RAPPORT dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fid-dawl tal-elezzjonijiet tal‑2014
25.2.2013 - (2012/2309(INI))
Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteurs: Roberto Gualtieri u Rafał Trzaskowski
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fid-dawl tal-elezzjonijiet tal-2014
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
– wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji,
– wara li kkunsidra t-Trattat rigward l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 41, 48 u 74f tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Ottubru 2007 dwar il-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew[1],
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0041/2013),
A. billi l-Artikolu 2(1) u (2) tal-Protokoll Nru 36 se jiskadi fl-aħħar tal-leġislatura 2009-2014,
B. billi r-Repubblika tal-Kroazja hi mistennija taderixxi mal-Unjoni qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li huma mistennija li jsiru fir-rebbiegħa tal-2014, u billi l-Artikolu 19(1) tal-Att rigward il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika se jiskadi fl-aħħar tal-leġislatura 2009-2014,
C. billi l-bidliet demografiċi li seħħew sa mill-aħħar elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom jiġu kkunsidrati,
D. billi t-twaqqif ta' sistema sostenibbli għat-tqassim ta' siġġijiet fil-Parlament Ewropew għandu jiġi kkunsidrat flimkien ma' reviżjoni tas-sistema ta' votazzjoni fil-Kunsill bħala parti minn riforma ġenerali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li għandha tiġi definita f'Konvenzjoni, konvokata skont l-Artikolu 48(3) TUE, u billi tali riforma għandha tirrikonoxxi li, skont it-Trattati, il-bażi għad-demokrazija tal-Unjoni hi r-rappreżentanza kemm taċ-ċittadini kif ukoll tal-Istati Membri;
E. billi t-tqassim ta' siġġijiet għal-leġislatura li jmiss ma għandux ikun arbitrarju iżda minflok għandu jkun ibbażat fuq kriterji oġġettivi li għandhom jiġu applikati b'mod prammatiku u billi tali tqassim għandu jikkumpensa għal gwadann fin-numru ta' siġġijiet permezz ta' telf b'tali mod li t-telf ikun limitat għal massimu ta' siġġu wieħed għal kull Stat Membru;
1. Iressaq lill-Kunsill Ewropew il-proposta għal deċiżjoni annessa tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew għal-leġislatura 2014‑2019, abbażi tad-dritt ta' inizjattiva tiegħu stabbilit fl-Artikolu 14(2) tat-TUE;
2. Jenfasizza l-bżonn urġenti li dik id-deċiżjoni tiġi adottata, li jirrikjedi l-approvazzjoni tiegħu, hekk kif it-Trattat rigward l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea tidħol fis-seħħ, biex ikun possibbli li l-Istati Membri japprovaw, fi żmien utli, id-dispożizzjonijiet interni meħtieġa għall-organizzazzjoni tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għal-leġislatura 20014-2019;
3. Jimpenja ruħu li fi żmien qasir iressaq proposta bl-għan li ttejjeb l-arranġamenti prattiċi biex isiru l-elezzjonijiet fl-2014;
4. Jintrabat li jressaq, qabel l-aħħar tas-sena 2015, proposta għal deċiżjoni ġdida tal-Kunsill Ewropew bl-għan li tiġi stabbilita, kemm jista' jkun qabel il-bidu tal-leġislatura 2019-2024, sistema sostenibbli u trasparenti li fil-futur, qabel kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew, tippermetti li s-siġġijiet jitqassmu bejn l-Istati Membri b'mod oġġettiv, abbażi tal-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva kif stabbilit fl-Artikolu 1 tal-proposta għal deċiżjoni annessa, b'kunsiderazzjoni xierqa taż-żieda eventwali tan-numru tagħhom u tal-andamenti demografiċi fil-popolazzjonijiet tagħhom, u mingħajr ma tiġi eskluża l-possibilità li jiġu riservati numru ta' siġġijiet għall-membri eletti fuq listi transnazzjonali;
5. Josserva li s-sistema l-ġdida tat-tqassim ta' siġġijiet fil-Parlament Ewropew għandha tiġi stabbilita flimkien ma' reviżjoni tas-sistema tal-votazzjoni fil-Kunsill bħala parti mir-reviżjoni neċessarja tat-Trattati; jiddetermina li jagħmel proposti għal dan il-għan fil-Konvenzjoni li jmiss li għandha tiġi konvokata skont l-Artikolu 48(3) tat-TUE;
6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni u l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew fl-anness mehmuż, flimkien mar-rapport imsemmi tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tiegħu, lill-Kunsill Ewropew u lill-gvern u l-parlament tar-Repubblika tal-Kroazja, u, għall-informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
- [1] ĠU C 227 E, 4.9.2008, p. 132 (Rapport Lamassoure-Severin).
ANNESS GĦALL-MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew
IL-KUNSILL EWROPEW,
wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 14(2) tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 2(3) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji,
wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) L-Artikolu 2(1) u (2) tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji se jiskadu sal-aħħar leġislatura 2009-2014,
(2) L-Artikolu 19(1) tal-Att li jikkonċerna l-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika se jiskadi sal-aħħar tal-leġislatura 2009-2014.
(3) Huwa neċessarju li jkun hemm konformità mingħajr dewmien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(3) tal-Protokoll Nru 36 u għalhekk li tiġi adottata d-deċiżjoni prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jadottatw il-miżuri interni neċessarji fi żmien xieraq biex isiru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew għal-leġislatura 2009-2014;
(4) Din id-Deċiżjoni hi konformi mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, partikolarment li n-numru tar-rappreżentanti taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea ma jisboqx is-seba' mija u ħamsin, inkluż il-President, liema rappreżentanza għandha tkun proporzjonalment digressiva, b'limitu ta' sitt membri għal kull Stat Membru u l-ebda Stat Membru ma għandu jiġi allokat iktar minn sitta u disgħin siġġu,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva stabbilita fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-TUE, il-prinċipji li ġejjin għandhom jiġu rispettati:
– l-allokazzjoni ta' siġġijiet fil-Parlament Ewropew għandha tuża b'mod sħiħ in-numru minimu u massimu stabbilit mit-Trattat biex jirrifletti kemm jista' jkun possibbli d-daqs tal-popolazzjonijiet rispettivi tal-Istati Membri;
– il-proporzjon bejn il-popolazzjoni u n-numru ta' siġġijiet ta' kull Stat Membru qabel ma n-numru deċimali jitqarreb lejn numru sħiħ għandu jvarja skont il-popolazzjoni rispettiva tagħhom b'tali mod li kull Membru tal-Parlament Ewropew minn Stat Membru b'popolazzjoni akbar jirrappreżenta iktar ċittadini minn kull Membru ta' Stat Membru b'popolazzjoni żgħira u, bil-maqlub, ikbar ma tkun il-popolazzjoni ta' Stat Membru, akbar ikun id-dritt tiegħu għal numru akbar ta' siġġijiet;
Artikolu 2
Il-popolazzjoni totali tal-Istati Membri għandha tiġi kkalkolata mill-Kummissjoni (Eurostat) abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri, skont il-metodu stabbilit permezz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Artikolu 3
Skont l-Artikolu 1, in-numru ta' rappreżentanti fil-Parlament Ewropew eletti f'kull Stat Membru għaldaqstant huwa stabbilit kif ġej, b'effett mill-bidu tal-leġisatura 2014-2019:
Belġju |
21 |
|
Bulgarija |
17 |
|
Repubblika Ċeka |
21 |
|
Danimarka |
13 |
|
Ġermanja |
96 |
|
Estonja |
6 |
|
Irlanda |
11 |
|
Ġreċja |
21 |
|
Spanja |
54 |
|
Franza |
74 |
|
Kroazja |
11 |
|
Italja |
73 |
|
Ċipru |
6 |
|
Latvja |
8 |
|
Litwanja |
11 |
|
Lussemburgu |
6 |
|
Ungerija |
21 |
|
Malta |
6 |
|
Pajjiżi Baxxi |
26 |
|
Awstrija |
18 |
|
Polonja |
51 |
|
Portugall |
21 |
|
Rumanija |
32 |
|
Slovenja |
8 |
|
Slovakkja |
13 |
|
Finlandja |
13 |
|
Svezja |
20 |
|
Renju Unit |
73 |
|
Artikolu 4
Din id-deċiżjoni għandha tkun riveduta fi żmien biżżejjed qabel il-bidu tal-leġislatura 2019-2024 bil-għan li tiġi stabbilita sistema li fil-ġejjieni tagħmilha possibbli, qabel kull elezzjoni ġdida tal-Parlament Ewropew, li jiġu allokati s-siġġijiet bejn l-Istati Membri b'mod oġġettiv, ġust, dejjiemi u trasparenti, abbażi tal-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva kif stabbilit fl-Artikolu 1, b'kunsiderazzjoni xierqa ta' kwalunkwe bidla fin-numru tagħhom u tal-andamenti demografiċi fil-popolazzjonijiet tagħhom, kif stabbilit b'mod xieraq, kif ukoll b'kunisderazzjoni tas-sistema ta' votazzjoni fil-Kunsill.
Artikolu 5
Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi ...
Għall-Kunsill Ewropew
Il-President
.
NOTA SPJEGATTIVA
Meta tibda l-leġislatura l-ġdida fl-2014, id-deroga attwali mill-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) se tiskadi u l-Parlament Ewropew se jkun magħmul minn 751 Membru (750, u l-President). In-numru attwali ta' siġġijiet hu 754: 736, għal Membri eletti skont it-Trattat ta' Nizza, li kien fis-seħħ fiż-żmien tal-elezzjonijiet tal-2009; flimkien ma' 18 għal Membri maħtura skont it-Trattat ta' Lisbona permezz tal-emenda tal-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, li stabbiliet deroga temporanja għall-Artikolu 14(2) tat-TUE (li jispeċifika li l-ebda Stat Membru ma għandu jiġi allokat aktar minn 96 siġġu) biex tippermetti il-permanenza sal-2014 tad-99 siġġu allokati għall-Ġermanja skont it-Trattat ta' Nizza.
Meta t-trattat ta' adeżjoni tagħha jidħol fi-seħħ, il-Kroazja se tkun allokata 12-il siġġu fil-Parlament (attwalment għandha 12-il osservatur), skont l-Artikolu 19(1) tal-Att ta' Adeżjoni, li jemenda wkoll l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 36, u dan jirriżulta f'żieda temporanja fin-numru totali ta' siġġijiet għal 766.
B'konsegwenza ta' dan, ikun hemm bżonn li n-numru totali ta' siġġijiet jonqos bi 15 sabiex ikun konformi man-numru stabbilit mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat (751). Hemm bżonn li tlieta minn dawn il-15 jitneħħew mill-kwota tal-Ġermanja, li minn 99 se tinżel għal-limitu tat-Trattat ta' 96. Hemm bżonn li jinstabu t-12 l-oħrajn billi jitnaqqas siġġu jew aktar minn massimu ta' 12 mill-24 Stat Membru (inkluża l-Kroazja) li għandhom aktar mill-minimu tal-limitu tat-Trattat ta' 6 siġġijiet (l-Istati Membri b'6 siġġijiet attwalment huma:Malta, il-Lussemburgu, Ċipru u l-Estonja) Id-deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament il-ġdid hemm mnejn li jkollha bżonn ukoll tistabbilixxi ridistribuzzjoni usa' ta' siġġijiet biex tqis kwalunkwe bidla fil-popolazzjonijiet tal-Istati Membri u/jew biex ittejjeb l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva tat-Trattat.
Skont l-Artikolu 14(2) tat-TUE, il-kompożizzjoni tal-Parlament il-ġdid trid tiġi stabbilita minn deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew adottata b'mod unanimu fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew u bl-approvazzjoni tiegħu. Għaldaqstant il-Parlament għandu r-responsabbiltà li jressaq proposta lill-Kunsill Ewropew.
Il-proposta mressqa mir-rapporteurs hija bbażata fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin.
L-Artikolu 14(2) tat-TUE jiddikjara li r-rappreżentanza taċ-ċittadini fil-PE trid tkun digressivament proporzjonali. Skont ir-rapport Lamassoure-Severin, proporzjonalità digressiva tfisser dan li ġej: (1) in-numru minimu u massimu stabbilit mit-Trattat 'għandu jkun użat b'mod sħiħ, biex ikun żgurat li l-allokazzjoni ta' siġġijiet tal-Parlament Ewropew tirrifletti kemm jista' jkun possibbli l-firxa ta' popolazzjonijiet tal-Istati Membri'; (2) 'ikbar ma tkun il-popolazzjoni ta' pajjiż, akbar ikun id-dritt tiegħu għal numru akbar ta' siġġijiet'; u (3) 'ikbar ma tkun il-popolazzjoni ta' pajjiż, ikbar ikun in-numru ta' abitanti li kull Membru Parlamentari Ewropew jirrappreżenta'. Din id-definizzjoni tistabbilixxi prinċipju ġenerali u mhux kriterju matematiku. Ma tistax tiġi rispettata b'mod sħiħ fir-rigward tat-tieni prinċipju (li, jekk jitqies b'mod letterali, ma jippermettix li żewġ Stati Membri b'popolazzjoni differenti jkollhom l-istess numru ta' siġġijiet). Madankollu, jista' jiġi implimentat b'modi differenti u ma jwassalx għal riżultat uniku. Fi kwalunkwe każ, l-arranġamenti tal-allokazzjoni attwali ta' siġġijiet għal uħud mill-Istati Membri mhumiex jirrispettaw it-tielet prinċipju, hekk kif jidher fit-Tabella 1 tal-Anness I. Għaldaqstant, l-ewwel kriterju tagħna għandu jkun li kemm jista' jkun nirrispettaw il-proporzjonalità digressiva. Iżda liema wieħed mill-metodi differenti għandu jintgħażel?
Riallokazzjonijiet preċedenti ta' siġġijiet waslu sal-limitu tad-digressività tad-distribuzzjoni ta' siġġijiet, b'hekk il-proporzjoni ta' bejn il-popolazzjoni u s-siġġijiet żdied b'mod konsiderevoli għal Stati Membri akbar meta mqabbla ma' dawk ta' daqs medju (ara l-Anness II), u dan jindika l-bżonn għal indirizzar mill-ġdid ta' din it-tendenza. Barra minn hekk, l-ewwel prinċipju tar-rapport Lamassoure-Severin (li jsir użu sħiħ tal-limiti stabbiliti mit-Trattat) jagħmilha impossibbli li jkun hemm tnaqqis ulterjuri fin-numru ta' siġġijiet allokati għall-Ġermanja taħt il-limitu ta' 96, li jkun politikament kontroproduċenti għall-Parlament Ewropew kollu, minħabba l-opinjoni kritika magħrufa tajjeb tal-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża fir-rigward tal-proporzjonalità digressiva. Dan awtomatikament jeskludi kwalunkwe tnaqqis fin-numru ta' siġġijiet għal Stati Membri kbar, u min-naħa l-oħra jwassal loġikament għal żieda, tal-anqas għal uħud minnhom.
Fl-aħħar Konvenzjoni, il-Parlament Ewropew ippropona l-metodu 'proporzjoni fissa (fix-prop)', li ġie żviluppat dan l-aħħar taħt l-isem 'kompromess ta' Cambridge': sitt siġġijiet jiġu allokati għall-Istati Membri kollha, u l-oħrajn jitqassmu fuq bażi ta' proporzjonalità (ara l-Anness I, Tabella 4). Bħala l-aktar mekkaniżmu 'proporzjonali' li jirrispetta l-proporzjonalità digressiva, il-'proporzjoni fissa (fix-prop)' jista' jnaqqas b'mod konsiderevoli l-kritika tal-Qorti Kostituzzjonali Ġermaniża (b'mod speċjali jekk ikkombinat ma' reviżjoni tat-Trattat li tabolixxi l-ogħla limitu ta' 96). Madankollu, l-implimentazzjoni tiegħu tista' tagħti bidu għal riallokazzjoni trawmatika ta' siġġijiet, b'telf kbir għal Stati Membri ta' daqs medju u żgħar u żidiet akbar għall-pajjiżi l-kbar. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' abolizzjoni tal-ogħla limitu ta' 96 jista' jiddiskrimina kontra l-Ġermanja fost l-Istati Membri l-kbar, filwaqt li jintroduċi żieda kbira tal-proporzjoni bejn il-popolazzjoni u s-siġġijiet bejn Franza u l-Ġermanja.
Fost il-formuli matematiċi varji possibbli għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' proporzjonalità digressiva[1], il-metodu 'paraboliku' huwa wieħed mill-aktar digressivi (ara l-Anness I, Tabella 3). Jista' jkun, fuq medda itwal ta’ żmien, li dan il-metodu jintuża bħala parametru fin-nuqqas ta' bidla tat-trattat, iżda r-ridistribuzzjoni kkontemplata f'dan il-mudell tkun drastika wisq biex tkun politikament sostenibbli f'fażi unika.
Għaldaqstant ir-rapporteurs jipproponu soluzzjoni prammatika, ibbażata fuq kriterju differenti, notevolment li jitnaqqas it-telf ta' siġġijiet minn Stati Membri, filwaqt li fl-istess ħin tiġi rispettata kemm jista' jkun il-proporzjonalità digressiva, skont il-prinċipju li 'ħadd ma jiggwadanja, ħadd ma jitlef aktar minn wieħed' (ara l-Anness I, Tabella 1). Din is-soluzzjoni prammatika tista' tinkiseb b'approċċ ta' żewġ fażijiet. L-ewwel fażi (ara l-Anness I, Tabella 2) hija riallokazzjoni kompletament konformi mat-tliet prinċipji ta' proporzjonalità digressiva u, fl-istess ħin, tinvolvi l-inqas bidla possibbli fin-numru ta' siġġijiet. Dan jirriżulta f'telf ta' siġġijiet għal 13-il Stat Membru, u tnejn jitilfu 3 siġġijiet (l-Ungerija u l-Litwanja), sitta jitilfu 2 (ir-Rumanija, il-Greċja, il-Belġju, il-Portugall, ir-Repubblika Ċeka u l-Latvja), u ħamsa jitilfu wieħed (l-Isvezja, il-Bulgarija, l-Irlanda, il-Kroazja u s-Slovenja). Min-naħa l-oħra, Franza tikseb 4 siġġijiet, ir-Renju Unit u Spanja 3 u l-Italja 1. It-tieni fażi tikkonsisti fil-kumpens politiku bejn il-gwadann (11-il siġġu) u t-telf ta' aktar minn siġġu wieħed (10 siġġijiet). Is-siġġu addizzjonali miżmum jiġi allokat għas-Slovenja (li għalhekk iżżomm it-8 siġġijiet tagħha) bħala l-iżgħar pajjiż fost it-telliefa fl-ewwel fażi. Ir-riżultat huwa l-"minimizzazzjoni tat-telf" imsemmi hawn fuq, bi tnax il-Stat Membru biss jitilfu wieħed kull wieħed u l-ebda Stat Membru ma jkollu żieda fin-numru ta' siġġijiet. Ovvjament, din id-'deroga ta' gwadann' tfisser li t-tielet prinċipju ta' proporzjonalità digressiva ma jiġix rispettat bi sħiħ, imma r-riżultat huwa bbażat fuq loġika politika ċara. Barra minn hekk, din is-soluzzjoni hija ferm eqreb il-konformità mar-regola tal-proporzjonalità digressiva minn kwalunkwe oħra bbażata fuq il-mudell 'ħadd ma jiggwadanja u ħadd ma jitlef aktar minn wieħed' (eż. billi jitnaqqsu 12-il siġġu, wieħed minn kull pajjiż li "kiseb" mill-aħħar riallokazzjoni).
Ir-rapporteurs jemmnu li, fiċ-ċirkostanzi preżenti u abbażi tal-proċedura tat-teħid ta' deċiżjoni attwali f'dan il-qasam, is-soluzzjoni proposta hija dik li l-aktar li għandha mnejn tiggwadanja maġġoranza fil-Parlament u uninimità fil-Kunsill filwaqt li tirrispetta kemm jista' jkun il-proporzjonalità digressiva.
Jista' jsir tentattiv ġdid biex tinkiseb sistema aktar permanenti, ibbażata fuq kriterji oġġettivi aċċettabbli għall-entitajiet interessati kollha, f'għamla ta' inizjattiva ġdida tal-Parlament fi żmien adegwat għall-elezzjonijiet ta' wara fl-2019. Flimkien ma' dan, metodu aktar xieraq biex jiġi kkalkolat id-daqs tal-elettorat ta' kull Stat Membru jista' jiġi stabbilit f'regolament speċifiku li jiġi adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Annessi:
I. Tabelli li jiddiskrivu l-effetti tal-metodi ta' kalkolu differenti.
II. Kuntest storiku
- [1] Għall-analiżi u d-deskrizzjoni tal-formuli matematiċi varji, ara l-Ħarġa Speċjali tax-'Xjenzi soċjali matematiċi", 63 (2012), pp. 65-191, speċjalment it-Tabella 2 f'p. 100.
ANNESS I
TABELLA 1: SOLUZZJONI PRAMMATIKA |
|
|
|
|
|||
|
|
|
|
|
|
|
|
Stati Membri |
Popolazzjoni* |
Siġġijiet (allokazzjoni attwali) |
Proporzjon pop./siġġijiet |
Siġġijiet (allokazzjoni ġdida) |
Differenza |
Proporzjon pop./siġġijiet (allokazzjoni ġdida) |
|
Ġermanja |
81843743 |
99 |
826704 |
96 |
3 inqas |
852539 |
|
Franza |
65397912 |
74 |
883756 |
74 |
|
883756 |
|
Renju Unit |
62989550 |
73 |
862871 |
73 |
|
862871 |
|
Italja |
60820764 |
73 |
833161 |
73 |
|
833161 |
|
Spanja |
46196276 |
54 |
855487 |
54 |
|
855487 |
|
Polonja |
38538447 |
51 |
755656 |
51 |
|
755656 |
|
Rumanija |
21355849 |
33 |
647147 |
32 |
1 inqas |
667370 |
|
Pajjiżi Baxxi |
16730348 |
26 |
643475 |
26 |
|
643475 |
|
Ġreċja |
11290935 |
22 |
513224 |
21 |
1 inqas |
537664 |
|
Belġju |
11041266 |
22 |
501876 |
21 |
1 inqas |
525775 |
|
Portugall |
10541840 |
22 |
479175 |
21 |
1 inqas |
501992 |
|
Repubblika Ċeka |
10505445 |
22 |
477520 |
21 |
1 inqas |
500259 |
|
Ungerija |
9957731 |
22 |
452624 |
21 |
1 inqas |
474178 |
|
Svezja |
9482855 |
20 |
474143 |
19 |
1 inqas |
499098 |
|
Awstrija |
8443018 |
19 |
444369 |
19 |
|
444369 |
|
Bulgarija |
7327224 |
18 |
407068 |
17 |
1 inqas |
431013 |
|
Danimarka |
5580516 |
13 |
429270 |
13 |
|
429270 |
|
Slovakkja |
5404322 |
13 |
415717 |
13 |
|
415717 |
|
Finlandja |
5401267 |
13 |
415482 |
13 |
|
415482 |
|
Irlanda |
4582769 |
12 |
381897 |
11 |
1 inqas |
416615 |
|
Kroazja |
4398150 |
12 |
366513 |
11 |
1 inqas |
399832 |
|
Litwanja |
3007758 |
12 |
250647 |
11 |
1 inqas |
273433 |
|
Slovenja |
2055496 |
8 |
256937 |
8 |
|
256937 |
|
Latvja |
2041763 |
9 |
226863 |
8 |
1 inqas |
255220 |
|
Estonja |
1339662 |
6 |
223277 |
6 |
|
223277 |
|
Ċipru |
862011 |
6 |
143669 |
6 |
|
143669 |
|
Lussemburgu |
524853 |
6 |
87476 |
6 |
|
87476 |
|
Malta |
416110 |
6 |
69352 |
6 |
|
69352 |
|
TOTALI |
|
766 |
|
751 |
|
|
|
* mill-1 ta' Jannar 2012
TABELLA 2: SOLUZZJONI PRAMMATIKA - iż-żewġ fażijiet |
||||||||
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Stati Membri |
Popolazzjoni* |
Siġġijiet (l-1 fażi) |
Differenza |
Proporzjon pop./siġġijiet (l-1 fażi) |
Siġġijiet (it-2 fażi) |
Differenza |
Proporzjon pop./siġġijiet (it-2 fażi) |
|
Ġermanja |
81843743 |
96 |
3 inqas |
852539 |
96 |
3 inqas |
852539 |
|
Franza |
65397912 |
78 |
4 iktar |
838435 |
74 |
|
883756 |
|
Renju Unit |
62989550 |
76 |
3 iktar |
828810 |
73 |
|
862871 |
|
Italja |
60820764 |
74 |
1 iktar |
821902 |
73 |
|
833161 |
|
Spanja |
46196276 |
57 |
3 iktar |
810461 |
54 |
|
855487 |
|
Polonja |
38538447 |
51 |
|
755656 |
51 |
|
755656 |
|
Rumanija |
21355849 |
31 |
2 inqas |
688898 |
32 |
1 inqas |
667370 |
|
Pajjiżi Baxxi |
16730348 |
26 |
|
643475 |
26 |
|
643475 |
|
Ġreċja |
11290935 |
20 |
2 inqas |
564547 |
21 |
1 inqas |
537664 |
|
Belġju |
11041266 |
20 |
2 inqas |
552063 |
21 |
1 inqas |
525775 |
|
Portugall |
10541840 |
20 |
2 inqas |
527092 |
21 |
1 inqas |
501992 |
|
Repubblika Ċeka |
10505445 |
20 |
2 inqas |
525272 |
21 |
1 inqas |
500259 |
|
Ungerija |
9957731 |
19 |
3 inqas |
524091 |
21 |
1 inqas |
474178 |
|
Svezja |
9482855 |
19 |
1 inqas |
499098 |
19 |
1 inqas |
499098 |
|
Awstrija |
8443018 |
19 |
|
444369 |
19 |
|
444369 |
|
Bulgarija |
7327224 |
17 |
1 inqas |
431013 |
17 |
1 inqas |
431013 |
|
Danimarka |
5580516 |
13 |
|
429270 |
13 |
|
429270 |
|
Slovakkja |
5404322 |
13 |
|
415717 |
13 |
|
415717 |
|
Finlandja |
5401267 |
13 |
|
415482 |
13 |
|
415482 |
|
Irlanda |
4582769 |
11 |
1 inqas |
416615 |
11 |
1 inqas |
416615 |
|
Kroazja |
4398150 |
11 |
1 inqas |
399832 |
11 |
1 inqas |
399832 |
|
Litwanja |
3007758 |
9 |
3 inqas |
334195 |
11 |
1 inqas |
273433 |
|
Slovenja |
2055496 |
7 |
1 inqas |
293642 |
8 |
|
256937 |
|
Latvja |
2041763 |
7 |
2 inqas |
291680 |
8 |
1 inqas |
255220 |
|
Estonja |
1339662 |
6 |
|
223277 |
6 |
|
223277 |
|
Ċipru |
862011 |
6 |
|
143669 |
6 |
|
143669 |
|
Lussemburgu |
524853 |
6 |
|
87476 |
6 |
|
87476 |
|
Malta |
416110 |
6 |
|
69352 |
6 |
|
69352 |
|
TOTALI |
|
751 |
|
|
751 |
|
|
|
* mill-1 ta' Jannar 2012
TABELLA 3: FORMULA PARABOLIKA |
|
|
|||
|
|
|
|
|
|
Stati Membri |
Popolazzjoni*0 |
Siġġijiet |
Differenza |
Proporzjon popolazzjoni/siġġijiet |
|
Ġermanja |
81843743 |
96 |
3 inqas |
852539 |
|
Franza |
65397912 |
80 |
6 iktar |
817474 |
|
Renju Unit |
62989550 |
78 |
5 iktar |
807558 |
|
Italja |
60820764 |
75 |
2 iktar |
810944 |
|
Spanja |
46196276 |
60 |
6 iktar |
769938 |
|
Polonja |
38538447 |
51 |
|
755656 |
|
Rumanija |
21355849 |
32 |
1 inqas |
667370 |
|
Pajjiżi Baxxi |
16730348 |
26 |
|
643475 |
|
Ġreċja |
11290935 |
20 |
2 inqas |
564547 |
|
Belġju |
11041266 |
19 |
3 inqas |
581119 |
|
Portugall |
10541840 |
19 |
3 inqas |
554834 |
|
Repubblika Ċeka |
10505445 |
19 |
3 inqas |
552918 |
|
Ungerija |
9957731 |
18 |
4 inqas |
553207 |
|
Svezja |
9482855 |
17 |
3 inqas |
557815 |
|
Awstrija |
8443018 |
16 |
3 inqas |
527689 |
|
Bulgarija |
7327224 |
15 |
3 inqas |
488482 |
|
Danimarka |
5580516 |
13 |
|
429270 |
|
Slovakkja |
5404322 |
12 |
1 inqas |
450360 |
|
Finlandja |
5401267 |
12 |
1 inqas |
450106 |
|
Irlanda |
4582769 |
11 |
1 inqas |
416615 |
|
Kroazja |
4398150 |
11 |
1 inqas |
399832 |
|
Litwanja |
3007758 |
9 |
3 inqas |
334195 |
|
Slovenja |
2055496 |
8 |
|
256937 |
|
Latvja |
2041763 |
8 |
1 inqas |
255220 |
|
Estonja |
1339662 |
7 |
1 iktar |
191380 |
|
Ċipru |
862011 |
7 |
1 iktar |
123144 |
|
Lussemburgu |
524853 |
6 |
|
87476 |
|
Malta |
416110 |
6 |
|
69352 |
|
TOTALI |
|
751 |
|
|
|
* mill-1 ta' Jannar 2012
TABELLA 4: "FIX-PROP" - KOMPROMESS TA' CAMBRIDGE |
|
||||
|
|
|
|
|
|
Stati Membri |
Popolazzjoni* |
Siġġijiet |
Differenza |
Proporzjon popolazzjoni/siġġijiet |
|
Ġermanja |
81751602 |
96 |
3 inqas |
851579 |
|
Franza |
65048412 |
83 |
9 iktar |
783716 |
|
Renju Unit |
62435709 |
80 |
7 iktar |
780446 |
|
Italja |
60626442 |
78 |
5 iktar |
777262 |
|
Spanja |
46152926 |
61 |
7 iktar |
756605 |
|
Polonja |
38200037 |
51 |
|
749020 |
|
Rumanija |
21413815 |
31 |
2 inqas |
690768 |
|
Pajjiżi Baxxi |
16655799 |
25 |
1 inqas |
666232 |
|
Ġreċja |
11309885 |
19 |
3 inqas |
595257 |
|
Belġju |
10951665 |
18 |
4 inqas |
608426 |
|
Portugall |
10636979 |
18 |
4 inqas |
590943 |
|
Repubblika Ċeka |
10532770 |
18 |
4 inqas |
585154 |
|
Ungerija |
9985722 |
17 |
5 inqas |
587395 |
|
Svezja |
9415570 |
17 |
3 inqas |
553857 |
|
Awstrija |
8404252 |
16 |
3 inqas |
525266 |
|
Bulgarija |
7504868 |
15 |
3 inqas |
500325 |
|
Danimarka |
5560628 |
12 |
1 inqas |
463386 |
|
Slovakkja |
5435273 |
12 |
1 inqas |
452939 |
|
Finlandja |
5375276 |
12 |
1 inqas |
447940 |
|
Irlanda |
4480858 |
11 |
1 inqas |
407351 |
|
Kroazja |
4412137 |
11 |
1 inqas |
401103 |
|
Litwanja |
3244601 |
9 |
3 inqas |
360511 |
|
Slovenja |
2229641 |
8 |
1 inqas |
278705 |
|
Latvja |
2050189 |
8 |
|
256274 |
|
Estonja |
1340194 |
7 |
1 iktar |
191456 |
|
Ċipru |
804435 |
6 |
|
134073 |
|
Lussemburgu |
511840 |
6 |
|
85307 |
|
Malta |
417617 |
6 |
|
69603 |
|
TOTALI |
|
751 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
*kalkolu bbażat fuq id-data tal-popolazzjoni tal-2011 |
|||||
ANNESS I
TABELLA 1: 1979 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Stati Membri |
Popolazzjoni |
Siġġijiet |
Proporzjon popolazzjoni/siġġijiet |
|
Ġermanja |
61.321.663 |
81 |
757058 |
|
Franza |
53.481.073 |
81 |
660260 |
|
Renju Unit |
56.209.039 |
81 |
693939 |
|
Italja |
56.247.017 |
81 |
694408 |
|
Pajjiżi Baxxi |
13.985.526 |
25 |
559421 |
|
Belġju |
9.841.654 |
24 |
410069 |
|
Danimarka |
5.111.537 |
16 |
319471 |
|
Irlanda |
3.354.700 |
15 |
223647 |
|
Lussemburgu |
362.261 |
6 |
60377 |
|
TOTALI |
|
410 |
|
|
TABELLA 2: 1986 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Stati Membri |
Popolazzjoni |
Siġġijiet |
Proporzjon popolazzjoni/siġġijiet |
|
Ġermanja |
61.020.474 |
81 |
753339 |
|
Franza |
55.411.238 |
81 |
684089 |
|
Renju Unit |
56.618.895 |
81 |
698999 |
|
Italja |
56.597.823 |
81 |
698739 |
|
Spanja |
38.484.642 |
60 |
641411 |
|
Pajjiżi Baxxi |
14.529.430 |
25 |
581177 |
|
Portugall |
10.030.621 |
24 |
417943 |
|
Ġreċja |
9.949.100 |
24 |
414546 |
|
Belġju |
9.858.895 |
24 |
410787 |
|
Danimarka |
5.116.273 |
16 |
319767 |
|
Irlanda |
3.534.117 |
15 |
235608 |
|
Lussemburgu |
367.210 |
6 |
61202 |
|
TOTALI |
|
518 |
|
|
TABELLA 3: 1995 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Stati Membri |
Popolazzjoni |
Siġġijiet |
Proporzjon popolazzjoni/siġġijiet |
|
Ġermanja |
81538603 |
99 |
823622 |
|
Franza |
59315139 |
87 |
681783 |
|
Renju Unit |
57943472 |
87 |
666017 |
|
Italja |
56844408 |
87 |
653384 |
|
Spanja |
39343100 |
64 |
614736 |
|
Pajjiżi Baxxi |
15424122 |
31 |
497552 |
|
Ġreċja |
10595074 |
25 |
423803 |
|
Belġju |
10130574 |
25 |
405223 |
|
Portugall |
10017571 |
25 |
400703 |
|
Svezja |
8816381 |
22 |
400745 |
|
Awstrija |
7943489 |
21 |
378261 |
|
Danimarka |
5215718 |
16 |
325982 |
|
Finlandja |
5098754 |
16 |
318672 |
|
Irlanda |
3597617 |
15 |
239841 |
|
Lussemburgu |
405650 |
6 |
67608 |
|
TOTALI |
|
626 |
|
|
TABELLA 4: 2004 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Stati Membri |
Popolazzjoni |
Siġġijiet |
Proporzjon popolazzjoni/siġġijiet |
|
Ġermanja |
81751602 |
99 |
825774 |
|
Franza |
65048412 |
78 |
833954 |
|
Renju Unit |
62435709 |
78 |
800458 |
|
Italja |
60626442 |
78 |
777262 |
|
Spanja |
46152926 |
54 |
854684 |
|
Polonja |
38200037 |
54 |
707408 |
|
Pajjiżi Baxxi |
16655799 |
27 |
616881 |
|
Ġreċja |
11309885 |
24 |
471245 |
|
Belġju |
10951665 |
24 |
456319 |
|
Portugall |
10636979 |
24 |
443207 |
|
Repubblika Ċeka |
10532770 |
24 |
438865 |
|
Ungerija |
9985722 |
24 |
416072 |
|
Svezja |
9415570 |
19 |
495556 |
|
Awstrija |
8404252 |
18 |
466903 |
|
Danimarka |
5560628 |
14 |
397188 |
|
Slovakkja |
5435273 |
14 |
388234 |
|
Finlandja |
5375276 |
14 |
383948 |
|
Irlanda |
4480858 |
13 |
344681 |
|
Litwanja |
3244601 |
13 |
249585 |
|
Latvja |
2229641 |
9 |
247738 |
|
Slovenja |
2050189 |
7 |
292884 |
|
Estonja |
1340194 |
6 |
223366 |
|
Ċipru |
804435 |
6 |
134073 |
|
Lussemburgu |
511840 |
6 |
85307 |
|
Malta |
417617 |
5 |
83523 |
|
TOTALI |
|
732 |
|
|
TABELLA 5: 2009 |
|
|
|
|
|
|
|
|
|
Stati Membri |
Popolazzjoni |
Siġġijiet |
Proporzjon popolazzjoni/siġġijiet |
|
Ġermanja |
82002356 |
99 |
828307 |
|
Franza |
64350226 |
72 |
893753 |
|
Renju Unit |
60045068 |
72 |
833959 |
|
Italja |
61595091 |
72 |
855487 |
|
Spanja |
45828172 |
50 |
916563 |
|
Polonja |
38135876 |
50 |
762718 |
|
Rumanija |
21498616 |
33 |
651473 |
|
Pajjiżi Baxxi |
16485787 |
25 |
659431 |
|
Ġreċja |
10753080 |
22 |
488776 |
|
Belġju |
11260402 |
22 |
511836 |
|
Portugall |
10627250 |
22 |
483057 |
|
Repubblika Ċeka |
10467542 |
22 |
475797 |
|
Ungerija |
10030975 |
22 |
455953 |
|
Svezja |
9256347 |
18 |
514242 |
|
Awstrija |
8355260 |
17 |
491486 |
|
Bulgarija |
7606551 |
17 |
447444 |
|
Danimarka |
5511451 |
13 |
423958 |
|
Slovakkja |
5326314 |
13 |
409716 |
|
Finlandja |
5412254 |
13 |
416327 |
|
Irlanda |
4450030 |
12 |
370836 |
|
Litwanja |
3349872 |
12 |
279156 |
|
Latvja |
2261294 |
8 |
282662 |
|
Slovenja |
2032362 |
7 |
290337 |
|
Estonja |
493500 |
6 |
82250 |
|
Ċipru |
1340415 |
6 |
223403 |
|
Lussemburgu |
796875 |
6 |
132813 |
|
Malta |
413609 |
5 |
82722 |
|
TOTALI |
|
736 |
|
|
TABELLA 6: 2009 u 18-IL MEMBRU TAL-PE AKTAR |
|
|
|
|||||
|
|
|
|
|
||||
Stati Membri |
Popolazzjoni |
Siġġijiet |
Differenza |
Proporzjon popolazzjoni/siġġijiet |
||||
Ġermanja |
82002356 |
99 |
|
828307 |
||||
Franza |
64350226 |
74 |
2 iktar |
869598 |
||||
Renju Unit |
60045068 |
73 |
1 iktar |
822535 |
||||
Italja |
61595091 |
73 |
1 iktar |
843768 |
||||
Spanja |
45828172 |
54 |
4 iktar |
848670 |
||||
Polonja |
38135876 |
51 |
1 iktar |
747762 |
||||
Rumanija |
21498616 |
33 |
|
651473 |
||||
Pajjiżi Baxxi |
16485787 |
26 |
|
634069 |
||||
Ġreċja |
10753080 |
22 |
1 iktar |
488776 |
||||
Belġju |
11260402 |
22 |
|
511836 |
||||
Portugall |
10627250 |
22 |
|
483057 |
||||
Repubblika Ċeka |
10467542 |
22 |
|
475797 |
||||
Ungerija |
10030975 |
22 |
|
455953 |
||||
Svezja |
9256347 |
20 |
2 iktar |
462817 |
||||
Awstrija |
8355260 |
19 |
2 iktar |
439751 |
||||
Bulgarija |
7606551 |
18 |
1 iktar |
422586 |
||||
Danimarka |
5511451 |
13 |
|
423958 |
||||
Slovakkja |
5326314 |
13 |
|
409716 |
||||
Finlandja |
5412254 |
13 |
|
416327 |
||||
Irlanda |
4450030 |
12 |
|
370836 |
||||
Litwanja |
3349872 |
12 |
|
279156 |
||||
Latvja |
2261294 |
9 |
1 iktar |
251255 |
||||
Slovenja |
2032362 |
8 |
1 iktar |
254045 |
||||
Estonja |
493500 |
6 |
|
82250 |
||||
Ċipru |
1340415 |
6 |
|
223403 |
||||
Lussemburgu |
796875 |
6 |
|
132813 |
||||
Malta |
413609 |
6 |
1 iktar |
68935 |
||||
TOTALI |
|
754 |
|
|
||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
19.2.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
21 0 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Alfredo Antoniozzi, Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Zita Gurmai, Gerald Häfner, Constance Le Grip, Morten Messerschmidt, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski, Luis Yáñez-Barnuevo García |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Elmar Brok, Zuzana Brzobohatá, Andrea Češková, Sylvie Guillaume, Anneli Jäätteenmäki, Vital Moreira, Evelyn Regner, Helmut Scholz, György Schöpflin, Alexandra Thein |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Csaba Őry |
||||