RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

14.10.2013 - (COM(2012)0280 – C7‑0136/2012 – 2012/0150(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteur: Gunnar Hökmark


Proċedura : 2012/0150(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0196/2013
Testi mressqa :
A7-0196/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

(COM(2012)0280 – C7‑0136/2012 – 2012/0150(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0280),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0136/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta' Novembru 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0196/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[3]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[4],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja[6],

Billi:

(1)       Il-kriżi finanzjarja li bdiet fl-2007 uriet li hemm nuqqas sinifikanti ta' għodod adegwati fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu ttrattati b'mod effettiv l-istituzzjonijiet ta' kreditu mhux sodi jew li qed ifallu. Dawn l-għodod huma, b'mod partikolari, meħtieġa sabiex jipprevjenu l-insolvenza jew biex meta sseħħ insolvenza jimminimizzaw ir-riperkussjonijiet negattivi billi jippreżervaw il-funzjonijiet sistemikament importanti tal-istituzzjoni kkonċernata. Matul il-kriżi, dawn l-isfidi kienu fattur ewlieni li ġiegħel lill-Istati Membri sabiex isalvaw l-istituzzjonijiet ta' kreditu billi jużaw il-flus tal-kontribwenti. Filwaqt li l-possibbiltà tal-intervent pubbliku tibqa’ dejjem hemm, l-għan tal-irkupru kredibbli u tal-qafas tar-riżoluzzjoni huwa li jbiegħed kemm jista' jkun il-ħtieġa ta’ azzjoni bħal din.

(1a)     Il-kriżi finanzjarja li bdiet fl-2007 kellha dimensjonijiet sistemiċi fis-sens li affettwat l-aċċess għall-finanzjament ta' virtwalment l-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha. Sabiex ikun evitat falliment sistemiku, b'konsegwenzi diżastrużi għall-ekonomija kollha, tali kriżi għandha tintlaqa' b'miżuri maħsuba biex jiżguraw l-aċċess għall-finanzjament taħt l-istess kundizzjonijiet għall-banek kollha li b'mod ieħor ikunu solventi. Dan inkiseb bl-appoġġ tal-likwidità ġenerali mill-banek ċentrali u l-garanziji mill-Istati Membri għat-titoli maħruġa minn istituzzjonijiet ta' kreditu solventi. Il-kriżi żvelat ukoll telf kbir ta' kreditu u dgħufijiet oħra f'istituzzjonijiet ta' kreditu individwali li kienu mhedda minn falliment imminenti. In-nuqqas ta' għodod adegwati biex jiġu trattati tali fallimenti, flimkien mas-sitwazzjoni fraġli tal-finanzjament li qed tħabbat wiċċha magħha s-sistema finanzjarja kollha kemm hi, kien fattur ewlieni li ġiegħel lill-Istati Membri jsalvaw tali istituzzjonijiet ta' kreditu bl-użu ta’ fondi pubbliċi.

(1b)     Ir-rieżami li għaddej bħalissa tal-qafas regolatorju, b'mod partikolari t-tisħiħ tal-buffers tal-kapital u tal-likwidità u għodod aħjar għall-politiki makroprudenzjali, ser inaqqas il-probabbiltà ta' kriżijiet sistemiċi futuri u se jtejjeb ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment għall-istress, kemm jekk ikkaġunat minn disturbi sistemiċi jew minn avvenimenti speċifiċi għall-istituzzjoni ta' kreditu jew id-ditta ta' investiment individwali. Mhuwa la possibbli u lanqas mixtieq, madankollu, li wieħed jipprova jfassal qafas regolatorju u superviżorju li jista' jipprevjeni lill-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment milli qatt jidħlu f'diffikultajiet. L-Istati Membri, għalhekk, għandhom ikunu ppreparati u jkollhom għodod adegwati biex jittrattaw sitwazzjonijiet li jinvolvu kemm kriżijiet sistemiċi kif ukoll fallimenti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment individwali. Tali għodod jinkludu faċilitajiet ta' likwidità pprovduti mill-banek ċentrali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment solventi li jkollhom bżonn appoġġ tal-likwidità, imma wkoll mekkaniżmi li jippermettu lill-awtoritajiet jittrattaw b'mod effettiv l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment li jkunu qed ifallu jew li huma insolventi matul kriżi sistemika jew istituzzjonali, u jiżguraw li l-mod kif inhuma strutturati l-istituzzjonijiet ma jirrappreżentax ostakli żejda għar-riżolvibbiltà.

(2)       Is-swieq finanzjarji tal-Unjoni huma integrati u interkonnessi ferm, b’ħafna istituzzjonijiet ta’ kreditu joperaw b’mod estensiv lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Huwa probabbli li l-falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu transfruntiera jaffettwa l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji fl-Istati Membri differenti fejn topera. L-inabbiltà tal-Istati Membri li jieħdu l-kontroll ta' istituzzjoni ta’ kreditu li qed tfalli u jirriżolvuha b’mod li effettivament jipprevjeni ħsara sistemika usa’ tista’ thedded il-fiduċja reċiproka tal-Istati Membri u l-kredibbiltà tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. L-istabbiltà tas-swieq finanzjarji hija, għalhekk, kundizzjoni essenzjali għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

(3)       Attwalment ma hemm l-ebda armonizzazzjoni tal-proċeduri sabiex jiġu riżolti istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-livell tal-Unjoni. Xi Stati Membri japplikaw għall-istituzzjonijiet ta' kreditu l-istess proċeduri li japplikaw lill-impriżi insolventi l-oħra, u f'ċerti każijiet adattawhom għall-istituzzjonijiet ta' kreditu. Hemm numru konsiderevoli ta' differenzi sostanzjali u proċedurali bejn il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw l-insolvenza tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Istati Membri. Barra minn hekk, il-kriżi finanzjarja esponiet li proċeduri ta’ insolvenza korporattiva ġenerali mhumiex dejjem adattati għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu minħabba li mhux dejjem jiżguraw ir-rapidità tal-intervent, il-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet essenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-preżervazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja.

(4)       Huwa għalhekk meħtieġ reġim sabiex l-awtoritajiet jiġu pprovduti b’sett kredibbli ta’ għodod sabiex jintervjenu b’mod bikri u malajr biżżejjed f'istituzzjoni mhux soda jew li qed tfalli sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi essenzjali tal-istituzzjoni ta’ kreditu, filwaqt li jiġi minimizzat l-impatt ta' falliment ta' istituzzjoni fuq l-ekonomija u s-sistema finanzjarja u jiġi żgurat li t-telf xieraq jiġi impost fuq azzjonisti u kredituri ▌. Setgħat ġodda għandhom jippermettu lill-awtoritajiet iżommu aċċess mhux interrott għad-depożiti u t-tranżazzjonijiet ta’ pagament, ibigħu l-porzjonijiet vijabbli tad-ditta fejn xieraq, u jqassmu t-telf f’manjiera li hija ġusta u prevedibbli. Dawn l-għanijiet għandhom jgħinu sabiex tiġi evitata d-destabbilizzazzjoni tas-swieq finanzjarji u jiġu minimizzati l-ispejjeż għall-kontribwenti.

(4 a)    L-eżerċizzju ta' tali setgħat u l-miżuri meħuda għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi li fihom sar il-falliment. Jekk il-problema tirriżulta f'istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment individwali u l-bqija tas-sistema finanzjarja ma tkunx affettwata, l-awtoritajiet għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat tagħhom tar-riżoluzzjoni mingħajr ħafna tħassib dwar effetti ta' kontaġju. F'ambjent fraġli, min-naħa l-oħra, għandha tingħata iktar attenzjoni sabiex tiġi evitata d-destabbilizzazzjoni tas-swieq finanzjarji. Pereżempju, jista' ma jkunx possibbli li jiġu eżerċitati l-għodod tar-riżoluzzjoni fuq diversi istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment sistemikament importanti fl-istess ħin mingħajr ma tiġi pperikolata l-istabbiltà finanzjarja. Bl-istess mod, iktar ma tkun mifruxa l-kriżi u iktar ma jkun kbir it-tħassib dwar l-effetti ta' kontaġju possibbli, iktar hu importanti li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment ikunu jistgħu jinżammu bħala negozju avvjat.

(4 b)    Ir-riżoluzzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment li tinżamm bħala negozju avvjat, tista’, bħala miżura estrema, tinvolvi għodod ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern, inkluża sjieda pubblika temporanja. Huwa essenzjali, għalhekk, li s-setgħat tar-riżoluzzjoni u l-arranġamenti ta’ finanzjament jiġu strutturati b'tali mod li l-kontribwenti jkunu l-benefiċjarji ta' kwalunkwe bilanċ żejjed li jista' jirriżulta mir-ristrutturar ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment li terġa' titqiegħed fuq bażi soda mill-awtoritajiet. Ir-responsabbiltà u t-teħid tar-riskju għandhom jiġu akkumpanjati minn kumpens. Meta, mat-tmiem tar-riżoluzzjoni, l-istituzzjonijiet ta' kreditu jew id-ditti ta' investiment ristrutturati sempliċement jgħaddu għand sidien privati, bħal detenturi ta' bonds li l-pretensjonijiet tagħhom ikunu ġew konvertiti f'ekwità, dan ir-rekwiżit ma' jiġix sodisfatt.

(4 c)    Fid-dawl tal-konsegwenzi li l-falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta' investiment jista’ jkollu fuq is-sistema finanzjarja u l-ekonomija ta’ Stat Membru kif ukoll il-ħtieġa possibbli li jintużaw fondi pubbliċi sabiex tiġi riżolta kriżi, il-Ministeri tal-Finanzi jew ministeri rilevanti oħra fl-Istati Membri għandhom jiġu involuti mill-qrib, fi stadju bikri, fil-proċess tal-immaniġġjar u r-riżoluzzjoni tal-kriżi.

(5)       Xi Stati Membri diġà promulgaw bidliet leġiżlattivi li jintroduċu mekkaniżmi biex jirriżolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu li qed ifallu; oħrajn indikaw l-intenzjoni tagħhom li jintroduċu dawn il-mekkaniżmi jekk ma jiġux adottati f’livell tal-Unjoni. Huwa probabbli li differenzi nazzjonali fil-kundizzjonijiet, is-setgħat u l-proċessi għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta' kreditu jikkostitwixxu ostakli għall-operat mingħajr intoppi tas-suq intern u jfixklu l-kooperazzjoni bejn awtoritajiet nazzjonali meta jittrattaw ma' gruppi bankarji transfruntieri li qed ifallu. Dan huwa partikolarment veru fejn approċċi differenti jfissru li l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx l-istess livell ta’ kontroll jew l-istess abbiltà li jirriżolvu istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dawn id-differenzi fir-reġimi tar-riżoluzzjoni jistgħu jaffettwaw ukoll l-ispejjeż ta’ finanzjament bankarju b’mod differenti fl-Istati Membri differenti u potenzjalment joħolqu distorsjonijiet kompetittivi bejn il-banek. Reġimi tar-riżoluzzjoni effettivi fl-Istati Membri kollha huma meħtieġa wkoll sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet ma jkunux jistgħu jiġu ristretti fl-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ stabbiliment li jiġu mis-suq uniku permezz tal-kapaċità finanzjarja tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom li jimmaniġġja l-falliment tagħhom.

(6)       Dawn l-ostakli għandhom jiġu eliminati u għandhom jiġu adottati regoli sabiex jiġi żgurat li d-dispożizzjonijiet tas-suq intern ma jiġux mhedda. Għal dak il-għan, ir-regoli li jirregolaw ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet għandhom isiru soġġetti għal regoli ta’ armonizzazzjoni minimi komuni.

(7)       Ladarba l-għanijiet tal-azzjoni li trid tittieħed, jiġifieri l-armonizzazzjoni tar-regoli u l-proċessi għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu, ma jistgħux jinkisbu biżżejjed mill-Istati Membri, u jistgħu għalhekk minħabba l-effetti ta’ falliment ta’ kwalunkwe istituzzjoni fl-Unjoni kollha, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet.

(8)       Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-servizzi finanzjarji kif ukoll l-ogħla livell possibbli ta' stabbiltà finanzjarja fil-firxa sħiħa ta’ istituzzjonijiet, ir-reġim tar-riżoluzzjoni ma għandux japplika biss għall-istituzzjonijiet ta' kreditu iżda anke għal ditti ta' investiment soġġetti għar-rekwiżiti prudenzjali stabbiliti mid-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar l-adegwatezza tal-kapital ta’ ditti ta’ investiment u istituzzjonijiet ta’ kreditu[7]. Ir-reġim għandu japplika wkoll għall-kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarji u kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarji mħallta li hemm proveddiment għalihom fid-Direttiva 2002/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar is-superviżjoni supplementari ta' istituzzjonijiet ta' kreditu dwar impriżi ta' assigurazzjoni u ditti tal-investiment f'konglomerat finanzjarju u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 73/239/KEE, 79/267/KEE, 92/49/KEE, 92/96/KEE, 93/6/KEE u 93/22/KEE, u d-Direttivi 98/78/KE u 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8], kumpaniji b'parteċipazzjoni b'attività mħallta u istituzzjonijiet finanzjarji, fejn tal-aħħar ikunu sussidjarji ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta tal-investiment. Il-kriżi uriet li l-insolvenza ta’ entità affiljata ma’ grupp jista’ jkollha impatt rapidu fuq is-solvenza tal-grupp kollu u, għaldaqstant ikollha wkoll implikazzjonijiet sistemiċi proprji. L-awtoritajiet għandu għalhekk ikollhom ukoll mezzi effettivi ta’ azzjoni fir-rigward ta’ dawk l-entitajiet sabiex jipprevjenu l-kontaġju u jipproduċu skema tar-riżoluzzjoni konsistenti għall-grupp kollu, minħabba li l-insolvenza ta’ entità affiljata ma' grupp jista’ jkollha impatt rapidu fuq is-solvenza tal-grupp kollu.

(8a)     Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza fil-qafas regolatorju, il-kontropartijiet ċentrali kif definiti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012[9] u d-depożitorji ċentrali tat-titoli kif definiti fir-Regolament (UE) Nru XXXX/20XX [CSDR][10] għandhom ikunu koperti b’inizjattiva leġiżlattiva separata li tistabbilixxi qafas ta' rkupru u riżoluzzjoni għal dawn l-istituzzjonijiet, li għandha tiġi proposta mill-Kummissjoni Ewropea malajr kemm jista’ jkun.

(9)       L-użu tal-għodda u s-setgħat tar-riżoluzzjoni previsti f'din id-Direttiva jistgħu jfixklu d-drittijiet tal-azzjonisti u l-kredituri. B’mod partikolari, is-setgħa tal-awtoritajiet li jittrasferixxu l-ishma jew l-assi kollha jew parti minnhom ta' istituzzjoni lil akkwirent privat mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti jaffettwa d-drittijiet tas-sjieda tal-azzjonisti. Barra minn hekk, is-setgħa li jiġi deċiż liema obbligazzjonijiet jiġu ttrasferiti minn istituzzjoni ta’ kreditu li qed tfalli abbażi tal-għanijiet tal-iżgurar tal-kontinwità tas-servizzi u li jiġi evitat effett ħażin fuq l-istabbiltà finanzjara jista’ jaffettwa t-trattament ugwali tal-kredituri.

(10)     L-Awtoritajiet Nazzjonali għandhom iqisu n-natura tan-negozju, l-istruttura azzjonarja, il-forma legali, il-profil tar-riskju, id-daqs u l-istatus legali u l-interkonnettività ma' istituzzjonijiet oħra jew mas-sistema finanzjarja ġenerali ta' istituzzjoni, il-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessività tal-attivitajiet tiegħu, is-sħubija tiegħu fi skema ta' protezzjoni istituzzjonali jew sistemi oħra ta' solidarjetà kooperattiva reċiproka u jekk jeżerċitax servizzi jew attivitajiet ta' investiment fil-kuntest tal-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni u meta jużaw is-setgħat u l-għodod differenti għad-dispożizzjoni tagħhom, jaċċertaw ruħhom li r-reġim jiġi applikat b'mod xieraq u proporzjonat. Barra minn hekk, għandu jiġi applikat b'tali mod li ma jfixkilx l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. B'mod partikolari, f'sitwazzjonijiet ikkaratterizzati minn problemi usa' jew anke dubji dwar ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment, huwa essenzjali li l-awtoritajiet iqisu r-riskju tal-kontaġju mill-azzjonijiet meħuda f'rabta ma' kwalunkwe istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment individwali.

(11)     Sabiex tiġi żgurata r-rapidità meħtieġa ta’ azzjoni, tiġi ggarantita l-indipendenza minn atturi ekonomiċi u jiġu evitati kunflitti ta’ interess, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet amministrattivi pubbliċi sabiex iwettqu l-funzjonijiet u l-kompiti fir-rigward tar-riżoluzzjoni skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li riżorsi xierqa jiġu allokati lil dawk l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni. In-nomina ta' awtoritajiet pubbliċi ma għandhiex teskludi delegar taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità tar-riżoluzzjoni. Madankollu, mhuwiex meħtieġ li tiġi preskritta l-awtorità eżatta li l-Istati Membri għandhom jaħtru bħala l-awtorità tar-riżoluzzjoni. Filwaqt li l-armonizzazzjoni ta’ dak l-aspett tiffaċilita l-koordinazzjoni, fl-istess ħin tinterferixxi konsiderevolment mas-sistemi kostituzzjonali u amministrattivi tal-Istati Membri. Grad suffiċjenti ta’ koordinazzjoni xorta jista’ jinkiseb b’rekwiżit inqas intrużiv: l-awtoritajiet nazzjonali kollha involuti fir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet għandhom jiġu rrappreżentati f'kulleġġi tar-riżoluzzjoni, fejn isseħħ koordinazzjoni fil-livell transfruntier jew tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu liberi li jagħżlu liema awtoritajiet għandhom ikunu responsabbli għall-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u għall-eżerċizzju tas-setgħat previsti f’din id-Direttiva.

(11a)   Madankollu, sabiex tiġi salvagwardjata ċ-ċertezza legali u biex jiġu evitati r-responsabbiltajiet kontradittorji u l-kunflitti ta’ interess, huwa importanti li jinżammu distinti r-rwoli u l-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni finanzjarja u tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni. Għalhekk, l-Istati Membri m'għandhomx ikunu jistgħu jaħtru lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu jew id-ditti ta' investiment bħala awtoritajiet tar-riżoluzzjoni skont din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom, madankollu, jiżguraw kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli mis-superviżjoni prudenzjali u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni. Għall-istess raġuni għandu jkun hemm separazzjoni ċara fi ħdan l-ABE bejn ir-responsabbiltajiet tagħha għar-riżoluzzjoni u l-funzjonijiet l-oħra tagħha.

(13)     Riżoluzzjoni effettiva tal-istituzzjonijiet jew gruppi li joperaw madwar l-Unjoni teħtieġ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fi ħdan kulleġġi ta' superviżjoni u riżoluzzjoni fl-istadji kollha koperti minn din id-Direttiva, mill-preparazzjoni ta' pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni sar-riżoluzzjoni reali ta' istituzzjoni. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet nazzjonali dwar deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu skont din id-Direttiva fir-rigward ta' istituzzjonijiet, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) għandha, bħala l-aħħar rimedju, taqdi rwol ta’ medjazzjoni ▌. ▌

(13a)   Fir-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet jew gruppi li joperaw fl-Unjoni, id-deċiżjonijiet li jittieħdu għandhom jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja u jimminimizzaw l-effetti ekonomiċi u soċjali fl-Istati Membri fejn joperaw l-istituzzjoni jew il-grupp.

(14)     Sabiex tiżgura approċċ uniformi u konsistenti fil-qasam kopert minn din id-Direttiva, l-ABE għandha wkoll tingħata s-setgħa tadotta linji gwida, u telabora standards regolatorji u tekniċi li jiġu approvati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(15)     Sabiex jittrattaw b'mod effiċjenti ma' istituzzjonijiet li qed ifallu, l-awtoritajiet għandu jkollhom is-setgħa jimponu miżuri preventivi u preparatorji.

(15a)   Minħabba l-estensjoni inevitabbli ta' setgħat u kompiti għall-ABE previsti f'din id-Direttiva, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni mingħajr dewmien riżorsi umani u finanzjarji adegwati. Għal dan il-għan, il-proċedura għall-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tagħha kif stabbilita fl-Artikoli 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010, għandha tqis kif dovut dawn il-kompiti. L-awtorità baġitarja għandha tiżgura li jiġu ssodisfati l-aqwa standards ta' effiċjenza.

(16)     Huwa essenzjali li l-istituzzjonijiet kollha jħejju u jaġġornaw regolarment pjanijiet ta' rkupru li jistabbilixxu miżuri li għandhom jittieħdu minn dawk l-istituzzjonijiet taħt ċirkostanzi jew xenarji differenti. Dawn il-pjanijiet għandhom ikunu dettaljati u bbażati fuq suppożizzjonijiet realistiċi applikabbli f’firxa ta’ xenarji robusti u severi. Ir-rekwiżit li jitħejja pjan ta’ rkupru għandu madankollu jiġi applikat proporzjonalment u jirrifletti l-importanza sistemika tal-istituzzjoni u tal-interkonnettività tagħha, inkluż permezz ta’ skemi ta’ garanzija reċiproka, jew tal-grupp. F’dak il-kuntest, il-kontenut meħtieġ għandu jqis ukoll in-natura tas-sorsi tal-finanzjament tal-istituzzjoni, inkluż finanzjament b’garanziji reċiproċi jew obbligazzjonijiet, u l-grad safejn l-appoġġ tal-grupp ikun disponibbli b’mod kredibbli. Istituzzjonijiet għandhom ikunu meħtieġa li jissottomettu l-pjanijiet tagħhom lil superviżuri għal valutazzjoni kompleta, inkluż jekk il-pjanijiet humiex komprensivi u jistgħux jirristawraw b'mod fattibbli l-vijabbiltà tal-istituzzjoni, fil-ħin, anke f'perjodi ta' stress finanzjarju.

(16a)   Il-pjanijiet ta' rkupru għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu l-miżuri li għandhom jittieħdu mill-maniġment tal-istituzzjoni meta l-kundizzjonijiet għall-intervent bikri jkunu ġew sodisfatti.

(16b)   Fil-każ tal-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp, l-impatt potenzjali tal-miżuri ta’ rkupru fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp għandu jitqies b’mod speċifiku fit-tfassil tal-pjanijiet.

(17)     Fejn istituzzjoni ma tippreżentax pjan ta' rkupru adegwat, is-superviżuri għandu jkollhom is-setgħa jesiġu lil dik l-istituzzjoni tieħu miżuri meħtieġa biex tirranġa n-nuqqasijiet materjali tal-pjan skont din id-Direttiva. Dak ir-rekwiżit jista' jaffettwa l-libertà tat-twettiq tan-negozju kif garantit mill-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-limitazzjoni ta' dak id-dritt fundamentali huwa madankollu meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istabbiltà finanzjarja u biex jiġu protetti d-depożituri u l-kredituri. Aktar speċifikament, din il-limitazzjoni hija meħtieġa sabiex jissaħħaħ negozju tal-istituzzjonijiet u jiġi evitat li l-istituzzjonijiet jikbru eċċessivament jew jieħdu riskji eċċessivi mingħajr ma jkunu kapaċi jegħlbu l-ostakoli u t-telf u jirrestawraw il-bażi kapitali tagħhom. Il-limitazzjoni hija wkoll proporzjonata peress li azzjoni preventiva biss tista’ tiżgura li jittieħdu prekawzjonijiet adegwati u għalhekk tikkonforma mal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(18)     L-ippjanar tar-riżoluzzjoni huwa komponent essenzjali tar-riżoluzzjoni effettiva. L-awtoritajiet għandu jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jippjanaw kif il-funzjonijiet essenzjali ta’ istituzzjoni jew ta’ grupp transfruntier jistgħu jiġu iżolati mill-bqija tan-negozju u ttrasferiti sabiex jiġu żgurati l-preżervazzjoni u l-kontinwazzjoni ta’ funzjonijiet essenzjali. Il-kontenut tal-pjan tar-riżoluzzjoni għandu madankollu jkun proporzjonat għall-importanza sistemika tal-istituzzjoni jew l-iskema ta' garanzija reċiproka kollha kemm hi, jew tal-grupp.

(18a)   Minħabba l-għarfien privileġġjat tal-istituzzjoni dwar il-funzjonament proprju tagħha u kwalunkwe problemi li jirriżultaw minnu, il-pjanijiet tar-riżoluzzjoni għandhom jitfasslu mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni f’kooperazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet ikkonċernati.

(18b)   L-istituzzjonijiet finanzjarji jvarjaw bil-kbir fil-kumplessità strutturali tagħhom, b’mod speċjali meta joperaw f’ġurisdizzjonijiet multipli. Teżisti wkoll varjanza kbira fir-riskju tan-negozju minħabba d-diversità fil-linji tan-negozju u l-varjetà ta’ mudelli tan-negozju Ewropej. L-awtoritajiet kompetenti għandhom għalhekk ikunu jistgħu jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-istituzzjoni meta jivvalutaw l-istruttura tal-kapital u tal-finanzjament tal-istituzzjoni individwali.

(18c)   Fil-każ tal-pjanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp, l-impatt potenzjali tal-miżuri tar-riżoluzzjoni fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp għandu jitqies b’mod speċifiku fit-tfassil tal-pjanijiet. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn il-grupp għandu sussidjarji sinifikanti għandhom jiġu involuti fit-tfassil tal-pjan.

(19)     L-awtoritajiet kompetenti, abbażi tal-valutazzjoni ta' riżolvibbiltà mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti, għandu jkollhom is-setgħa, fejn ikun neċessarju u proporzjonat, li jitolbu bidliet fl-istruttura u l-organizzazzjoni ta' istituzzjonijiet jew gruppi sabiex ineħħu impedimenti prattiċi u sostantivi għall-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u jiżguraw ir-riżolvibbiltà tal-entitajiet ikkonċernati. Minħabba n-natura potenzjalment sistemika tal-istituzzjonijiet kollha, huwa kruċjali sabiex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, li l-awtoritajiet ikollhom il-possibbiltà jirrisolvu kwalunkwe istituzzjoni. Sabiex jiġi rispettat id-dritt li jitwettaq negozju stabbilit fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, id-diskrezzjoni tal-awtoritajiet għandha tkun limitata biss għal dak li huwa meħtieġ sabiex jiġu ssimplifikati l-istruttura u l-operati tal-istituzzjoni biex titjieb r-riżoluzzjoni tagħha. Barra minn dan, kwalunkwe miżura imposta għal dawn l-għanijiet għandha tkun konsistenti mal-liġi tal-UE. Il-miżuri la għandhom ikunu direttament u lanqas indirettament diskriminatorji abbażi tan-nazzjonalità, u għandhom jiġu ġġustifkati mir-raġuni prevalenti li qed jitwettqu fl-interess pubbliku u tal-istabbiltà finanzjarja. Sabiex jiġi ddeterminat jekk azzjoni tteħditx fl-interess pubbliku ġenerali, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, li jaġixxu fl-interess pubbliku ġenerali, għandhom ikunu jistgħu jilħqu l-għanijiet tagħhom tar-riżoluzzjoni mingħajr ma jiltaqgħu ma' impedimenti għall-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni jew għall-abbiltà tagħhom li jeżerċitaw is-setgħat mogħtija lilhom. Barra minn hekk, azzjoni ma għandhiex tmur lil hinn mill-minimu meħtieġ sabiex jinkisbu l-għanijiet. B'mod partikolari, l-awtoritajiet għandhom iqisu l-impatt usa' tal-bidliet li jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment jimplimentaw fuq l-ispejjeż u d-disponibilità tal-funzjonijiet finanzjarji kritiċi għall-unitajiet domestiċi u d-ditti f'ċirkostanzi normali. Meta jiddeterminaw il-miżuri li għandhom jittieħdu, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu t-twissijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku[11].

(20)     Il-miżuri proposti sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni jew grupp ma għandhomx jipprevjenu lill-istituzzjonijiet milli jeżerċitaw id-dritt ta’ stabbiliment mogħti mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(21)     Il-pjanijiet ta' rkupru ▌ma għandhomx jissoponu aċċess għal għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja. Il-pjanijiet tar-riżoluzzjoni m'għandhomx jassumu aċċess għal kull wieħed minn dawn li ġejjin: għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja, assistenza ta’ likwidità ta’ emerġenza minn bank ċentrali jew assistenza ta’ likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateralizzazzjoni, maturità u rati tal-imgħax mhux standard u m'għandhomx jesponu lill-kontribwenti għar-riskju tat-telf. Aċċess għal faċilitajiet ta' likwidità pprovduti minn banek ċentrali, inklużi faċilitajiet ta' likwidità ta' emerġenza, ma għandhomx jitqiesu bħala għajnuna ta' finanzjament pubblika straordinarja sakemm l-istituzzjoni tkun solventi fil-mument tal-forniment tal-likwidità, u tali forniment ta' likwidità ma jkunx parti minn pakkett ta' għajnuna akbar; li l-faċilità tkun kompletament garantita b'kollateral li għalih jiġi applikat tnaqqis, skont il-kwalità u l-valur fis-suq tiegħu, li l-bank ċentrali jimponi rata ta' interess ta' penalità fuq il-benefiċjarju; u li l-miżura titieħed fuq l-inizjattiva tal-bank ċentrali nnifsu, u b'mod partikolari ma tkunx sostnuta b'xi kontrogaranzija mill-Istat.

(21a)   Il-pjanijiet primarji ta’ rkupru u riżoluzzjoni għall-gruppi ta’ istituzzjonijiet u istituzzjonijiet transfruntiera għandhom isiru fuq il-livell tal-grupp u fejn xieraq għandhom jinkludu pjanijiet għal istituzzjoni waħda jew iżjed li huma parti mill-grupp. Il-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni għandhom iqisu l-istruttura finanzjarja, teknika u tan-negozju tal-grupp rilevanti. Jekk jitħejjew pjanijiet individwali ta’ rkupru u riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet li huma parti minn grupp, dawn għandhom ikunu konsistenti mal-pjanijiet tal-grupp u parti minnhom.

(21b)   Il-pjanijiet ta’ rkupru u riżoluzzjoni għandhom jinkludu l-proċeduri ta’ kif jiġu infurmati u kkonsultati l-impjegati u r-rappreżentanti tagħhom permezz tal-proċessi ta’ rkupru u riżoluzzjoni. Fejn applikabbli, f'dan ir-rigward għandu jkun hemm konformità ma' ftehimiet kollettivi jew arranġamenti oħra previsti mis-sħab soċjali, kif ukoll mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni dwar l-involviment tat-trade unions u r-rappreżentanti tal-ħaddiema fil-proċessi tar-ristrutturar tal-kumpaniji.

(21c)   Minħabba s-sensittività tal-informazzjoni li tinsab fihom, il-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni għandhom ikunu kunfidenzjali.

(21d)   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu l-pjanijiet ta’ rkupru u kwalunkwe tibdil fihom lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti, u dawn tal-aħħar għandhom jittrażmettu l-pjanijiet tar-riżoluzzjoni u kwalunkwe tibdil fihom lil dawk tal-ewwel, sabiex b’mod permanenti kull awtorità rilevanti tibqa’ tinżamm infurmata bis-sħiħ.

(22)     L-għoti ta’ għajnuna finanzjarja minn entità waħda fi grupp transfruntier lil entità oħra fl-istess grupp hija attwalment ristretta minn għadd ta’ dispożizzjonijiet stabbiliti mil-liġijiet nazzjonali. Dawk id-dispożizzjonijiet huma ddisinjati sabiex jipproteġu lill-kredituri u l-azzjonisti ta’ kull entità. Madankollu, dawk id-dispożizzjonijiet ma jqisux l-interdipendenza tal-entitajiet tal-istess grupp jew l-interess tal-grupp. Fil-livell internazzjonali, il-kunċett tal-interess tal-grupp ġie żviluppat permezz tal-ġurisprudenza jew regoli legali f’ċerti sistemi ġuridiċi biss. Dan il-kunċett iqis, minbarra l-interess ta’ kull entità individwali fi grupp, l-interess indirett li kull entità fi grupp għandha fil-prosperità tal-grupp sħiħ. Madankollu, dan huwa differenti minn Stat Membru għall-ieħor u ma jipprovdix iċ-ċertezza legali meħtieġa. Huwa għalhekk xieraq li jiġi stabbilit taħt liema kundizzjonijiet l-għajnuna finanzjarja tista’ tiġi ttrasferita bejn entitajiet fi grupp bankarju transfruntier bil-ħsieb li tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja tal-grupp kollu kemm hu. L-għajnuna finanzjarja bejn l-entitajiet fi grupp għandha tkun volontarja. Huwa xieraq li l-eżerċizzju tad-dritt ta’ stabbiliment ma jitqiegħedx direttament jew indirettament taħt il-kundizzjoni mill-Istati Membri tal-eżistenza ta’ ftehim li tingħata għajnuna finanzjarja.

(22a)   Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u trasparenza huwa kruċjali li ssir distinzjoni bejn il-mument meta l-azzjonisti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment ikunu għadhom f’kontroll sħiħ ta’ dik l-istituzzjoni jew ditta u l-mument meta l-kontroll jittieħed f’idejn l-awtorità tar-riżoluzzjoni. Tul l-irkupru u l-fażijiet bikrija ta’ intervent li għalihom tipprovdi din id-Direttiva, l-azzjonisti għandhom iżommu responsabbiltà u kontroll assoluti tal-istituzzjoni jew tad-ditta iżda ma għandhomx jibqgħu jżommu tali responsabbiltà ladarba l-istituzzjoni jew id-ditta tkun tpoġġiet taħt riżoluzzjoni.

(23)     Sabiex tiġi preservata l-istabbiltà finanzjarja, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirrimedjaw id-deterjorazzjoni ta’ sitwazzjoni finanzjarja u ekonomika ta’ istituzzjoni qabel ma l-istituzzjoni tilħaq punt fejn l-awtoritajiet ma jkollhom l-ebda alternattiva oħra ħlief li jirriżolvuha. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw setgħat ta’ intervent bikri, inkluża s-setgħa li jirrikjedu s-sostituzzjoni tal-korp tal-maniġment ta’ istituzzjoni. Dawn is-setgħat ta' intervent bikri għandhom jinkludu dawk diġà speċifikati skont id-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu[12] għal ċirkostanzi oħra minn barra dawk ikkunsidrati bħala intervent bikri kif ukoll oħrajn ikkunsidrati meħtieġa sabiex tiġi rrestawrata s-sodezza finanzjarja ta’ istituzzjoni.

(24)     Il-qafas tar-riżoluzzjoni għandu jipprovdi għad-dħul f'waqtu tar-riżoluzzjoni qabel istituzzjoni finanzjarja ssir insolventi fuq il-karta tal-bilanċ u qabel tispiċċa kompletament fix-xejn l-ekwità kollha. Ir-riżoluzzjoni għandha tinbeda meta ditta ma tibqax vijabbli jew x'aktarx ma tibqax aktar vijabbli u miżuri oħra kienu insuffiċjenti biex jiġi evitat l-falliment. Il-fatt li istituzzjoni ma tissodisfawx ir-rekwiżiti għal awtorizzazzjoni ma għandux jiġġustifika minnu nnifsu d-dħul tar-riżoluzzjoni, speċjalment jekk l-istituzzjoni tkun għadha jew x 'aktarx għadha vijabbli. Istituzzjoni għandha titqies qed tfalli jew x'aktarx tfalli meta tkun jew x'aktarx ser tkun qed tikser ir-rekwiżiti kapitali għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni minħabba li tkun ġarrbet jew x'aktarx ser iġġarrab telf li ser inaqqas il-fondi proprji kollha jew sostanzjalment, meta l-assi tal-istituzzjoni jkunu jew ser isiru anqas mill-obbligazzjonijiet, meta l-istituzzjoni tkun jew tkun ser issir inkapaċi tħallas l-obbligi tagħha hekk kif isisru dovuti, jew meta l-istituzzjoni tkun teħtieġ għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja. Il-ħtieġa għal għajnuna ta' likwidità ta' emerġenza minn bank ċentrali ma għandhiex fiha nnfisha tkun kundizzjoni li turi b'mod suffiċjenti li istituzzjoni hija jew ser issir, fil-futur qarib, inkapaċi tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha hekk kif dawn isiru dovuti. Sabiex tiġi preservata l-istabbiltà finanzjarja, b'mod partikolari f'każ ta' nuqqas ta' likwidità sistemika, garanziji tal-Istati fuq faċilitajiet ta' likwidità pprovduti minn banek ċentrali jew garanziji tal-Istat fuq obbligazzjonijiet ġodda maħruġa ma għandhomx jiskattaw qafas tar-riżoluzzjoni jekk jintlaħqu għadd ta' kundizzjonijiet. Partikolarment miżuri ta' garanziji tal-Istat jeħtieġ li jiġu approvati skont il-qafas tal-għajnuna mill-Istat u ma għandhomx ikunu parti minn pakkett akbar ta' għajnuna, u l-użu tal-miżuri ta' garanzija għandu jkun strettament għal żmien limitat. Fiż-żewġ każijiet, il-bank jeħtieġ ikun solventi.

(24a)   Fil-punt tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħa li jissostitwixxu l-korp ta' istituzzjoni ma' maniġer speċjali. Il-kompitu tal-maniġer speċjali għandu jkun li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa u jippromwovi soluzzjonijiet sabiex titranġa s-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni.

(24b)   Fil-każ tar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjoni jew ta’ grupp b’attività transfruntiera, id-determinazzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni li l-istituzzjoni qed tfalli jew aktarx li tfalli kif ukoll kwalunkwe azzjoni tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu l-impatt potenzjali tar-riżoluzzjoni fl-Istati Membri kollha fejn topera l-istituzzjoni jew il-grupp.

(25)     Is-setgħat tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw ukoll għal kumpaniji b'parteċipazzjoni fejn kemm il-kumpanija b'parteċipazzjoni kif ukoll l-istituzzjoni sussidjarja jkunu qed ifallu jew probabbli jfallu. Barra minn hekk u minkejja l-fatt li kumpanija b'parteċipazzjoni tista' ma tkunx qed tfalli jew probabbli tfalli, is-setgħat tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw għall-kumpanija b'parteċipazzjoni meta istituzzjoni ta' kreditu sussidjarja waħda jew aktar, jew ditta ta' investiment tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni u l-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni b'relazzjoni mal-kumpanija b'parteċipazzjoni tkun meħtieġa għar-riżoluzzjoni ta' xi sussidjarja jew aktar tagħha jew għar-riżoluzzjoni tal-grupp kollu.

(26)     Meta istituzzjoni tkun qed tfalli jew x’aktarx tfalli, l-awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom sett minimu armonizzat ta' għodod u setgħat tar-riżoluzzjoni. L-eżerċizzju tagħhom għandu jkun soġġett għal kundizzjonijiet, għanijiet, u prinċipji ġenerali komuni. Ladarba l-awtorita tar-riżoluzzjoni tkun ħadet id-deċiżjoni li tqiegħed l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, għandhom jiġu esklużi l-proċeduri normali ta’ insolvenza. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkonferixxu, fuq l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, setgħat u għodod addizzjonali ma' dawk mogħtija lilhom skont din id-Direttiva. L-użu ta' dawn l-għodod u setgħat addizzjonali, madankollu għandu jikkonforma mal-prinċipji tar-riżoluzzjoni u l-għanijiet kif stabbiliti f'din id-Direttiva. B'mod partikolari, l-użu ta' dawn l-għodod jew setgħat ma għandux jaffettwa r-riżoluzzjoni effettiva ta’ gruppi transfruntieri u għandu jiżgura li l-azzjonisti jġarrbu telf.

(27)     Sabiex jiġi evitat periklu morali, kwalunkwe istituzzjoni insolventi għandha tkun tista’ toħroġ mis-suq, irrispettivament mid-daqs u l-interkonnessjonijiet tagħha, mingħajr ma tikkawża taqlib sistemiku. Istituzzjoni li tkun qed tfalli għandha fil-prinċipju tiġi likwidata skont proċeduri normali ta' insolvenza. Madankollu, il-likwidazzjoni skont proċeduri normali ta’ insolvenza tista’ tipperikola l-istabbiltà finanzjarja, tinterrompi l-provvista ta’ servizzi essenzjali, u taffettwa l-protezzjoni tad-depożituri. F’dan il-każ hemm interess pubbliku fl-applikazzjoni ta’ għodod tar-riżoluzzjoni. L-għanijiet tar-riżoluzzjoni għandhom għalhekk ikunu li tiġi żgurata l-kontinwità ta’ servizzi finanzjarji essenzjali, u li tinżamm l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, li jitnaqqas il-periklu morali billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja pubblika għal istituzzjonijiet li qed ifallu, u sabiex jiġu protetti d-depożituri.

(28)     Dejjem għandu jitqies l-istralċ ta' istituzzjoni insolventi permezz ta' proċeduri normali ta' insolvenza qabel ma tkun tista' tittieħed deċiżjoni li l-istituzzjoni tinżamm bħala negozju avvjat. Istituzzjoni insolventi għandha tinżamm bħala negozju avvjat kemm jista' jkun bl-użu ta’ fondi privati. Dan jista’ jinkiseb jew permezz ta’ bejgħ jew fużjoni ma’ akkwirent mis-settur privat jew permezz ta’ tnaqqis fil-valur tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jew wara l-konversjoni tad-dejn tagħha għal ekwità, sabiex isseħħ rikapitalizzazzjoni.

(29)     Fl-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni, skont il-pjan tar-riżoluzzjoni fejn xieraq u soġġetti għal ġustifikazzjoni korretta, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jaċċertaw ruħhom li azzjonisti u kredituri jġarrbu sehem xieraq mit-telf, li l-maniġers li kienu involuti fid-deċiżjonijiet, jew in-nuqqas ta' deċiżjonijiet, li wasslu għat-theddida imminenti tal-falliment tal-istituzzjoni ta' kreditu jew tad-ditta ta’ investiment jiġu ssostitwiti, li l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jiġu mminimizzati, u li l-kredituri kollha tal-istituzzjoni insolventi li huma tal-istess klassi jiġu ttrattati b’mod simili. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jitbiegħdu mill-prinċipju ġenerali ta’ trattament indaqs (pari passu) tal-kredituri fl-istess klassi fejn ikun iġġustifikat b’mod partikolari sabiex tiġi sostnuta l-istabbiltà finanzjarja. Meta l-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni jinvolvi l-għotja ta’ għajnuna mill-Istat, l-interventi għandhom jiġu vvalutati skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-għajnuna mill-Istat. Għajnuna mill-Istat tista’ tkun involuta, fost l-oħrajn, fejn il-fondi tar-riżoluzzjoni jew il-fondi ta' garanzija tad-depożiti jintervjenu biex jgħinu fir-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet li jkunu qed ifallu.

(29a)   Meta jiġu applikati l-għodod tar-riżoluzzjoni u eżerċitati s-setgħat tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw lill-impjegati u r-rappreżentanti tagħhom. Fejn applikabbli, il-ftehimiet kollettivi, jew l-arranġamenti l-oħra pprovduti mis-sħab soċjali, għandhom jiġu rrispettati f’dan ir-rigward.

(29b)   L-użu ta' miżuri ta’ intervent bikri, kif ukoll l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni, għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentazzjoni tal-impjegati fuq il-bords tal-kumpaniji kif previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew fil-prattika.

(30)     Il-limitazzjonijiet fuq id-drittijiet tal-azzjonisti u l-kredituri għandhom ikunu f’konformità mal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-għodod tar-riżoluzzjoni għandhom għalhekk jiġu applikati biss lil dawk l-istituzzjonijiet li jkunu qed ifallu jew probabbli li jfallu, u dan biss meta jkun neċessarju biex jintlaħaq l-għan tal-istabbiltà finanzjarja fl-interess ġenerali. Meta jiġu applikati miżuri tar-riżoluzzjoni, għandhom jitqiesu l-prinċipju ta' proporzjonalità u l-partikularitajiet tal-forma legali ta' istituzzjoni ta' kreditu. Partikolarment, l-għodod tar-riżoluzzjoni għandhom jiġu applikati fejn l-istituzzjoni ma tistax tiġi stralċjata taħt proċeduri normali ta’ insolvenza mingħajr ma tiġi distabbilizzata s-sistema finanzjarja u l-miżuri jkunu neċessarji sabiex jiġi żgurat trasferiment rapidu u l-kontinwazzjoni ta' funzjonijiet sistemikament importanti u fejn ma hemm l-ebda prospett raġonevoli għal kwalunkwe soluzzjoni privata alternattiva, inklużi kwalunkwe żieda fil-kapital mill-azzjonisti eżistenti jew minn kwalunkwe parti terza biżżejjed biex tiġi restawrata l-vijabbiltà sħiħa tal-istituzzjoni. B'mod partikolari, meta japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu li jista' ma jkunx xieraq bl-istess mod għall-forom kollha legali ta' istituzzjonijiet sal-istess grad.

(31)     Interferenza mad-drittijiet tas-sjieda ma għandhiex tkun sproporzjonata. Bħala konsegwenza, l-azzjonisti u l-kredituri affettwati ma għandhomx iġarrbu iktar telf minn dawk li kienu jġarrbu kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata fiż-żmien meta ttieħdet id-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni. Fil-każ ta' trasferiment parzjali ta' assi ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil xerrej privat jew bank tranżitorju, il-parti residwa tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni għandha tiġi stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza. Sabiex jiġu protetti l-azzjonisti u l-kredituri li jitħallew fil-proċeduri tal-istralċ tal-istituzzjoni, dawn għandhom ikunu intitolati jirċievu bi ħlas għall-pretensjonijiet tagħhom fil-proċeduri tal-istralċ mhux inqas minn dak li huwa stmat li kienu jirkupraw kieku l-istituzzjoni kollha ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza.

(32)     Għall-iskop li jiġi protett id-dritt tal-azzjonisti u l-kredituri li jirċievu mhux inqas minn dak li kienu jirċievu fi proċeduri normali ta' stralċ, għandhom jiġu stabbiliti obbligi ċari fir-rigward tal-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni u żmien suffiċjenti għandu jitħalla biex issir stima xierqa tat-trattament li kienu jirċievu kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza. Għandu jkun hemm il-possibbiltà li tali valwazzjoni tinbeda diġà fil-fażi ta' intervent bikri. Qabel tittieħed kwalunkwe azzjoni tar-riżoluzzjoni, għandha titwettaq stima tal-valur tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni u tat-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri kienu jirċievu taħt il-proċeduri normali ta’ insolvenza. Tali valwazzjoni għandha tkun soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju flimkien mad-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni biss. Barra minn hekk, għandu jkun hemm obbligu li jwettaq, wara li jkunu ġew applikati l-għodod tar-riżoluzzjoni, paragun ex post bejn it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri jkunu fil-fatt ġew mogħtija u t-trattament li kienu jirċievu taħt proċeduri normali ta’ insolvenza. Jekk ikun determinat li l-azzjonisti u l-kredituri jkunu rċevew, fil-ħlas għall-pretensjonijiet tagħhom, inqas mill-ammont li kienu jirċievu taħt proċeduri normali ta’ insolvenza, huma għandhom ikunu intitolati għal ħlas tad-differenza. B'kuntrast mal-valwazzjoni ta' qabel l-azzjoni tar-riżoluzzjoni, għandu jkun possibbli li dan il-paragun jiġi kontestat separatament mid-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jitħallew ħielsa jiddeċiedu dwar il-proċedura ta' kif l-azzjonisti u l-kredituri jitħallsu kwalunkwe differenza li tkun ġiet ddeterminata fit-trattament. Din id-differenza, jekk ikun hemm, għandha titħallas mill-arranġamenti finanzjarji stabbiliti skont din id-direttiva.

(33)     Huwa importanti li t-telf jiġi rrikonoxxut mal-falliment tal-istituzzjoni. Il-prinċipju ta' gwida għall-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjonijiet li qed ifallu għandu jkun il-valur tagħhom fis-suq fil-mument meta l-għodod tar-riżoluzzjoni jiġu applikati u sakemm is-swieq ikunu qed jiffunzjonaw sew. Meta s-swieq verament ma jkunux qed jiffunzjonaw sew, il-valwazzjoni tista’ titwettaq fuq il-valur ekonomiku fit-tul ta' żmien debitament ġustifikat tal-assi u l-obbligazzjonijiet. Għandu jkun possibbli, għar-raġunijiet ta' urġenza, li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jagħmlu valwazzjoni rapida tal-assi jew l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni li qed tfalli. Dik il-valwazzjoni għandha tkun proviżorja u għandha tapplika sakemm titwettaq valwazzjoni indipendenti.

(34)     Azzjoni rapida u kkoordinata hija meħtieġa sabiex tiġi sostnuta l-fiduċja fis-suq u jiġi mminimizzat il-kontaġju. Ladarba istituzzjoni titqies li qed tfalli jew x’aktarx tfalli, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx idumu sabiex jieħdu azzjoni xierqa u kkoordinata. Iċ-ċirkostanzi li fihom jista' jseħħ falliment ta’ istituzzjoni, u b'mod partikolari billi titqies l-urġenza possibbli tas-sitwazzjoni, għandhom jippermettu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu azzjoni tar-riżoluzzjoni mingħajr ma jimponu obbligu li l-ewwel jintużaw is-setgħat ta’ intervent bikri.

(35)     L-għodod tar-riżoluzzjoni għandhom dejjem jiġu vvalutati u, fejn possibbli, applikati qabel kwalunkwe injezzjoni ta’ kapital mis-settur pubbliku jew għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ekwivalenti lill-istituzzjoni. Dan, madankollu, ma għandux jimpedixxi l-użu, għall-iskop tal-iffinanzjar tar-riżoluzzjoni, ta' fondi mill-fondi tar-riżoluzzjoni. F'dan ir-rigward, l-użu ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja jew ta' fondi tar-riżoluzzjoni ▌biex tiġi mgħejjuna r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet li jkunu qed ifallu se jiġi vvalutat skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-għajnuna mill-Istat.

(35a)   Teżisti differenza fundamentali bejn istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment individwali fi kriżi u kriżi li tolqot is-sistema bankarja jew finanzjarja b’mod ġenerali fir-rigward ta’, inter alia, il-karattru tal-kriżi, żviluppi u konsegwenzi fil-prezz tal-assi għall-ekonomija ġenerali. Għaldaqstant, it-trattament ta’ istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment individwali fi kriżi għandu jkun differenti mit-trattament ta’ kriżi li tolqot is-sistema finanzjarja b’mod ġenerali, u dan japplika partikolarment għar-riżoluzzjoni tal-kriżi. Għalhekk, l-għodod tar-riżoluzzjoni għandhom jitfasslu u jkunu adegwati biex jaffrontaw sett wiesa' ta' xenarji fil-parti l-kbira imprevedibbli.

(35b)   Fejn problemi fis-swieq finanzjarji fl-Unjoni jirriżultaw minn avvenimenti fuq skala usa’ u mal-firxa tas-sistema, dan ċertament ikollu impatt negattiv fuq l-ekonomija tal-Unjoni u fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni. Jeżistu bosta eżempji differenti ta’ kriżijiet bankarji fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi li fil-parti l-kbira ġew solvuti permezz ta’ xi forma ta’ intervent pubbliku. Għalkemm il-flus tal-kontribwenti tpoġġew fir-riskju fi kriżijiet bħal dawn, l-intervent pubbliku spiss evita deterjorament ekonomiku ulterjuri u b’hekk ipproteġa lill-kontribwenti u l-istabbiltà finanzjarja fit-tul. B’konformità ma’ raġunament bħal dan, u bil-ħsieb li l-intervent pubbliku fi kriżijiet sistemiċi jista' jkun l-uniku mod biex il-fiduċja fis-suq u l-istabbiltà tiegħu jerġgħu jinkisbu u biex jiġi evitat aktar tħarbit fil-valuri, huwa importanti li l-intervent pubbliku ma jiġix eskluż mill-ġestjoni futura tal-kriżijiet bankarji.

(35c)   Fil-każ ta’ kriżi sistemika, l-Istati Membri għandu jkollhom is-setgħa li jintervjenu direttament sabiex jipproteġu l-istabbiltà finanzjarja. L-Istati Membri għandu jkollhom is-setgħa li jiddeterminaw l-eżistenza ta’ kriżi sistemika. Meta jagħmel dan, l-Istat Membru għandu jqis il-valutazzjonijiet pubbliċi u mhux pubbliċi tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS).

(35d)   Minkejja d-disponibbiltà u l-użu effettiv ta’ setgħat tar-riżoluzzjoni, l-Istati Membri jistgħu jkollhom bżonn jistabbilizzaw temporanjament l-istituzzjoni ta’ kreditu jew id-ditta ta’ investiment permezz ta’ garanziji, injezzjoni ta’ kapital jew, finalment, sjieda pubblika temporanja biex tiġi evitata insolvenza diżordinata. Is-sjieda pubblika hija miżura aktar estrema minn għodod oħra tar-riżoluzzjoni u għandha tkun disponibbli biss f’każ estrem, fejn, fil-fehma tal-ministeru kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, l-applikazzjoni ta’ għodod oħra tar-riżoluzzjoni ma tkunx biżżejjed biex jiġu evitati effetti negattivi sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja jew għall-ħarsien tal-fondi tal-kontribwenti jekk Stat Membru jkun diġà pprovda appoġġ finanzjarju straordinarju lill-istituzzjoni jew lid-ditta.

(35e)   L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw dawn l-għodod jew fil-livell ta’ kumpanija prinċipali jew fil-livell ta’ sussidjarja, filwaqt li jaġixxu f’konformità mar-reġoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. Huma għandhom l-ewwel inaqqsu l-valur tal-istrumenti ta' kapital eżistenti u jużaw l-għodod l-oħra tar-riżoluzzjoni, jivvalutawhom u jisfruttawhom kemm jista' jkun biex jevitaw l-element tas-sussidju mill-kontribwenti għall-bank li qed ifalli filwaqt li jżommu l-istabbiltà finanzjarja. Ir-regoli f’din id-Direttiva li jesiġu li l-istrumenti tal-kapital jitnaqqsu qabel ma tintuża kwalunkwe għodda tar-riżoluzzjoni u r-regoli dwar l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għandhom jeskludu strumenti adottati fil-qafas tas-sjieda pubblika permezz tal-eżerċizzju tal-għodda tas-sjieda pubblika (jew adottati fil-qafas tas-sjieda pubblika biex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva). Filwaqt li għandu jiġi ppovdut kumpens ukoll, dan għandu jkun ibbażat fuq il-valur nett tal-istituzzjoni ta’ kreditu jew id-ditta ta’ investiment fil-punt tan-nonvijabbiltà fil-qafas ta’ proċedimenti normali ta’ insolvenza.

(35f)   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda appoġġ ta’ kapital pubbliku ma jingħata permezz tal-għodod ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern li għalihom tipprovdi din id-Direttiva sakemm l-azzjonisti eżistenti ma jkunux iffaċċjaw telf sal-ammont totali tal-parteċipazzjoni ta’ ekwità tagħhom u t-telf ġie allokat lil kredituri sa punt xieraq. Qligħ kif ukoll telf potenzjali li jirriżultaw mit-tħaddim tal-għodod ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern għandhom jiġu attribwiti lill-fond tar-riżoluzzjoni. Billi jieħdu f’idejhom is-sjieda, l-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-kontribwenti jibbenefikaw mill-profitti ladarba l-bank jerġa’ jiġi privatizzat, u dan għandu jsir malli ċ-ċirkostanzi kummerċjali u finanzjari jippermettu. L-Istati Membri għandhom ikomplu jiżguraw li istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment taħt sjieda pubblika temporanja tkun immaniġġjata fuq bażi purament kummerċjali u professjonali.

(36)     L-għodod tar-riżoluzzjoni għandhom jinkludu l-bejgħ tan-negozju lil xerrej privat, l-istabbiliment ta' istituzzjoni tranżitorja, is-separazzjoni tal-assi l-ħżiena minn dawk tajba tal-istituzzjoni li tkun qed tfalli, u r-rikapitalizzazzjoni interna tal-istituzzjoni li tkun qed tfalli.

(37)     Fejn l-għodod tar-riżoluzzjoni jkunu ntużaw sabiex jiġu ttrasferiti s-servizzi sistemikament importanti jew in-negozju vijabbli ta’ istituzzjoni għal entità soda bħal akkwirent mis-settur privat jew istituzzjoni tranżitorja, il-parti reżidwa tal-istituzzjoni għandha tiġi likwidata f’qafas ta’ żmien xieraq wara li tkun ġiet ikkunsidrata kwalunkwe ħtieġa għall-istituzzjoni li qed tfalli li tipprovdi servizzi jew appoġġ sabiex l-akkwirent jew l-istituzzjoni tranżitorja tkun tista' tkompli twettaq l-attivitajiet jew is-servizzi akkwistati permezz ta’ dak it-trasferiment.

(38)     L-għodda ta' bejgħ ta’ negozju għandha tippermetti lill-awtoritajiet ibigħu l-istituzzjoni jew parti minn negozju tagħha lil akkwirent wieħed jew aktar mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti. Meta tiġi applikata l-għodda tal-bejgħ ta' negozju, l-awtoritajiet għandhom jagħmlu arranġament għall-kummerċjalizzazzjoni ta' dik l-istituzzjoni jew parti min-negozju tagħha f'proċess miftuħ, trasparenti u nondiskriminatorju, waqt li jimmiraw lejn il-massimizzazzjoni tal-prezz tal-bejgħ safejn possibbli.

(39)     Għall-iskop li jiġi protett id-dritt tal-azzjonisti u l-kredituri li jirċievu mhux anqas minn dak li kienu jirċievu fi proċeduri normali ta' insolvenza, kwalunkwe introjtu mit-trasferiment parzjali ta' assi għandu jibbenefika lill-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni. Fil-każ ta' trasferiment tal-ishma kollha jew tal-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha tal-istituzzjoni, kwalunkwe introjtu mit-trasferiment għandu jibbenefika lill-azzjonisti tal-istituzzjoni falluta. L-introjtu għandu jiġi kkalkulat nett bl-ispejjeż li jinħolqu mill-falliment tal-istituzzjoni u mill-proċess tar-riżoluzzjoni.

(40)     Sabiex jitwettaq il-bejgħ tan-negozju bla telf ta’ żmien u tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja, il-valutazzjoni tax-xerrej ta' parteċipazzjoni kwalifikanti għandha titwettaq mingħajr dewmien b'deroga mill-iskadenzi stabbiliti bid-Direttiva 2006/48/KE.

(41)     Informazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ istituzzjoni li qed tfalli u n-negozjati ma’ akkwirenti potenzjali qabel l-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju x'aktarx li tkun ta' importanza sistemika. Sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja, id-divulgazzjoni lill-pubbliku ta’ din l-informazzjoni meħtieġa mid-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq)[13] tista' tiġi ttardjata saż-żmien meħtieġ sabiex tiġi ppjanata u strutturata r-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni skont id-dewmien permess taħt ir-reġim tal-abbuż tas-suq.

(42)     Bħala istituzzjoni kkontrollata mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, istituzzjoni tranżitorja jkollha bħala l-għan prinċipali tagħha li tiżgura li servizzi finanzjarji essenzjali jkomplu jiġu pprovduti lill-klijenti tal-istituzzjoni insolventi u li attivitajiet finanzjarji essenzjali jkomplu jitwettqu. L-istituzzjoni tranżitorja għandha tiġi operata bħala negozju avvjat vijabbli u għandha titqiegħed lura fis-suq kemm jista’ jkun malajr jew tiġi stralċjata jekk ma tkunx vijabbli.

(43)     L-għodda tas-separazzjoni tal-assi għandha tippermetti lill-awtoritajiet jittrasferixxu assi bi prestazzjoni baxxa jew danneġġati lil veikolu separat. Din l-għodda għandha tintuża biss flimkien ma’ għodod oħra sabiex jiġi evitat vantaġġ kompetittiv mhux mistħoqq għall-istituzzjoni li qed tfalli.

(44)     Reġim tar-riżoluzzjoni effettiv għandu ▌jiżgura li mhux biss l-azzjonisti iżda anke l-kredituri ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment li qed ifallu jsofru telf xieraq▌. Dan għandu jagħtihom inċentiv iktar b’saħħtu biex jimmonitorjaw l-istituzzjonijiet ta' kreditu f’ċirkostanzi normali. Dan ser inaqqas ukoll l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni ta' istituzzjoni jew ditta li tkun qed tfalli li jġarrbu l-kontribwenti u jagħmilha possibbli li istituzzjonijiet u ditti kbar u sistemiċi jiġu riżolti mingħajr ma jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja. L-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tilħaq dawn l-għanijiet billi tiżgura li l-pretensjonijiet tal-kredituri tal-istituzzjoni jew tad-ditta jkunu jistgħu jitnaqqsu jew jiġu konvertiti f’ekwità kif inhu xieraq biex il-kapital tal-istituzzjoni jew tad-ditta jiġi rkuprat. Għal dan il-għan, il-Bord għall-Istabbilità Finanzjarja rrakkomanda li s-setgħat statutorji tat-tnaqqis fil-valur tad-dejn għandhom jiġu inklużi f'qafas għar-riżoluzzjoni, bħala alternattiva addizzjonali flimkien ma’ għodod oħra tar-riżoluzzjoni. Il-potenzjal tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna li taffettwa s-sitwazzjoni ta’ finanzjament ta’ istituzzjonijiet jew ditti oħra jfisser li f’ambjent fraġli għandu jintuża b’attenzjoni xierqa għall-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja.

(45)     Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom il-flessibbiltà meħtieġa sabiex jallokaw telf lill-kredituri f’firxa ta' ċirkostanzi, huwa xieraq li dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna kemm fejn l-għan huwa li l-istituzzjoni li qed tfalli tiġi riżolta bħala negozju avvjat, kif ukoll fejn ikun hemm prospett realistiku li l-vijabbiltà tal-istituzzjoni tista' tiġi restawrata u fejn servizzi sistemikament importanti jiġu ttrasferiti lil istituzzjoni tranżitorja u l-parti reżidwa tal-istituzzjoni tieqaf topera u tiġi stralċjata.

(46)     Fejn l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tiġi applikata bil-għan li jiġi restawrat il-kapital tal-istituzzjoni ta' kreditu jew tad-ditta ta’ investiment li qed tfalli sabiex tkun tista’ tkompli topera bħala negozju avvjat, ir-riżoluzzjoni permezz tar-rikapitalizzazzjoni interna għandha dejjem tiġi akkompanjata minn ristrutturar sussegwenti tal-istituzzjoni jew tad-ditta u l-attivitajiet tagħha b’mod li jiġu indirizzati r-raġunijiet tal-falliment tagħha. Dak ir-ristrutturar għandu jinkiseb permezz tal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju. Fejn applikabbli, tali pjanijiet jeħtieġ li jkunu kompatibbli mal-pjan ta’ ristrutturazzjoni li l-istituzzjoni jew id-ditta huma meħtieġa jissottomettu lill-Kummissjoni skont il-qafas tal-Unjoni għall-għajnuna mill-Istat. Partikolarment, flimkien mal-miżuri mmirati biex jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni jew tad-ditta, il-pjan għandu jinkludi miżuri li jillimitaw għall-minimu l-għajnuna u l-kondiviżjoni tal-piżijiet u miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

(47)     Mhuwiex xieraq li tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna fuq pretensjonijiet safejn dawn ikunu ggarantiti, ikkollateralizzati jew iggarantiti mod ieħor. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tkun effettiva u tikseb l-għanijiet tagħha, huwa tajjeb li tkun tista’ tiġi applikata għal firxa kemm jista’ jkun wiesgħa ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti ta’ istituzzjoni li qed tfalli. Madankollu, huwa xieraq li jiġu esklużi ċerti tipi ta’ obbligazzjonijiet mhux garantiti mill-ambitu tal-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. Għar-raġunijiet ta' politika pubblika u tar-riżoluzzjoni effettiva, l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna ma għandhiex tapplika għal dawk id-depożiti li huma protetti skont id-Direttiva 94/19/KE[14] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, għall-obbligazzjonijiet lejn l-impjegati tal-istituzzjoni li qed tfalli jew għal pretensjonijiet kummerċjali relatati ma’ oġġetti u servizzi meħtieġa għall-funzjonament ta’ kuljum tal-istituzzjoni.

(47a)   Meta jitqiesu r-riskji tal-kontaġju, l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw mill-operazzjonijiet tas-suq monetarju interbankarju b’maturità oriġinali ta’ inqas minn xahar għandhom ukoll jiġu esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna.

(48)     Billi l-protezzjoni tad-depożituri hija waħda mill-għanijiet l-iżjed importanti tar-riżoluzzjoni, id-depożiti assigurati ma għandhomx ikunu soġġetti għal eżerċizzju tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna. ▌L-eżerċizzju tas-setgħat tar-rikapitalizzazzjoni interna se jiżgura li d-depożituri jkomplu jkollhom aċċess għad-depożiti tagħhom ▌.

(48a)   Barra minn hekk, l-obbligazzjonijiet għad-depożitu ta' skemi ta' garanzija għandhom ukoll jiġu esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna.

(49)     Ġeneralment, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna b'mod li jirrispetta l-ġerarkija tal-pretensjonijiet stabbilita f'din id-Direttiva, ħlief meta allokazzjoni differenti ta' telf fost l-obbligazzjonijiet tal-istess grad tkun neċessarja biex tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, jew biex tnaqqas it-telf aggregat għall-benefiċċju tal-investituri u s-soċjetà b'mod ġenerali u tkun koerenti mal-klassifika statutorja tal-pretensjonijiet taħt il-liġi applikabbli tal-insolvenza. It-telf għandu l-ewwel jiġi assorbit minn strumenti regolatorji tal-kapital u għandu jiġi allokati lill-azzjonisti jew permezz ta' kanċellazzjoni ta' ishma jew permezz ta’ dilwizzjoni severa. Fejn dawk l-istrumenti ma jkunux biżżejjed, dejn subordinat għandu jiġi kkonvertit jew jitnaqqas. Fl-aħħar nett, obbligazzjonijiet ta' preferenza għandhom jiġu kkonvertiti jew imnaqqsa jekk il-klassijiet subordinati jkunu ġew konvertiti jew mnaqqsa għal kollox. Fost obbligazzjonijiet ta' preferenza, depożiti mhux koperti għandhom ikunu l-aħħar kategorija ta' obbligazzjonijiet li jiġu rikapitalizzati internament.

(50)     Sabiex jiġi evitat li l-istituzzjonijiet jistrutturaw l-obbligazzjonijiet tagħhom b’mod li jimpedixxi l-effettività tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna huwa xieraq li jiġi stabbilit li l-istituzzjonijiet għandhom ikollhom il-ħin kollu ammont aggregat ta' fondi proprji, dejn subordinat u obbligazzjonijiet ta' preferenza soġġett għall-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna espressi bħala perċentwali tat-total tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni, li ma jikkwalifikawx bħala fondi proprji għall-finijiet tad-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2006/49/KE bl-esklużjoni tal-bonds kif iddefiniti fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/65/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (bonds koperti). L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ukoll ikunu jistgħu jeħtieġu li dan il-perċentwali jkun totalment jew parzjalment magħmul minn fondi proprji u dejn subordinat.

(51)     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li strumenti kapitali tal-Grad 1 u l-Grad 2 Addizzjonali jassorbu bis-sħiħ it-telf hekk kif l-istituzzjoni tal-ħruġ issir nonvijabbli. Għaldaqstant, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni f'dak il-punt għandhom ikunu meħtieġa jnaqqsu għal kollox il-valur ta’ dawk l-istrumenti, jew ibiddluhom fi strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, fil-punt tan-nonvijabbiltà u qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni tar-riżoluzzjoni oħra. Għal dan il-għan, il-punt tan-nonvijabbiltà għandu jinftiehem bħala l-punt li fih l-awtorità nazzjonali rilevanti tiddetermina li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni jew il-punt li fih l-awtorità tiddeċiedi li l-istituzzjoni ma tibqax vijabbli jekk dawk l-istrumenti kapitali ma jitnaqqsilhomx il-valur. Il-fatt li l-istrumenti se jitnaqqsilhom il-valur jew jiġu kkonvertiti mill-awtoritajiet fiċ-ċirkostanzi meħtieġa minn din id-Direttiva għandu jiġi rikonoxxut fit-termini li jirregolaw l-istrument, u fi kwalunkwe prospett jew dokumenti ta' offerta pubblikati jew ipprovduti f'konnessjoni mal-istrumenti.

(52)     L-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, li żżomm l-istituzzjoni bħala negozju avvjat, għandha timmassimizza l-valur tal-pretensjonijiet tal-kredituri, itejjeb iċ-ċertezza u tassigura lill-kontropartijiet. Sabiex iserrħu moħħ l-investituri u l-kontropartijiet tas-suq u sabiex jiġi minimizzat l-impatt tagħha huwa meħtieġ li l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna ma tkunx tista' tiġi applikata qabel l-1 ta' Lulju 2016.

(52a)   L-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għandha tiġi mfassla u applikata b’mod li ma tirriskjax kontaġju għal istituzzjonijiet ta’ kreditu jew ditti ta’ investiment għajr dawk soġġetti għall-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, sabiex jiġi evitat li r-riskji jiġu amplifikati.

(52b)   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu jistgħu jagħmlu biss użu parzjali mill-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna fejn il-valutazzjoni tal-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati u fil-bqija tal-Unjoni turi li l-użu tagħha jmur kontra l-interessi ġenerali ekonomiċi u finanzjarji tal-Istat Membru jew tal-Unjoni sħiħa.

(53)     L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat legali kollha li, f'kombinazzjonijiet differenti, jistgħu jiġu eżerċitati meta jiġu applikati l-għodod tar-riżoluzzjoni. Dawn għandhom jinkludu s-setgħat ta' trasferiment tal-ishma, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, tal-istituzzjoni li tkun qed tfalli lejn entità oħra bħal istituzzjoni oħra jew istituzzjoni tranżitorja, setgħat biex tnaqqas il-valur jew tikkanċella ishma, jew tnaqqas il-valur jew tikkonverti dejn ta’ istituzzjoni li tkun qed tfalli, is-setgħa li tissostitwixxi l-maniġment u s-setgħa li timponi moratorju temporanju fuq il-pagament tal-pretensjonijiet. Jistgħu jkunu meħtieġa wkoll setgħat supplimentari, inkluża s-setgħa li tintalab il-kontinwità ta’ servizzi essenzjali minn partijiet oħra ta’ grupp.

(54)     Mhuwiex meħtieġ li jiġu preskritti l-mezzi eżatti li permezz tagħhom l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jintervjenu fl-istituzzjoni insolventi. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom l-għażla bejn li jieħdu l-kontroll permezz ta’ intervent dirett fl-istituzzjoni jew permess ta’ ordni eżekuttiva. Għandhom jiddeċiedu skont il-pjan tar-riżoluzzjoni u ċ-ċirkostanzi tal-każ. Ma jidhirx li huwa meħtieġ għal kooperazzjoni effiċjenti bejn l-Istati Membri li jiġi impost mudell uniku f’dan l-istadju.

(55)     Il-qafas tar-riżoluzzjoni għandu jinkludi rekwiżiti proċedurali sabiex jiġi żgurat li l-miżuri tar-riżoluzzjoni jiġu notifikati sew u jsiru pubbliċi. Madankollu, minħabba li l-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-konsulenti professjonali tagħhom matul il-proċess tar-riżoluzzjoni x’aktarx tkun sensittiva, qabel ma d-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni ssir pubblika, din l-informazzjoni għandha tiġi soġġetta għal reġim effettiv ta’ kunfidenzjalità.

(56)     Awtoritajiet nazzjonali għandu jkollhom setgħat anċillari sabiex tiġi żgurata l-effettività tat-trasferiment tal-ishma jew l-istrumenti tad-dejn u l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet. Dawk is-setgħat għandhom jinkludu s-setgħa li jitneħħew id-drittijiet ta' partijiet terzi mill-istrumenti jew l-assi trasferiti, is-setgħa li jiġu infurzati l-kuntratti u li jiġi pprovdut għall-kontinwità tal-arranġamenti vis-à-vis ir-reċipjent tal-assi u l-ishma trasferiti. Madankollu d-drittijiet tal-impjegati li jtemmu kuntratt ta’ impjieg ma għandhomx jiġu affettwati. Lanqas ma għandu jiġi affettwat id-dritt ta’ parti li ttemm kuntratt għal raġunijiet oħra minn barra s-sempliċi sostituzzjoni tal-istituzzjoni li qed tfalli ma' istituzzjoni ġdida. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom ukoll is-setgħat anċillari li jirrikjedu li l-istituzzjoni reżidwa, li qed tiġi stralċjata taħt proċedura normali ta’ insolvenza, tipprovdi s-servizzi meħtieġa sabiex l-istituzzjoni li lilha ġew trasferiti assi jew ishma permezz tal-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju jew l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, tkun tista’ topera n-negozju tagħha.

(57)     Skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, il-partijiet ikkonċernati għandhom id-dritt għal proċess xieraq u li jkollhom rimedju effettiv kontra l-miżuri li jaffettwawhom. Għalhekk, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju. Madankollu, billi din id-Direttiva hija intenzjonata li tkopri sitwazzjonijiet ta’ urġenza estrema, u billi s-sospensjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jfixklu l-kontinwità tal-funzjonijiet essenzjali, huwa neċessarju li jiġi pprovdut li t-tressiq ta’ kwalunkwe applikazzjoni għal reviżjoni interim u kwalunkwe ordni tal-qorti ma tistax tissospendi l-infurzar tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni. Madankollu, sabiex jiġu protetti terzi persuni li jkunu xtraw assi, drittijiet u obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni bis-saħħa tal-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni mill-awtoritajiet u biex tkun żgurata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji, l-analiżi ġudizzjarja ma għandha taffettwa l-ebda att amministrattiv u/jew tranżazzjoni konkluża fuq il-bażi tad-deċiżjoni annullata. Rimedji għal deċiżjoni inġusta għandhom għalhekk ikunu limitati għall-għoti ta’ kumpens għad-danni mġarrba mill-persuni affettwati.

(58)     Huwa fl-interess tar-riżoluzzjoni effiċjenti, u sabiex jiġu evitati l-kunflitti dwar il-ġurisdizzjoni, li ma tinfetaħ jew titkompla l-ebda proċedura normali ta’ insolvenza għall-istituzzjoni li qed tfalli waqt li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun qed teżerċita s-setgħat tar-riżoluzzjoni tagħha jew tapplika l-għodod tar-riżoluzzjoni. Huwa għalhekk utli u meħtieġ li jiġu sospiżi għal perjodu limitat ta’ żmien ċerti obbligi kuntrattwali sabiex l-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha ż-żmien tpoġġi fil-prattika l-għodod tar-riżoluzzjoni.

(59)     Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, meta jittrasferixxu assi u obbiligazzjonijiet lil akkwirent mis-settur privat jew lill-istituzzjoni tranżitorja, ikollhom perjodu adegwat sabiex jidentifikaw kuntratti li jeħtieġ li jiġu ttrasferiti, huwa xieraq li jiġu imposti restrizzjonijiet proporzjonati fuq id-drittijiet tal-kontrapartijiet li jagħlqu, jaċċelleraw jew inkella jtemmu kuntratti finanzjarji qabel ma jsir it-trasferiment. Din ir-restrizzjoni hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jiksbu stampa vera tal-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni li qed tfalli, mingħajr il-bidliet fil-valur u l-kamp ta' applikazzjoni li l-eżerċizzju estensiv tad-drittijiet tat-terminazzjoni jkun jinvolvi. Sabiex ma tinterferixxix aktar milli meħtieġ mad-drittijiet kuntrattwali tal-kontropartijiet, ir-restrizzjoni fuq id-drittijiet tat-terminazzjoni għandha tapplika biss fir-rigward tal-azzjoni tar-riżoluzzjoni, u d-drittijiet għat-terminazzjoni li joriġinaw minn kwalunkwe inadempjenza oħra, inkluża inadempjenza ta’ pagament jew il-ħolqien ta' marġini, għandhom jibqgħu.

(60)     Sabiex jiġu preservati arranġamenti leġittimi fis-suq kapitali fil-każ ta’ trasferiment ta’ xi assi, drittijiet u obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, ta’ istituzzjoni li qed tfalli, huwa xieraq li jiġu inklużi salvagwardji sabiex jiġi evitat li jinqasmu obbligazzjonijiet, drittijiet u kuntratti konnessi. Din ir-restrizzjoni fuq prassi magħżula fir-rigward ta' kuntratti konnessi għandha tkun estiża għal kuntratti mal-istess kontraparti koperti minn arranġamenti ta’ garanzija, arranġamenti ta’ kollateral finanzjarju għat-trasferimenti tat-titoli, arranġamenti ta’ tpaċija, arranġamenti ta' saldu abbażi tal-valur nett u arraġamenti finanzjarji strutturati. Fejn tapplika s-salvagwardja, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu marbuta jittrasferixxu l-kuntratti konnessi kollha fi ħdan arranġament protett, jew iħalluhom kollha fil-bank fallut residwu. Dawn is-salvagwardji għandhom jiżguraw li t-trattament regolatorju tal-kapital ta’ skoperturi koperti minn ftehim tal-kalkolu tal-valur nett għall-finijiet tad-Direttiva 2006/48/KE ma jiġix affettwat.

(61)     Meta l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom ħsieb li jittrasferixxu sett ta’ kuntratti konnessi, u t-trasferiment ma jistax ikun effettiv fir-rigward tal-kuntratti kollha inklużi fis-sett minħabba li xi drittijiet jew obbligazzjonijiet koperti bil-kuntratti huma rregolati mil-liġi tat-territorju barra l-Unjoni, it-trasferiment ma għandux isir. Kwalunkwe trasferiment bi ksur ta' din ir-regola, għandu jkun null.

(62)     Filwaqt li l-iżgurar li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom l-istess għodod u setgħat għad-dispożizzjoni tagħhom se jiffaċilita azzjoni koordinata fil-każ ta’ falliment ta’ grupp transfruntier, aktar azzjoni tidher meħtieġa sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni u jiġu evitati reazzjonijiet nazzjonali frammentati. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu meħtieġa jikkonsultaw ma’ xulxin u jikkooperaw meta jirriżolvu entitajiet affiljati f’kulleġġi tar-riżoluzzjoni bil-ħsieb li jiftiehmu dwar skema tar-riżoluzzjoni ta' grupp. Il-kulleġġi tar-riżoluzzjoni għandhom jiġu stabbiliti madwar il-qalba tal-kulleġġi superviżuri eżistenti permezz tal-inklużjoni tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, u l-involviment meta xieraq tal-Ministeri tal-Finanzi, għal entitajiet fi grupp. Fil-każ ta’ kriżi, il-kulleġġ tar-riżoluzzjoni għandu jipprovdi forum għall-iskambju ta’ informazzjoni u l-koordinazzjoni ta' miżuri tar-riżoluzzjoni.

(63)     Ir-riżoluzzjoni ta’ gruppi transfruntieri għandha ssib bilanċ bejn il-ħtieġa, fuq naħa waħda, għal proċeduri li jqisu l-urġenza tas-sitwazzjoni u jippermettu soluzzjonijiet effiċjenti, ġusta u fil-ħin għall-grupp kollu u, min-naħa l-oħra, il-ħtieġa li titħares l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni differenti għandhom jaqsmu l-fehmiet tagħhom fil-kulleġġ tar-riżoluzzjoni. L-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni proposti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandhom ikunu ppreparati u diskussi bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni nazzjonali differenti fil-kuntest tal-pjanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp. Il-kulleġġi tar-riżoluzzjoni għandhom jinkorporaw il-fehmiet tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri kollha li fihom huwa attiv il-grupp, sabiex jiffaċilitaw deċiżjonijiet rapidi u konġunti kull fejn possibbli. L-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp dejjem għandhom iqisu l-impatt tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri fejn jopera l-grupp. Dan għandu jiġi żgurat mill-possibbiltà tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru li fih hija stabbilita s-sussidjarja li toġġezzjona għad-deċiżjonijiet tal-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-grupp, mhux biss dwar l-adegwatezza tal-azzjonijiet u l-miżuri tar-riżoluzzjoni iżda wkoll minħabba l-ħtieġa li tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja f'dak l-Istat Membru. ▌

(63a)   Din id-Direttiva għandha tipprovdi qafas għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ta’ grupp u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti l-oħra biex jiżviluppaw approċċ ta’ grupp għar-riżoluzzjoni. Jekk ifalli l-approċċ ta’ grupp koerenti għar-riżoluzzjoni, in-nazzjonalizzazzjoni tal-gruppi bankarji skont l-entità legali li tista’ tiġi imposta mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tpoġġi l-integrità tas-suq intern f’riskju, u tista’ tinċentiva lill-Istati Membri jsalvaw il-gruppi bankarji u l-entitajiet ġuridiċi.

(64)     Il-produzzjoni ta’ skema tar-riżoluzzjoni tal-grupp għandha tiffaċilita riżoluzzjoni koordinata li għandha probabbiltà akbar li twassal l-aħjar riżultat għall-istituzzjonijiet kollha ta' grupp. L-iskema tar-riżoluzzjoni tal-gruppi għandha tiġi proposta mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-gruppi; għandha tkun vinkolanti għall-membri tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni. ▌

(65)     Bħala parti minn skema tar-riżoluzzjoni tal-grupp, awtoritajiet nazzjonali għandhom jiġu mistiedna japplikaw l-istess għodda għall-entitajiet legali li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni. ▌L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandu jkollhom ▌ is-setgħa li japplikaw l-istituzzjoni ta' bank tranżitorju fil-livell tal-grupp (li jista' jinvolvi, fejn xieraq, arranġamenti ta’ kondiviżjoni tal-piż) sabiex jiġi stabbilizzat il-grupp bħala entità sħiħa. Is-sjieda ta’ sussidjarji tista’ tiġi trasferita lill-bank tranżitorju bil-ħsieb li jinbigħu, jew bħala pakkett jew waħidhom, meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu tajbin. Barra minn hekk, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandu jkollha s-setgħa tapplika l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna fil-livell tal-kumpanija prinċipali. Minbarra dan, kwalunkwe awtorità tar-riżoluzzjoni li hija membru tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni tista’ tieħu azzjoni flimkien mal-iskema tar-riżoluzzjoni tal-grupp jekk tqis li dan ikun meħtieġ biex tipproteġi l-istabbiltà finanzjarja jew biex tipproteġi l-interess pubbliku.

(66)     Riżoluzzjoni effettiva ta’ istituzzjonijiet u gruppi attivi internazzjonalment teħtieġ ftehimiet ta’ kooperazzjoni bejn l-Unjoni u awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ta’ pajjiżi terzi. Il-kooperazzjoni se tiġi ffaċilitata jekk ir-reġimi tar-riżoluzzjoni tal-pajjiżi terzi jkunu bbażati fuq prinċipji u approċċi komuni li qed jiġu żviluppati mill-Bord għall-Istabbilità Finanzjarja u l-G20. Għal dan il-għan l-ABE għandha tiżviluppa u tidħol f'qafas ta' arranġamenti amministrattivi mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 1093/2010 u l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jikkonkludu arranġamenti bilaterali konformi, sa fejn possibbli, mal-qafas ta' arranġamenti tal-ABE. L-iżvilupp ta’ dawn l-arranġamenti bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-immaniġġjar ta' falliment ta’ ditti globali għandu jkun mezz sabiex jiġu żgurati ppjanar effettiv, teħid ta' deċiżjonijiet u koordinazzjoni fir-rigward ta' gruppi internazzjonali. L-ABE għandha wkoll tiġi fdata bir-rikonoxximent ta' miżuri meħuda mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni f'pajjiżi terzi. ▌

(67)     Għandu jkun hemm kooperazzjoni kemm fir-rigward tas-sussidjarji ta' gruppi mill-Unjoni jew pajjiż terz kif ukoll fir-rigward ta' fergħat ta' istituzzjonijiet fl-Unjoni jew pajjiż terz. Sussidjarji ta' gruppi minn pajjiż terz huma intrapriżi stabbiliti fl-Unjoni u għalhekk huma totalment soġġetti għall-liġi tal-Unjoni, inklużi l-għodod tar-riżoluzzjoni previsti f'din id-Direttiva. Madankollu huwa meħtieġ li l-Istati Membri jżommu d-dritt li japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni wkoll għal fergħat ta' istituzzjonijiet li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom f'pajjiżi terzi, meta r-rikonoxximent u l-applikazzjoni ta' proceduri tal-pajjiż terz relatati mal-fergħa jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni jew meta d-depożituri tal-Unjoni ma jirċivux trattament ugwali bħad-depożituri tal-pajjiż terz. Għal dawn ir-raġunijiet l-ABE għandu jkollha d-dritt, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni, li tirrifjuta r-rikonoxximent ta' proceduri ta' pajjiż terz fir-rigward ta' fergħat fl-Unjoni ta' istituzzjonijiet minn pajjiżi terzi. Jekk tali trattament inugwali tad-depożituri jkun meħtieġ mill-liġijiet bankarji, tar-riżoluzzjoni jew tal-insolvenza tal-pajjiż terz, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt ukoll li jimponu r-rekwiżit tal-ħolqien ta’ kumpaniji kkontrollati minn qabel fuq dawn il-fergħat.

(68)     Hemm ċirkostanzi meta l-effettività tal-għodod tar-riżoluzzjoni applikati tista’ tiddependi fuq id-disponibbiltà ta’ finanzjament fuq perjodu ta’ żmien qasir għall-istituzzjoni jew l-istituzzjoni tranżitorja, il-forniment ta’ garanziji lill-akkwirenti potenzjali, jew il-forniment ta’ kapital lill-istituzzjoni tranżitorja. Minkejja r-rwol ta' banek ċentrali fil-forniment ta' likwidità lis-sistema finanzjarja anke fi żminijiet ta’ stress, huwa importanti li l-Istati Membri jistabbilixxu arranġamenti ta’ finanzjament sabiex jiġi evitat li l-fondi meħtieġa għal dawn l-għanijiet jiġu mill-baġits nazzjonali. Għandha tkun l-industrija finanzjarja, kollha kemm hi, li tiffinanzja l-istabbilizzazzjoni tas-sistema finanzjarja.

(69)     Bħala prinċipju, il-kontribuzzjonijiet għandhom jinġabru mill-industrija qabel kwalunkwe operazzjoni tar-riżoluzzjoni u indipendentement minnhom. Meta l-finanzjament minn qabel ma jkunx biżżejjed sabiex ikopri t-telf jew l-ispejjeż imġarrba mill-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament, kontribuzzjonijiet addizzjonali għandhom jinġabru sabiex jagħmlu tajjeb għall-ispiża jew it-telf addizzjonali. Skemi ta' protezzjoni istituzzjonali jistgħu jitqiesu bħala arranġamenti ta' finanzjament. L-Istati Membri li joperaw imposta bankarja ta' daqs u struttura adegwati għandhom ikunu jistgħu jqisu tali struttura bbażata fuq imposta bħala l-arranġament ta' finanzjament tagħhom.

(70)     Sabiex tintlaħaq massa kritika u biex jiġu evitati effetti proċikliċi li jinħolqu jekk l-arranġamenti ta’ finanzjament kellhom jiddependu biss fuq kontribuzzjonijiet ex post fi kriżi sistemika, huwa indispensabbli li l-mezzi finanzjarji disponibbli ex-ante tal-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament jammontaw għal ċertu livell prestabbilit. ▌

(70a)   L-arranġamenti ta' finanzjament nazzjonali għandhom jiġu kkontrollati u l-Istat Membru għandu jkollu s-sjieda tagħhom. Il-pagamenti favur l-arranġamenti ta’ finanzjament u minnhom għandhom ikunu simetriċi. Id-dħul u l-irkupru mill-miżuri kollha tar-riżoluzzjoni ffinanzjati mill-arranġamenti ta' finanzjament għandhom jiġu mgħoddija lura lejn l-arranġament ta’ finanzjament. Tali dħul jista’ jinkludi tariffi għal garanziji. Bl-istess mod, l-ishma fl-istituzzjonijiet ta’ kreditu jew fid-ditti ta’ investiment li ġew rikapitalizzati bl-użu ta’ arranġamenti ta’ finanzjament għandhom ikunu proprjetà tal-arranġamenti ta' finanzjament. Meta l-perjodu tar-riżoluzzjoni jintemm u tali ishma jinbiegħu, id-dħul kollu għandu jiġi mgħoddi lejn l-arranġamenti ta’ finanzjament.

(71)     Sabiex tiġi żgurata kalkolazzjoni ġusta tal-kontribuzzjonijiet u jiġi inċentivat l-operat taħt mudell anqas riskjuż, il-kontribuzzjonijiet għall-arranġamenti ta' finanzjament nazzjonali għandhom iqisu l-grad tar-riskji tal-kreditu, tal-likwidità u tas-suq li jieħdu l-istituzzjonijiet ta' kreditu.

(72)     L-iżgurar tar-riżoluzzjoni effettiva ta' istituzzjonijiet finanzjarji li qed ifallu fl-Unjoni huwa element essenzjali tal-kompletar tas-suq intern. Il-falliment ta' dawn l-istituzzjonijiet għandu effett mhux biss fuq l-istabbiltà finanzjarja tas-swieq fejn joperaw direttament iżda wkoll fuq is-suq finanzjarju kollu tal-Unjoni. It-tlestija tas-suq intern fis-servizzi finanzjarji tirrinforza l-interazzjoni bejn is-sistemi finanzjarji nazzjonali differenti. Istituzzjonijiet li joperaw barra l-Istat Membru tal-istabbiliment tagħhom u huma interrelatati ma' xulxin permezz tal-interbank u swieq oħra, essenzjalment huma pan-Ewropej. L-iżgurar tal-finanzjament effettiv tar-riżoluzzjoni ta’ dawk l-istituzzjonijiet b’kundizzjonijiet ugwali madwar l-Istati Membri huwa fl-aħjar interess tal-Istati Membri fejn joperaw kif ukoll tal-Istati Membri kollha inġenerali bħala mezz sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet ugwali ta’ kompetizzjoni u jitjieb it-tħaddim tas-suq finanzjarju uniku tal-Unjoni. L-istabbiliment ta' Sistema Ewropea ta’ Arranġamenti ta’ Finanzjament għandu jiżgura li l-istituzzjonijiet kollha li joperaw fl-Unjoni jkunu soġġetti għal arranġamenti ta' finanzjament tar-riżoluzzjoni ugwalment effettivi u jikkontribwixxi għall-istabbiltà tas-suq uniku.

(73)     Sabiex tinbena r-reżiljenza tas-Sistema Ewropea ta’ Arranġamenti ta’ Finanzjament, u f'konformità mal-objettiv li jeħtieġ li l-finanzjament għandu jiġi primarjament mingħand l-industrija minflok mill-baġits pubbliċi, f'każ ta' bżonn l-arranġamenti nazzjonali għandu jkollhom is-setgħa li jisselfu mingħand xulxin. Tali għoti u teħid b'self għandhom isiru fuq bażi volontarja.

(74)     Filwaqt li l-arranġamenti ta’ finanzjament huma stabbiliti fil-livell nazzjonali, huma għandhom ikunu mutwalizzati fil-kuntest tar-riżoluzzjoni tal-gruppi. ▌

(76)     F’każ li d-depożiti jiġu trasferiti lil istituzzjoni ta’ kreditu oħra fil-kuntest tar-riżoluzzjoni ta' istituzzjoni ta’ kreditu, id-depożituri ma għandhomx jiġu assigurati lil hinn mil-livell ta' kopertura prevista fid-Direttiva 94/19/KE. Għalhekk pretensjonijiet fir-rigward ta’ depożiti li jibqgħu fl-istituzzjoni ta’ kreditu taħt riżoluzzjoni għandhom jiġi limitati għad-differenza bejn il-fondi trasferiti u l-livell ta' kopertura previst mid-Direttiva 94/19/KE. Meta d-depożiti trasferiti jkunu superjuri mil-livell ta’ kopertura, id-depożituri ma għandu jkollu l-ebda pretensjoni kontra l-iskema ta' garanzija tad-depożiti fir-rigward tad-depożiti li jibqgħu fl-istituzzjoni ta' kreditu taħt riżoluzzjoni.

(77)     L-istabbiliment ta’ arranġamenti ta’ finanzjament li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Arranġamenti ta’ Finanzjament stabbilita f’din id-Direttiva għandu jiżgura l-koordinazzjoni tal-użu tal-fondi disponibbli fil-livell nazzjonali għal riżoluzzjoni.

(78)     Standards tekniċi fis-servizzi finanzjarji għandhom jiżguraw armonizzazzjoni konsistenti u protezzjoni adegwata tad-depożituri, l-investituri u l-konsumaturi madwar l-Unjoni. Bħala korp b'kompetenza esperta speċjalizzata ħafna, ikun effiċjenti u xieraq li l-ABE tiġi fdata bl-elaborazzjoni ta’ abbozz ta' standards tekniċi regolatorji u implimentattivi li ma jinvolvux alternattivi politiċi, biex jiġu sottomessi lill-Kummissjoni.

(79)     Il-Kummissjoni għandha tadotta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji żviluppat mill-ABE permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(80)     Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sabiex ▌tispeċifika ċ-ċirkostanzi meta, fl-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, ishma eżistenti għandhom jiġu kkanċellati u obbligazzjonijiet għandhom jiġu kkonvertiti f'ishma, tispeċifika ċ-ċirkostanzi meta proċeduri tar-riżoluzzjoni ta' pajjiż terz ma għandhomx jiġu rrikonoxxuti, tispeċifika ċ-ċirkostanzi meta proċedimenti tar-riżoluzzjoni ta' pajjiż terz m'għandhomx ikunu rikonoxxuti, ▌tadotta kriterji mmirati lejn l-aġġustament tal-kontribuzzjonijet lill-arranġamenti ta' finanzjament għall-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet, tiddefinixxi obbligi mmirati lejn l-iżgurar tal-pagament effettiv tal-kontribuzzjonijiet lill-arranġamenti ta' finanzjament u tispeċifika l-kundizzjonijiet għal self reċiproku bejn l-arranġamenti ta' finanzjament nazzjonali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti.

(81)     Huwa xieraq li f'ċerti każijiet l-ABE l-ewwel tippromwovi l-konverġenza tal-prassi tal-awtoritajiet nazzjonali permezz ta’ linji gwida u fi stadju aktar tard, fuq il-bażi tal-konverġenza li tiżviluppa fl-applikazzjoni tal-linji gwida tal-ABE, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa tadotta atti delegati.

(82)     Meta tħejji u tfassal l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura li tittrażmetti l-informazzjoni dwar id-dokumenti relevanti minn kmieni u kontinwament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(83)     Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom tliet xhur mid-data tan-notifika biex joġġezzjonaw għal att iddelegat. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu jistgħu jinfurmaw lill-istituzzjonijiet l-oħra bil-ħsieb tagħhom li ma jqajmu l-ebda oġġezzjoni.

(84)     Fid-Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Lisbona, il-Konferenza ħadet nota tal-ħsieb tal-Kummissjoni li tkompli tikkonsulta mal-esperti maħtura mill-Istati Membri fit-tħejjija ta’ abbozzi ta’ atti ddelegati fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, f’konformità mal-prassi stabbilita tagħha.

(85)     Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi ta' implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tiġi fdata bl-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni.

(86)     Id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu[15] tipprovdi għar-rikonoxximent reċiproku u l-infurzar fl-Istati Membri kollha ta' deċiżjonijiet dwar ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li għandhom fergħat fi Stati Membri oħra għajr dawk li fihom għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom; Dik id-direttiva tiżgura li l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha tal-istituzzjoni ta’ kreditu, irrispettivament minn liema pajjiż jinsabu fih, jiġu trattati fi proċess uniku fl-Istat Membru tad-domiċilju u li kredituri fl-Istati ospitanti jiġu ttrattati bl-istess mod bħall-kredituri fl-Istat Membru tad-domiċilju; sabiex tinkiseb riżoluzzjoni effettiva, id-Direttiva 2001/24/KE għandha tapplika wkoll fil-każ tal-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni kemm meta dawn l-istrumenti jiġu applikati għal istituzzjonijiet ta' kreditu u kif ukoll meta jiġu applikati għal entitajiet oħra koperti mir-reġim tar-riżoluzzjoni; Għalhekk, id-Direttiva 2001/24/KE għandha tiġi emendata kif inhu xieraq.

(87)     Id-direttivi tal-Unjoni dwar il-liġi tal-kumpaniji jinkludu regoli mandatorji għall-protezzjoni tal-azzjonisti u l-kredituri ta’ istituzzjonijiet ta' kreditu li jaqgħu fl-ambitu ta’ dawn id-direttivi. F’sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jeħtieġ jaġixxu b’mod rapidu, dawn ir-regoli jistgħu jfixklu l-azzjoni effettiva tagħhom u l-użu ta’ għodod u setgħat tar-riżoluzzjoni u derogi għandhom jiġu previsti. Sabiex tiġi garantita ċertezza legali massima għall-partijiet interessati, id-derogi għandhom jiġu definiti b’mod ċar u strett, u għandhom jintużaw biss fl-interess pubbliku u meta jiġu ssodisfati l-iskattaturi tar-riżoluzzjoni. L-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni jissoponi li l-għanijiet tar-riżoluzzjoni u l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni stabbiliti f'din id-Direttiva huma rispettati.

(88)     It-tieni Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE tat-13 ta' Diċembru 1976 dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri ta` kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 58 tat-Trattat, dwar il-formazzjoni ta' kumpaniji pubbliċi ta' responsabbilità limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom, bil-għan li jagħmlu dawn is-salvagwardji ekwivalenti[16], fiha regoli dwar id-dritt tal-azzjonisti li jiddeċiedu dwar iż-żieda u t-tnaqqis fil-kapital, dwar id-dritt tagħhom li jipparteċipaw fi kwalunkwe ħruġ ta' ishma ġodda għal korrispettiv ta’ flus, dwar il-protezzjoni tal-kredituri f'każ ta' tnaqqis kapitali u konvokazzjoni ta' laqgħa tal-azzjonisti f'każ ta' telf serju ta' kapital. Dawn ir-regoli jistgħu jfixklu l-azzjoni rapida tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u għandhom jingħataw derogi minnhom.

(89)     Id-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-mergers ta’ kumpaniji pubbliċi b’responsabbiltà limitata[17], tistabbilixxi regoli fost l-oħrajn dwar l-approvazzjoni ta’ fużjonijiet mil-laqgħa ġenerali ta’ kull waħda mill-kumpaniji li jkunu qed jiġu fużi, dwar ir-rekwiżiti li jikkonċernaw l-abbozz tat-termini tal-fużjoni, rapport mill-maniġment u rapport tal-esperti, u dwar il-protezzjoni tal-kredituri. Is-sitt Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE tas-17 ta' Diċembru 1982 ibbażata fuq l-Artikolu 54(3)(g) tat-Trattat dwar id-diviżjoni ta' kumpaniji b`responsabbiltà pubblika limitata[18] fiha regoli simili dwar id-diviżjoni ta' kumpanniji b`responsabbiltà pubblika limitata. Id-Direttiva 2005/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar mergers transfruntieri ta' kumpanniji ta' responsabbiltà limitata[19] tipprovdi għal regoli korrispondenti dwar fużjonijet transfruntieri ta' kumpaniji b' responsabbiltà limitata. Deroga minn dawk id-direttivi għandha tiġi pprovduta sabiex tiġi permessa azzjoni rapida mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.

(90)     Id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 fuq offerti ta' xiri[20] tistabbilixxi obbligu għat-tnedija ta’ offerta mandatorja ta’ xiri fuq l-ishma kollha tal-kumpanija għall-prezz ekwitabbli, kif definit fid-direttiva, jekk xi ħadd jakkwista, direttament jew indirettament u waħdu jew flimkien ma’ oħrajn, ċertu perċentwali ta' ishma ta' dik il-kumpanija, li jagħtuh kontroll ta' dik il-kumpanija u huwa definit mil-liġi nazzjonali. L-għan tar-regola tal-offerta mandatorja huwa li jiġu protetti azzjonisti f’minoranza f’każ ta' bdil fil-kontroll. Madankollu, il-prospett ta’ dan l-obbligu għali jista’ jiskoraġġixxi investituri possibbli fl-istituzzjoni affettwata, b’hekk jagħmilha diffiċli għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li jagħmlu użu mis-setgħat tar-riżoluzzjoni kollha tagħhom. Għandha tiġi pprovduta deroga mir-regola tal-offerta mandatorja, sal-punt meħtieġ għall-użu tas-setgħat tar-riżoluzzjoni, filwaqt li wara l-perjodu tar-riżoluzzjoni r-regola tal-offerta mandatorja għandha tiġi applikata lil kull min jakkwista kontroll fl-istituzzjoni affettwata.

(91)     Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati[21], jipprevedi drittijiet proċedurali tal-azzjonijisti relatati għal-laqgħa ġenerali. Id-Direttiva 2007/36/KE tistipula fost affarijiet oħra l-perjodu minimu biex tissejjaħ laqgħa ġenerali u l-kontenut tas-sejħa. Dawn ir-regoli jistgħu jfixklu l-azzjoni rapida tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u għandha tiġi pprovduta deroga mid-direttiva. Qabel ir-riżoluzzjoni jista’ jkun hemm ħtieġa għal żieda rapida fil-kapital meta l-istituzzjoni ma tissodisfax jew x’aktarx li ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE u żieda fil-kapital x’aktarx li tirrestawra s-sitwazzjoni finanzjarja u tevita sitwazzjoni fejn il-kundizzjoni tal-limitu għar-riżoluzzjoni tiġi ssodisfata. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, għandha tiġi prevista possibbiltà li tissejjaħ laqgħa ġenerali f’perjodu ta' konvokazzjoni mqassar. Madankollu, l-azzjonisti għandhom iżommu s-setgħa tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar iż-żieda u dwar it-tqassir tal-perjodu biex tissejjaħ laqgħa ġenerali. Għandha tiġi pprovduta deroga mid-Direttiva 2007/36/KE għall-istabbiliment ta’ dan il-mekkaniżmu.

(92)     Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet responsabbli għar-riżoluzzjoni jkunu rappreżentati fis-Sistema Ewropea ta' Superviżjoni Finanzjarja stabbilita mir-Regolament (UE) Nru°1093/2010 u biex jiġi żgurat li l-ABE jkollha l-kompetenza meħtieġa biex twettaq il-kompiti previsti f’din id-Direttiva, ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 għandu jiġi emendat sabiex jinkludi l-awtoritajiet nazzjonali tar-riżoluzzjoni kif definit f'din id-Direttiva, fil-kunċett ta' awtoritajiet kompetenti stabbilit f'dak ir-Regolament. Tali assimilazzjoni bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament Nru 1093/2010 hija konsistenti mal-funzjonijiet attribwiti lill-ABE skont l-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1093/2010 li tikkontribwixxi u tipparteċipa b’mod attiv fl-iżvilupp u l-koodinazzjoni ta' pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni u li timmira lejn il-faċilitazzjoni tar-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet li qed ifallu u partikolarment ta' gruppi transfruntieri.

(93)     Sabiex tiġi żgurata l-konformità mill-istituzzjonijiet, dawk li effettivament jikkontrollaw in-negozju tagħhom u l-membri tal-korp maniġerjali tal-istituzzjonijiet bl-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva u sabiex jiġi żgurat li jkunu soġġetti għall-istess trattament fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu għal sanzjonijiet u miżuri amministrattivi li jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. Għaldaqstant, is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi stabbilti mill-Istati Membri għandhom jissodisfaw ċerti rekwiżiti essenzjali fir-rigward tad-destinatarji, il-kriterji li għandhom ikunu kkunsidrati meta japplikaw sanzjoni jew miżura, il-pubblikazzjoni tas-sanzjonijiet jew tal-miżuri, is-setgħat ta’ sanzjonar ewlenin u l-livelli ta’ sanzjonijiet pekunarji amministrattivi.

(94)     Din id-Direttiva tkopri kemm is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi sabiex tkopri l-azzjonijiet kollha applikati wara li titwettaq vjolazzjoni, u li jkunu maħsuba sabiex jipprevjenu aktar vjolazzjonijiet, irrispettivament mill-kwalifika tagħhom bħala sanzjoni jew miżura taħt il-liġi nazzjonali.

(95)     Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni fil-liġi ta’ Stat Membru b'rabta ma' sanzjonijiet kriminali.

(96)     Skont id-Dikjarazzjoni tal-Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni tat-28 ta' Settembru 2011 dwar dokumenti ta' spjegazzjoni[22], l-Istati Membri impenjaw rwieħhom li jakkumpanjaw, fil-każijiet kollha, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw r-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis it-trażmissjoni ta' tali dokumenti bħala waħda ġustifikata.

(97)     Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari d-dritt għal proprjetà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġudizzjarju ġust u d-dritt għal difiża.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

TITOLU I

KAMP TA' APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET, ▌AWTORITAJIET, KOOPERAZZJONI U ISTITUZZJONIJIET B’ATTIVITÀ TRANSFRUNTIERA

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-irkupru u r-riżoluzzjoni, tas-segwenti:

(a) istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment;

(b) istituzzjonijiet finanzjarji meta l-istituzzjoni finanzjarja hija sussidjarja ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ta' ditta ta' investiment, jew ta' kumpanija msemmija fil-punti (c) u (d) u hija koperta mis-superviżjoni tal-impriża prinċipali fuq bażi konsolidata skont is-Subtaqsima I tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tad-Direttiva 2006/48/KE;

(c) kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja, kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarji mħallta, kumpaniji b'parteċipazzjoni b'attività mħallta;

(d) kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali fi Stat Membru, kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali fl-Unjoni, kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru, kumpaniji b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta prinċipali fl-Unjoni;

(e) fergħat ta' istituzzjonijiet li għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom lil hinn mill-Unjoni f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'din id-Direttiva.

Meta jistabbilixxu u japplikaw ir-rekwiżiti skont din id-Direttiva u meta jużaw l-għodod differenti għad-dispożizzjoni tagħhom rigward entità msemmija fl-ewwel paragrafu, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu n-natura tan-negozju tagħha, il-forma legali, il-profil tar-riskju, id-daqs u l-istatus legali, l-interkonnessjoni tagħha ma' istituzzjonijiet oħra jew mas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali, il-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessività tal-attivitajiet tagħha, is-sħubija tagħha fi skema ta' protezzjoni istituzzjonali (IPS) li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 113(7) tas-[CRR] jew sistemi oħra ta' solidarjetà kooperattiva reċiproka kif imsemmi fl-Artikolu 113(6) ta' dak ir-Regolament u jekk teżerċitax kwalunkwe servizz jew attività ta’ investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39/KE.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.        Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva japplikaw id-definizzjonjiet li ġejjin:

(1) 'riżoluzzjoni' tfisser ir-ristrutturazzjoni ta’ istituzzjoni sabiex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet essenzjali tagħha, tiġi preżervata stabbiltà finanzjarja, u tiġi restawrata l-vijabbiltà ta' dik l-istituzzjoni kollha jew ta' parti minnha;

(2) 'istituzzjoni ta’ kreditu' tfisser istituzzjoni ta’ kreditu kif definita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(3) 'ditta ta' investiment' tfisser ditta ta' investiment kif definita fl-Artikolu 3(1)(b) tad-Direttiva 2006/49/KE li tkun soġġetta għar-rekwiżit kapitali inizjali speċifikat fl-Artikolu 9 ta' dik id-Direttiva;

(4) 'istituzzjoni finanzjarja' tfisser istituzzjoni finanzjarja kif definit fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(5) 'sussidjarja' tfisser sussidjarja kif definit fl-Artikolu 4(13) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(6) 'impriża prinċipali' tfisser impriża prinċipali kif definita fl-Artikolu 4(12) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(7) 'bażi kkonsolidata' tfisser fuq il-bażi tas-sitwazzjoni finanzjarja kkonsolidata tal-grupp soġġett għal superviżjoni fuq bażi konsolidata skont is-Subtaqsima I tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tad-Direttiva 2006/48/KE jew subkonsolidazzjoni skont l-Artikolu 73(2) ta' dik id-Direttiva;

(7a)     'IPS' tfisser skema ta' protezzjoni internazzjonali li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 113(7) tas-[CRR];

(8) 'kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja' tfisser istituzzjoni finanzjarja, li l-impriżi sussidjarji tagħha jkunu, jew esklussivament jew prinċipalment istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji, fejn għall-inqas waħda minn dawn is-sussidjarji tkun istituzzjoni, u li ma tkunx kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta skont it-tifsira tal-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE;

(9) 'kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta' tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta kif definita fl-Artikolu 2(15) tad-Direttiva 2002/87/KE;

(10) 'kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta' tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta kif definita fl-Artikolu 4(20) tad-Direttiva 2006/48/KE, jew kumpanija b'parteċipazzjoni b’attività mħallta kif definita fl-Artikolu 3(3(b) tad-Direttiva 2006/49/KE;

(11) 'kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali fi Stat Membru’ tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja li mhijiex sussidjarja ta' istituzzjoni awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew ta' kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mwaqqfa fi Stat Membru;

(12) 'kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali fl-Unjoni’ tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali li mhijiex sussidjarja ta’ istituzzjoni awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru jew ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta oħra mwaqqfa fi kwalunkwe Stat Membru;

(13) 'kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta prinċipali fi Stat Membru' tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta li mhijiex sussidjarja ta' istituzzjoni awtorizzata fl-istess Stat Membru, jew ta' kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja jew ta' kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta mwaqqfa fl-istess Stat Membru;

(14) 'kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta prinċipali tal-Unjoni' tfisser kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali li ma tkunx sussidjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru, jew ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja oħra jew ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta stabbilta fi kwalunkwe Stat Membru;

(15) 'għanijiet tar-riżoluzzjoni' tfisser l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 26(2);

(16) 'fergħa' tfisser fergħa kif definita fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(17) 'awtorità tar-riżoluzzjoni' tfisser awtorità nnominata minn Stat Membru skont l-Artikolu 3;

(18) 'għodda tar-riżoluzzjoni' tfisser l-għodda ta' bejgħ ta’ negozju, l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja, l-għodda tas-separazzjoni tal-assi jew l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna;

(19) ‘setgħa tar-riżoluzzjoni’ tfisser kwalunkwe setgħa msemmija fl-Artikoli 56 sa 63;

(20) 'awtorità kompetenti' tfisser awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4(40) tas-[CRR] u l-Bank Ċentrali Ewropew fil-funzjoni superviżorja tiegħu skont ir-[Regolament MSU/BĊE];

(21) 'ministeri kompetenti' tfisser il-ministeri tal-finanzi jew ministeri oħra responsabbli għal deċiżjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u baġitarji skont il-kompetenzi nazzjonali;

(22) 'kontroll' tfisser ir-relazzjoni bejn impriża prinċipali u sussidjarja, kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 83/349/KEE, jew relazzjoni simili bejn kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika u impriża;

(23) 'istituzzjoni' tfisser istituzzjoni ta’ kreditu jew ditta ta’ investiment;

(24) 'maniġment' tfisser persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tal-istituzzjoni ta' kreditu skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/48/KE;

(24a)   'korp tal-maniġment' tfisser korp tal-maniġment kif definit fl-Artikolu 3(1)(7) ta' [CRD IV];

(24b)   'maniġment superjuri' tfisser maniġment superjuri kif definit fl-Artikolu 3(1)(9) ta' [CRD IV];

(25) 'grupp' tfisser impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha;

(26) 'għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja' tfisser Għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jew kwalunkwe għajnuna finanzjarja pubblika oħra fil-livell sovranazzjonali, li, jekk tiġi pprovduta fil-livell nazzjonali, tikkostitwixxi Għajnuna mill-Istat, li tiġi pprovduta sabiex tiġi ppreservata jew irrestawrata l-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza ta' istituzzjoni;

(26a)   ‘kriżi sistemika’ tfisser taqlib fis-sistema finanzjarja bil-potenzjal ta’ konsegwenzi negattivi serji għas-suq intern u l-ekonomija reali. It-tipi kollha ta’ intermedjarji, swieq u infrastrutturi finanzjarji jistgħu jkunu potenzjalment xi ftit jew wisq sistemikament importanti.

(27) 'entità fi grupp' tfisser entità legali li hija parti minn grupp;

(28) 'pjan ta’ rkupru' tfisser pjan imfassal u mantenut minn istituzzjoni skont l-Artikolu 5;

(29) 'funzjonijiet kritiċi' tfisser dawk l-attivitajiet, servizzi u operati li t-twaqqif tagħhom x’aktarx jirriżulta fi tfixkil tal-ekonomija ta' Stat Membru wieħed jew aktar jew tas-swieq finanzjarji tiegħu/tagħhom;

(30) 'linji ta' negozju ewlenin' tfisser linji tan-negozju u servizzi assoċjati li jirrappreżentaw sors materjali ta' dħul, profitt jew valur tal-franchise għal istituzzjoni;

(31) 'is-superviżur li jikkonsolida' tfisser l-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata kif definit fl-Artikolu 4(48) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(32) 'fondi proprji' tfisser fondi proprji fi ħdan it-tifsira tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tad-Direttiva 2006/48/KE;

(33) 'kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni' tfisser il-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 27(1);

(34) 'azzjoni tar-riżoluzzjoni' tfisser id-deċiżjoni li istituzzjoni titpoġġa taħt riżoluzzjoni skont l-Artikolu 27, l-applikazzjoni ta' għodda tar-riżoluzzjoni, jew l-eżerċizzju ta' setgħa waħda jew aktar tar-riżoluzzjoni fir-rigward ta' istituzzjoni;

(35) 'pjan tar-riżoluzzjoni' tfisser pjan imfassal għal istituzzjoni mill-awtorità rilevanti tar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 9;

(36) "riżoluzzjoni ta' grupp" tfisser waħda minn dawn li ġejjin:

(a) it-teħid ta’ azzjoni tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-impriża jew l-istituzzjoni prinċipali soġġetta għal superviżjoni konsolidata, jew

(b) il-koordinazzjoni tal-applikazzjoni ta’ għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju ta' setgħat tar-riżoluzzjoni minn awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fir-rigward tal-entitajiet fi grupp li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni;

(37) 'pjan tar-riżoluzzjoni tal-grupp' tfisser pjan għar-riżoluzzjoni tal-grupp imfassal skont l-Artikoli 11 u 12;

(38) 'awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp' tfisser l-awtorità tar-riżoluzzjoni fl-Istat Membru fejn ikun jinsab is-superviżur li jikkonsolida;

(39) 'kulleġġ tar-riżoluzzjoni' tfisser kulleġġ stabbilit skont l-Artikolu 80 sabiex iwettaq il-kompiti meħtieġa mill-Artikoli 12, 13 u 83;

(40) 'proċeduri normali ta' insolvenza' tfisser il-proċeduri kollettivi ta' insolvenza li jinvolvu divestiment parzjali jew totali ta' debitur u l-ħatra ta' likwidatur, normalment applikabbli għal istituzzjonijiet skont il-liġi nazzjonali u, jew speċifiċi għal dawn l-istituzzjonijiet jew ġeneralment applikabbli għal kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika;

(41) 'strumenti ta' dejn' imsemmija fil-punti (d), (i), (l) u (m) tal-Artikolu 56 tfisser bonds u forom oħra ta' dejn trasferibbli, kwalunkwe strument li joħloq jew jirrikonoxxi dejn, u strumenti li jagħtu drittijiet għall-akkwist ta' strumenti ta’ dejn;

(42) 'istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru' tfisser istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fi Stat Membru kif definit fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2006/48/KE, jew ditta ta’ investiment prinċipali fi Stat Membru kif definit fl-Artikolu 3(f) tad-Direttiva 2006/49/KE;

(43) 'istituzzjoni prinċipali fl-Unjoni' tfisser istituzzjoni ta’ kreditu prinċipali fl-Unjoni kif definit fl-Artikolu 4(16) tad-Direttiva 2006/48/KE, jew ditta ta’ investiment prinċipali fl-Unjoni kif definit fl-Artikolu 3(g) tad-Direttiva 2006/49/KE;

(44) 'rekwiżiti ta' fondi proprji' tfisser ir-rekwiżiti tal-Artikolu 75 tad-Direttiva 2006/48/KE;

(45) 'kulleġġi ta' superviżjoni' tfisser kulleġġ tas-superviżuri stabbiliti skont l-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE;

(46) 'il-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni' tfisser il-qafas stabbilit mill-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u regolamenti magħmula jew adottati skont l-Artikolu 107 jew l-Artikolu 106(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(47) 'stralċ' tfisser realizzazzjoni ta' assi ta' istituzzjoni;

(48) 'għodda tas-separazzjoni tal-assi' tfisser it-trasferiment mill-awtorità tar-riżoluzzjoni li tkun qed teżerċita s-setgħa ta' trasferiment ta' assi u d-drittijiet ta’ istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni lejn veikolu tal-immaniġġjar tal-assi skont l-Artikolu 36;

(49) 'għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna' tfisser l-eżerċizzju, minn awtorità tar-riżoluzzjoni, tas-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konversjoni fir-rigward ta' obbligazzjonijet ta’ istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 37

(50) 'għodda ta' bejgħ ta' negozju' tfisser it-trasferiment, mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, ta’ strumenti tas-sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, ta’ istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni lil akkwirent li mhuwiex istituzzjoni tranżitorja, skont l-Artikolu 32;

(51) 'għodda tal-istituzzjoni tranżitorja' tfisser is-setgħa ta' trasferiment tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni lejn istituzzjoni tranżitorja f'konformità mal-Artikolu 34;

(52) 'istituzzjoni tranżitorja' tfisser entità ġuridika li hi kompletament proprjetà ta' awtorità pubblika waħda jew aktar (li jistgħu jinkludu l-awtorità tar-riżoluzzjoni) u li tinħoloq għall-fini li tirċievi l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha jew xi wħud minnhom ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni bil-ħsieb li twettaq is-servizzi u l-attivitajiet tagħha kollha jew xi wħud minnhom;

(53) 'strumenti ta’ sjieda' tfisser ishma, strumenti li jagħtu s-sjieda f’assoċjazzjonijiet reċiproċi, strumenti li jistgħu jiġu konvertiti jew jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati ishma jew strumenti ta’ sjieda, u strumenti li jirrappreżentaw interessi f’ishma jew strument ta’ sjieda;

(54) 'setgħat ta' trasferiment' tfisser is-setgħat speċifikati fil-punti (c), (d) jew (e) tal-Artikolu 56(1) li jiġu trasferiti ishma, strumenti oħra ta' sjieda, strumenti ta' dejn, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, jew kwalunke kombinazzjoni ta' dawn l-elementi minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għal għand benefiċjarju;

(55) 'kontroparti ċentrali' tfisser entità ġuridika li tidħol bejn il-kontropartijiet għal kummerċ fi ħdan suq finanzjarju jew aktar, u li ssir ix-xerrej għal kull bejjiegħ u l-bejjiegħ għal kull xerrej;

(56) 'derivattivi', tfisser strument finanzjarju elenkat fil-punti (4) sa (10) tat-Taqsima C, tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill[23];

(57) 'is-setgħat ta' tniżżil fil-valur u konversjoni' tfisser is-setgħat speċifikati fil-punti (f) sa (l) tal-Artikolu 56(1);

(58) 'obbligazzjonijiet iggarantiti', tfisser obbligazzjoni fejn id-dritt tal-kreditur għall-ħlas huwa ggarantit bi gravami fuq l-assi, pleġġ jew rahan, jew arranġamenti kollaterali inklużi obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ta' riakkwist u arranġamenti oħra ta' trasferiment ta' kollateral;

(59) 'Strumenti addizzjonali tal-Grad 1' tfisser strumenti kapitali li jikkwalifikaw bħala fondi proprji skont l-Artikolu 57(ca) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(60) 'ammont aggregat' tfisser l-ammont aggregat li għalih l-awtorità tar-riżoluzzjoni vvalutat li l-obbligi eliġibbli jridu jitniżżlu 'l isfel jew ikkonvertiti, skont l-Artikolu 41(1);

(61) 'Strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni' tfisser strumenti kapitali li jikkwalifikaw bħala fondi proprji skont l-Artikolu 57(a) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(62) 'obbligazzjonijiet eliġibbli' tfisser l-obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni li mhumiex esklużi mill-ambitu tal-għodda tat-tniżżil fil-valur bis-saħħa tal-Artikolu 38(2);

(63) 'skema ta' garanzija tad-depożiti' tfisser skema ta’ garanzija tad-depożiti introdotta u uffiċjalment rikonoxxuta minn Stat Membru skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 94/19/KE;

(64) 'strumenti tal-Grad 2' tfisser strumenti kapitali li jikkwalifikaw bħala fondi proprji skont l-Artikolu 56(f) u (h) tad-Direttiva 2006/48/KE;

(65) 'strumenti kapitali rilevanti' għall-fini tat-Taqsimiet 5 u 6 tal-Kapitolu III tat-Titolu IV, tfisser strumenti tal-Grad 1 u strumenti tal-Grad 2 Addizzjonali;

(66) 'ir-rata ta' konverżjoni', tfisser il-fattur li jiddetermina l-għadd ta’ ishma ordinarji li fih obbligazzjoni ta' klassi speċifika se tiġi kkonvertita, b’referenza jew għal strument uniku tal-klassi inkwistjoni jew għal unità speċifika tal-valur tal-pretensjoni ta' debitu.

(67) 'kreditur affettwat' tfisser kreditur li l-pretensjoni tiegħu tirrelata ma' obbligazzjoni li ġiet imnaqqsa jew ikkonvertita f'ishma permezz tal-eżerċizzju tas-setgħa ta' tniżżil fil-valur jew ta' konverżjoni;

(68) 'azzjonist affettwat' tfisser azzjonist li l-ishma tiegħu ġew ikkanċellati permezz tas-setgħa msemmija fil-punt (j) tal-Artikolu 56(1);

(69) 'awtorità xierqa', tfisser l-awtorità tal-Istat Membru, identifikata skont l-Artikolu 54 li hija responsabbli skont il-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat biex twettaq id-determinazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 51(1);

(70) 'istituzzjoni prinċipali rilevanti' tfisser istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, istituzzjoni prinċipali fl-Unjoni, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fl-Unjoni, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta fi Stat Membru, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta fl-Unjoni, li fir-rigward tagħha qed tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna;

(71) 'benefiċjarju' tfisser l-entità li lilha jiġu trasferiti l-ishma, strumenti oħra ta’ sjieda, strumenti ta’ dejn, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawk l-elementi minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(72) 'jum ta' negozju' tfisser kwalunkwe jum ieħor għajr is-Sibt, il-Ħadd u kwalunkwe jum li huwa vaganza pubblika fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni;

(73) 'id-dritt tat-terminazzjoni' tfisser dritt li jiġi terminat kuntratt f'każ ta’ inadempjenza kif definit fil-kuntratt jew għall-finijiet tal-kuntratt, u jinkludi kwalunkwe dritt relatat sabiex jaċċellera, jagħlaq, ipaċi jew iġib għall-valur nett obbligazzjonijiet jew kwalunkwe dispożizzjoni relatata li tissospendi, timmodifika jew ittemm obbligazzjoni ta’ parti għall-kuntratt sabiex isir ħlas;

(74) 'istituzzjoni taħt riżoluzzjoni' tfisser istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta, kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fl-Unjoni, kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta fi Stat Membru, jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta fl-Unjoni, li fir-rigward tagħha qed tittieħed azzjoni tar-riżoluzzjoni;

(75) 'istituzzjoni sussidjarja domestika' tfisser istituzzjoni li hija stabbilita fi Stat Membru li hija sussidjarja ta' istituzzjoni minn pajjiż terz jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja;

(76)  'impriża prinċipali fl-Unjoni' tfisser istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni, kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali fl-Unjoni jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja mħallta prinċipali fl-Unjoni;

(77)  'istituzzjoni min pajjiż terz' tfisser entità, li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun stabbilit f’pajjiż terz, li hija awtorizzata jew liċenzjata taħt il-liġi ta’ dak il-pajjiż terz biex twettaq kwalunkwe mill-attività elenkata fl-Anness I tad-Direttiva 2006/48/KE jew tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2004/39/KE;

(78)  'proċeduri tar-riżoluzzjoni ta' pajjiż terz' tfisser azzjoni taħt il-liġi jew ir-regolamenti ta' pajjiż terz biex jiġi mmaniġġjat il-falliment ta' istituzzjoni minn pajjiż terz li hija komparabbli, f'termini ta' riżultati, għal azzjonijiet tar-riżoluzzjoni skont din id-Direttiva;

(79)  'fergħa domestika' tfisser fergħa ta' istituzzjoni minn pajjiż terz li hija stabbilita fi Stat Membru;

(80)  'l-awtorità tal-pajjiż terz rilevanti' tfisser awtorità responsabbli ta' pajjiż terz biex twettaq funzjonijiet kumparabbli ma' dawk tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jew l-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva;

(81)  'arranġament ta' finanzjament tal-gruppi' tfisser l-arranġament jew l-arranġamenti ta' finanzjament tal-Istat Membru tal-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-gruppi;

(82)  'tranżazzjoni spalla ma' spalla' tfisser tranżazzjoni li ssir bejn żewġ entitajiet fi grupp għall-fini tat-trasferiment, kollu jew parzjali, tar-riskju ġġenerat minn tranżazzjoni oħra li ssir bejn waħda minn dawk l-entitajiet fi grupp u parti terza;

(83)  'garanzija intragrupp' tfisser kuntratt li permezz tiegħu entità fi grupp tiggarantixxi l-obbligazzjonijiet ta’ entità oħra fil-grupp lil parti terza.

2.        Fejn din id-Direttiva tirreferi għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom, kif definit fil-punt (17) ta' dan il-paragrafu, għall-fini ta' dak ir-Regolament, jiġu kkunsidrati bħala awtoritajiet kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament.

3.        L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika d-definizzjonijiet ta’ “funzjonijiet kritiċi” u “linji ta' negozju ewlenin” previsti fil-punti (29) u (30) sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ din id-Direttiva.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar [mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 3

Nomina ta’ awtoritajiet responsabbli għar-riżoluzzjoni

1.          Kull Stat Membru għandu jinnomina awtorità unika li jkollha s-setgħa tapplika l-għodod tar-riżoluzzjoni u teżerċita s-setgħat tar-riżoluzzjoni (l-awtorità tar-riżoluzzjoni).

2.          L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tkun awtorità tal-amministrazzjoni pubblika.

3.          L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tkun il-bank ċentrali, il-ministeru kompetenti jew awtorità tal-amministrazzjoni pubblika oħra, sakemm ma tkunx ukoll l-awtorità kompetenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fi ħdan ▌banek ċentrali, ministeri kompetenti jew awtoritajiet tal-amministrazzjoni pubblika oħra jkun hemm separazzjoni funzjonali bejn il-funzjoni tar-riżoluzzjoni u ta' superviżjoni jew funzjonijiet oħra tal-awtorità rilevanti. Il-funzjoni tar-riżoluzzjoni għandha ssegwi biss l-għanijiet definiti f’din id-Direttiva.

4.          ▌L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti għas-superviżjoni għall-iskopijiet tas-[CRD IV u CRR] fil-preparazzjoni, l-ippjanar u l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni.

4a.         Meta istituzzjoni teżerċita kwalunkwe servizz jew attività ta' investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva 2004/39/KE, l-awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 4(1)(22) ta' dik id-Direttiva u l-AETS għandhom jiġu kkonsultati qabel ma tkun ittieħdet kull miżura ta' intervent bikri jew kull azzjoni tar-riżoluzzjoni u, meta l-konsultazzjoni ma tkunx possibbli, jinżammu infurmati.

5.          Sabiex jiġu vvalutati implikazzjonijiet sistemiċi jew implikazzjonijiet għall-fondi pubbliċi, kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni nnominata skont din id-Direttiva għandha tittieħed bi qbil mal-ministeru kompetenti u l-bank ċentrali.

5a.        Id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-ABE skont din id-Direttiva għandhom iqisu l-impatt potenzjali tad-deċiżjoni fl-Istati Membri kollha fejn joperaw l-istituzzjoni jew il-grupp u jnaqqsu l-effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja u l-effetti negattivi ekonomiċi u soċjali f’dawk l-Istati Membri. Id-deċiżjonijiet tal-ABE huma soġġetti għall-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet innominati skont il-paragrafu 1 għandhom il-kompetenza, ir-riżorsi u l-kapaċità operazzjonali sabiex japplikaw il-miżuri tar-riżoluzzjoni, u jkunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat tagħhom bir-rapidità u l-flessibbiltà li hija meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni.

6a.         L-ABE għandha tiżviluppa l-kompetenza, ir-riżorsi u l-kapaċità operazzjonali u għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-paragrafu 6, anke permezz ta’ evalwazzjonijiet perjodiċi bejn il-pari.

7.          Fejn, permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jinnomina aktar minn awtorità waħda sabiex tapplika l-għodod tar-riżoluzzjoni u teżerċita s-setgħat tar-riżoluzzjoni, għandu jipprovdi notifika lill-ABE u lill-Kummissjoni fejn jispjega bis-sħiħ għala għamel dan u għandu jalloka l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet b’mod ċar bejn dawn l-awtoritajiet, jiżgura l-koordinazzjoni adegwata bejniethom u jinnomina awtorità unika bħala awtorità ta' kuntatt għall-finijiet tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta’ Stati Membri oħra.

8.          L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) bl-awtorità jew l-awtoritajiet nazzjonali maħtura bħala l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtorità ta' kuntatt u, fejn rilevanti, il-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet speċifiċi tagħhom. L-ABE għandha tippubblika l-lista ta’ dawk l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.

8a.         L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità tar-riżoluzzjoni u l-persunal tagħha jkunu protetti kontra l-obbligazzjoni li tirriżulta mill-azzjoni meħuda jew mhux meħuda fit-twettiq jew l-intenzjoni tat-twettiq tal-funzjonijiet tagħha sakemm l-att jew l-ommissjoni ma jimplikax negliġenza jew kondotta ħażina li jiġġustifikaw l-indennizz skont il-liġi nazzjonali.

TITOLU II

PREPARAZZJONI

Kapitolu I

Ippjanar għall-Irkupru u r-Riżoluzzjoni

Taqsima 1

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 4

Obbligi ssimplifikati għal ċerti istituzzjonijiet

1.          Wara li jqisu l-impatt li l-falliment tal-istituzzjoni jista' jkollu, minħabba n-natura tan-negozju tagħha, l-istruttura azzjonarja, il-forma legali, il-profil tar-riskju, id-daqs u l-istatus legali tagħha jew l-interkonnettività tagħha ma' istituzzjonijiet oħra jew mas-sistema finanzjarja inġenerali, il-kamp ta' applikazzjoni u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, l-isħubija tagħha f'IPS jew f'sistemi oħra koperattivi ta’ solidarjetà reċiproka kif imsemmi fl-Artikolu 113(6) [CRR] u kull twettiq ta' servizz jew attività ta' investiment kif definit fl-Artikolu 4(1)(2) tad-Direttiva  2004/39/KE, fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra, fuq il-kundizzjonijiet tal-finanzjament, jew fuq l-ekonomija usa', l-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet kompetenti u tar-riżoluzzjoni jiddeterminaw ▌.

(a)       il-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni previsti fl-Artikoli 5, 7, 9 u 11;

(aa)     il-frekwenza li biha l-istituzzjonijiet għandhom jaġġornaw il-pjanijiet tagħhom ta’ rkupru u riżoluzzjoni previsti fl-Artikoli 5, 7, 9 u 11;

(b)       il-kontenut u d-dettalji tal-informazzjoni meħtieġa mingħand l-istituzzjonijiet kif previst fl-Artikolu 5(5), u l-Artikoli 10 u 11;

2.          L-ABE għandu jkollha s-setgħa tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kriterji msemmija fil-paragrafu 1, għall-valutazzjoni, skont il-paragrafu 1, tal-impatt ta' falliment ta' istituzzjoni fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet oħra u fuq il-kundizzjonijiet ta' finanzjament.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ... [tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Drettiva].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3.          L-awtoritajiet kompetenti u tar-riżoluzzjoni għandhom jinformaw l-ABE dwar il-mod kif applikaw ir-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 fuq l-istituzzjonijiet fil-ġurisdizzjoni tagħhom. L-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni darba fis-sena, u, fuq talba, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1. Partikolarment l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni jekk jeżistux diverġenzi dwar l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali ta’ dak ir-rekwiżit.

Taqsima 2

Ippjanar tal-Irkupru

Artikolu 5

Pjanijiet ta’ rkupru

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull istituzzjoni li mhijiex parti minn grupp tfassal u jkollha pjan ta’ rkupru li jipprovdi għal miżuri li għandhom jittieħdu mill-maniġment tal-istituzzjoni jew minn entità fi grupp, wara deterjorazzjoni sinifikanti tal-qagħda finanzjarja tagħha ▌. Il-pjanijiet ta’ rkupru għandhom jiġu kkunsidrati bħala arranġament ta' governanza skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2006/48/KE.

1a.        Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, meta istituzzjoni tkun membru ta' IPS, jagħmlu arranġamenti għall-pjan ta’ rkupru, fejn huma stipulati l-miżuri li għandhom jittieħdu mill-maniġment tal-istituzzjoni jew l-iskema ta’ protezzjoni biex tiġi rkuprata l-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni f’każ tad-deterjorament sinifikanti tagħha, li għandha titfassal u tinżamm mill-IPS.

             Dan il-paragrafu m'għandux japplika għall-istituzzjonijiet soġġetti għas-superviżjoni diretta mill-Bank Ċentrali Ewropew skont l-Artikolu 6(4) ta' [BĊE/MSU] jew għal kull istituzzjoni li tikkostitwixxi sehem sinifikanti fis-sistema finanzjarja ta' Stat Membru skont it-tifsira tal-Artikolu 7(1a).

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jaġġornaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom tal-anqas darba fis-sena jew wara bidla fl-istruttura legali jew organizzazzjonali tal-istituzzjoni, in-negozju jew is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, li jista’ jkollha effett materjali fuq il-pjan ta’ rkupru jew teħtieġ bidla fih. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jaġġornaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom aktar ta' spiss.

3.          Il-pjanijiet ta' rkupru ma għandhomx jassumu li ser ikollhom aċċess, jew li se jirċievu għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja iżda għandhom jinkludu ▌analiżi ta’ kif u meta istituzzjoni tista' tapplika, skont il-kundizzjonijiet indirizzati mill-pjan, għall-użu ta' faċilitajiet tal-bank ċentrali li ma jikkostitwixxux tali għajnuna u għall-kollateral disponibbli.

4.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta’ rkupru jinkludu l-informazzjoni elenkata fit-Taqsima A tal-Anness.

Il-pjanijiet ta' rkupru għandhom b'mod partikolari jistabbilixxu l-miżuri li għandhom jittieħdu mill-maniġment tal-istituzzjoni meta l-kundizzjonijiet għall-intervent bikri skont l-Artikolu 23 jkunu ġew sodisfatti.

5.        L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jinkludu fil-pjanijiet ta’ rkupru kundizzjonijiet u proċeduri xierqa u definiti sew biex jiżguraw l-implimentazzjoni f'waqtha ta’ azzjonijiet ta’ rkupru kif ukoll firxa wiesgħa ta’ alternattivi ta’ rkupru. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ta' rkupru tal-istituzzjonijiet jkunu juru li huma robusti permezz ta' ttestjar f'firxa ta' xenarji ta' stress makroekonomiku u finanzjarju rilevanti għall-kundizzjonijiet speċifiċi tal-istituzzjoni, li tvarja fil-gravità, inklużi avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, stress speċifiku għall-entità legali u stress mifrux mal-grupp kollu.

7.          L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjan ta’ rkupru msemmi fil-paragrafu 4.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 6

Valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru

1.          L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jissottomettu l-pjanijiet ta’ rkupru lill-awtoritajiet kompetenti għal analiżi.

2.          L-awtoritajiet kompetenti għandhom, fi żmien tliet xhur mis-sottomissjoni tal-pjanijiet, jirriveduhom u jivvalutaw il-punt safejn kull pjan jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 5 u l-kriterji li ġejjin:

(a)       huwa probabbli li l-implimentazzjoni tal-arranġamenti proposti fil-pjan tirrestawra l-vijabbiltà u s-sodezza finanzjarja tal-istituzzjoni, filwaqt li jitqiesu l-miżuri preparatorji li l-istituzzjoni ppjanat li tieħu;

(b)       il-pjan jew l-alternattivi speċifiċi jistgħu jiġu implimentati malajr u effettivament f’sitwazzjonijiet ta’ stress finanzjarju u jnaqqsu kemm jista' jkun kwalunkwe effett ħazin fuq is-sistema finanzjarja.

Fil-każ ta' ksur sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti fir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjanijiet.

2a.        Meta tevalwa l-adegwatezza tal-pjanijiet ta’ rkupru, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-adegwatezza tal-kapital tal-istituzzjoni u l-istruttura tal-finanzjament sal-livell ta’ kumplessità tal-istruttura organizzazzjonali u tal-profil tar-riskju tal-istituzzjoni.

3.          Fejn l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw li hemm defiċjenzi materjali fil-pjan ta’ rkupru jew impedimenti materjali potenzjali għall-implimentazzjoni tiegħu, għandhom jinnotifikaw lill-istituzzjoni bil-valutazzjoni tagħhom u jeħtieġu li l-istituzzjoni tissottometti, fi żmien xahar, li jista' jiġi estiż b'xahar bl-approvazzjoni tal-awtoritajiet, pjan rivedut li juri kif dawk id-defiċjenzi jew impedimenti ser jiġu indirizzati fi żmien raġonevoli. Qabel istituzzjoni tintalab tissottometti mill-ġdid pjan ta’ rkupru, l-awtorità kompetenti għandha tagħti lill-istituzzjoni l-opportunità li tiddikjara l-opinjoni tagħha dwar dak ir-rekwiżit.

4.          Jekk l-istituzzjoni tonqos milli tissottometti pjan ta’ rkupru rivedut, jew jekk l-awtorità kompetenti tiddetermina li l-pjan ta’ rkupru rivedut ma jirrimedjax b’mod adegwat id-defiċjenzi u l-impedimenti potenzjali identifikati fil-valutazzjoni oriġinali tagħha, il-maniġment tal-entità għandu jfassal, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, qafas ta’ miżuri miftiehma b’mod konġunt biex jiġi żgurat li jitneħħew id-defiċjenzi jew l-impedimenti. Il-miżuri disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu l-miżuri stipulati fl-Artikolu 136 tad-Direttiva 2006/48/KE u, fejn ikun neċessarju u proporzjonat, rekwiżiti għall-istituzzjoni biex:

(a)       tiffaċilita tnaqqis tal-profil tar-riskju tal-istituzzjoni, inkluż ir-riskju tal-likwidità;

(b)       tippermetti miżuri ta’ rikapitalizzazzjoni f’waqthom;

(c)       tirreżamina l-istrateġija u l-istruttura tad-ditta;

(d)       tirrieżamina tibdil fl-istrateġija tal-finanzjament sabiex titjieb ir-reżiljenza tal-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi;

(e)       twettaq tibdil fl-istruttura tal-governanza tal-istituzzjoni.

5.          L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji u l-proċeduri li l-awtorità kompetenti teħtieġ tivvaluta għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-paragrafu 1 tal-Artikolu 7.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5a.         L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li huma affettwati mit-teħid ta’ miżuri minn awtorità kompetenti skont il-paragrafu 4 għandhom drittijiet adegwati ta’ appell u ta’ rieżami, inkluż l-istħarriġ ġudizzjarju, rigward deċiżjonijiet bħal dawn.

Artikolu 7

Pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-impriżi prinċipali jew l-istituzzjonijiet li huma soġġetti għas-superviżjoni kkonsolidata skont l-Artikoli 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE jfasslu u jissottomettu lis-superviżur li jikkonsolida pjan ta’ rkupru tal-grupp li jinkludi pjan ta’ rkupru għall-grupp kollu, inkluż għall-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 1(c) u (d), u għal kull sussidjarja li għaliha l-awtorità kompetenti ospitanti talbet pjan ta' rkupru speċifiku li għandu jitfassal skont il-paragrafu 1a.

1a.         L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru ospitanti tista' titlob li pjan ta' rkupru speċifiku jitfassal għal sussidjarja f'dak l-Istat Membru jekk l-operazzjonijiet tas-sussidjarja jikkostitwixxu sehem sinifikanti tas-sistema finanzjarja tal-Istat Membru.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, l-operazzjonijiet ta' sussidjarja ta' istituzzjoni għandhom, f'kull każ, jitqiesu li jikkostitwixxu sehem sinifikanti tas-sistema finanzjarja ta' dak l-Istat Membru jekk tiġi ssodisfata kwalunkwe minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)       Il-valur totali tal-assi tagħha jaqbżu l-EUR 30 000 000 000;

(b)       il-proporzjon tal-assi totali tagħha fuq il-PDG tal-Istat Membru ta' stabbiliment jaqbeż l-20 %, sakemm il-valur totali tal-assi tiegħu jkun anqas minn EUR 5 000 000 000; jew,

(c)       wara notifika mill-awtorità kompetenti nazzjonali tagħha li hija tqis lill-istituzzjoni bħala istituzzjoni li għandha rilevanza sinifikanti rigward l-ekonomija domestika, l-ABE tikkonferma li hija sinifikanti permezz ta' deċiżjoni, wara valutazzjoni komprensiva, inkluża valutazzjoni tal-karta tal-bilanċ, ta' dik is-sussidjarja.

2.          Is-superviżur li jikkonsolida għandu, sakemm jeżistu rekwiżiti ta' kunfidenzjalità adegwati fil-qafas tal-kulleġġ tas-superviżuri, jaqsam mal-awtoritajiet superviżorji li huma membri tal-kulleġġ, kull informazzjoni relatata mal-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp. Huwa għandu jittrażmetti kull parti rilevanti tal-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE u lill-ABE.

3.          Il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jimmira għall-istabbilizzazzjoni tal-grupp inġenerali, jew kwalunkwe istituzzjoni tal-grupp, meta tkun f’sitwazzjoni ta’ stress sabiex jindirizza jew ineħħi l-kawżi tal-istress u jirrestawra s-sitwazzjoni finanzjarja tal-grupp jew l-istituzzjoni inkwistjoni.

Il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jinkludi arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni u l-konsistenza ta’ miżuri li għandhom jittieħdu fil-livell tal-impriża prinċipali jew tal-istituzzjoni rilevanti soġġetta għas-superviżjoni konsolidata, u fil-livell tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 1(c) u (d) ▌.

4.          Il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jinkludi għall-grupp kollu kemm hu u għal kull sussidjarja li għaliha jitfassal pjan ta' rkupru l-elementi u l-arranġamenti previsti fl-Artikolu 5. Għandu jinkludi wkoll, fejn applikabbli, arranġamenti għal għajnuna finanzjarja ▌fi ħdan l-istess grupp adottata skont kwalunkwe ftehim għal għajnuna finanzjarja tal-grupp li jkun ġie konkluż skont l-Artikolu 16.

5.          Is-superviżur li jikkonsolida għandu jiżgura li l-impriża jew l-istituzzjoni prinċipali soġġetta għal superviżjoni konsolidata msemmija fil-paragrafu 1 tipprovdi firxa ta’ alternattivi ta’ rkupru li jistabbilixxu l-azzjonijiet biex jindirizzaw dawk ix-xenarji previsti fl-Artikolu 5(5).

Għal kull wieħed mix-xenarji, il-pjan ta’ rkupru tal-grupp għandu jidentifika jekk hemmx ostakli għall-implimentazzjoni tal-miżuri tal-irkupru fi ħdan il-grupp, u jekk hemmx impedimenti prattiċi jew legali sustanzjali għat-trasferiment fil-pront tal-fondi proprji jew il-ħlas mill-ġdid tal-obbligazzjonijiet jew assi fi ħdan il-grupp u fil-livell ta' kull entità.

6.          Il-korp maniġerjali tal-impriża jew l-istituzzjoni prinċipali, soġġetta għal superviżjoni konsolidata msemmija fil-paragrafu 1 ▌għandu jivvaluta u japprova l-pjan ta’ rkupru tal-grupp qabel ma jissottomettih lis-superviżur li jikkonsolida.

Artikolu 8

Valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp

1.          Is-superviżur li jikkonsolida għandu janalizza l-pjan ta’ rkupru tal-grupp, inklużi l-pjanijiet ta’ rkupru għal istituzzjonijiet individwali li huma parti mill-grupp, u jivvaluta kemm jissodisfa r-rekwiżiti u l-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 6 u 7. Dik il-valutazzjoni għandha ssir skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 u d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Is-superviżur li jikkonsolida għandu jwettaq analiżi u valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp, inklużi l-pjanijiet ta’ rkupru għal istituzzjonijiet individwali li huma parti mill-grupp, wara l-konsultazzjoni u f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti li jkunu qed jipparteċipaw fil-kulleġġi ta’ superviżuri msemmija fl-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE. L-analiżi u l-valutazzjoni skont l-Artikolu 6(2) ta’ din id-Direttiva tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp u, jekk meħtieġ, it-talba biex jittieħdu miżuri skont l-Artikolu 6(4) ta’ din id-Direttiva għandhom jieħdu l-forma ta’ deċiżjonijiet konġunti mill-awtoritajiet li jkunu qed jipparteċipaw fil-kulleġġi ta’ superviżuri msemmija fl-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE, li għandhom jikkunsidraw l-impatt potenzjali tal-miżuri ta’ rkupru fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp.

2.          L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta fi żmien tliet xhur mid-data tat-trażmissjoni mis-superviżur li jikkonsolida tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp skont l-Artikolu 7(2).

Fl-assenza ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien tliet xhur, l-ABE tista' fuq talba ta' awtorità kompetenti tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fl-ilħuq ta' ftehim skont l-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet kollha involuti għandhom jiddeferixxu d-deċiżjonijiet tagħhom b'xahar sakemm jinħarġu l-konklużjonijiet tal-medjazzjoni mhux vinkolanti. Minn hemm 'il quddiem, is-superviżur li jikkonsolida għandu jieħu deċiżjoni huwa stess dwar ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta’ rkupru tal-grupp jew il-miżuri meħtieġa skont l-Artikolu 6(4). Id-deċiżjoni għandha titniżżel f’dokument li jkun fih id-deċiżjoni bir-raġunament sħiħ tagħha u għandha tqis il-fehmiet u d-dubji tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra mressqin matul il-perjodu ta' tliet xhur. Is-superviżur li jikkonsolida għandu jinnotifika d-deċiżjoni lill-impriża prinċipali tal-istituzzjoni soġġetta għal superviżjoni konsolidata u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

Id-deċiżjoni tas-superviżur li jikkonsolida għandha tqis il-ħtieġa li l-attività superviżorja tiġi ppjanata jew ikkoordinata mill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, u l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati.

2a.        L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti fejn ikun hemm sussidjarja tista’ tipproponi azzjoni addizzjonali ta' rkupru fir-rigward ta’ sussidjarja fl-Istat Membru tagħha jekk tqis li huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-kontinwità ta’ funzjonijiet kritiċi jew sabiex jiġu evitati effetti negattivi sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja, u sakemm dan ma jinterferixxix mal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu skont is-superviżur li jikkonsolida fir-rigward tal-grupp kollu kemm hu.

L-awtorità kompetenti għandha tissottometti l-proposta tagħha lis-superviżur li jikkonsolida, lill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-membri tal-kulleġġ superviżorju.

Huma jistgħu jqajmu kwalunkwe tħassib jew oġġezzjoni fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni tal-proposta.

Fl-assenza ta’ kwalunkwe oġġezzjoni fi ħdan dak il-perjodu, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu l-azzjoni proposta.

Meta l-awtorità tal-konsolidazzjoni jew membru ieħor tal-kulleġġ ikun qajjem oġġezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra kif xieraq dawk l-oġġezzjonijiet u t-tħassib u mbagħad tista’ tieħu deċiżjoni.

Id-deċiżjoni għandha tkun stabbilita f’dokument iġġustifikat u għandha tieħu kont ta’ kwalunkwe oġġezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni l-oħrajn espressi matul il-perjodu ta’ xahrejn.

Taqsima 3

Ippjanar tar-riżoluzzjoni

Artikolu 9

Pjanijiet tar-riżoluzzjoni

1.          L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, wara li jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-ġurisdizzjonijiet li fihom jinsabu fergħat sinifikanti u fi djalogu miftuħ mal-entitajiet, għandhom ifasslu pjan tar-riżoluzzjoni għal kull istituzzjoni sinifikanti li mhijiex parti minn grupp soġġett għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE. Il-pjan tar-riżoluzzjoni għandu jiġi żvelat lill-istituzzjoni kkonċernata u għandu jipprovdi għall-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u kompetenti jistgħu jieħdu meta l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni.

1a.        Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu, meta istituzzjoni tkun membru ta' IPS, jagħmlu arranġamenti għall-pjan ta’ rkupru, fejn huma stipulati l-miżuri li għandhom jittieħdu mill-maniġment tal-istituzzjoni jew l-iskema ta’ protezzjoni biex tiġi rkuprata l-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjoni f’każ tad-deterjorament sinifikanti tagħha, li għandha titfassal fil-livell tal-IPS.

             Dan il-paragrafu m'għandux japplika għall-istituzzjonijiet soġġetti għas-superviżjoni diretta mill-Bank Ċentrali Ewropew skont l-Artikolu 6(4) ta' [BĊE/MSU] jew għal kull istituzzjoni li tikkostitwixxi sehem sinifikanti fis-sistema finanzjarja ta' Stat Membru skont it-tifsira tal-Artikolu 7(1a).

1b.        Meta tfassal il-pjan tar-riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tidentifika kull impediment materjali għar-riżolvabbiltà u, fejn ikun neċessarju u proporzjonat, tiddefinixxi l-azzjonijiet rilevanti għal kif jistgħu jiġu indirizzati dawn l-impedimenti, skont il-Kapitolu II ta' dan it-Titolu, f'każ ta' riżoluzzjoni.

2.          Il-pjan tar-riżoluzzjoni għandu jikkunsidra xenarji rilevanti inkluż li l-avveniment ta' falliment jista’ jkun idjosinkratiku jew jista’ jseħħ fi żmien ta’ instabbiltà finanzjarja usa’ jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha. Il-pjan tar-riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda wieħed minn dawn li ġejjin: għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 91, kull għajnuna ta' likwidità ta' emerġenza minn bank ċentrali, jew kull għajnuna ta' likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateralizzazzjoni, maturità u rati ta' imgħax mhux standard. Madankollu, għandu jinkludi analiżi ta' kif u meta istituzzjoni tista' tapplika, fil-kundizzjonijiet indirizzati fil-pjan, għall-użu tal-faċilitajiet standard tal-bank ċentrali u l-kollateral disponibbli għal dan l-għan.

3.          Il-pjanijiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiġu riveduti, u fejn xieraq aġġornati, mill-inqas kull sena u wara kwalunkwe bidla fl-istruttura legali jew organizzazzjonali tal-istituzzjoni jew fin-negozju jew fis-sitwazzjoni finanzjarja tagħha li jista’ jkollha effett materjali fuq l-effettività tal-pjan jew inkella timponi bidla fil-pjan tar-riżoluzzjoni. Kwalunkwe bidla għandha tiġi nnotifikata lill-awtorità kompetenti.

Għall-finijiet tar-reviżjoni jew tal-aġġornament tal-pjanijiet tar-riżoluzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw minnufih lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni kwalunkwe bidla li timponi reviżjoni jew aġġornament tal-pjan tar-riżoluzzjoni.

4.          Il-pjan tar-riżoluzzjoni għandu jistipula alternattivi għall-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni, b’mod partikolari dawk imsemmija fit-Titolu IV lill-istituzzjoni ▌. Dan għandu jinkludi, ikkwantifikat kull meta jkun possibbli:

(a)       sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan;

(b)       sommarju tal-bidliet materjali fl-istituzzjoni li seħħew wara li ġiet preżentata l-aħħar l-informazzjoni dwar ir-riżoluzzjoni;

(c)       dimostrazzjoni ta’ kif funzjonijiet kritiċi u linji ewlenin tan-negozju jistgħu jiġu separati legalment u ekonomikament, sal-punt meħtieġ, mill-funzjonijiet l-oħra sabiex tiġi żgurata kontinwità meta tfalli l-istituzzjoni;

(d)       stima tal-qafas taż-żmien għall-eżekuzzjoni ta’ kull aspett materjali tal-pjan;

(e)       deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont l-Artikolu 13;

(f)        deskrizzjoni ta' kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 14 sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà identifikati b'riżultat tal-valutazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 13;

(g)       deskrizzjoni tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-potenzjal tal-bejgħ tal-funzjonijiet kritiċi, linji ewlenin tan-negozju u assi tal-istituzzjoni;

(h)       deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti għall-iżgurar li l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 11 tiġi aġġornata u tkun għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fi kwalunkwe ħin;

(i)        spjegazzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni dwar kif l-alternattivi tar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu ffinanzjati mingħajr is-suppożizzjoni ta’ xi għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja apparti l-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 91, kull għajnuna ta' likwidità ta' emerġenza minn bank ċentrali jew kull għajnuna ta' likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateralizzazzjoni, maturità u rati ta' imgħax mhux standard;

(j)        deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti tar-riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati skont ix-xenarji differenti possibbli u l-limiti ta’ żmien applikabbli;

(k)       deskrizzjoni tal-interdipendenzi kritiċi u tal-funzjonijiet operattivi;

(l)        analiżi tal-impatt tal-pjan fuq istituzzjonijiet oħra fi ħdan il-grupp inkluża valutazzjoni tal-adegwatezza tal-arranġamenti tal-appoġġ finanzjarju tal-grupp msemmija fl-Artikolu 16;

(m)       deskrizzjoni tal-alternattivi biex jiġi preservat l-aċċess għall-pagamenti u s-servizzi tal-ikklerjar u infrastrutturi oħra u, fejn ikun possibbli, tiġi indikata l-portabilità tal-pożizzjonijiet tal-klijenti;

(ma)    analiżi tal-impatt tal-pjan fuq l-impjegati tal-istituzzjoni u deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jiġu stabbiliti proċeduri ta’ konsultazzjoni mal-persunal matul il-proċess tar-riżoluzzjoni, filwaqt li jiġu kkunsidrati sistemi nazzjonali għad-djalogu mal-imsieħba soċjali fejn applikabbli;

(n)       pjan għal komunikazzjoni mal-midja u l-pubbliku;

(na)    fejn applikabbli kull opinjoni espressa mill-istituzzjoni fir-rigward tal-pjan tar-riżoluzzjoni;

5.          L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika l-kontenut tal-pjan tar-riżoluzzjoni.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 10

Informazzjoni għall-fini tal-pjanijiet tar-riżoluzzjoni u l-kooperazzjoni mill-istituzzjoni

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom is-setgħa jitolbu lill-istituzzjonijiet jipprovdulhom l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jitfasslu u jiġu implimentati pjanijiet tar-riżoluzzjoni. B'mod partikolari l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħa jitolbu, fost l-oħrajn l-informazzjoni u l-analiżi speċifikati fit-Taqsima B tal-Anness.

2.          L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri rilevanti għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni sabiex jivverifikaw jekk hijiex diġà disponibbli l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1 jew xi ftit minnha. Fejn din l-informazzjoni hija disponibbli, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.

3.          L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi implimentattivi dwar formoli, mudelli u proċeduri standard għal tali forniment ta’ informazzjoni skont il-paragrafi 1 u 2.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Għandha tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi tal-implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

3a.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jesiġu mill-istituzzjonijiet il-kooperazzjoni kollha meħtieġa sabiex ifasslu pjanijiet tar-riżoluzzjoni.

Artikolu 11

Pjanijiet tar-riżoluzzjoni ta' grupp

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jfasslu pjanijiet tar-riżoluzzjoni. Il-pjanijiet tar-riżoluzzjoni ta' grupp għandhom jinkludu ▌pjan tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-impriża jew istituzzjoni prinċipali, soġġetta għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikolu 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE jew riżoluzzjoni tal-grupp permezz ta’ sfaxxament u riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet sussidjarji. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu li l-pjanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp jinkludu, għal skopijiet ta’ informazzjoni biss, kwalunkwe pjan tar-riżoluzzjoni għall-istituzzjonijiet sussidjarji individwali mfassla skont il-paragrafu 1a. Il-pjanijiet tar-riżoluzzjoni ta' grupp għandhom jinkludu wkoll pjanijiet għar-riżoluzzjoni tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 1(c) u (d) u pjanijiet għar-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet b’fergħat fi Stati Membri oħra f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/24/KE.

1a.        L-awtorità tar-riżoluzzjoni fl-Istat Membru ospitanti tista' tfassal pjan tar-riżoluzzjoni separat għal sussidjarja ta' istituzzjoni f'dak l-Istat Membru jekk l-operazzjonijiet tas-sussidjarja jikkostitwixxu sehem sinifikanti tas-sistema finanzjarja ta' dak l-Istat Membru skont it-tifsira tal-Artikolu 7(1a).

1b.        L-Artikolu 9(1b) għandu japplika wkoll għall-gruppi.

2.          Il-pjan tar-riżoluzzjoni tal-grupp għandu jitfassal abbażi tal-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 10.

3.          Il-pjan tar-riżoluzzjoni tal-grupp għandu:

(a)       jistipula l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu fir-rigward tal-grupp kollu jew ta’ parti mill-grupp, inklużi sussidjarji individwali, kemm permezz ta’ azzjonijiet tar-riżoluzzjoni fir-rigward tal-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 1(c) u (d), l-impriża prinċipali u l-istituzzjonijiet sussidjarji u permezz ta’ azzjonijiet koordinati tar-riżoluzzjoni fir-rigward ta’ istituzzjonijiet sussidjarji, f’dawk ix-xenarji previsti fl-Artikolu 9(2);

(b)       jeżamina l-punt safejn l-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni jistgħu jiġu applikati u eżerċitati b’mod koordinat għal entitajiet fi grupp li jinsabu fl-Unjoni, inklużi l-miżuri sabiex jiġi faċilitat ix-xiri minn parti terza tal-grupp kollu kemm hu, jew linji tan-negozju jew attivitajiet separati li huma pprovduti minn għadd ta’ entitajiet fi grupp, jew entitajiet partikolari fi grupp, u jidentifikaw kwalunkwe impediment potenzjali għal riżoluzzjoni koordinata;

(c)       fejn grupp jinkludi entitajiet sinifikanti inkorporati f’pajjiżi terzi, jidentifika arranġamenti għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti ta’ dawk il-pajjiżi terzi u l-implikazzjonijiet għar-riżoluzzjoni fi ħdan l-Unjoni. B’mod ġenerali għandu jkun hemm reċiproċità fl-arranġamenti;

(d)       jidentifika miżuri, inklużi s-separazzjoni legali u ekonomika ta’ funzjonijiet partikolari jew linji tan-negozju, li huma meħtieġa sabiex tiġi faċilitata r-riżoluzzjoni tal-grupp meta jintlaħqu l-kundizzjonijiet tar-riżoluzzjoni;

(da)     jistabbilixxi kull miżura nazzjonali addizzjonali, mhux imsemmija f’din id-Direttiva, li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-grupp għandha l-ħsieb li tapplika għar-riżoluzzjoni tal-grupp.

(e)       jidentifika kif l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp jistgħu jiġu ffinanzjati u ▌jistabbilixxi prinċipji għall-qsim tar-responsabbiltà għal dak il-finanzjament bejn sorsi ta’ finanzjament fi Stati Membri differenti. Il-pjan ma għandu jassumi l-ebda għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja minbarra l-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 91, kull għajnuna ta' likwidità ta' emerġenza minn bank ċentrali, jew kull għajnuna ta' likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateralizzazzjoni, maturità u rati ta' imgħax mhux standard. Dawk il-prinċipji għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta’ kriterji ġusti u bilanċjati u għandhom iqisu, b’mod partikolari, l-ammont tal-assi peżati għar-riskju u l-obbligazzjonijiet totali tal-entitajiet differenti tal-grupp kif ukoll l-impatt ekonomiku tar-riżoluzzjoni fl-Istati Membri affettwati u d-distribuzzjoni tas-setgħat ta' superviżjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti differenti.

3a.        Il-pjan tar-riżoluzzjoni tal-grupp m’għandux iħalli impatt sproporzjonat fuq Stat Membru.

B’mod partikolari, għandu jqis il-kontinwità tas-servizzi essenzjali, l-istabbiltà finanzjarja u s-sehem tas-suq ta’ kwalunkwe sussidjarja fl-Istat Membru tagħha.

Il-pjan tar-riżoluzzjoni tal-grupp għandu biss jiddevja minn dan il-principju fejn meħtieġ sabiex jiġu evitati effetti negattivi sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni.

3b.        L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifika l-kontenut tal-pjan tar-riżoluzzjoni.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien [tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 12

Ir-Rekwiżit u l-proċedura għall-pjanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp

1.          Impriżi u istituzzjonijiet prinċipali li huma soġġetti għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva lill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp. Din l-informazzjoni għandha tikkonċerna l-impriża jew l-istituzzjoni prinċipali soġġetta għas-superviżjoni konsolidata u l-entitajiet legali kollha li huma parti mill-grupp. Istituzzjonijiet soġġetti għal superviżjonijiet konsolidati skont l-Artikoli 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom ukoll jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 11 ta' din id-Direttiva li tikkonċerna l-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 1(c) u (d).

L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp għandha, sakemm jeżistu ftehimiet ta’ kunfidenzjalità xierqa, tittrażmetti l-informazzjoni pprovduta skont dan il-paragrafu lill-ABE, lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li jkunu fasslu pjan tar-riżoluzzjoni separat għal sussidjarja ta' istituzzjoni f'dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 11(1a), lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikoli 130 u 131a tad-Direttiva 2006/48/KE u lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn huma stabbiliti l-kumpaniji msemmija fl-Artikolu 1(c) u (d).

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp li jaġixxu b’mod konġunt mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-kulleġġi tar-riżoluzzjoni, u wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, inklużi l-awtoritajiet kompetenti tal-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri fejn tinsab kull fergħa sinifikanti, ifasslu u jżommu pjanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fil-livell ta’ grupp jistgħu, fid-diskrezzjoni tagħhom, u mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalitá stabbiliti fl-Artikolu 76, jinvolvu fit-tfassil u ż-żamma tal-pjanijiet tar-riżoluzzjoni tal-gruppi, lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ta’ pajjiż terz tal-ġurisdizzjonijiet fejn il-grupp ikun stabbilixxa sussidjarji jew kumpaniji b’parteċipazzjoni finanzjarja jew fergħat sinifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 42a tad-Direttiva 2006/48/KE.

3.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pjanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp jiġu aġġornati mill-inqas kull sena u wara kwalunkwe bidla fl-istruttura legali jew organizzazzjonali tal-istituzzjoni jew tal-grupp, fin-negozju jew fis-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu li jista’ jkollhom effett materjali fuq il-pjanijiet jew jeħtieġu bidla fihom.

4.          Il-pjan tar-riżoluzzjoni tal-grupp għandu jieħu l-forma ta’ deċiżjoni konġunta tal-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti l-oħra u għandu jqis l-impatt potenzjali tar-riżoluzzjoni fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu deċiżjoni konġunta fi żmien perjodu ta' erba' xhur mid-data tat-trażmissjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp tal-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

Fl-assenza ta’ din id-deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fi żmien sitt xhur, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tieħu d-deċiżjoni hija stess. Id-deċiżjoni għandha tiġi spjegata f’dokument li jinkludi d-deċiżjonijiet ġustifikati bis-sħiħ u għandha tqis l-opinjonijiet u r-riżervazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perjodu ta’ erba’ xhur. L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tipprovdi d-deċiżjoni lill-impriżi jew l-istituzzjoni prinċipali li hija soġġetta għal sorveljanza konsolidata u lil awtoritajiet tar-riżoluzzjoni oħra.

L-ABE tista’ fuq l-inizjattiva tagħha stess tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu ftehim skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

5.          Awtorità tar-riżoluzzjoni li ma taqbilx ma kwalunkwe element tal-pjan tar-riżoluzzjoni tal-grupp tista’ tirreferi l-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Il-kwistjoni ma tistax tiġi riferuta lill-ABE wara t-tmiem tal-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

6.          L-ABE għandha tieħu deċiżjoni fi żmien xahar, u l-perjodu ta’ erba' xhur għandu jiġi ttrattat bħala l-perjodu ta’ konċiljazzjoni skont it-tifsira ta’ dak ir-Regolament. Id-deċiżjoni sussegwenti tal-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-ABE.

7.          Meta kwalunkwe mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni kkonċernati tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont il-paragrafu 5, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tiddiferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista’ tieħu.

Artikolu 12a

Trażmissjoni tal-pjanijiet tar-riżoluzzjoni lill-awtoritajiet kompetenti

1.          L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tittrażmetti l-pjanijiet tar-riżoluzzjoni u kwalunkwe tibdil li jsir fihom lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

2.          L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tittrażmetti l-pjanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp u kwalunkwe bidla li ssir fihom lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Kapitolu II

Valutazzjoni tar-Riżolvibbiltà u s-Setgħat Preventivi

Artikolu 13

Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, sabiex ifasslu l-pjanijiet tar-riżoluzzjoni msemmija fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu I ta' dan it-Titolu u wara li jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti inklużi l-awtoritajiet kompetenti tal-ġurisdizzjonijiet fejn tinsab kull fergħa sinifikanti, jivvalutaw safejn istituzzjonijiet u gruppi huma riżolvibbli mingħajr is-suppożizzjoni ta' għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja u lanqas ta' kull għajnuna ta' likwidità ta' emerġenza minn bank ċentrali jew kull għajnuna ta' likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateralizzazzjoni, maturità u rati ta' imgħax mhux standard. Istituzzjoni jew grupp għandu jitqies riżolvibbli jekk ikun vijabbli u kredibbli għall-awtorità tar-riżoluzzjoni li tillikwidah skont proċeduri normali ta’ insolvenza jew li tirrisolvih bl-applikazzjoni ta' għodda u setgħat differenti tar-riżoluzzjoni fuq l-istituzzjoni u l-grupp f'konformità mal-pjanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp filwaqt li tnaqqas kemm jista' jkun kull konsegwenza negattiva sinifikanti għas-sistemi finanzjarji, inklużi f'ċirkostanzi ta' instabbiltà finanzjarja usa' jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha, tal-Istat Membru li fih tinsab l-istituzzjoni, b'kunsiderazzjoni tal-istabbiltà ekonomika jew finanzjarja f'dak l-istess Stat Membru jew f'oħrajn jew fl-Unjoni u bil-ħsieb li tiġi żgurata l-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi li jitwettqu mill-istituzzjoni jew mill-grupp jew għaliex ikunu jistgħu jiġu faċilment isseparati fil-waqt jew b'mezzi oħra. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jinnotifikaw lilll-ABE fil-ħin kull meta istituzzjoni jew grupp jitqiesu li mhumiex riżolvibbli.

2.          Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom, bħala minimu, jeżaminaw il-kwistjonijiet speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness.

3.          L-ABE, wara li tikkonsulta lill-BERS, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kriterji u l-proċessi li għandhom jiġu eżaminati għall-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta' istituzzjonijiet jew gruppi previsia fil-paragrafu 2. L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

▌           Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 14

Setgħat sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta, skont valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa skont l-Artikolu 13, awtorità tar-riżoluzzjoni tiddetermina li hemm impedimenti sostantivi ▌għar-riżolvibbiltà ta' istituzzjoni, l-awtorità tar-riżolvibbiltà għandha tinnotifika bil-miktub dik id-determinazzjoni lill-awtorità kompetenti. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-istituzzjoni dwar dawk l-impedimenti sostantivi.

1a.        Ir-rekwiżit għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li jfasslu pjanijiet tar-riżoluzzjoni u għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti li jieħdu deċiżjoni b'mod konġunt dwar pjanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp fl-Artikolu 9(1) u fl-Artikolu 12(4) rispettivament għandu jiġi sospiż sat-tneħħija effettiva tal-impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà.

2.          Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi notifika magħmula skont il-paragrafu 1, l-istituzzjoni għandha tipproponi lill-awtorità kompetenti miżuri possibbli sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti sostantivi identifikati fin-notifika. L-awtorità kompetenti, wara li tikkonsulta lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, għandha tivvaluta jekk dawk il-miżuri effettivament jindirizzawx jew ineħħux l-impedimenti sostantivi inkwistjoni.

3.          Fejn l-awtorità kompetenti tivvaluta li l-miżuri proposti minn istituzzjoni skont il-paragrafu 2 ma jnaqqsux jew ma jneħħux effettivament l-impedimenti inkwistjoni, għandha, fejn ikun meħtieġ u proporzjonat, soġġett għall-paragrafu 5 u wara li tikkonsulta lill-awtorità tar-riżoluzzjoni, tidentifika miżuri alternattivi li jiksbu dak il-għan, u tinnotifika dawk il-miżuri bil-miktub lill-istituzzjoni, li għandha tipproponi fi żmien xahar pjan ta' konformità ma' dawn il-miżuri.

Fl-identifikazzjoni ta’ miżuri alternattivi, l-awtorità kompetenti għandha turi kif il-miżuri proposti mill-istituzzjoni ma kinux kapaċi jneħħu l-impediment għar-riżoluzzjoni u kif il-miżuri alternattivi proposti huma proporzjonati fit-tneħħija tal-impedimenti għar-riżoluzzjoni, u kif miżuri oħrajn inqas invażivi mhumiex biżżejjed.

4.          Għall-finijiet tal-paragrafu 3, miżuri identifikati ▌jistgħu, fejn meħtieġ u xieraq sabiex jitnaqqsu jew jitneħħew l-impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà inkwistjoni, jinkludu dan li ġej:

(a)       jeħtieġu lill-istituzzjoni tirrevedi l-arranġamenti ta' finanzjament intragrupp jew tfassal ftehimiet ta’ servizz (kemm jekk fi ħdan l-istess grupp kif ukoll ma’ partijiet terzi) sabiex tiġi koperta l-provvista ta’ funzjonijiet jew servizzi ekonomiċi kritiċi;

(b)       jeħtieġu li l-istituzzjoni tirrieżamina l-iskoperturi individwali u aggregati massimi tagħha;

(c)       jimponu rekwiżiti speċifiċi jew regolari tal-informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-finijiet tar-riżoluzzjoni;

(d)       jirrakkomandaw li l-istituzzjoni tbigħ assi speċifiċi;

(e)       jirrakkomandaw li l-istituzzjoni tillimita jew twaqqaf attivitajiet eżistenti jew proposti speċifiċi;

(f)        jagħtu pariri lill-istituzzjoni kontra l-iżvilupp jew il-bejgħ ta’ linji tan-negozju jew prodotti ġodda;

(g)       jeħtieġu bidliet fl-istrutturi legali jew operazzjonali tal-istituzzjoni ħalli titnaqqas il-komplessità sabiex jiġi żgurat li l-funzjonijiet kritiċi jkunu jistgħu jiġu sseparati legalment u ekonomikament minn funzjonijiet oħra permezz tal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni;

(h)       jeħtieġu impriża prinċipali tistabbilixxi kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru jew kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja prinċipali tal-Unjoni;

(i)        jeħtieġu impriża prinċipali, jew kumpanija msemmija fl-Artikolu 1(c) jew (d) joħorġu strumenti ta’ dejn jew self msemmija fl-Artikolu 39(2);

(ia)     jeħtieġu li istituzzjoni, jew kumpanija msemmija fil-punti c u d tal-Artikolu 1, tieħu passi biex tissodisfa r-rekwiżit minimu għall-obbligazzjonijiet eliġibbli skont l-Artikolu 39(1) sabiex jinħarġu l-istrumenti ta’ dejn jew self imsemmija fl-Artikolu 39(2);

(j)        meta istituzzjoni tkun is-sussidjarja ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni ta’ attività mħallta, jeħtieġu li l-kumpanija b'parteċipazzjoni ta’ attività mħallta tistabbilixxi kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja separata sabiex tikkontrolla l-istituzzjoni, jekk dan ikun meħtieġ sabiex tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni u sabiex tiġi evitata li l-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni speċifikati fit-Titolu IV ikollhom effett negattiv fuq il-parti mhux finanzjarja tal-grupp.

5.          L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jibbażaw determinazzjoni skont il-paragrafu 1 fuq impedimenti li jirriżultaw minn fatturi mhux prevedibbli lil hinn mill-kontroll tal-istituzzjoni ▌.

6.          Notifika mill-awtorità kompetenti lill-istituzzjoni, li ssir skont il-paragrafu 1 jew 3 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)       għandha tiġi sostnuta b'raġunijiet għall-valutazzjoni jew id-determinazzjoni inkwistjoni;

(b)       għandha tindika kif dik il-valutazzjoni jew id-determinazzjoni tikkonforma mar-rekwiżit għall-applikazzjoni proporzjonata stabbilita fl-Artikolu 9.

6a.         L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet li huma affettwati minn deċiżjonijiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni skont dan l-Artikolu jkollhom drittijiet xierqa ta’ appell inkluż id-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju.

7.          Qabel ma jidentifikaw kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 3, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kif dovut l-effett potenzjali ta’ dawk il-miżuri fuq l-istituzzjoni partikolari, fuq is-suq intern għas-servizzi finanzjarji, fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fi Stati Membri oħra u l-Unjoni inġenerali.

8.          L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-miżuri previsti fil-paragrafu 4 u f'liema ċirkostanzi kull miżura tista' tiġi applikati.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 15

Setgħat sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà: it-trattament tal-grupp

1.          Is-superviżur li jikkonsolida u l-awtoritajiet kompetenti tas-sussidjarji li għalihom tfasslu pjanijiet tar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 9(1), għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri, u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti, u għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jieħdu deċiżjoni konġunta fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ miżuri identifikati skont l-Artikolu 14(3).

2.          Is-superviżur li jikkonsolida, f'kooperazzjoni mal-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp u l-ABE skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, għandu jħejji u jissottometti rapport lill-impriżi jew l-istituzzjoni prinċipali, soġġetti għal superviżjoni konsolidata u lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-sussidjarji, li għandhom jipprovduh lis-sussidjarji taħt is-superviżjoni tagħhom, u tal-Istati Membri fejn l-istituzzjonijiet għandhom fergħat rilevanti. Ir-rapport għandu jitħejja wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, u għandu janalizza l-impedimenti sostantivi għall-applikazzjoni effikaċi tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat tar-riżoluzzjoni. Ir-rapport għandu jikkunsidra l-impatt fuq il-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni u jirrakkomanda ▌kwalunkwe miżura proporzjonata u mmirata li, fl-opinjoni tal-awtoritajiet, hija meħtieġa jew xierqa sabiex jitneħħew dawk l-impedimenti.

3.          Fi żmien erba' xhur wara l-wasla tan-notifika, l-impriża jew l-istituzzjoni prinċipali soġġetta għal superviżjoni konsolidata tista' tissottometti osservazzjonijiet u tipproponi miżuri alternattivi lis-superviżur li jikkonsolida ħalli tirrimedja l-impedimenti identifikati fir-rapport.

4.          Is-superviżur li jikkonsolida għandu jikkomunika kwalunkwe miżura proposta mill-impriżi jew l-istituzzjoni prinċipali soġġetta għal superviżjoni konsolidata lill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti tas-sussidjarji u tal-Istati Membri fejn l-istituzzjonijiet għandhom fergħat rilevanti. Is-superviżur li jikkonsolida u l-awtoritajiet kompetenti tas-sussidjarji, wara li jikkonsultaw lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, għandhom jagħmlu kull ma huwa fis-setgħa tagħhom sabiex jieħdu deċiżjoni konġunta fi ħdan il-kulleġġ superviżorju fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali, u jekk ikun meħtieġ, il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mill-impriżi jew l-istituzzjoni prinċipali soġġetta għal superviżjoni konsolidata u l-miżuri meħtieġa mill-awtoritajiet sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti, li għandhom iqisu l-impatt potenzjali tal-miżuri fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp.

5.          Id-deċiżjoni konġunta għandha tittieħed fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni tar-rapport. Għandha tkun iġġustifikata u spjegata f'dokument li għandu jiġi pprovdut lill-impriżi jew l-istituzzjoni prinċipali li hija soġġetta għas-superviżjoni konsolidata mis-superviżur li jikkonsolida.

L-ABE tista’ fuq l-inizjattiva tagħha stess tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu ftehim skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

6.          Fl-assenza ta' deċiżjoni konġunta fi żmien erba' xhur mid-data tas-sottomissjoni tar-rapport msemmi fil-paragrafi 1 jew 2, is-superviżur li jikkonsolida għandu jieħu deċiżjoni huwa stess dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 14(3) fir-rigward tal-grupp kollu kemm hu.

Id-deċiżjoni għandha tiġi spjegata f’dokument li jinkludi ġustifikazzjoni sħiħa u għandha tqis l-opinjonijiet u r-riżervazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perjodu ta’ erba’ xhur. Id-deċiżjoni għandha tiġi pprovduta lill-impriża prinċipali jew lill-istituzzjoni li hija soġġetta għas-superviżjoni konsolidata mis-superviżur li jikkonsolida .

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi rikonoxxuta bħala konklużiva u tiġi applikata mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kkonċernati.

Jekk, fit-tmien tal-perjodu ta’ erba’ xhur, kwalunkwe awtorità kompetenti kkonċernata tkun irreferiet il-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, is-superviżur li jikkonsolida għandu jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu u jistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ABE tista' tieħu skont l-Artikolu 19(3) ta’ dak ir-Regolament. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tiegħu fi żmien xahar u l-perjodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-perjodu ta' konċiljazzjoni fi ħdan it-tifsira ta' dak ir-Regolament. Id-deċiżjoni sussegwenti tas-superviżur li jikkonsolida għandha tikkonforma mad-deċiżjoni tal-ABE. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ABE wara tmiem il-perjodu ta’ erba’ xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta.

6a.      L-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru ospitanti fejn ikun hemm sussidjarja tista’ tipproponi azzjoni addizzjonali ta' rkupru fir-rigward ta’ sussidjarja fl-Istat Membru tagħha jekk tqis li huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-kontinwità ta’ funzjonijiet kritiċi jew sabiex jiġu evitati effetti negattivi sinifikanti fuq l-istabbiltà finanzjarja, u sakemm dan ma jinterferixxix mal-azzjonijiet li għandhom jittieħdu skont l-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-gruppi fir-rigward tal-grupp kollu kemm hu.

L-awtorità kompetenti għandha tissottometti l-proposta tagħha lis-superviżur li jikkonsolida, lill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lill-membri tal-kulleġġ superviżorju.

Huma jistgħu jqajmu kwalunkwe tħassib jew oġġezzjoni fi żmien xahrejn mis-sottomissjoni tal-proposta.

Fl-assenza ta’ kwalunkwe oġġezzjoni f'dak il-perjodu, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu l-azzjoni proposta.

Meta l-awtorità tal-konsolidazzjoni jew membru ieħor tal-kulleġġ ikun qajjem oġġezzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra kif xieraq dawk l-oġġezzjonijiet u t-tħassib u mbagħad tista’ tieħu deċiżjoni.

Id-deċiżjoni għandha tkun stabbilita f’dokument iġġustifikat u għandha tieħu kont ta’ kwalunkwe oġġezzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni l-oħrajn espressi matul il-perjodu ta’ xahrejn.

KAPITOLU III

Għajnuna Finanzjarja Intragrupp

Artikolu 16

Ftehim ta' għajnuna finanzjarja tal-grupp

1.          Sabiex jingħelbu impedimenti legali potenzjali għall-forniment ta’ appoġġ finanzjarju fi ħdan il-grupp ta’ istituzzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjoni prinċipali fi Stat Membru, jew istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni, jew kumpanija msemmija fl-Artikolu 1(c) jew (d) u s-sussidjarji tagħha fi Stati Membri oħra jew f'pajjiżi terzi li huma istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji koperti bis-superviżjoni tal-impriża prinċipali, għandhom jistabbilixxu arranġamenti, għall-finijiet ta' din id-Direttiva li jistipulaw jekk daħlux jew le fi ftehim biex jipprovdu għajnuna finanzjarja lil kwalunkwe parti oħra fil-grupp għall-ftehim li tesperjenza diffikultajiet finanzjarji, u juru kif il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu jkunu ssodisfati. Id-dispożizzjonijiet f’dan il-Kapitolu ma għandhomx jirrestrinġu l-operat tal-finanzjament ċentralizzat fi grupp ta’ istituzzjonijiet f’ċirkostanzi normali.

1a.      Ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp m’għandux jikkostitwixxi prerekwiżit:

(a)       biex jipprovdi għajnuna finanzjarja tal-grupp lil kwalunkwe entità ta’ grupp li tesperjenza diffikultajiet finanzjarji jekk l-istituzzjoni tiddeċiedi li tagħmel hekk, fuq bażi ta’ każ b’każ u skont il-politiki tal-grupp jekk dan ma jirrappreżentax riskju għall-grupp kollu. jew

(b)       biex jopera fi Stat Membru jew pajjiż terz, anke jekk ikun mitlub mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom.

2.          Il-ftehim jista':

(a)       ikopri sussidjarja waħda jew aktar tal-grupp, u jista’ jipprevedi għajnuna finanzjarja mill-impriża prinċipali lis-sussidjarji, mis-sussidjarji lill-impriża prinċipali, bejn sussidjarji tal-grupp li huma parti fil-ftehim, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawn l-entitajiet;

(b)       jipprovdi għal għajnuna finanzjarja fil-forma ta’ self, il-provvista ta’ garanziji, jew il-provvista ta’ assi għal użu bħala kollateral fi tranżazzjoni bejn il-benefiċjarju tal-għajnuna u parti terza, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta’ dawk il-miżuri.

3.          Jekk skont it-termini tal-ftehim, sussidjarja taqbel li tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-impriża prinċipali, il-ftehim għandu jinkludi ftehim reċiproku mill-impriża prinċipali li timpennja ruħha biex tipprovdi għajnuna finanzjarja lil dik sussidjarja.

4.          Il-ftehim għandu jispeċifika l-korrispettiv pagabbli, jew jistabbilixxi prinċipji għall-kalkolu tal-korrispettiv, għal kwalunkwe tranżazzjoni li ssir taħtu.

5.          Il-ftehim jista’ jiġi konkluż biss jekk, fil-ħin li jsir il-ftehim propost, fl-opinjoni tal-awtorità kompetenti rilevanti, l-ebda waħda mill-partijiet ma tkun qed tikser, jew probabbli li tikser, kwalunkwe rekwiżit tad-Direttiva 2006/48/KE relatat mal-kapital jew il-likwidità, tkun qed tesperjenza sitwazzjoni ta' likwidità li qed tiddeterjora malajr jew tkun f’riskju ta’ insolvenza.

6.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe dritt, pretensjoni jew azzjoni li torġina mill-ftehim tkun tista’ tiġi eżerċitata biss mill-partijiet fil-ftehim, bl-esklużjoni ta' partijiet terzi.

Artikolu 17

Analiżi ta’ ftehim propost mill-awtoritajiet kompetenti u l-medjazzjoni

1.          L-impriżi prinċipali u l-istituzzjonijiet li huma soġġetti għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE għandhom jissottomettu lis-superviżur li jikkonsolida applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ kwalunkwe ftehim ta' għajnuna finanzjarja tal-grupp propost skont l-Artikolu 16. L-applikazzjoni għandha tinkludi t-test tal-ftehim propost u tidentifika l-entitajiet tal-grupp li jkunu qed jipproponu li jkunu partijiet.

2.          Is-superviżur li jikkonsolida għandu jagħti l-awtorizzazzjoni jekk it-termini tal-ftehim propost ikunu konsistenti mal-kundizzjonijiet għall-għajnuna finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 19.

3.          Is-superviżur li jikkonsolida għandu jibgħat mingħajr dewmien l-applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull sussidjarja li tkun qed tipproponi li tkun parti fil-ftehim.

4.          L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dak kollu li hu fis-setgħa tagħhom sabiex jieħdu deċiżjoni konġunta, li għandha tqis l-impatt potenzjali tal-eżekuzzjoni tal-ftehim fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp, dwar jekk it-termini tal-ftehim propost humiex konsistenti mal-kundizzjonijiet għal għajnuna finanzjarja stabbiliti fl-Artikolu 19 fi żmien erba' xhur mid-data li jirċievu l-applikazzjoni mis-superviżur li jikkonsolida. Id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi spjegata f’dokument li jinkludi d-deċiżjoni ġġustifikata bis-sħiħ, li għandu jiġi pprovdut lill-applikant mis-superviżur li jikkonsolida.

L-ABE tista’ fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu ftehim skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Wara li tintlaħaq deċiżjoni konġunta mill-awtoritajiet kompetenti interessati kollha, is-superviżur li jikkonsolida għandu jagħti l-awtorizzazzjoni jekk it-termini tal-ftehim propost ikunu konsistenti mal-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju stipulati fl-Artikolu 19.

5.          Fl-assenza ta’ deċiżjoni konġunta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi żmien tliet xhur, is-superviżur li jikkonsolida għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu stess dwar l-applikazzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi spjegata f’dokument li jkun fih ġustifikazzjoni sħiħa u għandha tqis l-opinjonijiet u r-riżervazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perjodu ta' tliet xhur. Is-superviżur li jikkonsolida għandu jinnotifika d-deċiżjoni lill-applikant u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra.

6.           L-eżekuzzjoni ta' ftehim ta' appoġġ finanzjarju tal-grupp m'għandux ikollu konsegwenzi fiskali fi Stat Membru li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tiegħu ma tkunx qablet mal-ftehim ta' appoġġ finanzjarju tal-grupp.

Artikolu 18

Approvazzjoni mill-azzjonisti tal-ftehim propost

1.          L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kwalunkwe ftehim propost li jkun ġie awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti jiġi sottomess għall-approvazzjoni fil-laqgħa tal-azzjonisti ta’ kull entità fil-grupp li tkun qed tipproponi li tidħol fil-ftehim. F’dan il-każ, il-ftehim għandu jkun validu biss fir-rigward ta' dawk il-partijiet li laqgħa tal-azzjonisti tagħhom tkun approvat il-ftehim.

2.          L-Istati Membri ▌għandhom jeħtieġu li skont il-ftehim ta' għajnuna finanzjarja tal-grupp, l-azzjonisti ta’ kull entità fi grupp li se tkun parti fil-ftehim jawtorizzaw lill-korp tal-maniġment rispettiv imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/48/KE jieħu deċiżjoni li l-entità għandha tipprovdi għajnuna finanzjarja skont it-termini tal-ftehim u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu. Ma għandhom ikunu meħtieġa l-ebda approvazzjoni mill-azzjonisti jew laqgħa addizzjonali għal kwalunkwe tranżazzjoni speċifika mwettqa skont il-ftehim.

3.          Il-korp tal-maniġment ta' kull entità li hija parti fi ftehim għandu jirrapporta kull sena lill-azzjonisti dwar il-prestazzjoni tal-ftehim, u dwar l-implimentazzjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni meħuda skont il-ftehim.

Artikolu 18a

It-trażmissjoni ta’ ftehimiet ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp lil awtoritajiet tar-riżoluzzjoni

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jittrażmettu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti l-ftehimiet ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp li jkunu awtorizzaw u kwalunkwe tibdil fihom.

Artikolu 19

Kundizzjonijiet għal għajnuna finanzjarja tal-grupp

1.          Għajnuna finanzjarja skont l-Artikolu 16 tista' tingħata biss skont ftehim ta' għajnuna finanzjarja tal-grupp jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)       hemm prospett raġonevoli li l-għajnuna pprovduta tirrimedja d-diffikultajiet finanzjarji tal-entità li qed tirċeviha;

(b)       l-għoti tal-għajnuna finanzjarja għandu l-għan li jippreserva jew jirristawra l-istabbiltà finanzjarja tal-grupp kollu jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet tal-grupp;

(c)       l-għajnuna finanzjarja tingħata għal korrispettiv;

(d)       hemm ċertezza raġonevoli, abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-korp tal-maniġment fil-mument meta tittieħed id-deċiżjoni li tingħata għajnuna finanzjarja, li s-self se jiġi rimborżat jew li l-korrispettiv għall-għajnuna jitħallas bi prezz xieraq mill-entità li qed tirċievi l-għajnuna;

(e)       l-għajnuna finanzjarja ma tipperikolax il-likwidità jew is-solvenza tal-entità li qed tipprovdi l-għajnuna u lanqas bħala riżultat, ma toħloq theddida għall-istabbiltà finanzjarja;

(f)        l-entità li qed tipprovdi l-għajnuna tikkonforma fil-ħin meta tingħata l-għajnuna, u se tkompli tikkonforma wara li tingħata l-għajnuna, mar-rekwiżiti tal-fondi proprji u kwalunkwe rekwiżit impost skont l-Artikolu 136(2) tad-Direttiva 2006/48/KE.

2.          L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 20

Deċiżjoni li tingħata għajnuna finanzjarja

Id-deċiżjoni li tingħata għajnuna finanzjarja tal-grupp skont il-ftehim tittieħed mill-korp tal-maniġment kif imsemmi fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-entità li qed tipprovdi l-għajnuna finanzjarja. Dik id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata u għandha tindika l-għan tal-għajnuna finanzjarja proposta. B’mod partikolari, id-deċiżjoni għandha tindika:

(a)       kif l-għajnuna finanzjarja tippreżerva jew tirristawra l-istabbiltà finanzjarja tal-grupp kollu jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet tal-grupp;

(b)       li l-għajnuna finanzjarja ma taqbiżx il-kapaċitajiet finanzjarji tal-entità legali li qed tipprovdi l-għajnuna finanzjarja;

(c)       li l-entità li tipprovdi l-għajnuna finanzjarja għandha tkompli tissodisfa r-rekwiżiti tal-fondi proprji u kwalunkwe rekwiżit impost skont l-Artikolu 136(2) tad-Direttiva 2006/48/KE.

Artikolu 21

Dritt ta' oppożizzjoni għall-awtoritajiet kompetenti

1.          Qabel ma tingħata għajnuna skont ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp, il-korp tal-maniġment ta' entità li għandha l-ħsieb li tipprovdi għajnuna finanzjarja għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti tiegħu, lis-superviżur li jikkonsolida fejn ikun applikabbli, u lill-ABE. In-notifika għandha tinkludi dettalji tal-għajnuna proposta.

2.          Fi żmien jumejn mid-data tal-wasla ta' notifika, l-awtorità kompetenti tista’ tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-għoti tal-għajnuna finanzjarja stipulata fl-Artikolu 19 jekk ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet tal-għajnuna finanzjarja tal-grupp. Deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-għajnuna finanzjarja għandha tkun iġġustifikata.

3.          L-awtorità kompetenti għandha tinforma immedjatament lill-ABE, is-superviżur li jikkonsolida u l-awtoritajiet kompetenti li jipparteċipaw fil-kulleġġi tas-superviżuri identifikati fl-Artikolu 131a tad-Direttiva 2006/48/KE, bid-deċiżjoni tagħha li tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-għajnuna finanzjarja.

4.          Fejn is-superviżur li jikkonsolida jew l-awtorità kompetenti responsabbli għall-entità li qed tirċievi l-għajnuna jkollhom oġġezzjonijiet rigward id-deċiżjoni li tiġi pprojbita jew ristretta l-għajnuna finanzjarja, jistgħu, fi żmien jumejn, jirreferu l-kwistjoni għand l-ABE u jitolbu l-assistenza tagħha skont l-Artikolu 31 tar-Regolament 1093/2010.

5.          Jekk l-awtorità kompetenti ma tipprojbixxix jew ma tirrestrinġix l-għajnuna finanzjarja fi żmien il-perjodu indikat fil-paragrafu 2, l-għajnuna finanzjarja tista’ tiġi pprovduta skont it-termini sottomessi lill-awtorità kompetenti.

5a.        Id-deċiżjoni li tingħata għajnuna finanzjarja li mhijiex ipprojbita jew ristretta mill-awtorità kompetenti u d-deċiżjonijiet tal-awtorità kompetenti biex tipprojbixxi jew tirrestrinġi l-għajnuna finanzjarja għandhom jiġu trażmessi mill-awtoritajiet kompetenti lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti.

5b.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli fir-reġimi ta’ insolvenza jew ir-reġimi tar-riżoluzzjoni speċjali tagħhom ma jfixklux iċ-ċertezza legali u l-infurzabbiltà ta’ tranżazzjonijiet intragrupp approvati u mqiegħda fis-seħħ skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu.

Artikolu 22

Divulgazzzjoni

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjonijiet li jkunu daħlu fi ftehim ta’ għajnuna finanzjarja tal-grupp skont l-Artikolu 16 jippubblikaw deskrizzjoni tal-ftehim u l-ismijiet tal-entitajiet li huma parti minnu u jaġġornaw dik l-informazzjoni mill-inqas kull sena.

Għandhom japplikaw l-Artikoli 145 sa 149 tad-Direttiva 2006/48/KE.

2.          L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-forma u l-kontenut tad-deskrizzjoni prevista fil-paragrafu 1. L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

3.          Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 23

Miżuri ta’ intervent bikri

1.          Meta l-kundizzjoni finanzjarja ta' istituzzjoni titqies li qed tiddeterjora malajr wara valutazzjoni bbażata fuq sett ta' indikaturi u limiti xierqa u partikolarment meta istituzzjoni ma tissodisfax jew x'aktarx ser tikser ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2006/48/KE, bħal pereżempju l-fondi proprji minimi tagħha b'żieda ta' 1,5 %, jew l-iffaċċjar ta' sitwazzjoni ta' likwidità li qed tiddeterjora malajr, livell ta' ingranaġġ li qed jiżdied malajr, self improduttiv jew konċentrazzjoni ta' skoperturi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom, minbarra l-miżuri msemmija fl-Artikolu 136 tad-Direttiva 2006/48/KE fejn applikabbli, partikolarment, il-miżuri li ġejjin:

(a)       jeħtieġu li l-maniġment tal-istituzzjoni jimplimenta waħda jew aktar mill-arranġamenti u l-miżuri stabbiliti fil-pjan ta’ rkupru jew li jaġġornaw tali pjan ta' rkupru meta ċ-ċirkostanzi li waslu għall-Intervent Bikri jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta' rkupru inizjali u jimplimentaw waħda jew aktar mill-arranġamenti u l-miżuri stabbiliti fih f'perjodu ta' żmien speċifiku sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet msemmija fis-subparagrafu 1 ma jibqgħux applikati aktar;

(b)       jeħtieġu li l-maniġment tal-istituzzjoni jeżamina s-sitwazzjoni, jidentifika miżuri sabiex tingħeleb kwalunkwe problema identifikata u jfassal pjan ta' azzjoni sabiex jingħelbu dawk il-problemi u skeda taż-żmien għall-implimentazzjoni tiegħu;

(c)       jeħtieġu li l-maniġment tal-istituzzjoni jlaqqa’, jew jekk il-maniġiment jonqos milli jikkonforma ma' dan ir-rekwiżit ilaqqgħu direttament, il-laqgħa tal-azzjonisti tal-istituzzjoni, jipproponu l-aġenda u l-adozzjoni ta' ċerti deċiżjonijiet;

(d)       jeħtieġu li jitneħħa membru tal-bord wieħed jew aktar jew diretturi maniġerjali jekk jinstab li dawn il-persuni mhumiex kompetenti biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2006/48/KE;

(e)       jeħtieġu li l-maniġment tal-istituzzjoni jfassal pjan għan-negozjar dwar ir-ristrutturar ta’ dejn ma’ xi wħud mill-kredituri tagħha skont il-pjan ta’ rkupru;

(f)        jakkwistaw, inkluż permezz ta’ spezzjonijiet fuq il-post, l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jaġġornaw il-pjan tar-riżoluzzjoni sabiex iħejju għar-riżoluzzjoni eventwali tal-istituzzjoni, inkluż billi jwettqu evalwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni skont l-Artikolu 30.

2.          L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika aktar is-sett minimu ta' indikaturi u limiti msemmija fil-paragrafu 1 u l-miżuri previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 25

Koordinazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri ▌fir-rigward ta’ gruppi

1.          Fejn ikunu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-impożizzjoni ta' rekwiżiti skont l-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva ▌fir-rigward ta' intrapriża jew istituzzjoni prinċipali tal-Unjoni jew kwalunkwe mis-sussidjarji tagħha, soġġetta għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE, l-awtorità kompetenti li biħsiebha tieħu miżura skont dak l-Artikolu għandha tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti relevanti l-oħra fi ħdan il-kulleġġ tas-superviżuri u l-ABE bl-intenzjoni tagħha.

2.           Is-superviżur li jikkonsolida u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra għandhom iqisu jekk huwiex meħtieġ li jittieħdu miżuri skont l-Artikolu 23 ▌fir-rigward ta’ entitajiet oħra fil-grupp u jekk il-koordinazzjoni tal-miżuri li jridu jittieħdu hijiex mixtieqa. Is-superviżur li jikkonsolida u l-awtoritajiet rilevanti l-oħra għandhom jikkunsidraw jekk miżuri alternattivi jkollhomx probabbilità akbar jirrestawraw il-vijabbiltà tal-entitajiet individwali u jippreżervaw is-sodezza finanzjarja tal-grupp kollu. ▌

Il-valutazzjoni għandha tieħu l-forma ta’ deċiċjoni konġunta tas-superviżur li jikkonsolida u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra, li għandha tqis l-impatt potenzjali tal-miżura fl-Istati Membri kollha fejn jopera l-grupp. Id-deċiżjoni konġunta għandha tintlaħaq fi żmien ħamest ijiem mid-data tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1. Id-deċiżjoni konġunta għandha tkun iġġustifikata u stabbilita f'dokument, li għandu jiġi pprovdut mis-superviżur li jikkonsolida lill-impriża jew istituzzjoni prinċipali soġġetta għal superviżjoni konsolidata.

3.           L-ABE tista’, fuq talba tal-awtorità kompetenti, tgħin lill-awtoritajiet kompetenti jilħqu ftehim skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha toħroġ is-soluzzjoni proposta tagħha f'ħamest ijiem.

4.          Fl-assenza ta’ deċiżjoni konġunta fi żmien ħamest ijiem is-superviżur li jikkonsolida u l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tas-sussidjarji jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet individwali.

5.          Id-deċiżjoni ta’ kull awtorità kompetenti għandha tkun motivata. Id-deċiżjoni għandha tqis l-opinjonijiet u r-riżervazzjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra espressi matul il-perjodu tal-ħamest ijiem u l-impatt potenzjali tad-deċiżjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stati Membri oħra. Id-deċiżjonijiet għandhom jiġu pprovduti mis-superviżur li jikkonsolida lill-impriża jew lill-istituzzjoni prinċipali li hija soġġetta għal superviżjoni konsolidata u lis-sussidjarji mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi.

6.          Qabel ma jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess skont il-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw l-ABE. Id-deċiżjoni għandha tikkunsidra l-parir tal-ABE u tispjega kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti minn dak il-parir.

TITOLU IV

RIŻOLUZZJONI

Kapitolu I

għanijiet, kundizzjonijiet u prinċipji ġenerali

Artikolu 26

Għanijiet tar-riżoluzzjoni

1.          Meta japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni, u jagħżlu l-għodod u s-setgħat li l-aħjar jintlaħqu l-għanijiet li huma rilevanti fiċ-ċirkostanzi tal-każ.

2.          L-għanijiet tar-riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 huma:

(a)       li tiġi żgurata l-kontinwità ta' funzjonijiet kritiċi u, kemm jista' jkun, il-kontinwità tal-pożizzjonijiet tal-kontroparti meta dawn ma jistgħux isiru minn istituzzjoni oħra mingħajr ma ġġarrab spejjeż inaċċettabbli għall-fondi pubbliċi;

(b)       li jiġu evitati effetti ħżiena ▌fuq l-istabbiltà finanzjarja, inkluż permezz tal-prevenzjoni tal-kontaġju, u billi tinżamm id-dixxiplina tas-suq, filwaqt li jiġu protetti l-fondi pubbliċi;

(c)       jiġu protetti l-fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;

(d)       li tiġi evitata l-qerda ▌ta' valur sakemm din ma tkunx neċessarja biex jinkisbu l-għanijiet rilevanti kif imsemmi fil-paragrafu 1 u li tiġi mminimizzata l-ispiża tar-riżoluzzjoni;

(e)       jiġu protetti d-depożituri koperti bid-Direttiva 94/19/KE u l-investituri koperti bid-Direttiva 97/9/KE;

(f)        jiġu protetti l-fondi u l-assi tal-klijenti.

3.          L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jagħtu sinifikanza ugwali lill-għanijiet tar-riżoluzzjoni ▌u jibbilanċjawhom kif xieraq man-natura u ċ-ċirkostanzi ta' kull każ.

Waqt li jiġu segwiti l-għanijiet stipulati fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jagħmlu ħilithom biex jipproteġu l-fondi pubbliċi u jiżguraw li, sakemm iċ-ċirkostanzi jippermettu, is-settur pubbliku jkun ikkompensat għall-ispejjeż u r-riskji meħuda mill-arranġamenti ta' finanzjament nazzjonali stipulati skont l-Artikolu 91.

Artikolu 27

Kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu azzjoni tar-riżoluzzjoni fir-rigward ta' istituzzjoni msemmija fl-Artikolu 1(a) biss jekk jintlaħqu l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)       l-awtorità kompetenti wara li tikkonsulta lill-awtorità tar-riżoluzzjoni tiddetermina li l-istituzzjoni m'għadhiex aktar vijabbli biex topera fi ħdan l-awtorizzazzjoni tagħha abbażi tar-rekwiżit tal-fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92 tas-[CRR] jew qed tfalli jew probabbli tfalli;

(b)       wara li kkunsidraw iż-żmien u ċ-ċirkostanzi l-oħra rilevanti, ma hemmx prospetti raġjonevoli li kwalunkwe azzjoni alternattiva mis-settur privat, inklużi miżuri mill-Iskemi ta' Garanzija tad-Depożiti jew l-IPA, jew azzjoni ta' superviżjoni, inklużi l-misuri msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 23(1), minbarra azzjoni tar-riżoluzzjoni mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li ttieħdet fir-rigward tal-istituzzjoni, tista' tipprevjeni l-falliment tal-istituzzjoni fi żmien raġonevoli;

(c)       azzjoni tar-riżoluzzjoni hija meħtieġa fl-interess pubbliku skont il-paragrafu 3.

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jipprovdu gwida dwar il-mod li bih se jiġġudikaw il-kundizzjonijiet skattaturi, li għandhom jippubblikaw u jikkomunikaw lill-ABE.

1b.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu wkoll azzjonijiet tar-riżoluzzjoni jekk l-awtorizzazzjoni tkun ġiet irtirata skont l-Artikolu 18 tad-Direttiva [CRD IV] u azzjoni tar-riżoluzzjoni tkun meħtieġa fl-interess pubbliku skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

1c.         L-adozzjoni preċedenti ta’ miżura ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 23 mhijiex kundizzjoni biex tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni.

2.          Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, istituzzjoni titqies qed tfalli jew probabbli tfalli f'waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)       l-istituzzjoni qed tikser jew hemm elementi oġġettivi li jsostnu d-determinazzjoni li dik l-istituzzjoni se tkun qed tikser, fil-futur qarib, il-kriterji oġġettivi u definiti minn qabel dwar il-fondi proprja minimi b'mod li jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni mill-awtorità kompetenti minħabba li l-istituzzjoni tkun ġarrbet jew probabbli li ser iġġarrab telf li se jnaqqas il-fondi proprji tagħha kollha jew parti sostanzjali minnhom;

(b)       hemm kriterji oġġettivi jew definiti minn qabel biex jappoġġjaw id-determinazzjoni li l-assi tal-istituzzjoni huma jew ser ikunu, fil-futur qarib, inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha;

(c)       l-istituzzjoni hija jew hemm elementi oġġettivi biex jappoġġjaw determinazzjoni li dik l-istituzzjoni se tkun, fil-futur qarib, inkapaċi li tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha hekk kif isiru dovuti u, skont il-valutazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, din l-inabbiltà li tħallas mhux se tkun possibbli li tiġi rimedjata f'perjodu ta' żmien raġonevoli;

(d)       l-istituzzjoni titlob għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja ħlief meta, biex tippreserva l-istabbiltà finanzjarja, tkun teħtieġ kwalunkwe minn dan li ġej:

(i)     ▌il-faċilitajiet tal-likwidità pprovduti minn banek ċentrali skont il-kundizzjonijiet standard ▌(il-faċilità hija kompletament żgurata minn kollateral li għalih ġie applikat tnaqqis, fil-funzjoni tal-kwalità tiegħu u l-valur tas-suq u li l-bank ċentrali jimponi rata ta' imgħax ta' penalità fuq il-benefiċjarju), anke meta l-faċilitajiet tal-likwidità jkunu appoġġjati minn garanzija mill-Istat; jew

(ii)     garanzija mill-Istat fuq obbligazzjonijiet ġodda maħruġa sabiex jiġi rimedjat disturb serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru.

Fiż-żewġ każijiet imsemmija fil-punti (i) u (ii), il-miżuri ta' garanzija għandhom ikunu limitati għal-istituzzjonijiet finanzjarji solventi, ma għandhomx ikunu parti minn pakkett ta' għajnuna akbar, għandhom ikunu bil-kundizzjoni tal-approvazzjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, u għandhom ikunu strettament limitati fiż-żmien.

3.          Għall-finijiet tal-punt (c) tal-paragrafu 1, azzjoni tar-riżoluzzjoni għandha tiġi ttrattata bħala fl-interess pubbliku jekk tikseb u hija proporzjonata għal waħda jew aktar mill-għanijiet tar-riżoluzzjoni kif speċifikat fl-Artikolu 26 u stralċ tal-istituzzjoni jew impriża prinċipali taħt proċeduri normali ta' falliment ma jilħaqx dawk l-għanijiet tar-riżoluzzjoni sa l-istess punt.

3b.      L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifika l-kontenut tal-gwida msemmi fil-paragrafu 1.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien [tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi tal-implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 28

Kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni fir-rigward ta' istituzzjonijiet finanzjarji u kumpaniji b'parteċipazzjoni

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jieħdu azzjoni tar-riżoluzzjoni fir-rigward ta' istituzzjoni finanzjarja jew ditta msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 1, meta l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 27(1), ikunu ssodisfati fir-rigward ta' kemm l-istituzzjoni finanzjarja jew id-ditta u fir-rigward tal-istituzzjoni prinċipali soġġetta għal superviżjoni konsolidata.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni tar-riżoluzzjoni fir-rigward ta' kumpanija msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1, meta l-kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 27(1) ikunu ssodisfati fir-rigward ta' kemm il-kumpanija msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1 kif ukoll fir-rigward ta' sussidjarja waħda jew aktar li huma istituzzjonijiet, kemm jekk ikunu stabbiliti fl-Unjoni kif ukoll jekk le.

3.          Meta istituzzjonijiet sussidjarji ta’ kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta jkunu miżmuma direttament jew indirettament minn kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja intermedjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li azzjonijiet tar-riżoluzzjoni għall-għanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp jittieħdu fir-rigward tal-kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja intermedja, u ma għandhomx jieħdu azzjonijiet tar-riżoluzzjoni għall-għanijiet tar-riżoluzzjoni tal-grupp fir-rigward tal-kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta.

4.          Soġġett għall-paragrafu 3 u b’deroga mid-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, minkejja l-fatt li kumpanija msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1 tista' ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27(1), l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjoni tar-riżoluzzjoni fir-rigward ta' dik il-kumpanija meta waħda jew aktar mis-sussidjarji li huma istituzzjonijiet, kemm jekk ikunu stabbiliti fl-Unjoni kif ukoll jekk le, jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 (1), (2) u (3) u l-assi u l-obbligi tagħhom ikunu tali li l-falliment tagħhom jhedded il-grupp b'mod ġenerali jew il-liġi ta' insolvenza tal-Istat Membru tirrikjedi li l-gruppi jiġu trattati b'mod ġenerali u azzjoni fir-rigward tal-kumpanija msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1 meħtieġa għar-riżoluzzjoni ta' waħda jew aktar sussidjarji li huma istituzzjonijiet jew għar-riżoluzzjoni tal-grupp kollu.

Artikolu 29

Prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw li l-azzjoni tar-riżoluzzjoni tittieħed skont il-prinċipji li ġejjin:

(-a)     l-għodod tar-riżoluzzjoni huma applikati u s-setgħat tar-riżoluzzjoni huma eżerċitati skont il-pjan tar-riżoluzzjoni fejn xieraq;

(a)       l-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jġarrbu l-ewwel telf;

(b)       kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, għajr depożituri esklużi mir-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 38, jġarrbu t-telf wara l-azzjonisti skont l-ordni ta' prijorità tal-pretensjonijiet tagħhom skont l-Artikolu 43 ta’ din id-Direttiva;

(c)       il-maniġment superjuri (b'mod ġenerali jew rappreżentanti partikolari tiegħu) tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jinbidel soġġett għal-liġi tal-Istat Membru, minn amministratur maħtur mill-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(d)       il-maniġers superjuri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jsiru responsabbli, soġġett għal-liġi tal-Istat Membru skont il-liġi ċivili jew kriminali għar-responsabbiltà individwali għall-falliment tal-istituzzjoni;

(e)       ħlief fejn previst mod ieħor f'din id-Direttiva, il-kredituri tal-istess klassi jiġu ttrattati b'mod ekwu;

(f)        ebda kreditur ma jġarrab telf akbar minn dak li kien iġarrab kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza.

(fa)     pretensjonijiet tad-depożituri jkunu protetti b’mod adegwat.

1a.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għodod tar-riżoluzzjoni jiġu applikati b’mod proporzjonat u skont il-forma legali tal-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata.

1b.        Għall-finijiet tal-paragrafu 1(fa), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pretensjonijiet tad-depożituri jingħataw trattament preferenzjali u klassifika ogħla minn pretensjonijiet ta’ kredituri ordinarji mhux assigurati fil-każ ta’ insolvenza tal-istituzzjoni ta’ kreditu. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw biss l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għad-depożiti li mhumiex garantiti skont id-Direttiva 94/19/KE, fil-każ fejn ikun ta' benefiċċju għall-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja. Fil-każ li tintuża l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, id-depożituri m'għandhomx iġarrbu telf akbar milli kieku kienu jġarrbu fl-insolvenza.

1c.         Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, depożitu m'għandux jinkludi strument:

(a)       li l-eżistenza tiegħu tista' tiġi ppruvata biss b'ċertifikat li mhuwiex rapport tal-kont;

(b)       li l-kapital tiegħu mhuwiex ripagabbli b'parità; jew

(c)       il-kapital tiegħu huwa ripagabbli biss b'parità taħt garanzija jew ftehim partikolari mogħti mill-istituzzjoni ta' kreditu jew parti terza;

2.          Fejn istituzzjoni hija entità ta' grupp, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tar-riżoluzzjoni b'mod li jimminimizza l-impatt fuq l-istituzzjonijiet affiljati u fuq il-grupp kollu u jimminimizza l-effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u, b'mod partikolari, fil-pajjiżi fejn il-grupp jopera.

3.          Meta japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tar-riżoluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jikkonformaw mal-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn applikabbli.

3a.      Meta japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jinfurmaw u jikkonsultaw mal-impjegati u r-rappreżentanti tagħhom.

3b.      Meta l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni japplikaw għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw setgħat tar-riżoluzzjoni, dan għandu jsir mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-bordijiet tal-kumpaniji kif previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew fil-prattika.

Kapitolu Ia

Maniġment speċjali

Artikolu 29a

Maniġment speċjali

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jaħtru maniġer speċjali biex jissostitwixxi l-maniġment tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jippubblikaw il-ħatra ta’ maniġer speċjali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-maniġer speċjali jkollu l-kwalifiki, l-abbiltà u l-għarfien meħtieġa sabiex iwettaq il-funzjonijiet tiegħu jew tagħha.

2.        Il-maniġer speċjali għandu jkollu s-setgħat kollha tal-maniġment tal-istituzzjoni skont l-istatuti tal-istituzzjoni u skont il-liġi nazzjonali, inkluża s-setgħa li jeżerċita l-funzjonijiet amministrattivi kollha tal-maniġment tal-istituzzjoni. Madankollu, il-maniġer speċjali jista' jeżerċita biss dawn is-setgħat taħt il-kontroll tal-awtorità tar-riżoluzzjoni.

3.        Il-maniġer speċjali għandu jkollu d-dmir statutorju li jieħu l-miżuri kollha neċessarji biex jippromwovi l-għanijiet tar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 26 u jimplimenta azzjonijiet tar-riżoluzzjoni skont id-deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni. Fejn meħtieġ, dak id-dmir għandu jipprevala fuq kwalunkwe dmir ieħor tal-maniġment skont l-istatuti tal-istituzzjoni jew il-liġi nazzjonali, kull meta dawn ikunu inkonsistenti. Dawn is-soluzzjonijiet jistgħu jinkludu żieda fil-kapital, ir-riorganizzazzjoni tal-istruttura tas-sjieda tal-istituzzjoni jew ix-xiri minn istituzzjonijiet li huma finanzjarjament u organizzazzjonalment sodi skont l-għodod tar-riżoluzzjoni definiti fil-Kapitolu III.

4.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jistabbilixxu limiti għall-azzjoni ta’ maniġer speċjali jew jeħtieġu li ċerti atti tal-maniġer speċjali jkunu soġġetti għall-kunsens minn qabel tal-awtorità kompetenti. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jneħħu l-maniġer speċjali fi kwalunkwe ħin.

5.        L-Istati Membri għandhom jesiġu li maniġer speċjali jfassal rapporti għall-awtorità tar-riżoluzzjoni li taħtru dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-istituzzjoni u dwar l-atti mwettqa fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu, f’intervalli regolari stabbiliti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni u fil-bidu u fl-aħħar tal-mandat tiegħu.

6.        Maniġer speċjali ma għandux jinħatar għal aktar minn sena. Dan il-perjodu jista’ jiġġedded, fuq bażi eċċezzjonali, jekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni tiddetermina li l-kundizzjonijiet għall-ħatra ta’ maniġer speċjali jkomplu jiġu ssodisfatti.

7.        Soġġett għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 1 sa 6, il-ħatra ta’ maniġer speċjali ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet tal-azzjonisti jew tas-sidien previsti skont il-liġi tal-kumpaniji tal-Unjoni jew nazzjonali.

8.        Il-ħatra ta’ maniġer speċjali ma għandhiex tiġi rikonoxxuta bħala avveniment ta’ infurzar skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 jew bħala proċeduri ta’ insolvenza skont it-tifsira tad-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill2.

9.        Meta aktar minn awtorità tar-riżoluzzjoni waħda jkollhom il-ħsieb jaħtru maniġer speċjali fir-rigward ta’ entità affiljata ma’ grupp, huma għandhom jikkunsidraw jekk huwiex aktar xieraq li jinħatar l-istess maniġer speċjali għall-entitajiet kollha kkonċernati jew għall-grupp kollu sabiex jiġu ffaċilitati s-soluzzjonijiet li jirrimedjaw is-solidità finanzjarja tal-grupp in ġenerali.

10.      Fil-każ ta’ insolvenza, fejn il-liġi nazzjonali tipprovdi għall-ħatra ta’ maniġment tal-insolvenza, din għandha tikkostitwixxi maniġment speċjali kif imsemmi f’dan l-Artikolu.

Kapitolu II

Valwazzjoni

Artikolu 30

Valwazzjoni waqt Riżoluzzjoni

1.          Qabel ma jieħdu azzjoni tar-riżoluzzjoni u partikolarment, għall-finijiet tal-Artikoli 32, 34, 36, 41, 42 ▌, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li ssir valwazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi ▌tal-istituzzjoni. Il-valwazzoni tista' ssir minn aġent indipendenti. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tapprova dik il-valwazzjoni. Fejn valwazzjoni indipendenti ma tkunx possibbli minħabba l-urġenza fiċ-ċirkostanzi tal-każ, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jwettqu l-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni. Ir-rekwiżit ta’ valwazzjoni m’għandux jillimita l-kapaċità tal-awtorità tar-riżoluzzjoni milli tieħu kontroll ta’ istituzzjoni li qed tfalli qabel ma titlesta valwazzjoni.

2.          Mingħajr preġudizzju għall-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn applikabbli, il-valwazzjoni meħtieġa mill-paragrafu 1 għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenti u realistiċi, inkluż fir-rigward tar-rati ta’ inadempjenza u s-severità tat-telf, u l-objettiv tagħha għandu jkun li tivvaluta l-valur fis-suq tal-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li qed tfalli jew aktarx tfalli ħalli kwalunkwe telf li jista' jiġi derivat jiġi rikonoxxut fil-mument li jiġu eżerċitati l-għodod tar-riżoluzzjoni. Madankollu, meta s-suq għal assi jew obbligazzjoni speċifika ma jkunx qed jiffunzjona sewwa, il-valwazzjoni tista' tirrifletti l-valur ekonomiku fit-tul ta' dawk l-assi jew l-obbligazzjonijiet. Valwazzjoni ma għandhiex tassumi l-provvediment ta' għajnuna pubblika straordinarja jew assistenza għal likwidità ta’ emerġenza mill-bank ċentrali lill-istituzzjoni, irrispettivament minn jekk fil-fatt tiġix ipprovduta.

3.          Il-valwazzjoni għandha tiġi supplimentata mill-informazzjoni li ġejja kif tidher fil-kotba u r-rekords tal-kontabbiltà tal-istituzzjoni:

(a)       karta tal-bilanċ aġġornata u rapport dwar is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-istituzzjoni;

(b)       nota li tipprovdi analiżi u stima tal-valur tal-assi;

(c)       lista tal-obbligazzjonijiet pendenti fuq il-karta tal-bilanċ u li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ murija fil-kotba u r-rekords tal-istituzzjoni, b’indikazzjoni tal-krediti rispettivi u l-livell ta' prijorità skont il-liġi applikabbli ta’ insolvenza;

4.          Il-valwazzjoni għandha tindika s-subdiviżjoni tal-kredituri fi klassijiet skont il-livell ta' prijorità tagħhom skont il-liġi applikabbli ta' insolvenza u stima tat-trattament li kull klassi tista' tkun mistennija tirċievi fi proċeduri ta' stralċ.

5.          Fejn minħabba l-urġenza fiċ-ċirkostanzi tal-każ, mhuwiex possibbli li jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 3 u 4, il-valwazzjoni minn persuna indipendenti jew minn awtorità tar-riżoluzzjoni għandha titwettaq f’konformità mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 2. Dik il-valwazzjoni għandha titqies bħala proviżorja sakemm l-awtorità tar-riżoluzzjoni twettaq valwazzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti kollha skont dan l-Artikolu. Valwazzjoni definittiva għandha titwettaq separatament mill-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 66.

6.          Il-valwazzjoni għandha tkun parti integrali mid-deċiżjoni li tiġi applikata għodda tar-riżoluzzjoni jew eżerċitata setgħa tar-riżoluzzjoni. Il-valwazzjoni ma għandhiex tkun soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju separat u għandha tkun soġġetta għal stħarriġ ġudizzjarju biss flimkien mad-deċiżjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 78.

7.          L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika il-kriterji li ġejjin għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u għall-finijiet tal-Artikolu 66:

(a)       taħt liema ċirkostanzi persuna indipendenti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni kif ukoll mill-istituzzjonijiet, u

(b)       taħt liema ċirkostanzi valwazzjoni minn persuna indipendenti tista' titqies mhux possibbli;

(ba)     is-separazzjoni tal-valwazzjonijiet skont l-Artikoli 30 u 66.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Kapitolu III

Għodod tar-riżoluzzjoni

Taqsima I

Prinċipji Ġenerali

Artikolu 31

Prinċipji ġenerali tal-għodod tar-riżoluzzjoni

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat meħtieġa biex japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni, skont il-pjan tar-riżoluzzjoni fejn xieraq, fuq istituzzjoni, istituzzjoni finanzjarja jew kumpanija msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1 li tissodisfa l-kundizzjonijiet applikabbli għal riżoluzzjoni.

2.          L-għodod tar-riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 huma dawn li ġejjin:

(a)  l-għodda tal-bejgħ ta' negozju;

(b)  l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja;

(c)  l-għodda tas-separazzjoni tal-assi;

(d)  l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna.

3.          Soġġetti għall-paragrafu 4, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni individwalment jew flimkien.

4.          L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-għodda tas-separazzjoni tal-assi biss flimkien ma’ għodod oħra tar-riżoluzzjoni.

5.          Meta l-għodod tar-riżoluzzjoni msemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 2 jiġu applikati, u jintużaw biex parzjalment jiġu ttrasferiti assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, il-parti residwa tal-istituzzjoni minn fejn l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ġew ittrasferiti, għandha tiġi stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza fi ħdan limitu ta’ żmien li jkun xieraq u li jqis il-ħtieġa li dik l-istituzzjoni tipprovdi servizzi jew appoġġ skont l-Artikolu 58 sabiex tippermetti lil min jirċievi t-trasferiment iwettaq l-attivitajiet jew is-servizzi akkwistati bis-saħħa ta’ dan it-trasferiment.

6.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-regoli taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza marbuta mal-annullament jew in-noninfurzabbiltà ta' atti legali ta' detriment għall-kredituri ma japplikawx għal trasferimenti ta' assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni lil entità oħra bis-saħħa tal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni jew l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni.

7.          L-Istati Membri ma għandhomx jiġu pprevenuti milli jikkonferixxu fuq l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni setgħat addizzjonali eżerċitabbli fejn istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, sakemm dawk is-setgħat addizzjonali ma joħolqux ostakli għar-riżoluzzjoni effettiva tal-grupp u li huma konsistenti mal-għanijiet tar-riżoluzzjoni u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikoli 26 u 29.

Taqsima 2

Għodda tal-Bejgħ ta' Negozju

Artikolu 32

Għodda tal-bejgħ ta' negozju

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu għand xerrej li mhuwiex istituzzjoni tranżitorja dan li ġej:

(a)       ishma jew strumenti oħra ta' sjieda ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(b)       l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew dawk speċifikati ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(c)       kwalunkwe kombinazzjoni tal-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha jew uħud minnhom ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni,

It-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza minbarra x-xerrej, u mingħajr konformità ma' kwalunkwe rekwiżit proċedurali taħt il-liġi tal-kumpaniji jew tat-titoli li kieku jkunu japplikaw.

2.          Trasferiment li jsir skont il-paragrafu 1 għandu jsir fuq termini kummerċjali, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi, u skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni.

3.          Fil-każ ta' trasferiment parzjali tal-assi tal-istituzzjoni, kwalunkwe rikavat mit-trasferiment għandu jibbenefika lill-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni.

Meta l-ishma jew l-istrumenti oħra tas-sjieda jiġu ttrasferiti kollha jew fil-każ li l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni jiġu ttrasferiti kollha, kull rikavat li jasal mit-trasferiment għandu jibbenefika lill-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni u li ġew divestiti tad-drittijiet tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jikkalkulaw ir-rikavat imsemmi fl-ewwel subparagrafu, nett mill-ammont ta’ spejjeż amministrattivi jew ta' natura oħra, li seħħew fil-kuntest tal-proċess tar-riżoluzzjoni, inkluż spejjeż u nfiq imġarrba mill-arranġamenti ta' finanzjament skont l-Artikolu 92.

4.          L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha sabiex jiksbu termini kummerċjali għat-trasferiment skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu li jkunu konformi mal-valwazzjoni ġusta u reali mwettqa skont l-Artikolu 30 u b'kunsidrazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-każ.

5.          Meta japplikaw l-għodda tal-bejgħ ta' negozju l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħa tat-trasferiment aktar minn darba sabiex jagħmlu trasferimenti supplementari ta' ishma jew strumenti oħra ta' sjieda jew skont kif ikun il-każ, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

6.          Wara applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta' negozju, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu, bil-kunsens tax-xerrej, jeżerċitaw is-setgħa tat-trasferiment fir-rigward ta' ishma jew strumenti oħra ta' sjieda jew skont kif ikun il-każ, assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet trasferiti lix-xerrej sabiex il-proprjetà tiġi ttrasferita lura għand l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

7.          Xerrej jeħtieġ ikollu awtorizzazzjoni xierqa li jwettaq l-attivitajiet jew is-servizzi li jakkwista bis-saħħa ta' trasferiment magħmula skont il-paragrafu 1.

8.          B'deroga mill-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/48, meta trasferiment ta' ishma jew strumenti oħra ta' sjieda bis-saħħa ta' applikazzjoni ta' għodda tal-bejgħ ta' negozju jirriżulta f'akkwist jew żieda ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti tat-tip imsemmi fl-Artikolu 19(1) tad-Direttiva 2006/48, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-valutazzjoni meħtieġ taħt dak l-Artikolu fil-ħin, b'mod li ma ddewwimx l-applikazzjoni tal-għodda tal-bejgħ ta' negozju u tipprevjeni l-azzjoni tar-riżoluzzjoni milli tilħaq l-għanijiet tar-riżoluzzjoni rilevanti.

9.          Trasferimenti magħmula bis-saħħa tal-għodda ta' bejgħ ta' negozju li jinvolvu t-trasferiment ta’ xi wħud, iżda mhux kollha, mill-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni għandhom ikunu soġġetta għas-salvagwardji tat-trasferimenti parzjali ta' proprjetà speċifikati fil-Kapitolu VI.

10.        Għall-għanijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet li jiġu fornuti servizzi jew ta' stabbiliment fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE, ix-xerrej għandu jitqies bħala kontinwazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u jista' jkompli jeżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet trasferiti ▌.

10a.       L-Istati Membri għandhom jiżguraw li x-xerrej imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkompli jeżerċita d-drittijiet ta’ sħubija u aċċess għal sistemi tal-pagament, l-ikklerjar u s-saldu tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sakemm jissodisfa l-kriterji regolatorji għal parteċipazzjoni f’dawn is-sistemi.

11.        L-azzjonisti u l-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħra li proprjetà, drittijiet jew obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti ma għandu jkollhom l-ebda drittijiet fuq jew fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet trasferiti.

Artikolu 33

L-għodda ta' bejgħ ta' negozju: rekwiżiti proċedurali

1.          Soġġetta għall-paragrafu 3, meta tapplika l-għodda ta' bejgħ ta' negozju fuq istituzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkumerċjalizza, jew tagħmel arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni ta' dik l-istituzzjoni jew dawk l-assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tagħha li l-awtorità għandha l-ħsieb tittrasferixxi. Ġabra ta’ drittijiet, assi u obbligazzjonijiet jistgħu jiġu kkummerċjalizzati separatament.

2.          Mingħajr preġudizzju għall-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn applikabbli, il-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq skont il-kriterji li ġejjin:

(a)       għandha tkun kemm jista’ jkun trasparenti u ma għandhiex tirriżulta f’rappreżentazzjoni żbaljata, wara li tkun ikkunsidrat iċ-ċirkostanzi u b'mod partikolari l-ħtieġa biex tinżamm stabbiltà finanzjarja;

(b)       ma għandhiex tiffavorixxi jew tiddiskrimina bejn xerrejja potenzjali;

(c)       għandha tkun ħielsa minn kwalunkwe kunflitt ta’ interess;

(d)       ma għandha tagħti l-ebda vantaġġ inġust lil xi xerrej potenzjali;

(e)       għandha tikkunsidra l-bżonn għal azzjoni tar-riżoluzzjoni effetta u rapida;

(f)        għandha timmira lejn il-massimizzazzjoni, safejn possibbli, tal-prezz tal-bejgħ tal-assi u l-obbligazzjonijet involuti iżda m’għandhiex tirrappreżentahom b’mod żbaljat.

Il-prinċipji stabbiliti f'dan il-paragrafu ma għandhomx jipprevjenu lill-awtorità tar-riżoluzzjoni milli tissolleċita xerrejja potenzjali partikolari.

Kwalunkwe divulgazzjoni pubblika tal-kummerċjalizzazzjoni tal-istituzzjoni li altrimenti tkun meħtieġa skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2003/6/KE tista' tiġi posposta skont l-Artikolu 6(2) ta' din id-Direttiva 2003/6/KE.

3.          L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu japplikaw l-għodda tal-bejgħ ta' negozju mingħajr ma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 1 meta jiddeterminaw li l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti x'aktarx thedded xi wieħed jew aktar mill-għanijiet tar-riżoluzzjoni u partikolarment jekk ikunu ssodifati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)       l-awtorità tar-riżoluzzjoni tqis li hemm theddida materjali għall-istabbiltà finanzjarja li tinħoloq jew tiġi aggravata mill-falliment tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni; ▌

(b)       il-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti x'aktarx thedded l-effettività tal-għodda tal-bejgħ ta' negozju fl-indirizzar ta' din it-theddida jew biex jintlaħaq l-għan tar-riżoluzzjoni speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 26(2). u

(ba)     tingħata kunsiderazzjoni sħiħa lir-rekwiżiti tas-suq intern u jittieħdu passi biex jiġu rimedjati kwalunkwe effetti detrimentali fuq il-kompetizzjoni fuq perjodu ta’ żmien itwal.

4.          L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ċ-ċirkostanzi fattwali li jammontaw għal theddida materjali u l-elementi relatati mal-effettività tal-għodda tal-bejgħ ta' negozju previsti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Taqsima 3

Għodda tal-Istituzzjoni Tranżitorja

Artikolu 34

Għodda tal-istituzzjoni tranżitorja

1.          Sabiex l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja tkun effettiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawk l-assi, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet lejn istituzzjoni tranżitorja mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza, u mingħajr ma jissodisfaw l-ebda rekwiżit proċedurali skont il-liġi tal-kumpaniji jew it-titoli, li kieku jkunu japplikaw.

2.          Ħlief fejn tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għall-għan speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2), għall-finijiet tal-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, istituzzjoni tranżitorja għandha tkun entità legali li hija kompletament jew parzjalment proprjetà ta' awtorità pubblika jew aktar (li jistgħu jinkludu l-awtorità tar-riżoluzzjoni) u li tinħoloq bl-iskop li twettaq il-funzjonijiet kollha, jew xi wħud minnhom, ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u biex iżżomm l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha jew xi wħud minnhom ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

L-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għall-għan speċifikat fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2) ma għandhiex tinterferixxi mal-abilità tal-awtorità tar-riżoluzzjoni li tikkontrolla l-istituzzjoni tranżitorja sal-punt meħtieġ biex isseħħ ir-riżoluzzjoni u jitlaħqu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni.

3.          Meta awtorità tar-riżoluzzjoni tapplika l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, għandha tiżgura li l-valur totali tal-obbligazzjonijiet trasferiti lill-istituzzjoni tranżitorja ma jaqbiżx il-valur totali tad-drittijiet u l-assi trasferiti mill-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni jew ipprovduti minn sorsi oħra.

4.          Meta tapplika l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista’ tittrasferixxi kwalunkwe assi, dritt jew obbligazzjoni tal-istituzzjoni kif tikkunsidra xieraq skont wieħed jew aktar mill-għanijiet tar-riżoluzzjoni.

5.          Meta japplikaw l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu:

(a)    jittrasferixxu drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għall-istituzzjoni tranżitorja f'aktar minn okkażjoni waħda; ▌

(b)    jittrasferixxu drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet lura mill-istituzzjoni tranżitorja għall-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni sakemm il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 6 jiġu ssodisfati; kif ukoll

(c)    jittrasferixxu drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet mill-istituzzjoni tranżitorja lil parti terza.

6.          L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jittrasferixxu drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet lura mill-istituzzjoni tranżitorja lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni f’waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi biss:

(a)    il-possibbiltà li d-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu ttrasferiti lura huwa ddikjarat espressament fl-istrument li bih jkun sar it-trasferiment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 5;

(b)    id-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi ma jkunux fil-fatt jaqgħu fi ħdan il-klassijiet, jew jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 5.

Fi kwalunkwe każ msemmi fil-punti (a) u (b), it-trasferiment lura jsir fi kwalunkwe żmien, u jikkonforma ma' kwalunkwe kundizzjoni oħra, iddikjarata f'dak l-istrument għall-iskop rilevanti.

7.          Trasferimenti magħmula bis-saħħa tal-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja li jinvolvu t-trasferiment ta’ xi wħud, iżda mhux kollha, mill-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni għandhom ikunu soġġetti għas-salvagwardji tat-trasferimenti parzjali ta' proprjetà speċifikati fil-Kapitolu VI.

8.          Għall-għanijiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet li jiġu fornuti servizzi jew ta' stabbiliment fi Stat Membru ieħor skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE, istituzzjoni tranżitorja għandha titqies bħala kontinwazzjoni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u tista' tkompli teżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet trasferiti ▌.

8a.         L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni tranżitorja tista' tkompli teżerċita d-drittijiet ta' sħubija u aċċess għal sistemi tal-pagament, l-ikklerjar u s-saldu tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sakemm tissodisfa l-kriterji regolatorji għal parteċipazzjoni f’dawn is-sistemi.

9.          L-azzjonisti u l-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħra li proprjetà, drittijiet jew obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti lill-istituzzjoni tranżitorja ma għandu jkollhom l-ebda drittijiet fuq jew fir-rigward tal-istituzzjoni tranżitorja jew il-proprjetà tagħha jew il-maniġers tagħha.

9a.         L-għanijiet tal-maniġers tal-istituzzjoni tranżitorja ma għandhomx jimplikaw kwalunkwe dover jew responsabbiltà lill-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u l-maniġers ma għandu jkollhom l-ebda responsabbiltà lejn dawk l-azzjonisti, li tirriżulta minn azzjoni meħuda jew mhux meħuda fit-twettiq jew l-intenzjoni tat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom sakemm l-att jew l-ommissjoni ma jimplikawx negliġenza serja jew kondotta ħażina serja skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 35

L-operat ta' istituzzjoni tranżitorja

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operat ta' istituzzjoni tranżitorja jirrispetta d-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)       il-kontenut tad-dokumenti kostituzzjonali tal-istituzzjoni tranżitorja huwa speċifikat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(b)       l-awtorità tar-riżoluzzjoni taħtar jew tapprova, skont l-istruttura tas-sjieda, il-bord tad-diretturi tal-istituzzjoni tranżitorja, tapprova s-salarji ta' dawk id-diretturi u tiddetermina r-responsabbiltajiet xierqa;

(ba)     l-awtorità tar-riżoluzzjoni tapprova l-istrateġija u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni tranżitorja;

(c)       l-istituzzjoni tranżitorja tkun awtorizzata skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE, kif applikabbli, u jkollha l-awtorizzazzjoni meħtieġa taħt il-liġi nazzjonali applikabbli biex twettaq l-attivitajiet jew is-servizzi li takkwista bis-saħħa ta' trasferiment magħmul skont l-Artikolu 56 ta' din id-Direttiva.

Madankollu, għal perjodu qasir ta' żmien, istituzzjoni tranżitorja tista' tinħoloq u tiġi awtorizzata mingħajr ma tikkonforma mar-rekwiżiti ta' fondi proprji stabbiliti fl-Artikolu 92 [CRR] meta dan ikun neċessarju biex jintlaħqu bl-aħjar mod l-għanijiet tar-riżoluzzjoni;

(d)       l-istituzzjoni tranżitorja tikkonforma mar-rekwiżiti ta', u tkun soġġetta għas-superviżjoni skont id-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2004/39/KE, kif applikabbli.

(da)     l-istituzzjoni tranżitorja ma toperax b’tali mod li tfixkel il-kompetizzjoni. Meta jistabbilixxu istituzzjoni tranżitorja, l-Istati Membri jistgħu jispeċifikaw restrizzjonijiet fuq l-operazzjonijiet tagħha f'termini ta’:

(i)          is-sehem tas-suq f’ċerti prodotti;

(ii)         ir-reklamar;

(iii)        ir-rati, it-tariffi u t-termini tan-negozju.

2.          Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni imposta skont ir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali, id-diretturi għandhom joperaw l-istituzzjoni tranżitorja bil-għan li jbigħu l-istituzzjoni, l-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet tagħha, lil xerrejja wieħed jew aktar mis-settur privat meta l-kundizzjonijiet jkunu xierqa u fil-perjodu speċifikat fil-paragrafu 5.

3.          L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha ttemm l-operat tal-istituzzjoni tranżitorja fi kwalunkwe mill-każijiet li ġejjin, liema minnhom tiġri l-ewwel:

(a)       l-istituzzjoni tranżitorja tiġi fuża ma’ istituzzjoni oħra;

(b)       l-akkwist tal-maġġoranza tal-kapital tal-istituzzjoni tranżitorja minn parti terza;

(c)       it-teħid tal-assi, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet kollha jew sostanzjalment kollha, minn parti terza;

(d)       l-iskadenza tal-perjodu speċifikat fil-paragrafu 5 jew, fejn applikabbli, il-paragrafu 6.

4.          Meta jippruvaw ibigħu l-istituzzjoni tranżitorja jew l-assi jew obbligazzjonijiet tagħha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjoni jew l-assi jew l-obbligazzjonijiet rilevanti jiġu kkummerċjalizzati b'mod miftuħ u trasparenti, u li l-bejgħ ma jirriżultax f'rappreżentazzjoni materjali ħażina jew jiffavorixxi jew jiddiskrimina bejn ix-xerrejja potenzjali partikolari.

Kwalunkwe tali bejgħ, għandu jsir fuq termini kummerċjali, wara li jikkunsidra ċ-ċirkostanzi u skont il-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni.

5.          Jekk ma japplika l-ebda riżultat imsemmi fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 3, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha ttemm l-operat tal-istituzzjoni tranżitorja fl-aħħar tal-perjodu ta' sentejn wara d-data li fiha jkun sar l-aħħar trasferiment minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni minn mindu jkun sar użu mill-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja.

6.          L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' testendi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 5 għal ▌perjodi addizzjonali ta’ sena fejn:

(a)       ▌tali estensjoni tappoġġja r-riżultati msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-paragrafu 3; jew

(b)       tali estensjoni tkun meħtieġa biex tiżgura l-kontinwità ta' servizzi finanzjarji jew bankarji essenzjali.

7.          Fejn l-operazzjonijiet ta' istituzzjoni tranżitorja jintemmu fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 3, l-istituzzjoni għandha tkun stralċjata u likwidata.

Kwalunkwe dħul iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tal-operat ta' istituzzjonijiet tranżitorji kif speċifikat fil-paragrafu 3 għandu jibbenefika lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. Jekk minħabba avvenimenti mhux mistennija, l-operat tal-istituzzjonijiet tranżitorji jirriżulta f'telf, dan it-telf għandu jinġarr mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

L-Istati Membri għandhom jikkalkolaw ir-rikavat nett mill-ammont tal-ispejjeż amministrattivi jew ta' natura oħra li saru fil-kuntest tal-proċess tar-riżoluzzjoni, inkluż spejjeż u nefqiet imġarrba mill-arranġamenti ta' finanzjament skont l-Artikolu 92.

8.          Fejn istituzzjoni tranżitorja tintuża sabiex jiġu ttrasferiti assi u obbligazzjonijet ta' iżjed minn istituzzjoni waħda, l-obbligu msemmi fil-paragrafu 7 għandu jirreferi għal-likwidazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti minn kull istituzzjoni u mhux għall-istituzzjoni tranżitorja nnifisha.

Taqsima 4

Għodda tas-Separazzjoni tal-Assi

Artikolu 36

Għodda tas-separazzjoni tal-assi

1.          Sabiex l-għodda tal-istituzzjoni tranżitorja tkun effettiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għal veikolu tal-immaniġġjar tal-assi, mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza, u mingħajr ma jissodisfaw l-ebda rekwiżit proċedurali skont il-liġi tal-kumpaniji jew tat-titoli, li kieku jkunu japplikaw.

2.          Għall-finijiet tal-għodda tas-separazzjoni tal-assi, il-veikolu tal-immaniġġjar tal-assi għandha tkun entità ġuridika li hi kompletament il-proprjetà ta' awtorità pubblika waħda jew aktar, li jistgħu jinkludu l-awtorità tar-riżoluzzjoni.

3.          L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha taħtar maniġers tal-assi biex jimmaniġġjaw l-assi ttrasferiti fil-veikolu tal-immaniġġjar tal-assi bil-għan li jimmassimizzaw il-valur tagħhom permezz ta' bejgħ eventwali jew mod ieħor li jiżgura li n-negozju jiġi stralċjat b'mod ordnat.

4.          L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħa speċifikata fil-paragrafu 1 li jittrasferixxu assi biss jekk il-qagħda tas-suq partikolari għal dawk l-assi tkun ta' tali natura li l-likwidazzjoni ta' dawk l-assi taħt proċeduri normali ta’ insolvenza jista' jkollha effett ħażin fuq is-suq finanzjarju.

5.          Meta japplikaw l-għodda tas-separazzjoni tal-assi, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw l-korrispettiv li għalih l-assi huma ttrasferiti fil-veikolu tal-immaniġġjar tal-assi skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 30 u skont il-qafas għall-għajnuna mill-Stat tal-Unjoni.

6.          L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu:

(a)       jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni għall-veikolu tal-immaniġġjar tal-assi f'aktar minn okkażjoni waħda; jittrasferixxu assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet lura mill-veikolu tal-immaniġġjar tal-assi lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni sakemm il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 7 jiġu ssodisfati.

7.          L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jittrasferixxu drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet lura mill-veikolu tal-immaniġġjar tal-assi lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni f’waħda minn dawn iċ-ċirkostanzi biss:

(a)       il-possibbiltà li d-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu ttrasferiti lura hija ddikjarata espressament fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment msemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 6;

(b)       id-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi ma jkunux fil-fatt jaqgħu fi ħdan il-klassijiet, jew jissodisfaw il-kundizzjonijiet tad-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li bih ikun sar it-trasferiment imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 6.

Fi kwalunkwe każ imsemmi fil-punti (a) u (b), it-trasferiment lura jsir fi kwalunkwe żmien, u jikkonforma ma' kwalunkwe kundizzjoni oħra, iddikjarata f'dak l-istrument għall-iskop rilevanti.

8.          Trasferimenti bejn l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u l-veikolu tal-immaniġġjar tal-assi għandhom ikunu soġġetti għal salvagwardji tat-trasferimenti parzjali ta' proprjetà speċifikati fil-Kapitolu VI ta' din id-Direttiva.

9.          L-azzjonisti u l-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħra li proprjetà, drittijiet jew obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti lill-veikolu tal-immaniġġjar tal-assi ma għandu jkollhom l-ebda dritt fuq jew fir-rigward tal-veikolu tal-immaniġġjar tal-assi, il-proprjetà tagħha jew il-maniġers tagħha.

10.        L-għanijiet tal-maniġers maħtura skont il-paragrafu 3 ma għandhomx jimplikaw kwalunkwe dover jew responsabbiltà lejn l-azzjonisti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, u l-maniġers ma għandu jkollhom l-ebda responsabbiltà għal dawk l-azzjonisti, li tirriżulta minn azzjoni meħuda jew mhux meħuda fit-twettiq jew l-intenzjoni tat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom sakemm l-att jew l-ommissjoni ma jimplikax negliġenza serja jew kondotta ħażina serja skont il-liġi nazzjonali.

11.        L-ABE għandha tiżviluppa linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 biex tippromwovi l-konverġenza ta' prassi superviżorja u ta' riżoluzzjoni fir-rigward tad-determinazzjoni meta, skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, il-likwidazzjoni tal-assi jew l-obbligazzjonijiet taħt il-proċeduri normali ta’ insolvenza tkun tista' jkollha effett ħażin fuq is-suq finanzjarju. L-ABE għandha tiżviluppa dawn il-linji gwida l-aktar tard sad-data prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 115(1) ta' din id-Direttiva.

TAQSIMA 5

L-Għodda tar-Rikapitalizzazzjoni Interna

Subtaqsima 1

Għan u Skop tal-Għodda tar-Rikapitalizzazzjoni Interna

Artikolu 37

L-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna

1.        Sabiex l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tkun effettiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat tar-riżoluzzjoni speċifikati fil-punti (f) sa (l) tal-Artikolu 56(1).

2.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna biex jissodisfaw l-objettivi tar-riżoluzzjoni speċifikati fl-Artikolu 26 għal kwalunkwe minn dawn l-iskopijiet:

(a)       tiġi rikapitalizzata istituzzjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni sal-punt suffiċjenti li tiġi restawrata l-kapaċità tagħha li tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u li twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE;

(b)      jikkonvertu għall-ekwità jew inaqqsu l-ammont kapitali ta' pretensjonijiet jew strumenti ta' dejn li huma ttrasferiti lill-istituzzjoni tranżitorja bil-għan li jipprovdu kapital għal dik l-istituzzjoni tranżitorja.

3.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għall-iskop imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2 biss jekk ikun hemm prospett realistiku li l-applikazzjoni ta' dik l-għodda, flimkien mal-miżuri implimentati skont il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju meħtieġa mill-Artikolu 47 se, apparti li tilħaq l-għanijiet rilevanti tar-riżoluzzjoni, tirrestawra l-istituzzjoni inkwistjoni għal sodizza finanzjarja u vijabbiltà fit-tul.

Jekk il-kundizzjoni stipulata fl-ewwel subparagrafu ma tkunx issodisfata, l-Istati Membri għandhom japplikaw kwalunkwe għodod tar-riżoluzzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 31(2), u l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, kif xieraq.

4a.      L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tiġi applikata skont il-forma legali tal-istituzzjoni ta' kreditu kkonċernata.

Artikolu 38

Kamp ta' applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna tkun tista' tiġi applikata għall-obbligazzjonijiet kollha ta’ istituzzjoni li mhijiex eskluża mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dik l-għodda skont il-paragrafu 2.

2.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw setgħat ta' tniżżil fil-valur u konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li ġejjin:

(a)       depożiti li huma ggarantiti skont id-Direttiva 94/19/KE;

(b)       obbligazzjonijiet iggarantiti bħal bonds kif imsemmija fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KEE (bonds koperti) f'pool jew reġistru ta' kopertura u derivattivi relatati li għandhom status privileġġat fil-pool ta' kopertura;

(c)       kwalunkwe obbligazzjoni li tinħoloq bis-saħħa taż-żamma mill-istituzzjoni ta' assi ta' klijenti jew flus ta' klijenti inklużi assi jew flus depożitati minn jew f'isem UCITS kif definita fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2009/65/KE jew AIFs kif definiti fl-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi, jew relazzjoni fiduċjarja bejn l-istituzzjoni (bħala fiduċjarja) u persuna oħra (bħala benefiċjarju);

(d)       obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn operazzjonijiet interbankarji u tas-suq monetarju b'maturità oriġinali ta' inqas minn xahar;

(e)       obbligazzjoni għal kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)        impjegat, fir-rigward ta' salarji, benefiċċji ta' pensjoni dovuti jew remunerazzjoni fissa oħra, ħlief għal renumerazzjoni varjabbli ta' kwalunkwe forma;

(ii)       kreditur kummerċjali jew ta' negozju li jinħoloq mill-forniment ta' oġġetti jew servizzi lill-istituzzjoni li huma essenzjali għall-funzjonament ta' kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inkluż servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma ta' postijiet;

(iii)      awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet huma ppreferuti taħt il-liġi applikabbli ta’ insolvenza;

(iiia)   Skemi ta' Garanzija tad-Depożiti.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-assi ggarantiti kollha relatati ma' pool ta' kopertura ta' bonds koperti jibqgħu mhux affettwati, segregati u b'finanzjament suffiċjenti. La dan ir-rekwiżit u lanqas il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 ma għandhom iwaqqfu l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn xieraq, milli jeżerċitaw dawk is-setgħat fir-rigward ta' kwalunkwe parti ta' obbligazzjoni ggarantita jew obbligazzjoni li għaliha ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, pleġġ, rahan jew kollateral li huwa garanti tiegħu. ▌

Il-punt (a) tal-paragrafu 2 ma għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn xieraq, milli jeżerċitaw dawk is-setgħat fir-rigward ta' kwalunkwe ammont ta' depożitu li jaqbeż il-kopertura skont dik id-Direttiva.

3.        Fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni japplikaw għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, jistgħu jeskludu mill-applikazzjoni tas-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni ta' obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi li ma jaqgħux fl-ambitu tal-punt (d) il-paragrafu 2, jekk dik l-esklużjoni tkun meħtieġa jew xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifikati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 26(2).

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li, mingħajr ħsara għal dawk l-għanijiet u waqt li jikkunsidraw il-punt (b)(ii) tal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, kuntratti ta’ derivattivi kklerjati permezz ta’ kontroparti ċentrali jew imsemmija fl-Artikolu 382(4) tas-[CRR] għandhom jiġu trattati bi preferenza fuq dawk li mhumiex.

3a.      L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jillimitaw safejn istituzzjonijiet oħra jżommu obbligazzjonijiet eliġibbli għar-rikapitalizzazzjoni interna kif definiti fl-Artikolu 2(49) ta' din id-Direttiva.

4.        L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika ▌:

(a)       klassijiet speċifiċi ta' obbligazzjonijiet koperti mill-punt (d) tal-paragrafu 2, u.

(b)       iċ-ċirkostanzi meta esklużjoni hija meħtieġa jew xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet speċifikati fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 26(2), filwaqt li tqis il-fatturi li ġejjin:

(i)        l-impatt sistemiku tal-esklużjoni ta' pożizzjonijiet derivattivi sabiex tiġi applikata l-għodda tat-tniżżil fil-valur tad-dejn;

(ii)       l-effett, fuq l-operat ta' Kontroparti Ċentrali, tal-applikazzjoni tal-għodda tat-tniżżil fil-valur tad-dejn fuq obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi li huma approvati mill-Kontroparti Ċentrali; u

(iii)       l-effett tal-applikazzjoni tal-għodda tat-tniżżil fil-valur tad-dejn fuq obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi, fuq l-immaniġġjar tar-riskju ta' kontropartijiet għal dawk id-derivattivi.

(ba)     il-limiti ġenerali msemmija fil-paragrafu 3a filwaqt li tqis il-funzjonament tas-suq interbankarju u l-livell ta' rbit reċiproku bejn l-istituzzjonijiet ta' kreditu.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ...* [fi żmien tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fit-tieni subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Subtaqsima 2

Rekwiżit Minimu għal Obbligazzjonijiet Eliġibbli

Artikolu 39

Ir-rekwiżit minimu għal obbligazzjonijiet soġġetti għal setgħat ta' tniżżil fil-valur u konverżjoni

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iżommu, il-ħin kollu, ammont suffiċjenti minimu ta’ fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli espressi bħala perċentwali tat-total tal-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li ma jikkwalifikawx bħala fondi proprji skont it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 2 tat-Titolu V tad-Direttiva 2006/48/KE jew skont il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2006/49/KE u esklużi l-bonds koperti.

L-ABE għandha tabbozza standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji ta' valutazzjoni li abbażi tagħhom, għal kull istituzzjoni, għandu jiġi determinat ammont aggregat suffiċjenti ta' fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, inkluż dejn subordinat u dejn mhux iggarantit ta' preferenza b'tal-inqas 12-il xahar rimanenti fuq it-termini tagħhom li huma soġġetti għas-setgħa ta' rikapitalizzazzjoni interna u li jikkwalifikaw bħala fondi proprji skont l-Artikolu 4(118) [CRR].

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa ...* [fi żmien tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji li jistabbilixxu l-kriterji minimi skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

2.        Strumenti ta' dejn subordinat u self subordinat li ma jikkwalifikawx bħala kapital tal-Grad 1 jew tal-Grad 2 Addizzjonali jistgħu jiġu inklużi fl-ammont aggregat ta' obbligazzjonijet eliġibbli msemmija fil-paragrafu 1 biss jekk jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)       l-istrumenti jkunu inħarġu u tħallsu għal kollox;

(b)       l-istrumenti ma nxtrawx minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

(i)        l-istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha;

(ii)     impriża li fiha l-istituzzjoni jkollha parteċipazzjoni fil-forma ta’ sjieda, diretta jew permezz ta’ kontroll, ta’ 20% jew aktar tad-drittijiet tal-vot jew tal-kapital tal-impriża;

(c)       ix-xiri tal-istrument ma jkunx direttament jew indirettament iffinanzjat mill-istituzzjoni;

(d)      l-istrumenti mhumiex iggarantiti minn kwalunkwe entità li hija parti mill-istess grupp bħall-istituzzjoni;

(e)       l-istrumenti jkollhom maturità rimanenti ta’ mill-inqas sena;

(ea)     il-ħtieġa li tkun żgurata konsistenza mar-rekwiżiti minimi marbuta ma' standards internazzjonali żviluppati minn fora internazzjonali.

3.        L-ammont aggregat suffiċjenti skont il-paragrafu 1 għandu jkun determinat fuq il-bażi, fost l-oħrajn, tal-kriterji li ġejjin:

(a)       il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-istituzzjoni tista' tiġi riżolvuta bl-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni inkluża, fejn xieraq, l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, b'mod li jiġu ssodisfati l-għanijiet tar-riżoluzzjoni;

(aa)     il-grad safejn l-istituzzjoni żżomm kapital eliġibbli lil hinn mir-rekwiżit minimu stabbilit fil-paragrafu 1;

(b)       il-ħtieġa li jiżguraw, f'każijiet xierqa, li l-istituzzjoni jkollha obbligazzjonijiet eliġibbli biżżejjed biex jiżguraw li, jekk tiġi applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna l-proporzjon tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni jkun jista' jiġi restawrat għal livell neċessarju biex isostni biżżejjed fiduċja tas-suq fl-istituzzjoni u jippermettilha tkompli tikkonforma mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni u twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2006/49/KE;

(c)       id-daqs, l-istruttura azzjonarja, il-mudell kummerċjali, il-mudell ta’ finanzjament u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni;

(e)       safejn il-falliment tal-istituzzjoni jkollu effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja, inkluż, minħabba l-interkonnettività tagħha ma' istituzzjonijiet oħra jew mal-bqija tas-sistema finanzjarja permezz ta' kontaġju lil istituzzjonijiet oħra.

4.        Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40, l-istituzzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu fuq bażi individwali.

Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 40, l-obbligazzjonijiet miżmuma minn entitajiet oħra li huma parti mill-grupp għandhom jiġu esklużi mill-ammont aggregat speċifikat fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

5.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jirrikjedu u jivverifikaw li l-istituzzjonijiet iżommu l-ammont aggregat previst fil-paragrafu 1, u jieħdu kwalunkwe deċiżjoni skont il-paragrafu 4 waqt li jkunu qed jiżviluppaw u jżommu pjanijiet ta' riżoluzzjoni.

6.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jinformaw l-ABE bl-ammont aggregat suffiċjenti li jkunu ddeterminaw għal kull istituzzjoni taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom. L-ABE għandha tivvaluta jekk l-ammont huwiex suffiċjenti biex jassorbi bis-sħiħ it-telf hekk kif l-istituzzjonijiet tal-ħruġ isiru nonvijabbli u tirrapporta lill-Kummissjoni sal-1 ta' Jannar 2015 l-aktar tard dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżit fil-paragrafu 1. Partikolarment l-ABE għandha tirrapporta lill-Kummissjoni jekk jeżistux diverġenzi dwar l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali ta’ dak ir-rekwiżit.

Artikolu 40

Applikazzjoni ta' rekwiżit minimu għal gruppi

1.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu ▌japplikaw ir-rekwiżit minimu fuq bażi subkonsolidata u għandhom japplikaw ir-rekwiżit minimu stabbilit fl-Artikolu 39(1) u (3) fuq bażi konsolidata għal gruppi li huma soġġetti għal superviżjoni konsolidata, sakemm jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)       l-ammont aggregat suffiċjenti msemmi fl-Artikolu 39(1) jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-livell konsolidat tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, billi jitqies fost l-oħrajn il-livell tat-total ta' obbligazzjonijiet u tal-fondi proprji miżmuma mill-grupp;

(b)       l-istrumenti tad-dejn jew is-self imsemmija fl-Artikolu 39, (2), jinħarġu mill-impriża prinċipali, jew minn kumpanija msemmija fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 1;

(c)       l-impriża prinċipali jew il-kumpanija msemmija fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 1 tqassam adegwatament u proporzjonalment, fil-forma ta' kreditu, il-fondi miġbura bil-ħruġ tal-istrumenti ta’ dejn jew self imsemmija fl-Artikolu 39 (2), fost l-istituzzjonijiet li huma sussidjarji;

(d)       kull istituzzjoni, li hija sussidjarja, għandha tikkonforma mar-rekwiżit minimu stipulat fl-Artikolu 39, il-paragrafu 1. Madankollu, permezz ta' eżenzjoni mill-Artikolu 39(4), it-tieni subparagrafu, obbligazzjonijiet li huma miżmuma mill-impriża prinċipali jew mill-kumpanija msemmija fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 1 għandhom ikunu inklużi fl-ammont aggregat tal-fondi proprji u l-obbligazzjonijiet eliġibbli li s-sussidjarja tkun meħtieġa żżomm skont l-Artikolu 39(1);

(e)       fejn l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp jew awtorità kompetenti oħra tar-riżoluzzjoni, kif xieraq, tapplika l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna fuq l-impriża prinċipali jew il-kumpanija msemmija fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 1, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-sussidjarji għandhom japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, l-ewwel nett, għall-obbligazzjonijiet tas-sussidjarji fir-rigward tal-impriża prinċipali jew il-kumpanija msemmija fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 1, skont kif xieraq, qabel ma japplikawha, jekk meħtieġ, għal kwalunkwe obbligazzjoni sussidjarja eliġibbli oħra tas-sussidjarja.

2.        Meta jieħdu deċiżjoni skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu l-mod li bih il-grupp jistruttura l-operazzjonijiet tiegħu u partikolarment il-punt safejn il-finanzjament, il-likwidità u r-riskju huma mmaniġġjati ċentralment.

3.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu d-deċiżjoni li japplikaw ir-rekwiżit ta’ ammont aggregat suffiċjenti fuq bażi konsolidata skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu matul l-iżvilupp u ż-żamma ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 9 ta' din id-Direttiva. Għal gruppi soġġetti għal superviżjoni konsolidata skont l-Artikoli 125 u 126 tad-Direttiva 2006/48/KE, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu d-deċiżjoni li japplikaw ir-rekwiżit minimu fuq bażi konsolidata skont l-Artikolu 12 ta’ din id-Direttiva.

Subtaqsima 3

Implimentazzjoni tal-Għodda tar-Rikapitalizzazzjoni Interna

Artikolu 41

Valutazzjoni tal-ammont tar-rikapitalizzazzjoni interna

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jivvalutaw l-ammont aggregat li bih l-obbligazzjonijiet eliġibbli jeħtieġu jiġu mnaqqsa jew konvertiti fuq il-bażi ta' valwazzjoni li tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 30.

2.        Fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna għall-iskop imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 37(2), il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandha tistabbilixxi l-ammont li bih l-obbligazzjonijiet eliġibbli jeħtiġilhom jiġu mnaqqsa sabiex jiġi restawrat il-proporzjon kapitali tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u fuq medda ta' mill-inqas sena skont il-kundizzjonijiet attwali tas-suq jippermettilha tkompli tikkonforma mal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni u twettaq l-attivitajiet li għalihom hija awtorizzata skont id-Direttiva 2006/48/KE jew id-Direttiva 2004/39/KE.

Fejn l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni biħsiebhom jużaw l-għodda ta’ istituzzjoni tranżitorja msemmija fl-Artikolu 34 jew l-għodda ta’ separazzjoni tal-assi msemmija fl-Artikolu 36, l-ammont li bih jeħtieġ li jitnaqqsu l-obbligazzjonijiet eliġibbli għandu jqis stima prudenti tal-bżonnijiet ta’ kapital tal-istituzzjoni tranżitorja u l-veikolu tal-immaniġġjar tal-assi kif xieraq.

2a.      Fejn il-kapital ikun tniżżel fil-valur skont l-Artikoli 51 sa 55 u tkun ġiet applikata rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 37(2)(a) u l-livell ta’ tniżżil fil-valur ibbażat fuq il-valwazzjoni preliminari skont l-Artikolu 30 jinsab li jeċċedi r-rekwiżiti meta vvalutat kontra l-valwazzjoni definittiva skont l-Artikolu 30(5), għandu jiġi applikat mekkaniżmu ta’ żieda fil-valur biex jitħallsu lura l-kredituri u mbagħad l-azzjonisti safejn huwa neċessarju.

3.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu u jżommu arranġamenti biex jiżguraw li l-valutazzjoni u l-valwazzjoni jkunu bbażati fuq informazzjoni dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li tkun aġġornata u komprensiva kemm huwa raġonevolment possibbli.

Artikolu 42

Trattament tal-azzjonisti

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu dawn iż-żewġ azzjonijiet li ġejjin fir-rigward tal-azzjonisti, jew waħda minnhom:

(a)       jikkanċellaw ishma eżistenti;

(b)       jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 56(1) sabiex jikkonvertu obbligazzjonijiet eliġibbli f'ishma tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni b'rata ta' konverżjoni li tnaqqas ħafna l-ishma eżistenti.

2.        L-azzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw ukoll fir-rigward tal-azzjonisti fejn l-ishma inkwistjoni kienu ħarġu jew ġew mogħtija fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)       skont il-konverżjoni ta' strumenti tad-dejn għal ishma skont it-termini kuntrattwali tal-istrumenti oriġinali tad-dejn fuq l-okkorrenza ta’ ġrajja li ppreċediet jew seħħet fl-istess żmien tal-valutazzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni li l-istituzzjoni ssodisfat il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni;

(b)      skont il-konverżjoni ta' strumenti kapitali rilevanti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni skont l-Artikolu 52.

3.        Meta jqisu l-azzjoni li għandha tittieħed skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu l-ammont probabbli ta' telf relattiv għall-assi qabel l-eżerċizzju tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, bil-ħsieb li jiżguraw li l-azzjoni meħuda fir-rigward tal-azzjonisti tkun konsistenti ma’ dak it-tnaqqis fil-valur tal-ekwità; il-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 30 ▌u partikolarment il-probabbiltà li l-azzjonisti kienu jirkupraw xi valur kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata abbażi ta’ dik il-valwazzjoni.

4.        Meta l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 u 31.

5.        L-ABE għandha tiżviluppa linji gwida, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar iċ-ċirkostanzi li fihom tkun xierqa kull waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, wara li tkun ikkunsidrat il-fatturi speċifikati fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. L-ABE għandha tiżviluppa dawn il-linji gwida l-aktar tard sad-data prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 115(1) ta' din id-Direttiva.

6.        Il-Kummissjoni, filwaqt li tqis, fejn xieraq, l-esperjenza akkwistata fl-applikazzjoni tal-linji gwida tal-ABE, tista’ tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 103 mmirati li jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi li fihom kull waħda mill-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 tkun xierqa, wara li tikkunsidra l-fatturi speċifikati fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 43

Ġerarkija tal-pretensjonijiet

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni filwaqt li jirrispettaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

(a)       Strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jitniżżlu fil-valur l-ewwel fil-proporzjon tat-telf u sal-kapaċità tagħhom u l-ishma rilevanti jiġu kkanċellati skont l-Artikolu 42;

(b)       jekk, u biss jekk, it-tniżżil fil-valur skont il-punt (a) ikun anqas mill-ammont aggregat, l-awtoritajiet inaqqsu għal żero l-ammont prinċipali tal-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali li huma obbligazzjonijiet ▌skont is-subtaqsima 2;

(ba)     jekk, u biss jekk, it-tniżżil fil-valur skont il-punt (b) ikun anqas mill-ammont aggregat suffiċjenti, l-awtoritajiet inaqqsu għal żero l-ammont prinċipali tal-istrumenti tal-Grad 2 skont is-subtaqsima 2;

(c)       jekk, u biss jekk, it-tnaqqis totali tal-obbligazzjonijiet skont il-punti (a), (b) u (ba) jkun anqas mill-ammont aggregat, l-awtoritajiet inaqqsu l-ammont prinċipali ta' dejn subordinat li mhuwiex kapital tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2 sal-limitu meħtieġ, flimkien ma' tniżżil fil-valur skont il-punti (a), (b) u (ba) biex jipproduċu l-ammont aggregat suffiċjenti;

(d)       jekk, u biss jekk, it-tnaqqis totali tal-obbligazzjonijiet skont il-punti (a), (b), (ba) u (c) ta' dan il-paragrafu huwa anqas mill-ammont aggregat, l-awtoritajiet inaqqsu l-ammont kapitali ta', jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward ta', il-bqija tal-obbligazzjonijiet eliġibbli, skont l-Artikolu 38, li huma dejn ta' preferenza sal-punt meħtieġ, flimkien ma' tniżżil fil-valur skont il-punti (a), (b), (ba) u (c) ta' dan il-paragrafu biex jipproduċu l-ammont aggregat suffiċjenti.

(da)     jekk, u biss jekk, it-tnaqqis totali tal-obbligazzjonijiet skont il-punti (a), (b), (ba), (c) jew (d) ta' dan il-paragrafu huwa anqas mill-ammont aggregat, l-awtoritajiet inaqqsu l-ammont kapitali ta', jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward ta', l-obbligazzjonijiet minn depożiti minbarra dawk esklużi mir-rikapitalizzazzjoni skont l-Artikolu 38(2)(a) li huma dejn ta' preferenza sal-punt meħtieġ, flimkien ma' tniżżil fil-valur skont il-punti (a), (b), (ba) jew (c) ta' dan il-paragrafu biex jipproduċu l-ammont aggregat suffiċjenti.

2.        Meta japplikaw is-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni skont il-punti (c), (d) u (da) tal-paragrafu 1, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jallokaw it-telf rappreżentat mill-ammont aggregat ugwalment bejn l-obbligazzjonijiet tal-istess livell billi jnaqqsu l-ammont kapitali ta', jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward ta', dawk l-obbligazzjonijiet sal-istess punt prorata skont il-valur tagħhom, ħlief fejn allokazzjoni differenti tat-telf fost l-obbligazzjonijiet tal-istess livell hija neċessarja biex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja, jew biex jiġi minimizzat it-telf aggregat għall-benefiċċju tal-investituri u tas-soċjetà b'mod ġenerali.

3.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom inaqqsu l-ammont kapitali tal-istrument jew jikkonvertuh skont dawk it-termini msemmija fil-punti (b), (ba) jew (c) tal-paragrafu 1 qabel ma jeżerċitaw is-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni fuq l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u meta dawk it-termini ma jkunux daħlu fis-seħħ meta istituzzjoni tkun ħarġet strumenti, minbarra dawk imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, li jkun fihom waħda minn dawn it-termini li ġejjin:

(a)       termini li jipprevedu li l-ammont kapitali tal-istrument jitnaqqas fl-okkorrenza ta' kwalunkwe avveniment li jirreferi għas-sitwazzjoni finanzjarja, is-solvenza jew il-livelli ta' fondi proprji tal-istituzzjoni;

(b)       termini li jipprevedu l-konverżjoni tal-istrumenti għal ishma jew strumenti oħra ta' sjieda fl-okkorrenza ta' tali każ.

4.        Fejn l-ammont kapitali ta’ strument ġie mnaqqas, iżda mhux għal żero, skont termini tat-tip imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 qabel l-applikazzjoni ta' rikapitalizzazzjoni interna jew skont il-paragrafu 3, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom japplikaw is-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni fuq l-ammont residwu ta' dik il-kapital skont il-paragrafu 1.

4a.      Meta jiddeċiedu dwar jekk l-obbligazzjonijiet għandhomx jitniżżlu jew jinqalbu f’ekwità, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx iniżżlu l-ammont prinċipali ta' klassi waħda ta' obbligazzjonijiet, waqt li klassi ta' obbligazzjonijiet li tkun subordinata għal dik il-klassi tibqa' sostanzjalment mhux maqluba f'ekwità.

4b.      Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-ABE għandha tipprovdi linji gwida għal kwalunkwe interpretazzjoni marbuta mar-relazzjoni reċiproka bejn id-dispożizzjonijiet stipulati f'din id-Direttiva u dawk stabbiliti fis-[CRD] u s-[CRR]. L-ABE għandha tipprovdi wkoll linji gwida għal ġerarkija ċara ta’ pretensjonijiet u biex tiżgura li dawn ma humiex eċċessivament kumplessi.

Artikolu 44

Derivattivi

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu jiġu rispettati meta l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni japplikaw is-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni fuq obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi.

1a.      L-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu dawk li jirriżultaw mill-għeluq ordinat tal-pożizzjonijiet derivattivi kkonċernati;

2.        Fejn it-tranżazzjonijiet huma soġġetti għal ftehim ta' netting, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jistabbilixxu l-obbligazzjoni li tirriżulta minn dawk it-tranżazzjonijiet fuq bażi netta skont it-termini tal-ftehim.

3.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiddeterminaw il-valur tal-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn derivattivi skont dan li ġej:

(a)       metodoloġiji xierqa għad-determinazzjoni tal-valur ta' klassijiet ta' derivattivi, inklużi tranżazzjonijiet li huma soġġetti għal ftehimiet ta’ netting;

(b)       prinċipji biex jiġi stabbilit il-waqt rilevanti li fih għandu jiġi stabbiliti l-valur ta' pożizzjoni ta' derivattiv.

4.        L-ABE, wara li tikkonsulta lill-AETS, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġiji u l-prinċipji msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 dwar il-valwazzjoni tal-obbligazzjonijiet li jinħolqu mid-derivattivi:

L-ABE għandha tissottometti dawk l-istandards tekniċi regolatorji abbozzati lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Qed tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' din id-Direttiva skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 45

Rata tal-konverżjoni tad-dejn f’ekwità

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta japplikaw ristrutturazzjoni tad-dejn permezz tal-eżerċizju tas-setgħat imsemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 56(1) biex jikkonvertu obbligazzjonijiet f'ishma ordinarji jew fi strumenti oħra ta' sjieda, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu japplikaw rata ta' konverżjoni differenti għal klassijiet differenti ta' obbligazzjonijiet skont wieħed mill-prinċipji stipulati fil-paragrafi 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu jew skont it-tnejn li huma.

2.        Ir-rata tal-konverżjoni għandha tirrappreżenta kumpens xieraq lill-kreditur affettwat għat-telf imġarrab minħabba l-eżerċizzju tas-setgħa tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni.

3.        Ir-rata tal-konverżjoni applikabbli għal obbligazzjonijiet ta' preferenza għandha tkun ogħla mir-rata ta' konverżjoni applikabbli għal obbligazzjonijiet subordinati, fejn dan ikun xieraq biex jirrifletti l-prijorità tal-obbligazzjonijiet superjuri fl-istralċ skont il-liġi tal-insolvenza applikabbli.

4.        L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar l-iffissar tar-rati ta' konverżjoni. L-ABE għandha tiżviluppa dan l-abbozz ta' standards regolatorji l-aktar tard sad-data prevista fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 115(1) ta' din id-Direttiva.

L-abbozz ta' standards regolatorji għandu jindika, partikolarment, kif kredituri affettwati jistgħu jiġu kkumpensati permezz tar-rata tal-konverżjoni, u r-rati tal-konverżjoni relattivi li jistgħu jkunu xierqa biex jirriflettu l-prijorità ta' obbligazzjonijiet ta' preferenza skont il-liġi tal-insolvenza applikabbli.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 46

Miżuri ta' rkupru u riorganizzazzjoni li jakkumpanjaw rikapitalizzazzjoni interna

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna jkunu adottati arranġamenti sabiex jiżguraw li jiġi mfassal u implimentat pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju skont l-Artikolu 47.

2.        L-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jinkludu l-ħatra ta' amministratur bil-għan li jħejji u jimplimenta l-pjan ta’ riorganizzazzjoni tan-negozju meħtieġ mill-Artikolu 47.

Artikolu 47

Pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju

1.        L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li, fi żmien [xahar] wara l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna fuq istituzzjoni skont il-punt (a) tal-Artikolu 37(2), l-amministratur appuntat taħt l-Artikolu 46 għandu jħejji u jippreżenta lill-awtorità tar-riżoluzzjoni, lill-Kummissjoni u lill-ABE pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju li jissodisfa r-rekwiżiti tal-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Fejn ikun applikabbli l-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali pjan ikun kompatibbli mal-pjan ta’ ristrutturazzjoni li l-istituzzjoni tkun meħtieġa tissottometti lill-Kummissjoni skont dak il-qafas.

2.        Pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jistabbilixxi miżuri mmirati biex jirrestawra l-vijabbiltà fuq perjodu fit-tul tal-istituzzjoni jew partijiet tan-negozju tagħha fi żmien raġonevoli li ma jkunx itwal minn sentejn. Dawk il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet realistiċi fir-rigward tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji tas-suq li fihom topera l-istituzzjoni.

Il-pjan tar-riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jikkunsidra, fost affarijiet oħrajn, l-istat attwali tas-swieq finanzjarji u kif ukoll il-prospetti futuri tagħhom, u jirrifletti s-suppożizzjonijet l-aktar ottimisti kif ukoll l-aktar pessimisti. L-ittestjar tal-istress għandu jikkunsidra firxa ta’ xenarji, inkluża kombinazzjoni ta’ avvenimenti ta’ stress li huma magħżula biex jidentifikaw il-vulnerabbiltajiet prinċipali tal-istituzzjoni. Is-suppożizzjonijiet għandhom jitqabblu ma’ punti ta' referenza xierqa u għas-settur kollu.

3.        Pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)       djanjosi dettaljata tal-fatturi u l-problemi li kkawżaw lill-istituzzjoni tfalli jew probabbli tfalli, u ċ-ċirkostanzi li wasslu għad-diffikultajiet tagħha;

(b)       deskrizzjoni tal-miżuri mmirati lejn ir-restawrar tal-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni li għandhom jiġu adottati;

(c)       skeda għall-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri.

4.        Miżuri mmirati lejn ir-restawrar tal-vijabbiltà fit-tul ta' istituzzjoni jistgħu jinkludu:

(a)       ir-riorganizzazzjoni tal-attivitajiet tal-istituzzjoni;

(aa)     bidliet fis-sistemi operattivi u l-infrastruttura fl-istituzzjoni;

(b)       l-irtirar minn attivitajiet li jagħmlu t-telf;

(c)       ir-ristrutturar ta' attivitajiet eżistenti li jistgħu jsiru kompetittivi;

(d)       il-bejgħ ta' assi jew linji ta' negozju.

5.        Fi żmien xahar mid-data tas-sottomissjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tivvaluta l-probabbilità li l-pjan, jekk jiġi implimentat, jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-istituzzjoni.

Jekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun issodisfata li l-pjan se jinkiseb dak l-għan, għandha tapprova il-pjan.

6.        Jekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma tkunx issodisfata li l-pjan se jintlaħaq dak l-għan l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-amministratur dwar it-tħassib tagħha u teħtieġ lill-amministratur jemenda l-pjan b'mod li jindirizza dan it-tħassib.

7.        Fi żmien ġimagħtejn mid-data tal-wasla ta' tali notifika, l-amministratur għandu jissottometti għall-approvazzjoni pjan emendat lill-awtorità tar-riżoluzzjoni. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tivvaluta l-pjan emendat, u għandha tinnotifika lill-amministratur fi żmien ġimgħa jekk hijiex issodisfata li l-pjan, kif emendat, jindirizza t-tħassib innotifikat jew jekk hux meħtieġ aktar emendar.

8.        L-amministratur għandu jimplimenta l-pjan ta' riorganizzazzjoni kif miftiehem mal-awtorità tar-riżoluzzjoni, u għandu jirrapporta kull sitt xhur għand l-awtorità tar-riżoluzzjoni dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjan.

9.        L-amministratur għandu jirrevedi l-pjan, jekk dan ikun meħtieġ biex tintlaħaq il-mira stipulata fil-paragrafu 2, u għandu jissottometti kwalunkwe tali reviżjoni għand l-awtorità tar-riżoluzzjoni għall-approvazzjoni.

10.      L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika aktar:

(a)       l-elementi li għandhom jiġu inklużi fi pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju skont il-paragrafu 3; u

(aa)     l-kriterji minimi li pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju jeħtieġ jissodisfa biex jiġi approvat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni skont il-paragrafu 5; kif ukoll

(b)       il-kontenut tar-rapporti skont il-paragrafu 8.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Subtaqsima 4

Għodda tar-Rikapitalizzazzjoni Interna: Dispożizzjonijiet Anċillari

Artikolu 48

Effett tar-rikapitalizzazzjoni interna

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita setgħa msemmija fil-punti (f) sa (l) tal-Artikolu 56(1), it-tnaqqis fil-kapital jew fl-ammont pendenti dovut, il-konverżjoni jew il-kanċellazzjoni jidħlu fis-seħħ u jkunu immedjatament vinkolanti fuq l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u l-kredituri u l-azzjonisti affettwati.

2.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompiti amministrattivi u proċedurali kollha meħtieġa biex jagħtu effett lill-eżerċizzju ta’ setgħa msemmija fil-punti (f) sa (l) tal-Artikolu 56 (1) jkunu kompluti, inklużi:

(a)       l-emenda tar-reġistri rilevanti kollha;

(b)       it-tneħħija mill-elenkar jew it-tneħħija mill-kummerċ ta' ishma jew strumenti ta' dejn;

(c)       l-elenkar jew l-ammissjoni għall-kummerċ ta' ishma ġodda.

3.        Meta awtorità tar-riżoluzzjoni tnaqqas għal żero l-ammont kapitali prinċipali ta', jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward ta’ obbligazzjoni permezz tas-setgħa msemmija f'punt (g) tal-Artikolu 56(1), dik l-obbligazzjoni u kwalunkwe obbligu jew pretensjoni li tirriżulta f'relazzjoni magħha li mhumiex dovuti fil-ħin meta tiġi eżerċitata s-setgħa għandhom jiġu ttrattati bħala mħallsa għal għanijiet kollha, u ma għandhomx ikun jistgħu jiġu ppruvati fi kwalunkwe proċeduri sussegwenti fir-rigward l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe istituzzjoni suċċessur fi kwalunkwe stralċ sussegwenti.

4.        Meta awtorità tar-riżoluzzjoni tkun naqqset parzjalment, imma mhux għal kollox, l-ammont kapitali ta', jew l-ammont pagabbli pendenti fir-riwgard ta' obbligazzjoni permezz tas-setgħa msemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 56(1):

(a)       l-obbligazzjoni għandha tiġi konoxxuta sal-punt tal-ammont imnaqqas;

(b)       l-istrument rilevanti jew il-ftehim li ħoloq l-obbligazzjoni oriġinali għandu jkompli japplika fir-rigward tal-ammont kapitali residwu, jew l-ammont pendenti pagabbli fir-rigward tal-obbligazzjoni, soġġett għal kwalunkwe modifika tal-ammont tal-interess pagabbli biex tirrifletti t-tnaqqis tal-ammont kapitali, u kwalunkwe modifika ulterjuri fit-termini li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tagħmel permezz tas-setgħa msemmija fil-punt (m) tal-Artikolu 56(1).

Artikolu 49

Tneħħija tal-ostakli proċedurali għar-rikapitalizzazzjoni interna

1.        L-Istati Membri għandhom, f'każijiet xierqa, jeħtieġu lill-istituzzjonijiet iżommu l-ħin kollu biżżejjed kapital azzjonarju awtorizzat sabiex, fil-każ li l-awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċitata s-setgħat msemmija fil-punti (f), (g) u (h) tal-Artikolu 56(1) fir-rigward ta' istituzzjoni jew is-sussidjarji tagħha, l-istituzzjoni ma tkunx prevenuta milli toħroġ biżżejjed ishma ġodda jew strumenti ta' sjieda biex tiżgura li l-konverżjoni tal-obbligazzjonijiet f'ishma ordinarji jew strumenti oħra ta' sjieda ▌tista' titwettaq b'mod effikaċi.

2.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw jekk huwiex xieraq li jiġi impost ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 fil-każ ta' istituzzjoni partikolari fil-kuntest tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni għal dik l-istituzzjoni, wara li jikkunsidraw, b 'mod partikolari, l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni kkontemplati f'dak il-pjan. Jekk il-pjan ta' riżoluzzjoni jipprevedi l-applikazzjoni possibbli tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, l-awtoritajiet għandhom jivverifikaw li s-sehem kapital awtorizzat ikun suffiċjenti biex ikopru l-ammont aggregat msemmija fl-Artikolu 41.

3.        L-Istati Membri għandhom ▌jiżguraw li ma hemm l-ebda impedimenti proċedurali għall-konverżjoni tal-obbligazzjonijiet f'ishma ordinarji jew strumenti oħra ta' sjieda eżistenti permezz tal-istrumenti tagħhom ta' inkorporazzjoni jew statuti, inkluż drittijiet ta' prelazzjoni għall-azzjonisti jew rekwiżiti għall-kunsens tal-azzjonisti biex jiżdied il-kapital.

4.        Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal emendi fid-Direttivi 77/91/KEE, 82/891/KEE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/UE stipulati fit-Titolu X ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 50

Rikonoxximent kuntrattwali tar-rikapitalizzazzjoni interna

1.        L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jinkludu fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw kwalunkwe obbligazzjoni eliġibbli, strument tal-Grad 1 Addizzjonali jew strument tal-Grad 2 li huwa rregolat mil-liġi ta' ġurisdizzjoni li ma tkunx ta' Stat Membru terminu li bih il-kreditur jew il-parti fil-ftehim li tinħoloq l-obbligazzjoni tirrikonoxxi li l-obbligazzjoni tista' tiġi soġġetta għal setgħat ta' tniżżil fil-valur u konverżjoni u taqbel li tkun marbuta bi kwalunkwe tnaqqis fil-kapital jew l-ammont pendenti dovuti, il-konverżjoni jew il-kanċellazzjoni li sseħħ bl-eżerċizzju ta' dawk is-setgħat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

2.        Jekk istituzzjoni tonqos milli tinkludi fid-dispożizzjonijiet kuntrattwali li jirregolaw obbligazzjoni rilevanti t-terminu meħtieġ skont il-paragrafu 1, dak in-nuqqas ma għandux jipprevjeni lill-awtorità tar-riżoluzzjoni milli teżerċita s-setgħat tat-tniżżil fil-valur u l-konverżjoni fir-rigward ta' dik l-obbligazzjoni.

Artikolu 50a (ġdid)

Għodod governattivi ta’ stabilizzazzjoni finanzjarja

1.        Sabiex jingħata effett lill-għodod governattivi ta’ stabilizzazzjoni finanzjarja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ministeri kompetenti tagħhom ikollhom is-setgħat tar-riżoluzzjoni kif speċifikati fl-Artikoli 56 sa 64.

2.        Fi żminijiet ta' kriżi sistemika l-Istati Membri jistgħu jipprovdu appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju permezz ta' għodod ta' stabilizzazzjoni finanzjarja skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu u r-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, għall-fini ta' parteċipazzjoni fir-riżoluzzjoni ta' istituzzjoni ta' kreditu jew ditta ta' investiment jew għall-fini ta' intervent dirett sabiex jiġi evitat l-għeluq tagħha, bil-għan li jiġu ssodisfati l-objettivi stabbiliti għar-riżoluzzjoni fl-Artikolu 26(2) b'rabta mal-Istat Membru jew mal-Unjoni b'mod ġenerali. Din l-azzjoni għandha titwettaq taħt it-tmexxija tal-ministeru kompetenti f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità tar-riżoluzzjoni.

3.        L-għodod ta' stabilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern għandhom jintużaw meta jkun falla kull tentattiv ieħor wara li jkunu ġew ivvalutati u sfruttati l-għodod ta' riżoluzzjoni l-oħra sal-livell massimu prattikabbli filwaqt li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, kif determinat mill-ministeru kompetenti wara konsultazzjoni mal-awtorità tar-riżoluzzjoni.

4.        Stat Membru jista' jiddetermina l-eżistenza ta' kriżi sistemika, kif definita fl-Artikolu 2, għall-fini ta' din id-Direttiva. Meta jagħmel dan, l-Istat Membru għandu jqis il-valutazzjonijiet pubbliċi jew mhux pubbliċi tal-BERS.

5.        Fl-applikazzjoni tal-għodod ta’ stabilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ministeri kompetenti u l-awtorità tar-riżoluzzjoni japplikaw l-għodod biss jekk il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikolu 27(1) jiġu ssodisfati, il-kapital ikun tniżżel għal żero skont l-Artikolu 51 u waħda mill-kondizzjoni li ġejjin tiġi ssodisfata wkoll:

(a)       il-ministeru kompetenti u l-awtorità tar-riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali u l-awtorità kompetenti, jiddeterminaw li l-applikazzjoni ta’ waħda mill-għodod tar-riżoluzzjoni ma tkunx biżżejjed biex ikunu evitati effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja;

(b)       il-ministeru kompetenti u l-awtorità tar-riżoluzzjoni jiddeterminaw li l-applikazzjoni ta’ miżuri tar-riżoluzzjoni oħra ma tkunx biżżejjed biex tħares l-interessi pubbliċi, meta għajnuna ta' likwidità straordinarja mill-bank ċentrali tkun diġà ngħatat lill-istituzzjoni.

6.        Qligħ kif ukoll telf potenzjali li jirriżultaw mit-tħaddim tal-għodod ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu attribwiti lill-fond ta' riżoluzzjoni.

7.        L-għodod ta’ stabilizzazzjoni finanzjarja għandhom jikkonsistu f’li ġej:

(a)       garanzija kif imsemmija fl-Artikolu 50b;

(b)       appoġġ tal-ekwità kif imsemmi fl-Artikolu 50c;

(c)       sjieda pubblika temporanja kif imsemmija fl-Artikolu 50d.

Artikolu 50b (ġdid)

Għodda ta’ garanzija

1.        L-Istati Membri jistgħu jipprovdu garanziji għall-obbligazzjonijiet jew assi ta’ istituzzjonijiet taħt riżoluzzjoni. Garanziji għal pretensjonijiet ta' ekwità għandhom ikunu pprojbiti.

2.        Meta jipprovdi garanzija skont il-paragrafu 1, Stat Membru għandu jiżgura li l-garanzija tkun remunerata biżżejjed mill-istituzzjoni ta' kreditu jew mid-ditta ta' investiment.

Artikolu 50c

Appoġġ tal-ekwità

1.        L-Istati Membri, waqt li jirrispettaw id-diżpożizzjonijiet stipulati mil-liġi nazzjonali dwar il-kumpaniji, jistgħu jipparteċipaw fil-kapitalizzazzjoni mill-ġdid ta’ istituzzjoni ta’ kreditu billi jipprovdu kapital lil dawn tal-aħħar bi skambju għall-istrumenti li ġejjin, soġġetti għar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru.../2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... [dwar rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u d-ditti ta' investiment]:

(a)       ekwità ewlenija;

(b)       strumenti tal-Grad 1 jew ta’ kapital oħrajn;

(c)       forom oħra ta’ kapital li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' buffer ta' konservazzjoni tal-kapital u ta' buffer kontroċikliku.

2.        L-Istati Membri għandhom, safejn tippermetti l-parteċipazzjoni azzjonarja tagħhom f'istituzzjoni, jiżguraw li istituzzjonijiet soġġetti għal appoġġ tal-ekwità skont dan l-Artikolu jkunu amministrati fuq bażi kummerċjali u professjonali.

3.        Meta Stat Membru jipprovdi appoġġ tal-ekwità skont dan l-Artikolu, għandu jiżgura li s-sehem tiegħu fl-istituzzjoni jiġi trasferit lis-settur privat malli ċ-ċirkostanzi kummerċjali u finanzjarji jippermettu.

Artikolu 50d

Sjieda pubblika temporanja

1.        L-Istati Membri jistgħu jieħdu istituzzjoni ta' kreditu fl-intier tagħha fi sjieda pubblika temporanja.

2.        Għal dak il-għan Stat Membru jista’ jagħmel ordni waħda jew aktar ta’ trasferiment tal-ishma li fiha d-destinatarju tat-trasferiment ikun:

(a)         nominat tal-Istat Membru; jew

(b)         kumpanija ta’ proprjetà sħiħa ta' Stat Membru.

3.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li istituzzjonijiet soġġetti għal sjieda pubblika temporanja skont dan l-Artikolu jkunu amministrati fuq bażi kummerċjali u professjonali.

4.        Meta Stat Membru jieħu istituzzjoni ta' kreditu fi sjieda pubblika temporanja skont dan l-Artikolu, għandu jiżgura li l-istituzzjoni tiġi trasferita lura lis-settur privat malli ċ-ċirkostanzi kummerċjali u finanzjarji jippermettu.

Kapitolu IV

Tniżżil fil-Valur tal-Istrumenti Kapitali

Artikolu 51

Rekwiżit biex jitniżżel il-valur ta' strumenti kapitali

1.        L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jeżerċitaw is-setgħa tat-tniżżil fil-valur, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 52 u mingħajr dewmien, fir-rigward tal-istrumenti kapitali rilevanti maħruġa minn istituzzjoni meta waħda jew iżjed miċ-ċirkostanzi li ġejjin japplikaw:

(a)       l-awtorità xierqa tiddetermina li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni;

(b)       l-awtorità xierqa tiddetermina li jekk dik is-setgħa ma tiġix eżerċitata fir-rigward tal-istrumenti kapitali rilevanti, l-istituzzjoni ma tibqax aktar vijabbli;

(c)       ittieħdet deċiżjoni fi Stat Membru li tingħata għajnuna pubblika straordinarja lill-istituzzjoni jew lill-impriża prinċipali u l-awtorità xierqa tagħmel determinazzjoni li mingħajr l-għoti ta' tali għajnuna l-istituzzjoni ma tibqax aktar vijabbli;

(d)       l-istrumenti kapitali rilevanti huma rikonoxxuti għall-finijiet tas-sodisfar tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi individwali u konsolidata, jew fuq bażi konsolidata, u l-awtorità xierqa tal-Istat Membru tas-superviżur tal-konsolidazzjoni tagħmel determinazzjoni li sakemm ma tiġix eżerċitata s-setgħa tat-tniżżil fil-valur fir-rigward ta' dawk l-istrumenti, l-grupp konsolidat ma jibqax aktar vijabbli.

2.        Fejn awtorità xierqa tagħmel id-determinazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, hi għandha immedjatament tinnotifika l-awtorità tar-riżoluzzjoni responsabbli għall-istituzzjoni inkwistjoni jekk differenti.

3.        Qabel tagħmel id-determinazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu fir-rigward ta' istituzzjoni li toħroġ l-istrumenti kapitali rilevanti li huma rikonoxxuti għall-finijiet tas-sodisfar tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi individwali u konsolidata, l-awtorità xierqa għandha tikkonforma mar-rekwiżiti ta' notifika u konsultazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 52.

4.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw mar-rekwiżit stipulat fil-paragrafu 1 irrispettivament minn jekk huma japplikawx ukoll l-għodda tar-riżoluzzjoni jew jeżerċitaw kwalunkwe setgħa oħra ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' dik l-istituzzjoni.

Artikolu 52

Dispożizzjonijiet li jirregolaw it-tniżżil fil-valur tal-istrumenti kapitali

1.        Meta jikkonformaw mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 51, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħa tat-tniżżil fil-valur b'mod li jipproduċi r-riżultati li ġejjin:

(a)       l-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jitniżżlu fil-valur l-ewwel, fi proporzjon tat-telf u sal-kapaċità tagħhom;

(b)       l-ammont prinċipali tal-istrumenti kapitali rilevanti jitnaqqas għal-livell neċessarju biex tiġi restawrata s-solvenza u jinkisbu l-objettivi ta' riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 26;

(c)       it-tnaqqis ▌ta' dak l-ammont prinċipali jkun permanenti;

(d)       l-ebda obbligazzjoni lejn id-detentur ta' strument kapitali rilevanti ma tibqa’ taħt jew marbuta ma' dak l-istrument, ħlief kwalunkwe obbligazzjoni diġà dovuta, u kwalunkwe obbligazzjoni għal danni li jistgħu jinħolqu bħala riżultat ta’ stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-eżerċizzju tas-setgħa tat-tniżżil fil-valur;

(e)       ebda kumpens ma jitħallas lil kwalunkwe detentur tal-istrumenti kapitali rilevanti għajr skont il-paragrafu 2.

Il-punt (d) ma għandux jimpedixxi l-forniment ta' strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni lil detentur ta' strumenti kapitali rilevanti skont il-paragrafu 2.

2.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jakkumpanjaw l-eżerċizzju tas-setgħa msemmi fl-Artikolu 51(1) mar-rekwiżit li l-istituzzjonijiet joħorġu strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni għal detenturi ta' strumenti kapitali rilevanti li jitniżżlu fil-valur skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm il-kundizzjonijiet li ġejjin huma sodisfatti:

(a)       dawk l-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jinħarġu mill-istituzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 jew minn intrapriża prinċipali tal-istituzzjoni;

(b)       dawk l-strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jinħarġu qabel kwalunkwe ħruġ ta' ishma jew strumenti ta' sjieda minn dik l-istituzzjoni għall-finijiet tal-għoti ta' fondi proprji mill-entità Statali jew governattiva;

(c)       dawk l-istrumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni jingħataw u jiġu ttrasferiti mingħajr dewmien wara l-eżerċizzju tas-setgħa tat-tniżżil fil-valur;

(d)       ir-rata ta' konverżjoni li tiddetermina l-għadd ta’ strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni li jiġu pprovduti fir-rigward ta' kull strument kapitali rilevanti tikkonforma mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 45 u ma' kwalunkwe linji gwida żviluppata mill-ABE skont l-Artikolu 45(4).

3.        Għall-finijiet tal-forniment ta' strumenti tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, skont il-paragrafu 2, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu lill-istituzzjonijiet biex f’kull ħin iżommu l-awtorizzazzjoni meħtieġa minn qabel biex joħorġu l-għadd rilevanti ta' strumenti fil-Grad 1 ta' Ekwità Komuni.

4.        Fejn istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni u l-awtorità tar-riżoluzzjoni tiddeċiedi li tapplika għodda ta' riżoluzzjoni lil dik l-istituzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżit stipulat fl-Artikolu 51(1) qabel tapplika l-għodda tar-riżoluzzjoni.

5.        L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lill-istituzzjonijiet jiżguraw li l-eżerċizzju mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-setgħa ta' tniżżil fil-valur f'konformità mal-Artikolu 51(1) ma jikkostitwixxix awtomatikament okkażjoni ta' inadempjenza jew avveniment tal-kreditu taħt l-istrumenti kapitali rilevanti.

6.        Sabiex jiżguraw l-applikazzjoni konsistenti tal-paragrafu 5, l-ABE u l-AETS għandhom flimkien jiżviluppaw abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex jispeċifikaw it-tifsira ta' "avveniment ta’ kreditu" għall-finijiet ta' dak il-paragrafu.

L-ABE u AETS għandhom jissottomettu dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Qed tiġi delegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 53

Tniżżil fil-valur jew konverżjoni kuntrattwali ta’ strumenti kapitali

Sakemm ▌it-termini kuntrattwali ta' tniżżil fil-valur jew konverżjoni ta' strumenti kapitali jieħdu effett meta l-awtorità tagħmel determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 51(1), ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 51(1) ma japplikax fir-rigward ta’ strumenti kapitali rilevanti fejn it-termini ta’ dawk l-istrumenti jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)       it-termini kuntrattwali tal-istrument kapitali rilevanti jipprovdu li l-ammont kapitali tal-istrument se jitnaqqas għal-livell neċessarju biex tiġi restawrata s-solvenza u jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 26, jew li l-istrument se jiġi kkonvertit fi strument wieħed jew aktar tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, awtomatikament meta kwalunkwe awtorità xierqa tagħmel determinazzjoni skont l-Artikolu 51(1);

(b)       it-tnaqqis tal-ammont kapitali tal-istrument kapitali rilevanti jew il-konverżjoni ta' strument kapitali rilevanti fi strumenti wieħed jew aktar tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1);

(c)       fejn it-termini kuntrattwali tal-istrument kapitali rilevanti jipprovdu li l-istrument se jikkonverti fi strument wieħed jew aktar tal-Grad 1 ta' Ekwità Komuni, ir-rata tal-konverżjoni tiġi stipulata f’dawk it-termini u tikkonforma mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 45 u kwalunkwe standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ABE skont l-Artikolu 45(4).

Artikolu 54

Awtoritajiet responsabbli mid-determinazzjoni

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli biex isiru d-determinazzjonijiet msemmija fl-Artikolu 51(1) huma dawk stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.        Fejn l-istrumenti kapitali rilevanti huma rikonoxxuti għall-finijiet tas-sodisfar tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi individwali skont l-Artikolu 52 tad-Direttiva 2006/48/KE, l-awtorità responsabbli biex tagħmel id-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 51(1) ta' din id-Direttiva għandha tkun l-awtorità kompetenti jew l-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni ġiet awtorizzata skont it-Titolu II tad-Direttiva 2006/48/KE.

3.        Fejn l-istrumenti kapitali rilevanti jinħarġu minn istituzzjoni li hija sussidjarja u huma rikonoxxuti għall-finijiet tas-sodisfar tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi individwali u bażi konsolidata, l-awtoritajiet responsabbli biex isiru d-determinazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 53(1) għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)       l-awtorità kompetenti jew l-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn l-istituzzjoni li ħarġet dawk l-istrumenti ġiet stabbilita skont it-Titolu II tad-Direttiva 2006/48/KE għandha tkun responsabbli biex isiru d-determinazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 51(1) ta' din id-Direttiva;

(b)       l-awtorità kompetenti jew l-awtorità ta' riżoluzzjoni tal-Istat Membru tas-superviżur tal-konsolidazzjoni jew l-awtorità kompetenti li twettaq subkonsolidazzjoni għandha tkun responsabbli biex tagħmel id-determinazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 51(1).

Artikolu 55

Applikazzjoni konsolidata: proċedura għad-determinazzjoni

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li qabel jagħmlu determinazzjoni msemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 51(1) fir-rigward istituzzjoni li toħroġ l-istrumenti kapitali rilevanti li huma rikonoxxuti għall-finijiet tas-sodisfar tar-rekwiżiti tal-fondi proprji fuq bażi individwali u bażi konsolidata, l-awtoritajiet xierqa jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)       awtorità xierqa li tkun qed tikkunsidra jekk tagħmilx determinazzjoni msemmija fil-punti (a), (b) jew (c) tal-Artikolu 51(1) għandha tinnotifika lis-superviżur tal-konsolidazzjoni mingħajr dewmien;

(b)       awtorità xierqa li tkun qed tikkunsidra jekk tagħmilx determinazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 51(1) għandha mingħajr dewmien tinnotifika lill-awtorità kompetenti responsabbli għal kull istituzzjoni li ħarġet l-istrumenti kapitali rilevanti li fir-rigward tagħhom trid tiġi eżerċitata s-setgħa tat-tniżżil fil-valur kieku ssir dik id-determinazzjoni.

1a       Meta jagħmlu determinazzjoni msemmija fil-punt (a), (b), (c) jew (d) tal-Artikolu 51(1) fil-każ tar-riżoluzzjoni ta' istituzzjoni jew ta' grupp b'attività transkonfinali, l-awtoritajiet xierqa għandhom iqisu l-impatt potenzjali tar-riżoluzzjoni fl-Istati Membri kollha fejn l-istituzzjoni jew il-grupp joperaw.

2.        Awtorità xierqa għandha takkumpanja notifika magħmula skont il-paragrafu 1 bi spjegazzjoni tar-raġunijiet għaliex qed tikkunsidra tagħmel id-determinazzjoni inkwistjoni.

3.        Fejn tkun saret notifika skont il-paragrafu 1, l-awtorità xierqa, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti nnotifikati, għandha tivvaluta l-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)       jekk hijiex disponibbli miżura alternattiva għall-eżerċizzju tas-setgħa tat-tniżżil fil-valur f'konformità mal-Artikolu 51(1);

(b)       jekk tali miżura alternattiva hija disponibbli, jekk tistax tiġi applikata b'mod vijabbli;

(c)       jekk tali miżura alternattiva tista' tiġi applikata b'mod vijabbli, jekk hemmx prospett realistiku li dan jindirizza, f'limitu ta' żmien adegwat, iċ-ċirkostanzi li altrimenti jkunu jeħtieġu li ssir determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 51(1).

4.        Għall-finijiet tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, miżuri alternattivi tfisser miżuri ta' intervent bikri msemmija fl-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva, miżuri msemmija fl-Artikolu 136(1) tad-Direttiva 2006/48/KE jew trasferiment ta' fondi jew kapital mill-impriża prinċipali.

5.        Fejn, skont il-paragrafu 3, l-awtorità xierqa u l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw li miżura alternattiva waħda jew aktar huma disponibbli, jistgħu jiġu applikati b'mod vijabbli u jwasslu għall-eżitu msemmi fil-punt (c) ta’ dak il-paragrafu, għandhom jiżguraw li dawn il-miżuri jiġu applikati.

6.        Fejn, skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità xierqa u l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw li l-ebda miżura alternattiva ma hija disponibbli u twassal għall-eżitu msemmi fil-punt (c) ta' dak il-paragrafu, l-awtorità xierqa għandha tiddeċiedi jekk id-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 51(1) taħt kunsiderazzjoni hijiex xierqa.

7.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jikkonformaw fil-pront mar-rekwiżiti tal-paragrafi 1 sa 6, wara li jqisu kif xieraq l-urġenza taċ-ċirkostanzi.

Kapitolu V

Setgħat Ta' Riżoluzzjoni

Artikolu 56

Setgħat ġenerali

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat kollha meħtieġa biex japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni, skont il-pjan tar-riżoluzzjoni fejn xieraq. Partikolarment, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat tar-riżoluzzjoni li ġejjin, li għandhom ikunu jistgħu jeżerċitaw b'mod effettiv, individwalment jew flimkien, soġġett għal ġustifikazzjoni xierqa:

(a)       is-setgħa li jitolbu lil kwalunkwe persuna tipprovdi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mill-awtorità tar-riżoluzzjoni biex tiddeċiedi u tipprepara azzjoni ta' riżoluzzjoni, inklużi aġġornamenti u supplimenti ta' informazzjoni pprovduta fil-pjanijiet tar-riżoluzzjoni;

(b)       is-setgħa jieħdu kontroll ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u jeżerċitaw id-drittijiet kollha konferiti fuq l-azzjonisti jew is-sidien tal-istituzzjoni;

(c)       is-setgħa jittrasferixxu ishma u strumenti oħra ta' sjieda maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(d)       is-setgħa jittrasferixxu strumenti ta’ dejn maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(e)       is-setgħa jittrasferixxu lil persuna oħra drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet speċifikati ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(f)        is-setgħa jniżżlu l-valur jew jikkonvertu l-istrumenti msemmija fl-Artikolu 51 f’ishma jew strumenti oħra ta' sjieda tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew ta' istituzzjoni prinċipali rilevanti taħt riżoluzzjoni;

(g)       is-setgħa jnaqqsu, inkluż li jnaqqsu għal żero, l-ammont kapitali ta' jew l-ammont pendenti dovut fir-rigward ta' obbligazzjonijiet eliġibbli, ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(h)       is-setgħa jikkonvertu obbligazzjonijiet eliġibbli ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni f'ishma ordinarji jew strumenti oħra ta' sjieda ta' dik l-istituzzjoni, istituzzjoni prinċipali rilevanti jew istituzzjoni tranżitorja li fiha jiġu trasferiti assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni;

(i)        is-setgħa jikkanċellaw strumenti ta’ dejn maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, ħlief għal obbligazzjonijiet iggarantiti;

(j)        is-setgħa jikkanċellaw ishma jew strumenti oħra ta' sjieda ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(k)       is-setgħa jeħtieġu istituzzjoni taħt riżoluzzjoni toħroġ ishma ġodda jew strumenti oħra ta' sjieda jew strumenti kapitali oħra inklużi ishma ta' preferenza u strumenti konvertibbli kontinġenti;

(l)        is-setgħa jeħtieġu l-konverżjoni ta' strumenti ta' dejn li jkun fihom terminu kuntrattwali għall-konverżjoni fiċ-ċirkostanzi previsti fl-Artikolu 51;

(m)      is-setgħa jemendaw jew jibdlu l-maturità ta' strumenti ta' dejn maħruġa minn istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew jemendaw l-ammont ta’ imgħax pagabbli taħt dawn l-istrumenti, inkluż billi jissospendu l-ħlas għal perjodu temporanju, ħlief għal obbligazzjonijiet iggarantiti;

(n)       is-setgħa li jneħħu jew jibdlu l-maniġment superjuri ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

2.        L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li, meta japplikaw l-għodod tar-riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma jkunu soġġetti għall-ebda rekwiżit mill-ġejjin, li li kieku jkunu japplikaw minħabba l-liġi nazzjonali jew kuntratti jew xort’oħra:

(a)       rekwiżiti li jiksbu approvazzjoni jew kunsens mingħand kwalunkwe persuna kemm pubblika jew privata, inkluż l-azzjonisti jew il-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(b)       rekwiżiti proċedurali li jinnotifikaw kwalunkwe persuna.

B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat taħt dan l-Artikolu irrispettivament minn kwalunkwe restrizzjoni fuq, jew rekwiżit għal kunsens, trasferiment tal-istrumenti finanzjarji, drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet inkwistjoni li li kieku jistgħu japplikaw.

Il-Punt (b) ta' dan il-paragrafu huwa mingħajr ħsara għar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 75 u kwalunkwe rekwiżit ta’ notifika taħt il-qafas tal-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni.

Artikolu 57

Setgħat anċillari għas-setgħa ta' trasferiment

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jeżerċitaw setgħa ta' trasferiment, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jagħmlu dan li ġej:

(a)       jipprovdu li t-trasferiment rilevanti jseħħ ħieles minn kwalunkwe obbligazzjoni jew tfixkil li jaffettwa l-istrumenti finanzjarji, id-drittijiet, l-assi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dritt xieraq ta' kumpens skont din id-Direttiva;

(b)       ineħħu d-drittijiet għall-akkwist ta' aktar ishma jew strumenti oħra ta' sjieda;

(c)       iwaqqfu l-ammissjoni għall-kummerċ fuq suq regolat kif definit fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva 2004/39/KE jew mill-elenkar uffiċjali ta' strumenti finanzjarji skont id-Direttiva 2001/34/KE;

(d)       jipprovdu li r-riċivetur jiġi trattat bħallikieku kien l-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni għall-finijiet ta’ kwalunkwe obbligi, kuntratti jew arranġamenti magħmula minn, jew azzjonijiet meħuda minn, l-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni;

(e)       jeħtieġu lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew lir-riċevitur jipprovdi lill-parti l-oħra b'informazzjoni u assistenza;

(f)        jikkanċellaw jew jimmodifikaw it-termini ta' kuntratt li għalih l-istituzzjoni tal-kreditu taħt ir-riżoluzzjoni tkun parti jew jissostitwixxu destinatarju tat-trasferiment bħala parti;

(g)       jinfurzaw kuntratti li tkun daħħlet għalihom sussidjarja, li l-obbligi taħthom ikunu ggarantiti jew inkella sostnuti mill-impriża prinċipali, minkejja kwalunkwe dritt kuntrattwali għal terminazzjoni, likwidazzjoni jew aċċelerazzjoni ta' tali kuntratti abbażi biss tal-insolvenza jew il-kundizzjoni finanzjarja tal-impriża prinċipali, jekk tali garanzija jew għajnuna oħra u l-assi u l-obbligazzjonijiet kollha relatati ġew ittrasferiti lejn u meħuda mir-riċevitur, jew l-awtorità tar-riżoluzzjoni tipprovdi b'xi mod ieħor protezzjoni adegwata għal dawn l-obbligi.

2.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jeżerċitaw is-setgħat speċifikati fil-punti (a) sa (g) tal-paragrafu 1 fejn huwa meqjus mill-awtorità li jkun xieraq li tgħin biex jiġi żgurat li azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun effettiva jew biex jintlaħaq wieħed jew aktar mill-għanijiet tar-riżoluzzjoni.

3.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jeżerċitaw setgħa ta' trasferiment jew setgħa tat-tniżżil fil-valur ta' dejn, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jipprovdu għal arranġamenti ta' kontinwazzjoni biex jiżguraw li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun effettiva u n-negozju ttrasferit jista' jitħaddem mir-riċevitur. Arranġamenti ta' kontinwazzjoni bħal dawn għandhom jinkludu, partikolarment:

(a)       il-kontinwazzjoni ta' kuntratti konklużi mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex ir-riċevitur jassumi d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni relatati ma' kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, assi jew obbligazzjoni li ġiet ittrasferita u hija sostitwita għall-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni (kemm jekk espressament jew impliċitament) fid-dokumenti kuntrattwali rilevanti kollha;

(b)       is-sostituzzjoni tar-riċevitur mal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni fi kwalunkwe proċeduri ġuridiċi li jirrelataw ma' kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, assi jew obbligazzjoni li ġiet ittrasferita.

4.        Is-setgħat fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu 3 ma għandhomx jaffettwaw dan li ġej:

(a)       id-dritt ta' impjegat tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li jittermina kuntratt ta' impjieg;

(b)       kwalunkwe dritt ta' parti għal kuntratt li teżerċita drittijiet skont il-kuntratt, inkluż id-dritt li ttemm, fejn intitolata tagħmel hekk skont it-termini tal-kuntratt minħabba att jew ommissjoni mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni qabel it-trasferiment rilevanti, jew minn riċevitur wara t-trasferiment rilevanti.

5.        Fejn awtorità tar-riżoluzzjoni tiddetermina li l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni huma ssodisfati, tapplika għodda jew teżerċita setgħa ta' riżoluzzjoni, l-azzjoni ta' riżoluzzjoni għandha fiha nnifisha ma tagħmilhix impossibbli li xi ħadd:

(a)       jeżerċita kwalunkwe dritt jew setgħa biex itemm, jaċċellera jew jiddikjara inadempjenza jew avveniment tal-kreditu taħt kwalunkwe kuntratt jew ftehim li l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija parti fih;

(b)       jikseb pussess jew jeżerċita kontroll fuq kwalunkwe proprjetà tal-istituzzjoni skont riżoluzzjoni;

(c)       jaffettwa kwalunkwe dritt kuntrattwali tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

L-ewwel subparagrafu ma għandux jaffettwa d-dritt ta' persuna li tieħu azzjoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu fejn dan id-dritt jirriżulta minn avveniment ta' inadempjenza jew qagħda tal-affarijiet li mhijiex l-azzjoni tar-riżoluzzjoni jew ir-riżultat tal-eżerċizzju ta’ setgħa ta' riżoluzzjoni taħt dan l-Artikolu.

Meta l-ABE tirrikonoxxi proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz skont l-Artikolu 85, tali proċeduri waħidhom ma għandhomx irendu possibbli l-imġiba msemmija fil-punt (a), (b) jew (c) tal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 58

Setgħa li jkun meħtieġ il-forniment ta' servizzi u faċilitajiet

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jesiġu istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, inkluż fejn tkun soġġetta għal proċeduri normali ta' insolvenza, u kwalunkwe entità li hija parti mill-istess grupp bħall-istituzzjoni, biex tipprovdi kwalunkwe servizz jew faċilità li huma neċessarji biex jippermettu lil riċevitur jopera b'mod effettiv in-negozju ttrasferit lilu.

2.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tagħhom ikollhom setgħat jinfurzaw l-obbligi imposti, skont il-paragrafu 1, minn awtoritajiet fi Stati Membri oħra fuq entitajiet affiljati stabbiliti fit-territorju tagħhom.

3.        Is-servizzi u l-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 huma ristretti għal servizzi operazzjonali u faċilitajiet u ma jinkludu l-ebda forma ta' għajnuna finanzjarja.

4.        Is-servizzi u l-faċilitajiet ipprovduti skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu skont it-termini li ġejjin:

(a)       fejn is-servizzi u l-faċilitajiet kienu pprovduti lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni immedjatament qabel ittieħdet l-azzjoni tar-riżoluzzjoni, fuq l-istess termini;

(b)       fejn il-punt (a) ma japplikax, fuq termini kummerċjali.

5.        L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika s-servizzi jew il-faċilitajiet li huma neċessarji biex jippermettu riċevitur jopera effettivament negozju trasferit lilu.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 59

Setgħa ta' infurzar ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni minn Stati Membri oħra

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fejn trasferiment ta' ishma, strumenti oħra ta' sjieda, jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet jinkludi assi li jinsabu fi Stat Membru differenti mill-Istat tal-awtorità tar-riżoluzzjoni jew drittijiet jew obbligazzjonijiet taħt il-liġi ta' Stat Membru differenti mill-Istat tal-awtorità tar-riżoluzzjoni, it-trasferiment għandu effett fi jew taħt il-liġi ta' dak l-Istat Membru l-ieħor.

2.        L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awtorità tar-riżoluzzjoni li tkun għamlet jew biħsiebha tagħmel it-trasferiment bl-assistenza raġonevoli kollha biex jiżguraw li l-ishma jew l-istrumenti oħra ta' sjieda jew assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet jiġu ttrasferit lir-riċevitur skont kwalunkwe rekwiżit applikabbli tal-liġi nazzjonali.

3.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri u partijiet terzi li huma affettwati bit-trasferiment ta' assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 mhumiex intitolati jipprevjenu, jikkontestaw, jew iwarrbu t-trasferiment taħt kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-assi jew tal-liġi li tirregola d-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet.

4.        Meta awtorità tar-riżoluzzjoni ta’ Stat Membru (Stat Membru A) teżerċita s-setgħa tat-tniżżil fil-valur jew ta' konverżjoni, inkluż fir-rigward ta' strumenti kapitali skont l-Artikolu 51, u l-obbligazzjonijiet eliġibbli jew l-istrumenti kapitali rilevanti tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jinkludu dawn li ġejjin:

(a)       strumenti jew obbligazzjonijiet li huma rregolati mil-liġi ta' Stat Membru differenti mill-Istat tal-awtorità tar-riżoluzzjoni li eżerċitat is-setgħat tat-tniżżil fil-valur jew ta' konverżjoni (Stat Membru B);

(b)       obbligazzjonijiet dovuti lil kredituri li jinsabu fl-Istat Membru B.

L-Istat Membru B għandu jiżgura li l-ammont kapitali ta' dawk l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti jitnaqqas, jew li l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti jiġu kkonvertiti, skont l-eżerċizzju tas-setgħa tat-tnaqqis fil-valur jew konverżjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru A.

5.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri li huma affettwati mill-eżerċizzju tat-tnaqqis fil-valur jew il-konverżjoni msemmija fil-paragrafu 4 ma jkunux intitolati jikkontestaw it-tnaqqis tal-ammont kapitali tal-istrument jew l-obbligazzjoni jew il-konverżjoni tagħha, kif jista' jkun il-każ, taħt kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi tal-Istat Membru B.

6.        Kull Stat Membru għandu jiżgura li dawn li ġejjin jiġu determinati skont il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità tar-riżoluzzjoni:

(a)       id-dritt tal-kredituri u l-partijiet terzi li jikkontestaw permezz ta' stħarriġ ġudizzjarju, skont l-Artikolu 78, trasferiment ta' assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu li jinsabu fit-territorju tiegħu jew huma rregolati bil-liġi tat-territorju tiegħu;

(b)       id-dritt tal-kredituri li jikkontestaw permezz ta' stħarriġ ġudizzjarju, skont l-Artikolu 78, it-tnaqqis tal-ammont kapitali, jew il-konverżjoni, ta' strument jew obbligazzjoni koperta mill-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu;

(c)       is-salvagwardji għal trasferimenti parzjali, kif imsemmi fil-Kapitolu VI, fir-rigward ta' assi, drittijiet jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 li jinsabu fit-territorju tiegħu jew huma rregolati bil-liġi tat-territorju tiegħu.

Artikolu 60

Setgħa li jintalab trasferiment ta' proprjetà li tinsab f'pajjiżi terzi

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li, f’każijiet fejn l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tinvolvi azzjoni li ttieħdet fir-rigward ta' proprjetà li tinsab f’pajjiż terz jew drittijiet u obbligazzjonijiet taħt il-liġi ta' pajjiż terz, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu li:

(a)       l-amministratur, ir-riċevitur jew persuna oħra li teżerċita l-kontroll tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u r-riċevitur jintalbu jieħdu l-passi kollha meħtieġa biex jiżguraw li t-trasferiment isir effettiv;

(b)       l-amministratur, ir-riċevitur jew persuna oħra li teżerċita l-kontroll tal-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni jintalbu jżommu l-assi jew id-drittijiet jew jirrilaxxaw l-obbligazzjoni f'isem ir-riċevitur sakemm it-trasferiment isir effettiv;

(c)       l-ispejjeż ta’ riċevitur fit-twettiq ta' kwalunkwe azzjoni meħtieġa skont il-punti (a) u (b) jitħallsu mill-assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

Artikolu 61

Setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jissospendu kwalunkwe ħlas jew forniment ta' obbligi skont kwalunkwe kuntratt li istituzzjoni tkun parti fih mill-pubblikazzjoni tal-avviż tas-sospensjoni skont l-Artikolu 75(7) sal-5 ta' filgħaxija tal-jum tan-negozju wara dik il-pubblikazzjoni.

2.        Kwalunkwe sospensjoni skont il-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal ▌:

(a)       depożiti eliġibbli fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva 94/19/KE;

(b)       obbligazzjonijiet ta’ ħlas u konsenja dovuti lil sistemi jew operaturi ta' sistemi maħsuba għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, kontropartijiet ċentrali, u banek ċentrali.

Artikolu 62

Setgħa li jiġu ristretti l-interessi ta' titoli

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jirrestrinġu kredituri ggarantiti ta' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni milli jinfurzaw interessi ta' titoli fir-rigward ta' kwalunkwe assi ta' dik l-istituzzjoni għall-perjodu limitat li l-awtorità tiddetermina meħtieġ biex tintlaħqu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni.

2.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ma għandhomx jeżerċitaw is-setgħa stabbilita fil-paragrafu 1 fir-rigward ta' kwalunkwe interess ta' titoli ta' kontroparti ċentrali fuq l-assi ppleġġjati permezz ta' marġini jew kollateral mill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

3.        Fejn japplika l-Artikolu 72, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe restrizzjoni imposta skont is-setgħa stabbilita fil-paragrafu 1 tkun konsistenti għall-entitajiet affiljati kollha li fir-rigward tagħhom tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni.

4.        Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 103, tadotta miżuri li jispeċifikaw il-perjodu ta’ żmien li matulu restrizzjoni fuq l-infurzar ta' klassijiet speċifikati ta' interess ta' titoli għandha tapplika.

Artikolu 63

Setgħa li jiġu sospiżi temporanjament id-drittijiet għat-terminazzjoni

1.        Soġġett għall-Artikolu 77, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħa jitterminaw drittijiet ta' kwalunkwe parti f'kuntratt finanzjarju mal-istituzzjoni li qed tfalli li jirriżultaw biss minħabba azzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, min-notifika tal-avviż skont l-Artikolu 74(5) u (6), sa mhux aktar tard mill-5 pm tal-jum tan-negozju wara dik in-notifika.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, il-ħin rilevanti huwa dak tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

2.        Meta awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita s-setgħa stabbilita fil-paragrafu 1 li tissospendi d-drittijiet tat-terminazzjoni, għandha tagħmel l-isforzi kollha raġonevoli biex tiżgura li l-marġini, il-kollateral u l-obbligi tas-saldu kollha tal-istituzzjoni li qed tfalli li joriġinaw mill-kuntratti finanzjarji matul il-perjodu tas-sospensjoni jiġu ssodisfati.

3.        Persuna tista' teżerċita dritt ta' terminazzjoni ta' kuntratt finanzjarju qabel tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 jekk dik il-persuna tirċievi l-avviż mingħand l-awtorità tar-riżoluzzjoni li d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-arranġament tan-netting ma għandhomx jiġu (a) ttrasferiti lil entità oħra jew (b) jibqgħu mal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni li fuqha l-awtorità tar-riżoluzzjoni se tkun qed tapplika l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 37(2) (a).

4.        Fejn l-awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita s-setgħa speċifikata fil-paragrafu 1 li tissospendi d-drittijiet tat-terminazzjoni, dawk id-drittijiet jistgħu jiġu eżerċitati mal-iskadenza tal-perjodu tas-sospensjoni kif ġej:

(a)       jekk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt finanzjarju ġew ittrasferiti lil entità oħra, jew ġiet applikata l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna lill-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni għall-iskop imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 37(2):

(i)        Persuna ma tistax terżerċita d-drittijiet tat-terminazzjoni b'riżultat tal-azzjoni tar-riżoluzzjoni fi kwalunkwe każ koperti mill-Artikolu 77(1);

(ii)       Persuna tista' teżerċita d-drittijiet tat-terminazzjoni skont it-termini ta' dak il-kuntratt fuq l-okkorrenza ta’ kwalunkwe inadempjenza mir-riċevitur meta l-kuntratt ikun ġie ttrasferit lil entità oħra jew mill-istituzzjoni meta tkun ġiet applikata għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna;

(b)       jekk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet finanzjarji koperti minn kuntratt jibqgħu għand l-istituzzjoni taħt ir-riżoluzzjoni, u l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma tkunx qed tapplika l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 37(2)(a) fir-rigward ta’ dik l-istituzzjoni, persuna tista’ teżerċita immedjatament id-drittijiet tat-terminazzjoni skont it-termini ta' dak il-kuntratt.

4a.      Id-drittijiet ta’ terminazzjoni jistgħu jiġu eżerċitati wara li tiskadi l-permanenza jekk hemm avveniment sussegwenti ta’ inadempjenza (pereżempju x-xerrej jew l-istituzzjoni tranżitorja jsiru inadempjenti), jew qabel jekk kontroparti tiġi nnotifikata li l-kuntratt tagħha ma ġiex ittrasferit jew mhux se jinżamm fl-istituzzjoni li fuqha se ssir rikapitalizzazzjoni interna skont l-Artikolu 63(3).

5.        L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu istituzzjoni żżomm reġistrazzjonijiet dettaljati ta' kuntratti finanzjarji meta jikkunsidraw li hemm possibbiltà materjali li l-istituzzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni.

6.          Għall-finijiet tal-paragrafu 1, kuntratti finanzjarji għandhom jinkludu l-kuntratti u l-ftehimijiet li ġejjin:

(a)       kuntratti ta' titoli, inklużi:

(i)     kuntratti għax-xiri, il-bejgħ jew is-self ta’ titolu, grupp jew indiċi ta' titoli,

(ii)     opzjoni fuq titolu jew grupp jew indiċi ta' titoli,

(iii)    riakkwist jew tranżazzjoni ta’ riakkwist bir-rivers ta' kwalunkwe tali titolu, grupp jew indiċi;

(b)       kuntratti ta' komoditajiet, inklużi:

(i)     kuntratti għax-xiri jew il-bejgħ ta' komodità għal kunsinna fil-futur,

(ii)     opzjoni fuq komodità;

(c)       futuri u kuntratti forward, inkluż kuntratti (minbarra kuntratti ta' komoditajiet) għax-xiri, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' komodità jew proprjetà ta' kwalunkwe deskrizzjoni, servizz, dritt jew interess ieħor għal prezz speċifiku f'data futura,

(d)       ftehimiet ta' riakkwist marbuta ma' titoli;

(e)       ftehimiet ta’ swaps, inkluż:

(i)     swaps, opzjonijiet, futuri jew kuntratti forward marbuta mar-rati tal-imgħax; spot jew kambju ieħor, metalli prezzjużi jew ftehimiet dwar komoditajiet; munita; indiċi tal-ekwità jew ekwità; indiċi tad-dejn jew dejn; indiċijiet tal-komoditajiet jew komoditajiet; it-temp; emissjonijiet jew inflazzjoni,

(ii)     redditu totali, spread tal-kreditu jew swaps tal-kreditu,

(iii)    kwalunkwe ftehim jew transazzjoni li hija simili għal ftehim imsemmi fil-punti (i) jew (ii) ta' dan il-punt li hija soġġett ta' negozju rikorrenti fi swaps jew swieq tad-derivattivi;

(f)        ftehimiet prinċipali għal kwalunkwe mill-kuntratti jew ftehimiet imsemmija fil-punti (a) sa (e).

7.          L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-elementi li ġejjin għall-finijiet tal-paragrafu 6:

(a)       l-informazzjoni dwar kuntratti finanzjarji li għandha tkun fir-reġistri dettaljati;

(b)       iċ-ċirkostanzi li fihom ir-rekwiżit għandu jkun impost.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 64

Eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, sabiex jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jeżerċitaw kontroll fuq l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, sabiex:

(a)       joperaw l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni bis-setgħat kollha tal-membri jew l-azzjonisti, id-diretturi u l-uffiċjali tal-istituzzjoni u jwettqu l-attivitajiet u s-servizzi tagħha;

(b)       jimmaniġġjaw u jiddisponu mill-assi u l-proprjetà tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

Il-kontroll previst fl-ewwel subparagrafu jista’ jiġi eżerċitat direttament mill-awtorità tar-riżoluzzjoni jew indirettament minn persuna maħtura mill-awtorità, inkluż amministratur jew amministratur speċjali.

2.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu kapaċi jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni permezz ta’ ordni eżekuttiva skont il-kompetenzi u l-proċeduri amministrattivi nazzjonali, mingħajr ma jeżerċitaw kontroll fuq l-istituzzjoni.

3.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiddeċiedu f'kull każ partikolari jekk huwiex xieraq li jwettqu azzjoni ta' riżoluzzjoni permezz tal-mezzi speċifikati fil-paragrafu 1 jew fil-paragrafu 2, wara li jikkunsidraw l-għanijiet tar-riżoluzzjoni u l-prinċipji ġenerali li jirregolaw ir-riżoluzzjoni, iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjoni inkwistjoni u l-ħtieġa li tiġi ffaċilitata r-riżoluzzjoni effettiva ta’ gruppi transfruntieri.

Kapitolu VI

Salvagwardji

Artikolu 65

Trattament tal-azzjonisti u l-kredituri f'każ ta' trasferimenti parzjali u l-applikazzjoni tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna

1.        Wara li jiġu applikati l-għodod tar-riżoluzzjoni u, b'mod partikolari għall-finijiet tal-Artikolu 67, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)       fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jittrasferixxu biss partijiet mid-drittijiet, l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni, l-azzjonisti u l-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom ma jkunux ġew ittrasferiti, jirċievu bi ħlas għall-pretensjonijiet tagħhom mill-inqas kemm kieku kienu jirċievu kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza immedjatament qabel it-trasferiment,

(b)       fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni japplikaw l-għodda tar-rikapitalizzazzjoni interna, l-azzjonisti u l-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom ikunu ġew mniżżla fil-valur jew ikkonvertit f'ekwità, jirċievu bi ħlas għall-pretensjonijiet tagħhom mill-inqas daqs kemm kieku kienu jirċievu kieku l-istituzzjoni ġiet stralċjata skont proċeduri normali ta’ insolvenza immedjatament qabel it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni.

Artikolu 66

Valwazzjoni

Għall-finijiet tal-Artikolu 65, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq valwazzjoni minn persuna indipendenti wara li jkunu seħħu trasferimenti parzjali jew tniżżil fil-valur jew konverżjoni. Dik il-valwazzjoni għandha tkun distinta mill-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 30 ▌. Il-valwazzjoni tista' titwettaq mill-awtorità responsabbli għal proċeduri normali ta’ insolvenza taħt liema l-istituzzjoni tiġi stralċjata, fi ħdan dawk il-proċeduri jew permezz ta' proċeduri separati skont il-liġi nazzjonali.

2.        Il-valwazzjoni għandha tiddetermina:

(a)       it-trattament li l-azzjonisti u l-kredituri kienu jirċievu kieku l-istituzzjoni li fir-rigward tagħha jkun seħħ trasferiment parzjali, it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni, daħlet fi proċeduri normali ta' insolvenza immedjatament qabel seħħu t-trasferiment, it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni;

(b)       it-trattament attwali li l-azzjonisti u l-kredituri rċevew, qed jirċievu jew huma probabbli li jirċievu fl-istralċ tal-istituzzjoni;

(c)       jekk hemmx xi differenza fit-trattament imsemmi fil-punt (a) u t-trattament imsemmi fil-punt (b).

3.        Il-valwazzjoni għandha tkun skont id-dispożizzjonijiet u l-metodoloġija stabbiliti fl-Artikolu 30(1) sa (5), u għandha:

(a)       tassumi li l-istituzzjoni li fir-rigward tagħha sar it-trasferiment parzjali, tniżżil il-valur jew saret il-konverżjoni daħlet fi proċeduri normali ta' insolvenza immedjatament wara li sar it-trasferiment, it-tniżżil fil-valur jew il-konverżjoni;

(b)       tassumi li t-trasferiment parzjali, jew it-trasferimenti, ta' drittijiet, assi jew obbligazzjonijiet, jew tniżżil fil-valur jew konverżjoni ma sarux;

(c)       tinjora kwalunkwe dispożizzjoni ta' għajnuna pubblika straordinarja u kwalunkwe appoġġ pubbliku finanzjarju ieħor fil-livell sovranazzjonali lill-istituzzjoni.

Artikolu 67

Salvagwardja tal-azzjonisti u l-kredituri

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk l-evalwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 66 tiddetermina li l-azzjonisti u l-kredituri msemmija fl-Artikolu 65 irċivew inqas, fi ħlas għall-krediti tagħhom, milli kienu jirċievu fi stralċ taħt proċeduri normali ta’ insolvenza, ikunu intitolati għal pagament tad-differenza mill-awtorità tar- riżoluzzjoni.

2.        L-Istati Membri jistgħu jagħżlu l-mekkaniżmi u l-arranġamenti li permezz tagħhom għandu jsir il-pagament.

Artikolu 68

Salvagwardja għall-kontropartijiet fi trasferimenti parzjali

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-protezzjonijiet speċifikati f’dan il-Kapitolu japplikaw fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)       awtorità tar-riżoluzzjoni tittrasferixxi xi proprjetà, drittijiet jew obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni, iżda mhux kollha, lil entità oħra jew minn istituzzjoni tranżitorja jew veikolu tal-immaniġġjar tal-assi lil persuna oħra;

(b)       l-awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita s-setgħat speċifikati fil-punt (f) tal-Artikolu 57(1).

2.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw protezzjoni xierqa tal-arranġamenti li ġejjin u tal-kontropartijiet għall-arranġamenti li ġejjin:

(a)       arranġamenti tat-titoli, taħt liema persuna jkollha bħala titolu interess attwali jew kontinġenti fi proprjetà jew drittijiet li huma soġġetti għal trasferiment, irrispettivament minn jekk dak l-interess huwiex iggarantit bi proprjetà speċifika jew drittijiet jew permezz ta' imposta flessibbli jew arranġament simili;

(b)       arranġamenti ta' kollateral finanzjarju għat-trasferiment ta’ titoli li taħthom kollateral li jiggarantixxi jew ikopri t-twettiq ta' obbligi speċifikati jiġi pprovdut bi trasferiment ta’ sjieda sħiħa ta' assi minn min jipprovdi l-kollateral lir-riċevitur tal-kollateral, fuq termini li jipprevedu li r-riċevitur tal-kollateral jittrasferixxi assi jekk dawk l-obbligi speċifikati jitwettqu;

(c)       arranġementi ta' tpaċija li taħthom żewġ pretensjonijiet jew obbligi jew aktar dovuti bejn il-bank u kontroparti jistgħu jiġu paċuti kontra xulxin;

(d)       arranġamenti ta' netting li taħthom għadd ta' pretensjonijiet jew obbligi jistgħu jiġu kkonvertiti fi pretensjoni netta waħda, inkluż arranġamenti ta' saldu abbażi tal-valur nett li taħthom, fuq l-okkorrenza ta’ avveniment ta' infurzar (bi kwalunkwe mod jew kull meta jiġi definit) l-obbligi tal-partijiet jiġu aċċellerati sabiex isiru dovuti jew jiġu tterminati immedjatament, u f’kwalunkwe każ jiġu kkonvertiti jew issostitwiti bi pretensjoni netta waħda;

(e)       arranġamenti finanzjarji strutturati, inklużi titolizzazzjonijiet u l-assi u l-obbligazzjonijiet iggarantiti kollha f’pool ta' kopertura, li jinvolvu l-għoti u ż-żamma ta' titoli minn parti fl-arranġament jew fiduċjarju, aġent jew persuna nominata.

L-forma ta’ protezzjoni li hija xierqa, għall-klassijiet tal-arranġamenti speċifikati fil-punti (a) sa (e) ta' dan il-paragrafu hija speċifikata aktar fl-Artikoli 70 sa 73, u għanda tkun soġġetta għar-restrizzjonijiet speċifikati fl-Artikoli 61, 62 u 77.

3.        Ir-rekwiżit taħt il-paragrafu 2 japplika irrispettivament mill-għadd ta’ partijiet involuti fl-arranġamenti u minn jekk l-arranġamenti:

(a)       humiex maħluqa b'kuntratt, fiduċjarji jew mezzi oħra, jew jirriżultaw awtomatikament bl-operat tal-liġi;

(b)       jinħolqux taħt jew humiex irregolat bi sħiħ jew parzjalment mil-liġi ta' ġurisdizzjoni oħra.

4.        Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 103, tadotta miżuri li jispeċifikaw aktar il-klassijiet tal-arraġament li jaqgħu fl-ambitu tal-punti (a) sa (e) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 69

Protezzjoni għal kollateral finanzjarju, tpaċija u arranġamenti ta' netting

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm protezzjoni xierqa għal arranġamenti tal-kollateral finanzjarju tat-trasferiment ta’ titoli u għal arranġamenti ta' tpaċija u netting sabiex jimpedixxu t-trasferiment ta’ xi wħud, iżda mhux kollha, mid-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li huma protetti taħt arranġament tal-kollateral finanzjarju tat-trasferiment ta’ titoli, arranġament ta' tpaċija jew netting bejn l-istituzzjoni u persuna oħra u l-modifika jew it-terminazzjoni ta' drittijiet u obbligazzjonijiet li huma protetti taħt tali arranġament tal-kollateral finanzjarju tat-trasferiment ta’ titoli, arranġamenti ta' tpaċija jew netting, permezz tal-użu ta' setgħat anċillari.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet għandhom jiġu ttrattati bħala protetti taħt tali arranġament jekk il-partijiet fl-arranġament ikunu intitolati jpaċu jew jinnettjaw dawk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet.

Artikolu 70

Protezzjoni għal arranġamenti tat-titoli

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm protezzjoni xierqa għal obbligazzjonijiet iggarantiti b'arranġament tat-titoli sabiex jimpedixxu waħda minn dan li ġej:

(a)       it-trasferiment ta' assi li jiggarantixxi l-obbligazzjoni sakemm dik l-obbligazzjoni u l-benefiċċju tal-garanzija ma jiġux ittrasferiti wkoll;

(b)       it-trasferiment ta' obbligazzjoni ggarantita sakemm il-benefiċċju tal-garanzija ma jiġix ittrasferit ukoll;

(c)       it-trasferiment tal-benefiċċju sakemm l-obbligazzjoni ggarantita ma tiġix ittrasferita wkoll;

(d)       il-modifika jew it-terminazzjoni ta' arranġament tat-titoli permezz tal-użu ta' setgħat anċillari, jekk l-effett ta’ dik il-modifika jew it-terminazzjoni jkun li l-obbligazzjoni ma tibqax garantita.

Artikolu 71

Protezzjoni għal arranġamenti finanzjarji strutturati

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm protezzjoni xierqa għal arranġamenti finanzjarji strutturati, inklużi titolizzazzjonijiet u l-assi u l-obbligazzjonijiet iggarantiti kollha f'pool ta' kopertura, sabiex jimpedixxu kwalunkwe minn dan li ġej:

(a)       it-trasferiment ta’ xi wħud, iżda mhux kollha, mill-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jikkostitwixxu jew jiffurmaw parti minn arranġament finanzjarju strutturat, inklużi titolizzazzjonijiet u l-assi u l-obbligazzjonijiet iggarantiti kollha f'pool ta' kopertura, li l-istituzzjoni ta’ kreditu taħt riżoluzzjoni hija parti fih;

(b)       it-terminazzjoni jew il-modifika permezz tal-użu ta' setgħat anċillari tal-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet li jikkostitwixxu jew jiffurmaw parti minn arranġament finanzjarju strutturat, inklużi titolizzazzjonijiet u l-assi u l-obbligazzjonijiet iggarantiti kollha f'pool ta' kopertura, li l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija parti fih;

2.        Il-protezzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw meta jiġu trasferiti jew mhux trasferiti, terminati jew modifikati biss proprjetà, drittijiet u obbligazzjonijiet li jirrigwardjaw depożiti.

2a.        Il-protezzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 1(a) u (b) għandha tapplika wkoll fir-rigward ta' arranġamenti ta' ħruġ ta' bonds koperti.

Artikolu 72

Trasferimenti parzjali: protezzjoni ta’ sistemi ta' negozjar, tal-ikklerjar u tas-saldu

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasferiment, il-kanċellazzjoni jew il-modifika ma taffettwax l-operat tas-sistemi u r-regoli tas-sistemi koperti bid-Direttiva 98/26/KE, jew sistemi ta' pagamenti u kontijiet sostnuti minn assoċjazzjonijiet finanzjarji oħra, meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni:

(a)       tittrasferixxi xi wħud mill-proprjetà, id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni lil entità oħra, iżda mhux kollha;

(b)       tuża setgħat skont l-Artikolu 57 li tikkanċella jew temenda t-termini ta’ kuntratt li għalih l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija parti jew tissostitwixxi riċevitur bħala parti.

2.        Partikolarment, tali trasferiment, kanċellazzjoni jew emenda ma tistax tirrevoka ordni ta’ trasferiment bi ksur tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE; u ma tistax timmodifika jew tinnega l-infurzabbiltà ta' ordnijiet ta’ trasferiment u netting kif meħtieġ mill-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 98/26/KE, l-użu ta' fondi, titoli jew il-faċilitajiet ta' kreditu kif meħtieġ mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/26/KE jew il-protezzjoni ta' titoli kollaterali kif meħtieġ mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/26/KE.

Artikolu 73

Proprjetà, drittijiet u obbligazzjonijiet irregolati mil-liġi ta' territorju barra mill-Unjoni

Meta awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha l-intenzjoni tittrasferixxi jew tittrasferixxi l-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha ta' istituzzjoni lil entità oħra, iżda t-trasferiment ma jkunx jew jista' ma jkunx effettiv fir-rigward ta' ċerta proprjetà minħabba li tinsab barra mill-Unjoni, jew għal ċerti drittijiet jew obbligazzjonijiet minħabba li huma taħt il-liġi ta' territorju barra l-Unjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex tipproċedi bit-trasferiment jew, jekk tkun diġà ordnat it-trasferiment, dak it-trasferiment għandu jkun null, u l-proprjetà, id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet kollha koperti mill-arranġament rilevanti speċifikat fl-Artikolu 69 ma jiġux trasferiti minn, jew imorru lura għand, l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

Kapitolu VII

Obbligi Proċedurali

Artikolu 74

Rekwiżiti ta’ notifika

1.        L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-korp maniġerjali ta’ istituzzjoni jinnotifika lill-awtorità kompetenti u l-awtorità tar-riżoluzzjoni meta jikkunsidraw li l-istituzzjoni qed tfalli jew probabbli li tfalli skont it-tifsira speċifikata fl-Artikolu 27(2).

2.        L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti bi kwalunkwe miżura li jeħtieġu lil istituzzjoni tieħu skont l-Artikolu 23 ta' din id-Direttiva jew l-Artikolu 136(1) tad-Direttiva 2006/48/KE.

3.        Fejn awtorità kompetenti tivvaluta li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 27(1) huma ssodisfati fir-rigward ta' istituzzjoni, għandha tikkomunika dik il-valutazzjoni mingħajr dewmien lil dawn l-awtoritajiet li ġejjin:

(a)       l-awtorità tar-riżoluzzjoni ta' dik l-istituzzjoni, jekk differenti;

(b)       il-bank ċentrali, jekk differenti;

(c)       fejn applikabbli, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp;

(d)       ministeri kompetenti;

(e)       fejn l-istituzzjoni tkun soġġetta għal superviżjoni fuq bażi konsolidata taħt it-Taqsima 1 tal-Kapitolu 4, it-Titolu V tad-Direttiva 2006/48/KE, is-superviżur tal-konsolidazzjoni;

(ea)     meta l-istituzzjoni titqies bħala sistemikament importanti, il-BERS u l-awtoritajiet makroprudenzjali.

4.        Malli tirċievi komunikazzjoni mill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tivvaluta jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 27 humiex issodisfati fir-rigward tal-istituzzjoni inkwistjoni.

5.        Deċiżjoni li l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni huma ssodisfati fir-rigward tal-istituzzjoni għandha tiġi stipulata f’avviż, li għandu jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

(a)       ir-raġunijiet għal dik id-deċiżjoni;

(b)       l-azzjoni li l-awtorità tar-riżoluzzjoni biħsiebha tieħu.

L-azzjoni msemmija fil-punt (b) tista' tinkludi azzjoni ta' riżoluzzjoni, jew applikazzjoni għal stralċ, il-ħatra ta' amministratur jew kwalunkwe miżura oħra applikabbli skont il-liġi nazzjonali tal-insolvenza.

L-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli għal dik id-deċiżjoni għandhom jinnotifikaw lill-istituzzjoni inkwistjoni. Notifika skont dan il-paragrafu tista' tieħu l-forma tan-notifika pubblika msemmija fil-paragrafu 6.

6.        Fejn l-awtorità tar-riżoluzzjoni tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandha tagħmel dik l-azzjoni pubblika u għandha tieħu l-passi raġonevoli biex tinnotifika lill-azzjonisti u l-kredituri kollha magħrufa, partikolarment l-investituri fil-livell ta' konsumatur, affettwati mill-eżerċizzju tas-setgħa ta' riżoluzzjoni. Il-miżuri speċifikati fl-Artikolu 75(4) għandhom jitqiesu passi raġonevoli għall-finijiet ta' dan il-paragrafu.

7.        Awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tippubblika avviż li jispeċifika t-termini u l-perjodu ta' sospensjoni skont il-proċedura speċifikata fl-Artikolu 75(4) fejn teżerċita setgħat ta' riżoluzzjoni, u partikolarment:

(a)       is-setgħa skont l-Artikolu 61 li tissospendi l-pagament jew it-twettiq ta' obbligi;

(b)       is-setgħa skont l-Artikolu 63 li tissospendi d-drittijiet tat-terminazzjoni.

8.        L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-proċeduri, il-kontenut u l-kundizzjonijiet relatati mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)       in-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 sa 5,

(b)       l-avviż ta' sospensjoni msemmi fil-paragrafu 7.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni għandha tiġi kkonferita s-setgħa sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 75

Obbligi proċedurali tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, malajr kemm raġonevolment prattiku wara li jieħdu l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2, 3 u 4.

2.        L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni u lill-ABE dwar l-azzjoni ta' riżoluzzjoni.

3.        In-notifika msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi kopja ta' kwalunkwe ordni jew strument li bihom jiġu eżerċitati s-setgħat rilevanti u għandha tindika d-data minn meta l-għodda jew l-għodod u l-azzjonijiet tas-setgħat tar-riżoluzzjoni huma effettivi.

4.        L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tippubblika jew tiżgura l-pubblikazzjoni, jew ta' kopja tal-ordni jew l-istrument li bih ittieħdet l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, jew ta' avviż li jagħti sommarju tal-effetti tal-azzjoni tar-riżoluzzjoni, u b'mod partikolari tal-effetti fuq investituri fil-livell ta' konsumatur, bil-mezzi li ġejjin:

(a)       fuq il-websajt uffiċjali tagħha;

(b)       fuq il-websajt tal-awtorità kompetenti, jekk differenti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, u fuq il-websajt tal-ABE;

(c)       fuq il-websajt tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(d)       fejn l-ishma jew strumenti oħra ta' sjieda tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni huma ammessi għal negozjar f'suq regolat, il-mezzi użati għad-divulgazzjoni ta' informazzjoni regolata dwar dik l-istituzzjoni skont l-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[24].

5.        L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li d-dokumenti li jagħtu prova tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 4 jintbagħtu lill-azzjonisti u l-kredituri magħrufa tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, jekk l-ishma jew l-istrumenti ta' proprjetà ta' dawn tal-aħħar ma jkunux ammessi għal negozjar f'suq regolat.

Artikolu 76

Kunfidenzjalità

1.        Ir-rekwiżiti tas-sigriet professjonali għandhom jorbtu fir-rigward tal-persuni li ġejjin:

(a)       l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, li fi ħdanhom numru limitat ħafna ta' uffiċjali eżekuttivi għandu jkollhom aċċess għall-pjanijiet;

(b)       l-awtoritajiet kompetenti u l-ABE;

(c)       ministeri kompetenti;

(d)       impjegati jew eks-impjegati tal-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c), kif ukoll individwi li jipprovdu jew ipprovdew xi servizz, direttament jew indirettament, b’mod permanenti jew okkażjonali, relatat mat-twettiq tad-dmirijiet ta' dawk l-awtoritajiet;

(da)     impjegati jew eks-impjegati tal-entitajiet imsemmija fil-punti (f) sa (i), kif ukoll individwi li jipprovdu jew ipprovdew xi servizz, direttament jew indirettament, b’mod permanenti jew okkażjonali, relatat mal-eżerċizzju tal-attivitajiet ta' dawk l-entitajiet;

(db)     il-maniġment maħtur mill-awtorità tar-riżoluzzjoni għal istituzzjoni tranżitorja, ġestjoni tal-assi jew veikolu tar-riżoluzzjoni ieħor u l-impjegati jew l-eksimpjegati ta’ dawn l-entitajiet, kif ukoll individwi li jipprovdu jew ipprovdew xi servizz, direttament jew indirettament, b’mod permanenti jew okkażjonali, relatat mal-eżerċizzju tal-attivitajiet ta' dawk l-entitajiet;

(e)       maniġers speċjali maħtura skont id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

(f)        akkwirenti potenzjali li jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet kompetenti jew solleċitati mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk dak il-kuntatt jew solleċitazzjoni sarx bħala preparazzjoni għall-użu tal-għodda tal-bejgħ ta' negozju, u irrispettivament minn jekk is-solleċitazzjoni rriżultax f'akkwist;

(g)       awdituri, kontabilisti, konsulenti legali u professjonali, valwaturi u esperti oħra mqabbda mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jew mill-akkwirenti potenzjali msemmija fil-punt (f);

(h)       korpi li jamministraw l-iskemi ta' garanzija tad-depożiti;

(i)        banek ċentrali u awtoritajiet oħra involuti fil-proċess tar-riżoluzzjoni;

(j)        kwalunkwe persuna oħra li tipprovdi jew li kienet tipprovdi servizzi lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.

2.        Mingħajr ħsara għall-ġeneralità tar-rekwiżiti taħt il-paragrafu 1, il-persuni msemmija f'dak il-paragrafu għandhom ikunu pprojbiti milli jiddivulgaw kwalunkwe informazzjoni ▌li jirċievu matul il-kors tal-attivitajiet professjonali tagħhom, jew mingħand awtorità tar-riżoluzzjoni fir-rigward tal-funzjonijiet tagħha, lil kwalunkwe persuna jew awtorità sakemm ma tkunx fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom skont din id-Direttiva, f’għamla ta' sommarju b'mod li l-istituzzjonijiet individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati jew bil-kunsens espliċitu u minn qabel tal-awtorità tar-riżoluzzjoni.

Din il-projbizzjoni tapplika minkejja r-Regolament (KE) 1049/2001 u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tapplika minkejja l-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-libertà tal-informazzjoni u l-aċċess għad-dokumenti.

2a.      Mingħajr ħsara għall-ġeneralità tar-rekwiżiti skont il-paragrafu 1, il-persuni jew l-entitajiet imsemmija f’dak il-paragrafu għandhom ikunu pprojbiti milli jiżvelaw:

(a)       il-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni previsti fl-Artikoli 5, 7, 9, 10, u 11;

(b)       ir-riżultati ta' kwalunkwe valutazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 6, 8 u 13.

2b.      Kull persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għal proċeduri ċivili u talba għad-danni fil-każ ta' ksur tar-rekwiżiti tas-sigriet professjonali.

3.        Ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, inklużi l-impjegati tagħhom, milli jikkondividu informazzjoni ma' awtoritajiet tar-riżoluzzjoni oħra tal-Unjoni, awtoritajiet kompetenti, ministeri kompetenti, banek ċentrali, l-ABE, jew, soġġett għall-Artikoli 84 sa 88, ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti għal dawk tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għall-finijiet ta' ppjanar jew twettiq ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni.

4.        Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu huma mingħajr preġudizzju għal każijiet koperti bil-liġi kriminali.

5.        L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tispeċifika kif l-informazzjoni għandha tingħata f’sommarju jew f'forma kollettiva għall-finijiet tal-paragrafu 2.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Kapitolu VIII

Dritt ta' Appell u Esklużjoni ta’ Azzjonijiet Oħra

Artikolu 77

Esklużjoni tad-drittijiet tat-terminazzjoni u tpaċija f'riżoluzzjoni

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontropartijiet b'kuntratt finanzjarju kif definit fl-Artikolu 63 li oriġinarjament daħlu fih mal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni ma jkunux jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tat-terminazzjoni taħt dak il-kuntratt jew drittijiet taħt klawżola walk-away sakemm l-azzjoni tar-riżoluzzjoni ma tkunx l-għodda tal-bejgħ ta' negozju jew l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja mingħajr ma jiġu ttrasferiti d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt finanzjarji lil terza persuna jew lill-istituzzjoni tranżitorja, skont il-każ.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, klawżola walk-away tinkludi dispożizzjoni f’kuntratt finanzjarju li tissospendi, timmodifika jew ittemm obbligu tal-parti li mhijiex inadempjenti li tagħmel pagament, jew tipprevjeni tali obbligu milli jinħoloq illi li kieku kien jinħoloq.

2.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kredituri tal-istituzzjoni skont riżoluzzjoni ma jkunux intitolati jeżerċitaw drittijiet statutorji ta' tpaċija sakemm l-azzjoni tar-riżoluzzjoni ma tkunx l-għodda tal-bejgħ ta' negozju jew l-għodda ta' istituzzjoni tranżitorja mingħajr ma jiġu ttrasferiti d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet finanzjarji koperti mill-kuntratt lil terza persuna jew istituzzjoni tranżitorja, skont il-każ.

Artikolu 78

Drittijiet li tiġi kkontestata r-riżoluzzjoni

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha affettwati minn deċiżjoni li tiftaħ proċeduri ta' riżoluzzjoni previsti fl-Artikolu 74(5) jew minn deċiżjoni tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni, ikollhom id-dritt japplikaw għal stħarriġ ġudizzjarju ta' dik id-deċiżjoni.

2.          Id-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju meħtieġ mill-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għar-restrizzjonijiet li ġejjin:

(a)       it-tressiq tal-applikazzjoni għal stħarriġ ġudizzjarju jew għal kwalunkwe miżura interim ma għandhomx jinvolvu xi sospensjoni awtomatika tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata;

(b)       id-deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tkun infurzabbli minnufih u ma għandhiex tkun soġġetta għal ordni ta' sospensjoni maħruġa minn qorti;

(c)       l-istħarriġ għandu jkun ristrett għal wieħed jew aktar minn dawn il-kwistjonijiet:

-         għal-legalità tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluża stħarriġ ta' jekk il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni ġew issodisfati,

-         il-legalità tal-mod li bih dik id-deċiżjoni ġiet implimentata, u

-         l-adegwatezza ta' kwalunkwe kumpens mogħti;

(d)       L-annullament ta’ deċiżjoni ta’ awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandu jaffettwa l-ebda att amministrattiv sussegwenti jew transazzjonijiet konklużi mill-awtorità tar-riżoluzzjoni kkonċernata li kienu bbażati fuq id-deċiżjoni annullata tal-awtorità tar-riżoluzzjoni fejn dan ikun meħtieġ biex jiġu protetti l-interessi ta’ partijiet terzi li in bona fede jkunu xtraw assi, drittijiet u obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni bis-saħħa tal-eżerċizzju setgħat tar-riżoluzzjoni mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni. Ir-rimedji għal deċiżjoni jew azzjoni inġusta mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu limitati għal kumpens tat-telf imġarrab mill-applikant bħala riżultat tad-deċiżjoni jew l-azzjoni.

Artikolu 79

Restrizzjonijiet fuq proċeduri ġudizzjarji oħra

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkunux jistgħu jinbdew proċeduri normali ta’ insolvenza taħt il-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew istituzzjoni li fir-rigward tagħha jkun ġie ddeterminat li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni.

2.        Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

(a)    l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu nnotifikati dwar kwalunkwe applikazzjoni għall-ftuħ ta' proċeduri normali ta' insolvenza fir-rigward ta' istituzzjoni, irrispettivament minn jekk l-istituzzjoni hijiex taħt riżoluzzjoni jew li deċiżjoni kienet saret pubblika skont l-Artikolu 74(6);

(b)    l-applikazzjoni ma tistax tiġi ddeterminata sakemm il-qorti ma tkunx irċeviet konferma li n-notifiki msemmija fil-punt (a) saru u jseħħ wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)        l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun innotifikat lill-qorti illi ma għandha l-ebda intenzjoni tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-istituzzjoni;

(ii)       ikun skada l-perjodu ta' 14-il jum li jibda bid-data li fiha jkunu saru n-notifiki msemmija fil-punt (a).

3.        Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-infurzar ta' interessi ta' titoli imposti skont l-Artikolu 63 jew il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk meħtieġ għall-applikazzjoni effettiva tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-qorti tapplika waqfa għal perjodu ta' żmien xieraq skont l-għan fil-mira, ta' kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja jew proċeduri li fiha l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni hija jew issir parti.

Titolu V

RIŻOLUZZJONI TA' GRUPP

Artikolu 80

Kulleġġi tar-riżoluzzjoni

1.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandhom jistabbilixxu kulleġġi tar-riżoluzzjoni biex iwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikoli 11, 15 u 83, u, fejn xieraq, biex jiżguraw kooperazzjoni u koordinazzjoni ma' awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi.

Partikolarment, il-kulleġġi tar-riżoluzzjoni għandhom jipprovdu qafas għall-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp, għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni l-oħra u, fejn xieraq, għall-awtoritajiet kompetenti u għas-superviżuri tal-konsolidazzjoni kkonċernati fit-twettiq tal-kompiti li ġejjin:

(a)       skambju ta' informazzjoni rilevanti għall-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' gruppi, għall-applikazzjoni fuq gruppi ta' setgħat ta' tħejjija u prevenzjoni u għar-riżoluzzjoni ta' gruppi;

(b)       jiżviluppaw pjanijiet ta' riżoluzzjoni ta' gruppi skont l-Artikolu 11;

(c)       jivvalutaw ir-riżolvibbiltà ta' gruppi skont l-Artikolu 13;

(d)       jeżerċitaw is-setgħat biex jindirizzaw jew ineħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà ta' gruppi skont l-Artikolu 15;

(f)        jintlaħaq il-ftehim dwar iskemi tar-riżoluzzjoni tal-gruppi proposti skont l-Artikolu 83;

(g)       jikkoordinaw il-komunikazzjoni pubblika tal-istrateġiji u l-iskemi tar-riżoluzzjoni tal-gruppi;

(h)       jikkoordinaw l-użu tal-arranġamenti ta’ finanzjament stabbiliti skont it-Titolu VII.

2.        L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ta' kull Stat Membru li fih tkun stabbilita sussidjarja jew fergħa koperta b'superviżjoni konsolidata u l-ABE għandhom ikunu membri tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni.

Fejn l-impriża prinċipali ta' istituzzjoni waħda jew aktar tkun kumpanija msemmija fl-Artikolu 1(d), l-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn dik il-kumpanija tkun stabbilita għandha tkun membru tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.

Fejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li huma membri tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni ma jkunux il-ministeri kompetenti, il-ministeri kompetenti għandhom ikunu membri, flimkien mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, tal-kulleġġi tar-riżoluzzjoni u jistgħu jattendu l-laqgħat tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni, partikolarment, meta l-kwistjonijiet li jkunu ser jiġu diskussi jikkonċernaw kwistjonijiet li jista' jkollhom implikazzjonijiet fuq il-fondi pubbliċi.

Meta impriża prinċipali jew istituzzjoni stabbilita fl-Unjoni jkollha istituzzjonijiet sussidjarji f'pajjiżi terzi, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni ta' dawk pajjiżi terzi jistgħu wkoll jiġu mistiedna jipparteċipaw, bħala osservaturi, fil-kulleġġ tar-riżoluzzjoni, fuq talba tal-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp, sakemm ikunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità ekwivalenti għal dawk stabbiliti mill-Artikolu 76.

3.        Il-korpi pubbliċi li jipparteċipaw fil-kulleġġi għandhom jikkooperaw mill-qrib. L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tikkoordina l-attivitajiet kollha tal-kulleġġi tar-riżoluzzjoni u jsejjaħ u jippresedi l-laqgħat kollha tagħhom. L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha zżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ u l-ABE infurmati bis-sħiħ bil-quddiem dwar l-organizzazzjoni ta' dawn il-laqgħat, dwar il-kwistjonijiet prinċipali li ser jiġu diskussi u dwar l-attivitajiet li ser ikunu kkunsidrati. L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tiddeċiedi liema awtoritajiet u ministeri għandhom jipparteċipaw f'laqgħat jew attivitajiet partikolarment tal-kulleġġ, fuq il-bażi tal-bżonnijiet speċifiċi. L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha wkoll iżomm lill-membri tal-kulleġġ infurmati fil-ħin, dwar l-azzjonijiet u d-deċiżjonijiet meħuda f’dawk il-laqgħat jew dwar il-miżuri eżegwiti.

Id-deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell ta' grupp għandha tqis ir-rilevanza tal-kwistjoni li ser jiġu diskussi, l-attività li se tiġi ppjanata jew ikkoordinata u d-deċiżjonijiet li se jittieħdu għal dawk l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, partikolarment l-impatt potenzjali fuq l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri kkonċernati.

4.        L-ABE għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u l-monitoraġġ tat-tħaddim effiċjenti, effettiv u konsistenti tal-kulleġġi tar-riżoluzzjoni skont standards internazzjonali. Għal dak il-għan, l-ABE tista' tipparteċipa f'laqgħat jew attivitajiet partikolari kif tqis xieraq, iżda ma għandux ikollha drittijiet tal-vot.

5.        L-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni l-oħra, għandha tistabbilixxi arranġamenti u proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni.

8.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp ma jistgħux jistabbilixxu kulleġġi tar-riżoluzzjoni jekk gruppi jew kulleġġi oħra jaqdu l-istess funzjonijiet u jwettqu l-istess kompiti speċifikati f'dan l-Artikolu u jikkonformaw mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri kollha stabbiliti f'din it-Taqsima. F'dan il-każ ir-referenzi kollha għall-kulleġġi tar-riżoluzzjoni f'din id-Direttiva għandhom ukoll jifthemu bħala referenza għal dawn il-gruppi jew kulleġġi oħra. Meta grupp tal-immaniġġjar tal-kriżijiet ikun ġie stabbilit għal istituzzjoni skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-FSB, dak il-grupp tal-immaniġġjar tal-kriżijiet għandu jitqies bħala l-kulleġġ tar-riżoluzzjoni għal dik l-istituzzjoni.

9.        L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta' standards regolatorji li huma konsistenti ma' standards internazzjonali sabiex tispeċifika l-funzjonament operattiv tal-kulleġġi tar-riżoluzzjoni għat-twettiq tal-kompiti previsti fil-paragrafi 1, 3, 5, 6 u 7.

L-ABE għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għand il-Kummissjoni fi żmien tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 81

Kulleġġi tar-riżoluzzjoni Ewropej

1.        Fejn istituzzjoni minn pajjiż terz jew impriża prinċipali minn pajjiż terz ikollha żewġ istituzzjonijiet sussidjarji jew aktar stabbiliti jew żewġ fergħat sinifikanti jew aktar li jipprovdu servizzi fl-Unjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri fejn dawk l-istituzzjonijiet sussidjarji domestiċi u fergħat sinifikanti jkunu stabbiliti fl-Unjoni għandhom jistabblilixxu kulleġġ tar-riżoluzzjoni Ewropew, jekk ma jkunux ġew stabbiliti arranġamenti bħal dawk previsti fl-Artikolu 89.

2.        Il-kulleġġ tar-riżoluzzjoni Ewropew għandu jwettaq il-funzjonijiet u l-kompiti speċifikati fl-Artikolu 80 fir-rigward tal-istituzzjonijiet sussidjarji domestiċi.

3.        Fejn sussidjarji domestiċi jkunu miżmuma minn, jew il-fergħat sinifikanti jkunu ta', kumpanija b'parteċipazzjoni finanzjarja stabbilita fl-Unjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 143(3) tad-Direttiva 2006/48/KE, il-kulleġġ tar-riżoluzzjoni Ewropew għandu jkun ippresedut mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru fejn ikun jinsab is-superviżur tal-konsolidazzjoni għall-finijiet tas-superviżjoni konsolidata skont dik id-Direttiva.

Fejn l-ewwel subparagrafu ma japplikawx, il-membri tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni Ewropew għandhom jinnominaw u jaqblu dwar il-President.

4.        Inkella, soġġett għall-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu, il-kulleġġ tar-riżoluzzjoni Ewropew għandu funzjoni skont l-Artikolu 81.

Artikolu 82

Skambju ta' informazzjoni

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni rilevanti kollha għall-eżerċizzju tal-kompiti tal-awtoritajiet l-oħra skont din id-Direttiva.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-grupp għandha tikkoordina l-fluss tal-informazzjoni rilevanti kollha bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni. Partikolarment, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha tipprovdi lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fi Stati Membri oħra bl-informazzjoni rilevanti kollha fil-ħin sabiex tiffaċilita t-twettiq tal-kompiti msemmija fil-punti (b) sa (h) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 80(1).

Informazzjoni kondiviża skont dan l-Artikolu tista' wkoll tiġi kondiviża ma' ministeri kompetenti.

Artikolu 83

Riżoluzzjoni ta' grupp

1.        Meta awtorità tar-riżoluzzjoni tiddeċiedi, jew tiġi nnotifikata skont l-Artikolu 74(3), li istituzzjoni li hija sussidjarja fi grupp qed tfalli jew probabbli li tfalli skont l-Artikolu 27(1), dik l-awtorità għandha tinnotifika l-informazzjoni li ġejja mingħajr dewmien lill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u lis-superviżur li jikkonsolida, jekk differenti, u lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li huma membri tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni tal-grupp inkwistjoni:

(a)       id-deċiżjoni li l-istituzzjoni qed tfalli jew probabbli tfalli;

(b)       l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri oħra ta' insolvenza li l-awtorità tar-reżoluzzjoni tqis xierqa għal dik l-istituzzjoni.

2.        Meta jirċievu notifika skont il-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u l-membri l-oħra tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni rilevanti, għandhom jivvalutaw l-impatt probabbli tal-falliment tal-istituzzjoni inkwistjoni, jew l-azzjoni jew miżuri oħra ta' riżoluzzjoni notifikati skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, fuq il-grupp jew fuq l-istituzzjonijiet affiljati fi Stati Membri oħra.

3.        Jekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni l-oħra skont il-paragrafu 2, tivvaluta li l-falliment tal-istituzzjoni inkwistjoni, jew l-azzjoni ta' riżoluzzjoni jew il-miżuri nnotifikati l-oħra skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, ma jkollhomx impatt detrimentali fuq il-grupp jew fuq l-istituzzjonijiet affiljati fi Stati Membri oħra, l-awtorità tar-riżoluzzjoni responsabbli għal dik l-istituzzjoni tista' tieħu l-azzjoni ta' riżoluzzjoni jew il-miżuri oħra li tkun innotifikat f’konformità mal-punt (b) tal-paragrafu 1.

4.          Jekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni l-oħra skont il-paragrafu 2, tivvaluta li l-falliment tal-istituzzjoni inkwistjoni, jew l-azzjoni ta' riżoluzzjoni jew il-miżuri nnotifikati l-oħra skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, ikollhom impatt detrimentali fuq il-grupp jew fuq l-istituzzjonijiet affiljati fi Stati Membri oħra, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp għandha mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li tkun irċiviet in-notifika skont il-paragrafu 1, tipproponi skema ta' riżoluzzjoni tal-grupp u tissottomettiha lill-kulleġġ tar-riżoluzzjoni.

5.          Skema tar-riżoluzzjoni ta' grupp meħtieġa skont il-paragrafu 4 għandha:

(a)       tispjega l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti fir-rigward tal-impriża prinċipali fl-Unjoni jew entitajiet partikolari fil-grupp bil-għan li tippreżerva l-valur tal-grupp inġenerali, timminimizza l-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri fejn jopera l-grupp u tnaqqas l-użu tal-għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;

(b)       tispeċifika kif dawk l-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiġu kkoordinati;

(c)       tistabbilixxi pjan ta' finanzjament. Il-pjan ta' finanzjament għandu jqis il-prinċipji għall-qsim tar-responsabbiltà kif stabbilit skont il-punt (e) tal-Artikolu 11(3).

6.          Jekk kwalunkwe membru tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni ma jaqbilx mal-iskema tar-riżoluzzjoni tal-grupp proposta mill-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp u jqis li għandu jieħu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni indipendenti jew miżuri differenti minn dawk proposti fl-iskema fir-rigward ta' istituzzjoni jew entità fi grupp għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja, fi żmien 24 siegħa jista' jirreferi l-kwistjoni lill-ABE skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

7.          B’deroga mill-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, l-ABE għandha tieħu deċiżjoni fi żmien 24 siegħa. L-azzjoni jew il-miżura sussegwenti tal-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tkun f'konformità mad-deċiżjoni tal-ABE.

8.          Fejn awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp tiddeċiedi, jew tiġi nnotifikata skont l-Artikolu 74(3), li impriża prinċipali fl-Unjoni li għaliha hija responsabbli qed tfalli jew probabbli tfalli, għandha tinnotifika l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li huma membri tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni tal-grupp inkwistjoni. L-azzjonijiet tar-riżoluzzjoni għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jinkludu l-iskema tar-riżoluzzjoni ta' grupp imfassla skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

9.          L-awtoritajiet għandhom iwettqu l-azzjonijiet kollha skont il-paragrafi 2 sa 8 mingħajr dewmien, u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-urġenza tas-sitwazzjoni.

10.        Fi kwalunkwe każ fejn skema tar-riżoluzzjoni ta' grupp ma tiġix implimentata u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' istituzzjonijiet affiljati, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkooperaw mill-qrib fil-kulleġġi tar-riżoluzzjoni bil-ħsieb li tintlaħaq strateġija tar-riżoluzzjoni kkoordinata għall-istituzzjonijiet kollha li qed ifallu jew li probabbli jfallu.

11.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' entitajiet fi grupp għandhom jinformaw lill-kulleġġ regolarment u bis-sħiħ dwar dawk l-azzjonijiet jew il-miżuri ta' riżoluzzjoni u l-progress tagħhom.

TITOLU VI

RELAZZJONIJIET MA' PAJJIŻI TERZI

Artikolu 84

Ftehimiet ma' pajjiżi terzi

1.        Il-Kummissjoni tista' tibgħat proposti lill-Kunsill, jew fuq it-talba ta' Stat Membru jew bl-inizjattiva tagħha stess, għal negozjar ta' ftehim ma' pajjiż terzi jew aktar rigward il-mezzi ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fl-ippjanar u l-ipproċessar ta' riżoluzzjonijiet ta’ istituzzjonijiet u impriżi prinċipali, b'mod partikolari fir-rigward ta' dawn is-sitwazzjonijiet:

(a)       f'każijiet fejn istituzzjonijiet sussidjarji domestiċi huma stabbiliti f'żewġ Stati Membri jew aktar;

(b)       f’każijiet fejn istituzzjoni minn pajjiż terz topera fergħat f'żewġ Stati Membri jew aktar;

(c)       f’każijiet fejn istituzzjoni prinċipali jew kumpanija msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1 stabbilita fl-Istati Membri għandha żewġ istituzzjonijiet sussidjarji ▌jew aktar f'pajjiż terz;

(d)       f'każijiet fejn istituzzjoni stabbilita f'żewġ Stati Membri jew aktar għandha fergħa jew fergħat ▌f'pajjiż terz wieħed jew aktar.

2.        Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1, għandhom, partikolarment, ifittxu li jiżguraw l-istabbiliment ta' proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għal kooperazzjoni fit-twettiq ta' xi kompiti jew il-kompiti kollha u l-eżerċizzju ta' xi setgħat jew is-setgħat kollha indikati fl-Artikolu 88.

Artikolu 85

Rikonoxximent ta' proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz

1.        Sakemm jiġi konkluż ftehim internazzjonali previst fl-Artikolu 84 ma’ pajjiż terz u sal-punt li s-suġġett ma jkunx irregolat minn dak il-ftehim għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2.        L-ABE tista’ tirrikonoxxi, ħlief kif previst fl-Artikolu 86, proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz relatati ma' istituzzjoni ta' pajjiż terz li:

(a)       ikollha fergħa domestika;

(b)       inkella jkollha assi, sussidjarji, drittijiet jew obbligazzjonijiet li jinsabu fi jew huma regolati mil-liġi ta' Stat Membru.

3.        Ir-rikonoxximent mill-ABE ta' proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz kif imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jimplika l-obbligu għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni nazzjonali li jagħtu effett lil tali proċeduri ta' riżoluzzjoni fit-territorju tagħhom.

4.        L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jimplimentaw id-deċiżjoni tal-ABE li tirrikonoxxi proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom, bħala minimu, is-setgħa li jagħmlu dan li ġej, mingħajr il-ħatra ta' amministratur jew kwalunkwe uffiċjal taħt il-liġi nazzjonali tal-insolvenza, ordni, approvazzjoni jew kunsens mill-qorti, jew kwalunkwe forma oħra ta' proċedura ġudizzjarja:

(a)    jeżerċitaw setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' dan li ġej:

(i)       assi ta’ istituzzjoni minn pajjiż terz li jinsabu fl-Istat Membru tagħhom jew irregolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom;

(ii)      sussidjarji ta’ istituzzjoni ta’ pajjiż terz li jinsabu fit-territorju ta' Stat Membru;

(iii)     drittijiet jew obbligazzjonijiet ta’ istituzzjoni minn pajjiż terz li ddaħħlu fil-kotba minn fergħa domestika fl-Istat Membru tagħhom jew irregolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom, jew meta l-pretensjonijiet fir-rigward ta' tali drittijiet u obbligazzjonijiet huma infurzabbli fl-Istat Membru tagħhom.

(b)       jipperfezzjonaw, inkluż li jeħtieġu persuna oħra tieħu azzjoni biex jiġu pperfezzjonati, ittrasferiti ishma jew strumenti ta' sjieda f'istituzzjoni sussidjarja domestika stabbilita fl-Istat Membru tal-ħatra;

(ba)     jeżerċitaw is-setgħat stabbiliti fl-Artikoli 61, 62, 63 b'rabta mad-drittijiet ta' kwalunkwe parti f'kuntratt ma' istituzzjoni taħt riżoluzzjoni f'pajjiż terz, meta tali setgħat ikunu meħtieġa sabiex tkun appoġġjata riżoluzzjoni ta' pajjiż terz.

4a.      L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' impriża prinċipali meta l-awtorità rilevanti ta' pajjiż terz tiddetermina li istituzzjoni inkorporata fil-ġurisdizzjoni tagħha tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont il-liġijiet ta' dak il-pajjiż terz. Biex dan jista' jsir, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jingħataw is-setgħha li jużaw kwalunkwe setgħa ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' dik l-impriża prinċipali, u għandu japplika l-Artikolu 57(5).

Artikolu 86

Dritt li jirrifjutaw rikonoxximent ta' proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz

1.        L-ABE għandha tirrifjuta, wara li tikkonsulta l-awtoritajiet nazzjonali kkonċernati, li tirrikonoxxi skont l-Artikolu 85(2) proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz jekk tqis li mill-inqas tkun sodisfatta waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)       li dawk il-proċeduri ta' riżoluzzjoni tal-pajjiż terz jista’ jkollhom effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru li fih l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun ibbażata jew tikkunsidra li l-proċeduri jista' jkollhom effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru ieħor;

(b)       li hija meħtieġa azzjoni ta' riżoluzzjoni indipendenti skont l-Artikolu 87 fir-rigward ta' fergħa domestika biex jinkiseb għan wieħed jew aktar tar-riżoluzzjoni;

(c)       li kredituri, inklużi partikolarment id-depożituri li jinsabu jew li jitħallsu fi Stat Membru, mhux se jirċievu l-istess trattament ▌bħall-kredituri tal-pajjiż terz rigward drittijiet legali simili skont il-proċeduri tar-riżoluzzjoni interni tal-pajjiż terz.

2.        Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti delegati adottati skont l-Artikolu 103, tispeċifika ċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 87

Riżoluzzjoni ta' fergħat fl-Unjoni ta' istituzzjonijiet minn pajjiż terz

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom is-setgħat neċessarji biex jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' fergħa domestika li hija indipendenti minn kwalunkwe proċedura ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz fir-rigward tal-istituzzjoni minn pajjiż terz inkwistjoni.

2.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-setgħat meħtieġa fil-paragrafu 1 ikunu jistgħu jiġu eżerċitati mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn l-awtorità tar-riżoluzzjoni tqis dik l-azzjoni ta' riżoluzzjoni meħtieġa fl-interess pubbliku u waħda jew aktar mill-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)       il-fergħa ma għadhiex tissodisfa, jew probabbilment mhux ser tissodisfa l-kundizzjonijiet imposti mil-liġi nazzjonali għall-awtorizzazzjoni u l-operat f'dak l-Istat Membru u ma hemmx prospett li kwalunkwe settur privat, superviżorju jew pajjiż terzi rilevanti se jirrestawra l-fergħa biex tikkonforma jew tipprevjeni falliment fi żmien raġonevoli;

(b)       l-istituzzjoni tal-pajjiż terz mhijiex kapaċi, jew huwa probabbli li ma tkunx kapaċi tħallas l-obbligi tagħha lill-kredituri domestiċi, jew obbligi li nħolqu jew iddaħħlu fil-kotba permezz tal-fergħa, hekk kif isiru dovuti u l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun issodisfata li l-ebda proċeduri ta' riżoluzzjoni jew proċeduri ta' insolvenza f'pajjiż terz ma nbdew jew ser jinbdew fir-rigward ta' dik l-istituzzjoni;

(c)       l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz bdiet proċeduri ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-istituzzjoni mill-pajjiż terz, jew innotifikat lill-awtorità tar-riżoluzzjoni bl-intenzjoni tagħha li tibda proċeduri tali, u waħda miċ-ċirkostanzi speċifikati fl-Artikolu 86 tapplika.

3.        Fejn awtorità tar-riżoluzzjoni tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni indipendenti fir-rigward ta' fergħa domestika, għandha tqis l-għanijiet tar-riżoluzzjoni u tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni skont il-prinċipji u r-rekwiżiti li ġejjin, sakemm ikunu rilevanti:

(a)       il-prinċipji stipulati fl-Artikolu 29;

(b)       ir-rekwiżiti relatati mal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni fil-Kapitolu II tat-Titolu IV.

Artikolu 88

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi

1.        Sakemm jiġi konkluż ftehim internazzjonali previst fl-Artikolu 84 ma’ pajjiżi terzi u sal-punt li s-suġġett ma jkunx irregolat minn dak il-ftehim għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin.

2.        L-ABE għandha tikkonkludi qafas ta' arranġamenti ta' kooperazzjoni mhux vinkolanti mal-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)       f'każijiet fejn istituzzjoni sussidjarja domestika tkun stabbilita fl-Unjoni, l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz fejn l-impriża prinċipali jew kumpanija msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1 tkun stabbilita;

(b)       f'każijiet fejn istituzzjoni minn pajjiż terz topera fergħa ▌fl-Unjoni, l-awtorità rilevanti tal-pajjiż terz fejn dik l-istituzzjoni tkun stabbilita;

(c)       f’każijiet fejn istituzzjoni prinċipali jew kumpanija msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 1 stabbilita fl-Istati Membri għandha istituzzjoni sussidjarja waħda jew aktar f'pajjiż terz, l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz fejn dawk l-istituzzjonijiet sussidjarji jkunu stabbiliti;

(d)       f'każijiet fejn istituzzjoni stabbilita fl-Unjoni jkollha fergħa ▌waħda jew aktar f'pajjiż terz wieħed jew aktar, l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi fejn dawn il-fergħat ikunu stabbiliti.

Arranġamenti ta' kooperazzjoni taħt dan il-paragrafu jistgħu jirrelataw ma’ istituzzjonijiet individwali jew ma' gruppi li jinkludu istituzzjonijiet.

3.        Il-ftehimiet qafas ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet parteċipanti għall-kooperazzjoni fit-twettiq xi wħud mill-kompiti li ġejjin, jew kollha, u għall-eżerċizzju ta' xi wħud mis-setgħat li ġejjin jew kollha, fir-rigward ta' istituzzjonijiet msemmija fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1 jew ta' gruppi li jinkludu tali istituzzjonijiet:

(a)       l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikoli 9, 11 u 12 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(b)       il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta’ tali istituzzjonijiet u gruppi, skont l-Artikolu 13 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(c)       l-applikazzjoni tas-setgħat li jiġu indirizzati jew imneħħija impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikoli 14 u 15 u kwalunkwe setgħa simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(d)       l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ intervent bikri skont l-Artikolu 23 u setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(e)       l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju ta' setgħat tar-riżoluzzjoni u setgħat simili eżerċitabbli mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz.

4.        L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn xieraq, għandhom jikkonkludu arranġamenti mhux vinkolanti ta’ kooperazzjoni skont l-arranġament qafas tal-ABE mal-awtoritajiet tal-pajjiż terz rilevanti indikat fil-paragrafu 2.

5.        Arranġamenti ta' kooperazzjoni konklużi bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Istati Membri u pajjiżi terzi skont dan il-paragrafu għandhom jinkludu dispożizzjonijiet fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)       l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija u l-manutenzjoni ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni;

(b)       konsultazzjoni u kooperazzjoni fl-iżvilupp ta’ pjanijiet ta' riżoluzzjoni, inklużi l-prinċipji għall-eżerċizzju tas-setgħat skont l-Artikoli 87 u 88 u s-setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(c)       l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni u setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(d)       twissija bikrija lil, jew konsultazzjoni mal-partijiet għall-arranġament ta' kooperazzjoni qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni sinifikanti skont din id-Direttiva jew il-liġi tal-pajjiż terz rilevanti li taffettwa l-istituzzjoni jew il-grupp li għalih jgħodd l-arranġament;

(e)       il-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni pubblika fil-każ ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni konġunti;

(f)        proċeduri u arranġamenti għall-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni skont il-punti (a) sa (e), inkluż, fejn xieraq, permezz tal-istabbiliment u l-operat ta' gruppi tal-immaniġġjar tal-kriżijiet.

6.        L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-ABE dwar kwalunkwe arranġamenti ta’ kooperazzjoni li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti jkunu kkonkludew skont dan l-Artikolu.

Artikolu 89

Kunfidenzjalità

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ministeri kompetenti jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali, inklużi pjanijiet ta’ rkupru, ma' awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz biss jekk il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)       dawk l-awtoritajiet tal-pajjiż terz huma soġġetti għal rekwiżiti u standards tas-sigriet professjonali meqjusa mill-anqas ugwali għal dawk imposti mill-Artikolu 76;

(b)       l-informazzjoni hija neċessarja għat-twettiq mill-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz tal-funzjonijiet tagħhom taħt il-liġi nazzjonali li huma komparabbli ma' dawk taħt din id-Direttiva.

2.        Meta informazzjoni kunfidenzjali toriġina fi Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ministeri kompetenti ma jkunux jistgħu jiddivulgaw dik l-informazzjoni lil awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)       l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru fejn oriġinat l-informazzjoni (l-awtorità tal-oriġini) taqbel ma' dik id-divulgazzjoni;

(b)       l-informazzjoni tiġi ddivulgata biss għall-iskopijiet permissibbli mill-awtorità tal-oriġini.

3.        Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, informazzjoni titqies kunfidenzjali jekk tkun soġġetta għal rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità skont il-liġi tal-Unjoni.

TITOLU VII

SISTEMA EWROPEA TA' ARRANĠAMENTI TA' FINANZJAMENT

Artikolu 90

Sistema Ewropea ta’ Arranġamenti ta’ Finanzjament

Is-Sistema Ewropea ta' Arranġamenti ta' Finanzjament għandha tikkonsisti fi:

(a)       arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 91;

(b)       self bejn arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament kif speċifikat fl-Artikolu 97,

(c)       il-mutwalizzazzjoni ta' arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament fil-każ ta' riżoluzzjoni ta' grupp kif imsemmi fl-Artikolu 98.

Artikolu 91

Rekwiżiti biex jiġu stabbiliti arranġamenti ta' finanzjament ta' riżoluzzjoni

1.        L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu arranġament jew arranġamenti ta’ finanzjament għall-fini li tiġi żgurata l-applikazzjoni effiċjenti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni. L-arranġamenti ta’ finanzjament għandhom jintużaw biss skont l-għanijiet tar-riżoluzzjoni u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 26 u 29.

1a.      IPS (skema ta' protezzjoni istituzzjonali) tista' titqies bħala arranġament ta' finanzjament, sakemm tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 113(7) tar-Regolament (UE) Nru .../2013[CRR][25]*, u tkun konformi mal-Artikolu 93(1), l-Artikolu 94 u l-Artikolu 92(2) ta' din id-Direttiva.

1b.      Imposta industrijali tista' titqies bħala arranġament ta' finanzjament, sakemm tipproduċi introjtu li huwa disponibbli minnufih għall-finijiet ta' finanzjament ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 92(1) ta' mill-inqas l-ammont deskritt fl-Artikolu 93(1), tkun konformi mal-Artikolu 94(2) u (4) u l-Artikolu 92(2), u l-kontribuzzjonijiet ta' kwalunkwe istituzzjoni mhumiex inqas minn dawk pagabbli skont l-Artikolu 94(7).

2.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti tal-finanzjament ikollhom aċċess għal riżorsi finanzjarji adegwati.

3.        Għall-għan previst fil-paragrafu 2, l-arranġamenti ta' finanzjament għandhom ▌ikollhom: (a)       is-setgħa li jiġbru kontribuzzjonijiet ex ante kif speċifikat fl-Artikolu 94 bil-ħsieb li jintlaħaq il-livell fil-mira speċifikat fl-Artikolu 93;

(b)       is-setgħa li jiġbru kontribuzzjonijiet straordinarji ex post kif speċifikat fl-Artikolu 95 meta l-kontribuzzjonijiet speċifikati f'(a) ma jkunux biżżejjed, u

(c)       is-setgħa li jikkuntrattjaw self u forom oħra ta’ għajnuna kif speċifikat fl-Artikolu 96.

Artikolu 92

Użu tal-arranġamenti tal-finanzjament tar-riżoluzzjoni

1.        L-arranġamenti tal-finanzjament stabbiliti skont l-Artikolu 91 jistgħu jintużaw mill-awtorità tar-riżoluzzjoni biss sal-punt meħtieġ biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-għodod tar-riżoluzzjoni, għall-iskopijiet li ġejjin:

(a)       biex jiggarantixxu l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, tas-sussidjarji tagħha, tal-istituzzjoni tranżitorja jew ta' veikolu tal-immaniġġjar tal-assi;

(b)       biex jagħtu self lill-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni, lis-sussidjarji tagħha, lill-istituzzjoni tranżitorja jew lil veikolu tal-immaniġġjar tal-assi;

(c)       biex jinxtraw assi tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni;

(d)       biex issir kontribuzzjoni lil istituzzjoni tranżitorja jew veikolu tal-immaniġġjar tal-assi;

(da)     biex jagħtu self lil arranġamenti ta' finanzjament oħrajn fuq bażi volontarja skont l-Artikolu 97;

(e)       biex tieħu kwalunkwe kombinazzjoni ta' azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (da).

L-arranġamenti ta' finanzjament jistgħu jintużaw sabiex jittieħdu l-azzjonijiet imsemmija fil-punti (a) sa (d) anke fir-rigward tal-akkwirent fil-kuntest tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju.

2.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe telf ta' istituzzjoni f'riżoluzzjoni u spejjeż jew infiq ieħor imġarrab b'konnessjoni mal-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni l-ewwel għandhom jiġġarrbu mill-azzjonisti u, fejn xieraq, mill-kredituri tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni. F'każ biss li ▌l-azzjonisti u l-kredituri jkunu ġarrbu t-telf b'mod sħiħ kif inhu xieraq għall-għodda tar-riżoluzzjoni li tintuża u soġġett għas-salvagwardji u l-esklużjonijiet espliċiti stabbiliti fl-Artikoli 38, 43 u 65 sa 73 għandhom it-telf, l-ispejjeż jew infiq ieħor imġarrab b'konnessjoni mal-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni ▌jinġarru mill-arranġamenti ta' finanzjament.

Artikolu 93

Livell immirat ta' fondi

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f 'perjodu mhux itwal minn 10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-mezzi finanzjarji disponibbli tal-arranġamenti ta' finanzjament tagħhom, jilħqu mill-inqas 1.5 % tal-ammont tad-depożiti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha awtorizzati fit-territorju tagħhom li huma ggarantiti skont id-Direttiva 94/19/KE.

2.        Matul il-perjodu inizjali ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 1, kontribuzzjonijiet għall-arranġamenti ta' finanzjament miġbura skont l-Artikolu 94 għandhom jinfirxu tul iż-żmien bl-aktar mod ekwu possibbli sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira.

L-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodu inizjali ta' żmien b'massimu ta' erba' snin fil-każ li l-arranġamenti ta' finanzjament jagħmlu żborzi akkumulati ta' aktar minn 0.5 % tad-depożiti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha awtorizzati fit-territorju tagħhom li huma ggarantiti skont id-Direttiva 94/19/KE.

3.        Jekk, wara l-perjodu inizjali ta' żmien imsemmi fil-paragrafu 1, il-mezzi finanzjarji disponibbli jonqsu taħt il-livell fil-mira speċifikat fil-paragrafu 2, għandhom jerġgħu jibdew jinġabru kontribuzzjonijiet skont l-Artikolu 94 sakemm jintlaħaq il-livell fil-mira. Meta l-mezzi finanzjarji disponibbli jammontaw għal anqas minn nofs il-livell fil-mira, il-kontribuzzjonijiet annwali ma għandhomx ikunu ta' inqas minn 0.25 % tad-depożiti tal-istituzzjonijiet ta' kreditu kollha awtorizzati fit-territorju tagħhom li huma ggarantiti skont id-Direttiva 94/19/KE.

Artikolu 94

Kontribuzzjonijiet ex ante

1.        Sabiex jilħqu l-livell fil-mira speċifikat fl-Artikolu 93, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet jinġabru mill-anqas annwalment mill-istituzzjonijiet awtorizzati fit-territorju tagħhom.

2.        Kontribuzzjonijiet għandhom jiġu kkalkulati skont ir-regoli li ġejjin:

(a)       ▌Il-kontribuzzjoni minn kull istituzzjoni għandha tkun prorata għall-ammont tal-obbligazzjonijiet tagħha esklużi l-fondi proprji u d-depożiti garantiti skont id-Direttiva 94/19/KE fir-rigward tal-obbligazzjonijiet totali, esklużi l-fondi proprji u d-depożiti garantiti skont id-Direttiva 94/19/KE, tal-istituzzjonijiet kollha awtorizzati fit-territorju tal-Istat Membru.

(b)       L-obbligazzjonijiet ta' istituzzjoni ta' kreditu huma esklużi mill-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet meta l-istituzzjoni ta' kreditu tkun ġiet stabbilita minn gvern ċentrali jew reġjonali jew awtorità lokali ta' Stat Membru u dak il-gvern jew awtorità jkollu obbligu li jipproteġi l-bażi ekonomika tal-istituzzjoni u jżomm il-vijabbiltà tagħha matul il-ħajja kollha tagħha jew l-obbligazzjonijiet ikunu ggarantiti espliċitament minn dak il-gvern jew dik l-awtorità jew tal-inqas 90 % tas-self mogħti mill-istituzzjoni jkunu, direttament jew indirettament, iggarantiti minn dak il-gvern jew dik l-awtorità u l-iskop predominanti jkun li jiffinanzjaw self promozzjonali mogħti fuq bażi mhux kompetittiva u mhux għall-profitt sabiex jippromwovu l-objettivi ta' politika pubblika ta' dak il-gvern;

(c)       il-kontribuzzjonijiet ikkalkolati skont (a) ▌għandhom jiġu aġġustati proporzjonalment għall-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet, f'konformità mal-kriterji adottati skont il-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu.

3.        Il-mezzi finanzjarji disponibbli li għandhom jitqiesu biex jintlaħaq il-livell fil-mira speċifikat fl-Artikolu 93 jistgħu jinkludu impenji ta' pagamenti li huma kompletament sostnuti b'kollateral ta’ assi b'riskju baxx mhux ostakolati b'xi drittijiet ta' parti terza, għad-dispożizzjoni ħielsa u allokati għall-użu esklużiv tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għall-finijiet speċifikati fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 92. Is-sehem tal-impenji irrevokabbli ta' pagament ma għandux jaqbeż 30 % tal-ammont totali ta' kontribuzzjonijiet miġbura skont dan l-Artikolu.

4.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-obbligu tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet speċifikat f'dan l-Artikolu jkun infurzabbli skont il-liġi nazzjonali, u li l-kontribuzzjonijiet dovuti jitħallsu bis-sħiħ.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kontabilizzazzjoni regolatorja xierqa; obbligi ta' rappurtar u oħrajn sabiex jiżguraw illi l-kontribuzzjoni dovuta titħallas bis-sħiħ. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll miżuri għal verifikazzjoni xierqa ta' jekk il-kontribuzzjoni ġietx imħallsa korrettament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw miżuri li jimpedixxu l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż.

5.        L-ammonti miġbura skont dan l-Artikolu għandhom jintużaw biss għall-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 92 ta' din id-Direttiva ▌.

6.        L-ammonti rċevuti mingħand l-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni jew l-istituzzjoni tranżitorja, l-imgħax u qligħ ieħor fuq l-investimenti u kwalunkwe qligħ ieħor għandhom jibbenefikaw l-arranġamenti ta' finanzjament.

7.        Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 103 sabiex tispeċifika l-kunċett ta' aġġustament tal-kontribuzzjonijiet fi proporzjon tal-profil tar-riskju tal-istituzzjonijiet kif imsemmi fil-paragrafu 2(c) ta' dan l-Artikolu, filwaqt li tqis dan li ġej:

(a)       l-iskopertura tar-riskju tal-istituzzjoni, inkluża l-importanza tal-attivitajiet tal-kummerċ tagħha, l-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħha u l-grad ta' ingranaġġ tagħha;

(b)       l-istabbiltà u l-varjetà ta’ sorsi ta’ finanzjament tal-kumpanija u assi likwidi ħafna mhux imfixkla;

(c)       il-kundizzjoni finanzjarji tal-istituzzjoni;

(d)       il-probabbiltà li l-istituzzjoni tidħol f’riżoluzzjoni;

(e)       il-punt safejn l-istituzzjoni tkun ibbenefikat preċedentement minn għajnuna finanzarja pubblika straordinarja;

(f)        il-kumplessità tal-istruttura tal-istituzzjoni u r-riżolvibbiltà tal-istituzzjoni, u

(g)       l-importanza sistemika tagħha għas-suq inkwistjoni;

(ga)     il-fatt li l-istituzzjoni hi parti minn IPS.

8.        Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 103 sabiex:

(a)       tispeċifika r-reġistrazzjoni, il-kontabbiltà, l-obbligi tar-rappurtar u obbligi oħra msemmija fil-paragrafu 4 maħsuba biex jiżguraw li l-kontribuzzjonijiet jiġu effettivament imħallsa;

(b)       tadotta l-miżuri msemmija fil-paragrafu 4 biex tiżgura verifikazzjoni adegwata ta' jekk il-kontribuzzjoni ġietx imħallsa korrettament;

(c)       tispeċifika l-miżuri msemmija fil-paragrafu 4 biex timpedixxi l-evażjoni, l-evitar u l-abbuż.

Artikolu 95

Kontribuzzjonijiet straordinarji ex post

1.        Meta l-mezzi finanzjarji disponibbli mhumiex suffiċjenti biex ikopru t-telf, l-ispejjeż jew infiq ieħor imġarrab bl-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinġabru kontribuzzjonijiet straordinarji ex post mingħand l-istituzzjonijiet awtorizzati fit-territorju tagħhom. L-ammont ta' kontribuzzjonijiet straordinarji ex post għandu jkun determinat mill-awtorità kompetenti soġġett għal limitu stabbilit mill-ministeru kompetenti sabiex jiġu koperti l-ammonti addizzjonali. Dawn il-kontribuzzjonijiet straordinarji għandhom jiġu allokati bejn l-istituzzjonijiet skont ir-regoli stipulati fl-Artikolu 94(2).

2.        Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 94(4) sa (8), għandhom ikunu applikabbli għall-kontribuzzjonijiet miġbura skont dan l-Artikolu.

Artikolu 96

Mezzi alternattivi ta’ finanzjament

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta’ finanzjament taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu jistgħu jikkuntrattjaw self jew forom oħra ta' għajnuna minn istituzzjonijiet finanzjarji, il-bank ċentrali, jew partijiet terzi oħra, f’każ li l-ammonti miġbura skont l-Artikolu 94 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru t-telf, l-ispejjeż jew infiq ieħor imġarrab bl-użu tal-arranġamenti ta' finanzjament ▌.

Artikolu 97

Self bejn arranġamenti ta' finanzjament

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta' finanzjament taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom ikunu jistgħu jissellfu mingħand arranġamenti ta' finanzjament oħra fl-Unjoni, fil-każ li l-ammonti miġbura skont l-Artikolu 94 ma jkunux suffiċjenti biex ikopru t-telf, l-ispejjeż jew infiq ieħor imġarrab bl-użu ta' arranġamenti ta' finanzjament, u l-kontribuzzjonijiet straordinarji previsti fl-Artikolu 95 ma jkunux aċċessibbli minnufih. Dan ma jimplikax xi obbligu fuq kwalunkwe arranġament ta' finanzjament li jagħti self lil arranġament ieħor.

2.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta’ finanzjament taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jistgħu jiġu awtorizzati mill-awtorità tar-riżoluzzjoni ta' dak l-Istat Membru biex jagħtu self lil arranġamenti ta' finanzjament oħra fl-Unjoni fiċ-ċirkostanzi speċifikati fil-paragrafu 1.

Soġġett għall-ewwel subparagrafu, l-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament ma għandhomx ikunu awtorizzati jagħtu self lil arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament oħra f'dawk iċ-ċirkostanzi meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-Istat Membru tal-arranġament ta' finanzjament tqis li mhux ser ikollha biżżejjed fondi biex tiffinanzja kwalunkwe riżoluzzjoni prevedibbli fil-futur qarib. Fi kwalunkwe każ huma ma għandhomx ikunu awtorizzati jagħtu b'self aktar minn terz tal-fondi li l-arranġament ta' finanzjament nazzjonali jkollu disponibbli fil-mument meta tiġi fformalizzata t-talba tas-self.

3.        Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati adottati skont l-Artikolu 103, sabiex tispeċifika l-kundizzjonijiet addizzjonali li l-Istati Membri jistgħu jimponu sabiex arranġament ta’ finanzjament ikun jista' jissellef mingħand arranġamenti ta' finanzjament oħra kif ukoll il-kundizzjonijiet applikabbli għat-teħid tas-self u b'mod partikolari l-kriterji għall-valutazzjoni ta' jekk hux se jkun hemm biżżejjed fondi għall-finanzjament ta' riżoluzzjoni prevedibbli fil-futur qrib, il-perjodu ta' ripagament u r-rata tal-imgħax applikabbli.

Artikolu 98

Mutwalizzazzjoni ta' arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament fil-każ ta' riżoluzzjoni ta' grupp

1.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każ ta’ riżoluzzjoni ta' grupp kif stabbilit fl-Artikolu 83, kull arranġament ta' finanzjament nazzjonali ta’ kull istituzzjonijiet li hija parti minn grupp tikkontribwixxi għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni tal-grupp skont dan l-Artikolu.

2.        Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp, wara li tikkonsulta mal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet li huma parti mill-grupp, għandha tistabbilixxi, ▌qabel tieħu kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni, pjan finanzjarju li jagħmel stima tal-bżonnijiet finanzjarji totali għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni tal-grupp kif ukoll il-modalitajiet għal dak il-finanzjament u b'hekk tiddefinixxi l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà.

3.        Il-modalitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 jistgħu jinkludu:

(a)       kontribuzzjonijiet mill-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament tal-istituzzjonijiet li huma parti mill-grupp,

(b)       teħid ta' self jew forom oħra ta' għajnuna mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew mill-Bank Ċentrali.

Il-pjan ta’ finanzjament għandu jkun parti mill-iskema ta' riżoluzzjoni tal-grupp kif speċifikat fl-Artikolu 83. Il-pjan ta' finanzjament għandu jistabbilixxi stima tal-kontribuzzjoni minn kull arranġament ta' finanzjament nazzjonali.

4.        Sakemm ir-rekwiżiti taħt il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-Artikolu 83 jiġu ssodisfati, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli u proċeduri biex jiżguraw li kull arranġament ta' finanzjament nazzjonali taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jagħmel il-kontribuzzjoni tiegħu għall-pjan ta' finanzjament immedjatament wara li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tiegħu jirċievu talba minghand l-awtorità tar-riżoluzzjoni fil-livell tal-grupp.

5.        Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-arranġamenti ta' finanzjament tal-gruppi jitħallew, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 96, jikkuntrattjaw teħid ta' self jew forom oħra ta' għajnuna, mingħand istituzzjonijiet finanzjarji, il-Bank Ċentrali jew partijiet terzi oħra, għall-ammont totali meħtieġ għall-iffinanzjar tar-riżoluzzjoni tal-grupp skont il-pjan ta' finanzjament imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

6.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull arranġament ta' finanzjament nazzjonali taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu jiggarantixxi kwalunkwe teħid ta' self ikkuntrattjat mill-arranġament ta' finanzjament tal-grupp skont il-paragrafu 5. Il-garanzija minn kull arranġament ta' finanzjament nazzjonali ma għandhiex taqbeż il-parti tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-pjan ta' finanzjament stabbilit skont il-paragrafu 3.

7.        L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe qligħ jew benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tal-arranġamenti ta' finanjament għandhom jibbenefikaw bis-sħiħ lill-arranġamenti nazzjonali ta' finanzjament skont il-kontribuzzjoni tagħhom għall-finanzjament tar-riżoluzzjoni kif stabbilit fil-paragrafu 2.

8.        Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 103 sabiex tispeċifika aktar:

(a)       il-forma u l-kontenut tal-pjan ta' finanzjament speċifikat fil-paragrafu 2;

(b)       il-modalitajiet għall-iżborz tal-kontribuzzjonijiet għall-pjan ta' finanzjament imsemmi fil-paragrafu 3;

(c)       il-modalitajiet tal-garanziji msemmija fil-paragrafu 5;

(d)       il-kriterji biex jiġi determinat li azzjonijiet tar-riżoluzzjoni ġew finalizzati kollha;

Artikolu 99

TITOLU VIII

SANZJONIJIET

Artikolu 100

Sanzjonijiet u miżuri amministrattivi

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi xierqa fejn ma jiġux rispettati d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u għandhom jiżguraw li jiġu applikati. Is-sanzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn japplikaw obbligi għal istituzzjonijiet finanzjarji u intrapriżi prinċipali fl-Unjoni, fil-każ ta' ksur jkunu jistgħu jiġu applikati sanzjonijiet lill-membri tal-maniġment, u lil kwalunkwe individwu ieħor li skont il-liġi nazzjonali jkun responsabbli għall-ksur.

3.          Il-kompetenza għall-eżerċitar tas-setgħat ta' sanzjonar previsti f'din id-Direttiva għandha tiġi attribwita lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jew lill-awtoritajiet kompetenti, skont it-tip ta' ksur. Il-kompetenza għall-eżerċitazzjoni tas-setgħat ta’ sanzjonar previsti f’din id-Direttiva għandha tiġi attribwita lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jew lill-awtoritajiet kompetenti, skont il-ksur. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jingħataw is-setgħat investigattivi kollha li huma neċessarji għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom ta’ sanzjonar, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li s-sanzjonijiet jew il-miżuri jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transfruntieri.

Artikolu 101

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.        Dan l-Artikolu għandu japplika fiċ-ċirkostanzi kollha li ġejjin:

(a)       istituzzjoni jew impriża prinċipali tonqos milli tfassal, iżżomm u taġġorna pjanijiet ta’ rkupru u pjanijiet ta’ rkupru tal-grupp, bi ksur tal-Artikoli 5 jew 7;

(b)       entità tonqos milli tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tagħha bl-intenzjoni li tipprovdi għajnuna finanzjarja lil grupp bi ksur tal-Artikolu 21;

(c)       istituzzjoni jew impriża prinċipali tonqos milli tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni bi ksur tal-Artikolu 10;

(d)       il-maniġment ta' istituzzjoni jonqos milli jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta istituzzjoni tkun qed tfalli jew probabbli tfalli bi ksur tal-Artikolu 74(1).

2.        Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni skont dispożizzjonijiet oħra ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-sanzjonijiet u l-miżuri amministrattivi li jkunu jistgħu jiġu applikati jkunu mill-anqas jinkludu dawn li ġejjin:

(a)       dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b)       projbizzjoni temporanja kontra kwalunkwe membru tal-maniġment tal-istituzzjoni jew l-impriża prinċipali jew kwalunkwe persuna naturali oħra, li tinżamm responsabbli, milli teżerċita funzjonijiet f'istituzzjonijiet;

(e)       sanzjonijiet amministrattivi pekunarji sad-doppju tal-ammont tal-profitti miksuba jew telf evitat minħabba l-ksur fejn dawn ikunu jistgħu jiġu determinati.

Artikolu 102

Applikazzjoni effikaċi tas-sanzjonijiet u l-eżerċizzju tas-setgħat ta’ sanzjonar mill-awtoritajiet kompetenti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkunu qegħdin jiddeterminaw it-tip ta' sanzjonijiet jew miżuri amministrattivi u l-livell tas-sanzjonijiet pekunarji amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti, fosthom:

(a)       il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;

(b)       il-livell tar-responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(c)       is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, kif indikata mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)       l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, safejn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e)       it-telf għal partijiet terzi kkawżat mill-ksur, safejn ikun jista' jiġi determinat;

(f)        il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti;

(g)       ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli.

TITOLU IX

SETGĦAT TA' EŻEKUZZJONI

Artikolu 103

Eżerċizzju tad-delega

1.        Is-setgħa sabiex jiġu adottati atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.        Id-delega ta’ setgħat għandha tingħata għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data msemmija fl-Artikolu 116.

3.        Id-delega tas-setgħat imsemmija f'din id-Direttiva tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4.        Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.        Att delegat adottat skont din id-Direttiva għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f'perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

5a.      Il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta atti delegati meta ż-żmien tal-iskrutinju tal-Parlament Ewropew huwa mnaqqas, permezz ta' waqfa, għal inqas minn ħames xhur inkluża kwalunkwe estensjoni.

Artikolu 103a

Oġġezzjonijiet għall-istandards tekniċi regolatorji

Meta l-Kummissjoni tadotta standard tekniku regolatorju skont din id-Direttiva li jkun l-istess bħall-abbozz ta' standard tekniku regolatorju ppreżentat mill-ABE, il-perjodu li matulu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal dak l-istandard tekniku regolatorju għandu jkun ta' xahar mid-data tan-notifika. Fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill dak il-perjodu jiġi estiż b'xahar. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, il-perjodu li matulu l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal dak l-istandard tekniku regolatorju jista', meta jkun applikabbli, jiġi estiż ulterjorment b'xahar.

TITOLU X

EMENDI GĦAD-DIRETTIVI 77/91/KEE, 82/891/KEE, 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE u fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Artikolu 104

Emenda għad-Direttiva 77/91/KEE

Fl-Artikolu 41 tad-Direttiva 77/91/KEE, jiżdied il-paragrafu 3 li ġej:

"3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikoli 17(1), 25(1), 25(3), 27(2) l-ewwel paragrafu 29, 30, 31 u 32 ta' din id-Direttiva ma japplikawx fil-każ tal-użu tal-għodod, is-setgħat u l-mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva XX/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*) [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni] sakemm il-finijiet tar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 27 tad-Direttiva XX/XX/UE u l-kundizzjonijiet tar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 28 ta’ dik id-Direttiva jiġu ssodisfati.

_______

(*) ĠU L….. …. p.."

Artikolu 105

Emenda għad-Direttiva 82/891/KEE

L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 82/891/KEE jiġi ssostitwit minn dan li ġej:

"4. L-Artikolu 1(2), (3) u (4) tad-Direttiva 2011/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) għandhom japplikaw.

________

(*) ĠU L 110, 29.4.2011, p. 1."

Artikolu 106

Emendi għad-Direttiva 2001/24/KE

Id-Direttiva 2001/24/KE tiġi emendata kif ġej:

1.          Fl-Artikolu 1, il-paragrafi 3 u 4 li ġejjin jiżdiedu:

"3. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal ditti ta’ investiment kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2006/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) u l-fergħat tagħhom stabbiliti fi Stati Membri li mhumiex dak li fihom għandhom l-uffiċċji prinċipali tagħhom.

4. Fil-każ tal-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat tar-riżoluzzjoni previsti mid-Direttiva XX/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(**), id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw ukoll għall-istituzzjonijiet finanzjarji, id-ditti u l-impriżi prinċipali li jaqgħu fl-ambitu tad-Direttiva XX/XX/UE.

__________

(*) ĠU L177, 30.6.2006, p.201

(**) ĠU L….,…p."

2.          Fl-Artikolu 2, is-seba' inċiż jiġi sostitwit minn dan li ġej:

"- ‘miżuri ta’ riorganizzazzjoni’ għandha tfisser miżuri li huma maħsuba sabiex jippreservaw jew tiġi restawrata s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ istituzzjoni ta’ kreditu u li jistgħu jaffettwaw id-drittijiet preżistenti ta’ parijiet terzi, inklużi l-miżuri li jinvolvu l-possibbiltà ta' sospensjoni ta' pagamenti, is-sospensjoni ta' miżuri ta' infurzar jew it-tnaqqis ta' pretensjonijiet; dawn il-miżuri jinkludu l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni previsti mid-Direttiva XX/XX/UE;"

Artikolu 107

Emenda għad-Direttiva 2002/47/KE

Id-Direttiva 2002/47/KE tiġi emendata kif ġej:

(1)       "Fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5a.    L-Artikoli 4, 5, 6 u 7 ma japplikawx għal kwalunkwe restrizzjoni fuq l-infurzar ta' arranġamenti ta' kollateral finanzjarju jew kwalunkwe restrizzjoni fuq l-effett ta' arranġament ta' kollateral finanzjarju ta' garanzija, dispożizzjoni ta' saldu abbażi tal-valur net jew ta' tpaċija imposta skont it-Titolu IV Kapitolu IV jew V jew l-Artikolu 77 tad-Direttiva 2013/xx/UE [RRD], jew għal kwalunkwe restrizzjoni bħal din imposta bis-saħħa ta' setgħat simili fid-dritt domestiku ta' Stat Membru biex tiffaċilita r-riżoluzzjoni ordinata ta' kwalunkwe entità msemmija fil-paragrafu 2(c)(iv) u (d) li hija soġġetta għal salvagwardji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fit-Titolu IV Kapitolu VI tad-Direttiva 2013/xx/UE [RRD]";

(2)       Fl-Artikolu 7 ▌, jiżdied il-paragrafu 1a li ġej:

"1a.     Il-paragrafu 1 ma japplika għal ebda restrizzjoni fuq l-effett ta' dispożizzjoni ta' saldu abbażi tal-valur nett li hija imposta bis-saħħa tal-Artikolu 77 tad-Direttiva XX/XX/UE jew bl-eżerċizzju mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-setgħa li timponi waqfien temporanju skont l-Artikolu 63 ta' dik id-Direttiva.".

__________

(*) ĠU L …… …. p. …"

Artikolu 108

Emenda għad-Direttiva 2004/25/KE

Fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2004/25/KE, jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu 5(1) ta’ din id-Direttiva ma japplikax f’każ ta’ użu ta' għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva XX/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni.

_________

(*) ĠU L …. p. … "

Artikolu 109

Emenda għad-Direttiva 2005/56/KE

Fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2005/56/KEE, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"(4)     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax għall-kumpanija jew kumpaniji li huma s-suġġett tal-użu ta' għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva XX/XX/UE [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni], u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

_________

(*) ĠU L …… …. p. …"

Artikolu 110

Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE

Id-Direttiva 2007/36/KE tiġi emendata kif ġej:

1.          Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud:

"4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax fil-każ tal-użu ta' għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva XX/XX/UE [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni], tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*).

___________

(*) ĠU L …… …. p. …"

2.          Fl-Artikolu 5, jiżdiedu l-paragrafi 5 u 6 li ġejjin:

"5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li għall-finijiet tad-Direttiva XX/XX/UE [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni], il-laqgħa ġenerali tista’ tiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti validi li sejħa għal laqgħa ġenerali sabiex jiġi deċiż dwar żieda fil-kapital tista' tissejjaħ b'avviż iqsar minn dak previst fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, sakemm din il-laqgħa ma sseħħx fi żmien għaxart ijiem kalendarji mis-sejħa u li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 23 jew 24 tad-Direttiva XX/XX/UE (skattaturi ta' intervent bikri) jiġu ssodisfati u li ż-żieda fil-kapital hija meħtieġa sabiex jiġu evitati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 27 ta' dik id-Direttiva.

6. Għall-finijiet tal-paragrafu 5, l-Artikolu 6(3) u (4) u l-Artikolu 7(3) ma għandhomx japplikaw."

Artikolu 111

Emenda għad-Direttiva 2011/35/UE

Fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 2011/35/UE, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

"4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li din id-Direttiva ma tapplikax għall-kumpanija jew kumpaniji li huma s-suġġett tal-użu ta' għodod, setgħat u mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni previsti fit-Titolu IV tad-Direttiva XX/XX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni].

________

(*) ĠU L …… …. p. …"

Artikolu 112

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 huwa emendat kif ġej:

6.          Fl-Artikolu 4, il-punt (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

"(2) 'awtoritajiet kompetenti' tfisser:

(i)     l-awtoritajiet kompetenti kif iddefiniti fid-Direttivi 2006/48/KE, 2006/49/KE u 2007/64/KE u kif imsemmija fid-Direttiva 2009/110/KE;

(ii)    fir-rigward tad-Direttivi 2002/65/KE u 2005/60/KE, l-awtoritajiet kompetenti tfisser l-awtoritajiet kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dawk id-Direttivi mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu u dawk finanzjarji;

(iii)    f'dak li jirrigwarda l-iskemi ta' garanzija ta' depożiti, il-korpi li jamministraw skemi ta' garanzija ta' depożiti skont id-Direttiva 94/19/KE, jew meta l-operat tal-iskema ta' garanzija tad-depożiti tkun amministrata minn kumpanija privata, l-awtorità pubblika li tissorvelja dawk l-iskemi skont dik id-Direttiva; u

(iv)   fir-rigward tad-Direttiva …/... [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni] l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni kif definit f’dik id-Direttiva.

_________

(*) ĠU L …… …. p. …"

7.          Fl-Artikolu 40(6), jiżdied it-tieni subparagrafu li ġej:

"Għall-finijiet li jaġixxi fl-ambitu tad-Direttiva XX/XX/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*) [Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni], il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista', fejn xieraq, ikun akkumpanjat minn rappreżentant mill-awtorità tar-riżoluzzjoni f'kull Stat Membru, li ma għandux ikollu vot."

_________

(*) ĠU L …… …. p. …"

TITOLU XI

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 113

Kumitat tar-riżoluzzjoni tal-ABE

L-ABE għandha toħloq kumitat intern permanenti f'konformità mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 bil-għan li jħejji d-deċiżjonijiet tal-ABE u l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji u l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni previsti f'din id-Direttiva, f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. B'mod partikolari, skont l-Artikolu 38(1) tiegħu l-ABE għandha tiżgura li l-ebda deċiżjoni msemmija f'dak l-Artikolu ma taffettwa b'xi mod ir-responsabbiltajiet fiskali tal-Istati Membri. Dak il-kumitat intern għandu jkun kompost mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva.

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-ABE għandha tikkoopera mal-AETS u l-AEAPX fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbilit fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-ABE għandha tiżgura separazzjoni organizzattiva effettiva sħiħa bejn il-kumitat tar-riżoluzzjoni u funzjonijiet oħra msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Il-kumitat tar-riżoluzzjoni għandu jippromwovi l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni, jiżviluppa metodi għar-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet finanzjarji li qed ifallu u valutazzjoni tal-ħtieġa ta' arranġamenti ta' finanzjament xierqa, skont l-Artikoli 16 sa 22. Deċiżjonijiet u kompiti oħra, inkluża l-adozzjoni tal-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji u l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija f'din id-Direttiva għandhom jiġu delegati lill-kumitat tar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 113a

Kooperazzjoni mal-ABE

L-awtoritajiet kompetenti u tar-riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mal-ABE għall-finijiet ta' din id-Direttiva skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

L-awtoritajiet kompetenti u tar-riżoluzzjoni għandhom, bla dewmien, jipprovdu lill-ABE bl-informazzjoni kollha meħtieġa biex twettaq dmirijietha skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 113b

Persunal u riżorsi tal-ABE

Sal- ..., l-ABE għandha tivvaluta l-ħtiġijiet ta' persunal u riżorsi li jirriżultaw mill-assunzjoni tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha skont din id-Direttiva u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni.

Artikolu 114

Rieżami

Sal-1 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-applikazzjoni ġenerali ta’ din id-Direttiva u tivvaluta l-ħtieġa għal emendi partikolarment:

(-a)     il-ħtieġa li titwaqqaf awtorità tar-riżoluzzjoni awtonoma tal-Unjoni;

(a)       abbażi tar-rapport mill-ABE previst fl-Artikolu 39(6), il-ħtieġa ta' emendi fir-rigward li jiġu mminimizzati d-diverġenzi fil-livell nazzjonali. Dak ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif xieraq, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;

(b)       abbażi tar-rapport mill-ABE previst fl-Artikolu 4(3), il-ħtieġa ta' emendi fir-rigward li jiġu mminimizzati d-diverġenzi fil-livell nazzjonali. Dak ir-rapport u kwalunkwe proposta li takkumpanjah, kif xieraq, għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Sal-31 ta' Diċembru 2013, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għall-ħolqien ta' awtorità tar-riżoluzzjoni tal-Unjoni u ta' fond ta' riżoluzzjoni tal-Unjoni.

Artikolu 114a

Rieżami tal-ABE

Fl-istess żmien tar-rieżami tal-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 meħtieġ sat-2 ta' Jannar 2014 u skont il-varjazzjonijiet li jistgħu jiġu applikati mill-awtoritajiet kompetenti fil-proċeduri superviżorji, l-ABE għandha, flimkien mal-monitoraġġ skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi f’din id-Direttiva, tistabbilixxi portafolli u tekniki ta’ valutazzjoni komparattiva li jippermettu l-valutazzjoni tal-konverġenza tal-prattiċi superviżorji.

Artikolu 115

1.        L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2014 liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Jannar 2015.

Madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw:

(a)       dispożizzjonijiet adottati sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 6(1) fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 5(7);

(b)       dispożizzjonijiet adottati sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 13(1) u (2) fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 13(3);

(c)       dispożizzjonijiet adottati sabiex jikkonformaw mal-Artikolu 9(1) fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikolu 13(3) u l-Artikolu 14(8); kif ukoll

(d)       dispożizzjonijiet adottati sabiex jikkonformaw mat-Taqsima 5 tal-Kapitolu III tat-Titolu IV mill-1 ta' Lulju 2016.

2.        Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew jiġu akkompanjati minn din ir-referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza.

3.        L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-ABE t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

3a.      Meta d-dokumenti li jakkumpanjaw in-notifika tat-traspożizzjoni tal-miżuri pprovduti mill-Istati Membri ma jkunux suffiċjenti għal valutazzjoni sħiħa tal-konformità tad-dispożizzjonijiet ta' traspożizzjoni ma' din id-Direttiva, il-Kummissjoni tista', fuq talba mill-ABE skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jew fuq inizjattiva tagħha stess, tesiġi li l-Istati Membri jipprovdu aktar informazzjoni dettaljata dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 116

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 117

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                              Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS

TAQSIMA A

Informazzjoni li trid tiġi inkluża fil-pjanijiet ta’ rkupru

Il-pjan ta’ rkupru għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

 Sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan, analiżi strateġika, u sommarju tal-kapaċità kumplessiva tal-irkupru;

 sommarju tal-bidliet materjali fl-istituzzjoni minn meta ġie ffajljat l-aktar pjan ta’ rkupru riċenti;

 komunikazzjoni u pjan ta' divulgazzjoni li jiddeskrivi kif id-ditta għandha l-ħsieb timmaniġġja kwalunkwe reazzjoni potenzjalment negattiva tas-suq;

 firxa ta' azzjonijiet kapitali u ta' likwidità meħtieġa sabiex jinżamm l-operat ta’ funzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju tal-istituzzjoni u l-finanzjament tagħhom;

 stima tal-qafas taż-żmien għall-eżekuzzjoni ta’ kull aspett materjali tal-pjan;

 deskrizzjoni dettaljata ta' kwalunkwe impediment materjali tal-eżekuzzjoni effettiva u f'waqtha tal-pjan, inkluża l-konsiderazzjoni tal-impatt fuq il-bqija tal-grupp, il-konsumaturi u l-kontropartijiet;

 identifikazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi;

 deskrizzjoni dettaljata tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjalizzazzjonibbiltà tal-linji tan-negozju ewlenin, l-operazzjonijiet u l-assi tal-istituzzjoni;

 deskrizzjoni dettaljata ta' kif l-ippjanar tal-irkupru huwa integrat fl-istruttura tal-governanza korporattiva tal-istituzzjoni kif ukoll il-politiki u l-proċeduri li jirregolaw l-approvazzjoni tal-pjan ta' rkupru u l-identifikazzjoni tal-persuni fl-organizzazzjoni responsabbli għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan;

 arranġamenti u miżuri li jikkonservaw jew li jirrestawraw il-fondi proprji tal-istituzzjoni;

 arranġamenti u miżuri sabiex jiġi żgurat li l-istituzzjoni għandha aċċess adegwat għas-sorsi tal-finanzjament ta' kontinġenza, inklużi sorsi potenzjali ta’ likwidità, valutazzjoni tal-kollateral disponibbli u valutazzjoni tal-possibbiltà li tiġi trasferita likwidità bejn l-entitajiet fil-grupp u l-linji tan-negozju, sabiex jiġi żgurat li tista’ twettaq l-operazzjonijiet tagħha u tissodisfa l-obbligi tagħha meta jsiru dovuti;

 arranġamenti u miżuri sabiex jitnaqqsu r-riskju u l-ingranaġġ;

 arranġamenti u miżuri sabiex jiġu ristrutturati l-obbligazzjonijiet;

 arranġamenti u miżuri sabiex jiġu ristrutturati linji tan-negozju;

 arranġamenti u miżuri meħtieġa sabiex jinżamm aċċess kontinwu għal infrastrutturi tas-swieq finanzjarji;

 arranġamenti u miżuri meħtieġa sabiex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tal-istituzzjoni, inklużi l-infrastruttura u s-servizzi tal-IT;

 arranġamenti preparatorji sabiex jiġi faċilitat il-bejgħ tal-assi jew il-linji tan-negozju f’qafas taż-żmien xieraq sabiex tiġi restawrata s-sodezza finanzjarja;

 azzjonijiet jew strateġiji oħra ta' mmaniġġjar sabiex jiġu rrestawrati s-sodezza finanzjarja u l-effett finanzjarju antiċipat ta' dawk l-azzjonijiet jew l-istrateġiji;

 miżuri preparatorji li l-istituzzjoni tkun ħadet jew pjanijiet li għandhom jittieħdu sabiex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ rkupru, inklużi dawk meħtieġa sabiex tiġi permessa r-rikapitalizzazzjoni f'waqtha tal-istituzzjoni.

TAQSIMA B

Informazzjoni li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet biex jipprovdu għall-finijiet tat-tfassil u ż-żamma ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet jipprovdu l-informazzjoni li ġejja għall-finijiet tat-tfassil u ż-żamma ta’ pjanijiet ta’ riżoluzzjoni:

 Deskrizzjoni dettaljata tal-istruttura organizzazzjonali tal-istituzzjoni inkluża lista tal-entitajiet legali kollha;

 identifikazzjoni tad-detentur dirett u l-perċentwali tad-drittijiet tal-vot u drittijiet bla vot ta' kull entità legali;

 il-post, il-ġurisdizzjoni tal-inkorporazzjoni, il-liċenzjar u l-immaniġġjar ewlenin assoċjata ma' kull entità legali;

 immappjar tal-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tal-istituzzjoni inklużi l-assi materjali u l-obbligazzjonijiet relatati ma' dawn l-operazzjonijiet u l-linji tan-negozju, b'referenza għall-entitajiet legali;

 deskrizzjoni dettaljata tal-komponenti tal-istituzzjoni u l-obbligazzjonijiet kollha tal-entitajiet legali tagħha, isseparati, bħala minimu skont it-tipi u l-ammonti ta' dejn fuq perjodu ta' żmien qasir u perjodu ta' żmien twil, obbligazzjonijiet garantiti, mhux garantiti u subordinati;

 dettall ta’ dawk l-obbligazzjonijiet tal-istituzzjoni li huma obbligazzjonijiet eliġibbli;

 identifikazzjoni tal-proċessi meħtieġa sabiex jiġi determinat lil minn l-istituzzjoni tkun ippleġġjat kollateral, il-persuna li żżomm il-kollateral u l-ġurisdizzjoni li fiha jinsab il-kollateral;

 deskrizzjoni tal-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni u l-entitajiet legali tagħha, inkluż immappjar tal-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tagħha;

 il-ħeġġijiet materjali tal-istituzzjoni inkluż l-immappjar ta' entità legali;

 identifikazzjoni tal-kontropartijiet prinċipali jew l-aktar kritiċi tal-istituzzjoni kif ukoll analiżi tal-impatt tal-falliment tal-kontropartijiet prinċipali fis-sitwazzjoni finanzjarja tal-istituzzjoni;

 kull sistema li fiha l-istituzzjoni twettaq għadd materjali jew ammont tal-valur ta' kummerċ, inkluż immappjar tal-entitajiet legali tal-istituzzjoni, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin;

 kull sistema ta’ pagament, ikklerjar jew saldu li tagħhom l-istituzzjoni hija direttament jew indirettament membru, inkluż l-immappjar tal-entitajiet legali tal-istituzzjoni, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin;

 inventarju u deskrizzjoni dettaljati tas-sistemi tal-immaniġġjar tal-informazzjoni ewlenin, inklużi dawk għall-immaniġġjar tar-riskju, il-kontabbiltà u rrapportar finanzjarju u regolatorju użati mill-istituzzjoni inkluż immappjar tal-entitajiet legali tal-istituzzjoni, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin;

 identifikazzjoni tas-sidien tas-sistemi identifikati f’(m), ftehimiet fil-livell ta' servizz relatati magħhom, u kwalunkwe softwer u sistemi jew liċenzji, inkluż l-immappjar tal-entitajiet legali tagħha, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tagħha;

 identifikazzjoni u mmappjar tal-entitajiet legali u l-interkonnessjonijiet u l-interdipendenzi bejn l-entitajiet legali differenti bħal:

· persunal, faċilitajiet u sistemi komuni jew kondiviżi;

· arranġamenti ta’ kapital, finanzjament jew likwidità;

· skoperturi ta’ kreditu eżistenti jew kontinġenti;

· ftehimiet ta’ kontrogaranziji, ftehimiet ta' kontrokollateral, dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza u arranġamenti ta' netting tal-kontroaffiljati;

· riskji tat-trasferimenti u arranġamenti kummerċjali spalla ma' spalla; ftehimiet fil-livell ta’ servizz;

 l-awtorità superviżorja u tar-riżoluzzjoni għal kull entità legali;

 l-uffiċjal superjuri tal-immaniġġjar responsabbli għall-pjan tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni kif ukoll dawk responsabbli, jekk differenti, għall-entitajiet legali differenti, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin;

 deskrizzjoni tal-arranġamenti li l-istituzzjoni għandha fis-seħħ sabiex tiżgura li, fil-każ ta' riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha l-informazzjoni kollha meħtieġa, kif determinat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, għall-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni;

 il-ftehimiet kollha li l-istituzzjonijiet u l-entitajiet legali tagħha jkunu daħħlu fihom ma' partijiet terzi li t-terminazzjoni tagħhom tista’ tiskatta permezz ta' deċiżjoni tal-awtoritajiet li japplikaw għodda tar-riżoluzzjoni u jekk il-konsegwenzi tat-terminazzjoni jistgħux jaffettwaw l-applikazzjoni tal-għodda tar-riżoluzzjoni.

 Deskrizzjoni ta' sorsi possibbli tal-likwidità biex isostnu riżoluzzjoni;

 Informazzjoni dwar tfixkil għall-assi, l-assi likwidi, l-attivitajiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, l-istrateġiji tal-iħħeġjar u prassi tad-dħul fil-kotba.

TAQSIMA C

Kwistjonijiet li l-awtorità tar-riżoluzzjoni trid tivvaluta meta tivvaluta r-riżolvibbiltà ta’ istituzzjoni

Meta tivvaluta r-riżolvibbiltà ta' istituzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkunsidra dan li ġej:

 Il-punt safejn l-istituzzjoni jew il-grupp ikun jista' jimmappja l-linji tan-negozju ewlenin u operazzjonijiet kritiċi għal entitajiet legali.

 Il-punt safejn strutturi legali u korporattivi fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi huma allinjati.

 Il-punt safejn ikun hemm arranġamenti fis-seħħ sabiex jipprovdu għal persunal essenzjali, infrastruttura, finanzjament, likwidità u kapital sabiex jiġu sostnuti u miżmuma l-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi.

 Il-punt safejn il-ftehimiet tas-servizz li l-istituzzjoni jew il-grupp iżommu huma infurzabbli bis-sħiħ fil-każ tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jew il-grupp.

 Il-punt safejn l-istruttura tal-governanza tal-istituzzjoni jew tal-grupp hija adegwata għall-immaniġġjar u l-iżgurar tal-konformità mal-politiki interni tal-istituzzjoni jew tal-grupp fir-rigward tal-ftehimiet fil-livell tas-servizz.

 Il-punt safejn l-istituzzjoni jew il-grupp għandhom proċess għat-tranżizzjonar tas-servizzi pprovduti skont il-ftehimiet fil-livell tas-servizz lil partijiet terzi fil-każ tas-separazzjoni ta' funzjonijiet kritiċi jew tal-linji tan-negozju ewlenin.

 Il-punt safejn hemm pjanijiet ta’ kontinġenza fis-seħħ sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-aċċess għas-sistemi tal-pagamenti u s-saldu.

 L-adegwatezza tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment fl-iżgurar li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jiġbru informazzjoni eżatta u kompleta fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi sabiex jiġi faċilitat it-teħid rapidu ta' deċiżjonijiet.

 Il-kapaċità tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment li jipprovdu l-informazzjoni essenzjali għar-riżoluzzjoni effettiva tal-istituzzjoni jew il-grupp fil-ħinijiet kollha anke taħt kundizzjonijiet li jinbidlu b’mod rapidu.

 Il-punt safejn l-istituzzjoni jew il-grupp ikunu ttestjaw is-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment tagħhom taħt xenarji ta' stress definiti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

 Il-punt safejn l-istituzzjoni jew il-grupp jista' jiżgura l-kontinwità tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment tiegħu kemm għall-istituzzjoni affettwata kif ukoll għall-istituzzjoni l-ġdida fil-każ li l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin jiġu sseparati mill-bqija tal-operazzjonijiet u l-linji tan-negozju.

 Il-punt safejn l-istituzzjoni jew il-grupp ikunu stabbilixxew proċessi adegwati sabiex jiżguraw li jipprovdu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni l-informazzjoni meħtieġa sabiex jidentifikaw depożituri u l-ammont koperti mill-iskemi tal-garanzija għal depożiti;

 Meta l-grupp juża garanziji intragrupp, il-punt safejn dawk il-garanziji jiġu pprovduti b'kundizzjonijiet tas-suq u kemm is-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju li jikkonċernaw dawk il-garanziji huma robusti.

 Fejn il-grupp jinvolvi ruħu fi tranżazzjonijiet spalla ma' spalla, il-punt safejn dawk it-tranżazzjonijiet jitwettqu b’kundizzjonijiet tas-suq u kemm is-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju li jikkonċernaw dawk il-prassi ta' tranżazzjonijiet huma robusti.

 Il-punt safejn l-użu ta’ tranżazzjonijiet ta' garanziji intragrupp jew tranżizzjonijiet ta' dħul fil-kotba spalla ma' spalla jżidu kontaġju fil-grupp.

 Il-punt safejn l-istruttura legali tal-grupp tinebixxi l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni b'riżultat tal-għadd ta’ entitajiet legali, il-kumplessità tal-istruttura tal-grupp jew id-diffikultà fl-allinjament tal-linji tan-negozju għall-entitajiet fi grupp.

 L-ammont jew il-proporzjon ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni.

 Fejn il-valutazzjoni tinvolvi kumpanija b'parteċipazzjoni b'attività mħallta, il-punt safejn ir-riżoluzzjoni tal-entitajiet fi grupp li huma istituzzjonijiet jew istituzzjonijiet finanzjarji jista' jkollha impatt negattiv fuq il-parti mhux finanzjarja tal-grupp.

 L-eżistenza u s-solidità ta’ ftehimiet fil-livell ta’servizz.

 Jekk awtoritajiet ta' pajjiżi terzi għandhomx l-għodda tar-riżoluzzjoni meħtieġa biex jappoġġjaw azzjonijiet mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-Unjoni, u l-ambitu għal azzjoni koordinata bejn l-Unjoni u awtoritajiet ta' pajjiż terz.

 Il-fattibbiltà tal-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni b'tali mod li jintlaħqu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni, fid-dawl tal-għodod disponibbli u l-istruttura tal-istituzzjoni.

 Il-punt sa fejn l-istruttura tal-grupp tippermetti lill-awtorità tar-riżoluzzjoni tirriżolvi l-grupp kollu jew kwalunkwe jew aktar mill-entitajiet tiegħu mingħajr ma toħloq impatt negattiv dirett jew indirett sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, il-fiduċja tas-suq jew l-ekonomija u bil-ħsieb li jiġi mmassimizzat il-valur tal-grupp kollu;

 L-arranġamenti u l-meżżi li permezz tagħhom ir-riżoluzzjoni tista' tiġi ffaċilitata fil-każijiet ta' gruppi li għandhom sussidjarji stabbiliti f'ġuriżdizzjonijiet differenti.

 Il-kredibilità tal-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni b'tali mod li jintlaħqu l-għanijiet tar-riżoluzzjoni, minħabba l-impatti possibbli fuq kredituri, kontropartijiet, konsumaturi u impjegati u azzjonijiet possibbli li l-awtoritajiet ta' pajjiż terz jistgħu jieħdu.

 L-impatt tar-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni fuq is-sistema finanzjarja u fuq il-fiduċja fis-suq finanzjarju jistgħu jiġu evalwati adegwatament.

 Ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jista' jkollha impatt negattiv dirett jew indirett sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, il-fiduċja fis-suq jew l-ekonomija.

 Kontaġju lil istituzzjonijiet finanzjarji oħra jew lis-swieq finanzjarji jista' jiġi kontenut permezz tal-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni.

 Ir-riżoluzzjoni tal-istituzzjoni jista' jkollha effett sinifikanti fl-operat tas-sistemi tal-pagamenti u tas-saldu.

  • [1]           ĠU C 39, 12.2.2013, p. 1.
  • [2]           ĠU C 44, 15.2.2013, p. 68.
  • [3] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [4]           ĠU C 39, 12.2.2013, p. 1.
  • [5]           ĠU C 44, 15.2.2013, p. 68.
  • [6]           Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' …
  • [7]           ĠU L 177, 30.6.2006, p. 2011.
  • [8]           ĠU L 35, 11.2.2003, p.1.
  • [9]           ĠU L 201, 27.2.2012, p. 1.
  • [10]           ĠU jekk jogħġbok daħħal in-numru, it-titolu u r-referenza tal-ĠU ta' 2012/0029(COD).
  • [11]          ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.
  • [12]          ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1.
  • [13]          ĠU L 96, 12.4.2003, p. 16.
  • [14]          ĠU L 135, 31.5.1994, p. 5–14.
  • [15]          ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15.
  • [16]          ĠU L 26, 31.1.1977, p. 1.
  • [17]          ĠU L 110, 29.4.2011, p. 1.
  • [18]          ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47.
  • [19]          ĠU L 310, 25.11.2005, p. 1.
  • [20]          ĠU L 142, 30.4.2004, p. 12.
  • [21]          ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17.
  • [22]          ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.
  • [23]          Id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament u l-Kunsill u tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KE – ĠU L 145, 30.4.2004, p.1
  • [24]          ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38.
  • [25] *          ĠU: Daħħal in-numru tas-serje tar-Regolament li jinsab fid-dokument PE-CONS 14/13 (2011/0202(COD)).

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (6.12.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2012 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010
(COM(2012)0280 – C7‑0136/2012 – 2012/0150(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Waħda mit-tagħlimiet li tat il-kriżi finanzjarja fl-Ewropa hi l-ħtieġa għal regoli aktar stretti u aktar koerenti għas-settur finanzjarju kollu kemm hu. Ġa ttieħdu varji miżuri importanti, bħalma hu t-twaqqif ta’ tliet aġenziji finanzjarji superviżorji, iżda huma meħtieġa sforzi ulterjuri għar-regolazzjoni aħjar tas-settur finanzjarju. Wieħed mid-dossiers li għadhom pendenti huwa l-abbozz ta' direttiva preżenti li għandu l-għan li jwaqqaf qafs għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-istituti tal-kreditu u l-azjendi tal-investiment.

Minn perspettiva baġitarja, huwa vitali li dan il-qafas il-ġdid ikun appoġġjat mill-istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali bl-aħjar mod possibbli. Għalhekk mhux biżżejjed li jsiru regoli ġodda. Dawn ir-regoli l-ġodda jridu wkoll ikunu kkomplementati b’riżorsi finanzjarji u umani biżżejjed ħalli jkun implementat qafas ġdid.

Il-proposta preżenti teħtieġ lill-Awtorità Bankarja Ewropea (i) tiżviluppa madwar 23 standard tekniku u 5 linji gwida (ii) tieħdu sehem fil-kulleġġi tar-riżoluzzjoni, jieħdu deċiżjonijiet f'każ ta' nuqqas ta' qbil u teżerċita medjazzjoni vinkolanti u (iii) tipprovdi għar-rikonoxximent ta' proċeduri ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi skont l-Artikolu 85 u tikkonkludi qafas nonvinkolanti ta' arranġamenti ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 88. L-istandards tekniċi għandhom jitlestew sa 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, li qed jiġi pproġettat li tidħol fis-seħħ bejn Ġunju u Diċembru 2013. Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi kompiti fit-tul għall-Awtorità Bankarja Ewropea li se jeħtieġu l-ħolqien ta’ 5 karigi addizzjonali (aġenti temporanji) sa mill-2014. Barra minn hekk, 11-il esperti nazzjonali sekondat huma previsti biex iwettqu kompiti temporanji limitati għall-2014 u l-2015.

Ir-rapporteur tappoġġjaw dawn il-postijiet il-ġodda billi huma meħtieġa għall-implementazzjoni tal-kompiti l-ġodda tal-aġenzija. B’danakollu, billi l-għan aħħari tal-kompiti l-ġodda se jkun magħruf biss fi tmiem il-proċedura leġiżlattiva, il-Kummissjoni se tkun mitluba tippreżenta rendikont finanzjarju li jqis b’mod komplet ir-riżult tal-ftehim leġiżlattiv bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jkunu sodisfatti r-rekwiżiti baġitarji u ta’ persunal fl-Awtorità u fis-servizzi tal-Kummissjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu – 1 a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

- 1a. Jisħaq fuq il-fatt li l-punt 47 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba1 għandu japplika għall-estensjoni tal-mandat tal-Awtorità Bankarja Ewropea; jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva favur tali estensjoni tkun bla ħsara għad-deċiżjonijiet tal-awtorità tal-baġit fil-kuntest tal-proċedura annwali tal-baġit;

 

________________

 

1 ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

Emenda 2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu – 1 b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

- 1b. Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta rendikont finanzjarju ġdid li jikkunsidra b'mod sħiħ ir-riżultat tal-ftehim leġiżlattiv bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jintlaħqu r-rekwiżiti baġitarji u dawk tal-persunal tal-Awtorità Bankarja Ewropea u tas-servizzi tal-Kummissjoni;

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) L-ABE għandha tingħata r-riżorsi finanzjarji u umani xierqa, sabiex tkun tista' tissodisfa b'mod adegwat il-kompiti addizzjonali assenjati lilha skont din id-Direttiva. Għal dan il-għan, il-proċedura għall-istabbiliment, l-implimentazzjoni u l-kontroll tal-baġit tagħha kif stabbilita fl-Artikoli 63 u 64 tar-Regolament (KE) Nru 1093/2010, għandha tqis kif dovut dawn il-kompiti. L-awtorità baġitarja għandha tiżgura li jiġu ssodisfati l-aqwa standards ta' effiċjenza.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b) In-nefqa tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (l-ABE, l-AEAPX u l-AETS) li għandu x'jaqsam mal-kompiti tagħhom għandu jiġi kopert billi jiġu imposti tariffi fuq l-istituzzjonijiet ta' kreditu. L-ammont tat-tariffa imposta fuq istituzzjoni ta’ kreditu għandha tkun proporzjonata mal-importanza u l-profil tar-riskju tal-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata. Dawn it-tariffi għandhom jiġu imposti flimkien ma' kwalunkwe tariffa li titħallas lill-Awtoritajiet fil-każi speċifikati fl-istrumenti rilevanti tad-dritt tal-Unjoni. L-ammont globali tat-tariffi li jitħallsu lill-Awtoritajiet m'għandux jaqbeż l-infiq tagħhom. It-talbiet mill-Kummissjoni Ewropea għal analiżi tal-impożizzjoni ta' drittijiet fl-aġenziji kkonċernati se jkunu ppreżentati fl-ewwel kwart tal-2013.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 15c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15c) Waqt perjodu ta' tranżizzjoni mill-kofinanzjament nazzjonali għall-finanzjament parzjali mit-tariffi, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (l-ABE, l-AEAPX u l-AETS) għandhom ikunu totalment finanzjati mill-baġit tal-Unjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment u emenda tad-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Referenzi

COM(2012)0280 – C7-0136/2012 – 2012/0150(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

5.7.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

5.7.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jutta Haug

6.9.2012

Data tal-adozzjoni

4.12.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Zuzana Brzobohatá, Jean-Luc Dehaene, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Ivars Godmanis, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, George Lyon, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Dominique Riquet, Alda Sousa, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Edit Herczog, Jürgen Klute, María Muñiz De Urquiza, Georgios Papastamkos, Paul Rübig, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis, Theodor Dumitru Stolojan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Giancarlo Scottà, Csaba Sógor

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI (25.2.2013)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010
(COM(2012)0280 – C7-0136/2012– 2012/0150(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Dimitar Stoyanov

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal Direttiva se tistabbilixxi regoli tal-UE għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment f’każ li dawn ifallu. Il-mekkaniżmu propost għal dan l-għan għandu l-għan li jipproteġi s-sistema bankarja u finanzjarja tal-UE u jnaqqas kemm jista’ jkun l-ispejjeż għall-kontribwenti. Il-proposta tal-Kummissjoni hija raġonevoli, safejn tipprova toħloq serje ta’ strumenti maħsuba għar-riżoluzzjoni tal-fallimenti bankarji, li jiġġieldu kontra l-kriżi sistemika tas-settur bankarju filwaqt li titqies il-ħtieġa, fl-interess tas-suq u tas-soċjetà, li s-servizzi bankarji ewlenin jiġu ppreservati filwaqt li jiġu limitati l-każijiet fejn l-istituzzjonijiet li qed ifallu jibbenefikaw minn għajnuna mill-Istat. L-emendi proposti għandhom l-għan li jtejbu ċerti elementi mhux preċiżi u xi aspetti tal-proposta abbozzata mill-Kummissjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Is-swieq finanzjarji tal-Unjoni huma integrati u interkonnessi ferm, b’ħafna istituzzjonijiet ta’ kreditu joperaw b’mod estensiv lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Huwa probabbli li l-falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu transfruntiera jaffettwa l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji fl-Istati Membri differenti fejn topera. L-inabbiltà tal-Istati Membri li jieħdu l-kontroll ta' istituzzjoni ta’ kreditu li qed tfalli u jirriżolvuha b’mod li effettivament jipprevjeni ħsara sistemika usa’ tista’ thedded il-fiduċja reċiproka tal-Istati Membri u l-kredibbiltà tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. L-istabbiltà tas-swieq finanzjarji hija, għalhekk, kundizzjoni essenzjali għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

(2) Is-swieq finanzjarji tal-Unjoni huma integrati u interkonnessi ferm, b’ħafna istituzzjonijiet ta’ kreditu joperaw b’mod estensiv lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Huwa probabbli li l-falliment ta’ istituzzjoni ta’ kreditu transfruntiera jaffettwa l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji fl-Istati Membri differenti fejn topera. L-inabbiltà tal-Istati Membri li jieħdu l-kontroll ta' istituzzjoni ta’ kreditu li qed tfalli u jirriżolvuha b’mod li effettivament jipprevjeni ħsara sistemika usa’ tista’ thedded il-fiduċja reċiproka tal-Istati Membri u l-fiduċja tal-kontribwenti fir-rigward tas-suq intern fil-qasam tas-servizzi finanzjarji. L-istabbiltà tas-swieq finanzjarji hija, għalhekk, kundizzjoni essenzjali għall-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern.

Ġustifikazzjoni

L-għan ta’ dan il-qafas politiku huwa li l-awtoritajiet kompetenti jiġu mgħammra b'għodod u b’setgħat komuni u effettivi biex jindirizzaw kriżijiet bankarji minn qabel, jippreservaw l-istabbiltà finanzjarja u jimminimizzaw l-iskopertura tal-kontribwenti għat-telf.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) L-ippjanar tar-riżoluzzjoni huwa komponent essenzjali ta' riżoluzzjoni effettiva. L-awtoritajiet għandu jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jippjanaw kif il-funzjonijiet essenzjali ta' istituzzjoni jew ta' grupp transfruntier jistgħu jiġu iżolati mill-bqija tan-negozju u ttrasferiti sabiex jiġu żgurati l-preżervazzjoni u l-kontinwazzjoni ta' funzjonijiet essenzjali. Ir-rekwiżit li jitħejja pjan ta’ riżoluzzjoni għandu madankollu jiġi ssimplifikat u jirrifletti l-importanza sistemika tal-istituzzjoni jew il-grupp.

(18) L-ippjanar tar-riżoluzzjoni huwa komponent essenzjali ta' riżoluzzjoni effettiva. L-awtoritajiet għandu jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jippjanaw kif il-funzjonijiet essenzjali ta' istituzzjoni jew ta' grupp transfruntier jistgħu jiġu iżolati mill-bqija tan-negozju u ttrasferiti sabiex jiġu żgurati l-preżervazzjoni u l-kontinwazzjoni ta' funzjonijiet essenzjali. Ir-rekwiżit li jitħejja pjan ta' riżoluzzjoni għandu madankollu jkun proporzjonali għall-importanza sistemika tal-istituzzjoni jew il-grupp.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jaġġornaw il-pjanijiet ta' rkupru tagħhom tal-anqas darba fis-sena jew wara bidla fl-istruttura legali jew organizzazzjonali tal-istituzzjoni, in-negozju jew is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, li jista' jkollha effett materjali fuq il-pjan ta' rkupru jew teħtieġ bidla fih. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jaġġornaw il-pjanijiet ta’ rkupru tagħhom aktar ta' spiss.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jaġġornaw il-pjanijiet ta' rkupru tagħhom tal-anqas darba fis-sena jew wara bidla fl-istruttura legali jew organizzazzjonali tal-istituzzjoni, in-negozju jew is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha, li jista' jkollha effett materjali fuq il-pjan ta' rkupru jew teħtieġ bidla fih. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet jaġġornaw il-pjanijiet ta' rkupru tagħhom aktar ta' spiss f'każ li dan ikun neċessarju għall-istabbiltà tas-swieq finanzjarji.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun evitat ir-riskju li l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu lill-istituzzjonijiet ta' kreditu u lid-ditti ta' investiment jaġġornaw il-pjanijiet ta' rkupru tagħhom spiss wisq – għajr fil-każ li l-aġġornament huwa essenzjali għall-istabbiltà ġenerali tas-swieq finanzjarji – bil-għan li l-istituzzjonijiet u d-ditti ma jitgħabbewx bla bżonn b'burokrazija żejda.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Artikolu 75 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li d-dokumenti li jagħtu prova tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 4 jitbagħtu lill-azzjonisti u l-kredituri magħrufa tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

5. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li d-dokumenti li jagħtu prova tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 4 jintbagħtu fi żmien utli lill-azzjonisti u l-kredituri magħrufa tal-istituzzjoni taħt riżoluzzjoni.

Ġustifikazzjoni

Emenda intiża li tisħaq fuq il-bżonn li l-azzjonisti u l-kredituri jiġu infurmati dwar il-provi tal-istrument li permezz tiegħu l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun ittieħdet.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 76 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

г) impjegati jew eksimpjegati tal-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a) u (b);

г) impjegati jew eksimpjegati tal-awtoritajiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c);

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti dwar ir-rispett tas-sigriet professjonali m’għandhomx japplikaw biss għall-impjegati jew l-eks impjegati tal-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni, tal-awtoritajiet kompetenti u tal-ABE, iżda wkoll għal dawk tal-ministeri kompetenti.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Artikolu 78 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) id-deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tkun infurzabbli minnufih u ma għandhiex tkun soġġetta għal ordni ta' sospensjoni maħruġa minn qorti;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' stħarriġ ġudizzjarju ta' deċiżjoni ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni, mhuwiex opportun li jiġi limitat id-dritt ta' qorti li tissospendi l-azzjoni ta' riżoluzzjoni jekk jinstab ksur tar-regoli.

Emenda 7

Proposta għal direttiva

Artikolu 103 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 2, 4, 28, 37, 39, 43, 86, 94, 97 u 98 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikoli 2, 4, 28, 37, 39, 43, 86, 94, 97 u 98 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f’perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Huwa neċessarju li jiġi estiż iż-żmien previst li fih jistgħu jitqajmu l-oġġezzjonijiet, sabiex il-Parlament u l-Kunsill ikunu jistgħu jistudjaw bir-reqqa l-att delegat u jiddeterminaw jekk l-adozzjoni tiegħu f'dik il-forma hijiex xierqa u korretta.

PROĊEDURA

Titolu

Qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u emenda tad-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Referenzi

COM(2012)0280 – C7-0136/2012 – 2012/0150(COD)

Kumitat responsabbli

Data mħabbra fis-seduta plenarja

ECON

5.7.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

Data mħabbra fis-seduta plenarja

JURI

5.7.2012

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Dimitar Stoyanov

18.9.2012

Data tal-adozzjoni

21.2.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Françoise Castex, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Antonio López-Istúriz White, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Eva Lichtenberger, József Szájer

PROĊEDURA

Titolu

Qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti tal-investiment u emenda tad-Direttivi tal-Kunsill 77/91/KEE u 82/891/KE, id-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE u 2011/35/KE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010

Referenzi

COM(2012)0280 – C7-0136/2012 – 2012/0150(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

6.6.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

5.7.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

5.7.2012

IMCO

5.7.2012

JURI

5.7.2012

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

10.7.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Gunnar Hökmark

10.5.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

19.9.2012

6.11.2012

22.1.2013

11.3.2013

 

7.5.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.5.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Elena Băsescu, Sharon Bowles, Udo Bullmann, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Liem Hoang Ngoc, Gunnar Hökmark, Syed Kamall, Othmar Karas, Wolf Klinz, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Hans-Peter Martin, Arlene McCarthy, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Dorfmann, Vicky Ford, Roberto Gualtieri, Danuta Maria Hübner, Sophia in ‘t Veld, Marisa Matias, Sirpa Pietikäinen, Catherine Stihler, Rui Tavares, Nils Torvalds

Data tat-tressiq

14.10.2013