RAPPORT dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

27.6.2013 - (COM(2012)0643 – C7‑0370/2012 – 2012/0305(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Bas Eickhout


Proċedura : 2012/0305(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0240/2013
Testi mressqa :
A7-0240/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

(COM(2012)0643 – C7‑0370/2012 – 2012/0305(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0643),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0370/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2013[1],

–   wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7‑0000/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2 b) Iż-żieda fl-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra serviet l-objettiv li jiġu sostitwiti sustanzi oħra li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Il-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra attwalment jirrappreżentaw biss 2 % tal-emissjonijiet globali tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-UE. Gassijiet serra flworinati jintużaw prinċipalment fir-reġjuni tal-Unjoni b'kundizzjonijiet klimatiċi sħan. Jekk il-miri ma jitfasslux b'mod ibbilanċjat, il-kumpaniji f'xi Stati Membri se jkollhom jaffrontaw piż akbar minn kumpanija oħra.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Rapport mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, l-effetti u l-adegwatezza tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 ikkonkluda li l-miżuri ta’ trażżin attwali, jekk jiġu applikati b’mod sħiħ, għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra. Dawk il-miżuri, għaldaqstant, għandhom jinżammu u jiġu ċċarati abbażi tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tagħhom. Ċerti miżuri għandhom ukoll jiġu estiżi għal tagħmir ieħor li fih jintużaw kwantitajiet sostanzjali ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, bħat-trakkijiet u t-trejlers refriġerati. L-obbligu li jiġu stabbiliti u jinżammu rekords tat-tagħmir li fih gassijiet bħal dawn, għandu jkopri wkoll tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear).

(3) Rapport mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, l-effetti u l-adegwatezza tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 ikkonkluda li l-miżuri ta’ trażżin attwali, jekk jiġu applikati b’mod sħiħ, għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra. Dawk il-miżuri, għaldaqstant, għandhom jinżammu u jiġu ċċarati abbażi tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tagħhom, u għandhom jiġu kkumplimentati minn rekwiżiti fir-rigward ta' skemi ta' rkupru u l-użu estensiv ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra rkuintrodottiprati u riċiklati flimkien mal-projbizzjonijiet . Ċerti miżuri għandhom ukoll jiġu estiżi għal tagħmir ieħor li fih jintużaw kwantitajiet sostanzjali ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, bħat-trakkijiet u t-trejlers refriġerati. L-obbligu li jiġu stabbiliti u jinżammu rekords tat-tagħmir li fih gassijiet bħal dawn, għandu jkopri wkoll tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear).

Emenda          3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Ir-rapport tal-Kummissjoni kkonkluda wkoll li jista’ jsir iktar sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fl-Unjoni, b’mod partikolari billi jiġi evitat l-użu ta’ dawk il-gassijiet fejn ikun hemm teknoloġiji alternattivi sikuri u enerġetikament effiċjenti bl-ebda impatt jew b’impatt iżgħar fuq il-klima. Tnaqqis li jlaħħaq iż-żewġ terzi tal-emissjonijiet tal-2010, u li jsir sal-2030, huwa kosteffikaċi għaliex alternattivi pprovati u ttestjati huma disponibbli f’bosta setturi.

(4) Ir-rapport tal-Kummissjoni kkonkluda wkoll li jista’ jsir iktar sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fl-Unjoni, b’mod partikolari billi jiġi evitat l-użu ta’ dawk il-gassijiet fejn ikun hemm teknoloġiji alternattivi sikuri u enerġetikament effiċjenti bl-ebda impatt jew b’impatt iżgħar fuq il-klima. Minħabba d-disponibilità, f'ħafna setturi, ta' alternattivi li huma affidabbli u teknikament u ekonomikament vijabbli u li ġew iddisinjati biex jaħdmu fil-kondizzjonijiet differenti tal-klima tal-Istati Membri, tnaqqis ta' aktar minn żewġ terzi tal-emissjonijiet 2010 jistgħu jintlaħqu faċilment u bi spejjeż raġonevoli sal-2030.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar approċċ komprensiv għall-emissjonijiet antropoġeniċi mhux tas-CO2 li huma relevanti għall-klima (B7-0474/2011) laqgħet l-impenn tal-Unjoni Ewropea li tappoġġja azzjoni dwar HFCs skont il-Protokoll ta' Montreal bħala eżempju ewlieni ta' approċċ mhux ibbażat fuq is-suq biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra. Il-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tħeġġeġ l-esplorazzjoni ta' modi għall-promozzjoni ta' tnaqqis gradwali immedjat fl-livell internazzjonali permezz tal-Protokoll ta' Montreal

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Akkwist ta' data komprensiva huwa meħtieġ sabiex jiġi sorveljat il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi relatati mat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra. Għalhekk, l-obbligu li jiġu stabbiliti u aġġornati rekords tat-tagħmir li fih gassijiet bħal dawn għandu japplika wkoll għat-tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear), kif ukoll għal tagħmir ieħor kopert minn dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Huwa aktar xieraq li tiġi indirizzata l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekords fi premessa speċifika.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Peress li hemm alternattivi xierqa, il-projbizzjoni attwali fuq l-użu tal-eżafluworur tal-kubrit fid-die casting tal-manjeżju u fuq ir-riċiklaġġ tal-ligi tad-die casting tal-manjeżju għandha tiġi estiża għall-faċilitajiet li jużaw inqas minn 850 kg fis-sena. Bl-istess mod, b’perjodu tranżitorju xieraq, l-użu ta’ refriġeranti b’potenzjal ta’ tisħin globali għoli ħafna (“GWP”) sabiex isir servis fuq it-tagħmir ta’ refriġerazzjoni jew sabiex dan jinżamm b’daqs ta’ ċarġ ekwivalenti għal 5 tunnellati ta’ CO2 jew iktar għandu jiġi pprojbit.

(7) Peress li hemm alternattivi xierqa, il-projbizzjoni attwali fuq l-użu tal-eżafluworur tal-kubrit fid-die casting tal-manjeżju u fuq ir-riċiklaġġ tal-ligi tad-die casting tal-manjeżju għandha tiġi estiża għall-faċilitajiet li jużaw inqas minn 850 kg fis-sena. Bl-istess mod, b’perjodu tranżitorju xieraq, l-użu ta’ refriġeranti b’potenzjal ta’ tisħin globali (“GWP”) li jaqbeż 2 500 sabiex isir servis fuq it-tagħmir ta’ refriġerazzjoni jew sabiex dan jinżamm b’daqs ta’ ċarġ ekwivalenti għal 50 tunnellata ta’ CO2 jew iktar għandu jiġi pprojbit.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Għandhom jiġu introdotti projbizzjonijiet addizzjonali fuq it-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir ġdid għar-refriġerazzjoni, tal-arja kundizzjonata u għall-protezzjoni kontra n-nar li jaħdmu billi jużaw gassijiet fluworurati b'effett ta' serra speċifiċi fejn ikunu disponibbli alternattivi xierqa għall-użu ta’ dawk is-sustanzi. Fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi futuri u tad-disponibbiltà ta’ alternattivi kosteffiċjenti għall-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tinkludi prodotti u tagħmir oħrajn jew biex teskludi, anke temporanjament, ċerti kategoriji ta' prodotti jew tagħmir li għalihom ma jkunux disponibbli sustanzi alternattivi li jaqgħu taħt il-limitu speċifikat ta' potenzjal ta' tisħin globali għal raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi, inkluż provvista insuffiċjenti fis-suq ta' sustanzi alternattivi biex tintlaħaq id-domanda jew minħabba standards applikabbli ta' sikurezza li jeskludu l-użu ta' alternattivi rilevanti.

(8) Għandhom jiġu introdotti projbizzjonijiet addizzjonali fuq it-tqegħid fis-suq ta’ foams, ajrusols u solvents, tagħmir ġdid għar-refriġerazzjoni, tal-arja kundizzjonata u għall-protezzjoni kontra n-nar li jaħdmu billi jużaw gassijiet fluworurati b'effett ta' serra speċifiċi fejn ikunu disponibbli alternattivi xierqa għall-użu ta’ dawk is-sustanzi. Fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi futuri u tad-disponibbiltà ta’ alternattivi kosteffiċjenti għall-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tinkludi prodotti u tagħmir oħrajn jew biex teskludi, anke temporanjament, ċerti kategoriji ta' prodotti jew tagħmir li għalihom ma jkunux disponibbli sustanzi alternattivi li jaqgħu taħt il-limitu speċifikat ta' potenzjal ta' tisħin globali għal raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi, inkluż provvista insuffiċjenti fis-suq ta' sustanzi alternattivi biex tintlaħaq id-domanda jew minħabba standards applikabbli ta' sikurezza li jeskludu l-użu ta' alternattivi rilevanti.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Projbizzjonijiet tali għandhom jiġu introdotti fejn se jirriżultaw f'anqas emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra b'mod ġenerali, partikolarment kemm mit-tnixxija ta' kwalunkwe gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u kemm mill-emissjonijiet tas-CO2 li jirriżultaw mill-konsum tal-enerġija. It-tagħmir li fih il-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għandu għalhekk ikun permess jekk l-emissjonijiet ġenerali tal-gassijiet b'effett ta' serra jkunu anqas minn dawk li jirriżultaw minn tagħmir ekwivalenti mingħajr gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, li jkollu l-konsum massimu ta' enerġija permess stabbilit fil-miżuri ta' implimentazzjoni rilevanti adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE (Ekodisinn).

(9) Projbizzjonijiet tali għandhom jiġu introdotti fejn se jirriżultaw f'anqas emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra b'mod ġenerali, partikolarment kemm mit-tnixxija ta' kwalunkwe gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u kemm mill-emissjonijiet tas-CO2 li jirriżultaw mill-konsum tal-enerġija u l-proċess ta' produzzjoni. It-tagħmir li fih il-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għandu għalhekk ikun permess jekk l-emissjonijiet ġenerali tal-gassijiet b'effett ta' serra matul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja, inklużi l-emissjonijiet minn prodotti sekondarji matul il-produzzjoni ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, huma inqas minn dawk li jirriżultaw minn tagħmir ekwivalenti mingħajr gassijiet fluworurati b'effett ta' serra skont il-prinċipji tal-ekodisinn.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) It-tnaqqis gradwali tat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi ġie identifikat bħala l-iktar mod effettiv u kosteffiċjenti sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ dawk is-sustanzi tul medda twila ta’ żmien.

(11) L-approċċ regolatorju użat għal sustanzi li jnaqqsu l-ożonu skont ir-Regolament (KE) Nru 2037/2000 u r-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu1, għandu jintuża wkoll biex jirregola l-idrofluworokarburi. Flimkien ma' projbizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq ta' tagħmir ibbażat fuq l-idroflworokarbonju, miżuri ta' konteniment u r-rekwiżiti ta' rkupru, it-tnaqqis gradwali tat-tqegħid fis-suq mill-Unjoni tal-idrofluworokarburi ġie identifikat bħala l-iktar mod effettiv u kosteffiċjenti sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ dawk is-sustanzi tul medda twila ta’ żmien. Dan l-approċċ għandu jkun appoġġat minn projbizzjonijiet addizzjonali dwar it-tqegħid ta' tagħmir ibbażat fuq l-idrofluworokarburi, minn miżuri ta' konteniment u rekwiżiti ta' rkupru.

 

________________

 

1 ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex jiġi implimentat it-tnaqqis gradwali tat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi, il-Kummissjoni għandha talloka kwoti lil produtturi u lil importaturi individwali sabiex iqiegħduhom fis-suq biex il-limitu kwantitattiv globali għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq fl-Unjoni ma jinqabiżx.

(12) Sabiex jiġi implimentat it-tnaqqis gradwali tat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi, il-Kummissjoni għandha talloka kwoti lil produtturi u lil importaturi individwali sabiex iqiegħduhom fis-suq biex il-limitu kwantitattiv globali għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq fl-Unjoni ma jinqabiżx. L-użu tal-kwoti għandu jkun soġġett għal ħlas li għandu jinġabar mill-Kummissjoni u jiġi kondiviż mill-ġdid biex jindirizza differenzi reġjonali fl-implimentazzjoni tar-Regolament fi ħdan l-Unjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-allokazzjoni tal-kwoti lil kumpaniji individwali għandha tkun ibbażata fuq il-kwantitajiet ta’ idrofluworokarburi li jkunu pproduċew jew importaw waqt il-perjodu ta’ referenza mill-2008 sal-2011. Madankollu, sabiex l-operaturi żgħar ma jiġux esklużi, ħamsa fil-mija tal-limitu kwantitattiv globali għandu jiġi rriżervat għall-importaturi u għall-produtturi li ma importawx jew ma pproduċewx iktar minn 1 tunnellata ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fil-perjodu ta’ referenza.

(13) L-allokazzjoni tal-kwoti lil kumpaniji individwali għandha tkun ibbażata fuq il-kwantitajiet ta’ idrofluworokarburi li jkunu pproduċew jew importaw waqt il-perjodu ta’ referenza mill-2009 sal-2012. Madankollu, sabiex l-operaturi żgħar ma jiġux esklużi, ħamsa fil-mija tal-limitu kwantitattiv globali għandu jiġi rriżervat għall-importaturi u għall-produtturi li ma importawx jew ma pproduċewx iktar minn 1 tunnellata ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fil-perjodu ta’ referenza.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Il-produzzjoni ta' ċerti gassijiet serra fluworinati tista' tirriżulta f'emissjonijiet sekondarji sinifikanti, ta' gassijiet serra fluworurati oħra matul il-proċess tal-manifattura. Dawk l-emissjonijiet sekondarji għandhom jiġu eliminati bħala kundizzjoni biex jitqiegħdu fis-suq gassijiet serra fluworurati sabiex jiġi żgurat li l-impatt taċ-ċiklu sħiħ fuq il-klima jkun indirizzat.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Il-Kummissjoni għandha timmonitorja b’mod kontinwu l-effetti tat-tnaqqis tat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi, inkluż l-effett tat-tnaqqis fuq il-provvista għat-tagħmir li fihom l-użu tal-idrofluworokarburi jirriżulta f’emissjonijiet tul ċiklu tal-ħajja iktar baxxi milli kieku ntużat teknoloġija alternattiva. Il-monitoraġġ għandu jiżgura wkoll l-individwazzjoni bikrija ta’ tħassib dwar is-saħħa jew is-sikurezza minħabba impatti negattivi fuq id-disponibbiltà tal-prodotti mediċinali. Qabel l-2030 għandha ssir reviżjoni komprensiva fi żmien xieraq sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu adattati fid-dawl tal-implimentazzjoni tiegħu u tal-iżviluppi ġodda u sabiex jiġu adottati, jekk ikun xieraq, iktar miżuri ta’ tnaqqis.

(18) Il-Kummissjoni għandha timmonitorja b’mod kontinwu l-effetti tat-tnaqqis tat-tqegħid fis-suq tal-HFCs, inkluż l-effett tat-tnaqqis fuq il-provvista għat-tagħmir li fihom l-użu tal-HFCs jirriżulta f’emissjonijiet tul ċiklu tal-ħajja iktar baxxi milli kieku ntużat teknoloġija alternattiva. Il-monitoraġġ għandu jiżgura wkoll l-individwazzjoni bikrija ta’ tħassib dwar is-saħħa jew is-sikurezza minħabba impatti negattivi fuq id-disponibbiltà tal-prodotti mediċinali. Wara l-ewwel ħames snin ta' implimentazzjoni għandha ssir reviżjoni komprensiva fi żmien xieraq sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu adattati fid-dawl tal-implimentazzjoni tiegħu u tal-iżviluppi ġodda u sabiex jiġu adottati, jekk ikun xieraq, iktar miżuri ta’ tnaqqis. Din ir-reviżjoni għandha ssir kull ħames snin. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet mediċi li huma ta' użu kritiku, fejn l-ebda alternattiva xierqa ma teżisti, jew meta dawn l-alternattivi ma jistgħux jintużaw għal raġunijiet tekniċi, ekonomiċi jew ta' sikurezza.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata l-aħjar implimentazzjoni tar-regolament u jiġu żgurati adattamenti xierqa, għandha ssir reviżjoni komprensiva kull ħames snin.

żu kritiku ta' applikazzjonijiet mediċi li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għandu jinżamm fejn ma jkunx hemm alternattivi adegwati disponibbli, sabiex jiġi garantit it-twassil bla periklu u effettiv tas-saħħa essenzjali.

Emenda                     14

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Sabiex jitqiesu l-progress teknoloġiku u l-iżvilupp tas-swieq affettwati minn dan ir-Regolament, u sabiex tiġi żgurata konformità mal-ftehimiet internazzjonali, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn li ġejjin: l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti għal kontrolli standard ta’ tnixxija; l-estensjoni tal-lista ta’ tagħmir soġġett għal irkupru mandatorju tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra; l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti minimi u tal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-programmi ta’ taħriġ għall-persuni li jinstallaw, li jagħmlu manutenzjoni, isewwu jew jiddekummissjonaw it-tagħmir u li jikkontrollaw tnixxijiet u jirkupraw il-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta’ dawk il-persuni u tal-kumpaniji li jwettqu kompiti bħal dawn; l-emendi fir-rekwiżiti tat-tikkettar; il-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ iktar prodotti u tagħmir li fihom jew li jagħmlu użu minn gassijiet fluworurati b'effett ta' serra; l-emendi tal-kwantitajiet massimi ta’ idrofluworokarburi li jistgħu jitqiegħdu fis-suq u l-eżenzjoni tal-provvista ta’ idrofluworokarburi għal użi kritiċi speċifiċi mir-rekwiżit tal-kwota għal raġunijiet ta’ saħħa u sikurezza; id-determinazzjoni tar-regoli biex jerġgħu jiġu kkalkulati l-valuri ta’ referenza għat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi mill-impriżi individwali u l-emendi ta’ jew is-supplimenti għall-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwoti; l-analiżi tal-limiti għar-rekwiżiti ta’ rappurtar; l-istabbiliment ta’ rekwiżiti għas-sistema ta’ rappurtar dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u l-użu tad-dejta dwar l-emissjonijiet miġbura mill-Istati Membri; l-inklużjoni ta’ sustanzi oħrajn b’potenzjal ta’ tisħin globali sinfikanti fil-listi ta’ sustanzi koperti minn dan ir-Regolament u l-aġġornament tal-listi abbażi ta’ sejbiet xjentifiċi ġodda, b’mod partikolari il-potenzjal ta’ tisħin globali tas-sustanzi elenkati fl-annessi tar-Regolament.

(20) Sabiex jitqiesu l-progress teknoloġiku u l-iżvilupp tas-swieq affettwati minn dan ir-Regolament, u sabiex tiġi żgurata konformità mal-ftehimiet internazzjonali, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn li ġejjin: l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti għal kontrolli standard ta’ tnixxija; l-estensjoni tal-lista ta’ tagħmir soġġett għal irkupru mandatorju tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra; l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti minimi u tal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-programmi ta’ taħriġ għall-persuni li jinstallaw, li jagħmlu manutenzjoni, isewwu jew jiddekummissjonaw it-tagħmir u li jikkontrollaw tnixxijiet u jirkupraw il-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta’ dawk il-persuni u tal-kumpaniji li jwettqu kompiti bħal dawn; l-emendi fir-rekwiżiti tat-tikkettar; il-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir sekondarju ta' vultaġġ medju li fih jew li jagħmel użu minn gassijiet fluworurati b'effett ta' serra; l-emendi tal-kwantitajiet massimi ta’ HFCs li jistgħu jitqiegħdu fis-suq u l-eżenzjoni tal-provvista ta’ HFCs għal użi kritiċi speċifiċi mir-rekwiżit tal-kwota għal raġunijiet ta’ saħħa u sikurezza; id-determinazzjoni tar-regoli biex jerġgħu jiġu kkalkulati l-valuri ta’ referenza għat-tqegħid fis-suq tal-HFCs mill-impriżi individwali u l-emendi ta’ jew is-supplimenti għall-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwoti; l-analiżi tal-limiti għar-rekwiżiti ta’ rappurtar; l-istabbiliment ta’ rekwiżiti għas-sistema ta’ rappurtar dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u l-użu tad-dejta dwar l-emissjonijiet miġbura mill-Istati Membri; l-inklużjoni ta’ sustanzi oħrajn b’potenzjal GWP sinfikanti fil-listi ta’ sustanzi koperti minn dan ir-Regolament u l-aġġornament tal-listi abbażi ta’ sejbiet xjentifiċi ġodda, b’mod partikolari il-GWP tas-sustanzi elenkati fl-annessi tar-Regolament.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu -1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -1a

 

Kamp ta’ applikazzjoni

 

ħan ta' dan ir-Regolament hu li jipproteġi l-ambjent billi jnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u jistimula l-innovazzjoni fit-teknoloġiji sostenibbli. Għaldaqstant, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar il-konteniment, l-użu, l-irkupru u l-qerda ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u jipprojbixxi l-użu speċifiku ta' dawn il-gassijiet, filwaqt li jistabbilixxi limiti kwantitattivi għat-tqegħid fis-suq tal-HFCs. Minbarra t-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli fl-Unjoni Ewropea, dan ir-Regolament jista' jipprovdu kontribut siewi għall-adozzjoni ta' ftehim internazzjonali fil-ġejjieni.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) “gassijiet fluworurati b'effett ta' serra” tfisser l-idrofluworokarburi (“HFCs”), il-perfluworokarburi (“PFCs”), l-eżafluworur tal-kubrit (“SF6”) u gassijiet b'effett ta' serra oħrajn li fihom il-fluworu, kif ġew elenkati fl-Anness I, kemm jekk ikunu waħidhom kif ukoll jekk ikunu f’taħlita;

(1) “gassijiet fluworurati b'effett ta' serra” tfisser l-idrofluworokarburi (“HFCs”), il-perfluworokarburi (“PFCs”), l-eżafluworur tal-kubrit (“SF6”) u gassijiet b'effett ta' serra oħrajn li fihom il-fluworu, kif ġew elenkati fl-Anness I u II, kemm jekk ikunu waħidhom kif ukoll jekk ikunu f’taħlita, iżda għandha tirreferi biss għal dawk il-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I għajr jekk indikat mod ieħor;

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) "l-idrofluworokarburi (HFCs)" ifissru sustanzi elenkati f'taqsima 1 tal-Anness I, jew taħlitiet li fihom kwalunkwe minn dawn is-sustanzi;

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b) "il-perfluworokarburi (PFCs)" tfisser sustanzi elenkati f'taqsima 2 tal-Anness I, jew taħlitiet li fihom kwalunkwe minn dawn is-sustanzi;

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c) "l-eżafluworur tal-kubrit (SF6)" tfisser din is-sustanza, elenkata f'taqsima 3 tal-Anness I, jew taħlitiet li fihom din is-sustanzi;

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) “operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li tipposjedi t-tagħmir u s-sistemi koperti minn dan ir-Regolament u li teżerċita setgħa effettiva fuq il-funzjonament tekniku tagħhom;

(4) "operatur" tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li teżerċita setgħa effettiva fuq il-funzjonament tekniku tat-tagħmir u s-sistemi koperti minn dan ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Il-kondizzjonalità doppja ta’ din id-definizzjoni tintroduċi inċertezza tad-dritt fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regolament fis-settur tat-trasport.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) “stazzjonarju” tfisser li mhuwiex qed jiċċaqlaq waqt li qed jaħdem;

(13) “stazzjonarju” tfisser li normalment ma jkunx fi transitu waqt li qed jaħdem;

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni ġiet modifikata biex issir konformi mar-Regolament (KE) Nru 842/2006.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) “mobbli” tfisser li normalment ma jkunx fi transitu waqt li qed jaħdem;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) “vann refriġerant” tfisser vettura li tiżen mill-inqas 3,5 tunnellati li tkun iddisinjata u mibnija primarjament sabiex iġġorr merkanzija u li tkun mgħammra b’unità ta’ refriġerazzjoni;

(Ex AM 1      (COMP 1) Projbizzjonijiet u proċedura ta' deroga għat-tqegħid fis-suq

Emenda 24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) "aerosol tekniku" ifisser sprej tal-aerosol, użat fil-manutenzjoni, it-tiswija, it-tindif, l-ittestjar, il-qerda tal-insetti, il-manifattura, l-installazzjoni u applikazzjonijiet oħra fejn tinħtieġ formulazzjoni mhux fjammabbli.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) "kontenitur" tfisser unità ta' trasport intermodali li titfassal u tinbena primarjament biex iġġorr il-merkanzija u mgħammra b'unitá ta' refriġerazzjoni;

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c) “pompa tas-sħana” tfisser apparat jew installazzjoni għall-estrazzjonitas-sħana b’temperatura baxxa mill-arja, mill-ilma jew mill-art u għall-fornitura tas-sħana;

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni, derivata mir-Regolament (KE) Nru 842/2006, tiċċara d-distinzjoni bejn l-arja kondizzjonata riversibbli li fiha pompi tas-sħana (sistemi mifrudin, sistemi mifrudin fuq diversi livelli/VRF, sistemi rooftop, chillers ċentrifugali u chillers ta' spostament) u pompi tas-sħana li jipprovdu tisħin biss (imsejħa pompi tas-sħana). Hija tikkonforma man-nomenklatura fl-Istudju Preparatorju (Anness V, p. 259 u l-Anness VI, p. 309) u l-Valutazzjoni tal-Impatt (p. 118)

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16d) 'Tnixxija' tfisser ir-rilaxx anormali ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, li hija ferm ogħla mir-rata ta' tnixxija speċifikata bħala parti mid-disinn tat-tagħmir jekk ikun hemm;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16e) "sistema ta' skoperta ta' tnixxija" tfisser apparat mekkaniku, elettriku jew elettroniku kalibrat għall-iskoperta ta' tnixxija ta' gassijiet serra fluworurati li, f'każ ta' skoperta, li jallerta lill-operatur;

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni ġejja mir-Regolament (KE) Nru 842/2006.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16f) 'impriża' tfisser kwalunkwe persuna naturali jew legali li:

 

(a) tipproduċi, tirkupra, tirriċikla, tirreklama, tuża, teqred, tikkunsinna jew tirċievi gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

 

(b) importazzjoni tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

 

(c) importazzjoni tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

 

(d) tpoġġi gassijiet fluworinati b'effett ta' serra bħal dawn fis-suq; or

 

(e) topera, tinstalla, tagħti servis, tagħmel manutenzjoni, issewwi jew tiddekummissjona tagħmir jew sistemi li fih/fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni ġejja mir-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 16g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16g) "feedstock" tfisser kwalunkwe gass fluworurat b'effett ta' serra elenkat fl-Annessi I u II jew kompost fluworurat elenkat fl-Annessi I, II u IV tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009, li jgħaddi minn trasformazzjoni kimika fi proċess li fih jiġi konvertit mill-kompożizzjoni oriġinali tiegħu għall-kompiżizzjoni oħra;

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni ġejja mir-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16h) "aġent tal-ipproċessar" tfisser kull kompost fluworurat użat bħala aġenti għall-proċess kimiku;

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni ġejja mir-Regolament (KE) Nru 1005/2009.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-miżuri kollha li huma teknikament u ekonomikament vijabbli għandhom jittieħdu biex jitnaqqsu t-tnixxijiet ta' gassijiet fluworurati.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-operaturi ta’ tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jieħdu prekawzjonijiet sabiex jipprevjenu li dawn jiġu rilaxxati b’mod mhux intenzjonali (minn hawn ’il quddiem “tnixxija”).

2. L-operaturi ta’ tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għandhom jieħdu miżuri ta' prekawzjoni sabiex jipprevjenu li dawn jiġu rilaxxati b’mod mhux intenzjonali (minn hawn ’il quddiem “tnixxija”). Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jittieħdu miżuri ta' prekawzjoni għall-prevenzjoni tat-tnixxijiet, l-operaturi għandhom jiżguraw li r-rati massimi ta' tnixxija ma jinqabżux.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn tiġi individwata tnixxija ta’ dawk il-gassijiet, l-operaturi jiżguraw irwieħhom li t-tagħmir jissewwa mingħajr dewmien żejjed.

3. Fejn tiġi individwata tnixxija ta’ dawk il-gassijiet, l-operaturi jiżguraw irwieħhom li t-tagħmir jissewwa mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn ġimgħa wara l-kxif u qabel użu ulterjuri tat-tagħmir.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat li, fil-każ ta' tnixxija tal-gass, it-tagħmir għandu jissewwa qabel ma jintuża iktar.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) installazzjoni, għoti ta’ servis, manutenzjoni, tiswijiet jew dekummissjonar tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(1);

(a) installazzjoni, għoti ta’ servis, manutenzjoni, tiswijiet jew dekummissjonar tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(1), inkluż meta tali tagħmir jinkludi alternattivi għall-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) installazzjoni, għoti ta’ servis, manutenzjoni, tiswijiet jew dekummissjonar ta’ tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) li fih l-SF6;

(c) L-irkupru ta' SF6 waqt l-immaniġġar, l-installazzjoni, l-għoti ta’ servis, il-manutenzjoni, jew it-tiswija jew d- dekummissjonar ta’ tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear);

Ġustifikazzjoni

Jekk fitters jeħtieġu li jieħdu ħsieb jew isewwu apparat li jkun fih SF6, għandu jiġi żgurat li dawn huma ferm kwalifikati. Madanakollu, switchgear li fih SF6 qatt ma għandu jitqiegħed f'post pubbliku; minflok, għandu jkun hemm persuna responsabbli għalih il-ħin kollu, u tagħmir għandu jiġi operat minn persunal imħarreġ. Għalhekk, iċ-ċertifikazzjoni ma għandhiex tkopri persunal għat-tħaddim kollu kemm hu, iżda biss dawk il-persuni li tabilħaqq jimmaniġġjaw il-gass SF6.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jagħmlu kunsinni jew jirċievu gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għall-kompiti elenkati fil-punti (a), (b) u (c).

imħassar

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Kwalunkwe persuna li tassenja l-kompitu ta’ installazzjoni, għoti ta’ servis, manutenzjoni, tiswijiet jew dekummissjonar ta’ tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) li fih l-SF6 u jeħtieġ li jiġi mmaniġjat jew tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(1) lil parti oħra taċċerta ruhħa li l-parti l-oħra jkollha ċ-ċertifikati meħtieġa skont l-Artikolu 8 għall-kompiti meħtieġa.

5. Kwalunkwe persuna li tassenja l-kompitu ta’ mmaniġġar, installazzjoni, għoti ta’ servis, manutenzjoni, tiswijiet jew dekummissjonar ta’ tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) li fih l-SF6 u jeħtieġ li jiġi mmaniġjat jew tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(1) lil parti oħra taċċerta ruhħa li l-parti l-oħra jkollha ċ-ċertifikati meħtieġa skont l-Artikolu 8 għall-kompiti meħtieġa.

Ġustifikazzjoni

Jekk fitters jeħtieġu li jieħdu ħsieb jew isewwu apparat li jkun fih SF6, għandu jiġi żgurat li dawn huma ferm kwalifikati. Madanakollu, switchgear li fih SF6 qatt ma għandu jitqiegħed f'post pubbliku; minflok, għandu jkun hemm persuna responsabbli għalih il-ħin kollu, u tagħmir għandu jiġi operat minn persunal imħarreġ. Għalhekk, iċ-ċertifikazzjoni ma għandhiex tkopri persunal għat-tħaddim kollu kemm hu, iżda biss dawk il-persuni li tabilħaqq jimmaniġġjaw il-gass SF6.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 li jispeċifikaw miżuri ta' prekawzjoni minimi u r-rati ta' tnixxija massimi msemmija fil-paragrafu 2, ibbażati fuq l-aħjar prattiki u l-esperjenza fl-Istati Membri għal kull tip ta' tagħmir. Dawk ir-regoli għandhom jiġu adottati sa [l-1 ta' Jannar 2015].

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-operaturi ta’ tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti għal 5 tunnellati ta’ CO2 li mhumiex inklużi f'foams għandhom jiżguraw irwieħhom li t-tagħmir jiġi kkontrollat għal tnixxijiet. Madankollu, tagħmir b’sistemi ssiġillati ermetikament li huma ttikkettati bħala tali, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti għal inqas minn 10 tunnellati ta’ CO2 ma għandux ikun soġġett għal kontrolli għal tnixxija fil-kuntest ta' dan l-Artikolu.

1. peraturi ta’ tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’GWP ekwivalenti għal 5 tunnellati ta’ CO2 jew aktar li mhumiex inklużi f'foams għandhom jiżguraw irwieħhom li t-tagħmir jiġi kkontrollat għal tnixxijiet. Madankollu, tagħmir b’sistemi ssiġillati ermetikament li huma ttikkettati bħala tali, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ekwivalenti għal inqas minn 10 tunnellati ta’ CO2 ma għandux ikun soġġett għal kontrolli għal tnixxija fil-kuntest ta' dan l-Artikolu.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tagħmir ta’ refriġerazzjoni stazzjonarju;

(a) tagħmir ta’ refriġerazzjoni stazzjonarju u mobbli;

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tagħmir tal-arja kundizzjonata stazzjonarju;

(b) tagħmir tal-arja kundizzjonata stazzjonarju u mobbli;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e) trakkijiet refriġerati u trejlers refriġerati.

e) tagħmir tar-refriġerazzjoni abbord ferroviji, trakkijiet, vannijiet, trejlers u kontejners refriġerati.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jitwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta fis-settur tat-trasport.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti għal 5 tunnellati ta’ CO2 jew iktar imma għal inqas minn 50 tunnellata ta’ CO2, għandu jiġi kkontrollat għal tnixxijiet mill-inqas darba kull 12-il xahar;

(a) tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’GWP ekwivalenti għal 5 tunnellati ta’ CO2 jew iktar imma għal inqas minn 50 tunnellata ta’ CO2, għandu jiġi kkontrollat għal tnixxijiet mill-inqas darba kull 12-il xahar jew, fejn ikun hemm installata sistema għall-iżvelar ta' tnixxija, kull 24 xahar;

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti għal 50 tunnellata ta’ CO2 jew iktar iżda għal inqas minn 500 tunnellata ta’ CO2, għandu jiġi kkontrollat għal tnixxija mill-inqas darba kull sitt xhur;

(b) tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ekwivalenti għal 5 tunnellati ta’ CO2 jew iktar imma għal inqas minn 50 tunnellata ta’ CO2, għandu jiġi kkontrollat għal tnixxijiet mill-inqas darba kull 12-il xahar jew, fejn ikun hemm installata sistema għall-iżvelar ta' tnixxija, kull 24 xahar;

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti għal 500 tunnellata ta’ CO2 jew iktar għandu jiġi kkontrollat għal tnixxijiet mill-inqas darba kull tliet xhur.

(c) tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ekwivalenti għal 500 tunnellati ta’ CO2 jew iktar imma għal inqas minn 50 tunnellata ta’ CO2, għandu jiġi kkontrollat għal tnixxijiet mill-inqas darba kull 12-il xahar jew, fejn ikun hemm installata sistema għall-iżvelar tat-tnixxijiet, kull 24 xahar;

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jispeċifikaw rekwiżiti għall-kontrolli għal tnixxijiet li għandhom jitwettqu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal kull tip ta’ tagħmir imsemmi f’dak il-paragrafu, li jidentifikaw dawk il-partijiet tat-tagħmir fejn l-aktar probabbli li sseħħ ir-tnixxija, u li jemendaw il-lista tat-tagħmir fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sabiex jiġu inklużi tipi oħrajn ta’ tagħmir fid-dawl tat-tendenzi tas-suq u tal-progress teknoloġiku.

4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jispeċifikaw rekwiżiti għall-kontrolli għal tnixxijiet li għandhom jitwettqu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal kull tip ta’ tagħmir imsemmi f’dak il-paragrafu, li jidentifikaw dawk il-partijiet tat-tagħmir fejn l-aktar probabbli li sseħħ ir-tnixxija, u li jemendaw il-lista tat-tagħmir fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sabiex jiġu inklużi tipi oħrajn ta’ tagħmir fid-dawl tat-tendenzi tas-suq u tal-progress teknoloġiku. Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-kontrolli ta' tnixxijiet għandhom jiġu adottati sa [l-1 ta' Jannar 2015].

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Żamma tar-rekords

Żamma tar-rekords

1. L-operaturi ta’ tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra li mhumiex inklużi f’foams, jistabbilixxu u jżommu rekords, għal kull biċċa tagħmir, bl-informazzjoni li ġejja li tidentifika dan it-tagħmir:

1. Operaturi ta’ tagħmir elenkati fl-Artikolu 3(1), li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra li mhumiex inklużi f’foams, għandhom jistabbilixxu u jżommu rekords, għal kull biċċa ta' dan it-tagħmir, bl-informazzjoni li ġejja li tidentifika dan it-tagħmir:

(a) il-kwantità ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra rkuprata;

(a) il-kwantità ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra rkuprata;

(b) il-kwantitajiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra miżjuda u r-raġunijiet għaliex ġew miżjuda;

(b) il-kwantitajiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra miżjuda u r-raġunijiet għaliex ġew miżjuda b'indikazzjoni jekk is-sustanza kienet riċiklati jew riklamati, kif ukoll tal-isem u l-indirizz tal-impriża li wettqet l-riċiklaġġ jew reklamazzjoni;

(c) il-kwantità ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra rkuprati;

(c) il-kwantità ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra rkuprati;

(d) ir-rati ta’ tnixxija osservati;

(d) ir-rati ta’ tnixxija osservati;

(e) identifikazzjoni tal-impriża u tal-persuna li installat, tat servis lil, għamlet manutenzjoni ta’ u, fejn ikun applikabbli, sewwiet jew iddekummissjonat it-tagħmir;

(e) identifikazzjoni tal-impriża u tal-persuna li installat, tat servis lil, għamlet manutenzjoni ta’ u, fejn ikun applikabbli, sewwiet jew iddekummissjonat it-tagħmir;

(f) id-dati u r-riżultati tal-kontrolli mwettqa skont l-Artikolu 3(1) u (3);

(f) id-dati u r-riżultati tal-kontrolli mwettqa skont l-Artikolu 3(1) u (3);

(g) jekk it-tagħmir ġie ddekummissjonat, il-miżuri meħuda għall-irkupru u għar-rimi tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

(g) jekk it-tagħmir ġie ddekummissjonat, il-miżuri meħuda għall-irkupru u għar-rimi tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

Dan il-paragrafu għandu japplika għall-operaturi tat-tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) li fih l-SF6 u tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(2).

Dan il-paragrafu għandu japplika għall-operaturi tat-tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) li fih l-SF6 u għall-operaturi tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(2).

2. Sakemm ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux irreġistrati f’bażi tad-dejta stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-operaturi msemmija fil-paragrafu 1 iżommu r-rekords sa mill-inqas ħames snin.

2. Ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu rreġistrati f’bażi tad-dejta stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida operazzjonali u assistenza teknika lill-Istati Membri dwar l-istabbiliment u l-manutenzjoni tad-database. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pubbliku jkollu aċċess għat-tagħrif relevanti fid-database f'konformità mad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali1.

Sakemm ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux irreġistrati f’bażi tad-dejta stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-persuni jew l-impriżi li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(e) għall-operaturi jżommu kopji tar-rekords għal mill-inqas ħames snin.

 

Ir-rekords għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti jew tal-Kummissjoni, meta ssir talba għalihom.

 

3. Il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-format tar-rekords msemmija fil-paragrafu 1 u tispeċifika kif dawn għandhom jiġu stabbiliti u jinżammu f’att ta’ implimentazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

3. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-format tar-rekords u s-sommarji tal-konformità msemmija fil-paragrafu 1 u tispeċifika kif dawn għandhom jiġu stabbiliti u jinżammu f'database elettronika permezz ta' att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21. Il-format u l-ispeċifikazzjonijiet għandhom jiġu adottati sa [l-1 ta' Jannar 2015].

 

_________________________

 

1 ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1a. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(1), il-produtturi u l-importaturi għandhom ikunu pprojbiti milli jqiegħdu fis-suq dawk il-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Annessi I u II sakemm ma tinqeridx kwalunkwe emissjoni ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra magħmula bħala prodott sekondarju matul il-proċess ta' manifattura, inkluż matul il-proċess ta' manifattura tal-materja prima u tal-aġenti ta' proċess tagħha.

Ġustifikazzjoni

Il-produzzjoni HFC ta' spiss isseħħ f'pajjiżi terzi bl-ebda restrizzjonijiet fuq l-emissjonijiet tal-prodotti sekondarji (bħal emissjonijiet HFC-23). Għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni tista' żżid bla ħsieb l-emissjonijiet globali tal-gassijiet-F sakemm ma tiġix imposta projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta' kwalunkwe gass-F li l-esmissjonijiet sekondarji tiegħu matul il-proċess ta' manifattura ma jiġux meqruda.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-produtturi ta’ komposti fluworurati jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jillimitaw kemm jistgħu l-emissjonijiet ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra waqt il-produzzjoni, it-trasport u l-ħażna.

Il-produtturi ta’ komposti fluworurati jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jillimitaw kemm jistgħu l-emissjonijiet ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra waqt il-produzzjoni, it-trasport u l-ħażna. Dan għandu japplika wkoll fejn gassijiet serra jiġu prodotti bħala prodotti sekondarji.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk il-produtturi jiżguraw irwieħhom li kwalunkwe trifluworometan (HFC-23) prodott bħala prodott sekondarju fi kwantitajiet sinifikanti jinqered bħala parti mill-proċess ta’ manifattura.

Dawk il-produtturi jiżguraw irwieħhom li kwalunkwe trifluworometan (HFC-23) prodott bħala prodott sekondarju bħala parti tal-proċess ta' manifatura, jinqered skont l-aħjar tekniki disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Li jinqered "kull ammont" ta' HFC-23 ġġenerat bħala prodott sekondarju huwa irraġonevoli. Xi emissjonijiet huma kważi inevitabbli, anki bl-użu ta' teknoloġija għall-qerda xierqa huwa possibbli biss li jinqered madwar 99 % tal-HFC-23, iżda mhux kollu. Dan iwassal għall-produzzjoni ta' fluworokimiki li jiġu trasferiti 'l barra mll-Ewropa fejn il-prodotti sekondarji ma għandhomx għalfejn ikun kkontrollati, u b'hekk iwassal għal emissjonijiet aktar għoljin milli kieku l-attivitajiet baqgħu isiru fl-Ewropa. il-qerda għandha tkun konformi mal-aħjar tekniki disponibbli.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 20, li jemendaw il-lista ta’ tagħmir fil-paragrafu 1 sabiex jiġu inklużi tipi oħrajn ta’ tagħmir fid-dawl tar-rilevanza dejjem ikbar tagħhom minħabba żvilupp kummerċjali jew teknoloġiku.

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 20, li jemendaw il-lista ta’ tagħmir fil-paragrafu 1 sabiex jiġu inklużi tipi oħrajn ta’ tagħmir fid-dawl tar-rilevanza dejjem ikbar tagħhom minħabba żvilupp kummerċjali jew teknoloġiku, u li tadotta regoli ddettaljati rigward l-iskemi għall-irkupru msemmija fil-paragrafu 1a.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi promossa r-responsabbiltà tal-produttur, għandhom jitfasslu skemi għall-irkupru fl-Istati Membri kollha biex jiġi żgurat ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni jew il-qerda tal-gassijiet-F.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Qabel ir-rimi ta’ kontenitur ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, il-persuna li użat il-kontenitur għat-trasport jew għall-ħażna għandha tagħmel arranġamenti għall-irkupru ta’ kwalunkwe gass residwu sabiex tkun żgura li dan jiġi rriċiklat, irreklamat jew meqrud.

3. Qabel ir-rimi ta’ kontenitur ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, l-operatur li jeżerċita setgħa attwali fuq il-funzjonament tekniku tiegħu, għandu jagħmel arranġamenti għall-irkupru ta’ kwalunkwe gass residwu sabiex tkun żgurat li dawk il-gassijiet jiġu rriċiklati, irreklamati jew meqrudin.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Skema għar-Responsabbiltà tal-Produttur

 

1. stati Membri għandhom jiżguraw li l-iskemi għar-responsabbiltà tal-produttur ikunu fis-seħħ għall-irkupru, ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni jew il-qerda ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra. Dawn l-iskemi, maħsuba biex jgħattu gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fi prodotti u tagħmir barra mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2012/19/UE u f'foams, għandhom jiġu adottati sa [l-1 ta' Jannar 2016]

 

2. Tali skemi għar-responsabbiltà tal-produttur għandhom:

 

(a) jippermettu lill-operaturi u l-persuni li jarmu gassijiet fluworurati b'effett ta' serra rkuprati, inklużi prodotti u tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, f'punt tal-ġbir aċċessibbli fil-viċinanza tagħhom mingħajr ebda ħlas.

 

(b) jesiġu li operaturi u persuni li jiddekommissjonaw it-tagħmir għandhom jarmu gassijiet fluworurati b'effett ta' serra rkuprati f'punti ta' ġbir aċċessibbli;

 

3. Sakemm l-iskemi jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 2, jew juru l-effikaċja komparabbli, l-Istati Membri jistgħu:

 

(a) jesiġu li produtturi u importaturi jistabbilixxu tali skemi;

 

(b) jesiġu li operaturi ekonomiċi oħra jipparteċipaw f’tali skemi; or

 

(c) iżommu fis-seħħ skemi eżistenti.

 

4. Għall-finijiet tal-protezzjoni ambjentali, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa standards minimi ta' kwalità għall-irkupru ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra minn prodotti kif ukoll tagħmir li nġabru. Dawk l-istandards għandhom jirriflettu l-aħħar żviluppi u jiġu ppubblikata mill-Kummissjoni.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafi 1-6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Taħriġ u ċertifikazzjoni

Training and certification

1. L-Istati Membri jistabbilixxu programmi ta’ taħriġ u ta’ ċertifikazzjoni għall-persuni li ġejjin:

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jżommu programmi ta’ ċertifikazzjoni, inklużi proċessi għall-evalwazzjoni, u għandhom jiżguraw li t-taħriġ ikun disponibbli għall-persuni li ġejjin:

(a) persuni li jinstallaw, jagħtu servis lil, jagħmlu manutenzjoni ta’, isewwu jew jiddekummissjonaw it-tagħmir elenkat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1);

(a) persuni li jinstallaw, jagħtu servis lil, jagħmlu manutenzjoni ta’, isewwu jew jiddekummissjonaw it-tagħmir elenkat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1) inkluż meta tagħmir bħal dan ikun fih alternattivi għal gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

(b) persuni li jinstallaw, jagħtu servis lil, jagħmlu manutenzjoni ta’, isewwu jew jiddekummissjonaw tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) li fih l-SF6;

(b) persuni li jinstallaw, jagħtu servis lil, jagħmlu manutenzjoni ta’, isewwu jew jiddekummissjonaw tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) ta' vultaġġ għoli li fih l-SF6, f'sistemi li mhumiex ermetikament issiġillati;

(c) persuni li jwettqu l-kontrolli għal tnixxijiet ipprovduti fl-Artikolu 3(1);

(c) persuni li jwettqu l-kontrolli għal tnixxijiet ipprovduti fl-Artikolu 3(1);

(d) persuni li jirkupraw gassijiet fluworurati b'effett ta' serra kif inhu pprovdut fl-Artikolu 7.

(d) persuni li jirkupraw gassijiet fluworurati b'effett ta' serra kif inhu pprovdut fl-Artikolu 7.

 

(da) persuni li jwettqu l-kompiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) fuq tagħmir li juża refriġeranti alternattivi għal gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

 

.

2. Il-programmi ta’ taħriġ ipprovduti fil-paragrafu 1 ikopru dan li ġej:

2. Il-programmi ta’ ċertifikazzjoni u ta' taħriġ ipprovduti fil-paragrafu 1 ikopru dan li ġej:

(a) ir-regolamenti u l-istandards tekniċi applikabbli;

(a) ir-regolamenti u l-istandards tekniċi applikabbli;

(b) il-prevenzjoni tal-emissjonijiet;

(b) il-prevenzjoni tal-emissjonijiet;

(c) l-ikrupru tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

(c) l-ikrupru tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

(d) l-immaniġġar sikur ta’ tagħmir tat-tip u tad-daqs koperti miċ-ċertifikat;

(d) l-immaniġġar sikur ta’ tagħmir tat-tip u tad-daqs koperti miċ-ċertifikat;

(e) it-teknoloġiji għas-sostituzzjoni jew għat-tnaqqis tal-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u għall-immaniġġar sikur tagħhom.

(e) it-teknoloġiji għas-sostituzzjoni jew għat-tnaqqis tal-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u għall-immaniġġar sikur tagħhom.

3. Iċ-ċertifikati taħt il-programmi ta’ ċertifikazzjoni pprovduti fil-paragrafu 1 jinħarġu bil-kundizzjoni li l-applikant ikun temm programm ta’ taħriġ stabbilit skont il-paragrafi 1 u 2.

3. Iċ-ċertifikati taħt il-programmi ta’ ċertifikazzjoni pprovduti fil-paragrafu 1 jinħarġu bil-kundizzjoni li l-applikant ikun temm b'suċċess proċess ta' evalwazzjoni stabbilit skont il-paragrafi 1 u 2.

4. L-Istati Membri jistabbilixxu programmi ta’ ċertifikazzjoni għall-impriżi li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) sa (d) għal partijiet oħrajn.

4. L-Istati Membri jistabbilixxu programmi ta’ ċertifikazzjoni għall-impriżi li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) sa (da) għal partijiet oħrajn.

5. Iċ-ċertifikati pprovduti fil-paragrafi 1 u 3 huma validi għal mhux iktar minn 5 snin. stati Membri jistgħu jtawlu l-validità taċ-ċertifikati pprovduti fil-paragrafu 1 meta l-persuna kkonċernata tkun għaddejja b’taħriġ perjodiku obbligatorju kull ħames snin sabiex taġġorna l-għarfien tagħha dwar is-suġġetti msemmija fil-paragrafu 2

5. Iċ-ċertifikati ġodda pprovduti fil-paragrafi 1 u 3 għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li d-detentur jipprovdi prova li jkun aġġorna l-għarfien u l-ħiliet relevanti f'intervalli ta' mhux itwal minn 5 snin. stati Membri għandhom itawlu l-validità taċ-ċertifikati pprovduti fil-paragrafu 1 meta l-persuna kkonċernata tkun għaddejja b’taħriġ perjodiku obbligatorju kull ħames snin sabiex taġġorna l-għarfien tagħha dwar is-suġġetti msemmija fil-paragrafu 2. Ċertifikati eżistenti, maħruġa skont ir-Regolament (UE) Nru 842/2006, għandhom jibqgħu validi, bil-kundizzjoni li, sal-1 ta' Jannar 2020, il-persuni kollha li jkollhom ċertifikati bħal dawn għandhom ikunu wettqu proċess ta' evalwazzjoni fir-rigward tat-teknoloġiji msemmijin f'punt (e) tal-paragrafu 2.

6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-programmi ta’ taħriġ u ta’ ċertifikazzjoni tagħhom sal-1 ta’ Jannar 2015. Huma għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa fi Stat Membru ieħor. Huma ma jirrestrinġux il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment għaliex ċertifikat ikun inħareġ fi Stat Membru ieħor.

6. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-programmi ta’ ċertifikazzjoni tagħhom sal-1 ta’ Jannar 2015. Huma għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa fi Stat Membru ieħor. Huma ma jirrestrinġux il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment għaliex ċertifikat ikun inħareġ fi Stat Membru ieħor.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq

Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq

1. It-tqegħid fis-suq tal-prodotti u tat-tagħmir speċifiċi elenkati fl-Anness III jiġi pprojbit mid-data speċifikata f’dak l-Anness u fejn ikun applikabbli issir differenzazzjoni skont it-tip jew il-potenzjal ta’ tisħin globali tal-gass fluworurat b'effett ta' serra inkluż.

1. It-tqegħid fis-suq u l-esportazzjoni tal-prodotti u tat-tagħmir speċifiċi elenkati fl-Anness III jiġi pprojbit mid-data speċifikata f’dak l-Anness u fejn ikun applikabbli issir differenzazzjoni skont it-tip jew il-GWP tal-gass fluworurat b'effett ta' serra inkluż.

Għall-kalkolu tal-potenzjal ta’ tisħin globali tat-taħlitiet ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra inklużi f’dawk il-prodotti u f’dak it-tagħmir, jiġi applikat il-metodu stabbilit fl-Anness IV.

Għall-kalkolu tal-GWP tat-taħlitiet ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra inklużi f’dawk il-prodotti u f’dak it-tagħmir, jiġi applikat il-metodu stabbilit fl-Anness IV.

 

Jekk tagħmir immobbli tal-arja kondizzjonata fih gassijiet serra flworinati riċiklat u rkuprati minn tagħmir tal-istess tip, id-data tal-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq għandha tiġi diferita b'sena.

 

Sal-1 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk jeżistux alternattivi effettivi, affidabbli li jagħmlu s-sostituzzjoni tal SF6 possibbli, bi spiża raġonevoli, f'switchgear sekondarju ġdid ta' vultaġġ medju. Ibbażat fuq ir-riżultat ta' dik il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 u temenda l-lista stabbilita fl-Anness III li tinkludi switchgear sekondarju ta' vultaġġ medju li fih gassijiet serra flworinati.

 

Sal-1 ta' Jannar 2018, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk jeżistux alternattivi effettivi, affidabbli li jagħmlu s-sostituzzjoni tal SF6 possibbli, bi spiża raġonevoli, f'switchgear sekondarju ġdid ta' vultaġġ medju. Abbażi tar-riżultat ta' dik il-valutazzjoni l-Kummissjoni tista' tadotta deroga għall-projbizzjoni ta' sistemi ta' protezzjoni min-nar li fihom gassijiet serra fluworinati skont il-paragrafu 3.

2. Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma tapplikax għal blast chillers u blast freezers u għal tagħmir li għalih ikun ġie stabbilit, fir-rekwiżiti tal-ekodisinn adottati taħt id-Direttiva 2009/125/KE , li minħabba effiċjenza enerġetika ikbar waqt li jkun qed jitħaddem, l-emissjonijiet tas-CO2 matul iċ-ċiklu tal-ħajja jkunu anqas minn dak ta' tagħmir ekwivalenti li jissodisfa r-rekwiżiti ta' ekodisinn rilevanti u ma jkunx fih idrofluworokarburi.

 

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jemendaw il-lista stabbilita fl-Anness III sabiex jiġu inklużi prodotti u tagħmir oħrajn li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'potenzjal ta' tisħin globali ta' 150 jew aktar, jew li jagħmlu użu minnhom sabiex jaħdmu, jekk ikun ġie stabbilit li huma disponibbli alternattivi għall-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew għall-użu tat-tipi speċifiċi ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u l-użu tagħhom jirriżulta f'emissjonijiet aktar baxxi ta' gassijiet b'effett ta' serra b'mod ġenerali u jiġu esklużi, fejn hu xieraq għal perjodu speċifiku ta' żmien, ċerti kategoriji ta' prodotti jew tagħmir li għalihom ma jkunux disponibbli sustanzi alternattivi li jaqgħu taħt il-limitu speċifikat ta' potenzjal ta' tisħin globali għal raġunijiet tekniċi, ekonimiċi jew ta' sikurezza.

3. Wara talba sostanzjata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru u f'konformità mal-Artikolu 20, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati li jemendaw il-lista mniżżla fl-Anness III, li tawtorizza eżenzjoni limitata biż-żmien għall-esklużjoni ta' ċerti kategoriji ta' prodotti jew tagħmir li għalihom ma jkunux disponibbli sustanzi alternattivi li jaqgħu taħt il-limitu speċifikat GWP jew ma jistgħux jintużaw għal raġunijiet tekniċi, ekonomiċi jew ta' sikurezza, jew minħabba l-effiċjenza enerġetika matul l-operazzjoni tiegħu jekk l-emissjonijiet ta' gassijiet serra matul iċ-ċiklu tal-ħajja, inklużi materja prima u l-emissjonijiet mill-prodotti sekondarji, ikunu aktar baxxi minn dawk minn tagħmir ekwivalenti skont il-prinċipji tal-ekodisinn, b'kunsiderazzjoni għan-natura strateġika ta' ċerti attivitajiet u l-ispeċifiċitajiet tal-klima lokali.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Għall-finijiet li jitwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 8(1)(a) sa (d), gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jistgħu biss jinbiegħu u jinxtraw minn impriżi u persuni li jkollhom iċ-ċertifikati relevanti bi qbil mal-Artikolu 8.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Kull Stat Membru se jippubblika u jinnotifika lill-Kummissjoni, sa [1 ta' Jannar 2016], rapport dwar kodiċijiet, standards jew leġiżlazzjoni applikati fil-livell lokali, reġjonali jew nazzjonali li jirrestrinġu l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ta' sostituzzjoni bl-użu ta' refriġeranti li jieħdu n-nar, inklużi idrokarburi, fi prodotti u tagħmir u fowms tar-refriġerazzjoni u tal-arja kundizzjonata. Ir-rapport se jipproponi azzjonijiet li jindirizzaw dawn ir-restrizzjonijiet li jippermettu d-dħul fis-seħħ tal-projbizzjonijiet elenkati fl-Anness III jew, fejn xieraq, oqsma dettaljati ta' applikazzjoni fejn jistgħu jinħtieġu eċċezzjonijiet diskreti għal raġunijiet leġittimi ta' sikurezza.

 

Il-Kummissjoni se tippubblika rapport sintetizzat sa [1 ta' Jannar 2017],li se jkun disponibbli għall-pubbliku, f'forma elettronika, bl-għan li jkun disseminat b'mod attiv u sistematiku bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-gassijiet fluworurati maħsuba għall-użu bħala materja prima fi proċess kimiku, għad-distruzzjoni, għall-esportazzjoni jew għall-imballaġġ mill-ġdid għandhom ikunu soġġetti għal tikkettar obbligatorju.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) foam polyol imħallat minn qabel u solventi.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Mill-1 ta' Jannar 2017, il-kwantità ta’ gassijiet b'effett ta' serra inklużi fil-prodott jew fit-tagħmir, espressa f’termini ta’ piż u ta’ ekwivalenti għal CO2.

(c) Mill-1 ta' Jannar 2017, il-kwantità ta’ gassijiet b'effett ta' serra inklużi fil-prodott jew fit-tagħmir, espressa f’termini ta’ piż u ta’ ekwivalenti għal CO2 u l-GWP.

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 tiġi inkluża f’manwali ta’ struzzjonijiet għal prodotti u tagħmir bħal dawn. Fil-każ ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'potenzjal ta' tisħin globali ta' 150 jew aktar, din l-informazzjoni tiġi inkluża wkoll fid-deskrizzjonijiet użati għar-reklamar.

5. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 tiġi inkluża f’manwali ta’ struzzjonijiet għal prodotti u tagħmir bħal dawn. Fil-każ ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ta' 150 jew aktar.

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Kontenituri tal-gassijet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ta' 2500 jew aktar użati għat-tiswija jew il-manutenzjoni ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(3) għandhom ikollhom tikketta li tindika jekk is-sustanza ġietx riċiklata jew riklamata, kif ukoll l-isem u l-indirizz tal-impriża li wettqet ir-riċiklaġġ jew r-reklamazzjoni;

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. żu ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, jew ta’ taħlitiet li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2500 jew aktar, sabiex jingħata servis lil jew issir il-manutenzjoni ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni b’daqs ta’ ċarġ ekwivalenti għal 5 tunnellata ta’ CO2 jew iktar għandu jiġi pprojbit mill-1 ta’ Jannar 2020.

3. żu ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, jew ta’ taħlitiet li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, b’GWP ta’ 2500 jew aktar, sabiex jingħata servis lil jew issir il-manutenzjoni ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni b’daqs ta’ ċarġ ekwivalenti għal 50 tunnellata ta’ CO2 jew iktar għandu jiġi pprojbit mill-1 ta’ Jannar 2017. Din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal tagħmir maħsub għal applikazzjonijiet iddiżinjati li jkessħu prodotti għal temperaturi aktar baxxi minn - 50°C jew tagħmir konvertit biex juża gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'potenzjal ta' tisħin globali 'il fuq minn 2500 biex jilħaq l-impenji li jaqgħu taħt ir-Regolament dwar Sustanzi li jnaqqsu s-Saff tal-Ożonu (Regolament (KE) Nru 1005/2009).

 

Il-projbizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ma tapplikax, qabel l-1 ta' Jannar 2022, għal gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'GWP ta' 2500 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew servis ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni li kien jeżisti, sakemm dan ikun ġie ttikkettjat skont l-Artikolu 10(5).

 

Sal-1 ta' Jannar 2022, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal gassijiet fluworurati b'effett ta' serra riċiklati b'GWP ta' 2500 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew servis ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni eżistenti, sakemm dawn ikunu rkuprati minn tali tagħmir. Dawn il-gassijiet jistgħu jintużaw biss mill-impriża li twettaq l-irkupru tagħhom bħala parti mill-manutenzjoni jew servis jew l-impriża li għaliha l-irkupru twettaq bħala parti mill-manutenzjoni jew servis.

Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, il-potenzjal ta’ tisħin globali tat-taħlitiet li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jiġi kkalkulat skont l-Anness IV.

Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, il-GWP tat-taħlitiet li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jiġi kkalkulat skont l-Anness IV.

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Wara talba sostanzjata minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru u f'konformità mal-Artikolu 20, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tawtorizza deroga limitata biż-żmien li tippermetti l-użu ta' gassijiet serra fluworinati li jaqbeż il-GWP speċifikat għal ċerti kategoriji ta' prodotti jew tagħmir li għalihom ma jkunux disponibbli sustanzi alternattivi li jaqgħu taħt il-limitu speċifikat GWP jew ma jistgħux jintużaw għal raġunijiet tekniċi, ekonomiċi jew ta' sikurezza, b'kunsiderazzjoni għan-natura strateġika ta' ċerti attivitajiet u l-ispeċifiċitajiet tal-klima lokali

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

It-tnaqqis gradwali tat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi

It-tnaqqis gradwali tat-tqegħid fis-suq tal-HFCs

1. Il-Kummissjoni tiżgura ruħha li l-kwantità ta’ idrofluworokarburi li l-produtturi u l-importaturi huma intitolati li jqiegħdu fis-suq fl-Unjoni kull sena ma taqbiżx il-kwantità massima għas-sena inkwistjoni, ikkalkulata skont l-Anness V. Kull produttur u importatur jiżgura ruħu li l-kwantità ta’ idrofluworokarburi kkalkulata skont l-Anness V li jqiegħed fis-suq ma taqbiżx il-kwota allokata lilu skont l-Artikolu 14(5) jew li ġiet ittrasferita lilu skont l-Artikolu 16.

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura, b'kunsiderazzjoni għad-disponibbiltà ta' alternattivi li huma affidabbli u teknikament u ekonomikament vijabbli u li jkunu ġew iddiżinjati biex jaħdmu fil-kundizzjonijiet klimatiċi differenti tal-Istati Membri, li l-kwantità ta’ idrofluworokarburi li l-produtturi u l-importaturi huma intitolati li jqiegħdu fis-suq fl-Unjoni kull sena ma taqbiżx il-kwantità massima għas-sena inkwistjoni, ikkalkulata skont l-Anness V. Kull produttur u importatur jiżgura ruħu li l-kwantità ta’ HFCs ikkalkulata skont l-Anness V li jqiegħed fis-suq ma taqbiżx il-kwota allokata lilu skont l-Artikolu 14(5) jew li ġiet ittrasferita lilu skont l-Artikolu 16.

2. Dan l-Artikolu ma japplikax għall-idrofluworokarburi importati fl-Unjoni sabiex jinqerdu.

2. Dan l-Artikolu ma japplikax għall-HFCs importati fl-Unjoni sabiex jinqerdu.

Huwa ma japplikax għall-produtturi jew għall-importaturi ta’ inqas minn 1 000 tunnellata ta’ ekwivalenti għal CO2 ta’ idrofluworokarburi fis-sena.

Għandu japplika Huwa għall-produtturi jew l-importaturi ta' HFCs kollha, għajr għal raġunjiet ta' riċerka mhux kommerċjali.

3. Dan l-Artikolu u l-Artikoli 14, 16, 17 u 22 japplikaw ukoll għall-idrofluworokarburi inklużi f’taħlitiet ta’ poliol.

3. Dan l-Artikolu u l-Artikoli 14, 16, 17 u 22 japplikaw ukoll għall-HFCs inklużi f’taħlitiet ta’ poliol.

4. Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20

4. Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20

(a) li jemendaw il-kwantitajiet massimi stabbiliti fl-Anness V fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq fl-idrofluworokarburi u fl-emissjonijiet relatati; kif ukoll

(a) li jemendaw il-kwantitajiet massimi stabbiliti fl-Anness V fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq fl-HFCs, fl-emissjonijiet relatati, minn meta ssir disponibbli fis-suq alternattiva vijabbli mil-lat teknoloġiku u ekonomiku; kif ukoll

(b) li jeżentaw it-tqegħid fis-suq għal użi speċifiċi mir-rekwiżit tal-kwota stabbilit fil-paragrafu 1 fejn l-użu tal-idrofluworokarburi huwa meħtieġ għal raġunijiet ta’ saħħa jew ta’ sikurezza għaliex inkella ma tkunx żgurata provvista suffiċjenti.

(b) li jeżentaw it-tqegħid fis-suq għal użi speċifiċi mir-rekwiżit tal-kwota stabbilit fil-paragrafu 1, b'mod partikolari għal applikazzjonijiet mediċi fejn l-użu ta' HFCs huwa meħtieġ għal raġunijiet ta’ saħħa jew ta’ sikurezza għaliex inkella ma tkunx żgurata provvista suffiċjenti.

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

Artikolu 14

Allokazzjoni ta’ kwoti għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq

Allokazzjoni ta’ kwoti għat-tqegħid ta' HFCs fis-suq

1. Sal-31 ta’ Ottubru 2014 il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta’ deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni, għal kull produttur jew importatur li jkun irrapporta dejta skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, valur ta’ referenza bbażat fuq il-medja annwali tal-kwantitajiet ta’ idrofluworokarburi li l-produttur jew l-importatur ikun irrapporta li qiegħed fis-suq tal-UE mill-2008 sal-2011. Sabiex jiġi ddeterminat il-valur ta’ referenza, ma jitqiesux il-kwantitajiet irrapportati li jaqbżu l-kwota. Il-valuri ta’ referenza jiġu kkalkulati skont l-Anness V għal dan ir-Regolament.

1. Sal-31 ta’ Ottubru 2014 il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta’ deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni, għal kull produttur jew importatur li jkun irrapporta dejta skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 842/2012, valur ta’ referenza bbażat fuq il-medja annwali tal-kwantitajiet ta’ idrofluworokarburi li l-produttur jew l-importatur ikun irrapporta li qiegħed fis-suq tal-UE mill-2009 sal-2012. Sabiex jiġi ddeterminat il-valur ta’ referenza, ma jitqiesux il-kwantitajiet irrapportati li jaqbżu l-kwota. Il-valuri ta’ referenza jiġu kkalkulati skont l-Anness V għal dan ir-Regolament.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Tariffa ta' allokazzjoni.

 

1. Kull produttur u importatur se jittrasmetti, qabel l-aċċess għall-kwota allokatata jew sehem minnha, tariffa ta' allokazzjoni ta' [*] kull tunnellata ta' HFCs li tkun ekwivalenti għal kull tunnellata ta' CO2, għall-kwantitajiet ta' HFCs li se jitqiegħdu fis-suq matul is-sena li tkun ġejja.

 

2. Għal dan il-għan, il-produtturi u l-importaturi eletti biex jaċċessaw il-kwoti allokati lilhom jew sehem minnhom jissottomettu dikjarazzjoni indirizzata lill-Kummissjoni, li fiha jispeċifikaw il-kwantità ta' HFCs li se jkunu aċċessati matul is-sena li tkun ġejja.

 

3. L-introjtu miġbur se jintuża biex isostni l-implimentazzjoni ta' dan ir-regolament u biex jindirizza differenzi reġjonali speċjalment f'pajjiżi b'temperaturi għoljin, fir-rigward tal-użu ta' gassijiet fluworurati per capita, l-ispejjeż ta' teknoloġiji ta' sostituzzjoni minħabba l-kondizzjonijiet klimatiċi, il-ħolqien ta' inċentivi biex ikunu rkuprati b'mod xieraq il-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u s-sorveljanza tas-suq biex tiġi miġġielda l-kummerċjalizzazzjoni illegali. Wara t-tnaqqis tal-ispejjeż amministrattivi, dak l-introjtu se jintuża għal wieħed jew aktar mill-iskopijiet li ġejjin:

 

a) finanzjament addizzjonali ta' mill-anqas 60 % tal-introjtu għall-finanzjament ta' proġetti dwar trattament, taħriġ jew sorveljanza tas-suq fir-rigward tat-tmiem iċ-ċiklu ta-ħajja, it-taħriġ, jew biex jiġi ffaċilitat l-użu ta' teknoloġiji alternattivi b'mod partikolari f'temperaturi ambjentali għoljin;

 

(b) il-faċilitazzjoni u l-implimentazzjoni ta' ftehim internazzjonali dwar l-HFCs;

 

4. Il-Kummissjoni se tagħmel rapport dwar l-użu tal-introjtu fl-[1 ta' Jannar 2017]. Ir-rapport sintetizzat se jkun disponibbli għall-pubbliku, f'forma elettronika, bl-għan li jkun disseminat b'mod attiv u sistematiku bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 1367/2006.

 

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tiddetermina l-ammont tat-tariffa, u biex tispeċifika l-arranġamenti dettaljati għall-ġbir u d-distribuzzjoni tal-introjti imsemmija fil-paragrafu 3.

 

6. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-format tan-notifika msemmija fil-paragrafu 4. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

 

* Ammont indikattiv sa EUR 10, li jiġi stabbilit skont il-paragrafu 5 ibbażat fuq il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni.

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-reġistru elettroniku jiġu rreġistrati, meta ssir talba għal dan

Dan li ġej għandu jiġi rreġistrat fir-reġistru elettroniku:

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-31 ta’ Marzu 2014 u sussegwentement kull sena, kull produttur, importatur u esportatur li pproduċa, importa jew esporta iktar minn tunnellata metrika jew 1 000 tunnellata ta’ ekwivalenti għal CO2 ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u ta’ gassijiet elenkati fl-Anness II waqt is-sena kalendarja preċedenti, għandu jirrapporta lill-Kummissjoni d-dejta speċifikata fl-Anness VII dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.

1. Sal-31 ta’ Marzu 2014 u sussegwentement kull sena, kull produttur, importatur u esportatur li pproduċa, importa jew esporta iktar minn 10 tunnellati ta’ ekwivalenti għal CO2 ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u ta’ gassijiet elenkati fl-Anness II waqt is-sena kalendarja preċedenti, għandu jirrapporta lill-Kummissjoni d-dejta speċifikata fl-Anness VII dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sal-31 ta’ Marzu 2014 u sussegwentement kull sena, kull impriża li qerdet iktar minn tunnellata metrika jew 1 000 tunnellata ta’ ekwivalenti għal CO2 ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u ta’ gassijiet elenkati fl-Anness II waqt is-sena kalendarja preċedenti tirrapporta lill-Kummissjoni d-dejta speċifikata fl-Anness VII dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.

2. Sal-31 ta’ Marzu 2014 u sussegwentement kull sena, kull impriża li qerdet iktar minn tunnellata metrika jew 500 tunnellata ta’ ekwivalenti għal CO2 ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u ta’ gassijiet elenkati fl-Anness II waqt is-sena kalendarja preċedenti tirrapporta lill-Kummissjoni d-dejta speċifikata fl-Anness VII dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18

Artikolu 18

Ġbir ta’ data dwar l-emissjonijiet

Ġbir ta’ data dwar l-emissjonijiet

1. L-Istati Membri jiġbru dejta dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

1. L-Istati Membri jiġbru dejta dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

Għal dak il-għan, huma jistabbilixxu waħda mis-sistemi li ġejjin, kif ikun xieraq:

Għal dak il-għan, għandhom jistabbilixxu sistema fejn tinżamm bażi tad-dejta fuq il-livell nazzjonali għall-ġbir tad-dejta rreġistrata skont l-Artikolu 5(1);

(a) sistema fejn tinżamm bażi tad-dejta fuq il-livell nazzjonali għall-ġbir tad-dejta rreġistrata skont l-Artikolu 5(1);

 

(b) sistema fejn jitwettaq stħarriġ dwar l-emissjonijiet minn kampjun rappreżentattiv ta’ operaturi koperti mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1), u r-riżultati jiġu estrapolati minn dak l-istħarriġ.

 

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se tiġbor dejta bbażata fuq metodoloġija komuni sabiex tkejjel l-ammont ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fl-atmosfera u se tippubblikaha.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024, hija għandha tippubblika rapport komprensiv dwar l-effetti ta’ dan ir-Regolament, inkluż tbassir tad-domanda kontinwa għall-idrofluworokarburi wara l-2030.

Mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022, hija għandha tippubblika rapport komprensiv dwar l-effetti ta’ dan ir-Regolament, inkluż:

 

 

(a) previżjoni tad-domanda kontinwa għall-HFCs fl-2024, 2027, 2030 wara l-2030.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) valutazzjoni tat-tnaqqis gradwali potenzjali ta' HFCs sal-2030 jew eżattament wara, inklużi derogi u miżuri oħra meħtieġa biex isostnu din il-proposta;

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c) ħarsa ġenerali tal-istandards Ewropej u internazzjonali, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar is-sikurezza u tal-kodiċijiet tal-bini fl-Istati Membri li qed jimpedixxu t-tranżizzjoni għal refriġeranti fjammabbli, bħall-idrokarburi;

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 – punt d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(d) reviżjoni tad-disponibbiltà ta' fattibbiltà teknika u alternattivi kosteffettivi għal prodotti u tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għal prodotti u tagħmir mhux elenkat fl-Anness III, filwaqt li titqies l-effiċjenza enerġetika;

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2020, hi se tippubblika rapport li jevalwa l-ispejjeż amministrattivi u ekonomiċi ta' dan ir-Regolament għan-negozji, inklużi proposti dwar kif jitnaqqsu dawn l-ispejjeż:

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3(4), 7(2), 8(7), 9(3), 10(7), 13(5), 14(6), 17(5), 18(3) u 19(1) u (2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [jj/xx/ssss] [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

2. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3(4), 7(2), 8(7), 9(3), 10(7), 13(4), 14(6), 17(5), 18(3) u 19(1) u (2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [jj/xx/ssss] [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni se tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi ħlief jekkil-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Ġustifikazzjoni

tti delegati huma msemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 13, mhux fil-paragrafu 5. Id-delega tas-setgħa idealment għandha tapplika għal perjodi limitati biss u għandu jkun disponibbli rapport dwar l-arranġamenti kkonċernati.

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3(4), 7(2), 8(7), 9(3), 10(7), 13(5), 14(6), 17(5), 18(3) u 19(1) u (2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Hija ma taffettwax il-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

3. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3(4), 7(2), 8(7), 9(3), 10(7), 13(4) u (14), l-Artikolu 6, Artikoli 17(5), 18(3) u 19(1) u (2), tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Hija ma taffettwax il-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

tti delegati huma msemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 13, mhux fil-paragrafu 5.

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(4), 7(2), 8(7), 9(3), 10(7), 13(5), 14(6), 17(5), 18(3) u 19(1) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Palament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(4), 7(2), 8(7), 9(3), 10(7), 13(4), 14(6), 17(5), 18(3) u 19(1) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Palament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

tti delegati huma msemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu 13, mhux fil-paragrafu 5.

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20a

 

Forum Konsultattiv

 

Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tiżgura parteċipazzjoni bbilanċjata tar-rappreżentanti tal-Istati Membri, u tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inklużi organizzazzjonijiet ambjentali, ta' manifatturi,ta' operaturi u ta' persuni ċċertifikati. Dawk il-partijiet għandhom jiltaqgħu f’forum konsultattiv. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-forum fuq bażi regolari, u għandha tagħmel disponibbli għal dan il-forum informazzjoni rilevanti dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari rigward l-applikazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fir-rigward ta' kwalunkwe eżenzjoni limitata biż-żmien skont l-Artikolu 9 u l-Artikolu 11 , u qabel l-adozzjoni ta' kwalunkwe att ta' implimentazzjoni jew att ddelegat. Ir-regoli ta' proċedura tal-Forum għandhom jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni.

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Ir-referenzi għar-Regolament 842/2006 rrevokat jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Ġustifikazzjoni

Emenda biex jinżammu r-Regolamenti implimentattivi eżistenti tal-Kummissjoni relatati mat-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni sakemm ma jiġux imħassra f'data aktar tard mill-Kummissjoni.

Emenda  84

Proposta għal regolament

Anness III

Prodotti u tagħmir

Data tal-projbizzjoni

Fejn ikun rilevanti, il-potenzjal ta' tisħin globali (GWP) ta' taħlitiet li fihom gassijiet serra flworinati għandu jiġi kkalkulat skont l-Anness IV, kif previst fl-Artikolu 9(1) subparagrafu 2.

 

1. Kontenituri għall-gassijiet serra fluworinati li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, użati għall-għoti ta' servis, għall-manutenzjoni jew il-mili ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata jew pompi tas-sħana, ta' sistemi ta' protezzjoni min-nar jew switchgear, jew biex jintużux bħala solventi

L-4 ta' Lulju 2007

2. Sistemi ta’ evaporazzjoni diretta mhux imrażżna li fihom HFCs u PFCs bħala refriġeranti

L-4 ta' Lulju 2007

3. Sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u ċilindri għat-tifi tan-nar

li fihom PFCs

L-4 ta' Lulju 2007

li fihom l-HFC-23

L-1 ta’ Jannar 2015

4. Twieqi għal użu domestiku li fihom gassijiet serra fluworinati

L-4 ta' Lulju 2007

5. Twieqi oħrajn li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

L-4 ta' Lulju 2008

6. Żraben li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

L-4 ta' Lulju 2006

7. Tajers li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

L-4 ta' Lulju 2007

8. Foams b’komponent uniku, ħlief fejn ikunu meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti standards nazzjonali ta’ sikurezza, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’GWP ta’ 150 jew iktar

L-4 ta' Lulju 2008

9. Ġeneraturi aerosol kummerċjalizzati u maħsuba għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali għal divertiment u skopijiet dekorattivi, kif elenkati fil-punt 40 tal-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u signal horns li fihom HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar

L-4 ta' Lulju 2009

10. Refriġeraturi u friżers domestiċi li fihom l-HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar

L-1 ta’ Jannar 2015

11. Refriġeraturi u friżers għall-ħżin, wiri jew distribuzzjoni tal-prodotti f'servizzi tal-klijenti u tal-ikel ("użu kummerċjali - sistemi ssiġillati ermetikament)

li fihom HFCs b’GWP ta’ 2500 jew aktar

L-1 ta' Jannar 2017

li fihom HFCs b’GWP ta’ 150 jew aktar

L-1 ta' Jannar 2020

12. Tagħmir mobbli tal-arja kundizzjonata għall-kmamar (tagħmir issiġillat ermetikament li jista' jiġi mċaqalaq bejn kamra u oħra mill-utent finali) li fihom HFCs b’GWP ta’ 150 jew aktar

L-1 ta' Jannar 2020

 

Emenda

It-tqegħid fis-suq tal-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(1)

Prodotti u tagħmir

Data tal-projbizzjoni

Fejn ikun rilevanti, il-potenzjal ta' tisħin globali (GWP) ta' taħlitiet li fihom gassijiet serra flworinati għandu jiġi kkalkulat skont l-Anness IV, kif previst fl-Artikolu 9(1), kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1).

 

1. Kontenituri għall-gassijiet serra fluworinati li ma jistgħux jerġgħu jimtlew, użati għall-għoti ta' servis, għall-manutenzjoni jew il-mili ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata jew pompi tas-sħana, ta' sistemi ta' protezzjoni min-nar jew switchgear, jew biex jintużux bħala solventi

L-4 ta' Lulju 2007

2. Sistemi ta’ evaporazzjoni diretta mhux imrażżna li fihom HFCs u PFCs bħala refriġeranti

L-4 ta' Lulju 2007

3. Sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u ċilindri għat-tifi tan-nar

li fihom PFCs

L-4 ta' Lulju 2007

li fihom gassijiet serra flourinated ħlief għall-applikazzjonijiet elenkati fl-Anness VI tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 bħala eżempji ta' użu kritiċi tal-aloni

L-1 ta' Jannar 2020

4. Twieqi għal użu domestiku li fihom gassijiet serra fluworinati

L-4 ta' Lulju 2007

5. Twieqi oħrajn li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

L-4 ta' Lulju 2008

6. Żraben li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

L-4 ta' Lulju 2006

7. Tajers li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

L-4 ta' Lulju 2007

8. Foams b’komponent uniku, ħlief fejn ikunu meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti standards nazzjonali ta’ sikurezza, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’GWP ta’ 150 jew iktar

L-4 ta' Lulju 2008

9. Ġeneraturi aerosol kummerċjalizzati u maħsuba għall-bejgħ lill-pubbliku ġenerali għal divertiment u skopijiet dekorattivi, kif elenkati fil-punt 40 tal-Anness XVII għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, u signal horns li fihom HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar

L-4 ta' Lulju 2009

9a. Aerosols mhux mediċi tekniċi li fihom gassijiet serra fluworinati

L-1 ta' Jannar 2018

10. Refriġaturi u friżers domestiċi li fihom HFCs

L-1 ta’ Jannar 2015

10a. Tagħmir ġdid stazzjonarju ta’ refriġerazzjoni li fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 2500 jew aktar, ħlief tagħmir maħsub għal applikazzjonijiet <-50°C

L-1 ta' Jannar 2016

10b. Tagħmir ġdid stazzjonarju ta’ refriġerazzjoni li fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra b’GWP ta’ 2500 jew aktar, ħlief tagħmir maħsub għal applikazzjonijiet <-50°C

L-1 ta' Jannar 2020

10c. Tagħmir ta’ refriġerazzjoni mobbli li fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra:

L-1 ta' Jannar 2025

11. Refriġeraturi u friżers għall-ħżin, wiri jew distribuzzjoni tal-prodotti f'servizzi tal-klijenti u tal-ikel ("użu kummerċjali - sistemi ssiġillati ermetikament)

li fihom HFCs b’GWP ta’ 2150 jew aktar

L-1 ta' Jannar 2015

li fihom HFCs

L-1 ta' Jannar 2018

12. Tagħmir mobbli tal-arja kundizzjonata għall-kmamar (tagħmir issiġillat ermetikament li jista' jiġi mċaqalaq bejn kamra u oħra mill-utent finali) li fihom HFCs

L-1 ta' Jannar 2020

12a. Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli li fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra

L-1 ta' Jannar 2020

12b. Tagħmir tal-arja kondizzjonata li jinsabu fil-bastimenti tal-merkanzija u li fihom gassijiet serra fluworinati

L-1 ta' Jannar 2020

12c. Foams li fihom gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra

Foams tal-polisterin estruż

L-1 ta' Jannar 2016

Foams oħrajn (inklużi l-poliuretan, il-poliisoċjanurat u l-fenoliku)

L-1 ta' Jannar 2020

12d. Solventi li fihom gassijiet serra flworinati għajr għat-tindif preċiż ta' komponenti elettriċi u komponenti oħra f'applikazzjonijiet tal-aerospazju u tal-aeronawtika u fil-manifattura tas-semikondutturi

L-1 ta' Jannar 2020

Emenda  85

Proposta għal regolament

Anness V

Is-sena

 

2015

100 %

2016–17

93 %

2018–20

63 %

2021–23

45 %

2024–26

31 %

2027–29

24 %

2030

21 %

 

Emenda

ANNESS V

Kalkolu tal-kwantità massima, tal-valuri ta’ referenza u tal-kwoti għat-tqegħid tal-HFCs fis-suq

Il-kwantità massima msemmija fl-Artikolu 13(1) għandha tiġi kkalkulata bl-applikazzjoni tal-perċentwali li ġejjin għall-medja annwali tal-kwantità totali li tpoġġiet fis-suq fl-Unjoni waqt il-perjodu mill-2009 sal-2012:

Is-sena

 

2015

100 %

2016–17

90%

2018–20

63 %

2021–23

45 %

2024–26

31%

2027–29

24%

2030

16 %

Emenda  86

Proposta għal regolament

Anness VI – punt 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) il-produzzjoni totali ta’ kull sustanza fl-Unjoni, fejn jidentifika l-kategoriji prinċipali ta’ applikazzjoni fejn tintuża s-sustanza;

a) il-kwantità totali ta’ kull sustanza li jkun ipproduċa fl-Unjoni, u jidentifika l-kategoriji prinċipali ta’ applikazzjoni fejn tintuża s-sustanza;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssegwi objettiv ta’ ċarezza.

Emenda  87

Proposta għal regolament

Anness VII – punt 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) Emissjonijiet sekondarji ta’ gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra elenkati fl-Annessi I u II u komposti fluworurati oħra prodotti matul il-proċess ta’ manifattura, inkluż matul il-proċess ta’ manifattura tal-materjal li jingħalef lill-magni u tal-aġenti tal-ipproċessar.

  • [1]  Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

SFOND

Il-Protokoll ta' Montreal, meqjus bħala l-aktar ftehim ambjentali internazzjonali ta' suċċess, kiseb it-tnaqqis gradwali u t-tneħħija gradwali tal-biċċa l-kbira tas-sustanzi li jnaqqsu l-ożonu, inklużi l-klorofluworokarburi (CFCs) u l-idroklorofluworokarburi (HCFCs). L-Idrofluworokarbonji (HFCs) dan l-aħħar ħadu post is-CFCs u l-HCFCs, iżda ambjentalment huma attivi ħafna. Barra minn hekk, gassijiet fluworurati b'effett ta' serra oħra (gassijiet-F), inklużi perfluworokarbonji (PFCs) u eżafluworur tal-kubrit (SF6), għandhom potenzjal għat-tisħin globali (GWP) sa 23 000 darba aktar b'saħħtu mill-dijossidu tal-karbonju u jistgħu jibqgħu fl-atmosfera għal eluf ta' snin. Hu meħtieġ li tittieħed azzjoni.

L-Unjoni Ewropea (UE) talbet tnaqqis ta' 80-95% tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra (GHG) sal-2050 meta mqabbla mall-livelli fl-1990. Skont il-Pjan Direzzjonali dwar Ekonomija b'Emissjonijiet Baxxi tal-Karbonju tal-Kummissjoni Ewropea, jinħtieġ tnaqqis ta' 72-73% fl-emissjonijiet mhux tas-CO2 (dawn jinkludu gassijiet fluworurati b'effett ta' serra) sal-2030. Iżda filwaqt li gassijiet b'effett ta' serra oħra tnaqqsu, emissjonijiet tal-gassijiet-F fl-UE żdiedu b'60% mill-1990. Prodotti bbażati fuq HFCs għandhom ċiklu tal-ħajja twil ħafna sa 50 sena. Għalhekk issa tinħtieġ leġiżlazzjoni addizzjonali biex jiġi evitat li jiżdiedu l-emissjonijiet għad-deċenni li ġejjin.

Fortunatament, alternattivi sostenibbli — dawk li taw prova li huma sikuri, kosteffikaċi u effiċjenti fl-użu tal-enerġija —diġà jinsabu fis-suq illum il-ġurnata u qegħdin jintużaw. Dawn l-alternattivi sostenibbli jistgħu jieħdu post it-tagħmir ġdid HFC kważi kollu issa stess u fil-futur qarib. It-tneħħija gradwali tal-użu ta' HFCs se ttejjeb it-tkabbir sostenibbli, tistimola l-innovazzjoni u tippremja l-kumpaniji Ewropej li investew fit-teknoloġiji ħodor. L-esperjenza Daniża sservi ta' eżempju ewlieni. Il-projbizzjonijiet tagħha tal-gassijiet-F ġew ippreżentati għaxar snin ilu, u stimolaw l-investiment u l-innovazzjoni u minnhom ibbenefikaw ħafna impriżi żgħar u ta' daqs medju, li issa mmaturaw u qegħdin jespandu n-negozju tagħhom 'il barra mid-Danimarka. Permezz ta' tmexxija globali ambizzjuża, l-Ewropa tista' żżomm il-kompetittività tagħha fil-qasam tar-refriġerazzjoni innovattiva, it-teknoloġija għat-tkessieħ u u t-tisħin bi qbil mal-amministrazzjoni ambjentali.

IL-PROPOSTI TAR-RAPPORTEUR

Fil-prinċipju, ir-rapporteur jappoġġja ħafna elementi fil-proposta tal-Kummissjoni. Limiti kwantitattivi fuq l-ammont ta' HFCs li jista' jitqiegħed fis-suq (il-"phase-down") huwa pass fid-direzzjoni t-tajba, kif inhuma wkoll il-projbizzjonijiet rigward tagħmir ermetikament issiġillat u ċċarġjat minn qabel, meħtieġa biex jappoġġawh. It-taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni għal alternattivi sostenibbli huma importanti. Il-projbizzjoni fuq it-tiswija u l-manutenzjoni ta' tagħmir ta' tkessiħ eżistenti li jużaw ma HFCs u taħlitiet li għandhom impatt kbir ħafna fuq il-klima se tnaqqas l-emissjonijiet u tipproduċi ffrankar tal-enerġija. Barra minn hekk, ir-Rapporteur jappoġġja l-projbizzjoni tal-użu ta' HFCs f'ċertu tagħmir bħal friġġijiet u friżers domestiċi li għalihom jeżistu fis-suq alternattivi inqas dannużi, illum il-ġurnata. Madanakollu, b'mod ġenerali, il-proposta tista' tagħmel aktar biex tappoġġja l-alternattivi sostenibbli u l-kumpaniji Ewropej iżgħar li jipproduċuhom. Għalhekk, ir-Rapporteur huwa tal-fehma li l-proposta tal-Kummissjoni tista' tiġi mtejba f'diversi modi, kif diskuss hawn taħt.

Projbizzjonijiet fuq it-Tqegħid fis-Suq (POM) u Projbizzjonijiet fuq l-Użu

Illum l-ġurnata fl-Ewropa, diġà hemm disponibbli alternattivi sostenibbli għal tagħmir li fih HFCs. Ir-Rapporteur huwa tal-fehma li projbizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq (POM) huma xierqa meta alternattivi sostenibbli jistgħu jissodisfaw id-domanda għal tagħmir ġdid f'ċertu subsettur partikolari. Projbizzjonijiet POM jgħinu wkoll il-prevenzjoni tal-użu ta' HFCs fis-setturi fejn refriġeranti naturali huma disponibbli, biex b'hekk jiġi żgurat il-kosteffikaċja tat-tnaqqis gradwali tal-HFCs u l-preservazzjoni tal-għadd limitat ta' kwoti HFC għall-setturi li attwalment tabilħaqq jeħtiġuhom. Barra minn hekk, projbizzjonijiet POM u projbizzjonijiet fuq l-użu jipprovdu sinjali ċari fis-suq mitluba minn kumpanija Ewropej iżgħar involuti fil-produzzjoni ta' alternattivi sostenibbli u jiżguraw klima ta' investiment trasparenti, stabbli u prevedibbli.

Għalhekk, ir-Rapporteur jintroduċi projbizzjonijiet POM u projbizzjonijiet fuq l-użu meta r-rati ta' penetrazzjoni ta' alternattivi sostenibbli jistgħu jiksbu penetrazzjoni tas-suq ta' 100%[1] jew kważi, b'mod partikolari:

•   Foams: Il-projbizzjoni POM fl-2015. Il-foams għandhom ċiklu tal-ħajja twil ħafna sa 50 sena. Barra minn hekk, il-proċess biex jiġu rkuprati l-gassijiet li joħorġu minn prodotti tal-foam huwa għali. Għaldaqstant, nuqqas ta' interventi pubbliku llum il-ġurnata se jissarraf f'emissjonijiet aktar għoljin fid-deċenni li ġejjin. Alternattivi sostenibbli huma kosteffikaċi u jwasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tal-HFCs (~ 3.9 tunnellata metrika ta' ewkivalenti għal CO2 kull sena, fl-2030).

•   Aerosols tekniċi: Il-projbizzjoni POM fl-2020. Alternattivi sostenibbli huma kosteffikaċi u jwasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tal-HFCs (~ 3,6 tunnellata metrika ta' ewkivalenti għal CO2 kull sena, fl-2030).

•   Refriġerazzjoni: Il-projbizzjoni POM fl-2020 dwar refriġerazzjoni mhux mobbli. Dan il-qasam bħalissa jinvolvi l-akbar sehem ta' emissjonijiet HFC. Alternattivi sostenibbli huma kosteffikaċi u jwasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tal-HFCs (~ 15.3 tunnellata metrika ta' ewkivalenti għal CO2 kull sena, fl-2030) - ċifri li ma jinkludux it-tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tal-GHG mill-iffrankar tal-enerġija. Il-projbizzjoni POM fl-2025 fuq refriġerazzjoni mobbli minbarra bastimenti tas-sajd. Alternattivi sostenibbli huma kosteffikaċi u jwasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tal-HFCs (~ 0.7 tunnellata metrika ta' ewkivalenti għal CO2 kull sena, fl-2030).

•   Arja kundizzjonata: Projbizzjoni POM fl-2020 fuq arja kundizzjonata mhux mobbli u bastimenti għall-ġarr tal-merkanzija. Dan il-qasam għandu sehem kbir fl-emissjonijiet HFC u huwa l-aktar sors ta' emissjonijiet li qed jikber malajr. Alternattivi sostenibbli huma kosteffikaċi u jwasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tal-HFCs (~ 29 tunnellata metrika ta' ewkivalenti għal CO2 kull sena, fl-2030). Projbizzjoni POM fuq tagħmir ta' tkessiħ ċentrifugali fl-2027. Alternattivi sostenibbli huma kosteffikaċi u jwasslu għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tal-HFCs (~ 9 tunnellata metrika ta' ewkivalenti għal CO2 kull sena, fl-2030).

Ir-Rapporteur jintroduċi wkoll projbizzjoni fl-2020 għall-użu tal-SF6 bħala iżolatur u mezz għat-tqassim tal-elettriku f'tagħmir għat-tqassim tal-elettriku ta' vultaġġ medju. F6 huwa gass serra b’potenzjal għal tisħin sa 22 800 darba aktar qawwi mid-diossidu tal-karbonju (CO2) u b’ċiklu tal-ħajja atmosferika li jdum aktar minn 3 000 sena. Alternattivi kompetittivi li ma jużawx SF6 huma disponibbli fis-suq fil-preżent u għalhekk kull emissjoni SF6 għandha titqies sempliċiment bħala irresponsabbli.

Tnaqqis gradwali

Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2011 dwar approċċ komprensiv għall-emissjonijiet antropoġeniċi mhux tas-CO2 li huma relevanti għall-klima tħeġġeġ "tnaqqis gradwali rapidu tal-konsum tal-HFCs" fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Dan mhux talli se jippromwovi l-użu ta' alternattivi qabel ma jiġu imponuti l-projbizzjonijiet POM u l-projbizzjonijiet fuq l-użu, iżda se jħeġġeġ sistemi aktar stretti u jippremja r-reklamazzjoni u r-riċiklaġġ.

Għalhekk, ir-Rapporteur jintroduċi miżuri maħsuba biex jeliminaw allokazzjoni żejda tal-HFCs u jiżguraw skeda għal tnaqqis gradwali, vijabbli teknikament u kosteffikaċi, b'mod partikolari:

•   Skeda aktar Stretta għal Tnaqqis Gradwali. L-iskeda attwali għal tnaqqis gradwali teħtieġ li tiġi ssikkata biex tiġi żgurata t-transizzjoni teknikament vijabbli u kosteffikaċi għal alternattivi sostenibbli. Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta għall-iskeda għal tnaqqis gradwali mingħajr ma kkunsidrat il-projbizzjoni tas-servizz fl-Artikolu 11. Il-projbizzjoni tas-servizz se twassal għal domanda għal HFCs ħafna aktar baxxa u għalhekk il-fażijiet tat-tneħħija, b'mod norevoli qabel l-2018 u wara l-2023, għandhom ikunu aktar ambizzjużi.

•   Tariffa ta' allokazzjoni. Għalhekk, tariffa ta' allokazzjoni għall-użu tal-kwoti HFC hija introdotta bi spiża ta' EUR 30 għal kull tunnellata ta' ekwivalenti għal CO2, li kien il-prezz medju mistenni tas-CO2 matul it-tielet fażi ETS meta ġiet adottata id-Direttiva ETS. Dan se jassigura fluss ta' dħul li jpatti għal differenzi reġjonali fl-ispejjeż minħabba kundizzjonijiet klimatiċi.

•   Linja bażi kkoreġġuta. Il-linja bażi għall-iskeda għal tnaqqis gradwali kif proposta mill-Kummissjoni tieħu l-medja annwali tal-kwantità prodotta u importata fl-UE matul il-perjodu 2008-2011. Peress li d-data għas-sena 2012 se tkun disponibbli dalwaqt, għandha tintuża l-aktar data riċenti biex tiġi kkalkulata l-linja bażi, jiġifieri billi tittieħed il-medja matul il-perjodu 2009-2012.

Projbizzjoni fuq Emissjonijiet Sekondarji

Il-proposta tal-Kummissjoni tista' involontarjament iżżid l-emissjonijiet globali ta' gassijiet-F u tikkomplika aktar il-progress li sar rigward it-tibdil fil-klima fl-livell internazzjonali sakemm emissjonijiet sekondarji ma jiġux indirizzati b'mod sinifikanti. Ir-raġuni għal dan hija li l-produzzjoni tal-HFCs ta' spiss isseħħ f'pajjiżi terzi bl-ebda restrizzjonijiet fuq emissjonijiet minn prodotti sekondarji (bħal emissjonijiet HFC-23) jew obbligi vinkolanti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet GHG. Għalhekk, ir-Rapporteur jintroduċi projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta' kwalunkwe gass-F elenkat fl-Annessi I u II sakemm emissjonijiet prodotti bħala prodott sekondarju ma jinqerdux matul il-proċess ta' manifattura. Minħabba l-integrazzjoni vertikali u n-numru limitat ta' produtturi f'dan is-settur, l-infurzar ma għandux ikun fattur ta' tħassib.

Trażżin u Irkupru

Obbligi ċari dwar trażżin u rkupru huma meħtieġa biex jingħelbu r-rati ta' konformità storikament baxxi u n-nuqqas ta' kosteffikaċja.

Għalhekk, ir-Rapporteur jintroduċi emendi li jillimitaw it-tnixxija u jippromwovu l-irkupru, b'mod partikolari:

•   Projbizzjoni tas-Servizz. Il-proposta li tipprojbixxi t-tiswija u l-manutenzjoni ta' tagħmir ta' rifreġerazzjoni eżistenti li jużaw HFCs b'GWP għoli, għandha titjieb. Attivitajiet u esperjenzi riċenti relatati ma' retrofilling f'supermarkets Ewropej juru li tnaqqis sinifikanti u effettiv fl-HFCs jista' jinkiseb permezz ta' din il-miżura, u sa mhux aktar tard mill-2015. Għalhekk servizz aktar bikri jipprovdi benefiċċji kbar f'termini ambjentali u tal-ispejjeż. L-esklużjoni mill-projbizzjoni tas-servizz ta' madwar 80% tas-sistemi fis-settur kummerċjali żgħir, billi jiżdied il-limitu minn 5 tunnellati għal 40 tunnellata ta' ekwivalenti tas-CO2 inaqqsu l-benefiċċji ambjentali biss bi 8% jew anqas. Tagħmir ta' refriġerazzjoni li jopera f'temperaturi taħt -50 °C huwa eskluż ukoll. Għal dawn is-setturi, l-użu HFCs b'GWP għoli li ġew irkuprati xorta se jitħalla jsir biex jippromwovi r-riċiklaġġ.

•   Skemi ta' Rkupru. Sabiex tiġi żgurata l-irkupru u promossa r-responsabbiltà tal-produttur, għandhom jitfasslu skemi għall-irkupru fl-Istati Membri kollha biex jiġi żgurat ir-riċiklaġġ, ir-reklamazzjoni jew il-qerda tal-gassijiet-F.

•   Miżuri Minimi ta' Prekawzjoni. L-operaturi għandhom ikunu meħtieġa jadottaw miżuri minimi ta' prekawzjoni għall-prevenzjoni tat-tnixxija qabel ma din isseħħ, bbażati fuq l-aħjar prattiki fl-industrija u esperjenzi fl-Istati Membri.

•   Rati Massimi ta' Tnixxija. Rati massimi ta' tnixxija għandhom jiġu stabbiliti għal kull tip ta' tagħmir biex titjieb il-konformità u l-infurzar, ibbażati fuq l-aħjar prattiki fl-industrija, l-esperjenzi fl-Istati Membri u fuq standards internazzjonali u Ewropej.

•   Kamp ta' applikazzjoni Estiż. L-estensjoni ta' obbligi ta' trażżin għal kull tagħmir mobbli hija kosteffikaċi u tikseb tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet (~ 2.4 Mt ta' ekwivalenti għal CO2 kull sena).

  • [1]  Ir-rata ta' penetrazzjoni hija definita bħala l-potenzjal massimu fis-suq ta' alternattivi ta' tnaqqis li jistgħu jieħdu post prodotti ġodda jew tagħmir gdid li jiddependu fuq HFCs f'settur partikolari. Rata ta' penetrazzjoni ta' 100% fl-2015 tfisser li 100% tal-unitajiet HFC ġodda installati fl-2015 jistghu jiġu sostitwiti b'unitajiet ta' teknoloġiji alternattivi.

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (31.5.2013)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra
(COM(2012)0643 – C7‑0370/2012 – 2012/0305(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Gilles Pargneaux

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

1. Introduzzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra għandha l-objettiv li tissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 842/2006 bl-għan li tiżgura tnaqqis effettiv sal-2050 tal-emissjonijiet tal-gass b’effett ta’ serra ta’ 80 sa 95 % meta mqabbla mal-livelli ta’ emissjonijiet fl-1990, u konsegwentement li tillimita t-tibdil fil-klima. Din il-limitazzjoni tikkorrispondi mal-objettivi rakkomandati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill Ewropew wara l-ftehimiet internazzjonali ta’ Kopenħagen u ta’ Cancún.

Minbarra miżuri ta’ trażżin u ta’ trattament wara li jintemm l-użu tal-gassijiet fluworurati kif ukoll projbizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq previsti mir-regolament preċedenti, ir-regolament jipproponi tnaqqis gradwali fit-tqegħid fis-suq ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'potenzjal ta' tisħin globali (GWP) sinifikanti permezz tal-allokazzjoni ta’ kwoti u jinkludi projbizzjonijiet addizzjonali li jikkonċernaw it-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir li fih gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra.

2. Id-dimensjoni “trasport” tal-proposta

Minn naħa, il-proposta tal-Kummissjoni twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament preċedenti billi testendi l-miżuri relatati mat-trażżin – jiġifieri l-prevenzjoni tal-emissjonijiet, il-kontrolli tat-tnixxija, is-sistemi ta’ individwazzjoni tat-tnixxija, iż-żamma ta’ rekords – kif ukoll il-miżuri relatati mal-iċċarġjar minn qabel ta’ tagħmir għat-trakkijiet u t-trejlers refriġerati.

Min-naħa l-oħra, il-proposta tipprevedi t-tnaqqis tat-tqegħid fis-suq tal-gassijiet HFC-134, HFC-125 u HFC-143 li jintużaw b’mod mifrux ħafna fis-settur tat-trasport bħala refriġeranti, kemm puri kif ukoll f’taħlita (pereżempju R-404A), kif ukoll projbizzjoni ta’ dawn l-istess sustanzi għal finijiet ta' manutenzjoni.

3. Osservazzjonijiet tar-rapporteur

Fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2011, il-Parlament Ewropew stieden lill-Kummissjoni tifformola proposti bl-għan partikolari li tnaqqas malajr il-produzzjoni u l-konsum tal-idrofluworokarburi fi prodotti u applikazzjonijiet differenti.

Ir-rapporteur iqis li l-proposta tal-Kummissjoni twieġeb għal din l-istedina. Madankollu, huwa tal-opinjoni li l-kamp ta’ applikazzjoni jista’ jitwessa’ filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lill-aspetti tal-fattibilità.

Fir-rigward tal-kontrolli tat-tnixxija, il-proposta tkopri biss porzjon limitat tat-trasport peress li hija mmirata biss lejn it-trakkijiet ta' aktar minn 3,5 tunnellati u t-trejlers refriġeranti. Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li l-esklużjoni tat-trakkijiet ta’ inqas minn 3,5 tunnellati, tal-vannijiet u l-kontenituri refriġerati mill-kamp ta’ applikazzjoni mhuwiex ideali fid-dawl tal-għadd ta’ vetturi u ta’ kontenituri li jintużaw fl-Unjoni. Barra minn hekk, dan il-kamp ta’ applikazzjoni ristrett jista’ jkun diskriminatorju fi ħdan l-istess settur.

Ir-rapporteur huwa wkoll tal-opinjoni li s-setturi ferrovjarji u marittimi għandhom jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra. Madankollu, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tas-settur marittimu, b’mod partikolari l-aspetti internazzjonali, dan għandu jkun soġġett għal leġiżlazzjoni speċifika, kif propost mill-Kummissjoni.

Fir-rigward tal-arja kundizzjonata tal-vetturi li jiżnu aktar minn 3,5 tunnellati, ir-rapporteur jikkritika n-nuqqas ta’ rapport relatat mar-reviżjoni tad-Direttiva 2006/40/KE dwar l-emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur (id-Direttiva MAC), li l-pubblikazzjoni tiegħu kienet prevista għal Lulju 2011, u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tirrevedi din id-direttiva biex tinkludi fiha l-vetturi li jiżnu aktar minn 3,5 tunnellati.

Jekk ikun mixtieq li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament fir-rigward tal-kontrolli tat-tnixxija, ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li r-restrizzjoni tal-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għall-manutenzjoni mill-2020 mhijiex adegwata għas-settur tat-trasport minħabba li din tkun tinvolvi spejjeż wisq għoljin għall-intrapriżi li jkunu kostretti jissostitwixxu jew jimmodifikaw it-tagħmir tagħhom qabel jispiċċa, mingħajr ma jkunu żgurati benefiċċji ambjentali sinifikanti. Miżuri oħrajn ukoll ma tantx jidhru adattati għas-settur tat-trasport, bħad-dispożizzjonijiet relatati mal-iċċarġjar minn qabel jew maż-żamma ta' rekords.

Fir-rigward tal-provvista ta’ gassijiet alternattivi, is-settur tat-trasport fl-2012 wera problemi fir-rigward ta’ ċerti gassijiet li jwasslu għal dewmien fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur. Fir-rigward tat-taħlitiet li fihom fluworurat li jwassal għal GWP inqas għoli, maħsuba bħala soluzzjoni fuq perjodu ta’ żmien qasir jew medju, attwalment dawn qed jiġu żviluppati. Għalhekk ir-rapporteur jappella għal aktar flessibilità fil-kalendarju għall-ewwel snin tal-implimentazzjoni u jitlob li ssir evalwazzjoni tar-regolament ikkonċernat wara dan il-perjodu sabiex jekk ikun meħtieġ jiġi aġġustat il-kalendarju.

Fl-aħħar nett, għandhom jitqiesu wkoll l-aspetti tas-sigurtà tal-gassijiet alternattivi, kif ukoll il-prestazzjoni tal-enerġija tagħhom. Xi wħud mill-alternattivi jieħdu n-nar u jista’ jkollhom riskji addizzjonali f’każ ta’ inċident fit-triq. Fir-rigward tal-prestazzjonijiet tal-enerġija, dawn għandhom ikunu mill-inqas ugwali għal dik tal-gass li jintuża attwalment sabiex ma jwasslux għal rilaxxi ta' CO2 relatati maż-żieda tal-konsum tal-vetturi.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Rapport mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, l-effetti u l-adegwatezza tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 ikkonkluda li l-miżuri ta’ trażżin attwali, jekk jiġu applikati b’mod sħiħ, għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra. Dawk il-miżuri, għaldaqstant, għandhom jinżammu u jiġu ċċarati abbażi tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tagħhom. Ċerti miżuri għandhom ukoll jiġu estiżi għal tagħmir ieħor li fih jintużaw kwantitajiet sostanzjali ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, bħat-trakkijiet u t-trejlers refriġerati. L-obbligu li jiġu stabbiliti u jinżammu rekords tat-tagħmir li fih gassijiet bħal dawn, għandu jkopri wkoll tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear).

(3) Rapport mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, l-effetti u l-adegwatezza tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 ikkonkluda li d-dispożizzjonijiet attwali tar-Regolament, jekk jiġu applikati b’mod sħiħ, flimkien mad-Direttiva 2006/40/KE dwar l-emissjonijiet minn sistemi ta' kondizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur ("id-Direttiva MAC")1, se jkollhom il-potenzjal li jippermettu stabbilizzazzjoni sal-2050 tal-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra tal-UE 27 fil-livell attwali tagħhom. Dawk il-miżuri, għaldaqstant, għandhom jinżammu u jiġu ċċarati abbażi tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tagħhom. Madankollu, bl-għan li l-emissjonijiet jitnaqqsu b'minn 80 % sa 95 % sal-2050, għandhom jittieħdu azzjonijiet ġodda u kosteffikaċi. Fir-rigward tat-trażżin u l-irkuprar, it-twessigħ tal-kamp ta’ applikazzjoni għas-sistemi ta’ refriġerazzjoni tal-vetturi tat-toroq, bħat-trakkijiet u t-trejlers, huwa fost l-għażliet previsti għal tnaqqis kbir fl-emissjonijiet ta’ gass b'effett ta' serra.

 

_______________

 

1ĠU L 161, 14.6.2006, p. 12

Ġustifikazzjoni

L-emenda ssegwi għan ta’ preċiżjoni u ċarezza li jirrigwarda l-konklużjonijiet tar-rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament(KE) Nru 842/2006.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Ir-rapport tal-Kummissjoni kkonkluda wkoll li jista’ jsir iktar sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fl-Unjoni, b’mod partikolari billi jiġi evitat l-użu ta’ dawk il-gassijiet fejn ikun hemm teknoloġiji alternattivi sikuri u enerġetikament effiċjenti bl-ebda impatt jew b’impatt iżgħar fuq il-klima. Tnaqqis li jlaħħaq iż-żewġ terzi tal-emissjonijiet tal-2010, u li jsir sal-2030, huwa kosteffikaċi għaliex alternattivi pprovati u ttestjati huma disponibbli f’bosta setturi.

(4) Ir-rapport tal-Kummissjoni kkonkluda wkoll li jista’ jsir iktar sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fl-Unjoni, b’mod partikolari billi jiġi evitat l-użu ta’ dawk il-gassijiet fejn ikun hemm teknoloġiji alternattivi sikuri u effiċjenti fl-użu tal-enerġija bl-ebda impatt jew b’impatt iżgħar fuq il-klima. Billi tiġi kkunsidrata d-disponibbiltà ta’ alternattivi pprovati u ttestjati f’bosta setturi, tnaqqis li jlaħħaq iż-żewġ terzi tal-emissjonijiet tal-2010 jista’ jseħħ b’mod effikaċi u bi prezz raġonevoli sal-2030.

Ġustifikazzjoni

L-emenda ssegwi għan ta’ ċarezza.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Bl-għan li tiġi żgurata s-sorveljanza tal-objettivi fir-rigward tat-tnaqqis tal-gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra, jeħtieġ li tkun garantita kisba sħiħa tad-data. Għalhekk, l-obbligu li jiġu stabbiliti u aġġornati rekords tat-tagħmir li fih gassijiet bħal dawn għandu japplika wkoll għat-tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear), kif ukoll għal tagħmir ieħor kopert minn dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Huwa aktar xieraq li tiġi indirizzata l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekords fi premessa speċifika.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Peress li hemm alternattivi xierqa, il-projbizzjoni attwali fuq l-użu tal-eżafluworur tal-kubrit fid-die casting tal-manjeżju u fuq ir-riċiklaġġ tal-ligi tad-die casting tal-manjeżju għandha tiġi estiża għall-faċilitajiet li jużaw inqas minn 850 kg fis-sena. Bl-istess mod, b’perjodu tranżitorju xieraq, l-użu ta’ refriġeranti b’potenzjal ta’ tisħin globali għoli ħafna (“GWP”) sabiex isir servis fuq it-tagħmir ta’ refriġerazzjoni jew sabiex dan jinżamm b’daqs ta’ ċarġ ekwivalenti għal 5 tunnellati ta’ CO2 jew iktar għandu jiġi pprojbit.

(7) Peress li hemm alternattivi xierqa, il-projbizzjoni attwali fuq l-użu tal-eżafluworur tal-kubrit fid-die casting tal-manjeżju u fuq ir-riċiklaġġ tal-ligi tad-die casting tal-manjeżju għandha tiġi estiża għall-faċilitajiet li jużaw inqas minn 850 kg fis-sena. Bl-istess mod, b’perjodu tranżitorju xieraq, l-użu ta’ refriġeranti b’potenzjal ta’ tisħin globali (“GWP”) li jaqbeż l-2500 sabiex isir servis fuq jew jinżamm it-tagħmir ta’ refriġerazzjoni ddisinjat biex jaħdem f’temperatura ta’ -50°C jew aktar u b’daqs ta’ ċarġ ekwivalenti għal 50 tunnellata ta’ CO2 jew iktar għandu jiġi pprojbit. Il-projbizzjoni m’għandhiex tapplika sal-1 ta’ Jannar 2030 għal gassijiet fluworurati b'effett ta' serra rkuprati, irriċiklati jew reklamati b'potenzjal ta’ tisħin globali ta' 2500 jew aktar li jintużaw għall-manutenzjoni jew is-servis ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni eżistenti, sakemm ikunu rkuprati minn tali tagħmir.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Il-Kummissjoni għandha timmonitorja b’mod kontinwu l-effetti tat-tnaqqis tat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi, inkluż l-effett tat-tnaqqis fuq il-provvista għat-tagħmir li fihom l-użu tal-idrofluworokarburi jirriżulta f’emissjonijiet tul ċiklu tal-ħajja iktar baxxi milli kieku ntużat teknoloġija alternattiva. Il-monitoraġġ għandu jiżgura wkoll l-individwazzjoni bikrija ta’ tħassib dwar is-saħħa jew is-sikurezza minħabba impatti negattivi fuq id-disponibbiltà tal-prodotti mediċinali. Qabel l-2030 għandha ssir reviżjoni komprensiva fi żmien xieraq sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu adattati fid-dawl tal-implimentazzjoni tiegħu u tal-iżviluppi ġodda u sabiex jiġu adottati, jekk ikun xieraq, iktar miżuri ta’ tnaqqis.

(18) Il-Kummissjoni għandha timmonitorja b’mod kontinwu l-effetti tat-tnaqqis tat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi, inkluż l-effett tat-tnaqqis fuq il-provvista għat-tagħmir li fih l-użu tal-idrofluworokarburi jirriżulta f’emissjonijiet tul ċiklu tal-ħajja iktar baxxi milli kieku ntużat teknoloġija alternattiva. Il-monitoraġġ għandu jiżgura wkoll l-individwazzjoni bikrija ta’ tħassib dwar is-saħħa jew is-sikurezza minħabba impatti negattivi fuq id-disponibbiltà tal-prodotti mediċinali. Wara l-ewwel ħames snin tal-implimentazzjoni għandha ssir reviżjoni komprensiva fi żmien xieraq sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu adattati fid-dawl tal-implimentazzjoni tiegħu u tal-iżviluppi ġodda u sabiex jiġu adottati, jekk ikun xieraq, iktar miżuri ta’ tnaqqis. Din ir-reviżjoni għandha ssir kull ħames snin.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata l-aħjar implimentazzjoni tar-regolament u jsiru adattamenti xierqa, għandha ssir reviżjoni komprensiva kull ħames snin.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Kamp ta’ applikazzjoni

 

1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fl-UE, bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

 

2. Dan ir-Regolament m'għandux japplika għall-użu ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għal skopijiet tas-saħħa, il-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku, l-applikazzjonijiet tal-ispazju tal-ajru u l-produzzjoni ta' gassijiet industrijali.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) “gassijiet fluworurati b'effett ta' serra” tfisser l-idrofluworokarburi (“HFCs”), il-perfluworokarburi (“PFCs”), l-eżafluworur tal-kubrit (“SF6”) u gassijiet b'effett ta' serra oħrajn li fihom il-fluworu, kif ġew elenkati fl-Anness I, kemm jekk ikunu waħidhom kif ukoll jekk ikunu f’taħlita;

(1) “gassijiet fluworurati b'effett ta' serra” tfisser l-idrofluworokarburi (“HFCs”), il-perfluworokarburi (“PFCs”), l-eżafluworur tal-kubrit (“SF6”) u gassijiet b'effett ta' serra oħrajn li fihom il-fluworu, kif ġew elenkati fl-Anness I, jew taħlitiet li jkun fihom kwalunkwe waħda minn dawn is-sustanzi;

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1(a) "idrofluworokarburi (HFCs)" tfisser sustanzi elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I, jew taħlitiet li jkun fihom kwalunkwe minn dawn is-sustanzi;

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1(b) "perfluworokarburi (PFCs)" tfisser sustanzi elenkati fit-Taqsima 2 tal-Anness I, jew taħlitiet li jkun fihom kwalunkwe minn dawn is-sustanzi;

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1(c) "eżafluworur tal-kubrit (SF6)" tfisser dik is-sustanza elenkata fit-Taqsima 3 tal-Anness I, jew taħlitiet li jkun fihom kwalunkwe waħda minn din is-sustanzi;

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) “operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li tipposjedi t-tagħmir u s-sistemi koperti minn dan ir-Regolament u li teżerċita setgħa effettiva fuq il-funzjonament tekniku tagħhom;

(4) "operatur" tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li teżerċita setgħa effettiva fuq il-funzjonament tekniku tat-tagħmir u s-sistemi koperti minn dan ir-Regolament;

Ġustifikazzjoni

Il-kondizzjonalità doppja ta’ din id-definizzjoni tintroduċi inċertezza tad-dritt fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regolament fis-settur tat-trasport.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn tiġi individwata tnixxija ta’ dawk il-gassijiet, l-operaturi jiżguraw irwieħhom li t-tagħmir jissewwa mingħajr dewmien żejjed.

Fejn tiġi individwata tnixxija ta’ dawk il-gassijiet, l-operaturi jiżguraw irwieħhom li t-tagħmir jissewwa mingħajr dewmien żejjed, u qabel kull użu ulterjuri tat-tagħmir.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun iċċarat li, fil-każ ta' tnixxija tal-gass, it-tagħmir għandu jissewwa qabel ma jkompli jintuża.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) jagħmlu kunsinni jew jirċievu gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għall-kompiti elenkati fil-punti (a), (b) u (c).

d) jagħmlu kunsinni jew jirċievu gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għall-kompiti elenkati fil-punti (a), (b) u (c). Dan ma jinkludix il-kunsinni jew ir-riċeviment tat-tankijiet issiġillati.

Ġustifikazzjoni

Meta t-tankijiet issiġillati jiġu mqassma u rċevuti, m'hemm ebda kuntatt dirett mal-gassijiet F, li jfisser li dawk l-attivitajiet m'għandhomx bżonn jiġu ċertifikati.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-operaturi ta’ tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti għal 5 tunnellati ta’ CO2 li mhumiex inklużi f'foams għandhom jiżguraw irwieħhom li t-tagħmir jiġi kkontrollat għal tnixxijiet. Madankollu, tagħmir b’sistemi ssiġillati ermetikament li huma ttikkettati bħala tali, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti għal inqas minn 10 tunnellati ta’ CO2 ma għandux ikun soġġett għal kontrolli għal tnixxija fil-kuntest ta' dan l-Artikolu.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontrolli skont il-paragrafu 1 jitwettqu bil-frekwenza li ġejja:

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn, fir-rigward tas-sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar kif jissemma fil-paragrafu 1(d), ikun hemm stabbilita skema ta’ spezzjonijiet eżistenti li tissodisfa l-istandard ISO 14520 jew EN 15004, u s-sistema ta’ protezzjoni min-nar tiġi spezzjonata ta’ spiss daqskemm ikun meħtieġ skont il-paragrafu 2, dawk l-ispezzjonijiet jiġu kkunsidrati bħala li jissodisfaw l-obbligi tal-paragrafu 1.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jispeċifikaw rekwiżiti għall-kontrolli għal tnixxijiet li għandhom jitwettqu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal kull tip ta’ tagħmir imsemmi f’dak il-paragrafu, li jidentifikaw dawk il-partijiet tat-tagħmir fejn l-aktar probabbli li sseħħ ir-tnixxija, u li jemendaw il-lista tat-tagħmir fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sabiex jiġu inklużi tipi oħrajn ta’ tagħmir fid-dawl tat-tendenzi tas-suq u tal-progress teknoloġiku.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-paragrafu għandu japplika għall-operaturi tat-tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) li fih l-SF6 u tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(2).

Dan il-paragrafu għandu japplika għall-operaturi tat-tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) li fih l-SF6 u tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) u (c).

Ġustifikazzjoni

Il-piż amministrattiv relatat maż-żamma ta’ rekords mhuwiex ġustifikat fil-każ ta’ kontrolli annwali. Huwa aktar xieraq li tiġi stabbilita sistema ta’ rappurtar għall-persuni li jwettqu kontrolli tat-tnixxija.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Il-persuni li jwettqu l-kontrolli tat-tnixxijiet tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a) għandhom, f'kull okkażjoni, ifasslu rapport ta' kontroll li jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

 

(a) it-tip ta’ tagħmir ikkontrollat, il-kapaċità taċ-ċarġ, it-tip ta’ gass b’effett ta’ serra ċċarġjat u d-data ta’ meta beda jintuża;

 

(b) it-tip ta’ invervent li twettaq fuq it-tagħmir u d-data tal-kontroll;

 

(c) kwalunkwe ħsara nnutata;

 

(d) il-kwantità ta’ gass b’effett ta’ serra fluworurat miżjud u t-tip ta’ gass li jintuża

 

(e) il-kwantità ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra rkuprati;

 

(f) jekk it-tagħmir baqax jintuża jew le

 

(g) l-isem tal-operatur u, fil-każ li t-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(1)(e), in-numru tal-identifikazzjoni tal-vettura jew tal-kontenitur.

 

Il-persuni li jwettqu l-kontrolli ta’ tnixxija jżommu rekord bl-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 1 u għandhom jipprovdu kopja tar-rapport ta’ kontroll lill-operatur.

 

L-operaturi tat-tagħmir li jkun fih il-gassijiet b’effett ta’ serra msemmija fl-Artikolu 3(2)(a) għandhom iżommu d-dokumenti ta’ kontroll kollha għall-perjodu tal-użu tat-tagħmir.

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi adottata sistema ta’ rappurtar effettiva għall-kontrolli annwali. L-effikaċja għandha tiżdied permezz taż-żamma ta’ rekords mill-persuni li jwettqu l-kontrolli.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ca) persuni li jiċċarġjaw bl-idrofluworobarburi t-tagħmir elenkat fl-Artikolu 12(1);

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 m'għandhiex tapplika għal dawn is-setturi tal-użu:

 

- applikazzjonijiet fis-settur tal-kura tas-saħħa (inklużi b'mod partikolari applikazzjonijiet mediċi u farmaċewtiċi);

 

- applikazzjonijiet aerospazjali (inklużi b'mod partikolari sistemi għall-kontroll tan-nar u apparat għat-tifi tan-nar fl-ajruplani);

 

- applikazzjonijiet għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku;

 

- applikazzjonijiet krijoġeniċi;

 

- produzzjoni ta' gassijiet industrijali.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jemendaw il-lista stabbilita fl-Anness III sabiex jiġu inklużi prodotti u tagħmir oħrajn li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'potenzjal ta' tisħin globali ta' 150 jew aktar, jew li jagħmlu użu minnhom sabiex jaħdmu, jekk ikun ġie stabbilit li huma disponibbli alternattivi għall-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew għall-użu tat-tipi speċifiċi ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u l-użu tagħhom jirriżulta f'emissjonijiet aktar baxxi ta' gassijiet b'effett ta' serra b'mod ġenerali u jiġu esklużi, fejn hu xieraq għal perjodu speċifiku ta' żmien, ċerti kategoriji ta' prodotti jew tagħmir li għalihom ma jkunux disponibbli sustanzi alternattivi li jaqgħu taħt il-limitu speċifikat ta' potenzjal ta' tisħin globali għal raġunijiet tekniċi, ekonimiċi jew ta' sikurezza.

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jemendaw il-lista stabbilita fl-Anness III sabiex jiġu esklużi, fejn hu xieraq għal perjodu speċifiku ta' żmien, ċerti kategoriji ta' prodotti jew tagħmir li għalihom temporanjament ma jkunux disponibbli sustanzi alternattivi li jaqgħu taħt il-limitu speċifikat ta' potenzjal ta' tisħin globali għal raġunijiet tekniċi, ekonimiċi jew ta' sikurezza.

Ġustifikazzjoni

L-Anness  III għandu impatt dirett fuq il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. Għal din ir-raġuni, punti oħra għandhom jiżdiedu biss abbażi tal-proċedura ta' kodeċiżjoni, li tippermetti lill-Parlament Ewropew jassumi b'mod sħiħ ir-responsabbiltà leġiżlattiva tiegħu. L-esklużjonijiet ta' ċerti punti mill-Anness III għandhom ikunu biss temporanji, fuq il-bażi ta' raġunijiet ekonomiċi, tekniċi u ta' natura relatata mas- sikurezza.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni, qabel l-adozzjoni ta' att delegat skont il-paragrafu preċedenti biex teskludi ċerti kategoriji ta' tagħmir, għandha tipprovdi aċċess għall-informazzjoni u opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku bi qbil mal-Artikoli 6 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 rispettivament.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tkun mitluba tipprovdi aċċess għall-informazzjoni u l-opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku bi qbil mal-leġiżlazzjoni tal-UE qabel ma tadotta eżenzjoni.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Sal-31 ta' Marzu 2016, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw rapport dwar l-istandards u l-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-kodiċijiet tal-bini li jirrestrinġu l-użu ta' refriġeranti li jieħdu n-nar, b'mod partikolari fil-prodotti u t-tagħmir tar-refriġerazzjoni u tal-arja kundizzjonata. Ir-rapport għandu jirrevedi r-restrizzjonijiet fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi mill-adozzjoni tagħhom u l-aħjar prattiki tal-industrija dwar it-trattament sikur tar-refriġeranti li jieħdu n-nar, filwaqt li jidentifika azzjonijiet biex dawn jiġu aġġornati, meta jkun xieraq, u jsemmi dawk l-applikazzjonijiet li għalihom għandhom jinżammu r-restrizzjonijiet għal raġunijiet oġġettivi ta' sikurezza.

 

Sal-31 ta' Marzu 2017, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport ta' sinteżi dwar ir-restrizzjonijiet identifikati fl-Istati Membri u l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu biex jiġu indirizzati, u għandha tinkludi reviżjoni tar-restrizzjonijiet inklużi fl-istandards Ewropej u internazzjonali u azzjonijiet addizzjonali biex dawn isiru konformi mal-iżviluppi teknoloġiċi u l-aħjar prattiki tal-industrija dwar it-trattament sikur tar-refriġeranti li jieħdu n-nar.

Ġustifikazzjoni

Ir-restrizzjoni ta’ standards, tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-kodiċijiet tal-bini spiss tkun ir-raġuni għaliex it-tixrid u s-sehem tas-suq ta' teknoloġiji b'GWP baxx f'xi Stati Membri jimxu iktar bil-mod. Il-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza għandha tiġi riveduta u aġġornata b'konformità mal-iżviluppi teknoloġiċi u l-aħjar prattiki tal-industrija.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-gassijiet fluworurati maħsuba għall-użu bħala materja prima fi proċess kimiku, għad-distruzzjoni, għall-esportazzjoni jew għall-imballaġġ mill-ġdid għandhom ikunu soġġetti għal tikkettar obbligatorju.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

ga) foam polyol imħallat minn qabel u solventi.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-użu ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, jew ta’ taħlitiet li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2500 jew aktar, sabiex jingħata servis lil jew issir il-manutenzjoni ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni b’daqs ta’ ċarġ ekwivalenti għal 5 tunnellati ta’ CO2 jew iktar għandu jiġi pprojbit mill-1 ta’ Jannar 2020.

3. L-użu ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, jew ta’ taħlitiet li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2500 jew aktar, sabiex jingħata servis lil jew issir il-manutenzjoni ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni ddisinjat biex jaħdem f'temperatura ta' -50°C jew aktar u b’daqs ta’ ċarġ ekwivalenti għal 50 tunnellata ta’ CO2 jew iktar għandu jiġi pprojbit mill-1 ta' Jannar 2020.

 

Sal-1 ta' Jannar 2030 din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għal gassijiet fluworurati b'effett ta' serra rkuprati jew reklamati b'potenzjal ta’ tisħin globali ta' 2500 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew servis ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni eżistenti, sakemm ikunu ġew irkuprati minn tali tagħmir. Tali gassijiet irkuprati jew reklamati għandhom jiġu ttikkettati kif xieraq b’konformità mal-Artikolu 10(5).

 

Sal-1 ta' Jannar 2030, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal gassijiet fluworurati b'effett ta' serra riċiklati b’potenzjal ta’ tisħin globali ta' 2500 jew aktar użati għall-manutenzjoni jew servis ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni eżistenti, sakemm ikunu ġew irkuprati minn tali tagħmir. Tali gassijiet riċiklati jistgħu jintużaw biss mill-impriża li twettaq l-irkupru tagħhom bħala parti mill-manutenzjoni u s-servis jew l-impriża li għaliha jkun twettaq l-irkupru bħala parti mill-manutenzjoni u s-servis.

Ġustifikazzjoni

Il-projbizzjoni ta’ servis fuq it-tagħmir b’ċarġ ekwivalenti għal 5 tunnellati jirriskja li jinvolvi spejjeż wisq kbar għas-settur tat-trasport, u b'mod partikolari għall-impriżi żgħar u medji, li jkunu obbligati jissostitwixxu jew jibdlu t-tagħmir eżistenti skont il-gass alternattiv. Il-prestazzjoni enerġetika tkun tinsab ukoll f'riskju li tiġi affettwata mill-bidla tal-gass refriġeranti. Il-piż inbidel għal 50 tunnellata biex ikun konsistenti mal-kategoriji stabbiliti fl-Artikolu 3(2).

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 m'għandhiex tapplika għal dawn is-setturi tal-użu:

 

- applikazzjonijiet fis-settur tal-kura tas-saħħa (inklużi b'mod partikolari applikazzjonijiet mediċi u farmaċewtiċi);

 

- applikazzjonijiet aerospazjali (inklużi b'mod partikolari sistemi għall-kontroll tan-nar u apparat għat-tifi tan-nar fl-ajruplani);

 

- applikazzjonijiet għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku;

 

- applikazzjonijiet krijoġeniċi;

 

- produzzjoni ta' gassijiet industrijali.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-[jj/xx/ssss] [daħħal id-data tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], it-tagħmir ta’ refriġerazzjoni, tal-arja kundizzjonata u tal-pompi tas-sħana ma jiġix iċċarġjat b’idrofluworokarburi qabel ma jitqiegħed fis-suq jew qabel ma jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utent finali għall-ewwel installazzjoni tiegħu.

Sabiex tkun evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq tal-UE, mill-[jj/xx/ss] [daħħal id-data sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-prodotti u t-tagħmir imqiegħda fis-suq tal-Unjoni m’għandhomx jiġu ċċarġjati b’idrofluworokarburi sakemm l-idrofluworokarburi ma jkunux tqiegħdu fis-suq tal-Unjoni qabel [jj/xx/ss] [daħħal id-data tal-bidu tas-sistema tal-kwota] jew ġustifikati fil-kwota tal-idrofluworokarburi msemmija fl-Artikolu 14.

Ġustifikazzjoni

Il-kwantitajiet ta' refriġerant li jkun hemm f'tagħmir impurtat jeħtieġ li jiġu kkunsidrati mingħajr ma jinħoloq piż amministrattiv bla bżonn biex ikun żgurat li manifatturi ta' tagħmir fl-UE u dawk barra l-UE jiġu trattati bl-istess mod. Il-manifatturi ta' prodotti jew tagħmir ikollhom jagħtu prova li huma jużaw biss HFCs li huma koperti mill-kwota tal-UE (jew li jkunu diġà tqiegħdu fis-suq tal-UE qabel ma bdiet il-kwota) permezz ta' dikjarazzjoni ta' konformità. Huma jeħtieġ iżommu d-dokumenti meħtieġa disponibbli għal ispezzjoni (pereżempju il-'fatturi' mill-fornitur tal-gass HFC). Id-dettalji jeħtieġ jiġu stabbiliti permezz ta' att ta’ implimentazzjoni.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tagħmir għandu jiġi ċċarġjat fejn ikun maħsub li jintuża, minn persuni ċċertifikati skont l-Artikolu 8.

Ħlief għat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(1)(e), it-tagħmir għandu jiġi ċċarġjat fejn ikun maħsub li jintuża, minn persuni ċċertifikati skont l-Artikolu 8.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu kif proposti mill-Kummissjoni mhumiex rilevanti għall-vetturi u l-kontenituri refriġerati.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) It-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(1)(e) għandu jkun iċċarġjat minn persuni ċċertifikati skont l-Artikolu 8 fl-Istat Membru fejn il-vettura tkun reġistrata u disponibbli għall-operatur.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-iċċarġjar minn qabel fis-settur tat-trasport.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni tiżgura ruħha li l-kwantità ta’ idrofluworokarburi li l-produtturi u l-importaturi huma intitolati li jqiegħdu fis-suq fl-Unjoni kull sena ma taqbiżx il-kwantità massima għas-sena inkwistjoni, ikkalkulata skont l-Anness V. Kull produttur u importatur jiżgura ruħu li l-kwantità ta’ idrofluworokarburi kkalkulata skont l-Anness V li jqiegħed fis-suq ma taqbiżx il-kwota allokata lilu skont l-Artikolu 14(5) jew li ġiet ittrasferita lilu skont l-Artikolu 16.

1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha li meta jkunu disponibbli fis-suq alternattivi sikuri u vijabbli mil-lat teknoloġiku u ekonomiku, il-kwantità ta’ idrofluworokarburi li l-produtturi u l-importaturi huma intitolati li jqiegħdu fis-suq fl-Unjoni kull sena ma taqbiżx il-kwantità massima għas-sena inkwistjoni, ikkalkulata skont l-Anness V. Kull produttur u importatur jiżgura ruħu li l-kwantità ta’ idrofluworokarburi kkalkulata skont l-Anness V li jqiegħed fis-suq ma taqbiżx il-kwota allokata lilu skont l-Artikolu 14(5) jew li ġiet ittrasferita lilu skont l-Artikolu 16.

Ġustifikazzjoni

Qabel issir kwalunkwe emenda tal-kwantitajiet massimi ta’ gassijiet fluworurati li jistgħu jitqiegħdu fis-suq, il-Kummissjoni għandha tiżgura li fis-suq ikunu jeżistu alternattivi teknoloġikament fattibbli, sikuri u vijabbli mil-lat ekonomiku.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan l-Artikolu ma japplikax għall-idrofluworokarburi importati fl-Unjoni sabiex jinqerdu.

Dan l-Artikolu ma japplikax għal dawn li ġejjin:

 

(a) idrofluworokarburi importati fl-Unjoni sabiex jinqerdu;

 

(b) idrofluworokarburi fornuti għall-esportazzjoni diretta barra mill-Unjoni;

 

(c) idrofluworokarburi fornuti għall-użu bħala materja prima;

 

(d) idrofluworokarburi fornuti għall-imballaġġ mill-ġdid u għall-esportazzjoni sussegwenti barra mill-Unjoni;

 

(e) idrofluworokarburi prodotti u importati fl-Unjoni għall-użu f'applikazzjonijiet mediċi.

Ġustifikazzjoni

Eżenzjoni ċara għall-applikazzjonijiet mediċi tiżgura disponibilità għal dan l-użu kritiku. L-użu ta' HFCs importati biex jinqerdu m’għandux jgħodd u l-HFCs li jintużaw bħala materja prima għandhom l-istess effett bħal meta jinqerdu minħabba li s-sustanza tinbidel f'sustanzi oħra. HFCs fornuti biex imbagħad jiġu esportati qatt ma jitqiegħdu fis-suq tal-UE u għalhekk ma għandhomx jingħaddu.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) li jemendaw il-kwantitajiet massimi stabbiliti fl-Anness V fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq fl-idrofluworokarburi u fl-emissjonijiet relatati; u

(a) li jemendaw bi tnaqqis il-kwantitajiet massimi stabbiliti fl-Anness V fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq fl-idrofluworokarburi u fl-emissjonijiet relatati, minn meta ssir disponibbli fis-suq alternattiva sikura u vijabbli mil-lat teknoloġiku u ekonomiku; u

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Qabel tadotta att iddelegat skont il-paragrafu t'hawn fuq, il-Kummissjoni għandha tipprovdi aċċess għall-informazzjoni u opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku skont l-Artikoli 6 u 9 tar-Regolament (KE) Nru 1357/2006, rispettivament.

Ġustifikazzjoni

Fil-kuntest tas-sitwazzjoni klimatika urġenti, il-kwantitajiet massimi għandhom jiġu emendati billi jitnaqqsu biss sabiex ikomplu jaċċelleraw it-tranżizzjoni għal sorsi alternattivi. Qabel tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar l-emenda tal-kwantitajiet jew qabel tingħata eżenzjoni, il-Kummissjoni għandha tkun meħtieġa tipprovdi aċċess għall-informazzjoni u opportunitajiet għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku, skont l-obbligi tal-UE.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. Sal-31 ta’ Diċembru 2014, il-Kummissjoni għandha tippubblika reviżjoni dwar alternattivi sikuri u fattibbli mil-lat teknoloġiku u ekonomiku li jeżistu fis-suq sabiex jissostitwixxu l-idrofluworokarburi eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Qabel jiġu ddeterminati l-kwantitajiet tal-idrofluworokarburi disponibbli mill-2015 ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta d-disponibbiltà ta’ alternattivi sikuri u fattibbli mil-lat tekniku u ekonomiku sabiex tiggarantixxi t-tkomplija tal-operazzjoni ta’ sistemi li jintużaw attwalment.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Dan l-Artikolu m’għandux japplika għal idrofluworokarburi mqiegħda fis-suq tal-UE għall-oqsma tal-użu li ġejjin:

 

- applikazzjonijiet fis-settur tal-kura tas-saħħa (inklużi b'mod partikolari applikazzjonijiet mediċi u farmaċewtiċi);

 

- applikazzjonijiet aerospazjali (inklużi b'mod partikolari sistemi għall-kontroll tan-nar u apparat għat-tifi tan-nar fl-ajruplani);

 

- applikazzjonijiet għall-ġenerazzjoni, it-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku;

 

- applikazzjonijiet krijoġeniċi;

 

- produzzjoni ta' gassijiet industrijali.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar id-disponibbiltà tal-idrofluworokarburi fis-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-applikazzjonijiet mediċi.

Mhux aktar tard minn sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-implimentazzjoni tiegħu u dwar id-disponibbiltà tal-idrofluworokarburi fis-suq tal-Unjoni għas-setturi differenti kkonċernati. Ir-rapport għandu jkopri l-ewwel ħames snin tal-implimentazzjoni u jinkludi valutazzjoni tal-kwantitajiet ta’ idrofluworokarburi previsti fl-Anness V għall-perjodu 2021-2030.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata l-aħjar implimentazzjoni tar-regolament u jiġu żgurati adattamenti xierqa, għandha ssir reviżjoni komprensiva kull ħames snin.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024, hija għandha tippubblika rapport komprensiv dwar l-effetti ta’ dan ir-Regolament, inkluż tbassir tad-domanda kontinwa għall-idrofluworokarburi wara l-2030.

Mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2022, hija għandha tippubblika rapport komprensiv dwar l-effetti ta’ dan ir-Regolament, inkluż tbassir tad-domanda kontinwa għall-idrofluworokarburi fl-2024, fl-2027, fl-2030 u wara l-2030.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3(4), 7(2), 8(7), 9(3), 10(7), 13(5), 14(6), 17(5), 18(3) u 19(1) u (2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [jj/xx/ssss] [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

2. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3(4), 7(2), 8(7), 9(3), 10(7), 13(4), 14(6), 17(5), 18(3) u 19(1) u (2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [jj/xx/ssss] [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħat mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża taċitament għal perjodi ta’ żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

Ġustifikazzjoni

Fl-Artikolu 13, l-atti ddelegati jissemmew fil-paragrafu 4 u mhux fil-paragrafu 5. Jaqbel li d-delega tas-setgħat tkun għal żmien limitat u li jkun disponibbli rapport dwar l-arranġamenti kkonċernati.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3(4), 7(2), 8(7), 9(3), 10(7), 13(5), 14(6), 17(5), 18(3) u 19(1) u (2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Hija ma taffettwax il-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

3. Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3(4), 7(2), 8(7), 9(3), 10(7), 13(4), 14(6), 17(5), 18(3) u 19(1) u (2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Hija ma taffettwax il-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Fl-Artikolu 13, l-atti ddelegati jissemmew fil-paragrafu 4 u mhux fil-paragrafu 5.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(4), 7(2), 8(7), 9(3), 10(7), 13(5), 14(6), 17(5), 18(3) u 19(1) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(4), 7(2), 8(7), 9(3), 10(7), 13(4), 14(6), 17(5), 18(3) u 19(1) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Fl-Artikolu 13, l-atti ddelegati jissemew fil-paragrafu 4 u mhux fil-paragrafu 5.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Annex III – table - row 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

10. Refriġeraturi u friżers domestiċi li fihom l-HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar

L-1 ta’ Jannar 2015

 

 

 

 

 

 

 

 

Emenda tal-Parlament

10. Refriġeraturi u friżers domestiċi li fihom l-HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar

L-1 ta' Jannar 2017

 

 

 

 

 

 

 

 

Emenda  44

Proposta għal regolament

Anness V

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

2015

100 %

 

2015

100 %

2016-17

93 %

 

2016-17

90 %

2018-20

63 %

 

2018-20

68 %

2021-23

45 %

 

2021-23

50 %

2024-26

31 %

 

2024-26

31 %

2027-29

24 %

 

2027-29

27 %

2030

21 %

 

2030

21 %

Emenda  45

Proposta għal regolament

Anness VII – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-produzzjoni totali ta’ kull sustanza fl-Unjoni, fejn jidentifika l-kategoriji prinċipali ta’ applikazzjoni fejn tintuża s-sustanza,

(a) il-kwantità totali ta’ kull sustanza li jkun ipproduċa fl-Unjoni, u jidentifika l-kategoriji prinċipali ta’ applikazzjoni fejn tintuża s-sustanza;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssegwi objettiv ta’ ċarezza.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Anness VIII – ringiela 9

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(4)

Emenda

Artikolu 3(4)

Artikolu 4(2)

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija maħsuba sabiex tikkoreġi żball fattwali.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Anness VIII – ringiela 10

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(5)

Emenda

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(3)

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija maħsuba sabiex tikkoreġi żball fattwali.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Anness VIII – ringiela 12

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(6)

Emenda

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(4)

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija maħsuba sabiex tikkoreġi żball fattwali.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Annex VIII – row 13

Artikolu 4(1)

Artikolu 6(1)

Emenda

Artikolu 4(1)

Artikolu 7(1)

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija maħsuba sabiex tikkoreġi żball fattwali.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Anness VIII – ringiela 14

Artikolu 4(2)

Artikolu 6(3)

Emenda

Artikolu 4(2)

Artikolu 7(3)

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija maħsuba sabiex tikkoreġi żball fattwali.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Anness VIII – ringiela 15

Artikolu 4, paragrafu 3

Artikolu 6(4)

Emenda

Artikolu 4, paragrafu 3

Artikolu 7(4)

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija maħsuba sabiex tikkoreġi żball fattwali.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Anness VIII – ringiela 16

Artikolu 4(4)

Artikolu 6(5)

Emenda

Artikolu 4(4)

Artikolu 7(3)

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija maħsuba sabiex tikkoreġi żball fattwali.

PROĊEDURA

Titolu

Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra

Referenzi

COM(2012)0643 – C7-0370/2012 – 2012/0305(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

19.11.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

13.12.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Gilles Pargneaux

13.12.2012

Eżami fil-kumitat

22.4.2013

29.5.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

30.5.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

12

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Erik Bánki, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Werner Kuhn, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Patricia van der Kammen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Spyros Danellis, Isabelle Durant, Gilles Pargneaux, Sabine Wils, Janusz Władysław Zemke

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Josef Weidenholzer

PROĊEDURA

Titolu

Gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra

Referenzi

COM(2012)0643 – C7-0370/2012 – 2012/0305(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.11.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

19.11.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

19.11.2012

IMCO

19.11.2012

TRAN

13.12.2012

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

28.11.2012

IMCO

18.12.2012

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Bas Eickhout

20.12.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.3.2013

25.4.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

19.6.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

19

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Elena Oana Antonescu, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Sandrine Bélier, Sergio Berlato, Lajos Bokros, Franco Bonanini, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Yves Cochet, Tadeusz Cymański, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Romana Jordan, Karin Kadenbach, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Andrés Perelló Rodríguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Theodoros Skylakakis, Bogusław Sonik, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Salvatore Tatarella, Thomas Ulmer, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Erik Bánki, Judith A. Merkies, Miroslav Mikolášik, Christel Schaldemose, Marita Ulvskog, Kathleen Van Brempt, Andrea Zanoni

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bill Newton Dunn, Konrad Szymański, Sampo Terho

Data tat-tressiq

27.6.2013