RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea

20.5.2013 - (COM(2012)0085 – C7‑0075/2012 – 2012/0036(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur (għal opinjoni): Monica Luisa Macovei


Proċedura : 2012/0036(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0178/2013
Testi mressqa :
A7-0178/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea

(COM(2012)0085 – C7‑0075/2012 – 2012/0036(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0085),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 82(2) u 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0075/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-11 ta' Lulju 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tal-4 ta' Diċembru 2012,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0178/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Ir-raġuni ewlenija għall-kriminalità organizzata transkonfinali hija l-gwadann finanzarju. Sabiex ikunu effettivi, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji għandhom jingħataw il-mezzi sabiex jitraċċaw, jiffriżaw, jiġġestixxu u jikkonfiskaw ir-rikavat mill-kriminalità.

(1) Ir-raġuni ewlenija għall-kriminalità organizzata, inkluża organizzazzjoni kriminali tat-tip tal-mafja, hija l-gwadann finanzarju. Bħala kosegwenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw il-mezzi sabiex jitraċċaw, jiffriżaw, jiġġestixxu u jikkonfiskaw ir-rikavat mill-kriminalità. Madanakollu, il-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata u l-ġlieda kontrieha b’mod effikaċi m’għandhomx ikunu limitati għan-newtralizzazzjoni tar-rikavat mill-kriminalità iżda għandhom jiġu estiżi, f’każijiet oħra, għal kwalunkwe proprjetà provenjenti minn attivitajiet ta’ natura kriminali. Ir-rikonoxximent reċiproku ta’ ordnijiet ta’ ffriżar u konfiska tar-rikavat mill-kriminalità mhuwiex effikaċi biżżejjed. Ġlieda effettiva kontra l-kriminalità ekonomika, il-kriminalità organizzata u -terroriżmu tkun teħtieġ ir-rikonoxximent reċiproku ta’miżuri meħuda f’qasam differenti minn dak tal-liġi kriminali jew altrimenti adottati fin-nuqqas ta’ kundanna kriminali fiċ-ċirkustanzi definiti fl-Artikolu 5 u li jkollhom bħalha l-oġġett tagħhom, b’mod aktar wiesa’, kwalunkwe assi jew dħul possibbli li jista’ jiġi attribwit għal organizzazzjoni kriminali jew għal persuna suspettata jew akkużata li tappartjeni għal organizzazzjoni kriminali.

Ġustifikazzjoni

Il-gwadann finanzjarju huwa l-għan tal-biċċa l-kbira tal-kriminalità, mhux biss tal-kriminalità organizzata transkonfinali.

Fid-dawl tan-nuqqas fl-effiċjenza tas-sistema kurrenti, għandhom jingħataw il-mezzi kollha sabiex jiġi traċċat, iffriżat, ġestit u kkonfiskat ir-rikavat mill-kriminalità.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-gruppi tal-kriminalità organizzata joperaw mingħajr fruntieri u qed jakkwistaw dejjem iktar assi fi Stati Membri oħrajn u f’pajjiżi terzi. Hemm ħtieġa dejjem ikbar għal kooperazzjoni internazzjonali effettiva fl-infurzar tal-liġi dwar l-irkupru tal-assi kif ukoll għal assistenza legali reċiproka.

(2) Il-gruppi tal-kriminalità organizzata joperaw mingħajr fruntieri u qed jakkwistaw dejjem iktar assi fi Stati Membri oħrajn u f’pajjiżi terzi. Hemm ħtieġa dejjem ikbar għal kooperazzjoni internazzjonali effettiva fl-infurzar tal-liġi dwar l-irkupru tal-assi kif ukoll għal assistenza legali reċiproka. L-adozzjoni ta’ regoli minimi se tarmonizza iktar is-sistemi ta’ ffriżar u ta’ konfiska tal-Istati Membri, u b’hekk tiffaċilita l-fiduċja reċiproka u l-kooperazzjoni transkonfinali effettiva.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-iktar mezzi effikaċi biex tiġi miġġielda l-kriminalità organizzata huma konsegwenzi legali serji, identifikazzjoni effettiva, u l-qbid u l-konfiska tal-mezzi strumentali u tar-rikavat tal-kriminalità. Konfiskazzjonijiet estiżi huma partikolarment effikaċi.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Għalkemm l-istatistika eżistenti hija limitata, jidher li l-ammonti rkuprati mill-assi kriminali fl-Unjoni mhux biżżejjed meta pparagunati mar-rikavat stmat minn attività kriminali. Studji wrew li, għalkemm irregolati mil-leġiżlazzjoni tal-UE u mil-liġijiet nazzjonali, il-proċeduri ta’ konfiska għadhom mhux użati biżżejjed.

(3) Għalkemm l-istatistika eżistenti hija limitata, jidher li l-ammonti rkuprati mir-rikavat mill-kriminalità fl-Unjoni huma żgħar ħafna meta pparagunati mar-rikavat stmat minn attività kriminali. Studji wrew li, għalkemm irregolati mil-leġiżlazzjoni tal-UE u mil-liġijiet nazzjonali, il-proċeduri ta’ konfiska għadhom mhux użati biżżejjed u l-liġijiet fil-livell nazzjonali mhumiex konsistenti u għalhekk jeħtieġu armonizzazzjoni adegwata sabiex tinkiseb ukoll eżekuzzjoni sħiħa u kompleta tal-konfiska stess.

Ġustifikazzjoni

Il-punt huwa li l-irkupru tal-assi mhumiex insuffiċjenti iżda pjutost baxx meta mqabbel mar-reddittu monetarju stmat tal-kriminalità Id-diversità tal-liġijiet nazzjonali għandha titqies bħala motiv għal din il-proposta għal direttiva. Id-diversità fil-leġiżlazzjoni taffettwa l-effiċjenza u l-kooperazzjoni b’mod partikolari fil-qasam tal-kriminalità organizzata transkonfinali u kriminalità oħra.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) L-Istati Membri huma liberi li jadottaw proċeduri ta' konfiska marbutin ma' każ kriminali quddiem kwalunkwe qorti, sew jekk kriminali, ċivili jew amministrattiva.

Ġustifikazzjoni

Din tiċċara li l-Istati Membri jistgħu jimplimentaw id-Direttiva permezz ta’ kwalunkwe tip ta’ proċeduri tal-qorti adattat għas-sistema nazzjonali tagħhom.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-konfiska tal-mezzi strumentali u r-rikavat wara li tittieħed deċiżjoni finali minn qorti u tal-proprjetà li jkollha valur ekwivalenti għar-rikavat, għandha għalhekk tagħmel referenza għal dan il-kunċett imwessa’ ta’ reati kriminali koperti minn din id-Direttiva. Id-Deċiżjoni Qafas 2001/500/ĠAI kienet teżiġi li l-Istati Membri jippermettu li ssir il-konfiska tal-mezzi strumentali u tar-rikavat mill-kriminalità wara kundanna definittiva u jippermettu li ssir il-konfiska ta’ proprjetà b’valur ekwivalenti għar-rikavat mill-kriminalità. Dawn l-obbligi għandhom jinżammu fir-rigward ta’ reati kriminali mhux koperti minn din id-Direttiva.

(9) Il-konfiska tal-mezzi strumentali u r-rikavat wara li tittieħed deċiżjoni finali minn qorti, kemm jekk ibbażata fuq kundanna kriminali kif ukoll fin-nuqqas ta’ tali kundanna, u tal-proprjetà li jkollha valur ekwivalenti għar-rikavat, għandha għalhekk tagħmel referenza għal dan il-kunċett imwessa’ ta’ reati kriminali koperti minn din id-Direttiva. Id-Deċiżjoni Qafas 2001/500/ĠAI kienet teżiġi li l-Istati Membri jippermettu li ssir il-konfiska tal-mezzi strumentali u tar-rikavat mill-kriminalità wara kundanna definittiva u jippermettu li ssir il-konfiska ta’ proprjetà b’valur ekwivalenti għar-rikavat mill-kriminalità. Dawn l-obbligi għandhom jinżammu fir-rigward ta’ reati kriminali mhux koperti minn din id-Direttiva u l-kunċett ta’ rikavat kif definit f’din id-Direttiva għandu jiġi estiż għall-offiżi kriminali mhux koperti minn din id-Direttiva.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Skont il-prinċipju ta’ ne bis in idem, huwa xieraq li r-rikavat minn attivitajiet allegatament kriminali jiġi eskluż mill-konfiska estiża meta l-persuna milquta tkun ġiet illiberata definittivament fi proċess preċedenti quddiem qorti kriminali jew f'każijiet fejn japplika l-prinċipju ta' ne bis in idem. Il-konfiska estiża għandha tiġi eskluża wkoll meta attivitajiet kriminali simili ma setgħux ikunu soġġetti għal proċeduri kriminali minħabba preskrizzjoni skont il-liġi kriminali nazzjonali.

(11) Skont il-prinċipju ta’ ne bis in idem, huwa xieraq li r-rikavat minn attivitajiet allegatament kriminali jiġi eskluż mill-konfiska estiża meta l-persuna milquta tkun ġiet illiberata definittivament fi proċess preċedenti quddiem qorti kriminali jew f'każijiet fejn japplika l-prinċipju ta' ne bis in idem.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ konfiska ġeneralment jeżiġi kundanna kriminali. F’uħud mill-każijiet, anki meta ma tkunx tista’ tinkiseb kundanna kriminali, xorta għandu jkun hemm il-possibbiltà li jiġu kkonfiskati l-assi sabiex jiġu sfrattati l-attivitajiet kriminali u sabiex ikun żgurat li l-profitti li jirriżultaw minn attivitajiet kriminali ma jiġux investiti mill-ġdid fl-ekonomija leċita. Uħud mill-Istati Membri jippermettu li ssir konfiska meta ma jkunx hemm provi suffiċjenti għal prosekuzzjoni kriminali, jekk qorti tikkunsidra, fuq il-bilanċ tal-probabbiltajiet, li l-proprjetà jkollha oriġini illeċita, u anki f’sitwazzjonijiet fejn persuna ssuspettata jew akkużata taħrab sabiex tevita l-prosekuzzjoni, ma tkunx tista’ titressaq għal proċess quddiem qorti kriminali minħabba raġunijiet oħrajn jew tkun mietet qabel ma jkunu ntemmu l-proċeduri kriminali. Din tissejjaħ konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna. Għandha ssir dispożizzjoni biex il-konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna tkun permessa fl-Istati Membri kollha mill-inqas fiċ-ċirkustanzi limitati li ssemmew l-aħħar. Dan huwa konformi mal-Artikolu 54.1.c) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni, li tistipula li kull Stat li jkun Parti għall-Konvenzjoni għandu jikkunsidra li jieħu l-miżuri meħtieġa biex ikun possibbli li l-proprjetà miksuba b’mod illeċitu tkun tista’ tiġi kkonfiskta anki jekk ħadd ma jinstab ħati, anki f’każijiet meta l-awtur tar-reat ma jkunx jista’ jinġieb quddiem qorti minħabba li jkun miet, ħarab jew ma jkunx jista’ jinstab.

(12) Il-ħruġ ta’ ordnijiet ta’ konfiska ġeneralment jeżiġi kundanna kriminali. F’uħud mill-każijiet, anki meta ma tkunx tista’ tinkiseb kundanna kriminali, xorta għandu jkun hemm il-possibbiltà li jiġu kkonfiskati l-assi sabiex jiġu sfrattati l-attivitajiet kriminali bħall-kriminalità organizzata jew it-terroriżmu u sabiex ikun żgurat li l-profitti li jirriżultaw minn attivitajiet kriminali ma jiġux investiti mill-ġdid fl-ekonomija leċita. Uħud mill-Istati Membri jippermettu li ssir konfiska meta ma jkunx hemm provi suffiċjenti għal prosekuzzjoni kriminali, jekk qorti tikkunsidra, fuq il-bilanċ tal-probabbiltajiet, li l-proprjetà jkollha oriġini illeċita, u anki f’sitwazzjonijiet fejn persuna ssuspettata jew akkużata taħrab sabiex tevita l-prosekuzzjoni jew il-kundanna, ma tkunx tista’ titressaq għal proċess quddiem qorti kriminali minħabba raġunijiet oħrajn jew tkun mietet qabel ma jkunu ntemmu l-proċeduri kriminali. F’ċerti każijiet oħra, ċerti Stati Membri jippermettu l-konfiska meta pereżempju ma tistax tagħti segwitu għal kundanna kriminali jew kundanna kriminali ma tistax tinkiseb, jekk qorti hija sodisfatta, wara li tuża lmezzi ta’ prova disponibbli kollha, inkluża n-nuqqas ta’ proporzjonalità tal-assi fil-konfront tad-dħul iddikjarat, li l-proprjetà ġejja minn attivitajiet ta’ natura kriminali. Din tissejjaħ konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna. Għandha ssir dispożizzjoni biex il-konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna tkun permessa fl-Istati Membri kollha.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Din id-Direttiva tkopri biss dawn it-tipi ta’ konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna meqjusa li għandhom natura kriminali. Sabiex tiġi stabbilita n-natura kriminali ta’ kwalunkwe miżura ta’ konfiska, fost oħrajn, il-kriterja li ġejja għandha tittieħed inkunsiderazzjoni: (i) il-klassifikazzjoni legali tar-reat skont id-dritt nazzjonali, (ii) in-natura stess tar-reat, u (iii) il-grad tal-gravità tal-piena li hemm ir-riskju li tirċievi l-persuna kkonċernata.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) F’każijiet individwali, għandu jkun possibbli li din titneħħa parzjalment permezz ta’ ordni ta’ ffrizżar. B’hekk dan ikun possibbli f’każijiet, fejn il-miżura timponi piż sproporzjonat fuq il-persuna affettwata jew twassal għall-qerda tal-għajxien tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni s’issa fl-ebda każ ma tipprevedi severità eċċessiva. Fil-preżenza taċ-ċirkustanzi, l-ordni għall-konfiska tkun il-konsegwenza neċessarja. Biex jiġu evitati konsegwenzi sproporzjonati, hija meħtieġa b’mod urġenti l-introduzzjoni tal-hekk imsejħa ‘klawżola ta’ ekwità’.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c) Il-konfiska m’għandhiex iddgħajjef jew ixxejjen it-talbiet iġġustifikati tal-vittmi ta’ attività kriminali tal-persuni affettwati mill-konfiska.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-prattika li persuna ssuspettata jew akkużata tittrasferixxi proprjetà lil parti terza kompliċi sabiex tevita li tiġi kkonfiskata hija komuni u dejjem iktar mifruxa. Il-qafas legali attwali tal-Unjoni ma jinkudix regoli vinkolanti dwar il-konfiska tal-proprjetà ttrasferita lil partijiet terzi. Għalhekk, qed isir dejjem iktar meħtieġ li jkun permess li ssir il-konfiska tal-proprjetà ttrasferita lil partijiet terzi, li normalment għandha ssir meta persuna akkużata ma jkollhiex proprjetà li tkun tista’ tiġi kkonfiskata. Huwa xieraq li ssir dispożiżżjoni biex tkun tista’ ssir konfiska fir-rigward ta’ partijiet terzi, f’ċerti kundizzjonjiet, wara li ssir valutazzjoni, ibbażata fuq fatti speċifiċi, li mhuwiex probabbli li l-konfiska tal-proprjetà tal-persuna kkundannata, issuspettata jew akkużata tirnexxi, jew f’sitwazzjonijiet fejn ikun meħtieġ li oġġetti uniċi jingħataw lura lis-sid proprju tagħhom. Barra minn hekk, sabiex ikunu protetti l-interessi ta’ partijiet terzi f’bona fide, konfiska ta’ dan it-tip għandha tkun possibbli jekk il-parti terza kienet taf jew missha kienet taf li l-proprjetà kienet miksuba permezz tal-kriminalità jew li ġiet ittrasferita sabiex ikun evitat li tiġi kkonfiskata u ngħatat mingħajr ħlas jew ġiet ittrasferita għal ammont iktar baxx mill-valur fis-suq tagħha.

(13) Il-prattika li persuna ssuspettata jew akkużata tittrasferixxi proprjetà lil parti terza kompliċi sabiex tevita li tiġi kkonfiskata hija komuni u dejjem iktar mifruxa. Il-qafas legali attwali tal-Unjoni ma jinkudix regoli vinkolanti dwar il-konfiska tal-proprjetà ttrasferita lil partijiet terzi. Għalhekk, qed isir dejjem iktar meħtieġ li jkun permess li ssir il-konfiska tal-proprjetà ttrasferita lil jew akkwiżita minn partijiet terzi. Sabiex ikunu protetti l-interessi ta’ partijiet terzi f’bona fide, konfiska ta’ dan it-tip għandha tkun possibbli jekk il-parti terza kienet taf jew missha kienet taf li l-proprjetà kienet il-mezzi strumentali jew miksuba permezz tal-kriminalità jew li ġiet ittrasferita sabiex ikun evitat li tiġi kkonfiskata jew jekk ingħatat mingħajr ħlas jew ġiet ittrasferita għal ammont li huwa sinifikament iktar baxx mill-valur fis-suq tagħha. Il-konfiska fir-rigward ta’ partijiet terzi għandha tkun possibbli wkoll jekk il-persuna akkużata jew issuspettata kienet qed taġixxi mill-bidu għal persuna fiżika jew legali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Sabiex jiġġieldu b’mod aktar effikaċi kontra l-organizzazzjonijiet kriminali u l-kriminalità serja, b’konformità ma’ esperjenza diġà eżistenti, l-Istati Membri għandhom jintroduċu fis-sistema kriminali tagħhom reat għall-punizzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ dak il-komportament intiż sabiex b’mod fittizju jattribbwixxi s-sjieda u disponibbiltà ta’ proprjetà lil partijiet terzi, bl-għan li jevitaw miżuri ta’ sekwestru jew konfiska. L-assistenza fit-twettiq ta’ dan ir-reat għandha tiġi kkastigata b’mod xieraq ukoll.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Ir-regoli dwar il-konfiska ta' parti terza jestendu kemm għall-persuni fiżiċi kif ukoll dawk ġuridiċi.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-persuni suspettatti jew akkużati ta’ spiss jaħbu l-proprjetà sakemm idumu għaddejjin il-proċeduri kriminali. Għaldaqstant, l-ordnijiet ta’ konfiska ma jkunux jistgħu jiġu eżegwiti, b’mod li dawk soġġetti għal ordnijiet ta’ konfiska jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-proprjetà tagħhom wara li jkunu skontaw is-sentenza tagħhom. Għaldaqstant, jeħtieġ li jkun possibbli li jiġi ddetermiat b’mod preċiż sa liema punt għandha tiġi kkonfiskata l-proprjetà anki wara sejbien ta' ħtija għal reat kriminali, sabiex l-ordnijiet ta’ konfiska jkunu jistgħu jiġu eżegwiti kompletament meta għall-bidu ma tkun ġiet skoperta l-ebda proprjetà jew il-proprjetà li tkun ġiet skoperta ma tkunx biżżejjed u l-ordni ta’ konfiska tkun baqgħet ma ġietx eżegwita. Minħabba li l-ordnijiet ta’ ffirżar joħolqu limitazzjoni fuq id-dritt għall-proprjetà, dawn il-miżuri provviżjori m’għandhomx jinżammu fis-seħħ iktar minn kemm ikun meħtieġ biex tiġi ppreservata d-disponibilità tal-proprjetà biex tkun tista' tiġi kkonfiskata fil-futur. Dan jista’ jkun jeħtieġ li ssir reviżjoni regolari mill-qorti sabiex jiġi żgurat li l-għan tagħhom li l-proprjetà ma tintnefaqx ikun għadu validu.

(15) Il-persuni suspettatti jew akkużati ta’ spiss jaħbu l-proprjetà sakemm idumu għaddejjin il-proċeduri kriminali. Għaldaqstant, l-ordnijiet ta’ konfiska ma jkunux jistgħu jiġu eżegwiti, b’mod li dawk soġġetti għal ordnijiet ta’ konfiska jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-proprjetà tagħhom wara li jkunu skontaw is-sentenza tagħhom. Għaldaqstant, jeħtieġ li jkun possibbli li jiġi ddetermiat b’mod preċiż sa liema punt għandha tiġi kkonfiskata l-proprjetà anki wara sejbien ta' ħtija għal reat kriminali, sabiex l-ordnijiet ta’ konfiska jkunu jistgħu jiġu eżegwiti kompletament meta għall-bidu ma tkun ġiet skoperta l-ebda proprjetà jew il-proprjetà li tkun ġiet skoperta ma tkunx biżżejjed u l-ordni ta’ konfiska tkun baqgħet ma ġietx eżegwita. Minħabba li l-ordnijiet ta’ ffirżar joħolqu limitazzjoni fuq id-dritt għall-proprjetà, dawn il-miżuri provviżjori m’għandhomx jinżammu fis-seħħ iktar minn kemm ikun meħtieġ biex tiġi ppreservata d-disponibilità tal-proprjetà biex tkun tista' tiġi kkonfiskata fil-futur. Dan jista’ jkun jeħtieġ, fejn neċessarju, li ssir reviżjoni mill-qorti sabiex jiġi żgurat li l-għan tagħhom li l-proprjetà ma tisparixxix ikun għadu validu.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-proprjetà ffriżata bil-ħsieb li tiġi kkonfiskata sussegwentement għandha tkun ġestita b’mod adegwat sabiex ma titlifx il-valur ekonomiku tagħha. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, inkluż il-bejgħ jew it-trasferiment tal-proprjetà, sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun it-telf ta’ din ix-xorta. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri rilevanti, bħall-istabbiliment ta’ Uffiċċji tal-Immaniġġar tal-Assi nazzjonali u ċentralizzati jew ta’ mekkaniżmi ekwivalenti (pereżempju meta funzjonijiet bħal dawn ma jkunux ċentralizzati), sabiex jimmaniġġaw kif xieraq l-assi ffriżati qabel il-konfiska u jippreservaw il-valur tagħhom, sakemm tittieħed deċiżjoni minn qorti.

(16) Il-proprjetà ffriżata bil-ħsieb li tiġi kkonfiskata sussegwentement għandha tkun ġestita b’mod adegwat sabiex ma titlifx il-valur ekonomiku tagħha, biex jiġi mħeġġeġ l-użu soċjali mill-ġdid tagħha u jiġi evitat ir-riskju ta’ aktar infiltrazzjoni kriminali. Għal dan il-għan ikun utli li tiġi kkunsidrata l-formazzjoni ta’ fond tal-Unjoni li jiġbor parti mill-assi kkonfiskati mill-Istati Membri. Dan il-fond għandu mbagħad ikun miftuħ għal proġetti pilota minn ċittadini tal-Unjoni, assoċjazzjonijiet, koalizzjonijiet ta’ NGOs u kwalunkwe organizzazzjoni oħra tas-soċjetà ċivili, biex jinkoraġġixxi l-użu soċjali effikaċi mill-ġdid tal-assi kkonfiskati u biex jespandi l-funzjonijiet demokratiċi tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, inkluż il-bejgħ jew it-trasferiment tal-proprjetà, sabiex inaqqsu kemm jista’ jkun it-telf ta’ din ix-xorta u sabiex jiffavorixxu l-għanijiet soċjali. L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura leġiżlattiva jew ta’ natura oħra rilevanti, bħall-istabbiliment ta’ Uffiċċji tal-Immaniġġar tal-Assi nazzjonali u ċentralizzati jew ta’ mekkaniżmi ekwivalenti (pereżempju meta funzjonijiet bħal dawn ma jkunux ċentralizzati), sabiex jimmaniġġaw kif xieraq l-assi ffriżati qabel il-konfiska u jippreservaw il-valur tagħhom, sakemm tittieħed deċiżjoni minn qorti.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Sabiex is-soċjetà ċivili tkun tista’ tipperċepixxi b’mod konkret l-effikaċja tal-azzjoni tal-Istati Membri kontra l-kriminalità organizzata, inkluża l-kriminalità tat-tip tal-mafja, u li r-rikavat jittieħed effettivament mill-kriminali, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri komuni biex ikun evitat li l-organizzazzjonijiet kriminali jirkupraw il-pussess ta’ proprjetà miksuba b’mod illeċitu. Prattiki tajba f’diversi Stati Membri wrew li dawn il-ġejjin huma għodod effikaċi: ġestjoni u amministrazzjoni minn Uffiċċji tal-Immaniġġar tal-Assi (AMO) jew mekkaniżmi simili, kif ukoll l-użu tal-proprjetà kkonfiskata għal proġetti intiżi sabiex tiġi miġġielda u impedita l-kriminalità u għal għanijiet oħra istituzzjonali jew pubbliċi jew użu soċjali.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) Il-prattika li jintużaw l-assi konfiskati għal skopijiet soċjali tippromwovi u tappoġġja t-tixrid tal-kultura ta’ legalità, l-assistenza lill-vittmi ta’ reat u l-infurzar tal-liġi kontra l-kriminalità organizzata, u b’hekk jiġu attivati mekkaniżmi “virtużi” għall-benefiċċju tal-komunità u l-iżvilupp soċjoekonomiku ta’ territorju, li jistgħu jiġu implimentati wkoll permezz ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi permezz ta’ kriterji oġġettivi.

Ġustifikazzjoni

L-użu bħala utilità pubblika tal-proprjetà kkonfiskata mill-kriminalità diġà ġie ttestjat f’ċerti Stati Membri b’riżultati pożittivi mill-aspett soċjali u fir-rigward tal-ġlieda kontra l-attivitajiet kriminali.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-għejun affidabbli ta’ dejta dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali huma skarsi. Sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni ta’ din id-Direttiva, jeħtieġ li jinġabar sett minimu paragunabbli ta’ dejta statistika xierqa dwar l-attivitajiet ta’ traċċar tal-assi, dwar l-attivitajiet ġudizzjarji u dwar l-attivitajiet ta’ disponiment tal-assi.

(17) L-għejun affidabbli ta’ dejta dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali huma skarsi. Sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni ta’ din id-Direttiva, jeħtieġ li jinġabar sett minimu adegwat ta’ dejta statistika xierqa paragunabbli dwar l-attivitajiet ta’ traċċar tal-assi, dwar l-attivitajiet ġudizzjarji u dwar l-attivitajiet ta’ ġestjoni u disponiment tal-assi, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Għandhom jinżammu rekords tal-valur tal-proprjetà intiża li tiġi użata mill-ġdid għall-vittmi tal-kriminalità li ġew affettwati direttament jew indirettament.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari d-dritt għall-proprjetà, id-dritt li jiġu rispettati l-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ xieraq, il-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-dritt għad-difiża, id-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat darbtejn jew jingħata piena doppja fi proċeduri kriminali għall-istess reat kriminali u l-prinċipji ta’ legalità u proporzjonalità ta’ reati kriminali. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata f’konformità ma’ dawn id-drittijiet u ma’ dawn il-prinċipji.

(18) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEBD) u l-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijet tal-Bniedem, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari d-dritt għall-proprjetà, id-dritt li jiġu rispettati l-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali, id-dritt għal rimedju effettiv u għal smigħ xieraq, il-preżunzjoni ta’ innoċenza u d-dritt għad-difiża, id-dritt li wieħed ma jiġix iġġudikat darbtejn jew jingħata piena doppja fi proċeduri kriminali għall-istess reat kriminali u l-prinċipji ta’ legalità u proporzjonalità ta’ reati kriminali. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata f’konformità ma’ dawn id-drittijiet u ma’ dawn il-prinċipji.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Ċerti Stati Membri diġà adottaw b’suċċess sistemi ta’ konfiska mhux ibbażata fuq kundanna. Fil-fatt, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem qatt ma kkunsidrat il-fatt li individwi jistgħu jkunu soġġetti għal tali miżura ta’ privazzjoni tal-oġġetti tagħhom bħala ksur tad-drittijiet fundamentali, stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fil-KEDB.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Peress li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tiġi ffaċilitata l-konfiska tal-proprjetà fil-qasam kriminali, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif inhu stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(20) Peress li l-għan ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li tiġi ffaċilitata l-konfiska tal-proprjetà, ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri u jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif inhu stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar l-iffriżar tal-proprjetà fid-dawl tal-possibbiltà li tiġi kkonfiskata sussegwentement u dwar il-konfiska tal-proprjetà fi kwistjonijiet kriminali.

Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar l-iffriżar tal-proprjetà fid-dawl tal-possibbiltà li tiġi kkonfiskata sussegwentement, dwar il-konfiska tal-proprjetà relatata ma’ kwistjonijiet kriminali u tirrakomanda prinċipji ġenerali għall-ġestjoni u d-disponiment ta’ proprjetà kkonfiskata.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) ‘rikavat’ tfisser kwalunkwe vantaġġ ekonomiku derivat minn reat kriminali; dan jista’ jikkonsisti fi kwalunkwe forma ta’ proprjetà u jinkludi kwalunkwe investiment mill-ġdid jew kwalunkwe trasformazzjoni li jsiru sussegwentement ta’ rikavat dirett minn persuna ssuspettata jew akkużata u kwalunkwe benefiċċju ta’ valur;

(1) ‘rikavat’ tfisser kwalunkwe vantaġġ ekonomiku derivat direttament jew indirettament minn reat kriminali; dan jista’ jikkonsisti fi kwalunkwe forma ta’ proprjetà u jinkludi kwalunkwe investiment mill-ġdid jew kwalunkwe trasformazzjoni li jsiru sussegwentement ta’ rikavat dirett minn persuna ssuspettata jew akkużata u kwalunkwe benefiċċju ta’ valur;

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) ‘proprjetà’ tfisser proprjetà ta’ kwalunkwe deskrizzjoni, kemm jekk materjali kif ukoll jekk immaterjali, mobbli jew immobbli u d-dokumenti jew l-istrumenti legali li jixhdu dritt jew interess fi proprjetà bħal din;

(2)proprjetà’ tfisser proprjetà ta’ kwalunkwe deskrizzjoni, kemm jekk materjali kif ukoll jekk immaterjali, mobbli jew immobbli u d-dokumenti jew l-istrumenti legali li jixhdu dritt jew interess fi proprjetà bħal din, kif ukoll proprjetà miżmuma b’mod konġunt ma’ konjuġi;

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) ‘konfiska’ tfisser piena jew miżura, ordnata minn qorti wara proċeduri marbuta ma’ reat kriminali li finalment jirriżultaw fiċ-ċaħda mill-proprjetà;

(4)konfiska’ tfisser piena jew miżura, ordnata minn sentenza ta’qorti nazzjonali kompetenti jew insegwitu ta’ proċedimenti ġudizzjarji marbuta ma’ reat kriminali, li tikkonsisti fil-privazzjoni b’mod definit ta’ proprjetà abbażi ta’ sentenza;

Ġustifikazzjoni

Skont is-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew il-miżura għandha tkun marbuta ma reat kriminali. Minkejja l-isem tagħha ta’ konfiska ċivili fid-dritt nazzjonali, l-Artikolu 83(1) TFUE ma jeskludix din it-tip ta’ konfiska, sakemm din tista' tiġi kwalifikata bħala “ sanzjoni kriminali” skont il-kriterja żviluppata fis-sentenza Engel tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ta’ natura kriminali, is-severità tal-piena) In-"natura kriminali" ta' tali konfiska hija kondizzjoni għal kwalunkwe armonizzazzjoni fis-sens tal-Artikolu 83(1) TFUE. (paragrafu 37 tas-SLK)

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 6 - punt k a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka) kif ukoll kwalunkwe strumenti legali oħra jekk dawk l-istrumenti jipprevedu speċifikament li din id-Direttiva tapplika għar-reati kriminali armonizzati fihom.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ikun jista’ jikkonfiska, kompletament jew parzjalment, il-mezzi strumentali u r-rikavat wara kundanna definittiva għal reat kriminali.

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex l-awtoritajiet ġudizzjarji biss ikunu jistgħu jikkonfiskaw, kompletament jew parzjalment, il-mezzi strumentali u r-rikavat jew proprjetà li l-valur tagħha jikkorrispondi għal tali mezzi strumentali u rikavat, abbażi ta' kundanna definittiva għal reat kriminali.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ikun jista’ jikkonfiska proprjetà li l-valur tagħha jkun ekwivalenti għar-rikavat wara kundanna definittiva għal reat kriminali.

imħassar

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex ikun jista’ jikkonfiska, kompletament jew parzjalment, il-proprjetà li tappartjeni lil persuna li tkun ġiet misjuba ħatja ta’ reat kriminali, fejn, fuq il-bażi ta’ fatti speċifiċi, qorti tikkonkludi li huwa ferm iktar probabbli li l-proprjetà kkonċernata tkun nkisbet mill-persuna kkundannata permezz ta’ attivitajiet kriminali simili milli permezz ta’ attivitajiet oħrajn.

1. Kull Stat Membru għandu jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jikkonfiskaw, kompletament jew parzjalment, il-proprjetà li tappartjeni lil persuna li tkun ġiet misjuba ħatja ta’ reat kriminali, fejn, fuq il-bażi ta’ fatti speċifiċi bħall-fatt li l-valur tal-proprjetà huwa sproporzjonat meta mqabbel mad-dħul legali tal-persuna kundannata, il-qorti ssib li fuq il-bilanċ tal-probabbiltajiet, il-proprjetà inkwistjoni nkisbet illegalment.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. M’għandhiex issir konfiska meta l-attivitatjiet kriminali simili msemmija fil-paragrafu 1

2. M’għandhiex issir konfiska meta l-attivitatjiet kriminali simili msemmija fil-paragrafu 1 diġà kienu soġġetti għal proċeduri kriminali li wasslu biex il-persuna kkonċernata tinħeles definittivament jew fil-każijiet meta japplika l-prinċipju ta’ ne bis in idem.

(a) ma setgħux ikunu soġġetti għal proċeduri kriminali minħabba il-preskrizzjoni skont il-liġi kriminali nazzjonali; or

 

(b) diġà kienu soġġetti għal proċeduri kriminali li wasslu biex il-persuna tinħeles definittivament jew fil-każijiet meta japplika l-prinċipju ta’ ne bis in idem.

 

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji sabiex l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu jistgħu jikkonfiskaw, bħala sanzjoni kriminali, rikavat u mezzi strumentali mingħajr kundanna kriminali, meta qorti tkun konvinta abbażi ta’ ċirkustanzi speċifiċi u l-evidenza disponibbli kollha li dawk l-assi ġejjin minn attivitajiet ta’ natura kriminali, filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-KEDD u l-Karta Ewropea tad-Drittijiet Fundamentali. Tali konfiska hija kkunsidrata ta’ natura kriminali skont, fost oħrajn, il-kriterja li ġejja: (i) il-klassifikazzjoni legali tar-reat skont id-dritt nazzjonali, (ii) in-natura stess tar-reat, u (iii) il-grad tal-gravità tal-piena li hemm ir-riskju li tirċievi l-persuna kkonċernata u għandha tkun ukoll konformi mad-dritt kostituzzjonali nazzjonali.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ikun jista’ jikkonfiska rikavat u mezzi strumentali mingħajr kundanna kriminali, wara proċeduri li permezz tagħhom, kieku l-persuna ssuspettata jew akkużata setgħet titressaq għal proċess quddiem qorti kriminali, setgħet tinkiseb kundanna kriminali, meta:

2. Kull Stat Membru għandu wkoll jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex l-awtoritajiet ġudizzjarji jkunu jistgħu jikkonfiskaw ir-rikavat u l-mezzi strumentali mingħajr kundanna kriminali, wara proċeduri li permezz tagħhom, kieku l-persuna ssuspettata jew akkużata setgħet titressaq għal proċess quddiem qorti kriminali, setgħet tinkiseb kundanna kriminali, meta:

(a) il-mewt jew il-mard permanenti tal-persuna ssuspettata jew akkużata tipprevjeni kwalunkwe prosekuzzjoni ulterjuri; or

(a) il-mewt, il-mard jew il-mard permanenti tal-persuna ssuspettata jew akkużata, meta l-mard jew il-mard permanenti jirriżulta f’li l-persuna ma jkunx jista’ jsirilha proċess ġudizzjarju, tipprevjeni kwalunkwe prosekuzzjoni ulterjuri; or

(b) il-mard jew il-ħarba mill-prosekuzzjoni jew mill-għoti tas-sentenza tal-persuna ssuspettata jew akkużata jipprevjenu prosekuzzjoni effettiva f’perjodu raġonevoli ta’ żmien, u joħolqu riskju serju li l-prosekuzzjoni tista’ tiġi preskritta.

(b) il-mard jew il-ħarba mill-prosekuzzjoni jew mill-għoti tas-sentenza tal-persuna ssuspettata jew akkużata jipprevjenu prosekuzzjoni effettiva f’perjodu raġonevoli ta’ żmien, u joħolqu riskju serju li l-prosekuzzjoni tista’ tiġi preskritta.

 

3. Jekk Stat Membru diġà għandu proċeduri mhux kriminali li jkopru ċ-ċirkustanzi fil-paragrafi 1 u 2, huma yhumiex meħtieġa li jimplimentaw ukoll dawk il-proċeduri fis-sistema kriminali tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Minkejja l-isem tagħha ta’ konfiska ċivili fid-dritt nazzjonali, l-Artikolu 83(1) TFUE ma jeskludix din it-tip ta’ konfiska, sakemm din tista' tiġi kwalifikata bħala “ sanzjoni kriminali” skont il-kriterja żviluppata fis-sentenza Engel tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (ta’ natura kriminali, is-severità tal-piena) In-"natura kriminali" ta' tali konfiska hija kondizzjoni għal kwalunkwe armonizzazzjoni fis-sens tal-Artikolu 83(1) TFUE. (paragrafu 37 tas-SLK)

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ir-rikavat li jkun ġie ttrasferit lil partijiet terzi minn persuna kkundannata jew f’isimha, jew minn persuni ssuspettati jew akkużati fiċ-ċirkostanzi tal-Artikolu 5, jew

(a) ir-rikavat jew mezzi strumentali li jkunu ġew ittrasferiti direttament jew indirettament lil jew akkwistati minn partijiet terzi, jew

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) proprjetà oħra tal-persuna kkundannata li tkun ġiet ittrasferita lil partijiet terzi sabiex jiġi evitat li tkun kkonfiskata proprjetà li l-valur tagħha jkun ekwivalenti għar-rikavat.

(b) proprjetà oħra li tkun ġiet ittrasferita lil jew akkwisata minn partijiet terzi sabiex jiġi evitat li tkun kkonfiskata proprjetà li l-valur tagħha jkun ekwivalenti għar-rikavat.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Huwa possibli li jiġu kkonfiskati r-rikavat jew il-proprjietà msemmija fil-paragrafu 1, meta l-proprjetà tkun suġġetta li tintradd lura jew meta

2. Huwa possibbli li jiġu kkonfiskati r-rikavat jew il-proprjetà msemmija fil-paragrafu 1, meta

Ġustifikazzjoni

Il-preżenza ta’ proċedura għar-ritorn skont il-liġi ċivili ma tiġġustifika ebda dritt ta’ konfiska għal parti terza. It-talba statali għal konfiska tal-proprjetà miksuba b’mod illeġittimu u r-ritorn tal-proprjetà tal-vittmi skont il-liġi ċivili għandhom jiġu strettament distinti minn xulxin. fil-prinċipju it-tnejn huma jekludu li xulxin Għandu jiġi evitat f’kull każ li jiġu mħallta dawn iż-żewġ talbiet.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) minn valutazzjoni, imsejsa fuq fatti speċifiċi relatati mal-persuna kkundannata, issuspettata jew akkużata, jidher li mhuwiex probabbli li l-konfiska tal-proprjetà tal-persuna misjuba ħatja jew tal-persuna ssuspettata jew akkużata fiċ-ċirkustanzi tal-Artikolu 5 tirnexxi, u

imħassar

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ir-rikavat jew il-proprjetà jkunu ġew ittrasferiti mingħajr ħlas jew għal ammont iktar baxx mill-valur fis-suq tar-rikavat jew tal-proprjetà meta l-parti terza:

(b) ir-rikavat jew il-proprjetà jkunu ġew ittrasferiti mingħajr ħlas jew għal ammont iktar baxx b’mod sinifikanti mill-valur fis-suq tar-rikavat jew tal-proprjetà;

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b – sottopunt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) fil-każ tar-rikavat, kienet taf bl-oriġini illeċita tiegħu jew, fin-nuqqas ta’ għarfien ta’ dan it-tip, persuna raġonevoli fil-pożizzjoni tagħha kienet tissuspetta li l-oriġini tiegu huwa illeċitu, fuq il-bażi ta’ fatti u ta’ ċirkostanzi konkreti;

imħassar

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b – sottopunt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) fil-każ ta’ proprjetà oħra, kienet taf li ġiet ittrasferita sabiex ikun evitat li tiġi kkonfiskata proprjetà ta’ valur ekwivalenti għar-rikavat, jew fin-nuqqas ta’ għarfien ta’ dan it-tip, persuna raġonevoli fil-pożizzjoni tagħha kienet tissuspetta li ġiet ittrasferita biex ikun evitat li tiġi kkonfiskata, u dan fuq il-bażi ta’ fatti u ta’ ċirkostanzi konkreti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dawn l-aħħar tliet emendi ġew proposti peress li d-dispożizzjonijiet tagħhom huma insinwati mit-test introduttorju tal-paragrafu 2. Huwa ċar li jekk persuna tirċievi proprjetà bla ħlas jwe għal ammont li huwa anqas mill-valur tagħha fis-suq, dik il-persuna hija f’pożizzjoni li jkollha suspetti raġonevoli dwar l-oriġini tal-proprjetà.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) fil-każ tar-rikavat, il-parti terza kienet taf bl-oriġini illeċita tiegħu jew, fin-nuqqas ta’ għarfien ta’ dan it-tip, persuna raġonevoli fil-pożizzjoni tagħha kienet tissuspetta li l-oriġini tagħhom kien illeċitu, fuq il-bażi ta’ fatti u ta’ ċirkostanzi konkreti;

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) fil-każ ta’ proprjetà oħra, il-parti terza kienet taf li ġiet ittrasferita sabiex ikun evitat li tiġi kkonfiskata proprjetà ta’ valur ekwivalenti għar-rikavat, jew fin-nuqqas ta’ għarfien ta’ dan it-tip, persuna raġonevoli fil-pożizzjoni tagħha kienet tissuspetta li ġiet ittrasferita biex ikun evitat li tiġi kkonfiskata, u dan fuq il-bażi ta’ fatti u ta’ ċirkostanzi konkreti.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Assenjazzjoni fittizja ta’ proprjetà lil partijiet terzi

 

Kull Stat Membru għandu jieħu miżuri leġiżlattivi sabiex jintroduċi dispożizzjonijet immirati lejn il-prosekuzzjoni ta’ kondotti ta’ dawk li b’mod fittizju jattribwixxu sjieda u disponibbiltà ta’ proprjetà lil partijiet terzi, bl-għan li jiġu evitati miżuri ta’ sekwestru jew konfiska.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ikun jista’ jiffriża proprjetà li tkun fil-periklu li tiġi minfuqa, moħbija jew ittrasferita barra mill-ġuriżdizzjoni fid-dawl tal-possibbiltà li tiġi kkonfiskata sussegwentement. L-ordni għal miżuri bħal dawn għandha tingħata minn qorti.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu jistgħu jiffriżaw jew jissekwestraw immedjatament proprjetà fid-dawl tal-possibbiltà li din tiġi kkonfiskata sussegwentement. Il-persuna affettwa mill-miżuri previsti f’dan l-Artikolu għandha jkollha d-dritt ta’ appell quddiem qorti.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex l-awtoritajiet kompetenti tiegħu jkunu jistgħu jiffriżaw immedjatament il-proprjetà meta jkun hemm riskju kbir li dik il-proprjetà tiġi minfuqa, moħbija jew ittrasferita qabel deċiżjoni tal-qorti. Miżuri bħal dawn għandhom jiġu kkonfermati minn qorti mill-iktar fis possibbli.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ġiet proposta sabiex tiżgura l-konsistenza mal-emenda lill-Artikolu 7(1).

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-persuni affettwati mill-miżuri pprovduti taħt din id-Direttiva jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv u li l-persuni ssuspettati jkollhom id-dritt għal smigħ xieraq, sabiex jitħarsu d-drittijiet tagħhom.

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-persuni li l-mezzi strumentali u r-rikavat tar-reat tagħhom ġew konfiskati taħt din id-Direttiva, irrispettivament mis-sjieda tagħhom fil-mument tal-konfiska, ikollhom id-dritt għal rimedju effettiv inkluż id-dritt għal smigħ xieraq

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkjarifika li l-persuni li għandhom id-dritt għal rimedju u smigħ ġust sabiex tiġi determinata l-legalità tal-konfiska huma dawk li użaw mezzi strumentali u/jew kisbu rikavat mir-reat irrispettivament mis-sjieda ta’ dawk l-oġġetti fil-mument tal-konfiska.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżgura li l-persuni affettwati jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv qabel tittieħed deċiżjoni finali dwar il-konfiska, inkluża l-opportunità li jagħmlu rappreżentazzjonijiet legali, sabiex jitħarsu d-drittijiet tagħhom.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-proċeduri msemmija fl-Artikolu 4, il-persuna ssupettata jew akkużata għandu jkollha possibbiltà effettiva li tirribatti l-probabbiltà li fuq il-bażi tagħha il-proprjetà kkonċernata tkun qed tiġi meqjusa bħala rikavat.

4. Fil-proċeduri msemmija fl-Artikolu 4, il-persuna kkundannata għandu jkollha possibbiltà effettiva li tirribatti l-probabbiltà li fuq il-bażi tagħha l-proprjetà kkonċernata tkun qed tiġi meqjusa bħala rikavat.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 4 ikopri biss persuni kkundannati għalhekk mhuwiex korrett li jirreferi għal ‘persuna ssuspettata jew akkużata’.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5, il-persuna li l-proprjetà tagħha tkun ġiet affettwata mid-deċiżjoni ta’ konfiska għandha tkun irrappreżentata minn avukat matul il-proċeduri kollha sabiex ikunu osservati d-drittijiet tad-difiża tal-persuna meta jiġi stabbilit ir-reat kriminali u jiġu ddeterminati r-rikavat u l-mezzi strumentali.

5. Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5, il-persuna li l-proprjetà tagħha tkun ġiet affettwata mid-deċiżjoni ta’ konfiska għandha tkun infurmata li matul il-proċeduri hija għandha d-dritt li tkun irrappreżentata minn avukat tal-għażla tagħha jew tkun ipprovduta b’avukat ex officio skont ir-regoli partikolari applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat sabiex ikunu osservati d-drittijiet tad-difiża tal-persuna meta jiġi stabbilit ir-reat kriminali u jiġu ddeterminati r-rikavat u l-mezzi strumentali.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kull Stat Membru għandu jadotta l-miżuri meħtieġa biex jiżgura li f’każijiet fejn jeżistu talbiet tal-vittmi kontra l-persuna akkużata minħabba attività kriminali, il-konfiska ma twassalx biex tiġi pperikolata l-implimentazzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

It-trattament tat-talbiet tal-vittmi għandu jiġi rregolat b’mod uniformi. Il-programm tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni tal-‘protezzjoni tal-vittmi’ jiġi kkontradit, jekk id-dritt Ewropew tal-konfiska jwassal biex it-talbiet tal-vittmi jkunu ineffettivi. Għandu jiġi żgurat li l-konfiska maħsuba fil-proposta tad-Direttiva ma tkunx tista’ xxejjen it-talbiet tal-vittmi.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ikun possibbli li jiġi ddeterminat eżattament x’għandu jiġi kkonfiskat mill-proprjetà wara li tkun ingħatat kundanna definittiva għal reat kriminali, jew wara proċeduri, kif inhu previst fl-Artikolu 5, li jirriżultaw fid-deċiżjoni li ssir konfiska, u għandu jippermetti li jittieħdu iktar miżuri sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex dik id-deċiżjoni li ssir konfiska tiġi eżegwita b’mod effettiv.

Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex ikun possibbli li jiġi ddeterminat eżattament x’għandu jiġi kkonfiskat mill-proprjetà, u għandu jippermetti li jittieħdu iktar miżuri sa fejn dan ikun meħtieġ sabiex dik id-deċiżjoni li ssir konfiska tiġi eżegwita b’mod effettiv.

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu għandu jiġi emendat minħabba raġunijiet ta’ konsistenza mal-emendi lill-Artikoli 3 u 5.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ġestjoni tal-proprjetà ffriżata

Ġestjoni tal-proprjetà ffriżata u kkonfiskata

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa definizzjoni aktar iddettaljata tal-ġestjoni tal-proprjetajiet anki wara l-konfiska, permezz tal-użu tagħhom għal skopijiet soċjali.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa, bħall-istabbiliment ta’ uffiċċji ċentralizzati nazzjonali jew mekkaniżmi ekwivalenti, sabiex jiżgura ruħu mill-ġestjoni adegwata tal-proprjetà ffriżata fid-dawl tal-possibbiltà ta’ konfiska sussegwenti.

1. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa, bħall-istabbiliment ta’ uffiċċji ċentralizzati nazzjonali jew mekkaniżmi ekwivalenti, sabiex jiżgura ruħu mill-ġestjoni adegwata tal-proprjetà ffriżata fid-dawl tal-possibbiltà ta’ konfiska sussegwenti u jipprevedi l-possibbiltà ta’ użu għal skopijiet soċjali tal-proprjetà kkonfiskata.

Ġustifikazzjoni

Hija meħtieġa definizzjoni aktar iddettaljata tal-ġestjoni tal-proprjetajiet anki wara l-konfiska, permezz tal-użu tagħhom għal skopijiet soċjali.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. F’dan ir-rigward huma meħtieġa l-kooperazzjoni transkonfinali mill-qrib u l-iskambju effiċjenti tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija, ġudizzjarji u finanzjarji tal-Istati Membri.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 jilħqu l-aħjar valur ekonomiku ta’ proprjetà bħal din, u jkunu jinkludu l-bejgħ jew it-trasferiment ta’ proprjetà li jista’ jonqsilha l-valur tagħha.

2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 li jirrigwardaw il-proprjetà ffriżata jilħqu l-aħjar valur ekonomiku ta’ proprjetà bħal din, u jkunu jinkludu, jekk meħtieġ biss, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ proprjetà li jista’ jonqsilha l-valur tagħha. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jipprevjeni kwalunkwe infiltrazzjoni kriminali f’din il-fażi.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Kull Stat Membru qed tintalab jieħu l-miżuri meħtieġa, abbażi tal-aħjar prattika eżistenti filwaqt li japplika d-dritt nazzjonali, biex jipprovdi għad-disponiment u d-destinazzjoni tal-proprjetà kkonfiskata. Dan għandu bħala prijorità jalloka tali proprjetà għall-proġetti ta’ infurzar tal-liġi u prevenzjoni tal-kriminalità kif ukoll għal proġetti oħra ta’ interess pubbliku u utilità soċjali. Kull Stat Membru qed jintalab ukoll li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jipprevjeni kwalunkwe infiltrazzjoni kriminali jew illegali f’din il-fażi.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Kull Stat Membru jista’ jattiva fond rotanti biex jiffinanzja miżuri biex jipproteġi l-proprjetà bejniż-żmein meta din hija ffriżata u ż-żmien meta din hija konfiskata sabiex tinżamm l-integrità ta’ din mill-eventwalità ta’ atti ta’ vandaliżmu jew li jikkompromettu d-disponibbiltà tagħha.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jiġbru u jżommu b’mod regolari statistika komprensiva mill-awtoritajiet rilevanti sabiex issir reviżjoni tal-effikaċja tas-sistemi tagħhom ta’ konfiska. L-istatistika miġbura tintbagħat lill-Kummissjoni kull sena u għar-reati kriminali kollha għandha tinkludi:

L-Istati Membri jiġbru u jżommu b’mod regolari statistika komprensiva mill-awtoritajiet rilevanti sabiex issir reviżjoni tal-effikaċja tas-sistemi tagħhom ta’ konfiska. L-istatistika miġbura tintbagħat lill-Kummissjoni kull sena u għar-reati kriminali kollha li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandha tinkludi:

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – punt ka (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ka) it-tip ta’ użu li qed isir mill-proprjetà kkonfiskata, u l-kontribuzzjoni li hija tat għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku taż-żona u l-komunitajiet lokali kkonċernati;

  • [1]  ĠU C 299, 4.10.2012, p. 129

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Parlament Ewropew ilu jitlob lill-Kummissjoni tipproponi leġiżlazzjoni ġdida dwar il-konfiska. Perezz ta’ rapport fuq l-inizjattiva proprja tiegħu adottat f'Ottubru 2011, il-Parlament enfasizza b'mod partikolari l-bżonn għal regoli fuq l-użu effikaċi tal-konfiska estiża u l-konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna u regoli li jippermettu l-konfiska ta’ assi trasferiti lil terzi. Barra minn hekk, il-Parlament inkoraġġixxa l-introduzzjoni ta' strumenti fis-sistemi legali nazzjonali li, skont il-liġi kriminali, ċivili jew fiskali, kif ikun xieraq, jimmitigaw l-oneru tal-prova rigward l-oriġini tal-assi fil-pussess ta' persuna akkużata b’reat marbut mal-kriminalità organizzata.

Il-proposta għal Direttiva dwar l-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea ġiet adottata mill-Kummissjoni Ewropea fit-12 ta’ Marzu 2012. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli minimi għall-Istati Membri fir-rigward tal-iffriżar u l-konfiska ta’ assi kriminali permezz ta’ konfiska diretta, konfiska ta’ valur, konfiska estiża, konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna u konfiska fir-rigward ta’ terzi.

Ir-Rapporteur jappoġġa b’mod ġenerali il-proposta tal-Kummissjoni. L-adozzjoni ta’ dawk ir-regoli minimi se tarmonizza iktar is-sistemi ta’ ffriżar u ta’ konfiska tal-Istati Membri, u b’hekk tiffaċilita l-fiduċja reċiproka u l-kooperazzjoni transkonfinali effettiva. Se tikkostitwixxi wkoll pass ‘il quddiem lejn it-tisħiħ tar-rikonoxximent reċiproku tal-ordnijiet ta’ ffriżar u ta’ konfiska li huwa aspett importanti tal-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u serja transkonfinali fl-UE.

B’dan ir-rapport, ir-Rapporteur għandu l-ħsieb li jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet tal-konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna u l-konfiska estiża sabiex dawn isiru aktar effiċjenti ħalli jaqdu effettivament l-iskop tagħhom li ma jippermettux l-użu tar-rikavat mill-kriminalità sabiex jitwettqu reati ġodda jew sabiex jiġi investit mill-ġdid fl-attivitajitet regolari.

Fir-rigward tal-konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna, ir-Rapporteur josserva li din is-sistema li bdiet tintuża l-ewwel fl-Istati Uniti u issa tidher li qed tinfirex aktar u aktar madwar did-dinja. Il-ġurisdizzjonijiet li introduċew leġiżlazzjoni dwar il- konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna jinkludu: l-Italja, l-Irlanda, ir-Renju Unit, l-Albanija, il-Bulgarija, is-Slovakkja, l-Awstralja, l-Afrika t’ Isfel, il-provinċji Kanadiżi ta’ Alberta u Ontario. Fil-livell Ewropew is-sistemi eżistenti ta’ konfiska li ma tkunx ibbażata fuq kundanna ġew diskussi kemm quddiem il-qrati nazzjonali kif ukoll quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u kienu kkunsidrati kompatibbli mar-rekwiżiti kostituzzjonali nazzjonali u dawk tal-Qorti Ewropea, sakemm dawn jiġu adottati minn awtorità ġudizzjarja, b’osservanza sħiħa għad-drittijiet tad-difiża u ta’ terzi f’bona fede, u sakemm dawn jistgħu jiġu kkontestati quddiem qorti. Dawn is-salvagwardji bażiċi ġew inklużi wkoll f’din id-Direttiva.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-konfiska estiża ssaħħew ħalli jippermettu standard minimu li ma jkunx inferjuri għal-limitu massimu stabbilit mid-Deċiżjoni Qafas 2005/212/ĠAI.

PROĊEDURA

Titolu

L-iffriżar u l-konfiska tar-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2012)0085 – C7-0075/2012 – 2012/0036(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.3.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.3.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

 Data tal-ħatra

Monica Luisa Macovei

25.4.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

19.9.2012

10.1.2013

20.2.2013

6.5.2013

 

7.5.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

7.5.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

7

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Roberta Angelilli, Edit Bauer, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Salvatore Caronna, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Ágnes Hankiss, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu Houillon, Nuno Melo, Louis Michel, Claude Moraes, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Csaba Sógor, Renate Sommer, Wim van de Camp, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Cornelis de Jong, Monika Hohlmeier, Petru Constantin Luhan, Antonio Masip Hidalgo, Siiri Oviir, Raül Romeva i Rueda, Salvador Sedó i Alabart, Joanna Senyszyn

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Metin Kazak, Evgeni Kirilov, Marit Paulsen, Cristian Dan Preda, Patrizia Toia, Jacek Włosowicz, Marina Yannakoudakis, Andrea Zanoni

Data tat-tressiq

20.5.2013