(7a) In-netwerk tal-pipelines interni tal-Unjoni jeħtieġ integrazzjoni ulterjuri bejn il-parti tal-Punent u dik tal-Lvant tiegħu bil-għan li tiġi ggarantita s-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni kollha.

Emenda  4

Proposta għal Regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(7b) Sabiex tkun garantita s-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni kollha, għandhom ikomplu jiġu estiżi l-kollegamenti bejn it-taqsimiet tal-Punent, il-Lvant u x-Xlokk tas-sistema ta’ trażmissjoni tal-Unjoni.

Emenda  5

Proposta għal Regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(8a) It-tnaqqis fl-użu ta' mezzi tat-trasport taż-żejt b'tendenza għar-riskju, bħal tankers, jirrappreżenta element importanti biex jitbaxxa r-riskju ambjentali assoċjat mat-trasport taż-żejt.

Emenda  6

Proposta għal Regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(10a) Biex tiġi żgurata l-istabbiltà tal-vultaġġ u tal-frekwenza, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-istabbiltà tan-netwerk tal-elettriku Ewropew taħt diversi kondizzjonijiet taż-żieda fil-provvista volatili tal-enerġija rinnovabbli. Fir-riċerka huma meħtieġa aktar sforzi biex jiġu mqabbla ma’ netwerks intelliġenti l-post għall-ħżin u ma’ kunċetti intelliġenti għat-taħlit tal-enerġija l-varjazzjonijiet fil-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli li tirriżulta mill-kurrenti.

Emenda  7

Proposta għal Regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(14a) Il-ħolqien ta’ konnessjoni orjentata lejn l-Unjoni tal-potenzjal tagħha barra mill-kosta huwa importanti ħafna. L-integrazzjoni tal-potenzjali barra mill-kosta tal-Baħar tat-Tramuntana, il-Baħar Baltiku u l-Baħar l-Iswed hija vitali għall-iżvilupp tas-suq intern tal-enerġija tal-Unjoni.

Emenda  8

Proposta għal Regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(17a) Sabiex tiġi riflessa d-domanda li dejjem qed tiżdied għall-elettriku sal-2020, li se tkun id-doppju ta’ dik għall-gass, il-finanzjament tal-Unjoni għal proġetti tal-elettriku għandu jiġi allokat sabiex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed fondi disponibbli, b’konformità mal-politika tal-enerġija fit-tul tal-Unjoni, b’mod partikolari għal dawk fil-qasam tal-elettrifikazzjoni tat-trasport.

Emenda  9

Proposta għal Regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(18a) Il-kooperazzjoni permezz ta’ proġetti orizzontali fil-qasam tal-enerġija u t-trasport għandha tiġi promossa sabiex jiġu żviluppati sinerġiji b’valur miżjud għoli tal-Unjoni.

Emenda  10

Proposta għal Regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(19a) L-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Unjoni fil-qasam tal-infrastrutturi tal-enerġija u tat-trasport għandhom ikunu kkoordinati biex jiġġeneraw sinerġiji fejn dan ikun jagħmel sens mil-lat ekonomiku, tekniku u ambjentali u b'kont dovut tal-aspetti rilevanti tas-sigurtà.

Emenda  11

Proposta għal Regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(20a) Huwa importanti li l-istabbiliment ta’ netwerks infrastrutturali tal-enerġija ma jippreġudika bl-ebda mod il-wirt Ewropew (artistiku, kulturali, turistiku, ambjentali), kif mifhum fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Settembru 2011 dwar l-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – Qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew1, jiġifieri "iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri adegwati kollha biex jipproteġu l-wirt u l-beni tal-Ewropa għall-ġenerazzjonijiet futuri".

 

_____________

 

1 Testi approvati, P7_TA(2011)0407.

Emenda  12

Proposta għal Regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(21a) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw jagħtu permessi konġunti ta' interess komuni li joħolqu sinerġiji bejn il-proġetti infrastrutturali fil-qasam enerġetiku u tat-trasport.

Emenda  13

Proposta għal Regolament

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(21b) Fl-ippjanar tad-diversi netwerks trans-Ewropej għandha tingħata prijorità lill-integrazzjoni bejn in-netwerks tat-trasport, in-netwerks ta’ komunikazzjoni u n-netwerks tal-enerġija, sabiex jiġi garantit l-iffrankar kemm jista’ jkun tat-territorju u jiġi promoss dejjem, fejn possibbli, l-użu mill-ġdid tal-pjanijiet eżistenti u/jew imwarrba, sabiex jitnaqqas l-impatt soċjoekonomiku, ambjentali u finanzjarju.

Emenda  14

Proposta għal Regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

Minħabba n-natura transkonfinali tal-proġetti, għandu jiġi garantit perjodu rinfurzat għal konsultazzjoni pubblika fl-Istati Membri kollha involuti li jqis, fost oħrajn, il-ħtieġa li jipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti fil-lingwi tal-Istati Membri kkonċernati u l-varjetà ta’proċeduri f'kull Stat Membru, sabiex tkun garantita l-parteċipazzjoni sħiħa tal-atturi kollha involuti (il-pubbliku kkonċernat, muniċipji u reġjuni, eċċ).

Ġustifikazzjoni

Bħat-trasport, in-natura transkonfinali ta’ ħafna mill-infrastrutturi tal-enerġija timplika sfida oħra fir-rigward tal-proċeduri tal-konsultazzjoni pubblika msemmija. Sabiex jingħelbu dawn id-diffikultajiet u tinkiseb aċċettazzjoni akbar tal-proġetti mingħajr ma titnaqqas l-aċċettazzjoni tal-proċeduri, huwa suġġerit li jkun infurzat perjodu ta’ konsultazzjoni, minħabba l-ħtiġijiet ovvji mil-lingwi differenti u l-proċedimenti f'kull Stat Membru.

Emenda  15

Proposta għal Regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(25a) Infrastruttura tal-enerġija, speċjalment fejn jidħlu netwerks tat-trasport, għandha tkun ippjanata u stabbilita b'tali mod li tiżgura li ma jkun hemm ebda konvoj li jġorr prodotti tal-idrokarburi fi jew qrib żoni residenzjali, sabiex tkun eskluża kull possibilità ta' periklu għas-sigurtà tar-residenti.

Emenda  16

Proposta għal Regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(29) Il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR) wera l-valur miżjud tal-ingranaġġ ta’ finanzjament privat permezz ta’ għajnuna finanzjarja sinifikanti tal-Unjoni li tippermetti l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ sinifikat Ewropew. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 irrikonoxxa li xi proġetti relatati mal-infrastruttura tal-enerġija jistgħu jirrikjedu finanzjament pubbliku limitat għall-ingranaġġ tal-finanzjament privat. Fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja u r-restrizzjonijiet baġitarji, għandu jiġi żviluppat appoġġ immirat, permezz ta’ għotjiet u strumenti finanzjarji, taħt il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, li jattira investituri ġodda lejn il-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija, filwaqt li l-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni tinżamm f’livell minimu.

(29) Il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR) wera l-valur miżjud tal-ingranaġġ ta’ finanzjament privat permezz ta’ għajnuna finanzjarja sinifikanti tal-Unjoni li tippermetti l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ sinifikat Ewropew. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Frar 2011 irrikonoxxa li xi proġetti relatati mal-infrastruttura tal-enerġija jistgħu jirrikjedu finanzjament pubbliku limitat għall-ingranaġġ tal-finanzjament privat. Fid-dawl tal-kriżi ekonomika u finanzjarja u r-restrizzjonijiet baġitarji, għandu jiġi żviluppat appoġġ immirat, permezz ta’ għotjiet, strumenti finanzjarji u garanziji mill-Istat taħt il-qafas finanzjarju multiannwali li jmiss, li jattira investituri ġodda lejn il-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija, filwaqt li l-kontribuzzjoni baġitarja tal-Unjoni tinżamm f’livell minimu.

Emenda  17

Proposta għal Regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(30) Il-proġetti ta’ interess komuni fl-oqsma tal-elettriku, il-gass u d-diossidu tal-karbonju għandhom ikunu eliġibbli biex jirċievu għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għal studji u, taħt ċerti kundizzjonijiet, għal xogħlijiet taħt il-proposta għal Regolament għal Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa” (iktar ’il quddiem ir-Regolament tas-CEF), fil-forma ta’ għotjiet jew fil-forma ta’ strumenti finanzjarji innovattivi. Dan għandu jiżgura li jiġi pprovdut appoġġ personalizzat lil dawk il-proġetti ta’ interess komuni li ma jkunux vijabbli taħt il-qafas regolatorju u l-kundizzjonijiet tas-suq eżistenti. Din l-għajnuna finanzjarja għandha tiżgura s-sinerġiji meħtieġa mal-finanzjament mill-istrumenti ta' politiki oħra tal-Unjoni. Partikolarment, il-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa” se tiffinanzja l-infrastruttura tal-enerġija ta' rilevanza Ewropea, filwaqt li l-Fondi Strutturali se jiffinanzjaw in-netwerks internazzjonali intelliġenti tad-distribuzzjoni tal-enerġija ta' importanza lokali jew reġjonali. B'hekk, iż-żewġ sorsi ta' finanzjament se jikkumplimentaw lil xulxin.

(30) Il-proġetti ta’ interess komuni fl-oqsma tal-elettriku, il-gass u d-diossidu tal-karbonju, jew l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-infrastrutturi ta’ enerġija sabiex it-trasport jiġi dekarbonizzat, għandhom ikunu eliġibbli biex jirċievu għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għal studji u, taħt ċerti kundizzjonijiet, għal xogħlijiet taħt il-proposta għal Regolament għal Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa” (iktar ’il quddiem ir-Regolament tas-CEF), fil-forma ta’ għotjiet jew fil-forma ta’ strumenti finanzjarji innovattivi. Dan għandu jiżgura li jiġi pprovdut appoġġ personalizzat lil dawk il-proġetti ta’ interess komuni li ma jkunux vijabbli taħt il-qafas regolatorju u l-kundizzjonijiet tas-suq eżistenti. Din l-għajnuna finanzjarja għandha tiżgura s-sinerġiji meħtieġa mal-finanzjament mill-istrumenti ta' politiki oħra tal-Unjoni. Partikolarment, il-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa” se tiffinanzja l-infrastruttura tal-enerġija ta' rilevanza Ewropea, filwaqt li l-Fondi Strutturali se jiffinanzjaw in-netwerks internazzjonali intelliġenti tad-distribuzzjoni tal-enerġija ta' importanza lokali jew reġjonali. B'hekk, iż-żewġ sorsi ta' finanzjament se jikkumplimentaw lil xulxin.

Ġustifikazzjoni

Kif kien mistenni mill-White Paper dwar it-Trasport, l-UE għandha l-mira li tiddekarbonizza t-trasport fl-UE. Sabiex tintlaħaq din il-mira huwa neċessarju li jinkiseb appoġġ finanzjarju għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-infrastrutturi tal-enerġija elettrika,l-idroġenu u sorsi oħra li jgħinu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet, kemm fin-nodi urbani għall-flotot kif ukoll għad-distanzi twal.

Emenda  18

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt c – inċiż 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

- akkomodazzjoni ta’ volumi ikbar b’mod sinifikanti ta’ applikazzjonijiet tal-elettriku b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju bħal vetturi elettriċi permezz ta’ interventi tekniċi u tas-suq avvanzati;

Emenda  19

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(d) fir-rigward ta' proġetti relatati mat-trasport taż-żejt li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tliet kriterji speċifiċi li ġejjin:

(d) fir-rigward ta' proġetti relatati mat-trasport taż-żejt li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 3 tal-Anness II, il-proġett għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għat-tliet kriterji speċifiċi li ġejjin:

– sigurtà tal-provvista li tnaqqas id-dipendenza fuq sors wieħed jew rotta waħda ta' provvista;

– sigurtà tal-provvista li tnaqqas id-dipendenza fuq sors wieħed jew rotta waħda ta' provvista u l-ksib ta' aktar konnettività;

– użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi permezz ta’ mitigazzjoni tar-riskji ambjentali;

 

– użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi permezz ta' mitigazzjoni tar-riskji ambjentali, partikolarment billi jitnaqqas l-użu ta' mezzi tat-trasport taż-żejt b'tendenza għar-riskju, bħal tankers;

– interoperabbiltà;

– interoperabbiltà;

Emenda  20

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

1. Meta proġett ta’ interess komuni jesperjenza diffikultajiet ta’ implimentazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ tagħżel koordinatur Ewropew għal perjodu massimu ta’ sena li jista’ jiġġedded darbtejn.

1. Meta proġett ta’ interess komuni jesperjenza diffikultajiet ta’ implimentazzjoni sinifikanti, , jekk l-awtoritajiet nazzjonali jew lokali jew reġjonali ma jkunux jistgħu jaqblu fil-ħin, il-Kummissjoni tista’ tagħżel koordinatur Ewropew għal perjodu massimu ta’ sena li jista’ jiġġedded darbtejn.

Emenda  21

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

3. Il-koordinatur Ewropew għandu jintgħażel abbażi tal-esperjenza tiegħu fir-rigward tal-kompiti speċifiċi assenjati lilu għall-proġett(i) kkonċernat/i.

3. Il-koordinatur Ewropew għandu jintgħażel abbażi tal-esperjenza tiegħu fir-rigward tal-kompiti speċifiċi assenjati lilu għall-proġett(i) kkonċernat/i. Qabel il-ħatra tiegħu il-koordinatur Ewropew jew l-applikanti għal din il-kariga rispettivament għandhom iwieġbu għall-mistoqsijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew.

Emenda  22

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

Bil-għan li jintlaħqu l-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 11 u li jitnaqqas il-piż amministrattiv għat-tlestija tal-proġetti ta' interess komuni, l-Istati Membri għandhom, fi żmien disa' xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jieħdu l-miżuri biex itejbu l-proċeduri tal-valutazzjoni ambjentali. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Bil-għan li jintlaħqu l-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikolu 11 u li jitnaqqas il-piż amministrattiv għat-tlestija tal-proġetti ta' interess komuni, l-Istati Membri għandhom, fi żmien tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, jieħdu l-miżuri biex itejbu l-proċeduri tal-valutazzjoni ambjentali. Dawn il-miżuri għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-obbligi li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Emenda  23

Proposta għal Regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

5. Għal proġetti li jaqsmu l-fruntieri ta’ żewġ Stati Membri jew iżjed, il-konsultazzjonijiet pubbliċi, skont il-paragrafu 4, f’kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati għandhom isiru f’mhux iżjed minn xahrejn mid-data li fiha tkun inbdiet l-ewwel konsultazzjoni tal-pubbliku f’wieħed minn dawn l-Istati Membri.

5. Għal proġetti li jaqsmu l-fruntieri ta’ żewġ Stati Membri jew iżjed, il-konsultazzjonijiet pubbliċi, skont il-paragrafu 4, f’kull wieħed mill-Istati Membri kkonċernati għandhom isiru f’mhux iżjed minn erba' xhur mid-data li fiha tkun inbdiet l-ewwel konsultazzjoni tal-pubbliku f’wieħed minn dawn l-Istati Membri. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru bil-lingwi uffiċjali tal-Istati Membri kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

Bħat-trasport, in-natura transkonfinali ta’ ħafna mill-infrastrutturi tal-enerġija timplika sfida oħra fir-rigward tas-sottomissjoni pubblika msemmija. Mingħajr ma titnaqqas l-aċċettazzjoni tal-proċeduri u bil-mira li tintlaħaq aċċettazzjoni akbar tal-proġetti, huwa suġġerit li jkun infurzat perjodu ta’ konsultazzjoni f’każ ta’ proġetti li jaqsmu l-fruntiera

Emenda  24

Proposta għal Regolament

Artikolu 17 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma trasparenti tal-infrastruttura li tkun faċilment aċċessibbli mill-pubbliku ġenerali. Din il-pjattaforma għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma trasparenti tal-infrastruttura fuq l-Internet bil-lingwi uffiċjali tal-UE li tkun faċilment aċċessibbli mill-pubbliku ġenerali. Din il-pjattaforma għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

Emenda  25

Proposta għal Regolament

Artikolu 17 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(ca) informazzjoni dwar il-lista aġġornata tal-proġetti ta’ interess komuni;

Emenda  26

Proposta għal Regolament

Artikolu 17 - punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(cb) informazzjoni dwar il-ħidma ta’ gruppi reġjonali, inklużi links għall-ħidma tal-gruppi reġjonali.

Emenda  27

Proposta għal Regolament

Anness I – parti 4 – punt -10 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(-10) Netwerk ta’ infrastrutturi ta’ provvisti ta’ sorsi ta’ enerġija sabiex it-trasport jiġi dekarbonizzat:

 

Żvilupp u implimentazzjoni ta’ netwerks ta’ infrastrutturi ta’ sorsi ta’ enerġija li jgħinu għat-tnaqqis ta’ emissjonijiet fis-settur tat-trasport (idroġenu, vetturi elettriċi, sostituzzjoni ta’ batteriji) kemm fin-nodi urbani kif ukoll tul il-kurituri tat-trasport.

 

Stati Membri kkonċernati: kollha;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-linji gwida ta’ TEN-E jiddedikaw fost l-oqsma tematiċi tagħhom linja gwida għall-ħolqien u l- implimentazzjoni ta’ infrastrutturi ta’ sorsi ta’ enerġija li jgħinu biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 fit-trasport. Eżempju ċar ta’ dan jinsab fl-istazzjonijiet taċ- mili mill-ġdid tal-idroġenu jew is-sistema ta’ sostituzzjoni ta’ batteriji elettriċi li reċentement kellhom rwol fil-fondi tat-TEN-E bħala proġett innovattiv. (Greening European Transportation Infrastructure for Electric Vehicles)

Emenda  28

Proposta għal Regolament

Anness II – punt 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(ea) l-infrastruttura rilevanti għall-provvista tal-elettriku lill-muturi elettriċi u ibridi;

Emenda  29

Proposta għal Regolament

Anness II – punt 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(eb) faċilitajiet tal-port għall-provvista tal-bastimenti fil-portijiet bl-elettriku ġġenerat fuq l-art, minflok bl-użu tal-muturi abbord għall-ġenerazzjoni tal-enerġija tal-elettriku;

Emenda  30

Proposta għal Regolament

Anness III – Parti 1 – punt 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(3a) Kull grupp għandu jippubblika l-aġendi u l-minuti tal-laqgħat tiegħu fl-internet.

Emenda  31

Proposta għal Regolament

Artikolu IV – punt 4 – sottopunt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(fa) l-akkomodazzjoni ta’ volumi ikbar b’mod sinifikanti ta’ applikazzjonijiet tal-elettriku b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju bħal vetturi tal-elettriku, permezz ta’ interventi tekniċi u tas-suq avvanzati.

Emenda  32

Proposta għal Regolament

Anness IV – punt 5 – sottopunt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(c) L-użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi għandu jiġi evalwat permezz ta' evalwazzjoni tal-limitu safejn il-proġett jagħmel użu minn infrastruttura diġà eżistenti u jikkontribwixxi biex jiġu mminimizzati l-piż u r-riskji relatati mal-ambjent u l-klima.

(c) L-użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi għandu jiġi evalwat permezz ta' evalwazzjoni tal-limitu safejn il-proġett jagħmel użu minn infrastruttura diġà eżistenti u jikkontribwixxi biex jiġu mminimizzati l-piż u r-riskji relatati mal-ambjent u l-klima, pereżempju billi mezzi tat-trasport taż-żejt b'tendenza għar-riskju, bħal tankers jiġu sostitwiti b'modi tat-trasport inqas riskjużi.

Emenda  33

Proposta għal Regolament

Anness VI – punt 3 – subpunt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

 

(da) il-possibilitajiet ta’ lmenti u rimedji quddiem l-awtoritajiet rilevanti.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti, għal raġunijiet ta’ leġittimità u aċċettazzjoni akbar tal-proġetti, li jkunu speċifikati r-rimedji possibbli u l-awtoritajiet rilevanti.

PROĊEDURA

Titolu

Infrastrutturi tal-enerġija trans-Ewropej u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE

Referenzi

COM(2011)0658 – C7-0371/2011 – 2011/0300(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

15.11.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

24.1.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.3.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

8.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Philippe De Backer, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Thomas Ulmer, Peter van Dalen, Artur Zasada

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Spyros Danellis, Michel Dantin, Eider Gardiazábal Rubial, Sabine Wils, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Janusz Wojciechowski

  • [1]  Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, 4 ta' Frar 2011.
  • [2]  Ara COM(2010)677
  • [3]  Ara COM(2011) 500/I finali u COM(2011) 500/II finali (Skedi ta' Politika)

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (1.6.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE
(COM(2011)0658 – C7‑0371/2011 – 2011/0300(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Wojciech Michał Olejniczak

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni u japprezza l-karattru komprensiv tagħha fil-provvediment ta’ regolament għall-proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea, speċjalment b’referenza għal proġetti ta’ interess komuni. B’mod iktar notevoli, ir-Rapporteur jilqa’ l-miżuri mmirati lejn is-simplifikazzjoni u t-tħaffif tal-proċess tal-ħruġ ta’ permessi u jħeġġeġ li l-adozzjoni tiegħu ssir applikabbli wkoll għal raġunijiet ta’ żvilupp ta’ proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija mhux transkonfinali.

Ir-rapport jagħmel enfasi fuq id-dimensjoni reġjonali tal-infrastruttura tal-enerġija, filwaqt li jitqies b’mod partikolari l-impatt dirett fuq iċ-ċittadini li ta' spiss ma jiġix ikkumpensat mir-riżultati pożittivi antiċipati tal-proġett f'termini ta' sigurtà tal-enerġija, sostenibbiltà, jew effiċjenza tal-infrastruttura. Għalhekk, ir-rwol tal-awtoritajiet reġjonali għandu jiġi meqjus fi stadji speċifiċi tal-proċedura tal-ħruġ ta’ permessi, sabiex dawk l-iktar milquta jkollhom l-opportunità li jinfluwenzaw il-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Barra minn hekk, il-proċess ta' konsultazzjonijiet pubbliċi rilevanti għandu jkun magħqud fil-livell tal-UE.

Barra minn hekk, il-proposta għandha toħloq bilanċ xieraq bejn il-kriterji tal-kost-effiċjenza, li hi kruċjali mil-lat tal-intraprendituri privati li fl-aħħar mill-aħħar jiffinanzjaw, jiżviluppaw u jimmaniġjaw l-infrastruttura tal-enerġija, u l-prerekwiżiti għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja mill-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”. Fil-każ tal-aħħar, emendi xierqa tressqu sabiex jiġu definiti ċ-ċirkostanzi fejn l-interess pubbliku u l-benefiċċju tal-konsumaturi jiġġustifikaw finanzjament addizzjonali bla detriment għall-prinċipju tal-kompetittività.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur jipproponi trattament usa’ tal-proġetti tal-infrastruttura tal-gass b’sens ta’ inklużjoni tal-elementi neċessarji tagħhom kollha fil-lista tal-eliġibilità sabiex tinkiseb konsistenza teknika u jiġi faċilitat l-operat bla xkiel ta’ kurituri tal-gass kruċjali madwar l-Ewropa.

Fl-opinjoni tar-Rapporteur, is-simpliċità proċedurali flimkien mal-inklużjoni tal-partijiet interessati għandhom ikunu prinċipji ġenerali ta’ gwida ta’ żvilupp tal-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Fil-prijoritajiet tal-infrastruttura tal-enerġija tagħha, il-Kummissjoni għandha tippermetti li jkun hemm il-każ speċjali ta’ sistemi tal-enerġija tal-gżejjer.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-evalwazzjoni tal-qafas attwali tat-TEN-E wriet b’mod ċar li din il-politika, għalkemm tati kontribut pożittiv għal proġetti partikolari billi tagħtihom viżibbiltà politika, hija nieqsa minn viżjoni, iffukar u flessibbiltà biex ikunu jistgħu jimtlew il-lakuni identifikati fl-infrastruttura.

(5) L-evalwazzjoni tal-qafas attwali tat-TEN-E wriet b’mod ċar li din il-politika, għalkemm tati kontribut pożittiv għal proġetti partikolari billi tagħtihom viżibbiltà politika, hija nieqsa minn viżjoni, iffukar u flessibbiltà biex ikunu jistgħu jimtlew il-lakuni identifikati fl-infrastruttura u l-Unjoni għadha lura biex tindirizza l-isfidi futuri f’dan il-qasam.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-aċċellerazzjoni fir-restawr tal-infrastruttura tal-enerġija eżistenti u fl-użu tal-infrastruttura l-ġdida hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni, li huma li jiġi kkompletat is-suq intern tal-enerġija, li tiġi garantita s-sigurtà tal-provvista, speċjalment tal-gass u ż-żejt, li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’20 %, li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija jiżdied għal 20 %, u li tinkiseb żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza fl-enerġija sal-2020. Fl-istess ħin, l-Unjoni għandha tipprepara l-infrastruttura tagħha għad-dekarbonizzazzjoni ulterjuri tas-sistema tal-enerġija fit-tul sal-2050.

(6) L-aċċellerazzjoni fir-restawr tal-infrastruttura tal-enerġija eżistenti, fil-finalizzazzjoni tax-xogħlijiet li qegħdin isiru u fl-użu tal-infrastruttura l-ġdida tal-enerġija hija essenzjali biex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika dwar l-enerġija u l-klima tal-Unjoni, li huma li jiġi kkompletat is-suq intern tal-enerġija, li tiġi garantita s-sigurtà tal-provvista, speċjalment tal-gass u ż-żejt, li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’20 %, li s-sehem tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija jiżdied għal 20 %, u li tinkiseb żieda ta’ 20 % fl-effiċjenza fl-enerġija sal-2020. Fl-istess ħin, l-Unjoni għandha tipprepara l-infrastruttura tagħha għad-dekarbonizzazzjoni ulterjuri tas-sistema tal-enerġija fit-tul sal-2050.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-klima ekonomika attwali tenfasizza l-bżonn li jiġi adottat approċċ integrat għall-kwistjonijiet relatati mal-enerġija billi jitqiesu l-aspetti ekonomiċi, ambjentali u soċjali tagħhom. Hu essenzjali li tittieħed nota tal-effetti sekondarji ta’ benefiċċju u ta’ ħsara meta jitwettaq ix-xogħol meħtieġ biex jiġi żgurat li, fuq terminu ta’ żmien medju u twil, iċ-ċittadini kollha tal-Unjoni jkollhom aċċess għall-enerġija sikura, sostenibbli u bi prezz raġonevoli.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Minkejja l-eżistenza legali tiegħu, kif definit fid-Direttivi 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali, is-suq intern fl-enerġija għadu frammentat minħabba n-nuqqas ta’ interkonnessjonijiet bejn in-netwerks nazzjonali tal-enerġija. Madankollu, netwerks integrati fl-Unjoni kollha huma vitali biex jiżguraw suq integrat kompetittiv u li jiffunzjona tajjeb għall-promozzjoni tat-tkabbir, l-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli.

(7) Minkejja l-eżistenza legali tiegħu, kif definit fid-Direttivi 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali, is-suq intern fl-enerġija għadu frammentat minħabba n-nuqqas ta’ interkonnessjonijiet bejn in-netwerks nazzjonali tal-enerġija. Madankollu, netwerks integrati fl-Unjoni kollha u l-użu ta' infrastruttura ta' grids intelliġenti li jippermettu effiċjenza enerġetika akbar u integrazzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli mqassma, huma vitali biex jiżguraw suq integrat kompetittiv u li jiffunzjona tajjeb għall-promozzjoni tat-tkabbir effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, l-impjiegi u l-iżvilupp sostenibbli.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Il-fatt li r-reġjuni l-iktar imbiegħda jiddependu ħafna fuq il-fjuwils fossili importati joħloq spejjeż addizzjonali għoljin għat-tkabbir u l-iżvilupp ekonomiku tagħhom. Dawn ir-reġjuni għandhom rwol fil-laboratorji naturali għar-riżorsi rinnovabbli u l-elettriku u t-trażmissjoni tal-gass naturali, u dan għandu jingħata spinta permezz ta’ proġetti ta’ interessi komuni mmirati lejn id-diversifikazzjoni tal-bażi tal-enerġija reġjonali u t-tisħiħ tas-sostenibbiltà u l-effiċjenza fl-enerġija, biex b'hekk ikun faċilitat l-ilħuq tal-miri stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-iżvilupp fil-ħin u l-interoperabbiltà tan-netwerks trans-Ewropej tal-enerġija, bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-enerġija skont it-Trattat, jiġifieri dawk li jiġu żgurati l-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni, li jiġu promossi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ forom ġodda u rinnovabbli tal-enerġija, u li tiġi promossa l-interkonnessjoni tan-netwerks tal-enerġija. B’dawn l-għanijiet fil-mira tagħha, din il-proposta tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u ġġib magħha benefiċċji għall-Unjoni kollha f’termini ta’ kompetittività u koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

(13) Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli għall-iżvilupp fil-ħin u l-interoperabbiltà tan-netwerks trans-Ewropej tal-enerġija, bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-enerġija skont it-Trattat, jiġifieri dawk li jiġu żgurati l-funzjonament tas-suq intern tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista fl-Unjoni, li titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet, li jiġu promossi l-effiċjenza fl-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ forom ġodda u rinnovabbli tal-enerġija, u li tiġi promossa l-interkonnessjoni tan-netwerks tal-enerġija. B’dawn l-għanijiet fil-mira tagħha, din il-proposta tikkontribwixxi għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u ġġib magħha benefiċċji għall-Unjoni kollha f’termini ta’ kompetittività u koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali Sabiex jinkisbu dawn l-objettivi, dan ir-Regolament jippromwovi l-konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet reġjonali li huma impenjati fil-proċess biex jiġu rranġati fl-istadju rilevanti tal-proċedura tal-ħruġ tal-permess.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni għandha tkun ibbażata fuq kriterji komuni, trasparenti u oġġettivi fid-dawl tal-kontribut tagħhom għall-għanijiet tal-politika tal-enerġija. Għall-elettriku u l-gass, il-proġetti proposti għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan disponibbli tal-iżvilupp tan-netwerk għal għaxar snin. Il-pjan għandu jikkunsidra b'mod partikolari l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar rigward il-ħtieġa li jiġu integrati s-swieq periferali tal-enerġija.

(15) L-identifikazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni għandha tkun ibbażata fuq kriterji komuni, trasparenti u oġġettivi fid-dawl tal-kontribut tagħhom għall-għanijiet tal-politika tal-enerġija. Għall-elettriku u l-gass, il-proġetti proposti għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan disponibbli tal-iżvilupp tan-netwerk għal għaxar snin. Il-pjan għandu jikkunsidra b'mod partikolari l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-4 ta' Frar rigward il-ħtieġa li jiġu integrati s-swieq periferali tal-enerġija u biex tiġi stabbilita t-tnedija tal-infrastruttura ta' grids intelliġenti.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jiġu implimentati mill-iktar fis possibbli u għandhom ikunu mmonitorjati u evalwati mill-qrib, filwaqt li l-piż amministrattiv tal-promoturi tal-proġetti għandu jinżamm f’livell minimu. Il-Kummissjoni għandha tinnomina koordinaturi Ewropej għall-proġetti li jkunu qed jiffaċċjaw diffikultajiet partikolari.

(18) Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jiġu implimentati mill-iktar fis possibbli u għandhom ikunu mmonitorjati u evalwati mill-qrib, filwaqt li l-piż amministrattiv tal-promoturi tal-proġetti, partikolarment fir-rigward tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, għandu jinżamm f’livell minimu. Il-Kummissjoni għandha tinnomina koordinaturi Ewropej biex jassistu għall-proġetti li jkunu qed jiffaċċjaw diffikultajiet partikolari sabiex jiġi evitat li jkunu kompromessi.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jingħataw “status prijoritarju” fil-livell nazzjonali, biex jiġi żgurat trattament amministrattiv rapidu. Il-proġetti ta' interess komuni għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala li huma fl-interess pubbliku. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal proġetti li għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent abbażi ta’ raġunijiet ta’ interess pubbliku prevalenti, meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha stipulati fid-Direttivi 92/43/KE u 2000/60KE.

(20) Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jingħataw “status prijoritarju” fil-livell nazzjonali, biex jiġi żgurat trattament amministrattiv rapidu. Il-proġetti ta' interess komuni għandhom jiġu kkunsidrati mill-awtoritajiet kompetenti bħala li huma fl-interess pubbliku. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal proġetti li għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent abbażi ta’ raġunijiet ta’ interess pubbliku prevalenti, biss meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha stipulati fid-Direttivi 92/43/KE u 2000/60KE. Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi identifikat, skont ġerarkija ta' importanza u fl-interess tal-kosteffikaċja, fejn l-infrastruttura tista' tiġi minimizzata permezz ta' politiki dwar l-effiċjenza enerġetika, fejn infrastruttura nazzjonali u transkonfinali eżistenti tista' tittejjeb jew tiġi modernizzata u fejn tkun meħtieġa infrastruttura ġdida li tista' tinbena ħdejn infrastruttura eżistenti tal-enerġija u t-trasport.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) L-istabbiliment ta’ awtorità kompetenti waħda fil-livell nazzjonali li tintegra jew tikkoordina l-proċeduri kollha għall-għoti tal-permessi (“one-stop shop”) għandu jnaqqas il-kumplessità, iżid l-effiċjenza u t-trasparenza u jgħin biex titjieb il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri.

(21) L-istabbiliment ta’ awtorità kompetenti waħda fil-livell nazzjonali li tintegra jew tikkoordina l-proċeduri kollha għall-għoti tal-permessi (“one-stop shop”) għandu jnaqqas il-kumplessità, iżid l-effiċjenza u t-trasparenza u jgħin biex titjieb il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri billi jiġu organizzati gruppi ta’ ħidma konġunti bejn dawn l-entitajiet kompetenti.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mħeġġa biex japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-proċeduri tal-ħruġ ta’ permessi għal proġetti ta’ interess komuni għal proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija fejn ikun rilevanti.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jużaw l-aqwa prattiki Ewropej għal proġetti oħrajn ukoll sabiex tingħata spinta lill-effiċjenza tal-infrastruttura meħtieġa u tiġi prevenuta l-konġestjoni u tiġi evitata l-introduzzjoni ta’ sistema b’żewġ livelli.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Meta jkunu qegħdin jiġu ppjanati d-diversi netwerks trans-Ewropej għandha tingħata prijorità lill-integrazzjoni bejn in-netwerks tat-trasport, in-netwerks ta’ komunikazzjoni u n-netwerks tal-enerġija, sabiex jiġi garantit il-livell minimu ta’ involviment tal-awtoritajiet lokali, filwaqt li jiġu żgurat kemm jista’ jkun li l-pjanijiet eżistenti u/jew imwarrba jerġgħu jintużaw, sabiex jitnaqqas għal minimu l-impatt soċjali, ekonomiku, ambjentali u finanzjarju u l-piż fuq l-awtoritajiet lokali.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Minħabba l-urġenza li jiġu żviluppati infrastrutturi tal-enerġija, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-għoti tal-permessi għandha tkun akkumpjanata minn skadenza ċara biex tittieħed id-deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-proġett. Dan il-limitu taż-żmien għandu jistimola definizzjoni u ttrattar aktar effiċjenti tal-proċeduri, u fl-ebda ċirkostanza ma għandu jwassal għal kompromess tal-istandards għolja għall-protezzjoni tal-ambjent u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

(24) L-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea hu partikolarment importanti fid-dawl tal-iżvilupp u l-potenzjal tal-ħolqien tal-impjiegi. Minħabba, għalhekk, l-urġenza li jiġu żviluppati infrastrutturi tal-enerġija, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għall-għoti tal-permessi għandha tkun akkumpjanata minn skadenza ċara biex tittieħed id-deċiżjoni mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi fir-rigward tal-kostruzzjoni tal-proġett. Dan il-limitu taż-żmien għandu jistimola definizzjoni u ttrattar aktar effiċjenti tal-proċeduri, u fl-ebda ċirkostanza ma għandu jwassal għal kompromess tal-istandards għolja għall-protezzjoni tal-ambjent u l-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jiffaċilita l-implimentazzjoni fil-ħin ta’ proġetti ta’ interess komuni billi jħaffef l-għoti tal-permessi u jtejjeb il-parteċipazzjoni tal-pubbliku;

(b) jiffaċilita l-implimentazzjoni fil-ħin ta’ proġetti ta’ interess komuni billi jħaffef l-għoti tal-permessi u jistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. “infrastruttura tal-enerġija” tfisser kwalunkwe tagħmir fiżiku ddiżinjat biex jippermetti t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku jew gass, it-trasport taż-żejt jew id-diossidu tal-karbonju, jew il-ħżin tal-elettriku jew tal-gass, li jkun jinsab fl-Unjoni jew li jikkonettja lill-Unjoni ma’ pajjiż jew pajjiżi terzi;

1. “infrastruttura tal-enerġija” tfisser kwalunkwe tagħmir fiżiku ddiżinjat biex jippermetti t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku jew gass, jew faċilitajiet ta' riċeviment, ħżin u rigassifikazzjoni jew dekompressjoni għal gass naturali likwifikat (LNG), it-trasport taż-żejt jew id-diossidu tal-karbonju, jew il-ħżin tal-elettriku jew tal-gass, li jkun jinsab fl-Unjoni jew li jikkonettja lill-Unjoni ma’ pajjiż jew pajjiżi terzi;

Ġustifikazzjoni

L-infrastruttura tal-enerġija għall-gass tinkludi terminals LNG; għal konsistenza mal-kategoriji fl-Anness II l-Artikolu 1, id-definizzjoni għandha tiġi adattata biex jittieħed kont ta’ dan.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. 'analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ sistema tal-enerġija’ tfisser valutazzjoni mwettqa f'livell aggregat madwar l-Unjoni bħala bażi għall-għażla ta’ proġetti ta’ interess komuni skont l-objettivi tat-TYNDP kif definit fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) 715/2009.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament jirreferi għal diversi valutazzjonijiet, analiżi u analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż (CBA). Jeħtieġ li ssir kjarifika u definizzjoni. Is-CBA għandha ssir f’livell aggregat u mhux kull proġett għalih.

Proġetti ta’ infrastruttura tal-gass huma bbażati fuq impenji sodi, jiġifieri mill-partijiet tas-suq bħala riżultat tal-ittestjar tas-suq jew minn awtoritajiet regolatorji nazzjonali. Għal dawn il-proġetti, diġà bbażati fuq impenji sodi, analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż għal proġetti individwali tidduplika ħafna mix-xogħol.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ proġetti ta’ interess komuni għall-Unjoni kollha. Il-lista għandha tiġi riveduta u aġġornata kif ikun meħtieġ kull sentejn. L-ewwel lista għandha tiġi adottata mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju 2013.

Imħassar

Ġustifikazzjoni

Tressaq lejn tmiem l-artikolu sabiex dan tal-aħħar ikun jaqbel mal-iskeda attwali tat-teħid tad-deċiżjonijiet

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex il-Kummissjoni tidentifika proġetti ta’ interess komuni, hija għandha tistabbilixxi Grupp Reġjonali (“Grupp”), kif definit fit-Taqsima 1 tal-Anness III imsejjes fuq kull kuritur u qasam ta' prijorità u l-kopertura ġeografika rispettiva tagħhom kif stabbilit fl-Anness I.

2. Sabiex il-Kummissjoni tidentifika proġetti ta’ interess komuni, hija għandha tistabbilixxi Grupp Reġjonali (“Grupp”), kif definit fit-Taqsima 1 tal-Anness III imsejjes fuq kull kuritur u qasam ta' prijorità u l-kopertura ġeografika rispettiva tagħhom kif stabbilit fl-Anness I. Kull grupp għandu jwettaq il-ħidma inkarigata lilu abbażi ta' termini ta' referenza maqbula minn qabel.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Jekk, qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament, gruppi diġà eżistenti jew entitajiet oħrajn kienu għamlu ħidma għas-selezzjoni ta' proġetti ta' importanza sinifikanti għas-sistemi tal-enerġija tal-Unjoni, kull Grupp imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jqis kif xieraq il-ħidma diġà mwettqa f'dawn il-gruppi jew entitajiet. Kull meta gruppi eżistenti jew entitajiet oħrajn kienu preċedentement qablu dwar proġetti jew lista ta' proġetti ta' importanza sinifikanti għall-Unjoni, l-informazzjoni dwar dawn il-proġetti jew listi għandha tiġi ttrasferita lil kull Grupp imsemmi fil-paragrafu 2 u tifforma l-bażi tal-proċess tal-għażla tal-proġett ta' interess komuni.

 

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(5)(a) għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-drittijiet ta’ kwalunkwe promotur tal-proġett li jibgħat applikazzjoni għall-għażla lill-membri tal-Grupp rispettiv bħala proġett ta’ interess komuni.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Kull Grupp għandu jħejji l-lista proposta tiegħu ta’ proġetti ta’ interess komuni skont il-proċess stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness III, skont il-kontribut ta' kull proġett għall-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I u skont jekk jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4. Kull proposta individwali għal proġett għandha tkun teħtieġ l-approvazzjoni tal-Istat/i Membru/i, li l-proġett ikun marbut mat-territorju tiegħu/tagħhom.

3. Kull Grupp għandu jħejji l-lista proposta tiegħu ta’ proġetti ta’ interess komuni skont il-proċess stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness III, skont il-kontribut ta' kull proġett għall-implimentazzjoni tal-kurituri u l-oqsma prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I u skont jekk jissodisfawx il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4. Kull proposta individwali għal proġett għandha tkun teħtieġ l-approvazzjoni proviżorja tal-Istat/i Membru/i, li l-proġett ikun marbut mat-territorju tiegħu/tagħhom qabel ma tiddaħħal fil-lista finali proposta mressqa skont il-paragrafu 4.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Meta proposta individwali għal proġett ma tirċevix l-approvazzjoni proviżorja ta' wieħed mill-Istati Membri, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jagħti spjegazzjoni bil-miktub tal-oġġezzjoni tiegħu lill-Grupp. Wara li jħalli lill-promuturi tal-proġett jindirizzaw is-suġġett tal-oġġezzjoni, il-Grupp jista' jinkludi, b'vot unanimu nieqes wieħed, il-proġett fil-lista proposta b'nota ta' oġġezzjoni.

 

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Għall-proġetti tal-elettriku u l-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, l-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni, fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tal-listi proposti ta’ proġetti ta’ interess komuni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, dwar il-listi proposti ta’ proġetti ta’ interess komuni, b’mod partikolari billi tikkunsidra l-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 fost il-Gruppi, u r-riżultati tal-analiżi mwettqa mill-ENTSOs għall-Elettriku u tal-Gass f’konformità mal-punt 2.6 tal-Anness III.

5. Għall-proġetti tal-elettriku u l-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, l-Aġenzija għandha tipprovdi opinjoni lill-Kummissjoni, fi żmien erba' xhur mid-data tal-wasla tal-listi proposti ta’ proġetti ta’ interess komuni stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, dwar il-listi proposti ta’ proġetti ta’ interess komuni, b’mod partikolari billi tikkunsidra l-applikazzjoni konsistenti tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 4 fost il-Gruppi, u r-riżultati tal-analiżi mwettqa mill-ENTSOs għall-Elettriku u tal-Gass skont il-pjanijiet ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Abbażi tal-listi reġjonali adottati mill-Grupp, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista għall-Unjoni kollha ta' proġetti ta' interess komuni. Il-lista għandha tiġi riveduta u aġġornata kif ikun meħtieġ kull sentejn. L-ewwel lista għandha tiġi adottata mhux iktar tard mill-31 ta’ Lulju 2013.

(Ara Emenda 1)

Ġustifikazzjoni

Tressaq mill-Paragrafu 1 minħabba l-iskeda taż-żmien

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Abbażi tad-deċiżjoni ta’ adozzjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-proġetti ta’ interess komuni għandhom isiru parti integrali mill-pjanijiet ta’ investiment reġjonali rilevanti skont l-Artikolu 12 tar-Regolamenti (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 u tal-pjanijiet nazzjonali ta’ għaxar snin għall-iżvilupp rilevanti skont l-Artikolu 22 tad-Direttivi 72/2009/KE u 73/2009/KE u pjanijiet ta’ infrastruttura nazzjonali oħra kkonċernati, kif xieraq. Il-proġetti għandhom jingħataw l-ogħla prijorità possibbli f’kull wieħed minn dawn il-pjanijiet.

7. Abbażi tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-proġetti ta’ interess komuni għandhom isiru parti integrali mill-pjanijiet ta’ investiment reġjonali rilevanti skont l-Artikolu 12 tar-Regolamenti (KE) Nru 714/2009 u (KE) Nru 715/2009 u tal-pjanijiet nazzjonali ta’ għaxar snin għall-iżvilupp rilevanti skont l-Artikolu 22 tad-Direttivi 72/2009/KE u 73/2009/KE u pjanijiet ta’ infrastruttura nazzjonali oħra kkonċernati, kif xieraq. Il-proġetti għandhom jingħataw l-ogħla prijorità possibbli f’kull wieħed minn dawn il-pjanijiet.

(Ara kif tressaq il-Paragrafu 1 għal wara l-Paragrafu 6)

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-proġett juri vijabbiltà ekonomika, soċjali u ambjentali; kif ukoll

(b) il-benefiċċji possibbli tal-proġett ivvalutati skont il-kriterji speċifiċi rispettivi fil-paragrafu 2 jegħlbu l-ispejjeż tiegħu; kif ukoll

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– sostenibbiltà, inter alia permezz tat-trażmissjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli f’ċentri tal-konsum ewlenin u siti tal-ħżin;

– sostenibbiltà permezz ta’, fost oħrajn, it-trażmissjoni tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli f’ċentri tal-konsum ewlenin u siti tal-ħżin;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– interoperabbiltà u operazzjoni ta’ sistema sigura;

sigurtà tal-provvista, inter alia permezz ta' interoperabbiltà, u operazzjoni ta’ sistema sigura u affidabbli;

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– konnessjoni ta’ unitajiet ta’ ġenerazzjoni ppjanata mal-grid, inkluż l-użu tal-enerġija rinnovabbli, biex tkun tista’ ssir l-evakwazzjoni tal-enerġija;

Ġustifikazzjoni

L-UE qed tiffaċċja sfida kbira biex tibdel l-unitajiet tal-enerġija l-qodma li mhumiex effiċjenti u mhumiex favur l-ambjent eż. li jaħdmu bil-fjuwils fossili. L-impjanti tal-enerġija l-ġodda għandhom jiżdiedu fl-UE kollha, anki f’oqsma fejn il-grid mhix żviluppata biżżejjed jew jeħtieġ li tiġi rinnovata. Ir-regolament għalhekk għandu joħloq inċentivi għal investimenti f’impjanti tal-enerġija ġodda permezz tal-promozzjoni tal-iżvilupp meħtieġ tal-grid li jippermetti l-konnessjoni tal-enerġija l-ġdida man-netwerk.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– sigurtà tal-provvista, inter alia permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista, provvista ta’ kontropartijiet u rotot;

– sigurtà tal-provvista permezz ta’, fost oħrajn, id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista, provvista ta’ kontropartijiet u rotot;

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b – inċiż 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– kompetizzjoni, inter alia permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista u permezz tal-provvosta ta’ kontropartijiet u rotot;

– kompetizzjoni, permezz ta’, fost oħrajn, id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista u permezz tal-provvosta ta’ kontropartijiet u rotot;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– sigurtà tal-provvista li tnaqqas id-dipendenza fuq sors wieħed jew rotta waħda ta' provvista;

– sigurtà tal-provvista, fost oħrajn, permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista, provvista ta’ kontropartijiet u rotot;

Ġustifikazzjoni

Mhijiex ċara għaliex is-sigurtà tal-kriterji tal-provvista huma differenti fis-settur taż-żejt u tal-gass;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-klassifikazzjoni tal-proġetti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-istess prijorità, għandha tingħata wkoll l-attenzjoni dovuta lill-urġenza ta’ kull wieħed mill-proġetti proposti sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-enerġija li huma l-integrazzjoni u l-kompetizzjoni tas-suq, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista, l-għadd ta’ Stati Membri milquta minn kull proġett propost, u l-kumplimentarjetà tiegħu fir-rigward ta’ proġetti oħra proposti. Għall-proġetti li jaqgħu fil-kategorija stabbilita fil-punt 1(e) tal-Anness II, għandha tingħata wkoll attenzjoni lil għadd ta’ utenti milquta mill-proġett, il-konsum annwali tal-enerġija u s-sehem ta’ ġenerazzjoni minn riżorsi mhux spedibbli fiż-żona koperta minn dawn l-utenti.

4. Kull Grupp għandu jikklassifika l-proġetti li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-istess kurituri u oqsma ta’ prijorità. Kull Grupp għandu jiddetermina, fit-termini ta’ referenza tiegħu, metodu ta’ klassifikazzjoni u l-piż relattiv tal-kriterji stabbiliti fit-tieni subparagrafu u fil-paragrafu 2; għalhekk il-klassifikazzjoni tista’ twassal għall–ġbir tal-proġetti fi gruppi ġenerali.

 

F’dan il-kuntest, u filwaqt li jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għal proġetti li jinvolvu lil Stati Membri periferali, għandha tingħata l-attenzjoni dovuta:

 

(a) lill-urġenza ta’ kull wieħed mill-proġetti proposti sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-politika tal-enerġija tal-Unjoni li huma l-integrazzjoni tas-suq u l-kompetizzjoni, is-sostenibbiltà u s-sigurtà tal-provvista;

 

(b) l-għadd ta’ Stati Membri milquta minn kull proġett propost, u

 

(c) l-kumplimentarjetà tiegħu fir-rigward ta’ proġetti oħra proposti.

 

Għall-proġetti tal-"grids intelliġenti" li jaqgħu fil-kategorija stabbilita fil-punt 1(e) tal-Anness II, il-klassifikazzjoni għandha ssir għal dawk il-proġetti li jaffettwaw l-istess żewġ Stati Membri, u għandha tingħata wkoll attenzjoni lil għadd ta’ utenti milquta mill-proġett, il-konsum annwali tal-enerġija u s-sehem ta’ ġenerazzjoni minn riżorsi mhux spedibbli fiż-żona koperta minn dawn l-utenti.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Aġenzija u l-Gruppi għandhom jimmonitorjaw il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni. Il-Gruppi jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali, ipprovduta f’konformità mal-paragrafi 3, 4 u 5, jivverifikaw l-informazzjoni provduta fuq il-post u jsejħu laqgħat mal-partijiet rilevanti. Il-Gruppi jistgħu wkoll jitolbu lill-Aġenzija tieħu miżuri biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni.

2. L-Aġenzija u l-Gruppi għandhom jimmonitorjaw il-progress miksub fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni. Il-Gruppi jistgħu jitolbu informazzjoni addizzjonali, ipprovduta f’konformità mal-paragrafi 3, 4 u 5, jivverifikaw l-informazzjoni provduta fuq il-post u jsejħu laqgħat mal-partijiet rilevanti. Il-Gruppi jistgħu wkoll jitolbu lill-Aġenzija tieħu miżuri biex tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni. Dawn il-miżuri għandhom jittieħdu f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali rilevanti u mal-operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena wara s-sena tal-għażla bħala proġett ta’ interess komuni skont l-Artikolu 4, il-promoturi ta' proġett għandhom jissottomettu rapport annwali, għal kull proġett li jaqa’ fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, lill-Aġenzija jew, għall-proġetti li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 3 u 4 tal-Anness II lill-Grupp rispettiv. Dan ir-rapport għandu jipprovdi dettalji dwar:

3. Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena wara s-sena tal-għażla bħala proġett ta’ interess komuni skont l-Artikolu 4, il-promoturi ta' proġett għandhom jissottomettu rapport annwali, għal kull proġett li jaqa’ fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, lill-Aġenzija jew, għall-proġetti li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 3 u 4 tal-Anness II lill-Grupp rispettiv. Ir-rapport għandu jiġi sottomess ukoll lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati msemmija fl-Artikolu 9. Dan ir-rapport għandu jipprovdi dettalji dwar:

Ġustifikazzjoni

Din l-informazzjoni għandha tiġi mgħoddija wkoll għand l-awtoritajiet kompetenti għaliex huma għandhom ir-rwol li jimplimentaw l-għoti tal-permessi għal dawn il-proġetti, u mhux il-Gruppi jew l-ACER.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Aġenzija jew il-Grupp rispettiv jistgħu jitolbu li r-rapport isir jew jiġi rieżaminat minn espert indipendenti estern qabel ma jintbagħat.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fi żmien tliet xhur mill-wasla tar-rapporti annwali, l-Aġenzija għandha tissottometti lill-Gruppi rapport konsolidat għall-proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, li jevalwa l-progress miksub u jipproponi miżuri, fejn xieraq, biex jingħelbu d-dewmien u d-diffikultajiet li jinstabu. L-evalwazzjoni għandha tinkludi wkoll, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(8) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 713/2009, l-implimentazzjoni konsistenti tal-pjanijiet ta’ żvilupp tan-netwerk fl-Unjoni fir-rigward tal-kurituri u l-oqsma tal-prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I.

4. Fi żmien tliet xhur mill-wasla tar-rapporti annwali, l-Aġenzija għandha tissottometti lill-Gruppi rapport konsolidat għall-proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, li jevalwa l-progress miksub u jipproponi miżuri, fejn xieraq, biex jingħelbu d-dewmien u d-diffikultajiet li jinstabu. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu sanzjonijiet għal kwalunkwe dewmien mhux meħtieġ ikkawżat mill-promoturi tal-proġett. L-evalwazzjoni għandha tinkludi wkoll, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(8) u (9) tar-Regolament (KE) Nru 713/2009, l-implimentazzjoni konsistenti tal-pjanijiet ta’ żvilupp tan-netwerk fl-Unjoni fir-rigward tal-kurituri u l-oqsma tal-prijoritarji tal-infrastruttura tal-enerġija stabbiliti fl-Anness I.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun possibbli wkoll li l-promoturi jiġu sanzjonati għad-dewmien li jikkawżaw.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Jekk l-ikkummissjonar ta’ proġett ta’ interess komuni jiddewwem b’iżjed minn sentejn meta mqabbel mal-pjan ta’ implimentazzjoni mingħajr ġustifikazzjoni suffiċjenti:

6. Jekk il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar ta’ proġett ta’ interess komuni jiddewwem meta mqabbel mal-pjan ta’ implimentazzjoni, minħabba raġunijiet li mhumiex fil-kontroll tal-promotur tal-proġett:

(Ara l-emendi għall-inċiżi; L-emendi kollha għal dan il-Paragrafu għandha ssir votazzjoni dwarhom en bloc)

Ġustifikazzjoni

Meħuda mill-pożizzjoni tal-Kunsill. Din l-Emenda hija meħtieġa biex tiċċara s-sejħa pubblika għall-offerti jekk ikun hemm dewmien fil-proġett. It-test oriġinali ma jistabbilixxix kif il-Kummissjoni għandha timplimenta dan il-proċess. Barra minn hekk hija l-awtorità kompetenti, u mhux il-Kummissjoni, li għandha l-għarfien u l-kapaċità li ssib promotur ġdid.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-promotur ta’ proġett ta’ dak il-proġett għandu jaċċetta l-investimenti minn operatur jew investitur wieħed jew iktar għall-implimentazzjoni tal-proġett. L-operatur tas-sistemi, li l-investiment ikun jinsab fiż-żona tiegħu, għandu jipprovdi lill-operatur(i) jew l-investitur(i) li jkun(u) qed jimplimenta(w) proġett l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-investiment, għandu jikkonnettja assi ġodda man-netwerk tat-trażmissjoni u, b’mod ġenerali, għandu jagħmel l-almu kollu tiegħu biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-investiment u l-operat u l-manutenzjoni tal-proġett ta’ interess komuni b’mod sigur, affidabbli u effiċjenti.

(a) sakemm il-miżuri msemmija fl-Artikolu 22(7)(a), (b) jew (c) tad-Direttivi 2009/72/KE u 2009/73/KE huma applikabbli skont il-liġijiet nazzjonali rispettivi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-investiment jitwettaq.

(Ara l-emenda għall-introduzzjoni tal-paragrafu; L-emendi kollha għal dan il-Paragrafu għandha ssir votazzjoni dwarhom en bloc)

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-Kummissjoni tista’ tniedi sejħa għal proposti lil kwalunkwe promotur ta’ proġett biex jibni l-proġett skont skeda taż-żmien maqbula.

(b) Jekk il-miżuri tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali skont il-paragrafu (6)(a) ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw li l-investiment jitwettaq, jew ma jkunux applikabbli, il-promotur ta’ proġett ta’ dak il-proġett għandu jagħżel parti terza biex tiffinanzja jew tibni l-proġett. Il-promotur ta’ proġett għandu jagħmel dan qabel ma d-dewmien jaqbeż is-sentejn meta mqabbel mad-data tal-ikkummissjonar fil-pjan ta’ implimentazzjoni.

(See amendment to introduction the paragraph; All Amendments to this Paragraph should be voted as a bloc)

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Jekk ma tintgħażilx parti terza skont il-punt (b), l-awtorità regolatorja nazzjonali jew l-Istat Membru għandhom, fi żmien xahrejn, jinnominaw parti terza biex tiffinanzja jew tibni l-proġett li l-promotur tal-proġett għandu jaċċetta.

(Ara l-emenda għall-introduzzjoni tal-paragrafu. L-emendi kollha għal dan il-Paragrafu għandha ssir votazzjoni dwarhom en bloc)

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) Jekk id-dewmien jaqbeż is-sentejn u xahrejn meta mqabbel mad-data tal-ikkummissjonar fil-pjan ta’ implimentazzjoni, l-awtorità kompetenti kkonċernata msemmija fl-Artikolu 9, tista’ tniedi sejħa għall-proposti miftuħa għal kwalunkwe promotur tal-proġett biex iwettaq il-proġett skont l-iskeda taż-żmien miftiehma. Għandha tingħata prijorità lill-promoturi u lill-investituri tal-proġett mill-Istati Membri tal-Grupp Reġjonali fejn ikun qed jiġi żviluppat il-proġett rispettiv. L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jadottaw, soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni u jekk meħtieġ, inċentivi addizzjonali għal dawk adottati skont l-Artikolu 14 bħala parti mis-sejħa għall-proposti.

(Ara l-emenda għall-introduzzjoni tal-paragrafu. L-emendi kollha għal dan il-Paragrafu għandha ssir votazzjoni dwarhom en bloc)

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc) Meta jiġu applikati l-punti (b) jew (bb), l-operatur tas-sistemi, li l-investiment ikun jinsab fiż-żona tiegħu, għandu jipprovdi lill-operatur(i) jew l-investitur(i) jew lill-parti terza li jkunu qed jimplimentaw proġett l-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tal-investiment, għandu jikkonnettja assi ġodda man-netwerk tat-trażmissjoni u, b’mod ġenerali, għandu jagħmel l-almu kollu tiegħu biex jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-investiment u l-operat u l-manutenzjoni tal-proġett ta’ interess komuni b’mod sigur, affidabbli u effiċjenti;

(Ara l-emenda għall-introduzzjoni tal-paragrafu. L-emendi kollha għal dan il-Paragrafu għandha ssir votazzjoni dwarhom en bloc)

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proġett ta’ interess komuni jista’ jitneħħa mil-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni skont il-proċedura stabbilita fit-tieni sentenza tal-Artikolu 3(1), jekk:

Proġett ta’ interess komuni jista’ jitneħħa mil-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni skont il-proċedura stabbilita fit-tieni sentenza tal-Artikolu 3(6a), jekk:

(Ara l-emenda [n+X], li tressaq l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3)

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) L-analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż tas-sistema kollha tal-enerġija mwettqa mill-ENTSOs skont il-punt 6 tal-Anness III ma tagħtix riżultat pożittiv għall-proġett;

Imħassar

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Il-proġett ma jibqax inkluż fil-pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk;

Imħassar

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni fil-pjan ta' għaxar snin ta' żvilupp tan-netwerk ma għandhiex tkun kundizzjoni li trid tiġi sodisfatta sabiex il-proġett jitqies li għandu interess komuni. Il-bażi għall-għażla tal-PCIs għandha tkun jekk il-proġetti jwettqux bis-sħiħ il-kriterji rilevanti ta’ dan ir-regolament u jekk jurux il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi suffiċjenti f’perspettiva madwar l-UE, u mhux jekk humiex parti mill-pjan tal-ENTSO-Es.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proġetti, li jitneħħew mil-lista tal-Unjoni, jitilfu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għal proġetti ta’ interess komuni. Dan l-artikolu ma għandux ikun ta’ preġudizzju għal kwalunkwe finanzjament tal-Unjoni mħallas lill-proġett qabel id-deċiżjoni li dan jitneħħa mil-lista.

Proġetti, li jitneħħew mil-lista tal-Unjoni, jitilfu d-drittijiet u l-obbligi tagħhom li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għal proġetti ta’ interess komuni. Dan l-artikolu ma għandux ikun ta’ preġudizzju għal kwalunkwe finanzjament tal-Unjoni mħallas lill-proġett qabel id-deċiżjoni li dan jitneħħa mil-lista sakemm id-deċiżjoni ma kinitx ibbażata fuq qerq intenzjonat skont il-punt (c).

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta proġett ta’ interess komuni jesperjenza diffikultajiet ta’ implimentazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ tagħżel koordinatur Ewropew għal perjodu massimu ta’ sena li jista’ jiġġedded darbtejn.

1. Meta proġett ta’ interess komuni jesperjenza diffikultajiet ta’ implimentazzjoni sinifikanti, il-Kummissjoni tista’ tagħżel, bi qbil mal-Istati Membri kkonċernati, koordinatur Ewropew għal perjodu massimu ta’ sena li jista’ jiġġedded darbtejn.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jippromwovi l-proġett(i) li għalih/hom ikun intgħażel bħala koordinatur Ewropew u jippromovi d-djalogu transkonfinali bejn il-promoturi ta’ proġett u l-partijiet interessati kollha kkonċernati;

(a) jippromwovi l-proġett(i) li għalih/hom ikun intgħażel bħala koordinatur Ewropew u jippromovi d-djalogu transkonfinali bejn il-promoturi ta’ proġett u l-partijiet interessati kollha kkonċernati, li jinkludu speċifikament l-awtoritajiet reġjonali, lokali jew awtonomi;

 

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) jagħti pariri lill-promoturi ta’ proġetti dwar il-pakkett finanzjarju għall-proġett;

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-adozzjoni tal-lista ta’ proġetti ta’ interess komuni fl-Unjoni għandha tistabbilixxi l-interess pubbliku u n-neċessità ta’ dawn il-proġetti fl-Istati Membri kkonċernati u għandha tiġi rikonoxxuta mill-partijiet kollha kkonċernati.

2. L-adozzjoni tal-lista ta’ proġetti ta’ interess komuni fl-Unjoni għandha tistabbilixxi l-interess pubbliku u n-neċessità ta’ dawn il-proġetti fl-Istati Membri kkonċernati u għandha tiġi rikonoxxuta mill-partijiet kollha kkonċernati, li jinkludu b’mod partikolari l-awtoritajiet reġjonali u lokali li jirrappreżentaw liċ-ċittadini milquta minn dawn il-miżuri.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida biex tappoġġja lill-Istati Membri fid-definizzjoni ta' miżuri adegwati u biex tiżgura l-applikazzjoni koerenti tal-proċeduri tal-valutazzjoni ambjentali mitluba skont il-leġiżlazzjoni tal-UE għall-proġetti ta' interess komuni.

Fi żmien tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha toħroġ gwida biex tappoġġja lill-Istati Membri fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri adegwati u biex tiżgura l-applikazzjoni koerenti tal-proċeduri tal-valutazzjoni ambjentali mitluba skont il-leġiżlazzjoni tal-UE għall-proġetti ta' interess komuni, u għandha timmonitorja l-applikazzjoni tagħha.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li appelli li jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta’ deċiżjoni komprensiva jiġu ttrattati bl-iżjed mod effiċjenti possibbli.

4. 4. L-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li appelli li jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta’ deċiżjoni komprensiva jiġu ttrattati bl-iżjed mod effiċjenti possibbli, u jekk jingħataw prijorità fis-sistemi amministrattivi jew ġudizzjarji.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-promotur ta’ proġett għandu jelabora u jissottometti, fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-proċess għall-għoti tal-permessi skont il-paragrafu 1(a) tal-Artikolu 11, kunċett dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha titlob modifiki jew tapprova l-kunċett tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku fi żmien xahar. Il-kunċett għandu mill-inqas jinkludi l-informazzjoni speċifikata fil-punt 3 tal-Anness VI.

3. Il-promotur ta’ proġett għandu jelabora u jissottometti, fi żmien tliet xhur mill-bidu tal-proċess għall-għoti tal-permessi skont il-paragrafu 1(a) tal-Artikolu 11, kunċett dwar il-parteċipazzjoni tal-pubbliku lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha titlob modifiki jew tapprova l-kunċett tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku fi żmien xahar. Il-kunċett għandu mill-inqas jinkludi l-informazzjoni speċifikata fil-punt 3 tal-Anness VI. Il-promotur ta’ proġett għandu jinforma bi kwalunkwe tibdil sinifikanti f’kunċett approvat lill-awtorità kompetenti li tista’ titlob li jsiru modifiki.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn dan, il-promoturi ta’ proġett għandhom jippubblikaw l-informazzjoni rilevanti permezz ta’ mezzi ta’ informazzjoni xierqa oħra, li għalihom il-pubbliku għandu jkollu aċċess liberu.

Barra minn dan, il-promoturi ta’ proġett għandhom jippubblikaw l-informazzjoni rilevanti permezz ta’ mezzi ta’ informazzjoni xierqa oħra, li għalihom il-pubbliku għandu jkollu aċċess liberu. Din għandha tinkludi, b’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat, l-ippubblikar fil-ġurnali l-iktar importanti, fir-reġjuni u l-ibliet dwar ir-rotot possibbli tal-proġett, bi qbil mal-punt 4a tal-Anness VI.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-awtoritajiet, il-partijiet interessati, u l-pubbliku li x’aktarx ikun ikkonċernat;

(b) l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali relevanti, il-partijiet interessati, u l-pubbliku li x’aktarx ikun ikkonċernat;

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-promotur ta’ proġett għandu jiżgura l-kompletezza u n-natura adegwata tal-fajl tal-applikazzjoni, u għandu jitlob l-opinjoni tal-awtorità kompetenti dwar dan mill-iktar fis possibbli matul il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni. Il-promotur ta’ proġett għandu jikkoopera mal-awtorità kompetenti biex jiġu rispettati l-iskadenzi u l-iskeda dettaljata kif definit fil-paragrafu 3.

4. Il-promotur ta’ proġett għandu jiżgura l-kompletezza u n-natura adegwata tal-fajl tal-applikazzjoni, u għandu jitlob l-opinjoni tal-awtorità kompetenti dwar dan mill-iktar fis possibbli matul il-proċedura ta’ qabel l-applikazzjoni. Il-promotur ta’ proġett għandu jikkoopera bis-sħiħ mal-awtorità kompetenti biex jiġu rispettati l-iskadenzi u l-iskeda dettaljata kif definit fil-paragrafu 3.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jissottomettu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni l-metodoloġija rispettiva tagħhom, inkluż fuq l-immudellar tan-netwerk u tas-suq, għal analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ sistema tal-enerġija armonizzata li taqa’ fil-kategoriji msemmija fil-punti 1(a) sa (d) u 2 tal-Anness II. Il-metodoloġija għandha tiġi elaborata f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness V.

1. Fi żmien xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, l-ENTSO għall-Elettriku u l-ENTSO għall-Gass għandhom jissottomettu lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni l-metodoloġija rispettiva tagħhom, inkluż fuq l-immudellar tan-netwerk u tas-suq, għal analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż ta’ sistema tal-enerġija armonizzata li taqa’ fil-kategoriji msemmija fil-punti 1(a) sa (d) u 2 tal-Anness II. Il-metodoloġija għandha tiġi elaborata f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Anness V u għandha tkun tinkludi, b’mod partikolari, il-konsultazzjoni ta’ awtoritajiet reġjonali rilevanti, operaturi tal-infrastruttura oħrajn u l-organizzazzjonijiet rispettivi li jirrappreżentawhom.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara l-adozzjoni tal-ewwel netwerks ta’ pjanijiet ta’ żvilupp għall-ewwel għaxar snin ibbażati fuq metodoloġija msejsa fuq l-Artikolu 12(7) punt(a), għandhom jinkludu verżjoni aġġornata tar-riżultati tal-analiżi ta’ kost-benefiċċju tal-ENTSO bbażati fuq l-kwalukwe żvilupp sa mill-pubblikazzjoni tiegħu. Il-promoturi jistgħu jinkludu wkoll il-kummenti tagħhom dwar l-analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-ENTSO, jew dejta addizzjonali li mhijiex koperta mill-analiżi tal-ENTSO.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta promotur ta’ proġett jieħu riskji akbar għall-iżvilupp, il-kostruzzjoni, l-operat jew il-manutenzjoni ta’ proġett ta' interess komuni li jaqa' taħt il-kategoriji stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, minbarra għall-proġetti ta' ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma (hydro-pumped electricity storage projects), meta mqabbla mar-riskji li jittieħdu normalment minn proġett ta’ infrastruttura komparabbli, u meta dawn ir-riskji ma jkunux koperti b’eżenzjoni skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE jew l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li jingħataw inċentivi xierqa lil dak il-proġett fl-applikazzjoni tal-Artikolu 37(8) tad-Direttiva 2009/72/KE, l-Artikolu 41(8) tad-Direttiva 2009/73/KE, l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

1. Meta promotur ta’ proġett jieħu riskji akbar għall-iżvilupp, il-kostruzzjoni, l-operat jew il-manutenzjoni ta’ proġett ta' interess komuni li jaqa' taħt il-kategoriji stabbiliti fil-punti 1 u 2 tal-Anness II, minbarra għall-proġetti ta' ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma (hydro-pumped electricity storage projects), meta mqabbla mar-riskji li jittieħdu normalment minn proġett ta’ infrastruttura komparabbli, u meta dawn ir-riskji ma jkunux koperti b’eżenzjoni skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE jew l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, u wara li jiġu meqjusa l-ispejjeż futuri antiċipati għall-konsumaturi tal-enerġija, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jiżguraw li jingħataw inċentivi xierqa lil dak il-proġett fl-applikazzjoni tal-Artikolu 37(8) tad-Direttiva 2009/72/KE, l-Artikolu 41(8) tad-Direttiva 2009/73/KE, l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, u l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-inċentiv mogħti bid-deċiżjoni għandu jikkunsidra n-natura speċifika tar-riskju sostnut u jkun ikopri:

3. L-inċentiv mogħti bid-deċiżjoni għandu jikkunsidra n-natura speċifika tar-riskju sostnut u jkun ikopri, fost oħrajn:

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) kwalunkwe miżura oħra li hija meqjusa meħtieġa u xierqa.

(d) kwalunkwe miżura oħra li hija meqjusa meħtieġa u xierqa, inkluża l-mitigazzjoni tar-riskju ta’ spejjeż operattivi ogħla tal-proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija implimentati.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi faċilitat il-proċess tal-investment għall-intraprendituri privati impenjati bl-iżvilupp ta’ proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija, il-lista tal-inċentivi disponibbli m’għandhiex tkun limitata għal dawk speċifikati fl-Artikolu 14.3 u għandha tkopri wkoll ir-riskju ta’ spejjeż operattivi ogħla antiċipati wara li jiġu implimentati l-proġetti infrastrutturali.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Sal-31 ta’ Lulju 2013, kull awtorità regolatorja nazzjonali għandha tippubblika l-metodoloġija tagħha u l-kriterji użati għall-evalwazzjoni ta’ investimenti fi proġetti tal-elettriku u l-gass u r-riskji akbar li jieħdu huma.

5. Sal-31 ta’ Lulju 2013, kull awtorità regolatorja nazzjonali, li tkun ħadet deċiżjoni dwar l-għoti ta’ inċentivi addizzjonali, għandha tippubblika l-metodoloġija tagħha u l-kriterji użati għall-evalwazzjoni ta’ investimenti fi proġetti tal-elettriku u l-gass u r-riskji akbar li jieħdu huma.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1, 2 u 4 tal-Anness II huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal studji u strumenti finanzjarji skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”].

1. Proġetti ta’ interess komuni huma eliġibbli għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal studji u strumenti finanzjarji skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”].

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (d) u 2 tal-Anness II, minbarra proġetti ta’ ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma, għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”], jekk jitwettqu skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 6(b) tal-Artikolu 5 jew jekk jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

2. Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(a) sa (d), 2 u 3 tal-Anness II, minbarra proġetti ta’ ħżin tal-elettriku ppumpjat bl-ilma, għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”], jekk jitwettqu skont il-proċedura msemmija fil-paragrafu 6(b) tal-Artikolu 5 jew jekk jiġu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Ma tagħmilx sens li l-pajpijiet taż-żejt jiġu esklużi mill-appoġġ finanzjarju.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-analiżi speċifika tal-benefiċċji u l-ispejjeż għall-proġett skont il-paragrafu 4(a) tal-Artikolu 13 tipprovdi provi li jikkonċernaw l-eżistenza ta’ esternalitajiet pożittivi sinifikanti, bħas-sigurtà tal-provvista, is-solidarjetà jew l-innovazzjoni; kif ukoll

(a) l-analiżi speċifika tal-benefiċċji u l-ispejjeż għall-proġett skont il-paragrafu 4(a) tal-Artikolu 13 tipprovdi provi li jikkonċernaw l-eżistenza ta’ esternalitajiet pożittivi sinifikanti, bħas-sigurtà tal-provvista, is-solidarjetà, l-innovazzjoni u l-benefiċċji ambjentali u soċjali; kif ukoll

Ġustifikazzjoni

L-ewwel żewġ kriterji għal proġetti b'interess komuni mniżżla fl-Artikolu 15.2 diġà huma kumplessi biżżejjed biex jippermettu għażla ġusta u maħsuba. Għalhekk, deċiżjoni tal-allokazzjoni ta’ spejjeż transkonfinali ma għandhiex tikkostitwixxi kriterju obbligatorju.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-proġett ma jkunx kummerċjalment vijabbli skont il-pjan tan-negozju u evalwazzjonijiet oħra mwettqa, speċjalment minn investituri jew kredituri possibbli. Id-deċiżjoni dwar l-inċentivi u l-ġustifikazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 14 għandha tittieħed meta tiġi evalwata l-vijabbiltà kummerċjali tal-proġett; kif ukoll

(b) il-proġett ma jkunx kummerċjalment vijabbli skont il-pjan tan-negozju u evalwazzjonijiet oħra mwettqa, speċjalment minn investituri jew kredituri possibbli. Id-deċiżjoni dwar l-inċentivi u l-ġustifikazzjoni tagħha msemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 14 għandha tittieħed meta tiġi evalwata l-vijabbiltà kummerċjali tal-proġett;

Ġustifikazzjoni

L-ewwel żewġ kriterji għal proġetti b'interess komuni mniżżla fl-Artikolu 15.2 diġà huma kumplessi biżżejjed biex jippermettu għażla ġusta u maħsuba. Għalhekk, deċiżjoni tal-allokazzjoni ta’ spejjeż transkonfinali ma għandhiex tikkostitwixxi kriterju obbligatorju.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-proġett ikun irċieva deċiżjoni tal-allokazzjoni ta’ spejjeż transkonfinali skont Artikolu 13 jew, għal proġetti li jkunu rċevew eżenzjoni skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE jew l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, opinjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti u l-Aġenzija dwar il-vijabbiltà kummerċjali tal-proġett.

(c) bħala alternattiva, il-proġett ikun irċieva deċiżjoni tal-allokazzjoni ta’ spejjeż transkonfinali skont Artikolu 13 jew, għal proġetti li jkunu rċevew eżenzjoni skont l-Artikolu 36 tad-Direttiva 2009/73/KE jew l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009, opinjoni mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali kompetenti u l-Aġenzija dwar il-vijabbiltà kummerċjali tal-proġett.

Ġustifikazzjoni

L-ewwel żewġ kriterji għal proġetti b'interess komuni mniżżla fl-Artikolu 15.2 diġà huma kumplessi biżżejjed biex jippermettu għażla ġusta u maħsuba. Għalhekk, deċiżjoni tal-allokazzjoni ta’ spejjeż transkonfinali ma għandhiex tikkostitwixxi kriterju obbligatorju.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(e) u 4 tal-Anness II għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”], jekk il-promoturi tal-proġett ikkonċernati jkunu jistgħu juru b’mod ċar l-esternalitajiet pożittivi sinifikanti ġġenerati mill-proġetti u n-nuqqas ta’ vijabbiltà kummerċjali tagħhom.

3. Proġetti ta’ interess komuni li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punti 1(e) u 4 tal-Anness II għandhom ikunu eliġibbli wkoll għal appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-forma ta’ għotjiet għal xogħlijiet skont id-dispożizzjonijiet tar-[Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità “Nikkollegaw l-Ewropa”], jekk il-promoturi tal-proġett ikkonċernati jkunu jistgħu juru b’mod ċar l-esternalitajiet pożittivi sinifikanti ġġenerati mill-proġetti u n-nuqqas ta’ vijabbiltà kummerċjali tagħhom jew ir-riskju operattiv għoli.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) il-mod li bih l-awtoritajiet reġjonali huma nvoluti fl-implimentazzjoni tal-proġetti, b’enfasi partikolari fuq il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fl-istadji li fihom isiru l-investimenti fir-reġjuni kkonċernati.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) links għal siti elettroniċi tal-proġetti stabbiliti mill-promoturi tal-proġetti.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) il-fondi allokati mħallsa mill-Unjoni għal kull proġett ta’ interess komuni;

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) il-mod li bih l-awtoritajiet reġjonali huma nvoluti fl-implimentazzjoni tal-proġetti, b’enfasi partikolari fuq il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fl-istadji li fihom isiru l-investimenti fir-reġjuni kkonċernati;

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc) żviluppi rigward l-investimenti diġà mwettqa u ostakoli possibbli għal proġetti ta’ interess komuni li jistgħu jipprevjenu l-implimentazzjoni normali tagħhom skont l-iskadenzi miftiehma mal-awtoritajiet kompetenti.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Anness 1 – parti 1 – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (“NSI tal-Lvant - Elettriku”): interkonnessjonijiet u linji interni fid-direzzjonijiet ta’ Tramuntana-Nofsinhar u Lvant-Punent biex ilestu s-suq intern u jintegraw ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

(3) Interkonnessjonijiet tal-elettriku Tramuntana Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u x-Xlokk tal-Ewropa (“NSI tal-Lvant - Elettriku”): interkonnessjonijiet u linji interni fid-direzzjonijiet ta’ Tramuntana-Nofsinhar u Lvant-Punent u ma’ pajjiżi terzi biex ilestu s-suq intern u jintegraw ġenerazzjoni minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Anness I – parti 2 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Interkonnessjonijiet tal-gass Tramuntana Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (“NSI tal-Punent - Gass”): kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni għal flussi tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa biex ikomplu jiddiversifikaw ir-rotot tal-provvista u jżidu l-kapaċità ta’ kunsinna ta’ gass fi żmien qasir.

(5) Interkonnessjonijiet tal-gass Tramuntana Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa (“NSI tal-Punent - Gass”): infrastruttura tal-gass għal flussi tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Punent tal-Ewropa biex ikomplu jiddiversifikaw ir-rotot tal-provvista u jżidu l-kapaċità ta’ kunsinna ta’ gass fi żmien qasir.

Stati Membri kkonċernati: il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, Spanja, ir-Renju Unit;

Stati Membri kkonċernati: il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, Spanja, ir-Renju Unit;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta’ xi kurituri tal-gass għandha tiġi formulata mill-ġdid sabiex jiġi inkluż kull tip ta’ infrastruttura (il-ħżin taħt l-art u t-terminals LNG jiġu indirizzati wkoll minn dan ir-Regolament) u tkun newtrali. B’mod iktar ġenerali, hu fundamentali li l-investimenti li jistgħu jkunu meħtieġa għat-tisħiħ tal-kapaċità transkonfinali, bħaż-żieda fil-flessibbiltà tas-sistema, ma jiġux esklużi.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Anness I – parti 2 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Interkonnessjonijiet tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fix-Xlokk tal-Ewropa (“NSI tal-Lvant - Gass”): konnessjonijiet tal-gass reġjonali bejn ir-reġjun tal-Baħar Baltiku, l-Ibħra Adrijatiku u tal-Eġew u l-Baħar l-Iswed, speċjalment biex itejbu d-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvista tal-gass;

(6) Interkonnessjonijiet tal-gass Tramuntana-Nofsinhar fil-Lvant Ċentrali u fix-Xlokk tal-Ewropa (“NSI tal-Lvant - Gass”): infrastruttura tal-gass reġjonali bejn ir-reġjun tal-Baħar Baltiku, l-Ibħra Adrijatiku u tal-Eġew u l-Baħar l-Iswed, speċjalment biex itejbu d-diversifikazzjoni u s-sigurtà tal-provvista tal-gass;

Stati Membri kkonċernati: l-Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja

Stati Membri kkonċernati: l-Awstrija, il-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta’ xi kurituri tal-gass għandha tiġi formulata mill-ġdid sabiex jiġi inkluż kull tip ta’ infrastruttura (il-ħżin taħt l-art u t-terminals LNG jiġu indirizzati wkoll minn dan ir-Regolament) u tkun newtrali. B’mod iktar ġenerali, hu fundamentali li l-investimenti li jistgħu jkunu meħtieġa għat-tisħiħ tal-kapaċità transkonfinali, bħaż-żieda fil-flessibbiltà tas-sistema, ma jiġux esklużi.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Anness I – parti 2 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar (“SGC”): trażmissjoni ta’ gass mill-Baċir tal-Kaspju, l-Asja Ċentrali, il-Lvant Nofsani u l-Baċir Mediterranju tal-Lvant lill-Unjoni sabiex ittejjeb id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-gass.

(7) Kuritur tal-Gass tan-Nofsinhar (“SGC”): infrastruttura tal-gass biex issaħħaħ id-diversifikazzjoni tal-provvista tal-gass mill-Baċir tal-Kaspju, l-Asja Ċentrali, il-Lvant Nofsani u l-Baċir Mediterranju tal-Lvant lill-Unjoni;

Stati Membri kkonċernati: l-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Greċja, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja;

Stati Membri kkonċernati: l-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, Franza, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Greċja, l-Italja, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta’ xi kurituri tal-gass għandha tiġi formulata mill-ġdid sabiex jiġi inkluż kull tip ta’ infrastruttura (il-ħżin taħt l-art u t-terminals LNG jiġu indirizzati wkoll minn dan ir-Regolament) u tkun newtrali. B’mod iktar ġenerali, hu fundamentali li l-investimenti li jistgħu jkunu meħtieġa għat-tisħiħ tal-kapaċità transkonfinali, bħaż-żieda fil-flessibbiltà tas-sistema, ma jiġux esklużi.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Anness 1 – parti 3 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Konnessjonijiet tal-provvista taż-żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa (“OSC”): interoperabbiltà tan-netwerk tal-pipelines taż-żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa għaż-żieda tas-sigurtà tal-provvista u t-tnaqqis tar-riskji ambjentali.

(1) Kurituri ta’ diversifikazzjoni tal-provvista taż-żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa (“OSC”): interoperabbiltà tan-netwerk tal-pipelines taż-żejt fil-Lvant Ċentrali tal-Ewropa għaż-żieda tas-sigurtà tal-provvista u t-tnaqqis tar-riskji ambjentali.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Anness III – parti 1 – punt 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-proġetti relatati mal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, awtoritajiet regolatorji nazzjonali, operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni li jaqdu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw f’livell reġjonali f’konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 u promoturi ta’ proġetti kkonċernati minn kull waħda mill-prijoritajiet rilevanti indikati fl-Anness 1, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ENTSO tal-Elettriku.

Għall-proġetti relatati mal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 1 tal-Anness II, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, awtoritajiet regolatorji nazzjonali, awtoritajiet reġjonali rilevanti mill-Istati Membri kkonċernati kollha, operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni li jaqdu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw f’livell reġjonali f’konformità mal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2009/72/KE u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 714/2009 u promoturi ta’ proġetti kkonċernati minn kull waħda mill-prijoritajiet rilevanti indikati fl-Anness 1, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ENTSO tal-Elettriku.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Anness III – parti 1 – punt 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-proġetti relatati mal-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, awtoritajiet regolatorji nazzjonali, operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni li jaqdu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw f’livell reġjonali f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009 u promoturi ta’ proġetti kkonċernati minn kull waħda mill-prijoritajiet rilevanti indikati fl-Anness I, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ENTSO tal-Gass.

(1) Għall-proġetti relatati mal-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II, kull Grupp għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Istati Membri, awtoritajiet regolatorji nazzjonali, awtoritajiet reġjonali rilevanti mill-Istati Membri kkonċernati kollha, operaturi ta’ sistema tat-trażmissjoni li jaqdu l-obbligu tagħhom li jikkooperaw f’livell reġjonali f’konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/73/KE u l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 715/2009, l-operaturi tal-infrastruttura kkonċernati kollha u l-organizzazzjonijiet rispettivi li jirrapreżentawhom u promoturi ta’ proġetti kkonċernati minn kull waħda mill-prijoritajiet rilevanti indikati fl-Anness I, kif ukoll il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-ENTSO tal-Gass.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament propost għandu jagħraf ir-rwol tat-terminals LNG u l-ħżin taħt l-art fil-provvista tal-flessibbiltà għas-suq intern tal-enerġija. B’hekk, l-operaturi LNG u tal-ħżin għandu jkollhom status uffiċjali bħala partijiet interessati fil-proċess ta’ għażla PCI u l-Analiżi tal-Benefiċċji u l-Ispejjeż; għalhekk dawn l-operaturi tal-infrastrutturi u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom (GIE) għandu jkollhom status uffiċjali bħala partijiet interessati fil-kompożizzjoni tal-Gruppi peress li dan jirrappreżenta lill-operaturi LNG u tal-ħżin li huma wkoll promoturi tal-proġetti.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Anness III – parti 1 – punt 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-proġetti relatati mat-trasport taż-żejt u d-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategoriji msemmija fl-Anness II(3) u (4), kull Grupp għandu jkun magħmul mill-Istati Membri, promoturi ta’ proġetti kkonċernati minn kull waħda mill-prijoritajiet rilevanti indikati fl-Anness 1 u l-Kummissjoni.

Għall-proġetti relatati mat-trasport taż-żejt u d-diossidu tal-karbonju li jaqgħu fil-kategoriji msemmija fl-Anness II(3) u (4), kull Grupp għandu jkun magħmul mill-Istati Membri, awtoritajiet reġjonali rilevanti mill-Istati Membri kkonċernati kollha, promoturi ta’ proġetti kkonċernati minn kull waħda mill-prijoritajiet rilevanti indikati fl-Anness 1 u l-Kummissjoni.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Anness III – parti 1 – punt 1 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-promoturi ta’ proġetti u l-Aġenzija, filwaqt illi jgawdu d-drittijiet l-oħra bħala membri ta’ Grupp, m’għandux ikollhom drittijiet għall-vot u jistgħu jattendu biss l-adozzjoni finali tal-lista proposta għas-sottomissjoni skont l-Artikolu 3(4) bħala osservaturi.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Anness III – parti 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Kull promotur ta’ proġett għandu jressaq applikazzjoni għall-għażla ta’ proġett bħala proġett ta’ interess komuni lill-membri tal-Grupp rispettiv, li tkun tinkludi valutazzjoni tal-proġett(i) tiegħu fir-rigward tal-kontribut għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness I, l-issodisfar tal-kriterji rilevanti definiti fl-Artikolu 6, u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-evalwazzjoni tal-proġett.

(1) Kull promotur ta’ proġett għandu jressaq applikazzjoni għall-għażla ta’ proġett bħala proġett ta’ interess komuni lill-membri tal-Grupp rispettiv, li tkun tinkludi valutazzjoni tal-proġett(i) tiegħu fir-rigward tal-kontribut għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet stabbiliti fl-Anness I, l-issodisfar tal-kriterji rilevanti definiti fl-Artikolu 4, u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti għall-evalwazzjoni tal-proġett.

Ġustifikazzjoni

Żball fit-test

Emenda  85

Proposta għal regolament

Anness III – parti 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-proġetti proposti għall-ħżin u t-trażmissjoni tal-elettriku li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 1(a) sa (d) tal-Anness II għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk tal-elettriku disponibbli, u żviluppat mill-ENTSO tal-Elettriku skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) 714/2009.

Imħassar

Ġustifikazzjoni

L-inklużjoni fil-pjan ta' għaxar snin ta' żvilupp tan-netwerk ma għandhiex tkun kundizzjoni li trid tiġi sodisfatta sabiex il-proġett jitqies li għandu interess komuni. Il-bażi għall-għażla tal-PCIs għandha tkun jekk il-proġetti jwettqux bis-sħiħ il-kriterji rilevanti ta’ dan ir-regolament u jekk jurux il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi suffiċjenti f’perspettiva madwar l-UE, u mhux jekk humiex parti mill-pjan tal-ENTSO-Es.

Emenda  86

Proposta għal regolament

Anness III – parti 2 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Għal-listi kollha ta’ proġetti ta’ interess komuni fl-Unjoni, adottati wara l-1 ta’ Awwissu 2013, il-proposti għal proġetti għall-ħżin u t-trażmissjoni tal-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk tal-gass disponibbli, żviluppat mill-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) 715/2009.

(4) Għal-listi kollha ta’ proġetti ta’ interess komuni fl-Unjoni, adottati wara l-1 ta’ Awwissu 2013, il-proposti għal proġetti għar-riċezzjoni tat-trażmissjoni tal-gass, faċilitajiet ta’ rigassifikazzjoni jew dekompressjoni għall-gass naturali likwifikat (LNG) u għall-ħżin tal-gass li jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti fil-punt 2 tal-Anness II għandhom ikunu parti mill-aħħar pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk tal-gass disponibbli, żviluppat mill-ENTSO tal-Gass skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) 715/2009.

Ġustifikazzjoni

Għall-konsistenza t-terminals LNG għandhom jiġu inklużi peress li huma msemmija wkoll fil-punt 2 tal-Anness II.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Anness IV – punt 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) L-interoperabbiltà u l-operat sigur tas-sistemi għandhom jitkejlu f’konformità mal-analiżi magħmula fl-aħħar pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk tal-elettriku disponibbli, speċjalment billi jiġi vvalutat l-impatt tal-proġett fuq it-telf tal-aspettativa tat-tagħbija għall-qasam tal-analiżi kif definit fil-punt 10 tal-Anness V f’termini ta’ adegwatezza ta’ ġenerazzjoni u trażmissjoni għal sett ta’ perjodi ta’ tagħbija tipiċi, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-avvenimenti estremi tat-temp mistennija minħabba t-tibdil fil-klima u l-impatt tagħhom fuq ir-reżistenza tal-infrastruttura.

(c) L-interoperabbiltà u l-operat sigur tas-sistemi għandhom jitkejlu f’konformità mal-analiżi magħmula fl-aħħar pjan ta’ għaxar snin għall-iżvilupp tan-netwerk tal-elettriku disponibbli, speċjalment billi jiġi vvalutat l-impatt tal-proġett fuq it-telf tal-aspettativa tat-tagħbija għall-qasam tal-analiżi kif definit fil-punt 10 tal-Anness V f’termini ta’ adegwatezza ta’ ġenerazzjoni u trażmissjoni għal sett ta’ perjodi ta’ tagħbija tipiċi, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-avvenimenti estremi tat-temp mistennija u l-impatt tagħhom fuq ir-reżistenza tal-infrastruttura.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Anness IV – punt 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Is-sostenibbiltà għandha titkejjel bħala l-kontribut ta’ proġett biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, tiġi appoġġata r-riżerva ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli jew għal trasportazzjoni ta’ elettriku għal gass u bijogass, filwaqt li jiġu kkunsidrati it-tibdiliet mistennija fil-kundizzjonijiet klimatiċi.

(d) Is-sostenibbiltà għandha titkejjel bħala l-kontribut ta’ proġett biex jitnaqqsu l-emissjonijiet, tiġi appoġġata r-riżerva ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku rinnovabbli jew għal trasportazzjoni ta’ elettriku għal gass u bijogass, filwaqt li jiġu kkunsidrati it-tibdiliet mistennija f’avvenimenti estremi tat-temp.

Emenda  89

Proposta għal regolament

Anness V – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Is-sett tad-dejta għandu jirrifletti l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fid-data tal-analiżi. Is-settijiet tad-dejta użati għall-elettriku u l-gass rispettivament għandhom ikunu kompatibbli, speċjalment fir-rigward tal-preżunzjonijiet dwar il-prezzijiet u l-volumi f’kull suq. Is-sett tad-dejta għandu jkun elaborat wara li jiġu kkonsultati formalment l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet li jirrapreżentaw il-partijiet interessati rilevanti kollha. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw l-aċċess għad-dejta kummerċjali meħtieġa mingħand partijiet terzi meta applikabbli.

(2) Is-sett tad-dejta għandu jirrifletti l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ fid-data tal-analiżi. Is-settijiet tad-dejta użati għall-elettriku u l-gass rispettivament għandhom ikunu kompatibbli, speċjalment fir-rigward tal-preżunzjonijiet dwar il-prezzijiet u l-volumi f’kull suq. Is-sett tad-dejta għandu jkun elaborat wara li jiġu kkonsultati formalment l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-akkademiċi u l-organizzazzjonijiet ambjentali, u għandha ssir pubblika. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija għandhom jiżguraw l-aċċess għad-dejta kummerċjali meħtieġa mingħand partijiet terzi meta applikabbli.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Anness V – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) L-analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż għandha mill-inqas tikkunsidra l-ispejjeż li ġejjin: in-nefqa tal-kapital, in-nefqa operazzjonali u ta’ manutenzjoni fuq iċ-ċiklu tal-ħajja tekniku tal-proġett u l-ispejjeż għad-dekummissjonament u l-ġestjoni tal-iskart, fejn ikun rilevanti. Il-metodoloġija għandha tagħti gwida fuq ir-rati ta’ skont li għandhom jintużaw għall-kalkoli.

(5) L-analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż għandha mill-inqas tikkunsidra l-ispejjeż li ġejjin: in-nefqa tal-kapital, in-nefqa operazzjonali u ta’ manutenzjoni fuq iċ-ċiklu tal-ħajja tekniku tal-proġett u l-ispejjeż għad-dekummissjonament u l-ġestjoni tal-iskart, kif ukoll esternalitajiet ambjentali oħra. Il-metodoloġija għandha tagħti gwida fuq ir-rati ta’ skont li għandhom jintużaw għall-kalkoli.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Anness V – punt 6 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Għat-trażmissjoni u l-ħżin tal-elettriku, l-analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż għandha għall-inqas tikkunsidra l-impatti fuq l-indikaturi definiti fl-Anness III. F'konformità mal-metodi applikati għall-elaborazzjoni tal-aħħar pjan disponibbli tal-iżvilupp tan-netwerk għal għaxar snin fl-elettriku, hija għandha tikkunsidra b'mod partikolari l-impatti tal-proġett f'dawn li ġejjin:

(6) Għat-trażmissjoni u l-ħżin tal-elettriku, l-analiżi tal-benefiċċji u l-ispejjeż għandha għall-inqas tikkunsidra l-impatti fuq l-indikaturi definiti fl-Anness IV. F'konformità mal-metodi applikati għall-elaborazzjoni tal-aħħar pjan disponibbli tal-iżvilupp tan-netwerk għal għaxar snin fl-elettriku, hija għandha tikkunsidra b'mod partikolari l-impatti tal-proġett f'dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Żball fit-test

Emenda  92

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-partijiet interessati milquta minn proġett ta’ interess komuni, inklużi awtoritajiet rilevanti, sidien ta’ artijiet u ċittadini li jgħixu fil-viċinat tal-proġett, il-pubbliku ġenerali u assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew gruppi tagħhom, għandhom jiġu informati u kkonsultati b’mod estensiv fi stadju bikri u b’mod miftuħ u trasparenti. Fejn huwa rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tappoġġja b’mod attiv l-attivitajiet meħuda mill-promotur ta’ proġett.

(a) Il-partijiet interessati milquta minn proġett ta’ interess komuni, inklużi awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali, sidien ta’ artijiet u ċittadini li jgħixu fil-viċinat tal-proġett, il-pubbliku ġenerali u assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew gruppi tagħhom, għandhom jiġu informati u kkonsultati b’mod estensiv fi stadju bikri u b’mod miftuħ u trasparenti. Fejn huwa rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tappoġġja b’mod attiv l-attivitajiet meħuda mill-promotur ta’ proġett.

Emenda  93

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-partijiet interessati milquta minn proġett ta’ interess komuni, inklużi awtoritajiet rilevanti, sidien ta’ artijiet u ċittadini li jgħixu fil-viċinat tal-proġett, il-pubbliku ġenerali u assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew gruppi tagħhom, għandhom jiġu informati u kkonsultati b’mod estensiv fi stadju bikri u b’mod miftuħ u trasparenti. Fejn huwa rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tappoġġja b’mod attiv l-attivitajiet meħuda mill-promotur ta’ proġett.

(a) Il-partijiet interessati milquta minn proġett ta’ interess komuni, inklużi awtoritajiet rilevanti, sidien ta’ artijiet u ċittadini li jgħixu fil-viċinat tal-proġett, il-pubbliku ġenerali u assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew gruppi tagħhom, għandhom jiġu informati u kkonsultati b’mod estensiv fi stadju bikri - sa mhux aktar tard mill-bidu tal-proċedura tal-ħruġ tal-permessi - u b’mod miftuħ u trasparenti. Fejn huwa rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tappoġġja b’mod attiv l-attivitajiet meħuda mill-promotur ta’ proġett.

Emenda  94

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Il-partijiet interessati milquta minn proġett ta’ interess komuni, inklużi awtoritajiet rilevanti, sidien ta’ artijiet u ċittadini li jgħixu fil-viċinat tal-proġett, il-pubbliku ġenerali u assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew gruppi tagħhom, għandhom jiġu informati u kkonsultati b’mod estensiv fi stadju bikri u b’mod miftuħ u trasparenti. Fejn huwa rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tappoġġja b’mod attiv l-attivitajiet meħuda mill-promotur ta’ proġett.

(a) Il-partijiet interessati milquta minn proġett ta’ interess komuni, inklużi awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, sidien ta’ artijiet u ċittadini li jgħixu fil-viċinat tal-proġett, il-pubbliku ġenerali u assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew gruppi tagħhom, għandhom jiġu informati u kkonsultati b’mod estensiv fi stadju bikri u b’mod miftuħ u trasparenti. Fejn huwa rilevanti, l-awtorità kompetenti għandha tappoġġja b’mod attiv l-attivitajiet meħuda mill-promotur ta’ proġett.

Emenda  95

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-miżuri previsti;

(b) il-miżuri previsti, inklużi postijiet ġenerali proposti u dati ta’ laqgħat iddedikati;

Emenda  96

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Il-laqgħat dedikati msemmija fil-punt (4 c) ta’ dan l-Anness għandu jseħħ f’post i fi żmien li jippermetti l-parteċipazzjoni tal-ikbar numru ta’ parteċipanti interessati. L-awtorità kompetenti tista’ tirrikjedi li l-promoturi ta’ proġetti jiffaċilitaw l-attendenza minn partijiet interessati li altrimenti ma jkunux jistgħu jattendu għal raġunijiet finanzjarji jew raġunijiet oħra.

PROĊEDURA

Titolu

Infrastrutturi tal-enerġija trans-Ewropej u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE

Referenzi

COM(2011)0658 – C7-0371/2011 – 2011/0300(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

15.11.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Wojciech Michał Olejniczak

23.11.2011

Eżami fil-kumitat

26.4.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

29.5.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Jean-Paul Besset, Alain Cadec, Nikos Chrysogelos, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Vincenzo Iovine, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Ana Miranda, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Monika Smolková, Ewald Stadler, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ivars Godmanis, Lena Kolarska-Bobińska, Ivari Padar, László Surján, Giommaria Uggias

PROĊEDURA

Titolu

Infrastrutturi tal-enerġija trans-Ewropej u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 1364/2006/KE

Referenzi

COM(2011)0658 – C7-0371/2011 – 2011/0300(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

19.10.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.11.2011

ENVI

15.11.2011

IMCO

15.11.2011

TRAN

15.11.2011

 

REGI

15.11.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

António Fernando Correia de Campos

14.12.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.10.2011

24.4.2012

30.5.2012

 

Data tal-adozzjoni

18.12.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

0

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gabriele Albertini, Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Vicky Ford, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, Jacky Hénin, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Herbert Reul, Michèle Rivasi, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

António Fernando Correia de Campos, Andrzej Grzyb, Roger Helmer, Vladimír Remek, Peter Skinner

Data tat-tressiq

8.2.2013