RAPPORT dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi rigward l-awditjar statutorju tal-entitajiet ta' interess pubbliku
29.8.2013 - (COM(2011)0779 – C7‑0470/2011 – 2011/0359(COD)) - ***I
Rapporteur: Sajjad KarimRapporteur għall-opinjoni (*):Kay Swinburne, Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi rigward l-awditjar statutorju tal-entitajiet ta' interess pubbliku
(COM(2011)0779 – C7‑0470/2011 – 2011/0359(COD))(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ((COM(2011)0779),
– wara li kkkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0470/2011),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Parlament Slovakk u mill-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta ' sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta' April 2012[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0177/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Il-leġislazzjoni tal-Unjoni teħtieġ li r-rapporti finanzjarji, inkluż kontijiet annwali jew kontijiet konsolidati, ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, impriżi tal-assigurazzjoni, emittent tat-titoli ammessi għan-negozjar f'suq regolat, istituzzjonijiet ta' pagament, UCITS, istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi u fondi ta' investiment alternattiv jiġu awditjati minn persuna waħda jew minn aktar minn persuna waħda intitolata twettaq awditi bħal dawn skont id-dritt tal-Unjoni, jiġifieri: l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 86/635/KEE tat-8 ta' Diċembru 1986 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' banek u istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn, l-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/674/KEE tad-19 ta' Diċembru 1991 dwar il-kontijiet annwali u l-kontijiet konsolidati ta' intrapriżi tal-assigurazzjoni, l-Artikolu 4(4) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE, l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, l-Artikolu 73 tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS), Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE, u l-Artikolu 22(3) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 Barra minn hekk, l-Artikolu 4(1)(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE jeħtieġ ukoll li r-rapporti finanzjarji annwali tad-ditti tal-investiment, jiġu awditjati meta r-Raba' Direttiva tal-Kunsill 78/660/KEE tal-25 ta' Lulju tal-1978 dwar il-kontijiet annwali ta' ċerti tipi ta' kumpaniji jew is-Seba' Direttiva tal-Kunsill 83/349/KEE tat-13 ta' Ġunju tal-1983 dwar il-kontijiet konsolidati mhumiex applikabbli. |
imħassar |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Matul il-kriżi finanzjarja riċenti, bosta banek żvelaw telf kbir mill-2007 sal-2009 fuq il-pożizzjoni li kellhom kemm fuq il-karta bilanċjali kif ukoll li ma jidhrix fuq il-karta bilanċjali. Dan qajjem mhux biss il-kwistjoni ta' kif l-awdituri jistgħu jagħtu rapporti tal-awditjar mhux kwalifikati lill-klijenti tagħhom għal dawk il-perjodi, iżda wkoll fuq kemm huwa xieraq u adegwat il-qafas leġiżlattiv attwali. Fit-13 ta' Ottubru 2010, il-Kummissjoni ppubblikat Ktiba Ħadra dawr Politika tal-Awditjar: Lezzjonijiet mill-Kriżi, li tat bidu għal konsultazzjoni pubblika wiesgħa, fuq il-kuntest ġenerali tar-riforma regolatorja tas-suq finanzjarju, dwar ir-rwol u l-ambitu tal-awditjar u dwar kif il-funzjoni tal-awditjar tista' tittejjeb sabiex tikkontribwixxi għal żieda fl-istabilità finanzjarja. Mill-konsultazzjoni pubblika, irriżulta li r-regoli tad-Direttiva 2006/43/KE dwar l-awditu statutorju tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati ta' entitajiet ta' interess pubbliku, jistgħu jittejbu sostanzjalment. Il-Parlament Ewropew ħareġ rapport fuq inizjattiva tiegħu stess fuq il-Green Paper fit-13 ta' Settembru 2011. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta wkoll rapport fuq dik il-Green Paper fis-16 ta' Ġunju 2011. |
(4) Fit-13 ta' Ottubru 2010, il-Kummissjoni ppubblikat Green Paper dwar Politika tal-Awditjar: Lezzjonijiet mill-Kriżi, li tat bidu għal konsultazzjoni pubblika wiesgħa, fuq il-kuntest ġenerali tar-riforma regolatorja tas-suq finanzjarju, dwar ir-rwol u l-ambitu tal-awditjar u dwar kif il-funzjoni tal-awditjar tista' tittejjeb sabiex tikkontribwixxi għal żieda fl-istabilità finanzjarja. Mill-konsultazzjoni pubblika, irriżulta li r-regoli tad-Direttiva 2006/43/KE dwar l-awditu statutorju tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati ta' entitajiet ta' interess pubbliku, jistgħu jittejbu. Il-Parlament Ewropew ħareġ rapport fuq inizjattiva tiegħu stess fuq il-Green Paper fit-13 ta' Settembru 2011. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta wkoll rapport fuq dik il-Green Paper fis-16 ta' Ġunju 2011. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Is-settur finanzjarju qiegħed jevolvi u qegħdin jinħolqu kategoriji ġodda ta' istituzzjonijiet finanzjarji bid-dritt tal-Unjoni. L-importanza ta' entitajiet u attivitajiet ġodda barra mis-sistema bankarja regolari qiegħda tikber u l-impatt tagħhom fuq l-istabilità finanzjarja saret ikbar. Għaldaqstant, huwa xieraq li d-definizzjoni ta' entità ta' interess pubbliku tkun tinkludi wkoll istituzzjonijiet u entitajiet finanzjarji oħrajn bħal ditti tal-investiment, istituzzjonijiet ta' pagamenti, impriżi tal-investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (UCITS), istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi u fondi ta' investiment alternattiv. |
(6) Is-settur finanzjarju qiegħed jevolvi u ġew żviluppati kategoriji ġodda ta' istituzzjonijiet finanzjarji bi tweġiba għal żviluppi regolatorji u teknoloġiċi. L-importanza ta' entitajiet u attivitajiet ġodda barra mis-sistema bankarja tradizzjonali li preċedentement ma kinux regolati fil-livell tal-Unjoni qiegħda tikber u l-impatt tagħhom fuq l-istabilità finanzjarja saret ikbar. Għaldaqstant, huwa xieraq li d-definizzjoni ta' entità ta' interess pubbliku tkun tinkludi wkoll istituzzjonijiet u entitajiet finanzjarji oħrajn bħal ditti tal-investiment, istituzzjonijiet ta' pagamenti u istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi. Konsegwentement l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jaħtru entitajiet oħra bħala entitajiet ta' interess pubbliku, pereżempju entitajiet li huma ta' rilevanza pubblika sinifikanti minħabba n-natura tan-negozju tagħhom, id-daqs tagħhom jew l-għadd ta' impjegati li jimpjegaw. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Fejn kooperattiva fit-tifsira tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva 2006/43/KE, jew entità simili kif imsemmi fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE, sussidjarja jew suċċessur leġittimu, jew bank ta' tifdil jew entità simili kif imsemmi fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 85/635/KEE ikun meħtieġ jew permess skont dispożizzjonijiet nazzjonali li jkun membru ta' entità tal-awditjar mhux għall-profitti, parti oġġettiva, raġonevoli u infurmata ma tikkonkludix li r-relazzjoni bbażata fuq is-sħubija tikkomprometti l-indipendenza statutorja tal-awditur, sakemm meta l-entità statutorja tkun qed twettaq awditjar statutorju ta' wieħed mill-membri tagħha, il-prinċipji ta' indipendenza kif stabbiliti f'dan il-Kapitolu jkunu applikati għall-awdituri li qed iwettqu l-awditjar u għal dawk il-persuni li jistgħu jkunu f'pożizzjoni li jinfluwenzaw l-awditjar statutorju. |
Ġustifikazzjoni | |
Allinjament mal-premessa 11 tad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Organizzazzjoni interna adegwata tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar għandha tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe theddid għall-indipendenza tagħhom. B'hekk, is-sidien jew l-azzjonisti ta' ditta tal-awditjar, kif ukoll dawk li jimmaniġġjawha, m'għandhomx jintervjenu fit-twettiq ta' awditu statutorju b'xi mod li jista' jfixkel l-indipendenza u l-oġġettività tal-awditur li jwettaq l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. Barra minn hekk, awdituri statutorji u ditti tal-awditjar għandhom jistabilixxu politiki u proċeduri interni xierqa fir-rigward tal-impjegati u persuni oħrajn involuti fl-attività ta' awditu statutorju fi ħdan l-organizzazzjonijiet tagħhom sabiex tkun żgurata l-konformità mal-obbligi statutorji tagħhom. B'mod partikolari, dawk il-politiki u proċeduri għandhom ifittxu li jipprevjenu u jindirizzaw kwalunkwe theddid għall-indipendenza u jiżguraw il-kwalità, l-integrità u r-reqqa tal-awditu statutorju. Dawk il-politiki u proċeduri għandhom ikunu proporzjonali minħabba l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar. |
imħassar |
Il-premessa 8 hija ttrasferita għad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Awdituri, ditti tal-awditjar u l-impjegati tagħhom għandhom b'mod partikolari jibqgħu lura milli jwettqu l-awditu statutorju ta' entità jekk għandhom interess kummerċjali jew interess finanzjarju fiha u milli jinvolvu ruħhom fin-negozjar ta' strumenti finanzjarji maħruġin, iggarantiti jew inkella appoġġati minn entità awditjata, għajr parteċipazzjonijiet fi skemi ta' investiment kollettiv diversifikat. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom jibqgħu lura mill-proċessi interni ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-entità awditjata. Awdituri statutorji jew l-impjegati tagħhom m'għandhomx jitħallew jassumu dmirijiet fl-entità awditjata fuq livell maniġerjali jew ta' bord, sakemm ikun għadda perjodu ta' żmien xieraq sa minn tmiem l-inkarigu fl-awditjar. |
imħassar |
Il-premessa 9 hija ttrasferita għad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Il-livell ta' tariffi rċevuti minn entità awditjata waħda u l-istruttura tat-tariffi jistgħu jheddu wkoll l-indipendenza ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar. B'hekk, huwa importanti li jiġi żgurat li t-tariffi tal-awditjar ma jkunux ibbażati fuq xi forma ta' kontinġenza u li, meta t-tariffi tal-awditjar minn klijent waħdieni jkunu sinifikanti, tiġi stabilita proċedura speċifika sabiex tiżgura l-kwalità tal-awditjar. Jekk id-dipendenza fuq klijent wieħed tkun eċċessiva, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom jibqgħu lura milli jwettqu l-awditu statutorju msemmi. |
(10) Il-livell ta' tariffi rċevuti minn entità awditjata waħda u l-istruttura tal-onorarji jistgħu jheddu wkoll l-indipendenza ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar. B'hekk, huwa importanti li jiġi żgurat li t-tariffi tal-awditjar ma jkunux ibbażati fuq xi forma ta' kontinġenza u li, meta l-onorarji tal-awditjar minn klijent waħdieni jkunu sinifikanti, tiġi stabilita proċedura speċifika sabiex tiżgura l-kwalità tal-awditjar. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Il-forniment ta' servizzi għajr awditjar statutorju lil entitajiet awditjati minn awdituri, ditti tal-awditjar statutorji jew membri tan-netwerks tagħhom jistgħu jikkompromettu l-indipendenza tagħhom. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-awditur, ditta tal-awditjar statutorji jew membri tan-netwerk tagħhom ma jipprovdux servizzi mhux ta' awditjar lill-entitajiet awditjati tagħhom. L-għoti ta' servizzi mhux ta' awditjar minn ditta tal-awditjar jimpedixxi lill dik id-ditta tal-awditjar milli twettaq awditjar statutorju ta' dik il-kumpanija, b'hekk jirriżulta fi tnaqqis tad-ditti tal-awditjar disponibbli sabiex jipprovdu awditjar statutorju, b'mod partikolari fir-rigward tal-awditjar ta' entitajiet ta' interess pubbliku kbar fejn is-suq huwa kkonċentrat. Bħala riżultat ta' dan, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm disponibbli numru minimu ta' ditti tal-awditjar sabiex jipprovdu servizzi ta' awditjar lil entitajiet ta' interess pubbliku kbar, huwa xieraq li jintalab li d-ditti tal-awditjar ta' dimensjoni sinifikanti jiffokaw l-attività professjonali tagħhom fuq it-twettiq tal-awditjar statutorju u ma jkunux permessi jwettqu servizzi oħrajn mhux relatati mal-funzjoni tal-awditjar statutorju bħal servizzi ta' konsulenza jew ta' għoti ta' pariri. |
(11) Il-forniment ta' servizzi għajr awditjar statutorju lil entitajiet awditjati minn awdituri, ditti tal-awditjar statutorji jew membri tan-netwerks tagħhom jistgħu jikkompromettu l-indipendenza tagħhom. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-awditur, ditta tal-awditjar statutorji jew membri tan-netwerk tagħhom ma jipprovdux ċerti servizzi mhux ta' awditjar lill-entitajiet awditjati tagħhom. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom ikunu jistgħu jfornu servizzi ta' garanzija, servizzi ta' konsulenza dwar it-taxxa u servizzi mhux ta' awditjar minbarra servizzi mhux ta' awditjar ipprojbiti meta l-forniment ta' dawk is-servizzi jkun ġie approvat bil-quddiem mill-kumitat tal-awditjar u l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ikunu huma stess sodisfatti li l-forniment ta' dawk is-servizzi ma jirrappreżentax theddida għall-indipendenza tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar li ma tistax titnaqqas għal livell aċċettabbli bl-applikazzjoni ta' salvagwardji. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Bil-għan li jiġu evitati l-kunflitti ta' interess, huwa importanti li l-awditur jew id-ditta tal-awditjar statutorji, qabel jaċċettaw jew ikomplu inkarigu f'awditjar statutorju ta' entità ta' interess pubbliku, jivvaluta jekk ġewx sodisfatti r-rekwiżiti ta' indipendenza, u b'mod partikolari jekk jirriżultax xi theddid għall-indipendenza bħala riżultat tar-relazzjoni ma' dik l-entità. Sabiex tinżamm din l-indipendenza, huwa importanti wkoll li jqisu t-theddid kollu għall-indipendenza tagħhom u għal dik tal-impjegati tagħhom u ta' persuni oħrajn involuti fil-proċess tal-awditjar statutorju, kif ukoll is-salvagwardji applikati sabiex jittaffa dak it-theddid. Barra minn hekk, fejn it-theddid għall-indipendenza tagħhom, anki wara li jkunu ġew applikati dawk is-salvagwardji sabiex jittaffa dak it-theddid, ikun sinifikanti wisq, għandhom jirriżenjaw jew jastjenu mill-inkarigu tagħhom fl-awditjar. L-awditur jew id-ditta tal-awditjar statutorji għandhom jikkonfermaw annwalment lil tali kumitat kwalunwke theddid għall-indipendenza tagħhom kif ukoll is-salvagwardji applikati sabiex jiġi mmitigat dak it-theddid. |
(12) Bil-għan li jiġu evitati l-kunflitti ta' interess, huwa importanti li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar, qabel jaċċettaw jew ikomplu inkarigu f'awditjar statutorju ta' entità ta' interess pubbliku, jivvaluta jekk ġewx sodisfatti r-rekwiżiti ta' indipendenza, u b'mod partikolari jekk jirriżultax xi theddid għall-indipendenza bħala riżultat tar-relazzjoni ma' dik l-entità. Barra minn hekk, fejn it-theddid għall-indipendenza tagħhom, anki wara li jkunu ġew applikati dawk is-salvagwardji sabiex jittaffa dak it-theddid, ikun sinifikanti wisq, għandhom jirriżenjaw jew jastjenu mill-inkarigu tagħhom fl-awditjar. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom jikkonfermaw annwalment lil tali kumitat kwalunwke theddid għall-indipendenza tagħhom kif ukoll is-salvagwardji applikati sabiex jiġi mmitigat dak it-theddid. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Huwa importanti li l-awdituri u ditti tal-awditjar statutorji, jirrispettaw id-drittijiet għall-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-dejta tal-klijenti tagħhom. Għaldaqstant, għandhom ikunu marbutin b'regoli stretti dwar il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali li, madankollu, din ma għandhiex timpedixxi l-infurzar xieraq ta' dan ir-Regolament jew il-kooperazzjoni mal-awditur tal-grupp matul it-twettiq tal-awditu tar-rapporti finanzjarji konsolidati meta l-impriża prinċipali tkun f'pajjiż terz, diment li jkun hemm konformità mad-Direttiva 95/46/KE. Madankollu, tali regoli ma għandhomx jippermettu awditur jew ditta tal-awditjar statutorji sabiex tikkoopera ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi barra mill-kanali ta' kooperazzjoni previsti fil-Kapitolu XI tad-Direttiva 2006/43/KE. Dawk ir-regoli ta' kunfidenzjalità għandhom japplikaw ukoll għal kwalunkwe awditur jew ditta tal-awditjar statutorja li tkun waqfet milli tibqa' involuta f'kompitu ta' awditjar speċifiku. |
imħassar |
Il-premessa 14 hija ttrasferita għad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) L-awditjar statutorju jirriżulta f'opinjoni fuq il-verità u l-ġustizzja tar-rapporti finanzjarji tal-entitajiet awditjati. Madankollu, il-partijiet interessati jistgħu ma jkunux konxji tal-limitazzjonijiet ta' awditu (materjalità, tekniki ta' kampjunar, rwol tal-awditur fil-qbid tal-frodi u r-responsabilità tal-maniġers), li jista' jwassal għal diskrepanza fl-istenniji. Sabiex titnaqqas tali diskrepanza, huwa importanti li tkun ipprovduta aktar ċarezza dwar x'inhu l-ambitu tal-awditu statutorju. |
imħassar |
Il-premessa 15 hija ttrasferita għad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Filwaqt li r-responsabilità primarja għall-għoti ta' informazzjoni finanzjarja għandha tibqa' f'idejn il-maniġment tal-entitajiet awditjati, l-awdituri għandhom ir-rwol li jikkontestaw attivament lill-maniġment minn perspettiva ta' utent. Għalhekk, biex itejbu l-kwalità tal-awditu, huwa importanti li x-xettiċiżmu professjonali eżerċitat minn awdituri vis à vis l-entità awditjata tiġi rinforzata. L-awdituri għandhom jirrikonoxxu li jista' jkun hemm il-possibilità li dikjarazzjoni skorretta materjalment dovuta għal frodi jew żball, minkejja l-esperjenza tal-passat li kellu l-awditur dwar l-onestà u l-integrità tal-amministrazzjoni tal-entità awditjata. L-iżgurar tal-kwalità tal-awditu għandu jkun il-kriterju ewlieni sabiex jiġi organizzat ix-xogħol tal-awditu u sabiex jiġu allokati r-riżorsi neċessarji għall-kompiti. L-integrità tal-awditur, ditta tal-awditjar statutorji u tal-persunal tagħhom hija essenzjali biex tkun żgurata l-fiduċja pubblika f'awditi statutorji u swieq finanzjarji. Għaldaqstant, kull inċident li jista' jkollu konsegwenzi serji għall-integrità tal-attivitajiet ta' awditu statutorju jiġi mmaniġjat bix-xieraq. L-awditur jew id-ditta tal-awditjar statutorji għandhom jiddokumentaw b'mod xieraq ix-xogħol tal-awditjar. |
imħassar |
Il-premessa 16 hija ttrasferita għad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Fil-każ tar-rapporti finanzjarji konsolidati, huwa importanti li jkun hemm definizzjoni ċara tar-responsabilitajiet tal-awdituri statutorji li jawditjaw entitajiet differenti tal-grupp. Għal dan il-għan, l-awditur tal-grupp għandu jassumi responsabilità sħiħa għar-rapport tal-awditjar. |
imħassar |
Il-premessa 17 hija ttrasferita għad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Reviżjoni tajba tal-kontroll tal-kwalità intern tax-xogħol imwettaq f'kull involviment ta' awditu statutorju għandha twassal għal kwalità għolja tal-awditu. Għaldaqstant, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditu ma għandhomx joħorġu r-rapport tal-awditjar tagħhom sakemm tkun tlestiet ir-reviżjoni interna tal-kontroll tal-kwalità. |
imħassar |
Il-premessa 18 hija ttrasferita għad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Ir-riżultati tal-awditu statutorju jiġu ppreżentati lill-partijiet b'interess fir-rapport tal-awditjar. Sabiex tiżdied il-fiduċja tal-partijiet b'interess fir-rapporti finanzjarji tal-entità awditjata, huwa partikolarment importanti li r-rapport tal-awditjar jkun ibbażat sew u sostanzjat tajjeb u li l-kontenut tiegħu jiġi mwessa' sabiex jinkludi informazzjoni addizzjonali speċifika għall-awditu mwettaq. Ir-rapport tal-awditjar għandu, b'mod partikolari, jinkludi informazzjoni biżżejjed dwar il-metodoloġija użata fl-awditu, b'mod speċjali kemm mill-karta bilanċjali ġie awditjat b'mod dirett u kemm kien ibbażat fuq ittestjar tas-sistema u tal-konformità, fuq il-livelli ta' materjalità applikati għat-twettiq tal-awditu, fuq l-oqsma ta' riskju ewlenin ta' dikjarazzjonijiet skorretti materjali tar-rapporti finanzjarji annwali u konsolidati, fuq jekk l-awditjar statutorju ġiex imfassal biex jaqbad frodi u, fil-każ ta' opinjoni kwalifikata jew avversa jew rinunzja ta' opinjoni, fuq ir-raġunijiet ta' tali deċiżjoni. |
(19) Ir-riżultati tal-awditu statutorju jiġu ppreżentati lill-partijiet b'interess fir-rapport tal-awditjar. Sabiex tiżdied il-fiduċja tal-partijiet b'interess fir-rapporti finanzjarji tal-entità awditjata, huwa partikolarment importanti li r-rapport tal-awditjar jkun ibbażat sew u sostanzjat tajjeb u li l-kontenut tiegħu jiġi mwessa' sabiex jinkludi informazzjoni addizzjonali speċifika għall-awditu mwettaq. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Il-valur tal-awditjar statutorju għall-entità awditjata jittejjeb partikolarment jekk il-komunikazzjoni bejn l-awditur jew id-ditta tal-awditjar statutorji, fuq naħa u l-kumitat tal-awditjar fuq in-naħa l-oħra, tissaħħaħ. Wara d-djalogu regolari mwettaq matul it-twettiq tal-awditu statutorju, huwa importanti li l-awditur jew id-ditti tal-awditjar statutorji jissottomettu lill-kumitat tal-awditjar, rapport addizzjonali u aktar dettaljat dwar ir-riżultati tal-awditu statutorju. Għandu jkun possibbli li tali rapporti dettaljati addizzjonali jkunu magħmulin disponibbli lis-superviżuri ta' entitajiet ta' interess pubbliku, iżda mhux lill-pubbliku. |
(20) Il-valur tal-awditjar statutorju għall-entità awditjata jittejjeb partikolarment jekk il-komunikazzjoni bejn l-awditur jew id-ditta tal-awditjar statutorji, fuq naħa u l-kumitat tal-awditjar fuq in-naħa l-oħra, tissaħħaħ. Wara d-djalogu regolari mwettaq matul it-twettiq tal-awditu statutorju, huwa importanti li l-awditur jew id-ditti tal-awditjar statutorji jissottomettu lill-kumitat tal-awditjar, rapport addizzjonali u aktar dettaljat dwar ir-riżultati tal-awditu statutorju. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) Awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar diġà jipprovdu lis-superviżuri ta' entitajiet ta' interess pubbliku b'informazzjoni dwar fatti u deċiżjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu ksur tar-regoli li jirregolaw l-attivitajiet tal-entità awditjata jew l-indeboliment tal-funzjonament kontinwu tal-entità awditjata. Il-kompiti superviżorji jiġu ffaċilitati wkoll li kieku s-superviżuri ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji jkunu meħtieġa jistabilixxu djalogu regolari mal-awdituri statutorji u mad-ditti tal-awditjar tagħhom. |
(21) Awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar diġà jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw entitajiet ta' interess pubbliku b'informazzjoni dwar fatti u deċiżjonijiet li jistgħu jikkostitwixxu ksur tar-regoli li jirregolaw l-attivitajiet tal-entità awditjata jew l-indeboliment tal-funzjonament kontinwu tal-entità awditjata. Il-kompiti superviżorji jiġu ffaċilitati wkoll li kieku s-superviżuri ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji u l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar tagħhom ikunu meħtieġa jistabbilixxu djalogu regolari ma' xulxin. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) Sabiex tiżdied il-fiduċja fl-awdituri u r-responsabilità tagħhom u tad-ditti tal-awditjar statutorji li jwettqu l-awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku, huwa importanti li r-rapportar tat-trasparenza minn awdituri u ditti tal-awditu statutorju jiżdied. Għaldaqstant, awdituri u ditti tal-awditu statutorju għandhom ikunu meħtieġa jiddivulgaw informazzjoni finanzjarja awditjata, li turi b'mod partikolari, il-fatturat totali tagħhom maqsum skont it-tariffi tal-awditjar mħallsa minn entitajiet ta' interess pubbliku, tariffi tal-awditjar mħallsa minn entitajiet oħrajn u drittijiet għal servizzi oħrajn. Għandhom jiddivulgaw ukoll informazzjoni finanzjarja fil-livell tan-netwerk li jappartjenu għalih. Ir-rapporti ta' trasparenza tad-ditti tal-awditjar għandhom jinkludu dikjarazzjoni fuq il-governanza korporattiva bil-għan li jintwera jekk id-ditta tal-awditjar iżżommx arranġamenti għal governanza korporattiva b'saħħitha. Informazzjoni supplimentari addizzjonali fuq it-tariffi tal-awditjar tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti bil-għan li jiġu ffaċilitati l-kompiti superviżorji tagħhom. |
(22) Sabiex tiżdied il-fiduċja fl-awdituri u r-responsabilità tagħhom u tad-ditti tal-awditjar statutorji li jwettqu l-awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku, huwa importanti li r-rapportar tat-trasparenza minn awdituri u ditti tal-awditu statutorju jiżdied. Għaldaqstant, awdituri u ditti tal-awditu statutorju għandhom ikunu meħtieġa jiddivulgaw informazzjoni finanzjarja awditjata, li turi b'mod partikolari, il-fatturat totali tagħhom maqsum skont l-onorarji tal-awditjar mħallsa minn entitajiet ta' interess pubbliku, onorarji tal-awditjar mħallsa minn entitajiet oħrajn u drittijiet għal servizzi oħrajn. Għandhom jiddivulgaw ukoll informazzjoni finanzjarja fil-livell tan-netwerk li jappartjenu għalih. Informazzjoni supplimentari addizzjonali fuq l-onorarji tal-awditjar tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti bil-għan li jiġu ffaċilitati l-kompiti superviżorji tagħhom. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Il-kumitati tal-awditjar, jew korpi li jwettqu funzjoni ekwivalenti fi ħdan entità awditjata, għandhom rwol deċiżiv x'jikkontribwixxu għal awditu statutorju ta' kwalità għolja. Huwa partikolarment importanti li l-indipendenza u l-kompetenza teknika tal-kumitat tal-awditjar jissaħħu billi jkun meħtieġ li maġġoranza tal-membri tiegħu tkun indipendenti u li għallinqas membru wieħed tal-kumitat ikollu kompetenza fl-awditjar u wieħed fl-awditjar u/jew kontabilità. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2005 dwar ir-rwol ta' diretturi jew diretturi superviżorji ta' kumpaniji elenkati u fuq il-kumitat tal-bord (superviżorju) tistabilixxi kif jiġu stabiliti u kif għandhom jaħdmu l-kumitati tal-awditjar. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra d-dimensjoni tal-bordijiet fil-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa u f'entitajiet ta' interess pubbliku żgħar u medji, ikun xieraq li l-funzjonijiet assenjati lill-kumitat tal-awditjar għal dawk l-entitajiet, jew lil korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti fi ħdan entità awditjata, jistgħu jitwettqu mill-korp amministrattiv jew superviżorju b'mod ġenerali. Entitajiet ta' interess pubbliku li huma UCITS jew fondi ta' investiment alternattiv għandhom ikunu eżentati wkoll mill-obbligu li jkun hemm kumitat tal-awditjar. Din l-eżenzjoni tqis il-fatt li fejn dawk il-fondi jiffunzjonaw sempliċiment għall-finijiet ta' ppuljar ta' assi, l-użu ta' kumitat tal-awditjar mhuwiex adegwat. Il-UCITS u fondi ta' investimenti alternattiv, kif ukoll il-kumpaniji maniġerjali tagħhom, jaħdmu f'ambjent regolatorju ddefinit b'mod strett u huma soġġetti għal mekkaniżmi ta' governanza speċifiċi bħal kontrolli eżerċitati mid-depożitarji tagħhom. |
imħassar |
Il-premessa 23 hija ttrasferita għall-premessa 11a (ġdida) tad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Huwa importanti li jissaħħaħ ir-rwol tal-kumitat tal-awditjar fl-għażla ta' awditur statutorju ġdid jew ditta tal-awditjar, għall-benefiċċju ta' deċiżjoni aktar informata tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew membri tal-entità awditjata. Għaldaqstant, meta jressaq proposta fil-laqgħa ġenerali, il-bord għandu jispjega jekk din tkunx qed issegwi r-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar u, jekk le, għalfejn. Ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar għandha tinkludi għallinqas żewġ għażliet possibbli għall-inkarigu tal-awditjar u preferenza ġġustifikata kif dovut għal waħda minnhom, sabiex il-laqgħa ġenerali tkun tista' tagħmel għażla reali. Sabiex tkun ipprovduta ġustifikazzjoni ġusta u xierqa fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-kumitat tal-awditjar għandu juża r-riżultati ta' proċedura tas-selezzjoni mandatorja organizzata mill-entità awditjata, taħt ir-responsabilità tal-kumitat tal-awditjar. F'din il-proċedura tas-selezzjoni, l-entità awditjata għandha tistieden lil awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, inklużi dawk iżgħar, sabiex jippreżentaw proposti għall-inkarigu tal-awditjar. Dokumenti ta' sejħiet għall-offerti għandu jkun fihom kriterji tal-għażla trasparenti u mhux diskriminatorji sabiex jintużaw għall-evalwazzjoni tal-proposti. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra li din il-proċedura tas-selezzjoni tista' tinvolvi spejjeż sproporzjonati għall-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa jew entitajiet ta' interess pubbliku żgħar jew medji wara li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni tagħhom, huwa xieraq li dawn l-entitajiet jinħelsu minn dan l-obbligu. |
(24) Huwa importanti li jissaħħaħ ir-rwol tal-kumitat tal-awditjar fl-għażla ta' awditur statutorju ġdid jew ditta tal-awditjar, għall-benefiċċju ta' deċiżjoni aktar informata tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew membri tal-entità awditjata. Għaldaqstant, meta jressaq proposta fil-laqgħa ġenerali, il-bord għandu jispjega jekk din tkunx qed issegwi r-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar u, jekk le, għalfejn. Ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar għandha tinkludi għallinqas żewġ għażliet possibbli għall-inkarigu tal-awditjar u preferenza għal waħda minnhom, sabiex il-laqgħa ġenerali tkun tista' tagħmel għażla reali. Sabiex tkun ipprovduta ġustifikazzjoni ġusta u xierqa fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-kumitat tal-awditjar għandu juża r-riżultati ta' proċedura tas-selezzjoni mandatorja organizzata mill-entità awditjata, taħt ir-responsabilità tal-kumitat tal-awditjar. F'din il-proċedura tas-selezzjoni, l-entità awditjata għandha tistieden lil awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, inklużi dawk iżgħar, sabiex jippreżentaw proposti għall-inkarigu tal-awditjar. Dokumenti ta' sejħiet għall-offerti għandu jkun fihom kriterji tal-għażla trasparenti u mhux diskriminatorji sabiex jintużaw għall-evalwazzjoni tal-proposti. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra li din il-proċedura tas-selezzjoni tista' tinvolvi spejjeż sproporzjonati għall-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa jew entitajiet ta' interess pubbliku żgħar jew medji wara li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni tagħhom, huwa xieraq li dawn l-entitajiet jinħelsu minn dan l-obbligu. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 25 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) Id-dritt tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew tal-membri tal-entità awditjata sabiex jagħżlu l-awditur jew id-ditta tal-awditjar statutorja ma jkollu l-ebda valur li kieku l-entità awditjata kellha tidħol f'kuntratt ma' parti terza li tipprovdi restrizzjoni ta' għażla bħal din. Għaldaqstant, kull klawsola kuntrattwali li tidħol għaliha entità awditjata ma' parti terza rigward il-ħatra jew ir-restrizzjoni tal-għażla ta' awditur jew ta' ditta tal-awdituri partikolari tiġi kkunsidrata nulla u bla effett. |
(25) Id-dritt tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew tal-membri tal-entità awditjata sabiex jagħżlu l-awditur jew id-ditta tal-awditjar statutorja ma jkollu l-ebda valur li kieku l-entità awditjata kellha tidħol f'kuntratt ma' parti terza li tipprovdi restrizzjoni ta' għażla bħal din. Għaldaqstant, kull klawsola kuntrattwali li tidħol għaliha entità awditjata ma' parti terza rigward il-ħatra jew ir-restrizzjoni tal-għażla għal awdituri jew ditti tal-awdituri partikolari tiġi kkunsidrata nulla u bla effett. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 26 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) Il-ħatra ta' aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda minn ċerti entitajiet ta' interess pubbliku tinforza x-xettiċiżmu professjonali u tikkontribwixxi għaż-żieda fil-kwalità tal-awditjar. Barra minn hekk, din il-miżura flimkien mal-preżenza ta' ditti tal-awditjar iżgħar tiffaċilita l-iżvilupp tal-kapaċità ta' tali ditti, b'hekk jikkontribwixxu għal żieda fl-għażla tal-awtdituri statutorji u ditti tal-awditjar għal entitajiet ta' interess pubbliku. Għaldaqstant, jiġi promoss u inċentivizzat dan tal-aħħar biex jinħatru aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda sabiex iwettqu l-awditu statutorju. |
imħassar |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 27 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Sabiex tiġi indirizzata t-theddida tal-familjarità u għaldaqstant, sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-awdituri u tad-ditti tal-awditjar, huwa importanti li tiġi stabilita durata massima tal-inkarigu tal-awditjar ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar f'entità awditjata partikolari. Jiġi stabilit mekkaniżmu ta' rotazzjoni gradwali xieraq fir-rigward tal-aktar persunal anzjan involut fl-awditjar statutorju, inklużi s-sħab ewlenin tal-awditjar li jwettqu l-awditjar statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. Huwa importanti wkoll li jitfassal perjodu xieraq li fih it-tali awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ma jistgħux iwettqu l-awditu statutorju tal-istess entità. Sabiex tkun żgurata tranżizzjoni mingħajr intoppi, l-ex awditur għandu jittrasferixxi fajl ta' trasferiment bl-informazzjoni rilevanti lill-awditur ta' warajh. |
(27) Sabiex tiġi indirizzata t-theddida tal-familjarità u għaldaqstant, sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-awdituri u tad-ditti tal-awditjar, rotazzjoni gradwali tiġi żgurata fir-rigward tal-aktar persunal anzjan involut fl-awditjar statutorju, inklużi s-sħab ewlenin tal-awditjar li jwettqu l-awditjar statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 27a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27a) It-tfigħ ta' offerti mandatorju, regolari u miftuħ fir-rigward kemm tas-servizzi ta' awditjar kif ukoll tas-servizzi mhux ta' awditjar joffri opportunità lill-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju biex jippreżentaw is-servizzi u l-ħiliet tagħhom fi proċess trasparenti u jżidu l-viżibbiltà tagħhom bħala fornituri ta' servizzi lill-entitajiet ta' interess pubbliku. It-tfigħ ta' offerti jħeġġeġ bil-qawwi lill-kumitati tal-awditjar iqisu firxa usa' ta' fornituri prospettivi ta' servizzi tal-awditjar u mhux tal-awditjar. L-għan tad-dispożizzjonijiet għat-tfigħ ta' offerti stabbiliti f'dan ir-Regolament mhuwiex, madankollu, li jisforza rotazzjoni ta' fornituri ta' servizzi mhux tal-awditjar u ta' awdituri. Ħatra mill-ġdid ripetuta hija permessa b'mod espliċitu jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dawk id-dispożizzjonijiet jiġu sodisfatti bis-sħiħ. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 29 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(29) Sabiex ikun żgurat livell għoli ta' kunfidenza tal-investitur u tal-konsumatur fis-suq intern billi jiġu evitati kunflitti ta' interess, l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu indipendenti mill-professjoni tal-awditjar u li għandhom kapaċità, kompetenzi u riżorsi adegwati. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandu jkollhom is-setgħat neċessarji sabiex iwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom, inkluża l-kapaċità li jaċċedu għal dokumenti, jitolbu informazzjoni minn kwalunkwe persuna u jwettqu spezzjonijiet. Għandhom jispeċjalizzaw fis-superviżjoni tas-swieq finanzjarji, ta' konformità mal-obbligi ta' rapportar finanzjarju jew fis-sorveljar tal-awditjar statutorju. Madanakollu, għandu jkun possibbli li s-superviżjoni tal-konformità mal-obbligi imposti fuq l-entitajiet ta' interess pubbliku titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' dawk l-entitajiet. L-iffinanzjar tal-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ħieles minn kwalunkwe influwenza żejda minn awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar. |
(29) Sabiex ikun żgurat livell għoli ta' kunfidenza tal-investitur u tal-konsumatur fis-suq intern billi jiġu evitati kunflitti ta' interess, l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu indipendenti mill-professjoni tal-awditjar u li għandhom kapaċità, kompetenzi u riżorsi adegwati. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandu jkollhom is-setgħat neċessarji sabiex iwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom, inkluża l-kapaċità li jaċċedu għal dokumenti, jitolbu informazzjoni minn kwalunkwe persuna u jwettqu spezzjonijiet. Għandhom jispeċjalizzaw fis-superviżjoni tal-konformità mal-obbligi ta' rapportar finanzjarju jew fis-sorveljar tal-awditjar statutorju. Madanakollu, għandu jkun possibbli li s-superviżjoni tal-konformità mal-obbligi imposti fuq l-entitajiet ta' interess pubbliku titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' dawk l-entitajiet. L-iffinanzjar tal-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ħieles minn kwalunkwe influwenza żejda minn awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 32 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(32) L-investigazzjonijiet jgħinu fid-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezjoni ta' twettiq inadegwat tal-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħa li jwettqu investigazzjonijiet ta' awdituri statutorji u ditti tal-awditjar. |
(32) L-investigazzjonijiet jgħinu fid-detezzjoni, il-prevenzjoni u l-korrezjoni ta' twettiq inadegwat tal-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku. Għaldaqstant, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw is-setgħa li jwettqu investigazzjonijiet ta' awdituri statutorji u ditti tal-awditjar. Meta jwettqu investigazzjoni, huma għandhom ikunu jistgħu jikkollaboraw mal-entitajiet professjonali tal-awdituri. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 33 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(33) Is-suq għall-forniment ta' servizzi tal-awditjar statutorju lil entitajiet ta' interess pubbliku jevolvi maż-żmien. Għaldaqstant, huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-iżviluppi fis-suq, b'mod partikolari fir-rigward tal-għażla limitata possibbli ta' awdituri u r-riskji li jirriżultaw minn konċentrazzjoni għolja fis-suq. |
(33) Is-suq għall-forniment ta' servizzi tal-awditjar statutorju lil entitajiet ta' interess pubbliku jevolvi maż-żmien. Għaldaqstant, huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-iżviluppi fis-suq, b'mod partikolari fir-rigward tal-effetti tal-forniment ta' servizzi ta' garanzija, servizzi ta' konsulenza dwar it-taxxa u servizzi oħrajn differenti mill-awditjar lil klijenti ta' entitajiet ta' interess pubbliku rigward fiduċja fil-kwalità tal-ħidma tal-awditjar, l-indipendenza tal-awdituri u r-rwol ta' kumitati tal-awditjar fil-monitoraġġ tal-kwalità tax-xogħol tal-awditjar u l-ħarsien tal-indipendenza tal-awdituri. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 36a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(36a) Dan ir-Regolament jiżgura kooperazzjoni fl-Unjoni kollha u kkoordinata mill-ESMA, bejn l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-attivitajiet tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar li jawditjaw ir-rapporti finanzjarji ta' entitajiet ta' interess pubbliku. Għalhekk, l-ESMA se tkun responsabbli għall-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni fl-Unjoni kollha li sa issa kien jopera taħt l-awspiċji tal-Grupp Ewropew ta' Korpi ta' Sorveljanza tal-Awditjar (EGAOB), grupp ta' esperti stabbilit bid-Deċiżjoni 2005/909/KE1 u ppresedut mill-Kummissjoni Ewropea, permezz tal-ħolqien ta' kumitat intern permanenti magħmul mill-awtoritajiet kompetenti li ġew nominati biex iwettqu l-kompiti previsti f'dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2006/43/KE, li sa issa kienu jikkostitwixxu l-EGAOB, huma membri sħaħ tal-imsemmi kumitat intern permanenti. Għaldaqstant, il-ħidma siewja tal-EGAOB se titkompla fi ħdan il-kumitat intern permanenti. Is-superviżjoni pubblika għandha tkompli titwettaq fl-livell nazzjonali. |
|
____________________ |
|
1 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE tal-14 ta' Diċembru 2005 li twaqqaf grupp ta' esperti biex jagħtu parir lill-Kummissjoni u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn sistemi pubbliċi ta' kontroll għal awdituri statutorji u ditti tal-verifika finanzjarja (ĠU L 329, 16.12.2005, p. 38). |
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 38 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(38) Ir-rikonoxximent tal-aptitudni tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar sabiex iwettqu l-awditi statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku għandu jiffaċilita l-aċċess tal-awdituri u tad-ditti għal klijenti oħra. Għaldaqstant, huwa importanti li jiġi pprovdut Ċertifikat tal-Kwalità ta' dimensjoni Ewropea li jiġi żviluppat mill-AETS. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom ikunu involuti fl-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikat. |
imħassar |
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 40 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(40) Kapaċità sostenibbli tal-awditjar u suq kompetittiv għas-servizzi tal-awditjar statutorju li fihom ikun hemm biżżejjed għażla ta' ditti tal-awditjar li kapaċi jwettqu awditi statutorji fuq entitajiet ta' interess pubbliku jkunu meħtieġa sabiex jiġi żgurat funzjonament bla ħarir tas-swieq kapitali. L-AETS għandha tirrapporta dwar il-bidliet fl-istruttura tas-suq tal-awditjar miġjuba minn dan ir-Regolament. Meta twettaq tali analiżi, l-AETS għandha tqis l-impatt tar-regoli nazzjonali tal-obbligazzjoni ċivili għall-awdituri statutorji fuq l-istruttura tas-suq tal-awditjar. Abbażi ta' tali rapport u evidenza oħra xierqa, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-impatt tar-regoli nazzjonali dwar l-obbligazzjonijiet tal-awdituri statutorji fl-istruttura tas-suq tal-awditjar u għandha tiegħu l-passi li tqis xierqa skont ir-riżultat tas-sejbiet tagħha. |
(40) Kapaċità sostenibbli tal-awditjar u suq kompetittiv għas-servizzi tal-awditjar statutorju li fihom ikun hemm biżżejjed għażla ta' ditti tal-awditjar li kapaċi jwettqu awditi statutorji fuq entitajiet ta' interess pubbliku jkunu meħtieġa sabiex jiġi żgurat funzjonament bla ħarir tas-swieq kapitali. In-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK) għandu jirrapporta dwar il-bidliet fl-istruttura tas-suq tal-awditjar miġjuba minn dan ir-Regolament. Meta jwettaq tali analiżi, l-NEK għandu jqis l-impatt tar-regoli nazzjonali tar-responsabbiltà ċivili għall-awdituri statutorji fuq l-istruttura tas-suq tal-awditjar. Abbażi ta' tali rapport u evidenza oħra xierqa, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-impatt tar-regoli nazzjonali dwar r-responsabbiltà tal-awdituri statutorji fl-istruttura tas-suq tal-awditjar u għandha tiegħu l-passi li tqis xierqa skont ir-riżultat tas-sejbiet tagħha. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 41 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(41) Sabiex titjieb il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta' Diċembru 2010 intitolata 'Rinfurzar tar-reġimi tas-sanzjonar fis-settur tas-servizzi finanzjarji', għandhom jittejbu s-setgħa tal-awtoritajiet kompetenti li jadottaw miżuri ta' sorveljanza u s-setgħat tagħhom ta' sanzjonar. Jiġu previsti sanzjonijiet pekunarji amministrattivi fuq awdituri statutorji, ditti tal-awditjar u entitajiet ta' interess pubbliku għal vjolazzjonijiet identifikati. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu trasparenti dwar is-sanzjonijiet u l-miżuri li japplikaw. L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali kif stabiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7), id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8) u d-dritt għal rimedju effikaċi u għal proċess imparzjali (l-Artikolu 47). |
(41) Sabiex titjieb il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet pekunarji amministrattivi fuq l-awdituri statutorji, id-ditti tal-awditjar u l-entitajiet ta' interess pubbliku għal ksur identifikat. Għal dak il-għan, il-miżuri u s-sanzjonijiet għandhom ikunu dissważivi biżżejjed, proporzjonati u infurzati b'mod konsistenti. L-adozzjoni u l-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet għandhom jirrispettaw id-drittijiet fundamentali kif stabiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja (l-Artikolu 7), id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (l-Artikolu 8) u d-dritt għal rimedju effikaċi u għal proċess imparzjali (l-Artikolu 47). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkunu soġġetti għad-dritt ta' appell fil-qrati. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 42 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(42) L-informaturi (whistleblowers) jistgħu jiġdbu l-attenzjoni tal-awtoritajiet kompetenti lejn informazzjoni ġdida li tassistihom fl-identifikazzjoni u s-sanzjonar ta' irregolaritajiet, inkluż frodi. Madankollu, l-informaturi jistgħu jiġu skuraġġiti milli jagħmlu hekk minħabba li jibżgħu minn ritaljazzjoni, jew jista' ma jkollhomx biżżejjed inċentivi biex jagħmlu hekk. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm arranġamenti adegwati fis-seħħ sabiex jinkoraġġixxu lill-informaturi sabiex javżawhom bi ksur possibbli ta' dan ir-Regolament u sabiex jipproteġuhom minn ritaljazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jipprovdulhom ukoll inċentivi sabiex jagħmlu dan; madanakollu, l-informaturi għandhom ikunu eliġibbli għal dawn l-inċentivi meta dawn jixħtu dawl fuq informazzjoni ġdida li mhumiex diġà obbligati jinnotifikaw mil-liġi u fejn din l-informazzjoni tirriżulta f'sanzjoni għal ksur ta' dan ir-Regolament biss. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-iskemi ta' kxif ta' informazzjoni mistura li jimplimentaw jinkludu mekkaniżmi li jipprovdu protezzjoni xierqa ta' persuna rrapportata, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali tiegħu u li jiżguraw id-dritt li l-persuna rrapportata tiddefendi ruħha u li tinstema' qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni li tikkonċernaha kif ukoll id-dritt li tfittex rimedju effikaċi quddiem tribunal kontra deċiżjoni li tikkonċernaha. |
imħassar |
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 43 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(43) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi l-ġodda fl-awditjar u fis-suq tal-awditjar, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tispeċifika rekwiżiti tekniċi dwar il-kontenut tal-fajl tat-trasferiment li l-awditur statutorju l-ġdid jew id-ditta tal-awditjar il-ġdida għandhom jirċievu u fuq l-istabiliment ta' ċertifikat Ewropew tal-kwalità għal awdituri statutorji u ditti tal-awditjar li jwettqu awditi statutorji ta' entitajiet ta' interess pubbliku. |
imħassar |
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 44 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(44) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, fl-awditjar u fil-professjoni tal-awditjar u sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stabiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, l-użu tal-atti delegati huwa neċessarju sabiex il-lista ta' servizzi tal-awditjar relatati u ta' servizzi mhux tal-awditjar tiġi adattata kif ukoll sabiex jiġi stabilit il-livell ta' tariffi li l-AETS tkun tista' titlob għall-għoti taċ-ċertifikat Ewropew tal-kwalità lil awdituri statutorji u lil ditti tal-awditjar. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(44) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, fl-awditjar u fil-professjoni tal-awditjar, u sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stabiliti f'dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tal-lista ta' servizzi tal-awditar relatati u ta' servizzi mhux tal-awditjar. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 45 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(45) Sabiex tiżgura ċertezza legali u t-tranżizzjoni mingħajr intoppi lir-reġim varat b'dan ir-Regolament, huwa importanti li jitnieda reġim tranżitorju rigward id-dħul fis-seħħ tal-obbligu ta' rotazzjoni tad-ditti tal-awditjar, l-obbligu ta' organizzazzjoni ta' proċedura tas-selezzjoni għall-għażla tad-ditta tal-awditjar u l-konverżjoni tad-ditti tal-awditjar f'ditti li jipprovdu servizzi tal-awditjar biss. |
imħassar |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri jistgħu jeżentaw entitajiet ta' interess pubbliku li ma jkunux ħarġu titoli trasferibbli ammessi għan-negozjar f'suq regolat fit-tifsira tal-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE u l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar minn wieħed jew aktar mir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 4 |
imħassar |
Entitajiet ta' interess pubbliku kbar |
|
Għall-finijiet ta' dan ir-regolament, 'entitajiet ta' interess pubbliku kbar' tkopri dawn li ġejjin |
|
(a) fir-rigward ta' entitajiet iddefiniti fil-punt 13(a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE, l-akbar 10 emittenti ta' ishma f'kull Stat Membru imkejla mill-kapitalizzazzjoni tas-suq fuq il-bażi tal-kwoti ta' tmiem is-sena u fi kwalunkwe każ, l-emittenti tal-ishma kollha li kellhom kapitalizzazzjoni tas-suq medja ta' aktar minn EUR 1 000 000 000 fuq il-bażi ta' kwoti ta' tmiem is-sena għat-tliet snin kalendarji preċedenti; |
|
(b) fir-rigward ta' entitajiet iddefiniti fil-punti 13(b) sa (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE, kwalunkwe entità li fuq il-karta bilanċjali tagħha jkollha total fuq il-karta bilanċjali ta' iktar minn EUR 1 000 000 000; |
|
(c) fir-rigward ta' entitajiet iddefiniti fil-punti 13(g) u (h) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE, kwalunkwe entità li fuq il-karta bilanċjali tagħha jkollha assi totali taħt amministrazzjoni ta' aktar minn EUR 1 000 000 000. |
|
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li t-twettiq ta' awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku ma jkunx affettwat minn xi kunflitt ta' interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta' negozju jew ta' xorta oħra li tinvolvi lill-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jkunu qegħdin iwettqu l-awditu statutorju u, fejn xieraq, in-netwerk, il-maniġers, l-awdituri, l-impjegati u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar, jew kwalunkwe persuna b'konnessjoni diretta jew indiretta mal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar b'kontroll. |
Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiżguraw li l-indipendenza tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jkunu qegħdin iwettqu l-awditu statutorju ma tiġix kompromessa minn relazzjonijiet finanzjarji, personali, ta' negozju, ta' impjieg jew relazzjonijiet oħra li jinvolvu l-awditur statutorju, id-ditta tal-awditjar, in-netwerk tagħha, jew kwalunkwe persuna fiżika f'pożizzjoni li tinfluwenza b'mod dirett jew indirett ir-riżultat tal-awditjar statutorju. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 6 |
imħassar |
Organizzazzjoni interna ta' awdituri u ditti tal-awditjar |
|
1. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jikkonformaw mar-rekwiżiti organizzazzjonali li ġejjin: |
|
(a) id-ditta tal-awditjar tistabilixxi politiki u proċeduri adegwati sabiex tiżgura li s-sidien u l-azzjonisti tagħha kif ukoll il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tad-ditta, jew ta' ditta affiljata, ma jintervjenux fit-twettiq ta' awditu statutorju b'xi mod li jippreġudika l-indipendenza u l-oġġettività tal-awditur statutorju li jwettaq l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar; |
|
(b) l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ikollhom proċeduri amministrattivi u kontabilistiċi sodi, mekkaniżmi ta' kontroll intern, proċeduri effikaċi għall-valutazzjoni tar-riskju, u arranġamenti effikaċi ta' kontroll u salvagwardja għal sistemi tal-ipproċessar tal-informazzjoni. |
|
Dawk il-mekkaniżmi ta' kontroll intern ikunu ddisinnjati biex jiżguraw konformità ma' deċiżjonijiet u proċeduri f'kull livell tad-ditta tal-awditjar jew tal-istruttura ta' ħidma tal-awditur statutorju. |
|
Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jimplimentaw u jżommu proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet u strutturi organizzattivi li b'mod ċar u dokumentat jispeċifikaw linji ta' rapportar u jallokaw funzjonijiet u responsabilitajiet; |
|
(c) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabilixxu politiki u proċeduri adegwati biex jiżguraw li l-impjegati tagħhom u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tagħhom jew taħt il-kontroll tagħhom u li huma involuti direttament fl-attivitajiet ta' awditu statutorju jkollhom għarfien u esperjenza xierqa għad-dmirijiet assenjati; |
|
(d) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabilixxu politiki u proċeduri biex jiżguraw li l-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet importanti tal-awditjar ma ssirx b'tali mod li tiddebolixxi l-kwalità tal-kontroll intern tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar u l-abilità tal-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw il-konformità tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar mal-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament; |
|
(e) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabilixxu arranġamenti organizzattivi u amministrattivi xierqa u effettivi biex jipprevjenu, jidentifikaw, jeliminaw jew jiġġestixxu u jiddivulgaw kwalunkwe theddida għall-indipendenza msemmija fl-Artikolu 11(2); |
|
(f) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabilixxu proċeduri u standards xierqa għat-twettiq ta' awditi statutorji ta' entitajiet ta' interess pubbliku, ikkowċjar, superviżjoni u eżaminazzjoni ta' attivitajiet ta' impjegati u l-organizzazzjoni tal-istruttura tal-fajl tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 15(5); |
|
(g) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabilixxu sistema interna ta' kontroll tal-kwalità sabiex jiżguraw il-kwalità tal-awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku. Is-sistema ta' kontroll tal-kwalità mill-inqas tkopri l-proċeduri u l-istandards deskritti fil-punt (f). Fil-każ ta' ditta tal-awditjar, ir-responsabilità tas-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità taqa' fuq persuna li tikkwalifika bħala awditur statutorju; |
|
(h) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jużaw sistemi, riżorsi u proċeduri xierqa sabiex jiżguraw kontinwità u regolarità fit-twettiq tal-attivitajiet tagħhom ta' awditu statutorju; |
|
(i) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabilixxu politika biex jipprekludu l-involviment tagħhom u dak tal-impjegati tagħhom fi kwalunkwe reat kriminali jew ksur tal-liġi fit-twettiq ta' ħidmiethom. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jistabilixxu wkoll arranġamenti organizzazzjonali u amministrattivi xierqa u effikaċi għat-trattament u r-reġistrazzjoni ta' inċidenti li jew jista' jkollhom konsegwenzi serji għall-integrità tal-attivitajiet tagħhom ta' awditu statutorju; |
|
(j) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jkollhom politiki adegwati ta' rimunerazzjoni li jipprovdu inċentivi suffiċjenti ta' prestazzjoni sabiex jiżguraw il-kwalità tal-awditu. B'mod partikolari, il-kumpens u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-impjegati ma jiddependux fuq l-ammont ta' dħul li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksbu mill-entità li jiġu awdijati; |
|
(k) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jimmonitorjaw u jevalwaw l-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistemi, il-kontroll intern u l-mekkaniżmi u arranġamenti interni ta' kontroll tal-kwalità stabiliti b'konformità ma' dan ir-Regolament u jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw kwalunkwe defiċenza. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar b'mod partikolari jwettqu evalwazzjoni annwali tas-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità msemmija fil-punt (g). Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar iżommu rekords tas-sejbiet ta' dik l-evalwazzjoni u kwalunkwe miżura proposta biex tiġi mmodifikata s-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità. |
|
Il-politiki u l-proċeduri msemmija fl-ewwel subparagrafu jkunu ddokumentati u kkomunikati lill-impjegati tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar. |
|
Kwalunkwe esternalizzazzjoni ta' funzjoni tal-awditjar kif imsemmi fil-punt (d) ma taffettwax ir-responsabilità tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar lejn l-entità awditjata. |
|
2. L-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jieħdu f'kunsiderazzjoni d-daqs tagħhom u l-kumplessità tal-attivitajiet meta jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. |
|
L-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ikunu jistgħu juru lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) li tali konformità hija proporzjonata mad-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar. |
|
L-Artikolu 6 huwa ttrasferit għall-Artikolu 24a (ġdid) tad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 7 |
imħassar |
Indipendenza mill-entità awditjata |
|
1. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar u kwalunkwe detentur ta' drittijiet ta' votazzjoni f'ditta tal-awditjar ikunu indipendenti mill-entità awditjata u ma jkunux involuti fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-entità awditjata. |
|
2. Awditur statutorju, ditta tal-awditjar, is-sħab ewlenin tagħhom tal-awditjar, l-impjegati tagħhom kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitpoġġew għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll ta' tali awditur jew ditta u li tkun involuta direttament fl-attivitajiet tal-awditu statutorju, u persuni assoċjati magħhom mill-qrib fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/72/KE ma jixtrux jew ibiegħux jew jidħlux f'xi tranżazzjoni għal xi strument finanzjarju maħruġ, iggarantit jew b'xi mod ieħor appoġġat minn entità li tkun ġiet awditjata fil-qasam tal-attivitajiet tagħhom ta' awditu statutorju minbarra parteċipazzjonijiet fi skemi diversifikati ta' investiment kollettiv, inklużi fondi mmaniġjati bħal fondi tal-pensjoni jew assigurazzjoni tal-ħajja. |
|
3. Il-persuni jew ditti li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2 ma jipparteċipawx jew b'xi mod ieħor jinfluwenzaw id-determinazzjoni ta' awditu statutorju ta' xi entità partikolari li jkun sarilha awditu jekk huma: |
|
(a) ikunu sidien ta' strumenti finanzjarji tal-entità awditjata, minbarra parteċipazzjonijiet fi skemi diversifikati ta' investiment kollettiv; |
|
(b) ikunu sidien ta' strumenti finanzjarji ta' xi entità relatata ma' entità li tkun ġiet awditjata, li s-sjieda tagħha tista' tikkawża ġew ġeneralment tiġi pperċepita bħala li tikkawża kunflitt ta' interess, minbarra parteċipazzjonijiet fi skemi diversifikati ta' investiment kollettiv; |
|
(c) kellhom impjieg reċenti, negozju jew relazzjoni oħra mal-entità li ġiet awditjata li tista' tikkawża ġew ġeneralment tiġi pperċepita bħala li tikkawża kunflitt ta' interess. |
|
4. Il-persuni jew ditti li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2 ma jitolbux jew jaċċettaw flus, rigali jew favuri mingħand xi ħadd li miegħu l-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ikollhom relazzjoni kuntrattwali. |
|
5. Il-provvedimenti nazzjonali dwar l-etika professjonali adottati taħt l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2006/43/KE li ma jkunux kumpatibbli mal-paragrafi 2, 3 u 4 ma japplikawx. |
|
L-Artikolu 7 huwa ttrasferit għall-Artikolu 22 tad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 8 |
imħassar |
Impjieg minn entitajiet ta' interess pubbliku ta' ex awdituri statutorji jew ta' impjegati ta' awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar |
|
1. Awditur statutorju jew sieħeb prinċipali tal-awditjar li jwettaq awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku f'isem ditta tal-awditjar, qabel ma jkun għadda perjodu ta' mill-inqas sentejn minn meta jkun irriżenja mill-kariga ta' awditur statutorju jew sieħeb prinċipali tal-awditjar mill-inkarigu tal-awditjar, ma jassumix xi wieħed minn dawn id-dmirijiet: |
|
(a) it-teħid ta' pożizzjoni maniġerjali prinċipali fi ħdan l-entità awditjata; |
|
(b) isir membru tal-kumitat tal-awditjar tal-entità awditjata jew, fejn dan il-kumitat ma jkunx jeżisti, tal-korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti għal kumitat tal-awditjar; |
|
(c) isir membru mhux eżekuttiv tal-korp amministrattiv jew membru tal-korp superviżorju tal-entità awditjata. |
|
2. L-impjegati ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku kif ukoll kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitpoġġew għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll ta' tali awditur jew ditta, meta dawn l-impjegati jew persuni fiżiċi oħra jiġu approvati bħala awdituri statutorji, qabel ma jkun skada perjodu ta' mill-inqas sena minn meta jkunu direttament involuti fl-attivitajiet tal-awditjar statutorju, ma jassumux xi wieħed mid-dmirijiet li għalihom issir referenza fil-punti (a), b) u (c) tal-paragrafu 1. |
|
L-Artikolu 8 huwa ttrasferit għall-Artikolu 22a (ġdid) tad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Meta l-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jipprovdu lill-entità awditjata b'servizzi ta' awditjar finanzjarju relatati, kif imsemmi fl-Artikolu 10(2), it-tariffi għal tali servizzi jkunu limitati għal mhux aktar minn 10 % tat-tariffi mħallsa mill-entità awditjata għall-awditu statutorju. |
imħassar |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta t-tariffi totali riċevuti minn entità ta' interess pubbliku soġġetta għall-awditu statutorju jkunu jirrappreżentaw, għal sentejn konsekuttivi, 15 % jew aktar tat-tariffi annwali totali riċevuti mill-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettqu l-awditu statutorju, l-awditur jew ditta jinformaw lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) b'tali sitwazzjoni. L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) tiddeċiedi dwar il-bażi tal-motivazzjonijiet oġġettivi pprovduti mill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar, jekk l-awditur statorju jew id-ditta tal-awditjar ta' tali entità tistax tkompli twettaq l-awditu statutorju għal perjodu addizzjonali li fi kwalunkwe każ ma jkunx itwal minn sentejn. |
Meta l-onorarji totali riċevuti minn entità ta' interess pubbliku soġġetta għall-awditu statutorju jkunu jirrappreżentaw, għal sentejn konsekuttivi, 15 % jew aktar tat-tariffi annwali totali riċevuti mill-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettqu l-awditu statutorju, l-awditur jew ditta jinformaw lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) b'tali sitwazzjoni. L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) tista' tiddeċiedi dwar il-bażi tal-motivazzjonijiet oġġettivi pprovduti mill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar, jekk l-awditur statorju jew id-ditta tal-awditjar ta' tali entità tistax tkompli twettaq l-awditu statutorju għal perjodu addizzjonali li fi kwalunkwe każ ma jkunx itwal minn sentejn. |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Meta japplika l-Artikolu 37(2) tad-Direttiva 2006/43/KE, il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma japplikax. |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 10 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Projbizzjoni tal-forniment ta' servizzi mhux ta' awditjar |
Servizzi mhux ta' awditjar |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku jistgħu jipprovdu lill-entità awditjata, lill-impriża azzjonarja tagħha u lill-impriżi kontrollati tagħha servizzi tal-awditjar u servitti tal-awditjar finanzjaru relatati. |
1. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku jistgħu jipprovdu lill-entità awditjata, lill-impriża azzjonarja tagħha u lill-impriżi kontrollati tagħha servizzi tal-awditjar, servizzi ta' garanzija oħrajn, servizzi ta' konsulenza dwar it-taxxa u servizzi oħrajn mhux ta' awditjar għajr servizzi mhux ta' awditjar ipprojbiti meta l-forniment ta' dawk is-servizzi jkun ġie approvat mill-kumitat tal-awditjar bi qbil mal-politika tal-awditjar approvata skont l-Artikolu 10a, u l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ikunu huma stess sodisfatti li l-forniment ta' dawk is-servizzi ma jirrappreżentax theddida għall-indipendenza tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar li ma tistax titnaqqas għal livell aċċettabbli bl-applikazzjoni ta' salvagwardji. |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta l-awditur statutorju jkun jappartjeni għal netwerk, membru ta' tali netwerk jista' jipprovdi lill-entità awditjata, lill-impriża holding tagħha u lill-impriżi kontrollati tagħha fi ħdan l-Unjoni servizzi ta' awditjar statutorju u servizzi ta' awditjar finanzjarju relatati. |
Meta l-awditur statutorju jkun jappartjeni għal netwerk, membru ta' tali netwerk jista' jipprovdi lill-entità awditjata, lill-impriża holding tagħha u lill-impriżi kontrollati tagħha fi ħdan l-Unjoni servizzi ta' awditjar statutorju, servizzi ta' garanzija oħrajn, servizzi ta' konsulenza dwar it-taxxa u servizzi oħrajn mhux ta' awditjar għajr servizzi mhux ta' awditjar ipprojbiti meta l-forniment ta' dawk is-servizzi jkun ġie approvat mill-kumitat tal-awditjar bi qbil mal-politika tal-awditjar approvata skont l-Artikolu 10a, u l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ikunu huma stess sodisfatti li l-forniment ta' dawk is-servizzi ma jirrappreżentax theddida għall-indipendenza tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar li ma tistax titnaqqas għal livell aċċettabbli bl-applikazzjoni ta' salvagwardji. |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, servizzi ta' awditjar finanzjarju relatati ifissru: |
2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, servizzi ta' garanzija, servizzi ta' konsulenza dwar it-taxxa u servizzi oħrajn mhux ta' awditjar ifissru, b'mod partikolari: |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) l-għoti ta' ċertifikazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti tat-taxxa fejn tali attestazzjoni tkun meħtieġa mid-dritt nazzjonali |
(e) l-għoti ta' ċertifikazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti tat-taxxa, it-tħejjija tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa, il-konsulenza dwar it-taxxi indiretti, it-taxxi fuq is-salarji, id-dazji doganali u miżuri tal-appoġġ pubbliku, u appoġġ rigward l-ispezzjonijiet tat-taxxa u inkjesti mill-awtoritajiet tat-taxxa; |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) l-għoti ta' garanzija dwar l-implimentazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri ta' sistemi tal-ipproċessar tad-dejta elettronika; |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) kwalunkwe dmir statutorju ieħor relatat ma' xogħol ta' awditjar impost mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni lill-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar. |
(f) kwalunkwe dmir statutorju jew regolatorju impost mid-dritt jew mir-regolamentazzjoni fuq l-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar. |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) rapporti jew servizzi oħra fir-rigward ta' dokumenti, inklużi ċirkolari ta' investimenti jew azzjonijiet meħtieġa li jittieħdu mill-entità awditjata permezz ta' leġiżlazzjoni jew regolamentazzjoni dwar it-titoli; |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fb) l-għoti ta' garanzija dwar l-entità awditjata lil partijiet oħrajn fir-rigward ta' tranżazzjoni finanzjarja jew korporattiva. |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jistgħu jkomplu jwettqu l-awditu statutorju tal-entità ta' interess pubbliku biss jekk huma jistgħu jiġġustifikaw, b'mod konformi mal-Artikolu 11, li tali forniment ta' servizzi ma jinfluwenzax il-ġudizzju professjonali tagħhom u r-rapport tal-awditjar. |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku ma jistgħux direttament jew indirettament jipprovdu lill-entità awditjata, lill-impriża azzjonarja tagħha u lill-impriżi kontrollati tagħha servizzi mhux tal-awditjar. |
3. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku ma jistgħux direttament jew indirettament jipprovdu lill-entità awditjata, lill-impriża azzjonarja tagħha jew lill-impriżi kontrollati tagħha servizzi mhux tal-awditjar ipprojbiti. |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta l-awditur statutorju jkun jappartjeni għal netwerk, ebda membru ta' tali netwerk ma jipprovdi lill-entità awditjata, lill-impriża holding tagħha u lill-impriżi kkontrollati tagħha fi ħdan l-Unjoni xi servizz ieħor mhux tal-awditjar. |
Meta l-awditur statutorju jkun jappartjeni għal netwerk, ebda membru ta' tali netwerk ma jipprovdi lill-entità awditjata, lill-impriża holding tagħha jew lill-impriżi kkontrollati tagħha fi ħdan l-Unjoni xi servizz ieħor mhux tal-awditjar ipprojbit. |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, servizzi mhux ta' awditjar tfisser: |
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, servizzi pprojbiti mhux ta' awditjar tfisser: |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt a – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) servizzi li jinvolvu konflitt ta' interess fil-każijiet kollha: |
(a) l-iżvolġiment ta' kwalunkwe rwol fil-maniġment jew il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet ta' entità; |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt a – punt i | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) servizzi esperti mhux relatati mal-awditjar; konsulenza dwar it-taxxa, maniġment ġenerali, u servizzi oħra ta' pariri; |
imħassar |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt a – punt ii | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(ii) żamma tal-kotba u tħejjija tar-rekords kontabilistiċi u r-rapporti finanzjarji; |
(aa) servizzi taż-żamma tal-kotba, u tħejjija tar-rekords kontabilistiċi u r-rapporti finanzjarji; |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt ab (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ab) is-servizzi għall-ħlas tal-pagi; |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt a – punt iii | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(iii) disinn u implimentazzjoni ta' proċedura ta' kontroll intern jew immaniġjar tar-riskju relatat mat-tħejjija u/jew kontroll ta' informazzjoni finanzjarja inkluża fir-rapporti finanzjarji u pariri dwar ir-riskju; |
(ac) disinn jew implimentazzjoni ta' kontroll intern, immaniġġjar tar-riskju jew sistemi informatiċi finanzjarji relatati mat-tħejjija u/jew kontroll ta' informazzjoni finanzjarja inkluża fir-rapporti finanzjarji li: |
|
(i) jiffurmaw parti mill-kontroll intern fuq rappurtar finanzjarju tal-entità awditjata, jew |
|
(ii) jiġġeneraw informazzjoni li hija sinifikanti għal rekords kontabilistiċi jew rapporti finanzjarji li huma s-suġġett tal-awditjar statutorju; |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt a – punt iv | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(iv) servizzi ta' valwazzjoni, il-forniment ta' opinjonijiet dwar ġustizzja jew rapporti dwar kontribuzzjoni in natura; |
(ad) servizzi ta' valwazzjoni, inklużi valwazzjonijiet imwettqa b'rabta ma' servizzi attwarji jew servizzi ta' appoġġ għal tilwimiet, fejn il-valwazzjoni jkollha effett materjali, b'mod separat jew aggregat, fuq ir-rapporti finanzjarji; |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt a – punt v | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(v) servizzi attwarjali u ġudizzjali, inkluż ir-reżoluzzjoni tat-tilwim; |
(ae) servizzi ġudizzjali, fir-rigward ta': |
|
(i) l-għoti ta' konsulenza ġenerali, |
|
(ii) in-negozjar f'isem il-klijent tal-awditjar, jew |
|
(iii) l-iżvolġiment tar-rwol ta' difiża fir-riżoluzzjoni tat-tilwim; |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt a – punt vi | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(vi) tfassil u implimentazzjoni tas-sistemi informatiċi finanzjarji għal entitajiet ta' interess pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 2(13)(b) sa (j) tad-Direttiva 2006/43/KE; |
imħassar |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt a – punt vii | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(vii) parteċipazzjoni fl-awditu intern tal-klijent tal-awditjar u l-forniment ta' servizzi relatati mal-funzjoni tal-awditjar intern; |
(af) parteċipazzjoni fl-awditu intern tal-klijent tal-awditjar u l-forniment ta' servizzi relatati mal-funzjoni tal-awditjar intern; |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt ag (ġid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ag) kalkolu tat-taxxi attwali u differiti, meta r-riżultat ikollu impatt materjali fuq ir-rapporti finanzjarji li se jiġu awditjati; |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt a – punt viii | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(viii) servizzi ta' sensar jew negozjar, ta' konsulenza dwar l-investiment, jew servizzi bankarji ta' investiment. |
imħassar |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt ah (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ah) il-promozzjoni, in-negozjar, jew is-sottoskrizzjoni tal-ishma fil-klijent tal-awditjar. |
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt b – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) servizzi li jkunu jistgħu jinvolvu konflitt ta' interess: |
imħassar |
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt b – punt i | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) servizzi ta' riżorsi umani, inkluż ir-reklutaġġ ta' maniġment superjuri; |
(ai) servizzi ta' riżorsi umani fir-rigward ta' maniġment superjuri f'pożizzjoni li jeżerċita influwenza sinifikanti fuq it-tħejjija ta' rekords kontabilistiċi jew rapporti finanzjarji soġġetti għall-awditu statutorju, fejn dawn is-servizzi jinvolvu: |
|
(i) it-tfittxija għal kandidati għal dawn il-pożizzjonijiet; jew |
|
(ii) it-twettiq ta' kontrolli ta' referenza ta' kandidati għal dawn il-pożizzjonijiet. |
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt b – punt ii | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(ii) forniment ta' ittri ta' garanzija (comfort letters) għal investituri fil-kuntest tal-ħruġ tat-titoli ta' impriża; |
imħassar |
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt b – punt iii | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(iii) tfassil u implimentazzjoni tas-sistemi informatiċi finanzjarji għal entitajiet ta' interess pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 2(13)(a) tad-Direttiva 2006/43/KE; |
imħassar |
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt b – punt iv | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(iv) servizzi ta' diliġenza dovuta lill-venditur jew l-akwirent f'fużjonijiet jew akkwiżizzjonijiet potenzjali u l-għoti ta' aċċertament dwar l-entità awditjata lil partijiet oħrajn fi tranżazzjoni finanzjarja jew korporattiva. |
imħassar |
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt aj (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aj) l-għoti ta' konsulenza dwar it-taxxa meta l-effikaċja tal-konsulenza tiddependi fuq trattament partikolari tal-kontabilità jew preżentazzjoni fir-rapporti finanzjarji, u meta jeżisti dubju raġonevoli dwar l-adegwatezza tat-trattament tal-kontabilità u r-riżultat jew il-konsegwenzi tal-konsulenza jaffettwaw materjalment dawn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji. |
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Permezz ta' deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafu, is-servizzi msemmija fil-punt (b)(iii) u (iv) jistgħu jkunu pprovduti mill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar, prevja l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1). |
imħassar |
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Permezz ta' deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafu, is-servizzi msemmija fil-punt (b)(i) u (ii) jistgħu jkunu pprovduti mill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar, prevja l-approvazzjoni mill-kumitat tal-awditjar msemmi fl-Artikolu 31. |
imħassar |
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta membru tan-netwerk li għalih ikunu jappartjenu l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku jkun jipprovdi servizzi mhux tal-awditjar lil impriża inkorporata f'pajjiż terz ikkontrollata mill-entità ta' interess pubbliku awditjata, l-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar konċernati jivvalutaw jekk l-indipendenza tagħhom tkunx kompromessa minn tali forniment ta' servizzi mill-membru tan-netwerk. |
imħassar |
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jappartjenu għal netwerk u s-servizzi huma pprovduti lil impriżi barra l-Unjoni li huma kkontrollati mill-entità tal-awditjar, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom jivvalutaw jekk l-indipendenza tagħhom tistax tkun kompromessa mill-forniment ta' tali servizzi. Jekk it-theddida għall-indipendenza tal-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tista' titnaqqas għal livell aċċettabbli bl-applikazzjoni ta' salvagwardji, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom japplikaw dawk is-salvagwardji sabiex itaffu kwalunkwe theddida għall-indipendenza kkawżata mill-forniment ta' tali servizzi. |
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Jekk l-indipendenza tagħhom tkun affettwata, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar japplikaw salvagwardji sabiex jimmitigaw it-theddid ikkawżat minn tali forniment ta' servizzi f'pajjiż terz. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jistgħu jkomplu jwettqu l-awditu statutorju tal-entità ta' interess pubbliku biss jekk huma jistgħu jiġġustifikaw, b'mod konformi mal-Artikolu 11, li tali forniment ta' servizzi ma jaffettwax il-ġudizzju professjonali tagħhom u r-rapport tal-awditjar. |
L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jistgħu jkomplu jwettqu l-awditu statutorju tal-entità ta' interess pubbliku biss jekk huma jistgħu jiġġustifikaw, b'mod konformi mal-Artikolu 11, li tali forniment ta' servizzi ma jaffettwax il-ġudizzju professjonali tagħhom u r-rapport tal-awditjar. |
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-involviment fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-entità awditjata u l-forniment tas-servizzi li għalihom issir referenza fil-punti (ii) u (iii) tal-paragrafu 3(a) jitqiesu li jaffettwaw tali indipendenza fil-każijiet kollha. |
L-involviment fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-entità awditjata jitqies li jaffettwa tali indipendenza fil-każijiet kollha. |
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-forniment tas-servizzi li għalihom issir referenza fil-punti (i) u (iv) sa (viii) tal-paragrafu 3(a) ikunu preżunti li jaffettwaw tali indipendenza. |
imħassar |
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jistgħu jikkonsultaw lill-awtorità kompetenti għal opinjoni dwar din il-kwistjoni. |
imħassar |
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Meta ditta tal-awditjar tiġġenera aktar minn terz tad-dħul annwali tagħha tal-awditjar minn entitajiet kbar ta' interess pubbliku u tkun tappartjeni għal netwerk li l-membri tagħha għandhom dħul ikkombinat annwali mill-awditjar li jkun jaqbeż EUR 1 500 miljun fi ħdan l-Unjoni Ewropea, hija teħtieġ tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin: |
imħassar |
(a) ma tipprovdix direttament jew indirettament lil xi entità ta' interess pubbliku servizzi mhux tal-awditjar; |
|
(b) ma tkunx tappartjeni għal netwerk li jipprovdi servizzi mhux tal-awditjar statutorju fl-Unjoni; |
|
(c) kwalunkwe entità li tipprovdi s-servizzi elenkati fil-paragrafu 3 ma jkollhiex, direttament jew indirettament, aktar minn 5 % tal-kapital jew tad-drittijiet ta' votazzjoni fid-ditta tal-awditjar; |
|
(d) l-entitajiet li jipprovdu s-servizzi elenkati fil-paragrafu 3 ma jippossjedux flimkien, direttament jew indirettament, aktar minn 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet ta' votazzjoni fid-ditta tal-awditjar; |
|
(e) tali ditta tal-awditjar ma jkollhiex direttament jew indirettament aktar minn 5 % tal-kapital jew tad-drittijiet ta' votazzjoni fi kwalunkwe entità li tipprovdi s-servizzi elenkati fil-paragrafu 3. |
|
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 68 għall-finijiet li tadatta l-lista ta' servizzi ta' awditjar finanzjarju relatati li għalihom issir referenza fil-paragrafu 2 u l-lista ta' servizzi mhux ta' awditjar li għalihom issir referenza fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Meta tuża dawk is-setgħat, il-Kummissjoni tikkunsidra żviluppi fl-awditjar u fil-professjoni tal-awditjar. |
imħassar |
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 6a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq il-bażi ta' provi, iżidu mal-lista tas-servizzi mhux tal-awditjar ipprojbiti għal awdituri statutorji u ditti tal-awditjar fejn tikkonkludi li l-forniment ta' dawn is-servizzi jirrappreżenta theddida għall-indipendenza tal-awditur. |
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bid-deċiżjonijiet kollha meħuda skont din id-dispożizzjoni. Tali notifika għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni dwar fuq liema bażi ttieħdet id-deċiżjoni inkwistjoni. |
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 10a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 10a |
|
Approvazzjoni ta' servizz mhux tal-awditjar min-naħa tal-kumitat tal-awditjar |
|
1. Il-kumitat tal-awditjar għandu jħejji rakkomandazzjoni għal politika li tirregola l-forniment ta' servizzi ta' garanzija, servizzi ta' konsulenza dwar it-taxxa u servizzi oħrajn mhux ta' awditjar għajr servizzi mhux ta' awditjar ipprojbiti kif definiti fil-punt (a) tat-tielet subparagrafu tal-paragrafu 3 tal-Artikolu 10 minn awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jew, meta l-awditur statutorju jappartjeni għal netwerk, membru ta' tali netwerk, jew tali ditti oħra li jista' jitqies li huma fornituri ta' servizzi ta' garanzija, servizzi ta' konsulenza dwar it-taxxa u servizzi oħrajn mhux ta' awditjar. |
|
Ir-rakkomandazzjoni għandha titressaq quddiem il-bord amministrattiv jew superviżorju, li għandu jippreżenta l-politika għall-approvazzjoni mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti. |
|
Jekk id-deċiżjoni tal-bord amministrattiv jew superviżorju titbiegħed mir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar, huwa għandu jipprovdi dikjarazzjoni dwar ir-raġunijiet għalfejn ma tkunx ġiet segwita dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu jew jitolbu li r-rakkomandazzjoni titressaq quddiem il-bord amministrattiv jew superviżorju għall-approvazzjoni. |
|
2. Il-politika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi kunsiderazzjonijiet fir-rigward ta': |
|
(i) in-natura tas-servizzi mhux ta' awditjar u safejn huma soġġetti għal proċedura ta' sejħa għall-offerti miftuħa u trasparenti mfassla mill-kumitat tal-awditjar, u |
|
(ii) id-delega tal-awtorità għal ċerti livelli ta' approvazzjoni. |
|
3. L-entità awditjata għandha tippubblika l-politika adottata skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u għandha tikkomunikaha lill-awtorità kompetenti. L-entità awditjata għandha tinkludi fil-komunikazzjoni tagħha spjegazzjoni motivata tal-politika tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tad-deċiżjonijiet meħuda b'rabta mal-punt (i) tal-paragrafu 2. |
|
4. Il-kumitat tal-awditjar għandu kull sena jeżamina mill-ġdid il-politika adottata skont dan l-Artikolu, u jista' jressaq rakkomandazzjonijiet quddiem il-bord amministrattiv u superviżorju skont il-paragrafu 1. |
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – l-ewwel inċiż | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' organizzazzjoni interna tal-Artikolu 6; |
imħassar |
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 1 – it-tieni inċiż | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
– jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Artikoli 7, 9 and 10; |
– jekk jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-Artikoli 9 u 10; |
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Jekk l-indipendenza tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar tkun affettwata b'theddid ta' awtoreviżjoni jew interess personali, l-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ma jwettqux l-awditu statutorju. |
Jekk l-indipendenza tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar tkun affettwata b'theddid ta' awtoreviżjoni, l-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ma jwettqux l-awditu statutorju. |
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar iżommu rekords tal-valutazzjonijiet li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1 u 2 u jiddokumentaw fid-dokumenti ta' ħidma tal-awditu t-theddid sinifikanti kollu għall-indipendenza tagħhom kif ukoll is-salvagwardji applikati sabiex jiġi mmitigat dak it-theddid. |
imħassar |
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jikkonfermaw annwalment bil-miktub lill-kumitat tal-awditjar l-indipendenza tagħhom mill-entità awditjata; |
(a) jikkonfermaw annwalment bil-miktub lill-kumitat tal-awditjar li l-awditur statutorju, id-ditta tal-awditjar, u l-imsieħba tal-awditjar, maniġers superjuri u maniġers li qed iwettqu l-awditu statutorju huma indipendenti mill-entità awditjata; |
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jikkonfermaw annwalment bil-miktub lill-kumitat tal-awditjar l-ismijiet tas-sħab tal-awditjar, il-maniġer superjuri u l-maniġer tat-tim ċentrali li jwettqu l-awditu statutorju, waqt li jiċċertifikaw li m'hemm l-ebda kunflitt ta' interess; |
imħassar |
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jitolbu permess mill-kumitat tal-awditjar sabiex jipprovdu s-servizz mhux tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 10(3)(b)(i) u (ii) lill-entità awditjata; |
imħassar |
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) jitolbu permess mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) sabiex jipprovdu s-servizz mhux tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 10(3)(b)(iii) u (iv) lill-entità awditjata; |
imħassar |
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 13 |
imħassar |
Divulgazzjoni lil awdituri ta' pajjiżi terzi u lil awtoritajiet ta' pajjiżi terzi |
|
1. Meta awditur statutorju jew ditta tal-awditjar iwettqu awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku li hija parti minn grupp ta' impriżi li l-impriża prinċipali tagħhom tinsab f'pajjiż terz, ir-regoli dwar il-kunfidenzjalità u s-segretezza professjonali msemmija fl-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2006/43/KE ma jwaqqfux it-trasferiment mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar tad-dokumentazzjoni rilevanti tal-ħidma tal-awditjar imwettqa għall-awditur tal-grupp li jinsab f'pajjiż terz jekk it-tali dokumentazzjoni tkun esklussivament meħtieġa għat-tħejjija tal-awditjar tar-rapporti finanzjarji konsolidati tal-impriża prinċipali. |
|
It-trasferiment tal-informazzjoni lill-awditur tal-grupp li jinsab pajjiż terz isir b'konformità mal-Kapitolu IV tad-Direttiva 95/46/KE u mar-regoli nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali. |
|
2. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku li tkun ħarġet titoli f'pajjiż terz jew li tagħmel parti minn grupp li joħroġ rapporti finanzjarji konsolidati statutorji f'pajjiż terz jistgħu jittrasferixxu biss dik id-dokumentazzjoni tal-awditjar jew dokumenti oħra relatati mal-awditjar ta' dik l-entità li hu jew hi jżommu għall-awtoritajiet kompetenti fil-pajjiżi terzi rilevanti taħt il-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 47 tad-Direttiva 2006/43/KE. |
|
L-Artikolu 13 huwa ttrasferit għall-Artikolu 23 tad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 14 |
imħassar |
Ambitu tal-awditu statutorju |
|
1. Meta jwettqu l-awditjar statutorju ta' entità ta' interess pubbliku, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jieħdu l-passi meħtieġa bil-għan li jifformaw opinjoni dwar jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati tal-entità ta' interess pubbliku jirrappreżentawx il-qagħda vera u ġusta skont il-qafas tar-rapportar finanzjarju relevanti u, fejn dan ikun xieraq, jekk it-tali rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati jikkonformawx mar-rekwiżiti statutorji kif imsemmija fl-Artikolu 22. |
|
Tal-inqas, passi bħal dawn jinkludu r-rekwiżiti stabiliti fl-Artikoli 15 sa 20. |
|
L-opinjoni tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar tingħata b'konformità mal-Artikoli 21 sa 25. |
|
2. Mingħajr ħsara għar-rekwiżiti ta' rapportar kif imsemmija fl-Artikoli 22 u 23, l-ambitu tal-awditu statutorju ma jinkludix l-garanzija dwar il-vijabilità fil-ġejjieni tal-entità awditjata u l-anqas dwar l-effiċjenza jew l-effikaċja li biha l-korp maniġerjali jew dak amministrattiv jamministra jew se jamministra l-entità. |
|
L-Artikolu 14 huwa ttrasferit għall-Artikolu 25a (ġdid) tad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 15 |
imħassar |
Xettiċiżmu professjonali |
|
Meta jwettqu awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jibqgħu jħaddnu x-xettiċiżmu professjonali matul l-awditjar, billi jirrikonoxxu l-possibilità li tista' teżisti dikjarazzjoni skorretta materjali minħabba fatti jew imġiba li jindikaw irregolaritajiet, inklużi frodi jew żbalji minkejja l-esperjenza fil-passat tal-awditur jew tad-ditta tal-onestà u l-integrità tal-maniġment tal-entità awditjata u tal-persuni inkarigati mill-governanza tagħha. |
|
L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar iħaddnu x-xettiċiżmu professjonali b'mod partikolari meta jirrevedu stimi tal-maniġment relatati mal-valuri ġusti u l-indebboliment tal-avvjament u flussi tal-fluss oħra intanġibbli jew tal-ġejjieni relevanti għall-konsiderazzjoni tan-negozju avvjat. |
|
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, 'xettiċiżmu professjonali' tfisser attitudni li tinkludi rieda li persuna tistaqsi, tkun konxja mill-kundizzjonijiet li jistgħu jindikaw possibilità ta' dikjarazzjoni skorretta minħabba żball jew frodi u valutazzjoni kritika tal-evidenza tal-awditjar. |
|
L-Artikolu 15 huwa ttrasferit għall-Artikolu 21 tad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 16 |
imħassar |
Organizzazzjoni tal-ħidma |
|
1. Meta l-awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku jitwettaq minn ditta tal-awditjar, dik id-ditta tal-awditjar taħtar tal-inqas sieħeb ewlieni tal-awditjar wieħed. Id-ditta tal-awditjar tipprovdi lis-sieħeb/is-sħab tal-awditjar maħtur(a) b'biżżejjed riżorsi sabiex iwettaq jew iwettqu d-doveri tiegħu/tagħhom kif inhu xieraq. |
|
Il-garanzija tal-kwalità, l-indipendenza u l-kompetenza tal-awditjar tkun il-kriterju ewlieni għad-ditta tal-awditjar fl-għażla tas-sieħeb/tas-sħab ewlieni/ewlenin tal-awditjar li jeħtieġ jinħatru. |
|
Is-sieħeb/is-sħab tal-awditjar maħtur(a) ikunu involuti b'mod attiv fit-twettiq tal-awditu statutorju. |
|
2. Meta l-awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku jitwettaq minn awditur statutorju, dan jalloka ħin biżżejjed għall-inkarigu u jassenja biżżejjed riżorsi għall-impjegati tiegħu sabiex iwettqu d-doveri tiegħu kif inhu xieraq. |
|
3. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar iżommu rekords tal-każijiet li fihom l-impjegati tagħhom ma jirrispettawx dan ir-Regolament. Iżommu r-rekords ta' kwalunkwe konsegwenza li tirriżulta wkoll, inklużi l-miżuri meħuda rigward dawn l-impjegati u l-miżuri meħuda sabiex tiġi modifikata s-sistema ta' kontroll tal-kwalità intern. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar iħejju rapport annwali li jagħti ħarsa ġenerali lejn kull miżura meħuda bħal din u tikkomunikah lill-impjegati. |
|
Meta l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jitolbu parir minn esperti esterni, dawn jiddokumentaw it-talba li saret u l-parir irċivut. |
|
4. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar iżommu rekord ta' kont tal-klijent. Rekord bħal dan jinkludi d-dejta li ġejja għal kull klijent tal-awditjar: |
|
(a) l-isem, l-indirizz u s-sede tan-negozju; |
|
(b) fil-każ ta' ditta tal-awditjar, is-sieħeb/is-sħab ewlieni/ewlenin tal-awditjar; |
|
(c) it-tariffi mitluba għall-awditu statutorju u t-tariffi mitluba għal servizzi oħra fi kwalunkwe sena finanzjarja. |
|
5. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar joħolqu fajl tal-awditjar għal kull awditu statutorju mwettaq. Tal-inqas, il-fajl tal-awditjar ikun fih id-dejta u d-dokumenti li ġejjin, jew fuq karta jew f'forma elettronika: |
|
(a) il-kuntratt bejn l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar u l-entità awditjata, u kwalunkwe emenda fih; |
|
(b) il-korrispondenza mal-entità awditjata relatata mal-awditu statutorju; |
|
(c) pjan tal-awditjar li jistabilixxi l-ambitu u l-metodu probabbli tal-awditu statutorju; |
|
(d) deskrizzjoni dwar in-natura u l-firxa tal-attivitajiet tal-awditjar imwettqa; |
|
(e) id-dati ta' bidu u tmiem tal-fażijiet tal-proċeduri tal-awditjar stabiliti fil-pjan tal-awditjar; |
|
(f) is-sejbiet ewlenin tal-proċeduri tal-awditjar imwettqa; |
|
(g) il-konklużjonijiet mis-sejbiet imsemmija fil-punt (f); |
|
(h) l-opinjoni tal-awditur statutorju jew tas-sieħeb ewlieni tal-awditjar kif evidenzjata mill-abbozzi tar-rapporti msemmija fl-Artikoli 22 u 23; |
|
(i) id-dejta rrikordjata skont l-Artikolu 11(3), l-Artikolu 16(3), l-Artikoli 17 u 18 u 19(6); |
|
(j) dejta u dokumenti rilevanti oħra li huma importanti għas-sostenn tar-rapporti msemmija fl-Artikoli 22 u 23 u għall-monitoraġġ tal-konformità ma' dan ir-Regolament u rekwiżiti legali applikabbli oħrajn. |
|
Il-fajl tal-awditjar jingħalaq mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tal-firma tar-rapport tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 22. |
|
6. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar iżommu rekords ta' kwalunkwe lment dwar it-twettiq tal-awditu statutorju. |
|
L-Artikolu 16 huwa ttrasferit għall-Artikolu 25b (ġdid) tad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 17 |
imħassar |
Integrità tas-suq |
|
1. Meta jseħħ inċident li għandu jew li jista' jkollu konsegwenzi serji fuq l-integrità tal-attivitajiet ta' awditu statutorju ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar: |
|
(a) iżommu rekord tal-inċident; |
|
(b) jieħdu l-miżuri xierqa bil-għan li jikkontrollaw il-konsegwenzi tal-inċident u jipprevjenu r-ripetizzjoni tiegħu; |
|
(c) jinformaw lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) tal-inċident. |
|
Ir-rekord imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jinkludi l-fatti u ċ-ċirkostanzi tal-inċident, l-informazzjoni dwar il-persuna jew il-persuni involuti u d-dettalji tal-miżuri li ttieħdu skont il-punt (b) ta' dak is-subparagrafu. |
|
2. Mingħajr ħsara għad-Direttiva 2005/60/KE, meta awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li twettaq l-awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku jissuspettaw jew għandhom raġunijiet validi għalfejn jissuspettaw li qed jitwettqu jew li twettqu jew li qed isiru jew li saru tentattivi għal fatti jew imġiba li jindikaw irregolaritajiet, inkluż frodi fir-rigward tar-rapporti finanzjarji tal-entità awditjata, dawn jinfurmaw lill-entità awditjata u jitolbuha tinvestiga l-kwistjoni u tieħu l-miżuri xierqa sabiex tindirizza dawn l-irregolaritajiet u sabiex tipprevjeni r-ripetizzjoni ta' irregolaritajiet simili fil-ġejjieni. |
|
Meta l-entità awditjata ma tinvestigax il-kwistjoni jew ma tieħu l-ebda miżura, jew meta l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jemmnu li l-miżuri meħuda mill-entità awditjata mhumiex adegwati sabiex jindirizzaw dawn l-irregolaritajiet, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tinforma lill-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw lill-entitajiet ta' interess pubbliku b'dawn l-irregolaritajiet. |
|
Id-divulgazzjoni b'buona fede lill-awtoritajiet kompetenti, mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar, ta' kwalunkwe fatt imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma tikkostitwixxix ksur tal-ebda restrizzjoni kuntrattwali jew legali dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni u ma tinvolvix lil dawn il-persuni f'xi responsabilità ta' kwalunkwe tip. |
|
L-Artikolu 17 huwa ttrasferit għall-Artikolu 25c (ġdid) tad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 18 |
imħassar |
Awditjar ta' rapporti finanzjarji konsolidati |
|
Fil-każ ta' awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji konsolidati ta' grupp ta' impriżi fejn l-impriża prinċipali tkun entità ta' interess pubbliku, l-awditur tal-grupp: |
|
(a) iġorr ir-responsabilità sħiħa għar-rapport tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 22 u r-rapport addizzjonali għall-kumitat tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 23 fir-rigward tar-rapporti finanzjarji konsolidati; |
|
(b) jiddokumenta liema ħidma tal-awditjar titwettaq minn awditur(i) ta' pajjiż terz, awditur(i) statutorju/i, entità(jiet) tal-awditjar ta' pajjiż terz jew ditta/i tal-awditjar għall-finijiet tal-grupp tal-awditjar; |
|
(c) iwettaq eżami u jżomm id-dokumentazzjoni tal-eżami tiegħu tal-ħidma tal-awditjar imwettqa minn awditur(i) ta' pajjiż terz, awditur(i) statutorju/i, entità(jiet) tal-awditjar ta' pajjiż terz jew ditta/i tal-awditjar għall-finijiet tal-grupp tal-awditjar. Id-dokumentazzjoni miżmuma mill-awditur tal-grupp tippermetti lill-awtorità kompetenti rilevanti sabiex tirrevedi l-ħidma tal-awditur tal-grupp kif inhu xieraq. |
|
Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-awditur tal-grupp jiżgura l-ftehim tal-awditur(i) ta' pajjiż terz, l-awditur(i) statutorju/i, l-entità(jiet) tal-awditjar ta' pajjiż terz jew tad-ditta/i tal-awditjar għat-trasferiment tad-dokumentazzjoni rilevanti matul it-twettiq tal-awditjar tar-rapporti finanzjarji konsolidati, bħala kondizzjoni tal-użu mill-awditur tal-grupp tal-ħidma ta' dak/dawk l-awditur(i) ta' pajjiż terz, l-awditur(i) statutorju/i, l-entità(jiet) tal-awditjar ta' pajjiż terz jew tad-ditta/i tal-awditjar. |
|
2. Fejn l-awditur tal-grupp ma jkunx f'pożizzjoni li jikkonforma mal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, jieħu l-miżuri xierqa u jinforma lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) dwar dan. |
|
Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu t-twettiq ta' ħidma addizzjonali ta' awditjar statutorju, jew direttament jew permezz ta' esternalizzazzjoni ta' dawn il-kompiti, fis-sussidjarja rilevanti tal-entità ta' interess pubbliku. |
|
3. Meta l-awditur tal-grupp ikun soġġett għal eżami tal-garanzija tal-kwalità jew investigazzjoni rigward l-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji konsolidati ta' grupp ta' impriżi fejn l-impriża prinċipali tkun entità ta' interess pubbliku, l-awditur tal-grupp, meta jintalab jagħmel dan, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti dik id-dokumentazzjoni rilevanti li hu jżomm rigward il-ħidma tal-awditjar imwettqa minn awditur(i) ta' pajjiż terz, awditur(i) statutorju/i, entità(jiet) tal-awditjar ta' pajjiż terz jew ditta/i tal-awditjar għall-finijiet tal-grupp tal-awditjar, inklużi d-dokumenti ta' ħidma rilevanti għall-grupp tal-awditjar. |
|
L-awtorità kompetenti titlob dokumentazzjoni addizzjonali dwar il-ħidma tal-awditjar imwettqa mill-awditur(i) statutorju/i jew mid-ditta/i tal-awditjar għall-finijiet tal-grupp tal-awditjar għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont il-Kapitolu III tat-Titolu IV ta' dan ir-Regolament. |
|
Meta komponent ta' grupp ta' impriżi jiġi awditjat minn awditur(i) jew entità(jiet) tal-awditjar minn pajjiż terz, l-awtorità kompetenti titlob dokumentazzjoni addizzjonali dwar il-ħidma tal-awditjar imwettqa mill-awditur(i) ta' pajjiż terz jew mill-entità(jiet) tal-awditjar ta' pajjiż terz għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti minn pajjiżi terzi permezz tal-arranġamenti ta' xogħol imsemmija fl-Artikolu 47 tad-Direttiva 2006/43/KE. |
|
Permezz ta' deroga mit-tielet subparagrafu, meta komponent ta' grupp ta' impriżi jiġi awditjat minn awditur(i) jew entità(jiet) tal-awditjar minn pajjiż terz li ma jkollux arranġament ta' xogħol kif imsemmi fl-Artikolu 47 tad-Direttiva 2006/43/KE, l-awditur tal-grupp, meta jintalab dan, ikun responsabbli wkoll mill-iżgurar ta' twassil xieraq tad-dokumentazzjoni addizzjonali tal-ħidma tal-awditjar imwettqa minn awditur(i) ta' pajjiż terz or entità(jiet) tal-awditjar, inklużi d-dokumenti ta' ħidma relevanti għall-grupp tal-awditjar. Sabiex jiġi żgurat twassil xierqa bħal dan, l-awditur tal-grupp iżomm kopja ta' din id-dokumentazzjoni, jew inkella jiftiehem mal-awditur(i) ta' pajjiż terz jew mal-entità(jiet) tal-awditjar sabiex ikun jista' jaċċedi b'mod xieraq u mhux ristrett kull meta jitlob li jagħmel dan, jew jieħu kwalunwke azzjoni xierqa oħra. Meta d-dokumentazzjoni tal-awditjar ma jistgħux jgħaddu minn pajjiż terz għall-awditur tal-grupp minħabba raġunijiet legali jew raġunijiet oħra, id-dokumentazzjoni miżmuma mill-awditur tal-grupp tinkludi provi li hu ħa l-proċeduri xierqa sabiex ikollu aċċess għad-dokumentazzjoni tal-awditjar, u fil-każ ta' impedimenti li mhumiex legali li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz, il-provi li jsostnu dan l-impediment. |
|
L-Artikolu 18 huwa ttrasferit għall-Artikolu 27 tad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 19 |
imħassar |
Eżami tal-kontroll tal-kwalità intern |
|
1. Qabel ma jinħarġu r-rapporti msemmija fl-Artikoli 22 u 23, isir eżami tal-kontroll tal-kwalità intern sabiex jiġi valutat jekk l-awditur statutorju jew is-sieħeb ewlieni tal-awditjar setax wasal b'mod raġonevoli għall-opinjoni u l-konklużjonijiet espressi fl-abbozz ta' dawn ir-rapporti. |
|
2. L-eżami tal-kontroll tal-kwalità intern isir permezz ta' eżaminatur tal-kontroll tal-kwalità intern. Dan l-eżaminatur ikun awditur statutorju li mhuwiex involut fit-twettiq tal-awditu statutorju li miegħu huwa relatat l-eżami tal-kwalità interna. |
|
3. Meta jeżamina l-kontroll tal-kwalità intern, l-eżaminatur iżomm tal-inqas waħda milli ġejjin: |
|
(a) l-informazzjoni mogħtija bil-fomm u bil-miktub mogħtija mill-awditur statutorju jew mis-sieħeb ewlieni tal-awditjar li tappoġġja s-sejbiet ewlenin tal-proċeduri tal-awditjar imwettqa u l-konklużjonijiet li jinħarġu minn dawn is-sejbiet, kemm jekk fuq talba jew le tal-eżaminatur tal-kontroll tal-kwalità intern; |
|
(b) ir-rapporti finanzjarji awditjati; |
|
(c) is-sejbiet ewlenin tal-proċeduri tal-awditjar imwettqa u l-konklużjonijiet li jinħarġu minn dawn is-sejbiet; |
|
(d) l-opinjonijiet tal-awditur statutorju jew tas-sieħeb ewlieni tal-awditjar, kif mogħtija fl-abbozz tar-rapporti msemmija fl-Artikoli 22 u 23; |
|
4. Tal-inqas, l-eżami tal-kontroll tal-kwalità intern jeżamina l-elementi li ġejjin: |
|
(a) l-indipendenza tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar mill-entità awditjata; |
|
(b) ir-riskji sinifikanti li l-awditur statutorju jew is-sieħeb ewlieni tal-awditjar identifika matul it-twettiq tal-awditu statutorju u l-miżuri li ħa sabiex jikkontrolla b'mod adegwat dawk ir-riskji; |
|
(c) ir-raġunar tal-awditur statutorju jew tas-sieħeb ewlieni tal-awditjar, b'mod partikolari fir-rigward tal-materjalità u r-riskji sinifikanti msemmija fil-punt (b); |
|
(d) kwalunkwe talba għal parir ta' esperti esterni u l-implimentazzjoni ta' dawn il-pariri; |
|
(e) in-natura u l-ambitu tad-dikjarazzjonijiet skorretti ikkoreġuti jew mhux ikkoreġuti fir-rapporti finanzjarji li ġew identifikati matul it-twettiq tal-awditjar; |
|
(f) is-suġġetti diskussi mal-kumitat tal-awditjar u l-maniġment u/jew il-korpi superviżorji tal-entità awditjata; |
|
(g) is-suġġetti diskussi mal-awtoritajiet kompetenti u, jekk applikabbli, ma' partijiet terzi oħra; |
|
(h) jekk id-dokumenti u l-informazzjoni magħżula mill-fajl jirriflettux b'mod sodisfaċenti l-pożizzjonijiet meħuda mill-impjegati involuti fl-awditjar, u jekk it-tali dokumenti u informazzjoni jsostnux l-opinjoni tal-awditur statutorju jew tas-sieħeb ewlieni tal-awditjar kif espressa fl-abbozz tar-rapporti msemmija fl-Artikoli 22 u 23. |
|
5. L-eżaminatur tal-kontroll tal-kwalità intern jiddiskuti r-riżultati tal-eżami tal-kontroll tal-kwalità intern mal-awditur statutorju jew mas-sieħeb ewlieni tal-awditjar. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiddeterminaw il-proċedura li teħtieġ tiġi segwita meta l-eżaminatur u l-awditur statutorju jew is-sieħeb ewlieni tal-awditjar ma jaqblux dwar ir-riżultati tal-eżami. |
|
6. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar iżommu rekords tar-riżultati tal-eżami tal-kontroll tal-kwalità intern, flimkien mal-kunsiderazzjonijiet li jmorru ma' dawn ir-riżultati. |
|
L-Artikolu 19 huwa ttrasferit għall-Artikolu 25d (ġdid) tad-Direttiva 2006/43/KE. | |
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 20 |
imħassar |
Użu tal-istandards internazzjonali tal-awditjar |
|
L-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2006/43/KE meta jwettqu l-awditu statutorju tal-entitajiet ta' interess pubbliku sakemm dawn l-istandards ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. |
|
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jippreżentaw ir-riżultati tal-awditu statutorju tal-entità ta' interess pubbliku f'rapport tal-awditjar. |
1. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jippreżentaw ir-riżultati tal-awditu statutorju tal-entità ta' interess pubbliku f'rapport tal-awditjar imħejji skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2006/43/KE. |
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-rapport tal-awditjar jsir bil-miktub. Tal-inqas: |
2. Ir-rapport tal-awditjar isir bil-miktub u f'forma elettronika. Tal-inqas: |
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jispeċifika r-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati u d-data u l-perjodu li jkopru; |
(b) jidentifika t-titolu ta' kull rapport finanzjarju inkluż fir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati tal-entità individwali jew il-grupp ikkonsolidat u jiddikjara d-data ta' kull rapport finanzjarju, jew il-perjodu kopert minnhom; |
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jispjega, meta jkunu ġew eżaminati rapporti addizzjonali, l-ambitu ta' din l-eżaminazzjoni; |
imħassar |
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) jesprimi opinjoni dwar: |
|
(i) jekk ir-rapport ta' ġestjoni huwiex konsistenti mar-rapporti finanzjarji għall-istess sena finanzjarja, |
|
(ii)jekk ir-rapport tal-maniġment ġiex imħejji bi qbil mar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli; |
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
|
|
|
(cb) jiddikjara jekk, fid-dawl tal-għarfien u l-fehim tal-impriża u l-ambjent tagħha miksubin matul l-awditu, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar identifikawx dikjarazzjonijiet skorretti materjali fir-rapport tal-maniġment, u jagħti indikazzjoni tan-natura ta' kwalunkwe tali dikjarazzjoni skorretta; |
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) jidentifika liema korp fi ħdan l-entità awditjata ħatar l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar; |
(d) jekk ma jkunx ġie diġà żvelat fir-rapport tal-maniġment jew fir-rapporti finanzjarji annwali għall-istess sena finanzjarja, jiddikjara minn min jew minn liema korp saret il-ħatra tal-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar; |
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) jindika d-data tal-ħatra u l-perjodu totali mingħajr waqfien tal-inkarigu inklużi tiġdid u ħatriet mill-ġdid preċedenti; |
(e) jekk ma jkunx diġà żvelata fir-rapport tal-maniġment jew fir-rapporti finanzjarji annwali għall-istess sena finanzjarja, jindika d-data tal-ħatra tal-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta tal-awditjar u l-perjodu totali mingħajr waqfien tal-inkarigu inklużi tiġdid u ħatriet mill-ġdid preċedenti tal-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta tal-awditjar; |
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) jindika li l-awditu statutorju twettaq skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 20; |
(f) jindika li l-awditu statutorju twettaq skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2006/43/KE; |
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(fa) jipprovdi, b'sostenn għall-opinjoni tal-awditjar, kif meħtieġ mill-punt (t), dan li ġej: |
|
(i) deskrizzjoni tal-aktar riskji vvalutati importanti tad-dikjarazzjoni skorretta materjali, inklużi r-riskji vvalutati tad-dikjarazzjoni skorretta materjali minħabba frodi; |
|
(ii) sommarju tar-rispons tal-awditur għal dawk ir-riskji; u |
|
(iii) osservazzjonijiet ewlenin li joħorġu mix-xogħol tal-awditjar. |
|
Meta jkun rilevanti għall-informazzjoni imsemmija hawn fuq, ipprovduta fir-rapport tal-awditjar dwar kull riskju tal-awditjar sinifikanti, għandha tiġi pprovduta referenza ċara għall-iżvelar rilevanti fir-rapporti finanzjarji. |
|
L-informazzjoni li trid tiġi żvelata fir-rapport tal-awditjar, kif imsemmi hawn fuq, fir-rigward tal-aktar riskji vvalutati importanti tad-dikjarazzjoni skorretta materjali tintgħażel mill-kwistjonijiet diskussi mal-kumitat tal-awditjar tal-entità bi qbil mar-rekwiżiti tal-istandards internazzjonali tal-awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2006/43/KE; |
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) jiddeskrivi l-metodoliġija użata, inkluż kemm ġie awditjat direttament mill-karta bilanċjali u kemm ġie bbażat fuq l-ittestjar tas-sistema u tal-konformità; |
imħassar |
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt i | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) jispjega kull varjazzjoni fl-ippeżar tal-ittestjar sostantiv u tal-konformità meta mqabbel mas-sena ta' qabel, anki jekk l-awditu statutorju tas-sena ta' qabel twettaq minn awditur(i) statutorju/i jew ditta/i tal-awditjar differenti; |
imħassar |
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt j | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) jippreżenta d-dettalji tal-livell ta' materjalità applikat għat-twettiq tal-awditu statutorju; |
imħassar |
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt k | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(k) jidentifika l-oqsma ewlenin ta' riskju tad-dikjarazzjoni skorretta materjali tar-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati, inklużi stimi kontabilistiċi kritiċi jew oqsma ta' inċertezza tal-kejl; |
imħassar |
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt l | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(l) jipprovdi dikjarazzjoni dwar is-sitwazzjoni tal-entità awditjata jew, f'każ tal-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji konsolidati, tal-impriża prinċipali u l-grupp, b'mod partikolari valutazzjoni tal-abilità tal-entità jew tal-impriża prinċipali u tal-grupp sabiex tilħaq/jilħqu l-obbligi tagħha/tagħhom fil-ġejjieni prevedibbli u għaldaqstant, tkompli/ikomplu bħala negozju avvjat; |
(l) jipprovdi: |
|
(i) konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-użu tal-maniġment tas-suppożizzjoni tan-negozju avvjat fit-tħejjija tar-rapporti finanzjarji skont il-qafas tar-rapportar finanzjarju applikabbli; kif ukoll |
|
(ii) dikjarazzjoni dwar jekk, abbażi tal-awditu, l-awditur identifikax xi inċertezza materjali marbuta ma' avvenimenti jew kundizzjonijiet li tista' tqajjem dubju sinifikanti dwar l-abilità tal-entità sabiex tkompli bħala negozju avvjat; |
Emenda 119 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt m | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(m) jivvaluta s-sistema ta' kontroll intern tal-entità jew, f'każ ta' rapporti finanzjarji konsolidati, tal-impriża prinċipali inklużi nuqqasijiet sinifikanti fil-kontroll intern identifikati matul l-awditu statutorju, kif ukoll is-sistema ta' żamma tal-kotba u s-sistema kontabilistika; |
imħassar |
Emenda 120 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt n | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(n) jispjega sa liema punt l-awditu statutorju tfassal sabiex jidentifika irregolaritajiet, inkluż frodi; |
imħassar |
Emenda 121 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt o | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(o) jindika u jispjega kull vjolazzjoni tar-regoli kontabilistiċi jew vjolazzjoni tal-liġijiet jew l-Artikoli ta' inkorporazzjonijiet, deċiżjonijiet tal-politika kontabilistika u kwistjonijiet oħra li huma sinifikanti għall-governanza tal-entità; |
imħassar |
Emenda 122 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt oa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(oa) jidentifika kwalunkwe ksur ta' rekwiżiti kontabilistiċi jew legali li huma sinifikanti għall-governanza tal-entità jew għat-tkomplija tal-operat tagħha; |
Emenda 123 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt q | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(q) jiddikkjara li s-servizzi mhux tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 10(3) ma ġewx ipprovduti u li l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar baqgħu kompletament indipendenti fit-twettiq tal-awditjar. Fejn l-awditu statutorju jkun twettaq minn ditta tal-awditjar, ir-rapport jidentifika lil kull membru tat-tim tal-inkarigu tal-awditjar u jiddikkjara li l-membri kollha baqgħu kompletament indipendenti u li ma kellhom l-ebda interess dirett jew indirett fl-entità awditjata; |
(q) jiddikjara li s-servizzi mhux tal-awditjar ipprojbiti msemmija fl-Artikolu 10(3) ma ġewx ipprovduti u li l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar baqgħu indipendenti fit-twettiq tal-awditjar; jindika s-servizzi ta' garanzija, servizzi ta' konsulenza dwar it-taxxa u servizzi oħrajn mhux ta' awditjar imsemmija fl-Artikolu 10(2) ipprovduti lill-entità ta' interess pubbliku, kif approvati mill-kumitat tal-awditjar. Fejn l-awditu statutorju jkun twettaq minn ditta tal-awditjar, ir-rapport jiddikjara li l-membri kollha tat-tim tal-inkarigu baqgħu indipendenti mill-entità awditjata; |
Emenda 124 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt r | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(r) jindika s-servizzi mhux tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 10(3)(b)(i) u (ii) li l-kumitat tal-awditjar ikun ippermetta lill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jipprovdu lill-entità awditjata; |
imħassar |
Emenda 125 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt s | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(s) jindika s-servizzi mhux tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 10(3)(b)(iii) u (iv) li l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) tkun ippermettiet lill-awditur statutorju jew lid-ditta tal-awditjar jipprovdu lill-entità awditjata; |
imħassar |
Emenda 126 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt t | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(t) jagħti opinjoni li tistabilixxi b'mod ċar l-opinjoni tal-awditur(i) statutorju/i jew tad-ditta/i tal-awditjar dwar jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati jirrappreżentawx il-qagħda vera u ġusta u jekk tħejjewx b'konformità mal-qafas tar-rapportar finanzjarju relevanti u, fejn dan ikun xieraq, jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati jikkonformawx mar-rekwiżiti statutorji; l-opinjoni tal-awditjar tkun jew mhux ikkwalifikata, kwalifikata, opinjoni avversa jew, jekk l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar ma jistgħux jesprimu opinjoni tal-awditjar, ċaħda tal-opinjoni. Fil-każ ta' opinjoni kwalifikata jew avversa jew ċaħda tal-opinjoni, ir-rapport jispjega r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni; |
(t) jagħti opinjoni li tistabilixxi b'mod ċar l-opinjoni tal-awditur(i) statutorju/i jew tad-ditta/i tal-awditjar dwar jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati jirrappreżentawx il-qagħda vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-entità individwali jew il-grupp konsolidat u tal-prestazzjoni finanzjarja tagħhom u tal-flussi tal-flus kontanti tagħhom u jikkonformawx mar-rekwiżiti kontabilistiċi statutorji; l-opinjoni tal-awditjar tkun jew mhux modifikata, kwalifikata, opinjoni avversa jew, jekk l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar ma jistgħux jesprimu opinjoni tal-awditjar, ċaħda tal-opinjoni. Fil-każ ta' opinjoni kwalifikata jew avversa jew ċaħda tal-opinjoni, ir-rapport jispjega r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni; |
Emenda 127 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt u | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(u) jirreferi għal kull kwistjoni li l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar xeħtu dawl fuqha permezz ta' enfasi mingħajr ma kkwalifikaw l-opinjoni tal-awditjar; |
(u) jirreferi għal kull kwistjoni oħra li l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar xeħtu dawl fuqha wkoll permezz ta' enfasi mingħajr ma mmodifikaw l-opinjoni tal-awditjar; |
Emenda 128 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt v | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(v) jagħti opinjoni rigward il-konsistenza jew in-nuqqas ta' din tar-rapport annwali mar-rapporti finanzjarji annwali għall-istess sena fiskali; |
imħassar |
Emenda 129 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt w | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(w) jidentifika fejn ikunu stabiliti l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar. |
imħassar |
Emenda 130 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fejn inħatru aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda sabiex iwettqu l-awditu statutorju tal-entità ta' interess pubbliku, dawn jeħtieġu jaqblu dwar ir-riżultati tal-awditu statutorju u jissottomettu rapport u opinjoni konġunti. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, kull awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jissottomettu l-opinjoni tagħhom b'mod separat. Jekk awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda jikkwalifika/tikkwalifika l-opinjoni proprja, jissottometti/tissottometti opinjoni avversa jew ċaħda tal-opinjoni, l-opinjoni ġenerali titqies bħala kwalifikata, opinjoni avversa jew ċaħda tal-opinjoni. F'paragrafu separat, kull awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jiddikkjaraw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil. |
3. Fejn inħatru aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda sabiex iwettqu l-awditu statutorju tal-entità ta' interess pubbliku, l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar inkwistjoni jeħtieġu jaqblu dwar ir-riżultati tal-awditu statutorju u jissottomettu rapport u opinjoni konġunti. |
Emenda 131 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Ir-rapport tal-awditjar ma jkunx itwal minn erba' paġni jew 10000 karattru (mingħajr spazji). Ma jagħmilx kontroreferenzi għar-rapport addizzjonali lill-kumitat tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 23. |
4. Ir-rapport tal-awditjar ma jagħmilx kontroreferenzi għar-rapport addizzjonali lill-kumitat tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 23. |
Emenda 132 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Ir-rapport tal-awditjar jiġi ffirmat u datat mill-awditur(i) statutorju/i jew mid-ditta/i tal-awditjar. Fejn ditta tal-awditjar twettaq l-awditu statutorju, tal-inqas, ir-rapport tal-awditjar jiġi ffirmat mil-awditur(i) statutorju/i li wettaq l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. |
5. Ir-rapport tal-awditjar jiġi ffirmat u datat mill-awditur(i) statutorju/i jew mid-ditta/i tal-awditjar. Fejn ditta tal-awditjar twettaq l-awditu statutorju, ir-rapport tal-awditjar jiġi ffirmat mil-awditur(i) statutorju/i li wettaq l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. |
Emenda 133 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Artikolu 35 tad-Direttiva [XXX] dwar ir-rapporti finanzjarji annwali u r-rapporti finanzjarji konsolidati u rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi ma japplikax għar-rapporti tal-awditjar ta' entitajiet ta' interess pubbliku. |
imħassar |
Emenda 134 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kumitat tal-awditjar jew il-korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti jitħalla jittrażmetti r-rapport addizzjonali lill-maniġment, lill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-entità awditjata. |
Il-kumitat tal-awditjar jew il-korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti jittrażmetti r-rapport addizzjonali lill-maniġment, lill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-entità awditjata. |
Emenda 135 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-rapport addizzjonali jiġi ddivulgat fil-laqgħa ġenerali tal-entità awditjata jekk il-maniġment jew il-korp ta' amministrazzjoni tal-entità awditjata jiddeċiedi hekk. |
imħassar |
Emenda 136 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) jinkludi dikjarazzjoni ta' indipendenza kif speċifikat fil-punt (q) tal-Artikolu 22(2); |
(a) jinkludi dikjarazzjoni ta' indipendenza; |
Emenda 137 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jidentifika d-dati tal-laqgħat mal-kumitat tal-awditjar jew mal-korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti fi ħdan l-entità awditjata; |
(b) jiddeskrivi n-natura u l-grad tal-komunikazzjoni mal-kumitat tal-awditjar, mal-korp tal-maniġment u mal-korp amministrattiv jew superviżorju tal-entità awditjata, inkluża l-frekwenza ta' tali komunikazzjoni; |
Emenda 138 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jidentifika d-dati tal-laqgħat, jekk saru, mal-maniġment, mal-korp amministrattiv jew superviżorju tal-entità awditjata; |
imħassar |
Emenda 139 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) jiddeskrivi l-proċedura ta' ħatra; |
imħassar |
Emenda 140 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) jiddeskrivi t-tqassim tal-kompiti fost l-awditur(i) statutorju/i u/jew id-ditta/i tal-awditjar; |
(e) jinkludi deskrizzjoni tal-ambitu u ż-żmien tal-awditjar, u fejn rilevanti jiddeskrivi: |
|
– it-tqassim u, fejn ikun xieraq, ir-rotazzjoni tal-kompiti fost l-awditur(i) statutorju/i u/jew id-ditta/i tal-awditjar; kif ukoll |
|
– liema ħidma tal-awditjar tkun twettqet minn awditur(i) ta' pajjiż terz, awditur(i) statutorju/i, entità/ajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz jew ditta/i tal-awditjar f'każ ta' awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji konsolidati; |
Emenda 141 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) jinkludi sejbiet sinifikanti mill-awditjar statutorju inklużi: |
|
(i) dikjarazzjoni tal-avvenimenti jew il-kundizzjonijiet identifikati matul l-awditjar statutorju li setgħu jitfgħu dubju serju fuq il-kapaċità tal-entità awditjata li tkompli bħala negozju avvjat u jekk dawk l-avvenimenti jew kundizzjonijiet jikkostitwixxux inċertezza materjali; |
|
(ii) sommarju informattiv tal-garanziji, l-ittri ta' garanzija (comfort letters), impriżi ta' interventi pubbliċi u miżuri oħra ta' appoġġ li ġie bbażat fuqhom sabiex saret valutazzjoni tan-negozju avvjat; |
|
(iii) dettalji dwar żbalji materjali jew omissjonijiet fir-rekords kontabilitistiċi, ir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati u rapporti oħrajn soġġetti għal awditjar - jekk dawk kienu użati u influwenzaw ir-rapporti finanzjarji - identifikati matul l-awditu statutorju; |
|
(iv) kwistjonijiet li jinvolvu nuqqas ta' konformità ma' liġijiet u regolamenti identifikati matul l-awditu statutorju, safejn huma kkunsidrati bħala li huma rilevanti sabiex il-kumitat tal-awditjar ikun jista' jwettaq il-kompiti tiegħu; |
|
(v) nuqqasijiet sinifikanti fil-kontroll intern li ġew identifikati. Għal kull nuqqas sinifikanti bħal dan, ir-rapport addizzjonali jiddikjara jekk in-nuqqas imsemmi ssolviex mill-maniġment jew le. Barra minn hekk, għandu jinkludi informazzjoni dwar kwalunkwe proċedura tal-awditjar addizzjonali mwettqa sabiex tikkumpensa għan-nuqqas fil-kontroll intern tal-entità fl-oqsma speċifiċi kkonċernati; |
|
(vi) l-opinjonijiet tal-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar dwar l-aspetti kwalitattivi sinifikanti tal-prattiki tal-kontabilità tal-entità, inklużi l-politiki tal-kontabilità, l-istimi tal-kontabilità, il-valutazzjonijiet u l-iżvelar tar-rapporti finanzjarji; |
|
(vii) deċiżjonijiet sinifikanti rigward l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' konsolidazzjoni fil-każ ta' awditju statutorju ta' rapporti finanzjarji konsolidati; |
|
(viii) dikjarazzjoni dwar diffikultajiet sinifikanti li jinqalgħu matul l-awditu; |
|
(ix) dikjarazzjoni dwar kwistjonijiet sinifikanti li joħorġu mill-awditu li jkunu ġew diskussi, jew is-suġġett ta' korrispondenza, mal-maniġment; |
|
(x) dikjarazzjoni ta' kwalunkwe kwistjoni oħra li rriżultat mill-awditu statutorju li, fid-deċiżjoni professjonali tal-awditur, hija sinifikanti għas-sorveljanza tal-proċess tar-rappurtar finanzjarju; |
|
(xi) dikjarazzjoni dwar jekk ġewx ipprovduti l-ispjegazzjonijiet u d-dokumenti mitluba kollha mill-entità awditjata. |
Emenda 142 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) jindika u jispjega deċiżjonijiet dwar inċertezza materjali li jistgħu jixħtu dubju rigward l-abilità tal-entità sabiex tkompli bħala negozju avvjat; |
imħassar |
Emenda 143 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt g | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) jiddetermina fid-dettall jekk iż-żamma tal-kotba, il-kontabilità, id-dokumenti awditjati kollha, ir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati u rapporti addizzjonali possibbli jixhdux adegwatezza; |
imħassar |
Emenda 144 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) jindika u jispjega fid-dettall is-sitwazzjonijiet kollha ta' nuqqas ta' konformità, inklużi sitwazzjonijiet mhux materjali jekk ikunu meqjusa importanti għall-kumitat tal-awditjar sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu; |
imħassar |
Emenda 145 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt i | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(i) jeżamina l-metodi ta' valwazzjoni applikati għad-diversi elementi fir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati inkluż kull impatt ta' bidliet fihom; |
imħassar |
Emenda 146 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt j | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(j) jipprovdi d-dettalji sħaħ tal-garanziji, l-ittri ta' konfort, it-twettiq ta' interventi pubbliċi u miżuri oħra ta' appoġġ kollha li ġie bbażat fuqhom sabiex saret valutazzjoni tan-negozju avvjat; |
imħassar |
Emenda 147 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt k | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(k) jikkonferma l-attendenza fil-verifiki tal-inventarji kif ukoll f'mumenti oħra ta' verifika fiżika, f'każ li seħħew verifiki tal-inventarji jew verifiki oħra bħal dawn; |
imħassar |
Emenda 148 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt l | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(l) jindika u jispjega l-prinċipji ta' konslidazzjoni fil-każ ta' awditu statutorju ta' rapporti finanzjarji konsolidati; |
imħassar |
Emenda 149 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt m | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(m) jindika liema ħidma tal-awditjar titwettaq minn awditur(i) ta' pajjiż terz, awditur(i) statutorju/i, entità(jiet) tal-awditjar ta' pajjiż terz jew ditta/i tal-awditjar f'każ ta' awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji konsolidati; |
imħassar |
Emenda 150 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 2 – punt n | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(n) jindika jekk ġewx ipprovduti l-ispjegazzjonijiet u d-dokumenti mitluba kollha mill-entità awditjata. |
imħassar |
Emenda 151 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Ir-rapport addizzjonali għall-kumitat tal-awditjar jiġi ffirmat u ddatat mill-awditur(i) statutorju/i jew mid-ditta/i tal-awditjar. F'każijiet fejn id-ditta tal-awditjar twettaq l-awditu statutorju, tal-inqas, ir-rapport addizzjonali għall-kumitat tal-awditjar jiġi ffirmat mill-awditur(i) statutorju/i li wettaq l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. |
4. Ir-rapport addizzjonali għall-kumitat tal-awditjar jiġi ffirmat u ddatat mill-awditur(i) statutorju/i jew mid-ditta/i tal-awditjar. F'każijiet fejn id-ditta tal-awditjar twettaq l-awditu statutorju, ir-rapport addizzjonali għall-kumitat tal-awditjar jiġi ffirmat mill-awditur(i) statutorju/i li wettaq l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. |
Emenda 152 Proposta għal regolament Artikolu 23 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Jekk jintalbu jagħmlu dan, l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar iqiegħdu r-rapport addizzjonali għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti mingħajr dewmien. |
imħassar |
Emenda 153 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar jirrapportaw lill-kumitat tal-awditjar dwar il-kwistjonijiet ewlenin li jirriżultaw mill-awditu statutorju, u b'mod partikolari dwar id-dgħufijiet materjali fil-kontroll intern fir-rigward tal-proċess tar-rapportar finanzjarju. Fuq talba minn kwalunkwe waħda mill-partijiet, l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar jiddiskutu dawn il-kwistjonijiet mal-kumitat tal-awditjar. |
L-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar jirrapportaw lill-kumitat tal-awditjar dwar il-kwistjonijiet ewlenin li jirriżultaw mill-awditu statutorju, u b'mod partikolari dwar nuqqasijiet sinifikanti fil-kontroll intern fir-rigward tal-proċess tar-rapportar finanzjarju. Fuq talba minn kwalunkwe waħda mill-partijiet, l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar jiddiskutu dawk il-kwistjonijiet mal-kumitat tal-awditjar. |
Emenda 154 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F'każ li l-entità awditjata tkun eżenti mill-obbligu li jkollha kumitat tal-awditjar, l-entità awditjata tiddeċiedi liema korp jew dipartiment tal-entità jaħdem mal-awditur statutorju jew mad-ditta tal-awditjar għall-finijiet tal-obbligi stabiliti f'dan l-Artikolu. |
Meta l-entità awditjata tiġi eżentata mill-obbligu li jkollha kumitat tal-awditjar, l-entità awditjata tiddeċiedi liema korp jew dipartiment tal-entità jaħdem mal-awditur statutorju jew mad-ditta tal-awditjar għall-finijiet tal-obbligi stabiliti f'dan l-Artikolu. |
Emenda 155 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 55 tad-Direttiva 2004/39/KE, l-Artikolu 53 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2007/64/KE, l-Artikolu 106 tad-Direttiva 2009/65/KE, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/110/KE u l-Artikolu 72 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li jwettqu l-awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku jkollhom id-dover li jirrapportaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw lill-entitajiet ta' interess pubbliku dwar kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċerna/ tikkonċerna lil dik l-entità ta' interess pubbliku li saru jafu bih(a) matul it-twettiq ta' dak l-awditu statutorju u li jirriskjaw li jikkawżaw waħda minn dawn li ġejjin: |
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 55 tad-Direttiva 2004/39/KE, l-Artikolu 53 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-Artikolu 15(4) tad-Direttiva 2007/64/KE, l-Artikolu 106 tad-Direttiva 2009/65/KE, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/110/KE u l-Artikolu 72 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li jwettqu l-awditjar statutorju ta' entità ta' interess pubbliku kif definita fil-punt 13 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE jkollhom id-dover li jirrapportaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw lill-entitajiet ta' interess pubbliku dwar kwalunkwe informazzjoni li tikkonċerna lil dik l-entità ta' interess pubbliku li saru jafu bih(a) matul it-twettiq tal-awditu statutorju u li kkawżaw jew jirriskjaw li jikkawżaw waħda minn dawn li ġejjin: |
Emenda 156 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-indeboliment tal-funzjonament kontinwu tal-entità ta' interess pubbliku; |
(b) theddida materjali għall-funzjonament kontinwu tal-entità ta' interess pubbliku jew dubju materjali li jikkonċerna dan; |
Emenda 157 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) ċaħda milli jiġu ċeritifikati r-rapporti finanzjarji jew l-espressjoni ta' riżervazzjonijiet. |
(c) ċaħda milli tinħareġ opinjoni tal-awditjar dwar ir-rapporti finanzjarji jew il-ħruġ ta' opinjoni avversa miċħuda jew kwalifikata. |
Emenda 158 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ikollhom id-dover wkoll li jirrapportaw kwalunkwe fatti jew deċiżjonijiet li huma saru jafu bihom matul it-twettiq tal-awditu statutorju ta' impriżi li jkollha rabtiet mill-viċin mal-entità ta' interess pubbliku li għaliha wkoll ikunu qed iwettqu l-awditu statutorju. |
L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ikollhom id-dover ukoll li jirrapportaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu li huma saru jafu bihom matul it-twettiq tal-awditu statutorju ta' impriża kkontrollata mill-entità ta' interess pubbliku li għaliha wkoll ikunu qed iwettqu l-awditu statutorju. |
Emenda 159 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-impriżi tal-assigurazzjoni jistabilixxu djalogu regolari mal-awdituri statutorji u mad-ditti tal-awditjar li jwettqu l-awditu statutorju ta' dawk l-istituzzjonijiet u impriżi. |
L-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw l-entitajiet ta' interess pubbliku jistabilixxu djalogu regolari mal-awdituri statutorji u mad-ditti tal-awditjar li jwettqu l-awditu statutorju ta' dawk l-istituzzjonijiet u impriżi. L-awtorità kompetenti u l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ikkonċernati għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-fatti jew id-deċiżjonijiet rilevanti msemmija fil-paragrafu 1. |
|
Tal-anqas darba f'sena, il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) għandu jorganizza laqgħa mal-awdituri statutorji u d-ditti jew in-netwerks tal-awditjar li jwettqu awditjar statutorju ta' kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja sistemikament importanti identifikata mill-FSB sabiex dawn jinformaw lill-BERS dwar żviluppi settorjali jew dwar kwalunkwe żvilupp importanti f'dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji sistemikament importanti. |
Emenda 160 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-divulgazzjoni b'buona fede lill-awtoritajiet kompetenti, mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar, ta' kwalunkwe fatt jew deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew ta' kwalunkwe fatt matul id-djalogu previst fil-paragrafu 2 ma tikkostitwixxix ksur tal-ebda restrizzjoni kuntrattwali jew legali dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni u ma tinvolvix lil dawn il-persuni f'xi obbligazzjoni ta' kwalunkwe tip. |
3. Id-divulgazzjoni b'buona fede lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-korpi responsabbli għall-istabilità finanzjarja, mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar, ta' kwalunkwe fatt, informazzjoni, opinjoni jew deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew ta' kwalunkwe fatt, informazzjoni jew opinjoni li toħroġ matul id-djalogu previst fil-paragrafu 2 ma tikkostitwixxi ksur tal-ebda restrizzjoni kuntrattwali jew legali dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni u ma tinvolvix lil dawn il-persuni f'xi obbligazzjoni ta' kwalunkwe tip. |
Emenda 161 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Awdituri statutorji li jwettqu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku jippubblikaw ir-rapporti tal-introjtu annwali tagħhom. |
Awdituri statutorji li jwettqu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku jrendu pubbliċi r-rapport tal-introjtu annwali tagħhom mhux aktar tard minn erba' xhur wara t-tmiem ta' kull sena finanzjarja. |
Emenda 162 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Ir-rapport finanzjarju annwali u r-rapporti tal-introjtu annwali juru l-fatturat totali maqsum f'tariffi mill-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji annwali u konsolidati tal-entitajiet ta' interess pubbliku u tal-entitajiet li jagħmlu parti minn grupp ta' impriżi li l-impriża prinċipali tagħhom hija entità ta' interess pubbliku, tariffi mill-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji annwali u konsolidati ta' entitajiet oħra u tariffi mitluba għas-servizzi tal-awditu finanzjarju relatati kif iddefiniti fl-Artikolu 10(2). |
2. Ir-rapport finanzjarju annwali u r-rapport tal-introjtu annwali juru l-fatturat totali maqsum f'tariffi mill-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji annwali u konsolidati tal-entitajiet ta' interess pubbliku u tal-entitajiet li jagħmlu parti minn grupp ta' impriżi li l-impriża prinċipali tagħhom hija entità ta' interess pubbliku, tariffi mill-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji annwali u konsolidati ta' entitajiet oħra u tariffi mitluba għas-servizzi ta' garanzija, servizzi ta' konsulenza dwar it-taxxa u servizzi oħrajn mhux ta' awditjar kif iddefiniti fl-Artikolu 10(2). |
Emenda 163 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-rapport finanzjarju annwali jew ir-rapport tal-introjtu annwali jiġu awditjati skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. |
Ir-rapport finanzjarju annwali u r-rapport tal-introjtu annwali jiġu soġġetti għall-awditu statutorju. |
Emenda 164 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fejn l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jappartjenu għal netwerk, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali li ġejja fir-rapport finanzjarju annwali jew bħala anness għar-rapport tal-introjtu annwali: |
3. Fejn l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jappartjenu għal netwerk, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jipprovdu l-informazzjoni addizzjonali li ġejja fir-rapport finanzjarju annwali jew bħala anness għar-rapport tal-introjtu annwali, jew fir-rapport ta' trasparenza meħtieġ mill-Artikolu 27: |
Emenda 165 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 3 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) ir-rapporti finanzjarji konsolidati awditjati għan-netwerk u, fejn hemm entità ġuridika li tamministra n-netwerk, ir-rapporti finanzjarji awditjati ta' dik l-entità ġuridika mħejjija b'konformità mal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2004/109/KE. |
(d) fejn hemm entità ġuridika li tamministra n-netwerk, ir-rapporti finanzjarji awditjati ta' dik l-entità ġuridika mħejjija b'konformità mal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2004/109/KE. |
Emenda 166 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-rapport finanzjarju annwali jew ir-rapport tal-introjtu annwali jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar u jibqgħu għad-dispożizzjoni fuq dak is-sit elettroniku għal tal-inqas ħames snin. |
Ir-rapport finanzjarju annwali jew ir-rapport tal-introjtu annwali jiġu ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar u jibqgħu għad-dispożizzjoni fuq dak is-sit elettroniku għal tal-inqas ħames snin mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fuq is-sit elettroniku. |
Emenda 167 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku jippubblikaw ir-rapport annwali ta' trasparenza sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara tmiem kull sena finanzjarja. Ir-rapport annwali ta' trasparenza jiġi ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar u jibqa' għad-dispożizzjoni fuq dak is-sit elettroniku għal tal-inqas ħames snin. |
1. Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku jippubblikaw ir-rapport annwali ta' trasparenza sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara tmiem kull sena finanzjarja. Ir-rapport annwali ta' trasparenza jiġi ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar u jibqa' għad-dispożizzjoni fuq dak is-sit elettroniku għal tal-inqas ħames snin mill-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fuq is-sit elettroniku. |
Emenda 168 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar jikkomunikaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti li r-rapport ta' trasparenza ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar jew, kif xieraq, li dan ġie aġġornat. |
imħassar |
Emenda 169 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) deskrizzjoni tal-istruttura tal-governanza tad-ditta tal-awditjar; |
(c) deskrizzjoni tal-istruttura tal-governanza tad-ditta tal-awditjar, inklużi l-kompożizzjoni u l-operat tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji tagħha u l-kumitati tagħhom; |
Emenda 170 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) lista ta' entitajiet ta' interess pubbliku li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar wettqu awditu statutorju għalihom fis-sena finanzjarja ta' qabel u lista tal-entitajiet li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jirċievu minnhom aktar minn 5 % tad-dħul annwali tagħhom; |
(f) lista ta' entitajiet ta' interess pubbliku li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar wettqu awditu statutorju għalihom fis-sena finanzjarja ta' qabel; |
Emenda 171 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt k | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(k) fejn xieraq, dikjarazzjoni tal-governanza korporattiva. |
(k) referenza għal tal-inqas waħda milli ġejjin: |
|
(i) il-kodiċi tal-governanza korporattiva li hija soġġetta għalih id-ditta tal-awditjar, |
|
(ii) il-kodiċi tal-governanza korporattiva li d-ditta tal-awditjar tista' tiddeċiedi li tapplika b'mod volontarju; |
|
(iii) l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-prattiki ta' governanza korporattiva applikati li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti skont id-dritt nazzjonali. |
|
Fejn l-informazzjoni msemmija fil-punti (i) u (ii) hija inkluża, id-ditta tal-awditjar tindika wkoll fejn it-testi rilevanti huma disponibbli pubblikament. Fejn l-informazzjoni msemmija fil-punt (iii) tkun inkluża, id-ditta tal-awditjar trendi l-prattiki tagħha ta' governanza korporattiva għad-dispożizzjoni b'mod pubbliku; |
|
Jekk ikun applikabbli, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tinkludi spjegazzjoni ta' safejn, bi qbil mad-dritt nazzjonali, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar j/titbiegħed minn kodiċi ta' governanza korporattiva msemmi fil-punti (a)(i) jew (ii). Fejn id-ditta tal-awditjar iddeċidiet li ma tapplika l-ebda dispożizzjoni ta' kodiċi ta' governanza korporattiva msemmi fil-punti (a)(i) jew (ii), din tispjega r-raġunijiet għalfejn għamlet hekk; |
|
Jekk id-ditta tal-awditjar mhija soġġetta għall-ebda kodiċi ta' governanza korporattiva u l-anqas ma tapplika wieħed b'mod volontarju, din tiddikjara dan. |
Emenda 172 Proposta għal regolament Artikolu 28 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 28 |
imħassar |
Dikjarazzjoni tal-governanza korporattiva |
|
1. Fejn ditta tal-awditjar tiġġenera aktar minn terz tad-dħul tal-awditjar annwali tagħha minn entitajiet kbar ta' interess pubbliku, tippubblika dikjarazzjoni tal-governanza korporattiva. Dik id-dikjarazzjoni tiġi inkluża bħala taqsima speċifika fir-Rapport ta' Trasparenza. |
|
2. Tal-inqas, id-dikjarazzjoni tal-governanza korporattiva tinkludi l-informazzjoni li ġejja: |
|
(a) referenza għal tal-inqas waħda milli ġejjin: |
|
(i) il-kodiċi tal-governanza korporattiva li hija soġġetta għalih id-ditta tal-awditjar, |
|
(ii) il-kodiċi tal-governanza korporattiva li d-ditta tal-awditjar tista' tiddeċiedi li tapplika b'mod volontarju; |
|
(iii) l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-prattiki ta' governanza korporattiva applikati li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti skont id-dritt nazzjonali. |
|
Fejn l-informazzjoni msemmija fil-punti (i) u (ii) hija inkluża, id-ditta tal-awditjar tindika wkoll fejn it-testi relevanti huma disponibbli pubblikament. Fejn l-informazzjoni msemmija fil-punt (iii) tkun inkluża, id-ditta tal-awditjar trendi l-prattiki tagħha ta' governanza korporattiva għad-dispożizzjoni b'mod pubbliku; Jekk id-ditta tal-awditjar mhija soġġetta għall-ebda kodiċi ta' governanza korporattiva u l-anqas ma tapplika wieħed b'mod volontarju, din tiddikjara dan. |
|
(b) sa fejn ditta tal-awditjar, skont id-dritt nazzjonali, titbiegħed mill-kodiċi ta' governanza korporattiva msemmi fil-punti (a)(i) jew (ii), spjegazzjoni mid-ditta tal-awditjar rigward mil-liema partijiet tal-kodiċi ta' governanza korporattiva hija tbiegħdet u r-raġunijiet għalfejn għamlet dan. |
|
(c) deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tas-sistemi ta' kontroll intern u ta' mmaniġjar tar-riskji tal-impriża fir-rigward tal-proċess ta' rapportar finanzjarju; |
|
(d) l-informazzjoni li ġejja: |
|
(i) parteċipazzjonijiet diretti u indiretti sinifikanti ta' drittijiet tal-vot daqs jew li jaqbżu l-5 % tad-drittijiet tal-vot totali fid-ditta tal-awditjar, inklużi parteċipazzjonijiet indiretti ta' drittijiet tal-vot permezz ta' strutturi f'forma ta' piramida u parteċipazzjonijiet transversali ta' drittijiet tal-vot; |
|
(ii) l-identità tad-detenturi ta' kull dritt ta' kontroll speċjali u deskrizzjoni ta' dawn id-drittijiet, jekk drittijiet bħal dawn jirriżultaw miż-żamma ta' kwalunkwe titoli, b'kuntratt jew b'mod ieħor; |
|
(iii) kwalunkwe restrizzjoni fuq id-drittijiet tal-vot, inklużi limitazzjonijiet tad-drittijiet tal-vot ta' detenturi ta' perċentwal partikolari jew numru ta' voti, dati ta' skadenza għall-eżerċitar tad-drittijiet tal-vot, |
|
(iv) ir-regoli li jirregolaw il-ħatra u s-sostituzzjoni ta' membri tal-bord u l-emenda tal-Artikoli ta' assoċjazzjoni; |
|
(v) is-setgħat tal-membri tal-bord; |
|
(e) sakemm l-informazzjoni ma tkunx diġà kompletament speċifikata fil-liġijiet jew regolamenti nazzjonali, l-operazzjoni tal-laqgħa tal-azzjonisti jew ta' detenturi ta' drittijiet tal-vot u s-setgħat ewlenin tagħha, u deskrizzjoni tad-drittijiet tal-azzjonisti u tad-detenturi tad-drittijiet tal-vot u kif dawn jistgħu jiġu eżerċitati; |
|
(f) il-kompożizzjoni u l-operazzjoni tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji u l-kumitati tagħhom. |
|
Ġustifikazzjoni | |
Id-dikjarazzjoni ma tinkludix informazzjoni addizzjonali rilevanti b'mod partikolari fir-rigward tar-rapport ta' trasparenza msemmi fl-Artikolu 27. L-Artikolu, għalhekk, jista' jitħassar. | |
Emenda 173 Proposta għal regolament Artikolu 29 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Darba fis-sena, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jipprovdu lista lill-awtorità kompetenti tagħhom tal-entitajiet ta' interess pubbliku awditjati skont id-dħul iġġenerat minnhom. |
Darba fis-sena, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jipprovdu lista lill-awtorità kompetenti tagħhom tal-entitajiet ta' interess pubbliku kollha awditjati minn dak l-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar, flimkien mad-dettalji dwar is-servizzi pprovduti lil kull entità ta' interess pubbliku u t-tariffi mħallsa minn kull waħda minnhom. |
Emenda 174 Proposta għal regolament Artikolu 30 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar iżommu d-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(1), l-Artikolu 9(3), l-Artikolu 11(3) u (4), l-Artikolu 16(2) sa (6), l-Artikolu 17(1) u (2), l-Artikolu 18(1) u (3), l-Artikolu 19(3) sa (6), l-Artikoli 22, 23 u 24, l-Artikolu 25(1) u (2), l-Artikolu 29, l-Artikolu 32(2), (3), (5) u (6), l-Artikolu 33(6) u l-Artikolu 43(4) għal perjodu ta' ħames snin wara l-produzzjoni ta' dawn id-dokumenti jew informazzjoni. |
L-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar iżommu d-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 22, 23 u 24, l-Artikolu 25(1) u (2), l-Artikolu 29, l-Artikolu 32(2), (3), (5) u (6), l-Artikolu 33(6) u l-Artikolu 43(4) għal perjodu ta' ħames snin wara l-produzzjoni ta' dawn id-dokumenti jew informazzjoni. |
Emenda 175 Proposta għal regolament Artikolu 31 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 31 |
imħassar |
Kumitat tal-awditjar |
|
1. Kull entità ta' interess pubbliku jkollha kumitat tal-awditjar. Il-kumitat tal-awditjar ikun iffurmat minn membri mhux eżekuttivi tal-korp ta' amministrazzjoni u/jew membri tal-korp superviżorju tal-entità awditjata u/jew membri maħtura mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-entità awditjata jew, għal entitajiet mingħajr azzjonisti, minn korp ekwivalenti. |
|
Tal-inqas membru wieħed tal-kumitat tal-awditjar ikollu kompetenza fl-awditjar u membru ieħor fil-kontabilità u/jew fl-awditjar. Il-membri tal-kumitat f'daqqa jkollhom kompetenza rilevanti għas-settur li fih topera l-entità awditjata. |
|
Il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat tal-awditjar tkun indipendenti. Il-president tal-kumitat tal-awditjar jinħatar mill-membri tiegħu u jkun indipendenti. |
|
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, f'entitajiet ta' interess pubbliku li jilħqu l-kriterji stabiliti fil-punti (f) u (t) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[2], il-funzjonijiet assenjati lill-kumitat tal-awditjar jistgħu jitwettqu mill-korp amministrattiv jew superviżorju sħiħ, dejjem jekk tal-inqas fejn il-president ta' dan il-korp ikun membru eżekuttiv, dan ma jkunx il-president tal-kumitat tal-awditjar.
|
|
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-entitajiet ta' interess pubbliku li ġejjin jistgħu jiddeċiedu li ma jkollhomx kumitat tal-awditjar: |
|
(a) kwalunkwe entità ta' interess pubbliku li hija impriża sussidjarja fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE jekk l-entità tikkonforma mar-rekwiżiti fil-paragrafi 1 sa 4 ta' dak l-Artikolu fil-livell tal-grupp; |
|
(b) kwalunkwe entità ta' interess pubbliku li hija impriża għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE jew fond ta' investiment alternattiv (AIF – "Alternative Investment Fund") kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE; |
|
(c) kwalunkwe entità ta' interess pubbliku li l-uniku skop kummerċjali tagħha huwa li taġixxi bħala emittent ta' titoli abbażi ta' assi kif iddefiniti fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 809/2004[3];
|
|
(d) kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2006/48/KE li l-ishma tagħha mhumiex ammessi għan-negozjar f'suq regolat tal-ebda Stat Membru fis-sens tal-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE u li, b'mod kontinwu jew ripetut, ħarġet biss titoli ta' dejn ammessi għan-negozjar f'suq regolat, jekk l-ammont nominali totali ta' dawn it-titoli ta' dejn jibqa' taħt il-EUR 100 000 000 u jekk hi ma ppubblikatx prospett taħt id- Direttiva 2003/71/KE. |
|
L-entitajiet ta' interess pubbliku msemmija fil-punti (b) u (c) jispjegaw lill-pubbliku r-raġunijiet għalfejn huma jqisu inadatt il-fatt li jkollok kumitat tal-awditjar jew inkella korp amministrattiv jew superviżorju fdati bit-twettiq tal-funzjonijiet tal-kumitat tal-awditjar. |
|
4. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, entità ta' interess pubbliku li korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti għall-kumitat tal-awditjar, stabilit u funzjonanti skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Istat Membri li fih tkun irreġistrata l-entità li se tiġi awditjata, tista' tiddeċiedi li ma jkollhiex kumitat tal-awditjar. F'każ bħal dan, l-entità tiddivulga liema korp iwettaq dawn il-funzjonijiet u kif inhu ffurmat dak il-korp. |
|
5. Mingħajr ħsara għar-responsabilità tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji, jew ta' membri oħra li huma maħtura mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-entità awditjata, il-kumitat tal-awditjar, fost l-oħrajn: |
|
(a) jimmonitorja l-proċess ta' rapportar finanzjarju u jissottometti rakkomandazzjonijiet jew proposti sabiex jiżgura l-integrità tiegħu; |
|
(b) jimmonitorja l-effikaċja tal-kontroll intern, l-awditu intern fejn dan ikun applikabbli, u s-sistemi ta' ġestjoni tar-riskji tal-impriża; |
|
(c) jimmonitorja l-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji annwali u konsolidati u jissupervizza l-kompletezza u l-integrità tal-abbozz tar-rapporti tal-awditjar b'konformità mal-Artikoli 22 sa 23; |
|
(d) jeżamina u jimmonitorja l-indipendenza tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar b'konformità mal-Artikoli 5 sa 11, u b'mod partikolari l-forniment ta' servizzi addizzjonali lill-entità awditjata b'konformità mal-Artikolu 10; |
|
(e) ikun responsabbli għall-proċedura dwar l-għażla tal-awditur(i) statutorju/i jew tad-ditta/i tal-awditjar u jirrakkomanda l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar li jinħatru b'konformità mal-Artikolu 32; |
|
(f) jawtorizza, abbażi ta' każ każ, il-forniment mill-awditur statutorju jew id-ditta tal-investiment tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 10(3)(b)(i) u (ii) ta' dan ir-Regolament lill-entità awditjata.
|
|
|
L-Artikolu 31 huwa ttrasferit għall-Artikolu 38a (ġdid) tad-Direttiva 2006/43/KE. |
Emenda 176 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 37 tad-Direttiva 2006/43/KE, għall-ħatra tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar minn entitajiet ta' interess pubbliku, japplikaw il-kundizzjonijiet stabiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dan l-Artikolu. |
1. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 37(1) tad-Direttiva 2006/43/KE, għall-ħatra tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar minn entitajiet ta' interess pubbliku, japplikaw il-kundizzjonijiet stabiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu, iżda dawn jistgħu jkunu soġġetti għall-paragrafu 9. |
Emenda 177 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fejn japplika l-Artikolu 37(2) tad-Direttiva 2006/43/KE, l-entità ta' interess pubbliku tinforma lill-awtorità kompetenti dwar l-użu tas-sistemi jew modalitajiet alternattivi msemmija f'dak l-Artikolu. |
Fejn japplika l-Artikolu 37(2) tad-Direttiva 2006/43/KE, l-entità ta' interess pubbliku tinforma lill-awtorità kompetenti dwar l-użu tas-sistemi jew modalitajiet alternattivi msemmija f'dak l-Artikolu. F'dawn il-każijiet, il-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu ma japplikawx. |
Emenda 178 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kumitat tal-awditjar jissottometti rakkomandazzjoni għall-bord amministrattiv jew superviżorju tal-entità awditjata għall-ħatra tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar. Il-kumitat tal-awditjar jiġġustifika r-rakkomandazzjoni li saret. |
Il-kumitat tal-awditjar jissottometti rakkomandazzjoni għall-bord amministrattiv jew superviżorju tal-entità awditjata għall-ħatra tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar. |
Emenda 179 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fejn huwa kkonċernat it-tiġdid tal-inkarigu tal-awditjar skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 33(1), il-kumitat tal-awditjar, għat-tħejjija tar-rakkomandazzjoni tiegħu, jieħu f'kunsiderazzjoni kull sejba u konklużjoni dwar l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar rakkomandati msemmija fl-Artikolu 40(6) u ppubblikati mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 44(d). |
imħassar |
Emenda 180 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-kumitat tal-awditjar jiddikkjara li r-rakkomandazzjoni tiegħu hija ħielsa minn kull influwenza minn parti terza u li ma ġiet imposta fuqu l-ebda klawżola kuntrattwali kif imsemmija fil-paragrafu 7. |
Il-kumitat tal-awditjar jiddikjara li r-rakkomandazzjoni tiegħu hija ħielsa minn kull influwenza minn parti terza u li ma ġiet imposta fuqu l-ebda klawżola kuntrattwali kif imsemmija fil-paragrafu 7. |
Emenda 181 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Sakemm ma tikkonċernax it-tiġdid ta' inkarigu tal-awditjar skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1), ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, titħejja wara proċedura tas-selezzjoni organizzata mill-entità awditjata li tirrispetta l-kriterji li ġejjin: |
3. Sakemm ma tikkonċernax it-tiġdid ta' inkarigu tal-awditjar skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1), ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar imsemmija fil-paragrafu 2 titħejja wara proċedura tas-selezzjoni organizzata mill-entità awditjata li tirrispetta l-kriterji li ġejjin: |
Emenda 182 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) l-entità awditjata tkun libera li tistieden kwalunkwe awditur statutorju jew ditta tal-awditjar sabiex jissottomettu proposti għall-forniment tas-servizz tal-awditu statutorju bil-kundizzjoni li jiġi rispettat l-Artikolu 33(2) u li tal-inqas wieħed mill-awdituri jew waħda mid-ditti mistiedna ma huwiex/hijiex wieħed/waħda li rċieva/rċiviet aktar minn 15% tat-tariffi tal-awditjar totali minn entitajiet kbar ta' interess pubbliku fl-Istat Membru konċernat fis-sena kalendarja ta' qabel; |
(a) l-entità awditjata tkun libera li tistieden kwalunkwe awditur statutorju jew ditta tal-awditjar sabiex jissottomettu proposti għall-forniment tas-servizz tal-awditjar statutorju bil-kundizzjoni li jiġi rispettat l-Artikolu 33(2) u li l-organizzazzjoni tal-proċess tas-sejħa għal offerti ma jipprekludi bl-ebda mod il-parteċipazzjoni fil-proċedura tas-selezzjoni ta' ditti li rċevew inqas minn 15 % tat-tariffi tal-awditjar totali minn entitajiet ta' interess pubbliku fl-Istat Membru konċernat fis-sena kalendarja ta' qabel; |
Emenda 183 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-entità awditjata tkun libera li tagħżel il-metodu sabiex tikkuntattja lill-awditur(i) statutorju/i jew lid-ditta/i tal-awditjar mistiedna u ma tkunx meħtieġa tippubblika sejħa għall-offerti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u/jew fil-gazzetti nazzjonali; |
imħassar |
Emenda 184 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) l-entità awditjata tħejji dokumenti tal-offerta għall-ħsieb tal-awditur(i) statutorju/i jew tad-ditta/i tal-awditjar mistiedna. Dawn id-dokumenti tal-offerti jippermettulhom jifhmu n-negozju tal-entità awditjata u t-tip ta' awditu statutorju li jitwettaq. Id-dokumenti tal-offerta jkun fihom kriterji tal-għażla trasparenti u mhux diskriminatorji li jintużaw mill-entità awditjata sabiex jiġu evalwati l-proposti li jsiru mill-awdituri statutorji jew mid-ditti tal-awditjar; |
(c) l-entità awditjata tħejji dokumenti tal-offerta, soġġetti għal eżami mill-kumitat tal-awditjar, għall-attenzjoni tal-awditur(i) statutorju/i jew tad-ditta/i tal-awditjar mistiedna. Dawn id-dokumenti tal-offerti jippermettulhom jifhmu n-negozju tal-entità awditjata u t-tip ta' awditu statutorju li jitwettaq. Id-dokumenti tal-offerta jkun fihom kriterji tal-għażla trasparenti u mhux diskriminatorji li jintużaw mill-entità awditjata sabiex jiġu evalwati l-proposti li jsiru mill-awdituri statutorji jew mid-ditti tal-awditjar; |
Emenda 185 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) l-entità awditjata tevalwa l-proposti li jsiru mill-awdituri statutorji jew mid-ditti tal-awditjar skont il-kriterji tas-selezzjoni predefiniti fid-dokumenti tal-offerti. L-entità awditjata tħejji rapport dwar il-konklużjonijiet tal-proċedura tas-selezzjoni, li jiġu vvalidati mill-kumitat tal-awditjar. L-entità awditjata u l-kumitat tal-awditjar jieħu f'kunsiderazzjoni kwalunkwe rapport ta' spezzjoni fuq l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li qed japplikaw imsemmi fl-Artikolu 40(6) u ppubblikat mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 44(d); |
(f) l-entità awditjata tevalwa l-offerti kollha skont il-kriterji tas-selezzjoni predefiniti fid-dokumenti tal-offerti. L-entità awditjata tħejji rapport dwar il-konklużjonijiet tal-proċedura tas-selezzjoni, li jiġu vvalidati mill-kumitat tal-awditjar. L-entità awditjata u l-kumitat tal-awditjar jieħu f'kunsiderazzjoni kwalunkwe rapport ta' spezzjoni fuq l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li qed japplikaw imsemmi fl-Artikolu 40(7) u ppubblikat mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 44(d); |
Emenda 186 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt g | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) l-entità awditjata tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35 li l-proċedura tas-selezzjoni twettqet b'mod ġust. |
(g) l-entità awditjata għandha tkun tista', fuq talba, turi lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35 li l-proċedura tas-selezzjoni twettqet b'mod ġust. |
Emenda 187 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kumitat tal-awditjar jkun responsabbli mill-proċedura tas-selezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. |
Il-kumitat tal-awditjar ikun responsabbli mill-proċedura tas-selezzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu f'isem il-bord amministrattiv jew superviżorju. |
Emenda 188 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) tippubblika lista tal-awdituri jew tad-ditti tal-awditjar konċernati li tiġi aġġornata fuq bażi annwali. L-awtorità kompetenti tuża l-informazzjoni pprovduta mill-awdituri statutorji u mid-ditti tal-awditjar skont l-Artikolu 28 sabiex tagħmel il-kalkoli rilevanti. |
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) tippubblika lista tal-awdituri jew tad-ditti tal-awditjar konċernati li tiġi aġġornata fuq bażi annwali. L-awtorità kompetenti tuża l-informazzjoni pprovduta mill-awdituri statutorji u mid-ditti tal-awditjar skont l-Artikolu 29 sabiex tagħmel il-kalkoli rilevanti. |
Emenda 189 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Entitajiet ta' interess pubbliku li jilħqu l-kriterji stabiliti fil-punti (f) u (t) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/71/KE ma jkunux meħtieġa japplikaw il-proċedura tas-selezzjoni msemmija fil-paragrafu 4. |
4. Entitajiet ta' interess pubbliku li jilħqu l-kriterji stabiliti fil-punti (f) u (t) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/71/KE ma jkunux meħtieġa japplikaw il-proċedura tas-selezzjoni msemmija fil-paragrafu 3. |
Emenda 190 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 5 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Jekk il-proposta tal-bord amministrattiv jew superviżorju titbiegħed mir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar, il-proposta tiġġustifika r-raġunijiet għalfejn ma ġiet segwita r-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar. |
Jekk il-proposta tal-bord amministrattiv jew superviżorju titbiegħed mir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar, il-proposta tiġġustifika r-raġunijiet għalfejn ma ġiet segwita r-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar. Madankollu, l-awditur jew l-awdituri rrakkomandati mill-bord amministrattiv jew superviżorju jridu jkunu pparteċipaw fil-proċedura ta' selezzjoni deskritta fil-paragrafu 3. |
Emenda 191 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Fil-każ ta' istituzzjoni ta' kreditu jew impriża tal-assigurazzjoni, il-bord amministrattiv jew superviżorju jissottometti l-abbozz tal-proposta tiegħu lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(2). L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(2) ikollha d-dritt li timponi veto fuq l-għażla proposta fir-rakkomandazzjoni. Kull oppożizzjoni bħal din tiġi ġustifikata kif xieraq. |
6. Fil-każ ta' istituzzjoni ta' kreditu jew impriża tal-assigurazzjoni, il-bord amministrattiv jew superviżorju jissottometti l-abbozz tal-proposta tiegħu lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(2) li tressqu quddiem l-ESMA. L-ESMA tikkonsulta dwar proposti bħal dawn lill-ABE u lill-EIOPA. L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(2) ikollha d-dritt li timponi veto fuq l-għażla proposta fir-rakkomandazzjoni. Kull oppożizzjoni bħal din tiġi ġustifikata kif xieraq u nnotifikata lill-ESMA. |
In-nuqqas ta' tweġiba mill-awtorità kompetenti fi żmien il-limitu tal-perjodu preskritt wara s-sottomissjoni tar-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar jitqies li jikkostitwixxi kunsens implikat għar-rakkomandazzjoni. |
In-nuqqas ta' tweġiba mill-awtorità kompetenti jew mill-ESMA fi żmien il-limitu tal-perjodu preskritt wara s-sottomissjoni tar-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar jitqies li jikkostitwixxi kunsens implikat għar-rakkomandazzjoni. |
Emenda 192 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-entità ta' interess pubbliku tinforma lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35 dwar kwalunkwe tentattiv minn parti terza sabiex timponi klawżola kuntrattwali bħal din jew sabiex tinfluwenza b'mod ieħor id-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti dwar l-għażla ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar. |
L-entità ta' interess pubbliku tinforma direttament u bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35 dwar kwalunkwe tentattiv minn parti terza sabiex timponi klawżola kuntrattwali bħal din jew sabiex tinfluwenza b'mod ieħor id-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti dwar l-għażla ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar. |
Emenda 193 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
10. Sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-kompitu tal-entità awditjata fl-organizzar ta' proċedura tas-selezzjoni għall-ħatra ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS joħorġu linji gwida indirizzati għall-entitajiet ta' interess pubbliku dwar il-kriterji li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni msemmija fil-paragrafu 3, b'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, rispettivament. |
imħassar |
Emenda 194 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-entità ta' interess pubbliku taħtar awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għal inkarigu inizjali li ma jkunx iqsar minn sentejn. |
1. L-entità ta' interess pubbliku taħtar awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għal inkarigu inizjali ta', mill-inqas, sena. |
L-entità ta' interess pubbliku tista' ġġedded dan l-inkarigu darba biss. |
L-entità ta' interess pubbliku tista' ġġedded dan l-inkarigu. |
Id-durata massima taż-żewġ inkarigi f'daqqa ma taqbiżx is-sitt (6) snin. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-durata massima tal-inkarigi f'daqqa ma taqbiżx l-14-il sena. |
Fejn matul inkarigu kontinwu ta' 6 snin ikunu nħatru żewġ awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, id-durata massima tal-inkarigu għal kull awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ma taqbeż 9 snin. |
Fejn japplika l-Artikolu 37(2) tad-Direttiva 2006/43/KE, dan l-Artikolu ma japplikax. |
Emenda 195 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2, fuq bażi eċċezzjonali l-entità ta' interess pubbliku għandha l-fakultà titlob lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) biex tingħata estensjoni għall-ħatra tal-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għal inkarigu addizzjonali. Fil-każ ta' ħatra ta' żewġ awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, dan it-tielet inkarigu ma jaqbiżx it-tliet snin. Fil-każ ta' ħatra ta' żewġ awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, dan it-tielet inkarigu ma jaqbiżx is-sentejn. |
imħassar |
Emenda 196 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) B'deroga mill-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li d-durata massima msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 tibda mill-ġdid jekk tiġi sodisfatta waħda jew aktar mir-rekwiżiti li ġejjin: |
|
(a) jitwettaq proċess ta' sejħa pubblika għal offerti għall-awditu statutorju, bi qbil mal-Artikolu 32(2) sa (6); |
|
(b) titwettaq valutazzjoni komprensiva tal-inkarigu tal-awditjar mill-kumitat tal-awditjar. Il-valutazzjoni komprensiva għandha titwettaq b'mod trasparenti u sistematiku u għandha tinkludi l-kunsiderazzjoni tal-kompetenzi professjonali tal-awditur jew tad-ditta tal-awditjar li jwettqu l-awditu statutorju, u konformità mar-rekwiżiti etiċi rilevanti u l-istandards internazzjonali dwar l-awditjar imsemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2006/43/KE; |
|
(c) jinħatru, jew jinħatru mill-ġdid, żewġ awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar jew aktar skont l-Artikolu 32(9); |
|
Id-durata massima msemmija fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 1 għandha tibda mill-ġdid biss jekk, fuq rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar, il-bord amministrattiv jew superviżorju, bi qbil mad-dritt nazzjonali, jipproponi lil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti li l-inkarigu jiġġedded u dik il-proposta tiġi approvata mil-laqgħa ġenerali. |
|
Qabel il-proposta lil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti l-entità awditjata għandha tikkomunika r-rakkomandazzjoni u tispjega, fuq talba, is-sejbiet tagħha lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(2). |
|
Meta jiġu applikati deroga waħda jew aktar id-durata totali tal-perjodu tal-inkarigu tal-awditjar m'għandux jaqbeż 25 sena. |
Emenda 197 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Is-sieħeb/is-sħab ewlieni/ewlenin tal-awditjar responsabbli mit-twettiq ta' awditu statutorju jtemmu l-parteċipazzjoni tagħhom fl-awditu statutorju tal-entità awditjata wara perjodu ta' seba' snin mid-data tal-ħatra. Jistgħu jipparteċipaw mill-ġdid fl-awditu statutorju tal-entità awditjata wara li tal-inqas ikunu għaddew tliet snin. |
4. Is-sieħeb/is-sħab ewlieni/ewlenin tal-awditjar responsabbli mit-twettiq ta' awditu statutorju jtemmu l-parteċipazzjoni tagħhom fl-awditu statutorju tal-entità awditjata wara perjodu massimu ta' seba' snin mid-data tal-ħatra. Jistgħu jipparteċipaw mill-ġdid fl-awditu statutorju tal-entità awditjata wara li tal-inqas ikunu għaddew tliet snin mid-data li fiha rriżenjaw bħala l-awditur statutorju jew l-imsieħeb ewlieni tal-awditjar mill-inkarigu tal-awditjar. |
Emenda 198 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jistabilixxu mekkaniżmu ta' rotazzjoni gradwali adatt fir-rigward tal-persunal l-aktar anzjan involut fl-awditu statutorju, inklużi, tal-inqas, il-persuni li huma rreġistrati bħala awdituri statutorji. Il-mekkaniżmu ta' rotazzjoni gradwali jintuża f'fażijiet fuq il-bażi tal-individwi milli fuq il-bażi tat-tim sħiħ. Jeħtieġ ikun proporzjonat fl-iskala u d-dimensjoni tal-attività tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar. |
L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jistabilixxu mekkaniżmu ta' rotazzjoni gradwali adatt fir-rigward tal-persunal l-aktar anzjan involut fl-awditu statutorju, inklużi, tal-inqas, il-persuni li huma rreġistrati bħala awdituri statutorji. Il-mekkaniżmu ta' rotazzjoni gradwali jintuża f'fażijiet fuq il-bażi tal-individwi milli fuq il-bażi tat-tim kollu tal-inkarigu. Jeħtieġ ikun proporzjonat fl-iskala u d-dimensjoni tal-attività tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar. |
Emenda 199 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. L-AETS teħtieġ tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika r-rekwiżiti tekniċi tal-kontenut tal-fajl ta' trażmissjoni msemmi fil-paragrafu 6. |
6. L-ESMA teħtieġ tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika r-rekwiżiti tekniċi tal-kontenut tal-fajl ta' trażmissjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5. |
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 6 skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
Il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagafu skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
Emenda 200 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 6a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. L-Artikolu 32(8) japplika mutatis mutandis. |
Emenda 201 Proposta għal regolament Artikolu 34 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-kumitat tal-awditjar, azzjonist wieħed jew aktar, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) jew 35(2) ikunu jistgħu jressqu talba quddiem qorti nazzjonali għat-tkeċċija tal-awditur(i) statutorju/i jew tad-ditta/i tal-awditjar fejn ikun hemm raġunijiet xierqa. |
2. Il-kumitat tal-awditjar, azzjonist wieħed jew aktar li jirrappreżentaw minn tal-inqas 5 % tal-kapital f'ishma, jew l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) jew 35(2) ikunu jistgħu jressqu talba quddiem qorti nazzjonali għat-tkeċċija tal-awditur(i) statutorju/i jew tad-ditta/i tal-awditjar fejn ikun hemm raġunijiet xierqa. |
Emenda 202 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kull Stat Membru jaħtar awtorità kompetenti responsabbli mit-twettiq tal-kompiti speċifikati f'dan ir-Regolament u li tiżgura li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. |
Kull Stat Membru jaħtar awtoritajiet kompetenti responsabbli mit-twettiq tal-kompiti speċifikati f'dan ir-Regolament u li jiżguraw li jiġu applikati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 203 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtorità kompetenti tkun waħda milli ġejjin: |
L-awtoritajiet kompetenti jkunu waħda milli ġejjin: |
Emenda 204 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-Artikolu 24(4)(h) tad-Direttiva 2004/109/KE; |
imħassar |
Emenda 205 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri jinfurmaw lil xulxin, lill-ABE, lill-AEAPX u lill-AETS skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, u jinformaw lill-Kummissjoni bil-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
L-Istati Membri jinfurmaw lil xulxin, u lill-Kummissjoni, bil-ħatra tal-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 206 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-AETS tikkonsolida din l-informazzjoni u trendiha pubblika. |
imħassar |
Emenda 207 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 2 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Persuna ma tkunx involuta fil-governanza ta' dawn l-awtoritajiet jekk matul it-tliet snin tkun: |
Persuna fiżika ma tkunx involuta fil-governanza tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) jekk matul is-sentejn preċedenti tkun: |
Emenda 208 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 2 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) kienet impjegata jew assoċjata b'mod ieħor ma' ditta tal-awditjar. |
(d) kienet impjegata f'ditta tal-awditjar. |
Emenda 209 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-finanzjament ta' dawk l-awtoritajiet ikun sigur u ħieles minn kwalunkwe influwenza żejda possibbli minn awdituri statutorji u ditti tal-awditjar. |
Il-finanzjament ta' dawk l-awtoritajiet ikun sigur u ħieles minn influwenza żejda minn awdituri statutorji u ditti tal-awditjar. |
Emenda 210 Proposta għal regolament Artikolu 36 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
B'deroga mir-rekwiżiti stabbiliti f'dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li minoranza ta' prattikanti jiġu involuti fil-governanza tas-sistema ta' sorveljanza pubblika. |
Emenda 211 Proposta għal regolament Artikolu 38 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Fejn koperattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 2(14) tad-Direttiva 2006/43/KE jew entità simili kif imsemmi fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE tkun meħtieġa jew permessa skont id-dritt nazzjonali li tkun membru ta' entità tal-awditjar mhux għall-profitti, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) ikollha l-fakultà tiddeċiedi li ċerti dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament ma japplikawx għall-awditu statutorju ta' tali entità sakemm il-prinċipji ta' indipendenza stipulati fil-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament ikunu tħarsu mill-awditur statutorju li jwettaq l-awditu statutorju u mill-persuni li jistgħu jkunu f'pożizzjoni li tinfluwenza l-awditu statutorju. Għall-finijiet tad-deċiżjoni dwar tali sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta' nonapplikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) tikkonsulta lill-awtorità superviżorja tal-koperattiva jew entità simili fejn xieraq. |
5. Fejn koperattiva skont it-tifsira tal-punt (14) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE, bank ta' tifdil jew entità simili kif imsemmi fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 86/635/KEE jew sussidjarja jew suċċessur leġittimu ta' tali kooperattiva, bank ta' tifdil jew entità simili tkun meħtieġa jew permessa skont id-dritt nazzjonali li tkun membru ta' entità tal-awditjar mhux għall-profitti, l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li ċerti dispożizzjonijiet stipulati f'dan ir-Regolament ma japplikawx għall-awditu statutorju ta' tali entità sakemm il-prinċipji ta' indipendenza stipulati fil-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament ikunu tħarsu mill-awditur statutorju li jwettaq l-awditu statutorju u mill-persuni li jistgħu jkunu f'pożizzjoni li tinfluwenza l-awditu statutorju. |
Emenda 212 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-awtorità kompetenti tkun responsabbli mis-sistema ta' garanzija tal-kwalità u torganizzaha b'mod li huwa indipendenti mill-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar eżaminati. |
3. L-awtorità kompetenti jkollha r-responsabbiltà aħħarija għas-sistema ta' garanzija tal-kwalità u torganizzaha b'mod li huwa ħieles minn influwenza mhux xierqa mill-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar eżaminati. |
Emenda 213 Proposta għal regolament Artikolu 40 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtorità kompetenti tista' tagħti kuntratti lil esperti għat-twettiq ta' spezzjonijiet speċifiċi meta n-numru ta' spetturi fi ħdan l-awtorità ma jkunx biżżejjed. L-awtorità kompetenti tista' tiġi assistita wkoll minn esperti meta dan ikun essenzjali għat-twettiq korrett ta' spezzjoni. F'każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti u l-esperti jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu. L-esperti jkunu indipendenti mill-assoċjazzjonijiet jew mill-korpi professjonali. |
L-awtorità kompetenti tista' tagħti kuntratti lil esperti għat-twettiq ta' spezzjonijiet speċifiċi meta n-numru ta' spetturi fi ħdan l-awtorità ma jkunx biżżejjed. L-awtorità kompetenti tista' tiġi assistita wkoll minn esperti meta dan ikun essenzjali għat-twettiq korrett ta' spezzjoni. F'każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti u l-esperti jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu. |
Emenda 214 Proposta għal regolament Artikolu 42 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Monitoraġġ tas-suq |
Monitoraġġ tal-kwalità u tal-kompetittività tas-suq |
Emenda 215 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) jimmonitorjaw b'mod regolari l-iżviluppi fis-suq għall-forniment ta' servizzi awditjar statutorju lil entitajiet ta' interess pubbliku. |
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) u n-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK) jimmonitorjaw b'mod regolari l-iżviluppi fil-forniment ta' servizzi ta' awditjar statutorju ta' kwalità għolja lil entitajiet ta' interess pubbliku. |
Emenda 216 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw dan li ġej: |
B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu jivvalutaw dan li ġej: |
Emenda 217 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) ir-riskji li jirriżultaw minn konċentrazzjoni għolja, inkluż l-għeluq ta' ditti tal-awditjar b'sehem sinifikanti mis-suq, l-interruzzjoni fil-forniment ta' servizzi tal-awditu statutorju kemm jekk f'settur speċifiku kif ukoll jekk dan iseħħ fuq firxa ta' setturi, akkumulazzjoni ulterjuri ta' riskji fis-suq u l-impatt fuq l-istabilità ġenerali tas-settur finanzjarju; |
(a) ir-riskji li jirriżultaw minn konċentrazzjoni għolja ta' nuqqasijiet tal-kwalità ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar, inklużi nuqqasijiet sistematiċi f'netwerk ta' ditta tal-awditjar, li jistgħu jwasslu għall-għeluq ta' ditti tal-awditjar, l-interruzzjoni fil-forniment ta' servizzi tal-awditur statutorju kemm jekk f'settur speċifiku kif ukoll jekk dan iseħħ fuq firxa ta' setturi, akkumulazzjoni ulterjuri ta' riskji ta' nuqqasijiet fl-awditjar u l-impatt fuq l-istabilità ġenerali tas-settur finanzjarju; |
Ġustifikazzjoni | |
L-ewwel objettiv tal-awtoritajiet kompetenti huwa li jkunu l-gwardjani tal-kwalità tal-awditjar. Għalhekk, hu neċessarju li wieħed jiffoka mill-ġdid dan id-dover ta' rapportar tal-awtoritajiet kompetenti lejn l-objettivi ta' kwalità għolja tal-awditjar. | |
Emenda 218 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt aa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) il-livelli ta' konċentrazzjoni fis-suq, inkluż fil-livell ta' setturi speċifiċi; |
Emenda 219 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ab (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ab) il-prestazzjoni tal-kumitati tal-awditjar fil-monitoraġġ tal-kwalità tal-ħidma tal-awditjar u s-salvagwardja tal-indipendenza tal-awdituri; |
Emenda 220 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-ħtieġa li jiġu adottati miżuri sabiex dawn ir-riskji jiġu mitigati. |
(b) il-ħtieġa li jiġu adottati miżuri sabiex dawn ir-riskji jiġu mitigati, li jistgħu jkunu vinkolanti ġuridikament; |
Emenda 221 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Minn X X 20XX [sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], u tal-inqas fuq bażi biannwali wara dik id-data, kull awtorità kompetenti tfassal rapport dwar din il-kwistjoni u tissottomettih lill-AETS, lill-ABE u lill-AEAPX. |
Minn X X 20XX [sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], u tal-inqas fuq bażi ta' erba' snin wara dik id-data, kull awtorità kompetenti tfassal rapport dwar din il-kwistjoni u tissottomettih lill-ESMA u lill-Kummissjoni. |
Emenda 222 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-AETS, l-ABE u l-AEAPX jużaw dawk ir-rapporti sabiex ifasslu rapport konġunt dwar is-sitwazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Ir-rapport jiġi sottomess lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-ESMA, tuża dawk ir-rapporti sabiex tfassal rapport konġunt dwar is-sitwazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Ir-rapport jiġi sottomess lill-Istati Membri u lill-parlamenti nazzjonali tagħhom, lill-Parlament Ewropew, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
Emenda 223 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 52, l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 35(1) jeħtieġu li tal-inqas l-akbar sitt ditti tal-awditjar f'termini ta' awditu statutorju ta' entitajiet kbar ta' interess pubbliku f'kull Stat Membru sabiex jistabilixxu pjan ta' kontinġenza li jindirizza avveniment possibbli li jhedded it-tkomplija tal-operazzjonijiet tad-ditta konċernata. |
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 52, l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 35(1) jeħtieġu li tal-inqas l-akbar sitt ditti tal-awditjar f'termini ta' awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku f'kull Stat Membru jistabilixxu pjan ta' kontinġenza li jindirizza avveniment possibbli li jhedded it-tkomplija tal-operazzjonijiet tad-ditta konċernata. |
Emenda 224 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtorità kompetenti tippubblika lista tad-ditti konċernati mill-ewwel subparagrafu u taġġornaha fuq bażi annwali. L-awtorità kompetenti tuża l-informazzjoni pprovduta mill-awdituri statutorji u mid-ditti tal-awditjar skont l-Artikolu 28 sabiex tikkalkola liema huma l-akbar sitt ditti tal-awditjar. |
L-awtorità kompetenti tippubblika lista tad-ditti konċernati mill-ewwel subparagrafu u taġġornaha fuq bażi annwali. L-awtorità kompetenti tuża l-informazzjoni pprovduta mill-awdituri statutorji u mid-ditti tal-awditjar skont l-Artikolu 29 sabiex tikkalkola liema huma l-akbar sitt ditti tal-awditjar. |
Emenda 225 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 4 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtoritajiet kompetenti ma japprovawx il-pjanijiet ta' kontinġenza b'mod formali. Madanakollu, jistgħu jipprovdu opinjoni dwar il-pjanijiet ta' kontinġenza jew dwar l-abbozz tal-pjanijiet ta' kontinġenza, jekk id-ditti tal-awditjar jikkonsultawhom minn qabel. |
L-awtoritajiet kompetenti jagħtu parir lill-ESMA dwar l-istatus ġenerali tal-pjanijiet ta' kontinġenza. |
Emenda 226 Proposta għal regolament Artikolu 44 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) is-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 40(6). |
(d) ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 40(7). |
Emenda 227 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għal dan il-għan, l-AETS toħloq kumitat intern permanenti b'konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Tal-inqas, dan il-kumitat intern ikun kompost mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) ta' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2006/43/KE jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat ta' dan il-kumitat intern rigward kwistjonijiet relatati mal-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' awdituri statutorji u ditti tal-awditjar u r-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi sa fejn dan ikun rilevanti għall-awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku. |
Għal dan il-għan, l-AETS toħloq kumitat intern permanenti b'konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Tal-inqas, dan il-kumitat intern ikun kompost mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) ta' dan ir-Regolament u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2006/43/KE li s'issa jikkostitwixxu l-Grupp Ewropew tal-Korpi ta' Sorveljanza tal-Awdituri (EGAOB) maħluq bid-Deċiżjoni 2005/909/KE. |
Emenda 228 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 1 – subparagrafu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-ESMA tikkoopera mal-korpi internazzjonali involuti fl-iżvilupp tal-istandards u l-prattiki internazzjonali relatati mat-twettiq tal-awditjar statutorju. |
Emenda 229 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-AETS jagħtu parir lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifikati f'dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti jieħdu dak il-parir f'kunsiderazzjoni qabel ma jieħdu kwalunkwe deċiżjoni finali taħt dan ir-Regolament. |
2. L-ESMA tagħti parir lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifikati f'dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti jieħdu dak il-parir f'kunsiderazzjoni qabel ma jieħdu kwalunkwe deċiżjoni finali skont dan ir-Regolament (il-kumitat permanenti tal-awditjar). Il-kumitat intern jista' joħloq kulleġġi speċifiċi ta' awtoritajiet kompetenti biex jiffaċilita l-garanzija tal-kwalità, l-investigazzjonijiet, il-kooperazzjoni fl-ispezzjonijiet, l-ippjanar ta' kontinġenza u s-sanzjonijiet amministrattivi. |
Emenda 230 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-ESMA jkollha numru adegwat ta' persunal, f'termini ta' kapaċità u kompetenza, u jkollha riżorsi meħtieġa sabiex tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha kif previsti f'dan ir-Regolament. |
Emenda 231 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) standards komuni dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 22; |
(a) standards komuni dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 22, fi ħdan il-qafas tal-istandards internazzjonali tal-awditjar kif imsemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2006/43/KE; |
Emenda 232 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) standards komuni dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 23; |
(b) standards komuni dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 23, li jirrispettaw obbligi ta' rappurtar li jirriżultaw minn rekwiżiti nazzjonali; |
Emenda 233 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) standards komuni dwar l-attività ta' sorveljanza tal-kumitat tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 24; |
imħassar |
Emenda 234 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) standards komuni u l-aħjar prattiki dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 27, inkluża d-dikjarazzjoni msemmija fl-Artikolu 28; |
(d) standards komuni u l-aħjar prattiki dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 27; |
Emenda 235 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) standards komuni u l-aħjar prattiki dwar il-mekkaniżmu ta' rotazzjoni gradwali msemmi fl-Artikolu 33; |
imħassar |
Emenda 236 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) standards komuni u l-aħjar prattiki rigward it-tkeċċija ta' awdituri, b'mod partikolari dwar l-eżistenza ta' raġunijiet validi għal dan, kif imsemmi fl-Artikolu 34; |
(f) standards komuni u l-aħjar prattiki dwar l-eżistenza ta' raġunijiet validi għat-tkeċċija ta' awdituri, kif imsemmi fl-Artikolu 34; |
Emenda 237 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt g | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) prattiki u attivitajiet ta' infurzar li jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti taħt dan ir-Regolament; |
(g) standards komuni u l-aħjar prattiki tal-qasam tal-awditjar li jiffaċilitaw l-infurzar konsistenti tal-istandards tal-kontabilità applikabbli, speċjaliment ir-regoli relatati mal-indeboliment; |
Emenda 238 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt h – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) standards komuni u l-aħjar prattiki għat-twettiq ta' eżamijiet tal-garanzija tal-kwalità speċifikati fl-Artikolu 40, billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni, b'mod partikolari: |
(h) standards komuni u l-aħjar prattiki fi ħdan il-qafas tal-istandards internazzjonali tal-awditjar kif imsemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2006/43/KE għat-twettiq ta' eżamijiet tal-garanzija tal-kwalità speċifikati fl-Artikolu 40, billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni, b'mod partikolari: |
Emenda 239 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F'rapport li jitħejja sa X X 20XX [sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], l-AETS twettaq evalwazzjoni tal-istruttura tas-suq tal-awditjar. |
F'rapport li jitħejja sa X X 20XX [sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], l-ESMA, wara konsultazzjoni man-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni, twettaq evalwazzjoni tal-istruttura tas-suq tal-awditjar. |
Emenda 240 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 4 – subparagrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F'rapport li jitħejja mill-AETS sa X X 20XX [erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], jeżamina jekk l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) ikollhomx setgħa suffiċjenti u riżorsi adegwati sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. |
F'rapport li jitħejja mill-ESMA sa X X 20XX [erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], din teżamina jekk l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) ikollhomx setgħa suffiċjenti u riżorsi adegwati sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. |
Emenda 241 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 4 – subparagrafu 6 – kliem introduttorju | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F'rapport li jitħejja mill-AETS sa X X 20XX [sitt snin wara tmiem il-perjodu tranżizzjonali], jiġu eżaminati l-kwistjonijiet li ġejjin: |
F'rapport li jitħejja mill-ESMA sa X X 20XX [sitt snin wara tmiem il-perjodu tranżizzjonali], din teżamina l-kwistjonijiet li ġejjin: |
Emenda 242 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 5a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Wara li jiskadi perjodu tranżitorju ta' tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament, il-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport dwar il-prestazzjoni tal-ESMA fir-rigward tal-awditjar u l-funzjonament tal-kumitat intern tal-awditjar. Dak ir-rapport iqis ukoll kwalunkwe rwol futur imsaħħaħ għall-ESMA. Il-Kummissjoni tivvaluta jekk l-ESMA għandhiex biżżejjed riżorsi biex tissodisfa l-kompiti tagħha stabbiliti f'dan ir-Regolament, u tipproponi kwalunkwe żieda fil-baġit li tqis meħtieġa. |
Emenda 243 Proposta għal regolament Artikolu 50 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 50 |
imħassar |
Ċertifikat Ewropew tal-Kwalità |
|
1. L-AETS tistabilixxi ċertifikat Ewropew tal-kwalità għal awdituri statutorji u ditti tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku. |
|
Iċ-ċertifikat Ewropew tal-kwalità jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
|
(a) iċ-ċertifikat Ewropew tal-kwalità jingħata mill-AETS u jkun validu madwar l-Unjoni; |
|
(b) l-awdituri u d-ditti tal-awditjar tal-Unjoni li jilħqu r-rekwiżiti relevanti jkunu intitolati li japplikaw għaċ-ċertifikat Ewropew tal-kwalità; |
|
(c) l-AETS tippubblika r-rekwiżiti għall-kisba taċ-ċertifikat Ewropew tal-kwalità. Dawn ir-rekwiżiti jkunu bbażati fuq il-kwalità tal-awditjar u l-esperjenza tas-sistemi ta' garanzija tal-kwalità msemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2006/43/KE u l-Artikolu 40 ta' dan ir-Regolament; |
|
(d) l-AETS titlob tariffi lill-awdituri statutorji u lid-ditti tal-awditjar applikanti għall-għoti taċ-ċertifikat Ewropew tal-kwalità b'konformità mal-atti delegati msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu. Dawk it-tariffi jkopru bis-sħiħ in-nefqa neċessarja tal-AETS relatata mal-għoti taċ-ċertifikat u r-rimborż ta' kwalunkwe spiża li jistgħu jġarrbu l-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-ħidma skont dan l-Artikolu; |
|
(e) l-AETS jiddikkjaraw ir-raġunijiet għall-għoti taċ-ċertifikat jew għaċ-ċaħda tal-applikazzjoni; |
|
(f) fil-ħin kollu, awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-għoti inizjali taċ-ċertifikat; |
|
(g) l-AETS tkun intitolata teżamina mill-ġdid kwalunkwe ċertifikat mogħti lil kwalunkwe awditur statutorju jew ditta tal-awditjar, jew fuq talba ta' awtorità kompetenti jew fuq inizjattiva proprja tagħha. Ir-riżultati tal-eżamijiet tal-garanzija tal-kwalità jittieħdu f'kunsiderazzjoni; |
|
(h) l-AETS tkun intitolata tirtira ċ-ċertifikat Ewropew tal-kwalità meta l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ma jibqgħux jilħqu l-kundizzjonijiet għall-kisba tiegħu; |
|
(i) l-AETS iżżomm reġistru ta' awdituri statutorji u ditti li kisbu ċ-ċertifikat; |
|
(j) iċ-ċertifikat Ewropew tal-kwalità jkun ta' tip volontarju u ma jkunx kundizzjoni għal awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar sabiex ikunu jistgħu jwettqu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku, li jiġu approvati f'Membru ieħor skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/43/KE jew li jiġu rikonoxxuti f'Membru ieħor skont l-Artikolu 3a ta' dik id-Direttiva. |
|
2. L-AETS tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-proċedura għall-kisba taċ-ċertifikat Ewropew tal-kwalità għal awdituri statutorji u ditti tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku. Dawk l-istandards tekniċi regolatorji jikkonformaw mal-prinċipji li ġejjin: |
|
(a) l-applikazzjonijiet jiġu sottomessi lill-AETS jew fil-lingwa aċċettata fl-Istat Membru fejn l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar hija approvata jew f'lingwa abitwali fl-isfera tas-settur finanzjarju internazzjonali. |
|
Meta grupp ta' ditti tal-awditjar japplika għaċ-ċertifikat Ewropew tal-kwalità, il-membri tal-grupp jistgħu jawtorizzaw lil wieħed mill-membri tagħhom sabiex jissottometti l-applikazzjonijiet kollha f'isem il-grupp; |
|
(b) l-AETS tittrażmetti kopja tal-applikazzjoni għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati mill-applikazzjoni; |
|
(c) l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernati mill-applikazzjoni jeżaminaw b'mod konġunt l-applikazzjoni għaċ-ċertifikat fi ħdan il-kulleġġ ta' awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 53. Eżami bħal dan ikopri jekk l-applikazzjoni hijiex lesta jew tilħaqx il-kundizzjonijiet għall-għoti taċ-ċertifikat. L-informazzjoni miksuba fl-eżamijiet tal-garanzija tal-kwalità dwar applikant partikolari tintuża f'dan l-eżami; |
|
(d) l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri konċernat mill-applikazzjoni jipprovdi parir lill-AETS dwar jekk l-applikant ikunx intitolat jikseb iċ-ċertifikat; |
|
(e) l-AETS tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni; |
|
(f) l-AETS tistabilixxi passi proċedurali dettaljati u limiti taż-żmien; |
|
Għall-finijiet tal-punt (ii), tal-inqas, dawk l-Istati Membri jkunu: |
|
– jekk l-applikant huwa awditur statutorju, l-Istat(i) Membru/i fejn l-awditur statutorju huwa approvat skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/43/KE u, jekk ikun applikabbli, l-Istat(i) Membru/i fejn l-awditur statutorju huwa approvat skont l-Artikolu 14 ta' dik id-Direttiva u/jew l-Istat(i) Membru/i fejn l-awditur statutorju għaddej minn perjodu ta' adattament skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/43/KE; |
|
– jekk l-applikant huwa ditta tal-awditjar, l-Istat(i) Membru/i fejn id-ditta tal-awditjar hija approvata skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2006/43/KE u, jekk dan ikun applikabbli, l-Istat(i) Membru/i fejn id-ditta tal-awditjar hija rikonoxxuta skont l-Artikolu 3a ta' dik id-Direttiva u/jew l-Istat(i) Membru/i fejn id-ditta tal-awditjar għandha ditti kkontrollati, ditti affiljati jew ditta prinċipali. |
|
3. L-AETS tissottometti l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji msemmi fil-paragrafu 2 lill-Kummissjoni sa [3 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
|
Setgħat huma ddelegati lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 2 skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
|
4. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 68 għall-finijiet ta' determinazzjoni tat-tariffi msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1. |
|
B'mod partikolari, l-atti delegati jiddeterminaw it-tipi ta' tariffi u għalfejn huma dovuti t-tariffi, l-ammont ta' tariffi, il-mod li jitħallsu u l-mod li bih l-AETS tirrimborża lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' kwalunkwe spiża li jistgħu jġarrbu fit-twettiq tal-ħidma tagħhom b'konformità ma' dan l-Artikolu. |
|
L-ammont tat-tariffa mitluba lil awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jkopri l-kost amministrattiv kollu. |
|
Emenda 244 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtorità kompetenti li tagħmel talba bħal din tinforma lill-AETS bi kwalunkwe talba msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi. |
L-awtorità kompetenti li tagħmel talba bħal din tinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talba msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi. |
Emenda 245 Proposta għal regolament Artikolu 61 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
|
|
1. L-Istati Membri jistabilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi applikabbli fil-każijiet ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament identifikati fl-Anness għall-persuni responsabbli għal dak il-ksur u jieħdu l-miżuri neċessarji kolha sabiex jiżguraw li dawn jiġi implimentati. Is-sanzjonijiet u l-miżuri speċifikati jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. |
L-Istati Membri jiżguraw, f'konformità mad-dritt nazzjonali tagħhom, li jistgħu jittieħdu tal-inqas is-sanzjonijiet u/jew miżuri amministrattivi xierqa applikabbli għall-persuni responsabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2006/43/KE. L-Istati Membri jiżguraw li dawk is-sanzjonijiet huma effikaċi, proporzjonati u dissważivi. |
2. Sa [24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] l-Istati Membri jinnotifikaw ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u lill-AETS. Jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-AETS minnufih bi kwalunkwe emenda sussegwenti fihom. |
|
3. Dan l-Artikolu u l-Artikoli 62 sa 66 huma mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet tad-dritt kriminali nazzjonali. |
|
Emenda 246 Proposta għal regolament Artikolu 62 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 62 |
imħassar |
Setgħat ta' sanzjonar |
|
1. Dan l-Artikolu japplika għas-sitwazzjonijiet ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament identifikati fl-Anness. |
|
2. Mingħajr ħsara għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 38, fil-każ ta' ksur imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti, f'konformità mad-dritt nazzjonali, ikollhom is-setgħa li tal-inqas jimponu l-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin: |
|
(a) ordni ta' waqfien ta' dik il-kondotta u ta' ebda tkomplija ta' dik il-kondotta lill-persuna responsabbli mill-ksur; |
|
(b) dikjarazzjoni pubblika li tindika li l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur, ippubblikata fuq is-sit elettroniku tal-awtoritajiet kompetenti; |
|
(c) projbizzjoni temporanja għall-awditur statutorju, id-ditta tal-awditjar jew għas-sieħeb ewlieni tal-awditjar milli jwettqu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku u/jew milli jiffirmaw rapporti tal-awditjar fis-sens tal-Artikolu 22 b'effett madwar l-Unjoni kollha, sakemm jintemm il-ksur; |
|
(d) jiddikkjaraw li r-rapport tal-awditjar ma jilħaqx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 22, sakemm jintemm il-ksur; |
|
(e) projbizzjoni temporanja kontra membru ta' ditta tal-awditjar jew ta' korp amministrattiv jew maniġerjali ta' entità ta' interess pubbliku milli jeżerċitaw funzjonijiet f'ditti tal-awditjar jew entitajiet ta' interess pubbliku; |
|
(f) sanzjonijiet pekunarji amministrattivi li jammontaw sad-doppju tal-ammont ta' qligħ iggwadanjat jew telf evitat minħabba ksur, fejn dawn jistgħu jiġu determinati; |
|
(g) fir-rigward ta' persuna fiżika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi li jammontaw sa EUR 5 000 000 jew, fl-Istati Membri fejn l-euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament; |
|
(h) fir-rigward ta' persuna ġuridika, sanzjonijiet pekunarji amministrattivi li jammontaw sa 10 % tal-fatturat annwali totali tagħha fis-sena kummerċjali preċedenti tagħha; fejn il-persuna ġuridika hija sussidjarja ta' impriża prinċipali kif iddefinita fl-Artikoli 1 u 2 tad-Direttiva 83/349/KEE, il-fatturat annwali totali rilevanti jkun il-fatturat annwali totali li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-impriża prinċipali finali fis-sena kummerċjali preċedenti. |
|
3. L-Istati Membri jistgħu jagtħu setgħat ta' sanzjonar oħra lill-awtoritajiet kompetenti minbarra dawk imsemmija fil-paragrafu 2 u jistgħu jipprovdu għal livelli ogħla ta' sanzjonijiet pekunarji amministrattivi minn dawk stabiliti f'dak il-paragrafu. |
|
Emenda 247 Proposta għal regolament Artikolu 63 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 63 |
imħassar |
Applikazzjoni effettiva tas-sanzjonijiet |
|
1. Meta jiddeterminaw it-tip ta' sanzjonijiet u miżuri amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi: |
|
(a) l-gravità u d-durata tal-vjolazzjoni; |
|
(b) il-grad ta' responsabilità tal-persuna responsabbli; |
|
(c) is-saħħa finanzjarja tal-persuna responsabbli, kif indikat mill-fatturat totali tal-impriża responsabbli jew id-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli; |
|
(d) l-importanza tal-qligħ iggwadanjat jew tat-telf evitat mill-persuna responsabbli, sa fejn dawn jistgħu jiġu determinati; |
|
(e) il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna responsabbli mal-awtorità kompetenti, mingħajr ħsara għall-ħtieġa li jiġu żgurati r-restituzzjonijiet ta' qligħ iggwadanjat jew telf evitat minn dik il-persuna; |
|
(f) vjolazzjonijiet preċedenti mill-pesuna responsabbli. |
|
Jistgħu jittieħdu f'kunsiderazzjoni fatturi addizzjonali mill-awtoritajiet kompetenti, jekk dawn il-fatturi huma speċifikati fid-dritt nazzjonali. |
|
2. L-ABE, l-AEAPX u l-AETS joħorġu b'mod konġunt linji gwida indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru (UE) 1093/2010, ir-Regolament (UE) 1094/2010 u r-Regolament Nru (UE) 1095/2010 dwar it-tipi ta' miżuri u sanzjonijiet amministrattivi u l-livell ta' sanzjonijiet pekunarji amministrattivi li jiġu applikati f'każijiet individwali fi ħdan il-qafas legali nazzjonali. |
|
Emenda 248 Proposta għal regolament Artikolu 64 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
|
|
|
Kull miżura jew sanzjoni amministrattiva imposta għal ksur ta' dan ir-Regolament tiġi ppubblikata minnufih, u tal-inqas tinkludi l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli għaliha, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tqiegħedx f'riskju serju l-istabilità tas-swieq finanzjarji. Fejn il-pubblikazzjoni tkun tikkawża ħsara sproporzjonata għall-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw il-miżuri u s-sanzjonijiet fuq bażi anonima. |
L-Istati Membri jiddisponu l-pubblikazzjoni mingħajr dewmien żejjed ta' kull miżura jew sanzjoni amministrattiva imposta għal ksur ta' dan ir-Regolament u tad-Direttiva 2006/43/KE, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tqegħedx f'riskju serju l-istabilità tas-swieq finanzjarji. Fejn il-pubblikazzjoni tkun tikkawża ħsara sproporzjonata għall-partijiet involuti, l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw il-miżuri u s-sanzjonijiet fuq bażi anonima. |
Minnufih, l-awtoritajiet kompetenti jinformaw lill-AETS bi kwalunkwe sanzjoni jew miżura adottata għal ksur ta' dan ir-Regolament. |
|
Il-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet tirrispetta d-drittijiet fundamentali kif stabiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, b'mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. |
Il-pubblikazzjoni ta' sanzjonijiet tirrispetta d-drittijiet fundamentali kif stabiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja u d-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali. |
Emenda 249 Proposta għal regolament Artikolu 66 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 66 |
imħassar |
Rapportar ta' ksur |
|
1. L-Istati Membri jistabilixxu mekkaniżmu effettivi sabiex jinkoraġġixxu r-rapportar ta' ksur ta' dan ir-Regolament lill-awtoritajiet kompetenti. |
|
2. Tal-inqas, il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 jinkludu: |
|
(a) proċeduri speċifiċi għar-riċevuta ta' rapporti ta' ksur u s-segwitu tagħhom; |
|
(b) protezzjoni xierqa għall-persuni li jirrapportaw ksur potenzjali u ksur ikkonfermat; |
|
(c) protezzjoni ta' dejta personali li jkun fiha kemm il-persuna li rrapportat il-ksur potenzjali jew ikkonfermat kif ukoll il-persuna akkużata b'konformità mal-prinċipji stabiliti fid-Direttiva 95/46/KE; |
|
(d) proċeduri xierqa sabiex jiżguraw id-dritt tal-persuna akkużata li tiddefendi ruħha u li tinstema' qabel l-adozzjoni ta' deċiżjoni li tikkonċernaha u d-dritt li tfittex rimedju effettiv quddiem tribunal kontra kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li tikkonċernaha. |
|
3. Id-ditti tal-awditjar u l-entitajiet ta' interess pubbliku jistabilixxu l-proċeduri xierqa għall-impjegati tagħhom sabiex dawn jirrapportaw ksur potenzjali jew ikkonfermat ta' dan ir-Regolament b'mod intern permezz ta' kanal speċifiku. |
|
Emenda 250 Proposta għal regolament Artikolu 67 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 67 |
imħassar |
Skambju ta' informazzjoni mal-AETS |
|
1. Fuq bażi annwali, l-awtoritajiet kompetenti u ġudizzjarji jipprovdu lill-AETS b'informazzjoni aggregata rigward il-miżuri, is-sanzjonijiet u l-multi amministrattivi kollha imposti b'konformità mal-Artikoli 61, 62, 63, 64, 65 u 66. L-AETS tippubblika din l-informazzjoni f'rapport annwali. |
|
2. Fejn l-awtorità kompetenti ddivulgaw miżuri, sanzjonijiet u multi amministrattivi lill-pubbliku, din tirrapporta dan il-fatt lill-AETS b'mod simultanju. |
|
Emenda 251 Proposta għal regolament Artikolu 70 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 70 |
imħassar |
Dispożizzjoni tranżizzjonali |
|
1. Permezz ta' deroga mill-Artikoli 32 u 33, japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin għal kuntratti għall-forniment ta' awditu statutorju lil entitajiet ta' interess pubbliku li jkunu fis-seħħ fi [data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]: |
|
(a) kull kuntratt tal-awditjar konkluż qabel XX/XX/XXXX [id-data ta' adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni] li għadha fis-seħħ fi [id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] jibqa' applikabbli għal perjodu massimu ta' erba' snin fiskali wara [id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]; |
|
(b) kull kuntratt tal-awditjar konkluż wara XX/XX/XXX [l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni] iżda qabel XX/XX/XXXX [id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u li jkun għadu fis-seħħ jibqa' applikabbli għal perjodu massimu ta' ħames snin fiskali wara XX/XX/XXXX [id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]; |
|
(c) meta kuntratt tal-awditjar imsemmi fil-punti (a) jew (b) ta' dan il-paragrafu jiskadi jew jiġi tterminat, l-entità ta' interess pubbliku tista' ġġedded dan il-kuntratt għal darba mal-istess awditur statutorju jew ditta tal-awditjar, mingħajr ma jkunu applikabbli d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31(3). Kuntratt imġedded bħal dan ikun soġġett għad-durata massima li ġejja: |
|
(i) sena (1): jekk l-awditur ilu jipprovdi servizzi lill-entità awditjata għal perjodu konsekuttiv li jaqbeż il-100 sena; |
|
(ii) 2 snin: jekk l-awditur ilu jipprovdi servizzi lill-entità awditjata għal perjodu konsekuttiv ta' bejn 51 u 100 sena; |
|
(iv) 3 snin: jekk l-awditur ilu jipprovdi servizzi lill-entità awditjata għal perjodu konsekuttiv ta' bejn 21 u 50 sena; |
|
(v) 4 snin: jekk l-awditur ilu jipprovdi servizzi lill-entità awditjata għal perjodu konsekuttiv ta' bejn 11 u 20 sena; |
|
(vi) 5 snin: jekk l-awditur ilu jipprovdi servizzi lill-entità awditjata għal perjodu konsekuttiv li ma jaqbiżx l-10 snin. |
|
Permezz ta' deroga mill-kriterji stabiliti fil-punt (c), il-kuntratt tal-awditjar jista' jibqa' applikabbli sa tmiem l-ewwel sena finanzjarja wara [sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
|
Permezz ta' deroga mill-punti (a) sa (c), meta r-regoli nazzjonali jistabilixxu durata massima ta' relazzjoni kuntrattwali bejn l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar u l-entità awditjata li ma jaqbiżx id-disa' (9) snin u jeħtieġu li l-entità awditjata tagħżel awditur statutorju jew ditta tal-awditjar differenti meta jintlaħaq din id-durata massima, il-kuntratt tal-awditjar jista' jibqa' applikabbi sa tmiem dak il-perjodu ta' durata massima. |
|
2. L-Artikolu 33 japplika għal kull kuntratt tal-awditjar konkluż wara […] [id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] iżda qabel […] [sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. |
|
L-Artikolu 32(3) japplika biss għal dawn il-kuntratti wara l-iskadenza jew tmiem l-ewwel tiġdid ta' dan il-kuntratti. |
|
Emenda 252 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Madanakollu, l-Artikolu 32(7) japplika minn […] [id-data ta' dħul fis-seħħ tar-Regolament] u l-Artikolu 10(5) japplika minn […] [tliet (3) snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament]. |
Madanakollu, l-Artikolu 32(7) japplika minn […] [id-data ta' dħul fis-seħħ tar-Regolament]. |
Emenda 253 Proposta għal regolament Anness | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
ANNESS |
imħassar |
I. Ksur minn awdituri statutorji, ditti tal-awditjar jew sħab ewlenin tal-awditjar |
|
A. Ksur relatat ma' kunflitti ta' interess, rekwiżiti organizzazzjonali u operazzjonali |
|
1. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 6(1) billi ma jistabilixxux politiki u proċeduri adegwati sabiex jiżguraw konformità mar-rekwiżiti organizzazzjonali minimi, kif stabilit fil-paragrafu 1(a) sa (k). |
|
2. L-awditur statutorju jew is-sieħeb ewlieni tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju f'isem ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 8(1)(a) billi jinkarigaw ruħhom f'pożizzjoni ewlenija tal-maniġment fl-entità awditjata qabel ma jkun għadda perjodu ta' tal-inqas sentejn minn meta rriżenjaw bħala awditur statutorju jew sieħeb ewlieni tal-awditjar mill-inkarigu tal-awditjar. |
|
3. L-awditur statutorju jew is-sieħeb ewlieni tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju f'isem ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 8(1)(b) billi jsiru membru tal-kumitat tal-awditjar tal-entità awditjata jew ta' korp ekwivalenti, qabel ma jkun għadda perjodu ta' tal-inqas sentejn minn meta rriżenjaw bħala awditur statutorju jew sieħeb ewlieni tal-awditjar mill-inkarigu tal-awditjar. |
|
4. L-awditur statutorju jew is-sieħeb ewlieni tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju f'isem ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 8(1)(c) billi jsiru membru mhux eżekuttiv tal-korp ta' amministrazzjoni jew membru tal-korp superviżorju tal-entità awditjata, qabel ma jkun għadda perjodu ta' tal-inqas sentejn minn meta rreżenjaw bħala awditur statutorju jew sieħeb ewlieni tal-awditjar mill-inkarigu tal-awditjar. |
|
5. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 9(2) billi ma jiżgurawx li s-servizzi ta' awditjar finanzjarju relatati pprovduti lill-entità awditjata ma jaqbżux l-10 % tat-tariffi mħallsa mill-entità awditjata għall-awditu statutorju. |
|
6. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 10 billi jipprovdu servizzi għajr is-servizzi tal-awditu statutorju jew servizzi ta' awditjar finanzjarju relatati lill-entità awditjata. |
|
B. Ksur relatat mat-twettiq tal-awditu statutorju |
|
7. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 16(3) billi ma jżommux rekords tal-każijiet meta l-impjegati tagħhom ma jirrispettawx id-dispożizzjonijiet li jinstabu f'dan ir-Regolament jew billi ma jħejjux rapport annwali tal-miżuri meħuda sabiex jiżguraw konformità ma' dawk id-dispożizzjonijiet. |
|
8. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 16(4) billi ma jżommux rekord ta' kont tal-klijent li jinkludi d-dejta msemmija fil-punt (a), (b) u (c) tal-istess paragrafu. |
|
9. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 16(5) billi ma joħolqux fajl tal-awditjar għal kull awditu statutorju mwettaq li jkun fih l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (j) tal-istess paragrafu. |
|
10. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 17(1)(c) billi ma jinformawx lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 36 b'inċident li kellu jew li jista' jkollu konsegwenzi serji għall-integrità tal-attività tagħhom. |
|
11. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 17(2) billi ma jinformawx lill-awtorità kompetenti li jissupervizzaw lill-entitajiet ta' interess pubbliku bi kwalunkwe frodi jew tentattiv ta' dan fir-rigward tar-rapporti finanzjarji tal-entità awditjata. |
|
C. Ksur relatat mar-rapportar tal-awditjar |
|
12. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 19 billi ma jiżgurawx li jsir eżami tal-kontroll tal-kwalità intern skont ir-rekwiżiti stabiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dak l-Artikolu. |
|
13. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 22 billi ma jipprovdux opinjoni tal-awditjar imħejjija skont ir-rekwiżiti stabiliti fil-paragrafi 2, 3, 4, 5 u 7 ta' dak l-Artikolu. |
|
14. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 23 billi ma jissottomettux rapport addizzjonali lill-kumitat tal-awditjar tal-entità awditjata li huwa mħejji skont with ir-rekwiżiti stabiliti fil-paragrafi 2 sa 5 ta' dak l-Artikolu. |
|
15. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 25 billi ma jirrapportawx minnufih lill-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw l-entitajiet ta' interess pubbliku bi kwalunkwe fatt jew deċiżjoni li jikkonċernaw dik l-entità ta' interess pubbliku li saru konxji bihom waqt li kienu qed iwettqu dak l-awditu statutorju u li jistgħu jkunu marbutin ma' kwalunkwe wieħed mill-ksur imsemmi fil-punti (a) sa (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 25. |
|
D. Ksur relatat mad-dispożizzjonijiet dwar id-divulgazzjoni |
|
16. Id-ditta tal-awditjar tikser l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 26(1) b'rabta mal-Artikolu 26(4) billi ma tippubblikax fuq is-sit elettroniku tagħha r-rapport finanzjarju annwali tagħha fis-sens tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/109/KE sa mhux aktar tard minn erba' xhur wara tmiem kull sena finanzjarja u tħallih għad-dispożizzjoni għal tal-inqas ħames snin. |
|
17. L-awditur statutorju jikser it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(2) b'rabta mal-Artikolu 27(1) billi ma jippubblikax fuq is-sit elettroniku tiegħu r-rapport tal-introjtu annwali tiegħu u ma jħallihx għad-dispożizzjoni għal tal-inqas ħames snin. |
|
18. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 26(2) billi ma jurux fir-rapport tal-introjtu annwali tagħhom jew fir-rapport finanzjarju annwali tagħhom, it-tariffi rċivuti mill-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji annwali u konsolidati ta' entitajiet ta' interess pubbliku u entitajiet li jappartjenu għal grupp ta' kumpaniji li l-impriża prinċipali tagħhom hija entità ta' interess pubbliku b'mod separat mit-tariffi rċivuti mill-awditu statutorju ta' rapporti finanzjarji annwali u konsolidati ta' entitajiet oħra u t-tariffi mitluba għas-servizzi ta' awditjar finanzjarju relatati kif iddefiniti fl-Artikolu 10. |
|
19. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li jappartjenu għal netwerk jiksru l-Artikolu 26(3) billi ma jipprovdux bħala anness għar-rapport tal-introjtu jew għar-rapport finanzjarju annwali dik l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) sa (d) tal-Artikolu 26(3), sakemm ma tapplikax id-deroga tat-tieni subparagrafu ta' dak il-paragrafu. |
|
20. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 27 billi ma jippubblikawx jew inkella billi ma jippubblikawx b'mod tempestiv rapport tat-trasparenza li jinkludi l-informazzjoni stabilita fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu u, fejn applikabbli, l-informazzjoni stabilita fl-Artikolu 28. |
|
21. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 29 billi ma jipprovdux b'mod annwali lista ta' entitajiet ta' interess pubbliku awditjati flimkien mad-dħul iġġenerat minnhom lill-awtorità kompetenti tagħhom imsemmija fl-Artikolu 35(1). |
|
22. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 30(1) billi ma jżommux id-dokumenti u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 30(1). |
|
E. Ksur relatat mal-ħatra ta' awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar minn entitajiet ta' interess pubbliku |
|
23. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 33(2) billi jwettqu l-awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku wara l-iskadenza taż-żewġ inkarigi konsekuttivi msemmija fl-Artikolu 33(1) qabel ma jkun għadda l-perjodu ta' erba' snin. |
|
24. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 33(6) billi ma jippreżentawx fajl ta' trażizzjoni komplet fi tmiem l-inkarigu tal-awditjar għall-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ta' warajhom. |
|
F. Ksur relatat mal-garanzija tal-kwalità |
|
25. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jiksru l-Artikolu 40(6) billi ma jiħdux segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-ispezzjonijiet fil-perjodu stabilit mill-awtorità kompetenti. |
|
II. Ksur minn entitajiet ta' interess pubbliku |
|
A. Ksur relatat mal-ħatra ta' awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar |
|
1. Mingħajr ħsara għall-Artikolu 31(2), (3) u (4), entità ta' interess pubbliku tikser l-Artikolu 31(1) billi ma twaqqafx kumitat tal-awditjar u/jew billi ma taħtarx in-numru meħtieġ ta' membri indipendenti u/jew billi ma taħtarx in-nurmu meħtieġ ta' membri li għandhom kompetenza speċifika fil-kontabilità u/jew fl-awditjar. |
|
2. Entità ta' interess pubbliku tikser l-Artikolu 32(1) billi ma taħtarx l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar b'konformità mal-kundizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 32(2) sa (6). |
|
3. Entità ta' interess pubbliku tikser l-Artikolu 33 billi timpjega l-istess awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għal perjodu itwal minn dak imsemmij fl-Artikolu 33. |
|
4. Entità ta' interess pubbliku tikser l-Artikolu 34 billi tagħti s-sensja lil awditur statutorju jew ditta tal-awditjar fin-nuqqas ta' raġunijiet validi. |
|
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (*) (14.3.2013)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali
dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku
(COM(2011)0779 – C7‑0470/2011 – 2011/0359(COD))
Rapporteur għal opinjoni (*): Kay Swinburne(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Taqsima | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Proposta għal |
Proposta għal |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku |
dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku |
(Test b'relevanza għaż-ŻEE) |
(Test b'relevanza għaż-ŻEE) |
|
Din l-emenda tapplika għat-test kollu kemm hu |
Ġustifikazzjoni | |
Regolament tal-UE mhuwiex format adatt ta' regolament, b'mod partikolari fid-dawl tan-natura ferm iddettaljata u li tintervjeni tal-proposta tal-Kummissjoni. Dan jirrappreżenta approċċ "wieħed tajjeb għal kollox" li ma jqisx in-natura tas-sistemi differenti ta' governanza korporattiva fl-UE kollha. Dan iwassal għal tnaqqis fl-istandards ta' governanza korporattiva f'xi Stati Membri. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Is-settur finanzjarju qiegħed jevolvi u qegħdin jinħolqu kategoriji ġodda ta' istituzzjonijiet finanzjarji bid-dritt tal-Unjoni. L-importanza ta' entitajiet u attivitajiet ġodda barra mis-sistema bankarja regolari qiegħda tikber u l-impatt tagħhom fuq l-istabilità finanzjarja saret ikbar. Għaldaqstant, huwa xieraq li d-definizzjoni ta' entità ta' interess pubbliku tkun tinkludi wkoll istituzzjonijiet u entitajiet finanzjarji oħrajn bħal ditti tal-investiment, istituzzjonijiet ta' pagamenti, impriżi tal-investimenti kollettivi f'titoli trasferibbli (UCITS), istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi u fondi ta' investiment alternattiv. |
(6) Is-settur finanzjarju qiegħed jevolvi u kategoriji ġodda ta' istituzzjonijiet finanzjarji ġew żviluppati bi tweġiba għal żviluppi regolatorji u teknoloġiċi. L-importanza ta' entitajiet u attivitajiet ġodda barra mis-sistema bankarja tradizzjonali li preċedentement ma kinux regolati fil-livell tal-Unjoni qiegħda tikber u l-impatt tagħhom fuq l-istabilità finanzjarja saret ikbar. Għaldaqstant, huwa xieraq li d-definizzjoni ta' entità ta' interess pubbliku tkun tinkludi wkoll istituzzjonijiet u entitajiet finanzjarji oħrajn bħal ditti tal-investiment, istituzzjonijiet ta' pagamenti u istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi. Għaldaqstant l-Istati Membri għandhom jaħtru entitajiet oħra bħala entitajiet ta' interess pubbliku, pereżempju entitajiet li huma ta' rilevanza pubblika sinifikanti minħabba n-natura tal-attivitajiet tagħhom, id-daqs tagħhom jew l-għadd ta' impjegati li jimpjegaw; |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Tħassib partikolari huwa l-involviment tal-awdituri fl-istrutturar ta' Vetturi bi Skop Speċjali (SPVs) mhux imniżżla fuq il-karta tal-bilanċ fir-rigward ta' istituzzjonijiet finanzjarji. Minħabba dawn il-vetturi jista' jkun aktar diffiċli għall-investituri u r-regolaturi li jżommu l-maniġment responsabbli. Barra minn hekk, jekk jiġu applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji, jista' jsir abbuż mill-SPVs biex jinħbew riskji fis-sistema finanzjarja u b'hekk titnaqqas il-kapaċità tas-superviżuri u l-azzjonisti li jagħrfu u jaġixxu f'waqtu u b'mod effikaċi, kontra theddid għall-istabilità finanzjarja. Għalhekk, huwa xieraq li jiġi ċċarat li kwalunkwe involviment fl-istrutturar ta' SPVs minn awditur ta' ditta jikkostitwixxi każ ta' awtorieżami u x'aktarx li se jirrappreżenta forma ta' kontabilità mhux xierqa. Għalhekk tali attività għandha tiġi pprojbita. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) L-awditjar ta' rapporti finanzjarji annwali u konsolidati huwa maħsub bħala salvagwardja statutorja għal investituri, mutwanti u kontropartijiet fin-negozju li għandhom sehem jew interess kummerċjali f'entitajiet ta' interess pubbliku. Għaldaqstant, l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar għandhom ikunu indipendenti għal kollox meta jwettqu awditu statutorju ta' tali entitajiet u l-kunflitti ta' interess jiġu evitati. Sabiex tiġi ddeterminata l-indipendenza tal-awdituri u tad-ditti tal-awditjar, irid jitqies il-kunċett ta' netwerk li fih jaħdmu l-awdituri u d-ditti. |
(7) L-awditjar ta' rapporti finanzjarji annwali u konsolidati huwa maħsub bħala salvagwardja statutorja għal investituri, mutwanti u kontropartijiet fin-negozju li għandhom sehem jew interess kummerċjali f'entitajiet ta' interess pubbliku. Għaldaqstant, l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar għandhom ikunu indipendenti għal kollox meta jwettqu awditu statutorju ta' tali entitajiet u l-kunflitti ta' interess jiġu evitati. Huma għandhom jinformaw lill-entità awditjata dwar kwistjonijiet li jirriżultaw mill-awditjar, iżda għandhom jastjenu mill-proċeduri ta' deċiżjonijiet interni tal-entità awditjata. Jekk isibu ruħhom f'sitwazzjoni fejn is-sinifikat tat-theddid għall-indipendenza tagħhom, anke wara l-applikazzjoni ta' salvagwardji għat-tnaqqis ta' dan it-theddid, jibqa' għoli wisq, għandhom jirriżenjaw jew jastjenu mix-xogħol tal-awditjar. Sabiex tiġi ddeterminata l-indipendenza tal-awdituri u tad-ditti tal-awditjar, irid jitqies il-kunċett ta' netwerk li fih jaħdmu l-awdituri u d-ditti. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Organizzazzjoni interna adegwata tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar għandha tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe theddid għall-indipendenza tagħhom. B'hekk, is-sidien jew l-azzjonisti ta' ditta tal-awditjar, kif ukoll dawk li jimmaniġġjawha, m'għandhomx jintervjenu fit-twettiq ta' awditu statutorju b'xi mod li jista' jfixkel l-indipendenza u l-oġġettività tal-awditur li jwettaq l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. Barra minn hekk, awdituri statutorji u ditti tal-awditjar għandhom jistabilixxu politiki u proċeduri interni xierqa fir-rigward tal-impjegati u persuni oħrajn involuti fl-attività ta' awditu statutorju fi ħdan l-organizzazzjonijiet tagħhom sabiex tkun żgurata l-konformità mal-obbligi statutorji tagħhom. B'mod partikolari, dawk il-politiki u proċeduri għandhom ifittxu li jipprevjenu u jindirizzaw kwalunkwe theddid għall-indipendenza u jiżguraw il-kwalità, l-integrità u r-reqqa tal-awditu statutorju. Dawk il-politiki u proċeduri għandhom ikunu proporzjonali minħabba l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar. |
(8) Organizzazzjoni interna adegwata tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar għandha tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe theddid għall-indipendenza tagħhom. B'hekk, is-sidien jew l-azzjonisti ta' ditta tal-awditjar, kif ukoll dawk li jimmaniġġjawha, m'għandhomx jintervjenu fit-twettiq ta' awditu statutorju b'xi mod li jista' jfixkel l-indipendenza u l-oġġettività tal-awditur li jwettaq l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. Barra minn hekk, awdituri statutorji u ditti tal-awditjar għandhom jistabilixxu politiki u proċeduri interni xierqa fir-rigward tal-impjegati u persuni oħrajn involuti fl-attività ta' awditu statutorju fi ħdan l-organizzazzjonijiet tagħhom sabiex tkun żgurata l-konformità mal-obbligi statutorji tagħhom. B'mod partikolari, dawk il-politiki u proċeduri għandhom ifittxu li jipprevjenu u jindirizzaw kwalunkwe theddid għall-indipendenza u jiżguraw il-kwalità, l-integrità u r-reqqa tal-awditu statutorju. Dawk il-politiki u proċeduri għandhom ikunu proporzjonali minħabba l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar u tal-entitajiet awditjati. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 21a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21a) Ir-rwol tal-BERS huwa li jissorvelja l-iżvilupp ta' riskju sistemiku fl-Unjoni. Fid-dawl tal-informazzjoni li d-ditti tal-awditjar ta' istituzzjonijiet finanzjarji sistematikament importanti jkollhom aċċess għaliha, l-esperjenza tagħhom tista' tgħin lill-BERS f'xogħlu. Għalhekk forum annwali għal djalogu bejniethom fuq bażi settorjali u anonima għandu jiġi ffaċilitat b'dan ir-Regolament. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Il-kumitati tal-awditjar, jew korpi li jwettqu funzjoni ekwivalenti fi ħdan entità awditjata, għandhom rwol deċiżiv x'jikkontribwixxu għal awditu statutorju ta' kwalità għolja. Huwa partikolarment importanti li l-indipendenza u l-kompetenza teknika tal-kumitat tal-awditjar jissaħħu billi jkun meħtieġ li maġġoranza tal-membri tiegħu tkun indipendenti u li għallinqas membru wieħed tal-kumitat ikollu kompetenza fl-awditjar u wieħed fl-awditjar u/jew kontabilità. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2005 dwar ir-rwol ta' diretturi jew diretturi superviżorji ta' kumpaniji elenkati u fuq il-kumitat tal-bord (superviżorju) tistabbilixxi kif jiġu stabbiliti u kif għandhom jaħdmu l-kumitati tal-awditjar. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra d-dimensjoni tal-bordijiet fil-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa u f'entitajiet ta' interess pubbliku żgħar u medji, ikun xieraq li l-funzjonijiet assenjati lill-kumitat tal-awditjar għal dawk l-entitajiet, jew lil korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti fi ħdan entità awditjata, jistgħu jitwettqu mill-korp amministrattiv jew superviżorju b'mod ġenerali. Entitajiet ta' interess pubbliku li huma UCITS jew fondi ta' investiment alternattiv għandhom ikunu eżentati wkoll mill-obbligu li jkun hemm kumitat tal-awditjar. Din l-eżenzjoni tqis il-fatt li fejn dawk il-fondi jiffunzjonaw sempliċiment għall-finijiet ta' ppuljar ta' assi, l-użu ta' kumitat tal-awditjar mhuwiex adegwat. Il-UCITS u fondi ta' investimenti alternattiv, kif ukoll il-kumpaniji maniġerjali tagħhom, jaħdmu f'ambjent regolatorju ddefinit b'mod strett u huma soġġetti għal mekkaniżmi ta' governanza speċifiċi bħal kontrolli eżerċitati mid-depożitarji tagħhom. |
(23) Il-kumitati tal-awditjar, jew korpi li jwettqu funzjoni ekwivalenti fi ħdan entità awditjata, għandhom rwol deċiżiv x'jikkontribwixxu għal awditu statutorju ta' kwalità għolja. Huwa partikolarment importanti li l-indipendenza u l-kompetenza teknika tal-kumitat tal-awditjar jissaħħu billi jkun meħtieġ li maġġoranza tal-membri tiegħu tkun indipendenti u li għallinqas membru wieħed tal-kumitat ikollu kompetenza fl-awditjar u wieħed fl-awditjar u/jew kontabilità. Il-membri tal-kumitat tal-awditjar għandhom jieħdu sehem fi programmi ta' tisħiħ tal-ħiliet sabiex jassiguraw livell ta' tagħrif tekniku xieraq fit-twettiq tar-rwoli tagħhom. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2005 dwar ir-rwol ta' diretturi jew diretturi superviżorji ta' kumpaniji elenkati u fuq il-kumitat tal-bord (superviżorju) tistabilixxi kif jiġu stabbiliti u kif għandhom jaħdmu l-kumitati tal-awditjar. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra d-dimensjoni tal-bordijiet fil-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa u f'entitajiet ta' interess pubbliku żgħar u medji, ikun xieraq li l-funzjonijiet assenjati lill-kumitat tal-awditjar għal dawk l-entitajiet, jew lil korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti fi ħdan entità awditjata, jistgħu jitwettqu mill-korp amministrattiv jew superviżorju b'mod ġenerali. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Huwa importanti li jissaħħaħ ir-rwol tal-kumitat tal-awditjar fl-għażla ta' awditur statutorju ġdid jew ditta tal-awditjar, għall-benefiċċju ta' deċiżjoni aktar informata tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew membri tal-entità awditjata. Għaldaqstant, meta jressaq proposta fil-laqgħa ġenerali, il-bord għandu jispjega jekk din tkunx qed issegwi r-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar u, jekk le, għalfejn. Ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar għandha tinkludi għallinqas żewġ għażliet possibbli għall-inkarigu tal-awditjar u preferenza ġġustifikata kif dovut għal waħda minnhom, sabiex il-laqgħa ġenerali tkun tista' tagħmel għażla reali. Sabiex tkun ipprovduta ġustifikazzjoni ġusta u xierqa fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-kumitat tal-awditjar għandu juża r-riżultati ta' proċedura tas-selezzjoni mandatorja organizzata mill-entità awditjata, taħt ir-responsabilità tal-kumitat tal-awditjar. F'din il-proċedura tas-selezzjoni, l-entità awditjata għandha tistieden lil awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, inklużi dawk iżgħar, sabiex jippreżentaw proposti għall-inkarigu tal-awditjar. Dokumenti ta' sejħiet għall-offerti għandu jkun fihom kriterji tal-għażla trasparenti u mhux diskriminatorji sabiex jintużaw għall-evalwazzjoni tal-proposti. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra li din il-proċedura tas-selezzjoni tista' tinvolvi spejjeż sproporzjonati għall-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa jew entitajiet ta' interess pubbliku żgħar jew medji wara li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni tagħhom, huwa xieraq li dawn l-entitajiet jinħelsu minn dan l-obbligu. |
(24) Huwa importanti li jissaħħaħ ir-rwol tal-kumitat tal-awditjar fl-għażla ta' awditur statutorju ġdid jew ditta tal-awditjar, għall-benefiċċju ta' deċiżjoni aktar informata tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew membri tal-entità awditjata. Għaldaqstant, meta jressaq proposta fil-laqgħa ġenerali, il-bord għandu jispjega jekk din tkunx qed issegwi r-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar u, jekk le, għalfejn. Ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar għandha tinkludi għallinqas żewġ għażliet possibbli għall-inkarigu tal-awditjar u preferenza ġġustifikata kif dovut għal waħda minnhom, sabiex il-laqgħa ġenerali tkun tista' tagħmel għażla reali. Sabiex tkun ipprovduta ġustifikazzjoni ġusta u xierqa fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-kumitat tal-awditjar għandu juża r-riżultati ta' proċedura tas-selezzjoni mandatorja organizzata mill-entità awditjata, taħt ir-responsabilità tal-kumitat tal-awditjar. F'din il-proċedura tas-selezzjoni, l-entità awditjata għandha tistieden lil awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, inklużi dawk mhux dominanti, sabiex jippreżentaw proposti għall-inkarigu tal-awditjar. Dokumenti ta' sejħiet għall-offerti għandu jkun fihom kriterji tal-għażla trasparenti u mhux diskriminatorji sabiex jintużaw għall-evalwazzjoni tal-proposti. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra li din il-proċedura tas-selezzjoni tista' tinvolvi spejjeż sproporzjonati għall-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa jew entitajiet ta' interess pubbliku żgħar jew medji wara li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni tagħhom, huwa xieraq li dawn l-entitajiet jinħelsu minn dan l-obbligu. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Huwa importanti li jissaħħaħ ir-rwol tal-kumitat tal-awditjar fl-għażla ta' awditur statutorju ġdid jew ditta tal-awditjar, għall-benefiċċju ta' deċiżjoni aktar informata tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew membri tal-entità awditjata. Għaldaqstant, meta jressaq proposta fil-laqgħa ġenerali, il-bord għandu jispjega jekk din tkunx qed issegwi r-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar u, jekk le, għalfejn. Ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar għandha tinkludi għallinqas żewġ għażliet possibbli għall-inkarigu tal-awditjar u preferenza ġġustifikata kif dovut għal waħda minnhom, sabiex il-laqgħa ġenerali tkun tista' tagħmel għażla reali. Sabiex tkun ipprovduta ġustifikazzjoni ġusta u xierqa fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-kumitat tal-awditjar għandu juża r-riżultati ta' proċedura tas-selezzjoni mandatorja organizzata mill-entità awditjata, taħt ir-responsabilità tal-kumitat tal-awditjar. F'din il-proċedura tas-selezzjoni, l-entità awditjata għandha tistieden lil awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, inklużi dawk iżgħar, sabiex jippreżentaw proposti għall-inkarigu tal-awditjar. Dokumenti ta' sejħiet għall-offerti għandu jkun fihom kriterji tal-għażla trasparenti u mhux diskriminatorji sabiex jintużaw għall-evalwazzjoni tal-proposti. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra li din il-proċedura tas-selezzjoni tista' tinvolvi spejjeż sproporzjonati għall-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa jew entitajiet ta' interess pubbliku żgħar jew medji wara li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni tagħhom, huwa xieraq li dawn l-entitajiet jinħelsu minn dan l-obbligu. |
(24) Huwa importanti li jissaħħaħ ir-rwol tal-kumitat tal-awditjar fl-għażla ta' awditur statutorju ġdid jew ditta tal-awditjar, għall-benefiċċju ta' deċiżjoni aktar informata tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew membri tal-entità awditjata. Għaldaqstant, meta jressaq proposta fil-laqgħa ġenerali, il-bord għandu jispjega jekk din tkunx qed issegwi r-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar u, jekk le, għalfejn. Għandu jipprovdi raġunijiet ukoll jekk jipproponi li jġedded inkarigu ta' awditjar wara proċedura ta' sejħa għall-offerti. Ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar għandha tinkludi għallinqas żewġ għażliet possibbli għall-inkarigu tal-awditjar, valutazzjoni komprensiva taż-żewġ proposti u preferenza ġġustifikata kif dovut għal waħda minnhom, sabiex il-laqgħa ġenerali tkun tista' tagħmel għażla reali. Sabiex tkun ipprovduta ġustifikazzjoni ġusta u xierqa fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-kumitat tal-awditjar għandu juża r-riżultati ta' proċedura tas-selezzjoni mandatorja organizzata mill-entità awditjata, taħt ir-responsabilità tal-kumitat tal-awditjar. F'din il-proċedura tas-selezzjoni, l-entità awditjata għandha tistieden lil awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, inklużi dawk iżgħar, sabiex jippreżentaw proposti għall-inkarigu tal-awditjar. Dokumenti ta' sejħiet għall-offerti għandu jkun fihom kriterji tal-għażla trasparenti u mhux diskriminatorji sabiex jintużaw għall-evalwazzjoni tal-proposti. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra li din il-proċedura tas-selezzjoni tista' tinvolvi spejjeż sproporzjonati għall-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa jew entitajiet ta' interess pubbliku żgħar jew medji wara li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni tagħhom, huwa xieraq li dawn l-entitajiet jinħelsu minn dan l-obbligu. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 24a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24a) Il-kumitati tal-awditjar għandhom iqisu jekk awditjar kondiviż jistax ikun ta' benefiċċju meta jkunu qegħdin iwettqu l-proċess tagħhom għat-tfigħ ta' offerti. L-awditjar kondiviż, fejn is-sussidjarji ta' kumpanija jkunu awditjati minn ditta tal-awditjar partikolari filwaqt li r-responsabbiltà għall-awditjar tal-grupp, u r-responsabbiltà aħħarija, taqa' f'idejn awditur tal-grupp ieħor, jista' jkun utli biex wieħed iwettaq xogħol tal-awditjar għal aktar ditti tal-awditjar filwaqt li jitnaqqsu t-tariffi minħabba kompetizzjoni aktar akkanita. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 24a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(24a) F'dak li għandu x'jaqsam mat-tiġdid ta' inkarigu tal-awditjar, il-kumitat tal-awditjar għandu jibbaża r-rakkomandazzjoni perjodikament fuq valutazzjoni komprensiva tal-kwalità tal-awditjar tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar. Il-valutazzjoni komprensiva għandha tinkludi l-kunsiderazzjoni tal-kompetenzi professjonali tal-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar (jiġifieri l-għarfien fl-industrija, l-infrastruttura, il-kompetenza teknika, il-kompetenza fl-IT), li jistgħu jvarjaw skont id-daqs u l-kumplessità tal-entità awditjata. Il-kumitat tal-awditjar għandu jqis ukoll l-aderenza mar-regoli u r-regolamenti rilevanti kif ukoll mal-istandards professjonali. L-awtorità kompetenti għandha toħroġ linji gwida dwar il-kriterji tal-kompetenzi professjonali biex tiffaċilita l-proċedura ta' selezzjoni. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 26 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) Il-ħatra ta' aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda minn ċerti entitajiet ta' interess pubbliku tinforza x-xettiċiżmu professjonali u tikkontribwixxi għaż-żieda fil-kwalità tal-awditjar. Barra minn hekk, din il-miżura flimkien mal-preżenza ta' ditti tal-awditjar iżgħar tiffaċilita l-iżvilupp tal-kapaċità ta' tali ditti, b'hekk jikkontribwixxu għal żieda fl-għażla tal-awtdituri statutorji u ditti tal-awditjar għal entitajiet ta' interess pubbliku. Għaldaqstant, jiġi promoss u inċentivizzat dan tal-aħħar biex jinħatru aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda sabiex iwettqu l-awditu statutorju. |
imħassar |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 27 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Sabiex tiġi indirizzata t-theddida tal-familjarità u għaldaqstant, sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-awdituri u tad-ditti tal-awditjar, huwa importanti li tiġi stabilita durata massima tal-inkarigu tal-awditjar ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar f'entità awditjata partikolari. Jiġi stabilit mekkaniżmu ta' rotazzjoni gradwali xieraq fir-rigward tal-aktar persunal anzjan involut fl-awditjar statutorju, inklużi s-sħab ewlenin tal-awditjar li jwettqu l-awditjar statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. Huwa importanti wkoll li jitfassal perjodu xieraq li fih it-tali awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ma jistgħux iwettqu l-awditu statutorju tal-istess entità. Sabiex tkun żgurata tranżizzjoni mingħajr intoppi, l-ex awditur għandu jittrasferixxi fajl ta' trasferiment bl-informazzjoni rilevanti lill-awditur ta' warajh. |
imħassar |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 27a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27a) It-tfigħ ta' offerti mandatorju, regolari u miftuħ kemm tas-servizzi tal-awditjar kif ukoll tas-servizzi mhux tal-awditjar joffri opportunità lill-kumpaniji żgħar u ta' daqs medju biex jippreżentaw is-servizzi u l-ħiliet tagħhom fi proċess trasparenti u jżidu l-viżibbiltà tagħhom bħala fornituri ta' servizzi lill-entitajiet ta' interess pubbliku. It-tfigħ ta' offerti jħeġġeġ bil-qawwi lill-kumitati tal-awditjar iqisu firxa usa' ta' fornituri prospettivi ta' servizzi tal-awditjar u mhux tal-awditjar. L-għan tad-dispożizzjonijiet għat-tfigħ ta' offerti fl-Artikoli 10a u 33 mhuwiex, madankollu, li jisforza rotazzjoni ta' fornituri ta' servizzi mhux tal-awditjar u ta' awdituri. Ħatra mill-ġdid ripetuta hija permessa b'mod espliċitu jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli msemmija hawn fuq jiġu sodisfatti bis-sħiħ. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 27b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(27b) Għandu jkun hemm ukoll tfigħ ta' offerti regolari u miftuħ għas-servizzi tal-awditjar finanzjarji relatati u servizzi mhux tal-awditjar peress li dan joffri opportunità biex awdituri statutorji żgħar u medji, ditti tal-awditjar u fornituri ta' servizzi mhux relatati mal-awditjar, jippreżentaw is-servizzi u l-ħiliet tagħhom fi proċess trasparenti u jżidu l-viżibbiltà tagħhom bħala fornituri tas-servizz lil entitajiet ta' interess pubbliku. L-awditur eżistenti mhuwiex obbligat li jwettaq servizzi ta' awditjar finanzjarju u servizzi mhux ta' awditjar u għalhekk il-proċess ta' sejħiet għal offerta jinkoraġġixxi bis-sħiħ il-kumitati tal-awditjar li jqisu firxa usa' ta' fornituri prospettivi ta' servizzi ta' awditjar u dawk mhux ta' awditjar. L-iskop ta' sejħa għal offerti għal servizzi relatati mal-awditjar finanzjarju u dawk mhux ta' awditjar mhuwiex biss biex jivvaluta l-prestazzjoni tal-fornitur eżistenti imma wkoll ir-rekwiżiti tal-entità awditjata. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 29 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(29) Sabiex ikun żgurat livell għoli ta' kunfidenza tal-investitur u tal-konsumatur fis-suq intern billi jiġu evitati kunflitti ta' interess, l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu indipendenti mill-professjoni tal-awditjar u li għandhom kapaċità, kompetenzi u riżorsi adegwati. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandu jkollhom is-setgħat neċessarji sabiex iwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom, inkluża l-kapaċità li jaċċedu għal dokumenti, jitolbu informazzjoni minn kwalunkwe persuna u jwettqu spezzjonijiet. Għandhom jispeċjalizzaw fis-superviżjoni tas-swieq finanzjarji, ta' konformità mal-obbligi ta' rapportar finanzjarju jew fis-sorveljar tal-awditjar statutorju. Madanakollu, għandu jkun possibbli li s-superviżjoni tal-konformità mal-obbligi imposti fuq l-entitajiet ta' interess pubbliku titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' dawk l-entitajiet. L-iffinanzjar tal-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ħieles minn kwalunkwe influwenza żejda minn awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar. |
(29) Sabiex ikun żgurat livell għoli ta' kunfidenza tal-investitur u tal-konsumatur fis-suq intern billi jiġu evitati kunflitti ta' interess, l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar għandhom ikunu soġġetti għal superviżjoni xierqa mill-awtoritajiet kompetenti li jkunu indipendenti mill-professjoni tal-awditjar u li għandhom kapaċità, kompetenzi u riżorsi adegwati. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandu jkollhom is-setgħat neċessarji sabiex iwettqu l-kompiti superviżorji tagħhom, inkluża l-kapaċità li jaċċedu għal dokumenti, jitolbu informazzjoni minn kwalunkwe persuna u jwettqu spezzjonijiet. Għandhom jispeċjalizzaw fis-superviżjoni tal-konformità mal-obbligi ta' rapportar finanzjarju jew fis-sorveljar tal-awditjar statutorju Madanakollu, għandu jkun possibbli li s-superviżjoni tal-konformità mal-obbligi imposti fuq l-entitajiet ta' interess pubbliku titwettaq mill-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta' dawk l-entitajiet. L-iffinanzjar tal-awtoritajiet kompetenti għandu jkun ħieles minn kwalunkwe influwenza żejda minn awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 33 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(33) Is-suq għall-forniment ta' servizzi tal-awditjar statutorju lil entitajiet ta' interess pubbliku jevolvi maż-żmien. Għaldaqstant, huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-iżviluppi fis-suq, b'mod partikolari fir-rigward tal-għażla limitata possibbli ta' awdituri u r-riskji li jirriżultaw minn konċentrazzjoni għolja fis-suq. |
(33) Is-suq għall-forniment ta' servizzi tal-awditjar statutorju lil entitajiet ta' interess pubbliku jevolvi maż-żmien. Għaldaqstant, huwa neċessarju li l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, tal-Istati Membri u tal-ESMA jimmonitorjaw l-iżviluppi fis-suq, b'mod partikolari fir-rigward tal-għażla limitata possibbli ta' awdituri u r-riskji li jirriżultaw minn konċentrazzjoni għolja fis-suq. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 36a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(36a) Din id-Direttiva tiżgura kooperazzjoni fl-UE kollha u kkoordinata mill-ESMA, bejn l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-attivitajiet tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar li jawditjaw ir-rapporti finanzjarji ta' entitajiet ta' interess pubbliku. Għalhekk, l-ESMA se tkun responsabbli għall-mekkaniżmu ta' kooperazzjoni fl-UE kollha li fil-preżent jaqa' taħt il-patroċinju tal-Grupp Ewropew ta' Korpi ta' Sorveljanza tal-Awditjar (EGAOB), grupp espert stabbilit u ppresedut mill-Kummissjoni Ewropea, permezz tal-ħolqien ta' kumitat intern permanenti magħmul mill-awtoritajiet kompetenti li ġew nominati biex iwettqu l-kompiti previsti f'din id-Direttiva. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2006/43/KE li s'issa jikkostitwixxu l-Grupp Ewropew ta' Korpi ta' Sorveljanza tal-Awditjar (EGAOB) maħluq permezz tad-Direttiva 2005/909/KE, huma membri bis-sħiħ tal-kumitat intern permanenti msemmi hawn fuq. Għaldaqstant, il-ħidma siewja tal-EGAOB se tibqa' ssir fi ħdan il-kumitat intern permanenti. Madankollu, is-superviżjoni pubblika tal-awditur għandha tkompli titwettaq fl-livell nazzjonali. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 38 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(38) Ir-rikonoxximent tal-aptitudni tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar sabiex iwettqu l-awditi statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku għandu jiffaċilita l-aċċess tal-awdituri u tad-ditti għal klijenti oħra. Għaldaqstant, huwa importanti li jiġi pprovdut Ċertifikat tal-Kwalità ta' dimensjoni Ewropea li jiġi żviluppat mill-AETS. L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għandhom ikunu involuti fl-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikat. |
imħassar |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 40 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(40) Kapaċità sostenibbli tal-awditjar u suq kompetittiv għas-servizzi tal-awditjar statutorju li fihom ikun hemm biżżejjed għażla ta' ditti tal-awditjar li kapaċi jwettqu awditi statutorji fuq entitajiet ta' interess pubbliku jkunu meħtieġa sabiex jiġi żgurat funzjonament bla ħarir tas-swieq kapitali. L-AETS għandha tirrapporta dwar il-bidliet fl-istruttura tas-suq tal-awditjar miġjuba minn dan ir-Regolament. Meta twettaq tali analiżi, l-AETS għandha tqis l-impatt tar-regoli nazzjonali tal-obbligazzjoni ċivili għall-awdituri statutorji fuq l-istruttura tas-suq tal-awditjar. Abbażi ta' tali rapport u evidenza oħra xierqa, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-impatt tar-regoli nazzjonali dwar l-obbligazzjonijiet tal-awdituri statutorji fl-istruttura tas-suq tal-awditjar u għandha tiegħu l-passi li tqis xierqa skont ir-riżultat tas-sejbiet tagħha. |
(40) Kapaċità sostenibbli tal-awditjar u suq kompetittiv għas-servizzi tal-awditjar statutorju li fihom ikun hemm biżżejjed għażla ta' ditti tal-awditjar li kapaċi jwettqu awditi statutorji fuq entitajiet ta' interess pubbliku jkunu meħtieġa sabiex jiġi żgurat funzjonament bla ħarir tas-swieq kapitali. In-Network Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK) għandu jirrapporta dwar il-bidliet fl-istruttura tas-suq tal-awditjar miġjuba minn dan ir-Regolament. Meta jwettaq tali analiżi, l-NEK għandu jqis l-impatt tar-regoli nazzjonali tal-obbligazzjoni ċivili għall-awdituri statutorji fuq l-istruttura tas-suq tal-awditjar. Abbażi ta' tali rapport u evidenza oħra xierqa, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-impatt tar-regoli nazzjonali dwar l-obbligazzjonijiet tal-awdituri statutorji fl-istruttura tas-suq tal-awditjar u għandha tiegħu l-passi li tqis xierqa skont ir-riżultat tas-sejbiet tagħha. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 43 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(43) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi l-ġodda fl-awditjar u fis-suq tal-awditjar, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tispeċifika rekwiżiti tekniċi dwar il-kontenut tal-fajl tat-trasferiment li l-awditur statutorju l-ġdid jew id-ditta tal-awditjar il-ġdida għandhom jirċievu u fuq l-istabiliment ta' ċertifikat Ewropew tal-kwalità għal awdituri statutorji u ditti tal-awditjar li jwettqu awditi statutorji ta' entitajiet ta' interess pubbliku. |
imħassar |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 44 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(44) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, fl-awditjar u fil-professjoni tal-awditjar u sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stabiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, l-użu tal-atti delegati huwa neċessarju sabiex il-lista ta' servizzi tal-awditjar relatati u ta' servizzi mhux tal-awditjar tiġi adattata kif ukoll sabiex jiġi stabilit il-livell ta' tariffi li l-AETS tkun tista' titlob għall-għoti taċ-ċertifikat Ewropew tal-kwalità lil awdituri statutorji u lil ditti tal-awditjar. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
(44) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tekniċi fis-swieq finanzjarji, fl-awditjar u fil-professjoni tal-awditjar u sabiex jiġu speċifikati r-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, l-użu tal-atti delegati huwa neċessarju sabiex il-lista ta' servizzi tal-awditjar relatati u ta' servizzi mhux tal-awditjar ipprojbiti, tiġi adattata kif ukoll sabiex jiġi stabilit il-livell ta' tariffi li l-ESMA tkun tista' titlob għall-għoti taċ-ċertifikat Ewropew tal-kwalità lil awdituri statutorji u lil ditti tal-awditjar. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, anki fil-livell tal-esperti u mal-ESMA. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-ESMA, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 45 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(45) Sabiex tiżgura ċertezza legali u t-tranżizzjoni mingħajr intoppi lir-reġim varat b'dan ir-Regolament, huwa importanti li jitnieda reġim tranżitorju rigward id-dħul fis-seħħ tal-obbligu ta' rotazzjoni tad-ditti tal-awditjar, l-obbligu ta' organizzazzjoni ta' proċedura tas-selezzjoni għall-għażla tad-ditta tal-awditjar u l-konverżjoni tad-ditti tal-awditjar f'ditti li jipprovdu servizzi tal-awditjar biss. |
(45) Sabiex tiżgura ċertezza legali u t-tranżizzjoni mingħajr intoppi lir-reġim varat b'dan ir-Regolament, huwa importanti li jitnieda reġim tranżitorju rigward id-dħul fis-seħħ ta' ċerti obbligi f'dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandha tiġi adattata biex tirrifletti t-tneħħija tar-rekwiżiti għal rotazzjoni mandatorja tad-ditti, is-sejħa għall-offerti mandatorja u d-ditti ta' awditjar, biss xorta waħda għandu jinżamm il-prinċipju ta' miżuri tranżitorji li jistgħu jkunu meħtieġa għal ċerti dispożizzjonijiet, sabiex jagħtu żmien lill-entitajiet ta' interess pubbliku u d-ditti tal-awditjar biex jadattaw. | |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE, għajr għad-definizzjonijiet ta' 'rapport tal-awditjar' u ta' 'awtorità kompetenti'. |
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet stabiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE, għajr għad-definizzjonijiet ta' 'rapport tal-awditjar', ta' 'awtorità kompetenti' u 'entitajiet ta' interess pubbliku'. |
|
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament 'entitajiet ta' interess pubbliku' tfisser: |
|
(a) entitajiet regolati mid-dritt ta' Stat Membru u li t-titoli trasferibbli tagħhom jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat ta' kwalunkwe Stat Membru fis-sens tal-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE minbarra impriżi għall-investiment kollettiv ta' titoli trasferibbli (UCITS) kif definiti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (******) u fondi tal-UE għal investiment alternattiv kif definiti fl-Artikolu 4(1)(k ) tad-Direttiva 2011/61/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*****); |
|
(b) istituzzjonijiet tal-kreditu kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*; minbarra dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu li ma jkunux ħarġu titoli trasferibbli ammessi għal kummerċ f'suq regolat fis-sens tal-punt 14 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE sakemm il-valur totali tal-assi tagħhom jaqbeż EUR 30 biljun |
|
(c) impriżi tal-assigurazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**; |
|
(d) entitajiet regolati mid-dritt ta' Stat Membru li jkunu istituzzjonijiet ta' pagamenti kif definiti fil-punt 4 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ***, sakemm l-Artikolu 15(2) ta' dik id-Direttiva japplika; |
|
(e) entitajiet regolati mid-dritt ta' Stat Membru li jkunu istituzzjonijiet ta' flus elettroniċi kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ***, sakemm l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2007/64/KE japplika; |
|
(f) ditti tal-investiment kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE; |
|
(g) entitajiet regolati mid-dritt ta' Stat Membru li jkunu depożitarji ċentrali tat-titoli; |
|
(h) kontropartijiet ċentrali kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament X/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ***** [ara l-proposta għal Regolament dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tat-tranżazzjonijiet, COM (2010)484)]; |
|
_________________ |
|
* ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1 |
|
** ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1 |
|
*** ĠU L 187, 18.7.2009, p. 5 |
|
**** ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7 |
|
***** |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 4 |
imħassar |
Entitajiet ta' interess pubbliku kbar |
|
Għall-finijiet ta' dan ir-regolament, 'entitajiet ta' interess pubbliku kbar' tkopri dawn li ġejjin |
|
(a) fir-rigward ta' entitajiet iddefiniti fil-punt 13(a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE, l-akbar 10 emittenti ta' ishma f'kull Stat Membru imkejla mill-kapitalizzazzjoni tas-suq fuq il-bażi tal-kwoti ta' tmiem is-sena u fi kwalunkwe każ, l-emittenti tal-ishma kollha li kellhom kapitalizzazzjoni tas-suq medja ta' aktar minn EUR 1 000 000 000 fuq il-bażi ta' kwoti ta' tmiem is-sena għat-tliet snin kalendarji preċedenti; |
|
(b) fir-rigward ta' entitajiet iddefiniti fil-punti 13(b) sa (f) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE, kwalunkwe entità li fuq il-karta bilanċjali tagħha jkollha total fuq il-karta bilanċjali ta' iktar minn EUR 1 000 000 000; |
|
(c) fir-rigward ta' entitajiet iddefiniti fil-punti 13(g) u (h) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE, kwalunkwe entità li fuq il-karta bilanċjali tagħha jkollha assi totali taħt amministrazzjoni ta' aktar minn EUR 1 000 000 000. |
|
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li t-twettiq ta' awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku ma jkunx affettwat minn xi kunflitt ta' interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta' negozju jew ta' xorta oħra li tinvolvi lill-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jkunu qegħdin iwettqu l-awditu statutorju u, fejn xieraq, in-netwerk, il-maniġers, l-awdituri, l-impjegati u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar, jew kwalunkwe persuna b'konnessjoni diretta jew indiretta mal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar b'kontroll. |
Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-indipendenza tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jkunu qegħdin iwettqu l-awditu statutorju ma tiġix kompromessa minn relazzjonijiet finanzjarji, personali, ta' negozju, ta' impjieg jew relazzjonijiet oħra li jinvolvu l-awditur statutorju, id-ditta tal-awditjar, id-ditti affiljati u n-netwerk tagħha, u kwalunkwe persuna fiżika f'pożizzjoni li tinfluwenza r-riżultat tal-awditjar statutorju. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kliem propost jirrifletti aħjar in-natura tar-relazzjoni tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar lill-entità awditjata u jiġbor b'mod aktar komprensiv it-theddid potenzjali għall-indipendenza. Barra minn hekk, dan huwa aktar allinjati mal-istandards internazzjonali eżistenti dwar l-etika u se jiżgura kundizzjonijiet internazzjonali ekwi. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Meta t-tariffi totali riċevuti minn entità ta' interess pubbliku soġġetta għall-awditu statutorju jkunu jirrappreżentaw jew aktar minn 20 % jew, għal sentejn konsekuttivi, aktar minn 15 % tat-tariffi totali annwali riċevuti mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar li jwettqu l-awditjar statutorju, tali awditur jew ditta jiddivulgaw lill-kumitat tal-awditjar il-fatt li t-total ta' tali tariffi jirrappreżenta aktar minn 20 % jew 15 %, kif xieraq, tat-tariffi totali riċevuti mid-ditta u jsiru d-diskussjonijiet msemmija fl-Artikolu 11(4)(d). Il-kumitat tal-awditjar jikkunsidra jekk l-inkarigu tal-awditjar ikunx soġġett għal reviżjoni tal-kontroll tal-kwalità minn awditur statutorju ieħor jew ditta tal-awditjar oħra qabel il-ħruġ tar-rapport tal-awditjar. |
imħassar |
Meta t-tariffi totali riċevuti minn entità ta' interess pubbliku soġġetta għall-awditu statutorju jkunu jirrappreżentaw, għal sentejn konsekuttivi, 15 % jew aktar tat-tariffi annwali totali riċevuti mill-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettqu l-awditu statutorju, l-awditur jew ditta jinformaw lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) b'tali sitwazzjoni. L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) tiddeċiedi dwar il-bażi tal-motivazzjonijiet oġġettivi pprovduti mill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar, jekk l-awditur statorju jew id-ditta tal-awditjar ta' tali entità tistax tkompli twettaq l-awditu statutorju għal perjodu addizzjonali li fi kwalunkwe każ ma jkunx itwal minn sentejn. |
|
Meta l-entità awditjata tkun eżentata mill-obbligu li jkollha kumitat tal-awditjar, l-entità awditjata tiddeċiedi dwar liema korp jew organu tal-entità jaħdem mal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għall-finijiet tal-obbligi stipulati f'dan il-paragrafu. |
|
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku jistgħu jipprovdu lill-entità awditjata, lill-impriża azzjonarja tagħha u lill-impriżi kontrollati tagħha servizzi tal-awditjar u servitti tal-awditjar finanzjaru relatati. |
Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku jistgħu jipprovdu lill-entità awditjata jew lill-impriżi kontrollati tagħha servizzi mhux tal-awditjar, biss wara li jkun ivvaluta bir-reqqa t-theddid għall-indipendenza tiegħu u s-salvagwardji potenzjali għaliha f'konformità mal-Artikolu 11 u wara li jkun kiseb approvazzjoni mill-kumitat tal-awditjar. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta l-awditur statutorju jkun jappartjeni għal netwerk, membru ta' tali netwerk jista' jipprovdi lill-entità awditjata, lill-impriża holding tagħha u lill-impriżi kontrollati tagħha fi ħdan l-Unjoni servizzi ta' awditjar statutorju u servizzi ta' awditjar finanzjarju relatati. |
Meta l-awditur statutorju jkun jappartjeni għal netwerk, kwalunkwe membru ta' tali netwerk jista' jipprovdi lill-entità awditjata, lill-impriża holding tagħha u lill-impriżi kontrollati tagħha fi ħdan l-Unjoni servizzi mhux tal-awditjar, biss wara li jkun ivvaluta bir-reqqa t-theddid għall-indipendenza tiegħu u s-salvagwardji potenzjali għaliha f'konformità mal-Artikolu 11 u wara li jkun kiseb approvazzjoni mill-kumitat tal-awditjar. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, servizzi ta' awditjar finanzjarju relatati ifissru: |
imħassar |
(a) l-awditjar jew l-eżaminazzjoni ta' rapporti finanzjarji interim; |
|
(b) l-għoti ta' garanzija dwar dikjarazzjonijiet ta' governanza korporattiva; |
|
(c) l-għoti ta' garanzija dwar kwistjonijiet ta' responsabilità soċjali korporattiva; |
|
(d) l-għoti ta' garanzija dwar jew l-attestazzjoni ta' rapportar regolatorju lil regolaturi ta' istituzzjonijiet finanzjarji lil hinn mill-ambitu tal-awditjar statutorju u ddisinnjati biex jassistu lir-regolaturi biex iwettqu r-rwol tagħhom, bħal dwar ir-rekwiżiti kapitali jew razzjonijiet speċifiċi ta' solvenza li jiddeterminaw kemm hu probabbli li impriża ser tkun tista' tkompli tissodisfa l-obbligi tagħha ta' dejn; |
|
(e) l-għoti ta' ċertifikazzjoni dwar il-konformità mar-rekwiżiti tat-taxxa fejn tali attestazzjoni tkun meħtieġa mid-dritt nazzjonali |
|
(f) kwalunkwe dmir statutorju ieħor relatat ma' xogħol ta' awditjar impost mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni lill-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar. |
|
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, servizzi mhux ta' awditjar tfisser: |
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, servizzi mhux tal-awditjar ipprojbiti jfissru kwalunkwe servizz mogħti matul il-perjodu kopert mir-rapporti finanzjarji soġġetti għal awditjar u l-perjodu li matulu l-inkarigu tal-awditjar ġie eżegwit, u fejn il-forniment ta' tali servizzi jikkaġuna kunflitti ta' interess li jinkludu: |
(a) servizzi li jinvolvu konflitt ta' interess fil-każijiet kollha: |
(a) servizzi ta' kontabbiltà, it-tħejjija tal-kalkoli ta' taxxi attwali u differiti, u t-tħejjija ta' kotba tal-kontijiet u ta' rapporti finanzjarji soġġetti għal awditu statutorju; |
(i) servizzi esperti mhux relatati mal-awditjar; konsulenza dwar it-taxxa, maniġment ġenerali, u servizzi oħra ta' pariri; |
(b) it-tfassil jew l-implimentazzjoni ta' kontroll intern, sistemi għall-ġestjoni tar-riskji jew sistemi finanzjarji tat-teknoloġija tal-informatika: |
(ii) żamma tal-kotba u tħejjija tar-rekords kontabilistiċi u r-rapporti finanzjarji; |
(i) jagħmlu parti sinifikanti mill-kontroll intern fuq rappurtar finanzjarju tal-entità awditjata, jew |
(iii) disinn u implimentazzjoni ta' proċedura ta' kontroll intern jew immaniġjar tar-riskju relatat mat-tħejjija u/jew kontroll ta' informazzjoni finanzjarja inkluża fir-rapporti finanzjarji u pariri dwar ir-riskju; |
(ii) jiġġeneraw informazzjoni li hija rilevanti għall-kotba tal-kontijiet jew għar-rapporti finanzjarji li huma soġġetti għall-awditu statutorju; |
(iv) servizzi ta' valwazzjoni, il-forniment ta' opinjonijiet dwar ġustizzja jew rapporti dwar kontribuzzjoni in natura; |
(c) ifornu servizzi ta' valutazzjoni, inklużi valutazzjonijiet imwettqa b'konnessjoni ma' servizzi attwarjali jew servizzi ta' appoġġ fil-każ ta' tilwim, fejn il-valutazzjoni jkollha effett materjali separatament jew fit-total fuq ir-rapporti finanzjarji; |
(v) servizzi attwarjali u ġudizzjali, inkluż ir-reżoluzzjoni tat-tilwim; |
(d) servizzi ġuridiċi fir-rigward ta' |
(vi) tfassil u implimentazzjoni tas-sistemi informatiċi finanzjarji għal entitajiet ta' interess pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 2(13)(b) sa (j) tad-Direttiva 2006/43/KE; |
(i) il-fornitura ta' konsulenza ġenerali, |
(vii) parteċipazzjoni fl-awditu intern tal-klijent tal-awditjar u l-forniment ta' servizzi relatati mal-funzjoni tal-awditjar intern; |
(ii) in-negozjar f'isem il-klijent tal-awditjar, jew |
(viii) servizzi ta' sensar jew negozjar, ta' konsulenza dwar l-investiment, jew servizzi bankarji ta' investiment. |
(iii) l-aġir fi rwol ta' difiża biex tinstab soluzzjoni għal tilwima meta l-ammonti involuti jkunu rilevanti għar-rapporti finanzjarji soġġetti għall-awditu statutorju; |
(b) servizzi li jkunu jistgħu jinvolvu konflitt ta' interess: |
(e) is-servizzi għall-ħlas tal-pagi; |
(i) servizzi ta' riżorsi umani, inkluż ir-reklutaġġ ta' maniġment superjuri; |
(f) il-promozzjoni, in-negozjar, jew is-sottoskrizzjoni ta' ishma tal-entità suġġett għall-awditjar; |
(ii) forniment ta' ittri ta' garanzija (comfort letters) għal investituri fil-kuntest tal-ħruġ tat-titoli ta' impriża; |
(g) is-servizzi ta' riżorsi umani fir-rigward ta' individwi b'inkarigu għoli f'pożizzjoni li jeżerċitaw influwenza sinifikanti fuq il-preparazzjoni tal-kotba tal-kontijiet jew ir-rapporti finanzjarji soġġetti għall-awditu statutorju, fejn tali servizzi jinvolvu: |
(iii) tfassil u implimentazzjoni tas-sistemi informatiċi finanzjarji għal entitajiet ta' interess pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 2(13)(a) tad-Direttiva 2006/43/KE; |
(i) it-tfittxija għal kandidati għal dawn il-pożizzjonijiet; jew |
(iv) servizzi ta' diliġenza dovuta lill-venditur jew l-akwirent f'fużjonijiet jew akkwiżizzjonijiet potenzjali u l-għoti ta' aċċertament dwar l-entità awditjata lil partijiet oħrajn fi tranżazzjoni finanzjarja jew korporattiva. |
(ii) it-twettiq ta' kontrolli ta' referenza ta' kandidati prospettivi għal tali pożizzjonijiet. |
|
h) is-servizzi ta' konsulenza legali jew fiskali relatati ma' tranżazzjonijiet ta' strutturar introdotti mill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jew membru tan-netwerk tagħha li jmorru lil hinn mill-preżentazzjoni u/jew l-analiżi tal-alternattivi u li jkollhom impatt dirett u rilevanti fuq ir-rapporti finanzjarji soġġetti għall-awditu statutorju. |
Permezz ta' deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafu, is-servizzi msemmija fil-punt (b)(iii) u (iv) jistgħu jkunu pprovduti mill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar, prevja l-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1). |
|
Permezz ta' deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafu, is-servizzi msemmija fil-punt (b)(i) u (ii) jistgħu jkunu pprovduti mill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar, prevja l-approvazzjoni mill-kumitat tal-awditjar msemmi fl-Artikolu 31. |
|
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Meta membru tan-netwerk li għalih ikunu jappartjenu l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li jwettqu awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku jkun jipprovdi servizzi mhux tal-awditjar lil impriża inkorporata f'pajjiż terz ikkontrollata mill-entità ta' interess pubbliku awditjata, l-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar konċernati jivvalutaw jekk l-indipendenza tagħhom tkunx kompromessa minn tali forniment ta' servizzi mill-membru tan-netwerk. |
Meta membru tan-netwerk li għalih ikunu jappartjenu l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li jwettqu l-awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku jkun jipprovdi servizzi mhux tal-awditjar lil impriża inkorporata f'pajjiż terz ikkontrollata mill-entità ta' interess pubbliku awditjata, l-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar konċernati jivvalutaw jekk l-indipendenza tagħhom tkunx kompromessa minn tali forniment ta' servizzi mill-membru tan-netwerk. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-involviment fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-entità awditjata u l-forniment tas-servizzi li għalihom issir referenza fil-punti (ii) u (iii) tal-paragrafu 3(a) jitqiesu li jaffettwaw tali indipendenza fil-każijiet kollha. |
imħassar |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-forniment tas-servizzi li għalihom issir referenza fil-punti (i) u (iv) sa (viii) tal-paragrafu 3(a) ikunu preżunti li jaffettwaw tali indipendenza. |
imħassar |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Meta ditta tal-awditjar tiġġenera aktar minn terz tad-dħul annwali tagħha tal-awditjar minn entitajiet kbar ta' interess pubbliku u tkun tappartjeni għal netwerk li l-membri tagħha għandhom dħul ikkombinat annwali mill-awditjar li jkun jaqbeż EUR 1 500 miljun fi ħdan l-Unjoni Ewropea, hija teħtieġ tikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin: |
imħassar |
(a) ma tipprovdix direttament jew indirettament lil xi entità ta' interess pubbliku servizzi mhux tal-awditjar; |
|
(b) ma tkunx tappartjeni għal netwerk li jipprovdi servizzi mhux tal-awditjar statutorju fl-Unjoni; |
|
(c) kwalunkwe entità li tipprovdi s-servizzi elenkati fil-paragrafu 3 ma jkollhiex, direttament jew indirettament, aktar minn 5 % tal-kapital jew tad-drittijiet ta' votazzjoni fid-ditta tal-awditjar; |
|
(d) l-entitajiet li jipprovdu s-servizzi elenkati fil-paragrafu 3 ma jippossjedux flimkien, direttament jew indirettament, aktar minn 10 % tal-kapital jew tad-drittijiet ta' votazzjoni fid-ditta tal-awditjar; |
|
(e) tali ditta tal-awditjar ma jkollhiex direttament jew indirettament aktar minn 5 % tal-kapital jew tad-drittijiet ta' votazzjoni fi kwalunkwe entità li tipprovdi s-servizzi elenkati fil-paragrafu 3. |
|
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 68 għall-finijiet li tadatta l-lista ta' servizzi ta' awditjar finanzjarju relatati li għalihom issir referenza fil-paragrafu 2 u l-lista ta' servizzi mhux ta' awditjar li għalihom issir referenza fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Meta tuża dawk is-setgħat, il-Kummissjoni tikkunsidra żviluppi fl-awditjar u fil-professjoni tal-awditjar. |
imħassar |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 6a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. L-Istati Membri jistgħu, b'mod eċċezzjonali, iżidu mal-lista ta' servizzi pprojbiti bis-saħħa tal-paragrafu 2 għall-awdituri statutorji jew għad-ditti tal-awditjar li għalihom l-Istat Membru rilevanti huwa l-Istat Membru ta' oriġini. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bi kwalunkwe servizz jew attività addizzjonali li fil-fehma tagħhom iqajjem kunflitt ta' interess. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 10a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 10a |
|
Approvazzjoni ta' servizz mhux tal-awditjar min-naħa tal-kumitat tal-awditjar |
|
1. Il-kumitat tal-awditjar jistabbilixxi politika dwar servizz mhux tal-awditjar, li tirregola jekk l-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jew, fil-każ li l-awditur statutorju jappartjeni għal netwerk, membru ta' tali netwerk jistax iforni lill-entità awditjata jew lill-impriża kkontrollata minnha, servizzi mhux tal-awditjar minbarra dawk ipprojbiti (l-Artikolu 10(2)). Tali politika għandha tinkludi kunsiderazzjonijiet fir-rigward ta': |
|
(i) in-natura tas-servizzi mhux tal-awditjar u jekk humiex permissibbli b'mod ġenerali jew jesiġux approvazzjoni espliċita fuq bażi ta' ħatra, |
|
(ii) it-tariffi relatati għal tali servizzi u kif dawn it-tariffi huma relatati mat-tariffi tal-awditjar kemm fil-kategoriji ta' servizzi mhux tal-awditjar kif ukoll fl-aggregat, |
|
(iii) id-delega tal-awtorità għal ċerti livelli ta' approvazzjoni. |
|
Deċiżjonijiet individwali dwar jekk għandhiex tiġi approvata d-dispożizzjoni ta' servizz mhux tal-awditjar, għandhom ikun ibbażati fuq il-politika dwar servizzi mhux tal-awditjar, u b'hekk se tingħata aktar kunsiderazzjoni fir-rigward ta': |
|
(i) il-kompetenza u l-esperjenza tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar f'dak il-qasam ta' servizz partikolari jew jekk fornituri alternattivi tas-servizz humiex disponibbli, u |
|
(ii) jekk hemmx biżżejjed salvagwardji għat-tnaqqis jew it-tneħħija tat-theddidiet għall-indipendenza tal-awditur sa livell adegwat, li jistgħu jirriżultaw mill-forniment tas-servizz mhux tal-awditjar, mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar. |
|
2. Meta jkunu qegħdin ifasslu l-politiki għal servizzi mhux tal-awditjar imsemmija fil-paragrafu 1, il-kumitati tal-awditjar iridu: |
|
(a) jimmiraw għall-akbar trasparenza possibbli; kif ukoll |
|
(b) ifittxu approvazzjoni annwali ta' tali politika mill-azzjonisti fir-rigward ta' servizzi mhux tal-awditjar, fil-laqgħa ġenerali annwali. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jitolbu permess mill-kumitat tal-awditjar sabiex jipprovdu s-servizz mhux tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 10(3)(b)(i) u (ii) lill-entità awditjata; |
imħassar |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) jitolbu permess mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) sabiex jipprovdu s-servizz mhux tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 10(3)(b)(iii) u (iv) lill-entità awditjata; |
imħassar |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) pjan tal-awditjar li jistabilixxi l-ambitu u l-metodu probabbli tal-awditu statutorju; |
(c) pjan tal-awditjar li jistabbilixxi l-ambitu u l-metodu probabbli tal-awditu statutorju u, fejn ikunu nħatru aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda, id-distribuzzjoni tal-kompiti fost l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar u l-pjan ta' rotazzjoni stabbilit bi qbil mal-Artikolu 33(1); |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2006/43/KE meta jwettqu l-awditu statutorju tal-entitajiet ta' interess pubbliku sakemm dawn l-istandards ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. |
L-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 26 tad-Direttiva 2006/43/KE meta jwettqu l-awditu statutorju tal-entitajiet ta' interess pubbliku. |
Ġustifikazzjoni | |
L-awdituri għandhom jikkonformaw mal-istandards internazzjonali tal-awditjar maħruġa mill-IAASB. M'għandux ikun hemm differenzi bejn l-istandards internazzjonali tal-awditjar u r-Regolament. | |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt r | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(r) jindika s-servizzi mhux tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 10(3)(b)(i) u (ii) li l-kumitat tal-awditjar ikun ippermetta lill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jipprovdu lill-entità awditjata; |
(r) jindika s-servizzi mhux tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 10 li l-kumitat tal-awditjar ikun ippermetta lill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jipprovdu lill-entità awditjata |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt r | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(r) jindika s-servizzi mhux tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 10(3)(b)(i) u (ii) li l-kumitat tal-awditjar ikun ippermetta lill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jipprovdu lill-entità awditjata; |
(r) jindika s-servizzi mhux tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 10(3)(b)(i) u (ii) li l-kumitat tal-awditjar ikun ippermetta lill-awditur statutorju, id-ditta tal-awditjar jew il-fornitur tas-servizz mhux ta' awditjar jipprovdu lill-entità awditjata; |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt s | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(s) jindika s-servizzi mhux tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 10(3)(b)(iii) u (iv) li l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) tkun ippermettiet lill-awditur statutorju jew lid-ditta tal-awditjar jipprovdu lill-entità awditjata; |
imħassar |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt t | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(t) jagħti opinjoni li tistabilixxi b'mod ċar l-opinjoni tal-awditur(i) statutorju/i jew tad-ditta/i tal-awditjar dwar jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati jirrappreżentawx il-qagħda vera u ġusta u jekk tħejjewx b'konformità mal-qafas tar-rapportar finanzjarju relevanti u, fejn dan ikun xieraq, jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati jikkonformawx mar-rekwiżiti statutorji; l-opinjoni tal-awditjar tkun jew mhux ikkwalifikata, kwalifikata, opinjoni avversa jew, jekk l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar ma jistgħux jesprimu opinjoni tal-awditjar, ċaħda tal-opinjoni. Fil-każ ta' opinjoni kwalifikata jew avversa jew ċaħda tal-opinjoni, ir-rapport jispjega r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni; |
(t) jagħti opinjoni li tistabilixxi b'mod ċar l-opinjoni tal-awditur(i) statutorju/i jew tad-ditta/i tal-awditjar dwar jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati jirrappreżentawx il-qagħda vera u ġusta u jekk tħejjewx b'konformità mal-qafas tar-rapportar finanzjarju relevanti u, fejn dan ikun xieraq, jekk ir-rapporti finanzjarji annwali jew konsolidati jikkonformawx mar-rekwiżiti statutorji; f'konformità mal-Istandards Internazzjonali dwar l-Awditjar l-opinjoni tal-awditjar tkun jew mhux ikkwalifikata, kwalifikata, jew opinjoni avversa. Fil-każ ta' opinjoni kwalifikata jew avversa, ir-rapport għandu jispjega r-raġunijiet għal din id-deċiżjoni. Fil-każ ta' istituzzjonijiet tal-kreditu u impriżi tal-assigurazzjoni, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 rispettivament, l-opinjoni tal-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar għandha tiddikjara n-"negozju avvjat" tal-entità awditjata, fejn ikun meħtieġ, u jinforma(w) lill-awtorità kompetenti; |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt u | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(u) jirreferi għal kull kwistjoni li l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar xeħtu dawl fuqha permezz ta' enfasi mingħajr ma kkwalifikaw l-opinjoni tal-awditjar; |
(u) jirreferi, f'konformità mal-Istandards Internazzjonali dwar l-Awditjar, għal kull kwistjoni li l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar xeħtu dawl fuqha permezz ta' enfasi mingħajr ma kkwalifikaw l-opinjoni tal-awditjar; |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt v | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(v) jagħti opinjoni rigward il-konsistenza jew in-nuqqas ta' din tar-rapport annwali mar-rapporti finanzjarji annwali għall-istess sena fiskali; |
(v) jagħti opinjoni f'konformità mal-Istandards Internazzjonali dwar l-Awditjar rigward il-konsistenza jew in-nuqqas ta' din tar-rapport annwali mar-rapporti finanzjarji annwali għall-istess sena fiskali; |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fejn inħatru aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda sabiex iwettqu l-awditu statutorju tal-entità ta' interess pubbliku, dawn jeħtieġu jaqblu dwar ir-riżultati tal-awditu statutorju u jissottomettu rapport u opinjoni konġunti. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, kull awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jissottomettu l-opinjoni tagħhom b'mod separat. Jekk awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda jikkwalifika/tikkwalifika l-opinjoni proprja, jissottometti/tissottometti opinjoni avversa jew ċaħda tal-opinjoni, l-opinjoni ġenerali titqies bħala kwalifikata, opinjoni avversa jew ċaħda tal-opinjoni. F'paragrafu separat, kull awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jiddikkjaraw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil. |
3. Fejn inħatru aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda sabiex iwettqu l-awditu statutorju tal-entità ta' interess pubbliku, dawn jeħtieġu jaqblu dwar ir-riżultati tal-awditu statutorju u jissottomettu rapport u opinjoni konġunti. F'każ ta' nuqqas ta' qbil, kull awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jissottomettu l-opinjoni tagħhom b'mod separat. Jekk awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda jikkwalifika/tikkwalifika l-opinjoni proprja, jissottometti/tissottometti opinjoni avversa jew ċaħda tal-opinjoni, l-opinjoni ġenerali titqies bħala kwalifikata, opinjoni avversa jew ċaħda tal-opinjoni, f'konformità mal-Istandards Internazzjonali dwar l-Awditjar. F'paragrafu separat, kull awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jiddikjaraw ir-raġunijiet għan-nuqqas ta' qbil. |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 22 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Ir-rapport tal-awditjar ma jkunx itwal minn erba' paġni jew 10000 karattru (mingħajr spazji). Ma jagħmilx kontroreferenzi għar-rapport addizzjonali lill-kumitat tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 23. |
4. Ir-rapport tal-awditjar ma jkunx fih kontroreferenzi għar-rapport addizzjonali lill-kumitat tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 23, u għandu jkun b'lingwaġġ ċar u mhux ambigwu. |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-kumitat tal-awditjar tal-entità ta' interess pubbliku jimmonitorja x-xogħol tal-awditur(i) statutorju/i jew tad-ditta/i tal-awditjar li jwettqu l-awditu statutorju. |
Il-kumitat tal-awditjar tal-entità ta' interess pubbliku jimmonitorja x-xogħol tal-awditur(i) statutorju/i jew tad-ditta/i tal-awditjar li jwettqu l-awditu statutorju u, meta aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda jkunu nħatru, id-distribuzzjoni tal-kompiti bejniethom u r-rotazzjoni tagħhom. |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar jirrapportaw lill-kumitat tal-awditjar dwar il-kwistjonijiet ewlenin li jirriżultaw mill-awditu statutorju, u b'mod partikolari dwar id-dgħufijiet materjali fil-kontroll intern fir-rigward tal-proċess tar-rapportar finanzjarju. Fuq talba minn kwalunkwe waħda mill-partijiet, l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar jiddiskutu dawn il-kwistjonijiet mal-kumitat tal-awditjar. |
L-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar jirrapportaw lill-kumitat tal-awditjar dwar il-kwistjonijiet ewlenin li jirriżultaw mill-awditu statutorju, u b'mod partikolari dwar id-dgħufijiet materjali fil-kontroll intern fir-rigward tal-proċess tar-rapportar finanzjarju. Fuq talba minn kwalunkwe waħda mill-partijiet, l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar jiddiskutu dawn il-kwistjonijiet mal-kumitat tal-awditjar, u, meta iktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda jkunu nħatru, jiddiskuti/u t-tqassim tal-kompiti bejniethom. |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 24 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F'każ li l-entità awditjata tkun eżenti mill-obbligu li jkollha kumitat tal-awditjar, l-entità awditjata tiddeċiedi liema korp jew dipartiment tal-entità jaħdem mal-awditur statutorju jew mad-ditta tal-awditjar għall-finijiet tal-obbligi stabiliti f'dan l-Artikolu. |
F'każ li l-entità awditjata tkun eżenti mill-obbligu li jkollha kumitat tal-awditjar, l-entità awditjata tiddeċiedi liema korp jew dipartiment tal-entità jaħdem mal-awditur statutorju jew mad-ditta tal-awditjar għall-finijiet tal-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu. |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ikollhom id-dover wkoll li jirrapportaw kwalunkwe fatti jew deċiżjonijiet li huma saru jafu bihom matul it-twettiq tal-awditu statutorju ta' impriżi li jkollha rabtiet mill-viċin mal-entità ta' interess pubbliku li għaliha wkoll ikunu qed iwettqu l-awditu statutorju. |
L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar ikollhom id-dover wkoll li jirrapportaw kwalunkwe fatt jew deċiżjoni rilevanti li huma saru jafu bih jew biha matul it-twettiq tal-awditu statutorju ta' impriżi li jkollha rabtiet mill-viċin mal-entità ta' interess pubbliku li għaliha wkoll ikunu qed iwettqu l-awditu statutorju. |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw l-istituzzjonijiet ta' kreditu u l-impriżi tal-assigurazzjoni jistabilixxu djalogu regolari mal-awdituri statutorji u mad-ditti tal-awditjar li jwettqu l-awditu statutorju ta' dawk l-istituzzjonijiet u impriżi. |
L-awtoritajiet kompetenti li jissupervizzaw l-entitajiet ta' interess pubbliku msemmija fl-Artikolu 3(b), (c) u (f) jistabbilixxu djalogu regolari mal-awdituri statutorji u mad-ditti tal-awditjar li jwettqu l-awditu statutorju ta' dawk l-istituzzjonijiet u impriżi. L-awtorità kompetenti u l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar il-fatti jew id-deċiżjonijiet rilevanti msemmija fil-paragrafu 1. |
|
Tal-anqas darba f'sena, il-BERS għandu jorganizza laqgħa mal-awdituri statutorji u d-ditti jew in-netwerks tal-awditjar li jwettqu awditjar statutorju ta' kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja sistemikament importanti identifikata mill-FSB sabiex dawn jinformaw lill-BERS dwar żviluppi settorjali jew dwar kwalunkwe żvilupp importanti f'dawk l-istituzzjonijiet finanzjarji sistemikament importanti. |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 25 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Id-divulgazzjoni b'buona fede lill-awtoritajiet kompetenti, mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar, ta' kwalunkwe fatt jew deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew ta' kwalunkwe fatt matul id-djalogu previst fil-paragrafu 2 ma tikkostitwixxix ksur tal-ebda restrizzjoni kuntrattwali jew legali dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni u ma tinvolvix lil dawn il-persuni f'xi obbligazzjoni ta' kwalunkwe tip. |
3. Id-divulgazzjoni b'buona fede lill-awtoritajiet kompetenti, mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar, ma tikkostitwixxix ksur tal-ebda restrizzjoni kuntrattwali jew legali dwar id-divulgazzjoni tal-informazzjoni u ma tinvolvix lil dawn il-persuni f'xi obbligazzjoni ta' kwalunkwe tip. |
Ġustifikazzjoni | |
Djalogu bidirezzjonali attiv bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar jgħin biex titjieb il-kwalità tal-awditjar statutorju tal-istituzzjonijiet finanzjari. L-ESMA u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu informati dwar il-linji gwida maħruġa f'dan il-qasam partikolari. Id-divulgazzjoni b'buona fede lill-awtoritajiet kompetenti għandha ġeneralment tiġi privileġġata. | |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 26 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-rapport finanzjarju annwali u r-rapporti tal-introjtu annwali juru l-fatturat totali maqsum f'tariffi mill-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji annwali u konsolidati tal-entitajiet ta' interess pubbliku u tal-entitajiet li jagħmlu parti minn grupp ta' impriżi li l-impriża prinċipali tagħhom hija entità ta' interess pubbliku, tariffi mill-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji annwali u konsolidati ta' entitajiet oħra u tariffi mitluba għas-servizzi tal-awditu finanzjarju relatati kif iddefiniti fl-Artikolu 10(2). |
Ir-rapport finanzjarju annwali u r-rapporti tal-introjtu annwali juru l-fatturat totali maqsum f'tariffi mill-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji annwali u konsolidati tal-entitajiet ta' interess pubbliku u tal-entitajiet li jagħmlu parti minn grupp ta' impriżi li l-impriża prinċipali tagħhom hija entità ta' interess pubbliku, tariffi mill-awditu statutorju tar-rapporti finanzjarji annwali u konsolidati ta' entitajiet oħra u tariffi mitluba għas-servizzi relatati mal-awditjar u servizzi ta' assigurazzjoni tal-awditu oħra kif iddefiniti fl-Artikolu 10. |
Ġustifikazzjoni | |
Bidla b'riżultat tat-tħassir tal-Artikolu 10(2) | |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar jikkomunikaw lill-AETS u lill-awtoritajiet kompetenti li r-rapport ta' trasparenza ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar jew, kif xieraq, li dan ġie aġġornat. |
L-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar jikkomunikaw lill-awtoritajiet kompetenti li r-rapport ta' trasparenza ġie ppubblikat fuq is-sit elettroniku tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar jew, kif xieraq, li dan ġie aġġornat. |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 27 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) lista ta' entitajiet ta' interess pubbliku li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar wettqu awditu statutorju għalihom fis-sena finanzjarja ta' qabel u lista tal-entitajiet li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jirċievu minnhom aktar minn 5 % tad-dħul annwali tagħhom; |
(f) lista ta' entitajiet ta' interess pubbliku li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar wettqu awditu statutorju għalihom fis-sena finanzjarja ta' qabel u lista tal-entitajiet li l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jirċievu minnhom aktar minn 5 % tad-dħul annwali tagħhom iġġenerat minn tariffi li jkunu ġejjin minn servizzi tal-awditjar statutorju jew mhux ta' awditjar; |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 29 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Darba fis-sena, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jipprovdu lista lill-awtorità kompetenti tagħhom tal-entitajiet ta' interess pubbliku awditjati skont id-dħul iġġenerat minnhom. |
Darba fis-sena, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jipprovdu lista lill-awtorità kompetenti tagħhom tal-entitajiet ta' interess pubbliku awditjati skont id-dħul iġġenerat minnhom. Din il-lista tikkonċerna dħul iġġenerat mis-servizzi ta' awditjar u mhux ta' awditjar. |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Tal-inqas membru wieħed tal-kumitat tal-awditjar ikollu kompetenza fl-awditjar u membru ieħor fil-kontabilità u/jew fl-awditjar. Il-membri tal-kumitat f'daqqa jkollhom kompetenza rilevanti għas-settur li fih topera l-entità awditjata. |
Tal-inqas membru wieħed tal-kumitat tal-awditjar ikollu kompetenza fl-awditjar. Il-membri tal-kumitat f'daqqa jkollhom kompetenza rilevanti għas-settur li fih topera l-entità awditjata. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kliem "u membru ieħor fil-kontabilità u/jew l-awditjar" għandu jitħassar. Ir-rekwiżiti ta' kompetenza li jifdal fuq il-kumitat f'dan il-paragrafu huma suffiċjenti. Rekwiżiti addizzjonali fuq il-membri individwali jservu biss biex jikkumplikaw aktar il-problemi ta' reklutaġġ għal bordijiet, speċjalment għal kumpaniji fi swieq żgħar u/jew bordijiet żgħar. | |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat tal-awditjar tkun indipendenti. Il-president tal-kumitat tal-awditjar jinħatar mill-membri tiegħu u jkun indipendenti. |
Il-maġġoranza tal-membri tal-kumitat tal-awditjar tkun indipendenti. Il-president tal-kumitat tal-awditjar għandu jiġi elett kull sena mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-entità awditjata u jkun indipendenti. Il-president għandu jirrapporta direttament lill-azzjonisti. |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-membri tal-kumitat tal-awditjar jieħdu sehem fi programmi ta' tisħiħ tal-ħiliet sabiex jassiguraw livell ta' għarfien tekniku adegwat fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) kwalunkwe entità ta' interess pubbliku li hija impriża għal investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) kif iddefiniti fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE jew fond ta' investiment alternattiv (AIF – “Alternative Investment Fund”) kif iddefinit fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE; |
imħassar |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-entitajiet ta' interess pubbliku msemmija fil-punti (b) u (c) jispjegaw lill-pubbliku r-raġunijiet għalfejn huma jqisu inadatt il-fatt li jkollok kumitat tal-awditjar jew inkella korp amministrattiv jew superviżorju fdati bit-twettiq tal-funzjonijiet tal-kumitat tal-awditjar. |
L-entitajiet ta' interess pubbliku msemmija fil-punt (c) għandhom jispjegaw lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali r-raġunijiet għalfejn huma jqisu inadatt il-fatt li jkollok kumitat tal-awditjar jew inkella korp amministrattiv jew superviżorju fdati bit-twettiq tal-funzjonijiet tal-kumitat tal-awditjar. |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 5 – punt da (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) jimmonitorja l-kwalità tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar, inklużi s-sejbiet u l-konklużjonijiet mill-awtorità kompetenti, skont l-Artikolu 40(6); |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 5 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) ikun responsabbli għall-proċedura dwar l-għażla tal-awditur(i) statutorju/i jew tad-ditta/i tal-awditjar u jirrakkomanda l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar li jinħatru b'konformità mal-Artikolu 32; |
(e) ikun responsabbli għall-proċedura dwar l-għażla tal-awditur(i) statutorju/i jew tad-ditta/i tal-awditjar u jirrakkomanda l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar li jinħatru mil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-kumpaniji awditjati b'konformità mal-Artikolu 32; |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 31 – paragrafu 5 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) jawtorizza, abbażi ta' każ każ, il-forniment mill-awditur statutorju jew id-ditta tal-investiment tas-servizzi msemmija fl-Artikolu 10(3)(b)(i) u (ii) ta' dan ir-Regolament lill-entità awditjata. |
(f) japprova l-forniment mill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tas-servizzi kollha mhux ta' awditjar minbarra dawk is-servizzi pprojbiti msemmija fl-Artikolu 10(3) u s-servizzi relatati mal-awditjar u servizzi ta' assigurazzjoni oħra msemmija fl-Artikolu 10(2), lill-entità awditjata u lill-impriżi kkontrollati tagħha fl-Unjoni. |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sakemm ma tikkonċernax it-tiġdid ta' inkarigu tal-awditjar skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1), ir-rakkomandazzjoni jkun fiha tal-inqas żewġ għażliet għall-inkarigu tal-awditjar u l-kumitat tal-awditjar jesprimi preferenza ġustifikata kif xieraq għal waħda minnhom. |
Għall-ħatra inizjali tal-awditur(i) statutorju/i jew tad-ditta/i tal-awditjar jew għat-tiġdid ta' inkarigu tal-awditjar skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1) li jseħħ wara li jkun għadda perjodu ta' seba' snin ta' inkarigi kkombinati tal-awditjar, ir-rakkomandazzjoni jkun fiha tal-inqas żewġ għażliet għall-inkarigu tal-awditjar u l-kumitat tal-awditjar jesprimi preferenza ġustifikata kif xieraq għal waħda minnhom. |
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fejn huwa kkonċernat it-tiġdid tal-inkarigu tal-awditjar skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 33(1), il-kumitat tal-awditjar, għat-tħejjija tar-rakkomandazzjoni tiegħu, jieħu f'kunsiderazzjoni kull sejba u konklużjoni dwar l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar rakkomandati msemmija fl-Artikolu 40(6) u ppubblikati mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 44(d). |
Il-kumitat tal-awditjar għandu jibbaża r-rakkomandazzjoni tiegħu fuq valutazzjoni komprensiva tal-kwalità tal-awditu. |
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 2 – subparagrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-kumitat tal-awditjar jiddikkjara li r-rakkomandazzjoni tiegħu hija ħielsa minn kull influwenza minn parti terza u li ma ġiet imposta fuqu l-ebda klawżola kuntrattwali kif imsemmija fil-paragrafu 7. |
Il-valutazzjoni komprensiva għandha titwettaq b'metodu trasparenti u sistematiku, u għandha tinkludi l-kunsiderazzjoni tal-kompetenzi professjonali tal-awditur u tad-ditta tal-awditjar li huma meħtieġa biex jitwettaq l-awditu statutorju f'konformità mar-rekwiżiti etiċi rilevanti u l-istandards internazzjonali dwar l-awditjar imsemmija fl-Artikolu 20. Għandha tikkunsidra kwalunkwe riżultat u konklużjoni dwar l-awditur statutorju rakkomandat jew id-ditta tal-awditjar kif imsemmi fl-Artikolu 40(6) u ppubblikat mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 44(d). |
|
Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-kumitat tal-awditjar jiddikkjara li r-rakkomandazzjoni tiegħu hija ħielsa minn kull influwenza minn parti terza u li ma ġiet imposta fuqu l-ebda klawżola kuntrattwali kif imsemmija fil-paragrafu 7. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan jistabbilixxi l-kontenut tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-awditjar. | |
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sakemm ma tikkonċernax it-tiġdid ta' inkarigu tal-awditjar skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 33(1), ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, titħejja wara proċedura tas-selezzjoni organizzata mill-entità awditjata li tirrispetta l-kriterji li ġejjin: |
Ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, titħejja wara proċedura tas-selezzjoni organizzata mill-entità awditjata li tirrispetta l-kriterji li ġejjin: |
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) l-entità awditjata tkun libera li tistieden kwalunkwe awditur statutorju jew ditta tal-awditjar sabiex jissottomettu proposti għall-forniment tas-servizz tal-awditu statutorju bil-kundizzjoni li jiġi rispettat l-Artikolu 33(2) u li tal-inqas wieħed mill-awdituri jew waħda mid-ditti mistiedna ma huwiex/hijiex wieħed/waħda li rċieva/rċiviet aktar minn 15% tat-tariffi tal-awditjar totali minn entitajiet kbar ta' interess pubbliku fl-Istat Membru konċernat fis-sena kalendarja ta' qabel; |
(a) l-entità awditjata tkun libera li tistieden kwalunkwe awditur statutorju jew ditta tal-awditjar sabiex jissottomettu proposti għall-forniment tas-servizz tal-awditu statutorju bil-kundizzjoni li jiġi rispettat l-Artikolu 33(2) u jiġi żgurat li l-fornituri tas-servizzi żgħar u ta' daqs medju jiġu kkunsidrati kif xieraq; |
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-entità awditjata tkun libera li tagħżel il-metodu sabiex tikkuntattja lill-awditur(i) statutorju/i jew lid-ditta/i tal-awditjar mistiedna u ma tkunx meħtieġa tippubblika sejħa għall-offerti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u/jew fil-gazzetti nazzjonali; |
imħassar |
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) tippubblika lista tal-awdituri jew tad-ditti tal-awditjar konċernati li tiġi aġġornata fuq bażi annwali. L-awtorità kompetenti tuża l-informazzjoni pprovduta mill-awdituri statutorji u mid-ditti tal-awditjar skont l-Artikolu 28 sabiex tagħmel il-kalkoli rilevanti. |
Għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) tippubblika lista tal-awdituri jew tad-ditti tal-awditjar konċernati li tiġi aġġornata fuq bażi annwali. |
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Fil-każ ta' istituzzjoni ta' kreditu jew impriża tal-assigurazzjoni, il-bord amministrattiv jew superviżorju jissottometti l-abbozz tal-proposta tiegħu lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(2). L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(2) ikollha d-dritt li timponi veto fuq l-għażla proposta fir-rakkomandazzjoni. Kull oppożizzjoni bħal din tiġi ġustifikata kif xieraq. |
6. Fil-każ ta' istituzzjoni ta' kreditu jew impriża tal-assigurazzjoni, il-bord amministrattiv jew superviżorju jissottometti l-abbozz tal-proposta tiegħu lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(2) li tressqu quddiem l-ESMA. L-ESMA tikkonsulta dwar proposti bħal dawn mal-ABE u l-EIOPA. L-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(2) ikollha d-dritt li timponi veto fuq l-għażla proposta fir-rakkomandazzjoni. Kull oppożizzjoni bħal din tiġi ġustifikata kif xieraq u nnotifikata lill-ESMA. |
In-nuqqas ta' tweġiba mill-awtorità kompetenti fi żmien il-limitu tal-perjodu preskritt wara s-sottomissjoni tar-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar jitqies li jikkostitwixxi kunsens implikat għar-rakkomandazzjoni. |
In-nuqqas ta' tweġiba mill-awtorità kompetenti jew mill-ESMA fi żmien il-limitu tal-perjodu preskritt wara s-sottomissjoni tar-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar jitqies li jikkostitwixxi kunsens implikat għar-rakkomandazzjoni. |
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 7 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-entità ta' interess pubbliku tinforma lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35 dwar kwalunkwe tentattiv minn parti terza sabiex timponi klawżola kuntrattwali bħal din jew sabiex tinfluwenza b'mod ieħor id-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti dwar l-għażla ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar. |
L-entità ta' interess pubbliku tinforma direttament u bla dewmien lill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35 dwar kwalunkwe tentattiv minn parti terza sabiex timponi klawżola kuntrattwali bħal din jew sabiex tinfluwenza b'mod ieħor id-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti dwar l-għażla ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar. |
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 32 – paragrafu 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
10. Sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-kompitu tal-entità awditjata fl-organizzar ta' proċedura tas-selezzjoni għall-ħatra ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar, l-ABE, l-AEAPX u l-AETS joħorġu linji gwida indirizzati għall-entitajiet ta' interess pubbliku dwar il-kriterji li jirregolaw il-proċedura tas-selezzjoni msemmija fil-paragrafu 3, b'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, rispettivament. |
imħassar |
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-entità ta' interess pubbliku taħtar awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għal inkarigu inizjali li ma jkunx iqsar minn sentejn. |
L-entità ta' interess pubbliku għandha taħtar awditur statutorju jew aktar minn wieħed jew ditta tal-awditjar jew aktar minn waħda għal inkarigu inizjali li ma għandux jaqbeż seba' snin. |
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-entità ta' interess pubbliku tista' ġġedded dan l-inkarigu darba biss. |
L-entità ta' interess pubbliku tista' ġġedded dan l-inkarigu, sakemm it-tiġdid huwa rakkomandat mill-kumitat tal-awditjar. L-azzjonisti għandhom japprovaw formalment l-inkarigu tal-awditur statutorju fil-laqgħa ġenerali annwali. |
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Id-durata massima taż-żewġ inkarigi f'daqqa ma taqbiżx is-sitt (6) snin. |
imħassar |
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fejn matul inkarigu kontinwu ta' 6 snin ikunu nħatru żewġ awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, id-durata massima tal-inkarigu għal kull awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ma taqbeż 9 snin. |
imħassar |
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Wara l-iskadenza tad-durata massima tal-inkarigu msemmi fil-paragrafu 1, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jew kwalunkwe membru tan-netwerk tiegħu fl-Unjoni, fejn applikabbli, ma jidħolx għall-awditu statutorju tal-entità ta' interess pubbliku konċernat sa ma jgħaddi perjodu tal-anqas ta' erba' snin. |
imħassar |
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Permezz ta' deroga mill-paragrafi 1 u 2, fuq bażi eċċezzjonali l-entità ta' interess pubbliku għandha l-fakultà titlob lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) biex tingħata estensjoni għall-ħatra tal-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għal inkarigu addizzjonali. Fil-każ ta' ħatra ta' żewġ awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, dan it-tielet inkarigu ma jaqbiżx it-tliet snin. Fil-każ ta' ħatra ta' żewġ awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, dan it-tielet inkarigu ma jaqbiżx is-sentejn. |
imħassar |
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Is-sieħeb/is-sħab ewlieni/ewlenin tal-awditjar responsabbli mit-twettiq ta' awditu statutorju jtemmu l-parteċipazzjoni tagħhom fl-awditu statutorju tal-entità awditjata wara perjodu ta' seba' snin mid-data tal-ħatra. Jistgħu jipparteċipaw mill-ġdid fl-awditu statutorju tal-entità awditjata wara li tal-inqas ikunu għaddew tliet snin. |
imħassar |
L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jistabilixxu mekkaniżmu ta' rotazzjoni gradwali adatt fir-rigward tal-persunal l-aktar anzjan involut fl-awditu statutorju, inklużi, tal-inqas, il-persuni li huma rreġistrati bħala awdituri statutorji. Il-mekkaniżmu ta' rotazzjoni gradwali jintuża f'fażijiet fuq il-bażi tal-individwi milli fuq il-bażi tat-tim sħiħ. Jeħtieġ ikun proporzjonat fl-iskala u d-dimensjoni tal-attività tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar. |
|
L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti li mekkaniżmu bħal dan huwa effettivament applikat u adattat għall-iskala u d-daqs tal-attività tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar. |
|
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 33 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. L-AETS teħtieġ tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika r-rekwiżiti tekniċi tal-kontenut tal-fajl ta' trażmissjoni msemmi fil-paragrafu 6. |
L-ESMA teħtieġ tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika r-rekwiżiti tekniċi tal-kontenut tal-fajl ta' trażmissjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2. |
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 6 skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. |
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) l-Artikolu 24(4)(h) tad-Direttiva 2004/109/KE; |
imħassar |
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 35 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-AETS tikkonsolida din l-informazzjoni u trendiha pubblika. |
Il-Kummissjoni tikkonsolida din l-informazzjoni u trendiha pubblika. |
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 42 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Monitoraġġ tas-suq |
Monitoraġġ tal-kwalità u tal-kompetittività tas-suq |
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) jimmonitorjaw b'mod regolari l-iżviluppi fis-suq għall-forniment ta' servizzi awditjar statutorju lil entitajiet ta' interess pubbliku. |
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) u n-Netwerk Ewropew għall-Kompetizzjoni (NEK) għandhom jimmonitorjaw b'mod regolari l-iżviluppi għall-forniment ta' servizzi awditjar statutorju ta' kwalità għolja lil entitajiet ta' interess pubbliku. |
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw dan li ġej: |
B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu jivvalutaw dan li ġej: |
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) ir-riskji li jirriżultaw minn konċentrazzjoni għolja, inkluż l-għeluq ta' ditti tal-awditjar b'sehem sinifikanti mis-suq, l-interruzzjoni fil-forniment ta' servizzi tal-awditu statutorju kemm jekk f'settur speċifiku kif ukoll jekk dan iseħħ fuq firxa ta' setturi, akkumulazzjoni ulterjuri ta' riskji fis-suq u l-impatt fuq l-istabilità ġenerali tas-settur finanzjarju; |
(a) ir-riskji li jirriżultaw minn konċentrazzjoni għolja ta' defiċjenzi tal-kwalità ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar, inklużi defiċjenzi sistematiċi f'netwerk ta' ditta tal-awditjar, li jistgħu jwasslu għall-għeluq ta' ditti tal-awditjar, l-interruzzjoni fil-forniment ta' servizzi tal-awditur statutorju kemm jekk f'settur speċifiku kif ukoll jekk dan iseħħ fuq firxa ta' setturi, akkumulazzjoni ulterjuri ta' riskji ta' defiċjenzji fl-awditjar u l-impatt fuq l-istabilità ġenerali tas-settur finanzjarju; |
Ġustifikazzjoni | |
L-ewwel objettiv tal-awtoritajiet kompetenti huwa li jkunu l-gwardjani tal-kwalità tal-awditjar. Għalhekk, hu neċessarju li wieħed jiffoka mill-ġdid dan id-dover ta' rapportar tal-awtoritajiet kompetenti lejn l-objettiv ta' kwalità għolja tal-awditjar. | |
Emenda 93 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt aa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) il-livelli ta' konċentrazzjoni fis-suq, inkluż fil-livell ta' setturi speċifiċi; |
Emenda 94 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ab (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ab) il-prestazzjoni tal-kumitati tal-awditjar fil-monitoraġġ tal-kwalità tal-ħidma tal-awditjar u s-salvagwardja tal-indipendenza tal-awdituri; |
Emenda 95 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-ħtieġa li jiġu adottati miżuri sabiex dawn ir-riskji jiġu mitigati. |
(b) il-ħtieġa li jiġu adottati miżuri sabiex dawn ir-riskji jiġu mitigati, li jistgħu jkunu vinkolanti ġuridikament; |
Emenda 96 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Minn X X 20XX [sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], u tal-inqas fuq bażi biannwali wara dik id-data, kull awtorità kompetenti tfassal rapport dwar din il-kwistjoni u tissottomettih lill-AETS, lill-ABE u lill-AEAPX. |
Minn X X 20XX [sentejn (2) wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], u tal-inqas fuq bażi ta' erba' snin wara dik id-data, kull awtorità kompetenti tfassal rapport dwar din il-kwistjoni u tissottomettih lill-ESMA u lill-Kummissjoni. |
Emenda 97 Proposta għal regolament Artikolu 42 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-AETS, l-ABE u l-AEAPX jużaw dawk ir-rapporti sabiex ifasslu rapport konġunt dwar is-sitwazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Ir-rapport jiġi sottomess lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
Il-Kummissjoni wara li tikkonsulta mal-ESMA tuża dawk ir-rapporti sabiex tfassal rapport konġunt dwar is-sitwazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Ir-rapport jiġi sottomess lill-Istati Membri u lill-parlamenti tagħhom, lill-Parlament Ewropew, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku. |
Emenda 98 Proposta għal regolament Artikolu 43 – paragrafu 4 – subparagrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-awtoritajiet kompetenti jagħtu parir lill-ESMA dwar l-istatus ġenerali tal-pjanijiet ta' kontinġenza. |
Emenda 99 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għal dan il-għan, l-AETS toħloq kumitat intern permanenti b'konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Tal-inqas, dan il-kumitat intern ikun kompost mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) ta' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2006/43/KE jiġu mistiedna jattendu l-laqgħat ta' dan il-kumitat intern rigward kwistjonijiet relatati mal-approvazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' awdituri statutorji u ditti tal-awditjar u r-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi sa fejn dan ikun rilevanti għall-awditu statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku. |
Għal dan il-għan, l-ESMA toħloq kumitat intern permanenti b'konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Tal-inqas, dan il-kumitat intern ikun kompost mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) ta' dan ir-Regolament u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2006/43/KE li s'issa jikkostitwixxu l-Grupp Ewropew tal-Korpi ta' Sorveljanza tal-Awdituri (EGAOB) maħluq bid-Deċiżjoni 2005/909/KE. |
Emenda 100 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 1 – subparagrafu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-ESMA tikkoopera mal-korpi internazzjonali involuti fl-iżvilupp tal-istandards u l-prattiki internazzjonali relatati mat-twettiq tal-awditjar statutorju. |
Emenda 101 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-AETS jagħtu parir lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifikati f'dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti jieħdu dak il-parir f'kunsiderazzjoni qabel ma jieħdu kwalunkwe deċiżjoni finali taħt dan ir-Regolament. |
2. L-ESMA tagħti parir lill-awtoritajiet kompetenti fil-każijiet speċifikati f'dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti jieħdu dak il-parir f'kunsiderazzjoni qabel ma jieħdu kwalunkwe deċiżjoni finali taħt dan ir-Regolament (il-kumitat permanenti tal-awditjar). Il-kumitat intern jista' joħloq kulleġġi speċifiċi tal-awtoritajiet kompetenti biex jiffaċilita l-garanzija tal-kwalità, l-investigazzjonijiet, iċ-Ċertifikat Ewropew tal-Kwalità msemmi fl-Artikolu 50, il-kooperazzjoni fl-ispezzjonijiet, l-ippjanar ta' kontinġenza u s-sanzjonijiet amministrattivi. |
Emenda 102 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-ESMA jkollha numru adegwat ta' persunal, fir-rigward tal-kapaċità u l-kompetenza, u jkollha riżorsi neċessarji sabiex tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha speċifikati f'dan ir-Regolament. |
Emenda 103 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) standards komuni dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 22; |
(a) standards komuni dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 22, fi ħdan il-qafas tal-istandards internazzjonali tal-awditjar kif imsemmija fl-Artikolu 20; |
Emenda 104 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) standards komuni dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 23; |
(b) standards komuni dwar il-kontenut u l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 23 li jirrispettaw obbligi ta' rappurtar imnissla minn rekwiżiti nazzjonali; |
Emenda 105 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) standards komuni dwar l-attività ta' sorveljanza tal-kumitat tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 24; |
(c) standards komuni dwar l-indipendenza tal-attività ta' sorveljanza tal-kumitat tal-awditjar imsemmi fl-Artikolu 24 minħabba riskji li jirriżultaw minn kwalunkwe relazzjoni diretta jew indiretta, finanzjarja, ta' negozju jew impjieg jew relazzjoni oħra bejn il-membri tal-kumitat tal-awditjar u l-maniġment tal-entità awditjata; |
Emenda 106 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) standards komuni u l-aħjar prattiki dwar il-mekkaniżmu ta' rotazzjoni gradwali msemmi fl-Artikolu 33; |
imħassar |
Emenda 107 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) standards komuni u l-aħjar prattiki rigward it-tkeċċija ta' awdituri, b'mod partikolari dwar l-eżistenza ta' raġunijiet validi għal dan, kif imsemmi fl-Artikolu 34; |
(f) standards komuni u l-aħjar prattiki dwar l-eżistenza ta' raġunijiet validi rigward it-tkeċċija ta' awdituri, kif imsemmi fl-Artikolu 34; |
Emenda 108 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt g | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(g) prattiki u attivitajiet ta' infurzar li jitwettqu mill-awtoritajiet kompetenti taħt dan ir-Regolament; |
(g) standards komuni u l-aħjar prattiki tal-qasam tal-awditjar li jiffaċilitaw l-infurzar konsistenti tal-istandards tal-kontabilità applikabbli, speċjalment ir-regoli relatati mal-indeboliment; |
Emenda 109 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) standards komuni u l-aħjar prattiki għat-twettiq ta' eżamijiet tal-garanzija tal-kwalità speċifikati fl-Artikolu 40, billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni, b'mod partikolari: |
(h) standards komuni u l-aħjar prattiki fi ħdan il-qafas tal-istandards internazzjonali tal-awditjar kif imsemmija fl-Artikolu 20 għat-twettiq ta' eżamijiet tal-garanzija tal-kwalità speċifikati fl-Artikolu 40, billi jittieħdu f'kunsiderazzjoni, b'mod partikolari: |
Emenda 110 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 4 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F'rapport li jitħejja sa X X 20XX [sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], l-AETS twettaq evalwazzjoni tal-istruttura tas-suq tal-awditjar. |
F'rapport li jitħejja sa X X 20XX [sentejn wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], l-ESMA, wara konsultazzjoni man-Netwerk Ewropew tal-Kompetizzjoni, twettaq evalwazzjoni tal-istruttura tas-suq tal-awditjar. |
Emenda 111 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 4 – subparagrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F'rapport li jitħejja mill-AETS sa X X 20XX [erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], jeżamina jekk l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) ikollhomx setgħa suffiċjenti u riżorsi adegwati sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. |
F'rapport li jitħejja mill-ESMA sa X X 20XX [erba' snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament], din teżamina jekk l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 35(1) ikollhomx setgħa suffiċjenti u riżorsi adegwati sabiex iwettqu l-kompiti tagħhom. |
Emenda 112 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 4 – subparagrafu 6 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
F'rapport li jitħejja mill-AETS sa X X 20XX [sitt snin wara tmiem il-perjodu tranżizzjonali], jiġu eżaminati l-kwistjonijiet li ġejjin: |
F'rapport li jitħejja mill-ESMA sa X X 20XX [sitt snin wara tmiem il-perjodu tranżizzjonali], din teżamina l-kwistjonijiet li ġejjin: |
Emenda 113 Proposta għal regolament Artikolu 46 – paragrafu 5a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Il-Kummissjoni, wara perjodu tranżitorju ta' 3 snin, tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar ir-rendiment tal-ESMA fir-rigward tal-awditjar u l-funzjonament tal-kumitat intern tal-awditjar u tqis ukoll kwalunkwe rwol aħjar futur għall-ESMA. Il-Kummissjoni tivvaluta jekk l-ESMA għandhiex biżżejjed riżorsi biex taqdi l-kompiti tagħha stabbiliti f'dan ir-Regolament u jekk ikun meħtieġ tipproponi żidiet fil-baġit. |
Emenda 114 Proposta għal regolament Artikolu 51 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtorità kompetenti li tagħmel talba bħal din tinforma lill-AETS bi kwalunkwe talba msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi. |
L-awtorità kompetenti li tagħmel talba bħal din tinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe talba msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi. |
Emenda 115 Proposta għal regolament Artikolu 53 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fi żmien ħmistax-il (15) ġurnata mit-twaqqif tal-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' netwerk speċifiku, il-membri tiegħu jagħżlu faċilitatur. F'każ ta' nuqqas ta' ftehim, l-AETS taħtar faċilitatur. |
Fi żmien ħmistax-il (15) ġurnata mit-twaqqif tal-kulleġġ tal-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' netwerk speċifiku, il-membri tiegħu jagħżlu faċilitatur. |
Emenda 116 Proposta għal regolament Artikolu 69 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Qabel X.X.20XX [sentejn wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva], il-Kummissjoni tivvaluta l-adegwatezza tat-tariffi applikati mill-awdituri statutorji jew mid-ditti tal-awditjar għall-forniment ta' awditi statutorji jew minn ditti tal-awditjar għall-forniment ta' awditi statutorji ta' entitajiet ta' interess pubbliku kif ukoll l-impatt tagħhom fuq l-istruttura tas-suq tal-awditjar, u tippreżenta rapport. Fid-dawl ta' dak ir-rapport, il-Kummissjoni, jekk tqis li jkun xieraq, tieħu miżuri biex tindirizza l-kwistjonijiet potenzjali identifikati. |
Emenda 117 Proposta għal regolament Artikolu 69a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 69a |
|
Rapport dwar l-ESMA |
|
Il-Kummissjoni sa X X (ħames snin wara tmiem il-perjodu tranżitorju) tħejji rapport dwar ir-rwol attwali u futur tal-ESMA. Il-Kummissjoni tivvaluta jekk l-ESMA għandhiex riżorsi biżżejjed jew le biex taqdi l-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament. |
Emenda 118 Proposta għal regolament Artikolu 72 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Regolament tal-UE mhuwiex format xieraq ta' regolament, b'mod partikolari fid-dawl tan-natura ferm iddettaljata u li tintervjeni tal-proposta tal-Kummissjoni. Dan jirrappreżenta approċċ "wieħed tajjeb għal kollox" li ma jqisx in-natura tas-sistemi differenti ta' governanza korporattiva fl-UE kollha. Dan iwassal għal tnaqqis fl-istandards ta' governanza korporattiva f'xi Stati Membri. |
NOTA SPJEGATTIVA
Fl-abbozzar ta' din l-opinjoni, tqiesu kif inhu xieraq il-kwistjonijiet dwar it-titjib tal-kwalità tas-servizzi tal-awditjar, it-titjib tal-kompetizzjoni fis-suq tal-awditjar u l-armonizzazzjoni ta' standards għall-prattika fl-UE kollha. Madanakollu, għandha tingħata attenzjoni wkoll lill-ispiża għan-negozji u l-investituri; fir-rigward tal-utenti ta' servizzi tal-awditjar, huwa importanti li jintlaħaq bilanċ bejn l-ispejjeż u l-benefiċċji hekk kif il-kumpaniji qegħdin jaffrontaw is-sitwazzjoni ekonomika diffiċli l jinsabu fiha attwalment.
Għalhekk, filwaqt li l-Kummissjoni tenfasizza xi punti raġonevoli fir-rigward tal-kompetizzjoni, uħud mill-proposti jikkostitwixxu piż bla bżonn fuq in-negozji u jintroduċu spejjeż żejda mingħajr benefiċċju aċċertat. Fuq kollox il-kwalità tal-awditjar għandha tkun fuq quddiemnett ta' kwalunkwe riforma, u l-azzjonisti u l-investituri għandu jkollhom fiduċja fir-rapport tal-awditjar sabiex jibqgħu jinvestu fil-kumpaniji.
It-tfigħ ta' offerti u Awditjar Kondiviż
L-aħħar riforma tal-professjoni tal-awditjar seħħet permezz tat-tmien direttiva dwar il-Liġi tal-Kumpaniji u kienet tesiġi r-rotazzjoni mandatorja tas-sħab fuq bażi ta' minn tal-anqas kull seba' snin, ir-riżultati ta' din ir-riforma tal-indipendenza tal-awditjar u l-kwalità tal-awditjar għad iridu jidhru fl-UE peress li s'issa ma għaddiex ħin biżżejjed biex tabilħaqq issir valutazzjoni tal-effetti tagħhom. Għalhekk jidher li l-proposta tal-Kummissjoni li din għandha tiżdied b'mod sinifikanti għal rotazzjoni mandatorja ta' seba' snin tal-kumpanija ta' awditjar kollha hija prematura u tista' ma tkunx neċessarja.
Proċess ta' tfigħ ta' offerti b'mandat ta' seba' snin se jipprovdi qafas għall skrutinju akbar tas-servizzi ta' awditjar ipprovduti mill-awditur attwali mill-kumitat tal-awditjar u jneħħi kull spekulazzjoni fis-suq meta mandat tal-awditjar ikun offrut. Proċess għal offerta ta' awditjar ippjanat mhux se jqanqal reazzjoni negattiva fis-suq. Filwaqt li proċedura sħiħa għat-tfiegħ ta' offerti tista' żżid l-ispejjeż għall-kumpaniji, għandha tgħin biex tiżdied il-kompetizzjoni fi ħdan il-qasam tal-awditjar, fejn ditti tal-awditjar jingħataw skala ta' żmien aktar prevedibbli biex jippreparaw għas-sejħa għall-offerta u ċ-ċertezza li se jiġu kkunsidrati.
Bħalissa, xi kumpaniji qed jagħżlu li jwettqu awditjar kondiviż fejn ċerti sussidjarji jkunu awditjati minn ditta tal-awditjar li hija differenti mill-awditu tal-grupp. Dan jevita l-problema ta' responsabbiltà konġunta u spejjeż żejda għall-entità awditjata, peress li l-awditur tal-grupp, jibqa' responsabbli għall-awditjar ġenerali u jkollu rwol ta' superviżjoni għat-termini tal-awditjar tal-kumpannija sussidjarja u mbagħad jivvaluta r-riżultati. Ir-Rapporteur għażlet li ma toħroġx mandat għal dan is-servizz peress li ma jkunx adattat għall-kumpaniji kollha, madankollu għandu jitqies kif xieraq mill-kumitati tal-awditjar b'mod partikolari meta ikun qed jitwettaq il-proċess ta' tfiegħ ta' offerti regolari, propost.
Servizzi mhux tal-awditjar
Dħul minn servizzi mhux tal-awditjar sar sinifikanti għal ditti tal-awditjar bħala l-funzjoni ta' awditjar statutorja u filwaqt li f'xi każijiet huwa aktar effiċjenti li l-awditur statutorju jwettaq ċerti servizzi mhux tal-awditjar dan ma jfissirx li dan huwa veru b'mod universali. Għaldaqstant, ir-Rapporteur tixtieq tħeġġeġ kumitati tal-awditjar biex ikollhom rwol aktar attiv fid-deċiżjonijiet li jikkonċernaw il-fornituri ta' servizzi mhux tal-awditjar.
L-ewwel nett, il-kumitat tal-awditjar għandu jiġi kkonsultat dwar il-fornitura tas-servizzi kollha mhux tal-awditjar sabiex ikun jista' jirrifletti sew fuq min hu tabilħaqq l-aqwa fornitur tas-servizz u filkas li jintagħżel, jekk jaffettwax l-indipendenza tal-awditur statutorju.
It-tieni nett, is-servizzi kollha mhux tal-awditjar ta' valur monetarju sinifikanti għandhom jinħarġu għal offerta. Il-valur ta' tali limitu għandu jkun propost mill-kumitat tal-awditjar ta' kumpanija u ppubblikat kull sena. Filwaqt li jista' jkun il-każ li kumpaniji tal-awditjar żgħar ma jkunux f'pożizzjoni li jwettqu awditjar fuq entitajiet globali kbar huma f'pożizzjoni li jibnu settijiet ta' ħiliet speċjalizzati f'oqsma speċifiċi ta' servizzi mhux tal-awditjar jekk ikollhom aspettattiva raġonevoli li huma kapaċi jipprovdu dawk is-servizzi. Dan, flimkien ma' kunsiderazzjoni għall-awditjar kondiviż, għandu jipprovdi kumitati tal-awditjar b'aktar esperjenza fl-użu ta' ditti tal-awditjar żgħar, u għandu jżid l-kompetizzjoni fis-suq tal-awditjar tal-UE
Superviżjoni fl-Livell Ewropew - il-EGAOB
Filwaqt li l-Kummissjoni tipproponi lill-AETS bħala l-korp korrett fil-livell tal-UE biex jikkoordina l-azzjonijiet tal-korpi nazzjonali u jfassal l-istandards tekniċi regolatorji u l-linji gwida fir-rigward tal-forniment ta' servizzi tal-awditjar, ir-Rapporteur tinsab mħassba minħabba li ħames superviżuri tat-titoli tal-UE biss għandhom xi tip ta' responsabbiltà għas-superviżjoni tad-ditti tal-awditjar u tas-servizzi tal-awditjar u għalhekk kollettivament ma għandhomx l-esperjenza neċessarja f'dan il-qasam. Barra minn dan, minħabba impenji tal-G20, il-AETS ingħatat ħafna kompiti fil-mandat tagħha u dawn se jesiġu preċedenza, u għalhekk ir-Rapporteur qiegħda tipproponi li Grupp Ewropew tal-Korpi ta' Sorveljanza tal-Awditjar (EGAOB) għandu jkun mgħammar aħjar biex jimmaniġġja dawn il-kompiti. Minħabba l-formazzjoni legali attwali dan bilfors se jeħtieġ li jsir permezz tal-għoti ta' konsulenza lill-Kummissjoni Ewropea madanakollu għandu jitqies jekk għandux isir bis-sħiħ kumitat tal-livell 3 sabiex ikun jista' jikkoordina sew is-superviżjoni ta' servizzi tal-awditjar fis-suq uniku kollu u biex b'mod attiv u dirett isawwar atti delegati u linji gwida futuri.
Definizzjoni ta' Entità ta' Interess Pubbliku
Diskussjonijiet li saru fil-Parlament jissuġġerixxu tħassib meta tkun qed tiġi proponuta distinzjoni bejn l-awditjar ta' entitajiet finanzjarji meta mqabbel ma' dak ta' entitajiet mhux finanzjarji. Ċarezza fil-kumpaniji tal-UE kollha f'tali funzjoni statutorja importanti tissuġġerixxi minflok li peress li l-awditjar kollu għandu jkunu l-istess irrispettivament mis-settur, ir-Rapporteur tikkunsidra li għandhom jitħassru d-dispożizzjonijiet dwar l-entitajiet kbar ta' interess pubbliku.
L-inklużjoni ta' UCITS u tal-FIA fi ħdan it-tifsira ta' PIE hija ta' tħassib kbir għar-Rapporteur peress li ħafna mid-dispożizzjonijiet tar-regolament, u l-użi futuri tad-definizzjoni mhux se jkunu proporzjonali meta mqabbla mal-għadd kbir tal-fondi koperti. Għalkemm ir-rapporteur tappoġġa l-ħtieġa li l-fondi u l-attivitajiet kollha tal-maniġers tal-fondi ghandhom jiġu awditjati bħala segwitu għal każi ta' profil għoli li jinvolvu attività qarrieqa, hija temmen li dan jista' jintlaħaq aħjar fi ħdan il-funzjoni depożitarja fid-direttiva AIFM u fir-rieżami li jmiss għall-UCITs.
Id-djalogu ma' Regolaturi Nazzjonali u l-BERS
Awdituri ta' istituzzjonijiet finanzjarji sistematikament importanti għandhom fehma privileġġjata fi ħdan dawn il-kumpaniji u f'ħafna każi fehma settorjali li hija ta' relevanza għall-korpi superviżorji Filwaqt li dejjem kien hemm l-obbligu għall-awdituri li jirrapportaw oqsma ta' tħassib lil regolaturi nazzjonali f'ħafna Stati Membri, dan ma sarx f'ħafna minnhom. Għalhekk forum għal djalogu regolari għandu jiġi stabbilit biex b'hekk ikunu jistgħu jsiru diskussjonijiet dwar l-iżviluppi li għaddejjin fis-suq. Filwaqt li huwa aċċettat li l-awdituri mhumiex superviżuri jistgħu jservu ta' sħab utli biex l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu progress.
Il-BERS ġie stabbilit biex iqis l-iżvilupp ta' riskju sistemiku madwar l-UE kollha, u għalhekk ikun utli għall-awdituri tal-akbar entitajiet fl-UE li jkollhom djalogu regolari mal-BERS fuq bażi anonima dwar l-iżviluppi settorjali f'istituzzjonijiet finanzjarji sistemikament importanti. Dan għandu jieħu l-forma ta' djalogu reċiproku li għandu jgħin liż-żewġ partijiet iwettqu r-responsabbiltajiet tagħhom.
Ir-rapport dwar l-awditjar u l-funzjoni tal-awditjar huma importanti ħafna għall-fiduċja tal-investituri u tal-pubbliku inġenerali u għaldaqstant ir-Rapporteur qed tipproponi żvelar aktar granulari tad-deċiżjonijiet tal-kumitat tal-awditjar u tal-politika korporattiva li tirriżulta fir-rigward ta' fornituri tas-servizz tal-awditjar u mhux tal-awditjar, proċess formalizzat għat-tfiegħ ta' offerti fir-rigward tas-servizzi u djalogu mtejjeb bejn dawk li jawditjaw istituzzjoni finanzjarja li tippreżenta riskju sistemiku għas-sistema finanzjarja tal-UE u r-regolaturi u s-superviżuri finanzjarji, bħala rispons proporzjonat biex tittejjeb il-kwalità tal-awditjar fl-UE kollha.
PROĊEDURA
Titolu |
Rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku |
||||
Referenzi |
COM(2011)0779 – C7-0470/2011 – 2011/0359(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 15.12.2011 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ECON 15.12.2011 |
||||
Kumitat(i) assoċjat(i) Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
20.4.2012 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Kay Swinburne 25.10.2011 |
||||
Eżami fil-kumitat |
15.10.2012 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
11.3.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
26 17 3 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Burkhard Balz, Elena Băsescu, Slavi Binev, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Othmar Karas, Jürgen Klute, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Philippe Lamberts, Werner Langen, Hans-Peter Martin, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Skinner, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Pierre Audy, Pervenche Berès, Lajos Bokros, Philippe De Backer, Saïd El Khadraoui, Sari Essayah, Roberto Gualtieri, Sophia in 't Veld, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Emilie Turunen |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Klaus-Heiner Lehne, Sabine Verheyen, Tatjana Ždanoka |
||||
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-INDUSTRIJA, IR-RIĊERKA U L-ENERĠIJA (3.12.2012)
għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali
dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar rekwiżiti speċifiċi rigward l-awditjar statutorju tal-entitajiet ta' interess pubbliku
(COM(2011)0779 – C7‑0470/2011 – 2011/0359(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Jürgen Creutzmann
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-kriżi finanzjarja tal-2008 daħħlet id-dubji dwar it-tħaddim tajjeb tas-sistema tal-awditjar statutorju, b'mod partikolari fir-rigward tal-entitajiet ta' interess pubbliku. Filwaqt li fis-settur bankarju d-defiċjenzi kienu minħabba nuqqas ta' sorveljanza proprja u salvagwardji regolatorji adegwati, kien hemm sejħiet biex titjieb is-sistema tal-awditjar statutorja ħalli tissaħħaħ il-protezzjoni tal-investitur fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji ppubblikati mill-impriżi. Jista' jiġi diskuss jekk regoli tal-awditjar aktar kompetenti setgħux evitaw il-kriżi u sa liema punt. Xorta waħda, hemm valur miżjud fi proċess tal-awditjar aktar robust u suq tal-awditjar aktar dinamiku. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur għal opinjoni jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni.
Il-fokus tal-abbozz għal opinjoni huwa fuq iż-żieda fil-kwalità tal-awditjar, l-indipendenza tal-awditur u l-protezzjoni tal-investitur. Ir-relazzjoni bejn l-awditur u l-entità awditjata, u kumitat tal-awditjar imsaħħaħ, li jirrappreżenta l-investituri, għandha bżonn tkun partikolarment enfasizzata. Ir-rapporteur għal opinjoni ma jixtiqx jidħol fid-dibattitu dwar jekk ir-Regolament għandux ikun integrat fid-Direttiva eżistenti, madankollu, huwa jenfasizza l-interkonnessjonijiet mal-governanza korporattiva, li taf teħtieġ approċċ aktar flessibbli biex l-Istati Membri jitħallew marġini biex jadattaw id-dispożizzjonijiet għall-oqfsa nazzjonali tagħhom.
L-analiżi turi li s-suq tal-awditjar hija kkonċentrata sew sat-tali punt li f'ċerti Stati Membri hemm għażla mnaqqsa b'mod konsiderevoli għax is-suq huwa ddominat minn ditta tal-awditjar waħda jew tnejn. Ir-rapporteur għal opinjoni huwa xettiku dwar jekk il-proposta tal-Kummissjoni hijiex verament kapaċi tibdel is-sitwazzjoni tas-suq attwali u tkisser oligopoliji eżistenti. Interventi tas-suq drastiċi biss jistgħu jilħqu dan l-għan, madankollu huwa dubjuż jekk tali miżuri jkunux proporzjonati. Barra minn hekk, ftit mill-miżuri proposti jistgħu attwalment iwasslu għal aktar konċentrazzjoni tas-suq u għandhom għalhekk jitqiesu bir-reqqa.
Ir-rapporteur għal opinjoni jappoġġa l-miżuri biex tiżdied il-kwalità tal-awditjar u tissaħħaħ l-indipendenza tal-awdituri. Madankollu, huwa jenfasizza li kwalunkwe miżura bħal din teħtieġ tkun proporzjonata fir-rigward tal-għan li jrid jintlaħaq. Għal din ir-raġuni, ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li jerġa' jqis jew tal-anqas jaġġusta l-interventi tas-suq l-aktar estensivi fil-proposta, jiġifieri limitazzjoni tas-servizzi tal-awditjar finanzjarju relatati u l-kunċett tar-rotazzjoni esterna mandatorja. Filwaqt li tal-aħħar jista' jkollha t-tajjeb tagħha bħall-indipendenza miżjuda tal-awditur, fil-forma proposta tagħha tista' ugwalment twassal għar-riskju ta' konċentrazzjoni tas-suq ulterjuri, inqas għażla tad-ditti tal-awditjar u awditjar bi kwalità aktar baxxa fl-ewwel snin ta' wara r-rotazzjoni. Għalhekk ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li jestendi l-perjodu massimu tal-ħatriet tal-awditjar.
Ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li jsaħħaħ b'mod konsiderevoli l-pożizzjoni tal-kumitat tal-awditjar. L-ewwel nett, proċedura għal sejħa pubblika għall-għażla tal-awdituri għandha sseħħ kull 7 snin, li tippermetti l-awdituri interessati kollha jew id-ditti tal-awditjar li joffru s-servizzi tagħhom, b'hekk il-proċess tal-għażla jsir aktar trasparenti u l-kumitat tal-awditjar jingħata għażla usa' biex jagħżel minnhom u l-possibilità li jagħżel l-aktar ditta kwalifikata. Matul il-proċess sħiħ għall-għażla tal-awdituri, il-kumitat tal-awditjar għandu jkun ir-rappreżentant tal-entità awditjata u jagħmel in-negozjati. Barra minn hekk, l-investituri għandhom jissaħħu billi per eżempju s-servizzi kollha relatati mal-awditjar isiru soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-kumitat tal-awditjar, li tnaqqas it-theddidiet għall-indipendenza tal-awdituri.
Ir-rapport addizzjonali għall-kumitat tal-awditjar u l-korp superviżorju huwa espliċitament milqugħ mir-rapporteur għal opinjoni għax dan iżid l-informazzjoni provduta u huwa l-aħjar post fejn jiġu indirizzati l-kwistjonijiet kritiċi bħall-applikazzjoni tal-prinċipju tan-negozju avvjat, in-nuqqasijiet fis-sistemi tal-kontroll intern u ċ-ċirkustanzi ta' nuqqas ta' konformità. F'dan ir-rapport għandha bżonn titqies fid-dettall il-kwalità tad-dikjarazzjoni finanzjarja tal-maniġment. Huwa għalhekk li r-rapporteur għal opinjoni jipproponi li ħafna aspetti jitressqu mir-rapport tal-awditjar pubbliku għar-rapport addizzjonali, għax l-investituri jkunu moqdija l-aħjar billi tingħata aktar informazzjoni lill-korpi li jirrappreżentawhom u jkollhom l-għarfien meħtieġ tal-entità msemmija, f'kuntrast mal-fatt li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku, b'mod mhux familjari mal-entità.
Fil-prinċipju jista' jitqies li dan jillimita s-servizzi provduti għall-entità tal-awditjar lil hinn mis-sempliċi awditjar statutorji għax dawn jistgħu joħolqu theddidiet għall-indipendenza tal-awdituri jekk it-tariffi addizzjonali jkunu sproporzjonati għall-ammont tat-tariffi tal-awditjar. Madankollu, ċerti servizzi msemmija huma marbutin mill-qrib mal-ħidma tal-awditjar u jistgħu jiġu provduti bl-aktar mod effiċjenti, jew, f'ċerti każijiet provduti biss, mill-awditur. Għalhekk, ikun sproporzjonat li jitfassal limitu arbitrarju, mhux aġġustabbli għas-sitwazzjoni konkreta jew il-kumplessità tal-entità f'relazzjoni mat-tariffi tal-awditjar. Minflok, ir-rapporteur għal opinjoni jipproponi li jipprojbixxi servizzi mhux tal-awditjar u jagħmel servizzi relatati mal-awditjar u servizzi oħra ta' assigurazzjoni espressament imsemmija b'mod li jkunu soġġetti għal approvazzjoni minn qabel mill-kumitat tal-awditjar. Barra minn hekk, l-awditur innifsu huwa meħtieġ li jevita kwalunkwe theddida għall-indipendenza u jagħmel salvagwardji xierqa. Sabiex fil-futur jiġu permessi servizzi ġodda, kemm il-lista ta' servizzi pprojbiti kif ukoll ta' dawk permessi m'għandhomx jingħalqu.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Organizzazzjoni interna adegwata tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar għandha tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe theddid għall-indipendenza tagħhom. B'hekk, is-sidien jew l-azzjonisti ta' ditta tal-awditjar, kif ukoll dawk li jimmaniġġjawha, m'għandhomx jintervjenu fit-twettiq ta' awditu statutorju b'xi mod li jista' jfixkel l-indipendenza u l-oġġettività tal-awditur li jwettaq l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. Barra minn hekk, awdituri statutorji u ditti tal-awditjar għandhom jistabilixxu politiki u proċeduri interni xierqa fir-rigward tal-impjegati u persuni oħrajn involuti fl-attività ta' awditu statutorju fi ħdan l-organizzazzjonijiet tagħhom sabiex tkun żgurata l-konformità mal-obbligi statutorji tagħhom. B'mod partikolari, dawk il-politiki u proċeduri għandhom ifittxu li jipprevjenu u jindirizzaw kwalunkwe theddid għall-indipendenza u jiżguraw il-kwalità, l-integrità u r-reqqa tal-awditu statutorju. Dawk il-politiki u proċeduri għandhom ikunu proporzjonali minħabba l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar. |
(8) Organizzazzjoni interna adegwata tal-awdituri statutorji u tad-ditti tal-awditjar għandha tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe theddid għall-indipendenza tagħhom. B'hekk, is-sidien jew l-azzjonisti ta' ditta tal-awditjar, kif ukoll dawk li jimmaniġġjawha, m'għandhomx jintervjenu fit-twettiq ta' awditu statutorju b'xi mod li jista' jfixkel l-indipendenza u l-oġġettività tal-awditur li jwettaq l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. Barra minn hekk, awdituri statutorji u ditti tal-awditjar għandhom jistabilixxu politiki u proċeduri interni xierqa fir-rigward tal-impjegati u persuni oħrajn involuti fl-attività ta' awditu statutorju fi ħdan l-organizzazzjonijiet tagħhom sabiex tkun żgurata l-konformità mal-obbligi statutorji tagħhom. B'mod partikolari, dawk il-politiki u proċeduri għandhom ifittxu li jipprevjenu u jindirizzaw kwalunkwe theddid għall-indipendenza u jiżguraw il-kwalità, l-integrità u r-reqqa tal-awditu statutorju. Dawk il-politiki u proċeduri għandhom ikunu proporzjonali minħabba l-iskala u l-kumplessità tan-negozju tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar u tal-entitajiet awditjati. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Il-forniment ta' servizzi għajr awditjar statutorju lil entitajiet awditjati minn awdituri, ditti tal-awditjar statutorji jew membri tan-netwerks tagħhom jistgħu jikkompromettu l-indipendenza tagħhom. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-awditur, ditta tal-awditjar statutorji jew membri tan-netwerk tagħhom ma jipprovdux servizzi mhux ta' awditjar lill-entitajiet awditjati tagħhom. L-għoti ta' servizzi mhux ta' awditjar minn ditta tal-awditjar jimpedixxi lill dik id-ditta tal-awditjar milli twettaq awditjar statutorju ta' dik il-kumpanija, b'hekk jirriżulta fi tnaqqis tad-ditti tal-awditjar disponibbli sabiex jipprovdu awditjar statutorju, b'mod partikolari fir-rigward tal-awditjar ta' entitajiet ta' interess pubbliku kbar fejn is-suq huwa kkonċentrat. Bħala riżultat ta' dan, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm disponibbli numru minimu ta' ditti tal-awditjar sabiex jipprovdu servizzi ta' awditjar lil entitajiet ta' interess pubbliku kbar, huwa xieraq li jintalab li d-ditti tal-awditjar ta' dimensjoni sinifikanti jiffokaw l-attività professjonali tagħhom fuq it-twettiq tal-awditjar statutorju u ma jkunux permessi jwettqu servizzi oħrajn mhux relatati mal-funzjoni tal-awditjar statutorju bħal servizzi ta' konsulenza jew ta' għoti ta' pariri. |
(11) Il-forniment ta' servizzi għajr awditjar statutorju lil entitajiet awditjati minn awdituri, ditti tal-awditjar statutorji jew membri tan-netwerks tagħhom jistgħu jikkompromettu l-indipendenza tagħhom. Għaldaqstant, huwa xieraq li l-awditur, ditta tal-awditjar statutorji jew membri tan-netwerk tagħhom ma jipprovdux servizzi mhux ta' awditjar lill-entitajiet awditjati tagħhom. L-għoti ta' servizzi mhux ta' awditjar minn ditta tal-awditjar jimpedixxi lill dik id-ditta tal-awditjar milli twettaq awditjar statutorju ta' dik il-kumpanija, b'hekk jirriżulta fi tnaqqis tad-ditti tal-awditjar disponibbli sabiex jipprovdu awditjar statutorju, b'mod partikolari fir-rigward tal-awditjar ta' entitajiet ta' interess pubbliku kbar fejn is-suq huwa kkonċentrat. Bħala riżultat ta' dan, sabiex jiġi żgurat li jkun hemm disponibbli numru minimu ta' ditti tal-awditjar sabiex jipprovdu servizzi ta' awditjar lil entitajiet ta' interess pubbliku kbar, huwa xieraq li jintalab li d-ditti tal-awditjar ta' dimensjoni sinifikanti jew jiffokaw l-attività professjonali tagħhom fuq it-twettiq tal-awditjar statutorju u ma jkunux permessi jwettqu servizzi oħrajn mhux relatati mal-funzjoni tal-awditjar statutorju bħal servizzi ta' konsulenza jew ta' għoti ta' pariri jew jissieħbu ma' ditti tal-awditjar oħrajn għal awditi konġunti jekk ikunu jridu jespandu aktar l-attivitajiet tan-negozju tagħhom. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) L-awditjar statutorju jirriżulta f'opinjoni fuq il-verità u l-ġustizzja tar-rapporti finanzjarji tal-entitajiet awditjati. Madankollu, il-partijiet interessati jistgħu ma jkunux konxji tal-limitazzjonijiet ta' awditu (materjalità, tekniki ta' kampjunar, rwol tal-awditur fil-qbid tal-frodi u r-responsabilità tal-maniġers), li jista' jwassal għal diskrepanza fl-istenniji. Sabiex titnaqqas tali diskrepanza, huwa importanti li tkun ipprovduta aktar ċarezza dwar x'inhu l-ambitu tal-awditu statutorju. |
(15) L-awditjar statutorju jirriżulta f'opinjoni fuq il-verità u l-ġustizzja tar-rapporti finanzjarji tal-entitajiet awditjati. Madankollu, il-partijiet interessati jistgħu ma jkunux konxji tal-limitazzjonijiet ta' awditu (materjalità, tekniki ta' kampjunar, rwol tal-awditur fil-qbid tal-frodi u r-responsabilità tal-maniġers), li jista' jwassal għal diskrepanza fl-istenniji. Sabiex titnaqqas tali diskrepanza, huwa importanti li tkun ipprovduta aktar ċarezza dwar x'inhu l-ambitu tal-awditu statutorju, mingħajr ma tinġibed l-attenzjoni tal-partijiet interessati mill-kontenut attwali tal-opinjoni tal-awditjar. |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Filwaqt li r-responsabilità primarja għall-għoti ta' informazzjoni finanzjarja għandha tibqa' f'idejn il-maniġment tal-entitajiet awditjati, l-awdituri għandhom ir-rwol li jikkontestaw attivament lill-maniġment minn perspettiva ta' utent. Għalhekk, biex itejbu l-kwalità tal-awditu, huwa importanti li x-xettiċiżmu professjonali eżerċitat minn awdituri vis à vis l-entità awditjata tiġi rinforzata. L-awdituri għandhom jirrikonoxxu li jista' jkun hemm il-possibilità li dikjarazzjoni skorretta materjalment dovuta għal frodi jew żball, minkejja l-esperjenza tal-passat li kellu l-awditur dwar l-onestà u l-integrità tal-amministrazzjoni tal-entità awditjata. L-iżgurar tal-kwalità tal-awditu għandu jkun il-kriterju ewlieni sabiex jiġi organizzat ix-xogħol tal-awditu u sabiex jiġu allokati r-riżorsi neċessarji għall-kompiti. L-integrità tal-awditur, ditta tal-awditjar statutorji u tal-persunal tagħhom hija essenzjali biex tkun żgurata l-fiduċja pubblika f'awditi statutorji u swieq finanzjarji. Għaldaqstant, kull inċident li jista' jkollu konsegwenzi serji għall-integrità tal-attivitajiet ta' awditu statutorju jiġi mmaniġjat bix-xieraq. L-awditur jew id-ditta tal-awditjar statutorji għandhom jiddokumentaw b'mod xieraq ix-xogħol tal-awditjar. |
(16) Filwaqt li r-responsabilità primarja għall-għoti ta' informazzjoni finanzjarja taqa' f'idejn il-maniġment tal-entitajiet awditjati, l-awdituri għandhom ir-rwol li jikkontestaw attivament lill-maniġment minn perspettiva ta' utent. Għalhekk, biex itejbu l-kwalità tal-awditu, huwa importanti li x-xettiċiżmu professjonali eżerċitat minn awdituri vis à vis l-entità awditjata tiġi rinforzata. L-awdituri għandhom jirrikonoxxu li jista' jkun hemm il-possibilità li dikjarazzjoni skorretta materjalment dovuta għal frodi jew żball, minkejja l-esperjenza tal-passat li kellu l-awditur dwar l-onestà u l-integrità tal-amministrazzjoni tal-entità awditjata. L-iżgurar tal-kwalità tal-awditu għandu jkun il-kriterju ewlieni sabiex jiġi organizzat ix-xogħol tal-awditu u sabiex jiġu allokati r-riżorsi neċessarji għall-kompiti. L-integrità tal-awditur, ditta tal-awditjar statutorji u tal-persunal tagħhom hija essenzjali biex tkun żgurata l-fiduċja pubblika f'awditi statutorji u swieq finanzjarji. Għaldaqstant, kull inċident li jista' jkollu konsegwenzi serji għall-integrità tal-attivitajiet ta' awditu statutorju jiġi mmaniġjat bix-xieraq. L-awditur jew id-ditta tal-awditjar statutorji għandhom jiddokumentaw b'mod xieraq ix-xogħol tal-awditjar. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) Ir-riżultati tal-awditu statutorju jiġu ppreżentati lill-partijiet b'interess fir-rapport tal-awditjar. Sabiex tiżdied il-fiduċja tal-partijiet b'interess fir-rapporti finanzjarji tal-entità awditjata, huwa partikolarment importanti li r-rapport tal-awditjar jkun ibbażat sew u sostanzjat tajjeb u li l-kontenut tiegħu jiġi mwessa' sabiex jinkludi informazzjoni addizzjonali speċifika għall-awditu mwettaq. Ir-rapport tal-awditjar għandu, b'mod partikolari, jinkludi informazzjoni biżżejjed dwar il-metodoloġija użata fl-awditu, b'mod speċjali kemm mill-karta bilanċjali ġie awditjat b'mod dirett u kemm kien ibbażat fuq ittestjar tas-sistema u tal-konformità, fuq il-livelli ta' materjalità applikati għat-twettiq tal-awditu, fuq l-oqsma ta' riskju ewlenin ta' dikjarazzjonijiet skorretti materjali tar-rapporti finanzjarji annwali u konsolidati, fuq jekk l-awditjar statutorju ġiex imfassal biex jaqbad frodi u, fil-każ ta' opinjoni kwalifikata jew avversa jew rinunzja ta' opinjoni, fuq ir-raġunijiet ta' tali deċiżjoni. |
(19) Ir-riżultati tal-awditu statutorju jiġu ppreżentati lill-partijiet b'interess fir-rapport tal-awditjar. Sabiex tiżdied il-fiduċja tal-partijiet b'interess fir-rapporti finanzjarji tal-entità awditjata, huwa partikolarment importanti li r-rapport tal-awditjar jkun ibbażat sew u sostanzjat tajjeb u li l-kontenut tiegħu jiġi mwessa' sabiex jinkludi informazzjoni addizzjonali dwar min ikun qed jiġi awditjat speċifika għall-awditu mwettaq. Ir-rapport tal-awditjar għandu, b'mod partikolari, jinkludi informazzjoni dwar il-metodoloġija użata fl-awditjar, dwar kwistjonijiet fir-rapporti finanzjarji li huma fundamentali għall-fehim tal-utenti, fuq jekk l-awditjar statutorju ġiex imfassal biex jaqbad frodi u, fil-każ ta' opinjoni kwalifikata jew avversa jew rinunzja ta' opinjoni, fuq ir-raġunijiet ta' tali deċiżjoni. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Il-valur tal-awditjar statutorju għall-entità awditjata jittejjeb partikolarment jekk il-komunikazzjoni bejn l-awditur jew id-ditta tal-awditjar statutorji, fuq naħa u l-kumitat tal-awditjar fuq in-naħa l-oħra, tissaħħaħ. Wara d-djalogu regolari mwettaq matul it-twettiq tal-awditu statutorju, huwa importanti li l-awditur jew id-ditti tal-awditjar statutorji jissottomettu lill-kumitat tal-awditjar, rapport addizzjonali u aktar dettaljat dwar ir-riżultati tal-awditu statutorju. Għandu jkun possibbli li tali rapporti dettaljati addizzjonali jkunu magħmulin disponibbli lis-superviżuri ta' entitajiet ta' interess pubbliku, iżda mhux lill-pubbliku. |
(20) Il-valur tal-awditjar statutorju għall-entità awditjata jittejjeb partikolarment jekk il-komunikazzjoni bejn l-awditur jew id-ditta tal-awditjar statutorji, fuq naħa u l-kumitat tal-awditjar fuq in-naħa l-oħra, tissaħħaħ. Dan jikkontribwixxi għal trasparenza miżjuda, responsabilità msaħħa u etika professjonali. Wara d-djalogu regolari mwettaq matul it-twettiq tal-awditu statutorju, huwa importanti li l-awditur jew id-ditti tal-awditjar statutorji jissottomettu lill-kumitat tal-awditjar, rapport addizzjonali u aktar dettaljat dwar ir-riżultati tal-awditu statutorju. Għandu jkun possibbli li tali rapporti dettaljati addizzjonali jkunu magħmulin disponibbli lis-superviżuri ta' entitajiet ta' interess pubbliku, u jekk ikun possibbli, sat-tali punt li ma jikkonċernawx is-sigrieti tan-negozju tal-impriża awditjata, lill-pubbliku. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Il-kumitati tal-awditjar, jew korpi li jwettqu funzjoni ekwivalenti fi ħdan entità awditjata, għandhom rwol deċiżiv x'jikkontribwixxu għal awditu statutorju ta' kwalità għolja. Huwa partikolarment importanti li l-indipendenza u l-kompetenza teknika tal-kumitat tal-awditjar jissaħħu billi jkun meħtieġ li maġġoranza tal-membri tiegħu tkun indipendenti u li għallinqas membru wieħed tal-kumitat ikollu kompetenza fl-awditjar u wieħed fl-awditjar u/jew kontabilità. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2005 dwar ir-rwol ta' diretturi jew diretturi superviżorji ta' kumpaniji elenkati u fuq il-kumitat tal-bord (superviżorju) tistabilixxi kif jiġu stabiliti u kif għandhom jaħdmu l-kumitati tal-awditjar. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra d-dimensjoni tal-bordijiet fil-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa u f'entitajiet ta' interess pubbliku żgħar u medji, ikun xieraq li l-funzjonijiet assenjati lill-kumitat tal-awditjar għal dawk l-entitajiet, jew lil korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti fi ħdan entità awditjata, jistgħu jitwettqu mill-korp amministrattiv jew superviżorju b'mod ġenerali. Entitajiet ta' interess pubbliku li huma UCITS jew fondi ta' investiment alternattiv għandhom ikunu eżentati wkoll mill-obbligu li jkun hemm kumitat tal-awditjar. Din l-eżenzjoni tqis il-fatt li fejn dawk il-fondi jiffunzjonaw sempliċiment għall-finijiet ta' ppuljar ta' assi, l-użu ta' kumitat tal-awditjar mhuwiex adegwat. Il-UCITS u fondi ta' investimenti alternattiv, kif ukoll il-kumpaniji maniġerjali tagħhom, jaħdmu f'ambjent regolatorju ddefinit b'mod strett u huma soġġetti għal mekkaniżmi ta' governanza speċifiċi bħal kontrolli eżerċitati mid-depożitarji tagħhom. |
(23) Il-kumitati tal-awditjar, jew korpi li jwettqu funzjoni ekwivalenti fi ħdan entità awditjata, għandhom rwol deċiżiv x'jikkontribwixxu għal awditu statutorju ta' kwalità għolja. Huwa partikolarment importanti li l-indipendenza u l-kompetenza teknika tal-kumitat tal-awditjar jissaħħu billi jkun meħtieġ li maġġoranza tal-membri tiegħu tkun indipendenti u li għallinqas membru wieħed tal-kumitat ikollu kompetenza fl-awditjar u wieħed fl-awditjar u/jew kontabilità. Il-membri tal-kumitat tal-awditjar jieħdu sehem fi programmi ta' tisħiħ tal-ħiliet sabiex jassiguraw livell ta' tagħrif tekniku xieraq fit-twettiq tar-rwoli tagħhom. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Frar 2005 dwar ir-rwol ta' diretturi jew diretturi superviżorji ta' kumpaniji elenkati u fuq il-kumitat tal-bord (superviżorju) tistabilixxi kif jiġu stabiliti u kif għandhom jaħdmu l-kumitati tal-awditjar. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra d-dimensjoni tal-bordijiet fil-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa u f'entitajiet ta' interess pubbliku żgħar u medji, ikun xieraq li l-funzjonijiet assenjati lill-kumitat tal-awditjar għal dawk l-entitajiet, jew lil korp li jwettaq funzjonijiet ekwivalenti fi ħdan entità awditjata, jistgħu jitwettqu mill-korp amministrattiv jew superviżorju b'mod ġenerali. Entitajiet ta' interess pubbliku li huma UCITS jew fondi ta' investiment alternattiv għandhom ikunu eżentati wkoll mill-obbligu li jkun hemm kumitat tal-awditjar. Din l-eżenzjoni tqis il-fatt li fejn dawk il-fondi jiffunzjonaw sempliċiment għall-finijiet ta' ppuljar ta' assi, l-użu ta' kumitat tal-awditjar mhuwiex adegwat. Il-UCITS u fondi ta' investimenti alternattiv, kif ukoll il-kumpaniji maniġerjali tagħhom, jaħdmu f'ambjent regolatorju ddefinit b'mod strett u huma soġġetti għal mekkaniżmi ta' governanza speċifiċi bħal kontrolli eżerċitati mid-depożitarji tagħhom. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Huwa importanti li jissaħħaħ ir-rwol tal-kumitat tal-awditjar fl-għażla ta' awditur statutorju ġdid jew ditta tal-awditjar, għall-benefiċċju ta' deċiżjoni aktar informata tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew membri tal-entità awditjata. Għaldaqstant, meta jressaq proposta fil-laqgħa ġenerali, il-bord għandu jispjega jekk din tkunx qed issegwi r-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar u, jekk le, għalfejn. Ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar għandha tinkludi għallinqas żewġ għażliet possibbli għall-inkarigu tal-awditjar u preferenza ġġustifikata kif dovut għal waħda minnhom, sabiex il-laqgħa ġenerali tkun tista' tagħmel għażla reali. Sabiex tkun ipprovduta ġustifikazzjoni ġusta u xierqa fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-kumitat tal-awditjar għandu juża r-riżultati ta' proċedura tas-selezzjoni mandatorja organizzata mill-entità awditjata, taħt ir-responsabilità tal-kumitat tal-awditjar. F'din il-proċedura tas-selezzjoni, l-entità awditjata għandha tistieden lil awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar, inklużi dawk iżgħar, sabiex jippreżentaw proposti għall-inkarigu tal-awditjar. Dokumenti ta' sejħiet għall-offerti għandu jkun fihom kriterji tal-għażla trasparenti u mhux diskriminatorji sabiex jintużaw għall-evalwazzjoni tal-proposti. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra li din il-proċedura tas-selezzjoni tista' tinvolvi spejjeż sproporzjonati għall-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa jew entitajiet ta' interess pubbliku żgħar jew medji wara li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni tagħhom, huwa xieraq li dawn l-entitajiet jinħelsu minn dan l-obbligu. |
(24) Huwa importanti li jissaħħaħ ir-rwol tal-kumitat tal-awditjar fl-għażla ta' awditur statutorju ġdid jew ditta tal-awditjar, għall-benefiċċju ta' deċiżjoni aktar informata tal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew membri tal-entità awditjata. Dan iwassal għal aktar trasparenza fil-proċedura tas-selezzjoni u għal responsabilità msaħħa fir-rigward tal-partijiet interessati. Għaldaqstant, meta jressaq proposta fil-laqgħa ġenerali, il-bord għandu jispjega jekk din tkunx qed issegwi r-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar u, jekk le, għalfejn. Għandu jipprovdi raġunijiet ukoll jekk jipproponi li jġedded inkarigu ta' awditjar wara proċedura ta' sejħa għall-offerti. Ir-rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar għandha tinkludi għallinqas żewġ għażliet possibbli għall-inkarigu tal-awditjar, valutazzjoni komprensiva taż-żewġ proposti u preferenza ġġustifikata kif dovut għal waħda minnhom, sabiex il-laqgħa ġenerali tkun tista' tagħmel għażla reali. Sabiex tkun ipprovduta ġustifikazzjoni ġusta u xierqa fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-kumitat tal-awditjar għandu juża r-riżultati ta' proċedura ta' sejħa għall-offerti mandatorja organizzata mill-entità awditjata, taħt ir-responsabilità tal-kumitat tal-awditjar. F'din il-proċedura tas-sejħa għal offerti, l-entità awditjata għandha tippubblika sejħa għal awdituri jew ditti tal-awditjar sabiex jippreżentaw proposti għall-inkarigu tal-awditjar. Dokumenti ta' sejħiet għall-offerti għandu jkun fihom kriterji tal-għażla trasparenti u mhux diskriminatorji sabiex jintużaw għall-evalwazzjoni tal-proposti. Madankollu, jekk wieħed jikkunsidra li din il-proċedura tas-sejħa għal offerti tista' tinvolvi spejjeż sproporzjonati għall-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni tas-suq imnaqqsa jew entitajiet ta' interess pubbliku żgħar jew medji wara li tiġi kkunsidrata d-dimensjoni tagħhom, huwa xieraq li dawn l-entitajiet jinħelsu minn dan l-obbligu. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 27 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Sabiex tiġi indirizzata t-theddida tal-familjarità u għaldaqstant, sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-awdituri u tad-ditti tal-awditjar, huwa importanti li tiġi stabilita durata massima tal-inkarigu tal-awditjar ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar f'entità awditjata partikolari. Jiġi stabilit mekkaniżmu ta' rotazzjoni gradwali xieraq fir-rigward tal-aktar persunal anzjan involut fl-awditjar statutorju, inklużi s-sħab ewlenin tal-awditjar li jwettqu l-awditjar statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. Huwa importanti wkoll li jitfassal perjodu xieraq li fih it-tali awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ma jistgħux iwettqu l-awditu statutorju tal-istess entità. Sabiex tkun żgurata tranżizzjoni mingħajr intoppi, l-ex awditur għandu jittrasferixxi fajl ta' trasferiment bl-informazzjoni rilevanti lill-awditur ta' warajh. |
(27) Sabiex tiġi indirizzata t-theddida tal-familjarità u għaldaqstant, sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-awdituri u tad-ditti tal-awditjar, huwa importanti li tiġi stabilita durata massima tal-inkarigu tal-awditjar ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar f'entità awditjata partikolari. Barra minn hekk, evalwazzjoni komprensiva, trasparenti u indipendenti tal-kwalità tal-awditjar tiġi dokumentata regolarment u kif xieraq. Din l-evalwazzjoni komprensiva għandha tifforma l-bażi għas-selezzjoni tal-awdituri mil-laqgħa ġenerali, li ssegwi proċedura ta' sejħa għal offerti tal-anqas kull 7 snin. Barra minn hekk, għandu jiġi stabilit mekkaniżmu ta' rotazzjoni gradwali xieraq fir-rigward tal-aktar persunal anzjan involut fl-awditjar statutorju, inklużi s-sħab ewlenin tal-awditjar li jwettqu l-awditjar statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 33 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(33) Is-suq għall-forniment ta' servizzi tal-awditjar statutorju lil entitajiet ta' interess pubbliku jevolvi maż-żmien. Għaldaqstant, huwa neċessarju li l-awtoritajiet kompetenti jimmonitorjaw l-iżviluppi fis-suq, b'mod partikolari fir-rigward tal-għażla limitata possibbli ta' awdituri u r-riskji li jirriżultaw minn konċentrazzjoni għolja fis-suq. |
(33) Is-suq għall-forniment ta' servizzi tal-awditjar statutorju lil entitajiet ta' interess pubbliku jevolvi maż-żmien. Għaldaqstant, huwa neċessarju li l-Istati Membri jimmonitorjaw l-iżviluppi fis-suq, b'mod partikolari fir-rigward tal-għażla limitata possibbli ta' awdituri u r-riskji li jirriżultaw minn konċentrazzjoni għolja fis-suq. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 43 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(43) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi l-ġodda fl-awditjar u fis-suq tal-awditjar, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tispeċifika rekwiżiti tekniċi dwar il-kontenut tal-fajl tat-trasferiment li l-awditur statutorju l-ġdid jew id-ditta tal-awditjar il-ġdida għandhom jirċievu u fuq l-istabiliment ta' ċertifikat Ewropew tal-kwalità għal awdituri statutorji u ditti tal-awditjar li jwettqu awditi statutorji ta' entitajiet ta' interess pubbliku. |
(43) Sabiex jitqiesu l-iżviluppi l-ġodda fl-awditjar u fis-suq tal-awditjar, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tispeċifika rekwiżiti tekniċi dwar l-istabiliment ta' ċertifikat Ewropew tal-kwalità għal awdituri statutorji u ditti tal-awditjar li jwettqu awditi statutorji ta' entitajiet ta' interess pubbliku. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li t-twettiq ta' awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku ma jkunx affettwat minn xi kunflitt ta' interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta' negozju jew ta' xorta oħra li tinvolvi lill-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jkunu qegħdin iwettqu l-awditu statutorju u, fejn xieraq, in-netwerk, il-maniġers, l-awdituri, l-impjegati u kwalunkwe persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni jew taħt il-kontroll tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar, jew kwalunkwe persuna b'konnessjoni diretta jew indiretta mal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar b'kontroll. |
Awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-indipendenza tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar li jkunu qegħdin iwettqu l-awditu statutorju ma tiġix kompromessa minn relazzjonijiet finanzjarji, personali, ta' negozju, ta' impjieg jew relazzjonijiet oħra li jinvolvu l-awditur statutorju, id-ditta tal-awditjar, id-ditti affiljati u n-netwerk tagħha, u kwalunkwe persuna fiżika f'pożizzjoni li tinfluwenza r-riżultat tal-awditjar statutorju. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kliem propost jirrifletti aħjar in-natura tar-relazzjoni tal-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar lill-entità awditjata u jiġbor b'mod aktar komprensiv it-theddid potenzjali għall-indipendenza. Barra minn hekk, dan huwa aktar allinjati mal-istandards internazzjonali eżistenti dwar l-etika u se jiżgura kundizzjonijiet internazzjonali ekwi. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabilixxu arranġamenti organizzattivi u amministrattivi xierqa u effettivi biex jipprevjenu, jidentifikaw, jeliminaw jew jiġġestixxu u jiddivulgaw kwalunkwe theddida għall-indipendenza msemmija fl-Artikolu 11(2); |
(e) awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jistabilixxu arranġamenti organizzattivi u amministrattivi xierqa u effettivi biex jipprevjenu, jidentifikaw, jeliminaw jew jiġġestixxu u jiddivulgaw lill-kumitat tal-awditjar tal-entità awditjata kwalunkwe theddida għall-indipendenza msemmija fl-Artikolu 11(2); |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jiġi ċċarat li, f'dawn il-każijiet, huwa l-kumitat tal-awditjar tal-entità awditjata li għandu jiġi informat. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-persuni jew ditti li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2 ma jitolbux jew jaċċettaw flus, rigali jew favuri mingħand xi ħadd li miegħu l-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ikollhom relazzjoni kuntrattwali. |
4. Il-persuni jew ditti li ssir referenza għalihom fil-paragrafu 2 ma jitolbux jew jaċċettaw rigali jew favuri mingħand l-entità awditjata ħlief f'każ li parti terza raġonevoli u infurmata tikkunsidra l-valur bħala insinifikanti. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni ta' rigali jew favuri tinkludi b'mod ċar "flus", li huwa għaliex dan l-element huwa mingħaj |