RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja - EU Aid Volunteers

30.4.2013 - (COM(2012)0514 – C7‑0303/2012 – 2012/0245(COD)) - ***I

Kumitat għall-Iżvilupp
Rapporteur: Michèle Striffler


Proċedura : 2012/0245(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0158/2013
Testi mressqa :
A7-0158/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja - EU Aid Volunteers

(COM(2012)0514 – C7‑0303/2012 – 2012/0245(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0514),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 214(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0303/2012),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7‑0158/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jikkunsidra li għandhom jiġu garantiti allokazzjonijiet ta' finanzjament u baġitarji separati għal din l-inizjattiva filwaqt li tibqa' komplementari b'mod reċiproku mal-istrumenti l-oħra għall-politiki esterni tal-Unjoni;

3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Is-solidarjetà hija valur fundamentali tal-Unjoni u hemm potenzjal għal aktar żvilupp ta' mezzi ta' turija ta’ solidarjetà taċ-ċittadini tal-Unjoni ma' nies f'pajjiżi terzi li huma vulnerabbli għal kriżijiet maħluqa mill-bniedem jew minn diżastri naturali jew affettwati minnhom.

(1) Is-solidarjetà hija valur fundamentali tal-Unjoni u hemm potenzjal għal aktar żvilupp ta' mezzi ta' turija ta’ solidarjetà taċ-ċittadini tal-Unjoni ma' nies f'pajjiżi terzi li huma vulnerabbli għal kriżijiet maħluqa mill-bniedem jew minn diżastri naturali jew affettwati minnhom. Barra minn hekk l-Unjoni, kollettivament, hija l-akbar donatur fid-dinja ta' għajnuna umanitarja, billi tipprovdi kważi 50 % tal-għajnuna umanitarja globali.

 

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-volontarjat huwa espressjoni konkreta u viżibbli tas-solidarjetà li tippermetti lill-individwi biex jiddedikaw l-għarfien, il-ħiliet u l-ħin tagħhom għas-servizz ta' bnedmin oħra bħalhom, mingħajr interess primarju fi gwadann finanzjarju.

(2) Il-volontarjat huwa espressjoni konkreta u viżibbli tas-solidarjetà li tippermetti lill-individwi biex jiddedikaw l-għarfien, il-ħiliet, l-esperjenza u l-ħin tagħhom għas-servizz ta' bnedmin oħra bħalhom, mingħajr interess primarju fi gwadann finanzjarju. Fil-qafas tal-Inizjattiva prevista f'dan ir-Regolament, l-objettiv speċifiku tal-volontarjat huwa li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni li tirreaġixxi għal kriżijiet umanitarji u li tibni l-kapaċità u r-reżiljenza ta' komunitajiet vulnerabbli jew milquta minn diżastri f'pajjiżi terzi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Hemm bżonn li jiżdiedu kemm il-livelli ta' sensibilizzazzjoni kif ukoll il-viżibilità tal-għajnuna umanitarja fost iċ-ċittadini tal-Unjoni għaliex l-għajnuna umanitarja tal-Unjoni spiss tingħata inqas importanza meta mqabbla mal-għajnuna umanitarja ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. Filwaqt li l-volontarjat qiegħed jiżdied għal ħafna attivitajiet, għad hemm il-ħtieġa għal aktar sensibilizzazzjoni kif ukoll potenzjal sinifikanti għall-iżvilupp tas-solidarjetà fost iċ-ċittadini tal-Unjoni mal-vittmi ta' kriżijiet u diżastri f'pajjiżi terzi.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-għajnuna umanitarja tal-Unjoni hija mwassla f'sitwazzjonijiet fejn joperaw strumenti oħra relatati mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-protezzjoni ċivili. Il-EU Aid Volunteers għandhom jaħdmu b'koerenza u komplementarjetà ma' politiki u strumenti rilevanti sabiex isir l-aktar użu effettiv ta' dawn l-istrumenti filwaqt li sistematikament jiġu promossi l-prinċipji umanitarji u l-għanijiet tal-iżvilupp fit-tul. Għandhom jiġu mfittxija sinerġiji tal-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, iċ-Ċentru għal Rispons ta' Emerġenza stabbilit bid-Deċiżjoni XX/XXXX u mas-SEAE u d-Delegazzjonijiet tal-UE sabiex jiġi kkoordinat ir-rispons għall-kriżijiet umanitarji tal-Unjoni f’pajjiżi terzi.

(4) L-għajnuna umanitarja tal-Unjoni hija mwassla f'sitwazzjonijiet fejn joperaw strumenti oħra relatati mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-protezzjoni ċivili. L-Inizjattiva EU Aid Volunteers għandha taħdem b'koerenza u komplementarjetà ma' politiki u strumenti rilevanti sabiex isir l-aktar użu effettiv ta' dawn l-istrumenti u jiġi evitat it-trikkib, filwaqt li sistematikament jiġu promossi l-prinċipji umanitarji u l-għanijiet tal-iżvilupp fit-tul. Għandhom jiġu mfittxija sinerġiji tal-azzjonijiet tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers b'mod partikolari mal-politika tal-Unjoni dwar l-għajnuna umanitarja, mal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp u mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, iċ-Ċentru għal Rispons ta' Emerġenza stabbilit bid-Deċiżjoni XX/XXXX u mas-SEAE u d-Delegazzjonijiet tal-UE, mal-atturi reġjonali u lokali u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex jiġi kkoordinat ir-rispons għall-kriżijiet umanitarji tal-Unjoni f’pajjiżi terzi.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) In-numru, l-ambitu u l-kumplessità ta' kriżijiet umanitarji fid-dinja żdiedu b’mod sinifikanti matul is-snin u dan wassal għal żieda fid-domanda fuq atturi umanitarji sabiex jipprovdu rispons effettiva, effiċjenti u koerenti u biex jappoġġjaw il-komunitajiet lokali tal-pajjiżi terzi sabiex dawn isiru anqas vulnerabbli u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għad-diżastri.

(5) In-numru, l-ambitu u l-kumplessità ta' kriżijiet umanitarji fid-dinja kemm naturali kif ukoll ikkaġunati mill-bniedem żdiedu b’mod sinifikanti matul is-snin u dik it-tendenza sfortunatament x'aktarx li tkompli, u dan iwassal għal żieda fid-domanda fuq atturi umanitarji sabiex jipprovdu rispons immedjat, effettiv, effiċjenti u koerenti u biex jappoġġjaw il-komunitajiet lokali tal-pajjiżi terzi sabiex dawn isiru anqas vulnerabbli u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għad-diżastri.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-voluntiera jistgħu jsaħħu l-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja u jikkontribwixxu għall-professjonalizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja meta jkunu adegwatament magħżula, mħarrġa u ppreparati għall-mobilizzazzjoni sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jgħinu lin-nies fil-bżonn bl-aktar mod effettiv.

(6) Il-voluntiera jistgħu jsaħħu l-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja u jikkontribwixxu għall-professjonalizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja meta jkunu adegwatament magħżula, mħarrġa u ppreparati għall-mobilizzazzjoni sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jgħinu lin-nies fil-bżonn bl-aktar mod effettiv, sakemm ikunu jistgħu jibbenefikaw minn biżżejjed appoġġ jew superviżjoni fil-post.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Jeżistu skemi tal-volontarjat fl-Ewropa u madwar id-dinja li jiffukaw fuq il-mobilizzazzjoni f’pajjiżi terzi. Ħafna drabi dawn huma skemi nazzjonali li jiffokaw prinċipalment jew esklussivament fuq proġetti ta' żvilupp. Il-EU Aid Volunteers għandhom, għalhekk, jevitaw id-dupplikazzjoni u għandhom iżidu l-valur billi jipprovdu opportunitajiet għal voluntiera biex jikkontribwixxu flimkien għal operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja biex b’hekk tissaħħaħ iċ-ċittadinanza attiva tal-Unjoni Ewropea u billi jrawmu l-kooperazzjoni tranżnazzjonali tal-organizzazzjonijiet implimentattivi li jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Korp.

(7) Jeżistu skemi tal-volontarjat fl-Ewropa u madwar id-dinja li jiffukaw fuq il-mobilizzazzjoni f’pajjiżi terzi. Ħafna drabi dawn huma skemi nazzjonali li jiffokaw prinċipalment jew esklussivament fuq proġetti ta' żvilupp. Il-EU Aid Volunteers għandhom, għalhekk, jevitaw id-duplikazzjoni u għandhom iżidu l-valur billi jipprovdu opportunitajiet għal voluntiera biex jikkontribwixxu flimkien għal operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja biex b’hekk tissaħħaħ iċ-ċittadinanza attiva tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li titrawwem il-kooperazzjoni transnazzjonali tal-organizzazzjonijiet implimentattivi li jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Korp, u b'hekk jipproġettaw immaġni pożittiva tal-Unjoni fid-dinja u jrawmu interess fi proġetti umanitarji pan-Ewropej.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Hemm lakuni f’dan ix-xenarju ta' volontarjat umanitarju li l-EU Aid Volunteers jistgħu jimlew bil-voluntiera bil-profili adattati mmobilizzati fil-mument it-tajjeb fil-post it-tajjeb. Dan jista' jinkiseb l-aktar billi jiġu pprovduti standards Ewropej dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' voluntiera umanitarji, parametri maqbula b'mod komuni għat-taħriġ u t-tħejjija ta' voluntiera umanitarji għall-mobilizzazzjoni, reġistri mtejba ta' voluntiera potenzjali li huma identifikati abbażi tal-ħtiġijiet fil-post, u opportunitajiet għal voluntiera biex jikkontribwixxu għal operazzjonijiet umanitarji mhux biss billi jiġu mmobilizzati iżda wkoll permezz ta' appoġġ klerikali u attivitajiet ta’ volontarjat onlajn.

(8) Hemm lakuni f’dan ix-xenarju ta' volontarjat umanitarju li l-Inizjattiva EU Aid Volunteers tista' timla bil-voluntiera bil-profili adattati mmobilizzati fil-mument it-tajjeb fil-post it-tajjeb. Dan jista' jinkiseb l-aktar billi jiġu pprovduti standards Ewropej dwar l-identifikazzjoni u l-għażla ta' voluntiera umanitarji, parametri maqbula b'mod komuni għat-taħriġ u t-tħejjija ta' voluntiera umanitarji għall-mobilizzazzjoni, reġistri mtejba ta' voluntiera potenzjali li huma identifikati abbażi tal-ħtiġijiet fil-post, u opportunitajiet għal voluntiera biex jikkontribwixxu għal operazzjonijiet umanitarji mhux biss billi jiġu mmobilizzati iżda wkoll permezz ta' appoġġ klerikali u attivitajiet ta’ volontarjat onlajn.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Is-sigurtà u s-sikurezza tal-voluntiera għandhom jibqgħu tal-akbar importanza.

(9) It-taħriġ xieraq, kif ukoll is-sigurtà u s-sikurezza tal-voluntiera għandhom jibqgħu tal-akbar importanza. Il-voluntiera m'għandhomx jintbagħtu jaħdmu fi proġetti fejn is-sigurtà hija problema.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-Unjoni twettaq l-azzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tagħha fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet implimentattivi. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jaqdu rwol sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers biex jiggarantixxu t-teħid ta' responsabbiltà diretta mill-atturi fil-qasam u sabiex jimmassimizzaw l-assorbiment potenzjali tal-azzjonijiet tal-Korp Volontarju. L-Unjoni għandha tafda lill-organizzazzjonijiet implimentattivi notevolment bl-identifikazzjoni, l-għażla, it-tħejjija u l-mobilizzazzjoni tal-EU Aid Volunteers f'konformità mal-istandards stabbiliti mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha, barra minn hekk, tkun tista’ tutilizza voluntiera mħarrġa u ppreparati b'suċċess għall-mobilizzazzjoni, fejn xieraq.

(10) L-Unjoni twettaq l-azzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tagħha fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet implimentattivi. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jaqdu rwol sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers biex jiggarantixxu t-teħid ta' responsabbiltà diretta mill-atturi fil-qasam u sabiex jimmassimizzaw l-assorbiment potenzjali tal-azzjonijiet tal-Korp Volontarju. L-Unjoni għandha tafda lill-organizzazzjonijiet implimentattivi notevolment bl-identifikazzjoni, l-għażla, it-tħejjija u l-mobilizzazzjoni tal-EU Aid Volunteers, kif ukoll bis-segwitu matul u wara l-missjonijiet, f'konformità mal-istandards stabbiliti mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha, barra minn hekk, tkun tista’ tutilizza voluntiera mħarrġa u ppreparati b'suċċess għall-mobilizzazzjoni, fejn xieraq.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-volontarjat f'għajnuna umanitarja jista’ jgħin sabiex iżomm iż-żgħażagħ attivi, jikkontribwixxi għall-iżvilupp personali u l-għarfien interkulturali tagħhom, u jtejjeb il-kompetenzi tagħhom u l-impjegabilità f'ekonomija globali. Dan, għalhekk, jikkontribwixxi għall-"Inizjattiva ta' Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ" u sensiela ta' għanijiet ewlenin oħra tal-Unjoni, bħall-inklużjoni soċjali, l-impjiegi, iċ-ċittadinanza attiva, l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet.

(12) Il-volontarjat f'għajnuna umanitarja jista’ jgħin sabiex iżomm iż-żgħażagħ attivi, jikkontribwixxi għall-iżvilupp personali u l-għarfien interkulturali tagħhom, u jtejjeb il-kompetenzi tagħhom u l-impjegabilità f'ekonomija globali. Dan, għalhekk, jikkontribwixxi għall-"Inizjattiva ta' Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ" u sensiela ta' għanijiet ewlenin oħra tal-Unjoni, bħall-inklużjoni soċjali, l-impjiegi, iċ-ċittadinanza attiva, l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet, kif ukoll fl-affermazzjoni tal-volontarjat bħala espressjoni konkreta tas-solidarjetà Ewropea ma' persuni milquta minn kriżijiet, u b'hekk jippromwovi l-valuri u l-prinċipji tal-Unjoni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-prinċipji ta' opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni tal-Unjoni jissuġġerixxu li ċ-ċittadini u r-residenti regolari tal-Unjoni f'kull settur tal-ħajja u età għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw bħala ċittadini attivi. Fid-dawl tal-isfidi speċifiċi tal-kuntest umanitarju, il-parteċipanti fil-EU Aid Volunteers għandhom ikunu ‘l fuq minn 18-il sena.

(13) Il-prinċipji ta' opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni tal-Unjoni jissuġġerixxu li ċ-ċittadini u r-residenti regolari tal-Unjoni f'kull settur tal-ħajja u età għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw bħala ċittadini attivi. Fid-dawl tal-isfidi speċifiċi tal-kuntest umanitarju, il-parteċipanti fl-Inizjattiva EU Aid Volunteers għandu jkollhom aktar minn 18-il sena.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) L-azzjonijiet tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers għandhom jitwettqu b'tali mod li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet inklużi fil-Policy Agenda for Volunteering in Europe (PAVE), il-ħidma mwettqa mill-organizzazzjonijiet Ewropej ta' volontarjat internazzjonali u l-programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Voluntiera.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-EU Aid Volunteers għandhom jappoġġjaw organizzazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja lokali f'pajjiżi terzi. L-attivitajiet tagħhom għandhom iżidu l-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet ospitanti sabiex jittrattaw kriżijiet umanitarji u professjonalment jimmaniġġjaw EU Aid Volunteers, biex jużaw b’mod effettiv il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom u biex jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet tal-voluntieri jkollhom impatt sostenibbli fuq il-komunitajiet lokali biex b’hekk jgħinu lin-nies fil-bżonn affettwati minn kriżijiet umanitarji, li huma l-benefiċjarji finali tal-għajnuna umanitarja tal-Unjoni.

(15) L-Inizjattiva EU Aid Volunteers għandha tappoġġja organizzazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja lokali f'pajjiżi terzi. L-attivitajiet tagħha għandhom iżidu l-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet ospitanti sabiex jittrattaw kriżijiet umanitarji u professjonalment jimmaniġġjaw EU Aid Volunteers, biex jużaw b’mod effettiv il-ħiliet u l-kompetenzi tagħhom u biex jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet tal-voluntieri jkollhom impatt sostenibbli fuq il-komunitajiet lokali biex b’hekk jgħinu lin-nies fil-bżonn affettwati minn kriżijiet umanitarji, li huma l-benefiċjarji finali tal-għajnuna umanitarja tal-Unjoni.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi, għaż-żmien kollu li jdum fis-seħħ l-istrument, pakkett finanzjarju li jikkostitwixxi r-referenza primarja, skont it-tifsira tal-punt [] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta' XX/201Z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba, għall-awtorità baġitarja matul il-proċedura baġitarja annwali.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Tali korp volontarju ta' għajnuna umanitarja għandu jkun kosteffikaċi, għandu jikkomplementa skemi volontarji nazzjonali u internazzjonali eżistenti mingħajr ma jidduplikahom, u għandu jkollu l-għan ewlieni li jindirizza ħtiġijiet konkreti u lakuni fil-qasam umanitarju.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Id-dispożizzjonijiet finanzjarji ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014 peress li huma relatati mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. L-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għandha tiġi implimentata skont ir-Regolament Nru xxx/2012 applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ir-Regolament Finanzjarju). Minħabba n-natura speċifika tal-azzjoni tal-EU Aid Volunteers , huwa xieraq li jkun stipulat li l-assistenza finanzjarja tista' tingħata lil persuni fiżiċi, u persuni ġuridiċi tal-liġi pubblika u privata. Huwa wkoll importanti li r-regoli ta' dak ir-Regolament jiġu sodisfatti, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja stabbiliti fih.

(16) Id-dispożizzjonijiet finanzjarji ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014 peress li huma relatati mal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020. L-allokazzjoni tal-għajnuna finanzjarja għandha tiġi implimentata skont ir-Regolament Nru xxx/2012 applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ir-Regolament Finanzjarju). Minħabba n-natura speċifika tal-azzjoni tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers, huwa xieraq li jkun stipulat li l-assistenza finanzjarja tista' tingħata lil persuni fiżiċi, u persuni ġuridiċi tal-liġi pubblika u privata. Huwa wkoll importanti li r-regoli ta' dak ir-Regolament jiġu ssodisfati, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji tal-ekonomija, l-effiċjenza u l-effikaċja stabbiliti fih.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) It-titjib tal-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq għandu jikkostitwixxi prinċipji gwida biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, waqt li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi aderenti, dawk kandidati, dawk tal-EFTA u pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, għandha tkun possibbli fuq il-bażi ta' konvenzjonijiet dwar il-kooperazzjoni.

(18) Il-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi, b’mod partikolari pajjiżi aderenti, dawk kandidati u dawk tal-EFTA, għandha tkun possibbli fuq il-bażi ta' konvenzjonijiet dwar il-kooperazzjoni.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex ikun possibbli rispons u titjib kontinwu, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-istandards għall-ġestjoni ta' EU Aid Volunteers u l-emenda tal-indikaturi tal-prestazzjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(19) Sabiex ikun possibbli rispons u titjib kontinwu u biex jiżdiedu l-flessibbiltà u l-effiċjenza tal-adozzjoni tagħhom, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw l-istandards għall-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' EU Aid Volunteers, l-emenda tal-indikaturi tal-prestazzjoni u l-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma pluriennali li jiddefinixxu l-għanijiet, il-prijoritajiet, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-allokazzjonijiet finanzjarji f'termini wiesa'. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni. Il-proċedura tal-eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni tal-mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni, il-programm ta' taħriġ u l-programm annwali tax-xogħol tal-Korp.

(20) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni. Il-proċedura tal-eżaminazzjoni għandha tintuża għall-adozzjoni tal-mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni, il-programm ta' taħriġ u l-programm annwali tax-xogħol tal-Korp, li għandhom iwasslu għat-twettiq tal-programmi ta' ħidma pluriennali msemmija f'dan ir-Regolament.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (minn hawn' il quddiem imsejjaħ "il-EU Aid Volunteers ") bħala qafas għal kontribuzzjonijiet konġunti mill-EU Aid Volunteers f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (minn hawn' il quddiem imsejjaħ "l-Inizjattiva EU Aid Volunteers") bħala qafas għal kontribuzzjonijiet konġunti mill-EU Aid Volunteers f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-funzjonament tal-EU Aid Volunteers u regoli għall-għoti ta' assistenza finanzjarja.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-funzjonament tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers u regoli għall-għoti ta' assistenza finanzjarja.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. il-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi.

1. il-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi, bl-eċċezzjoni tas-sitwazzjonijiet ta' kunflitti armati u ta' inkwiet intern.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan tal-EU Aid Volunteers għandu jkun li jesprimu l-valuri umanitarji u s-solidarjetà tal-Unjoni man-nies fil-bżonn, permezz tal-promozzjoni ta' inizjattiva tal-EU Aid Volunteers effettiva u viżibbli, li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni biex twieġeb għal kriżijiet umanitarji u għall-bini tal-kapaċità u r-reżiljenza tal-komunitajiet vulnerabbli jew affettwati minn diżastri f'pajjiżi terzi.

L-għan tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers għandu jkun li tesprimi l-valuri umanitarji u s-solidarjetà tal-Unjoni man-nies fil-bżonn u li tikkontribwixxi għaċ-ċittadinanza tal-Unjoni, permezz tal-promozzjoni ta' Inizjattiva EU Aid Volunteers effettiva u viżibbli, li tagħti valur miżjud sinifikanti u tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni biex twieġeb għal kriżijiet umanitarji u għall-bini tal-kapaċità u r-reżiljenza tal-komunitajiet vulnerabbli jew affettwati minn diżastri f'pajjiżi terzi, partikolarment permezz tat-tħejjija għad-diżastri, it-tnaqqis tar-riskji tad-diżastri, u t-tisħiħ tal-Kollegament tal-Għajnuna ta' Emerġenza, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan tal-EU Aid Volunteers għandu jkun li jesprimu l-valuri umanitarji u s-solidarjetà tal-Unjoni man-nies fil-bżonn, permezz tal-promozzjoni ta' inizjattiva tal-EU Aid Volunteers effettiva u viżibbli, li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni biex twieġeb għal kriżijiet umanitarji u għall-bini tal-kapaċità u r-reżiljenza tal-komunitajiet vulnerabbli jew affettwati minn diżastri f'pajjiżi terzi.

L-għan tal-EU Aid Volunteers għandu jkun li jesprimu l-valuri umanitarji u s-solidarjetà tal-Unjoni man-nies fil-bżonn, permezz tal-promozzjoni ta' Inizjattiva EU Aid Volunteers effettiva u viżibbli, li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni biex twieġeb għal kriżijiet umanitarji minħabba diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem u għall-bini tal-kapaċità u r-reżiljenza tal-komunitajiet vulnerabbli jew affettwati minn diżastri f'pajjiżi terzi.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers għandhom jitmexxew skont il-prinċipji tal-għajnuna umanitarja tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza.

(1) L-azzjonijiet tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers għandhom jitmexxew skont il-prinċipji tal-għajnuna umanitarja tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza.

(2) L-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers għandhom jirrispondu għall-bżonnijiet tal-komunitajiet lokali u l-organizzazzjonijiet ospitanti u għandhom jikkontribwixxu għall-professjonalizzazzjoni tal-għoti tal-għajnuna umanitarja.

(2) L-azzjonijiet tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers għandhom jirrispondu għall-bżonnijiet tal-komunitajiet lokali u l-organizzazzjonijiet ospitanti u għandhom jikkontribwixxu għall-professjonalizzazzjoni tal-għoti tal-għajnuna umanitarja.

(3) Is-sikurezza u s-sigurtà tal-voluntiera għandhom ikunu prijorità.

(3) Is-sikurezza u s-sigurtà tal-voluntiera għandhom ikunu prijorità.

(4) Il-EU Aid Volunteers għandhom jippromwovu attivitajiet komuni u l-parteċipazzjoni ta' voluntiera minn pajjiżi differenti u jrawmu proġetti konġunti u sħubiji tranżnazzjonali bejn l-organizzazzjonijiet implimentattivi, kif imsemmija fl-Artikolu 10.

(4) L-Inizjattiva EU Aid Volunteers għandha tippromwovi attivitajiet komuni u l-parteċipazzjoni ta' voluntiera minn pajjiżi differenti u trawwem proġetti konġunti u sħubiji transnazzjonali bejn l-organizzazzjonijiet implimentattivi, kif imsemmija fl-Artikolu 10.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers għandhom jirrispondu għall-bżonnijiet tal-komunitajiet lokali u l-organizzazzjonijiet ospitanti u għandhom jikkontribwixxu għall-professjonalizzazzjoni tal-għoti tal-għajnuna umanitarja.

2. L-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers għandhom jirrispondu għall-bżonnijiet tal-komunitajiet lokali u l-organizzazzjonijiet ospitanti u għandhom jikkontribwixxu għall-professjonalizzazzjoni tal-għoti tal-għajnuna umanitarja. Attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-kooperazzjoni tal-volontiera ma' nisa f'pajjiżi terzi, filwaqt li jitqies ir-rwol multidimensjonali tan-nisa fil-ġestjoni tad-diżastri kif imsemmi wkoll fid-dokument ta' eżitu tal-Konferenza tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli intitolat "The future we want", anness mar-riżoluzzjoni 66/288 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-27 ta' Lulju 2012.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a. Forum għall-konsultazzjoni u d-djalogu, li jlaqqa' lil rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet mittenti u ospitanti, għandu jiġi stabbilit biex jintlaħqu l-objettivi tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "voluntier" tfisser persuna li tagħżel, bir-rieda u l-motivazzjoni libera u mingħajr interess primarju fi qligħ finanzjarju, li tinvolvi ruħha f'attivitajiet li jibbenefikaw il-komunità, lilha nnifisha, u s-soċjetà inġenerali.

(a) "voluntier" tfisser persuna li tagħżel, bir-rieda u l-motivazzjoni libera u mingħajr interess primarju fi qligħ finanzjarju, li tinvolvi ruħha f'attivitajiet li jibbenefikaw il-komunità u s-soċjetà inġenerali u possibbilment lilha nnifisha wkoll.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "voluntier kandidat" tfisser persuna eliġibbli fis-sens tal-Artikolu 11(1) li tapplika għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-EU Aid Volunteers .

(b) "voluntier kandidat" tfisser persuna eliġibbli fis-sens tal-Artikolu 11(1) li tapplika għall-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) “EU Aid Volunteer” tfisser voluntier kandidat li ġie magħżul, imħarreġ, ivvalutat bħala eliġibbli u rreġistrat bħala disponibbli għall-mobilizzazzjoni f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi.

(c) “EU Aid Volunteer” tfisser voluntier kandidat li ġie magħżul, imħarreġ b'mod adegwat skont l-istandards speċifiċi u l-kriterji ta' referenza, ivvalutat bħala eliġibbli u rreġistrat bħala disponibbli għall-mobilizzazzjoni f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) "għajnuna umanitarja" tfisser l-attivitajiet u l-operazzjonijiet maħsuba biex jipprovdu assistenza ta' emerġenza bbażata fuq l-eżiġenzi mmirata biex issalva l-ħajjiet, tipprevjeni u ttaffi s-sofferenza umana u tippreserva d-dinjità umana quddiem kriżijiet maħluqa mill-bniedem jew diżastri naturali. Hija tinkludi operazzjonijiet ta’ għajnuna, sokkors u protezzjoni fi kriżijiet umanitarji jew il-konsegwenzi diretti tagħhom, miżuri ta’ appoġġ biex jiġi żgurat l-aċċess għal nies fil-bżonn u sabiex tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-assistenza, kif ukoll azzjonijiet immirati lejn it-tisħiħ tat-tħejjija għad-diżastri u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, u li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-kapaċità li wieħed ilaħħaq mal-kriżijiet u jirkupra minnhom.

(d) "għajnuna umanitarja" tfisser l-attivitajiet u l-operazzjonijiet, konformi mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, maħsuba biex jipprovdu assistenza ta' emerġenza bbażata fuq l-eżiġenzi mmirata biex issalva l-ħajjiet, tipprevjeni u ttaffi s-sofferenza umana u tippreserva d-dinjità umana quddiem kriżijiet maħluqa mill-bniedem jew diżastri naturali. Hija tinkludi operazzjonijiet ta’ għajnuna, sokkors u protezzjoni fi kriżijiet umanitarji jew il-konsegwenzi diretti tagħhom, miżuri ta’ appoġġ biex jiġi żgurat l-aċċess għal nies fil-bżonn u sabiex tiġi ffaċilitata ċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-assistenza, kif ukoll azzjonijiet immirati lejn it-tisħiħ tat-tħejjija għad-diżastri u t-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, u li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-kapaċità li wieħed ilaħħaq mal-kriżijiet u jirkupra minnhom.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafi 1 sa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma’ oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif ukoll ma’ politiki rilevanti oħra tal-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel bejn is-sostenn, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp.

1. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu żgurati l-koordinazzjoni, il-konsistenza u l-komplementarjetà ma’ oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif ukoll ma’ politiki rilevanti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari l-politika ta' għajnuna umanitarja, il-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, sabiex, b'mod partikolari, jiġi żgurat il-valur miżjud tal-azzjonijiet tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel bejn is-sostenn, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp.

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex itejbu l-konsistenza u l-koerenza bejn skemi nazzjonali tal-volontarjat rilevanti u l-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers .

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex itejbu l-effiċjenza, l-effikaċja, il-konsistenza u l-koerenza bejn skemi nazzjonali tal-volontarjat rilevanti u l-azzjonijiet tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers sabiex jiżguraw kosteffiċjenza akbar. Il-Kummissjoni għandha tuża n-netwerks Ewropej eżistenti, meta rilevanti.

3. L-Unjoni għandha trawwem il-kooperazzjoni ma' organizzazzjoni internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, u sħab tal-għajnuna umanitarja oħra fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers .

3. L-Unjoni għandha trawwem il-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, u sħab tal-għajnuna umanitarja oħra u partijiet interessati fir-reġjun fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-EU Aid Volunteers għandhom isegwu l-għanijiet operazzjonali li ġejjin:

1. L-Inizjattiva EU Aid Volunteers għandha issegwi l-għanijiet operazzjonali li ġejjin:

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Żieda u titjib tal-kapaċità tal-Unjoni biex tipprovdi għajnuna umanitarja.

(a) Żieda u titjib tal-kapaċità tal-Unjoni biex tipprovdi għajnuna umanitarja.

Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

– in-numru ta' EU Aid Volunteers immobilizzati jew lesti għall-mobilizzazzjoni;

– in-numru ta' EU Aid Volunteers immobilizzati jew lesti għall-mobilizzazzjoni bil-kwalifiki meħtieġa;

– l-għadd ta' nies li ntlaħqu mill-għajnuna umanitarja mogħtija mill-Unjoni.

– l-għadd ta' nies li ntlaħqu mill-għajnuna umanitarja u l-valutazzjoni tal-effiċjenza tal-għajnuna umanitarja mogħtija mill-Unjoni permezz ta' EU Aid Volunteers;

 

– il-livell ta' sodisfazzjon tal-EU Aid Volunteers mobilizzati, tal-organizzazzjonijiet mittenti u ospitanti, kif ukoll tal-komunitajiet tal-pajjiżi terzi li jieħdu sehem f'din l-għajnuna jew li jibbenefikaw minnha, fir-rigward tal-kontribut umanitarju effettiv tal-voluntiera fil-post.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) It-titjib tal-kapaċitajiet u l-kompetenzi tal-voluntiera fil-qasam tal-għajnuna umanitarja u l-kundizzjonijiet li fihom qed jaħdmu.

(b) It-titjib tal-kapaċitajiet, il-livell ta' għarfien u l-kompetenzi tal-voluntiera fil-qasam tal-għajnuna umanitarja, kif ukoll l-istatut u l-kundizzjonijiet li fihom qed jaħdmu.

Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

in-numru ta' voluntiera mħarrġa u l-kwalità tat-taħriġ fuq il-bażi tal-analiżi u l-livell ta' sodisfazzjon;

il-kwalità tat-taħriġ tal-voluntiera fuq il-bażi tal-analiżi u l-livell ta' sodisfazzjon;

– in-numru ta' organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati li japplikaw l-istandards għall-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni ta' EU Aid Volunteers.

– in-numru ta' organizzazzjonijiet mittenti ċċertifikati li japplikaw l-istandards għall-mobilizzazzjoni u l-ġestjoni ta' EU Aid Volunteers;

 

– il-livell ta' sodisfazzjon tal-voluntiera mħarrġa, tal-organizzazzjonijiet mittenti u ospitanti, kif ukoll tal-komunitajiet tal-pajjiżi terzi li jieħdu sehem f'din l-għajnuna jew li jibbenefikaw minnha, fir-rigward tal-kwalità tat-taħriġ, tal-livell ta' għarfien, tal-kompetenzi, tal-istatut u tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-voluntiera;

 

– bidliet fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-voluntiera.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Il-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti u t-trawwim tal-volontarjat f'pajjiżi terzi.

(c) Il-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti u t-trawwim tal-volontarjat f'pajjiżi terzi.

Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

– in-numru u t-tip ta' azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità;

– in-numru u t-tip ta' azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità fil-pajjiżi terzi;

– l-għadd ta' persunal u voluntiera minn pajjiżi terzi li jipparteċipaw f'azzjonijiet ta' bini ta' kapaċità.

– l-għadd ta' persunal u voluntiera minn pajjiżi terzi li jipparteċipaw f'azzjonijiet ta' bini ta' kapaċità.

 

– il-livell ta' sodisfazzjon tal-persunal tal-organizzazzjonijiet ospitanti u tal-voluntiera minn pajjiżi terzi li jieħdu sehem fl-azzjonijiet ta' bini tal-kapaċità, fir-rigward tal-kwalità tal-azzjonijiet imwettqa.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Il-promozzjoni tal-viżibilità tal-valuri ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni.

(d) Il-promozzjoni tal-viżibilità tal-valuri ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni.

Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

– il-livell tal-għarfien tal-EU Aid Volunteers dwar l-għajnuna umanitarja tal-UE;

– l-għadd u t-tip ta' azzjonijiet ta' informazzjoni, ta' komunikazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni organizzati qabel, matul u wara l-mobilizzazzjoni tal-voluntiera;

– il-livell ta' għarfien dwar il-EU Aid Volunteers fost il-popolazzjoni fil-mira fl-Unjoni, il-komunitajiet ta’ pajjiżi terzi li jipparteċipaw u li jibbenefikaw u atturi umanitarji oħrajn.

– il-livell ta' għarfien dwar l-Inizjattiva EU Aid Volunteers fost il-popolazzjoni fil-mira fl-Unjoni, il-komunitajiet ta’ pajjiżi terzi li jipparteċipaw u li jibbenefikaw u atturi umanitarji oħrajn.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) It-titjib tal-koerenza u l-konsistenza tal-volontarjat madwar l-Istati Membri sabiex jittejbu l-opportunitajiet għaċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex jipparteċipaw fl-attivitajiet u l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja. Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

(e) It-titjib tal-koerenza, tal-konsistenza u tal-affidabbiltà tal-volontarjat madwar l-Istati Membri sabiex jittejbu l-opportunitajiet għaċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex jipparteċipaw fl-attivitajiet u l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja. Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

in-numru ta' organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati;

valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva ta' organizzazzjonijiet mittenti ċċertifikati (bħall-għadd, l-istruttura u l-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni tagħhom);

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-indikaturi msemmija taħt il-paragrafu 1(a) sa (e) għandhom jintużaw għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-analiżi tal-prestazzjoni kif xieraq. Dawn huma indikattivi u jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25 sabiex titqies l-esperjenza mill-kejl tal-progress.

2. L-indikaturi msemmija taħt il-paragrafu 1(a) sa (e) għandhom jintużaw għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-analiżi tal-prestazzjoni kif xieraq. Dawn huma indikattivi u jistgħu jiġu emendati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25 sabiex titqies l-esperjenza mill-kejl tal-progress. Il-Kummissjoni għandha tfassal indikaturi kwalitattivi dwar l-effikaċja, ir-rispons għal ħtiġijiet identifikati fil-post, is-sostenibbiltà tal-azzjonijiet imwettqa u l-valur miżjud miġjub mill-EU Aid Volunteers fil-bini tal-kapaċità tal-Unjoni li tirrispondi għall-kriżijiet umanitarji kif definit fl-Artikolu 3.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Kapitolu II – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet tal-Voluntiera tal-Għajnuna Ewropea

Azzjonijiet tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers

Azzjonijiet tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers

Il-EU Aid Volunteers għandhom isegwu l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 7 permezz tat-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin:

L-Inizjattiva EU Aid Volunteers għandha ssegwi l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 7 permezz tat-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin:

– L-iżvilupp u ż-żamma ta' standards dwar voluntiera kandidati u EU Aid Volunteers;

– L-iżvilupp u ż-żamma ta' standards dwar voluntiera kandidati u EU Aid Volunteers;

– L-iżvilupp u ż-żamma ta' mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni għall-organizzazzjonijiet li jibagħtuhom u jospitawhom;

– L-iżvilupp u ż-żamma ta' mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni għall-organizzazzjonijiet mittenti u ospitanti;

– L-identifikazzjoni u l-għażla ta' voluntiera kandidati;

– L-identifikazzjoni u l-għażla ta' voluntiera kandidati;

– It-twaqqif ta' programm ta' taħriġ u appoġġ għat-taħriġ u missjonijiet ta’ apprendistat;

– It-twaqqif ta' programm ta' taħriġ u appoġġ għat-taħriġ u missjonijiet ta' apprendistat bi sħab ma' organizzazzjonijiet speċjalizzati b'esperjenza prattika fil-qasam;

– It-twaqqif, iż-żamma u l-aġġornament ta' Reġistru ta' EU Aid Volunteers;

– It-twaqqif, iż-żamma u l-aġġornament ta' Reġistru ta' EU Aid Volunteers;

– Il-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers f'pajjiżi terzi għall-attivitajiet u l-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja;

– Il-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers f'pajjiżi terzi għall-attivitajiet u l-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja;

– Il-bini tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet ospitanti;

– Il-bini tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet ospitanti;

 

– Ir-rikonoxximent u l-valorizzazzjoni tal-esperjenza tal-voluntiera li pparteċipaw b'suċċess fl-Inizjattia EU Aid Volunteers;

– It-twaqqif u l-ġestjoni ta' Netwerk tal-EU Aid Volunteers ;

– It-twaqqif u l-ġestjoni ta' Netwerk tal-EU Aid Volunteers u t-tħeġġiġ tal-iskambju ta' prattiki tajbin kemm matul kif ukoll wara l-perjodu ta' volontarjat;

– Il-komunikazzjoni, it-tqajjim tal-kuxjenza u l-viżibilità;

– Il-komunikazzjoni, it-tqajjim tal-kuxjenza u l-viżibilità;

– Attività anċillari li tippromwovi r-responsabbiltà, it-trasparenza u l-effikaċja tal-EU Aid Volunteers .

– Attività anċillari li tippromwovi r-responsabbiltà, it-trasparenza u l-effikaċja tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-identifikazzjoni, l-għażla u t-tħejjija ta' voluntiera kandidati għall-mobilizzazzjoni f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja;

(a) l-identifikazzjoni, l-għażla u t-tħejjija ta' voluntiera kandidati għall-mobilizzazzjoni f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja;

 

Il-voluntiera kandidati għandhom jiġu identifikati u magħżula abbażi ta' għarfien u kompetenzi speċifiċi skont il-ħtiġijiet identifikati fil-pajjiżi ta' mobilizzazzjoni u li jagħtu valur miżjud lill-organizzazzjonijiet ospitanti u lill-komunitajiet lokali.

 

L-identifikazzjoni u l-għażla għandhom jirrispettaw diversità ta' profili u ta' kompetenzi fost iż-żgħażagħ u l-esperti, dejjem skont il-ħtiġijiet konkreti identifikati fil-post;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-ġestjoni u l-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers f'pajjiżi terzi.

(b) il-ġestjoni u l-mobilizzazzjoni ta' EU Aid Volunteers f'pajjiżi terzi.

 

Il-kuntest tal-mobilizzazzjoni għandu jqis il-kompetenzi u l-għarfien lingwistiku tal-EU Aid Volunteers.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-istandards imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti fid-dawl tal-istandards u tal-programmi eżistenti, b'konformità mal-objettiv stabbilit fl-Artikolu 3.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dawn l-istandards għandhom jiżguraw l-obbligu ta' kura u b’mod partikolari jkopru r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, rekwiżiti minimi dwar il-kopertura tas-sussistenza, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż rilevanti oħra, il-kopertura tal-assigurazzjoni, proċeduri tas-sigurtà u elementi oħra rilevanti.

2. Dawn l-istandards għandhom jiżguraw l-obbligu ta' kura u b’mod partikolari jkopru r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet mittenti u ospitanti, is-superviżjoni, it-taħriġ kontinwu u l-ġestjoni tal-voluntiera, rekwiżiti minimi dwar il-kopertura tas-sussistenza, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż rilevanti oħra, il-kopertura tal-assigurazzjoni, proċeduri tas-sigurtà u elementi oħra rilevanti.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' ċertfikazzjoni li jiżgura li l-organizzazzjonijiet li jibagħtu jikkonformaw mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 9 u mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni differenzjat għall-organizzazzjonijiet ospitanti.

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni, imfassal b'kollaborazzjoni stretta ma' sħab umanitarji, li jiżgura li l-organizzazzjonijiet mittenti jikkonformaw mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 9 u mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni differenzjat għall-organizzazzjonijiet ospitanti. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun inklużiv u nondiskriminatorju fir-ridward ta' kwalunkwe tip ta' organizzazzjoni eliġibbli.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fl-iżvilupp tal-mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tfittex sinerġiji mal-istrumenti ta' sħubija tal-Kummissjoni fil-qasam umanitarju u mal-istandards umanitarji eżistenti, bl-għan ta' simplifikazzjoni amministrattiva.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar (ICRC), il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u n-Nofs Qamar l-Aħmar;

(b) Il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet tas-Salib l-Aħmar u n-Nofs Qamar l-Aħmar;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw jistgħu jimplimentaw azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers f'assoċjazzjoni ma' organizzazzjonijiet privati li jaħdmu għall-profitt.

4. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 2 u 3, l-organizzazzjonijiet mittenti u ospitanti jistgħu jimplimentaw azzjonijiet tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers f'assoċjazzjoni ma' organizzazzjonijiet privati li jaħdmu għall-profitt.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta' taħriġ sabiex tħejji lill-voluntiera kandidati fit-twettiq ta’ attivitajiet umanitarji u għall-mobilizzazzjoni f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.

1. Abbażi tal-istandards eżistenti u bi sħubija ma' istituzzjonijiet speċjalizzati, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta' taħriġ sabiex tħejji lill-voluntiera kandidati fit-twettiq ta’ attivitajiet umanitarji u għall-mobilizzazzjoni f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Voluntiera kandidati li ġew identifikati u magħżula skont l-Artikolu 11 għandhom ikunu eliġibbli biex jieħdu sehem fil-programm ta' taħriġ. L-ambitu u l-kontenut individwali tat-taħriġ li kull kandidat voluntier jeħtieġ li jwettaq għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tiegħu waqt li titqies esperjenza preċedenti.

2. Voluntiera kandidati li ġew identifikati u magħżula skont l-Artikolu 11 għandhom ikunu eliġibbli biex jieħdu sehem fil-programm ta' taħriġ tal-Unjoni mmexxi minn organizzazzjonijiet speċjalizzati. L-ambitu u l-kontenut individwali tat-taħriġ li kull kandidat voluntier jeħtieġ li jwettaq għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tiegħu waqt li titqies esperjenza preċedenti.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-voluntiera kandidati li ma jkunux ibbenefikaw minn missjoni ta’ apprendistat jistgħu jingħataw, fejn xieraq, preparazzjoni addizzjonali minn qabel minn organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati. Din il-preparazzjoni u l-missjoni tal-apprendistat għandhom jikkonformaw mal-istandards għall-preparazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)(a).

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-voluntiera kandidati li ma jkunux ibbenefikaw minn missjoni ta’ apprendistat jistgħu jingħataw, fejn xieraq, preparazzjoni addizzjonali minn qabel minn organizzazzjonijiet mittenti ċċertifikati. Din il-preparazzjoni u l-missjoni tal-apprendistat għandhom jikkonformaw mal-istandards għall-preparazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)(a). L-EU Aid Volunteers jistgħu jingħataw taħriġ addizzjonali mfassal speċifikament għall-bżonnijiet u ċ-ċirkostanzi speċjali tal-post li fih ikunu ġew mobilizzati.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-programm ta' taħriġ għandu jinkludi valutazzjoni ta’ kemm il-voluntiera kandidati huma preparati biex jiġu mmobilizzati f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.

5. Il-programm ta' taħriġ għandu jinkludi valutazzjoni ta’ kemm il-voluntiera kandidati huma preparati biex jiġu mmobilizzati f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, u biex jissodisfaw il-bżonnijiet lokali. Dik il-valutazzjoni għandha ssir b'kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet mittenti.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Voluntiera kandidati li jkunu għaddew b'suċċess mill-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(5) għandhom jiġu kkunsidrati EU Aid Volunteers. Dawn jistgħu jiġu inklużi bħala tali fir-reġistru ta' EU Aid Volunteers (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ 'ir-Reġistru') u jkunu eliġibbli għall-mobilizzazzjoni.

1. Voluntiera kandidati li jkunu għaddew b'suċċess mill-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(5) għandhom jiġu kkunsidrati EU Aid Volunteers. Dawn jistgħu jiġu inklużi bħala tali fir-reġistru ta' EU Aid Volunteers (minn issa 'l quddiem imsejjaħ 'ir-Reġistru') u jkunu eliġibbli għall-mobilizzazzjoni għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn, u wara li dan jintemm huma għandhom jiġu valutati mill-ġdid.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. EU Aid Volunteers inklużi fir-Reġistru jistgħu jiġu mmobilizzati f'attivitajiet u operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja kif definiti fl-Artikolu 5(d):

1. EU Aid Volunteers inklużi fir-Reġistru jistgħu jiġu mmobilizzati f'attivitajiet u operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, bl-eċċezzjoni ta' sitwazzjonijiet ta' kunflitti armati u ta' inkwiet intern, kif definiti fl-Artikolu 5(d):

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-mobilizzazzjoni għandha tissodisfa l-ħtiġijiet reali espressi fil-livell lokali mill-organizzazzjonijiet ospitanti. Ir-rwol tal-voluntiera għandu jiġi definit b'mod ċar.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-termini speċifiċi tal-mobilizzazzjoni ta' volontarji għandhom ikunu indikati f’kuntratt bejn l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u l-voluntier, inkluż it-tul u l-post tal-mobilizzazzjoni u d-dmirijiet tal-voluntier.

3. It-termini speċifiċi tal-mobilizzazzjoni ta' volontarji għandhom ikunu indikati f’kuntratt bejn l-organizzazzjonijiet mittenti u l-voluntier, inklużi fost oħrajn it-tul u l-post tal-mobilizzazzjoni u d-dmirijiet tal-voluntier. Il-kuntratt għandu jew jispeċifika d-drittijiet u l-obbligi tal-voluntier jew jindika fejn dawn id-drittijiet u l-obbligi huma dokumentati.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Kull voluntier għandu jkollu persuna ta' riferiment deżinjata mill-organizzazzjoni ospitanti biex tissorvelja u tappoġġja lill-voluntier matul il-mobilizzazzjoni.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Rikonoxximent u valorizzazzjoni tal-esperjenza tal-voluntiera

 

1. Il-Kummisjsoni għandha tappoġġja azzjonijiet ta' valorizzazzjoni tal-esperjenza u tal-impenn tal-voluntiera bl-għan tar-rikonoxximent tal-esperjenza tagħhom u tal-valorizzazzjoni f'ambjent professjonali u fis-soċjetà ta' dak li jkunu kisbu. L-esperjenza tal-voluntiera għandha tiġi ċertifikata wara mobilizzazzjoni b'suċċess fil-post.

 

2. Ir-Reġistru jista' jiddifferenzja l-EU Aid Volunteers skont l-esperjenza preċedenti fil-qasam tal-azzjoni umanitarja.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tmexxi Netwerk tal-EU Aid Volunteers (minn issa 'l quddiem "in-Netwerk").

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tmexxi Netwerk tal-EU Aid Volunteers (minn issa 'l quddiem "in-Netwerk").

2. In-netwerk għandu jiffaċilita l-interazzjoni fost il-voluntiera kandidati u l-EU Aid Volunteers li qed jipparteċipaw jew li pparteċipaw fl-inizjattiva; bejn dawn il-voluntiera u benefiċjarji oħra tal-EU Aid Volunteers , notevolment dawk imsemmija fl-Artikolu 15 u fost atturi rilevanti oħra; Huwa għandu jipprovdi opportunitajiet għal interazzjoni virtwali, b’mod partikolari permezz tal-qsim tal-għarfien u t-tixrid ta' informazzjoni dwar l-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers; u għandu jappoġġja attivitajiet oħra xierqa bħalma huma seminars u workshops.

2. In-netwerk għandu jiffaċilita l-interazzjoni fost il-voluntiera kandidati u l-EU Aid Volunteers li qed jipparteċipaw jew li pparteċipaw fl-Inizjattiva EU Aid Volunteers; bejn dawn il-voluntiera u benefiċjarji oħra tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers , notevolment dawk imsemmija fl-Artikolu 15 u fost atturi rilevanti oħra. Huwa għandu jipprovdi opportunitajiet għal interazzjoni virtwali, b’mod partikolari permezz tal-qsim tal-għarfien u t-tixrid ta' informazzjoni dwar l-Inizjattiva EU Aid Volunteers; u għandu jappoġġja attivitajiet oħra xierqa bħalma huma seminars u workshops.

3. In-Netwerk għandu wkoll jipprovdi u jippromwovi opportunitajiet għall-volontarjat onlajn biex jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet tal-EU Aid Volunteers .

3. In-Netwerk għandu wkoll jipprovdi u jippromwovi opportunitajiet għall-volontarjat onlajn biex jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja azzjonijiet tal-informazzjoni pubblika, il-komunikazzjoni u t-tqajjim tal-kuxjenza biex tippromwovi l-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers u tinkoraġġixxi l-volontarjat fl-għajnuna umanitarja fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-azzjonijiet tagħha.

1. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja azzjonijiet tal-informazzjoni pubblika, il-komunikazzjoni u t-tqajjim tal-kuxjenza biex tippromwovi l-Inizjattiva EU Aid Volunteers u tinkoraġġixxi l-volontarjat fl-għajnuna umanitarja fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-azzjonijiet tagħha. Azzjonijiet bħal dawn għandhom jappoġġjaw inizjattivi eżistenti fl-Istati Membri.

2. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa pjan ta' azzjoni dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni dwar l-għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati tal-Korp Umanitarju Volontarju li għandu jiddefinixxi attivitajiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni diretti lejn il-pubbliku, b’mod partikolari ċ-ċittadini Ewropej u l-voluntiera kandidati potenzjali futuri u l-benefiċjarji tal-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers. Il-benefiċjari kollha tal-EU Aid Volunteers, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, għandhom jimplimentaw dan il-pjan ta' azzjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa pjan ta' azzjoni dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni dwar l-għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers, li għandu jiddefinixxi attivitajiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni diretti lejn il-pubbliku, b’mod partikolari ċ-ċittadini Ewropej u l-voluntiera kandidati potenzjali futuri u l-benefiċjarji tal-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers. Il-benefiċjari kollha tal-EU Aid Volunteers, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet mittenti u ospitanti, għandhom jimplimentaw dan il-pjan ta' azzjoni.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja azzjonijiet tal-informazzjoni pubblika, il-komunikazzjoni u t-tqajjim tal-kuxjenza biex tippromwovi l-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers u tinkoraġġixxi l-volontarjat fl-għajnuna umanitarja fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-azzjonijiet tagħha.

1. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja azzjonijiet tal-informazzjoni pubblika, il-komunikazzjoni u t-tqajjim tal-kuxjenza biex tippromwovi l-Inizjattiva EU Aid Volunteers u tinkoraġġixxi l-volontarjat fl-għajnuna umanitarja fl-Unjoni u fil-pajjiżi terzi li jibbenefikaw mill-azzjonijiet tagħha.

2. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa pjan ta' azzjoni dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni dwar l-għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati tal-Korp Umanitarju Volontarju li għandu jiddefinixxi attivitajiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni diretti lejn il-pubbliku, b’mod partikolari ċ-ċittadini Ewropej u l-voluntiera kandidati potenzjali futuri u l-benefiċjarji tal-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers. Il-benefiċjari kollha tal-EU Aid Volunteers, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, għandhom jimplimentaw dan il-pjan ta' azzjoni.

2. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa pjan ta' azzjoni dwar l-informazzjoni u l-komunikazzjoni dwar l-għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers li għandu jiddefinixxi attivitajiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni diretti lejn il-pubbliku, b’mod partikolari ċ-ċittadini Ewropej u l-voluntiera kandidati potenzjali futuri u l-benefiċjarji tal-azzjonijiet tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers. Il-benefiċjari kollha tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet mittenti u ospitanti, għandhom jimplimentaw dan il-pjan ta' azzjoni.

3. L-EU Aid Volunteers għandhom, fejn meħtieġ bl-għajnuna u d-direzzjoni tal-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, jipparteċipaw f'attivitajiet xierqa ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u tqajjim tal-kuxjenza qabel, matul u wara l-mobilizzazzjoni sabiex jippromwovu l-EU Aid Volunteers u l-ħidma tagħhom fih. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi dawk l-attivitajiet, li m’għandhomx jimponu obbligi sproporzjonati fuq il-voluntiera.

3. L-EU Aid Volunteers għandhom, bl-għajnuna u d-direzzjoni tal-organizzazzjonijiet mittenti u ospitanti, jipparteċipaw f'attivitajiet xierqa ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u tqajjim tal-kuxjenza qabel, matul u wara l-mobilizzazzjoni sabiex jippromwovu l-Inizjattiva EU Aid Volunteers u l-ħidma tagħhom fih. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi dawk l-attivitajiet, li m’għandhomx jimponu obbligi sproporzjonati fuq il-voluntiera.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Kapitolu III – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dispożizzjonijiet finanzjarji

Programmazzjoni u allokazzjoni ta' fondi

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

18. Azzjonijiet eliġibbli

18. Azzjonijiet eliġibbli

1. L-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8 għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna finanzjarja, inkluż il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll miżuri mmirati biex isaħħu l-koordinazzjoni bejn l-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers u skemi oħra rilevanti fil-livell nazzjonali u internazzjonali.

1. L-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 8 għandhom ikunu eliġibbli għal għajnuna finanzjarja, inklużi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom kif ukoll miżuri mmirati biex isaħħu l-koordinazzjoni bejn l-Inizjattiva EU Aid Volunteers u skemi oħra rilevanti fil-livell nazzjonali u internazzjonali.

2. L-allokazzjoni finanzjarja li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 tista' tkopri wkoll spejjeż marbuta mal-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u valutazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers u għall-ksib tal-għanijiet tagħha.

2. L-allokazzjoni finanzjarja li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 1 tista' tkopri wkoll spejjeż marbuta mal-attivitajiet ta' tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditjar u valutazzjoni, li huma meħtieġa għall-ġestjoni tal-Inizjattiva EU Aid Volunteers u għall-ksib tal-għanijiet tagħha.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Programmi ta' ħidma pluriennali

 

1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja, il-Kummissjoni għandha tadotta żewġ programmi ta' ħidma indikattivi pluriennali konsekuttivi li flimkien ikopru l-perjodu 2014-2020, skont il-prinċipji ġenerali ta' dan ir-Regolament. Għandhom jikkostitwixxu l-bażi għall-programmazzjoni annwali fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

 

2. Id-dokumenti tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala dokumenti ta' programmazzjoni strateġiċi. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk id-dokumenti tal-Unjoni permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 25.

 

3. Il-programmi ta' ħidma pluriennali għandhom jiddefinixxu l-għanijiet li jridu jintlaħqu, il-prijoritajiet, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni, l-allokazzjonijiet finanzjarji f'termini wiesa' u, għall-għotjiet, il-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali tal-evalwazzjoni u r-rata massima tal-kofinanzjament.

 

4. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tar-riżultati miksuba matul il-perjodu kopert mill-ewwel programm ta' ħidma pluriennali u tal-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament skont l-Artikolu 26. Il-Kummissjoni għandha tqis bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet ta' dik l-evalwazzjoni meta tħejji t-tieni programm ta' ħidma pluriennali u, jekk ikun xieraq, tadotta proposta leġiżlattiva biex temenda dan ir-Regolament.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 18b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18b

 

Programmi ta' ħidma annwali

 

1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtorità baġitarja, il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta' ħidma indikattivi annwali, li jkunu bbażati fuq u konformi ma', il-programm ta' ħidma pluriennali kif previst fl-Artikolu 18a, u skont il-prinċipji ġenerali ta' dan ir-Regolament.

 

2. Id-dokumenti tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 24(2).

 

3. Il-programmi ta' ħidma annwali għandhom jinkludu d-deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u skeda indikattiva tal-implimentazzjoni.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament tista' tingħata lil persuni naturali u persuni ġuridiċi, kemm jekk regolatii mid-dritt privat kif ukoll minn dak pubbliku, li mbagħad ikunu jitqiesu bħala benefiċjarji finanzjarji fis-sens tar-Regolament Finanzjarju XX/2012.

Assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament tista' tingħata lil persuni fiżiċi u persuni ġuridiċi, kemm jekk regolati mid-dritt privat kif ukoll minn dak pubbliku, li mbagħad ikunu jitqiesu bħala benefiċjarji finanzjarji fis-sens tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni1.

 

____________

 

1 ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 20

Artikolu 20

Ir-riżorsi tal-Baġit

Ammont finanzjarju ta' referenza

L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2014 sa 2020 huwa ta' EUR 239 100 000 fi prezzijiet attwali.

L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2014 sa 2020 huwa ta' EUR [...] fi prezzijiet attwali.

 

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni f’materji marbuta mal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba.

Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2020 biex ikopru spejjeż simili, sabiex l-azzjonijiet li ma jkunux għadhom lesti sal-31 ta' Diċembru 2020 ikunu jistgħu jibqgħu jiġu ġestiti.

Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet ta' pagament jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2020 biex ikopru spejjeż simili, sabiex tkun tista' ssir il-ġestjoni tal-pagamenti tal-azzjonijiet li ma jkunux għadhom lesti sal-31 ta' Diċembru 2020.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza finanzjarja min-naħa tal-Unjoni skont ir-Regolament Finanzjarju XX/2012 applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.

1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza finanzjarja min-naħa tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex timplimenta dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma annwali tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2). Dan jistabbilixxi l-għanijiet li jiġu segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Huwa jkun jinkludi wkoll id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammonti allokati għal kull azzjoni u skeda indikattiva taż-żmien ta' implimentazzjoni. Rigward l-għotjiet, dawn għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali tal-evalwazzjoni u r-rata massima tal-kofinanzjament.

imħassar

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista' tikkunsidra l-valur miżjud u l-vantaġġi tal-ġestjoni li jinkisbu jekk jinħoloq Fond Fiduċjarju tal-UE.

4. Il-Kummissjoni tista' tikkunsidra l-valur miżjud u l-vantaġġi tal-ġestjoni li jinkisbu jekk jinħoloq Fond Fiduċjarju tal-UE, b'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti, u b'mod partikolari l-Artikolu 187 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

 

F'każ li jinħoloq Fond Fiduċjarju tal-UE mill-Kummissjoni, l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma pluriennali jew annwali ta' dak il-fond fiduċjarju għandu jkun soġġett għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 25.

 

Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Inizjattiva EU Aid Volunteers jista' jinħoloq biss jekk wara analiżi bir-reqqa tal-użu tal-Fondi Fiduċjarji tal-UE għall-azzjonijiet maħsuba tagħti prova tal-valur miżjud ta' fond fiduċjarju bħal dan.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 17 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 li jirrigwarda l-għajnuna umanitarja. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat stabbilit taħt l-Artikolu 17 (1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 li jirrigwarda l-għajnuna umanitarja. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Osservatur mill-Parlamet Ewropew għandu jieħu sehem fil-proċeduri tal-kumitat.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa li jkunu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 7(2) u 9 għandha tkun ikkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' seba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2. Is-setgħa li jkunu adottati atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 7(2), fl-Artikoli 9 u 18a u fl-Artikolu 21(4) għandha tkun ikkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' seba’ snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Organizzazzjonijiet li jibagħtu li jimmobilizzaw voluntiera f'operazzjonijiet barra l-Unjoni, għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom u jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti ta' monitoraġġ fuq bażi regolari.

3. Organizzazzjonijiet mittenti li jimmobilizzaw voluntiera f'operazzjonijiet barra l-Unjoni, għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom u jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti ta' monitoraġġ fuq bażi regolari filwaqt li jissalvagwardjaw id-drittijiet kollha tal-voluntiera individwali fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) rapport ta' evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament tul l-ewwel tliet snin tal-implimentazzjoni tiegħu, mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017;

(a) rapport ta' evalwazzjoni interim dwar ir-riżultati miksuba u l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll dwar l-impatt tal-EU Aid Volunteers fil-qasam tal-għajnuna umanitarja u l-kosteffikaċja tal-programm, tul l-ewwel tliet snin tal-implimentazzjoni tiegħu, mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2017;

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafi 1a u 1b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

 

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Kuntest u kummenti ġenerali

Fid-19 ta' Settembru 2012 il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (EU Aid Volunteers), kif previst fl-Artikolu 214(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-għan tiegħu huwa li jesprimi l-valuri umanitarji u s-solidarjetà tal-Unjoni man-nies fil-bżonn, permezz tal-promozzjoni ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja effettiv u viżibbli, li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni biex tirreaġixxi għal kriżijiet umanitarji u biex tibni l-kapaċità u r-reżiljenza ta’ komunitajiet vulnerabbli jew affettwati minn diżastri f'pajjiżi terzi.

Din il-proposta tibni fuq il-Komunikazzjoni tal-2010 bit-titolu "Kif iċ-ċittadini tal-UE jesprimu s-solidarjetà tagħhom permezz tal-volontarjat: L-ewwel riflessjonijiet ta' Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja".

Ir-Rapporteur tilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni, billi għamlet din l-inizjattiva element komplementari għall-istrutturi u l-organizzazzjonijiet eżistenti u evitat id-duplikazzjoni.

Tajjeb ħafna wkoll li l-azzjonijiet tal-Korp għandhom ikunu ggwidati mill-prinċipji umanitarji u mill-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, u li l-mobilizzazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-ħtiġijiet identifikati fil-post.

Dan il-Korp se jimla l-lakuni fil-qasam tal-volontarjat umanitarju attwali u jikkontribwixxi wkoll għas-sensibilizzazzjoni tal-opinjoni pubblika u għall-idea ta' ċittadinanza Ewropea.

Is-solidarjetà tikkostitwixxi valur fundamentali tal-Unjoni u l-volontarjat huwa espressjoni konkreta u viżibbli ta' din is-solidarjetà. L-Unjoni trid tiżgura għajnuna umanitarja adegwata quddiem iż-żieda fin-numru u d-daqs tal-kriżijiet umanitarji. Il-voluntiera jistgħu jsaħħu l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tal-UE.

Ċerti sħab umanitarji esprimew riżervi dwar din l-inizjattiva, jiġifieri fir-rigward tal-valur miżjud reali li dan il-Korp se jagħti lill-azzjoni umanitarja tal-UE u fir-rigward tal-finanzjament tiegħu.

Ir-Rapporteur tappoġġja l-inizjattiva fl-intier tagħha u tikkondividi l-prinċipji u l-għanijiet li l-Kummissjoni stabbiliet fil-proposta tagħha. Madankollu, ċerti dispożizzjonijiet tal-proposta għal regolament għadhom vagi ħafna u jridu jiġi kkompletati u ppreċiżati. Ir-Rapporteur għalhekk tissuġġerixxi diversi emendi, partikolarment sabiex jiġi żgurat il-valur miżjud tal-proposta.

Ir-riflessjonijiet rigward it-tħejjija tal-abbozz ta' rapport saru b'kunsiderazzjoni tat-tagħlimiet misluta mill-varji proġetti pilota tal-imgħoddi u attwali marbuta mal-proposta.

2. Aspetti ewlenin tal-abbozz ta' rapport

(a) Kamp ta' applikazzjoni, għanijiet u prinċipji ġenerali:

L-EU Aid Volunteers ikunu mobilizzati matul operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi b'reazzjoni għal kriżijiet ikkaġunati mill-bniedem jew għad-diżastri naturali.

Ir-Rapporteur tipproponi li jiġu esklużi espliċitament is-sitwazzjonijiet ta' kunflitti armati u ta' inkwiet intern sabiex jiġu żgurati s-sikurezza u s-sigurtà tal-voluntiera.

F'sitwazzjonijiet ta' diżastri l-voluntiera jridu jiġu involuti b'mod partikolari – fil-kontribut tagħhom għall-bini tal-kapaċità tal-Unjoni li tirrispondi għall-kriżijiet umanitarji – fit-tħejjija għad-diżastri, it-tnaqqis tar-riskji ta' diżastri, u t-tisħiħ tal-Kollegament bejn l-Għajnuna ta' Emerġenza, ir-Riabilitazzjoni u l-Iżvilupp (LRRD). L-LRRD huwa fil-qalba tar-riflessjonijiet fi ħdan il-Parlament Ewropew, b'mod partikolari fil-qafas tan-negozjati dwar l-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Ir-Rapporteur tfakkar li l-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja jrid imexxi l-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament, spazju ta' konsultazzjoni u ta' djalogu – li jlaqqa' lil rappreżentanti tal-Kummissjoni, tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet mittenti u ospitanti – għandu jiddaħħal fis-seħħ mit-tnedija tal-programm.

(b) Valur miżjud, ħtiġijiet umanitarji u impatti:

L-għadd, il-kobor u l-kumplessità tal-kriżijiet umanitarji madwar id-dinja żdiedu b'mod konsiderevoli. L-atturi umanitarji konsegwentement qed jintalbu dejjem aktar jipprovdu rispons effikaċi. Il-ħtiġijiet qed jiżdiedu iżda l-finanzjament ma jistax ilaħħaq magħhom f'dan il-perjodu ta' kriżijiet finanzjarji. L-EU Aid Volunteers għandhom jipprovdu valur miżjud akbar lill-azzjoni umanitarja tal-UE, lill-organizzazzjonijiet ospitanti u lill-komunitajiet lokali; u l-mobilizzazzjoni tal-voluntiera trid tkun ibbażata fuq il-ħtiġijiet identifikati fil-post.

Numru ta' emendi proposti għandhom isaħħu dawn il-punti diġà ppreżentati fil-proposta tal-Kummissjoni. L-Inizjattiva EU Aid Volunteers għandha tkun strument għalkollox umanitarju li jikkompleta u jsaħħaħ l-azzjoni umanitarja tal-UE bl-aħjar użu possibbli tar-riżorsi finanzjarji previsti.

Il-mobilizzazzjoni għandha tissodisfa l-ħtiġijiet reali espressi fil-livell lokali mill-organizzazzjonijiet ospitanti. Ir-rwol tal-voluntiera għandu jiġi definit b'mod ċar.

Il-Kummissjoni tipproponi rapport interim ta' evalwazzjoni. Dan għandu jevalwa l-impatt tal-EU Aid Volunteers fil-qasam tal-għajnuna umanitarja u l-kosteffikaċja tal-programm.

(c) Għanijiet operazzjonali u indikaturi ta' evalwazzjoni:

Il-Kummissjoni tipproponi għanijiet operazzjonali. Il-progress li sar biex dawn l-għanijiet jintlaħqu għandu jiġi evalwat fuq il-bażi ta' indikaturi.

L-indikaturi proposti għandhom natura indikattiva u jistgħu jkunu modifikati skont il-proċeduri tal-atti delegati.

L-indikaturi proposti huma biss kwantitattivi, u dan mhuwiex aċċettabbli għar-Rapporteur. Xi emendi jipproponu ż-żieda ta' mill-inqas indikatur kwalitattiv wieħed għal kull għan operazzjonali sabiex dawn l-għanijiet jiddaħħlu fit-test leġiżlattiv. Għaldaqstant, il-kontribut umanitarju effettiv tal-voluntiera u l-kwalità tal-azzjonijiet imwettqa b'mod partikolari għandhom jiġu evalwati.

Il-Kummissjoni – fil-qafas tal-proċedura tal-atti delegati – għandha tfassal indikaturi kwalitattivi dwar l-effikaċja, ir-rispons għall-ħtiġijiet identifikati fil-post u l-valur miżjud mogħti mill-voluntiera.

(d) Piż amministrattiv u organizzazzjonijiet mittenti:

Il-Kummissjoni stabbiliet mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni għall-organizzazzjonijiet mittenti.

L-għajnuna umanitarja tad-DĠ ECHO hija implimentata minn bosta sħab umanitarji, b'mod partikolarli mill-NGOs, abbażi ta' ftehim qafas ta' sħubija. L-NGOs iż-żgħar iridu jħabbtu wiċċhom ma' piżijiet amministrattivi kbar fir-relazzjonijiet tagħhom mal-Kummissjoni.

Ir-Rapporteur tqis li l-Kummissjoni trid taħdem biex tfassal sistema sempliċi tal-mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni filwaqt li tfittex sinerġiji b'mod partikolari mal-istrumenti ta' sħubija u l-istandards umanitarji eżistenti.

(e) Regoli rigward il-voluntiera:

Il-Kummissjoni se tadotta regoli rigward l-identifikazzjoni, l-għażla, it-taħriġ u l-mobilizzazzjoni tal-voluntiera. Huwa importanti li dawn ir-regoli jiġu stabbiliti b'kunsiderazzjoni tar-regoli u l-programmi eżistenti, fi spirtu ta' koerenza u ta' kapitalizzazzjoni tal-esperjenzi u l-prattiki.

Ir-Rapporteur tqis li l-voluntiera kandidati għandhom jiġu identifikati u magħżula abbażi ta' kompetenzi u know how speċifiċi. L-identifikazzjoni u l-għażla għandhom jirrispettaw diversità ta' profili u ta' kompetenzi fost iż-żgħażagħ u l-esperti, b'rispons għal ħtiġijiet konkreti.

Il-programm ta' taħriġ imfassal mill-Kummissjoni għandu jkun imsejjes fuq regoli eżistenti u bi sħubija ma' istituzzjonijiet speċjalizzati. Ir-Rapporteur tipproponi li l-programm ta' taħriġ Ewropew imfassal b'dan il-mod għandu jiġi implimentat b'kollaborazzjoni mill-qrib ma' dawn l-istess organizzazzjonijiet speċjalizzati.

Sabiex l-organizzazzjonijiet mittenti jiġu involuti fit-taħriġ, dawn għandhom jikkooperaw fl-evalwazzjoni tal-livell ta' tħejjija tal-voluntiera kandidati.

Ir-Rapporteur tipproponi wkoll li l-kuntest tal-mobilizzazzjoni jqis il-kompetenzi u l-għarfien lingwistiku tal-voluntiera.

(f) Valorizzazzjoni tal-esperjenza u rikonoxximent tal-impenn tal-voluntier:

Ir-Rapporteur tipproponi għadd ta' emendi dwar dan il-punt.

L-ewwel nett, l-EU Aid Volunteers jistgħu jiġu rikonoxxuti – fi tmiem l-ewwel mobilizzazzjoni tagħhom – bħala EU Aid Volunteers ċertifikati. Dawn il-voluntiera ċertifikati jkunu jistgħu jitniżżlu fir-reġistru previst ġestit mill-Kummissjoni.

Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tappoġġja azzjonijiet ta' valorizzazzjoni tal-esperjenza u ta' rikonoxximent tal-impenn tal-volontarju sabiex tivvalida l-kisbiet rikonoxxuti fl-isferi professjonali.

(g) Kooperazzjoni ma' pajjiżi oħra:

Ir-Rapporteur tipproponi li titneħħa l-klawżola li tippermetti lil ċittadini u oranizzazzjonijiet mittenti minn pajjiżi sħab tal-Politika Ewropea tal-Viċinat jipparteċipaw fl-attivitajiet tal-EU Aid Volunteers.

Għalkemm il-Kummissjoni tipproponi li din il-kooperazzjoni għandha tkun iffinanzjata mill-pajjiżi konċernati, ir-Rapporteur tqis li dan huwa programm Ewropew li jsaħħaħ l-idea ta' ċittadinanza Ewropea.

3. Elementi orizzontali relatati mal-istrumenti finanzjarji għall-azzjoni esterna tal-Unjoni (2014-2020): proċedura ta' kumitat u eżerċizzju tas-setgħat delegati lill-Kummissjoni:

Għall-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tal-proposta għal regolament, il-Kummissjoni tipproponi l-proċedura ta' kumitat jew tal-atti delegati skont il-każ.

Ir-Rapporteur tqis li l-Kummissjoni Ewropea, b'mod ġenerali, irrispettat il-prerogattivi u s-setgħat mogħtija lill-Parlament Ewropew mit-Trattat ta' Lisbona, fir-rigward tal-proċeduri msemmija hawn fuq.

Għaldaqstant, ir-Rapporteur tipproponi li jiġi stabbilit qafas ġenerali ta' programmazzjoni differenti minn dak propost mill-Kummissjoni, skont il-prerogattivi tal-Parlament u b'konformità mal-proposti tagħha għall-istrument ta' finanzjament il-ġdid tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (2014-2020).

Żewġ programmi ta' ħidma pluriennali konsekuttivi se jiġu adotatti permezz ta' atti delegati. Dawn id-dokumenti jiddefinixxu, b'mod partikolari, l-għanijiet li jridu jintlaħqu, ir-riżultati mistennija, il-modalitajiet ta' implimentazzjoni u l-ammont totali.

Programmi ta' ħidma annwali, li jimplimentaw il-programmi pluriennali, se jiġu adottati mill-proċedura ta' kumitat u se jkun fihom elementi mhux essenzjali bħal deskrizzjoni tal-azzjonijiet u l-ammont allokat għal kull azzjoni.

B'konformità mar-regolamentazzjoni eżistenti, ir-Rapporteur tipproponi li jiġi inkluż il-fatt li l-ħolqien, id-definizzjoni tal-għanijiet, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta' fond fiduċjarju tal-UE se jsiru skont il-proċedura tal-atti delegati.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (5.3.2013)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja EU Aid Volunteers
(COM(2012)0514 – C7‑0303/2012 – 2012/0245(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): María Muñiz De Urquiza

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fid-19 ta' Settembru 2012 il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għal Regolament li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (EVHAC). Din hija l-ewwel inizjattiva biex jiġi organizzat mekkaniżmu ta' voluntieri pan-Ewropew u titqies bħala risposta għal-lakuni identifikati fl-attività tal-volontarjat fl-UE, bħalma huma n-nuqqas ta' approċċ strutturat fil-livell tal-Unjoni, viżibilità ħażina tal-azzjonijiet umanitarji tal-UE, in-nuqqas ta' mekkaniżmu unifikat tal-għażla tal-voluntiera u n-nuqqas ta' voluntiera mħarrġa biżżejjed għall-għajnuna umanitarja.

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li ssaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni biex twieġeb għal kriżijiet umanitarji u biex tiżviluppa qafas komprensiv ta' standards u proċeduri biex tiżgura netwerk ta' voluntiera umanitarji li jkunu mħarrġa biżżejjed, kwalifikati u li s-sigurtà tagħhom titqiegħed fil-quċċata.

L-ammont finanzjarju ta' referenza suġġerit huwa ta' EUR 210 miljuni fi prezzijiet kostanti għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014 - 2020.

Għalkemm il-proposta tal-Kummissjoni tippreżenta punt ta' tluq tajjeb għall-istabbiliment tal-EVHAC, ir-Rapporteur tagħkom tixtieq ittejjibha ulterjorment billi tallinjaha aktar mill-qrib mar-regoli finanzjarji l-ġodda applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (Regolament Nru 966/2012), speċjalment fir-rigward tas-setgħat tal-Kummissjoni li tistabbilixxi u tiġġestixxi Fond Fiduċjarju tal-UE fil-qafas tal-għajnuna umanitarja. Minkejja li mhumiex integrati fil-baġit, dawn il-fondi fiduċjarji għandhom ikunu amministrati skont ir-regolament finanzjarju safejn hu neċessarju għas-sigurtà u t-trasparenza tal-użu tal-fondi tal-Unjoni. Għal dak l-iskop, il-Kummissjoni għandha tippresjedi l-bord ta' tmexxija stabbilit għal kull fond fiduċjarju sabiex tiġi żgurata r-rappreżentazzjoni tad-donaturi u jittieħdu d-deċiżjonijiet dwar l-użu tal-fondi. Id-dispożizzjonijiet rilevanti għall-fondi fiduċjarji huma koperti mill-Artikolu 187 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid u l-Artikolu 259 tar-regolament ta' delega dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tiegħu.

Ir-rapporteur tagħkom tinsisti wkoll fuq il-koordinazzjoni u l-komplementarjetà tal-attivitajiet fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali, u l-kooperazzjoni ma' donaturi internazzjonali u lokali oħrajn.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a. Jirrimarka li l-pakkett finanzjarju speċifikat fil-proposta leġiżlattiva jikkostitwixxi biss indikazzjoni għall-awtorità leġiżlattiva u li ma jistax jiġi stabbilit sakemm jintlaħaq qbil dwar il-proposta għal regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għas-snin 2014-2020;

Emenda    2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva''1; itenni li jinħtieġu biżżejjed riżorsi addizzjonali fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista' tilħaq il-prijoritajiet eżistenti tal-politika u tissodisfa l-kompiti l-ġodda previsti fit-Trattat ta' Lisbona, kif ukoll sabiex tindirizza sitwazzjonijiet mhux mistennija; jindika li anke b'żieda ta' mill-inqas 5 % fil-livell tar-riżorsi għall-QFP li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftiehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni; jistieden lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, jidentifika b'mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-garanzija tal-valur miżjud Ewropew tagħhom;

 

_______________

 

1 Testi adottati, P7_TA(2011)0266.

 

Emenda    3

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1c (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1c. Jemmen li għandhom jiġu garantiti allokazzjonijiet ta' finanzjament u baġitarji separati għal din l-inizjattiva filwaqt li tibqa' komplementari b'mod reċiproku mal-istrumenti l-oħra għall-politiki esterni tal-Unjoni.

Emenda    4

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1d (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1d. Jenfasizza li l-Inizjattiva tal-EU Aid Volunteers tikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-kompetenzi u l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, għaldaqstant indirettament tappoġġa l-isforzi tal-UE biex jitnaqqas il-qgħad fost iż-żgħażagħ; jenfasizza għalhekk l-importanza li jiġi żgurat finanzjament adegwat għal din l-inizjattiva.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-għajnuna umanitarja tal-Unjoni hija mwassla f'sitwazzjonijiet fejn joperaw strumenti oħra relatati mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-protezzjoni ċivili. Il-EU Aid Volunteers għandhom jaħdmu b'koerenza u komplementarjetà ma' politiki u strumenti rilevanti sabiex isir l-aktar użu effettiv ta' dawn l-istrumenti filwaqt li sistematikament jiġu promossi l-prinċipji umanitarji u l-għanijiet tal-iżvilupp fit-tul. Għandhom jiġu mfittxija sinerġiji tal-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, iċ-Ċentru għal Rispons ta' Emerġenza stabbilit bid-Deċiżjoni XX/XXXX u mas-SEAE u d-Delegazzjonijiet tal-UE sabiex jiġi kkoordinat ir-rispons għall-kriżijiet umanitarji tal-Unjoni f’pajjiżi terzi.

(4) L-għajnuna umanitarja tal-Unjoni hija mwassla f'sitwazzjonijiet fejn joperaw strumenti oħra relatati mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-protezzjoni ċivili. Il-EU Aid Volunteers għandhom jaħdmu b'koerenza u komplementarjetà ma' politiki u strumenti rilevanti sabiex isir l-aktar użu effettiv ta' dawn l-istrumenti u tiġi evitata dupplikazzjoni, filwaqt li sistematikament jiġu promossi l-prinċipji umanitarji u l-għanijiet tal-iżvilupp fit-tul. Għandhom jiġu mfittxija sinerġiji tal-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers b'mod partikolari mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili, iċ-Ċentru għal Rispons ta' Emerġenza stabbilit bid-Deċiżjoni XX/XXXX, mas-SEAE, id-Delegazzjonijiet tal-UE, u ma' atturi reġjonali u lokali u organizzazzjonijiet internazzjonali sabiex jiġi kkoordinat ir-rispons għall-kriżijiet umanitarji tal-Unjoni f'pajjiżi terzi.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) It-titjib tal-implimentazzjoni u l-kwalità tal-infiq għandhom jikkostitwixxu prinċipji gwida biex jinkisbu l-objettivi tal-istrument filwaqt li jiġi żgurat l-aħjar użu, u wieħed trasparenti, tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Għandhom jiġu garantiti finanzjament u allokazzjonijiet baġitarji separati għal din l-inizjattiva filwaqt li ma jiġi kkawżat l-ebda tnaqqis fil-baġit għall-operazzjonijiet umanitarji u filwaqt li din tibqa' komplementari b'mod reċiproku mal-istrumenti l-oħra għall-politiki esterni tal-Unjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma’ oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif ukoll ma’ politiki rilevanti oħra tal-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel bejn is-sostenn, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp.

1. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi żgurata l-konsistenza u l-komplementarjetà ma’ oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif ukoll ma’ politiki rilevanti oħra tal-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel bejn is-sostenn, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex itejbu l-konsistenza u l-koerenza bejn skemi nazzjonali tal-volontarjat rilevanti u l-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers .

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex itejbu l-effiċjenza, l-effikaċja, il-konsistenza u l-koerenza bejn skemi nazzjonali tal-volontarjat rilevanti u l-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers .

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– in-numru ta' EU Aid Volunteers immobilizzati jew lesti għall-mobilizzazzjoni;

– in-numru ta' EU Aid Volunteers immobilizzati jew lesti għall-mobilizzazzjoni bil-kwalifiki meħtieġa;

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– l-għadd ta' nies li ntlaħqu mill-għajnuna umanitarja mogħtija mill-Unjoni.

– l-għadd ta' nies li ntlaħqu mill-għajnuna umanitarja u l-valutazzjoni tal-effiċjenza tal-għajnuna umanitarja mogħtija mill-Unjoni permezz ta' EU Aid Volunteers.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– in-numru ta' voluntiera mħarrġa u l-kwalità tat-taħriġ fuq il-bażi tal-analiżi u l-livell ta' sodisfazzjon;

– in-numru ta' voluntiera li lestew b'suċċess it-taħriġ u l-valutazzjoni tal-kwalità tat-taħriġ fuq il-bażi tal-analiżi, il-livell ta' sodisfazzjon

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c – inċiż 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– l-għadd ta' persunal u voluntiera minn pajjiżi terzi li jipparteċipaw f'azzjonijiet ta' bini ta' kapaċità.

– l-għadd ta' persunal u voluntiera minn pajjiżi terzi li jipparteċipaw f'azzjonijiet ta' bini ta' kapaċità, u meta jkun possibbli l-kontinwità fl-organizzazzjoni wara t-tmiem tat-taħriġ.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

in-numru ta' organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati;

valutazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva ta' organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati (bħall-għadd, l-istruttura, il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni tagħhom, eċċ.);

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' ċertfikazzjoni li jiżgura li l-organizzazzjonijiet li jibagħtu jikkonformaw mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 9 u mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni differenzjat għall-organizzazzjonijiet ospitanti.

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' ċertfikazzjoni li jiżgura li l-organizzazzjonijiet li jibagħtu jikkonformaw mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 9 u mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni differenzjat għall-organizzazzjonijiet ospitanti. Dan il-mekkaniżmu għandu jkun inklużiv u nondiskriminatorju lejn kwalunkwe tip ta' organizzazzjoni eliġibbli.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta' taħriġ sabiex tħejji lill-voluntiera kandidati fit-twettiq ta’ attivitajiet umanitarji u għall-mobilizzazzjoni f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta' taħriġ sabiex tħejji lill-voluntiera kandidati fit-twettiq ta’ attivitajiet umanitarji u għall-mobilizzazzjoni f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja. Għandu jiġi żgurat finanzjament xieraq għall-NGOs u entitajiet oħra intitolati biex iwettqu t-taħriġ tal-voluntiera.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament tista' tingħata lil persuni naturali u persuni ġuridiċi, kemm jekk regolatii mid-dritt privat kif ukoll minn dak pubbliku, li mbagħad ikunu jitqiesu bħala benefiċjarji finanzjarji fis-sens tar-Regolament Finanzjarju XX/2012.

Assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament tista' tingħata lil persuni naturali u persuni ġuridiċi, kemm jekk regolati mid-dritt privat kif ukoll minn dak pubbliku, li mbagħad ikunu jitqiesu bħala benefiċjarji finanzjarji fis-sens tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni1.

 

____________

 

1 ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammont finanzjarju ta' referenza għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2014 sa 2020 huwa ta' EUR 239 100 000 fi prezzijiet attwali. Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit wara l-2020 biex ikopru spejjeż simili, sabiex ikun possibbli l-immaniġġjar ta' azzjonijiet li sal-31 ta' Diċembru 2020 ma jkunux kompluti.

L-ammont finanzjarju ta' referenza indikattiv kif definit fil-punt [17] tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ xx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba huwa ta' EUR 239 100 000 fi prezzijiet attwali.

 

L-approprjazzjonijiet annwali jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 u l-Ftehim Interistituzzjonali xxx/201z bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u l-ġestjoni finanzjarja tajba.

 

Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit wara l-2020 biex ikopru spejjeż simili, sabiex ikun possibbli l-immaniġġjar tal-ħlasijiet ta' azzjonijiet li sal-31 ta' Diċembru 2020 ma jkunux kompluti.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza finanzjarja min-naħa tal-Unjoni skont ir-Regolament Finanzjarju XX/2012 applikabbli għall-baġit tal-Unjoni.

1. Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-assistenza finanzjarja min-naħa tal-Unjoni skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex timplimenta dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma annwali tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2). Dan jistabbilixxi l-għanijiet li jiġu segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Huwa jkun jinkludi wkoll id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati, indikazzjoni tal-ammonti allokati għal kull azzjoni u skeda indikattiva taż-żmien ta' implimentazzjoni. Rigward l-għotjiet, dawn għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali tal-evalwazzjoni u r-rata massima tal-kofinanzjament.

3. Sabiex timplimenta dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tadotta programm ta' ħidma annwali tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 25. Dan jistabbilixxi l-għanijiet li jiġu segwiti, ir-riżultati mistennija, il-metodu ta' implimentazzjoni u l-ammont totali tagħhom. Huwa jkun jinkludi wkoll id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tal-ammonti allokati għal kull azzjoni. Rigward l-għotjiet, dawn għandhom jinkludu l-prijoritajiet, il-kriterji essenzjali tal-evalwazzjoni u r-rata massima tal-kofinanzjament. L-iskeda indikattiva taż-żmien ta' implimentazzjoni tal-programm ta' ħidma annwali għandha tiġi adottata skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 24(2).

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni tista' tikkunsidra l-valur miżjud u l-vantaġġi tal-ġestjoni li jinkisbu jekk jinħoloq Fond Fiduċjarju tal-UE.

4. Il-Kummissjoni tista' tikkunsidra l-valur miżjud u l-vantaġġi tal-ġestjoni li jinkisbu jekk jinħoloq Fond Fiduċjarju tal-UE, b'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti, u b'mod partikolari l-Artikolu 187 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

 

F'każ li jinħoloq fond fiduċjarju mill-Kummissjoni, l-adozzjoni tal-programm ta' ħidma pluriennali jew annwali ta' dan il-fond għandu jkun soġġett għall-proċedura msemmija fl-Artikolu 25.

 

Fond fiduċjarju għall-EU Aid Volunteers jista' jinħoloq biss jekk wara analiżi bir-reqqa tal-użu tal-fondi fiduċjarji tal-UE għall-azzjonijiet umanitarji tal-UE tingħata prova tal-valur miżjud ta' fond fiduċjarju bħal dan.

PROĊEDURA

Titolu

L-istabbiliment tal-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja EU Aid Volunteers

Referenzi

COM(2012)0514 – C7-0303/2012 – 2012/0245(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

22.10.2012

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

13.12.2012

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

María Muñiz De Urquiza

18.12.2012

Data tal-adozzjoni

4.3.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Richard Ashworth, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Jean-Luc Dehaene, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Jan Kozłowski, Claudio Morganti, Vojtěch Mynář, Juan Andrés Naranjo Escobar, Dominique Riquet, László Surján, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Edit Herczog, Jürgen Klute, María Muñiz De Urquiza, Georgios Stavrakakis, Nils Torvalds

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (22.2.2013)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja EU Aid Volunteers
(COM(2012)0514 – C7‑0303/2012 – 2012/0245(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): Philippe Boulland

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-volontarjat huwa espressjoni konkreta u viżibbli tas-solidarjetà li tippermetti lill-individwi biex jiddedikaw l-għarfien, il-ħiliet u l-ħin tagħhom għas-servizz ta' bnedmin oħra bħalhom, mingħajr interess primarju fi gwadann finanzjarju.

(2) Il-volontarjat huwa espressjoni konkreta u viżibbli tas-solidarjetà li tippermetti lill-individwi biex jiddedikaw l-għarfien, il-ħiliet, l-esperjenza u l-ħin tagħhom għas-servizz ta' bnedmin oħra bħalhom, mingħajr interess primarju fi gwadann finanzjarju u huwa wkoll xewqa li wieħed jirrispondi għall-ħtiġijiet umanitarji addizzjonali li joħorġu waqt kriżijiet umanitarji, kemm dawk ikkawżati mill-bniedem kif ukoll diżastri naturali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Filwaqt li l-volontarjat qiegħed jiżdied għal ħafna attivitajiet, għad hemm il-ħtieġa għal aktar sensibilizzazzjoni kif ukoll potenzjal sinifikanti għall-iżvilupp ulterjuri tas-solidarjetà fost iċ-ċittadini tal-Unjoni mal-vittmi ta' kriżijiet u diżastri f'pajjiżi terzi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-viżjoni tal-Unjoni ta' għajnuna umanitarja, li tinkludi għan komuni, prinċipji u prassi tajba u qafas komuni biex titwassal l-għajnuna umanitarja tal-Unjoni, hija stipulata fil-"Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja". Il-Kunsens Ewropew jenfasizza l-impenn sod tal-Unjoni biex tiddefendi u tippromwovi l-prinċipji umanitarji fundamentali tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza. L-azzjonijiet tal-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-EU Aid Volunteers ") għandhom jiġu ggwidati mill-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

(3) Il-viżjoni tal-Unjoni ta' għajnuna umanitarja, li tinkludi għan komuni, prinċipji u prassi tajba u qafas komuni biex titwassal l-għajnuna umanitarja tal-Unjoni, hija stipulata fil-"Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja". Hemm bżonn li jiżdiedu kemm is-sensibilizzazzjoni dwar l-għajnuna umanitarja Ewropea kif ukoll il-viżibilità tagħha fost iċ-ċittadini tal-Unjoni għaliex ta' spiss din tingħata inqas importanza meta mqabbla mal-għajnuna umanitarja ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra. Il-Kunsens Ewropew jenfasizza l-impenn sod tal-Unjoni biex tiddefendi u tippromwovi l-prinċipji umanitarji fundamentali tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza. L-azzjonijiet tal-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-EU Aid Volunteers ") għandhom jiġu ggwidati mill-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) In-numru, l-ambitu u l-kumplessità ta' kriżijiet umanitarji fid-dinja żdiedu b’mod sinifikanti matul is-snin u dan wassal għal żieda fid-domanda fuq atturi umanitarji sabiex jipprovdu rispons effettiva, effiċjenti u koerenti u biex jappoġġjaw il-komunitajiet lokali tal-pajjiżi terzi sabiex dawn isiru anqas vulnerabbli u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għad-diżastri.

(5) In-numru, l-ambitu u l-kumplessità ta' kriżijiet umanitarji fid-dinja, kemm diżastri naturali kif ukoll kriżijiet ikkawżati mill-bniedem, żdiedu b'mod sinifikanti matul is-snin – tendenza li sfortunatament x'aktarx tkompli – u dan iwassal għal żieda fid-domanda fuq atturi umanitarji sabiex jipprovdu rispons immedjat, effettiv, effiċjenti u koerenti u biex jappoġġjaw il-komunitajiet lokali tal-pajjiżi terzi sabiex dawn isiru anqas vulnerabbli u tissaħħaħ ir-reżiljenza tagħhom għad-diżastri.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-voluntiera jistgħu jsaħħu l-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja u jikkontribwixxu għall-professjonalizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja meta jkunu adegwatament magħżula, mħarrġa u ppreparati għall-mobilizzazzjoni sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jgħinu lin-nies fil-bżonn bl-aktar mod effettiv.

(6) Il-voluntiera jistgħu jsaħħu l-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja u jikkontribwixxu għall-professjonalizzazzjoni tal-għajnuna umanitarja meta jkunu adegwatament magħżula, imħarrġa u ppreparati għall-mobilizzazzjoni sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-ħiliet, il-kompetenzi u l-kapaċitajiet meħtieġa biex jgħinu lin-nies fil-bżonn bl-aktar mod effettiv, sakemm ikunu jistgħu jserrħu fuq appoġġ jew superviżjoni suffiċjenti fuq il-post.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Jeżistu skemi tal-volontarjat fl-Ewropa u madwar id-dinja li jiffukaw fuq il-mobilizzazzjoni f’pajjiżi terzi. Ħafna drabi dawn huma skemi nazzjonali li jiffokaw prinċipalment jew esklussivament fuq proġetti ta' żvilupp. Il-EU Aid Volunteers għandhom, għalhekk, jevitaw id-dupplikazzjoni u għandhom iżidu l-valur billi jipprovdu opportunitajiet għal voluntiera biex jikkontribwixxu flimkien għal operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja biex b’hekk tissaħħaħ iċ-ċittadinanza attiva tal-Unjoni Ewropea u billi jrawmu l-kooperazzjoni tranżnazzjonali tal-organizzazzjonijiet implimentattivi li jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Korp.

(7) Jeżistu skemi tal-volontarjat fl-Ewropa u madwar id-dinja li jiffukaw fuq il-mobilizzazzjoni f’pajjiżi terzi. Ħafna drabi dawn huma skemi nazzjonali li jiffokaw prinċipalment jew esklussivament fuq proġetti ta' żvilupp. Il-EU Aid Volunteers għandhom, għalhekk, jevitaw id-dupplikazzjoni u għandhom iżidu l-valur billi jipprovdu opportunitajiet għal voluntiera biex jikkontribwixxu flimkien għal operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja biex b’hekk tissaħħaħ iċ-ċittadinanza attiva tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jrawmu l-kooperazzjoni tranżnazzjonali tal-organizzazzjonijiet implimentattivi li jipparteċipaw fl-azzjonijiet tal-Korp, u b'hekk jipproġettaw immaġni pożittiva tal-Unjoni fid-dinja u jrawmu interess fi proġetti umanitarji pan-Ewropej.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Is-sigurtà u s-sikurezza tal-voluntiera għandhom jibqgħu tal-akbar importanza.

(9) It-taħriġ adatt, is-sigurtà u s-sikurezza tal-voluntiera għandhom jibqgħu tal-akbar importanza, għalhekk voluntiera mingħajr esperjenza m'għandhomx jintbagħtu fuq proġetti fejn is-sigurtà hija mhedda.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-Unjoni twettaq l-azzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tagħha fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet implimentattivi. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jaqdu rwol sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers biex jiggarantixxu t-teħid ta' responsabbiltà diretta mill-atturi fil-qasam u sabiex jimmassimizzaw l-assorbiment potenzjali tal-azzjonijiet tal-Korp Volontarju. L-Unjoni għandha tafda lill-organizzazzjonijiet implimentattivi notevolment bl-identifikazzjoni, l-għażla, it-tħejjija u l-mobilizzazzjoni tal-EU Aid Volunteers f'konformità mal-istandards stabbiliti mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha, barra minn hekk, tkun tista’ tutilizza voluntiera mħarrġa u ppreparati b'suċċess għall-mobilizzazzjoni, fejn xieraq.

(10) L-Unjoni twettaq l-azzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tagħha fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet implimentattivi. Dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jaqdu rwol sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers biex jiggarantixxu t-teħid ta' responsabbiltà diretta mill-atturi fil-qasam u sabiex jimmassimizzaw l-assorbiment potenzjali tal-azzjonijiet tal-Korp Volontarju. L-Unjoni għandha tafda lill-organizzazzjonijiet implimentattivi notevolment bl-identifikazzjoni, l-għażla, it-tħejjija u l-mobilizzazzjoni tal-EU Aid Volunteers, kif ukoll bis-segwitu matul u wara l-missjonijiet, f'konformità mal-istandards stabbiliti mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha, barra minn hekk, tkun tista’ tutilizza voluntiera mħarrġa u ppreparati b'suċċess għall-mobilizzazzjoni, fejn xieraq.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-volontarjat f'għajnuna umanitarja jista’ jgħin sabiex iżomm iż-żgħażagħ attivi, jikkontribwixxi għall-iżvilupp personali u l-għarfien interkulturali tagħhom, u jtejjeb il-kompetenzi tagħhom u l-impjegabilità f'ekonomija globali. Dan, għalhekk, jikkontribwixxi għall-"Inizjattiva ta' Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ" u sensiela ta' għanijiet ewlenin oħra tal-Unjoni, bħall-inklużjoni soċjali, l-impjiegi, iċ-ċittadinanza attiva, l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet.

(12) Il-volontarjat f'għajnuna umanitarja jista’ jgħin sabiex iżomm iż-żgħażagħ attivi, jikkontribwixxi għall-iżvilupp personali u l-għarfien interkulturali tagħhom, u jtejjeb il-kompetenzi tagħhom u l-impjegabilità f'ekonomija globali. Dan, għalhekk, jikkontribwixxi għall-"Inizjattiva ta' Opportunitajiet għaż-Żgħażagħ" u sensiela ta' għanijiet ewlenin oħra tal-Unjoni, bħall-inklużjoni soċjali, l-impjiegi, iċ-ċittadinanza attiva, l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet, kif ukoll fl-affermazzjoni tal-volontarjat bħala espressjoni konkreta tas-solidarjetà Ewropea ma' persuni milquta minn kriżijiet, u b'hekk jippromwovi l-valuri u l-prinċipji tal-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Jenfasizza li korp volontarju ta' għajnuna umanitarja bħal dan għandu jkun kost-effettiv u jikkumplimenta skemi volontarji nazzjonali u internazzjonali eżistenti mingħajr ma jiddupplikahom, u jkun iffukat biex jindirizza ħtiġijiet konkreti u nuqqasijiet fil-qasam umanitarju;

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (minn hawn' il quddiem imsejjaħ "il-EU Aid Volunteers ") bħala qafas għal kontribuzzjonijiet konġunti mill-EU Aid Volunteers f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni.

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "l-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers") bħala qafas għal kontribuzzjonijiet konġunti mill-EU Aid Volunteers f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja tal-Unjoni.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-sikurezza u s-sigurtà tal-voluntiera għandhom ikunu prijorità.

3. It-taħriġ, is-sikurezza u s-sigurtà tal-voluntiera għandhom ikunu prijorità.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-EU Aid Volunteers għandhom jippromwovu attivitajiet komuni u l-parteċipazzjoni ta' voluntiera minn pajjiżi differenti u jrawmu proġetti konġunti u sħubiji tranżnazzjonali bejn l-organizzazzjonijiet implimentattivi, kif imsemmija fl-Artikolu 10.

4. L-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers għandha tippromwovi attivitajiet komuni, kooperazzjoni mill-qrib u l-parteċipazzjoni ta' voluntiera minn pajjiżi differenti u trawwem proġetti konġunti u sħubiji tranżnazzjonali bejn l-organizzazzjonijiet implimentattivi, kif imsemmija fl-Artikolu 10; filwaqt li jiżguraw koordinazzjoni, kumplimentarjetà, koerenza u kost-effettività bejn il-varjetà ta' skemi volontarji eżistenti tal-UE għal sitwazzjonijiet ta' kriżi f'pajjiżi terzi, mingħajr ma jiddupplikawhom.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "voluntier" tfisser persuna li tagħżel, bir-rieda u l-motivazzjoni libera u mingħajr interess primarju fi qligħ finanzjarju, li tinvolvi ruħha f'attivitajiet li jibbenefikaw il-komunità, lilha nnifisha, u s-soċjetà inġenerali.

(a) "voluntier" tfisser persuna li tagħżel, bir-rieda u l-motivazzjoni libera u mingħajr interess primarju fi qligħ finanzjarju, li tinvolvi ruħha f'attivitajiet li jibbenefikaw il-komunità u s-soċjetà inġenerali u anke, eventwalment, lilha nnifisha.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) “EU Aid Volunteer” tfisser voluntier kandidat li ġie magħżul, imħarreġ, ivvalutat bħala eliġibbli u rreġistrat bħala disponibbli għall-mobilizzazzjoni f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi.

(c) “EU Aid Volunteer” tfisser voluntier kandidat li ġie magħżul, imħarreġ b'mod adegwat, ivvalutat bħala eliġibbli u rreġistrat bħala disponibbli għall-mobilizzazzjoni f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi.

Emenda    16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ca) 'kap tal-voluntiera' tfisser persuna li tissorvelja jew timmaniġġja l-voluntiera, u li tirrikorri għall-esperjenza biex tedukahom u tħarriġhom qabel, waqt, u wara l-missjoni tagħhom.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandha tiġi żgurata l-konsistenza ma’ oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif ukoll ma’ politiki rilevanti oħra tal-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel bejn is-sostenn, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp.

1. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu żgurati l-koordinazzjoni, il-kumplimentarjetà u l-konsistenza ma’ oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif ukoll ma’ politiki rilevanti oħra tal-Unjoni. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel bejn is-sostenn, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp u sinerġiji mal-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex itejbu l-konsistenza u l-koerenza bejn skemi nazzjonali tal-volontarjat rilevanti u l-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers .

2. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw sabiex itejbu l-konsistenza u l-koerenza bejn skemi nazzjonali tal-volontarjat rilevanti u l-azzjonijiet tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers sabiex jiżguraw kost-effettività akbar. Il-Kummissjoni għandha tagħmel użu min-netwerks Ewropej eżistenti, li huma effiċjenti.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Unjoni għandha trawwem il-kooperazzjoni ma' organizzazzjoni internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, u sħab tal-għajnuna umanitarja oħra fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers .

3. L-Unjoni għandha trawwem il-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b’mod partikolari n-Nazzjonijiet Uniti, u sħab tal-għajnuna umanitarja oħra u partijiet interessati fil-livell reġjonali fl-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers .

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-EU Aid Volunteers għandhom isegwu l-għanijiet operazzjonali li ġejjin:

1. L-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers għandha ssegwi l-għanijiet operazzjonali li ġejjin:

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

– in-numru ta' voluntiera mħarrġa u l-kwalità tat-taħriġ fuq il-bażi tal-analiżi u l-livell ta' sodisfazzjon;

in-numru ta' voluntiera mħarrġa u l-kwalità tat-taħriġ fuq il-bażi tal-analiżi u l-livell ta' sodisfazzjon u ta' prestazzjoni;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b – inċiż 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

– evalwazzjoni ta' ħiliet u kompetenzi ġodda miksuba abbażi ta' għodod eżistenti tal-UE bħall-Passaport tal-Ħiliet jew il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) It-titjib tal-koerenza u l-konsistenza tal-volontarjat madwar l-Istati Membri sabiex jittejbu l-opportunitajiet għaċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex jipparteċipaw fl-attivitajiet u l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja. Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

(e) It-titjib tal-koerenza, il-konsistenza u l-affidabilità tal-volontarjat madwar l-Istati Membri sabiex jittejbu l-opportunitajiet għaċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex jipparteċipaw fl-attivitajiet u l-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja. Il-progress lejn il-kisba ta' dan l-għan operazzjonali għandu jiġi vvalutat fuq il-bażi ta' indikaturi, bħal:

Emenda    24

Proposta għal regolament

Kapitolu 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

AZZJONIJIET TAL-VOLUNTIERA TAL-GĦAJNUNA EWROPEA

AZZJONIJIET TAL-INIZJATTIVA TAL-VOLUNTIERA TAL-GĦAJNUNA EWROPEA

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet tal-EU Aid Volunteers

Azzjonijiet tal-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-EU Aid Volunteers għandhom isegwu l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 7 permezz tat-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin:

L-inizjattiva tal-EU Aid Volunteers għandha ssegwi l-għanijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 7 permezz tat-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin:

Emenda    27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) l-identifikazzjoni, l-għażla u t-tħejjija ta' voluntiera kandidati għall-mobilizzazzjoni f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja;

a) l-identifikazzjoni, l-informazzjoni qabel u wara l-missjoni, l-għażla u t-tħejjija ta' voluntiera kandidati għall-mobilizzazzjoni f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dawn l-istandards għandhom jiżguraw l-obbligu ta' kura u b’mod partikolari jkopru r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, rekwiżiti minimi dwar il-kopertura tas-sussistenza, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż rilevanti oħra, il-kopertura tal-assigurazzjoni, proċeduri tas-sigurtà u elementi oħra rilevanti.

2. Dawn l-istandards għandhom jiżguraw l-obbligu ta' kura u b'mod partikolari jkopru r-responsabbiltajiet tal-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, is-superviżjoni, it-taħriġ kontinwu u l-immaniġġjar tal-voluntiera, rekwiżiti minimi dwar il-kopertura tas-sussistenza, l-akkomodazzjoni u l-ispejjeż rilevanti oħra, il-kopertura tal-assigurazzjoni, proċeduri tas-sigurtà u elementi oħra rilevanti, bħall-ħlas tal-ikliet u tas-soġġorn, it-trasferiment mill-ajruport internazzjonali sal-post tal-missjoni tagħhom, l-assigurazzjoni (medika, tal-ivvjaġġar u tal-ikkanċellar), l-appoġġ 24-siegħa tat-tim fuq il-post u fis-sede, kif ukoll spejjeż oħra skont il-pajjiż ta' azzjoni, it-tip ta' għajnuna umanitarja u l-kundizzjonijiet tal-ikkanċellar min-naħa tal-volontarju u/jew tal-entità li tospita jew tibgħat.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' ċertfikazzjoni li jiżgura li l-organizzazzjonijiet li jibagħtu jikkonformaw mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 9 u mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni differenzjat għall-organizzazzjonijiet ospitanti.

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni, imfassal b'kollaborazzjoni stretta ma' organizzazzjonijiet mhux governattivi rikonoxxuti għax-xogħol umanitarju tagħhom, u li jiżgura li l-organizzazzjonijiet li jibagħtu jikkonformaw mal-istandards imsemmija fl-Artikolu 9 u mekkaniżmu ta' ċertifikazzjoni differenzjat għall-organizzazzjonijiet ospitanti.

 

Ir-rappreżentanti tal-voluntiera għandhom ikunu kkonsultati meta dawn il-mekkaniżmi jiġu aġġornati.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta' taħriġ sabiex tħejji lill-voluntiera kandidati fit-twettiq ta’ attivitajiet umanitarji u għall-mobilizzazzjoni f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta' taħriġ ibbażat fuq il-kompetenzi ta' organizzazzjonijiet rikonoxxuti fil-qasam tal-għajnuna umanitarja sabiex tħejji lill-voluntiera kandidati fit-twettiq ta' attivitajiet umanitarji u għall-mobilizzazzjoni f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, b'mod partikolari billi tipprovdi l-informazzjoni ta' sfond meħtieġa dwar ir-rwol u l-valuri tal-Unjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet umanitarji.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Voluntiera kandidati li ġew identifikati u magħżula skont l-Artikolu 11 għandhom ikunu eliġibbli biex jieħdu sehem fil-programm ta' taħriġ. L-ambitu u l-kontenut individwali tat-taħriġ li kull kandidat voluntier jeħtieġ li jwettaq għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tiegħu waqt li titqies esperjenza preċedenti.

2. Voluntiera kandidati li ġew identifikati u magħżula skont l-Artikolu 11 għandhom ikunu eliġibbli biex jieħdu sehem fil-programm ta' taħriġ. L-ambitu u l-kontenut individwali tat-taħriġ li kull kandidat voluntier jeħtieġ li jwettaq għandu jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-ħtiġijiet tiegħu, waqt li titqies esperjenza preċedenti. Qabel ma jiġu mmobilizzati, il-EU Aid Volunteers għandhom jirċievu taħriġ addizzjonali mfassal b'mod speċifiku fuq il-bżonnijiet u ċ-ċirkustanzi speċjali tal-pajjiż li jkunu se jintbagħtu fih.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Bħala parti mit-taħriġ tagħhom u b’mod partikolari l-preparazzjoni tagħhom għall-mobilizzazzjoni l-voluntiera kandidati jistgħu jagħmlu missjonijiet ta’ apprendistat f’organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati, fejn possibbli f'pajjiż ieħor għajr il-pajjiż ta' oriġini tagħhom.

3. Bħala parti mit-taħriġ tagħhom u b’mod partikolari l-preparazzjoni tagħhom għall-mobilizzazzjoni l-voluntiera kandidati għandhom jiġu offruti l-opportunità li jagħmlu missjonijiet ta’ apprendistat f’organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati, fejn possibbli f'pajjiż ieħor għajr il-pajjiż ta' oriġini tagħhom.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-voluntiera kandidati li ma jkunux ibbenefikaw minn missjoni ta’ apprendistat jistgħu jingħataw, fejn xieraq, preparazzjoni addizzjonali minn qabel minn organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati. Din il-preparazzjoni u l-missjoni tal-apprendistat għandhom jikkonformaw mal-istandards għall-preparazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)(a).

4. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 3, il-voluntiera kandidati li ma jkunux ibbenefikaw minn missjoni ta’ apprendistat jistgħu jingħataw, fejn xieraq, preparazzjoni addizzjonali minn qabel minn organizzazzjonijiet li jibagħtu ċċertifikati. Din il-preparazzjoni u l-missjoni tal-apprendistat għandhom jikkonformaw mal-istandards għall-preparazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1)(a). Il-kandidati voluntiera li ma bbenefikawx minn apprendistat u dawk li jintbagħtu f'pajjiż barrani għandhom jingħataw taħriġ addizzjonali.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-programm ta' taħriġ għandu jinkludi valutazzjoni ta’ kemm il-voluntiera kandidati huma preparati biex jiġu mmobilizzati f’operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja.

5. Il-programm ta' taħriġ għandu jinkludi valutazzjoni ta' kemm il-voluntiera kandidati huma preparati biex jiġu mmobilizzati f'operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja u biex jgħinu fl-iżgurar tas-sigurtà u s-sikurezza meta jiġu mmobilizzati.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Jekk il-programm ta' taħriġ ikun itwal minn tliet xhur, il-voluntier kandidat għandu jirċievi għotja ta' kull xahar li tkopri l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni fil-post tat-taħriġ, inkluż matul iż-żmien tal-apprendistat jekk ma jkun previst l-ebda kumpens ieħor.

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Voluntiera kandidati li jkunu għaddew b'suċċess mill-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(5) għandhom jiġu kkunsidrati EU Aid Volunteers. Dawn jistgħu jiġu inklużi bħala tali fir-reġistru ta' EU Aid Volunteers (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ 'ir-Reġistru') u jkunu eliġibbli għall-mobilizzazzjoni.

1. Voluntiera kandidati li jkunu għaddew b'suċċess mill-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(5) għandhom jiġu kkunsidrati EU Aid Volunteers. Dawn jistgħu jiġu inklużi bħala tali fir-reġistru ta' EU Aid Volunteers (minn issa ‘l quddiem imsejjaħ 'ir-Reġistru') u jkunu eliġibbli għall-mobilizzazzjoni għal perjodu ta' mhux aktar minn sentejn, u wara li dan jintemm huma għandhom jagħmlu valutazzjoni mill-ġdid.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tistabilixxi, iżżomm u taġġorna r-reġistru u għandha tirregola l-aċċess u l-użu tiegħu.

2. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, iżżomm u taġġorna r-reġistru, b'mod partikolari billi żżomm kont tan-numru ta' voluntiera mmobilizzati f'pajjiżi milquta minn diżastri, u għandha tirregola l-aċċess u l-użu tiegħu.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-termini speċifiċi tal-mobilizzazzjoni ta' volontarji għandhom ikunu indikati f’kuntratt bejn l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u l-voluntier, inkluż it-tul u l-post tal-mobilizzazzjoni u d-dmirijiet tal-voluntier.

3. It-termini speċifiċi tal-mobilizzazzjoni ta' volontarji għandhom ikunu indikati f’kuntratt bejn l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u l-voluntier, inkluż it-tul u l-post tal-mobilizzazzjoni u d-dmirijiet tal-voluntier. Dan il-kuntratt jipprevedi fost l-oħrajn dettalji dwar il-ħlas tal-biljett tal-ajru 'l hemm u lura, l-ikliet u s-soġġorn, it-trasferiment mill-ajruport internazzjonali sal-post tal-missjoni tagħhom, l-assigurazzjoni (medika, tal-ivvjaġġar u tal-ikkanċellar), l-appoġġ 24-siegħa tat-tim fuq il-post u fis-sede, kif ukoll spejjeż oħra skont il-pajjiż ta' azzjoni, it-tip ta' għajnuna umanitarja, il-kundizzjonijiet tal-ikkanċellar min-naħa tal-volontarju u/jew tal-entità li tospita jew tibgħat. Il-kuntratt għandu jew jispeċifika d-drittijiet u l-obbligi tal-voluntier jew jindika fejn dawn id-drittijiet u obbligi huma dokumentati.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Abbażi ta' ċertifikat maħruġ mill-Kummissjoni, it-tul effettiv tal-perjodu ta' volontarjat tal-UE għandu jiġi kkalkulat fuq it-tul tal-esperjenza professjonali, meta l-kuntratt bejn l-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw il-voluntiera jkun itwal minn sitt xhur. Għal kuntratti iqsar minn sitt xhur, l-esperjenza miksuba bħala EU Aid Volunteer tista' tiġi rikonoxxuta bħala apprendistat, abbażi ta' ċertifikat maħruġ mill-Kummissjoni.

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ca) il-protezzjoni tal-voluntiera bil-mezzi kollha, inkluża l-informazzjoni speċifika lill-partijiet u lill-imsieħba lokali, speċjalment f'żoni ta' kunflitt

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. In-netwerk jista' jintuża biex jistabbilixxi mekkaniżmu għall-elezzjoni ta' rappreżentanza voluntiera ta' voluntiera attivi, li tirrappreżenta lill-voluntiera b'mod analogu għar-rappreżentanti tal-persunal. Ir-rappreżentanti tal-voluntiera għandhom jiġu kkonsultati dwar bidliet li jindirizzaw id-drittijiet u l-obbligi tal-voluntiera.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. In-Netwerk għandu wkoll jipprovdi u jippromwovi opportunitajiet għall-volontarjat onlajn biex jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet tal-EU Aid Volunteers .

3. In-Netwerk għandu wkoll jipprovdi u jippromwovi opportunitajiet għall-volontarjat onlajn biex jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet tal-EU Aid Volunteers . Il-Kummissjoni għandha tuża netwerks Ewropej eżistenti, li huma effiċjenti, bħan-netwerk EURES. In-netwerk EURES jista' jirriżulta utli peress li, wara sitt xhur ta' esperjenza, il-voluntiera jistgħu jkunu jridu jużaw l-esperjenza tagħhom fl-għajnuna umanitarja.

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-EU Aid Volunteers għandhom, fejn meħtieġ bl-għajnuna u d-direzzjoni tal-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, jipparteċipaw f'attivitajiet xierqa ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u tqajjim tal-kuxjenza qabel, matul u wara l-mobilizzazzjoni sabiex jippromwovu l-EU Aid Volunteers u l-ħidma tagħhom fih. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi dawk l-attivitajiet, li m’għandhomx jimponu obbligi sproporzjonati fuq il-voluntiera.

3. L-EU Aid Volunteers għandhom, bl-għajnuna u d-direzzjoni tal-organizzazzjonijiet li jibagħtu u jospitaw, jipparteċipaw f'attivitajiet xierqa ta' informazzjoni, komunikazzjoni u tqajjim tal-kuxjenza qabel, matul u wara l-mobilizzazzjoni sabiex jippromwovu l-EU Aid Volunteers u l-ħidma tagħhom fih. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi dawk l-attivitajiet, li m'għandhomx jimponu obbligi sproporzjonati fuq il-voluntiera.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Organizzazzjonijiet li jimmobilizzaw voluntiera f'operazzjonijiet barra l-Unjoni, għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom u jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti ta' monitoraġġ fuq bażi regolari.

3. Organizzazzjonijiet li jimmobilizzaw voluntiera f'operazzjonijiet barra l-Unjoni, għandhom ikunu responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tagħhom u jissottomettu lill-Kummissjoni rapporti ta' monitoraġġ fuq bażi regolari filwaqt li jissalvagwardjaw id-drittijiet kollha tal-voluntiera individwali fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali.

PROĊEDURA

Titolu

L-istabbiliment tal-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja EU Aid Volunteers

Referenzi

COM(2012)0514 – C7-0303/2012 – 2012/0245(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

22.10.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

22.10.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Philippe Boulland

27.11.2012

Eżami fil-kumitat

14.1.2013

24.1.2013

20.2.2013

 

Data tal-adozzjoni

21.2.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Pervenche Berès, Philippe Boulland, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Emer Costello, Sari Essayah, Richard Falbr, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Verónica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Sergio Gutiérrez Prieto, Ria Oomen-Ruijten, Antigoni Papadopoulou, Csaba Sógor

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Nirj Deva, Pat the Cope Gallagher

PROĊEDURA

Titolu

L-istabbiliment tal-Korp Volontarju Ewropew ta’ Għajnuna Umanitarja EU Aid Volunteers

Referenzi

COM(2012)0514 – C7-0303/2012 – 2012/0245(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

19.9.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

22.10.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

13.12.2012

EMPL

22.10.2012

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Michèle Striffler

25.10.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.11.2012

21.1.2013

19.2.2013

 

Data tal-adozzjoni

23.4.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Cashman, Ricardo Cortés Lastra, Nirj Deva, Leonidas Donskis, Eva Joly, Filip Kaczmarek, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Andreas Pitsillides, Jean Roatta, Michèle Striffler, Alf Svensson, Keith Taylor, Patrice Tirolien, Ivo Vajgl, Iva Zanicchi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Guerrero Salom, Cristian Dan Preda, Judith Sargentini, Jan Zahradil

Data tat-tressiq

30.4.2013