RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi
5.6.2013 - (COM(2012)0381 – C7‑0187/2012 – 2012/0185(COD)) - ***I
Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
Rapporteur: Vilja Savisaar-Toomast
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE dwar id-dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi
(COM(2012)0381 – C7‑0187/2012 – 2012/0185(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0381),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0187/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Ċiprijott u mis-Senat u mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012[1],
– wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0199/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 3 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(3) Għandha tiġi introdotta l-possibbiltà li tiġi kkanċellata reġistrazzjoni ta’ vettura fil-każijiet fejn, fost oħrajn, vettura ġiet irreġistrata mill-ġdid fi Stat Membru ieħor jew ġiet żarmata jew skreppjata. |
(3) Għandha tiġi introdotta l-possibbiltà li tiġi kkanċellata reġistrazzjoni ta’ vettura fl-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tagħha fil-każijiet fejn, fost oħrajn, vettura ġiet irreġistrata mill-ġdid fi Stat Membru ieħor jew ġiet żarmata jew skreppjata. | |||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 4 | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
(4) Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-informazzjoni relatata mal-vetturi għandha tinżamm f'reġistri nazzjonali. |
(4) Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u jiġi ffaċilitat l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, l-informazzjoni relatata mal-vetturi għandha tinżamm f'reġistri elettroniċi nazzjonali. | |||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 4a (ġdida) | ||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||
|
| |||||||||||||||||||||
|
(4a) Billi, sabiex jiġu ffaċilitati dawk il-kontrolli intenzjonati speċifikament biex jiġġieldu kontra l-qerq u l-kummerċ illeċitu ta’ vetturi misruqa u sabiex isir kontroll tal-validità taċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali, huwa xieraq li tiġi stabbilita kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, ibbażata fuq skambju effettiv ta' informazzjoni, billi jintużaw bażijiet ta’ dejta elettroniċi nazzjonali; | |||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Sabiex tinħoloq il-possibilità li jsir kontroll tal-validità taċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali jeħtieġ li jitrawwam l-użu ta’ bażijiet ta’ dejta elettroniċi kemm f’kull Stat Membru kif ukoll bejn l-Istati Membri. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 2 Direttiva 1999/37/KE Artikolu 2 – punti (e) u (f) | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
(Skont din l-emenda ‘irtirar’ għandha tiġi sostitwita minn ‘sospensjoni’ fit-test kollu kemm hu.) | ||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 1999/37/KE Artikolu 3 – paragrafu 4 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 1999/37/KE Artikolu 3a – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 3 Direttiva 1999/37/KE Artikolu 3a – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 4 Direttiva 1999/37/KE Artikolu 5 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
F’każ ta’ reġistrazzjoni mill-ġdid ta’ vettura fi Stat Membru ieħor jew fejn sid il-vettura jinbidel, il-kundizzjonijiet tekniċi tal-vettura ma jinbidlux u għalhekk il-validità taċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali għandha tkun rikonoxxuta u ddikjarata fuq iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni l-ġdid. Madankollu, peress li l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jsiru intervalli ta' ttestjar aktar frekwenti milli previst fil-proposta għal regolament dwar it-testijiet tal-affidabilità stradali, ir-rikonoxximent reċiproku tal-validità għandu jkun soġġett għall-fatt li l-frekwenza tal-ittestjar mhijiex inqas fl-Istat Membru oriġinali milli hi fl-Istat Membru fejn issir ir-reġistrazzjoni mill-ġdid. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 5 Direttiva 1999/37/KE Artikolu 7 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 6a (ġdid) Direttiva 1999/37/KE Artikolu 9 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Sabiex tinħoloq il-possibilità li jsir kontroll tal-validità taċ-ċertifikat tal-affidabilità stradali jeħtieġ li jitrawwam l-użu ta’ bażijiet ta’ dejta elettroniċi kemm f’kull Stat Membru kif ukoll bejn l-Istati Membri. | ||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – punt 6b (ġdid) Direttiva 1999/37/KE Anness I – Punt II.5 | ||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||
Bil-għan li titnaqqas il-burokrazija u biex titħaffef il-ħajja ta’ kuljum tal-utenti tal-vetturi jeħtieġ li jiddaħħlu l-prova tal-aħħar test tal-affidabilità stradali u d-data għat-test li jmiss tal-affidabilità stradali (li tkun turi l-validità tat-test tal-affidabilità stradali) fuq iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni. B’hekk tingħata l-possibilità lill-awtoritajiet li ma joħorġux dokument ieħor addizzjonali li jkun jiddikjara li ċ-ċertifikat tal-affidabilità huwa validu, u li l-utenti tal-vettura għandhom iġorru magħhom il-ħin kollu. |
- [1] ĠU C44, 15.2.2013, p.128.
NOTA SPJEGATTIVA
L-Objettivi tal-Proposta
Din il-proposta bħala parti mill-‘Pakkett tal-Affidabilità Stradali’ għandha l-għan li tappoġġja u tinforza l-ittestjar tal-affidabilità stradali tal-vetturi bil-mutur bil-ħsieb li ssaħħaħ is-sikurezza stradali u l-ħarsien ambjentali. Hija ttejjeb l-infurzar tas-sistema tal-ittestjar tal-affidabilità stradali u tal-ispezzjoni waqt it-traġitt, l-aktar fil-każ fejn il-kundizzjoni teknika ta' vettura toħloq riskju imminenti għas-sikurezza stradali, permezz ta' miżuri bħalma huma l-irtirar temporanju jew il-kanċellazzjoni permanenti tar-reġistrazzjoni tal-vettura.
Qabel ma vettura titħalla titqiegħed fis-suq, trid tissodisfa r-rekwiżiti kollha ta' approvazzjoni tat-tip rilevanti jew dawk individwali li jiggarantixxu l-aqwa livell ta' standards ta' sikurezza u ambjentali. Kull Stat Membru għandu l-obbligu li, għall-ewwel darba, jirreġistra kwalunkwe vettura li tirċievi l-approvazzjoni tat-tip Ewropea fuq il-bażi taċ-"Ċertifikat ta' Konformità" li jinħareġ mill-produttur tal-vettura. Din ir-reġistrazzjoni hija l-awtorizzazzjoni uffiċjali għall-użu fit-toroq pubbliċi u tinforza d-dati differenti ta’ introduzzjoni tar-rekwiżiti tal-vetturi differenti.
Matul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ vettura, din tista' tkun suġġetta għar-reġistrazzjoni mill-ġdid, minħabba tibdil fis-sjieda jew trasferiment minn Stat Membru għall-ieħor għall-użu permanenti. Għandhom jiġu introdotti dispożizzjonijiet simili dwar il-proċedura għal reġistrazzjoni ta' vettura biex ikun żgurat li vetturi li jippreżentaw riskju immedjat għas-sikurezza fit-toroq ma jintużawx fit-toroq.
L-objettiv tar-reġistrazzjoni tal-vetturi huwa li jiġi awtorizzat l-użu ta’ vettura fit-traffiku stradali. Din l-awtorizzazzjoni ssir viżibbli permezz tat-twaħħil tal-pjanċa tan-numru tar-reġistrazzjoni mal-vettura u l-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni.
In-Novitajiet tal-Proposta
Meta mqabbla mal-att eżistenti[1], il-proposta tipprovdi għal definizzjonijiet aktar preċiżi dwar il-post tar-reġistrazzjoni tal-vetturi, u tintroduċi l-irtirar u l-kanċellazzjoni taċ-ċertifikati ta' reġistrazzjoni.
L-irtirar jiżgura li l-vetturi li jikkostitwixxu riskju immedjat għas-sikurezza stradali ma jkunux permessi fit-triq billi r-reġistrazzjoni tagħhom tiġi rtirata sakemm jerġgħu jgħaddu b’suċċess minn test ieħor tal-affidabilità stradali. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, ma għandux ikun meħtieġ li wieħed jerġa’ jgħaddi mill-proċess tar-reġistrazzjoni meta jitneħħa l-irtirar.
Barra minn hekk, ir-reġistrazzjoni oriġinali tal-vetturi li jkunu ġew irreġistrati mill-ġdid fi Stat Membru ieħor tiġi kkanċellata b’mod awtomatiku. Dan jevita r-reġistrazzjonijiet paralleli fi Stati Membri differenti. Ir-reġistrazzjonijiet ta’ vetturi li, wara test perjodiku tal-affidabilità stradali, jkun hemm il-ħtieġa li jiġu skreppjati u dawk notifikati bħala ‘vetturi li m’għadhomx jintużaw’ għandhom jiġu kkanċellati wara li ssir in-notifika tal-kanċellazzjoni.
Il-proposta tistipula wkoll rekwiżiti ġodda dwar il-bażijiet ta’ dejta elettroniċi tar-reġistrazzjonijiet u s-segwitu tar-riżultati tat-testijiet tal-affidabilità stradali, ir-reġistrazzjoni mill-ġdid u d-distruzzjoni tal-vetturi.
Il-Kummissjoni għandha jkollha s-setgħa li, permezz ta’ atti ddelegati, taġġorna l-annessi filwaqt li tqis l-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE fir-rigward tal-kontenut taċ-ċertifikati ta’ konformità kif ukoll il-progress teknoloġiku.
Il-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tar-rapporteur
Ir-Rapporteur tagħkom tappoġġja l-Proposta tal-Kummissjoni u tipproponi xi emendi sabiex tkun aktar koerenti mal-leġiżlazzjoni eżistenti u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv.
Ir-Rapporteur tagħkom tissuġġerixxi li jitnaqqas id-daqs taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni u li jsir l-immarkar ta’ ħolqa elettronika għat-testijiet tal-affidabilità stradali ħalli jitnaqqsu l-karti li s-sewwieqa jridu jġorru magħhom il-ħin kollu. Hija taqbel li jiġu stabbiliti l-bażijiet ta’ dejta elettroniċi, madankollu, tixtieq li dawn il-bażijiet ta’ dejta nazzjonali kollha jiġu konnessi ma’ Stati Membri oħra ħalli l-identifikazzjoni tal-vettura ssir aktar faċli.
F’dak li jirrigwarda l-kanċellazzjoni ta’ reġistrazzjoni r-Rapporteur tagħkom tixtieq tiġbdilkom l-attenzjoni għall-fatt li l-istatus ġuridiku u r-responsabilità għad-danni wara li l-vettura tkun inbiegħet, imma qabel iż-żmien li ssir ir-reġistrazzjoni mhuwiex regolat biżżejjed f’kull Stat Membru. Għalhekk għandu jkun possibbli għas-sid tal-vettura li jikkanċella r-reġistrazzjoni ta’ vettura hu stess ħalli jkun eżentat minn responsabilità ulterjuri.
Fuq il-linji tal-ġudizzju tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Kummissjoni v. Il-Pajjiżi l-Baxxi (C-297/05), ir-Rapporteur tagħkom temmen li l-validità tat-testijiet tal-affidabilità stradali għandha tkun rikonoxxuta b'mod reċiproku mill-Istati Membri kollha.
Fl-aħħar imma mhux l-inqas, ir-Rapporteur tagħkom tissuġġerixxi li d-delega ta’ setgħat titnaqqas għal perjodu ta’ ħames snin li jiġġedded minflok il-perjodu indeterminat.
- [1] Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi, kif emendata.
PROĊEDURA
Titolu |
Dokumenti ta’ reġistrazzjoni għall-vetturi |
||||
Referenzi |
COM(2012)0381 – C7-0187/2012 – 2012/0185(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
10.7.2012 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
TRAN 11.9.2012 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 11.9.2012 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
IMCO 18.9.2012 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Vilja Savisaar-Toomast 3.10.2012 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
18.12.2012 |
22.1.2013 |
19.3.2013 |
23.4.2013 |
|
Data tal-adozzjoni |
30.5.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
39 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Patricia van der Kammen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Phil Bennion, Spyros Danellis, Isabelle Durant, Janusz Władysław Zemke |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
George Sabin Cutaş |
||||
Data tat-tressiq |
5.6.2013 |
||||