Proċedura : 2012/0202(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0046/2013

Testi mressqa :

A7-0046/2013

Dibattiti :

PV 15/04/2013 - 16
CRE 15/04/2013 - 16

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2013 - 8.11
CRE 16/04/2013 - 8.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 03/07/2013 - 8.3
CRE 03/07/2013 - 8.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 10/12/2013 - 7.25
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0310
P7_TA(2013)0543

RAPPORT     ***I
PDF 628kWORD 212k
25.2.2013
PE 498.154v01-00 A7-0046/2013

dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra

(COM(2012)0416 – C7‑0203/2012 – 2012/0202(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Matthias Groote

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra

(COM(2012)0416 – C7‑0203/2012 – 2012/0202(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0416),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0203/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Novembru 2012(1),

–   wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-2050(2),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0046/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2012 dwar il-Pjan Direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050 (2011/2095(INI)1, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni tadotta miżuri biex tikkoreġi n-nuqqasijiet tal-iskema tal-UE għan-negozjar ta’ emissjonijiet (EU ETS) sabiex din tibda tiffunzjona kif maħsub oriġinarjament, u qabel ma jibda t-tielet perjodu ta’ negozjar, temenda, jekk ikun xieraq, ir-Regolament adottat skont l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE sabiex jiġu implementati miżuri adegwati li jistgħu jinkludu s-sospensjoni tal-ammont meħtieġ ta’ kwoti.

 

______________

 

1Testi adottati, P7_TA(2012)0086.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) Sa tmiem l-2011, kien akkumula eċċess ta’ 995 miljun kwota. Dan l-eċċess ta’ kwoti mistenni jiżdied jekk ma jitwettqux miżuri strutturali fir-rigward tal-EU ETS.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) Tali ammont sinifikanti ta’ eċċess ta’ kwoti qed iwassal għal prezz aktar baxx tal-karbonju, meta mqabbel ma’ dak maħsub oriġinarjament, li jnaqqas l-inċentivi għal investiment f’tekonoloġiji b’livell baxx tal-karbonju u jżid ir-riskju li l-Unjoni ssir dipendenti fuq infrastrutturi b’ammont intensiv tal-karbonju.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Għall-finijiet taċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà tas-suq, għandu jiġi ċċarat li, sabiex jiġi żgurat funzjonament xieraq tas-suq, il-Kummissjoni tista' f'ċirkostanzi eċċezzjonali tadatta l-iskeda tal-irkant skont l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE.

(2) Għall-finijiet taċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà tas-suq, għandu jiġi ċċarat li, sabiex jiġi żgurat funzjonament xieraq tas-suq, il-Kummissjoni tista' f'ċirkostanzi eċċezzjonali tadatta l-iskeda tal-irkant skont l-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE sakemm tali intervent jista’ jkun ġustifikat minn valutazzjoni tal-impatt li turi li l-impatt fuq is-setturi esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta’ karbonju jkun limitat. Il-Kummissjoni għandha tkun kapaċi tagħmel mhux aktar minn adattament wieħed bħal dan li għandu jsir biss matul il-perjodu ta’ tmien snin li jibda fl-1 ta’ Jannar 2013.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-adattament tal-iskeda tal-irkant għandu jiġi kkunsidrat bħala azzjoni fuq perjodu ta’ żmien qasir, minflok miżura strutturali intiża li tindirizza l-iżbilanċi fis-suq tal-EU ETS u m’għandux idgħajjef l-istabbiltà u l-prevedibbiltà tal-EU ETS.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) Fid-dawl tal-prezzijiet potenzjalment aktar għolja għaċ-ċertifikati, il-linji gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat fil-kuntest tal-iskema għan-negozjar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra wara l-2012 (SWD(2012)0130, SWD(2012)0131 – l-ispejjeż ta’ emissjonijiet indiretti) u l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10a(14)-(17) tad-Direttiva 2003/87/KE (spejjeż ta’ emissjonijiet diretti) għandhom jiġu kkunsidrati għal reviżjoni u għandu jitqies ir-riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta’ karbonju u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn is-setturi.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li xi industriji rċevew trattament ġeneruż ħafna ta’ kwoti b’xejn, hemm produtturi intensivi tal-enerġija li huma esposti għal kompetizzjoni inġusta għax il-kompetitturi diretti tagħhom jibbenefikaw minn allokazzjoni ta’ kwoti b’xejn (pereżempju s-settur tal-ġibs) jew għax il-livell ta’ kumpens tagħhom meta wieħed iqis l-intensità ultra-enerġetika tagħhom (pereżempju s-settur tal-aluminju) huwa baxx wisq. Il-linji gwida dwar ċerti miżuri ta’ għajnuna mill-Istat, għalhekk, għandhom jirriflettu din is-sitwazzjoni u l-kriterji li jiddeterminaw il-lista tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta’ karbonju għandhom ikunu riveduti sabiex tkun permessa l-inklużjoni ta’ setturi b’effiċjenza enerġetika li għandhom marka tal-karbonju relattivament baxxa.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE tiżdied is-sentenza li ġejja:

Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE jiżdiedu s-sentenzi li ġejjin:

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1

Direttiva 2003/87/KE

Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1– l-aħħar sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tadatta l-iskeda għal kull perjodu biex tiżgura funzjonament xieraq tas-suq.

Il-Kummissjoni tista’, f’ċirkostanzi eċċezzjonali, tadatta l-iskeda għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 13(1) li jibda fl-1 ta’ Jannar 2013 biex tiżgura funzjonament xieraq tas-suq meta l-valutazzjoni tal-impatt turi li l-impatt ta’ tali intervent fuq is-setturi esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet ta' karbonju jkun limitat. Il-Kummissjoni m’għandhiex tagħmel aktar minn adattament wieħed bħal dan.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Id-dħul fis-seħħ

 

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(1)

          ĠU C , , p. .

(2)

         Testi adottati, P7_TA(2012)0086.


NOTA SPJEGATTIVA

L-Iskema tal-UE għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet (EU ETS) hija strument ewlieni li jnaqqas l-emissjonijiet industrijali tal-UE b’mod kosteffikaċi. Sa mill-bidu tat-tieni perjodu ta’ skambju fl-2008, l-emissjonijiet tnaqqsu b’aktar minn 10 %. L-intenzjoni oriġinali tal-leġiżlaturi kienet li tiġi stabbilita miżura bbażata fuq is-suq li tista’ tistimula l-prezz tal-karbonju, filwaqt li b’hekk tinfluwenza b’mod pożittiv l-investiment f’teknoloġija b’livell baxx ta’ karbonju u enerġija rinovabbli, li min-naħa tiegħu jirriżulta fi tnaqqis ta’ emissjonijiet. Madankollu, it-tnaqqis fl-emissjonijiet fit-tieni perjodu ta’ skambji jista’ jiġi attribwit għat-tnaqqis ekonomiku li wassal għal tnaqqis fl-attivitajiet ekonomiċi u l-produzzjoni, kif indikat fir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tas-suq tal-karbonju Ewropew fl-2012.

Minkejja li l-UE ETS tippermetti, sa mit-twaqqif tagħha, tnaqqis fl-emissjonijiet tal-karbonju, fil-preżent hija tinsab kkonfrontata bi żbilanċji serji. Il-kriżi ekonomika attwali, flimkien ma’ dħul sinifikanti ta’ krediti għat-tnaqqis fl-emissjonijiet esterni maħruġa mill-Mekkaniżmu għal Żvilupp Nadif (CDM), kif ukoll numru ta’ dispożizzjonijiet regolatorji relatati mat-tranżizzjoni lejn it-tielet perjodu ta’ skambju (2013-2020), wasslu għal żieda sinifikanti fl-eċċess ta’ kwoti. Sa tmiem l-2011, kien akkumula eċċess ta’ 955 miljun kwota u din iċ-ċifra hija mistennija li tiżdied. Peress li l-provvista tal-kwoti taqbeż bil-kbir id-domanda, il-prezz tal-karbonju naqas minn madwar 30 EUR/tunnellata CO2 għal madwar 7 EUR/tunnellata ta’ CO2.

Dan it-tnaqqis fil-prezz tal-karbonju ma jippermettix it-titjib b’mod suffiċjenti fl-innovazzjoni xjentifika u teknoloġika u għalhekk sar fattur li jnaqqas l-inċentivi ta’ investiment f’teknoloġiji bil-karbonju baxx u jżid ir-riskju li l-Unjoni Ewropea ssir dipendenti fuq infrastrutturi b’livell intensiv ta’ karbonju. Bil-għan li jiġu indirizzati l-iżbilanċi attwali fil-livell tal-EU ETS, ir-rapporteur jissuġġerixxi l-adozzjoni ta’ miżuri fuq żmien qasir kif ukoll fuq żmien twil. Filwaqt li l-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1031/2010, li partikolarment jiddetermina l-volumi ta’ kwoti ta’ emissjoni ta’ gass b’effett ta’ serra li jiġu rkantati fl-2013-2020 (il-miżura tal-komitoloġija magħrufa bħala “ikkonċentrati fl-aħħar tal-perjodu”) jagħmel parti mill-ewwel kategorija, ir-rapport dwar l-istat tas-suq tal-karbonju Ewropew fl-2012 jiddeskrivi miżuri strutturali potenzjali.

L-objettiv ta’ dan ir-rapport huwa li jiċċara d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi dwar l-iskeda tal-irkanti tal-kwoti stabbiliti fid-Direttiva 87/2003/KE. Ir-Rapporteur jemmen li l-Kummissjoni għandha tkun tista’ tadatta l-iskeda tal-irkanti adottata f’konformità mal-Artikolu 10(4) tad-Direttiva 2003/87/KE. Madankollu, tali miżuri m’għandhomx jittieħdu ħlief f’ċirkostanzi eċċezzjonali, bħal dawk li l-EU ETS qed jiffaċċja fil-preżent. Minbarra dan, sabiex jiżgura li l-istabbiltà u l-prevedibbiltà tal-EU ETS ma jiddgħajfux, ir-rapporteur jissuġġerixxi li d-deċiżjoni dwar l-adattament tal-iskeda tal-irkant tiġi eżegwita darba biss fit-tielet perjodu ta’ skambji tal-EU ETS. F’dan ir-rigward, din il-proposta għal miżura fuq terminu qasir m’għandhiex titqies bħala soluzzjoni għall-iżbilanċji attwali, iżda pjuttost bħala mezz li jiżgura l-istabbiltà tal-EU ETS sa ma jiġu adottati l-miżuri strutturali.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (28.1.2013)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE fejn tiċċara d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra

(COM(2012)0416 – C7‑0203/2012 – 2012/0202(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Amalia Sartori

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jipproponi ċ-ċaħda tal-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2003/87/KE biex jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra

Referenzi

COM(2012)0416 – C7-0203/2012 – 2012/0202(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.9.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

11.9.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Amalia Sartori

24.1.2013

Rapporteur għal opinjoni sostitut(a)

Francisco Sosa Wagner

Eżami fil-kumitat

28.11.2012

17.12.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

24.1.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

14

11

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Gaston Franco, Adam Gierek, Robert Goebbels, Fiona Hall, Jacky Hénin, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Marisa Matias, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Jens Rohde, Paul Rübig, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Evžen Tošenovský, Catherine Trautmann, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Niki Tzavela, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Caspary, Françoise Grossetête, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Yannick Jadot, Seán Kelly, Holger Krahmer, Bernd Lange, Werner Langen, Markus Pieper

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Catherine Bearder, Jean-Paul Besset, Karima Delli, Paweł Zalewski


PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2003/87/KE biex jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet dwar l-għażla taż-żmien tal-irkant tal-kwoti tal-gassijiet serra

Referenzi

COM(2012)0416 – C7-0203/2012 – 2012/0202(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.7.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

11.9.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

11.9.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Matthias Groote

12.9.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

12.11.2012

17.12.2012

24.1.2013

 

Data tal-adozzjoni

19.2.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

25

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Lajos Bokros, Martin Callanan, Nessa Childers, Tadeusz Cymański, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Andrés Perelló Rodríguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Oreste Rossi, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Thomas Ulmer, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Chrysogelos, Minodora Cliveti, Christofer Fjellner, Jutta Haug, Judith A. Merkies, Miroslav Mikolášik, Alojz Peterle, Alda Sousa, Bart Staes

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lena Kolarska-Bobińska, Arlene McCarthy, Konrad Szymański, Jacek Włosowicz

Data tat-tressiq

25.2.2013

Avviż legali - Politika tal-privatezza