RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 97/836/KE bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet ("Ftehim Rivedut tal-1958")
4.6.2013 - (05978/2013 – C7‑0000/2013 – 2012/0099(NLE)) - ***
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Vital Moreira
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 97/836/KE bil-ħsieb tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li tikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jkunu ffittjati ma' u/jew ikunu użati ma' vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet reċiproċi tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet ("Ftehim Rivedut tal-1958")
(05978/2013 – C7‑0000/2013 – 2012/0099(NLE))
(Approvazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05978/2013),
– wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0069/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0192/2013),
1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
NOTA SPJEGATTIVA
Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) tiżviluppa rekwiżiti armonizzati, li huma maħsubin biex ineħħu l-ostakoli tekniċi fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Rivedut tal-1958 u biex jiżguraw li vetturi bħal dawn joffru livell għoli ta' sikurezza u ħarsien ambjentali.
L-għan ta' din il-proposta huwa li jissemplifika u jħaffef il-proċedura dwar il-votazzjoni tar-Regolamenti tal-UNECE mill-Kummissjoni f'isem l-Unjoni, u għaldaqstant inaqqas id-dewmien fl-adozzjoni ta' dawn l-atti fil-qafas tal-UNECE. Dan huwa importanti minħabba li s-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi tal-UE bħalissa tiddependi aktar u aktar fuq ir-Regolamenti tal-UNECE, li jissostitwixxu l-leġiżlazzjoni tal-UE (ara r-Regolament (KE) Nru 661/2009 dwar is-Sikurezza Ġenerali). Barra minn hekk, adozzjoni aktar mgħaġġla tal-leġiżlazzjoni se tippermetti tweġibiet aktar malajr għat-talbiet regolatorji mill-operaturi.
Barra minn hekk, il-bidliet fit-Trattati, li saru wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE, b'mod partikolari l-adozzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, biddlu b'mod sostanzjali l-proċedura għat-teħid tad-deċiżjonijiet li għandha tiġi segwita biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni meta tivvota r-Regolamenti li għandhom jiġu adottati mill-UNECE u l-konklużjoni ta' ftehimiet bejn l-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali, u għalhekk huwa meħtieġ li jiġu adattati dawk id-Deċiżjonijiet għall-proċeduri l-ġodda. Għaldaqstant, l-abbozz ta' deċiżjoni preżenti għandu l-għan li jadatta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE għall-proċeduri għat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward ta' ftehimiet internazzjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997, l-Unjoni aderiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet ("il-Ftehim tal-1958 Rivedut'").
Dik id-Deċiżjoni għandha tiġi emendata biex tirrifletti l-bidliet introdotti mit-TFUE għall-proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għandha tiġi segwita biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni meta tivvota għal Regolamenti li għandhom jiġu adottati mill-UNECE u l-konklużjoni ta' ftehimiet bejn l-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali.
Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fix-xogħol tal-UNECE tikkontribwixxi għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-armonizzazzjoni internazzjonali tar-regolamenti tekniċi marbuta mal-vetturi, u tikkontribwixxi biex tiffaċilita l-kummerċ fil-vetturi bil-mutur. Il-Ftehim tal-1958 jiżvolġi rwol importanti f'dan l-objettiv minħabba li l-manifatturi jistgħu joperaw ġabra komuni ta' standards ta' approvazzjoni tat-tip fl-għarfien li l-prodotti se jiġu rikonoxxuti minn ħafna pajjiżi f'kontinenti differenti bħala konformi mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom. Għaldaqstant, l-armonizzazzjoni internazzjonali regolatorja hija waħda mill-mezzi l-aktar effettivi biex tippreveni ostakoli għall-kummerċ.
L-abbozz ta' Deċiżjoni temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE biex tirrifletti l-bidliet introdotti mit-TFUE għall-proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet li għandha tiġi segwita biex tiġi stabbilita l-pożizzjoni tal-Unjoni meta tivvota r-Regolamenti li għandhom jiġu adottati mill-UNECE u l-konklużjoni ta' ftehimiet bejn l-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali.
Osservazzjonijiet tar-rapporteur
Ir-rapporteur jilqa' d-Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Ftehim Rivedut tal-1958 sabiex ikun konformi mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE u huwa tal-opinjoni li l-Parlament għandu jagħti l-approvazzjoni tiegħu.
L-emenda tipprevedi li l-pożizzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tar-regolamenti tekniċi fil-kuntest tal-Ftehim Parallel għandhom jiġu stabbiliti skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(9) tat-TFUE u li l-pożizzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-emendi proposti għall-Ftehim Parallel innifsu għandhom jiġu approvati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218(6)(a) tat-TFUE.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
28.5.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
28 0 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Maria Badia i Cutchet, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Andrea Cozzolino, George Sabin Cutaş, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Henri Weber, Iuliu Winkler, Jan Zahradil, Paweł Zalewski |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Catherine Bearder, Albert Deß, Elisabeth Köstinger, Mario Pirillo, Marietje Schaake, Jarosław Leszek Wałęsa |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Marie-Christine Vergiat |
||||