RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati

25.3.2013 - (15519/1/2012 – C7‑0006/2013 – 2011/0260(COD)) - ***II

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: David Martin


Proċedura : 2011/0260(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0123/2013
Testi mressqa :
A7-0123/2013
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta' Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati

(15519/1/2012 – C7‑0006/2013 – 2011/0260(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (15519/1/2012 – C7‑0006/2013),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari[1] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2011)0598),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 66 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0123/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fit-tieni qari li tidher hawn taħt;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[2]*

għall-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

REGOLAMENT (UE) Nru .../...

TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta'...

li jemenda l-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni

jew stati li kkonkludew in-negozjati

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja[3],

Billi:

(1)         In-negozjati dwar il-Ftehimiet tas-Sħubija Ekonomika ('il-Ftehimiet') bejn:

l-Istati tal-CARIFORUM, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa oħra, ġew konklużi fis-16 ta' Diċembru 2007;

il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Parti tal-Afrika Ċentrali, minn naħa oħra, ġew konklużi fis-17 ta' Diċembru 2007 (ir-Repubblika tal-Kamerun); il-Gana, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa oħra, ġew konklużi fit-13 ta' Diċembru 2007;

il-Côte d'Ivoire, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa oħra, ġew konklużi fis-7 ta' Diċembru 2007;

l-Istati Afrikani tal-Lvant u tan-Nofsinhar, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa oħra, ġew konklużi fit-28 ta' Novembru 2007 (ir-Repubblika tas-Seychelles u r-Repubblika taż-Żimbabwe), fl-4 ta' Diċembru 2007 (ir-Repubblika tal-Mawrizju), fil-11 ta' Diċembru 2007 (l-Unjoni tal-Komoros u r-Repubblika tal-Madagaskar) u fit-30 ta' Settembru 2008 (ir-Repubblika taż-Żambja);

l-Istati tal-FSE SADC, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa oħra, ġew konklużi fit-23 ta' Novembru 2007 (ir-Repubblika tal-Botswana, ir-Renju ta' Lesoto, ir-Renju tas-Sważiland, ir-Repubblika tal-Możambik) u fit-3 ta' Diċembru 2007 (ir-Repubblika tan-Namibja);

l-Istati Msieħba tal-Komunità tal-Afrika tal-Lvant, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa oħra, ġew konklużi fis-27 ta' Novembru 2007;

l-Istati Paċifiċi, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea, minn naħa oħra, ġew konklużi fit-23 ta' Novembru 2007.

(2)  Il-konklużjoni tan-negozjati dwar il-Ftehimiet minn Antigwa u Barbuda, il-Commonwealth tal-Baħamas, il-Barbados, il-Beliże, ir-Repubblika tal-Botswana, ir-Repubblika tal-Burundi, ir-Repubblika tal-Kamerun, l-Unjoni tal-Komoros, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire, il-Commonwealth ta' Dominika, ir-Repubblika Dominikana, ir-Repubblika tal-Fiġi, ir-Repubblika tal-Gana, il-Grenada, ir-Repubblika Koperattiva tal-Guyana, ir-Repubblika ta' Ħaiti, il-Ġamajka, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Renju ta' Lesoto, ir-Repubblika tal-Madagaskar, ir-Repubblika tal-Mawrizju, ir-Repubblika tal-Możambik, ir-Repubblika tan-Namibja, l-Istat Indipendenti tal-Papwa Ginea Ġdida, ir-Repubblika tar-Rwanda, il-Federazzjoni ta' Saint Kitts u Nevis, Santa Luċija, Saint Vincent u l-Grenadini, ir-Repubblika tas-Seychelles, ir-Repubblika ta' Surinam, ir-Renju tas-Sważiland, ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, ir-Repubblika ta' Trinidad u Tobago, ir-Repubblika tal-Uganda, ir-Repubblika taż-Żambja u r-Repubblika taż-Żimbabwe ppermettiet l-inklużjoni tagħhom fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim[iet] li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim[iet] ta' Sħubija Ekonomika[4].

(3)  Ir-Repubblika tal-Botswana, ir-Repubblika tal-Burundi, ir-Repubblika tal-Kamerun, l-Unjoni tal-Komoros, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire, ir-Repubblika tal-Fiġi, ir-Repubblika tal-Gana, ir-Repubblika ta' Ħaiti, ir-Repubblika tal-Kenja, ir-Renju ta' Lesoto, ir-Repubblika tal-Możambik, ir-Repubblika tan-Namibja, ir-Repubblika tar-Rwanda, ir-Renju tas-Sważiland, ir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, ir-Repubblika tal-Uganda u r-Repubblika taż-Żambja ma ħadux il-passi neċessarji għar-ratifikazzjoni tal-ftehimiet rispettivi tagħhom.

(4)         Konsegwentement, f'konformitá mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, u partikolarment il-punt (b) tiegħu, l-Anness I għal dak ir-Regolament għandu jiġi emendat biex dawk il-pajjiżi jitneħħew minn dak l-Anness.

(5)  Sabiex ikun żgurat li dawk il-pajjiżi jerġgħu jiddaħħlu immedjatament fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 hekk kif ikunu ħadu l-passi neċessarji għar-ratifikazzjoni tal-Ftehimiet rispettivi tagħhom, u sakemm dawn jiddaħħlu fis-seħħ, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jerġgħu jiddaħħlu l-pajjiżi mneħħija mill-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 skont dan ir-Regolament. Huwa ferm importanti li l-Kummissjoni, matul ix-xogħol ta' tħejjija tagħha, tikkonsulta b'mod xieraq, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tkun qiegħda tħejji u tfassal atti ddelegati, għandha tiżgura li jkun hemm trasmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa, tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007 huwa b'dan emendat kif ġej:

(1)         jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 2a

Delega tas-setgħa

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 2b biex temenda l-Anness I għal dan ir-Regolament billi jerġgħu jiddaħħlu dawk ir-reġjuni jew stati mill-Grupp tal-Istati tal-AKP li kienu tneħħew minn dak l-Anness skont ir-Regolament (UE) Nru …/…tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5]*[6]+, u li minn dak iż-żmien ħadu l-passi neċessarji għar-ratifikazzjoni tal-ftehimiet rispettivi tagħhom wara li jkunu tneħħew minn dak l-Anness.

Artikolu 2b

Eżerċizzju tad-delega

1.     Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.     Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perijodu ta' ħames snin minn... [7]++. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perijodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 2a tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkunu diġà fis-seħħ.

4.     Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha, fl-istess waqt, tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.     Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 2a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma ssir l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jkun estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.";

________________

*       ĠU L...";

(2)         L-Anness I huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Ottubru 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi,

Għall-Parlament Ewropew                                                  Għall-Kunsill

Il-President                                                                           Il-President

ANNESS

"ANNESS I

Lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2):

ANTIGWA U BARBUDA

IL-COMMONWEALTH TAL-BAĦAMAS

IL-BARBADOS

IL-BELIŻE

IL-COMMONWEALTH TA' DOMINIKA

IR-REPUBBLIKA DOMINIKANA

IL-GRENADA

IR-REPUBBLIKA KOOPERATTIVA TAL-GUJANA

IL-ĠAMAJKA

IR-REPUBBLIKA TAL-MADAGASKAR

IR-REPUBBLIKA TAL-MAWRIZJU

L-ISTAT INDIPENDENTI TAL-PAPWA GINEA ĠDIDA

IL-FEDERAZZJONI TA' SAINT KITTS U NEVIS

SANTA LUĊIJA

SAINT VINCENT u l-GRENADINI

IR-REPUBBLIKA TAS-SEYCHELLES

IR-REPUBBLIKA TAS-SURINAM

IR-REPUBBLIKA TA' TRINIDAD U TOBAGO

IR-REPUBBLIKA TAŻ-ŻIMBABWE"

  • [1]  Testi adottati, 13.9.2012, P7_TA(2012)0342.
  • [2] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [3]               Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2012 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari ta' .... (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali). Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' ... .
  • [4]               ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.
  • [5] +              ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru u r-referenza tal-ĠU ta' dan ir-Regolament.
  • [6] +              ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru u r-referenza tal-ĠU ta' dan ir-Regolament.
  • [7] ++            ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

PROĊEDURA

Titolu

L-emendar tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta’ għadd ta’ pajjiżi mil-lista ta’ reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati

Referenzi

15519/1/2012 – C7-0006/2013 – 2011/0260(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

13.9.2012                     T7-0342/2012

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2011)0598 - C7-0305/2011

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

17.1.2013

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

17.1.2013

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

David Martin

11.10.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.1.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.3.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

4

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Badia i Cutchet, Nora Berra, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Marielle de Sarnez, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Henri Weber, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Paweł Zalewski, Dan Dumitru Zamfirescu

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Silvana Koch-Mehrin, Elisabeth Köstinger, Katarína Neveďalová, Marietje Schaake

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Petri Sarvamaa, Patrice Tirolien

Data tat-tressiq

25.3.2013