RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej

5.6.2013 - (COM(2012)0712 – C7‑0393/2012 – 2012/0336(COD)) - ***I

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Ingeborg Gräßle


Proċedura : 2012/0336(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0200/2013
Testi mressqa :
A7-0200/2013
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej

(COM(2012)0712 – C7‑0393/2012 – 2012/0336(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0712),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0393/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-7 ta' Frar 2013[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A7-0200/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, partiti politiċi Ewropej għandha tfisser l-entitajiet ikkostitwiti u rreġistrati bħala tali skont ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, partiti politiċi Ewropej għandha tfisser l-entitajiet irreġistrati bħala tali skont ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Il-formazzjoni ta' partiti politiċi fil-livell Ewropew isseħħ b'mod indipendenti mir-reġistrazzjoni formali tagħhom, għalkemm jiksbu l-istatus ġuridiku tagħhom ta' partiti politiċi Ewropej biss permezz tar-reġistrazzjoni formali.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti mill-baġit jistgħu jingħataw lil partiti politiċi Ewropej fil-kuntest tal-kontribut tagħhom għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni.

2. Kontribuzzjonijiet finanzjarji diretti mill-baġit jistgħu jingħataw lil partiti politiċi Ewropej fil-kuntest tal-kontribut tagħhom għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej*.

 

____________

 

* ĠU L ...

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintużaw biss biex jitħallas lura perċentwal tal-ispejjeż operattivi ta’ partiti politiċi Ewropej marbutin direttament mal-għanijiet ta’ dawn il-partiti. Il-kontribuzzjonijiet m’għandhomx jintużaw biex jagħtu direttament jew indirettament xi vantaġġ personali, fi flus jew in natura, lil xi Membru individwali jew lill-persunal ta’ partit politiku Ewropew.

1. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintużaw biss biex jitħallas lura perċentwal tal-ispejjeż operattivi ta’ partiti politiċi Ewropej marbutin direttament mal-għanijiet ta’ dawn il-partiti. Dawn l-ispejjeż rimborżabbli għandhom jinkludu l-infiq amministrattiv u l-infiq marbut ma', inter alia, l-assistenza teknika, il-laqgħat, l-avvenimenti, inklużi l-avvenimenti transkonfinali u dawk konġunti mal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew, l-informazzjoni, il-pubblikazzjonijiet, ir-riċerka u l-istudji, il-kampanji mmexxija fil-kuntest tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, u l-kampanji għar-referendums f'livell Ewropew. L-infiq marbut mal-kampanji mmexxija fil-kuntest tal-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għandhom jiġu rimborżati bi qbil mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu [17] tar-Regolament (UE) Nru [...] dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej. B'mod eċċezzjonali, il-kontribuzzjonijiet jistgħu jintużaw ukoll biex jiffinanzjaw kampanji għal referendums nazzjonali, reġjonali jew lokali, sakemm is-suġġett tar-referendum ikkonċernat ikun il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-funzjonament ta' istituzzjoni tal-Unjoni jew ir-ratifika ta' tibdiliet għat-trattati tal-Unjoni.

 

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Aġġornament tal-emenda 1 tar-rapporteur b'segwitu għall-votazzjoni dwar ir-rapport Giannakou (ara l-emenda 68 [Art. 18(3)] ta' dan ir-rapport).

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204b - paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jintużaw għar-rimborż tal-infiq relatat mal-kuntratti konklużi mill-partiti politiċi Ewropej, sakemm ma jkun kien hemm l-ebda kunflitt ta' interess meta ngħataw.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tirreferi għal punt li għamlet il-Qorti tal-Awdituri fil-paragrafu 5 tal-Opinjoni tagħha Nru 1/2013, dwar il-possibbiltà ta' donazzjonijiet lill-partiti politiċi Ewropej minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jipprovdu prodotti u servizzi lill-istituzzjonijiet tal-UE.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontribuzzjonijiet m’għandhomx jintużaw sabiex jiffinanzjaw l-attivitajiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari partiti politiċi nazzjonali jew fondazzjonijiet politiċi f’livell Ewropew jew nazzjonali, kemm jekk fil-forma ta’ għotjiet, donazzjonijiet, self jew kwalunkwe ftehim simili ieħor.

2. Il-kontribuzzjonijiet m’għandhomx jintużaw biex jagħtu direttament jew indirettament xi vantaġġ personali, fi flus jew in natura, lil kwalunkwe membru individwali jew lill-persunal ta’ partit politiku Ewropew. Il-kontribuzzjonijiet m'għandhomx jintużaw sabiex jiffinanzjaw direttament jew indirettament l-attivitajiet ta' partijiet terzi, b'mod partikolari partiti politiċi nazzjonali jew fondazzjonijiet politiċi f'livell Ewropew jew nazzjonali, kemm jekk fil-forma ta' għotjiet, donazzjonijiet, self jew kwalunkwe ftehim simili ieħor. Il-kontribuzzjonijiet ma għandhomx jintużaw biex jiffinanzjaw direttament jew indirettament elezzjonijiet, kandidati jew kampanji għal referendums fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali, għajr kif previst fil-paragrafu 1 dwar il-kampanji għal referendums relatati mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni jew mat-tibdiliet għat-trattati tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Aġġornament tal-emenda 3 tar-rapporteur b'segwitu għall-votazzjoni dwar ir-rapport Giannakou (ara l-emenda 68 [Art. 18(3)] ta' dan ir-rapport).

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204b – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-partiti politiċi Ewropej li jirċievu kontribuzzjoni ma għandhomx jirċievu fondi oħra mill-baġit għall-istess skopijiet. Fi kwalunkwe każ, l-ebda spiża ma tista’ tiġi ffinanzjata darbtejn mill-baġit.

5. Il-partiti politiċi Ewropej li jirċievu kontribuzzjoni ma għandhomx jirċievu direttament jew indirettament fondi oħra mill-baġit. B'mod partikolari, id-donazzjonijiet mill-baġits tal-gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew għandhom jiġu pprojbiti. Fi kwalunkwe każ, l-ebda element ta' spiża ma jista’ jiġi ffinanzjat darbtejn mill-baġit.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tirreferi għal punt li għamlet il-Qorti tal-Awdituri fil-paragrafu 16 tal-Opinjoni tagħha, li fiha tirrakkomanda li jiġi iddikkjarat b'mod aktar ċar li l-partiti politiċi Ewropej li jirċievu kontribuzzjoni mill-baġit tal-UE m'għandhomx jirċievu fondi oħra mill-baġit. Barra minn hekk, il-projbizzjoni ta' donazzjonijiet mill-baġits tal-gruppi politiċi fil-PE, kif previst fl-Artikolu 15(5)(b) tal-proposta tal-Kummissjoni COM(2012)0499, qed tiġi mtennija, bl-għan li jkun hemm aktar koerenza bejn iż-żewġ testi leġiżlattivi.

Emenda                     7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu mit-taqsima tal-baġit tal-Parlament Ewropew.

Il-kontribuzzjonijiet għandhom jitħallsu mit-taqsima tal-baġit tal-Parlament Ewropew. L-approprjazzjonijiet imwarrba għall-korpi jew l-esperti ta' awditjar esterni indipendenti msemmijin fl-Artikolu [19] tar-Regolament (UE) Nru [...] dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandhom jiġu addebitati direttament lill-baġit tal-Parlament Ewropew.

 

It-tali korpi jew esperti għandhom jintgħażlu minn qabel, jingħataw mandat u jitħallsu mill-Parlament Ewropew, bla ħsara għall-Artikolu [19] ta' dak ir-Regolament.

 

L-ebda korp jew espert m'għandu jitqabbad għal aktar minn ħames snin konsekuttivi.

 

 

 

 

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204e – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-applikazzjonijiet għall-kontribuzzjoni għandhom jintbagħtu bil-miktub, inkluż, fejn xieraq, f'format elettroniku sikur.

1. L-applikazzjonijiet għall-kontribuzzjoni għandhom jintbagħtu kif dovut fil-ħin bil-miktub, inkluż, fejn xieraq, f'format elettroniku sikur.

Emenda                      9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204e – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jkun megħjun minn kumitat biex jevalwa u jistabbilixxi d-deċiżjoni tal-għotja. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jispeċifika r-regoli dwar is-sura, il-ħatra u l-funzjonament ta’ dan il-kumitat, u r-regoli li jimpedixxu kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.

5. L-uffiċjal awtorizzanti jista’ jkun megħjun minn kumitat biex jevalwa u jistabbilixxi d-deċiżjoni tal-għotja. L-uffiċjal awtorizzanti għandu jispeċifika, bir-rispett dovut għall-prinċipji ta' trasparenza u trattament indaqs, ir-regoli dwar is-sura, il-ħatra u l-funzjonament ta' dan il-kumitat, u r-regoli li jimpedixxu kwalunkwe kunflitt ta' interessi.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204f – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinforma lill-applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom. Jekk it-talba għall-kontribuzzjoni tiġi miċħuda jew l-ammonti mitluba ma jingħatawx kemm parzjalment jew kompletament, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jagħti r-raġunijiet jew għaliex l-applikazzjoni ma ntlaqgħetx jew għaliex l-ammonti mitluba ma ngħatawx, b'mod partikolari b’referenza għall-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ għotja msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4. L-uffiċjal awtorizzanti responsabbli għandu jinforma lill-applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom. Jekk it-talba għall-kontribuzzjoni tiġi miċħuda jew l-ammonti mitluba ma jingħatawx kemm parzjalment jew kompletament, l-uffiċjal awtorizzanti għandu jagħti r-raġunijiet jew għaliex l-applikazzjoni ma ntlaqgħetx jew għaliex l-ammonti mitluba ma ngħatawx, b'mod partikolari b’referenza għall-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ għotja msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda, l-uffiċjal awtorizzanti għandu jinforma lill-applikant dwar kull rimedju ġudizzjarju u extraġudizzjarju possibbli disponibbli.

Ġustifikazzjoni

L-istess obbligu li tipprovdi informazzjoni dwar ir-rimedji ġudizzjarji qed jingħata lill-Kummissjoni fir-Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204g – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) rimborż ta’ perċentwal tal-ispejjeż li saru realment;

(a) rimborż ta’ perċentwal tal-ispejjeż rimborżabbli li jkunu realment iġġarrbu;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204h – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn jintużaw somom sħaħ, finanzjament b’rata fissa u kostijiet unitarji, dawn għandhom jiġu definiti fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet. Il-ftehim jew deċiżjoni ta’ kontribuzzjoni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jippermettu li jkun ivverifikat li ġew irrispettati l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ somom sħaħ, il-finanzjament b’rata fissa jew il-kostijiet unitarji.

4. Fejn jintużaw somom ta' darba, finanzjamenti b’rata fissa u kostijiet ta' unità, dawn għandhom jiġu definiti fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet flimkien mal-ammonti u r-rati rispettivi tagħhom, fejn ikun applikabbli. Is-sejħa għal kontribuzzjonijiet għandha tinkludi wkoll deskrizzjoni tal-metodi biex jiġu stabbiliti s-somom ta' darba, il-kostijiet unitarji jew finanzjamenti b'rata fissa, li għandhom ikunu bbażati fuq mezzi oġġettivi bħal data statistika, data storika ċertifikata jew awditjabbli tal-partiti politiċi Ewropej jew il-prattiki tas-soltu tagħhom biex jikkontabilizzaw l-ispejjeż. Il-ftehim jew deċiżjoni ta’ kontribuzzjoni għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jippermettu li jkun ivverifikat li ġew irrispettati l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ somom sħaħ, il-finanzjament b’rata fissa jew il-kostijiet unitarji.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tallinja l-kliem ta' dan il-paragrafu mal-Artikolu 124(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju (il-kamp ta' applikazzjoni u l-forma tal-għotjiet – somom ta' darba, kostijiet unitarji u finanzjamenti b’rata fissa) u żżid rekwiżit li s-somom ta' darba, il-finanzjamenti b'rata fissa u l-kostijiet unitarji jiġu kkwantifikati fis-sejħa għall-kontribuzzjonijiet.

Emenda                     13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204k – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jirrispettaw ir-rata massima ta’ kofinanzjament stabbilita fir-Regolament xx/xxxx. Ammonti li jkun għad fadal mill-kontribuzzjonijiet tas-sentejn preċedenti ma jistgħux jintużaw biex tkun iffinanzjata l-parti li partiti politiċi Ewropej għandhom jipprovdu għaliha mir-riżorsi tagħhom stess.

3. Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jirrispettaw ir-rata massima ta’ kofinanzjament stabbilita fl-Artikolu [12(4)] tar-Regolament (UE) Nru [...] dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej. L-ammonti li jkun għad fadal mill-kontribuzzjonijiet tas-sentejn preċedenti ma jistgħux jintużaw biex tkun iffinanzjata l-parti li l-partiti politiċi Ewropej għandhom jipprovdu mir-riżorsi proprji tagħhom. Il-kontribuzzjonijiet mingħand partijiet terzi għal avvenimenti konġunti ma għandhomx jitqiesu bħala parti mir-riżorsi proprji ta' partit politiku Ewropew.

 

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-proposta tal-Kummissjoni.

Ir-rapport Giannakou jafferma fl-emendi 19 u 59 tiegħu (Art. 2(7) u Art. 15(5)(b) tal-proposta għal regolament) li l-kontribuzzjonijiet mingħand partijiet terzi għal avvenimenti konġunti ma għandhomx jitqiesu bħala donazzjonijiet. B'konsegwenza ta' dan, dawn il-kontribuzzjonijiet ma jistgħux jiġu ttrattati bħala riżors proprju ta' partit politiku Ewropew.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204l

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-partit politiku Ewropew għandu, skont il-kundizzjonijiet u l-limitu ta’ żmien stipulati fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet, jagħti lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għall-approvazzjoni rapport finali dwar l-użu tal-kontribuzzjoni u l-kontijiet tiegħu.

Il-partit politiku Ewropew għandu, skont il-kundizzjonijiet u l-limiti ta' żmien stipulati fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet, jagħti kull sena lill-uffiċjal awtorizzanti rapport finali dwar l-użu tal-kontribuzzjoni u l-kontijiet tiegħu biex jiġi approvat.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda                      15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204l - paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jippubblikaw, tal-anqas fuq il-websajt tagħhom, ir-rapport u l-kontijiet finali imsemmijin fl-ewwel paragrafu.

 

Emenda                      16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204m – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-partit politiku Ewropew ma jkunx għadu rreġistrat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru […] jew kien is-suġġett ta’ xi waħda mill-penali previsti fl-Artikolu 22 ta' dak ir-Regolament, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’ jissospendi, inaqqas jew itemm il-kontribuzzjoni kif ukoll jirkupra l-ammonti li jkunu tħallsu bla mistħoqq skont il-ftehim jew id-deċiżjoni ta' kontribuzzjoni, fi proporzjon mal-gravità tal-iżbalji, l-irregolaritajiet, il-frodi jew ksur ieħor tal-obbligi relatati mal-użu tal-kontribuzzjoni, wara li l-partit politiku jkun ingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

5. Meta l-partit politiku Ewropew ma jkunx għadu rreġistrat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru […] jew kien is-suġġett ta’ xi waħda mill-penali previsti fl-Artikolu 22 ta' dak ir-Regolament, l-uffiċjal awtorizzanti responsabbli jista’, bi qbil mal-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 7 ta' dak ir-Regolament, jissospendi, inaqqas jew itemm il-kontribuzzjoni kif ukoll jirkupra l-ammonti li jkunu tħallsu indebitament skont il-ftehim jew id-deċiżjoni ta' kontribuzzjoni, b'mod proporzjonat għall-gravità tal-iżbalji, l-irregolaritajiet, il-frodi jew ksur ieħor tal-obbligi relatati mal-użu tal-kontribuzzjoni, wara li l-partit politiku jkun ingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204n – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Penalitajiet amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonali u dissważivi jistgħu jiġu imposti fuq applikanti mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, skont l-Artikolu 109 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għall-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru [….].

2. Penalitajiet amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonali u dissważivi jistgħu jiġu imposti fuq applikanti mill-uffiċjal awtorizzanti, skont l-Artikolu 109 ta’ dan ir-Regolament u skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru [...] dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika tal-proposta tal-Kummissjoni, bil-għan li tiżdied il-koerenza bejn ir-Regolament Finanzjarju u r-regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej. Ara wkoll l-emenda 14 tal-opinjoni AFCO.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204o – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-partiti politiċi Ewropej għandhom iżommu rekords, dokumenti ġustifikattivi, u rekords oħrajn relatati mal-kontribuzzjoni għal ħames snin wara s-sottomissjoni tar-rapport finali u l-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 204l.

1. Il-partiti politiċi Ewropej għandhom iżommu r-rekords u d-dokumenti ġustifikattivi kollha, u rekords oħrajn rilevanti għall-kontribuzzjoni għal ħames snin wara s-sottomissjoni tar-rapport finali u l-kontijiet annwali msemmija fl-Artikolu 204l.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 125

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 125(3) u l-paragrafu 6 tal-Artikolu 125 huma mħassra.

(3) L-Artikolu 125 jiġi emendat kif ġej:

 

(a) It-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 qed jitħassar.

 

(b) Il-paragrafu 6 qed jiġi sostitwit b’dan li ġej:

 

“6. Jekk fondazzjoni politika Ewropea skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru [...] dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej ikollha eċċess ta’ introjtu meta mqabbel man-nefqa fit-tmiem ta’ sena finanzjarja li matulha tkun irċeviet għotja operattiva, parti minn dak l-eċċess li tikkorrispondi għal massimu ta' 25 % tal-introjtu totali għal dik is-sena jista’, b’deroga mill-prinċipju li jipprojbixxi l-profitt stabbilit fil-paragrafu 4, tiġi riportata għas-sena sakemm din tintuża qabel it-tmiem tal-ewwel kwart ta’ dik is-sena sussegwenti.

 

Għall-finijiet ta' verifika tal-konformità mal-prinċipju li jipprojbixxi l-profitt, ma għandhomx jitqiesu dawk ir-riżorsi proprji, [...] aggregati fl-operazzjonijiet annwali ta' fondazzjoni politika Ewropea, li jaqbżu l-perċentwal tal-ispejjeż eliġibbli li għandhom jiġġarrbu mill-fondazzjoni politika Ewropea kif speċifikat fl-Artikolu [12(4)] tar-Regolament (UE) Nru [...].

 

It-tieni subparagrafu ma għandux japplika jekk ir-riżervi finanzjarji ta' fondazzjoni politika Ewropea jaqbżu l-100 % tal-introjtu annwali medju tagħha."

 

 

 

 

Ġustifikazzjoni

Minflok ma jitħassru kompletament id-dispożizzjonijiet speċjali dwar ir-riport tal-għotjiet applikabbli għall-partiti politiċi fil-livell tal-Unjoni , l-emenda terġa' ddaħħal l-Artikolu 125(6) b'referenza għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej.

Emenda                      20

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Filwaqt li l-appoġġ finanzjarju jingħata mingħajr programm annwali ta' ħidma u ta’ stima tal-baġit operattiv, il-partiti politiċi Ewropej għandhom jiġġustifikaw ex post l-użu tajjeb tal-fondi tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jivverifika jekk il-fondi ntużawx sabiex titħallas in-nefqa rimborżabbli kif stabbilit fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet fi ħdan il-limiti tal-ħin stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi Ewropej għandhom jintefqu fi żmien sentejn finanzjarji wara s-sena finanzjarja li għaliha jkunu mogħtija, wara liema, kull fond li ma jintefaqx għandu jiġi rkuprat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.

(8) Filwaqt li l-appoġġ finanzjarju jingħata mingħajr programm annwali ta' ħidma u ta’ stima tal-baġit operattiv, il-partiti politiċi Ewropej għandhom jiġġustifikaw ex post l-użu tajjeb tal-fondi tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-uffiċjal awtorizzanti għandu jivverifika jekk il-fondi ntużawx sabiex titħallas in-nefqa rimborżabbli kif stabbilit fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet fi ħdan il-limiti tal-ħin stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jirrapportaw dwar l-użu tal-kontribuzzjonijiet mill-UE b’mod mifrux u pubbliku f'database li tippermetti użu faċli miċ-ċittadini u li toffri funzjoni ta' tiftix. Il-kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi Ewropej għandhom jintefqu fi żmien sentejn finanzjarji wara s-sena finanzjarja li għaliha jkunu mogħtija, wara liema, kull fond li ma jintefaqx għandu jiġi rkuprat mill-uffiċjal awtorizzanti.

  • [1]  ĠU C 67, 7.3.2013, p. 1.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jemenda r-Regolament Finanzjarju fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej, li jakkompanja l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej. Permezz tal-integrazzjoni ta' ħafna mit-talbiet imsemmija fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-6 ta' April 2011, iż-żewġ proposti jindirizzaw b'mod effikaċi n-nuqqasijiet fil-qafas legali attwali u fis-sistema għall-finanzjament tal-partiti politiċi u tal-fondazzjonijiet politiċi fil-livell tal-Unjoni. Il-bażijiet legali l-ġodda se jippermettu lill-partiti politiċi Ewropej jissodisfaw b'mod effiċjenti r-rwol tagħhom kif mistenni mit-Trattati: billi joħolqu għarfien politiku Ewropew u jesprimu r-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni.

B'mod partikolari, ir-rapporteur tappoġġa l-ħolqien ta' kontribuzzjonijiet sui generis bħala tip ġdid ta' finanzjament tal-UE, imfassal apposta għall-partiti politiċi Ewropej, li jqis il-ħtiġijiet u l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom. Is-sistema l-ġdida ta' kontribuzzjonijiet tinvolvi wkoll xi semplifikazzjonijiet importanti għall-partiti politiċi Ewropej, bħall-abolizzjoni tal-programm ta' ħidma annwali, aktar flessibbiltà fir-rigward tad-dati ta' skadenza għall-użu tal-fondi tal-UE, u prefinanzjament ta' 100 %.

Wieħed mill-għanijiet tar-rapporteur kien li tiżgura l-ogħla grad possibbli ta' koerenza bejn iż-żewġ testi leġiżlattivi billi tadatta r-rapport tagħha għall-modifiki tar-regoli finanzjarji fir-rapport Giannakou li probabbilment jiġu adottati mill-Kumitat AFCO. Dan jirrigwardja primarjament il-possibbiltà li jiġu ffinanzjati avvenimenti b'mod konġunt mal-gruppi politiċi fil-PE, u l-possibbiltà li jiġu ffinanzjati kampanji referendarji relatati mal-leġiżlazzjoni jew mal-istituzzjonijiet tal-UE fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali. Ta' min jinnota, madankollu, li jista' jkun hemm bżonn ta' adattamenti ulterjuri wara l-votazzjonijiet fuq ir-rapport Giannakou fil-Kumitat AFCO.

Barra minn hekk, wara l-eżaminazzjoni tal-Opinjoni Nru 1/2013 tal-Qorti tal-Awdituri tas-7 ta' Frar rigward iż-żewġ proposti tal-Kummissjoni, ir-rapporteur iddeċidiet li tadotta wħud mir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti, li hija konvinta li se jżidu ċ-ċertezza legali u r-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji.

Fir-rigward tar-regoli dwar ir-riport għall-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, ir-rapporteur taqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni li l-possibbiltà li jintużaw l-ammonti riċevuti mill-baġit tal-UE sas-sena n+2 għandha tkun ristretta għall-partiti politiċi Ewropej, minħabba l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom relatati mal-finanzjament tal-kampanji elettorali. Li din l-eċċezzjoni tiġi estiża għall-fondazzjonijiet politiċi ma hi la ġustifikata, partikolarment fir-rigward tal-benefiċjarji l-oħrajn tal-għotjiet mill-baġit tal-UE, u lanqas neċessarja, għax ħafna mid-diffikultajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom il-fondazzjonijiet fir-rigward tas-sistema tal-għoti se jispiċċaw bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet semplifikati fir-Regolament Finanzjarju l-ġdid. Pereżempju, ma għadux neċessarju li tintbagħat garanzija għall-prefinanzjament, u l-akkumulazzjoni tar-riżervi minn sorsi proprji issa hija attivament imħeġġa.

Madankollu, għall-prinċipju ta' kontinwità, u bil-kunsiderazzjoni tar-rabta mill-qrib bejn il-fondazzjonijiet u l-partiti kif ukoll għall-fatt li l-finanzjament tal-UE għall-partiti u għall-fondazzjonijiet normalment huwa pprovdut b'perspettiva fit-tul, ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej jingħataw xi flessibbiltà addizzjonali fl-ippjanar finanzjarju tagħhom billi jiġi ppreservat l-Artikolu 125(6) tar-Regolament Finanzjarju kif emendat.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET KOSTITUZZJONALI (24.4.2013)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej
(COM(2012)0712 – C7‑0393/2012 – 2012/0336(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Enrique Guerrero Salom

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jemenda r-Regolament Finanzjarju fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej, li takkumpanja l-proposta għal regolament dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej. Ir-riforma tar-Regolament Finanzjarju hija riżultat tal-modifiki introdotti permezz ta’ dan ir-Regolament.

Kif imsemmi fl-Artikolu 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea “Il-partiti politiċi fil-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien politiku Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni”, u fl-Artikolu 12.(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea “Il-partiti politiċi fil-livell tal-Unjoni jikkontribwixxu għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni”, il-partiti politiċi Ewropej jikkontribwixxu għat-tiswir tal-opinjonijiet u għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Permezz ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet, il-partiti politiċi Ewropej isiru forza mexxejja tal-integrazzjoni fil-livell Ewropew u jista’ jkollhom rwol importanti fit-tisħiħ tad-demos Ewropew. Minħabba li huma istituzzjonijiet imsejsa fuq l-inizjattiva privata li, madankollu, iwettqu funzjonijiet pubbliċi sinifikanti, il-partiti Ewropew għandhom għeruq fondi fis-soċjetà, u għan istituzzjonali inekwivoku.

Hemm diversi raġunijiet li jiġġustifikaw il-finanzjament pubbliku tal-partiti politiċi, li jirrikjedi regolamentazzjoni legali speċifika differenti minn dik tal-assoċjazzjonijiet purament privati. B’mod partikolari, dan il-finanzjament jikkontribwixxi biex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-attività tal-partiti politiċi, u jagħti spinta lill-istabilità tagħhom sakemm dawn ikomplu jgawdu l-appoġġ ta’ għadd sinifikanti ta’ ċittadini Ewropej. Il-finanzjament jelimina, inaqqas jew jikkumpensa d-diskriminazzjoni li taf tinħoloq minħabba d-differenza fil-grad ta’ attenzjoni min-naħa tad-donaturi privati, u jservi ta’ inċentiv pożittiv kontra l-finanzjament irregolari u l-korruzzjoni.

Ir-rapporteur jilqa’ l-modifika l-ġdida tar-regolament finanzjarju li qed titlob li tintemm is-sistema tal-għotjiet u li jinħoloq strument ta’ finanzjament ġdid maħsub speċifikament għall-finanzjament tal-partiti politiċi u fondazzjonijiet Ewropej. Kif propost mill-Kummissjoni, il-partiti politiċi għandhom jiġu finanzjati permezz ta’ strument ġdid imsejjaħ “kontribuzzjonijiet”, aktar milli permezz ta’ għotja operattiva, kif huwa l-każ bħalissa.

Barra minn hekk, l-abolizzjoni tal-“Programm ta’ ħidma annwali” tal-partiti politiċi se tagħtihom aktar flessibilità fl-ippjanar tal-attivitajiet tagħhom. Dan il-mekkaniżmu, li mhux inkluż fil-leġiżlazzjoni ta’ Stati Membri oħra, jitqies li mhux adegwat, għax il-kontroll għandu jsir fuq l-infiq u mhux fuq l-azzjonijiet.

It-tnaqqis tal-kofinanzjament huwa milqugħ tajjeb ukoll. Il-proposta tal-Kummissjoni se tikkontribwixxi biex titnaqqas id-diskriminazzjoni possibbli bejn il-partiti li tirriżulta minħabba l-introjtu mis-settur privat. Barra minn hekk, ir-rapporteur jappoġġa l-introduzzjoni ta’ kriterju ta’ eleġibbiltà għall-ilqugħ ta’ finanzjament, u l-abolizzjoni tal-kriterji ta' għażla.

Ir-rapporteur jilqa’ wkoll l-inizjattivi tal-Kummissjoni biex il-partiti politiċi jkunu jistgħu joħolqu riżervi u riporti ta’ fondi sas-sena n+2. Madankollu, u kif issuġġerixxa b’mod differenti l-kumitat BUDG, ir-rapporteur iqis li, mhux biss il-partiti politiċi, iżda anke l-fondazzjonijiet għandu jkollhom dan id-dritt biex iwettqu l-kompiti ta' riċerka tagħhom. Ir-rapporteur japprezza wkoll l-idea li l-kontribuzzjonijiet jitħallsu f’pagament ta’ prefinanzjament wieħed li jkopri 100% tas-somma, b’deroga mill-Artikolu 5 tar-Regolament Finanzjarju. Bil-proposta l-ġdida, kwalunkwe imgħax miksub mill-ammonti ta’ prefinanzjament riċevuti mill-partiti politiċi Ewropej għandu jintuża sabiex titħallas in-nefqa rimborżabbli tul is-sentejn finanzjarji ta’ wara. Huwa importanti li l-partiti politiċi jkunu jistgħu iżommu l-flus li ma jkunux intefqu u jirriportawhom għal sena finanzjarja oħra.

Barra minn hekk, wara li studja l-Opinjoni Nru 1/2013 tas-7 ta' Frar tal-Qorti tal-Awdituri dwar iż-żewġ proposti tal-Kummissjoni, u wara li sar skambju ta’ opinjonijiet mar-rapporteur fil-Kumitat BUDG, ir-rapporteur iddeċieda li jadotta wħud mir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti u mill-ideat tal-Kumitat BUDG, biex tiżdied iċ-ċertezza legali u r-rigorożità finanzjarja.

Finalment, ir-rapporteur jilqa’ ħafna l-idea li tiġi stabbilità sistema ta' penali u kontroll mill-OLAF, il-Qorti tal-Awdituri u r-rwol prominenti tal-Parlament Ewropew. Din is-sistema ta' penali għandha tinkludi sanzjonijiet amministrattivi kif ukoll finanzjarji.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Filwaqt li l-appoġġ finanzjarju jingħata mingħajr programm annwali ta' ħidma u ta’ stima tal-baġit operattiv, il-partiti politiċi Ewropej għandhom jiġġustifikaw ex post l-użu tajjeb tal-fondi tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jivverifika jekk il-fondi ntużawx sabiex titħallas in-nefqa rimborżabbli kif stabbilit fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet fi ħdan il-limiti tal-ħin stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi Ewropej għandhom jintefqu fi żmien sentejn finanzjarji wara s-sena finanzjarja li għaliha jkunu mogħtija, wara liema, kull fond li ma jintefaqx għandu jiġi rkuprat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.

(8) Filwaqt li l-appoġġ finanzjarju jingħata mingħajr programm annwali ta' ħidma u ta’ stima tal-baġit operattiv, il-partiti politiċi Ewropej għandhom jiġġustifikaw ex post l-użu tajjeb tal-fondi tal-Unjoni. B’mod partikolari, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jivverifika jekk il-fondi ntużawx sabiex titħallas in-nefqa rimborżabbli kif stabbilit fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet fi ħdan il-limiti tal-ħin stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jirrappurtaw l-użu tal-kontribuzzjonijiet mill-UE b’mod mifrux u pubbliku f'bażi ta’ data li tippermetti użu faċli miċ-ċittadini u li toffri funzjoni ta' tiftix. Il-kontribuzzjonijiet lill-partiti politiċi Ewropej għandhom jintefqu fi żmien sentejn finanzjarji wara s-sena finanzjarja li għaliha jkunu mogħtija, wara liema, kull fond li ma jintefaqx għandu jiġi rkuprat mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, partiti politiċi Ewropej għandha tfisser l-entitajiet ikkostitwiti u rreġistrati bħala tali skont ir-Regolament (UE) Nru [….] […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*).

1. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, partiti politiċi Ewropej għandha tfisser l-entitajiet irreġistrati bħala tali skont ir-Regolament (UE) Nru [….] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(*).

Ġustifikazzjoni

Il-formazzjoni ta' partiti politiċi fil-livell Ewropew titwettaq irrispettivament mir-reġistrazzjoni formali tagħhom, madankollu l-istatus legali tagħhom bħala partiti politiċi Ewropej jinkiseb biss permezz tar-reġistrazzjoni formali.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204b – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintużaw biss biex jitħallas lura perċentwal tal-ispejjeż operattivi ta’ partiti politiċi Ewropej marbutin direttament mal-għanijiet ta’ dawn il-partiti. Il-kontribuzzjonijiet m’għandhomx jintużaw biex jagħtu, direttament jew indirettament, xi vantaġġ personali, fi flus jew in natura, lil xi Membru individwali jew lill-persunal ta’ partit politiku Ewropew.

1. Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jintużaw biss biex jitħallas lura perċentwal tal-ispejjeż operattivi ta’ partiti politiċi Ewropej marbutin direttament mal-għanijiet ta’ dawn il-partiti u li ma jmorrux lil hinn mill-finijiet politiċi diretti stabbiliti fl-Artikolu 204b(2). Il-kontribuzzjonijiet ma jistgħux jintużaw biex jagħtu, direttament jew indirettament, xi vantaġġ personali, fi flus jew in natura, lil xi Membru individwali jew lill-persunal ta’ partit politiku Ewropew.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontribuzzjonijiet m’għandhomx jintużaw sabiex jiffinanzjaw l-attivitajiet ta’ partijiet terzi, b’mod partikolari partiti politiċi nazzjonali jew fondazzjonijiet politiċi f’livell Ewropew jew nazzjonali, kemm jekk fil-forma ta’ għotjiet, donazzjonijiet, self jew kwalunkwe ftehim simili ieħor.

2. Il-kontribuzzjonijiet m’għandhomx jintużaw biex jagħtuxi vantaġġ personali, direttament jew indirettament, fi flus jew in natura, lil xi Membru individwali jew membru tal-persunal ta’ partit politiku Ewropew. Il-kontribuzzjonijiet m’għandhomx jintużaw sabiex jiffinanzjaw l-attivitajiet ta’ partijiet terzi, direttament jew indirettament, b’mod partikolari partiti politiċi nazzjonali jew fondazzjonijiet politiċi f’livell Ewropew jew nazzjonali, kemm jekk fil-forma ta’ għotjiet, donazzjonijiet, self jew kwalunkwe ftehim simili ieħor. Il-kontribuzzjonijiet għall-organizzazzjoni ta’ avvenimenti konġunti jridu jiġu żvelati pubblikament. Dawk il-kontribuzzjonijiet m’għandhomx jitqiesu bħala donazzjonijiet.

 

Il-kontribuzzjonijiet m'għandhomx jintużaw biex jiffinanzjaw, direttament jew indirettament, elezzjonijiet jew kandidati nazzjonali, reġjonali jew lokali, jew kampanji referendarji nazzjonali, reġjonali jew lokali. Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jintużaw għall-finanzjament ta' kampanji mwettqa mill-partiti politiċi Ewropej fl-ambitu tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Il-kontribuzzjonijiet jistgħu jintużaw ukoll għall-finanzjament ta' kampanji mwettqa mill-partiti politiċi Ewropej fl-ambitu ta' referenda, fi Stat Membru wieħed jew aktar, relatati direttament ma' kwistjonijiet marbuta mal-Unjoni Ewropea.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204b – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-partiti politiċi Ewropej li jirċievu kontribuzzjoni ma għandhomx jirċievu fondi oħra mill-baġit għall-istess skopijiet. Fi kwalunkwe każ, l-ebda spiża ma tista’ tiġi ffinanzjata darbtejn mill-baġit.

5. L-ebda partita tal-infiq ma tista’ tiġi ffinanzjata darbtejn mill-baġit.

Ġustifikazzjoni

Bħalma rrimarkat il-Qorti tal-Awdituri, il-partiti politiċi Ewropej li jirċievu kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali m’għandhomx jirċievu fondi oħra mill-baġit.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204e – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-applikazzjonijiet għall-kontribuzzjoni għandhom jintbagħtu bil-miktub, inkluż, fejn xieraq, f'format elettroniku sikur.

1. L-applikazzjonijiet għall-kontribuzzjoni għandhom jintbagħtu debitament, fil-ħin u bil-miktub, inkluż, fejn xieraq, f'format elettroniku sikur.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204e – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ jkun megħjun minn kumitat biex jevalwa u jistabbilixxi d-deċiżjoni tal-għotja. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jispeċifika r-regoli dwar is-sura, il-ħatra u l-funzjonament ta’ dan il-kumitat, u r-regoli li jimpedixxu kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.

5. Fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 204e (2) u (3), l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jkun megħjun minn kumitat biex jevalwa u jistabbilixxi d-deċiżjoni tal-għotja. Dak il-kumitat għandu jsegwi r-regoli tal-kompożizzjoni stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru [...]. Għandu jaġixxi skont proċedura trasparenti u kriterji oġġettivi stipulati f’dak ir-Regolament. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jispeċifika r-regoli dwar is-sura, il-ħatra u l-funzjonament ta’ dan il-kumitat, u r-regoli li jimpedixxu kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204f – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinforma lill-applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom. Jekk it-talba għall-kontribuzzjoni tiġi miċħuda jew l-ammonti mitluba ma jingħatawx kemm parzjalment jew kompletament, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jagħti r-raġunijiet jew għaliex l-applikazzjoni ma ntlaqgħetx jew għaliex l-ammonti mitluba ma ngħatawx, b'mod partikolari b’referenza għall-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ għotja msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4. L-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli għandu jinforma lill-applikanti bil-miktub bid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tagħhom. Jekk it-talba għall-kontribuzzjoni tiġi miċħuda jew l-ammonti mitluba ma jingħatawx kemm parzjalment jew kompletament, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għandu jagħti r-raġunijiet jew għaliex l-applikazzjoni ma ntlaqgħetx jew għaliex l-ammonti mitluba ma ngħatawx, b'mod partikolari b’referenza għall-kriterji ta’ eliġibbiltà u ta’ għotja msemmija fil-paragrafi 1 u 2. Jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda, l-uffiċjal li jawtorizza għandu jinforma lill-applikant dwar kull rimedju ġudizzjarju u extraġudizzjarju possibbli disponibbli.

Ġustifikazzjoni

L-istess obbligu ta’ informazzjoni dwar ir-rimedji ġudizzjarji jingħata lill-Kummissjoni fir-Regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204k – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintefqu skont l-Artikolu 204b.

1. Il-kontribuzzjonijiet għandhom jintefqu skont l-Artikolu 204b u l-prinċipji stipulati permezz tar-Regolament (UE) Nru [...].

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204k – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kwalunkwe parti mill-kontribuzzjoni mhux użata fis-sena finanzjarja koperta minn din il-kontribuzzjoni għandha tintefaq fuq kwalunkwe nefqa rimborżabbli magħmula sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n+2. Il-parti li tibqa’ tal-kontribuzzjoni li ma tintefaqx sal-limitu ta' żmien n+2 għandha tkun irkuprata skont il-Kapitolu 5 tal-Ewwel Parti.

2. Kwalunkwe parti mill-kontribuzzjoni mhux użata fis-sena finanzjarja koperta minn din il-kontribuzzjoni għandha tintefaq biss fuq kwalunkwe nefqa rimborżabbli magħmula sal-31 ta’ Diċembru tas-sena n+2 mill-partiti politiċi Ewropej u mill-fondazzjonijiet politiċi li huma affiljati magħhom b’mod formali, kif stabbilit fir-Regolament UE Nru [...]

 

Il-parti li tibqa’ tal-kontribuzzjoni li ma tintefaqx sal-limitu ta' żmien n+2 għandha tkun irkuprata skont il-Kapitolu 5 tal-Ewwel Parti.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204l – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-partit politiku Ewropew għandu, skont il-kundizzjonijiet u l-limitu ta’ żmien stipulati fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet, jagħti lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għall-approvazzjoni rapport finali dwar l-użu tal-kontribuzzjoni u l-kontijiet tiegħu.

Il-partit politiku Ewropew għandu, kull sena, skont il-kundizzjonijiet u l-limitu ta’ żmien stipulati fis-sejħa għal kontribuzzjonijiet, jagħti lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni għall-approvazzjoni rapport finali dwar l-użu tal-kontribuzzjoni u l-kontijiet tiegħu.

 

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204l – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-partiti politiċi Ewropej għandhom jippubblikaw, tal-anqas fuq il-websajt tagħhom, ir-rapport finali msemmi fl-ewwel paragrafu u l-kontijiet relatati.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204m – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta l-partit politiku Ewropew ma jkunx għadu rreġistrat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru [….] jew kien is-suġġett ta’ xi waħda mill-penali previsti fl-Artikolu 22 ta' dak ir-Regolament, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, jissospendi, inaqqas jew itemm il-kontribuzzjoni kif ukoll jirkupra l-ammonti li jkunu tħallsu bla mistħoqq skont il-ftehim jew id-deċiżjoni ta' kontribuzzjoni, fi proporzjon mal-gravità tal-iżbalji, l-irregolaritajiet, il-frodi jew ksur ieħor tal-obbligi relatati mal-użu tal-kontribuzzjoni, wara li l-partit politiku jkun ingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

5. Meta l-partit politiku Ewropew ma jkunx għadu rreġistrat fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru [….] jew kien is-suġġett ta’ xi waħda mill-penali previsti fl-Artikolu 22 ta' dak ir-Regolament, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli jista’, skont il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru [...], jissospendi, inaqqas jew itemm il-kontribuzzjoni kif ukoll jirkupra l-ammonti li jkunu tħallsu bla mistħoqq skont il-ftehim jew id-deċiżjoni ta' kontribuzzjoni, fi proporzjon mal-gravità tal-iżbalji, l-irregolaritajiet, il-frodi jew ksur ieħor tal-obbligi relatati mal-użu tal-kontribuzzjoni, wara li l-partit politiku jkun ingħata l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204n – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Penalitajiet amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonali u dissważivi jistgħu jiġu imposti fuq applikanti mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, skont l-Artikolu 109 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għall-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru [….].

2. Penalitajiet amministrattivi u finanzjarji li jkunu effettivi, proporzjonali, xierqa u dissważivi u li jqisu l-gravità, it-tul ta’ żmien, il-ħin li jkun għadda kif ukoll l-intenzjoni jew livell ta’ negliġenza, jistgħu jiġu imposti fuq applikanti mill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, skont l-Artikolu 109 ta’ dan ir-Regolament, mingħajr ħsara għall-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru [….]. Bħala penalità, l-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni jista’ wkoll jirtira l-finanzjament, parzjalment jew totalment.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012

Artikolu 204o – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-partiti politiċi Ewropej għandhom iżommu rekords, dokumenti ġustifikattivi, u rekords oħrajn relatati mal-kontribuzzjoni għal ħames snin wara s-sottomissjoni tar-rapport finali u l-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 204l.

1. Il-partiti politiċi Ewropej għandhom iżommu r-rekords u d-dokumenti ġustifikattivi kollha, u rekords oħrajn relatati mal-kontribuzzjoni għal ħames snin wara s-sottomissjoni tar-rapport finali annwali u l-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 204l.

PROĊEDURA

Titlu

Amenda ta-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej

Referenzi

COM(2012)0712 – C7-0393/2012 – 2012/0336(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.12.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFCO

10.12.2012

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Enrique Guerrero Salom

17.9.2012

Eżami fil-kumitat

9.10.2012

26.11.2012

18.12.2012

18.3.2013

 

22.4.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.4.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Andrew Henry William Brons, Carlo Casini, Andrew Duff, Ashley Fox, Enrique Guerrero Salom, Gerald Häfner, Daniel Hannan, Morten Messerschmidt, Algirdas Saudargas, József Szájer, Indrek Tarand, Rafał Trzaskowski, Manfred Weber, Luis Yáñez-Barnuevo García

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Zuzana Brzobohatá, Marietta Giannakou, György Schöpflin, Alexandra Thein, Rainer Wieland

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Josef Weidenholzer

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 fir-rigward tal-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej

Referenzi

COM(2012)0712 – C7-0393/2012 – 2012/0336(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

29.11.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.12.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

10.12.2012

JURI

10.12.2012

AFCO

10.12.2012

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CONT

19.12.2012

JURI

18.12.2012

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Ingeborg Gräßle

18.12.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

30.5.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Richard Ashworth, Zuzana Brzobohatá, Jean Louis Cottigny, Jean-Luc Dehaene, James Elles, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Giovanni La Via, George Lyon, Barbara Matera, Claudio Morganti, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Dominique Riquet, Alda Sousa, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Da Graça Carvalho, Peter Jahr, Jürgen Klute, Nils Torvalds

Data tat-tressiq

5.6.2013