RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

23.4.2013 - (COM(2012)0499 – C7‑0288/2012 – 2012/0237(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali
Rapporteur (għal opinjoni): Marietta Giannakou


Proċedura : 2012/0237(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0140/2013
Testi mressqa :
A7-0140/2013
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

(COM(2012)0499 – C7‑0288/2012 – 2012/0237(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0499),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0288/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tas-7 ta' Frar 2013[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tat-13 ta' Frar 2013[2],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta’ Jannar 2013[3],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' April 2011 dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom[4],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0140/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-Unjoni Ewropea hija rekwiżita li tiffunzjona abbażi tal-prinċipju ta' demokrazija rappreżentattiva, kif hemm iddikjarat fl-Artikolu 10(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Partiti politiċi Ewropej tassew transnazzjonali u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati magħhom għandhom rwol ewlieni fit-twassil tal-ilħna taċ-ċittadini fil-livell Ewropew billi jservu ta’ pont bejn il-politika fil-livell nazzjonali u f’dak tal-Unjoni.

(4) Partiti politiċi Ewropej tassew transnazzjonali u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati magħhom għandhom rwol ewlieni fit-twassil tal-ilħna taċ-ċittadini fil-livell Ewropew.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej se jkollhom drittijiet, obbligi u responsabilitajiet speċjali skont dan ir-Regolament u għalhekk għandhom isegwu sistemi organizzattivi kompatibbli.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti minn partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati magħhom biex jiksbu status ġuridiku Ewropew skont dan ir-Regolament, kif daqstant ieħor għandhom jiġu stabbiliti wkoll il-proċeduri u l-kriterji li għandhom ikunu rispettati biex jiġi deċiż jekk għandhux jingħata tali status ġuridiku Ewropew. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-każijiet fejn partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jitilfu d-dritt, jew jitiflu jew iċedu l-istatus ġuridiku Ewropew tagħhom.

(8) Għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti minn partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati magħhom biex jiksbu status ġuridiku Ewropew skont dan ir-Regolament, kif daqstant ieħor għandhom jiġu stabbiliti wkoll il-proċeduri u l-kriterji li għandhom ikunu rispettati biex jiġi deċiż jekk għandhux jingħata tali status ġuridiku Ewropew. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti proċeduri imparzjali u trasparenti għall-każijiet fejn partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jitilfu d-dritt, jew jitilfu jew iċedu l-istatus ġuridiku Ewropew tagħhom.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom ikunu rregolati minn regoli sostantivi stabbiliti f’dan ir-Regolament, u mil-liġi nazzjonali fl-Istati Membri, b’mod partikolari dik tal-Istat Membru fejn ikollhom is-sede rispettiva tagħhom u għall-għanijiet li għalihom huma għandhom jidentifikaw il-forma legali xierqa, li għandha tikkorrispondi ma’ forma ta’ entità legali rikonoxxuta fl-ordni legali ta’ dak l-Istat Membru.

(9) Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom ikunu rregolati minn regoli sostantivi stabbiliti f’dan ir-Regolament, u, fi kwistjonijiet li mhumiex regolati minn dan ir-Regolament, jew li huma parzjalment regolati minnu, mil-liġi nazzjonali fl-Istati Membri, b’mod partikolari dik tal-Istat Membru fejn ikollhom is-sede rispettiva tagħhom.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Sabiex tiżdied it-trasparenza tal-iffinanzjar tal-partiti politiċi Ewropej, u sabiex jiġi evitat xi abbuż potenzjali tar-regoli tal-finanzjament, Membru tal-Parlament Ewropew għandu, għall-għanijiet ta’ finanzjament biss, jitqies bħala membru ta’ partit politiku Ewropew wieħed biss, li għandu, fejn rilevanti, ikun dak li miegħu il-partit nazzjonali jew reġjonali tiegħu ikun affiljat fid-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

(13) Sabiex tiżdied it-trasparenza tar-rikonoxximent u tal-iffinanzjar tal-partiti politiċi Ewropej, u sabiex jiġi evitat xi abbuż potenzjali tar-regoli tal-finanzjament, Membru tal-Parlament Ewropew għandu, għall-għanijiet ta’ finanzjament biss, jitqies bħala membru ta’ partit politiku Ewropew wieħed biss, li għandu, fejn rilevanti, ikun dak li miegħu il-partit nazzjonali jew reġjonali tiegħu ikun affiljat fid-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)

Is-sħubija f’partit politiku Ewropew u l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet politiċi tiegħu fuq bażi volontarja m'għandhomx jitqiesu bħala ħlas jew benefiċċju in natura, iżda bħala att ta’ dedikazzjoni volontarja.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-partiti politiċi Ewropej għandhom ikunu jistgħu jiffinanzjaw kampanji mmexxija fil-kuntest ta’ elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, filwaqt li l-iffinanzjar u l-limitar tal-ispejjeż tal-elezzjoni għal partiti u kandidati f’tali elezzjonijiet għandu jkun irregolat bir-regoli applikabbli f’kull Stat Membru. Sabiex jgħinu biex jiżdied l-għarfien politiku Ewropew taċ-ċittadini tal-Unjoni u sabiex jippromwovu t-trasparenza tal-proċess elettorali Ewropew, il-partiti politiċi Ewropej għandhom jiġu mħeġġa jinfurmaw liċ-ċittadini matul l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew bir-rabtiet bejniethom u bejn il-partiti politiċi nazzjonali affiljati magħhom, u l-kandidati tagħhom.

(17) Il-partiti politiċi Ewropej għandhom ikunu jistgħu jiffinanzjaw il-kampanji tagħhom stess immexxija fil-kuntest ta’ elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, filwaqt li l-iffinanzjar u l-limitar tal-ispejjeż tal-elezzjoni għal partiti u kandidati f’tali elezzjonijiet għandu jkun irregolat bir-regoli applikabbli f’kull Stat Membru. Sabiex jgħinu biex jiżdied l-għarfien politiku Ewropew taċ-ċittadini tal-Unjoni u sabiex jippromwovu t-trasparenza tal-proċess elettorali Ewropew, il-partiti politiċi Ewropej għandhom jiġu mħeġġa jinfurmaw liċ-ċittadini matul l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew bir-rabtiet bejniethom u bejn il-partiti politiċi nazzjonali affiljati magħhom, u l-kandidati tagħhom.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)

Il-partiti politiċi Ewropej għandhom ikunu jistgħu jiffinanzjaw kampanji mmexxija fil-kuntest ta’ referenda fi Stat Membru wieħed jew f’għadd ta’ Stati Membri li jkunu ikkonċernaw direttament kwistjonijiet relatati mal-Unjoni Ewropea.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Il-partiti politiċi Ewropej m’għandhomx jiffinanzjaw, direttament jew indirettament, partiti politiċi oħra, u b’mod partikolari partiti jew kandidati nazzjonali. Fondazzjonijiet politiċi Ewropej m’għandhomx jiffinanzjaw, direttament jew indirettament, partiti politiċi Ewropej jew nazzjonali, jew kandidati. Barra minn hekk, il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati magħhom m’għandhomx jiffinanzjaw kampanji referendarji nazzjonali. Dawn il-prinċipji jirriflettu d-Dikjarazzjoni Nru 11 dwar l-Artikolu 191 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea annessa mal-Att Finali tat-Trattat ta’ Nizza.

(18) Il-partiti politiċi Ewropej m’għandhomx jiffinanzjaw, direttament jew indirettament, partiti politiċi oħra, u b’mod partikolari partiti jew kandidati nazzjonali. Fondazzjonijiet politiċi Ewropej m’għandhomx jiffinanzjaw, direttament jew indirettament, partiti politiċi Ewropej jew nazzjonali, jew kandidati. Barra minn hekk, il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati magħhom m’għandhomx jiffinanzjaw kampanji nazzjonali, reġjonali jew lokali mmexxija fil-kuntest ta’ referenda li ma jikkonċernawx kwistjonijiet relatati mal-Unjoni Ewropea.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Għajnuna teknika li għandha tingħata mill-Parlament Ewropew lill-partiti politiċi Ewropej għandha tkun iggwidata mill-prinċipju tat-trattament ugwali, għandha tingħata b’fattura u bi ħlas u għandha tkun soġġetta għal rapport pubbliku regolari.

(27) Għajnuna teknika li għandha tingħata mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea lill-partiti politiċi Ewropej għandha tkun iggwidata mill-prinċipju tat-trattament ugwali, għandha tingħata kontra fattura u bi ħlas u għandha tkun is-suġġett ta’ rapport pubbliku regolari mill-istituzzjoni relevanti.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) L-applikazzjoni ta’ xi aspetti ewlenin ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ippreżentata fuq websajt apposta u eżaminata f’rapport annwali mill-Parlament Ewropew li għandu jiġi ppubblikat.

(28) L-applikazzjoni ta’ xi aspetti ewlenin ta’ dan ir-Regolament għandha tkun ippreżentata fuq websajt apposta u eżaminata f’rapport annwali mill-Parlament Ewropew li għandu jiġi ppubblikat kemm f’verżjoni stampata u kemm f’verżjoni online.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) “partit politiku” tfisser assoċjazzjoni ta’ ċittadini li ssegwi għanijiet politiċi,

(1) “partit politiku” tfisser assoċjazzjoni ta’ ċittadini li ssegwi għanijiet politiċi u li jew hija rikonoxxuta minn ordni ġuridiku ta’ mill-anqas Stat Membru wieħed, jew hija stabbilita skont l-ordni ġuridiku ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed;

Ġustifikazzjoni

Din biex jiġi aċċertat li jkunu biss il-partiti li huma ġuridikament korretti, anke fir-rigward tal-ordni demokratiku intern tagħhom, li jkunu jistgħu jitqiesu għall-kundizzjonijiet tar-reġistrazzjoni. Din id-diċitura hija identika għar-Regolament li hu fis-seħħ (Artikolu 2(1)).

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) “partit politiku Ewropew” tfisseralleanza politika li ssegwi għanijiet politiċi u tkun irreġistrata mal-Parlament Ewropew skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament,

(3) “partit politiku Ewropew” tfisser alleanza politika li ssegwi għanijiet politiċi, b’mod partikolari billi tagħmel kampanji għall-voti u s-siġġijiet fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, u li tkun irreġistrata mal-Parlament Ewropew skont il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament;

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) “partit membru affiljat” tfisser partit politiku li jappartjeni għal partit politiku Ewropew;

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) “membri individwali” tfisser persuni fiżiċi li jappartjenu direttament għal partit politiku Ewropew, fejn l-istatuti tal-partit jippermettu dan;

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) “Parlament reġjonali” jew “assemblea reġjonali” tfisser korp li l-membri tiegħu jew ikollhom mandat elettorali reġjonali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta,

(5) “parlament reġjonali” jew “assemblea reġjonali” tfisser korp li għandu setgħat leġislattivi skont id-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru u jkun notifikat bħala tali lill-Parlament Ewropew minn dak l-Istat Membru;

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 6 – nota 18 ta’ qiegħ il-paġna

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

18. Fid-data tal-adozzjoni ta’ din il-proposta, il-Kulleġġ se jadotta wkoll dokument ta’ ħidma tal-Kummissjoni dwar proposta biex jiġi emendat ir-Regolament Finanzjarju li tintroduċi Titolu ġdid dwar l-iffinanzjar tal-partiti politiċi Ewropej permezz ta’ kontribuzzjonijiet. L-introduzzjoni ta’ “kontribuzzjonijiet” għal partiti politiċi Ewropej se tiġi kkonfermata wara li din il-proposta tkun ġiet adottata mill-koleġiżlaturi.

18. Fid-data tal-adozzjoni tal-proposta għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni wkoll adottat dokument ta’ ħidma dwar proposta biex jiġi emendat ir-Regolament Finanzjarju li tintroduċi Titolu ġdid dwar l-iffinanzjar tal-partiti politiċi Ewropej permezz ta’ kontribuzzjonijiet. L-introduzzjoni ta’ “kontribuzzjonijiet” għall-partiti politiċi Ewropej se tiġi kkonfermata wara li tali emenda tar-Regolament Finanzjarju tkun ġiet adottata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill,, filwaqt li jiġu żgurati l-koerenza u ċ-ċarezza tad-definizzjonijiet fiż-żewġ proposti.

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika hija meħtieġa biex jiġi żgurat li tingħata kunsiderazzjoni biżżejjed lir-rabta li hemm bejn iż-żewġ proposti.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) “donazzjoni” tfisser offerti ta’ flus u donazzjonijiet oħra in natura (prodotti jew servizzi) li jikkostitwixxu vantaġġ ekonomiku għall-partit politiku jew għall-fondazzjoni Ewropea kkonċernati.

(7) “donazzjoni” tfisser ħlas jew benefiċċju in natura (prodotti jew servizzi) li jikkostitwixxu vantaġġ ekonomiku jew finanzjarju għall-partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati, bl-eċċezzjoni tal-kontribuzzjonijiet għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti konġunti.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fi żmien xahrejn mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u fi żmien xahrejn minn kwalunkwe bidla sussegwenti fl-ordni ġuridika nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Parlament Ewropew bil-parlamenti reġjonali tagħhom u bl-assembleji reġjonali tagħhom skont it-tifsira tal-punt (5) tal-paragrafu 1.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Alleanza politika, kif definita fl-Artikolu 2 il-punt (2), għandha tkun intitolata li tapplika biex tirreġistra l-istatuti tagħha bħala partit politiku Ewropew mal-Parlament Ewropew, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

1. Alleanza politika, kif definita fl-Artikolu 2 il-punt (2), li tosserva l-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, kif imsemmi fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandha tkun intitolata li tapplika biex tirreġistra l-istatuti tagħha bħala partit politiku Ewropew mal-Parlament Ewropew, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) għandha jkollha s-sede tagħha fi Stat Membru,

(a) għandha jkollha s-sede tagħha fi Stat Membru,

(b) għandha tkun rappreżentata f’mill-inqas kwart tal-Istati Membri, mill-Membri tal-Parlament Ewropew jew fil-Parlamenti nazzjonali, il-parlamenti reġjonali u l-assembleji reġjonali, jew

(b) għandha tkun rappreżentata, hi jew il-partiti membri affiljati tagħha rikonoxxuti nazzjonalment, f’mill-inqas kwart tal-Istati Membri, minn Membri tal-Parlament Ewropew jew minn membri tal-parlamenti nazzjonali jew minn membri tal-parlamenti jew tal-assembleji reġjonali, jew

trid tkun irċeviet, f’minn tal-anqas kwart tal-Istati Membri, mill-inqas tlieta fil-mija tal-voti mitfugħa f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri fl-aktar elezzjonijiet reċenti għall-Parlament Ewropew,

trid tkun irċeviet, f’minn tal-anqas kwart tal-Istati Membri, mill-inqas tlieta fil-mija tal-voti mitfugħa f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri fl-aktar elezzjonijiet nazzjonali riċenti jew fl-elezzjonijiet l-aktar reċenti għall-Parlament Ewropew;

(c) għandha tosserva, b’mod partikolari fil-programm u fl-attivitajiet tagħha, u permezz ta’ dawk tal-membri tagħha, il-valuri li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea, jiġifieri r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi,

(c) għandha tosserva l-valuri li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea, jiġifieri r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi;

(d) trid tkun ipparteċipat f’elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, jew tkun esprimiet pubblikament l-intenzjoni li tieħu sehem fl-elezzjonijiet li jkun imiss tal-Parlament Ewropew,

(d) hi jew il-partiti membri affiljati tagħha jridu jkunu pparteċipaw f’elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, jew ikunu esprimew pubblikament l-intenzjoni li jieħdu sehem fl-elezzjonijiet li jkun imiss tal-Parlament Ewropew,

(e) ma jridx ikollha skopijiet ta’ profitt.

(e) ma jridx ikollha skopijiet ta’ profitt;

 

(ea) l-istatuti tagħha għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 4(1).

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fondazzjoni politika għandha tkun intitolata li tirreġistra l-istatuti tagħha bħala fondazzjoni politika Ewropea mal-Parlament Ewropew, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

2. Fondazzjoni politika li tosserva l-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, kif imsemmi fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, għandha tkun intitolata li tirreġistra l-istatuti tagħha bħala fondazzjoni politika Ewropea mal-Parlament Ewropew, soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) għandha tkun affiljata ma’ partit politiku Ewropew rikonoxxut skond il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, kif ċertifikat mill-istatuti reġistrati ta’ dak il-partit,

(a) għandha tkun formalment affiljata ma’ partit politiku Ewropew rikonoxxut skond il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti f’dan ir-Regolament, kif ċertifikat mill-istatuti reġistrati ta’ dak il-partit;

(b) għandha jkollha s-sede tagħha fi Stat Membru,

(b) għandha jkollha s-sede tagħha fi Stat Membru;

(c) għandha tosserva, b’mod partikolari fil-programm u fl-attivitajiet tagħha, il-valuri li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea, jiġifieri r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi,

(c) għandha tosserva l-valuri li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea, jiġifieri r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi;

(d) l-għanijiet tagħha għandhom jikkumplimentaw l-għanijiet tal-partit politiku Ewropew li miegħu tkun formalment affiljata,

(d) l-għanijiet tagħha għandhom jikkumplimentaw l-għanijiet tal-partit politiku Ewropew li miegħu tkun formalment affiljata;

(e) il-korp tat-tmexxija tagħha jrid ikun magħmul minn membri minn mill-inqas kwart tal-Istati Membri,

(e) il-korp tat-tmexxija tagħha jrid ikun magħmul minn membri minn mill-inqas kwart tal-Istati Membri;

(f) ma jridx ikollha skopijiet ta’ profitt.

(f) ma jridx ikollha skopijiet ta’ profitt;

 

(fa) l-istatuti tagħha għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet preskritti fl-Artikolu 5.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Membru tal-Parlament Ewropew, ta’ parlament nazzjonali jew ta’ parlament reġjonali jew ta’ assemblea reġjonali għandu jitqies bħala membru ta’ partit politiku Ewropew wieħed biss, li, fejn ikun relevanti, għandu jkun dak li miegħu l-partit politiku nazzjonali jew reġjonali tiegħu jew tagħha huwa affiljat.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Għall-finijiet li tiġi żgurata l-konformità mal-kundizzjoni spjegata fil-punt (c) tal-paragrafu 1, fil-każ ta’ partit politiku Ewropew jew fil-punt (c) tal-paragrafu 2, fil-każ ta’ fondazzjoni politika Ewropea, il-prinċipji ta’ imparzjalità u newtralità għandhom jiġu osservati b’mod partikolarment strett, bil-għan li jiġi ssalvagwardjat il-pluraliżmu sal-akbar livell possibbli.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-isem tal-partit, li għandu jkun jintgħaraf ċar, anki fil-forma mqassra tiegħu, minn dak ta’ kwalunkwe partit politiku Ewropew eżistenti,

(a) l-isem tal-partit, li għandu jkun jintgħaraf ċar, anki fil-forma mqassra tiegħu, minn dak ta’ kwalunkwe partit politiku Ewropew eżistenti, u l-emblema jew il-logo tiegħu;

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-forma ġuridika tal-partit, kif rikonoxxut fl-ordni ġuridiku tal-Istat Membru li fih ikollu s-sede tiegħu,

imħassar

Ġustifikazzjoni

The legal construction as proposed by the Commission means that, before a "political alliance" can apply for being registered in order to obtain legal personality under Union-law, it must already have and maintain a legal personality under the law of one Member State. It must also have and maintain its seat in the same Member State (see Article 3 (1) (a), Article 4 (1) (c), Article 10 (2) and Article 11 (4). The legal personality under Union law has to be seen therefore as merely complementing and "over-arching" a pre-existing legal personality based on the law of one Member State. This was not the intention of the promoters of a statute for the European political parties as formulated by Parliament in its resolution of 6 April 2011: " ... is convinced that authentic legal status for the European political parties and a legal personality of their own, based directly on the law of the European Union, will enable the European political parties and their foundations to act as representative agents of the European public interest." (paragraph 8). Besides being politically inopportune such a "double legal personality" is not necessary either.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) l-entitajiet jew il-persuni fiżiċi li, f'kull wieħed mill-Istati Membri konċernati, ikollhom is-setgħa ta’ rappreżentanza ġuridika, b’mod partikolari għall-iskopijiet tal-akkwist jew id-disponiment ta’ proprjetà mobbli u immobbli u li jkunu parti fi proċeduri ġuridiċi,

(i) l-entitajiet jew il-persuni li jokkupaw karigi li, f'kull wieħed mill-Istati Membri konċernati, ikollhom is-setgħa ta’ rappreżentanza ġuridika, b’mod partikolari għall-iskopijiet tal-akkwist jew id-disponiment ta’ proprjetà mobbli u immobbli u li jkunu parti fi proċeduri ġuridiċi;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) ix-xoljiment tal-entità bħala partit politiku Ewropew rikonoxxut.

(j) il-proċedura għax-xoljiment tal-entità bħala partit politiku Ewropew rikonoxxut, inklużi l-metodi meħtieġa għall- implimentazzjoni ta’ tali xoljiment.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-ammissjoni, ir-riżenja u l-esklużjoni tal-membri tal-partit, bil-lista tal-membri mehmuż magħhom,

(a) l-ammissjoni, ir-riżenja u l-esklużjoni tal-partiti membri affiljati u, jekk ikun hemm, tal-membri individwali tal-partit politiku Ewropew;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-drittijiet u l-obbligi assoċjati mat-tipi kollha ta’ sħubija, inklużi r-regoli li jiggarantixxu d-drittijiet ta’ rappreżentanza tal-membri kollha, kemm fiżiċi kif ukoll ġuridiċi, u d-drittijiet relevanti tal-vot,

(b) id-drittijiet u l-obbligi assoċjati mat-tipi kollha ta’ sħubija, inklużi r-regoli li jiggarantixxu d-drittijiet ta’ rappreżentanza tal-membri kollha, u d-drittijiet relevanti tal-vot,

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-proċess ta’ elezzjoni demokratika tal-korpi kollha, u l-proċessi demokratiċi ta’ kif dawn jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom, b’mod li l-poteri, ir-responsabbiltajiet u l-għamla ta’ kull wieħed ikunu speċifikati, inklużi l-modalitajiet għall-ħatra u t-tneħħija tal-membri tiegħu u kriterji ċari u trasparenti għall-għażla tal-kandidati u l-elezzjoni ta’ min jokkupa karigi, li l-mandat tagħhom irid ikun limitat għal perjodu ta’ żmien, iżda li jkun jista’ jiġġedded,

(d) il-proċess ta’ elezzjoni demokratika tal-korpi tat-tmexxija l-oħra kollha, u l-proċessi demokratiċi ta’ kif dawn jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom, b’mod li l-poteri, ir-responsabbiltajiet u l-għamla ta’ kull wieħed ikunu speċifikati, inklużi l-modalitajiet għall-ħatra u t-tneħħija tal-membri tiegħu u kriterji ċari u trasparenti għall-għażla tal-kandidati, li għandhom ikunu msejsa fuq proċedura demokratika, u l-elezzjoni ta’ min jokkupa karigi, li l-mandat tagħhom irid ikun limitat għal perjodu ta’ żmien, iżda li jkun jista’ jiġġedded;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) l-għażla demokratika tal-kandidat appoġġjat mill-partit għall-post ta’ president tal-Kummissjoni Ewropea jew kwalunkwe uffiċċju politiku ieħor tal-Unjoni;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) l-istandards demokratiċi li jridu jiġu ssodisfati mill-partiti membri affiljati fl-interess tad-demokrazija interna tal-patiti fil-livelli politiċi kollha, b’mod partikolari meta jkunu qed jiġu mfassla l-listi tal-kandidati;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) il-promozzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi fl-assemblea ġenerali tiegħu, fil-korpi tat-tmexxija tiegħu u fil-kompożizzjoni tal-listi elettorali.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-forma legali tal-fondazzjoni, kif rikonoxxuta fl-ordni legali tal-Istat Membru li fih ikollha s-sede tagħha,

imħassar

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) lista tal-entitajiet tal-fondazzjoni, li tispeċifika għal kull waħda minnhom is-setgħat, ir-responsabbiltajiet u l-għamla tagħha, u tinkludi l-modalitajiet ta’ ħatra u tkeċċija tal-membri u tal-amministraturi tagħha,

(g) is-setgħat u l-proċeduri demokratiċi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-korpi tal-fondazzjoni u l-kompożizzjoni tagħhom;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) ir-regoli dwar il-ħatra tal-membri tal-korpi tal-fondazzjoni b’votazzjoni sigrieta, ir-rielezzjoni u t-tneħħija tagħhom;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb) ir-regoli interni l-oħra tal-fondazzjoni politika Ewropea rigward it-teħid ta’ deċiżjonijiet, l-elezzjonijiet, il-kworums u l-emendar tal-istatuti tagħha;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) il-proċedura għall-emendar tal-istatuti,

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda dwar l-Artikolu 5(gb)(ġdid).

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi reġistru (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Reġistru”) għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ partit politiku Ewropew u ta’ fondazzjoni politika Ewropea.

1. Il-Parlament Ewropew għandu jistabbilixxi reġistru (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “ir-Reġistru”) għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ partiti politiċi Ewropej u ta’ fondazzjonijiet politiċi Ewropej. Ir-Reġistru li fih jiġu rreġistrati tali partiti u fondazzjonijiet politiċi għandu jkun disponibbli online.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Parlament Ewropew għandu jippubblika d-dokumentazzjoni kollha mressqa lilu mill-alleanzi u l-fondazzjonijiet politiċi bħala parti mill-applikazzjoni tagħhom.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fondazzjoni politika tista’ tirreġistra l-istatuti tagħha mar-Reġistru biss permezz tal-partit politiku Ewropew li miegħu tkun affiljata.

4. Fondazzjoni politika Ewropea tista’ tirreġistra l-istatuti tagħha mar-Reġistru biss permezz tal-partit politiku Ewropew li miegħu tkun formalment affiljata.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, il-Parlament Ewropew għandu jadotta deċiżjoni, li għandu jippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-istatuti tal-partit jew tal-fondazzjoni jew, meta applikazzjoni ma tkunx ġiet approvata, ir-raġunijiet għar-rifjut.

5. Fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, il-Parlament Ewropew għandu jirreġistra l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea fir-Reġistru u jippubblika l-istatuti tagħhom fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea kemm-il darba ma jsibx li xi waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) sa (ea) tal-Artikolu 3(1) jew fil-punti (a) sa (fa) tal-Artikolu 3(2), rispettivament, ma tkunx ġiet issodisfata. F'tali każijiet l-applikant għandu jiġi mgħarraf mingħajr dewmien bir-raġunijiet.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

 

7. Il-lista aġġornata tal-membri ta’ partit politiku Ewropew, annessa mal-istatuti tal-partit skont l-Artikolu 4(2), għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali, iżda fi żmien erba’ ġimgħat wara li tkun saret kwalunkwe bidla li bħala konsegwenza tagħha l-partit politiku Ewropew jista’ ma jkunx jibqa’ jissodisfa r-rekwiżit fl-Artikolu 3(1)(b).

7. Il-lista aġġornata tal-partiti membri affiljati ta’ partit politiku Ewropew u l-għadd ta’ membri individwali ta’ partit politiku Ewropew, jekk ikun hemm, għandha tintbagħat lill-Parlament Ewropew fuq bażi annwali, iżda fi żmien erba’ ġimgħat wara li tkun saret kwalunkwe bidla li bħala konsegwenza tagħha l-partit politiku Ewropew jista’ ma jkunx jibqa’ jissodisfa r-rekwiżit stabbilit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1).

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Parlament Ewropew għandu jivverifika kull sena li l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 3, 4 u 5 jkunu għadhom qed jiġu rispettati mill-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.

1. Mingħajr ħsara għall-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2, il-Parlament Ewropew għandu jivverifika kontinwament li l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti spjegati fl-Artikoli 3 jkunu għadhom qed jiġu rispettati mill-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

Fejn rilevanti, iż-żmien li fih issir il-verifika annwali msemmija f’dan il-paragrafu għandu jkun allinjat mal-proċedura ta’ applikazzjoni għal finanzjament kif imfissra fl-Artikolu 13, sabiex ir-Reġistru u l-Uffiċjal Awtorizzanti jkunu jistgħu jikkoordinaw u jiskambjaw l-informazzjoni kif meħtieġ.

 

2. Kull meta jkun mitlub biex jagħmel hekk minn kwart mill-membri tiegħu, li jkunu jirrappreżentaw mill-inqas tliet gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew, il-Parlament Ewropew għandu jiddeċiedi b’maġġoranza tal-membri tiegħu jekk il-kundizzjoni fl-Artikolu 3(1)(c) għal partit politiku Ewropew u fl-Artikolu 3(2)(c) għal fondazzjoni politika Ewropea tkunx għadha qed tiġi rispettata.

2. Kull meta jkun mitlub biex jagħmel hekk minn kwart mill-membri tiegħu, li jkunu jirrappreżentaw mill-inqas tliet gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew, mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill, il-Parlament Ewropew għandu jiddeċiedi jekk partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jkunux għadhom qed jirrispettaw il-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea li huma msemmija fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tkunx għadha qed tiġi rispettata.

Qabel ma jasal għad-deċiżjoni tiegħu, il-Parlament Ewropew għandu jisma’ lir-rappreżentanti tal-partit politiku Ewropew jew tal-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati u jitlob lil kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti sabiex dan jagħti opinjoni dwar is-suġġett fi żmien perjodu raġonevoli.

Qabel ma jasal għad-deċiżjoni tiegħu, il-Parlament Ewropew għandu jisma’ lir-rappreżentanti tal-partit politiku Ewropew jew tal-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati u jitlob lil kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti sabiex dan jagħti opinjoni dwar is-suġġett fi żmien perjodu raġonevoli. L-opinjoni tal-kumitat għandha tiġi ppubblikata. Il-Parlament Ewropew għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fi żmien xahar.

Dan il-kumitat għandu jikkonsisti minn tliet membri, bil-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaħtru membru kull wieħed fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tal-ewwel sessjoni tal-Parlament Ewropew wara l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Is-segretarjat u l-finanzjament tal-kumitat għandhom ikunu pprovduti mill-Parlament Ewropew.

Dak il-kumitat għandu jikkonsisti fi tliet membri, bil-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaħtru membru kull wieħed fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tal-ewwel sessjoni tal-Parlament Ewropew wara l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew. Is-segretarjat u l-finanzjament tal-kumitat għandhom ikunu pprovduti mill-Parlament Ewropew.

3. Kull persuna fiżika jew ġuridika tista’, f’kull ħin, tippreżenta talba mmotivata lill-Kummissjoni Ewropea sabiex tivverifika jekk għadhomx qed jiġu rrispettati xi kundizzjoni jew obbligu, waħda jew ħafna, msemmija fil-paragrafu 1. Kwalunkwe ksur tal-valuri li fuqhom hi msejsa l-Unjoni minn partit politiku Ewropew, inkluż mill-membri tiegħu, jew minn fondazzjoni politika Ewropea, jista’ jiġi stabbilit biss skont il-paragrafu 2.

 

4. Jekk il-Parlament Ewropew isib li xi waħda mill-kundizzjonijiet jew ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux għadhom qed jiġu rispettati, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 11 jew fl-Artikolu 22, jew fit-tnejn, b'mod li jitqiesu wkoll kif jixraq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23.

4. Jekk il-Parlament Ewropew isib li xi waħda mill-kundizzjonijiet jew ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux għadhom qed jiġu rispettati, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11 jew l-Artikolu 22, jew tat-tnejn li huma, b'mod li jitqiesu wkoll kif jixraq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23.

 

4a. Jekk il-Parlament Ewropew isib li l-kundizzjoni tar-rispett tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea msemmija fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea m’għadhiex issodisfata minn xi partit politiku Ewropew, dak il-partit politiku Ewropew, flimkien mal-fondazzjoni politika Ewropea affiljata tiegħu, għandu jitneħħa minn fuq ir-Reġistru. Jekk il-Parlament Ewropew isib li l-kundizzjoni tar-rispett ta' dawk il-valuri m'għadhiex issodisfata minn xi fondazzjoni politika Ewropea, dik il-fondazzjoni politika Ewropea għandha titneħħa minn fuq ir-Reġistru.

5. Fondazzjoni politika Ewropea għandha awtomatikament titlef id-dritt għall-istatus tagħha jekk il-partit politiku Ewropew li miegħu tkun affiljata jitneħħa mir-Reġistru. L-Uffiċjal Awtorizzanti responsabbli għandu jnaqqas l-ammont, jew jitterminah, tal-ftehim jew deċiżjoni tal-kontribuzzjoni jew tal-għotja ta’ finanzjar tal-Unjoni skont dan ir-Regolament, u jirkupra ammonti li jkun tħasslu meta mhux mistħoqqa skont il-ftehim jew deċiżjoni ta’ għotja, kif ukoll kwalunkwe ffinanzjar mhux minfuq tal-Unjoni fid-data tad-deċiżjoni adottata abbażi tal-Artikolu 11.

5. Fondazzjoni politika Ewropea għandha awtomatikament titlef id-dritt għall-istatus tagħha bħala tali jekk il-partit politiku Ewropew li miegħu tkun affiljata jitneħħa mir-Reġistru. L-Uffiċjal Awtorizzanti responsabbli għandu jnaqqas l-ammont tal-ftehim jew deċiżjoni tal-kontribuzzjoni jew tal-għotja dwar finanzjar tal-Unjoni milqugħa skont dan ir-Regolament, jew jittermina tali ftehim jew deċiżjoni, u għandu jirkupra ammonti li jkun tħasslu meta mhux mistħoqqa skont il-ftehim jew deċiżjoni ta’ għotja, kif ukoll kwalunkwe ffinanzjar mhux minfuq tal-Unjoni fid-data tad-deċiżjoni adottata abbażi tal-Artikolu 11.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea għandu jkollhom għarfien u kapaċità ġuridika sħiħa fl-Istati Membri kollha.

1. Il-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea għandu jkollhom kapaċità ġuridika sħiħa fl-Istati Membri kollha.

Ġustifikazzjoni

Kapaċità ġuridika sħiħa timplika “għarfien ġuridiku”.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Sakemm ma jkunux miżmuma mill-istatuti tagħhom, il-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea għandu jkollhom il-jeddijiet kollha meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom, inkluż il-jedd li jkunu sidien ta’ proprjetà kemm mobbli kif ukoll immobbli u jistgħu jwettqu attivitajiet fl-Istati Membri kollha u f’pajjiżi terzi.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Jekk ikunu twettqu atti f’isem xi partit politiku Ewropew jew f’isem xi fondazzjoni politika Ewropea qabel ir-reġistrazzjoni skont l-Artikoli 3 u 6, u l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea in kwestjoni ma jassumux l-obbligi li jirriżultaw minn tali atti, il-persuni fiżiċi, il-partijiet jew l-entitajiet ġuridiċi li jkunu wettqu dawk l-atti għandhom jibqgħu obbligati in solidum għal dawk l-atti.

Ġustifikazzjoni

Tiċċara s-sitwazzjoni fir-rigward tar-responsabilità tal-għoti ta’ rendikont skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali qabel ir-reġistrazzjoni ta’ partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni affiljata tiegħu.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-denominazzjonijiet “partit politiku Ewropew” u “fondazzjoni politika Ewropea” jistgħu jintużaw biss minn alleanzi jew fondazzjonijiet politiċi reġistrati skont dan ir-Regolament.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għal kwistjonijiet mhux irregolati minn dan ir-Regolament jew, fejn il-kwistjonijiet ikunu parzjalment regolati minnu, f'dawk l-aspetti mhux koperti minnu, il-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea għandhom ikunu rregolati fl-Istat Membru fejn ikollhom is-sede tagħhom minn dawk il-liġijiet nazzjonali applikabbli għall-forma ġuridika msemmija fl-istatuti tal-partit jew tal-fondazzjoni. L-attivitajiet imwettqa minn partit politiku Ewropew u minn fondazzjoni politika Ewropea fi Stati Membri oħra għandhom jiġu rregolati mil-liġijiet nazzjonali rilevanti ta’ dawk l-Istati Membri.

2. Fi kwistjonijiet li mhumiex, jew li huma biss parzjalment, irregolati minn dan ir-Regolament jew mill-istatuti rispettivi tagħhom, il-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet tal-Istati Membri li fihom għandhom is-sede tagħhom. L-attivitajiet imwettqa minn partit politiku Ewropew u minn fondazzjoni politika Ewropea fi Stati Membri oħra għandhom jiġu rregolati mil-liġijiet nazzjonali rilevanti ta’ dawk l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tirreferi għad-dispożizzjonijiet li, fl-Istat Membru fejn il-partit jew il-fondazzjoni għandhom is-sede tagħhom, huma applikabbli għall-forma ġuridika li l-partit jew il-fondazzjoni jkunu għażlu. Din hija espressjoni oħra tal-kunċett ta’ “partit parallel” li jeżisti taħt il-liġi ta’ Stat Membru u l-liġi tal-Unjoni, li mhuwiex neċessarju u huwa inadegwat (ara wkoll l-emendi tal-Artikoli 4(1c) u 11 (4)).

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-korp tat-tmexxija tagħhom jiddeċiedi li jistralċja l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea,

(a) il-korp kompetenti tagħhom jiddeċiedi li jistralċja l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea;

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-korp tat-tmexxija tagħhom jiddeċiedi li jikkonverti l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea f’entità legali rikonoxxuta fl-ordni ġuridiku ta’ Stat Membru,

(b) il-korp kompetenti tagħhom jiddeċiedi li jikkonverti l-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea f’entità legali rikonoxxuta fl-ordni ġuridiku ta’ Stat Membru;

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ikunu tneħħew mir-Reġistru skont id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 22(1) jew (4) jew skont l-Artikolu 7(5).

(d) ikunu tneħħew mir-Reġistru.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea f’wieħed mill-każijiet stipulati fil-paragrafu 1 punti (a), (b) jew (c) għandu jitwaqqfilhom l-effett ta’ kwalunkwe deċiżjoni dwar finanzjament tal-Unjoni rċevuti taħt dan ir-Regolament, u daqstantieħor kwalunkwe ftehim dwar tali finanzjament għandu jkun itterminat, u għandu jkun irkuprat kwalunkwe finanzjament tal-Unjoni li jkun għadu mhux minfuq, inkluż kwalunkwe fondi tal-Unjoni minn snin preċedenti.

3. Partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea mneħħija minn fuq ir-Reġistru għandu jitwaqqfilhom l-effett ta’ kwalunkwe deċiżjoni dwar finanzjament tal-Unjoni rċevuti taħt dan ir-Regolament, u daqstantieħor kwalunkwe ftehim dwar tali finanzjament għandu jkun itterminat, u għandu jkun irkuprat kwalunkwe finanzjament tal-Unjoni li jkun għadu mhux minfuq, inkluż kwalunkwe fondi tal-Unjoni minn snin preċedenti, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni1.

 

_____________

 

1 ĠU L 298, 26.10.2012, p.1.

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika hija meħtieġa biex jiġi żgurat li tingħata kunsiderazzjoni biżżejjed lir-rabta li hemm bejn iż-żewġ proposti.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-istralċ, l-insolvenza, il-waqfien ta’ pagamenti u proċeduri simili oħra għandhom jiġu rregolati bid-dispożizzjonijiet ġuridiċi li japplikaw għall-forma ġuridika msemmija fl-istatuti tal-partit politiku Ewropew jew tal-fondazzjoni politika Ewropea fl-Istat Membru li fih ikollhom is-sede tagħhom.

4. L-istralċ, l-insolvenza, il-waqfien ta’ pagamenti u proċeduri simili oħra għandhom jiġu rregolati mid-dispożizzjonijiet ġuridiċi li japplikaw għall-partiti politiċi jew għall-fondazzjonijiet politiċi fl-Istat Membru fejn il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea in kwestjoni jkollhom is-sede tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Din tikkumplementa l-Artikolu 10 kif modifikat fir-rigward tal-proċeduri li jridu jsiru f’lokalità li tkun determinata minn qabel.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kontribuzzjonijiet finanzjarji jew għotjiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea ma jkunux jistgħux jaqbżu 90% tan-nefqa rimborsabbli annwali ta’ partit politiku Ewropew u 95% tal-kosti annwali eliġibbli indikati fil-baġit ta’ fondazzjoni politika Ewropea. Il-partiti politiċi Ewropej jistgħu jużaw kwalunkwe parti mhux użata tal-kontribuzzjoni tal-UE mogħtija biex ikopru nefqa rimborsabbli fi żmien is-sentejn finanzjarji li jsegwu l-għoti tagħha. L-ammonti użati wara dawn is-sentejn finanzjarji għandhom jiġu rkuprati skont ir-Regolament Finanzjarju.

4. Kontribuzzjonijiet finanzjarji jew għotjiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea ma jkunux jistgħu jaqbżu d-90% tan-nefqa rimborsabbli annwali ta' partit politiku Ewropew u l-95% tal-kosti annwali eliġibbli indikati fil-baġit ta' fondazzjoni politika Ewropea. Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati tagħhom jistgħu jużaw kwalunkwe parti mhux użata tal-kontribuzzjoni jew għotja tal-Unjoni mogħtija biex ikopru nefqa rimborsabbli fi żmien is-sentejn finanzjarji li jsegwu l-għoti tagħha. Ammonti mhux użati għandhom jiġu rkuprati skont ir-Regolament Finanzjarju.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fondazzjoni politika Ewropea għandha tinkludi fl-applikazzjoni tagħha l-programm ta’ ħidma annwali tagħha.

3. Fondazzjoni politika Ewropea għandha tinkludi fl-applikazzjoni tagħha l-programm ta’ ħidma annwali tagħha u tista’ tapplika għall-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea biss permezz tal-partit politiku Ewropew li miegħu tkun formalment u direttament affiljata.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-finijiet ta’ allokazzjoni tal-approprjazzjonijiet, Membru tal-Parlament Ewropew jista’ jitqies bħala appartenenti għal partit politiku Ewropew wieħed biss, li għandu jkun, fejn rilevanti, il-partit li miegħu il-partit nazzjonali jew reġjonali tiegħu huwa affiljat fid-data finali għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) donazzjonijiet mill-baġit ta’ gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew,

(b) donazzjonijiet mill-baġit ta’ gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew, għalkemm il-kontribuzzjonijiet għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti konġunti ma għandhomx jitqiesu bħala donazzjonijiet;

Ġustifikazzjoni

F'bosta okkażjonijiet, meta jkunu jservu miri politiċi jew soċjali komuni, il-partiti politiċi Ewropej u l-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew jorganizzaw avvenimenti b'mod konġunt (pereżempju: konferenzi, seminars, dibattiti pubbliċi). F'dawn il-każijiet speċifiċi, il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż organizzattivi f'isem grupp politiku tal-Parlament Ewropew għandha tkun permessa kompletament u m'għandhiex titqies bħala donazzjoni.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) donazzjonijiet minn xi impriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti bis-saħħa tal-fatt li huma l-proprjetarji tagħha, li huma jipparteċipaw fiha finanzjarjament, jew bis-saħħa tar-regoli li jirregolawha,

(c) donazzjonijiet minn xi impriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw, direttament jew indirettament, influwenza dominanti bis-saħħa tal-fatt li huma l-proprjetarji, li huma jipparteċipaw finanzjarjament, jew bis-saħħa tar-regoli li jirregolaw l-impriża kkonċernata;

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) donazzjonijiet minn kwalunkwe awtorità pubblika minn pajjiż terz, inklużi dawk minn kwalunkwe impriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti bis-saħħa tal-fatt li huma l-proprjetarji tagħha, li huma jipparteċipaw fiha finanzjarjament, jew bis-saħħa tar-regoli li jirregolawha.

(d) donazzjonijiet minn kwalunkwe awtorità pubblika minn pajjiż terz, inklużi dawk minn kwalunkwe impriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti bis-saħħa tal-fatt li huma l-proprjetarji, li huma jipparteċipaw finanzjarjament, jew bis-saħħa tar-regoli li jirregolaw l-impriża kkonċernata.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kontribuzzjonijiet għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti konġunti ma għandhomx jitqiesu bħala donazzjonijiet.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Għandhom ikunu ammissibbli kontribuzzjonijiet lil partit politiku Ewropew mill-membri tiegħu. Dawn il-kontribuzzjonijiet m’għandhomx jeċċedu 40% tal-baġit annwali ta’ dak il-partit politiku Ewropew.

7. Għandhom ikunu ammissibbli kontribuzzjonijiet lil partit politiku Ewropew mill-partiti membri affiljati tiegħu. Dawk il-kontribuzzjonijiet m’għandhomx jeċċedu l-40 % tal-baġit annwali ta’ dak il-partit politiku Ewropew.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull persuna fiżika jew ġuridika li tagħti donazzjoni lil partit politiku Ewropew jew lil fondazzjoni politika Ewropea minn ħdan jew minn lil hinn mill-fruntieri nazzjonali għandha tibbenefika mill-istess trattament fiskali li jkun applikabbli għal donazzjonijiet mogħtija lil partit politiku jew lil fondazzjoni politika li jkollha s-sede tagħha fl-Istat Membru fejn id-donatur ikun residenti għall-għanijiet tat-taxxa.

2. Mingħajr ħsara għal-livelli limitu nazzjonali eżistenti u għall-awtonomija tal-liġi tat-taxxa tal-Istati Membri, kull persuna fiżika jew ġuridika li tagħmel donazzjoni lil partit politiku Ewropew jew lil fondazzjoni politika Ewropea minn ħdan jew minn lil hinn mill-fruntieri nazzjonali għandha tibbenefika mill-istess trattament fiskali kif ikun applikabbli għal donazzjonijiet mogħtija lil partit politiku jew lil fondazzjoni politika li jkollha s-sede tagħha fl-Istat Membru fejn id-donatur ikun residenti għall-għanijiet tat-taxxa.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hu li tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament preżenti, li ma joħroġx ċar mit-test tal-Kummissjoni.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor jista’ jintuża biex jiffinanzja kampanji mwettqa minn partiti politiċi Ewropej fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li fihom jipparteċipaw kif meħtieġ fl-Artikolu 3(1)(d).

1. Il-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor jista’ jintuża biex ikopri spejjeż relatati ma’ kampanji fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li fihom jipparteċipaw kif meħtieġ fil-punt (d) tal-Artikolu 3(1). Soġġett għal-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18(1), il-partiti politiċi Ewropej jistgħu jikkontribwixxu għat-tixrid tal-informazzjoni lill-pubbliku bil-għan li titqajjem kuxjenza dwar kwestjonijiet sinifikanti tal-politiki Ewropej. Meta jkunu qed jagħmlu hekk, għandhom josservaw ir-regoli li jirregolaw it-tmexxija tal-kampanji elettorali fl-Istati Membri rispettivi, partikolarment ir-regoli applikabbli għall-partiti u l-kandidati dwar il-finanzjament u dwar il-limitazzjoni tal-ispejjeż elettorali.

Konformement mal-Artikolu 8 tal-Att dwar l-elezzjoni ta’ membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett, il-finanzjament, u l-limitazzjoni tal-ispejjeż għall-elezzjonijiet għall-partiti u l-kandidati kollha fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropeew huma regolati f’kull Stat Membru minn dispożizzjonijiet nazzjonali.

Skont l-Artikolu 8 tal-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett, il-finanzjament u l-limitazzjoni tal-ispejjeż għall-elezzjonijiet għall-partiti u l-kandidati kollha fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropeew huma regolati f’kull Stat Membru minn dispożizzjonijiet nazzjonali, bl-eċċezzjoni fir-rigward ta’ referenda li jikkonċernaw il-politiki tal-Unjoni Ewropea jew ir-ratifika ta’ trattati relatati mal-Unjoni Ewropea.

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-nefqa marbuta ma’ kampanji mwettqa fil-kuntest ta’ elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom ikunu identifikati b’mod ċar bħala tali mill-partiti politiċi Ewropej fir-rapporti finanzjarji annwali tagħhom.

2. In-nefqa mġarrba mill-partiti u l-kandidati f’rabta ma’ kampanji mwettqa fil-kuntest ta’ elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom ikunu identifikati b’mod ċar bħala tali mill-partiti politiċi Ewropej fir-rapporti finanzjarji annwali tagħhom.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-finanzjament ta’ fondazzjonijiet politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor m’għandux jintuża għall-ebda skop ieħor ħlief dak tal-finanzjament tal-kompiti tagħhom kif definiti fl-Artikolu 2 il-punt (4) u biex jitħallas l-infiq marbut direttament mal-objettivi stabbiliti fl-istatuti tagħhom skont l-Artikolu 5. B’mod partikolari, m’għandux jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta’ elezzjonijiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali jew lokali, jew ta’ partiti politiċi, kandidati jew fondazzjonijiet.

2. Il-finanzjament ta’ fondazzjonijiet politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor m’għandux jintuża għall-ebda skop ieħor ħlief dak tal-finanzjament tal-kompiti tagħhom kif definiti fil-punt (4) tal-Artikolu 2 u biex jitħallas l-infiq marbut direttament mal-objettivi stabbiliti fl-istatuti tagħhom skont l-Artikolu 5. B’mod partikolari, m’għandux jintuża għall-finanzjament dirett jew indirett ta’ elezzjonijiet jew referenda Ewropej, nazzjonali, reġjonali jew lokali, jew ta’ partiti politiċi, kandidati jew fondazzjonijiet.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-finanzjament ta’ partiti politiċi Ewropej u ta’ fondazzjonijiet politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor ma għandux jintuża biex jiffinanzja kampanji referendarji nazzjonali, reġjonali jew lokali.

3. Il-finanzjament ta’ partiti politiċi Ewropej u ta’ fondazzjonijiet politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor ma għandux jintuża biex ikopri spejjeż relatati ma’ kampanji referendarji nazzjonali, reġjonali jew lokali, ħlief fil-każ ta' partiti politiċi Ewropej meta s-suġġett tar-referendum inkwistjoni jkun il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-funzjonament ta' xi istituzzjoni Ewropea, jew ir-ratifika ta’ tibdiliet fit-trattati relatati mal-Unjoni Ewropea.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-finanzjament ta’ partiti politiċi Ewropej u ta’ fondazzjonijiet politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor ma għandux jintuża biex jiffinanzja partiti politiċi affiljati li jkollhom is-sede tagħhom f’pajjiż terz.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mhux aktar tard minn sitt xhur wara tmiem is-sena finanzjarja, il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jissottomettu lir-Reġistru u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri:

1. Mhux aktar tard minn erba' xhur wara tmiem is-sena finanzjarja, il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jissottomettu lir-Reġistru u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istati Membri:

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Fejn, skont it-termini ta’ dan ir-Regolament, jiġu rtirati fondi minn partit politiku Ewropew f’konformità mar-Regolament Finanzjarju jew tiġi imposta multa, l-ammonti inkwistjoni għandhom, skont l-Artikolu 14, jiddaħħlu addizzjonalment taħt l-approprjazzjonijiet għas-sena kurrenti.

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjoni orizzontali applikabbli għall-Artikolu 12(4), l-Artikolu 15(6), l-Artikolu 22(1) u l-Artikolu 22(4), pereżempju.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet nazzjonali u l-Parlament Ewropew għandhom jiftiehmu fuq arranġamenti prattiċi sabiex jaqsmu informazzjoni dwar il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.

Għal dak il-għan, il-Parlament Ewropew jista’ jaqbel mal-arranġamenti prattiċi tal-awtoritajiet nazzjonali sabiex jaqsmu informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew għandu jkun, minbarra l-Qorti tal-Awdituri, awditur estern u l-OLAF għandu jkun l-awtorità tal-kontroll prinċipali.

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sostenn tekniku kollu mill-Parlament Ewropew lil partiti politiċi Ewropej għandu jsir skont il-prinċipju ta’ aċċess ugwali. Għandu jingħata fuq kundizzjonijiet xejn inqas favorevoli minn dawk li jgħoddu għall-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet esterni oħrajn li jistgħu jingħataw faċilitajiet simili u għandu jingħata kontra l-fornitura ta’ fattura u bi ħlas.

Is-sostenn tekniku kollu mill-Parlament Ewropew jew minn istituzzjonijiet oħra tal-Unjoni lil partiti politiċi Ewropej għandu jsir skont il-prinċipju ta’ trattament ugwali. Għandu jingħata fuq kundizzjonijiet xejn inqas favorevoli minn dawk li jgħoddu għall-organizzazzjonijiet u assoċjazzjonijiet esterni oħrajn li jistgħu jingħataw faċilitajiet simili u għandu jingħata kontra l-fornitura ta’ fattura u bi ħlas.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Parlament Ewropew għandu jadotta dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni li jistipulaw il-kundizzjonijiet li bihom il-gruppi politiċi jistgħu, flimkien mal-partiti politiċi Ewropej li huma jirrappreżentaw fil-Parlament Ewropew, jorganizzaw avvenimenti li jistgħu jitqiesu bħala appoġġ indirett, partikolarment jekk isiru f’bini tal-Parlament Ewropew.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Jekk il-Parlament Ewropew isib, skont l-Artikolu 7(2), li partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea ma jkunux irrispettaw il-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, jew li kienu s-suġġett ta’ sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata minħabba attivitajiet illegali ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definiti mill-Artikolu [93(1)e)] tar-Regolament Finanzjarju, jew li partit politiku Ewropew ma jkunx irrispetta r-regoli minimi ta’ demokrazija interna meħtieġa mill-Artikolu 4(2), il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea in kwistjoni jistgħu jitneħħew mir-Reġistru, jitilfu d-dritt għall-istatus tagħhom skont l-Artikolu 11, u tiġi rtirata kwalunkwe deċiżjoni kurrenti dwar finanzjament mill-Unjoni rċevuta taħt dan ir-Regolament u daqstant ieħor jiġi tterminat kwalunkwe ftehim kurrenti dwar tali finanzjament, u kwalunkwe finanzjament mill-Unjoni jiġi rkuprat, inkluż kwalunkwe fondi tal-Unjoni mhux minfuqa minn snin preċedenti.

1. Jekk il-Parlament Ewropew isib, skont l-Artikolu 7(2), li partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea ma jkunux irrispettaw il-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, jew li kienu s-suġġett ta’ sentenza li jkollha s-saħħa ta’ res judicata minħabba attivitajiet illegali ta' detriment għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif definiti mill-Artikolu 106(1)(e) tar-Regolament Finanzjarju, jew li partit politiku Ewropew ma jkunx mexa skont ir-regoli minimi ta’ demokrazija interna meħtieġa mill-Artikolu 4(2), il-partit politiku Ewropew jew il-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni jistgħu jiġu ċċensurati jew immultati, jew jistgħu jitneħħew mir-Reġistru, u b’hekk ikunu qed jitilfu d-dritt għall-istatus tagħhom bħala tali skont l-Artikolu 11, u tista’ tiġi rtirata kwalunkwe deċiżjoni kurrenti dwar finanzjament mill-Unjoni rċevuta taħt dan ir-Regolament u daqstant ieħor jiġi tterminat kwalunkwe ftehim kurrenti dwar tali finanzjament, u kwalunkwe finanzjament mill-Unjoni jiġi rkuprat, inkluż kwalunkwe fondi tal-Unjoni mhux minfuqa minn snin preċedenti.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Meta jiġi stabbilit l-ammont tal-multa imposta fuq partit politiku Ewropew jew fuq fondazzjoni politika Ewropea skont il-paragrafu 2, il-Parlament Ewropew għandu jieħu f’kunsiderazzjoni l-gravità, it-tul u, fejn ikun rilevanti, ir-ripetizzjoni tal-ksur, iż-żmien li jkun għadda, l-intenzjoni jew il-grad ta’ negliġenza, u kwalunkwe miżura meħuda għall-konformità mal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Kwalunkwe multa għandha tkun effettiva u dissważiva, u ma tistax teċċedi 10% tal-baġit annwali tal-partit politiku Ewropew jew tal-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni, għas-sena li fiha tkun ġiet imposta s-sanzjoni.

3. Meta jiġi stabbilit l-ammont tal-multa imposta fuq partit politiku Ewropew jew fuq fondazzjoni politika Ewropea skont il-paragrafu 2, il-Parlament Ewropew għandu jieħu f’kunsiderazzjoni l-gravità, it-tul u, fejn ikun rilevanti, ir-ripetizzjoni tal-ksur, iż-żmien li jkun għadda, l-intenzjoni jew il-grad ta’ negliġenza, u x-xerqa u l-waqt ta’ kwalunkwe miżura meħuda mill-partit politiku Ewropew jew mill-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni għall-konformità mal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jiżgura li l-ammont tal-multa jkun mill-inqas id-doppju tal-valur tal-vantaġġ miksub. Kwalunkwe multa għandha tkun effettiva u dissważiva, u ma tistax teċċedi 10% tal-baġit annwali tal-partit politiku Ewropew jew tal-fondazzjoni politika Ewropea inkwistjoni, għas-sena li fiha tkun ġiet imposta s-sanzjoni. F’ċerti ċirkostanzi l-multa tista’ titħallas bin-nifs b’rata adegwata.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jistgħu, barra minn hekk, jiġu esklużi mill-finanzjament għal żmien massimu ta’ ħames snin f’każijiet ta’ nuqqas professjonali serju li jkunu stabbiliti mill-Uffiċjal Awtorizzanti skont l-Artikolu [93(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju.

6. Partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jistgħu, barra minn hekk, jiġu esklużi mill-finanzjament għal żmien massimu ta’ tliet snin f’każijiet ta’ nuqqas professjonali serju li jkunu stabbiliti mill-Uffiċjal Awtorizzanti skont l-Artikolu 106(1)(e) tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-penali imposti skont dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej kollha irrispettivament jekk jirċevux jew le finanzjament mill-Unjoni. L-Uffiċjal Awtorizzanti responsabbli jista’ jimponi penali amministrattivi u/jew finanzjarji skont l-Artikolu [96(2)] tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu [145] tar-Regoli ta’ Applikazzjoni tiegħu fuq kwalunkwe partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea li f’xi wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu [96(1)] tar-Regolament Finanzjarju ma jkunux koperti mill-paragrafi ta’ hawn fuq.

7. Il-penalitajiet imposti skont dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej kollha li jkunu rikonoxxuti skont dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk jirċevux jew le finanzjament mill-Unjoni. L-awtorità kontraenti tista' timponi penalitajiet amministrattivi u/jew finanzjarji skont l-Artikolu [109(2)] tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu [145] tar-Regoli ta' Applikazzjoni tiegħu fuq kwalunkwe partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea li f'xi wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu [109(1)] tar-Regolament Finanzjarju ma jkunux koperti mill-paragrafi ta' hawn fuq.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika: Partit jew Fondazzjoni xorta jibqgħu suġġetti għar-regoli tat-trasparenza tad-donazzjonijiet anke jekk ma jkunux għadhom applikaw għal, jew irċevew, fondi mill-Unjoni barra r-riżorsi proprji tagħhom.

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Qabel ma tittieħed deċiżjoni finali relatata ma’ xi waħda mill-penali fl-Artikolu 22, il-Parlament Ewropew għandu jagħti lill-partit politiku Ewropew jew lill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, u, fejn relevanti u xieraq, li jdaħħlu dawk il-miżuri meħtieġa biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni fi żmien raġjonevoli.

1. Qabel ma tittieħed deċiżjoni finali relatata ma’ xi waħda mill-penalitajiet fl-Artikolu 22, il-Parlament Ewropew għandu jagħti lill-partit politiku Ewropew jew lill-fondazzjoni politika Ewropea kkonċernati l-opportunità li jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom, u, fejn relevanti u xieraq, li jdaħħlu dawk il-miżuri meħtieġa biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni fi żmien raġjonevoli.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk il-Parlament Ewropew iqis li jkun meħtieġ, jista’ wkoll jisma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra, inklużi dawk li jressqu ilmenti, imsemmija fl-Artikolu 7(3).

2. Qabel ma jieħu deċiżjoni finali, il-Parlament Ewropew għandu jikkonsulta lill-kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti msemmi tal-Artikolu 7(2). Jekk il-Parlament Ewropew iqis li jkun meħtieġ, jista’ wkoll jisma’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra, inklużi dawk li jressqu ilmenti, imsemmija fl-Artikolu 7(2).

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-Reġistru għandu jippubblika, fuq websajt maħluqa apposta, dan li ġej:

1. Sa mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara d-data tal-komunikazzjoni jew wara li l-Parlament Ewropew ikun adotta d-deċiżjoni tiegħu, ir-Reġistru għandu jippubblika, fuq websajt maħluqa apposta, dan li ġej:

Ġustifikazzjoni

L-iskadenza ta' xahar għall-pubblikazzjoni fuq il-websajt m'għandhiex tkun limitata għad-dettalji speċifikati fil-punti (a) u (b), iżda għandha tkun standard għat-tipi kollha ta' informazzjoni.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-ismijiet u l-istatuti tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej kollha rreġistrati, flimkien mad-dokumenti sottomessi bħala parti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(3), mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat wara li l-Parlament Ewropew ikun adotta d-deċiżjoni tiegħu u, lil hinn minn din id-data, kwalunkwe emendi nnotifikati lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 6(6) u (7),

(a) l-ismijiet u l-istatuti tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej kollha rreġistrati, flimkien mad-dokumenti sottomessi bħala parti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(3), u, wara d-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, kwalunkwe emenda nnotifikata lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 6(6) u (7);

Ġustifikazzjoni

Aġġustament tekniku meħtieġ minħabba l-emenda tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 24(1).

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) lista ta’ dawk l-applikazzjonijiet li ma jkunux ġew approvati, flimkien mad-dokumenti sottomessi bħala parti mill-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(3), u r-raġunijiet tar-rifjut, mhux aktar tard minn erba’ ġimgħat wara li l-Parlament Ewropew ikun adotta d-deċiżjoni tiegħu,

(b) lista ta’ dawk l-applikazzjonijiet li ma jkunux ġew approvati, flimkien mad-dokumenti sottomessi bħala parti mill-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(3), u r-raġunijiet tar-rifjut;

Ġustifikazzjoni

Aġġustament tekniku meħtieġ minħabba l-emenda tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 24(1).

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u r-rapporti ta’ awditjar estern imsemmija fl-Artikolu 19(1), u, fil-każ tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, ir-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma,

(d) id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u r-rapporti ta’ awditjar estern imsemmija fl-Artikolu 19(1), u, fil-każ tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, ir-rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma. Din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara li tiġi rċevuta, bl-informazzjoni finanzjarja kollha pprovduta f'formati komparabbli abbażi ta' tabelli, inkluż bħala dejta miftuħa,

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-ismijiet ta' donaturi u d-donazzjonijiet korrispendenti tagħhom irrappurtati mill-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej skont l-Artikolu 15(2), (3) u (4), bl-eċċezzjoni ta’ donazzjonijiet minn persuni fiżiċi li ma jkunux jaqbżu l-valur ta’ EUR 1,000 fis-sena kull donatur u li għandhom jiġu rrappurtati bħala 'donazzjonijiet minuri',

(e) l-ismijiet ta' donaturi u d-donazzjonijiet korrispendenti tagħhom irrappurtati mill-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej skont l-Artikolu 15(2), (3) u (4), bl-eċċezzjoni ta’ donazzjonijiet minn persuni fiżiċi li ma jkunux jaqbżu l-valur ta’ EUR 1 000 fis-sena kull donatur u li għandhom jiġu rrappurtati bħala 'donazzjonijiet minuri'. Din l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata sa mhux aktar tard minn sitt ġimgħat wara li tiġi rċevuta, bl-informazzjoni finanzjarja kollha pprovduta f'formati komparabbli abbażi ta' tabelli, inkluż bħala dejta miftuħa;

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) id-dettalji u raġunijiet ta’ kwalunkwe deċiżjonijiet finali meħuda mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 22, inklużi, fejn rilevanti, l-opinjonijiet adottati mill-kumitat ta’ persuni eminenti indipendenti skont l-Artikolu 7(2), b’kunsiderazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001,

(g) id-dettalji u raġunijiet ta’ kwalunkwe deċiżjoni finali meħuda mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 22, b’kunsiderazzjoni xierqa tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001,

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Kwalunkwe informazzjoni ppubblikata mir-Reġistru skont il-punti (c) sa (g) tal-paragrafu 1 għandha tibqa’ pubblikament aċċessibbli fuq il-websajt għal mill-inqas ħames snin.

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mil-lista tal-membri ta’ partit politiku Ewropew, annessa mal-istatuti tal-partit skont l-Artikolu 4(2), u aġġornata skont l-Artikolu 6(7), il-Parlament Ewropew għandu jippubblika n-numru totali tal-membri, l-identità tal-persuni ġuridiċi li jkunu membri, kif ukoll l-ismijiet ta’ dawk il-persuni fiżiċi li jkunu taw il-kunsens espliċitu bil-miktub tagħhom għall-pubblikazzjoni. Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jitolbu dan il-kunsens bħala ħaġa ta’ rutina mill-persuni fiżiċi kollha li jkunu membri.

2. Il-Parlament Ewropew għandu jippubblika l-lista tal-partiti membri affiljati, aġġornata skont l-Artikolu 6(7).

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-Parlament Ewropew għandu jippubblika annwalment listi tal-Membri kollha tal-Parlament Ewropew, tal-parlamenti nazzjonali, u tal-parlamenti jew assembleji reġjonali li huma membri ta’ partiti politiċi Ewropej, flimkien mal-affiljazzjoni ta’ partit rispettiva tagħhom.

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Parlament Ewropew għandu jipprovdi għal proċeduri amministrattivi ta’ appell fir-rigward ta’ kwalunkwe deċiżjonijiet marbuta mar-reġistrazzjoni ta’ statuti, finanzjament jew penali.

1. Il-Parlament Ewropew għandu jipprovdi għal proċeduri amministrattivi ta’ appell rapidi u trasparenti fir-rigward ta’ kwalunkwe deċiżjonijiet marbuta mar-reġistrazzjoni ta’ statuti, finanzjament jew penalitajiet.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hu li ssaħħaħ il-bżonn ta' proċeduri amministrattivi ta’ appell robusti u xierqa meta wieħed iqis il-penalitajiet possibbli.

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom, fi żmien sena mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jadattaw l-istatuti tagħhom sabiex ikunu kompletament konformi mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament.

  • [1]  ĠU C 67, 7.3.2013, p. 1.
  • [2]  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
  • [3]  ĠU C 62, 2.3.2013, p.77.
  • [4]  ĠU C 296 E, 2.10.2012, p. 46.

NOTA SPJEGATTIVA

L-iżvilupp tal-partiti politiċi Ewropej huwa kritiku biex jitqajjem l-interess pubbliku fl-affarijiet tal-UE. It-tfassil ta’ pakkett ta’ riforma għall-partiti politiċi Ewropej bħala mezz ta’ mobilizzazzjoni tal-enerġiji demokratiċi taċ-ċittadini individwali u organizzati mhuwiex faċli, mhux l-inqas minħabba l-kumplessità sistemika tal-UE. Imma din il-ħaġa tista' tinbided f’vantaġġ, jekk wieħed jiċċara l-‘missjoni kostituttiva' tal-partiti politiċi Ewropej u kif djalogu infurmat, onest u responsabbli dwar l-iżvilupp politiku tagħhom jista’ jiffaċilita l-ħolqien ta’ “demos” plurali.

Ir-rapporteur tilqa’ bil-kbir l-istabbiliment ta’ status ġuridiku Ewropew speċjali u uniformi skont id-dritt tal-Unjoni għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi tagħhom speċjalment għar-raġunijiet ta’ konverġenza organizzazzjonali tal-partiti politiċi Ewropej.

 Ir-riformi proposti mir-rapport tas-Segretarju Ġenerali tal-2010, id-deċiżjonijiet tal-Bureau tat-13 ta’ Diċembru 2011, ir-rapport Giannakou tas-6 ta’ April 2011 dwar il-valutazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament preċedenti 2004/2003 kif emendat fl-2007, u l-proposta l-ġdida għal Regolament kemm għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi tagħhom huma r-riżultat ta’ analiżi bir-reqqa tas-sitwazzjoni preżenti, li tagħti tweġiba pożittiva b’mod ġenerali għall-mistoqsijiet, preokkupazzjonijiet u rimarki tal-partiti politiċi Ewropej. Fl-abbozz ta’ rapport, il-proposti huma orjentati lejn l-uniformità organizzattiva tal-partiti politiċi Ewropej.

  

 Fir-rigward tal-kriterji għar-rikonoxximent, ir-rapporteur tipproponi li huma l-partiti nazzjonali jew reġjonali biss li għandhom ikunu intitolati li jistabbilixxu partit Ewropew. Għall-formazzjoni tal-Partiti Politiċi, l-Istatut għall-Partiti Ewropej iqis b’mod indaqs lir-rappreżentanti eletti Ewropej, nazzjonali u reġjonali. Il-possibilità ta’ rikonoxximent tar-rappreżentanti li jkunu eletti fuq livell reġjonali għandha għalhekk tinżamm għall-fini li jiġu ffurmati l-partiti imma biss fil-każ ta’ reġjuni b’setgħat leġiżlattivi notifikati bħala tali lill-Parlament Ewropew. Sabiex jiġi ffinanzjat mill-Parlament Ewropew, partit politiku Ewropew għandu jkun rappreżentat fil-Parlament Ewropew minn mill-inqas MEP wieħed. Barra minn hekk, għandhom jitqiesu l-kriterji tar-rispett sħiħ għad-demokrazija interna u għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kompożizzjoni u fil-formazzjoni tal-partiti politiċi Ewropej u fi ħdan il-fondazzjonijiet politiċi Ewropej tagħhom. Partit li ma jissodisfax il-kundizzjoni tad-demokrazija interna ma jgħoddx għar-rekwiżit li jkun rappreżentat f’tal-anqas seba’ Stati Membri.

  

 Il-Parlament Ewropew għandu jivverifika ta’ kull sena l-kundizzjonijiet u l-kriterji tar-reġistrazzjoni tal-Partiti Politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej tagħhom. Ir-rapporteur temmen li din il-verifika għandha ssir kull sena jew wara li tkun saret talba motivata u dovutement ġustifikata minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika u li l-proċedura l-aktar effettiva se tkun dik tal-kumitat responsabbli għall-affarijiet kostituzzjonali tal-Parlament Ewropew. Il-kumitat għandu jorganizza kwalunkwe smigħ għal dan il-għan u għandu jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Parlament Ewropew fi żmien xahrejn mit-talba.

  

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (23.1.2013)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
(COM(2012)0499 – C7‑0288/2012 – 2012/0237(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Luigi Berlinguer

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur għal opinjoni jilqa' l-proposta għal Regolament tal-Kummissjoni dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej. Il-proposta tinkludi ċerti suġġerimenti importanti li huma inklużi fir-Riżoluzzjoni tal-PE ta' April 2011 u għalhekk tistipula l-possibilità ta' rikonoxximent sħiħ u operattiv tar-rwol tal-partiti politiċi madwar l-UE, kif dikjarat fit-Trattat ta' Lisbona (Artikolu 10 TUE) u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

Il-personalità ġuridika l-ġdida tal-partiti politiċi Ewropej tirrappreżenta wieħed mill-punti ta' interess ewlenin għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali. Il-personalità ġuridika skont id-dritt tal-Unjoni, hekk kif deskritt fil-proposta, hi definita bħala kumplimentari u "aktar komprensiva" meta mqabbla mal-personalità ġuridika li diġà teżisti skont id-dritt nazzjonali. L-għan hu li jkunu evitati "standards doppji" fl-Istati Membri bejn regoli li min-naħa japplikaw għall-partiti nazzjonali u kriterji oħrajn li japplikaw għall-partiti Ewropej fuq in-naħa l-oħra. Dan jimmira wkoll biex titnaqqas ir-riluttanza tal-Istati Membri fir-rigward tal-proposta.

Fil-fatt, qabel ma jkunu jistgħu jirreġistraw lilhom infushom sabiex jiksbu l-personalità ġuridika skont id-dritt tal-Unjoni, il-partit jew il-fondazzjoni għandhom diġà jkollhom personalità ġuridika skont id-dritt nazzjonali ta' Stat Membru (bħala assoċjazzjoni jew b'mod ieħor) u wkoll is-sede tagħhom hemmhekk.

Fir-rigward tal-kompetenzi tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, anke r-regoli dwar il-governanza interna għandhom importanza ewlenija, mhux biss għaliex jistipulaw kriterji avvanzati komuni ta' responsabilità u trasparenza, iżda ukoll għaliex iwittu t-triq ukoll għal riperkussjonijiet pożittivi fuq ir-regoli interni u l-imġiba tal-partiti nazzjonali.

Il-proposta tissuġġerixxi dawk l-elementi li għandhom jiġu trattati fl-istatut sabiex ikun garantit funzjonament demokratiku intern, bħad-drittijiet u l-obbligi tas-sħubija, il-funzjonament tal-assemblea ġenerali, il-proċessi elettorali u ta' teħid ta' deċiżjonijiet għall-korpi ta' tmexxija l-oħrajn. F'dan ir-rigward, għandha importanza qawwija r-referenza għall-possibilità li partit jitneħħa mir-Reġistru għal raġunijiet ta' nuqqas ta' rispett għar-regoli minimi dwar id-demokrazija interna.

L-iskeda ta' żmien għad-diskussjoni dwar il-proposta fil-Parlament Ewropew għandha importanza ewlenija għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali: sabiex tkun garantita l-adozzjoni effikaċi tar-regolament, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jirrakkomanda l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fi żmien xieraq għat-tħejjija tal-elezzjonijiet Ewropej fir-rebbiegħa tal-2014.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Il-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom ikunu intitolati li jimpjegaw il-persunal tagħhom skont it-termini tal-Artikolu 2c) tal-Kundizzjonijiet ta' Impjieg tal-Ħaddiema l-Oħra tal-Unjoni Ewropea bl-istess kondizzjonijiet bħall-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati magħhom, li jkunu jixtiequ jiksbu rikonoxximent bħal dan fuq livell Ewropew permezz ta’ status ġuridiku Ewropew u li jirċievu finanzjament pubbliku mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jirrispettaw ċerti prinċipji u jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. B’mod partikolari, huwa meħtieġ għal partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi assoċjati magħhom li jirrispettaw il-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(10) Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati magħhom, li jkunu jixtiequ jiksbu rikonoxximent bħal dan fuq livell Ewropew permezz ta’ status ġuridiku Ewropew u li jirċievu finanzjament pubbliku mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jirrispettaw ċerti prinċipji u jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. B’mod partikolari, huwa meħtieġ għal partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi assoċjati magħhom li jirrispettaw il-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għall-fini li jkun permess li formazzjonijiet ġodda jidħlu fil-kontestazzjoni politika u b'hekk jikkontribwixxu għal ħajja demokratika vibranti fl-Unjoni Ewropea, kif ukoll ħalli jkun żgurat li jkun l-għadd massimu ta’ alleanzi partitiċi li jiġi inkwadrat fir-regoli ta’ trasparenza u superviżjoni ta’ dan ir-Regolament, is-soll għar-reġistrazzjoni ta’ partit politiku Ewropew għandu jkun faċli li jintlaħaq għal alleanzi politiċi transnazzjonali organizzati tajjeb formalment, mingħajr il-prekondizzjoni tas-suċċess elettorali.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għandhom jiġu stabbiliti prinċipji u rekwiżiti minimi għall-governanza u l-organizzazzjoni interna tal-partiti politiċi Ewropej, b’mod partikolari biex jiġi żgurat l-impenn u r-rispett għal standards għolja ta’ demokrazija interna tal-partiti. L-istatuti ta’ partit politiku Ewropew jew ta’ fondazzjoni politika Ewropea għandu jkun fihom ukoll serje ta’ dispożizzjonijiet legali u amministrattivi bażiċi.

(11) Għandhom jiġu stabbiliti prinċipji u rekwiżiti minimi għall-governanza u l-organizzazzjoni interna tal-partiti politiċi Ewropej, b’mod partikolari biex jiġi żgurat l-impenn u r-rispett għal standards għolja ta’ demokrazija interna tal-partiti, speċjalment dwar il-proċeduri għall-għażla tal-kandidati u l-kompożizzjoni ta’ listi elettorali għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew permezz tal-partiti membri kostitwenti tagħhom. L-istatuti ta’ partit politiku Ewropew jew ta’ fondazzjoni politika Ewropea għandu jkun fihom ukoll serje ta’ dispożizzjonijiet legali u amministrattivi bażiċi.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-eliġibbiltà għall-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandu jkun limitat għal partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati magħhom, li jkunu ġew rikonoxxuti bħala tali u li jkunu kisbu status legali Ewropew. Filwaqt li hu kruċjali li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet għall-formazzjoni ta’ partit politiku Ewropew ma jkunux eċċessivi iżda jkunu jistgħu jiġu milħuqa minn alleanzi transnazzjonali organizzati u serji ta’ partiti politiċi jew ta’ persuni fiżiċi, jew tat-tnejn, huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji proporzjonati sabiex jiġu allokati riżorsi limitati mill-baġit tal-UE, li jindikaw b’mod oġġettiv l-ambizzjoni Ewropea u l-appoġġ elettorali ġenwin ta’ partit politiku Ewropew. Kriterju bħal dan huwa bbażat l-aħjar fuq ir-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li fihom il-partiti politiċi Ewropej ikunu obbligati li jikkontestaw taħt dan ir-Regolament, li jipprovdu indikazzjoni preċiża tal-għarfien elettorali ta' partit politiku Ewropew. Għandu jirrifletti r-rwol tal-Parlament Ewropew li jirrappreżenta direttament iċ-ċittadini tal-Unjoni, mogħti lilu bl-Artikolu 10(2) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-objettiv għall-partiti politiċi Ewropej li jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja demokratika tal-Unjoni u li jsiru atturi attivi tad-demokrazija rappreżentattiva tal-Ewropa, sabiex jesprimu effettivament il-veduti, l-opinjonijiet u r-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni. L-eliġibiltà għall-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandha għaldaqstant tkun limitata għal partiti politiċi Ewropej li jkunu rappreżentati fil-Parlament Ewropew b’minn tal-anqas membru wieħed minn tagħhom, u għal fondazzjonijiet politiċi Ewropej li japplikaw permezz ta' partit politiku Ewropew li jkun rappreżentat fil-Parlament Ewropew b'minn tal-anqas membru wieħed minn tiegħu.

(12) L-eliġibbiltà għall-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandu jkun limitat għal partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati magħhom, li jkunu ġew rikonoxxuti bħala tali u li jkunu kisbu status legali Ewropew. Filwaqt li hu kruċjali li jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet għall-formazzjoni ta’ partit politiku Ewropew ma jkunux eċċessivi iżda jkunu jistgħu jiġu milħuqa minn alleanzi transnazzjonali organizzati u serji ta’ partiti politiċi jew ta’ persuni fiżiċi, jew tat-tnejn, huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji proporzjonati sabiex jiġu allokati riżorsi limitati mill-baġit tal-UE, li jindikaw b’mod oġġettiv l-ambizzjoni Ewropea u l-appoġġ elettorali ġenwin ta’ partit politiku Ewropew. Kriterju bħal dan huwa bbażat l-aħjar fuq ir-riżultati tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, li fihom il-partiti politiċi Ewropej ikunu obbligati li jikkontestaw taħt dan ir-Regolament, li jipprovdu indikazzjoni preċiża tal-għarfien elettorali ta' partit politiku Ewropew. Għandu jirrifletti r-rwol tal-Parlament Ewropew li jirrappreżenta direttament iċ-ċittadini tal-Unjoni, mogħti lilu bl-Artikolu 10(2) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-objettiv għall-partiti politiċi Ewropej li jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja demokratika tal-Unjoni u li jsiru atturi attivi tad-demokrazija rappreżentattiva tal-Ewropa, sabiex jesprimu effettivament il-veduti, l-opinjonijiet u r-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni. L-eliġibiltà għall-fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandha għaldaqstant tkun limitata għal partiti politiċi Ewropej li jkunu rappreżentati fil-Parlament Ewropew b’minn tal-anqas membru wieħed minn tagħhom jew ikunu kisbu livell minimu ta’ appoġġ elettorali f’għadd sinifikattiv ta’ Stati Membri fl-elezzjonijiet l-aktar reċenti tal-Parlament Ewropew u għal fondazzjonijiet politiċi Ewropej li japplikaw permezz ta' partit politiku Ewropew li jkun rappreżentat fil-Parlament Ewropew b'minn tal-anqas membru wieħed minn tiegħu.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - paragrafu 1 - punt (b) – l-ewwel subparagrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għandha tkun rappreżentata f’mill-inqas kwart tal-Istati Membri, mill-Membri tal-Parlament Ewropew jew fil-Parlamenti nazzjonali, il-parlamenti reġjonali u l-assembleji reġjonali, jew

(b) hi jew il-partiti membri tagħha għandhom ikunu rappreżentati f’mill-inqas kwart tal-Istati Membri, mill-Membri tal-Parlament Ewropew jew mill-Membri tal-Parlamenti nazzjonali jew mill-Membri tal-Parlamenti reġjonali u l-assembleji li huma mogħnija b'setgħat leġiżlattivi u li ġew notifikati bħala tali quddiem il-Parlament Ewropew, jew

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) għandha tiżgura rappreżentanza ġusta tas-sessi fil-korpi interni tagħhom u għandha tippromwovi l-parità bejn is-sessi fit-tfassil tal-listi elettorali.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-proċess ta’ elezzjoni demokratika tal-korpi kollha, u l-proċessi demokratiċi ta’ kif dawn jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom, b’mod li l-poteri, ir-responsabbiltajiet u l-għamla ta’ kull wieħed ikunu speċifikati, inklużi l-modalitajiet għall-ħatra u t-tneħħija tal-membri tiegħu u kriterji ċari u trasparenti għall-għażla tal-kandidati u l-elezzjoni ta’ min jokkupa karigi, li l-mandat tagħhom irid ikun limitat għal perjodu ta’ żmien, iżda li jkun jista’ jiġġedded,

(d) il-proċess ta’ elezzjoni demokratika tal-korpi kollha, u l-proċessi demokratiċi ta’ kif dawn jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom, b’mod li l-poteri, ir-responsabbiltajiet u l-għamla ta’ kull wieħed ikunu speċifikati, inklużi l-modalitajiet għall-ħatra u t-tneħħija tal-membri tiegħu u kriterji ċari u trasparenti għall-għażla tal-kandidati li tkun imsejsa fuq proċedura demokratika u l-elezzjoni ta’ min jokkupa karigi, li l-mandat tagħhom irid ikun limitat għal perjodu ta’ żmien, iżda li jkun jista’ jiġġedded,

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) obbligu tal-partiti membri li jagħżlu kandidati għall-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew fi proċess demokratiku u miftuħ li jippermetti lill-membri kollha tal-partiti li jieħdu sehem attivament u passivament fil-proċess tal-għażla u fid-deċiżjonijiet dwar l-ordni tal-kandidati fuq il-listi elettorali,

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea għandu jkollhom għarfien u kapaċità ġuridika sħiħa fl-Istati Membri kollha.

Il-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea għandu jkollhom kapaċità ġuridika sħiħa fl-Istati Membri kollha.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għal kwistjonijiet mhux irregolati minn dan ir-Regolament jew, fejn il-kwistjonijiet ikunu parzjalment regolati minnu, f'dawk l-aspetti mhux koperti minnu, il-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea għandhom ikunu rregolati fl-Istat Membru fejn ikollhom is-sede tagħhom minn dawk il-liġijiet nazzjonali applikabbli għall-forma ġuridika msemmija fl-istatuti tal-partit jew tal-fondazzjoni. L-attivitajiet imwettqa minn partit politiku Ewropew u minn fondazzjoni politika Ewropea fi Stati Membri oħra għandhom jiġu rregolati mil-liġijiet nazzjonali rilevanti ta’ dawk l-Istati Membri.

2. Fi kwistjonijiet li mhumiex irregolati, jew li huma rregolati parzjalment minn dan ir-Regolament jew mill-istatuti rispettivi, il-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea għandhom ikunu rregolati mil-liġijiet tal-Istat Membru fejn ikollhom is-sede tagħhom. L-attivitajiet imwettqa minn partit politiku Ewropew u minn fondazzjoni politika Ewropea fi Stati Membri oħra għandhom jiġu rregolati mil-liġijiet nazzjonali rilevanti ta’ dawk l-Istati Membri.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-finanzjament ta’ partiti politiċi Ewropej u ta’ fondazzjonijiet politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor ma għandux jintuża biex jiffinanzja kampanji referendarji nazzjonali, reġjonali jew lokali.

3. Il-finanzjament ta’ partiti politiċi Ewropej u ta’ fondazzjonijiet politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor ma għandux jintuża biex jiffinanzja kampanji referendarji nazzjonali, reġjonali jew lokali, ħlief meta ir-referenda jitrattaw kwistjonijiet relatati mal-Unjoni Ewropea.

PROĊEDURA

Titolu

L-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

Referenzi

COM(2012)0499 – C7-0288/2012 – 2012/0237(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

22.10.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

22.10.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Luigi Berlinguer

10.10.2012

Eżami fil-kumitat

18.12.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

22.1.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Vytautas Landsbergis, Eva Lichtenberger, Dagmar Roth-Behrendt, József Szájer, Axel Voss

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (24.1.2013)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej
(COM(2012)0499 – C7‑0288/2012 – 2012/0237(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Edit Herczog

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur taqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-involviment ikbar u iktar effikaċi tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jista' jkun ta' siwi fil-promozzjoni tal-għarfien taċ-ċittadini dwar il-konnessjoni bejn il-proċessi politiċi fil-livell nazzjonali u dak Ewropew u huwa mod wieħed ta' kif jitħeġġeġ il-ħolqien ta' sfera pubblika Ewropea. Konsegwentement, il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej se jkollhom rwol akbar fl-elezzjonijiet parlamentari Ewropej li jsiru kull ħames snin u f'kampanji referendarji potenzjali fejn is-suġġett ikun espliċitament fil-qasam ta' kompetenza tal-Unjoni Ewropea jew ikun marbut mal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea nnifisha.

Ir-rapporteur temmen bis-sħiħ li l-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej fil-programmi u l-attivitajiet tagħhom kif ukoll permezz tal-membri, għandhom jirrispettaw il-valuri li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea, jiġifieri r-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi.

L-introduzzjoni ta' grad ta' flessibilità finanzjarja neċessarja fir-rigward tal-metodi ta' ħidma u l-attivitajiet tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej hija milqugħa, u huwa appoġġat ukoll il-metodu ta' finanzjament il-ġdid, jiġifieri l-kontribuzzjonijiet flimkien mas-sistema ta' għotjiet operattivi u donazzjonijiet. B'rabta ma' dan, ir-rapporteur tixtieq tenfasizza li l-kontribuzzjonijiet għall-organizzazzjoni ta' attivitajiet konġunti m'għandhomx jitqiesu bħala donazzjonijiet, u li m'għandu jkun definit l-ebda limitu fuq donazzjonijiet milqugħa minn partiti politiċi Ewropej u fondazzjonijiet politiċi Ewropej mingħand persuni fiżiċi jew ġuridiċi.

Ir-rapporteur taqbel mal-approċċ li l-Parlament Ewropew għandu jivverifika kull sena l-kundizzjonijiet u l-kriterji ta' reġistrazzjoni tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, u tappoġġa l-idea li kumitat li jkun jikkonsisti minn tliet membri - persuni eminenti indipendenti, bil-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaħtru membru kull wieħed - għandu jagħti opinjoni dwar is-suġġett fi ħdan perjodu ta' żmien raġonevoli.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur konvinta li apparti r-rwol li għandu l-Parlament Ewropew fil-proċess tar-reġistrazzjoni u l-verifika annwali, huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-Istat Membru fejn il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom is-sede rispettiva tagħhom li għandhom jeżerċitaw kontroll fuq il-finanzjament miksub minn sorsi għajr il-baġit tal-Unjoni Ewropea, u fuq l-infiq kollu.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti minn partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati magħhom biex jiksbu status ġuridiku Ewropew skont dan ir-Regolament, kif daqstant ieħor għandhom jiġu stabbiliti wkoll il-proċeduri u l-kriterji li għandhom ikunu rispettati biex jiġi deċiż jekk għandhux jingħata tali status ġuridiku Ewropew. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-każijiet fejn partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jitilfu d-dritt, jew jitiflu jew iċedu l-istatus ġuridiku Ewropew tagħhom.

(8) Għandhom jiġu stabbiliti l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti minn partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati magħhom biex jiksbu status ġuridiku Ewropew skont dan ir-Regolament, kif daqstant ieħor għandhom jiġu stabbiliti wkoll il-proċeduri u l-kriterji li għandhom ikunu rispettati biex jiġi deċiż jekk għandux jingħata tali status ġuridiku Ewropew. Huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri imparzjali u trasparenti għall-każijiet fejn partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea jitilfu d-dritt, jew jitilfu jew iċedu l-istatus ġuridiku Ewropew tagħhom.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Is-sħubija ma' partit politiku Ewropew u l-parteċipazzjoni fuq bażi volontarja fl-attivitajiet politiċi tiegħu m'għandhomx jitqiesu bħala ħlas jew donazzjonijiet in natura, iżda bħala impenn volontarju.

Ġustifikazzjoni

Il-premessa tistabbilixxi r-raġunament sottostanti għall-bidla fl-Artikolu 2(7).

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6 – nota 18 f'qiegħ il-paġna

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

18. Fid-data tal-adozzjoni ta' din il-proposta, il-Kulleġġ se jadotta wkoll dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni dwar proposta biex jiġi emendat ir-Regolament Finanzjarju li tintroduċi Titolu ġdid dwar l-iffinanzjar tal-partiti politiċi Ewropej permezz ta' kontribuzzjonijiet. L-introduzzjoni ta' "kontribuzzjonijiet" għal partiti politiċi Ewropej se tiġi kkonfermata wara li din il-proposta tkun ġiet adottata mill-koleġiżlaturi.

18. Fid-data tal-adozzjoni ta' din il-proposta, il-Kulleġġ se jadotta wkoll dokument ta' ħidma tal-Kummissjoni dwar proposta biex jiġi emendat ir-Regolament Finanzjarju li tintroduċi Titolu ġdid dwar l-iffinanzjar tal-partiti politiċi Ewropej permezz ta' kontribuzzjonijiet. L-introduzzjoni ta' "kontribuzzjonijiet" għal partiti politiċi Ewropej se tiġi kkonfermata wara li din il-proposta tkun ġiet adottata mill-koleġiżlaturi, filwaqt li jiġu żgurati l-koerenza u ċ-ċarezza tad-definizzjonijiet fiż-żewġ proposti.

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika hija meħtieġa biex jiġi żgurat li tingħata kunsiderazzjoni biżżejjed lir-rabta bejn iż-żewġ proposti.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) "donazzjoni" tfisser offerti ta' flus u donazzjonijiet oħra in natura (prodotti jew servizzi) li jikkostitwixxu vantaġġ ekonomiku għall-partit politiku jew għall-fondazzjoni Ewropea kkonċernati.

(7) "donazzjoni" tfisser offerti ta' flus u donazzjonijiet oħra in natura (prodotti jew servizzi) li jikkostitwixxu vantaġġ ekonomiku għall-partit politiku jew għall-fondazzjoni Ewropea kkonċernati. Is-sħubija ma' partit politiku Ewropew u l-parteċipazzjoni fuq bażi volontarja fl-attivitajiet politiċi tiegħu ma jikkostitwixxux donazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Ara l-premessa 15a ġdida.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għal kwistjonijiet mhux irregolati minn dan ir-Regolament jew, fejn il-kwistjonijiet ikunu parzjalment regolati minnu, f'dawk l-aspetti mhux koperti minnu, il-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea għandhom ikunu rregolati fl-Istat Membru fejn ikollhom is-sede tagħhom minn dawk il-liġijiet nazzjonali applikabbli għall-forma ġuridika msemmija fl-istatuti tal-partit jew tal-fondazzjoni. L-attivitajiet imwettqa minn partit politiku Ewropew u minn fondazzjoni politika Ewropea fi Stati Membri oħra għandhom jiġu rregolati mil-liġijiet nazzjonali rilevanti ta' dawk l-Istati Membri.

2. Għal kwistjonijiet mhux irregolati espliċitament minn dan ir-Regolament, il-partit politiku Ewropew u l-fondazzjoni politika Ewropea għandhom ikunu rregolati fl-Istat Membru fejn ikollhom is-sede tagħhom minn dawk il-liġijiet nazzjonali applikabbli għall-forma ġuridika msemmija fl-istatuti tal-partit jew tal-fondazzjoni. L-attivitajiet imwettqa minn partit politiku Ewropew u minn fondazzjoni politika Ewropea fi Stati Membri oħra għandhom jiġu rregolati mil-liġijiet nazzjonali rilevanti ta' dawk l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hu li tikkjarifika l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li mhuwiex ċar mit-test tal-Kummissjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea f'wieħed mill-każijiet stipulati fil-paragrafu 1 punti (a), (b) jew (c) għandu jitwaqqfilhom l-effett ta' kwalunkwe deċiżjoni dwar finanzjament tal-Unjoni rċevuti taħt dan ir-Regolament, u daqstantieħor kwalunkwe ftehim dwar tali finanzjament għandu jkun itterminat, u għandu jkun irkuprat kwalunkwe finanzjament tal-Unjoni li jkun għadu mhux minfuq, inkluż kwalunkwe fondi tal-Unjoni minn snin preċedenti.

3. Partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea f'wieħed mill-każijiet stipulati fil-paragrafu 1 punti (a), (b) jew (c) għandu jitwaqqfilhom l-effett ta' kwalunkwe deċiżjoni dwar finanzjament tal-Unjoni rċevuti taħt dan ir-Regolament, u daqstant ieħor kwalunkwe ftehim dwar tali finanzjament għandu jkun itterminat, u għandu jkun irkuprat kwalunkwe finanzjament tal-Unjoni li jkun għadu mhux minfuq, inkluż kwalunkwe fondi tal-Unjoni minn snin preċedenti, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni1 (Ir-Regolament Finanzjarju).

 

_____________

 

1 ĠU L 298, 26.10.2012, p.1.

Ġustifikazzjoni

Din il-kjarifika hija meħtieġa biex jiġi żgurat li tingħata kunsiderazzjoni biżżejjed lir-rabta bejn iż-żewġ proposti.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Kontribuzzjonijiet finanzjarji jew għotjiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea ma jkunux jistgħux jaqbżu 90% tan-nefqa rimborsabbli annwali ta' partit politiku Ewropew u 95% tal-kosti annwali eliġibbli indikati fil-baġit ta' fondazzjoni politika Ewropea. Il-partiti politiċi Ewropej jistgħu jużaw kwalunkwe parti mhux użata tal-kontribuzzjoni tal-UE mogħtija biex ikopru nefqa rimborsabbli fi żmien is-sentejn finanzjarji li jsegwu l-għoti tagħha. L-ammonti użati wara dawn is-sentejn finanzjarji għandhom jiġu rkuprati skont ir-Regolament Finanzjarju.

4. Kontribuzzjonijiet finanzjarji jew għotjiet mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea ma jkunux jistgħu jaqbżu 90% tan-nefqa rimborsabbli annwali ta' partit politiku Ewropew u 95% tal-kosti annwali eliġibbli indikati fil-baġit ta' fondazzjoni politika Ewropea. Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej affiljati tagħhom jistgħu jużaw kwalunkwe parti mhux użata tal-kontribuzzjoni jew għotja tal-UE mogħtija fi żmien is-sentejn finanzjarji li jsegwu l-għoti tagħha. L-ammonti użati wara dawn is-sentejn finanzjarji għandhom jiġu rkuprati skont ir-Regolament Finanzjarju.

Ġustifikazzjoni

Il-finanzjament pubbliku previst għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jikkontribwixxi lejn l-istabilità u l-kontinwità tal-attivitajiet tagħhom kif ukoll għall-objettiv ewlieni li jinħoloq għarfien politiku Ewropew u tiġi espressa r-rieda taċ-ċittadini Ewropej. Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom ikunu jistgħu jakkumulaw il-finanzjament neċessarju tagħhom għall-kampanja permezz ta' riporti mis-snin finanzjarji preċedenti.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jistgħu jaċċettaw donazzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi sa valur ta' EUR 25 000 kull sena għal kull donatur, mingħajr ħsara għall-paragrafu 5.

1. Il-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jistgħu jaċċettaw donazzjonijiet minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi mingħajr ħsara għall-paragrafu 5.

Ġustifikazzjoni

Bil-għan li l-partiti politiċi jitħeġġu jiġġeneraw riżorsi proprji, il-proposta għandha l-għan li ttemm il-limitu fuq il-valur ta' donazzjoni fis-sena għal kull donatur

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) donazzjonijiet mill-baġit ta' gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew,

(b) donazzjonijiet mill-baġit ta' gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew, għalkemm il-kontribuzzjonijiet għall-organizzazzjoni ta' avvenimenti konġunti m'għandhomx jitqiesu bħala donazzjonijiet,

Ġustifikazzjoni

F'bosta okkażjonijiet, b'rabta ma' miri politiċi jew soċjali komuni, il-partiti politiċi Ewropej u l-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew jorganizzaw avvenimenti b'mod konġunt (pereżempju, konferenzi, seminars, dibattiti pubbliċi). F'dawn il-każijiet speċifiċi, il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż organizzattivi f'isem grupp politiku tal-Parlament Ewropew għandha tkun permessa kompletament u m'għandhiex titqies bħala donazzjoni.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) donazzjonijiet minn xi impriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti bis-saħħa tal-fatt li huma l-proprjetarji tagħha, li huma jipparteċipaw fiha finanzjarjament, jew bis-saħħa tar-regoli li jirregolawha,

(c) donazzjonijiet minn xi impriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti bis-saħħa tal-fatt li huma l-proprjetarji tagħha, li huma jipparteċipaw fiha finanzjarjament, jew bis-saħħa tar-regoli li jiddeterminaw l-impriża individwali kkonċernata,

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) donazzjonijiet minn kwalunkwe awtorità pubblika minn pajjiż terz, inklużi dawk minn kwalunkwe impriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti bis-saħħa tal-fatt li huma l-proprjetarji tagħha, li huma jipparteċipaw fiha finanzjarjament, jew bis-saħħa tar-regoli li jirregolawha.

(d) donazzjonijiet minn kwalunkwe awtorità pubblika minn pajjiż terz, inklużi dawk minn kwalunkwe impriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw direttament jew indirettament influwenza dominanti bis-saħħa tal-fatt li huma l-proprjetarji tagħha, li huma jipparteċipaw fiha finanzjarjament, jew bis-saħħa tar-regoli li jiddeterminaw l-impriża individwali kkonċernata.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull persuna fiżika jew ġuridika li tagħti donazzjoni lil partit politiku Ewropew jew lil fondazzjoni politika Ewropea minn ħdan jew minn lil hinn mill-fruntieri nazzjonali għandha tibbenefika mill-istess trattament fiskali li jkun applikabbli għal donazzjonijiet mogħtija lil partit politiku jew lil fondazzjoni politika li jkollha s-sede tagħha fl-Istat Membru fejn id-donatur ikun residenti għall-għanijiet tat-taxxa.

2. Mingħajr ħsara għal-livelli limitu nazzjonali eżistenti u għall-awtonomija tal-liġi tat-taxxa tal-Istati Membri, kull persuna fiżika jew ġuridika li tagħti donazzjoni lil partit politiku Ewropew jew lil fondazzjoni politika Ewropea minn ħdan jew minn lil hinn mill-fruntieri nazzjonali għandha tibbenefika mill-istess trattament fiskali li jkun applikabbli għal donazzjonijiet mogħtija lil partit politiku jew lil fondazzjoni politika li jkollha s-sede tagħha fl-Istat Membru fejn id-donatur ikun residenti għall-għanijiet tat-taxxa.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta' din l-emenda hu li tikkjarifika l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li mhuwiex ċar mit-test tal-Kummissjoni.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-finanzjament ta' partiti politiċi Ewropej u ta' fondazzjonijiet politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor ma għandux jintuża biex jiffinanzja kampanji referendarji nazzjonali, reġjonali jew lokali.

3. Il-finanzjament ta' partiti politiċi Ewropej u ta' fondazzjonijiet politiċi Ewropej mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew minn kwalunkwe sors ieħor ma għandux jintuża biex jiffinanzja kampanji referendarji nazzjonali, reġjonali jew lokali, b'eċċezzjoni għall-partiti politiċi Ewropej meta s-suġġett ikun il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew meta r-referendum ikun jikkonċerna direttament il-funzjonament ta' istituzzjoni tal-UE.

Ġustifikazzjoni

Il-partiti politiċi Ewropej ma jistgħux jiġu esklużi minn kampanji referendarji nazzjonali, reġjonali jew lokali meta dawn ikunu relatati mal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew ma' kwistjonijiet fl-ambitu tal-kompetenza tal-UE. Filwaqt li jirrappreżentaw perspettiva verament Ewropea, il-partiti politiċi Ewropej għandhom jagħmlu parti minn dan il-proċess demokratiku.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-penali imposti skont dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej kollha irrispettivament jekk jirċevux jew le finanzjament mill-Unjoni. L-Uffiċjal Awtorizzanti responsabbli jista' jimponi penali amministrattivi u/jew finanzjarji skont l-Artikolu [96(2)] tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu [145] tar-Regoli ta' Applikazzjoni tiegħu fuq kwalunkwe partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea li f'xi wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu [96(1)] tar-Regolament Finanzjarju ma jkunux koperti mill-paragrafi ta' hawn fuq.

7. Il-penali imposti skont dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-partiti politiċi Ewropej u għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej kollha li jkunu rikonoxxuti skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, minkejja jkunux jirċievu finanzjament mill-Unjoni. L-awtorità kontraenti tista' timponi penali amministrattivi u/jew finanzjarji skont l-Artikolu [109(2)] tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu [145] tar-Regoli ta' Applikazzjoni tiegħu fuq kwalunkwe partit politiku Ewropew jew fondazzjoni politika Ewropea li f'xi wieħed mill-każijiet imsemmija fl-Artikolu [109(1)] tar-Regolament Finanzjarju ma jkunux koperti mill-paragrafi ta' hawn fuq.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika: partit jew fondazzjoni xorta jibqgħu suġġetti għar-regoli tat-trasparenza tad-donazzjonijiet anke jekk ma jkunux applikaw għal, jew irċevew, finanzjament mill-Unjoni barra r-riżorsi proprji tagħhom.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Ir-Reġistru għandu jippubblika, fuq websajt maħluqa apposta, dan li ġej:

1. Mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara d-data tal-komunikazzjoni jew wara li l-Parlament Ewropew ikun adotta d-deċiżjoni tiegħu, ir-Reġistru għandu jippubblika, fuq websajt maħluqa apposta, dan li ġej:

Ġustifikazzjoni

L-iskadenza ta' xahar għall-pubblikazzjoni fuq il-websajt m'għandhiex tkun limitata għad-dettalji speċifikati fil-punti (a) u (b), iżda għandha tkun standard għat-tipi kollha ta' informazzjoni.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-ismijiet u l-istatuti tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej kollha rreġistrati, flimkien mad-dokumenti sottomessi bħala parti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(3), mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara li l-Parlament Ewropew ikun adotta d-deċiżjoni tiegħu u, lil hinn minn din id-data, kwalunkwe emendi nnotifikati lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 6(6) u (7),

(a) l-ismijiet u l-istatuti tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej kollha rreġistrati, flimkien mad-dokumenti sottomessi bħala parti mill-applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(3) u, lil hinn minn din id-data, kwalunkwe emenda nnotifikata lill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 6(6) u (7),

Ġustifikazzjoni

Aġġustament tekniku meħtieġ minħabba l-emenda għall-ewwel sentenza tal-Artikolu 24(1).

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) lista ta' dawk l-applikazzjonijiet li ma jkunux ġew approvati, flimkien mad-dokumenti sottomessi bħala parti mill-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(3), u r-raġunijiet tar-rifjut, mhux aktar tard minn erba' ġimgħat wara li l-Parlament Ewropew ikun adotta d-deċiżjoni tiegħu,

(b) lista ta' dawk l-applikazzjonijiet li ma jkunux ġew approvati, flimkien mad-dokumenti sottomessi bħala parti mill-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni skont l-Artikolu 6(3), u r-raġunijiet tar-rifjut,

Ġustifikazzjoni

Aġġustament tekniku meħtieġ minħabba l-emenda għall-ewwel sentenza tal-Artikolu 24(1).

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Parlament Ewropew u l-kumitat imsemmi fl-Artikolu 7(2) għandhom jiżguraw li d-dejta personali miġbura minnhom skont dan ir-Regolament ma tintużax għal kwalunkwe għan għajr dak li tiġi assigurata l-legalità, ir-regolarità u t-trasparenza tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u s-sħubija tal-partiti politiċi Ewropej. Huma għandhom jeqirdu dik id-dejta personali mhux aktar tard minn 24 xahar wara l-pubblikazzjoni tal-partijiet rilevanti skont l-Artikolu 24.

3. Il-Parlament Ewropew u l-kumitat imsemmi fl-Artikolu 7(2) għandhom jiżguraw li d-dejta personali miġbura minnhom skont dan ir-Regolament ma tintużax għal kwalunkwe għan għajr dak li tiġi assigurata l-legalità, ir-regolarità u t-trasparenza tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u s-sħubija tal-partiti politiċi Ewropej. Huma għandhom jeqirdu dik id-dejta personali mhux aktar tard minn 36 xahar wara l-pubblikazzjoni tal-partijiet rilevanti skont l-Artikolu 24.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni, lil hinn mill-Artikolu 13 tar-Regolament Finanzjarju, qed toffri arranġament ta' riport 'n+2' aktar ġeneruż, li jippermetti li l-approprjazzjonijiet għal sena finanzjarja partikolari jintużaw fuq medda ta' żmien li b'kollox tinkludi tliet snin finanzjarji. Għaldaqstant, il-limitu ta' żmien għall-qerda tad-dejta personali għandu jiżdied għal 36 xahar.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Parlament Ewropew għandu jipprovdi għal proċeduri amministrattivi ta' appell fir-rigward ta' kwalunkwe deċiżjonijiet marbuta mar-reġistrazzjoni ta' statuti, finanzjament jew penali.

1. Il-Parlament Ewropew għandu jipprovdi għal proċeduri amministrattivi ta' appell rapidi u trasparenti fir-rigward ta' kwalunkwe deċiżjonijiet marbuta mar-reġistrazzjoni ta' statuti, finanzjament jew penali.

Ġustifikazzjoni

Fid-dawl tal-penali possibbli, din l-emenda għandha l-għan li tenfasizza l-ħtieġa għal proċeduri amministrattivi ta' appell sodi u xierqa.

PROĊEDURA

Titolu

L-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

Referenzi

COM(2012)0499 – C7-0288/2012 – 2012/0237(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

22.10.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

22.10.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Edit Herczog

3.10.2012

Data tal-adozzjoni

23.1.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Zuzana Brzobohatá, Jean-Luc Dehaene, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Monika Hohlmeier, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Claudio Morganti, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Potito Salatto, Alda Sousa, László Surján, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Edit Herczog, Paul Rübig, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis, Theodor Dumitru Stolojan, Gianluca Susta, Nils Torvalds

PROĊEDURA

Titolu

L-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

Referenzi

COM(2012)0499 – C7-0288/2012 – 2012/0237(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.9.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

22.10.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

22.10.2012

JURI

22.10.2012

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Marietta Giannakou

17.9.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

9.10.2012

26.11.2012

18.12.2012

21.1.2013

 

4.2.2013

18.2.2013

14.3.2013

19.3.2013

Data tal-adozzjoni

15.4.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

8

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Roberto Gualtieri, Enrique Guerrero Salom, Daniel Hannan, Stanimir Ilchev, Constance Le Grip, David Martin, Paulo Rangel, Algirdas Saudargas, Rafał Trzaskowski, Manfred Weber, Luis Yáñez-Barnuevo García

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Zuzana Brzobohatá, Marietta Giannakou, Helmut Scholz, György Schöpflin, Alexandra Thein

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Syed Kamall, Georgios Koumoutsakos

Data tat-tressiq

24.4.2013