RAKKOMANDAZZJONI dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri jirratifikaw, jew jaċċedu għall-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għad-Danni Nukleari tal-21 ta' Mejju 1963, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, u biex jagħmlu dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli interni rilevanti tal-liġi tal-Unjoni

5.6.2013 - (06206/2013 – C7-0063/2013 – 2012/0262(NLE)) - ***

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Alajos Mészáros

Proċedura : 2012/0262(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0198/2013
Testi mressqa :
A7-0198/2013
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lil ċerti Stati Membri jirratifikaw, jew jaċċedu għall-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għad-Danni Nukleari tal-21 ta' Mejju 1963, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, u biex jagħmlu dikjarazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli interni rilevanti tal-liġi tal-Unjoni

(06206/2013 – C7-0063/2013 – 2012/0262(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06206/2013),

–   wara li kkunsidra l-Protokoll tat-12 ta' Settembru 1997 li jemenda l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Responsabbiltà Ċivili għad-Danni Nukleari tal-21 ta' Mejju 1963 (06658/2013),

–   wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikoli 81(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0063/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0198/2013),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-responsabbiltà nukleari internazzjonali hija ggvernata permezz ta' żewġ strumenti: il-Konvenzjoni ta' Vjenna u l-Konvenzjoni ta' Pariġi dwar ir-Responsabbiltà tat-Terza Parti fil-qasam tal-enerġija nukleari tal-1960. Dawn iż-żewġ konvenzjonijiet huma msejsin fuq l-istess prinċipji ewlenin dwar is-sustanza. Il-Konvenzjoni ta' Vjenna ġiet adottata biex tipprovdi kumpens adegwat u ġust lill-vittmi tad-dannu kkawżat b'inċident nukleari billi waqqfet sistema speċjali ta' responsabbiltà ċivili fil-qasam tal-enerġija nukleari.

Il-Protokoll adottat fit-12 ta' Settembru 1997 taħt il-patroċinju tal-Aġenzija Internazzjonali dwar l-Enerġija Atomika fil-Konvenzjoni ta' Vjenna jinkludi dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi, li jaffettwaw id-dispożizzjonijiet li jinsabu fid-dritt tal-UE, b'mod partikolari r-Regolament Brussell I[1]. L-Unjoni għalhekk għandha l-kompetenza esklużiva fuq dawk id-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Protokoll u l-Istati Membri ma jistgħux isiru partijiet kontraenti għall-Protokoll f'dak li għandu x'jaqsam ma' dawk id-dispożizzjonijiet.

Biex jiġi indirizzat in-nuqqas persistenti ta' uniformità fost l-Istati Membri fir-rigward tar-regoli li jiggvernaw il-proċedura għar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fil-qasam tad-dannu nukleari, il-Kummissjoni ħadet l-impenn li, fi proposta futura, tqis l-estensjoni tas-soluzzjoni sabiex tingħata preċedenza lir-regoli tal-Unjoni lill-Istati Membri li rratifikaw il-Protokoll tal-1997 qabel is-sħubija tagħhom fl-UE, jiġifieri l-Latvja u r-Rumanija, u lil Stati Membri li huma Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Pariġi.

Il-Kunsill għalhekk qed jipproponi li l-Istati Membri li huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ta’ Vjenna, jiġifieri l-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, l-Ungerija, il-Litwanja, il-Polonja u s-Slovakkja, jitħallew jirratifikaw jew jikkonkludu l-Protokoll tal-1997. Soluzzjoni simili kienet issuġġerita fir-rigward tal-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni ta' Pariġi fl-2004.

Skont l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill, ir-Renju Unit u l-Irlanda se jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tagħha, skont il-Protokoll Nru 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), filwaqt li d-Danimarka mhix se tieħu sehem fl-adozzjoni u mhux se tkun marbuta minnha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, skont il-Protokoll Nru 22 tat-TFUE.

Bi qbil mal-Artikolu 81(2) u l-Artikolu 218(6)(a) TFUE, l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament peress li l-ftehim ikopri kwistjonijiet b'rabta ma' rikonoxximent reċiproku ta' sentenzi, qasam li tapplika għalih il-proċedura leġiżlattiva ordinarja skont l-Artikolu 81(2)(a) TFUE.

Ir-rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill sabiex il-partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Vjenna jkunu jistgħu jikkonkludu l-Protokoll tal-1997.

  • [1]  Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

30.5.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Mary Honeyball, Eva Lichtenberger, József Szájer, Axel Voss