RAPPORT dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ Għajnuna mill-Istat orizzontali u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq

23.5.2013 - (COM(2012)0730 – C7‑0005/2013 – 2012/0344(NLE)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Herbert Dorfmann


Proċedura : 2012/0344(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0179/2013
Testi mressqa :
A7-0179/2013
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta’ Għajnuna mill-Istat orizzontali u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq

(COM(2012)0730 – C7‑0005/2013 – 2012/0344(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0730),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0005/2013),

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni fl-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat, minn hawn ’il quddiem “il-GBER attwali”,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomici u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat tat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0179/2013),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda 27  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

 

– wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 15 bit-titolu "Il-proċeduri tal-Kummissjoni jassiguraw il-ġestjoni effettiva tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat?",

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta' għajnuna orizzontali mill-Istat, jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara permezz ta' regolamenti li ċerti kategoriji speċifikati ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern u huma eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat.

(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta’ Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna orizzontali mill-Istat,[1] jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddikjara permezz ta’ regolamenti li ċerti kategoriji speċifikati ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern u huma eżentati mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jispeċifika dawk il-kategoriji, filwaqt li dettalji tal-eżenzjonijiet u l-għanijiet li huma introdotti għalihom huma kkjarifikati fir-Regolamenti u l-Linji Gwida rilevanti.

 

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

 

(1a) Il-Kummissjoni għandha l-għan li ssib bilanċ tajjeb bejn li tikkonċentra l-isforzi ta’ infurzar tagħha fuq każijiet b’impatt sinifikanti fuq is-suq intern billi teżenta ċerti kategoriji speċifikati ta’ għajnuna mir-rekwiżiti ta’ notifika, filwaqt li fl-istess ħin tevita li jiġu esklużi numru kbir ta’ servizzi mill-iskrutinju tal-Għajnuna mill-Istat.

Emenda 27  4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jawtorizza lill-Kummissjoni sabiex teżenta għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, iżda mhux għall-innovazzjoni. Minn dakinhar l-innovazzjoni saret prijorità fil-politika tal-Unjoni fil-kuntest ta’ “Unjoni tal-Innovazzjoni”, bħala waħda mill-inizjattivi ewlenin ta’ Ewropa 2020. Barra minn hekk, ħafna miżuri ta’ għajnuna għall-innovazzjoni huma relattivament żgħar u ma joħolqux distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jawtorizza lill-Kummissjoni sabiex teżenta għajnuna għar-riċerka u l-iżvilupp, iżda mhux għall-innovazzjoni. Minn dakinhar l-innovazzjoni, inkluża l-innovazzjoni soċjali, bdiet saret prijorità fil-politika tal-Unjoni fil-kuntest ta’ “Unjoni tal-Innovazzjoni”, bħala waħda mill-inizjattivi prinċipali ta’ Ewropa 2020. Barra minn hekk, ħafna miżuri ta’ għajnuna għall-innovazzjoni huma relattivament żgħar u ma joħolqux distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari jekk ikunu f’konformità mal-inizjattivi ewlenin tal-UE2020 u l-politika ta’ innovazzjoni l-ġdida Orizzont 2020. Ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa se jispeċifika l-kundizzjonijiet u t-tipi ta' għajnuna adattati għall-eżenzjoni.

Emenda 27  5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(9) Fis-settur tal-isport tad-dilettanti, il-miżuri ta’ appoġġ pubbliċi, sakemm ikunu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, ġeneralment ikollhom effetti limitati fuq il-kummerċ fl-Unjoni stess u ma jikkawżawx distorsjonijiet serji tal-kompetizzjoni. mmonti mogħtija ġeneralment ikunu wkoll limitati. Abbażi tal-esperjenza miksuba jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kumpatibbiltà, biex b'hekk jiġi żgurat li l-għajnuna għall-isport tad-dilettanti ma tikkawżax distorsjoni sinifikanti.

(9) Fis-settur tal-isport tad-dilettanti, il-miżuri ta’ appoġġ pubbliċi, sakemm ikunu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, ġeneralment ikollhom effetti limitati fuq il-kummerċ fl-Unjoni stess u ma jikkawżawx distorsjonijiet serji tal-kompetizzjoni. mmonti mogħtija ġeneralment ikunu wkoll limitati. Abbażi tal-esperjenza miksuba jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kumpatibbiltà, biex b'hekk jiġi żgurat li l-għajnuna għall-isport tad-dilettanti ma tikkawżax distorsjoni sinifikanti. Ir-regolament għal eżenzjoni sħiħa għandu jiċċara u jiddistingwi jekk l-għajnuna mill-Istat għandha titqies bħala għajnuna mmirata lejn assoċjazzjonijiet tal-isports għall-attivitajiet tagħhom jew lejn proġetti ta' infrastruttura għall-isports.

Emenda 27  6

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(10) Fir-rigward tal-għajnuna għat-trasport bl-ajru u dak marittimu, mill-esperjenza tal-Kummissjoni, l-għajnuna li għandha natura soċjali għar-residenti ta’ reġjuni mbiegħda għat-trasport, sakemm din tingħata mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-identità ta’ min iġorr, ma tikkawżax distorsjonijiet sinifikanti u jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kumpatibbiltà.

imħassar

Emenda 27  7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(11) Fir-rigward tal-għajnuna għat-trasport ferrovjarju, bit-triq u bil-kanali tal-ilma interni, l-Artikolu 93 tat-Trattat jiddikjara li l-għajnuna li tindirizza l-bżonnijiet ta’ koordinazzjoni tat-trasport jew li tirrappreżenta rimborż għat-twettiq ta’ ċerti obbligi inerenti għall-kunċett ta’ servizz pubbliku, għandha tkun kumpatibbli mat-Trattati. rtikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq attwalment jeżenta mir-rekwiżit ta’ notifika minn qabel, stipulat fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat, il-kumpensi tas-servizzi pubbliċi għall-operat tas-servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri jew għall-konformità mal-obbligi tariffarji li huma stabbiliti permezz ta’ regoli ġenerali u mħallsin skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Sabiex jiġi armonizzat l-approċċ lejn ir-regolamenti dwar l-eżenzjoni ta’ kategorija fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, u skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli 108(4) u 109 tat-Trattat, l-għajnuna għall-koordinazzjoni tat-trasport jew ir-rimborż għat-twettiq ta’ ċerti obbligi inerenti għall-kunċett ta’ servizz pubbliku, kif imsemmi fl-Artikolu 93 tat-Trattat, għandha titqiegħed fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 994/98. L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għandu għalhekk jitħassar, b’effett minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ regolament adottat mill-Kummissjoni li jikkonċerna din il-kategorija ta’ għajnuna mill-Istat.

(11) Fir-rigward tal-għajnuna għat-trasport ferrovjarju, bit-triq u bil-kanali tal-ilma interni, l-Artikolu 93 tat-Trattat jiddikjara li l-għajnuna li tindirizza l-bżonnijiet ta’ koordinazzjoni tat-trasport jew li tirrappreżenta rimborż għat-twettiq ta’ ċerti obbligi inerenti għall-kunċett ta’ servizz pubbliku, għandha tkun kumpatibbli mat-Trattati.

Emenda 27  8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(12) Fil-qasam tal-broadband, reċentement il-Kummissjoni kisbet esperjenza wiesgħa u fasslet linji gwida. Mill-esperjenza tal-Kummissjoni, għajnuna għal ċerti tipi tal-infrastruttura tal-broadband ma tikkawża l-ebda distorsjoni sinifikanti u tista' tibbenefika minn eżenzjoni ta’ kategorija, sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet tal-kumpatibilità. Dan huwa l-każ għall-għajnuna li tkopri l-aċċess għall-broadband bażiku f'reġjuni fejn ma hemm l-ebda infrastruttura tal-broadband u fejn x’aktarx ma hi se tiġi żviluppata l-ebda tali infrastruttura fil-futur qarib (żoni "bojod") u kif ukoll għajnuna għal miżuri żgħar ta’ għajnuna individwali li jkopru veloċità għolja ħafna ta’ aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (“NGA”) b’“netwerks f'żoni fejn ma hemmx infrastruttura NGA u fejn it-tali infrastruttura x’aktarx li ma tiġix żviluppati fil-futur qarib. Dan huwa minnu wkoll għall-għajnuna għax-xogħlijiet tal-inġinerija ċivili relatata mal-broadband u għall-infrastruttura tal-broadband passiva, fejn il-Kummissjoni kisbet esperjenza prattika sostanzjali u fejn jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kumpatibbiltà.

(12) Fil-qasam tal-broadband, reċentement il-Kummissjoni kisbet esperjenza wiesgħa u fasslet linji gwida. Mill-esperjenza tal-Kummissjoni, għajnuna għal ċerti tipi tal-infrastruttura tal-broadband ma tikkawża l-ebda distorsjoni sinifikanti u tista' tibbenefika minn eżenzjoni ta’ kategorija, sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet tal-kumpatibilità. Dan huwa l-każ għall-għajnuna li tkopri l-aċċess għall-broadband bażiku f'reġjuni fejn ma hemm l-ebda infrastruttura tal-broadband u fejn x’aktarx ma hi se tiġi żviluppata l-ebda tali infrastruttura fil-futur qarib (żoni "bojod") u kif ukoll għajnuna għal miżuri żgħar ta’ għajnuna individwali li jkopru veloċità għolja ħafna ta’ aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss (“NGA”) b’“netwerks f'żoni fejn ma hemmx infrastruttura NGA u fejn it-tali infrastruttura x’aktarx li ma tiġix żviluppati fil-futur qarib. Dan huwa minnu wkoll għall-għajnuna għax-xogħlijiet tal-inġinerija ċivili relatata mal-broadband u għall-infrastruttura tal-broadband passiva, fejn il-Kummissjoni kisbet esperjenza prattika sostanzjali u fejn jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kumpatibbiltà. Eżenzjoni sħiħa għal ħidmiet tal-inġenerija ċivili u tal-infrastruttura broadband għandha tappoġġa investimenti speċjalment f'żoni rurali u reġjuni remoti. Waħda mill-kundizzjonijiet għal eżenzjoni sħiħa għandha tkun il-garanzija ta' aċċess għas-suq ħieles fir-rigward tat-tħaddim tal-infrastruttura.

Emenda 27  9

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(13) Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 994/98 għandu jiġi estiż biex jinkludi tali kategoriji ta’ għajnuna.

(13) Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 994/98 għandu jiġi estiż biex jinkludi l-miżuri ta’ għajnuna li ġew identifikati permezz tal-preżenti.

Emenda 27  10

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(14) Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jirrikjedi li l-limiti għal kull kategorija ta’ għajnuna, li fir-rigward tagħha l-Kummissjoni tadotta regolament dwar eżenzjoni ta’ kategorija jiġu espressi jew f’termini ta’ intensitajiet ta’ għajnuna fir-rigward ta' sett ta’ spejjeż eliġibbli jew f’termini ta’ ammonti massimi ta’ għajnuna. Din il-kundizzjoni tagħmilha diffiċli biex jiġu applikati eżenzjonijiet ta’ kategoriji għal ċerti tipi ta’miżuri li jinvolvu l-appoġġ mill-Istat li, minħabba l-mod speċifiku li bih huma mfassla, ma jistgħux ikunu espressi f’termini tal-intensitajiet tal-għajnuna jew ammonti massimi, pereżempju strumenti ta’ inġinerija finanzjarja jew ċerti forom ta’ miżuri li huma mmirati li jippromwovu l-investimenti ta’ kapital ta’ riskju. Dan partikolarment minħabba li miżuri kumplessi bħal dawn jistgħu jinvolvu għajnuna f’livelli differenti (benefiċjarji differenti, benefiċjarji intermedjarji, benefiċjarji indiretti). Meta titqies l-importanza li dejjem qed tikber ta' dawn il-miżuri u l-kontribut tagħhom lill-għanijiet tal-Unjoni, għandu jkun hemm aktar flessibilità biex ikun possibbli li jiġu eżentati tali miżuri. Għandu għalhekk ikun possibbli li jiġu definiti l-limiti f’termini ta’ livell massimu ta’ appoġġ mill-Istat, sew jekk jikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat u sew jekk le.

(14) Ir-Regolament (KE) Nru 994/98 jirrikjedi li l-limiti għal kull kategorija ta’ għajnuna, li fir-rigward tagħha l-Kummissjoni tadotta regolament dwar eżenzjoni ta’ kategorija jiġu espressi jew f’termini ta’ intensitajiet ta’ għajnuna fir-rigward ta' sett ta’ spejjeż eliġibbli jew f’termini ta’ ammonti massimi ta’ għajnuna. Din il-kundizzjoni tagħmilha diffiċli biex jiġu applikati eżenzjonijiet ta’ kategoriji għal ċerti tipi ta’miżuri li jinvolvu l-appoġġ mill-Istat li, minħabba l-mod speċifiku li bih huma mfassla, ma jistgħux ikunu espressi f’termini tal-intensitajiet tal-għajnuna jew ammonti massimi, pereżempju strumenti ta’ inġinerija finanzjarja jew ċerti forom ta’ miżuri li huma mmirati li jippromwovu l-investimenti ta’ kapital ta’ riskju. Dan partikolarment minħabba li miżuri kumplessi bħal dawn jistgħu jinvolvu għajnuna f’livelli differenti (benefiċjarji differenti, benefiċjarji intermedjarji, benefiċjarji indiretti). Meta titqies l-importanza li dejjem qed tikber ta' dawn il-miżuri u l-kontribut tagħhom lill-għanijiet tal-Unjoni, għandu jkun hemm aktar flessibilità biex ikun possibbli li jiġu eżentati tali miżuri. Għandu għalhekk ikun possibbli li jiġu definiti l-limiti f’termini ta’ livell massimu ta’ appoġġ mill-Istat;

Emenda 27  11

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

 

(15a) Sabiex jiġi żgurat ambjent b’kundizzjonijiet ekwi f’konformità mal-prinċipji tas-suq intern, l-iskemi nazzjonali għall-għoti tal-għajnuna għandhom jiggarantixxu aċċess miftuħ u ekwu għall-appoġġ ta’ għajnuna mill-Istat għal kull attur rilevanti tas-suq, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ skemi u sistemi ta’ għajnuna aktar milli għajnuna individwali.

Emenda 27  12

Proposta għal regolament

Premessa 15 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

 

(15b) Ambjent b'kundizzjonijiet ekwi jirrikjedi wkoll l-applikazzjoni bis-sħiħ u trasparenti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku. Għalhekk, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jirrispettaw ir-regoli applikabbli dwar l-akkwist pubbliku meta jkunu qegħdin ifasslu skemi ta' għajnuna mill-Istat jew jagħtu appoġġ ta' għajnuna mill-Istat li għandu jiġi eżentat abbażi ta' dan ir-Regolament.

Emenda 27  13

Proposta għal regolament

Premessa 15 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

 

(15c) Il-bażi legali għal dan ir-Regolament, l-Artikolu 109 tat-TFUE, jipprevedi biss konsultazzjoni mal-Parlament, u mhux il-proċedura leġiżlattiva ordinarja f’konformità ma’ oqsma oħra tal-integrazzjoni tas-suq u r-regolamentazzjoni ekonomika wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona. Dan id-defiċit demokratiku ma jistax jiġi ttolerat fir-rigward ta' proposti li jikkonċernaw il-mezzi użati mill-Kummissjoni biex tissorvelja d-deċiżjonijiet u l-atti tal-awtoritajiet nazzjonali u lokali eletti. Dan id-defiċit għandu jiġi korrett fi kwalunkwe bidla futura tat-Trattat. Il-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni għal Unjoni Ekonomika u Monetarja aktar profonda u ġenwina jipprevedi bidla fit-Trattat sal-2014. Proposta bħal din għandha tinkludi, fost affarijiet oħra proposta speċifika li temenda l-Artikolu 109 tat-TFUE sabiex jiġu adottati r-regolamenti msemmija f'dak l-Artikolu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda 27  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 994/98

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a – subpunt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(ii) riċerka, żvilupp u innovazzjoni;

(ii) ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, b'mod partikolari jekk ikunu konformi mal-inizjattivi ewlenin UE 2020 u l-objettivi tal-politika Orizzont 2020;

Emenda 27  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 994/98

Artikolu 1 - paragrafu 1 - punt a - punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(iii) ħarsien tal-ambjent;

(iii) ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, b'mod partikolari jekk ikunu konformi mal-inizjattivi ewlenin UE 2020 u l-objettivi tal-politika ambjentali tal-Unjoni;

Emenda 27  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 994/98

Artikolu 1 - paragrafu 1 – punt a – subpunt v a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

 

(va) il-promozzjoni tat-turiżmu, jekk tkun konformi mal-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar it-turiżmu;

Emenda 27  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 994/98

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a – subpunt xi

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(xi) residenti ta’ reġjuni mbiegħda għat-trasport, meta din l-għajnuna jkollha karattru soċjali; u tingħata mingħajr diskriminazzjoni relata mal-identità ta’ min iġorr;

imħassar

Emenda 27  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 994/98

Article 1 – paragraph 1 – point a – subpoint xii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(xii) il-koordinazzjoni tat-trasport jew ir-rimborż għat-twettiq ta’ ċerti obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku skont l-Artikolu 93 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

imħassar

Emenda 27  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 994/98

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

2. "Meta jiġu implimentati s-sistemi tal-għajnuna jew l-għajnuna individwali li ma tingħatax fil-qafas ta' sistema, li tkun ġiet eżentata skont regolamenti bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, bil-għan li jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-Kummissjoni, sommarji tal-informazzjoni dwar tali sistemi ta' għajnuna jew tali għajnuna individwali li mhix koperta mis-sistemi ta’ għajnuna eżentati."

2. Meta jiġu implimentati s-sistemi tal-għajnuna jew l-għajnuna individwali li ma tingħatax fil-qafas ta' sistema, li tkun ġiet eżentata skont regolamenti bħal dawn, l-Istati Membri għandhom iqisu r-rispett lejn ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku, l-istrateġija Ewropa 2020 u l-politiki u l-objettivi ambjentali tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni, bil-għan li jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-Kummissjon’, sommarji tal-informazzjoni dwar it-tali sistemi tal-għajnuna jew it-tali għajnuna individwali li mhix koperta mis-sistemi ta’ għajnuna eżenti.

Emenda 27  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 994/98

Artikolu 3 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

 

(2a) L-Artikolu 3(4) huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

“4. Minn tal-anqas darba fis-sena, l-Istati Membri għandhom iressqu rapport lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta' eżenzjonijiet ta' kategorija, skont ir-rekwiżiti speċifiċi tal-Kummissjoni, preferibbilment fi format kkompjuterizzat. Il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess għal dawk ir-rapporti lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri kollha. Il-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 7 għandu jeżamina u jevalwa dawk ir-rapporti darba kull sena."

Emenda 27  21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 994/98

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

 

(2b) L-Artikolu 5 jinbidel b'dan li ġej:

 

Artikolu 5

 

Rapport ta’ evalwazzjoni

 

Kull sentejn il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu b’mod partikolari jipprevedi valutazzjoni wiesgħa tal-kost meta mqabbel mal-benefiċċju, tal-eżenzjonijiet ġenerali mogħtija skont dan ir-Regolament kif ukoll valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tiegħu għall-inizjattivi ġenerali ewlenin tal-istrateġija tal-UE 2020 u l-politika ta’ Innovazzjoni Orizzont 2020. Il-Kummissjoni għandha tressaq abbozz ta' rapport għall-kunsiderazzjoni tal-Kumitat Konsultattiv imsemmi fl-Artikolu 7. Kull sena l-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, ir-riżultati tal-eżerċizzju ta’ monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali, adottati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament, inkluż ħarsa ġenerali lejn il-livelli u t-tip ta’ għajnuna mill-Istat mhux kompatibbli mill-Istati Membri skont il-BERs”

Emenda 27  22

Proposta għal regolament

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

L-Artikolu 9 għandu jitħassar, b’effett minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ regolament tal-Kummissjoni li jikkonċerna l-kategorija ta’ għajnuna mill-Istat msemmija fl-Artikolu 1(a) xi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-bażi legali ta' din il-proposta, l-Artikolu 109, tipprovdi għall-proċedura ta' konsultazzjoni. Ma tistax tippermetti l-emenda ta' att leġiżlattiv ibbażata fuq l-Artikoli 71 u 89 TCE, li jipprovdu għall-proċedura ta' kodeċiżjoni. L-Artikolu 9 tar-Regolament 1370/2007 jista' biss jiġi emendat, rispettivament imħassar permezz ta' att leġiżlattiv ibbażat fuq l-istess bażi legali u adottat skont l-istess proċedura leġiżlattiva. Għalhekk, din il-proposta għandha titħassar.

7.5.2013

  • [1]           ĠU L 142, 14.5.1998, p.1

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (7.5.2013)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċerti kategoriji ta' Għajnuna mill-Istat orizzontali u r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq
(COM(2012)0730 – C7‑0005/2013 – 2012/0344(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Brian Simpson

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni temenda d-dispożizzjonijiet dwar ċerti regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u, l-aktar importanti għall-Kumitat TRAN, li tagħmel il-bidliet għar-Regolament 1370/2007 dwar l-Obbligi tas-Servizz Pubbliku fit-trasport pubbliku bil-ferrovija u bit-triq. Ir-rapporteur hu mħasseb dwar il-proċedura magħżula mill-Kummissjoni biex biha temenda r-Regolament 1370/2007[1] permezz tal-hekk imsejjaħ regolament ta’ awtorizzazzjoni tal-Kunsill dwar l-għajnuna mill-Istat.

Skont il-proposta tal-Kummissjoni, l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1370/2007 ma għandux jibqa’ japplika sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ regolament adottat mill-Kummissjoni rigward din il-kategorija ta' għajnuna mill-Istat. L-Artikolu 9 bħalissa jeżenta mir-rekwiżit ta’ notifika minn qabel, stipulat fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE, il-kumpens ta’ servizz pubbliku għall-operat tas-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri jew għall-konformità mal-obbligi tariffarji stabbiliti permezz ta’ regoli ġenerali u mħallsin skont dak ir-Regolament.

Hija l-inklużjoni ta’ dawn il-bidliet għar-Regolament 1370/2007 fir-regolament ta’ awtorizzazzjoni li jagħmel lill-proposta tal-Kummissjoni altament irritanti. Ir-Regolament 1370/2007 huwa att legali li ġie adottat skont il-proċedura ta’ kodeċiżjoni. Fil-fehma tar-rapporteur għalhekk mhux aċċettabbli għall-Parlament li l-Kummissjoni tipproponi li timmodifika att kodeċiż permezz ta’ regolament non-leġiżlattiv tal-Kunsill li dwaru l-Parlament hu sempliċement ikkonsultat, aktar u aktar billi ma hemm l-ebda obbligu bil-liġi li jkun jirrikjedi li l-Kummissjoni tipproponi l-bidliet għar-Regolament 1370/2007 b’dan il-mod.

Barra minn hekk, u biex l-affarijiet jikkomplikaw ruħhom aktar, il-Kummissjoni adottat proposta ġdida għall-emendar tar-Regolament 1370/2007 direttament permezz tal-Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja (2013/0028(COD))[2]. Ma jinftihemx għaliex il-Kummissjoni ma daħħlitx il-bidliet proposti permezz ta’ dan ir-regolament ta’ awtorizzazzjoni fil-proposta għall-emendar tar-Regolament 1370/2007.

Il-Kummissjoni, meta fasslet il-proposta għar-regolament ta’ awtorizzazzjoni b’dan il-mod, naqset b’mod manifest mir-rispett lejn il-prerogattivi leġiżlattivi tal-Parlament. Kull bidla għar-Regolament 1370/2007 li l-Kummissjoni riedet tikseb kellha tkun proposta biss permezz tal-Proċedura Leġiżlattiva Ordinarja.

B’konsegwenza ta’ dan, l-emendi kollha mressqin għandhom l-objettiv li jħassru kull riferiment għar-Regolament 1370/2007 mill-proposta tal-Kummissjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(10) Fir-rigward tal-għajnuna għat-trasport bl-ajru u dak marittimu, mill-esperjenza tal-Kummissjoni, l-għajnuna li għandha natura soċjali għar-residenti ta’ reġjuni mbiegħda għat-trasport, sakemm din tingħata mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-identità ta’ min iġorr, ma tikkawżax distorsjonijiet sinifikanti u jistgħu jiġu definiti kundizzjonijiet ċari ta’ kumpatibbiltà.

imħassar

Emenda  2

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(11) Fir-rigward tal-għajnuna għat-trasport ferrovjarju, bit-triq u bil-kanali tal-ilma interni, l-Artikolu 93 tat-Trattat jiddikjara li l-għajnuna li tindirizza l-bżonnijiet ta' koordinazzjoni tat-trasport jew li tirrappreżenta rimborż għat-twettiq ta’ ċerti obbligi inerenti għall-kunċett ta’ servizz pubbliku, għandha tkun kumpatibbli mat-Trattati. L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq attwalment jeżenta mir-rekwiżit ta’ notifika minn qabel, stipulat fl-Artikolu 108(3) tat-Trattat, il-kumpensi tas-servizzi pubbliċi għall-operat tas-servizzi tat-trasport pubbliku tal-passiġġieri jew għall-konformità mal-obbligi tariffarji li huma stabbiliti permezz ta' regoli ġenerali u mħallsin skont ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007. Sabiex jiġi armonizzat l-approċċ lejn ir-regolamenti dwar l-eżenzjoni ta’ kategorija fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, u skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli 108(4) u 109 tat-Trattat, l-għajnuna għall-koordinazzjoni tat-trasport jew ir-rimborż għat-twettiq ta’ ċerti obbligi inerenti għall-kunċett ta’ servizz pubbliku, kif imsemmi fl-Artikolu 93 tat-Trattat, għandha titqiegħed fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 994/98. L-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 għandu għalhekk jitħassar, b’effett minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ regolament adottat mill-Kummissjoni li jikkonċerna din il-kategorija ta’ għajnuna mill-Istat.

(11) Fir-rigward tal-għajnuna għat-trasport ferrovjarju, bit-triq u bil-kanali tal-ilma interni, l-Artikolu 93 tat-Trattat jiddikjara li l-għajnuna li tindirizza l-bżonnijiet ta' koordinazzjoni tat-trasport jew li tirrappreżenta rimborż għat-twettiq ta’ ċerti obbligi inerenti għall-kunċett ta’ servizz pubbliku, għandha tkun kumpatibbli mat-Trattati.

Emenda  3

Proposta għal regolament – att li jemenda

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(13) Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 994/98 għandu jiġi estiż biex jinkludi tali miżuri ta’ għajnuna.

(13) Għalhekk, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 994/98 għandu jiġi estiż biex jinkludi l-miżuri ta’ għajnuna li ġew identifikati permezz tal-preżenti.

Emenda  4

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 994/98

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a – punt xi

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

(xi) residenti ta’ reġjuni mbiegħda għat-trasport, meta din l-għajnuna jkollha karattru soċjali; u tingħata mingħajr diskriminazzjoni relata mal-identità ta’ min iġorr;

imħassar

Emenda  5

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Regolament (KE) Nru 994/98

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a – punt xii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda27

(xii) il-koordinazzjoni tat-trasport jew ir-rimborż għat-twettiq ta’ ċerti obbligi inerenti fil-kunċett ta’ servizz pubbliku skont l-Artikolu 93 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

imħassar

Emenda  6

Proposta għal regolament – att li jemenda

Artikolu 2

Regolament (KE) Nru 1370/2007

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 27

Ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 jiġi emendat kif ġej:

imħassar

L-Artikolu 9 għandu jitħassar, b’effett minn sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta’ regolament tal-Kummissjoni li jikkonċerna l-kategorija ta’ għajnuna mill-Istat msemmija fl-Artikolu 1(a) xi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98.

 

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

7.5.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Jaromír Kohlíček, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Patricia van der Kammen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Spyros Danellis, Alfreds Rubiks, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso

  • [1]  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70
  • [2]  Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1370/2007 fir-rigward tal-ftuħ tas-suq għas-servizzi tat-trasport ferrovjarju domestiku tal-passiġġieri

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

20.5.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Elena Băsescu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Syed Kamall, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Dorfmann, Vicky Ford, Danuta Maria Hübner, Sophia in ‘t Veld, Sirpa Pietikäinen, Rui Tavares, Nils Torvalds