RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)
10.6.2013 - (14654/2/2012 – C7‑0165/2013 – 2008/0244(COD)) - ***II
Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Antonio Masip Hidalgo
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni)
(14654/2/2012 – C7‑0165/2013 – 2008/0244(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (14654/2/2012 – C7‑0165/2013),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-26 ta’ Ottubru 2011[1],
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tad-7 ta' Ottubru 2009[2],
– wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari [3] dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2008)0815),
– wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni (COM(2011)0320),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 72 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0214/2013),
1. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;
2. Jinnota li l-att huwa adottat skont il-pożizzjoni tal-Kunsill;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att, flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;
4. Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu sabiex jiffirma l-att wara li jkun ivverifika li l-proċeduri ntemmu kif imiss u sabiex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
PROĊEDURA
Titolu |
L-istabbiliment ta’ standards għall-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (tfassil mill-ġdid) |
||||
Referenzi |
14654/2/2012 – C7-0165/2013 – 2008/0244(COD) |
||||
Data tal-1 qari tal-PE - Numru P |
7.5.2009 T6-0376/2009 |
||||
Proposta tal-Kummissjoni |
COM(2008)0815 - C6-0477/2008 |
||||
Proposta emendata tal-Kummissjoni |
|||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
LIBE
|
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Antonio Masip Hidalgo 12.7.2011 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
10.6.2013 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
10.6.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
40 9 1 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Sonia Alfano, Roberta Angelilli, Edit Bauer, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Salvatore Caronna, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Hélène Flautre, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Clemente Mastella, Véronique Mathieu Houillon, Roberta Metsola, Claude Moraes, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Rui Tavares, Nils Torvalds, Kyriacos Triantaphyllides, Wim van de Camp, Axel Voss, Renate Weber, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Anna Maria Corazza Bildt, Dimitrios Droutsas, Franziska Keller, Ulrike Lunacek, Marco Scurria |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Phil Bennion, Karin Kadenbach, Johannes Cornelis van Baalen |
||||
Data tat-tressiq |
10.6.2013 |
||||