RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-infurzar tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE
31.1.2013 - (COM(2012)0134 – C7‑0083/2012 – 2012/0065(COD)) - ***I
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Pervenche Berès
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-infurzar tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE
(COM(2012)0134 – C7‑0083/2012 – 2012/0065(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0134),
– having regard to Article 294(2) wara li kkunsidra Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0083/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2012[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport (A7-0037/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Minkejja li d-Direttiva 2009/21/KE tirregola r-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera billi tinkorpora l-iskema ta’ awditjar tal-Istat tal-bandiera tal-IMO fil-liġi tal-Unjoni u billi tintroduċi ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-awtoritajiet marittimi internazzjonali; direttiva separata li tkopri l-istandards marittimi tax-xogħol hija meqjusa aktar xierqa u aktar ċara sabiex tirrifletti l-iskopijiet u l-proċeduri differenti, |
(10) Minkejja li d-Direttiva 2009/21/KE tirregola r-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera billi tinkorpora l-iskema ta’ awditjar tal-Istat tal-bandiera tal-IMO fil-liġi tal-Unjoni u billi tintroduċi ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-awtoritajiet marittimi internazzjonali; direttiva separata li tkopri l-istandards marittimi tax-xogħol hija meqjusa aktar xierqa u aktar ċara sabiex tirrifletti l-iskopijiet u l-proċeduri differenti, Għalhekk, id-Direttiva 2009/21/KE, li d-dispożizzjonijiet tagħha japplikaw biss għall-Konvenzjonijiet tal-IMO, m'għandhiex tkun affettwata minn din id-Direttiva. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jkomplu jiżviluppaw, jimplimentaw u jżommu sistema ta’ ġestjoni tal-kwalità għall-partijiet operattivi tal-attivitajiet relatati mal-Istat tal-bandiera tal-amministrazzjoni marittima tiegħu, li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Id-Direttiva 2009/13/KE tapplika għall-baħħara abbord bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dik id-Direttiva mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. |
(11) Id-Direttiva 2009/13/KE tapplika għall-baħħara abbord bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-twettiq effikaċi tal-obbligi tagħhom bħala Stati tal-bandiera fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-partijiet rilevanti tal-MLC 2006 li jikkorrispondu għall-elementi kif imniżżlin fl-Anness ta' dik id-Direttiva dwar il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Permezz tal-istabbiliment ta' sistema effikaċi għall-monitoraġġ tal-mekkaniżmi, fosthom spezzjonijiet, Stat Membru jista' jagħti awtorizzazzjoni lill-istituzzjonijiet pubbliċi jew organizzazzjonijiet oħra skont it-tifsira tal-MLC 2006. |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 13a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) L-applikazzjoni u/jew l-interpretazzjoni ta' din id-Direttiva m'għandha, taħt l-ebda ċirkostanza, twassal għal tnaqqis fil-livell ta' protezzjoni li attwalment igawdu minnu l-ħaddiema skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Filwaqt li l-istandards minimi internazzjonali huma ferm mixtieqa, dawn ma għandhomx jimminaw il-livell ta' protezzjoni li attwalment igawdu minnu l-baħħara Ewropej. Dan hu partikolarment importanti meta jitqies l-objettiv li aktar ċittadini Ewropej jiġu mħeġġa jibdew karrieri marittimi. | |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Artikolu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli sabiex tiżgura li l-Istati Membri jwettqu b’mod effettiv l-obbligi tagħhom bħala Stati tal-bandiera sabiex jissorveljaw il-konformità tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom mad-Direttiva 2009/13/KE. Din id-Direttiva hija mingħajr ħsara għad-Direttiva 2009/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli sabiex tiżgura li l-Istati Membri jwettqu b’mod effettiv l-obbligi tagħhom bħala Stati tal-bandiera sabiex jissorveljaw il-konformità tal-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom mad-Direttiva 2009/13/KE u l-Ftehim tal-Imsieħba Soċjali anness magħha. Din id-Direttiva hija mingħajr ħsara għad-Direttiva 2009/21/KE1. |
|
_____________ |
|
1 ĠU L131, 28.5.2009, p. 132. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal enfażi fuq il-Ftehim tal-Imsieħba Soċjali, dan huwa miżjud fid-"Definizzjonijiet" fl-Artikolu 2 sabiex ma jkunx hemm bżonn li ssir referenza għalih kull darba li tissemma' d-Direttiva 2009/13/KE. | |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt ba (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Definizzjonijiet |
Definizzjonijiet |
|
(ba) "Direttiva 2009/13/KE" tfisser id-Direttiva u l-Ftehim tal-Imsieħba Soċjali anness magħha; |
Ġustifikazzjoni | |
Teknikament, il-Ftehim tal-Imsieħba Soċjali huwa anness mad-Direttiva 2009/13/KE (u mhuwiex parti minnha), għalhekk għandha ssir referenza għalih hawn peress li għandu s-sustanza tal-MLC li qed tiġi trasposta fil-liġi tal-UE. | |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt bb (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(bb) "iċ-ċertifikat ta' xogħol marittimu", "iċ-ċertifikat ta' xogħol marittimu interim" u "d-dikjarazzjoni tal-konformità tax-xogħol marittimu" jfissru d-dokumenti rispettivi msemmija fil-paragrafu 9 tal-Istandard A5.1.3, tal-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, 2006, imfassla f'format li jaqbel mal-mudelli mogħtija fl-Anness A5-II ta' dik il-Konvenzjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
L-għoti ta' definizzjoni ta' dawn iċ-ċertifikati hija meħtieġa għaliex se ssir referenza għalihom fl-emendi proposti għal din id-Direttiva. | |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Monitoraġġ tal-Konformità |
Monitoraġġ u ċertifikazzjoni tal-Konformità |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu -1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1. Kull Stat Membru għandu jiżgura l-infurzar tal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 2009/13/KE dwar il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Regolament 5.1.1, paragrafu 1. | |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Fl-istabbiliment ta' sistema effikaċi għall-ispezzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' xogħol marittimu, l-Istati Membri jistgħu, fejn ikun xieraq, jawtorizzaw istituzzjonijiet pubbliċi jew organizzazzjonijiet oħra (inklużi dawk ta' Stat Membru ieħor, jekk dan tal-aħħar jaqbel) li jirrikonoxxu li huma kompetenti u indipendenti biex iwettqu spezzjonijiet jew joħorġu ċertifikati jew jagħmlu t-tnejn li huma. Fil-każijiet kollha, l-Istati Membri għandhom jibqgħu kompletament responsabbli għall-ispezzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja tal-baħħara kkonċernati fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Regolament 5.1.1, paragrafu 3. | |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema effikaċi għall-ispezzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kondizzjonijiet tax-xogħol marittimu, f'konformità mar-Regolamenti 5.1.3 u 5.1.4 u l-Istandards A5.1.3 u A5.1.4 tal-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, filwaqt li jiżgura li l-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja tal-baħħara abbord bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jissodisfaw u jkomplu jissodisfaw l-istandards f'dik il-Konvenzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dettalji rigward il-ħruġ, l-ispezzjoni, u l-infurzar taċ-ċertifikati tax-xogħol marittimu u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tax-xogħol marittimu huma stabbiliti fl-Istandards A5.1.3 u A5.1.4, u għalhekk dawn għandhom jiġu espliċitament imsemmija hawnhekk. | |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1c. Ċertifikat ta' xogħol marittimu, ikkumplimentat b'dikjarazzjoni ta' konformità ta' xogħol marittimu, għandu jikkostitwixxi evidenza prima facie li l-bastiment ġie spezzjonat kif xieraq mill-Istat Membru li l-bandiera tiegħu jtajjar u li r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja tal-baħħara ġew issodisfati sal-punt ċertifikat. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Regolament 5.1.1, paragrafu 4. | |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1d. Informazzjoni dwar is-sistema msemmija fil-paragrafu 1b ta' dan l-Artikolu, inkluż il-metodu użat għall-valutazzjoni tal-effikaċja tiegħu, għandha tiġi nkluża fir-rapporti tal-Istati Membri lill-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol skont l-Artikolu 22 tal-Kostituzzjoni ta' dak l-Uffiċċju. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Regolament 5.1.1, paragrafu 5. | |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1e (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1e. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi objettivi u standards ċari li jkopru l-amministrazzjoni tal-ispezzjoni u tas-sistemi ta' ċertifikazzjoni tiegħu, kif ukoll proċeduri ġenerali adegwati għall-valutazzjoni tal-limitu li permezz tagħhom jinkisbu dawk l-objettivi u l-istandards. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Regolament 5.1.1, paragrafu 5. | |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1f (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1f. Kull Stat Membru għandu jirrikjedi li l-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera tiegħu jkollhom kopja tad-Direttiva 2009/13/KE u tal-Ftehim tal-Imsieħba Soċjali anness magħha disponibbli abbord. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.1, paragrafu 2. | |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1g (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1g. L-intervall bejn l-ispezzjonijiet ma għandux jeċċedi t-tliet snin. |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Persunal inkarigat mill-monitoraġġ tal-konformità |
Organizzazzjonijiet rikonoxxuti u l-persunal tagħhom inkarigat mill-monitoraġġ tal-konformità |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal inkarigat mill-verifika tal-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva 2009/13/KE jkollu t-taħriġ, il-kompetenza, it-termini ta’ referenza, is-setgħat, l-istatus u l-indipendenza meħtieġa jew mixtieqa sabiex jippermettulu jwettaq dik il-verifika u jiżgura konformità ma’ dik id-Direttiva. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jew organizzazzjonijiet oħra ("organizzazzjonijiet rikonoxxuti") imsemmija fl-Artikolu 3(1b) u dawk il-membri tal-persunal tagħhom inkarigati mill-verifika tal-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva 2009/13/KE jkollhom it-taħriġ, il-kompetenza, it-termini ta’ referenza, is-setgħat, l-istatus u l-indipendenza meħtieġa jew mixtieqa sabiex jippermettulhom iwettqu dik il-verifika u jiżguraw konformità ma’ dik id-Direttiva. L-ispezzjoni jew il-funzjonijiet ta' ċertifikazzjoni li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti jistgħu jkunu awtorizzati li jwettqu għandhom jaqgħu fl-ambitu tal-attivitajiet li huma espressament imsemmija fil-paragrafi 1b sa 1d imwettqa mill-Istat Membru jew organizzazzjoni rikonoxxuta. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Regolament 5.1.2, paragrafu 1. | |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) tista' tassisti lill-Istati Membri fis-superviżjoni ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jwettqu kompiti ta' ċertifikazzjoni f'isimhom skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/15/KE, mingħajr ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati tal-bandiera. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba l-fatt li l-Aġenzija diġà tgħin lill-Kummissjoni biex tissorvelja organizzazzjonijiet rikonoxxuti, li tippermettilha bl-istess mod li tassisti l-Istati Membri dan jirriżulta f'titjib tal-effiċjenza u jnaqqas il-pressjoni fuq il-baġits tal-Istati Membri. | |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. Kull awtorizzazzjoni mogħtija rigward l-ispezzjonijiet għandha, tal-anqas, tagħti s-setgħa lill-organizzazzjoni rikonoxxuta li tirrikjedi li n-nuqqasijiet li tidentifika fil-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja tal-baħħara jitranġaw u li twettaq ispezzjonijiet f'dan ir-rigward fuq talba tal-Istat tal-port. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.2, paragrafu 2. | |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1c. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi: |
|
(a) sistema biex jiżgura l-adegwatezza tal-ħidma mwettqa mill-organizzazzjonijiet rikonoxxuti. Dik is-sistemi għandha tinkludi informazzjoni dwar il-liġijiet kollha nazzjonali applikabbli u l-istrumenti internazzjonali rilevanti; kif ukoll |
|
(b) proċeduri għall-komunikazzjoni ma' dawn l-organizzazzjonijiet u s-sorveljanza tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.2, paragrafu 3. | |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1d. Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol b'lista attwali ta' kull organizzazzjoni rikonoxxuta li hija awtorizzata taġixxi f'ismu u għandu jżomm din il-lista aġġornata. Il-lista għandha tispeċifika l-funzjonijiet li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti ġew awtorizzati jwettqu. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.2, paragrafu 4. | |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4a |
|
Ċertifikat tax-Xogħol Marittimu |
|
4a. Kull Stat Membru għandu jirrikjedi lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li jwettqu u jżommu ċertifikat ta' xogħol marittimu li jiċċertifika li l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja tal-baħħara fuq il-bastiment, inklużi l-miżuri għall-konformità kontinwa li għandha tkun inkluża fid-dikjarazzjoni tal-konformità tax-xogħol marittimu, ġew spezzjonati u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-liġijiet nazzjonali jew regolamenti jew miżuri oħra li jimplimentaw id-Direttiva 2009/13/KE u l-Ftehim tal-Imsieħba Soċjali anness magħha. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex jiġi inkluż rekwiżit (skont l-MLC, ir-Regolament 5.1.3, paragrafu 3) għall-Istati Membri biex iwettqu ċertifikazzjoni. | |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4b |
|
Ispezzjoni u Infurzar |
|
1. Kull Stat Membru għandu jivverifika, permezz ta' sistema effikaċi u kkoordinata ta' spezzjonijiet regolari, monitoraġġ u miżuri ta' kontroll oħrajn, li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE kif implimentati fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Regolament 5.1.4, paragrafu 1. | |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 2 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Rekwiżiti dettaljati dwar l-ispezzjoni u s-sistema ta' nfurzar imsemmija fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fil-paragrafi 3 sa 18 hawn taħt. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Regolament 5.1.4, paragrafu 2. | |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 3 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Kull Stat Membru għandu jżomm sistema ta' spezzjoni tal-kundizzjonijiet tal-baħħara fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu li għandha tinkludu verifika li l-miżuri relatati mal-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja, kif stabbilit fid-dikjarazzjoni tal-konformità ta' xogħol marittimu, fejn ikun applikabbli, qed jiġu segwiti, u li r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE ġew sodisfati. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 1. | |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 4 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Stat Membru għandu jinnomina numru biżżejjed ta' spetturi kwalifikati biex jissodisfaw ir-responsabilitajiet tiegħu skont il-paragrafu 3. Meta organizzazzjonijiet rikonoxxuti jkunu ġew awtorizzati jwettqu spezzjonijiet, Stat Membru għandu jirrikjedi li l-persunal li jwettaq l-ispezzjoni jkun kwalifikat biex iwettaq dawn l-obbligi u għandu jipprovdilu l-awtorità legali meħtieġa biex iwettaq dawn l-obbligi. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 2. | |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 5 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Għandha ssir dispożizzjoni adegwata biex jiġi żgurat li l-ispetturi jkollhom it-taħriġ, il-kompetenza, it-termini ta' referenza, is-setgħa, l-istatus u l-indipendenza neċessarja jew mixtieqa li jippermettulhom iwettqu l-verifika u jiżguraw il-konformità msemmija fil-paragrafu 3. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 3. | |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 6 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Jekk Stat Membru jirċievi lment li huwa ma jqisx li huwa manifestament bla bażi jew inkella jikseb prova li bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu ma jikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE jew li hemm nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni tal-miżuri stabbiliti fid-dikjarazzjoni ta' konformità tax-xogħol marittimu, l-Istat Membru għandu jieħu l-passi meħtieġa sabiex jinvestiga l-kwistjoni u jiżgura li tittieħed azzjoni sabiex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet kollha identifikati. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 5. | |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 7 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7. Għandhom jiġu pprovduti u nfurzati b'mod effikaċi regoli adegwati minn kull Stat Membru sabiex jiggarantixxu li l-ispetturi jkollhom l-istatus u l-kundizzjonijiet ta' servizz li jiżguraw li huma indipendenti mill-bidliet tal-gvernijiet u influwenzi esterni mhux xierqa. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 6. | |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 8 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
8. Ispetturi li jingħataw linji gwida ċari fir-rigward tal-kompiti li għandhom jitwettqu u li jkollhom il-kredenzjali adegwati, għandhom jingħataw is-setgħa: |
|
(a) li jitilgħu abbord vapur li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru; |
|
(b) li jwettqu kwalunkwe eżami, test jew inkjesta li huma jistgħu jqisu bħala neċessarji sabiex ikunu sodisfatti li l-istandards qegħdin jiġu osservati b'mod strett; kif ukoll |
|
(c) li jitolbu rimedju għal kull nuqqas, meta jkollhom raġunijiet għalfejn jemmnu li n-nuqqasijiet jikkostitwixxu ksur serju tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE (inkluż id-drittijiet tal-baħħara) jew li jirrappreżentaw periklu sinifikanti għas-sikurezza, is-saħħa u s-sigurtà tal-baħħara, li jipprojbixxu lil vapur milli jħalli l-port sakemm jitwettqu l-azzjonijiet neċessarji. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 7(a)-(c). | |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 9 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9. Kull azzjoni meħuda skont il-paragrafu 8(c) għandha tkun soġġetta għal kull dritt ta' appell li jista' jeżisti għal awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 8. | |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 10 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10. L-ispetturi għandu jkollhom id-diskrezzjoni li jagħtu pariri minflok ma jniedu jew ma jirrakkomandaw proċedimenti meta ma jkunx hemm ksur ċar tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE li jipperikolaw is-sikurezza, is-saħħa u s-sigurtà tal-baħħara kkonċernati u meta ma jkunx diġà sar ksur simili fil-passat. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 9. | |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 11 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
11. L-ispetturi għandhom jittrattaw bħala kunfidenzjali s-sors ta’ kwalunkwe rapport jew ilment li jallega periklu jew nuqqas fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jew tal-ħajja tal-baħħara jew ksur tal-liġijiet u r-regolamenti u bl-ebda mod ma għandhom jgħarrfu lis-sid ta’ bastiment, lir-rappreżentant tas-sid ta’ bastiment jew lill-operatur ta’ bastiment li saret spezzjoni bħala konsegwenza ta’ rapport jew ilment bħal dan. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 10. | |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 12 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
12. L-ispetturi ma għandhomx jiġu fdati b'kompiti li jistgħu, minħabba n-numru u n-natura tagħhom, jinterferixxu fl-ispezzjoni effettiva jew li jistgħu jippreġudikaw bi kwalunkwe mod, l-awtorità jew l-imparzjalità tagħhom fir-relazzjonijiet tagħhom mas-sidien tal-bastimenti, mal-baħħara u ma' partijiet interessati oħrajn. |
|
B'mod partikolari, l-ispetturi għandhom: |
|
(a) jiġu pprojbiti milli jkollhom kwalunkwe interess dirett jew indirett fi kwalunkwe attività li huma jiġu mitluba jispezzjonaw; kif ukoll |
|
(b) mingħajr ħsara għal sanzjonijiet xierqa jew miżuri dixxiplinarji, ma jiżvelawx, anke wara li jitilqu mis-servizz, kwalunkwe sigriet kummerċjali jew proċessi ta' ħidma kunfidenzjali jew informazzjoni ta' natura personali li jistgħu jsiru jafu dwarha waqt il-qadi tad-dmirijiet tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 11(a)-(b). | |
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 13 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
13. L-ispetturi għandhom iressqu rapport dwar kull ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Kopja waħda tar-rapport bl-Ingliż jew fil-lingwa ta' ħidma tal-vapur, għandha tiġi pprovduta lill-kaptan tal-vapur u kopja oħra għandha titqiegħed għal informazzjoni tal-baħħara fuq il-bord ta' avviżi tal-vapur, u meta mitlub tista' tintbagħat lir-rapprezentanti. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 12. | |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 14 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
14. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha żżomm rekords tal-ispezzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet tal-baħħara fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. Għandha tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' spezzjoni f'perjodu raġonevoli ta' żmien, li ma jaqbiżx is-sitt xhur, wara t-tmiem tas-sena. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 13. | |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 15 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
15. Fil-każ ta' investigazzjoni wara inċident maġġuri, ir-rapport għandu jintbagħat lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar tard minn xahar wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 14. | |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 16 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
16. Meta titwettaq ispezzjoni jew meta jittieħdu miżuri skont dan l-Artikolu, għandu jitwettaq kwalunkwe sforz raġonevoli biex ikun evitat li vapur jinżamm jew jittardja mingħajr raġuni. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 15. | |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 17 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
17. Il-kumpens għandu jitħallas bi qbil mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali għal kwalunkwe telf jew ħsara mġarrba bħala riżultat ta' użu żbaljat tas-setgħat tal-ispetturi. Fi kwalunkwe każ l-oneru tal-prova għandu jaqa' fuq il-kwerelant. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 16. | |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 4b – paragrafu 18 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
18. Kull Stat Membru għandu jistipula u jinforza b'mod effikaċi pieni adegwati u miżuri korrettivi oħrajn għal ksur tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE (inkluż id-drittijiet tal-baħħara) u meta l-ispetturi jiġu ostakolati fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.4, paragrafu 17. | |
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Jekk Stat Membru jirċievi ilment li huwa ma jqisx li huwa manifestament infondat jew inkella jikseb prova li bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu ma jikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE jew li hemm nuqqasijiet serji fil-miżuri ta’ implimentazzjoni, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-passi meħtieġa sabiex jinvestiga l-kwistjoni u jiżgura li tittieħed azzjoni sabiex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet kollha identifikati. |
1. Jekk Stat Membru jirċievi ilment li huwa ma jqisx li huwa manifestament infondat skont il-liġi internazzjonali tax-xogħol bħal pereżempju l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu jew skont id-Direttiva 2009/13/KE, hu għandu jieħu l-passi neċessarji biex jinvestiga l-kwistjoni u jiżgura li tittieħed azzjoni biex issolvi n-nuqqasijiet li jkunu nstabu. |
|
Jekk Stat Membru jikseb prova, permezz ta' investigazzjoni, li bastiment li jtajjar il-bandiera tiegħu ma jikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE jew li hemm nuqqasijiet serji fil-miżuri ta’ implimentazzjoni, dak l-Istat Membru għandu jieħu l-passi meħtieġa sabiex jinvestiga l-kwistjoni u jiżgura li tittieħed azzjoni sabiex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet kollha identifikati. |
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-persunal inkarigat mill-ġestjoni tal-ilmenti għandu jittratta bħala kunfidenzjali s-sors ta’ kwalunkwe rapport jew ilment li jallega periklu jew nuqqas fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jew tal-għajxien tal-baħħara jew ksur tal-liġijiet u r-regolamenti u bl-ebda mod ma għandu jgħarraf lis-sid ta’ bastiment, lir-rappreżentant tas-sid ta’ bastiment jew lill-operatur ta’ bastiment li saret spezzjoni bħala konsegwenza ta’ rapport jew ilment bħal dan. |
2. Il-persunal għandu jittratta bħala kunfidenzjali s-sors ta’ kwalunkwe rapport jew ilment li jallega periklu jew nuqqas fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jew tal-għajxien tal-baħħara jew ksur tal-liġijiet u r-regolamenti u bl-ebda mod ma għandu jgħarraf lis-sid ta’ bastiment, lir-rappreżentant tas-sid ta’ bastiment jew lill-operatur ta’ bastiment li saret spezzjoni bħala konsegwenza ta’ rapport jew ilment bħal dan. |
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 5a – paragrafu 1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 5a |
|
Proċeduri għal ilmenti abbord |
|
1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, ikollhom proċeduri abbord biex jitrattaw b'mod ġust, effikaċi u malajr ilmenti ta' baħħara li jallegaw ksur tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE (inkluż id-drittijiet tal-baħħara). |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Regolament 5.1.5, paragrafu 1. | |
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 5a – paragrafu 2 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu u jippenalizzaw kwalunkwe tip ta’ vittimizzazzjoni ta’ baħħar talli ressaq ilment. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Regolament 5.1.5, paragrafu 2. | |
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 5a – paragrafu 3 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Id-dispożizzjonijiet f’dan l-Artikolu huma mingħajr ħsara għad-dritt ta’ baħħar li jfittex rimedju permezz ta’ kwalunkwe mezz legali li l-baħħar iqis adegwat. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Regolament 5.1.5, paragrafu 3. | |
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 5a – paragrafu 4 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Mingħajr ħsara għall-ambitu usa' li jista' jingħata fil-liġijiet jew regolamenti nazzjonali jew mill-ftehimiet kollettivi, il-proċeduri abbord jistgħu jintużaw mill-baħħara biex iressqu lmenti marbutin ma' kwalunkwe kwistjoni li tikkostitwixxi ksur tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE (inkluż id-drittijiet tal-baħħara). |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.5, paragrafu 1. | |
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 5a – paragrafu 5 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Kull Stat Membru għandu jiżgura li, fil-liġijiet jew ir-regolamenti tiegħu, ikunu previsti proċeduri adegwati ta’ lmenti abbord biex jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 3. Proċeduri bħal dawn għandhom ifittxu li jirrisolvu l-ilmenti fl-inqas livell possibbli. Madankollu, fi kwalunkwe każ, il-baħħara għandu jkollhom dritt li jilmentaw direttament mal-kaptan u, meta jikkunsidraw li jkun xieraq, mal-awtoritajiet esterni adegwati. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.5, paragrafu 2. | |
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 5a – paragrafu 6 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-proċeduri ta’ lmenti abbord għandhom jinkludu d-dritt tal-baħħar li jkun akkumpanjat jew rappreżentat matul il-proċeduri ta’ lment, kif ukoll salvagwardji kontra l-possibbiltà ta’ vittimizzazzjoni tal-baħħara għaliex iressqu l-ilment. It-terminu “vittimizzazzjoni” jkopri kwalunkwe azzjoni negattiva li ssir minn kwalunkwe persuna f’konfront ta’ baħħar għaliex ressaq ilment li ma jkunx magħmul b’mod manifestament vessatorju jew malizzjuż. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.5, paragrafu 3. | |
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 5a – paragrafu 7 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7. B'żieda mal-kopja tal-ftehim ta' impjieg bħala baħħara, il-baħħara kollha għandhom jingħataw kopja tal-proċeduri ta' lment abbord applikabbli fuq il-vapur. Dan għandu jinkludi informazzjoni ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti fl-Istat tal-bandiera u meta dan ikun differenti fil-pajjiż ta' residenza tal-baħħara, u l-isem tal-persuna jew persuni abbord il-vapur li jistgħu, fuq bażi kunfidenzjali, jipprovdu lill-baħħara b'parir imparzjali dwar l-ilment tagħhom u jassistuhom fit-tkomplija tal-proċeduri ta' lment disponibbli għalihom abbord il-vapur. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.1.5, paragrafu 4. | |
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 5b – paragrafu 1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 5b |
|
Responsabilitajiet għall-provvediment tal-ħaddiema |
|
1. Mingħajr ħsara għall-prinċipju ta' responsabilità ta' kull Stat Membru għall-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol tal-baħħara fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, l-Istat Membru għandu wkoll ir-responsabilità li jiżgura l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu dwar ir-reklutaġġ u t-tqegħid tal-baħħara kif ukoll il-protezzjoni tas-sigurtà soċjali tal-baħħara li huma ċittadini tiegħu jew huma residenti jew inkella domiċiljati fit-territorju tiegħu, sal-punt li tali responsabilità tkun ipprovduta f'dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Regolament 5.3, paragrafu 1. | |
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 5b – paragrafu 2 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Kull Stat Membru għandu jinforza r-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu applikabbli għall-operat u l-prattika tar-reklutaġġ tal-baħħara u s-servizzi ta' impjieg stabbiliti fit-territorju tiegħu permezz ta' sistema ta' spezzjoni u monitoraġġ u proċedimenti legali għal ksur tar-rekwiżiti ta' liċenzjar u rekwiżiti operazzjonali oħra pprovduti fil-paragrafi 3 sa 4. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A5.3, paragrafu 1. | |
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 5b – paragrafu 3 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Kull Stat Membru li jopera servizz pubbliku ta' reklutaġġ u ta' impjieg tal-baħħara għandu jiżgura li s-servizz jkun operat b'mod ordnat li jipproteġi u jippromwovi d-drittijiet ta' impjieg tal-baħħara kif ipprovdut fid-Direttiva 2009/13/KE. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A1.4, paragrafu 1. | |
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 5b – paragrafu 4 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandu jissorvelja mill-qrib u jikkontrolla s-servizzi ta' reklutaġġ u impjieg tal-baħħara kollha li joperaw fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat. Il-liċenzji jew iċ-ċertifikati jew l-awtorizzazzjonijiet simili kollha għall-operat ta' servizzi privati fit-territorju jingħataw jew jiġġeddu biss wara verifika li s-servizz ta' reklutaġġ u impjieg tal-baħħara jissodisfa r-rekwiżiti tal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Biex ikun hemm konformità mal-MLC, Standard A1.4, paragrafu 6. | |
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 5c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 5c |
|
Klawsola rendez-vous |
|
Mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jiġi inkorporat fil-liġi tal-Unjoni u jiġi applikat mill-Istati Membri. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri neċessarji. |
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 5d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 5d |
|
Rapporti |
|
Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. |
|
Dan ir-rapport għandu jivvaluta l-prestazzjoni tal-Istati Membri bħala Stati tal-Bandiera u jipproponi miżuri addizzjonali neċessarji sabiex jittrasponi, u jiżgura konformità mal-Konvenzjoni |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa essenzjali li titħeġġeġ it-trażpożizzjoni tal-MLC biex ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet marbutin mal-Istati tal-bandiera jiġu implimentati. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/21/KE jipprovdi rapporti ta' valutazzjoni regolari. Rapporti ta' dan it-tip għandhom ukoll jiġu prodotti dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. |
- [1] Għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali.
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-rapporteur temmen li l-aspetti tal-kontroll tal-Istat tal-bandiera tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu tal-2006 (MLC) għandhom ikunu mnaqqxa fil-livell tal-liġi tal-UE b'mod aktar dettaljat u aktar speċifiku. Vantaġġ kbir tal-inkorporazzjoni tal-MLC fil-liġi tal-UE huwa li se jipprovdiha b'reġim ta' infurzar aktar b'saħħtu fl-UE, pereżempju permezz ta' proċeduri ta' ksur tal-UE, li jsaħħu aktar il-konformità.
Id-dispożizzjonijiet tal-UE dwar il-kontroll tal-Istat tal-bandiera għandhom jirriflettu aktar dak li l-MLC tirrikjedi b'mod speċifiku u espressament biex tevita interpretazzjonijiet differenti mill-Istati Membri, li jistgħu jwasslu għall-kompetizzjoni mhux ġusta u dumping soċjali.
Ir-rapporteur tissuġġerixxi, fil-limitu tal-kompetenza tal-UE, li jkun hemm kopja kemm jista' jkun fidila tal-MLC f'din id-Direttiva.
It-titolu 5 tal-MLC jikkonċerna l-konformità u l-infurzar u r-Regolament 5.1 tiegħu huwa intitolat responsabilitajiet tal-istat tal-bandiera".
L-emendi proposti jikkonċernaw partikolarment il-kwistjonijiet li ġejjin:
- Prinċipji ġenerali, kif stabbiliti fir-Regolament, Standard u Linja gwida 5.1.1 tal-MLC, biex jiżguraw li kull Stat jimplimenta r-responsabilitajiet tiegħu rigward il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu.
- Awtorizzazzjoni ta' organizzazzjoni rikonoxxuta, kif stabbilit fir-Regolament, Standard u Linja gwida 5.1.2 tal-MLC.
Ir-rapporteur temmen li l-Artikolu 4 tal-proposta tal-Kummissjoni għandha tiġi emendata biex tiżgura li ssir referenza espressa tad-dispożizzjoni speċifika tal-MLC biex ikun żgurat li l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti u l-persunal tagħhom iwettqu l-kompiti ta' monitoraġġ tagħhom bl-aħjar mod possibbli.
- Iċ-ċertifikat tax-xogħol marittimu u d-dikjarazzjoni tal-konformità tax-xogħol marittimu, ara r-Regolament, Standard u Linja gwida 5.1.3 tal-MLC.
L-Artikolu 3 tal-proposta tal-Kummissjoni tirreferi għal "spezzjoni" iżda mhux "ċertifikazzjoni" u għandu jkun hemm rekwiżit għall-istabbiliment ta sistema effettiva ta' ċertifikazzjoni. Filwaqt li l-proposta tal-Kummissjoni ma nkludietx dispożizzjonijiet dwar iċ-ċertifikat tax-xogħol marittimu, ir-rapporteur tissuġġerixxi, fi ħdan il-kompetenza legali tal-UE, li jsir dan peress li d-dispożizzjonijiet tal-MLC dwar iċ-ċertifikat tax-xogħol marittimu u d-dikjarazzjoni tal-konformità tax-xogħol marittimu jkunu ċentrali għall-infurzar tal-MLC.
- Spezzjoni u nfurzar, ara r-Regolament, Standard u Linja gwida 5.1.4 tal-MLC.
Ħlief għar-referenza għal "spezzjonijiet" fl-Artikolu 3 tal-proposta tal-Kummissjoni, m'hemm l-ebda parti ta' din it-taqsima inkluża fid-Direttiva.L-integrazzjoni tar-regoli tal-MLC dwar il-kwistjoni jikkontribwixxu ferm biex l-Istati Membri tal-UE jimplimentaw b'mod korrett sistema ta' spezzjoni u ta' infurzar b'saħħitha u konsistenti
- Proċeduri ta' lment abbord, kif stabbilit fir-Regolament, Standard u Linja gwida 5.1.5 tal-MLC.
Filwaqt li l-Artikolu 5 tal-proposta tal-Kummissjoni tirreferi għall-ilmenti, ir-rekwiżiti tiegħu huma qosra ħafna u jħallu barra ċerti aspetti importanti tal-partijiet rilevanti tal-MLC. Jeħtieġ li drittijiet u dispożizzjonijiet importanti dwar ilmenti jiġu inkorporati b'mod aktar dettaljat.
- Responsabilitajiet għall-provvediment tal-ħaddiema, ara r-Regolament, Standard u Linja gwida 5.3 tal-MLC sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jimplimentaw ir-responsabilitajiet tagħhom dwat ir-reklutaġġ u tqegħid u l-protezzjoni soċjali tal-baħħara tagħhom.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAT-TRASPORT U T-TURIŻMU (27.11.2012)
għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-infurzar tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE
(COM(2012)0134 – C7‑0083/2012 – 2012/0065(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Georges Bach
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
1. Introduzzjoni
Din il-proposta għal Direttiva, tieħu post ġabra aktar ġenerali ta' miżuri legali Ewropej li ddaħħlu fis-seħħ biex jinforzaw bosta standards tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu (MLC) adottata mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) fit-23 ta' Frar 2006 f'Ġinevra. F'dan l-istadju, 30 pajjiż diġà rratifikaw l-MLC, li tfisser rappreżentanza ta' aktar minn 59% tat-tunnellaġġ tal-flotta madwar id-dinja, bi twettiq tar-rekwiżit neċessarju biex il-Konvenzjoni tidħol fis-seħħ, jiġifieri 30 ratifika u 33 % tat-tunnellaġġ gross dinji.
L-MLC toffri drittijiet komprensivi u protezzjoni fuq il-post tax-xogħol għal aktar minn 1.2 miljun baħħar. Din tkopri suġġetti essenzjali bħar-rekwiżiti minimi għall-baħħara biex jaħdmu fuq bastiment (it-Titolu I tal-MLC), il-kundizzjonijiet tal-impjieg (it-Titolu II tal-MLC), l-akkomodazzjoni, il-faċilitajiet rikreattivi, l-ikel u s-servizz tal-ikel u x-xorb (it-Titolu III tal-MLC), il-protezzjoni tas-saħħa, il-kura medika, il-benesseri u l-protezzjoni tas-sigurtà soċjali (it-Titolu IV) u l-konformità u l-infurzar (it-Titolu V) sabiex jiġu ggarantiti kundizzjonijiet deċenti ta’ xogħol u ta’ għajxien abbord il-bastimenti, kif ukoll proċeduri sabiex jiġu implimentati dawn id-dispożizzjonijiet.
L-MLC għandha l-għan li tistabbilixxi kundizzjonijiet ekwi fl-industrija marittima madwar id-dinja billi tistabbilixxi standards minimi komuni għall-bnadar u l-baħħara kollha.
L-UE diġà adottat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/431/KE tas-7 ta' Ġunju 2007, li tawtorizza lill-Istati Membri jirratifikaw l-MLC. Sittax-il Stat Membru bħalissa jinsabu fil-proċess ta' ratifikazzjoni tal-Konvenzjoni, filwaqt li Spanja, il-Polonja, il-Bulgarija, il-Lussemburgu, id-Danimarka, il-Latvja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja u ċ-Ċipru diġà rratifikawha.
L-UE adottat ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE tas-16 ta’ Frar 2009 li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar l-MLC, dan il-ftehim jikkostitwixxi kisba straordinarja tad-djalogu settorjali soċjali.
Id-Direttiva 2009/13/KE allinjat il-Leġiżlazzjoni Ewropea skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-MLC li tistabbilixxi drittijiet għall-baħħara inklużi fit-titoli I, II, III u IV. Is-sieħba soċjali Ewropej, li jixtiequ li jimplimentaw il-ftehim permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill abbażi tal-Artikolu 155 TFUE, ma kellhomx is-setgħa li jinkludu fil-Ftehim tagħhom id-dispożizzjonijiet ta' infurzar inkluż fit-Titolu V tal-MLC u talbu lill-Kummissjoni taġixxi f'dan ir-rigward.
Il-proposta attwali għandha preċiżament l-għan li tagħmel dan fir-rigward tar-responsabilitajiet tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li tirrikonoxxi l-importanza ewlenija tat-titolu V tal-MLC għall-baħħara.
Din il-proposta hija marbuta mill-qrib mal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port, bil-għan li tiżgura kundizzjonijiet ekwi madwar id-dinja għall-industrija billi ssaħħaħ l-MLC fil-portijiet kollha Ewropej.
2. Id-dimensjoni “trasport” tal-proposta
Din il-proposta tikkonforma mal-White paper tal-Kummissjoni tat-28 ta' Marzu 2011 dwar Pjan Direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport - Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti li tiddikjara aġenda soċjali għat-trasport marittimu.
Għandha ssaħħaħ b'mod konsiderevoli d-dimensjoni tat-trasport marittimu billi tinforza id-drittijiet tal-liġi tax-xogħol tal-baħħara kif maqbul fil-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu. Għandha tippromwovi u ttejjeb l-immaġni tas-settur u tissalvagwardja l-interessi Ewropej fil-livell dinji bi toħloq ambjent globali ekwu.
Ir-rapporteur jilqa' l-proposta, li għandha l-għan li tinforza fil-livell tal-UE l-kisbiet pożittivi ħafna tad-djalogu soċjali bejn il-parteċipanti interessati fis-settur marittimu.
Ir-rapporteur jikkunsidra li l-proposta attwali għandha tkun aktar dettaljata u msaħħa billi tinkorpora partijiet sostanzjali tal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu fit-test tal-proposta fiha nnifisha.
B'mod partikolari l-emendi proposti għandhom joħolqu qafas ta' gwida qawwi għall-Istati Membri li jaġixxu skont id-doveri tagħhom ta' stat tal-bandiera billi joħolqu reġim ta' ispezzjoni effikaċi u dettaljat, meta jiżguraw il-konformità tal-bastimenti tagħhom mad-Direttiva 2009/13/KE. Fl-istess spirtu, il-proċeduri għall-ilmenti kif ukoll il-proċeduri tal-ispezzjoni u ta' infurzar, kienu msaħħa bi qbil mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu.
EMENDI
Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Minkejja li d-Direttiva 2009/21/KE tirregola r-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera billi tinkorpora l-iskema ta’ awditjar tal-Istat tal-bandiera tal-IMO fil-liġi tal-Unjoni u billi tintroduċi ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-awtoritajiet marittimi internazzjonali; direttiva separata li tkopri l-istandards marittimi tax-xogħol hija meqjusa aktar xierqa u aktar ċara sabiex tirrifletti l-iskopijiet u l-proċeduri differenti, |
(10) Minkejja li d-Direttiva 2009/21/KE tirregola r-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera billi tinkorpora l-iskema ta’ awditjar tal-Istat tal-bandiera tal-IMO fil-liġi tal-Unjoni u billi tintroduċi ċ-ċertifikazzjoni tal-kwalità tal-awtoritajiet marittimi internazzjonali; direttiva separata li tkopri l-istandards marittimi tax-xogħol hija meqjusa aktar xierqa u aktar ċara sabiex tirrifletti l-iskopijiet u l-proċeduri differenti, Għalhekk, id-Direttiva 2009/21/KE, li d-dispożizzjonijiet tagħha japplikaw biss għall-Konvenzjonijiet tal-IMO, m'għandhiex tkun affettwata mid-Direttiva attwali. Fi kwalunkwe każ, l-Istati Membri jistgħu jiżviluppaw, jimplimentaw u jżommu sistema ta’ mmaniġjar tal-kwalità għall-partijiet operattivi tal-attivitajiet relatati mal-Istat tal-bandiera tal-amministrazzjoni marittima tiegħu, li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Id-Direttiva 2009/13/KE tapplika għall-baħħara abbord bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jissorveljaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dik id-Direttiva mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. |
(11) Id-Direttiva 2009/13/KE tapplika għall-baħħara abbord bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-twettiq effettiv tal-obbligi tagħhom bħala Stati tal-bandiera fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-partijiet rilevanti tal-MLC 2006 li jikkorrispondu għall-elementi kif imniżżlin fl-Anness għad-Direttiva 2009/13/KE mill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom. Permezz tal-istabbiliment ta' sistema effikaċi għall-monitoraġġ tal-mekkaniżmi, fosthom spezzjonijiet, Stat Membru jista' jagħti awtorizzazzjoni lill-istituzzjonijiet pubbliċi jew organizzazzjonijiet oħra skont it-tifsira tal-MLC 2006. |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 13a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-applikazzjoni u/jew l-interpretazzjoni ta' din id-Direttiva għandha, taħt l-ebda ċirkostanza, twassal għal tnaqqis fil-livell ta' protezzjoni li attwalment igawdu l-ħaddiema skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Filwaqt li l-istandards minimi internazzjonali huma ferm mixtieqa, dawn ma għandhomx jimminaw il-livell ta' protezzjoni li attwalment igawdu minnu l-baħħara Ewropej. Dan hu partikolarment importanti meta jitqies l-objettiv li aktar ċittadini Ewropej jiġu mħeġġa jibdew karrieri marittimi. | |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt ba (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) "iċ-ċertifikat ta' xogħol marittimu", "iċ-ċertifikat ta' xogħol marittimu interim" u "d-dikjarazzjoni tal-konformità tax-xogħol marittimu" jfissru d-dokumenti rispettivi b'dawk l-ismijiet imsemmija fil-paragrafu 9 tal-Istandard A5.1.3, tal-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, 2006, mfassla f'format li jaqbel mal-mudelli mogħtija fl-Anness A5-II ta' dik il-Konvenzjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
L-għoti ta' definizzjoni ta' dawn iċ-ċertifikati hi meħtieġa għaliex dawn għandha ssir referenza għalihom fl-emendi proposti għal din id-Direttiva. | |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Monitoraġġ tal-Konformità |
Monitoraġġ u ċertifikazzjoni tal-Konformità |
Ġustifikazzjoni | |
Iċ-ċertifikazzjoni hi parti importanti mis-sistema ta' sorveljanza tal-konformità deskritta fil-proposta. | |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fir-rigward tal-bastimenti ta' inqas minn 200 tunnellata grossa li ma jwettqux vjaġġi internazzjonali, l-Istati Membri jistgħu, f'konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet ikkonċernati tas-sidien tal-bastimenti u tal-baħħara, jiddeċiedu li jadattaw, kif imniżżel fil-paragrafu 6 tal-Artikolu II tal-MLC 2006, il-mekkaniżmi ta' monitoraġġ, fosthom l-ispezzjonijiet, biex jitqiesu l-kondizzjonijiet speċifiċi relatati ma' tali bastimenti. |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi sistema effikaċi għall-ispezzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kondizzjonijiet tax-xogħol marittimu, f'konformità mar-Regolamenti 5.1.3 u 5.1.4 u l-Istandards A5.1.3 u A5.1.4 tal-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, filwaqt li jiżgura li l-kondizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja tal-baħħara abbord bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jissodisfaw u jkomplu jissodisfaw l-istandards f'dik il-Konvenzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dettalji rigward il-ħruġ, l-ispezzjoni, u l-infurzar taċ-ċertifikati tax-xogħol marittimu u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tax-xogħol marittimu huma stabbiliti fl-Istandards A5.1.3 u A5.1.4, u għalhekk dawn għandhom jiġu espliċitament imsemmija hawn. | |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1b) Fl-istabbiliment ta' sistema effikaċi għall-ispezzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-kundizzjonijiet tax-xogħol marittimi, l-Istati Membri jistgħu meta xieraq , jawtorizzaw l-istituzzjonijiet pubbliċi jew organizzazzjonijiet oħrajn (inklużi dawk ta' Stat Membru ieħor, jekk jintlaħaq qbil) li huma jirrikonoxxu bħala kompetenti u indipendenti li jwettqu ispezzjonijiet jew li joħorġu ċertifikati jew biex iwettqu ż-żewġ kompiti. Fi kwalunkwe każ, l-Istat Membru għandu jibqa kompletament responsabbli mill-ispezzjoni u miċ-ċertifikazzjoni tal-kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' għajxien tal-baħħara partikolari, li jinsabu fuq il-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Regolament 5.1.1., paragrafu 3. | |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1c) Ċertifikat tax-Xogħol Marittimu li jkun ikkumplimentat b'dikjarazzjoni ta' konformità tax-xogħol marittim, għandu jikkostitwixxi prova prima facie li vapur ikun ġie spezzjonat kif xieraq mill-Istat Membru li tiegħu jtajjar il-bandiera u li r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE rigward il-kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' għajxien tal-baħħara jkunu ntlaħqu sal-livell ċertifikat. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Regolament 5.1.1., paragrafu 4. | |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1d (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1d) Informazzjoni dwar is-sistema msemmija fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu, inkluż il-metodu użat għall-valutazzjoni tal-effikaċja tiegħu għandu jiġi nkluż fir-rapporti tal-Istati Membri lill-Uffiċċju Internazzjonali tax-Xogħol skont l-Artikolu 22 tal-Kostituzzjoni ta' dak l-Uffiċċju. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Regolament 5.1.1., paragrafu 5. | |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1e (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1e) Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi objettivi u standards ċari li jkopru l-amministrazzjoni tal-ispezzjoni u tas-sistemi ta' ċertifikazzjoni tiegħu, kif ukoll proċeduri ġenerali adegwati għall-valutazzjoni tal-limitu li skonthom jinkisbu dawk l-objettivi u l-istandards. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Regolament A 5.1.1., paragrafu 1. | |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1f (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1f) Kull Stat Membru għandu jirrikjedi li l-bastimenti kollha li jtajru l-bandiera tiegħu jkollhom kopja tad-Direttiva 2009/13/KE disponibbli abbord. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Regolament A5.1.1., paragrafu 2. | |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Persunal inkarigat mill-monitoraġġ tal-konformità
|
Organizzazzjonijiet rikonoxxuti u l-persunal tagħhom inkarigat mill-monitoraġġ tal-konformità |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tinkludi rekwiżit għall-Istati Membri biex iwettqu ċertifikazzjoni, ibbażat fuq il-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittima, Regolament 5.1.3. paragrafu 3. | |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Ispezzjoni u Infurzar |
|
1. Kull Stat Membru għandu jivverifika, permezz ta' sistema effikaċi u kkoordinata ta' spezzjonijiet regolari, monitoraġġ u miżuri ta' kontroll oħrajn, li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE kif implimentat fil-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Regolament 5.1.4., paragrafu 1. | |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) tista' tassisti lill-Istati Membri fis-superviżjoni ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti li jwettqu kompiti ta' ċertifikazzjoni f'isimhom skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/15/KE, mingħajr ħsara għad-drittijiet u l-obbligi tal-Istati tal-bandiera. |
Ġustifikazzjoni | |
Minħabba l-fatt li l-Aġenzija diġà tgħin lill-Kummissjoni biex tissorvelja organizzazzjonijiet rikonoxxuti, li tippermettilha bl-istess mod li tassisti l-Istati Membri jirriżulta f'titjib tal-effiċjenza u tnaqqis tal-pressjoni fuq il-baġits tal-Istati Membri. Artikolu 5a Rapporti | |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 2 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. Ir-rekwiżiti dettaljati dwar is-sistema ta' spezzjoni u nfurzar msemmija fil-paragrafu 1 (ġdid) ta' dan l-Artikolu huma stipulati fil-paragrafi 3 (ġdid) sa 19 (ġdid) ta' dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Regolament 5.1.4., paragrafu 2. | |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 3 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Kull Stat Membru għandu jżomm sistema ta' ispezzjonijiet tal-kundizzjonijiet għall-baħħara fuq il-bastimenti li jtajru fuq il-bandiera tiegħu li għandha tinkludi l-verifika li l-miżuri relatati mal-kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' għajxien kif stipulat fid-dikjarazzjoni tal-konformità tax-xogħol marittimu, qed jiġu segwiti, u li qed jintlaħqu r-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE, fejn xieraq. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 1. | |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 4 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. L-Istati Membri għandhom jaħtru numru suffiċjenti ta' spetturi kkwalifikati biex iwettqu l-obbligi tagħhom skont il-paragrafu 3 (ġdid) ta' dan l-Artikolu. Meta organizzazzjonijiet rikonoxxuti jiġu awtorizzati li jwettqu spezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-persunal li jwettaq l-ispezzjoni jkun ikkwalifikat biex iwettaq dawn il-kompiti u għandhom jipprovduhom bl-awtorità legali neċessarja biex iwettqu l-kompiti tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 2. | |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 5 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Għandu jkun hemm dispożizzjoni zierqa biex ikun żgurat li l-ispetturi jkollhom it-taħriġ, il-kompetenza, it-termini ta' referenza, is-setgħat, l-istatus u l-indipendenza meħtieġa jew mixtieqa, sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-verifika u biex jiżguraw l-konformità msemmija fil-paragrafu 3(ġdid) ta' dan l-Artikolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 3. | |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 6 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Fir-rigward ta' kwalunkwe Stat Membru li għalih japplika l-Artikolu 3, paragrafu 1a (ġdid) ta' din id-Direttiva, l-ispezzjonijiet għandhom iseħħu f'intervalli meħtieġa mill-Istandard A5.1.3 tal-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, 2006, fejn xieraq. Fir-rigward ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor, l-intervall bejn l-ispezzjonijiet fl-ebda każ ma għandu jaqbeż it-tliet snin. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Regolament A5.1.1., paragrafu 4 iżda tiddistingwi bejn l-Istati Membri li fir-rigward tagħhom tapplika l-MLC (f'tali każ tista' ssir referenza għall-MLC, Standard A5.1.3) u dawk li ma tapplikax għalihom. | |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 7 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7. Jekk Stat Membru jirċievi lment li ma jqisx li hu bla bażi jew jekk jikseb evidenza li vapur li jtajjar il-bandiera tiegħu ma jikkonformax mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE jew jekk ikun hemm nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni tal-miżuri stipulati fid-dikjarazzjoni ta' konformità tax-xogħol marittimu, l-Istat Membru għandu jwettaq il-passi meħtieġa biex jinvestiga l-każ u jiżgura li tittieħed azzjoni ta' rimedju għal kwalunkwe nuqqas misjub. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 5. | |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 8 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
8. Għandhom jiġu pprovduti regoli adegwati li għandhom jiġu nfurzati b'mod effettiv minn kull Stat Membru sabiex ikun garantit li l-ispetturi jkollhom l-istatus u l-kondizzjonijiet biex jiżguraw li jkunu indipendenti mill-bidliet ta' gvern u minn influwenzi esterni mhux xierqa. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 6. | |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 9 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9. Ispetturi li jingħataw linjigwida ċari fir-rigward tal-kompiti li għandhom jitwettqu u li jkollhom il-kredenzjali adegwati, għandhom jingħataw is-setgħa: |
|
(a) li jitilgħu abbord vapur li jtajjar il-bandiera ta' Stat Membru; |
|
(b) li jwettqu kwalunkwe eżami, test jew inkjesta li huma jistgħu jqisu bħala meħtieġa sabiex jissodisfaw lilhom infushom li l-istandards qegħdin jiġu osservati b'mod strett; kif ukoll |
|
(c) li jitolbu rimedju għal kull nuqqas, meta jkollhom raġunijiet li jġiegħeluhom jemmnu li n-nuqqasijiet jikkostitwixxu infrazzjoni serja tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE (inkluż id-drittijiet tal-baħħara) jew li jirrappreżentaw perikolu sinifikanti għas-sikurezza, is-saħħa u s-sigurtà tal-baħħara, li jipprojbixxu lil vapur milli jħalli l-port sakemm ma jitwettqu l-azzjonijiet meħtieġa. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 7 (a) – (c). | |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 10 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
10. Kwalunkwe axxjoni meħuda skont il-paragrafu 9(c) ta' dan l-Artikolu għandha tkun soġġetta għal kwalunkwe dritt ta' appell quddiem awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 8. | |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 11 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
11. L-ispetturi għandu jkollhom id-diskrezzjoni li jagħtu pariri minflok ma jniedu jew ma jirrakkomandaw proċedimenti meta ma jkunx hemm infrazzjoni ċara tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE li jipperikolaw is-sikurezza, is-saħħa u s-sigurtà tal-baħħara kkonċernati u meta ma jkunx hemm storja ta' infrazzjonijiet simili. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 9. | |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 12 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
12. L-ispetturi għandhom jitrattaw bħala kunfidenzjali kwalunkwe sors ta' tgergir jew ilment fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' għajxien tal-baħħara jew ta' infrazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti u ma għandhom jagħtu l-ebda ħjiel lis-sid tal-vapur, lir-rappreżentant tas-sid tal-vapur jew tal-operatur tal-vapur li saret ispezzjoni minħabba dan it-tgergir u l-ilment. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 10. | |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 13 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
13. L-ispetturi ma għandhomx jiġu fdati b'kompiti li jistgħu, minħabba n-numru u n-natura tagħhom, jinterferixxu fl-ispezzjoni effettiva jew li jistgħu jippreġudikaw bi kwalunkwe mod, l-awtorità jew l-imparzjalità tagħhom fir-relazzjonijiet tagħhom mas-sidien tal-bastimenti, mal-baħħara u ma' parti interessati oħrajn. B'mod partikolari, l-ispetturi għandhom: |
|
(a) jiġu pprojbiti milli jkollhom kwalunkwe interess dirett jew indirett fi kwalunkwe attività li huma jiġu mitlubha jispezzjonaw; kif ukoll |
|
(b) soġġett għal sanzjonijiet jew miżuri dixxiplinari adegwati, ma għandhomx jiżvelaw, anke wara li jħallu s-servizz, kwalunkwe sigriet kummerċjali jew proċessi ta' xogħol konfidenzjali, jew informazzjoni ta' natura personali li jistgħu jsiru jafu dwarha tul it-twettiq tal-kompiti tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 11 (a) – (b). | |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 14 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
14. L-ispetturi għandhom iressqu rapport dwar kull ispezzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Kopja waħda tar-rapport bl-Ingliż jew fil-lingwa ta' ħidma tal-vapur, għandha tiġi pprovduta lill-kaptan tal-vapur u kopja oħra għandha titqiegħed għal informazzjoni tal-baħħarafuq il-bord ta' avviżi tal-vapur, u meta mitlub tista' tintbagħat lir-rapprezentanti. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 12. | |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 15 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
15. L-awtorità kompetenti ta' kull Stat Membru għandha żżomm rekords tal-ispezzjonijiet dwar il-kondizzjonijiet tal-baħħara fuq bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu. Għandha tippubblika rapport annwali dwar l-attivitajiet ta' spezzjoni f'perjodu raġonevoli ta' żmien, li ma jaqbiżsx is-sitt xhur, wara t-tmiem tas-sena. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 13. | |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 16 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
16. F'każ ta' investigazzjoni wara inċident ewlieni, ir-rapport għandu jitressaq lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, malajr kemm jista' jkun, iżda mhux aktar minn xahar wara l-konklużjoni tal-investigazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 14. | |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 17 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
17. Meta titwettaq ispezzjoni jew meta jittieħdu miżuri skont dan l-Artikolu, għandu jitwettaq kwalunkwe sforz raġonevoli biex ikun evitat li vapur jinżamm jew jittardja mingħajr raġuni. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 15. | |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 18 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
18. Il-kumpens għandu jitħallas bi qbil mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali għal kwalunkwe telf jew ħsara sostnuta bħala riżultat ta' użu żbaljat tas-setgħat tal-ispetturi. Fi kwalunkwe każ l-oneru tal-prova għandu jaqa' fuq il-kwerelant. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 16. | |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 4a – paragrafu 19 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
19. Kull Stat Membru għandu jistipula u jinforza b'mod effikaċi pieni adegwati u miżuri korrettivi oħrajn għal infrazzjonijiet tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE (inkluż id-drittijiet tal-baħħara) u meta l-ispetturi jiġu ostakolati fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.4., paragrafu 17. | |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4a |
|
Ispezzjoni u Infurzar |
|
6. 6. L-ispezzjonijiet għandhom isiru fl-intervalli rikjesti mill-Istandard A5.1.3 tal-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, 2006. |
Ġustifikazzjoni | |
B'konsistenza mal-Istandard A5.1.4, paragrafu 4 tal-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu. Fir-rigward taċ-ċertifikati tax-xogħol marittimu u d-dikjarazzjonijiet tal-konformità tax-xogħol marittimu, il-proposta tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port ma tagħmel l-ebda distinzjoni bejn dawk l-Istati Membri li rratifikaw l-MLC u dawk li għadhom le. | |
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 5a – paragrafu 1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Proċeduri għal ilmenti abbord |
|
1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom, ikollhom proċeduri abbord biex jitrattaw b'mod ġust, effikaċi u malajr ilmenti ta' baħħara li jallegaw infrazzjonijiet tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE (inkluż id-drittijiet tal-baħħara). |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Regolament 5.1.1., paragrafu 1. | |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 5a – paragrafu 2 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu u jippenalizzaw kull tip ta' vittimizzazzjoni ta' baħħar għaliex ikun ressaq ilment. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Regolament 5.1.1., paragrafu 2. | |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 5a – paragrafu 3 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-baħħar li jfittex rimedju permezz ta' kwalunkwe mezz legali li l-baħħar jikkunsidra xieraq. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Regolament 5.1.1., paragrafu 3. | |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 5a – paragrafu 4 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4. Mingħajr preġudizzju għall-ambitu usa' li jista' jingħata fil-liġijiet jew regolamenti nazzjonali jew mill-ftehimiet kollettivi, il-proċeduri abbord jistgħu jintużaw mill-baħħara biex iressqu lmenti marbutin ma' kwalunkwe kwistjoni li tikkostitwixxi infrazzjoni tar-rekwiżiti tad-Direttiva 2009/13/KE (inkluż id-drittijiet tal-baħħara). |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.5., paragrafu 1. | |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 5a – paragrafu 5 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5. Kull Stat Membru għandu jiżgura li jkollu fis-seħħ, fil-liġijiet jew regolamenti tiegħu, proċeuri ta' ilment abbord biex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-paragrafi 1 (ġdid) sa 3 (ġdid) ta' dan l-Artikolu. Proċeduri bħal dawn għandhom ifittxu li jirrisolvu l-ilmenti fl-inqas livell possibbli. Madankollu, fi kwalunkwe każ, il-baħħara għandu jkollhom dritt li jilmentaw direttament lill-kaptan u lill-awtoritajiet esterni adegwati meta jikkunsidraw xieraq. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.5., paragrafu 2. | |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 5a – paragrafu 6 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6. Il-proċeduri ta' ilment abbord għandu jinkludi d-dritt li l-baħħar ikun akkompanjat jew rappreżentat tul il-proċedura tal-ilment, kif ukoll salvagwardji kontra l-possibilità ta' vittimizzazzjoni tal-baħħara għat-tressiq tal-ilmenti. It-terminu "vittimizzazzjoni" jkopri kwalunkwe azzjoni negattiva meħuda minn kwalunkwe persuna fir-rigward ta' baħħar għat-tressiq ta' ilment li ma jkunx sar b'mod vessatorju jew b'malizzja. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.5., paragrafu 3. | |
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 5a – paragrafu 7 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
7. B'żieda mal-kopja tal-ftehim ta' impjieg bħala baħħara, il-baħħara kollha għandhom jingħataw kopja tal-proċeduri ta' ilment abbord applikabbli fuq il-vapur. Dan għandu jinkludi informazzjoni ta' kuntatt tal-awtorità kompetenti fl-Istat bandiera u meta dan ikun differenti fil-pajjiż ta' residenza tal-baħħara, u l-isem tal-persuna jew persuni abbord il-vapur li jistgħu, fuq bażi kunfidenzjali, jipprovdu lill-baħħara b'parir imparzjali dwar l-ilment tagħhom u jassistuhom fit-tkomplija tal-proċeduri ta' lment disponibbli għalihom abbord il-vapur. |
Ġustifikazzjoni | |
Tirrifletti l-Konvenzjoni tax-Xogħol Marittimu, Standard A5.1.5., paragrafu 4. | |
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 5a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 5a |
|
Rapporti |
|
Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.. |
|
Dan ir-rapport għandu jivvaluta l-prestazzjoni tal-Istati Membri bħala Stati tal-Bandiera u jipproponi miżuri addizzjonali neċessarji sabiex jittrasponi, u jiżgura konformità mal-Konvenzjoni |
Ġustifikazzjoni | |
Hu essenzjali li titħeġġeġ it-trażpożizzjoni tal-MLC u biex ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet marbutin mal-Istati bandiera għandhom jiġu implimentati. L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2009/21/KE jipprovdi rapporti ta' valutazzjoni regolari. Rapporti ta' dan it-tip għandhom ukoll jiġu prodotti dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. |
PROĊEDURA
Titolu |
Ir-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-infurzar tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE |
||||
Referenzi |
COM(2012)0134 – C7-0083/2012 – 2012/0065(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 29.3.2012 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 29.3.2012 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Georges Bach 18.6.2012 |
||||
Eżami fil-kumitat |
9.10.2012 |
26.11.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
27.11.2012 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
34 0 5 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Artur Zasada, Roberts Zīle |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Phil Bennion, Spyros Danellis, Markus Ferber, Dominique Riquet, Alfreds Rubiks, Sabine Wils |
||||
PROĊEDURA
Titolu |
Ir-responsabbiltajiet tal-Istat tal-bandiera għall-infurzar tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/13/KE li timplimenta l-Ftehim konkluż mill-Assoċjazzjonijiet tas-Sidien tal-Bastimenti tal-Komunità Ewropea (ECSA) u l-Federazzjoni Ewropea tal-Ħaddiema tat-Trasport (ETF) dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu, 2006, u li temenda d-Direttiva 1999/63/KE |
||||
Referenzi |
COM(2012)0134 – C7-0083/2012 – 2012/0065(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
23.3.2012 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 29.3.2012 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 29.3.2012 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Pervenche Berès 20.4.2012 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
9.10.2012 |
6.12.2012 |
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
24.1.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 2 5 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Edit Bauer, Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Minodora Cliveti, Marije Cornelissen, Emer Costello, Andrea Cozzolino, Frédéric Daerden, Sari Essayah, Richard Falbr, Marian Harkin, Roger Helmer, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Martin Kastler, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Andrea Zanoni |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Malika Benarab-Attou, Sergio Gutiérrez Prieto, Richard Howitt, Jan Kozłowski, Svetoslav Hristov Malinov, Paul Murphy, Ria Oomen-Ruijten, Gabriele Zimmer |
||||
Data tat-tressiq |
13.2.2013 |
||||