RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tat-trattament tal-vawċers
4.3.2013 - (COM(2012)0206 – C7‑0127/2012 – 2012/0102(CNS)) - *
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Ildikó Gáll-Pelcz
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tat-trattament tal-vawċers
(COM(2012)0206 – C7‑0127/2012 – 2012/0102(CNS))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0206),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0127/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7‑0058/2013),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
3. Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 1 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud tistabbilixxi r-regoli dwar il-ħin u l-post ta' provvista ta' oġġetti u servizzi, l-ammont taxxabbli, l-imponibilità tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u d-dritt għal tnaqqis. Madankollu, dawk ir-regoli mhumiex ċari jew kompluti biżżejjed sabiex jiżguraw il-konsistenza fit-trattament tat-taxxa ta' tranżazzjonijiet li jinvolvu vawċers sa punt li għandu konsegwenzi mhux mixtieqa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
(1) Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud tistabbilixxi r-regoli dwar il-ħin u l-post ta' provvista ta' oġġetti u servizzi, l-ammont taxxabbli, l-imponibilità tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) u d-dritt għal tnaqqis. Madankollu, dawk ir-regoli mhumiex ċari jew kompluti biżżejjed sabiex jiżguraw il-konsistenza fit-trattament tat-taxxa ta' tranżazzjonijiet li jinvolvu vawċers sa punt li għandu konsegwenzi mhux mixtieqa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Sabiex jiġu eliminati l-opportunitajiet għall-evażjoni tat-taxxa u l-frodi fiskali, jiżdied il-ġbir tal-VAT minn vawċers u b'hekk jiżdied id-dħul pubbliku, jeħtieġ li jissaħħu l-kamp ta' applikazzjoni, in-newtralità u t-trasparenza fir-rigward tat-trattament tat-taxxa ta' tranżazzjonijiet li jinvolvu vawċers. | ||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 2 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(2) Biex jiġi żgurat trattament ċert u uniformi u jiġu evitati l-inkonsistenzi, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, it-tassazzjoni doppja jew in-non-tassazzjoni u jitnaqqas ir-riskju tal-evitar tat-taxxa, hemm il-ħtieġa għal regoli speċifiċi li japplikaw għat-trattament tal-VAT tal-vawċers. |
(2) Biex jiġi żgurat suq intern li jiffunzjona tajjeb, effikaċi u bla ostakli kif ukoll trattament ċert u uniformi u b’hekk jiġu evitati l-inkonsistenzi, id-distorsjoni tal-kompetizzjoni, it-tassazzjoni doppja jew in-non-tassazzjoni, l-ambigwità fir-rigward tal-obbligu fiskali u jitnaqqas ir-riskju tal-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, hemm il-ħtieġa għal regoli speċifiċi li japplikaw għat-trattament tal-VAT tal-vawċers. | ||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 4 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(4) It-trattament tal-VAT tat-tranżazzjonijiet assoċjati mal-vawċers huwa dipendenti fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-vawċer. Għalhekk, huwa neċessarju li wieħed jiddistingwi bejn it-tipi differenti ta' vawċers u d-distinzjonijiet jenħtieġ li jiġu stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(4) It-trattament tal-VAT tat-tranżazzjonijiet assoċjati mal-vawċers huwa dipendenti fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-vawċer. Għalhekk, huwa neċessarju li wieħed jiddistingwi bejn it-tipi differenti ta' vawċers u d-definizzjonijiet distinti jenħtieġ li jiġu ċċarati fil-liġi tal-Unjoni. | ||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 5 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(5) Dritt li wieħed jirċievi oġġetti jew servizzi jew li jirċievi skont huwa inerenti fin-natura ta' vawċer. Dan id-dritt jista' jkun assenjat minn persuna waħda għal oħra qabel ma l-vawċer eventwalment jissarraf. Biex jiġi evitat ir-riskju ta' tassazzjoni doppja, kieku s-servizz irrappreżentat minn tali dritt kellu jiġi intaxxat, ikun neċessarju li tiġi stabbilita l-assenjazzjoni ta' dan id-dritt u t-tisrif tal-oġġett jew servizzi għandu jitqies bħala tranżazzjoni waħda. |
(5) Vawċer jintitola lid-detentur li jirċievi oġġetti jew servizzi jew li jirċievi skont. Dan id-dritt jista' jkun assenjat minn persuna waħda għal oħra qabel ma l-vawċer eventwalment jissarraf. Biex jiġi evitat ir-riskju ta' tassazzjoni doppja, kieku s-servizz irrappreżentat minn tali dritt kellu jiġi intaxxat, ikun neċessarju li tiġi stabbilita l-assenjazzjoni ta' dan id-dritt u t-tisrif tal-oġġett jew servizzi jkollu jitqies bħala tranżazzjoni waħda. | ||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 8 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(8) Il-vawċers spiss jitqassmu permezz ta' aġent jew jgħaddu minn katina tad-distribuzzjoni bbażata fuq ix-xiri u l-bejgħ sussegwenti. Sabiex tinżamm in-newtralità, huwa essenzjali li l-ammont tal-VAT li jrid jitħallas fuq l-oġġetti jew servizzi fornuti bi skambju ma' vawċer, jibqa intatt. Biex dan jiġi żgurat, il-valur ta' vawċers b'użi multipli għandu jiġi ffissat mal-ħruġ. |
(8) Il-vawċers spiss jitqassmu permezz ta' aġent jew jgħaddu minn katina tad-distribuzzjoni bbażata fuq ix-xiri u l-bejgħ sussegwenti. Sabiex tinżamm in-newtralità, huwa essenzjali li l-ammont tal-VAT li jrid jitħallas fuq l-oġġetti jew servizzi fornuti bi skambju ma' vawċer, jibqa intatt. Biex dan jiġi żgurat, il-valur nominali ta' vawċers b'użi multipli għandu jiġi ffissat mal-ħruġ. | ||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(10) Huwa meħtieġ li jiġi ċċarat it-trattament fiskali tat-tranżazzjonijiet marbuta mad-distribuzzjoni ta' vawċers b'użi multipli. Fejn tali vawċers huma mixtrija taħt il-valur tagħhom biex jerġgħu jinbiegħu bi prezz ogħla, is-servizz ta' distribuzzjoni għandu jkun intaxxat fuq il-bażi tal-marġini magħmula mill-persuna taxxabbli. |
(10) Jeħtieġ li jiġi ċċarat it-trattament fiskali tat-tranżazzjonijiet marbuta mad-distribuzzjoni ta' vawċers b'użi multipli. Fejn tali vawċers huma mixtrija taħt il-valur nominali tagħhom biex jerġgħu jinbiegħu bi prezz ogħla, is-servizz ta' distribuzzjoni għandu jkun intaxxat fuq il-bażi tal-marġini magħmula mill-persuna taxxabbli. | ||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 11 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(11) Il-vawċers jistgħu jinvolvu l-provvista transkonfinali ta' oġġetti jew servizzi. Jekk l-imponibbiltà tvarja bejn l-Istati Membri, dan jista' jwassal għal tassazzjoni doppja jew nuqqas ta' tassazzjoni. Sabiex tiġi evitata din is-sitwazzjoni, l-ebda deroga mir-regola li biha l-VAT hija imponibbli meta l-oġġetti jew is-servizzi jiġu pprovduti m'għandha tiġi permessa. |
(11) Il-vawċers jistgħu jinvolvu l-provvista transkonfinali ta' oġġetti jew servizzi. Jekk l-imponibbiltà tvarja bejn l-Istati Membri, dan jista' jwassal għal tassazzjoni doppja jew nuqqas ta' tassazzjoni. Sabiex tiġi evitata din is-sitwazzjoni u jiġi ċċarat f'liema Stat Membru għandha titħallas it-taxxa, l-ebda deroga mir-regola li biha l-VAT hija imponibbli meta l-oġġetti jew is-servizzi jiġu pprovduti m'għandha tiġi permessa. | ||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 15 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
(15) Sakemm l-oġġetti jew servizzi fornuti mat-tisrif ta' vawċer huma ntaxxati, il-persuna taxxabbli tkun intitolata li tnaqqas il-VAT imħallsa fuq l-infiq b’rabta mal-ħruġ tal-vawċer. Għandu jiġi ċċarat li din l-ispiża tal-VAT hija deduċibbli anki jekk dawk l-oġġetti jew servizzi jiġu fornuti minn xi ħadd għajr l-emittent tal-vawċer. |
(15) Sakemm l-oġġetti jew servizzi fornuti mat-tisrif ta' vawċer huma ntaxxati, il-persuna taxxabbli tkun intitolata li tnaqqas il-VAT imħallsa fuq l-infiq b’rabta mal-ħruġ tal-vawċer, b'konformità mal-liġi tal-Unjoni. Għandu jiġi ċċarat li din l-ispiża tal-VAT hija deduċibbli anki jekk dawk l-oġġetti jew servizzi jiġu fornuti minn xi ħadd għajr l-emittent tal-vawċer. | ||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 2006/112/KE Kapitolu 5 – Artikolu 30a – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 2006/112/KE Kapitolu 5 – Artikolu 30a – paragrafu 1 – punt 1 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 2006/112/KE Kapitolu 5 – Artikolu 30a – paragrafu 1 – punt 2 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 2006/112/KE Kapitolu 5 – Artikolu 30a – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid) | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 2006/112/KE Kapitolu 5 – Artikolu 30a – paragrafu 1 – punt 3 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 2006/112/KE Kapitolu 5 – Artikolu 30a – paragrafu 1 – punt 4 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 6 Direttiva 2006/112/KE Kapitolu 5 – Artikolu 74a – paragrafu 1 | |||||||||||||
| |||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt 1 | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2014, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. |
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sal-1 ta' Jannar 2014. Huma għandhom jikkomunikaw immedjatament it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni. | ||||||||||||
|
Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mill-1 ta' Jannar 2015. |
L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2015. | ||||||||||||
|
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn tal-aħħar għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza. |
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn tal-aħħar għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza. | ||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 2a (ġdid) | |||||||||||||
|
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||
|
|
Artikolu 2a | ||||||||||||
|
|
Sal-1 ta' Jannar 2017, il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/112/KE u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-impatt ekonomiku u fiskali tagħha. Dak ir-rapport għandu jinkludi analiżi tal-impatt ta’ din id-Direttiva fuq l-ekonomiji tal-Istati Membri. | ||||||||||||
NOTA SPJEGATTIVA
Fl-10 ta’ Mejju 2012 il-Kummissjoni Ewropea pproponiet li taġġorna r-regoli tal-UE dwar il-VAT biex tiżgura trattament tat-taxxa uniformi fuq kull tip ta’ vawċer madwar l-Istati Membri kollha. Il-vawċers jirrappreżentaw suq ta’ iktar minn € 52 biljun kull sena fl-Unjoni Ewropea. It-telekomunikazzjonijiet imħallsa minn qabel jammontaw għal kważi 70% tas-suq tal-vawċers, segwiti mill-vawċers ta’ rigal u l-vawċers ta’ skont. Minkejja dan, id-differenzi fir-regoli tal-VAT fuq il-vawċers iwasslu għal ineffiċjenzi serji tas-suq. Minflok ma jibbenefikaw verament mis-Suq Uniku, il-kumpaniji qed jaffaċċaw problemi ta’ tassazzjoni doppja u diffikultajiet biex jespandu n-negozju tagħhom b’mod transkonfinali. Ir-regoli l-ġodda għandhom l-għan li jirrimedjaw din is-sitwazzjoni.
L-objettiv tal-proposta huwa li tiċċara u tarmonizzati r-regoli tal-UE dwar it-trattament tal-VAT tal-vawċers. Dan se jkollu effett pożittiv fuq in-negozji permezz tal-eliminazzjoni kemm ta’ sitwazzjonijiet ta’ tassazzjoni doppja kif ukoll tal-inċertezza dwar l-obbligi ta’ konformità fiskali. Se jgħin ukoll biex jingħalqu l-lakuni li jiffaċilitaw l-evitar tat-taxxa minn ċerti kumpaniji li jisfruttaw id-diskrepanzi li jeżistu bejn l-Istati Membri. Ir-regoli l-ġodda jikkonċiljaw tajjeb mal-istrateġija iktar wiesgħa tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa, b’mod speċjali mal-objettiv tagħha li jinħoloq suq uniku diġitali.
L-ewwel nett, il-Kummissjoni tipproponi l-armonizzazzjoni tad-definizzjoni ta’ vawċers għal finijiet ta’ VAT u l-punt ta’ tassazzjoni ta’ tranżazzjonijiet ta’ vawċer, biex jiġu evitati diskrepanzi li jirriżultaw f’tassazzjoni doppja jew nontassazzjoni doppja. Il-waqt tat-tassazzjoni se jiġi ddeterminat bin-natura tal-vawċer, biex b’hekk ikun iċċarat jekk it-taxxa għandhiex tiġi imposta meta jinbiegħ il-vawċer jew meta jissarraf f'oġġetti jew servizzi.
It-tieni, ir-regoli l-ġodda jagħmlu distinzjoni ċara bejn vawċers u mezzi ta’ pagament oħrajn. L-għadd dejjem ikbar ta’ apparat mobbli jinneċessità li jkun hemm distinzjoni bejn krediti tat-telekomunikazzjoni mħallsa minn qabel (li huma vawċers) u servizzi ta' ħlas bil-mobajl (li huma intaxxati b’mod differenti). Il-bidliet fit-teknoloġiji ta’ ħlas, b’mod partikolari l-użu dejjem ikbar ta’ ħlas bil-mowbajl, jirrikjedu li titneħħa kwalunkwe possibilità ta’ konfużjoni.
It-tielet, id-Direttiva tistabbilixxi regoli komuni għad-distribuzzjoni ta’ vawċers f’katina ta’ intermedjarji, speċjalment meta dan dan ikun mifrux ma' żewġ Stati Membri jew aktar. Pereżempju karta telefonika tista’ tgħaddi minn id għall-oħra bosta drabi f’katina ta’ distribuzzjoni qabel ma tasal għand il-konsumatur u n-negozji kkonċernati jeħtieġu ċertezza dwar l-obbligi fiskali tagħhom.
Għadd ta’ miżuri tekniċi oħrajn huma inklużi sabiex jiġi indirizzat id-dritt ta’ proċeduri ta’ tnaqqis, tisrif u rimborż, il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa u obbligi oħra għan-negozji.
Il-pożizzjoni tar-Rapporteur
Ir-rapporteur tilqa’ l-proposta għal Direttiva tal-Kummissjoni Ewropea li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tat-trattament tal-vawċers. Ir-rapporteur temmen li din hija t-triq it-tajba biex jinqered wieħed mill-ostakli li għad fadal għan-negozju transkonfinali.
Ir-rapporteur tappoġġa bil-qawwa l-objettivi tal-Kummissjoni li jiġi żgurat trattament uniformi tat-taxxa għal kull tip ta’ vawċer madwar l-Istati Membri kollha. Il-proposta attwali se tkun ta’ benefiċċju kemm għan-negozji kif ukoll għall-konsumaturi.
L-elementi ewlenin biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tad-Direttiva dwar il-VAT (2006/112/KE) jinkludu:
1) definizzjoni legali ċara ta’ vawċers għal finijiet ta’ VAT (l-Artikolu 30a ġdid propost għandu l-mertu li jiddistingwi bejn vawċers “b'użu uniku”, “b'użi multipli” u “ta’ skont”);
2) l-identifikazzjoni ta’ meta tkun dovuta l-VAT (l-Artikolu 30b ġdid propost).
Permezz tal-kjarifika u l-armonizzazzjoni tar-regoli tal-UE dwar it-trattament tal-VAT tal-vawċers din il-proposta tiffaċilita ħafna t-tħaddim tal-iskemi ta’ lealtà u tal-vawċers ta’ rigal. Minn perspettiva kummerċjali din il-proposta se tgħin biex jiġu evitati l-ineffiċjenzi tas-suq u x-xenarji ta’ nontassazzjoni jew tassazzjoni doppja. Mill-perspettiva tal-konsumatur, effettivament se tkun qed tneħħi impediment fiskali għat-tħaddim ta’ skemi pan-Ewropej li permezz tagħhom il-konsumaturi se jkunu jistgħu jgawdu ħafna aktar is-servizzi tagħna.
Il-bejjiegħa bl-imnut transkonfinali ilhom jaffaċċaw il-komplessità kkawżata minn oqfsa regolatorji differenti fir-rigward tal-vawċers u tipi oħra ta’ skemi tas-suq. Fil-fatt, l-inkonsistenza regolatorja s’issa kienet ostaklu għall-isfruttament sħiħ tal-opportunitajiet tas-suq uniku. Dan huwa validu b’mod partikolari għas-settur tat-telekomunikazzjonijiet.
Kif indikat mill-istudju li l-Kummissjoni Ewropea kkummissjonat minn Deloitte, il-vawċers għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni mħallsa minn qabel huma b’mod ċar il-kategorija l-iktar sinifikanti ta’ vawċers u d-differenzi fit-trattament fiskali tagħhom fl-UE joħolqu inkonsistenzi. Dawn l-inkonsistenzi l-innovazzjoni u l-isfruttament kummerċjali fis-servizzi transkonfinali tal-UE għamluhom mhux attraenti.
Ir-rapporteur tilqa’ l-fatt li fir-rigward tal-vawċers distribwiti f’katina, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li jiġi introdott il-“kunċett ta’ valur nominali”, valur kostanti stabbilit mill-emittent tal-“vawċer b'użi multipli” u tipproponi li kwalunkwe differenza pożittiva bejn dan il-valur nominali u l-prezz imħallas minn distributur tal-“vawċers b’użi multipli” tiġi trattata bħala r-rimunerazzjoni għal servizz ta’ distribuzzjoni.
Skont il-Kummissjoni Ewropea, il-“vawċers b’użi multipli” ma jiġux intaxxati meta jgħaddu minn id għall-oħra iżda biss meta jissarfu (jiġifieri meta l-utent finali juża effettivament il-vawċer). Il-marġni għad-dsitribuzzjoni ta’ “vawċer b’użi multipli” jiġi intaxxat separatament bħala servizz distint. L-oġġetti jew servizzi sottostanti li jinxtraw bil-“vawċer b’użi multipli” huma taxxabli meta jissarraf il-vawċer filwaqt li l-marġni tad-distributur jiġi intaxxat bħala servizz kull darba li jiġi pprovdut, jiġifieri kull darba li l-“vawċer b’użi multipli” jgħaddi minn id għall-oħra.
Il-Kummissjoni tipproponi li l-bejgħ ta’ kwalunkwe vawċer b’użi multipli għandu jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT, u għalhekk mhux neċessarju li jiġi identifikat l-ammont taxxabbli tal-vawċer innifsu. L-ammont taxxabbli tal-oġġetti jew servizzi fornuti bl-użu ta' vawċer b'użi multipli huwa ugwali għall-valur tal-vawċer b’użi multipli użat għall-akkwist ta’ dawk l-oġġetti u servizzi. L-istess prinċipju japplika bħal fir-rigward tal-vawċers b’użu uniku meta l-emittent/ir-rimborżatur tal-vawċer ma jkunx dak li jsarrfu, u f’dak il-każ l-ammont taxxabbli jkun ugwali għar-remunerazzjoni mħallsa mill-konsumatur flimkien mal-ammont imħallas lill-bejjiegħ mill-emittent/mir-rimborsatur (jiġifieri l-ammont imnaqqas mill-vawċer).
F’konformità mal-estensjoni proposta tal-iskadenzi, ir-rapporteur temmen tassew li l-proposta tal-Kummissjoni għandha tiġi emendata sabiex tiġi garantita l-implimentazzjoni prattika u effikaċi tad-dispożizzzjonijiet previsti, u tipprovdi l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti bil-livell neċessarju ta’ flessibbiltà u awtonomija sabiex jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ din id-Direttiva.
Fil-qosor, ir-rapporteur konvinta li qafas legali konsistenti dwar il-vawċers huwa indispensabbli sabiex tinkiseb l-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-bidla tal-2015 tal-post tal-provvista fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet bejn negozju u konsumatur. Mingħajr tali regoli kwalunkwe negozju li jbigħ vawċers identiċi lil individwi privati minn żewġ Stati Membri differenti jaf ikollu japplika trattementi tal-VAT kompletament differenti għaż-żewġ vawċers; minkejja li l-vawċers u l-provvisti sottostanti jkunu l-istess. Tali konsegwenza hija kontroproduttiva b’mod assolut għas-simplifikar u l-unifikazzjoni tal-approċċi previsti mir-regoli l-ġodda fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet bejn negozju u konsumatur. Il-fatt li l-Kummissjoni ħarġet proposta għal trattament armonizzat tal-VAT tal-vawċers huwa milqugħ sew minħabba li r-regoli armonizzati għandhom iwasslu għal iktar ċarezza u konsistenza madwar l-Unjoni Ewropea.
Rikonoxximent u impatt leġiżlattiv
Ir-rapporteur tixtieq tirringrazzja lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Presidenza Ċiprijotta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-kooperazzjoni sħiħa u utli matul il-proċess ta’ tfassil ta’ dan ir-rapport.
PROĊEDURA
|
Titolu |
Is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tat-trattament tal-vawċers |
||||
|
Referenzi |
COM(2012)0206 – C7-0127/2012 – 2012/0102(CNS) |
||||
|
Data meta ġie kkonsultat il-PE |
24.5.2012 |
|
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 12.6.2012 |
|
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 12.6.2012 |
|
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
JURI 30.5.2012 |
|
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Ildikó Gáll-Pelcz 11.9.2012 |
|
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
10.1.2013 |
19.2.2013 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
26.2.2013 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
41 0 1 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Burkhard Balz, Elena Băsescu, Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Syed Kamall, Othmar Karas, Wolf Klinz, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Sławomir Nitras, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain |
||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Sari Essayah, Sophia in ‘t Veld, Thomas Mann, Nils Torvalds, Roberts Zīle |
||||
|
Data tat-tressiq |
4.3.2013 |
||||