RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi
4.7.2013 - (COM(2012)0131 – C7‑0086/2012 – 2012/0061(COD)) - ***I
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Danuta Jazłowiecka
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi
(COM(2012)0131 – C7‑0086/2012 – 2012/0061(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0131),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53(1) u 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0086/2012),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2012[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0249/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Kunsiderazzjoni 1a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Wara li kkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Il-moviment liberu tal-ħaddiema jagħti lil kull ċittadin id-dritt li jmur liberament fi Stat Membru ieħor biex jaħdem u jirrisjedi hemm għal dak l-għan u jipproteġih mid-diskriminazzjoni fir-rigward ta' impjieg, remunerazzjoni u kundizzjonijiet oħra tax-xogħol meta mqabbla ma’ dawk li għandhom in-nazzjonalità ta’ dak l-Istat Membru. Jeħtieġ li jkun distint mil-libertà ta’ provvista ta’ servizzi li tinkludi d-dritt tal-impriżi li jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor u li f’dan ir-rigward jistgħu jibagħtu (“jistazzjonaw”) lill-ħaddiema tagħhom temporanjament biex jagħmlu x-xogħol meħtieġ biex jipprovdu dawn is-servizzi hemmhekk. |
(2) Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi tinkludi d-dritt tal-impriżi li jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor, fejn jistgħu jibagħtu (“jistazzjonaw”) lill-ħaddiema tagħhom temporanjament biex jagħmlu x-xogħol meħtieġ biex jipprovdu dawn is-servizzi hemmhekk. Jeħtieġ, għall-fini tal-istazzjonament tal-ħaddiema, li din il-libertà tkun distinta mill-moviment liberu tal-ħaddiema, li jagħti lil kull ċittadin id-dritt li jmur liberament fi Stat Membru ieħor biex jaħdem u jirrisjedi hemm għal dak l-iskop u jipproteġih mid-diskriminazzjoni fir-rigward ta' impjieg, remunerazzjoni u kundizzjonijiet oħra tax-xogħol meta mqabbla ma’ dawk li jgawdu minnhom iċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 3b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3b) Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva 96/71/KE, mingħajr ma jintefgħu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa fuq il-fornituri tas-servizzi, huwa essenzjali li l-elementi fattwali msemmija fid-dispożizzjonijiet f'din id-Direttiva dwar il-prevenzjoni tal-abbuż u ċ-ċirkomvenzjoni jiġu meqjusa bħala indikattivi u mhux eżawrjenti. B'mod partikolari, m'għandux ikun hemm rekwiżit li jitlob li kull element għandu jkun issodisfat f'kull każ ta' stazzjonament. |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Sabiex jiġi pprevenut, evitat u miġġieled it-tidwir mar-regoli applikabbli u/jew l-abbuż tagħhom mill-kumpaniji li jieħdu vantaġġ b’mod mhux xieraq jew b’qerq mil-libertà ta’ provvista ta’ servizzi mnaqqxa fit-Trattat u/jew l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-kunċett ta’ stazzjonament għandhom jitjiebu. |
(4) Sabiex jiġi pprevenut, evitat u miġġieled it-tidwir mar-regoli applikabbli u/jew l-abbuż tagħhom mill-kumpaniji li jieħdu vantaġġ b’mod mhux xieraq jew b’qerq mil-libertà ta’ provvista ta’ servizzi mnaqqxa fit-Trattat u/jew l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-kunċett ta’ stazzjonament għandhom jitjiebu u għandhom jiġu introdotti fuq il-livell tal-Unjoni elementi aktar uniformi li jiffaċilitaw interpretazzjoni komuni. F'dan il-kuntest, huwa importanti li tiġi sottolinjata l-importanza tal-għodda ta' monitoraġġ biex tiġi żgurata konformità mar-regoli applikabbli, speċjalment it-termini minimi u l-kundizzjonijiet ta' impjieg, kif ukoll il-penalizzazzjoni ta' dawk li jevitaw dawn ir-regoli. |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 4a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, pereżempju l-impjieg fittizju ta' ħaddiem, japplikaw ir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Regolament Ruma I). Meta jiġi ddeterminat liema liġi hija applikabbli skont Ruma I, għandhom jitqiesu dawk id-dispożizzjonijiet li huma l-iktar favorevoli għall-ħaddiema. |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 4b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4b) Il-miżuri kollha introdotti minn din id-Direttiva għandhom ikunu ġustifikati, proporzjonati u nondiskriminatorji sabiex ma joħolqux piżijiet amministrattivi jew ma jillimitawx il-potenzjal li l-kumpaniji, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u medji, għandhom biex joħolqu impjiegi ġodda, filwaqt li jipproteġu l-ħaddiema stazzjonati. |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Għalhekk, l-elementi fattwali kostitwenti li jikkaratterizzaw in-natura temporanja inerenti fil-kunċett ta’ stazzjonament, li jimplika li min jimpjega għandu jkun ġenwinament stabbilit fl-Istat Membru li minnu joriġina l-istazzjonament, kif ukoll ir-relazzjoni bejn l-Artikoli 45, 46, 49 TFUE, id-Direttiva 96/71/KE u r-Regolament (KE) Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (minn issa ‘l quddiem ‘Ir-Regolament Ruma I’) jeħtieġ li jkunu ċċarati |
(5) Għalhekk, l-elementi fattwali kostitwenti li jikkaratterizzaw in-natura temporanja inerenti fil-kunċett ta’ stazzjonament, li jimplika li min jimpjega għandu jkun ġenwinament stabbilit fl-Istat Membru li minnu joriġina l-istazzjonament, kif ukoll ir-relazzjoni bejn id-Direttiva 96/71/KE u r-Regolament (KE) Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (minn issa ‘l quddiem ‘Ir-Regolament Ruma I’) jeħtieġ li jkunu ċċarati iżjed, sabiex tiġi żgurata l-aktar applikazzjoni wiesgħa possibbli tad-Direttiva. |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 5a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, meta jkun meħtieġ, b'appoġġ, sorveljanza u feedback dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Bħal fil-każ tad-Direttiva 96/71/EC, din id-Direttiva ma għandhiex tkun ta’ ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi li, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Ruma I, tapplika għall-kuntratti individwali ta’ impjieg, jew l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali . |
(6) Bħal fil-każ tad-Direttiva 96/71/KE, din id-Direttiva ma għandhiex tkun ta’ ħsara għall-applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali, ir-Regolament Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali, ir-Regolament (UE) Nru 465/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 jew l-Artikoli 45 u 46 tat-TFUE. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr ħsara għad-dispożizzjoni, mill-Istati Membri, li jipprovdu kundizzjonijiet iżjed favorevoli għall-ħaddiema stazzjonati. |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 7a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżorsi meħtieġa jkunu disponibbli biex jagħmlu l-kontrolli effiċjenti u biex ikunu jistgħu jirrispondu mingħajr dewmien żejjed għal talbiet ta' informazzjoni, kif previst f'din id-Direttiva mill-Istat Membru ospitanti jew mill-Istat Membru ta' stabbiliment. |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) It-trejdjunijs għandhom rwol importanti fil-kuntest tal-istazzjonament tal-ħaddiema għall-provvista tas-servizzi billi s-sħab soċjali jistgħu, b’konformità mal-liġi u/jew il-prassi nazzjonali, jiddeterminaw il-livelli differenti (b’mod alternattiv jew simultanju) tar-rati ta’ pagi minimi applikabbli. |
(8) F'ħafna Stati Membri, is-sħab soċjali għandhom rwol importanti fil-kuntest tal-istazzjonament tal-ħaddiema għall-provvista tas-servizzi billi huma jistgħu, b’konformità mal-liġi u/jew il-prassi nazzjonali, jiddeterminaw il-livelli differenti (b’mod alternattiv jew simultanju) tar-rati ta’ pagi minimi applikabbli. Ma' dan id-dritt għandu jkun hemm ukoll id-dmir, min-naħa tas-sħab soċjali, li jikkomunikaw u jinfurmaw dwar dawn ir-rati. |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 8a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(8a) L-awtoritajiet superviżorji fl-Istati Membri għandhom l-iktar rwol importanti fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE. L-impjieg mhux iddikjarat jista’ jiġi miġġieled biss b’kontrolli effettivi u effiċjenti tal-konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet minimi tal-impjieg. L-Istati Membri f’ebda każ m’għandhom ikunu ristretti fil-monitoraġġ tagħhom. |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) L-Infurzar u l-implimentazzjoni adegwati u effettivi huma elementi ewlenin fil-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati, filwaqt li infurzar dgħajjef ixekkel l-effettività tar-regoli tal-Unjoni applikabbli f'dan il-qasam. Kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri hija għalhekk essenzjali, mingħajr ma jiġi injorat ir-rwol importanti tal-ispettorati tax-xogħol u l-imsieħba soċjali f'dan ir-rigward. |
(10) L-infurzar u l-implimentazzjoni adegwati u effettivi huma elementi ewlenin fil-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati u fl-iżgurar tad-dritt tal-impriżi li jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor, filwaqt li infurzar dgħajjef ixekkel l-effettività tar-regoli tal-Unjoni applikabbli f'dan il-qasam. Għalhekk huwa essenzjali li tiġi stabbilita u tinżamm kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, u l-atturi rilevanti nazzjonali, reġjonali u lokali, filwaqt li jiġi sottolinjat ir-rwol importanti tal-ispettorati tax-xogħol u s-sħab soċjali f'dan ir-rigward. |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 10a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(10a) Proċeduri effettivi ta' monitoraġġ fl-Istati Membri huma essenzjali u għalhekk għandhom jiġu stabbiliti fl-Ewropa kollha. L-Istati Membri għandhom jipprovdu finanzjament adegwat biex jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti biex isibu u jiġġieldu ċirkumvenzjoni tar-regoli applikabbli. L-Istati Membri huma intitolati li jwettqu kwalunkwe spezzjoni effettiva, regolari u flessibbli meħtieġa sabiex jikkonformaw b’mod sħiħ mad-Direttiva 96/71/KE u d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva sakemm ikunu ġustifikati, proporzjonati u mhux diskriminatorji. |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Il-fiduċja reċiproka, l-ispirtu ta’ kooperazzjoni,djalogu kontinwu u fehim reċiproku huma essenzjalif’dan ir-rigward. |
(11) Il-fiduċja reċiproka, l-ispirtu ta’ kooperazzjoni, djalogu kontinwu u fehim reċiproku huma essenzjali f’dan ir-rigward. Kooperazzjoni insuffiċjenti bejn l-Istati Membri għadha problema fl-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE u tfixkel il-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwi għall-kumpaniji u l-ħarsien tal-ħaddiema. In-nuqqas tal-Istati Membri li jikkonformaw bis-sħiħ ma' din id-Direttiva għandu jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni Ewropea li se tiddeċiedi jekk tibdix proċedimenti ta' ksur skont it-Trattat. |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 12 | |
(12) Sabiex ikun hemm applikazzjoni aħjar u aktar uniformi tad-Direttiva 96/71/KE, huwa xieraq li tiġi stipulata sistema ta' skambju ta' informazzjoni elettronika biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattival-awtoritajiet kompetenti għandhom. Iżda dan ma jipprevenix l-applikazzjoni ta’ ftehimiet bilaterali jew arranġamenti dwar il-kooperazzjoni amministrattiva. |
(12) Sabiex ikun hemm applikazzjoni aħjar u aktar uniformi tad-Direttiva 96/71/KE, huwa xieraq li tiġi stipulata sistema ta' skambju ta' informazzjoni elettronika biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI) kemm jista’ jkun flimkien ma' mezz ieħor ta' kooperazzjoni stabbilit bħal pereżempju ftehimiet bilaterali jew arranġamenti. |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-għajnuna reċiproka bejn l-Istati Membri għandha tkun konformi mar-regoli dwar il-ħarsien tad-dejta personali stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE, u fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI), għandha wkoll tkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ħarsien tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta[2] u r-Regolament (UE) xxx (ir-Regolament IMI) dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI)". |
(13) Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-għajnuna l-iktar estensiva, reċiproka u immedjata bejn l-Istati Membri għandha tkun konformi mar-regoli dwar il-ħarsien tad-dejta personali stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE, u fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI), għandha wkoll tkun konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-ħarsien tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ din id-dejta u r-Regolament (UE) xxx (ir-Regolament IMI) dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI)". |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 13a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Hija kwistjoni ta' tħassib li għad hemm ħafna diffikultajiet għall-Istati Membri biex jirkupraw multi amministrattivi u penalitajiet transfruntiera u li r-rikonoxximent reċiproku tal-multi u l-penalitajiet amministrattivi jeħtieġ ikunu indirizzati fil-leġiżlazzjoni futura. |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) L-obbligi tal-Istati Membri li jagħmlu disponibbli b’mod ġenerali l-informazzjoni dwar il-patti u l-kondizzjonijiet tal-impjieg u li jipprovdu aċċess effettiv għaliha, mhux biss għal dawk li jipprovdu s-servizzi minn Stati Membri oħra, iżda wkoll lill-ħaddiema stazzjonati kkonċernati, għandhom jiġu aktar ikkonkretizzati. |
(14) Diffikultajiet fl-aċċess għall-informazzjoni dwar it-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg huma ħafna drabi r-raġuni għalfejn regoli eżistenti mhumiex applikati mill-fornituri tas-servizz. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiżguraw li din l-informazzjoni tkun disponibbli b'mod ġenerali, mingħajr ħlas u li aċċess effettiv għaliha jkun ipprovdut, mhux biss għal dawk li jipprovdu s-servizzi minn Stati Membri oħra, iżda wkoll lill-ħaddiema stazzjonati kkonċernati. L-Istati Membri għandhom ukoll jistabbilixxu punti ta' kuntatt sabiex il-ħaddiema u l-fornituri tas-servizz ikunu jistgħu jeżerċittaw id-dritt tagħhom għall-informazzjoni, konsulenza u appoġġ. |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 14a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Fejn it-termini u l-kondizzjonijiet tal-impjieg jiġu stabbiliti fi ftehimiet kollettivi li ġew iddikjarati applikabbli b'mod universali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-ftehimiet kollettivi jiġu ppubblikati u jkunu aċċessibbli b'mod uffiċjali. |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-mod li bih dawk li jipprovdu u dawk li jirċievu jiġu pprovduti b’informazzjoni rilevanti aċċessibbli faċilment, preferibbilment billi din l-informazzjoni tkun aċċessibbli permezz ta’ websajt konformi mal-istandards tal-aċċessibbiltà tal-web. Tali websajts għandhom jinkludu, b'mod partikolari, kull websajt stabbilita skont il-leġiżlazzjoni tal-UE bil-għan li tkun promossa l-intraprenditorija u/jew l-iżvilupp tas-servizzi transkonfinali. |
(15) Sabiex titjieb l-aċċessibilità għall-informazzjoni, sors wieħed ta' informazzjoni għandu jiġi stabbilit fl-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi websajt nazzjonali uffiċjali unika, konformi mal-istandards tal-aċċessibbiltà tal-web, u mezz xieraq ieħor ta' komunikazzjoni. Tali websajts għandhom jinkludu, b'mod partikolari l-informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg applikabbli għall-ħaddiema stazzjonati fit-territorju nazzjonali kif ukoll links għal kull websajt stabbilita skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bil-għan li tkun promossa l-intraprenditorija u/jew l-iżvilupp tal-forniment tas-servizzi transfruntiera. |
Ġustifikazzjoni | |
Is-sitwazzjoni attwali fejn it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg jinstabu permezz ta’ sorsi differenti, twassal għal għarfien dgħajjef tar-regoli u konsegwentement, għan-nuqqas ta’ applikazzjoni tagħhom. L-istabbiliment ta’ sors uniku ta’ informazzjoni għandu jikkontribwixxi biex titjieb l-aċċessibilità tagħha kemm għal min iħaddem kif ukoll għall-impjegati. | |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ġusta tar-regoli sostanzjali dwar il-patti u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg li jridu jiġu rrispettati fir-rigward tal-ħaddiema stazzjonati, u biex tiġi kkontrollata l-konformità magħhom, l-Istati Membri għandhom japplikaw biss ċerti miżuri ta’ kontroll jew formalitajiet amministrattivi lill-impriżi li jistazzjonaw il-ħaddiema għall-provvista tas-servizzi. Dawn il-miżuri u rekwiżiti jistgħu jiġu imposti biss kemm-il darba l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux iwettqu l-ħidma tagħhom ta’ kontroll b’mod effettiv mingħajr l-informazzjoni meħtieġa u l-informazzjoni neċessarja ma tistax tinkiseb faċilment minn min jimpjiega lill-ħaddiema stazzjonati jew mill-awtoritajiet fl-Istat Membru ta’ fejn huwa stabbilit dak li jipprovdi s-servizz fi żmien raġonevoli u/jew miżuri inqas restrittivi ma jiżgurawx li jinkisbu l-objettivi tal-miżuri ta’ kontroll nazzjonali meqjusa meħtieġa. |
(16) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ġusta tar-regoli sostanzjali dwar it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg li jridu jiġu rrispettati fir-rigward tal-ħaddiema stazzjonati, u biex tiġi kkontrollata l-konformità magħhom, l-Istati Membri għandhom japplikaw sett prinċipali ta' miżuri ta’ kontroll u l-formalitajiet amministrattivi lill-impriżi li jistazzjonaw il-ħaddiema għall-provvista tas-servizzi sabiex jiġu miġġielda b’mod effettiv il-frodi u l-kompetizzjoni inġusta. L-Istati membri jistgħu jimponu rekwiżiti amministrattivi addizzjonali u miżuri ta' kontroll meqjusa neċessarji biex jiġu żgurati l-monitoraġġ effettiv u l-konformità mal-obbligi stabbiliti fid-Direttiva 96/71/KE u f'din id-Direttiva. |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) Sistema komprensiva ta’ miżuri preventivi u ta' kontroll, flimkien ma' sanzjonijiet deterrenti biex jiġu identifikati u prevenuti każijiet individwali ta’ xogħol awtonomu jew status ta’ bla ħlas fażulli, għandha tikkontribwixxi biex jiġi miggieled l-impjieg moħbi b’mod effettiv. |
(17) Sabiex jiġu infurzati b'mod effikaċi t-termini u l-kondizzjonijiet ta' impjieg, il-forom kollha tal-użu frawdolenti ta' status ta' impjieg indipendenti biex jiġu evitati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71/KE għandhom jiġu pprojbiti permezz ta' sistema komprensiva ta’ miżuri preventivi u ta' kontroll, flimkien ma' penalitajiet deterrenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkollhom il-mekkaniżmi stabbiliti biex jidentifikaw il-każijiet ta' impjieg indipendenti fittizju. |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 17a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Sabiex jiżgu żgurati b'mod aktar effikaċi it-termini u l-kondizzjonijiet ta' impjieg hija wkoll neċessarja l-ġlieda kontra l-impjieg indipendenti fittizju. Dan huwa ta' importanza deċiżiva biex jiġi evitat l-abbuż potenzjali. L-awtorità responsabbli għandu jkollha r-riżorsi neċessarji biex tistabbilixxi jekk il-ħaddiem indipendenti allegat mhuwiex kontinwament impjegat għal parti sostanzjali mill-istess impjegatur, u li m’hemm ebda sitwazzjoni ta’ dipendenza bejn l-impjegat għal rasu u min iħaddem. |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) L-ispettorati nazzjonali tax-xogħol, l-imsieħba soċjali u istituzzjonijiet oħra ta’ monitoraġġ huma ta’ importanza kbira f’dan ir-rigward u għandu jibqa’ jkollhom rwol kruċjali. |
(19) L-ispettorati nazzjonali tax-xogħol, is-sħab soċjali u korpi oħra ta’ monitoraġġ huma ta’ importanza kbira f’dan ir-rigward u għandu jibqa’ jkollhom rwol kruċjali. Il-ħidma tal-awtorità superviżorja bl-ebda mod m'għandha tiġi mfixkla. |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Sabiex tiġi ttrattata b’mod flessibbli d-diversità tas-swieq tax-xogħol u tas-sistemi tar-relazzjonijiet industrijali, b’mod ta’ eċċezzjoni, aġenti u/jew istituzzjonijiet oħra jistgħu jikkontrollaw ċerti patti u kondizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiema stazzjonati kemm-il darba dawn joffru lill-persuni kkonċernati grad ekwivalenti ta’ ħarsien u jeżerċitaw il-kontroll tagħhom b’mod mhux diskriminatorju u oġġettiv. |
(20) Sabiex tiġi ttrattata b’mod flessibbli d-diversità tas-swieq tax-xogħol u tas-sistemi tar-relazzjonijiet industrijali, is-sħab soċjali, u/jew b’mod ta’ eċċezzjoni korpi nazzjonali oħra jistgħu jikkontrollaw ċerti termini u kondizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiema stazzjonati kemm-il darba dawn joffru lill-persuni kkonċernati grad ekwivalenti ta’ ħarsien u jeżerċitaw il-kontroll tagħhom b’mod mhux diskriminatorju u oġġettiv. |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) L-awtoritajiet ta’ ispezzjoni tal-Istati Membri u istituzzjonijiet oħra rilevanti ta’ monitoraġġ u infurzar għandhom jagħmlu użu mill-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni stipulati fil-leġiżlazzjoni rilevanti biex jivverifikaw jekk ir-regoli applikabbli għall-ħaddiema stazzjonati ġewx irrispettati. |
(21) L-awtoritajiet ta’ spezzjoni tal-Istati Membri u korpi nazzjonali rilevanti oħra ta’ monitoraġġ u infurzar għandhom jagħmlu użu mill-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni stipulati fil-leġiżlazzjoni rilevanti biex jivverifikaw jekk ir-regoli applikabbli għall-ħaddiema stazzjonati ġewx irrispettati. |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) L-Istati Membri huma b'mod partikolari mħeġġa jintroduċu approċċ iktar integrat għall-ispezzjonijiet tax-xogħol. Il-ħtieġa li jiġu żviluppati standards komuni sabiex jiġu stabbiliti metodi komparabbli, il-prassi u l-istandards minimi fil-livell tal-Unjoni għandhom bl-istess mod jiġu eżaminati. |
(22) L-Istati Membri huma b'mod partikolari mħeġġa jintroduċu approċċ iktar integrat għall-ispezzjonijiet tax-xogħol. Il-ħtieġa li jiġu żviluppati standards komuni sabiex jiġu stabbiliti metodi komparabbli, il-prassi u l-istandards minimi fil-livell tal-Unjoni għandhom bl-istess mod jiġu eżaminati. Madankollu, jeħtieġ li l-iżvilupp ta’ standards komuni ma jwassalx biex l-Istati Membri jkunu llimitati milli jiġġieldu b’mod effettiv kontra l-impjieg mhux iddikjarat. |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Biex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ din id-Direttiva 96/71/KE u tiġi żgurata applikazzjoni aktar effettiva tagħha, għandu jkun hemm mekkaniżmi effettivi ta’ kwerela li permezz tagħhom il-ħaddiema stazzjonati jistgħu jressqu kwereli fi proċedimenti jew direttament jew permezz ta’ partijiet terzi nnominati rilevanti, bħal trejdjunjins jew assoċjazzjonijiet oħra kif ukoll istituzzjonijiet komuni ta’ msieħba soċjali. Dan tal-aħħar huwa mingħajr ħsara għar-regoli nazzjonali ta’ proċedura dwar ir-rappreżentanza u d-difiża fil-qrati. |
(23) Biex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ din id-Direttiva 96/71/KE u tiġi żgurata applikazzjoni aktar effettiva tagħha, għandu jkun hemm mekkaniżmi effettivi ta’ kwerela li permezz tagħhom il-ħaddiema stazzjonati jistgħu jressqu kwereli fi proċedimenti direttament jew, bl-approvazzjoni ta' dawk il-ħaddiema stazzjonati, permezz ta’ partijiet terzi nnominati rilevanti, bħal trejdjunjins jew assoċjazzjonijiet oħra kif ukoll istituzzjonijiet komuni ta’ sħab soċjali. Dan tal-aħħar huwa mingħajr ħsara għar-regoli nazzjonali ta’ proċedura dwar ir-rappreżentanza u d-difiża fil-qrati. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li jkun enfasizzat li l-partijiet terzi m’għandhomx id-dritt li jidħlu fi proċedimenti f’isem il-ħaddiema stazzjonati sakemm ma jiksbux l-approvazzjoni tagħhom. | |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Fid-dawl tal-prevalenza tas-subkuntrattar fis-settur tal-kostruzzjoni u biex id-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati jkunu mħarsa, jeħtieġ li jkun żgurat li tal-inqas il-kuntrattur li l-impjegatur tiegħu huwa subkuntrattur dirett jista’ jinżamm responsabbli li jħallas lill-ħaddiema stazzjonati r-rati minimi netti ta’ paga dovuta, xi pagamenti b’lura ta’ ħlas li ma sarx u/jew kontribuzzjonijiet dovuti lil fondi komuni jew lil istituzzjonijiet ta' msieħba soċjali regolati bil-liġi jew bi ftehim kollettiv sakemm dawn huma koperti bl-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva 96/71/KE flimkien ma' min jimpjega jew minfloku. Il-kuntrattur ma għandux jinżamm responsabbli jekk hu/hi jkun eżerċita/tkun eżerċitat id-diliġenza dovuta. Tal-aħħar jista' jimplika miżuri ta' prevenzjoni li jikkonċernaw il-prova pprovduta mis-subkuntrattur, inkluż fejn rilevanti msejsa fuq l-informazzjoni ġejja mill-awtoritajiet nazzjonali. |
imħassar |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 25 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) F’każijiet speċifiċi kuntratturi oħra jistgħu, skont il-liġi nazzjonali u l-prassi, jinżammu wkoll responsabbli għal nuqqas ta’ rispett tal-obbligi skont din id-Direttiva jew ir-responsabbiltà tagħhom tista’ tkun limitata, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali jew settorjali. |
imħassar |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Premessa 26 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) L-obbligu li jiġi impost rekwiżit ta' responsabbiltà fuq il-kuntrattur meta s-subkuntrattur dirett li jipprovdi s-servizz ikun stabbilit fi Stat Membru ieħor, l-istazzjonament tal-ħaddiema huwa ġġustifikat fl-interess ġenerali tal-pubbliku dwar il-ħarsien soċjali tal-ħaddiema. Dawn il-ħaddiema stazzjonati jistgħu ma jkunux fl-istess sitwazzjoni bħall-ħaddiema impjegati minn subkuntrattur dirett stabbilit fl-Istat Membru tal-istabbiliment tal-kuntrattur fir-rigward tal-possibbiltà li wieħed jiddikjara pagi dovuti jew pagamenti b'lura ta' taxxi jew ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali miżmuma bla bżonn. |
imħassar |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Premessa 27 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Id-diskrepanzi bejn is-sistemi tal-Istati Membri għal dak li għandu x’jaqsam mal-mezzi ta’ infurzar ta’ multi amministrattivi u/jew sanzjonijiet f’sitwazzjonijiet transkonfinali huma ta’ ħsara għat-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern u hemm riskju li jkun diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli tiżgura li l-ħaddiema stazzjonati jgawdu minn livell ekwivalenti ta’ ħarsien mal-Unjoni kollha. |
imħassar |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Premessa 28 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(28) L-infurzar effettiv tar-regoli sostanzjali li jirregolaw l-istazzjonament tal-ħaddiema fil-qafas tal-provvista tas-servizzi għandu jkun żgurat b'azzjoni speċifika li tiffoka fuq l-infurzar transkonfinali ta’ multi u sanzjonijiet amministrattivi. L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri f’dan il-qasam hija għalhekk prerekwiżit essenzjali sabiex jiġi żgurat livell ħolistiku ogħla, aktar ekwivalenti u komparabbli ta’ ħarsien għat-tħaddim xieraq tas-suq intern. |
(28) L-infurzar effettiv tar-regoli sostanzjali li jirregolaw l-istazzjonament tal-ħaddiema fil-qafas tal-provvista tas-servizzi għandu jkun żgurat b'azzjoni speċifika li tiffoka fuq l-infurzar transfruntiera ta’ penalitajiet amministrattivi finanzjarji u/jew multi. L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri f’dan il-qasam hija għalhekk prerekwiżit essenzjali sabiex jiġi żgurat livell ħolistiku ogħla, aktar ekwivalenti u komparabbli ta’ ħarsien għat-tħaddim xieraq tas-suq intern. |
Emenda 35 Proposta għal direttiva Premessa 28a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(28a) Id-diskrepanzi bejn is-sistemi tal-Istati Membri għall-infurzar ta’ multi jew penalitajiet amministrattivi imposti f’sitwazzjonijiet transfruntiera jippreġudikaw il-funzjonament xieraq tas-suq intern. L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri f’dan il-qasam hija għalhekk prerekwiżit essenzjali sabiex jiġi żgurat livell ogħla, aktar ekwivalenti u komparabbli ta’ ħarsien tal-liġi. |
Ġustifikazzjoni | |
L-għan ewlieni tal-penalitajiet u l-multi imposti, permezz tan-natura dissważiva tagħhom huwa li jiggarantixxu r-rispett tal-liġi (il-livell ekwivalenti ta’ ħarsien tal-ħaddiema huwa riżultat sekondarju u indirett). | |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Premessa 29 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(29) L-adozzjoni ta’ regoli komuni għall-għajnuna u l-appoġġ reċiproċi speċifiċi li jridu jintużaw għal miżuri ta’ infurzar u spejjeż assoċjati għal affarijiet bħal dawn, kif ukoll l-adozzjoni ta’ rekwiżiti uniformi għan-notifika ta’ deċiżjonijiet marbuta ma’ sanzjonijiet u multi amministrattivi imposti, għandhom isolvu għadd ta’ problemi ta’ infurzar transkonfinali prattiċi u jiggarantixxu notifika aħjar u infurzar aħjar ta’ deċiżjonijiet bħal dawn li jkunu ġejjin minn Stat Membru ieħor. |
(29) L-adozzjoni ta’ regoli komuni għall-għajnuna u l-appoġġ reċiproċi speċifiċi li jridu jintużaw għal miżuri ta’ infurzar u spejjeż assoċjati għal affarijiet bħal dawn, kif ukoll l-adozzjoni ta’ rekwiżiti uniformi għan-notifika ta’ deċiżjonijiet marbuta ma’ penalitajiet u multi amministrattivi imposti fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet ta’ stazzjonament tal-ħaddiema skont din id-Direttiva u d-Direttiva 96/71, għandhom isolvu għadd ta’ problemi ta’ infurzar transfruntier prattiċi u jiggarantixxu notifika aħjar u infurzar aħjar ta’ deċiżjonijiet bħal dawn li jkunu ġejjin minn Stat Membru ieħor. |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Premessa 30 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(30) Minkejja t-twaqqif ta’ regoli aktar uniformi fir-rigward ta’ infurzar transkonfinali ta’ sanzjonijiet u multi u l-ħtieġa għal kriteriji aktar komuni għal proċeduri ta’ segwitu f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tagħhom, dawn ma għandhomx jaffettwaw il-kompetenzi tal-Istati Membri biex jiddeterminaw is-sistema tagħhom ta’ penalitajiet, sanzjonijiet u multi jew il-miżuri ta’ rkupru li jeżistu skont il-leġiżlazzjoni interna tagħhom. |
(30) Minkejja t-twaqqif ta’ xi regoli aktar uniformi fir-rigward ta’ infurzar transfruntier ta’ penalitajiet u multi u l-ħtieġa li l-proċeduri ta’ segwitu jsiru aktar effettivi f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tagħhom, dawn ma għandhomx jaffettwaw il-kompetenzi tal-Istati Membri biex jiddeterminaw is-sistema tagħhom ta’ penalitajiet, sanzjonijiet u multi jew il-miżuri ta’ rkupru disponibbli skont il-leġiżlazzjoni interna tagħhom. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kapitolu VI ma joħloqx sistema iktar uniformi iżda jintroduċi biss xi approssimazzjonijiet li għandhom l-għan li jagħmlu l-infurzar transfruntier ta’ penalitajiet u multi possibbli u effettivi anke skont dispożizzjonijiet nazzjonali differenti. | |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ġenerali komuni ta’ dispożizzjonijiet xierqa, miżuri u mekkaniżmi ta’ kontroll meħtieġa għal implimentazzjoni, applikazzjoni u infurzar aħjar u aktar uniformi tad-Direttiva 96/71/KE fil-prattika, inklużi miżuri ta’ prevenzjoni u sanzjoni ta’ abbuż u tidwir tar-regoli applikabbli. |
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi sett speċifiku ta’ dispożizzjonijiet, miżuri u mekkaniżmi ta’ kontroll li jippermettu lill-Istati Membri jiżguraw implimentazzjoni, applikazzjoni u infurzar aħjar u aktar uniformi tad-Direttiva 96/71/KE fil-prattika, inklużi miżuri ta’ prevenzjoni u sanzjoni ta’ abbuż u tidwir tar-regoli applikabbli, u mingħajr preġudizzju għall-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE. |
Din id-Direttiva għandha l-għan li tiggarantixxi r-rispett għal livell xieraq ta’ ħarsien minimu tad-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati għall-provvista transkonfinali tas-servizzi, filwaqt li tiffaċilita l-eżerċizzju tal-libertà ta’ provvista tas-servizzi għal dawk li jipprovdu s-servizzi u ġġib 'il quddiem kompetizzjoni ġusta fost dawk li jipprovdu s-servizzi. |
Din id-Direttiva għandha l-għan li tiggarantixxi r-rispett għal livell xieraq ta’ ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati għall-provvista transfruntiera tas-servizzi, speċjalment l-infurzar tat-termini u l-kundizzjonijiet ta' impjieg li japplikaw fil-post fejn għandu jitwettaq is-servizz skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE u li tappoġġa l-funzjonament tas-suq intern filwaqt li tiffaċilita l-eżerċizzju tal-libertà ta’ provvista tas-servizzi għal dawk li jipprovdu s-servizzi u ġġib 'il quddiem kompetizzjoni ġusta fost dawk li jipprovdu s-servizzi. |
2. Din id-Direttiva ma għandha taffettwa bl-ebda mod l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u mil-liġi tal-Unjoni, inkluż id-dritt jew il-libertà tal-istrajk jew ta’ azzjonijiet oħra koperti bis-sistemi speċifiċi ta’ relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri, bi qbil mal-liġi u l-prassi nazzjonali. Lanqas ma taffettwa d-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi u jinforza ftehimiet kollettivi u li jieħu azzjoni kollettiva skont il-liġi u l-prassi nazzjonali.
|
2. Din id-Direttiva ma għandha taffettwa bl-ebda mod l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, u fejn xieraq, fil-livell internazzjonali, inkluż id-dritt jew il-libertà tal-istrajk jew ta’ azzjonijiet oħra koperti bis-sistemi speċifiċi ta’ relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri, bi qbil mal-liġi u l-prassi nazzjonali. Lanqas ma taffettwa d-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi u jinforza ftehimiet kollettivi u li jieħu azzjoni kollettiva skont il-liġi u l-prassi nazzjonali. |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) "awtorità kompetenti" tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru biex twettaq funzjonijiet skont din id-Direttiva; |
(a) "awtorità kompetenti" tfisser awtoritajiet jew korpi, inklużi l-uffiċċji ta' kollegament skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71/KE, maħtura minn Stat Membru u fdata bil-prestazzjoni ta' funzjonijiet pubbliċi skont din id-Direttiva u skont id-Direttiva 96/71/KE; |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) "awtorità li tagħmel talba" tfisser l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tagħmel talba għal għajnuna, informazzjoni, notifika jew irkupru dwar penalità jew multa kif imsemmi fil-Kapitolu V; |
(b) "awtorità li tagħmel talba" tfisser l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tagħmel talba għal għajnuna, informazzjoni, notifika jew irkupru dwar penalità jew multa kif imsemmi fil-Kapitolu VI; |
Ġustifikazzjoni | |
L-infurzar transfruntiera huwa rregolat fil-Kapitolu VI (u mhux fil-Kapitolu V). | |
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) "awtorità mitluba" tfisser l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li lilha ssir talba għal għajnuna, informazzjoni, notifika jew irkupru. |
(c) "awtorità mitluba" tfisser l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li lilha ssir talba għal għajnuna, informazzjoni, notifika jew irkupru, kif imsemmi fil-Kapitolu VI. |
Ġustifikazzjoni | |
Kien hemm bżonn ta’ kjarifika ulterjuri dwar liema awtorità kien qed isir riferiment għaliha. | |
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Prevenzjoni tal-abbuż, u t-tidwir mar-regoli |
Sett ta' dispożizzjonijiet ta' infurzar biex jipprevjenu l-abbuż, u t-tidwir mar-regoli |
|
1. Għall-fini tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu valutazzjoni ġenerali tal-elementi kollha fattwali li huma meqjusa neċesarji, inklużi, b'mod partikolari, dawk stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-elementi huma maħsuba biex jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti meta jwettqu verifiki u kontrolli u meta jkollhom raġuni biex jemmnu li ħaddiem jista' ma jikkwalifikax għal ħaddiem stazzjonat skont id-Direttiva 96/71/KE. Dawn l-elementi huma fatturi indikattivi fl-evalwazzjoni komplessiva li għandha ssir u għalhekk ma għandhomx jitqiesu b’mod iżolat. Dawk l-elementi għandhom jiġu adottati għal kull każ speċifiku u għandhom jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tas-sitwazzjoni u n-natura tal-attivitajiet. In-nuqqas li jiġu sodisfati wieħed jew aktar minn dawn l-elementi m'għandux jipprekludu b'mod awtomatiku sitwazzjoni milli tkun stazzjonament; madankollu tista' tintuża mill-awtoritajiet kompetenti biex tgħinhom meta jivvalutaw, skont il-paragrafi 2 u 3, jekk l-istazzjonament huwiex ġenwin. |
1. Għall-fini tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-elementi fattwali li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa minn impriża fl-Istat li fih tkun stabbilita sabiex jiddeterminaw jekk ġenwinament twettaqx attivitajiet sostanzjali, apparti mill-ġestjoni pura interna u/jew attivitajiet amministrattivi. Dawn l-elementi jistgħu jinkludu: |
2. Sabiex jiġi determinat jekk impriża twettaqx attivitajiet b'mod ġenwin, għajr attivitajiet biss ta' ġestjoni interni u/jew amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu valutazzjoni ġenerali tal-elementi kollha fattwali li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa minn impriża fl-Istat Membru ta' Stabbiliment u, fejn neċessarju, fl-Istat Membru ospitanti. Dawn l-elementi jistgħu jinkludu, b’mod partikolari: |
(a) il-post fejn l-impriża għandha l-uffiċċju rreġistrat u l-amministrazzjoni tagħha, tokkupa l-ispazju ta’ uffiċċju, tħallas it-taxxi u s-sigurtà soċjali, għandha l-liċenzja professjonali jew hija rreġistrata mal-kamra tal-kummerċ jew entitajiet professjonali, |
(a) il-post fejn l-impriża għandha l-uffiċċju rreġistrat u l-amministrazzjoni tagħha, tokkupa l-ispazju ta’ uffiċċju, tħallas it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u, fejn ikun applikabbli, skont il-liġi nazzjonali għandha l-liċenzja professjonali jew hija rreġistrata mal-kamra tal-kummerċ jew entitajiet professjonali, |
(b) il-post fejn jiġu ngaġġati l-ħaddiema stazzjonati, |
(b) il-post fejn jiġu ngaġġati l-ħaddiema stazzjonati u li minnu jiġu stazzjonati, |
(c) il-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-impriża mal-ħaddiema tagħha, min naħa, u mal-klijenti tagħha, min-naħa l-oħra, |
(c) il-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-impriża mal-ħaddiema tagħha, min naħa, u mal-klijenti tagħha, min-naħa l-oħra, |
(d) il-post fejn l-impriża twettaq l-attività sostanzjali ta’ negozju tagħha u fejn timpjega persunal amministrattiv, |
(d) il-post fejn l-impriża twettaq l-attività ta' negozju tagħha li l-valutazzjoni tagħha, fi żmien usa', ma tkunx limitata biss għal ġestjoni interna u/jew attivitajiet amministrattivi, fejn timpjega persunal amministrattiv u fis-settur li jkun impjegat fih il-ħaddiem stazzjonat, |
(e) l-għadd limitat, mhux normali, ta’ kuntratti mwettqa u/ jew id-daqs ta’ fatturat imwettaq fl-Istat Membru tal-istabbiliment. |
(e) in-numru ta' kuntratti mwettqa u/jew l-ammont tal-fatturat li jkun magħmul fl-Istat Membru ta' stabbiliment, b'kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni speċifika ta', fost l-oħrajn, impriżi li għadhom kemm ġew stabbiliti u SMEs, kif ukoll id-differenzi fil-kapaċità tal-akkwist tal-muniti fi Stati Membri differenti; |
L-evalwazzjoni ta’ dawn l-elementi għandha tiġi adattata għal kull każ speċifiku u għandha tqis in-natura tal-attivitajiet imwettqa min-naħa tal-impriża fl-Istat Membru fejn hija stabbilita. |
|
2. Sabiex issir evalwazzjoni ta’ kemm ħaddiem stazzjonat temporanjament iwettaq ix-xogħol tiegħu/tagħha fi Stat Membru li mhux dak li fih normalment jaħdem/taħdem, l-elementi kollha fattwali li jikkaratterizzaw dan ix-xogħol u s-sitwazzjoni tal-ħaddiem se jiġu eżaminati. |
3. Sabiex issir evalwazzjoni ta’ kemm ħaddiem stazzjonat temporanjament iwettaq ix-xogħol tiegħu/tagħha fi Stat Membru li mhux dak li fih normalment jaħdem/taħdem, l-elementi kollha fattwali li jikkaratterizzaw dan ix-xogħol u s-sitwazzjoni tal-ħaddiem se jiġu eżaminati. |
Dawn l-elementi jistgħu jinkludu jekk: |
Dawn l-elementi jistgħu jinkludu, b’mod partikolari jekk: |
(a) ix-xogħol jitwettaq għal perjodu limitat ta’ żmien fi Stat Membru ieħor. |
(a) ix-xogħol jitwettaq għal perjodu limitat ta’ żmien fi Stat Membru ieħor. id-dewmien tal-istazzjonament għandu jiġi kkalkolat skont l-Artikolu 3(6) tad-Direttiva 96/71/KE; |
(b) l-istazzjonament iseħħ lejn Stat Membru ieħor li mhux dak li fih jew li minnu l-ħaddiem stazzjonat normalment iwettaq ħidmietu skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 u/jew il-Konvenzjoni ta’ Ruma; |
(b) l-istazzjonament iseħħ lejn Stat Membru ieħor li mhux dak li fih jew li minnu l-ħaddiem stazzjonat normalment iwettaq ħidmietu skont ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 u/jew il-Konvenzjoni ta’ Ruma; |
(c) il-ħaddiem stazzjonat imurx lura jew hux mistenni li jerġa' jibda jaħdem fl-Istat Membru mnejn ikun ġie stazzjonat wara tmiem ix-xogħol jew il-provvista ta’ servizzi li minħabba fihom huwa kien stazzjonat; |
(c) il-ħaddiem stazzjonat imurx lura jew hux mistenni li jerġa' jibda jaħdem fl-Istat Membru mnejn ikun ġie stazzjonat wara tmiem ix-xogħol jew il-provvista ta’ servizzi li minħabba fihom huwa kien stazzjonat; |
(d) l-iskariġġ, l-ikel u l-alloġġ/l-akkomodazzjoni humiex pprovduti jew hemmx rimborż għalihom minn min iħaddem u jistazzjona l-ħaddiem, u jekk ikun il-każ, kif dan iseħħ; kif ukoll |
(d) l-iskariġġ, l-ikel u l-alloġġ/l-akkomodazzjoni humiex pprovduti jew hemmx rimborż għalihom minn min iħaddem u jistazzjona l-ħaddiem; jekk ikun il-każ, il-metodu ta' rimborż għandu jkun inkluż, |
(e) xi perjodi preċedenti li fihom kien imtela l-post mill-istess ħaddiem jew minn ħaddiem ieħor (stazzjonat). |
(e) xi perjodi preċedenti li fihom kien imtela l-post mill-istess ħaddiem jew minn ħaddiem ieħor (stazzjonat). jew |
|
(f) il-pussess ta' formula A1 valida, maħruġa għall-ħaddiem stazzjonat. |
L-elementi fattwali kollha li tagħhom hemm lista hawn fuq huma fatturi indikattivi fl-evalwazzjoni komplessiva li trid issir u għalhekk ma għandhomx jitqiesu b’mod iżolat. Il-kriterji għandhom jiġu adattati għal kull każ speċifiku u għandhom jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tas-sitwazzjoni. |
|
|
3a. L-Istati Membri jistgħu japplikaw elementi addizzjonali li għandhom jiġu vverifikati mill-awtorità kompetenti sakemm ikunu ġġustifikati, proporzjonati u mhux diskriminatorji. L-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jinfurmaw lill-Kummissjoni b'kull element addizzjonali u għandhom jagħmluhom disponibbli lill-pubbliku f'websajt nazzjonali waħda b'mod preċiż, ċar u aċċessibbli. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-elementi addizzjonali lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri kollha. |
|
3b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, skont il-liġi nazzjonali u l-prattika tagħhom, li l-ħaddiema stazzjonati ma jiġux ddikjarati b'mod falz bħala ħaddiema indipendenti. |
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Fi żmien tliet snin wara …*, in-neċessità u l-adegwatezza tal-elementi msemmija fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-artikolu għandhom jiġu riveduti fid-dawl tad-definizzjoni possibbli ta' elementi ġodda li għandhom jitqiesu sabiex jiġi stabbilit jekk l-impriża hijiex ġenwina u jekk il-ħaddiem stazzjonat iwettaqx temporanjament ix-xogħol tiegħu u, fejn ikun xieraq, għandha tiġi ppreżentata proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwalunkwe emenda meħtieġa. |
|
___________ |
|
* ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. |
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta jiġi vverifikat l-istatus ta' impjieg indipendenti ta' persuna fl-Istat Membru ospitanti, l-elementi li ġejjin jistgħu b'mod partikolari jitqiesu mill-awtoritajiet kompetenti: |
|
(a) It-twettiq tar-rekwiżiti ta' negozju fl-Istat Membru ta' stabbiliment bħar-reġistrazzjoni bħala ħaddiem indipendenti, żamma ta' uffiċċju, pagament ta' taxxi, pussess ta' numru tal-VAT, reġistrazzjoni mal-kmamar tal-kummerċ; |
|
(b)Ir-remunerazzjoni, l-eżistenza ta' relazzjoni ta' subbordinazzjoni bejn persuna impjegata b'mod indipendenti u impriża u l-eżistenza ta' responsabilità finanzjarja għar-riżultati tal-impriża; |
|
(c) Attivitajiet ta’ impjieg indipendenti qabel iċ-ċaqliq lejn l-Istat Membru ospitanti; |
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Jekk l-awtorità kompetenti tikkonkludi, abbażi tal-elementi fattwali mniżżla fil-paragrafi 2 u 3 tal-Artikolu 3, li m'hemm l-ebda sitwazzjoni ta' stazzjonament ġenwina, it-termini u l-kondizzjoniiet ta' impjieg applikabbli għall-ħaddiema għandhom ikunu dawk stabbiliti mil-liġi determinata skont ir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Regolament Ruma I). Meta jiġi ddeterminat liema liġi hija applikabbli skont Ruma I, għandhom jitqiesu dawk id-dispożizzjonijiet li huma l-iktar favorevoli għall-ħaddiema. |
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Rwol tal-uffiċċji ta’ kollegament |
L-awtoritajiet kompetenti u l-uffiċċju ta' kollegament |
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-leġiżlazzjoni u/jew mal-prassi nazzjonali, jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar, u din tista’ tinkludi l-uffiċċju(i) ta’ kollegament imsemmi/imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71/KE. |
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-leġiżlazzjoni u/jew mal-prassi nazzjonali, jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar, u din tista’ tinkludi l-uffiċċju(i) ta’ kollegament imsemmi/imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71/KE. L-uffiċċju ta' kollegament għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta' impjieg u r-regoli tal-impjieg. L-uffiċċju ta' kollegament jista' wkoll jimmonitorja l-applikazzjoni ta' dawk ir-regoli. |
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna regolarment il-lista tal-awtoritajiet kompetenti u tal-uffiċċji ta’ kollegament. |
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti u l-uffiċċji ta' kollegament għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra u għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna regolarment il-lista tal-awtoritajiet kompetenti u tal-uffiċċji ta’ kollegament. |
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-patti u l-kundizzjonijiet ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE li jridu jiġu applikati u rrispettati minn min jipprovdi s-servizz tkun disponibbli għal kulħadd b'mod ċar u li jiftiehem u aċċessibbli faċilment, anki mill-bogħod u b’mezzi elettroniċi, f'formati u skont standards tal-web li jiżguraw aċċess għal persuni b’diżabilitajiet u li jiżguraw li l-uffiċċji ta' kollegament jew il-korpi nazzjonali l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71/KE jkunu f'qagħda li jwettqu ħidmiethom b'mod effettiv. |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE li jridu jiġu applikati u rrispettati minn min jipprovdi s-servizz tkun disponibbli għal kulħadd bla ħlas b'mod ċar, trasparenti, li jiftiehem u aċċessibbli faċilment, anki mill-bogħod u b’mezzi elettroniċi, f'formati u skont standards tal-web li jiżguraw aċċess għal persuni b’diżabilitajiet u li jiżguraw li l-uffiċċji ta' kollegament jew il-korpi nazzjonali l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71/KE jkunu f'qagħda li jwettqu ħidmiethom b'mod effettiv. |
2. Biex ikun hemm iktar titjib fir-rigward tal-aċċess għat-tagħrif, l-Istati Membri għandhom: |
2. Biex ikun hemm iktar titjib fir-rigward tal-aċċess għat-tagħrif, l-Istati Membri għandhom: |
(a) jindikaw b’mod ċar, iddettaljat u li jista’ jintuża minn kulħadd mingħajr diffikultà u f’format aċċessibbli fuq il-websajts nazzjonali u mezzi oħra liema patti u kondizzjonijiet ta’ impjieg u/jew liema partijiet tal-leġiżlazzjoni (nazzjonali u/jew reġjonali) tagħhom iridu jiġu applikati għall-ħaddiema stazzjonati fit-territorju tagħhom; |
(a) jindikaw b’mod ċar, iddettaljat u li jista’ jintuża minn kulħadd mingħajr diffikultà u f’format aċċessibbli f’websajt nazzjonali uffiċjali unika u permezz ta' mezzi adegwati oħra, liema termini u kondizzjonijiet ta’ impjieg u/jew liema partijiet tal-leġiżlazzjoni (nazzjonali u/jew reġjonali) tagħhom iridu jiġu applikati għall-ħaddiema stazzjonati fit-territorju tagħhom; |
(b) jieħdu l-miżuri meħtieġa biex l-informazzjoni dwar liema ftehimiet kollettivi huma applikabbli (u għal min) tkun disponibbli fuq is-siti tal-internet u b’mezzi oħra b'mod ġenerali, u liema patti u kondizzjonijiet ta' impjieg iridu jiġu applikati minn dawk li jipprovdu s-servizz minn Stati Membri oħra skont id-Direttiva 96/71/KE; li b’dan, fejn ikun possibbli, għandhom ikunu pprovduti ħolqiet għal siti eżistenti tal-internet u punti ta' kuntatt, b'mod partikolari l-imsieħba soċjali rilevanti; |
(b) jieħdu l-miżuri meħtieġa biex l-informazzjoni dwar liema ftehimiet kollettivi huma applikabbli (u għal min) tkun disponibbli b'mod ġenerali fuq il-websajt nazzjonali uffiċjali unika u permezz ta' mezzi xierqa oħra, u liema termini u kondizzjonijiet ta' impjieg iridu jiġu applikati minn dawk li jipprovdu s-servizz minn Stati Membri oħra skont id-Direttiva 96/71/KE, filwaqt li, fejn ikun possibbli, għandhom ikunu pprovduti ħolqiet għal siti eżistenti tal-internet u punti ta' kuntatt, b'mod partikolari l-imsieħba soċjali rilevanti; |
(c) jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-ħaddiema u għal dawk li jipprovdu s-servizz f’lingwi oħra li mhumiex dik/dawk nazzjonali tal-pajjiż li fih is-servizzi jiġu pprovduti, jekk huwa possibbli, fi ktejjeb fil-qosor li jindika l-kondizzjonijiet ta’ xogħol ewlenin applikabbli u fuq talba f’format aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà; |
(c) jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-ħaddiema u għal dawk li jipprovdu s-servizz mingħajr ħlas u bl-Ingliż u fil-lingwa nazzjonali tal-Istat Membru ta' oriġini tal-ħaddiem u l-fornitur tas-servizz, jew fuq talba, f'lingwi uffiċjali oħra tal-Unjoni u mhux biss fil-lingwa(i) nazzjonali tal-pajjiż li fih is-servizzi jiġu pprovduti, jekk huwa possibbli, fi ktejjeb fil-qosor li jindika l-kondizzjonijiet ta’ xogħol ewlenin applikabbli kif ukoll jiddeskrivi l-proċeduri li bihom jitressqu lmenti u jinbdew il-proċedimenti legali u s-sanzjonijiet applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità f’format aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà; informazzjoni dettaljata oħra dwar kondizzjonijiet ta’ impjieg u soċjali applikabbli għall-ħaddiema stazzjonati, inklużi s-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali, għandhom ikunu magħmula disponibbli faċilment u mingħajr ħlas, b’mezzi ta’ komunikazzjoni differenti inklużi punti ta’ kuntatt; |
(d) jtejbu l-aċċessibilità tal-informazzjoni u ċ-ċarezza tal-informazzjoni pprovduta fil-websajts nazzjonali; |
(d) jtejbu r-rilevanza, l-aċċessibilità u ċ-ċarezza tal-informazzjoni, speċjalment dik ipprovduta fil-websajt nazzjonali uffiċjali unika msemmija fil-punt (a); |
(e) jindikaw, jekk ikun possibbli, persuna ta' kuntatt fl-uffiċċju ta' kollegament inkarigat li jittratta t-talbiet għall-informazzjoni; |
(e) jindikaw persuna ta' kuntatt fl-uffiċċju ta' kollegament inkarigat li jittratta t-talbiet għall-informazzjoni u tieħu l-miżuri biex tagħmel l-informazzjoni neċessarja disponibbli għall-kumpaniji ta' stazzjonament u l-ħaddiema stazzjonati; |
(f) iżommu l-informazzjoni pprovduta fid-dokumenti tal-pajjiż aġġornata. |
(f) iżommu l-informazzjoni pprovduta fid-dokumenti tal-pajjiż aġġornata. |
3. Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġja l-Istati Membri f’dan il-qasam. |
3. Il-Kummissjoni se tkompli tappoġġja l-Istati Membri f’dan il-qasam. |
4. Fejn, skont il-liġi, it-tradizzjonijiet u l-prassi nazzjonali, il-patti u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE huma stabbiliti fi ftehimiet kollettivi skont il-paragrafi 1 u 8 tal-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imsieħba soċjali għandhom jidentifikawhom u jagħmlu l-informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari li tirrigwarda r-rati ta’ pagi minimi differenti u l-elementi kostitwenti tagħhom, il-metodu użat għall-kalkolu tal-ħlas dovut u l-kriterji ta’ kwalifika għall-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta’ paga differenti, , disponibbli b’mod aċċessibbli u trasparenti għal dawk li jipprovdu s-servizz minn Stati Membri oħra u għall-ħaddiema stazzjonati. |
4. Fejn, skont il-liġi, it-tradizzjonijiet u l-prassi nazzjonali, u b’rispett sħiħ għall-awtonomija tas-sħab soċjali, it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE huma stabbiliti fi ftehimiet kollettivi skont il-paragrafi 1 u 8 tal-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-sħab soċjali għandhom jidentifikawhom u jagħmlu disponibbli l-informazzjoni rilevanti, li tirrigwarda r-rati ta’ pagi minimi differenti, il-metodu użat għall-kalkolu tal-ħlas u l-kriterji ta’ kwalifika. It-termini u l-kundizzjonijiet ta' impjieg għandhom ikunu disponibbli b’mod aċċessibbli u trasparenti għal dawk li jipprovdu s-servizz minn Stati Membri oħra li jistazzjonaw lill-ħaddiema u għall-ħaddiema stazzjonati |
|
4a. Ħaddiema stazzjonati għandu jkollhom id-dritt li jirċievu mill-Istat Membru ospitanti l-informazzjoni dwar it-termini u l-kondizzjonijiet applikabbli ta' impjieg. |
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punti ta' kuntatt jew jindikaw korpi jew awtoritajiet oħra li għandhom jistgħu jirreferu l-ħaddiema u l-impriżi għall-informazzjoni, parir u appoġġ dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom. Dan japplika kemm għall-Istati Membri ospitanti kif ukoll għall-Istati Membri ta' stabbiliment. |
|
Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw appoġġ adegwat għal inizjattivi rilevanti tas-sħab soċjali rilevanti fuq il-livell tal-Unjoni u nazzjonali immirat biex jinforma l-intrapriżi u l-ħaddiema dwar it-termini u l-kondizzjonijiet applikabbli stipulati f’din id-Direttiva u d-Direttiva 96/71/KE. |
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jaħdmu b’kooperazzjoni ma' xulxin mill-qrib u jipprovdu għajnuna reċiproka biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar fil-prattika ta’ din id-Direttiva. |
1. L-Istati Membri għandhom jaħdmu b’kooperazzjoni ma' xulxin mill-qrib u jipprovdu għajnuna reċiproka mingħajr dewmien biex jiffaċilitaw l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar fil-prattika ta’ din id-Direttiva. |
2. Il-kooperazzjoni tal-Istati Membri għandha b'mod partikolari tikkonsisti f'li jintwieġbu minnufih it-talbiet ta' informazzjoni ġġustifikati u għal twettiq ta' kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti għal dak li għandu x'jaqsam ma' sitwazzjonijiet ta’ stazzjonament imsemmija fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 96/71/KE, inkluża l-investigazzjoni ta’ xi abbużi ta’ regoli applikabbli dwar l-istazzjonament tal-ħaddiema jew każijiet possibbli ta’ attivitajiet transnazzjonali mhux leġittimi. |
2. Il-kooperazzjoni tal-Istati Membri għandha b'mod partikolari tikkonsisti f’li jintwieġbu t-talbiet ta' informazzjoni ġġustifikati mingħajr dewmien u għal twettiq ta' kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti għal dak li għandu x'jaqsam ma' sitwazzjonijiet ta’ stazzjonament imsemmija fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 96/71/KE u artikoli rilevanti f’din id-Direttiva, inkluża l-investigazzjoni ta’ xi abbużi ta’ regoli applikabbli dwar l-istazzjonament tal-ħaddiema u l-bidu ta' azzjonijiet xierqa skont il-liġijiet nazzjonali u l-prattiki nazzjonali u skont din id-Direttiva. |
3. Għall-fini ta’ tweġib għal xi talba għal għajnuna mill-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-informazzjoni kollha meħtieġa għas-superviżjoni tal-attivitajiet tagħhom skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom. |
3. Għall-fini ta’ tweġib għal xi talba għal għajnuna mill-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom, mingħajr dewmien, l-informazzjoni kollha meħtieġa għas-superviżjoni tal-attivitajiet tagħhom skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom u d-Direttiva 96/71/KE. Fejn fornituri tas-servizz jonqsu milli jipprovdu din l-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti għandhom jibdew azzjoni xierqa. |
4. F’każ ta’ diffikultà biex tiġi sodisfatta xi talba għal informazzjoni jew biex isiru verifiki, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jinforma malajr lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni. |
4. F’każ ta’ diffikultà biex tiġi sodisfatta xi talba għal informazzjoni jew biex isiru verifiki, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru inkwistjoni għandu jinforma malajr lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni. Fil-każ ta' problemi persistenti fl-iskambju tal-informazzjoni jew rifjut permanenti li tiġi pprovduta informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata u meta tqis li jkun iġġustifikat, għandha tibda proċediment ta' ksur. Il-każijiet ta' rufjut fit-tul li tiġi pprovduta l-informazzjoni mitluba għandhom jiġu rreġistrati mill-Kummissjoni, bil-għan, fost l-oħrajn, li tinħoloq lista aċċessibbli għall-pubbliku tal-awtoritajiet rreġistrati li b'mod permanenti rrifjutaw li jipprovdu l-informazzjoni. |
5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba minn Stati Membri oħrajn jew mill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn ġimagħtejn minn meta tasal it-talba. Għandu jintuża mekkaniżmu speċifiku ta’ urġenza għal sitwazzjonijiet speċjali fejn Stat Membru isir jaf dwar ċirkustanzi serji partikolari li jeħtieġu azzjoni urġenti. F’ċirkostanzi bħal dawn, l-informazzjoni għandha tintbagħat f’24 siegħa. |
5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba minn Stati Membri oħrajn jew mill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn ġimagħtejn minn meta tasal it-talba. Għandu jintuża mekkaniżmu speċifiku ta’ urġenza għal sitwazzjonijiet speċjali fejn Stat Membru isir jaf dwar ċirkustanzi serji partikolari li jeħtieġu azzjoni urġenti. F’ċirkostanzi bħal dawn, l-informazzjoni għandha tintbagħat f’24 siegħa. Dan m’għandux jipprekludi lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ospitanti milli jieħdu miżuri immedjati biex jinvestigaw, jipprevjenu u jissanzjonaw frodi. |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri fejn iddaħħlu l-fornituri tas-servizzi, u li jistgħu jiġu konsultati mill-awtoritajiet kompetenti fit-territorju tagħhom, jistgħu wkoll ikunu konsultati, skont l-istess kondizzjonijiet, mill-awtoritajiet kompetenti ekwivalenti tal-Istati Membri l-oħrajn. |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri fejn iddaħħlu l-fornituri tas-servizzi, u li jistgħu jiġu konsultati mill-awtoritajiet kompetenti fit-territorju tagħhom, jistgħu wkoll ikunu konsultati, skont l-istess kondizzjonijiet, mill-awtoritajiet kompetenti ekwivalenti tal-Istati Membri l-oħrajn. |
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konfidenzjalità tal-informazzjoni li jiskambjaw. L-informazzjoni skambjata għandha tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni(jiet) li għaliha/hom tkun intalbet. |
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konfidenzjalità stretta tal-informazzjoni li jiskambjaw. L-informazzjoni skambjata għandha tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni(jiet) li għaliha/hom tkun intalbet u b’konformità mal-liġijiet u l-prattiki nazzjonali, u b'mod partikolari mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data personali. |
8. Il-kooperazzjoni amministrattiva reċiproka u l-għajnuna għandhom jingħataw bla ħlas. |
8. Il-kooperazzjoni amministrattiva reċiproka u l-għajnuna għandhom jingħataw bla ħlas. |
9. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jeżaminaw kull diffikultà li tista' tinqala fl-applikazzjoni tal-Artikolu 3 (10) tad-Direttiva 96/71/KE. |
9. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jeżaminaw kull diffikultà li tista' tinqala fl-applikazzjoni tal-Artikolu 3 (10) tad-Direttiva 96/71/KE. |
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-Rwol tal-Istat Membru tal-istabbiliment |
Ir-Rwol tal-Istati Membri |
|
1. Bi qbil mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 96/71/KE, matul il-perjodu ta' stazzjonament ta' ħaddiem fi Stat Membru ieħor, l-ispezzjoni tat-termini u l-kundizzjonijiet ta' impjieg li għandhom jiġu sodisfati skont id-Direttiva 96/71/KE hija r-responsabilità tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti f'kooperazzjoni mal-Istat Membru ta' stabbiliment. Għalhekk, l-Istat Membru ospitanti għandu jikkontrolla, jimmonitorja u jieħu l-miżuri ta' superviżjoni jew ta' infurzar kollha meħtieġa bi qbil mal-Artikolu 10 ta' din id-Direttiva u mal-liġi nazzjonali tiegħu u/jew il-prassi u l-proċeduri amministrattivi, fir-rigward ta' ħaddiema stazzjonati fit-territorju tiegħu. Dawn il-verifiki u l-kontrolli għandhom, jekk ikun meħtieġ, jitwettqu mill-awtoritajiet tal-Istat Membru ospitanti fuq l-inizjattiva tagħhom stess jew fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment, skont l-Artikolu 10 u b'konformità mas-setgħat ta’ sorveljanza stipulati fil-liġi, prassi u proċeduri nazzjonali amministrattivi tal-Istat Membru ospitanti u li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni. |
1. L-Istat Membru tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi għandu jkompli jikkontrolla, jimmonitorizza u jieħu l-miżuri meħtieġa ta' sorveljanza jew infurzar, skont il-liġi, il-prassi u l-proċeduri amministrattivi nazzjonali, fir-rigward tal-ħaddiema stazzjonati fi Stat Membru ieħor. |
2. L-Istat Membru ta' stabbiliment tal-fornitur tas-servizzi għandu wkoll ikompli jikkontrolla, jimmonitorizza u jieħu l-miżuri meħtieġa ta' sorveljanza jew infurzar, skont il-liġi, il-prassi u l-proċeduri amministrattivi nazzjonali, fir-rigward tal-ħaddiema stazzjonati fi Stat Membru ieħor. Dan l-obbligu m’għandux jirriżulta fi dmir fuq l-Istat Membru ta’ stabbiliment biex iwettaq verifiki u kontrolli fattwali fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti fejn qed jiġi provdut is-servizz. |
2. Fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 3 (1) u (2) u l-Artikolu 9 (1), l-Istat Membru tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi għandu jgħin lill-Istat Membru fejn iseħħ l-istazzjonament biex jiżgura konformità mal-kondizzjonijiet applikabbli skont id-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva. L-Istat Membru tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi għandu, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jikkomunika lill-Istat Membru fejn iseħħ l-istazzjonament kull informazzjoni rilevanti kif speċifikat fl-Artikoli 3 (1) u (2) u 9(1), fejn l-Istat Membru tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi jkun jaf b’xi fatti speċifiċi li juru irregolaritajiet possibbli. |
3. Għal fini ta' tisħiħ tad-Direttiva 96/71/KE, fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 3(1) u (2) u l-Artikolu 9(1) ta' din id-Direttiva, l-Istat Membru ta' stabbiliment tal-fornitur tas-servizzi għandu jgħin lill-Istat Membru ospitanti biex jiżgura konformità sħiħa mal-kondizzjonijiet applikabbli skont id-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva. L-Istat Membru ta' stabbiliment tal-fornitur tas-servizzi għandu mingħajr dewmien, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jew fuq talba tal-Istat Membru ospitanti jikkomunika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti kull informazzjoni rilevanti kif speċifikat f’din id-Direttiva jew meħtieġ għall-konformità mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE. |
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-istess mod jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment, għal kull każ ta' servizzi pprovduti jew għal kull fornitur ta’ servizz, biex jipprovdu informazzjoni dwar il-legalità tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizz, il-kondotta nadifa tal-fornitur tas-servizz, u l-assenza ta' xi ksur tar-regoli applikabbli. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jipprovdu din l-informazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6. |
4. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-istess mod jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment, għal kull każ ta' servizzi pprovduti jew għal kull fornitur ta’ servizz, biex jipprovdu informazzjoni biex jivverifikaw konformità sħiħa kemm mad-Direttiva 96/71/KE kif ukoll ma’ din id-Direttiva, inkluż dwar il-legalità tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizz, il-kondotta nadifa tal-fornitur tas-servizz, u l-assenza ta' xi ksur tar-regoli applikabbli. . L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jistgħu wkoll jitolbu informazzjoni addizzjonali għal raġunijiet prevalenti ta' interess pubbliku. Tali talbiet għandhom jiġu appoġġati minn dikjarazzjoni adegwata ta' raġunijiet, partikolarment billi tiġi speċifikata r-raġuni tat-talba. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' stabbiliment għandhom jipprovdu din l-informazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6. |
4. L-obbligu stipulat fil-paragrafi 1 u 2 ma għandux ifisser dmir min-naħa tal-Istat Membru tal-istabbiliment li jwettaq verifiki u kontrolli fattwali fit-territorju tal-Istat Membru li jospita fejn jiġi provdut is-servizz. Dawn il-verifiki u kontrolli għandhom, jekk ikun meħtieġ, jitwettqu mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jospita fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment, skont l-Artikolu 10 u b'konformità mas-setgħat ta’ sorveljanza stipulati fil-liġi, l-prassi u l-proċeduri nazzjonali amministrattivi tal-Istat Membru li jospita u li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni. |
|
|
4a. L-Istati Membri li jiskopru li l-ħaddiema qed jiġu reklutati biex jaħdmu, b'mod falz, bħala ħaddiema indipendenti għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ospitanti mingħajr dewmien. |
|
4b. Kull informazzjoni rċevuta mill-awtoritajiet kompetenti għandha tiġi trattata bħala kunfidenzjali. |
|
Bi qbil mal-liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta, l-Istati Membri għandhom finalment jibqgħu inkarigati mis-salvagwardja tal-protezzjoni tad-dejta u d-drittjiet legali ta’ persuni milquta u għandhom iwaqqfu mekkaniżmi adatti f’dan ir-rigward. |
|
4c. L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-riżorsi meħtieġa sabiex jiżguraw verifiki u kontrolli effettivi. |
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri, bl-għajnuna tal-Kummissjoni, għandhom jieħdu miżuri komplementari biex jiżviluppaw, jiffaċilitaw u jġibu 'l quddiem l-iskambju bejn l-uffiċjali inkarigati mill-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-għajnuna reċiproka, kif ukoll il-monitoraġġ tal-konformità u l-infurzar tar-regoli applikabbli. |
1. L-Istati Membri, bl-għajnuna tal-Kummissjoni, għandhom jieħdu miżuri komplementari biex jiżviluppaw, jiffaċilitaw u jġibu 'l quddiem l-iskambju bejn l-uffiċjali inkarigati mill-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-għajnuna reċiproka, kif ukoll il-monitoraġġ tal-konformità u l-infurzar tar-regoli applikabbli. L-Istati Membri jistgħu wkoll jieħdu miżuri ta' akkumpanjament biex jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet li qed jipprovdu l-informazzjoni lill-ħaddiema stazzjonati. |
|
1a. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ospitanti u fl-Istat Membru ta' stabbiliment għandhom jitħeġġu jiġbru d-dejta speċifika għall-proċess ta' stazzjonament u jevalwawha, filwaqt li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta. L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll jibagħtu d-dejta miġbura lill-Kummissjoni għal sommarji. |
2. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa għall-appoġġ finanzjarju sabiex ittejjeb aktar il-kooperazzjoni amministrattiva u żżid il-fiduċja reċiproka permezz ta’ proġetti, inklużi l-promozzjoni ta’ skambji ta’ uffiċjali rilevanti u t-taħriġ, , kif ukoll jiżviluppaw jiffaċilitaw u jġibu 'l quddiem inizjattivi tal-aqwa prassi, inklużi dawk tal-imsieħba soċjali fil-livell tal-Unjoni, bħall-iżvilupp u l-aġġornament ta' bażijiet ta' dejta jew websajts konġunti li fihom informazzjoni ġenerali jew speċifika għal xi settur dwar patti u kondizzjonijiet ta' impjieg li jridu jiġu rispettati. |
2. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-ħtieġa għall-appoġġ finanzjarju sabiex ittejjeb aktar il-kooperazzjoni amministrattiva u żżid il-fiduċja reċiproka permezz ta’ proġetti, inklużi l-promozzjoni ta’ skambji ta’ uffiċjali rilevanti u t-taħriġ, , kif ukoll jiżviluppaw jiffaċilitaw u jġibu 'l quddiem inizjattivi tal-aqwa prassi, inklużi dawk tas-sħab soċjali fil-livell tal-Unjoni, bħall-iżvilupp u l-aġġornament ta' bażijiet ta' dejta jew websajts konġunti li fihom informazzjoni ġenerali jew speċifika għal xi settur dwar patti u kondizzjonijiet ta' impjieg li jridu jiġu rispettati. Fejn tikkonkludi li teżisti tali ħtieġa, il-Kummissjoni għandha tiżgura finanzjament adegwat. |
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri jistgħu jimponu biss ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta’ kontroll li ġejjin: |
1. L-Istati Membri jistgħu jimponu kull rekwiżit amministrattiv u miżuri ta' kontroll li huma jqisu neċessarji għall-infurzar effettiv tad-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva, inkluż b'mod partikolari: |
|
(a) obbligu li tinħatar persuna ta' kuntatt fl-Istat Membru ospitanti, li taġixxi bħala r-rappreżentant b'mandat tal-kumpanija stazzjonata, li tista' tiġi kkuntattjata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, li tkun awtorizzata tirċievi kull avviż u dokument uffiċjali u li tkun ukoll awtorizzata tinnegozja u tikkonkludi ftehimiet vinkolanti, jekk ikun meħtieġ, f'isem l-impjegatur mas-sħab soċjali rilevanti fl-Istat Membru ospitanti, skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali, fi ħdan il-perjodu li fih ikunu ġew ipprovduti s-servizzi. |
|
(b) miżuri maħsuba biex jiġġieldu kontra x-xogħol mhux iddikjarat; |
(c) traduzzjoni tad-dokumenti msemmija fil-punt (b) tista’ tkun iġġustifikata, kemm-il darba dawn id-dokumenti ma jkunux twal b’mod eċċessiv u jkunu dokumenti li għalihom ġeneralment jintużaw formoli standard; |
(c) traduzzjoni tad-dokumenti msemmija fil-paragrafu 2 f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li tkun ukoll lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti; |
(d) obbligu ta’ nomina ta’ persuna ta’ kuntatt biex jinnegozja, jekk ikun meħtieġ, f'isem min iħaddem mal-awtorità jew korp kompetenti fl-Istat Membru fejn iseħħ l-istazzjonament, skont il-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali, matul il-perjodu li fih jiġu pprovduti s-servizzi. |
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-formalitajiet marbuta mal-istazzjonament tal-ħaddiema jistgħu jinħelsu mill-intrapriżi, mill-bogħod u kemm jista’ jkun b’mezzi elettroniċi. |
2. Mingħajr ħsara għall-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jimponu ir-rekwiżiti amministrattivi u l-miżuri ta’ kontroll li ġejjin: |
(a) obbligu fuq min jipprovdi servizz stabbilit fi Stat Membru ieħor biex jagħmel stqarrija sempliċi lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli mhux aktar tard minn meta tibda l-provvista tas-servizz, l-istqarrija tista’ tkopri biss l-identità tal-fornitur tas-servizz, il-preżenza ta' ħaddiem stazzjonat wieħed jew aktar li jkun identifikabbli b’mod ċar, kemm huwa mistenni jibqa’ u l-post tal-preżenza tiegħu u s-servizzi li jiġġustifikaw l-istazzjonament; |
(a) obbligu fuq min jipprovdi servizz stabbilit fi Stat Membru ieħor biex jagħmel stqarrija sempliċi lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli tal-anqas ħamest ijiem qabel ma tibda l-provvista tas-servizz, f'lingwa uffiċjali tal-Unjoni li tkun ukoll lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti jew f'lingwa oħra, jekk tkun aċċettata mill-Istat Membru ospitanti, fejn l-istqarrija tkopri b'mod partikolari l-identità tal-fornitur tas-servizz, in-numru antiċipat ta' ħaddiema stazzjonati u d-dejta ta' identifikazzjoni personali tagħhom, fejn applikabbli, il-persuna ta' kuntatt maħtura kif speċifikat fil-paragrafu 1(a), il-bidu u kemm huwa mistenni jibqa’ u l-post fejn huwa pprovdut is-servizz u s-servizzi li jiġġustifikaw l-istazzjonament; |
|
id-dikjarazzjoni għandha tistqarr li l-fornitur tas-servizz huwa konxju tal-kondizzjonijiet ta' impjieg minimi applikabbli fil-pajjiż ospitanti u qabel li jikkonforma magħhom skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE; |
|
fornitur tas-servizz stabbilit fi Stat Membru ieħor għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru ospitanti mingħajr dewmien dwar kull bidla li ssir lill-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni qabel jew matul il-provvediment tas-servizz. |
|
(b) obbligu matul il-perjodu ta' stazzjonament biex dawn id-dokumenti li ġejjin, f'forma ta' karta jew elettronika, jinżammu jew isiru disponibbli f’post aċċessibbli u identifikat b’mod ċar, bħal pereżempju l-post tax-xogħol jew il-bini ta’ kostruzzjoni, jew għall-ħaddiema mobbli fis-settur tat-trasport il-bażi tal-operazzjonijiet fl-Istat Membru ospitanti jew il-vettura li biha jiġi pprovdut is-servizz; |
|
- verifika tal-identità tal-ħaddiem stazzjonat, |
|
- il-kuntratt ta’ impjieg (jew dokument ekwivalenti li jindika t-termini ta' impjieg bħal dokument skont it-tifsira tad-Direttiva 91/533, inkluża, fejn xieraq jew rilevanti, l-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva), |
|
- karti tal-paga u prova tal-pagament tas-salarji, |
|
- reġistri tal-ħinijiet, |
|
- dokumentazzjoni tas-sigurtà soċjali msemmija fir-Regolament (KE) Nru 883/2004 (pereżempju l-formola A1), |
|
- permessi ta' xogħol u ta' residenza fl-Istat Membru ta' stabbiliment fil-każ ta' ċittadini ta' pajjiż terz jew kopji ta' dokumenti ekwivalenti, maħruġa skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta' stabbiliment, |
|
- valutazzjoni tar-riskji għas-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol skont id-Direttiva 89/391/KE, |
|
Dawn id-dokumenti għandhom ukoll jinżammu jew isiru disponibbli għal perjodu ta' mill-anqas sentejn wara l-perjodu ta' stazzjonament. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-formalitajiet marbuta mal-istazzjonament tal-ħaddiema jistgħu jinħelsu mill-intrapriżi, mill-bogħod u kemm jista’ jkun b’mezzi elettroniċi. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri u l-formalitajiet marbuta mal-istazzjonament tal-ħaddiema jistgħu jinħelsu mill-intrapriżi, mill-bogħod u kemm jista’ jkun b’mezzi elettroniċi. |
3. Fi żmien tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 20, , għandu jiġi eżaminat mill-ġdid kemm hija meħtieġa u xierqa l-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali ta' kontroll fid-dawl tal-esperjenzi mas-sistema għall-kooperazzjoni u l-iskambji ta' informazzjoni, kif ukoll l-effikaċja tagħha, l-iżvilupp ta' dokumenti aktar uniformi u standardizzati, it-twaqqif ta’ prinċipji komuni jew ta’ standards għall-ispezzjonijiet fil-qasam tal-istazzjonamemnt tal-ħaddiema kif ukoll żviluppi teknoloġiċi, bil-ħsieb li jiġu proposti, fejn xieraq, xi emendi jew modifikazzjonijiet meħtieġa. |
4. Fi żmien tliet snin …* il-Kummissjoni għandha terġa' teżamina l-effettività tal-miżuri nazzjonali ta' kontroll u tal-applikazzjoni tagħhom fid-dawl tal-esperjenzi mas-sistema għall-kooperazzjoni u l-iskambji ta' informazzjoni, kif ukoll l-effikaċja tagħha, l-iżvilupp ta' dokumenti aktar uniformi u standardizzati, it-twaqqif ta’ prinċipji komuni jew ta’ standards għall-ispezzjonijiet fil-qasam tal-istazzjonamemnt tal-ħaddiema kif ukoll żviluppi teknoloġiċi, bil-ħsieb li jiġu proposti, fejn xieraq, xi emendi jew modifikazzjonijiet meħtieġa. |
|
___________________ |
|
* ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Spezzjonijiet |
Kontrolli u spezzjonijiet |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi xierqa ta’ kontroll u monitoraġġ u li jitwettqu spezzjonijiet effettivi u xierqa fit-territorju tagħhom sabiex jikkontrollaw u jimmonitorjaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet u r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 96/71/KE u jiggarantixxu l-applikazzjoni xierqa tagħha u l-infurzar. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jissejsu fuq evalwazzjoni tar-riskju li trid issir mill-awtoritajiet kompetenti regolarment. L-evalwazzjoni tar-riskju għandha tidentifika s-setturi ta’ attività li fihom l-impjieg tal-ħaddiema stazzjonati għall-provvista tas-servizzi huwa kkonċentrat fit-territorju tagħhom. Hija u ssir evalwazzjoni tar-riskju bħal din, it-twettiq ta’ proġetti kbar infrastrutturali, il-problemi speċjali u l-ħtiġijiet ta’ setturi speċifiċi, ir-rapporti dwar xi ksur fl-imgħoddi, kif ukoll il-vulnerabilità ta’ ċerti gruppi ta’ ħaddiema għandhom jiġu kkunsidrati. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi xierqa u effettivi ta’ kontroll u monitoraġġ u li jitwettqu spezzjonijiet effettivi u xierqa fit-territorju tagħhom sabiex jikkontrollaw u jimmonitorjaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet u r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 96/71/KE u f'din id-Direttiva u jiggarantixxu l-applikazzjoni xierqa tagħhom u l-infurzar, kif ukoll li jiġi miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat. Dawn l-ispezzjonijiet jistgħu jiġu msejsa fuq evalwazzjoni tar-riskju li trid issir mill-awtoritajiet kompetenti regolarment. L-evalwazzjoni tar-riskju tista’ tidentifika s-setturi ta’ attività li fihom l-impjieg tal-ħaddiema stazzjonati għall-provvista tas-servizzi huwa kkonċentrat fit-territorju tagħhom. Hija u ssir evalwazzjoni tar-riskju bħal din, it-twettiq ta’ proġetti kbar infrastrutturali, l-eżistenza ta' sekwenzi twal ta' sottokuntratturi, il-problemi speċjali u l-ħtiġijiet ta’ setturi speċifiċi, ir-rapporti dwar xi ksur fl-imgħoddi, kif ukoll il-vulnerabbiltà ta’ ċerti gruppi ta’ ħaddiema jistgħu, b’mod partikolari jiġu kkunsidrati. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet u l-kontrolli ta’ konformità mad-Direttiva 96/71/KE ma jkunux diskriminatorji u/jew sproporzjonati. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet u l-kontrolli ta’ konformità ma’ din id-Direttiva u mad-Direttiva 96/71/KE ma jkunux diskriminatorji u/jew sproporzjonati u għandhom jallokaw ir-riżorsi meħtieġa għal dawn l-ispezzjonijiet u l-kontrolli. Skont il-prattika proprja tagħha, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-impriża spezzjonata jew ikkontrollata b'dokument ta' wara l-ispezzjoni u l-kontroll li jinkludi kull informazzjoni rilevanti. |
3. Jekk tintalab xi informazzjoni matul l-ispezzjonijiet u fid-dawl tal-kriterji fl-Artikolu 3, l-Stat Membru fejn is-servizz huwa pprovdut u l-Stat Membru tal-istabbiliment għandhom jaġixxu skont ir-regoli dwar il-kooperazzjoni amministrattiva, jiġifieri l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw skont ir-regoli u l-prinċipji stipulati fl-Artikoli 6 u 7. |
3. Jekk tintalab xi informazzjoni matul l-ispezzjonijiet u fid-dawl tal-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva, l-Stat Membru ospitanti u l-Stat Membru ta' stabbiliment għandhom jaġixxu skont ir-regoli dwar il-kooperazzjoni amministrattiva. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw skont ir-regoli u l-prinċipji stipulati fl-Artikoli 6 u 7 ta' din id-Direttiva. |
4. Fl-Istati Membri fejn, skont il-liġi u l-prassi nazzjonali, it-twaqqif tal-patti u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg tal-ħaddiema stazzjonati msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE, u b’mod partikolari r-rati minimi ta’ paga, inkluż il-ħin tax-xogħol, jitħalla f’idejn il-ġestjoni fil-livell xieraq u suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati mill-Istati Membri, ir-responsabbilità għall-kontroll u r-rispett tal-patti u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg rilevanti tal-ħaddiema stazzjonati kemm-il darba livell xieraq ta’ ħarsien ekwivalenti għal dak li jirriżulta mid-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva jiġi ggarantit. |
4. Fl-Istati Membri fejn, skont il-liġi u l-prassi nazzjonali, it-twaqqif tat-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg tal-ħaddiema stazzjonati msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE, u b’mod partikolari r-rati minimi ta’ paga u l-ħin tax-xogħol, jitħalla f’idejn is-sħab soċjali, dawk is-sħab soċjali jistgħu, fil-livell xieraq u suġġetti għall-kondizzjonijiet stipulati mill-Istati Membri, jimmonitorjaw l-applikazzjoni tat-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg rilevanti tal-ħaddiema stazzjonati bi qbil mad-dispożizzjonijiet nazzjonali legali eżistenti, sakemm dawk it-termini u l-kondizzjonijiet ġew ikkomunikati kif xieraq, skont l-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva. |
5. L-Istati Membri fejn l-ispettorati tax-xogħol ma għandhomx kompetenza fir-rigward tal-kontroll u l-monitoraġġ tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u/jew il-patti u kondizzjonijiet ta’ impjieg tal-ħaddiema stazzjonati jistgħu, b’mod ta’ eċċezzjoni, wara li jikkonsultaw l-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali, jistabbilixxu jew iżommu arranġamenti li jiggarantixxu r-rispett ta’ dawn il-patti u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg, kemm-il darba l-arranġamenti joffru lill-persuni kkonċernati grad xieraq ta’ ħarsien ekwivalenti għal dak li jirriżulta mid-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva. |
5. L-Istati Membri fejn l-ispettorati tax-xogħol ma għandhomx kompetenza fir-rigward tal-kontroll u l-monitoraġġ tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u/jew il-patti u kondizzjonijiet ta’ impjieg tal-ħaddiema stazzjonati jistgħu, b’mod ta’ eċċezzjoni, wara li jikkonsultaw l-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali, jistabbilixxu, jimmodifikaw jew iżommu proċeduri u mekkaniżmi li jiggarantixxu r-rispett ta’ dawn il-patti u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg sakemm ma jkunux diskriminatorji jew disproporzjonati kif speċifikat fl-Artikolu 10(2) ta' din id-Direttiva. |
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-infurzar tal-obbligi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm mekkaniżmi effettivi li permezz tagħhom il-ħaddiema stazzjonati jistgħu jressqu l-ilmenti direttament kontra dawk li jimpjegawhom, kif ukoll id-dritt li jieħdu proċedimenti ġudizjarji jew amministrattivi, ukoll fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu jew kienu stazzjonat il-ħaddiema li jħossu li ġarrbu nuqqas jew ħsara bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli, anke wara li tkun spiċċat ir-relazzjoni li fiha jiġi allegat li sar in-nuqqas. |
1. Għall-infurzar tal-obbligi skont din id-Direttiva u d-Direttiva 96/71/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm mekkaniżmi effettivi li permezz tagħhom il-ħaddiema stazzjonati jistgħu jressqu l-ilmenti direttament kontra dawk li jimpjegawhom, kif ukoll id-dritt li jieħdu proċedimenti ġudizjarji jew amministrattivi, ukoll fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu jew kienu stazzjonat il-ħaddiema li jħossu li ġarrbu nuqqas jew ħsara bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli, anke wara li tkun spiċċat ir-relazzjoni li fiha jiġi allegat li sar in-nuqqas. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr ħsara għall-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istati Membri kif stabbilit, b’mod partikolari, fl-istrumenti rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u/jew il-konvenzjonijiet internazzjonali. |
2. Il-paragrafu 1 għandu japplika mingħajr ħsara għall-ġurisdizzjoni tal-qrati tal-Istati Membri kif stabbilit, b’mod partikolari, fl-istrumenti rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u/jew il-konvenzjonijiet internazzjonali. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trejdjunjins u partijiet terzi oħrajn, bħal assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet legali oħra li għandhom, skont il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu osservati, jistgħu jkunu involuti, għan-nom jew b’sostenn tal-ħaddiema stazzjonati jew ta’ min jimpjegahom, bl-approvazzjoni tagħhom, f’kull proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv stipulat bl-objettiv ta’ implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u/jew l-infurzar tal-obbligi skont din id-Direttiva. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trejdjunjins u partijiet terzi oħrajn, bħal assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet legali oħra li għandhom, skont il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u d-Direttiva 96/71/KE jiġu osservati, jistgħu jkunu involuti, għan-nom jew b’sostenn tal-ħaddiema stazzjonati jew ta’ min jimpjegahom, f’kull proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv stipulat bl-objettiv ta’ implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u d-Direttiva 96/71/KE u/jew l-infurzar tal-obbligi skont din id-Direttiva u d-Direttiva 96/71/KE. |
4. Il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw mingħajr ħsara għar-regoli nazzjonali dwar skadenzi ta’ preskrizzjoni jew limiti ta’ żmien biex iressqu azzjonijiet bħal dawn. |
Il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw mingħajr ħsara għar-regoli nazzjonali dwar skadenzi ta’ preskrizzjoni jew limiti ta’ żmien biex iressqu azzjonijiet bħal dawn. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal perjodu ta' mill-anqas sitt xhur li matulu min għamel it-talba jista' jippreżenta talba skont ir-regoli nazzjonali ta' proċedura. |
|
4a. Ħaddiema stazzjonati li jressqu proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi skont l-Artikolu 11(1) m’għandhomx jirċievu kwalunkwe trattament mhux favorevoli minn min iħaddimhom. L-Istati Membri għandhom ukoll jiddefinixxu skont il-liġi nazzjonali l-kundizzjonijiet li skonthom id-dewmien ta' permess ta' residenza ta' ħaddiema stazzjonati minn pajjiżi terzi jista' jiġi estiż sakemm jintemmu dawn il-proċedimenti. |
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm il-mekkaniżmi meħtieġa biex il-ħaddiema stazzjonati jkunu jistgħu jirċievu |
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm il-mekkaniżmi meħtieġa biex il-ħaddiema stazzjonati jew partijiet terzi li jaġixxu bl-approvazzjoni tagħhom u f'isimhom ikunu jistgħu jagħmlu talba u li l-ħaddiema stazzjonati jkunu jistgħu jirċievu tal-anqas dan li ġej: |
(a) kull remunerazzjoni mhux imħallsa li skont il-patti u l-kondizzjonijiet applikabbli ta’ impjieg koperti bl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE kellha tkun dovuta; |
(a) kull remunerazzjoni mhux imħallsa li skont it-termini u l-kondizzjonijiet applikabbli ta’ impjieg koperti bl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE kellha tkun dovuta; |
(b) rimborż ta’ spejjeż eċċessivi fir-rigward tar-remunerazzjoni netta jew il-kwalità tal-akkomodazzjoni miżmuma jew imnaqqsa mill-pagi għall-akkomodazzjoni pprovduta minn min jimpjega. |
(b) rimborż ta’ spejjeż eċċessivi fir-rigward tar-remunerazzjoni netta jew il-kwalità tal-akkomodazzjoni miżmuma jew imnaqqsa mill-pagi għall-akkomodazzjoni pprovduta minn min jimpjega. |
|
(c) xi ħlasijiet b’lura jew rimborż ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali miżmuma b’mod mhux dovut mis-salarju tal-ħaddiem. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li l-mekkaniżmi neċessarji jkunu stabbiliti biex jiġi żgurat il-pagament ta' taxxi dovuti, kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-kontribuzzjonijiet dovuti għal fondi komuni jew istituzzjonijiet ta' msieħba soċjali |
Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll f’każijiet fejn il-ħaddiema stazzjonati reġgħu lura mill-Istat Membru li fih seħħ l-istazzjonament. |
Dan il-paragrafu għandu japplika wkoll f’każijiet fejn il-ħaddiema stazzjonati reġgħu lura mill-Istat Membru li fih seħħ l-istazzjonament u għal dawk il-ħaddiema stazzjonati li, skont l-Artikolu 3(3b) ta' din id-Direttiva, ġew identifikati bħala ddikjarati b'mod falz bħala ħaddiema indipendenti. |
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Subkuntrattar -— Responsabbiltà in solidum |
Subkuntrattar |
1. Fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fl-Anness tad-Direttiva 96/71/KE, għas-sitwazzjonijiet kollha ta’ stazzjonament koperti bl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 96/71/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw fuq bażi ta’ non-diskriminazzjoni fir-rigward tal-ħarsien tad-drittijiet ekwivalenti tal-impjegati tas-subkuntratturi diretti stabbiliti fit-territorju tagħhom, li l-kuntrattur li tiegħu min jimpjega (fornitur tas-servizz jew impriża ta’ impjieg temporanju jew aġenzija ta’ kollokament) huwa subkuntrattur dirett jista’, flimkien ma’ jew minflok min jimpjega, jinżamm responsabbli mill-ħaddiem stazzjonat u/jew fondi komuni jew istituzzjonijiet ta’ imsieħba soċjali għan-nuqqas ta’ ħlas ta’ dan li ġej: |
|
(a) kull remunerazzjoni netta li tikkorrispondi għar-rati minimi mhux imħallsa ta’ paga u/jew kontribuzzjonijiet dovuti lill-fondi komuni jew istituzzjonijiet ta’ imsieħba soċjali sa fejn huwa kopert bl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE; |
|
(b) xi ħlasijiet b’lura ta’ remunerazzjoni mhux imħallsa jew rimborż ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali miżmuma b’mod mhux dovut mis-salarju. |
|
Ir-responsabbiltà msemmija fil-paragrafu preżenti għandha tkun limitata għad-drittijiet tal-ħaddiema miksuba skont ir-relazzjoni kontrattwali bejn il-kuntrattur u s-subkuntrattur tiegħu. |
|
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kuntrattur li eżerċita d-diliġenza dovuta ma għandux ikun risponsabbli skont il-paragrafu 1. Sistemi bħal dawn għandhom jiġu applikati b'mod trasparenti, mhux diskriminatorju u proporzjonat. Jistgħu jimplikaw miżuri preventivi li ttieħdu mill-kuntrattur dwar il-prova pprovduta mis-subkuntattur tal-kundizzjonijiet ewlenin tax-xogħol applikati għall-ħaddiema stazzjonati kif spejgat fl-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva 96/71/KE, inklużi ir-rendikonti tal-paga u l-pagamenti tas-salarji, skont l-obbligi tas-sigurtà soċjali u/jew tat-tassazzjoni fl-Istat Membru ta' stabbiliment u f'konformità mar-regoli applikabbli għall-istazzjonament tal-ħaddiema. |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri fuq bażi mhux diskriminatorja, biex jiżguraw li l-kumpanija li tagħti istruzzjonijiet lil kumpanija oħra direttament jew indirettament biex tipprovdi servizzi f'isimha tista' tinżamm responsabbli flimkien ma' jew minflok subkuntrattur għal intitolamenti dovuti lill-impjegati u/jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali dovuti għall-fondi komuni jew istituzzjonijiet ta' sħab soċjali. |
|
Ir-responsabbiltà msemmija f'dan il-paragrafu għandha tkun limitata għad-drittijiet tal-ħaddiema miksuba matul ir-relazzjoni kuntrattwali bejn il-kuntrattur u s-subkuntratturi tiegħu. |
3. L-Istati Membri jistgħu, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, jipprovdu regoli ta' responsabbiltà aktar strinġenti skont il-liġi nazzjonali fuq bażi mhux diskriminatorja u proporzjonata fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u l-firxa tar-responsabbiltà tas-subkuntrattar. L-Istati Membri jistgħu wkoll, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni, jipprovdu għal responsabbiltà bħal din fis-setturi għajr dawk li jinsabu fl-Anness għad-Direttiva 96/71/KE. L-Istati Membri jistgħu f'dawn il-kazijiet jipprovdu li kuntrattur li eżerċita d-diliġenza dovuta kif definit fil-liġi nazzjonali ma għandux ikun responsabbli. |
2. Il-Paragrafu 1 għandu jkun mingħajr ħsara għal regoli ta' responsabbiltà aktar strinġenti skont il-liġi nazzjonali. |
4. Fi żmien tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 20, b’konsultazzjoni mal-Istati Membri u l-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu bil-ħsieb li tipproponi, fejn xieraq, kull emenda jew modifika meħtieġa. |
|
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Mingħajr ħsara għall-mezzi li huma jew jistgħu jkunu stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-prinċipji ta’ għajnuna reċiproka u għarfien, kif ukoll miżuri u proċeduri stipulati f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-infurzar transkonfinali ta’ multi u sanzjonijiet amministrattivi imposti għal nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli fi Stat Membru fuq fornitur ta’ servizz stabbilit fi Stat Membru ieħor. |
1. Mingħajr ħsara għall-mezzi li huma jew jistgħu jkunu stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-prinċipji ta’ għajnuna reċiproka u għarfien, kif ukoll miżuri u proċeduri stipulati f’dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-infurzar transfruntier ta’ penalitajiet u/jew multi amministrattivi imposti għal nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli pprovduti fid-Direttiva 96/71/KE fi Stat Membru fuq fornitur ta’ servizz stabbilit fi Stat Membru ieħor. |
2. L-awtorità li tagħmel it-talba tista’, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prassi amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha stess, titlob lill-awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor biex tirkupra sanzjoni jew multa jew tinnotifika deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta’ penalità jew multa, sakemm huwa possibbli li l-liġijiet, ir-regolamenti u l-prassi amministrattiva rilevanti fis-seħħ fl-Istat Membru tal-awtorità li ssirilha t-talba jippermettu azzjoni bħal din għal talbiet jew deċiżjonijiet simili. |
2. L-awtorità li tagħmel it-talba tista’, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prassi amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha stess, titlob lill-awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor biex tirkupra penalità jew multa jew kontribuzzjonijiet retroattivi tas-sigurtà soċjali f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 987/2009 jew tinnotifika deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta’ penalità jew multa jew il-pagament retroattiv ta' kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali. |
L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba għandha tiżgura li t-talba għall-irkupru ta’ penalità jew multa jew in-notifika ta’ deċiżjoni li timponi penalità jew multa sseħħ skont ir-regoli fis-seħħ f’dak l-Istat Membru, filwaqt li l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba għandha tiżgura li l-irkupru jew in-notifika fl-Istat Membru li ssirlu t-talba tiġi effettwata skont il-liġijiet nazzjonali, ir-regolamenti u l-prassi amministrattiva fis-seħħ f’dan tal-aħħar. |
L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba għandha tiżgura li t-talba għall-irkupru ta’ penalità jew multa jew in-notifika ta’ deċiżjoni li timponi penalità jew multa sseħħ skont ir-regoli fis-seħħ f’dak l-Istat Membru, filwaqt li l-awtorità kompetenti li ssirilha t-talba għandha tiżgura li l-irkupru jew in-notifika fl-Istat Membru li ssirlu t-talba jiġu rikonoxxuti mingħajr aktar bżonn ta' formalità u effettwati skont il-liġijiet nazzjonali, ir-regolamenti u l-prassi amministrattiva fis-seħħ f’dan tal-aħħar li japplika l-istess talbiet jew simili. |
L-awtorità li tagħmel it-talba tista’ ma tagħmilx talba għall-irkupru ta’ penalità jew multa jew notifika ta’ deċiżjoni li timponi penalità jew multa jekk u kemm-il darba l-multa jew il-penalità, kif ukoll it-talba sottostanti u/jew l-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha fl-Istat Membru li jagħmel it-talba huma kkuntestati f’dak l-Istat Membru. |
L-awtorità li tagħmel it-talba tista’ ma tagħmilx talba għall-irkupru ta’ penalità jew multa jew notifika ta’ deċiżjoni li timponi penalità jew multa jekk u kemm-il darba l-multa jew il-penalità, kif ukoll it-talba sottostanti u/jew l-istrument li jippermetti l-infurzar tagħha fl-Istat Membru li jagħmel it-talba huma kkuntestati f’dak l-Istat Membru skont il-liġi u l-prattika nazzjonali tiegħu. |
|
Jekk jirriżulta li l-fornitur tas-servizz mhuwiex fil-fatt stabbilit fl-Istat Membru tal-allegat stabbiliment jew li l-indirizz jew id-dejta tal-kumpanija huma foloz, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jitterminaw il-proċess fuq bażi formali iżda jinvestigaw aktar il-kwistjoni sabiex jistabbilixxu l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-istazzjonament. |
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. B’segwitu għat-talba mill-awtorità li tagħmel it-talba ta’ rkupru ta’ penalità jew multa jew notifika ta’ deċiżjoni li timponi penalità jew multa, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha tipprovdi kull informazzjoni u għajnuna reċiproka li tkun utli lill-awtorità li tagħmel it-talba fl-irkupru ta’ multa u/jew ta' sanzjoni, kif ukoll, sa fejn huwa possibbli, għat-talba sottostanti. |
1. B’segwitu għat-talba mill-awtorità li tagħmel it-talba ta’ rkupru ta’ penalità jew multa jew notifika ta’ deċiżjoni li timponi penalità jew multa, l-awtorità li ssirilha t-talba għandha, mingħajr dewmien, tipprovdi kull informazzjoni u għajnuna reċiproka mitluba li tkun utli lill-awtorità li tagħmel it-talba fl-irkupru ta’ multa u/jew ta' penalità, kif ukoll, sa fejn huwa possibbli, għat-talba sottostanti. |
It-talba għal informazzjoni dwar l-irkupru ta’ sanzjoni jew multa, kif ukoll in-notifika ta’ deċiżjoni dwar affarijiet bħal dawn għandha tal-inqas turi |
It-talba għal informazzjoni dwar l-irkupru ta’ penalità jew multa, kif ukoll in-notifika ta’ deċiżjoni dwar affarijiet bħal dawn għandha tal-inqas turi |
(a) l-isem u l-indirizz magħruf tad-destinatarju, jiġifieri d-destinatarju, kif ukoll kull dejta rilevanti jew informazzjoni għall-identifikazzjoni tad-destinatarju, |
(a) l-isem u l-indirizz magħruf tad-destinatarju, jiġifieri d-destinatarju, kif ukoll kull dejta rilevanti jew informazzjoni għall-identifikazzjoni tad-destinatarju, |
(b) l-għan tan-notifika jew tat-talba għall-irkupru, il-perjodu li fih għandha tiġi effettwata u dati oħra ta’ rilevanza għall-proċess ta’ infurzar; |
(b) l-għan tan-notifika jew tat-talba għall-irkupru, il-perjodu li fih għandha tiġi effettwata u dati oħra ta’ rilevanza għall-proċess ta’ infurzar; |
(c) deskrizzjoni tan-natura u l-ammont tal-multa jew sanzjoni, kif ukoll it-talba sottostanti li dwarha ssir it-talba, u l-komponenti differenti tagħha; |
(c) deskrizzjoni tan-natura u l-ammont tal-multa jew penalità, kif ukoll it-talba sottostanti li dwarha ssir it-talba, u l-komponenti differenti tagħha; |
(d) kull informazzjoni jew dokument rilevanti, inklużi dawk ta’ natura ġuridika, li tikkonċerna t-talba, il-multa jew is-sanzjoni u |
(d) kull informazzjoni jew dokument rilevanti, inklużi dawk ta’ natura ġuridika, li tikkonċerna t-talba, il-multa jew il-penalità u |
(e) l-isem, l-indirizz u dettali oħra ta’ kuntatt dwar l-awtorità kompetenti responsabbli għall-evalwazzjoni tal-multa u/jew sanzjoni, u, jekk differenti, l-entità kompetenti fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni dwar il-penalità jew il-multa jew il-possibilitajiet ta’ kontestazzjoni tal-obbligu tal-ħlas jew deċiżjoni li timponiha. |
(e) l-isem, l-indirizz u dettali oħra ta’ kuntatt dwar l-awtorità kompetenti responsabbli għall-evalwazzjoni tal-multa u/jew penalità, u, jekk differenti, l-entità kompetenti fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni dwar il-penalità jew il-multa jew il-possibilitajiet ta’ kontestazzjoni tal-obbligu tal-ħlas jew deċiżjoni li timponiha. |
2. Għall-fini tal-irkupru ta’ penalità jew multa jew notifika ta’ deċiżjoni li timponi penalità jew multa fl-Istat Membru li ssirlu t-talba, kull multa jew sanzjoni li dwarha tkun saret talba ta' rkupru jew notifika għandha tiġi ttrattata daqs li kieku kienet multa jew sanzjoni tal-Istat Membru li ssirlu t-talba. |
2. Għall-fini tal-irkupru ta’ penalità jew multa jew kontribuzzjonijiet retroattivi tas-sigurtà soċjali jew notifika ta’ deċiżjoni li timponi penalità jew multa jew pagament retroattiv ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali fl-Istat Membru li ssirlu t-talba, kull multa jew penalità jew pagament retroattiv ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li dwarhom tkun saret talba ta' rkupru jew notifika għandha tiġi ttrattata daqs li kieku kienet multa jew penalità jew kontribuzzjonijiet retroattivi tas-sigurtà soċjali tal-Istat Membru li ssirlu t-talba. |
3. L-awtorità li ssirilha t-talba għandha minnufih tgħarraf lill-awtorità li tagħmel it-talba bl-azzjoni meħuda dwar it-talba tagħha għal notifika jew irkupru u, b’mod aktar speċifiku, bid-data li fiha l-istrument jew deċiżjoni ġiet mgħoddija jew notifikata lid-destinatarju. |
3. L-awtorità li ssirilha t-talba għandha minnufih tgħarraf lill-awtorità li tagħmel it-talba bl-azzjoni meħuda dwar it-talba tagħha għal informazzjoni, notifika jew irkupru u, b’mod aktar speċifiku, bid-data li fiha l-istrument jew deċiżjoni ġiet mgħoddija jew notifikata lid-destinatarju. L-istess għandu japplika jekk ikun hemm ostakli sostanzjali sabiex it-talba tkun ipproċessata b'suċċess. |
L-awtorità li ssirilha t-talba għandha bl-istess mod tgħarraf lill-awtorità li tagħmel it-talba bir-raġunijiet li għalihom tkun ċaħdet xi talba għal informazzjoni, irkupru jew notifika. |
L-awtorità li ssirilha t-talba għandha bl-istess mod tgħarraf lill-awtorità li tagħmel it-talba bir-raġunijiet li għalihom tkun ċaħdet xi talba għal informazzjoni, irkupru jew notifika. |
|
3a. Id-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru ta’ multi jew penalità għandhom japplikaw ukoll għal multi imposti bħala parti mid-deċiżjonijiet statutorji infurzabbli mill-qrati nazzjonali u deċiżjonijiet bħal dawn li jirriżultaw minn proċedimenti industrijali.. |
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Jekk, fil-proċess tal-irkupru jew notifika, il-multa, il-penalità u/jew it-talba sottostanti jiġu kkontestati mill-fornitur tas-servizz ikkonċernat jew minn parti interessata, il-proċedura ta' infurzar transkonfinali tal-multa jew penalità imposta għandha tiġi sospiża sakemm tittieħed deċiżjoni mill-awtorità nazzjonali xierqa fis-suġġett. |
1. Jekk, fil-proċess tal-irkupru jew notifika, il-multa, il-penalità u/jew it-talba sottostanti jiġu kkontestati fl-Istat Membru li qed jagħmel it-talba mill-fornitur tas-servizz ikkonċernat bi qbil mar-regoli applikabbli, il-proċedura ta' infurzar transfruntier tal-multa jew penalità imposta għandha tiġi sospiża sakemm tittieħed deċiżjoni mill-awtorità nazzjonali xierqa fis-suġġett fl-Istat Membru li qed jagħmel it-talba. |
L-awtorità li tagħmel it-talba għandha mingħajr dewmien tinnotifika din il-kontestazzjoni lill-awtorità li ssirilha t-talba. |
L-awtorità li tagħmel it-talba għandha mingħajr dewmien tinnotifika din il-kontestazzjoni lill-awtorità li ssirilha t-talba. |
2. Tilwim dwar il-miżuri ta' infurzar li ttieħdu fl-Istat Membru li ssirlu t-talba jew dwar il-validità ta' notifika li tkun saret minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru li ssirlu t-talba għandhom jitressqu quddiem l-entità kompetenti jew l-awtorità ġudizjarja ta' dak l-Istat Membru skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. |
2. Tilwim dwar il-miżuri ta' infurzar li ttieħdu fl-Istat Membru li ssirlu t-talba jew dwar il-validità ta' notifika li tkun saret minn awtorità kompetenti tal-Istat Membru li ssirlu t-talba għandhom jitressqu quddiem l-entità kompetenti jew l-awtorità ġudizjarja ta' dak l-Istat Membru skont il-liġijiet u r-regolamenti tiegħu. |
Emenda 58 Proposta għal direttiva Artikolu 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tirrimborża lill-awtorità li tagħmel it-talba l-ammonti rkuprati fir-rigward tal-multi jew penalitajiet imsemmija f’dan il-Kapitolu. |
1. L-ammonti rkuprati fir-rigward tal-penalitajiet u/jew multi msemmija f’dan il-Kapitolu għandhom jibqgħu mal-awtorità li ssirilha t-talba. |
L-awtorità li ssirilha t-talba tista’ tirkupra l-ammonti mingħand il-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata u żżomm l-ispejjeż eventwali li ġġarrab marbuta mal-irkupru, skont il-liġijiet u r-regolamenti u l-proċeduri jew prassijiet amministrattivi tal-Istat Membru tal-parti li ssirilha t-talba li japplikaw għal talbiet simili. |
|
2. L-Istati Membri ma għandhomx jagħmlu talbiet mingħand xulxin għar-rimborż tal-ispejjeż li jirriżultaw minn kwalunkwe għajnuna reċiproka li huma jagħtu lil xulxin skont din id-Direttiva jew li jirriżultaw mill-applikazzjoni tagħha. |
2. L-Istati Membri ma għandhomx jagħmlu talbiet mingħand xulxin għar-rimborż tal-ispejjeż li jirriżultaw minn kwalunkwe għajnuna reċiproka li huma jagħtu lil xulxin skont din id-Direttiva jew li jirriżultaw mill-applikazzjoni tagħha. |
Fejn l-irkupru joħloq problema partikolari jew jikkonċerna ammont kbir ħafna fi spejjeż, l-awtoritajiet li jagħmlu t-talba u dawk li ssirilhom it-talba jistgħu jiftiehmu dwar arranġamenti speċifiċi ta’ rimborż għall-każ(ijiet) kkonċernat/i. |
|
3. Minkejja l-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba għandha tibqa' responsabbli lejn l-Istat Membru li ssirlu t-talba għal kwalunkwe spiża u telf imġarrba bħala riżultat ta' azzjonijiet kkunsidrati bħala mhux iġġustifikati, f’termini tas-sustanza tal-multa jew penalità, il-validità tal-istrument maħruġ mill-awtorità li tagħmel it-talba għall-fini tal-infurzar u/jew xi miżuri ta’ prekawzjoni meħuda mill-awtorità li tagħmel it-talba. |
|
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 16a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
16a. Fi żmien tliet snin wara …*, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-Istati Membri, tirrevedi l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu b'mod partikolari fid-dawl tal-esperjenzi ma' u l-effettività tas-sistema ta' infurzar transfruntiera ta’ penalitajiet u/jew multi amministrattivi bil-ħsieb li tipproponi, fejn adatt, kwalunkwe emenda jew modifika meħtieġa. |
|
______________ |
|
* ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri stipulati fl-Artikoli 6, 7, 10(3), 13, 14 u 15 għandhom jiġu implimentati permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita permezz ta’ [referenza għar-Regolament IMI]. |
1. Il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri stipulati fl-Artikoli 6, 7, 10(3), 13, 14 u 15 għandhom, sa fejn hu possibbli, jiġu implimentati permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita permezz ta’ [referenza għar-Regolament IMI] kif ukoll permezz ta' mezzi oħra stabbiliti ta' kooperazzjoni bħall-ftehimiet bilaterali. |
2. L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw arranġamenti dwar kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward tal-applikazzjoni u l-monitoraġġ tal-patti u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg applikabbli għall-ħaddiema stazzjonati msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/EC, sa fejn dawn l-arranġamenti ma jaffettwawx b’mod ħażin id-drittijiet u l-obbligi tal-ħaddiema u l-kumpaniji kkonċernati. |
2. L-Istati Membri huma liberi li japplikaw arranġamenti eżistenti u jikkonkludu arranġamenti ġodda dwar kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward tal-applikazzjoni u l-monitoraġġ tat-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg applikabbli għall-ħaddiema stazzjonati msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/EC, sa fejn dawn l-arranġamenti ma jaffettwawx b’mod ħażin id-drittijiet u l-obbligi tal-ħaddiema u l-kumpaniji kkonċernati. |
3. Fil-kuntest tal-arranġamenti bilaterali msemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jużaw l-IMI kemm jista’ jkun. F’kull każ, fejn awtorità kompetenti f’wieħed mill-Istati Membri kkonċernat ikun uża l-IMI, għandha tintuża għal kull azzjoni ta’ segwitu meħtieġa u għandu jkollha preċedenza fuq il-mekkaniżmu(i) previst(i) fi ftehim bilaterali bħal dan fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-għajnuna reċipr |
3. Fil-kuntest tal-arranġamenti bilaterali msemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jużaw l-IMI meta jkun possibbli. F’kull każ, fejn awtorità kompetenti f’wieħed mill-Istati Membri kkonċernat ikun uża l-IMI, tista' tintuża, meta jkun possibbli, għal kull azzjoni ta’ segwitu meħtieġa. |
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 21 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Mhux iktar tard minn ħames snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u tagħmel proposti xierqa fejn ikun hemm bżonn. |
1. Mhux iktar tard minn tliet snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u tagħmel proposti xierqa fejn ikun hemm bżonn. |
NOTA SPJEGATTIVA
L-istazzjonament ta’ ħaddiema għandu rwol kruċjali fil-kuntest tal-forniment ta’ servizzi transfruntiera u fl-iżvilupp tas-suq intern. Kull sena, madwar miljun ċittadin tal-UE jiġu stazzjonati biex jaħdmu fi Stat Membru ieħor. Jeħtieġ li din il-kategorija ta’ ħaddiema tkun protetta speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi, meta l-potenzjal u l-kompetittività tagħhom jippermettu li jinżamm ċertu livell ta’ impjieg jew saħansitra jgħinu biex jinħolqu impjiegi ġodda. Għandna naġixxu b’tali mod li niżviluppaw u ntejbu l-mobilità tal-impriżi Ewropej fis-suq intern. Definittivament dan se jikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku u l-istabilità tal-Unjoni Ewropea.
Il-libertà li jiġu pprovduti servizzi (li jeħtieġ li ssir distinzjoni bejnha u l-moviment liberu tal-ħaddiema), li taħthom iseħħ l-istazzjonament, hija wieħed mill-pilastri tas-suq intern u tikkostitwixxi bażi ta’ mobilità transfruntiera ta’ eluf ta’ impriżi Ewropej. Il-garanzija tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ġiet flimkien mal-garanzija tad-drittijiet tal-ħaddiema. F’dan il-kuntest huwa indispensabbli li jkun hemm approċċ ibbilanċjat fir-rigward tal-miżuri u l-istrumenti proposti. Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri trid tkompli tissaħħaħ sabiex titħares u tiġi mistħarrġa aħjar din il-kategorija speċjali ta’ ħaddiema stazzjonati fis-suq intern Ewropew.
ID-DIRETTIVA DWAR L-INFURZAR
L-esperjenza tas-snin li għaddew turi b’mod ċar li hemm ħtieġa urġenti ta’ titjib sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni, applikazzjoni u infurzar aħjar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi. Hemm sensiela ta’ problemi li jvarjaw minn diżrispett tad-drittijiet tal-ħaddiema u nuqqas jew inaċċessibilità ta’ informazzjoni sa ostakli persistenti fil-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri jew nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-multi u s-sanzjonijiet fil-kuntest transfruntier. Barra minn hekk, fis-snin li għaddew kien hemm bosta sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja li rriżultaw fid-delimitazzjoni ta’ ċerti miżuri fil-qafas legali li jikkonċernaw l-istazzjonament tal-ħaddiema. Għalhekk, fil-21 ta’ Marzu 2012 il-Kummissjoni Ewropea pproponiet Direttiva dwar l-Infurzar b’soluzzjonijiet u miżuri ġodda. Id-Direttiva dwar l-Infurzar hija bbażata fuq l-Artikoli 53(1) u 62 TFUE li, għall-finijiet ta’ ċarezza legali, għandhom jinżammu.
Ir-Rapporteur tirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ titjib sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni, applikazzjoni u infurzar aħjar tad-Direttiva 91/71/KE u għalhekk tilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea. Fil-fehma tar-Rapporteur, id-Direttiva dwar l-Infurzar b’mod ġenerali għandha:
tikkontjeni miżuri bbilanċjati sabiex jiġu pprotetti kemm il-ħaddiema stazzjonati kif ukoll il-libertà li jiġu pprovduti servizzi;
tistabbilixxi qafas legali ċar għall-kategorija tal-ħaddiema stazzjonati sabiex il-potenzjal u l-kompetittività tagħhom jintużaw, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi, kontra l-qgħad;
ittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni, kemm għall-kumpaniji kif ukoll għal min iħaddem, sabiex l-istazzjonament isir iktar faċli u sikur;
ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex jiġu żgurati aħjar id-drittijiet ta’ min iħaddem;
tevita piżijiet burokratiċi żejda għall-kumpaniji (speċjalment l-SMEs) li jafu jxekklu l-mobilità tagħhom fis-suq intern u l-kapaċità tagħhom li joħolqu impjiegi ġodda.
L-aċċessibilità għall-informazzjoni (Artikolu 5)
Meta wieħed iqis li l-problemi bl-aċċessibilità, it-trasparenza u l-kompjutezza tal-informazzjoni dwar it-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ sikwit ħafna jkunu kawża ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni, hemm ħtieġa urġenti li jitjiebu l-aċċess għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni tagħha. L-eżistenza ta’ mudelli tas-suq tax-xogħol u sistemi tar-relazzjoni industrijali differenti fl-UE, fejn regoli vinkolanti b’mod ġenerali jiġu stabbiliti b’mod alternattiv jew simultanju mill-awtoritajiet nazzjonali jew mis-sħab soċjali, toħloq problemi fl-indentifikazzjoni tat-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg li għandhom jiġu applikati. Sabiex tissolva l-problema, ir-Rapporteur tipproponi l-introduzzjoni ta’ websajt nazzjonali unika għal kull Stat Membru bl-informazzjoni neċessarja kollha dwar it-termini u l-kondizzjonijiet vinkolanti tal-impjieg. Ir-Rapporteur tinsisti wkoll dwar l-iżgurar tal-aċċessibilità għall-informazzjoni fil-livell tal-UE permezz ta’ informazzjoni aġġornata, preċiża u eżawrjenti fid-dokumenti tal-pajjiż fil-websajt tal-KE. It-titjib tal-aċċessibilità għall-informazzjoni, anki billi tkun disponibbli għall-ħaddiema u l-fornituri tas-servizzi bl-Ingliż u bil-lingwi l-iktar rilevanti l-oħra, se jgħin sabiex jinqerdu sensiela ta’ problemi, li, kif turi l-esperjenza tal-lum, jistgħu jikkawżaw konsegwenzi serji kemm għall-impriżi kif ukoll għall-ħaddiema stazzjonati.
Iċ-ċarezza legali u l-proporzjonalità tal-miżuri proposti (Artikoli 3, 9)
Sabiex jiġu garantiti ċertezza u ċarezza legali għandha tiġi stabbilita lista ta' miżuri uniformi fil-livell tal-UE. F’dan ir-rigward, fid-Direttiva dwar l-Infurzar hemm żewġ artikoli ta’ importanza assoluta - l-Artikoli 3 u 9.
Ir-rapporteur tipproponi li jinżamm il-karattru indikattiv tal-listi fl-Artikoli. Iż-żewġ listi ta’ kriterji fl-Artikolu 3 għandhom jissieltu u jevitaw iċ-ċirkomvenzjoni tal-liġi iżda ma jistgħux iwasslu għal sitwazzjonijiet fejn impriżi onesti jkunu esklużi minn ċerti swieq nazzjonali. L-istazzjonament tal-ħaddiema mhuwiex fenomenu nazzjonali, huwa attività transfruntiera li tirrikjedi qafas legali uniformi u approċċ uniformi. Għalhekk il-listi għandu jkollhom indikazzjonijiet komuni fil-livell tal-UE.
L-istabbiliment ta’ lista komuni ta' kriterji fl-Artikolu 3 huwa marbut direttament mal-introduzzjoni ta’ lista komuni ta’ miżuri ta’ kontroll fl-Artikolu 9. Ir-Rapporteur hija totalment favur iċ-ċarezza fil-kuntest ta’ kontrolli, li tista’ tiġi garantita biss permezz ta’ lista komuni ta’ miżuri ta’ kontroll possibbli. Iċ-ċertezza legali tinkiseb permezz ta’ komunikazzjoni ċara ta’ dak li għandu jiġi kkontrollat.
Il-proporzjonalità tal-miżuri proposti hija rekwiżit fundamentali biex jiġu aċċettati fil-livell tal-UE.
Il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri (Artikoli 6, 7, 18)
Meta wieħed jikkunsidra l-fatt li l-istazzjonament tal-ħaddiema huwa attività transfruntiera, il-kooperazzjoni xierqa u effikaċi bejn l-awtoritajiet kompetenti mill-Istat Membru ta’ stabbiliment u l-Istat Membru ospitanti hija fattur neċessarju.
Sabiex titjieb il-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri, għandu jiġi żgurat użu aħjar tas-sistema tal-IMI. Għaldaqstant, ir-Rapporteur tipproponi l-użu obbligatorju tas-sistema tal-IMI dejjem meta dan ikun possibbli u r-reviżjoni tal-iskadenzi proposti mill-KE, sabiex ikunu iktar fattibli mil-lat ta’ żmien. Barra minn hekk, il-kwistjoni tal-protezzjoni tad-data għandha tiġi garantita wkoll.
OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (4.3.2013)
għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi
(COM(2012)0131 – C7-0086/2012 – 2012/0061(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Klaus-Heiner Lehne
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-libertà ta' prestazzjoni ta' servizzi huma prinċipji fundamentali tas-suq intern. Meta impriża tibgħat ħaddiema fi Stat Membru ieħor fil-kuntest ta' prestazzjoni ta' servizz, id-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi għandha l-għan li tipproteġi d-drittijiet ta' dawn il-ħaddiema u tevita d-dumping soċjali. Din id-Direttiva uriet li qed tkun ferm evitata u mhux infurzata b'mod suffiċjenti. Bħala risposta, il-Kummissjoni ipproponiet Direttiva ta' infurzar.
L-iskop tad-Direttiva ta' infurzar għandu jkun il-ħolqien tal-fattibilità tad-dispożizzjoni mniżżla fid-Direttiva 96/71/KE, li tiżgura kundizzjonijiet indaqs għall-kumpaniji, toħloq diżinċentivi għat-tidwir mar-regoli u tissalvagwardja l-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema.
Ir-Rapporteur ippropona test addizzjonali biex jenfasizza l-objettivi tad-Direttiva 96/71/KE, billi jiffoka fuq in-nondiskriminazzjoni bejn il-ħaddiema fuq il-bażi tan-nazzjonalità, u jenfasizza li d-Direttiva ta' infurzar proposta għandha tirrispetta l-prinċipji mniżżla fid-Direttiva 96/71/KE filwaqt li ttejjeb l-infurzar u effettivament tissanzjoni sitwazzjonijiet ta' tidwir mar-regoli.
Ir-Rapporteur introduċa test ta' kjarifika f'għadd ta' oqsma. Dawn jinkludu definizzjonijiet aktar ċari u kjrarifika tar-rwoli u tar-responsabilitajiet tal-Istati Membri u tal-fornituri tas-servizz, bħal pereżempju l-evidenza li diġà kienet teżisti relazzjoni bejn minn jimpjega u l-impjegat qabel l-istazzjonament. Ir-Rapporteur jipproponi ġabra minima ta' miżuri ta' infurzar u lista miftuħa fl-Artikolu 9 li hi essenzjali biex l-Istati Membri jkollhom il-flessibilità meħtieġa biex jieħdu miżuri addizzjonali li jiżguraw l-infurzar xieraq tad-Direttiva 96/71/KE.
Sabiex ikun miġġieled it-tidwir mar-regoli, ir-Rapporteur għamel tliet proposti ewlenin. L-ewwel, li fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mad-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva, l-impriża kkonċernata se tkun koperta mil-leġiżlazzjoni relevanti applikabbli fil-pajjiż tal-provista tas-servizz, u l-ħaddiema kollha kkonċernati se jitqiesu bħala ħaddiema li qed jeżerċitaw il-libertà ta' moviment fl-Unjoni bi qbil mal-Artikolu 45 tat-TFUE li jenfasizza n-nondiskriminazzjoni.
It-tieni, emenda fil-bażi legali tal-proposta li tiċċara li din id-Direttiva tikkonċerna l-moviment liberu ta' ħaddiema u servizzi. It-tielet, sanzjoni qawwija għal dawk l-Istati Membri li ma jikkooperawx meta mitluba li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex jivverifikaw sitwazzjoni ta' stazzjonament.
Abbuż fil-katini ta' sottokuntrattar mhuwiex uniku għas-settur tal-kostruzzjoni. Għalhekk għandha tiġi estiża responsabilità konġunta u diversa għas-setturi kollha. Ir-rekwiżit għal diliġenza dovuta se jkun diffiċli li jiġi implimentat fil-prattika, għalhekk ġie mħassar. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont l-esperjenzi u l-proċeduri tagħhom, biex jiżguraw implimentazzjoni ta' responsabilità konġunta u diversa. L-introduzzjoni, jew it-tkomplija tal-applikazzjoni ta' regoli stretti fil-livell nazzjonali għandhom ukoll ikunu permessi. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kunsill għandhom jirrevedu l-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu bl-għan li jipproponu, fejn xieraq, modifikazzjonijiet.
Ir-Rapporteur iqis li kooperazzjoni amministrattiva soda u assistenza reċiproka hi ferm importanti għas-suċċess tad-Direttiva proposta. Filwaqt li r-Rapporteur jara l-potenzjal tas-sistema IMI għal skambju rapidu ta' informazzjoni li jegħleb l-ostakli tal-lingwi, xi Stati Membri diġà għandhom metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva mhux ibbażata fuq l-IMI li huma ferm effettivi. L-Istati Membri għandhom ikunu liberi li japplikaw ftehimiet bilaterali barra l-IMI. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba mingħajr dewmien u, fejn l-informazzjoni mhijiex disponibbli, jiddikjaraw b'mod uffiċjali l-assenza ta' dik l-informazzjoni.
Sabiex tiżdied l-informazzjoni disponibbli għall-ħaddiema, id-dettalji ta' kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti għandhom ikun disponibbli pubblikament. Barra minn hekk, l-informazzjoni fuq patti u kundizzjonijiet ta' impjieg għandhom b'mod ġenerali jkunu disponibbli, mingħajr ħlas b'mod ċar, trasparenti, komprensiv u faċli li jiftiehem.
Sabiex il-kooperazzjoni amministrattiva u l-assistenza reċiproka jitjiebu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-riżultati tal-Istima tal-Impatt dwar il-fattibilità tan-notifika fl-UE kollha jew ta' sistema ta' reġistrazzjoni bbażata fuq is-sistemi eżistenti fl-Istati Membri u kumpatibbli magħhom. It-tieni, il-Kummissjoni għandha tipproponi reġistru Ewropew għal min iwettaq reati serji ("lista sewda") ta' kumpanijiet li hu ppruvat li qed jiksru d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71/KE u ta' leġiżlazzjoni relevanti oħra tal-Unjoni.
Is-suċċess tad-Direttiva ta' Infurzar u tad-Direttiva 96/71/KE jiddependi mhux biss fuq raġunijiet politiċi imma wkoll fuq l-allokazzjoni ta' riżorsi biżżejjed u din hi raġuni li għaliha r-Rapporteur qed jipproponi l-obbligu fuq l-Istati Membri u l-Kummissjoni li jiddedikaw ir-riżorsi meħtieġa biex l-infurzar xieraq tad-Direttiva 96/71/KE isir realtà.
EMENDI
Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jitlob lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat risponsabbli, sabiex jinkludi l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Il-moviment liberu tal-ħaddiema jagħti lil kull ċittadin id-dritt li jmur liberament fi Stat Membru ieħor biex jaħdem u jirrisjedi hemm għal dak l-għan u jipproteġih mid-diskriminazzjoni fir-rigward ta' impjieg, remunerazzjoni u kondizzjonijiet oħra tax-xogħol meta mqabbla ma’ dawk li għandhom in-nazzjonalità ta’ dak l-Istat Membru. Jeħtieġ li jkun distint mil-libertà ta’ provvista ta’ servizzi li tinkludi d-dritt tal-impriżi li jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor u li f’dan ir-rigward jistgħu jibagħtu (“jistazzjonaw”) lill-ħaddiema tagħhom temporanjament biex jagħmlu x-xogħol meħtieġ biex jipprovdu dawn is-servizzi hemmhekk. |
(2) Il-libertà ta’ provvista ta’ servizzi tinkludi d-dritt tal-impriżi li jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor u li f’dan ir-rigward jistgħu jibagħtu (“jistazzjonaw”) lill-ħaddiema tagħhom temporanjament biex jagħmlu x-xogħol meħtieġ biex jipprovdu dawn is-servizzi hemmhekk. Jeħtieġ, għall-fini tal-istazzjonament tal-ħaddiema, li din il-libertà tkun distinta mill-moviment liberu tal-ħaddiema, li kull ċittadin jingħata d-dritt li jmur liberament fi Stat Membru ieħor biex jaħdem u jirrisjedi hemm għal dak l-iskop u jkun protett mid-diskriminazzjoni fir-rigward ta' impjieg, remunerazzjoni u kundizzjonijiet oħra tax-xogħol meta mqabbla ma’ dawk li jgawdu minnhom iċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 2a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-eżerċiżżju tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti mill-Istati Membri u mill-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tax-Xogħol, fejn applikabbli, u mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ħaddiema stazzjonati temporanjament biex iwettqu xogħol biex jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor li mhux dak li normalment iwettqu xogħlhom fih, id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi tistabbilixxi nukleu ta’ patti u kondizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ impjieg iddefiniti b’mod ċar li jridu jiġu rispettati minn min jipprovdi s-servizz fl-Istat Membru li fih iseħħ l-istazzjonament biex jiġi żgurat il-ħarsien minimu tal-ħaddiema stazzjonati kkonċernati. |
(3) Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ ħaddiema stazzjonati temporanjament biex iwettqu xogħol biex jipprovdu servizzi fi Stat Membru ieħor li mhux dak li normalment iwettqu xogħlhom fih, id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi tistabbilixxi nukleu ta’ patti u kondizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ impjieg iddefiniti b’mod ċar li jridu jiġu rispettati minn min jipprovdi s-servizz fl-Istat Membru li fih iseħħ l-istazzjonament biex jiġi żgurat il-ħarsien minimu tal-ħaddiema stazzjonati kkonċernati. Din id-Direttiva m'għandhiex iżżomm standards legali jew dawk li dwarhom ikun intlaħaq ftehim kollettiv milli jipprovdu lill-ħaddiema stazzjonati b’kundizzjonijiet iżjed favorevoli, sakemm jiġu żgurati t-trattament ekwu u mhux diskriminatorju tal-kumpaniji u l-ħaddiema lokali u barranin. Din id-Direttiva għandha l-għan li ttejjeb l-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/17/KE f’rispett sħiħ tal-Artikoli 26(2), 45(1), 45(2), 53(1) u 62 TFUE u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 3a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Din id-direttiva għandha l-għan li ssaħħar aktar id-Direttiva 96/71/KE. Għalhekk, id-dispożizzjoni mniżżla f'din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet imniżżla fid-Direttiva 96/71/KE. |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 3b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3b) Sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-Direttiva 96/71/KE mingħajr ma jintefgħu piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa fuq il-fornituri tas-servizzi hu meħteiġ li l-elementi fattwali fl-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva jiġu meqjusa bħala indikattivi u mhux eżawrjenti. M'għandux ikun hemm rekwiżit li jitlob li kull element irid ikun issodisfat f'kull stazzjonament li jseħħ. |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Sabiex jiġi pprevenut, evitat u miġġieled it-tidwir mar-regoli applikabbli u/jew l-abbuż tagħhom mill-kumpaniji li jieħdu vantaġġ b’mod mhux xieraq jew b’qerq mil-libertà ta’ provvista ta’ servizzi mnaqqxa fit-Trattat u/jew l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-kunċett ta’ stazzjonament għandhom jitjiebu. |
(4) Sabiex jiġi pprevenut, evitat u miġġieled it-tidwir mar-regoli applikabbli u/jew l-abbuż tagħhom mill-kumpaniji li jieħdu vantaġġ b’mod mhux xieraq jew b’qerq mil-libertà ta’ provvista ta’ servizzi mnaqqxa fit-Trattat u/jew l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-kunċett ta’ stazzjonament għandhom ikunu infurzabbli u għandhom jitjiebu filwaqt li jitqiesu l-prinċipji ta' proporzjonalità u ta' nondiskriminazzjoni. Dan is-sett ċentrali ta' patti u kondizzjonijiet dwar ix-xogħol u l-impjieg, definiti fid-Direttiva 96/71/KE ma jistax jiġi affettwat b'mod negattiv minn din id-Direttiva. Kull tidwir ta' dawn ir-regoli għandu jġib miegħu sanzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward ta' patti u kundizzjonijiet ta' impjieg. |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 4a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Il-miżuri kollha introdotti minn din id-Direttiva għandhom ikunu ġustifikati, proporzjonati u nondiskriminatorji sabiex ma joħolqux piżijiet amministrattivi u ma jillimitawx il-potenzjal li l-kumpaniji, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u medji, għandhom biex joħolqu impjiegi ġodda, filwaqt li jipproteġu l-ħaddiema stazzjonati. |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(5) Għalhekk, l-elementi fattwali kostitwenti li jikkaratterizzaw in-natura temporanja inerenti fil-kunċett ta’ stazzjonament, li jimplika li min jimpjega għandu jkun ġenwinament stabbilit fl-Istat Membru li minnu joriġina l-istazzjonament, kif ukoll ir-relazzjoni bejn id-Direttiva 96/71/EC u r-Regolament (KE) Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obblikazzjonijiet kuntrattwali (minn issa ‘l quddiem ‘Ir-Regolament Ruma I’) jeħtieġ li jkunu ċċarati. |
(5) Għalhekk, l-elementi fattwali kostitwenti li jikkaratterizzaw in-natura temporanja inerenti fil-kunċett ta’ stazzjonament, li jimplika li min jimpjega għandu jkun ġenwinament stabbilit fl-Istat Membru li minnu joriġina l-istazzjonament, kif ukoll ir-relazzjoni bejn id-Direttiva 96/71/KE u r-Regolament (KE) Nru 593/2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (minn issa ‘l quddiem ‘Ir-Regolament Ruma I’) jeħtieġ li jkunu ċċarati, sabiex tiġi żgurata applikazzjoni wiesgħa tad-Direttiva. |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 5a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, meta meħtieġ, appoġġ, sorveljanza u feedback dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Bħal fil-każ tad-Direttiva 96/71/KE, din id-Direttiva ma għandhiex tkun ta’ ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi li, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Ruma I, tapplika għall-kuntratti individwali ta’ impjieg, jew l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali . |
(6) Bħal fil-każ tad-Direttiva 96/71/KE, din id-Direttiva ma għandhiex tkun ta’ ħsara għall-applikazzjoni tal-liġi li, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Ruma I, tapplika għall-kuntratti individwali ta’ impjieg, jew l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali u r-Regolament Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr ħsara għal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri li tipprovdu għal kundizzjonijiet aktar favorevoli u aktar imsaħħa għall-ħaddiema stazzjonati. |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 7a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-riżorsi meħtieġa jkunu disponibbli biex isiru l-kontrolli effiċjenti u biex ikunu jistgħu jirrispondu mingħajr dewmien żejjed għal talbiet ta' informazzjoni kif previsti f'din id-Direttiva mill-Istat Membru ospitanti jew mill-Istat Membru ta' stabbiliment. |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) It-trejdjunijs għandhom rwol importanti fil-kuntest tal-istazzjonament tal-ħaddiema għall-provvista tas-servizzi billi s-sħab soċjali jistgħu, b’konformità mal-liġi u/jew il-prassi nazzjonali, jiddeterminaw il-livelli differenti (b’mod alternattiv jew simultanju) tar-rati ta’ pagi minimi applikabbli. |
(8) Is-sħab soċjali għandhom rwol importanti fil-kuntest tal-istazzjonament tal-ħaddiema għall-provvista tas-servizzi billi huma jistgħu, b’konformità mal-liġi u/jew il-prassi nazzjonali, jiddeterminaw il-livelli differenti (b’mod alternattiv jew simultanju) tar-rati ta’ pagi minimi applikabbli. Is-sħab soċjali għandhom jerfgħu r-responsabbiltà ta' komunikazzjoni u ta' għoti ta' informazzjoni dwar dawk ir-rati. |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) L-Infurzar u l-implimentazzjoni adegwati u effettivi huma elementi ewlenin fil-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati, filwaqt li infurzar dgħajjef ixekkel l-effettività tar-regoli tal-Unjoni applikabbli f'dan il-qasam. Kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri hija għalhekk essenzjali, mingħajr ma jiġi njorat ir-rwol importanti tal-ispettorati tax-xogħol u l-imsieħba soċjali f'dan ir-rigward. |
(10) L-Infurzar u l-implimentazzjoni adegwati u effettivi huma elementi ewlenin fil-ħarsien tad-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati, filwaqt li infurzar dgħajjef ixekkel l-effettività tar-regoli tal-Unjoni applikabbli f'dan il-qasam. Għalhekk huwa essenzjali li tiġi stabbilita u tinżamm kooperazzjoni mill-qrib bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni, u l-atturi rilevanti nazzjonali, reġjonali u lokali inklużi l-ispettorati tax-xogħol u l-imsieħba soċjali f'dan ir-rigward. |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Il-fiduċja reċiproka, l-ispirtu ta’ kooperazzjoni,djalogu kontinwu u fehim reċiproku huma essenzjalif’dan ir-rigward. |
(11) B'kunsiderazzjoni tal-fatt li l-kapaċità tal-Istat Membru ospitanti li jistabbilixxi elementi fattwali fir-rigward tal-impriża stabbilita fi Stat Membru ieħor hija limitata, il-kooperazzjoni mal-Istat Membru ta' stabbiliment hija kruċjali u jeħtieġ li titjieb aktar. Il-fiduċja reċiproka, l-ispirtu ta’ għajnuna, djalogu kontinwu u fehim reċiproku huma essenzjali f’dan ir-rigward. |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Sabiex ikun hemm applikazzjoni aħjar u aktar uniformi tad-Direttiva 96/71/KE, huwa xieraq li tiġi stipulata sistema ta' skambju ta' informazzjoni elettronika biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI) kemm jista’ jkun. Madankollu, dan m'għandux iżomm l-applikazzjoni ta’ ftehimiet bilaterali jew arranġamenti dwar kooperazzjoni amministrattiva. |
(12) Sabiex ikun hemm applikazzjoni aħjar u aktar uniformi tad-Direttiva 96/71/KE, huwa xieraq li tiġi stipulata sistema ta' skambju ta' informazzjoni elettronika biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni amministrattiva l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar is-Suq Intern (IMI) kemm jista’ jkun. Madankollu, dan ma jżommx l-applikazzjoni ta' ftehimiet jew arranġamenti bilaterali dwar kooperazzjoni amministrattiva. L-arranġamenti għall-applikazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni elettronika permezz tal-IMI għandhom jiġu ttestjati sabiex jiġi żgurat li dawn jaħdmu fil-prattika. |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Premessa 13a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Ta' min jinnota bi tħassib li għad hemm ħafna diffikultajiet għall-Istati Membri biex jirkupraw multi amministratti u sanzjonijiet transkonfinali u jirrikonoxxi li r-rikonoxximent reċiproku tal-multi u s-sanzjonijiet amministrattivi jeħtieġ ikunu indirizzati fil-leġiżlazzjoni futura. |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) L-obbliġi tal-Istati Membri li jagħmlu disponibbli b’mod ġenerali l-informazzjoni dwar il-patti u l-kondizzjonijiet tal-impjieg u li jipprovdu aċċess effettiv għaliha, mhux biss għal dawk li jipprovdu s-servizzi minn Stati Membri oħra, iżda wkoll lill-ħaddiema stazzjonati kkonċernati, għandhom jiġu aktar ikkonkretizzati. |
(14) L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kif għandhom il-ħsieb li jagħmlu disponibbli b’mod ġenerali l-informazzjoni dwar il-patti u l-kundizzjonijiet tal-impjieg u kif se jagħmluha aċċessibbli għall-ħaddiema stazzjonati u għal dawk li jipprovdu s-servizzi minn Stati Membri oħra. |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Premessa 14a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Fejn il-patti u l-kundizzjonijiet tal-impjieg jiġu stabbiliti fi ftehimiet kollettivi li ġew iddikjarati applikabbli b'mod universali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk il-ftehimiet kollettivi jiġu ppubblikati u jkunu aċċessibbli b'mod uffiċjali. |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Premessa 15a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) Sabiex jittejbu u jiġu ffaċilitati l-għajnuna reċiproka u l-kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, għandha tiġi żviluppata sistema ta’ notifika jew reġistrazzjoni fl-Unjoni kollha bbażata fuq u konformi mas-sistemi eżistenti fl-Istati Membri skont ir-regoli dwar il-ħarsien tad-dejta personali. Sabiex din is-sistema tkun kompatibbli mal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u ta' kompetizzjoni ġusta il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill stima tal-impatt dwar il-fattibilità ta' din is-sistema. |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ġusta tar-regoli sostanzjali dwar il-patti u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg li jridu jiġu rrispettati fir-rigward tal-ħaddiema stazzjonati, u biex tiġi kkontrollata l-konformità magħhom, l-Istati Membri għandhom japplikaw biss ċerti miżuri ta’ kontroll jew formalitajiet amministrattivi lill-impriżi li jistazzjonaw il-ħaddiema għall-provvista tas-servizzi. Dawn il-miżuri u rekwiżiti jistgħu jiġu imposti biss kemm-il darba l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux iwettqu l-ħidma tagħhom ta’ kontroll b’mod effettiv mingħajr l-informazzjoni meħtieġa u l-informazzjoni neċessarja ma tistax tinkiseb faċilment minn min jimpjiega lill-ħaddiema stazzjonati jew mill-awtoritajiet fl-Istat Membru ta’ fejn huwa stabbilit dak li jipprovdi s-servizz fi żmien raġonevoli u/jew miżuri inqas restrittivi ma jiżgurawx li jinkisbu l-objettivi tal-miżuri ta’ kontroll nazzjonali meqjusa meħtieġa. |
(16) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ġusta tar-regoli sostanzjali dwar il-patti u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg li jridu jiġu rrispettati fir-rigward tal-ħaddiema stazzjonati, u biex tiġi kkontrollata l-konformità magħhom, l-Istati Membri għandhom japplikaw biss tali miżuri ta’ kontroll jew formalitajiet amministrattivi lill-impriżi li jistazzjonaw il-ħaddiema għall-provvista tas-servizzi. Tali miżuri ta' kontroll jew formalitajiet amministrattivi għandhom ikunu proporzjonati u ma għandhomx jinvolvu piżijiet amministrattivi eċċessivi mhux ġustifikati. Dawn il-miżuri u rekwiżiti jistgħu jiġu imposti biss kemm-il darba l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux iwettqu l-ħidma tagħhom ta’ kontroll b’mod effettiv mingħajr l-informazzjoni meħtieġa u l-informazzjoni neċessarja ma tistax tinkiseb faċilment minn min jimpjiega lill-ħaddiema stazzjonati jew mill-awtoritajiet fl-Istat Membru ta’ fejn huwa stabbilit dak li jipprovdi s-servizz fi żmien raġonevoli u/jew miżuri inqas restrittivi ma jiżgurawx li jinkisbu l-objettivi tal-miżuri ta’ kontroll nazzjonali meqjusa meħtieġa. |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Premessa 16a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Kwalunkwe valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti għandu jkollha l-għan li tidentifika s-setturi ta’ attività li fihom l-impjieg tal-ħaddiema stazzjonati għall-forniment ta’ servizzi jkunu kkonċentrati fit-territorju tagħhom. Meta tkun qiegħda ssir tali valutazzjoni tar-riskju għandhom jitqiesu l-problemi u l-ħtiġijiet speċjali ta' setturi speċifiċi, ir-rekord ta' każi ta' ksur fil-passat, l-informazzjoni pprovduta mis-sħab soċjali fuq il-post, il-prattiki ta' evitar kif ukoll il-vulnerabbiltà ta' ċerti gruppi ta' ħaddiema. |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Premessa 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(18) Biex tkun żgurata applikazzjoni aħjar u aktar uniformi tad-Direttiva 96/71/KE kif ukoll l-eżegwibbiltà tagħha fil-prattika, u biex jonqsu, kemm jista’ jkun, id-differenzi fil-livell ta’ applikazzjoni u infurzar mal-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitwettqu spezzjonijiet effettivi u xierqa fuq it-territorju tagħhom. |
(18) Biex tkun żgurata applikazzjoni aħjar u aktar uniformi tad-Direttiva 96/71/KE kif ukoll l-eżegwibbiltà tagħha fil-prattika, u biex jonqsu, kemm jista’ jkun, id-differenzi fil-livell ta’ applikazzjoni u infurzar mal-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jitwettqu spezzjonijiet effettivi u xierqa fuq it-territorju tagħhom. Tali spezzjonijiet għandhom ikunu bbażati primarjament fuq valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jikkunsidraw elementi bħat-twettiq ta’ proġetti kbar infrastrutturali, il-problemi speċjali u l-ħtiġijiet ta’ setturi speċifiċi, ir-rapporti dwar xi każi ta' ksur fl-imgħoddi, kif ukoll il-vulnerabilità ta’ ċerti gruppi ta’ ħaddiema. |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Premessa 19 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(19) L-ispettorati nazzjonali tax-xogħol, l-imsieħba soċjali u istituzzjonijiet oħra ta’ monitoraġġ huma ta’ importanza kbira f’dan ir-rigward u għandhom jibqgħu jkollhom rwol kruċjali. |
(19) L-ispettorati nazzjonali tax-xogħol, is-sħab soċjali u awtoritajiet oħra ta’ monitoraġġ huma ta’ importanza kbira f’dan ir-rigward u għandu jibqa’ jkollhom rwol kruċjali. |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Premessa 23 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(23) Biex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ din id-Direttiva 96/71/KE u tiġi żgurata applikazzjoni aktar effettiva tagħha, għandu jkun hemm mekkaniżmi effettivi ta’ kwerela li permezz tagħhom il-ħaddiema stazzjonati jistgħu jressqu kwereli fi proċedimenti jew direttament jew permezz ta’ partijiet terzi nnominati rilevanti, bħal trejdjunjins jew assoċjazzjonijiet oħra kif ukoll istituzzjonijiet komuni ta’ msieħba soċjali. Dan tal-aħħar huwa mingħajr ħsara għar-regoli nazzjonali ta’ proċedura dwar ir-rappreżentanza u d-difiża fil-qrati |
(23) Biex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ din id-Direttiva 96/71/KE u tiġi żgurata applikazzjoni aktar effettiva tagħha, għandu jkun hemm mekkaniżmi effettivi ta’ kwerela li permezz tagħhom il-ħaddiema stazzjonati jistgħu jressqu kwereli fi proċedimenti jew direttament jew, fejn applikabbli bl-approvazzjoni tagħhom, permezz ta’ partijiet terzi nnominati rilevanti, bħal trejdjunjins jew assoċjazzjonijiet oħra kif ukoll istituzzjonijiet komuni ta’ msieħba soċjali. Dan tal-aħħar huwa mingħajr ħsara għar-regoli nazzjonali ta’ proċedura dwar ir-rappreżentanza u d-difiża fil-qrati |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Fid-dawl tal-prevalenza tas-subkuntrattar fis-settur tal-kostruzzjoni u biex id-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati jkunu mħarsa, jeħtieġ li jkun żgurat li tal-inqas il-kuntrattur li l-impjegatur tiegħu huwa subkuntrattur dirett jista’ jinżamm responsabbli li jħallas lill-ħaddiema stazzjonati r-rati minimi netti ta’ paga dovuta, xi pagamenti b’lura ta’ ħlas li ma sarx u/jew kontribuzzjonijiet dovuti lil fondi komuni jew lil istituzzjonijiet ta' msieħba soċjali regolati bil-liġi jew bi ftehim kollettiv sakemm dawn huma koperti bl-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva 96/71/KE flimkien ma' min jimpjega jew minfloku. Il-kuntrattur ma għandux jinżamm risponsabbli jekk hu/hi jkun eżerċita/tkun eżerċitat id-diliġenza dovuta. Tal-aħħar jista' jimplika miżuri ta' prevenzjoni li jikkonċernaw il-prova pprovduta mis-subkuntrattur, inkluż fejn rilevanti msejsa fuq l-informazzjoni ġejja mill-awtoritajiet nazzjonali. |
imħassar |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Premessa 25 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) F’każijiet speċifiċi kuntratturi oħra jistgħu, skont il-liġi nazzjonali u l-prassi, jinżammu wkoll responsabbli għal nuqqas ta’ rispett tal-obbligi skont din id-Direttiva jew ir-responsabbiltà tagħhom tista’ tkun limitata, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali jew settorjali. |
imħassar |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Premessa 26 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) L-obbligu li jiġi impost rekwiżit ta' responsabbiltà fuq il-kuntrattur meta s-subkuntrattur dirett li jipprovdi s-servizz ikun stabbilit fi Stat Membru ieħor, l-istazzjonament tal-ħaddiema huwa ġġustifikat fl-interess ġenerali tal-pubbliku dwar il-ħarsien soċjali tal-ħaddiema. Dawn il-ħaddiema stazzjonati jistgħu ma jkunux fl-istess sitwazzjoni bħall-ħaddiema impjegati minn subkuntrattur dirett stabbilit fl-Istat Membru tal-istabbiliment tal-kuntrattur fir-rigward tal-possibbiltà li wieħed jiddikjara pagi dovuti jew pagamenti b'lura ta' taxxi jew ta' kontribuzżzjonijiet tas-sigurtà soċjali miżmuma bla bżonn. |
imħassar |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Premessa 27 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Id-diskrepanzi bejn is-sistemi tal-Istati Membri għal dak li għandu x’jaqsam mal-mezzi ta’ infurzar ta’ multi amministrattivi u/jew sanzjonijiet f’sitwazzjonijiet transkonfinali huma ta’ ħsara għat-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern u hemm riskju li jkun diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli tiżgura li l-ħaddiema stazzjonati jgawdu minn livell ekwivalenti ta’ ħarsien mal-Unjoni kollha. |
(27) Id-diskrepanzi bejn is-sistemi tal-Istati Membri għal dak li għandu x’jaqsam mal-mezzi ta’ infurzar ta’ multi amministrattivi u/jew sanzjonijiet fir-rigward ta' sitwazzjonijiet ta' stazzjonament ta' ħaddiema kif definit fid-Direttiva 96/71 u f'din id-Direttiva, f’sitwazzjonijiet transkonfinali huma ta’ ħsara għat-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern u hemm riskju li jkun diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli tiżgura li l-ħaddiema stazzjonati jgawdu minn livell ekwivalenti ta’ ħarsien mal-Unjoni kollha. Fejn jiġu imposti multi u sanzjonijiet bħal dawn minħabba nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet tal-impjieg stabbiliti mill-qrati tax-xogħol jew ftehimiet kollettivi, dawk il-multi u sanzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jiġu infurzati. |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Premessa 28 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(28) L-infurzar effettiv tar-regoli sostanzjali li jirregolaw l-istazzjonament tal-ħaddiema fil-qafas tal-provvista tas-servizzi għandu jkun żgurat b'azzjoni speċifika li tiffoka fuq l-infurzar transkonfinali ta’ multi u sanzjonijiet amministrattivi. L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri f’dan il-qasam hija għalhekk prerekwiżit essenzjali sabiex jiġi żgurat livell ħolistiku ogħla, aktar ekwivalenti u komparabbli ta’ ħarsien għat-tħaddim xieraq tas-suq intern. |
(28) L-infurzar effettiv tar-regoli sostanzjali li jirregolaw l-istazzjonament tal-ħaddiema fil-qafas tal-provvista tas-servizzi għandu jkun żgurat b'azzjoni speċifika li tiffoka fuq l-infurzar transkonfinali ta’ multi u sanzjonijiet amministrattivi fir-rigward ta' sitwazzjonijiet ta' stazzjonament ta' ħaddiema kif definit fid-Direttiva 96/71 u f'din id-Direttiva. L-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri f’dan il-qasam hija għalhekk prerekwiżit essenzjali sabiex jiġi żgurat livell ħolistiku ogħla, aktar ekwivalenti u komparabbli ta’ ħarsien għat-tħaddim xieraq tas-suq intern. |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Premessa 29 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(29) L-adozzjoni ta’ regoli komuni għall-għajnuna u l-appoġġ reċiproċi speċifiċi li jridu jintużaw għal miżuri ta’ infurzar u spejjeż assoċjati għal affarijiet bħal dawn, kif ukoll l-adozzjoni ta’ rekwiżiti uniformi għan-notifika ta’ deċiżjonijiet marbuta ma’ sanzjonijiet u multi amministrattivi imposti, għandhom isolvu għadd ta’ problemi ta’ infurzar transkonfinali prattiċi u jiggarantixxu notifika aħjar u infurzar aħjar ta’ deċiżjonijiet bħal dawn li jkunu ġejjin minn Stat Membru ieħor. |
(29) L-adozzjoni ta’ regoli komuni għall-għajnuna u l-appoġġ reċiproċi speċifiċi li jridu jintużaw għal miżuri ta’ infurzar u spejjeż assoċjati għal affarijiet bħal dawn, kif ukoll l-adozzjoni ta’ rekwiżiti uniformi għan-notifika ta’ deċiżjonijiet marbuta ma’ sanzjonijiet u multi amministrattivi imposti fir-rigward ta' sitwazzjonijiet ta' stazzjonament tal-ħaddiema kif definit fid-Direttiva 96/71 u f'din id-Direttiva, għandhom isolvu għadd ta’ problemi ta’ infurzar transkonfinali prattiċi u jiggarantixxu notifika aħjar u infurzar aħjar ta’ deċiżjonijiet bħal dawn li jkunu ġejjin minn Stat Membru ieħor. |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Premessa 30 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(30) Minkejja t-twaqqif ta’ regoli aktar uniformi fir-rigward ta’ infurzar transkonfinali ta’ sanzjonijiet u multi u l-ħtieġa għal kriteriji aktar komuni għal proċeduri ta’ segwitu f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tagħhom, dawn ma għandhomx jaffettwaw il-kompetenzi tal-Istati Membri biex jiddeterminaw is-sistema tagħhom ta’ penalitajiet, sanzjonijiet u multi jew il-miżuri ta’ rkupru li jeżistu skont il-leġiżlazzjoni interna tagħhom. |
(30) Minkejja t-twaqqif ta’ regoli aktar uniformi fir-rigward ta’ infurzar transkonfinali ta’ sanzjonijiet u multi fir-rigward ta' sitwazzjonijiet ta' stazzjonament ta' ħaddiema kif definit fid-Direttiva 96/71 u f'din id-Direttiva u l-ħtieġa għal kriteriji aktar komuni għal proċeduri ta’ segwitu f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas tagħhom, dawn ma għandhomx jaffettwaw il-kompetenzi tal-Istati Membri biex jiddeterminaw is-sistema tagħhom ta’ penalitajiet, sanzjonijiet u multi jew il-miżuri ta’ rkupru li jeżistu skont il-leġiżlazzjoni interna tagħhom. |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ġenerali komuni ta’ dispożizzjonijiet xierqa, miżuri u mekkaniżmi ta’ kontroll meħtieġa għal implimentazzjoni, applikazzjoni u infurzar aħjar u aktar uniformi tad-Direttiva 96/71/KE fil-prattika, inklużi miżuri ta’ prevenzjoni u sanzjoni ta’ abbuż u tidwir tar-regoli applikabbli. |
Din id-Direttiva tistabbilixxi ġabra ta' dispożizzjonijiet speċifiċi, miżuri u mekkaniżmi ta’ kontroll sabiex tipprovdi assistenza lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE, inklużi miżuri ta’ prevenzjoni u sanzjoni ta’ abbuż u tidwir tar-regoli applikabbli. |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Din id-Direttiva għandha l-għan li tiggarantixxi r-rispett għal livell xieraq ta’ ħarsien minimu tad-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati għall-provvista transkonfinali tas-servizzi, filwaqt li tiffaċilita l-eżerċizzju tal-libertà ta’ provvista tas-servizzi għal dawk li jipprovdu s-servizzi u ġġib 'il quddiem kompetizzjoni ġusta fost dawk li jipprovdu s-servizzi. |
Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri ta' infurzar meħtieġa għat-trattament ugwali tal-ħaddiema stazzjonati fir-rigward tal-patti u l-kundizzjonijiet tal-impjieg, definiti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE. Dawk il-miżuri ta' infurzar għandhom l-għan li jiffaċilitaw u jtejbu l-eżerċizzju tal-libertà ta’ provvista tas-servizzi għal dawk li jipprovdu s-servizzi u jippromovu kompetizzjoni ġusta għal dawk li jipprovdu s-servizzi fis-suq intern. |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Din id-Direttiva ma għandha taffettwa bl-ebda mod l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali kif rikonoxxuti fl-Istati Membri u mil-liġi tal-Unjoni, inkluż id-dritt jew il-libertà tal-istrajk jew ta’ azzjonijiet oħra koperti bis-sistemi speċifiċi ta’ relazzjonijiet industrijali fl-Istati Membri, bi qbil mal-liġi u l-prassi nazzjonali. Lanqas ma taffettwa d-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi u jinforza ftehimiet kollettivi u li jieħu azzjoni kollettiva skont il-liġi u l-prassi nazzjonali. |
2. Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa b’xi mod l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali kif inhuma rikonoxxuti fl-Istati Membri, inkluż id-dritt jew il-libertà li tistrajkja jew li tieħu azzjoni oħra koperta mis-sistemi tar-relazzjonijiet industrijali speċifiċi fl-Istati Membri, f'konformità mal-liġijiet u l-prassi nazzjonali. Lanqas ma taffettwa d-dritt li wieħed jinnegozja, jikkonkludi u jinforza ftehimiet kollettivi u li jieħu azzjoni kollettiva skont il-liġi u l-prassi nazzjonali. |
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) "awtorità kompetenti" tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru biex twettaq funzjonijiet skont din id-Direttiva; |
(a) "awtorità kompetenti" tfisser awtoritajiet jew entitajiet maħtura minn Stat Membru u inkarigati biex iwettqu funzjonijiet pubbliċi skont din id-Direttiva; |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) "Stat Membru ospitanti" tfisser Stat Membru li fih il-ħaddiem ikun stazzjonat b'mod temporanju fis-sens ta' din id-Direttiva u d-Direttiva 96/71/KE. |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għall-fini tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-elementi fattwali li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa minn impriża fl-Istat li fih tkun stabbilita sabiex jiddeterminaw jekk ġenwinament twettaqx attivitajiet sostanzjali, apparti mill-ġestjoni pura interna u/jew attivitajiet amministrattivi. Dawn l-elementi jistgħu jinkludu jekk: |
Għall-fini tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu evalwazzjoni ġenerali tal-elementi fattwali li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa minn impriża fl-Istat li fih tkun stabbilita sabiex jiddeterminaw jekk ġenwinament twettaqx attivitajiet sostanzjali. Matul l-evalwazzjoni għandhom jitqiesu b'mod partikolari l-elementi fattwali li ġejjin, li fejn ikun applikabbli għandhom jintwerew lill-awtoritajiet kompetenti mill-impriża li tkun qed tagħmel l-istazzjonament tal-ħaddiema: |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) il-post fejn l-impriża għandha l-uffiċċju reġistrat u l-amministrazzjoni tagħha, tokkupa l-ispazju ta’ uffiċċju, tħallas it-taxxi, għandha l-liċenzja professjonali jew hija reġistrata mal-kamra tal-kummerċ jew entitajiet professjonali, |
(a) il-post fejn impriża twettaq l-attività sostanzjali tan-negozju tagħha, għandha l-amministrazzjoni tagħha, tħallas it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali, għandha, bi qbil mal-liġi nazzjonali, liċenzja professjonali jew hija rreġistrata mal-kamra tal-kummerċ jew entitajiet professjonali, |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-post fejn jiġu ngaġġati l-ħaddiema stazzjonati, |
(b) il-post fejn jiġu ngaġġati l-ħaddiema stazzjonati u l-post li minnu l-ħaddiema jiġu stazzjonati, |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) il-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-impriża mal-ħaddiema tagħha, min naħa, u mal-klijenti tagħha, min-naħa l-oħra, |
(c) il-liġi applikabbli għall-kuntratti konklużi mill-impriża mal-klijenti tagħha, |
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) l-għadd limitat, mhux normali, ta’ kuntratti mwettqa u/jew id-daqs ta’ fatturat imwettaq fl-Istat Membru tal-istabbiliment. |
(e) l-għadd limitat, mhux normali, ta’ kuntratti mwettqa u/jew id-daqs ta’ fatturat imwettaq fl-Istat Membru tal-istabbiliment, filwaqt li tiġi meqjusa s-sitwazzjoni speċifika ta' impriżi li għadhom kif ġew stabbiliti. |
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ea (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) il-ħaddiem stazzjonat ikollu formola A1 valida li tiċċertifika liema leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali tapplika u din tkun waħda minn diversi indikazzjonijiet li din hi sitwazzjoni ta' stazzjonament. |
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-evalwazzjoni ta’ dawn l-elementi għandha tiġi adattata għal kull każ speċifiku u għandha tqis in-natura tal-attivitajiet imwettqa min-naħa tal-impriża fl-Istat Membru fejn hija stabbilita. |
imħassar |
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 u subparagrafu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Sabiex issir evalwazzjoni ta’ kemm ħaddiem stazzjonat temporanjament iwettaq ix-xogħol tiegħu/tagħha fi Stat Membru li mhux dak li fih normalment jaħdem/taħdem, l-elementi kollha fattwali li jikkaratterizzaw dan ix-xogħol u s-sitwazzjoni tal-ħaddiem se jiġu eżaminati.. |
Sabiex ikunu implimentati aħjar l-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 96/71/KE u sabiex issir evalwazzjoni ta’ kemm ħaddiem stazzjonat temporanjament iwettaq ix-xogħol tiegħu/tagħha fi Stat Membru ospitanti, l-elementi kollha fattwali li jikkaratterizzaw dan ix-xogħol u s-sitwazzjoni tal-ħaddiem se jiġu eżaminati. |
Dawn l-elementi jistgħu jinkludu jekk: |
Għandhom jitqiesu b'mod partikolari l-elementi li ġejjin, |
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) il-ħaddiem stazzjonat imurx lura jew hux mistenni li jerġa' jibda jaħdem fl-Istat Membru mnejn ikun ġie stazzjonat wara tmiem ix-xogħol jew il-provvista ta’ servizzi li minħabba fihom huwa kien stazzjonat; |
(c) il-ħaddiem stazzjonat abitwalment impjegat u hu mistenni jirritorna għall-post abitwali ta' impjieg tiegħu wara tmiem ix-xogħol jew il-provvista ta’ servizzi li minħabba fihom huwa kien stazzjonat; |
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) xi perjodi preċedenti li fihom kien imtela l-post mill-istess ħaddiem jew minn ħaddiem ieħor (stazzjonat). |
(e) il-ħaddiem stazzjonat ma jkunx qiegħed jissostitwixxi ħaddiem ieħor stazzjonat, barra fil-każ ta' mard jew riżenja; |
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt ea – ec (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) il-ħaddiem stazzjonat ma jkunx qiegħed jissostitwixxi ħaddiem li qiegħed jisstrajkja; |
|
(eb) il-ħaddiem jiddependi fuq min iħaddmu kemm mil-lat ta' organizzazzjoni u kemm finanzjarjament; |
|
(ec) l-obbligu fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-ħaddiem tibqa' mal-impriża li kkonkudiet il-kuntratt tal-impjieg; |
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni xierqa biex jipprevjeni, jevitaw u jikkumbattu l-evażjoni u/jew l-abbuż ta' din id-Direttiva minn impriżi li jfittxu intenzjonalment li jiċħdu lil ħaddiema stazzjonati mid-drittijiet tagħhom jew li jżommuhom milli jkollhom dawk id-drittijiet. |
L-elementi fattwali kollha li tagħhom hemm lista hawn fuq huma fatturi indikattivi fl-evalwazzjoni komplessiva li trid ssir u għalhekk ma għandhomx jitqiesu b’mod iżolat. Il-kriterji għandhom jiġu adottati għal kull każ speċifiku u għandhom jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet tas-sitwazzjoni. |
Il-lista ta' elementi li tagħhom hemm lista fil-paragrafi 1 u 2 huma indikattivi u mhux eżawrjenti u qatt m'għandhom jitqiesu b’mod iżolat. Il-valutazzjoni ta’ dawn l-elementi għandha tiġi adattata għal kull każ speċifiku u għandha tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet tas-sitwazzjoni. |
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna regolarment il-lista tal-awtoritajiet kompetenti u tal-uffiċċji ta’ kollegament. |
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra u jkunu disponibbli għall-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna regolarment il-lista tal-awtoritajiet kompetenti u tal-uffiċċji ta’ kollegament. |
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-patti u l-kondizzjonijiet ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE li jridu jiġu applikati u rrispettati minn min jipprovdi s-servizz tkun disponibbli għal kulħadd b'mod ċar u li jiftiehem u aċċessibbli faċilment, anki mill-bogħod u b’mezzi elettroniċi, f'formati u skont standards tal-web li jiżguraw aċċess għal persuni b’diżabbiltajiet u li jiżguraw li l-uffiċċji ta' kollegament jew il-korpi nazzjonali l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71/KE jkunu f'qagħda li jwettqu ħidmiethom b'mod effettiv. |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-patti u l-kondizzjonijiet ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE li jridu jiġu applikati u rrispettati minn min jipprovdi s-servizz tkun disponibbli għal kulħadd mingħajr ħlas b'mod ċar, trasparenti u li jiftiehem u aċċessibbli faċilment, anki mill-bogħod u b’mezzi elettroniċi, f'formati u skont standards tal-web li jiżguraw aċċess għal persuni b’diżabbiltajiet u li jiżguraw li l-uffiċċji ta' kollegament jew il-korpi nazzjonali l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71/KE jkunu f'qagħda li jwettqu ħidmiethom b'mod effettiv. |
Emenda 51 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Biex ikun hemm iktar titjib fir-rigward tal-aċċess għat-tagħrif, l-Istati Membri għandhom: |
2. Biex ikun hemm iktar titjib fir-rigward tal-aċċess għat-tagħrif, l-Istati Membri għandhom bi qbil mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71/KE: |
Emenda 52 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) jieħdu l-miżuri meħtieġa biex l-informazzjoni dwar liema ftehimiet kollettivi huma applikabbli (u għal min) tkun disponibbli fuq is-siti tal-internet b'mod ġenerali, u liema patti u kondizzjonijiet ta' impjieg iridu jiġu applikati minn dawk li jipprovdu s-servizz minn Stati Membri oħra skont id-Direttiva 96/71/KE; li b’dan, fejn ikun possibbli, għandhom ikunu pprovduti ħolqiet għal siti eżistenti tal-internet u punti ta' kuntatt, b'mod partikolari l-imsieħba soċjali rilevanti; |
(b) jieħdu l-miżuri meħtieġa biex l-informazzjoni dwar liema ftehimiet kollettivi huma applikabbli (u għal min) tkun disponibbli fuq is-siti tal-internet b'mod ġenerali kif ukoll permezz ta' mezzi oħra ta' informazzjoni, u liema patti u kondizzjonijiet ta' impjieg iridu jiġu applikati minn dawk li jipprovdu s-servizz minn Stati Membri oħra skont id-Direttiva 96/71/KE; li b’dan, fejn ikun possibbli, għandhom ikunu pprovduti ħolqiet għal siti eżistenti tal-internet u punti ta' kuntatt, b'mod partikolari l-imsieħba soċjali rilevanti; |
Emenda 53 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-ħaddiema u għal dawk li jipprovdu s-servizz f’lingwi oħra li mhumiex dik/dawk nazzjonali tal-pajjiż li fih is-servizzi jiġu pprovduti, jekk huwa possibbli, fi ktejjeb fil-qosor li jindika l-kondizzjonijiet ta’ xogħol ewlenin applikabbli u fuq talba f’format aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà; |
(c) jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-ħaddiema u għal dawk li jipprovdu s-servizz fil-lingwa(i) nazzjonali tal-Istat Membru li minnu sar l-istazzjonar, il-lingwa tal-Istat Membru ta' oriġini tal-ħaddiem u tal-fornitur tas-servizz u mhux biss fil-lingwa(i) nazzjonali tal-pajjiż li fih is-servizzi jiġu pprovduti, jekk huwa possibbli, fi ktejjeb fil-qosor li jindika l-kondizzjonijiet ta’ xogħol ewlenin applikabbli kif ukoll jiddeskrivi l-proċeduri li bihom jitressqu lmenti u jinbdew il-proċedimenti legali u s-sanzjonijiet applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità u fuq talba f’format aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà; L-informazzjoni dwar punti oħra ta' kuntatt bħal dawk ipprovduti mis-sħab soċjali għandhom ukoll isiru disponibbli; |
Emenda 54 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) aktar informazzjoni dettaljata dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u dawk soċjali inklużi s-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol għandha tkun disponibbli b’mod faċli permezz ta’ mezzi ta’ komunikazzjoni differenti inklużi punti ta’ kuntatt; |
Emenda 55 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ea) itejbu jew jistabbilixxu strutturi li jinfurmaw, jagħtu parir u jappoġjaw lill-ħaddiema; fejn applikabbli, l-Istati Membri se jużaw l-infrastruttura eżistenti bħal uffiċċji ta' kollegament, punti uniċi ta' kuntatt u ċentri ta' konsulenza. |
Emenda 56 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Fejn, skont il-liġi, it-tradizzjonijiet u l-prassi nazzjonali, il-patti u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE huma stabbiliti fi ftehimiet kollettivi skont il-paragrafi 1 u 8 tal-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imsieħba soċjali għandhom jidentifikawhom u jagħmlu l-informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari li tirrigwarda r-rati ta’ pagi minimi differenti u l-elementi kostitwenti tagħhom, il-metodu użat għall-kalkolu tal-ħlas dovut u l-kriterji ta’ kwalifika għall-klassifikazzjoni fil-kategoriji ta’ paga differenti, , disponibbli b’mod aċċessibbli u trasparenti għal dawk li jipprovdu s-servizz minn Stati Membri oħra u għall-ħaddiema stazzjonati.
|
4. Fejn, skont il-liġi, it-tradizzjonijiet u l-prassi nazzjonali u b’rispett sħiħ għall-awtonomija tas-sħab soċjali, il-patti u l-kundizzjonijiet ta’ impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE huma stabbiliti fi ftehimiet kollettivi skont il-paragrafi 1 u 8 tal-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva, l-Istati Membri se jiżguraw li dawn il-patti u l-kundizzjonijiet ikunu magħmula disponibbli b’mod aċċessibbli u trasparenti għal dawk li jipprovdu s-servizz minn Stati Membri ospitanti u għall-ħaddiema stazzjonati, u f’dan ir-rigward jistgħu jinvolvu s-sħab soċjali. L-informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari se tkopri r-rati ta’ pagi minimi differenti u l-elementi kostitwenti tagħhom, il-metodu użat għall-kalkolu tal-ħlas dovut u l-kriterji ta’ kwalifika kif ukoll il-patti u l-kundizzjonijiet ta' impjieg, disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu reġistru uffiċjali. |
Emenda 57 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehimiet kollettivi msemmija fl-Artikolu 3 paragrafi 1 u 8 tad-Direttiva 96/71 huma soġġetti għal reġistrazzjoni fir-reġistri u l-pubblikazzjoni uffiċjali . Il-patti u l-kundizzjonijiet ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71 stipulati f'dawk il-ftehimiet kollettivi se jkunu applikabbli għal impriżi li jistazzjonaw ħaddiema biss mill-mument tar-reġistrazzjoni u l-pubblikazzjoni uffiċjali ta' dawk il-ftehimiet. |
Emenda 58 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-kooperazzjoni tal-Istati Membri għandha b'mod partikolari tikkonsisti f' li jintwieġbu t-talbiet ta' informazzjoni ġġustifikati u għal twettieq ta' kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti għal dak li għandu x'jaqsam ma' sitwazzjonijiet ta’ stazzjonament imsemmija fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 96/71/KE, inkluż l-investigazzjoni ta’ xi abbużi ta’ regoli applikabbli dwar l-istazzjonament tal-ħaddiema jew każijiet possibbli ta’ attivitajiet transnazzjonali mhux leġittimi. |
2. F'konformità mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u 5 tad-Direttiva 96/71/KE, il-kooperazzjoni tal-Istati Membri għandha b'mod partikolari tikkonsisti f'obbligu ta' tweġiba mingħajr dewmien żejjed u b'mod effettiv għat-talbiet ta' informazzjoni u għal twettieq ta' kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom għal dak li għandu x'jaqsam ma' sitwazzjonijiet ta’ stazzjonament imsemmija fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 96/71/KE u ta' Artikoli relevanti f'din id-Direttiva, inkluż l-investigazzjoni ta’ xi abbużi ta’ regoli applikabbli dwar l-istazzjonament tal-ħaddiema jew każijiet possibbli ta’ attivitajiet transnazzjonali mhux leġittimi u t-teħid ta’ azzjonijiet xierqa konformi mal-liġijiet u l-prassi nazzjonali applikabbli. |
Emenda 59 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Għall-fini ta’ tweġib għal xi talba għal għajnuna mill-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-informazzjoni kollha meħtieġa għas-superviżjoni tal-attivitajiet tagħhom skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom. |
3. Għall-fini ta’ tweġib għal xi talba għal għajnuna mill-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti l-informazzjoni kollha meħtieġa għas-superviżjoni tal-attivitajiet tagħhom skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom u d-Direttiva 96/71/KE. Fejn fornituri tas-servizz jonqsu milli jipprovdu din l-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibdew azzjoni xierqa. |
Emenda 60 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Kwalunkwe rifjut fit-tul għat-tressiq tal-informazzjoni mitluba għandu jagħti dritt lill-Istat Membru rikjedenti li jfassal lista tal-awtoritajiet li rrifjutaw li jikkooperaw u li jgħarraf lill-Kummissjoni b'dan. Il-Kummissjoni għandha, wara li tagħmel verifika, iżżomm lista aċċessibbli għall-pubbliku ta' dawk l-awtoritajiet irrappurtati lilha mill-Istati Membri li ma kinux lesti li jikkooperaw. |
Emenda 61 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba minn Stati Membri oħrajn jew mill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn ġimgħatejn minn meta tasal it-talba. |
5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba minn Stati Membri oħrajn jew mill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn ġimgħatejn minn meta tasal it-talba jew fiż-żmien tliet ġimgħat jekk it-tweġiba teħtieġ ispezzjoni fuq il-post. |
Għandu jintuża mekkaniżmu speċifiku ta’ urġenza għal sitwazzjonijiet speċjali fejn Stat Membru isir jaf dwar ċirkustanzi serji partikolari li jeħtieġu azzjoni urġenti. F’ċirkustanzi bħal dawn l-informazzjoni għandha tintbagħat fi żmien 24 siegħa. |
Għandu jintuża mekkaniżmu speċifiku ta’ urġenza għal sitwazzjonijiet speċjali fejn Stat Membru isir jaf dwar ċirkustanzi serji partikolari li jeħtieġu azzjoni urġenti. F’ċirkustanzi bħal dawn l-informazzjoni għandha tintbagħat fi żmien 24 siegħa. |
|
Mingħajr ħsara għas-subparagrafi 1 u 2, l-awtoritajiet kompetenti u/jew l-ispettorati tal-Istat Membru ospitanti m'għandhomx jinżammu milli jieħdu miżuri immedjati li jevitaw, jinvestigaw u jissanzjonaw il-frodi. |
Emenda 62 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri fejn iddaħħlu l-fornituri tas-servizzi, u li jistgħu jiġu konsultati mill-awtoritajiet kompetenti fit-territorju tagħhom, jistgħu wkoll ikunu konsultati, skont l-istess kondizzjonijiet, mill-awtoritajiet kompetenti ekwivalenti tal-Istati Membri l-oħrajn. |
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-reġistri fejn iddaħħlu l-fornituri tas-servizzi, u li jistgħu jiġu konsultati mill-awtoritajiet kompetenti fit-territorju tagħhom, jistgħu wkoll ikunu konsultati, skont kondizzjonijiet kumparabbli, mill-awtoritajiet kompetenti ekwivalenti tal-Istati Membri l-oħrajn. |
Emenda 63 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konfidenzjalità tal-informazzjoni li jiskambjaw. L-informazzjoni skambjata għandha tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni(jiet) li għaliha/hom tkun intalbet. |
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konfidenzjalità tal-informazzjoni li jiskambjaw, skont il-liġi tal-Unjoni u l-liġi u l-prassi nazzjonali. |
Emenda 64 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jeżaminaw kull diffikultà li tista' tinqala fl-applikazzjoni tal-Artikolu 3 (10) tad-Direttiva 96/71/KE. |
9. Bi qbil mal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71/KE il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jeżaminaw kull diffikultà li tista' tinqala fl-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE. |
Emenda 65 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 9a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9a. Biex ikunu ffaċilitati l-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni transkonfinali l-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn...*, tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill stima tal-impatt dwar il-fattibilità ta' notifika jew sistema ta' reġistrazzjoni għall-UE kollha bbażata fuq is-sistemi eżistenti fl-Istati Membri u kumpatibbli magħhom. |
|
__________ |
|
*ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. |
Emenda 66 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Ir-Rwol tal-Istat Membru tal-istabbiliment |
Kooperazzjoni bejn l-Istat Membru tal-istabbiliment u l-Istat Membru ospitanti |
Emenda 67 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istat Membru tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi għandu jkompli jikkontrolla, jimmonitorizza u jieħu l-miżuri meħtieġa ta' sorveljanza jew infurzar, skont il-liġi, il-prassi u l-proċeduri amministrattivi nazzjonali, fir-rigward tal-ħaddiema stazzjonati fi Stat Membru ieħor. |
1. Bi qbil mal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 96/71/KE, l-Istat Membru tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi għandu jkompli jikkontrolla, jimmonitorizza u jieħu l-miżuri meħtieġa ta' sorveljanza jew infurzar, skont il-liġi, il-prassi u l-proċeduri amministrattivi nazzjonali, fir-rigward tal-ħaddiema stazzjonati fi Stat Membru ieħor. Dik ir-responsabbiltà m'għandha bl-ebda mod tnaqqas il-possibilitajiet għall-Istat Membru ospitanti, fuq l-inizjattiva tiegħu, li jikkontrolla, jissorvelja u jieħu l-miżuri superviżorji u ta' infurzar meħtieġa inklużi fir-rigward tal-ispezzjonijiet tal-kundizzjonijiet tax-xogħol. |
Emenda 68 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 3 (1) u (2) u l-Artikolu 9 (1), l-Istat Membru tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi għandu jgħin lill-Istat Membru fejn iseħħ l-istazzjonament biex jiżgura konformità mal-kondizzjonijiet applikabbli skont id-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva. L-Istat Membru tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi għandu, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jikkomunika lill-Istat Membru fejn iseħħ l-istazzjonament kull informazzjoni rilevanti kif speċifikat fl-Artikoli 3 (1) u (2) u 9(1), fejn l-Istat Membru tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi jkun jaf b’xi fatti speċifiċi li juru irregolaritajiet possibbli. |
2. Fiċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 3(1) u (2) u l-Artikolu 9(1) ta' din id-Direttiva, l-Istat Membru tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi għandu jgħin lill-Istat Membru ospitanti jiżgura konformità mal-kondizzjonijiet applikabbli skont id-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva. L-Istat Membru tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi għandu, fuq l-inizjattiva tiegħu stess, jew wara talba mill-Istat Membru ospitanti, jikkomunika lill-Istat Membru ospitanti kull informazzjoni rilevanti kif speċifikat fl-Artikoli 3 (1) u (2) u 9(1). L-Istat Membru tal-istabbiliment għandu, fl-ispirtu tal-Artikolu 6(1) ta' din id-Direttiva, jappoġġja l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti billi jipprovdi informazzjoni dwar il-konformità mal-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva fi żmien dovut. |
Emenda 69 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-istess mod jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment, għal kull każ ta' servizzi pprovduti jew għal kull fornitur ta’ servizz, biex jipprovdu informazzjoni dwar il-legalità tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizz, il-kondotta nadifa tal-fornitur tas-servizz, u l-assenza ta' xi ksur tar-regoli applikabbli. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jipprovdu din l-informazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6. |
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-istess mod jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment, għal kull każ ta' servizzi pprovduti jew għal kull fornitur ta’ servizz, biex jipprovdu informazzjoni li tivverifika l-konformità sħiħa kemm mad-Direttiva 96/71/KE u kemm ma' din id-Direttiva, inkluż dwar il-legalità tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizz, il-kondotta nadifa tal-fornitur tas-servizz, u l-assenza ta' xi ksur tar-regoli applikabbli. . L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jipprovdu din l-informazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6. |
Emenda 70 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. L-obbligu stipulat fil-paragrafi 1 u 2 ma għandux ifisser dmir min-naħa tal-Istat Membru tal-istabbiliment li jwettaq verifiki u kontrolli fattwali fit-territorju tal-Istat Membru li jospita fejn jiġi provdut is-servizz. Dawn il-verifiki u kontrolli għandhom, jekk ikun meħtieġ, jitwettqu mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jospita fuq talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment, skont l-Artikolu 10 u b'konformità mas-setgħat ta’ sorveljanza stipulati fil-liġi, prassi u proċeduri nazzjonali amministrattivi tal-Istat Membru jospita u li jirrispettaw il-liġi tal-Unjoni. |
4. Il-verifiki u kontrolli għandhom jitwettqu, fejn meħtieġ, mill-awtoritajiet tal-Istat Membru li jospita skont l-Artikolu 10 u b'konformità mas-setgħat ta’ sorveljanza stipulati fil-liġi, prassi u proċeduri nazzjonali amministrattivi tal-Istat Membru li jospita. |
Emenda 71 Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. L-Istati Membri għandhom bl-assistenza tal-Kummissjoni jieħdu miżuri kumplimentari biex jiżviluppaw, jiffaċilitaw u jġibu 'l quddiem l-iskambju bejn is-sħab soċjali kif ukoll jiżguraw li l-organizzazzjonijiet li qed jgħaddu l-informazzjoni lill-ħaddiema stazzjonati jkunu appoġġati. |
Emenda 72 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) obbligu li jinżammu jew ikunu disponibbli u/jew ikunu fil-possess kopji stampati jew b’forma elettronika tal-kuntratt ta’ impjieg (jew dokument ekwivalenti skont it-tifsira tad-Direttiva 91/533, inkluża, fejn xieraq jew rilevanti, l-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva), riċevuti tal-paga, reġistri tal-ħinijiet u prova ta’ ħlas ta' pagi jew kopji ta’ dokumenti ekwivalenti matul il-perjodu ta’ stazzjonament f’post aċċessibbli u identifikat b’mod ċar fuq it-territorju tiegħu, bħall-post tax-xogħol, jew il-post ta’ kostruzzjoni,jew għall-ħaddiema mobbli fis-settur tat-trasport il-bażi tal-operazzjonijiet jew il-vettura li biha jiġi pprovdut is-servizz; |
(b) obbligu li jinżammu jew ikunu disponibbli fiż-żmiem raġonevoli u/jew ikunu fil-possess, skont l-għażla tal-fornitur tas-servizzi, ta' kopji stampati jew b’forma elettronika tal-kuntratt ta’ impjieg (jew dokument ekwivalenti skont it-tifsira tad-Direttiva 91/533, inkluża, fejn xieraq jew rilevanti, l-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva), riċevuti tal-paga, reġistri tal-ħinijiet u prova ta’ ħlas ta' pagi jew kopji ta’ dokumenti ekwivalenti maħruġa skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru ta' stabbiliment, matul il-perjodu ta’ stazzjonament f’post aċċessibbli u identifikat b’mod ċar fuq it-territorju tiegħu, bħall-post tax-xogħol, jew il-post ta’ kostruzzjoni,jew għall-ħaddiema mobbli fis-settur tat-trasport il-bażi tal-operazzjonijiet jew il-vettura li biha jiġi pprovdut is-servizz; |
Emenda 73 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) traduzzjoni tad-dokumenti msemmija fil-punt (b) tista’ tkun iġġustifikata, kemm-il darba dawn id-dokumenti ma jkunux twal b’mod eċċessiv u jkunu dokumenti li għalihom ġeneralment jintużaw formoli standard; |
(c) traduzzjoni tad-dokumenti msemmija fil-punt (b) tista’ tkun iġġustifikata, kemm-il darba dawn id-dokumenti jkunu ta' importanza biex tkun stabbilita n-natura tal-istazzjonament u l-konformità mad-Direttiva 96/71/KE, ma jkunux twal b’mod eċċessiv u jkunu dokumenti li għalihom ġeneralment jintużaw formoli standard; |
Emenda 74 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti amministrattivi kollha u l-miżuri ta' kontroll huma pubblikament disponibbli għall-fornituri tas-servizzi u aġġornati regolarment. |
Emenda 75 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fi żmien tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 20, , għandu jiġi eżaminat mill-ġdid kemm hija meħtieġa u xierqa l-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali ta' kontroll fid-dawl tal-esperjenzi mas-sistema għall-kooperazzjoni u l-iskambji ta' informazzjoni, kif ukoll l-effikaċja tagħha, l-iżvilupp ta' dokumenti aktar uniformi u standardizzati, it-twaqqif ta’ prinċipji komuni jew ta’ standards għall-ispezzjonijiet fil-qasam tal-istazzjonamemnt tal-ħaddiema kif ukoll żviluppi teknoloġiċi, bil-ħsieb li jiġu proposti, fejn xieraq, xi emendi jew modifikazzjonijiet meħtieġa. |
3. Fi żmien tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 20, , għandu jiġi eżaminat mill-ġdid kemm hija meħtieġa, xierqa u effettiva b'mod suffiċjenti l-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali ta' kontroll fid-dawl tal-esperjenzi mas-sistema għall-kooperazzjoni u l-iskambji ta' informazzjoni, kif ukoll l-effikaċja tagħha, l-iżvilupp ta' dokumenti aktar uniformi u standardizzati, it-twaqqif ta’ prinċipji komuni jew ta’ standards għall-ispezzjonijiet fil-qasam tal-istazzjonamemnt tal-ħaddiema kif ukoll żviluppi teknoloġiċi, soċjali u ekonomiċi, bil-ħsieb li jiġu proposti, fejn xieraq, xi emendi jew modifikazzjonijiet meħtieġa biex jiġu żgurati kontrolli effettivi tal-kondizzjonijiet ta' impjieg mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti. |
Emenda 76 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi xierqa ta’ kontroll u monitoraġġ u li jitwettqu spezzjonijiet effettivi u xierqa fit-territorju tagħhom sabiex jikkontrollaw u jimmonitorjaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet u r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 96/71/KE u jiggarantixxu l-applikazzjoni xierqa tagħha u l-infurzar. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jissejsu fuq evalwazzjoni tar-riskju li trid issir mill-awtoritajiet kompetenti regolarment. L-evalwazzjoni tar-riskju għandha tidentifika s-setturi ta’ attività li fihom l-impjieg tal-ħaddiema stazzjonati għall-provvista tas-servizzi huwa kkonċentrat fit-territorju tagħhom. Hija u ssir evalwazzjoni tar-riskju bħal din, it-twettiq ta’ proġetti kbar infrastrutturali, il-problemi speċjali u l-ħtiġijiet ta’ setturi speċifiċi, ir-rapporti dwar xi ksur fl-imgħoddi, kif ukoll il-vulnerabilità ta’ ċerti gruppi ta’ ħaddiema għandhom jiġu kkunsidrati. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi effettivi u xierqa ta’ kontroll u monitoraġġ u li jitwettqu spezzjonijiet effettivi u xierqa fit-territorju tagħhom sabiex jikkontrollaw u jimmonitorjaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet u r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 96/71/KE u jiggarantixxu l-applikazzjoni xierqa tagħha u l-infurzar. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jissejsu fuq evalwazzjoni tar-riskju li trid issir mill-awtoritajiet kompetenti. L-evalwazzjoni tar-riskju għandha tidentifika s-setturi ta’ attività li fihom l-impjieg tal-ħaddiema stazzjonati għall-provvista tas-servizzi huwa kkonċentrat fit-territorju tagħhom. |
Emenda 77 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet u l-kontrolli ta’ konformità mad-Direttiva 96/71/KE ma jkunux diskriminatorji u/jew sproporzjonati. |
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ispezzjonijiet u l-kontrolli ta’ konformità mad-Direttiva 96/71/KE ma jkunux diskriminatorji u/jew sproporzjonati. |
|
Skont il-prattika proprja tagħha, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi l-impriża spezzjonata u kkontrollata b'dokument ta' wara l-ispezzjoni u l-kontroll li jinkludi kwalunkwe informazzjoni rilevanti. |
Emenda 78 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-Istati Membri fejn l-ispettorati tax-xogħol ma għandhomx kompetenza fir-rigward tal-kontroll u l-monitoraġġ tal-kondizzjonijiet tax-xogħol u/jew il-patti u kondizzjonijiet ta’ impjieg tal-ħaddiema stazzjonati jistgħu, b’mod ta’ eċċezzjoni, wara li jikkonsultaw l-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali, jistabbilixxu jew iżommu arranġamenti li jiggarantixxu r-rispett ta’ dawn il-patti u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg, kemm-il darba l-arranġamenti joffru lill-persuni kkonċernati grad xieraq ta’ ħarsien ekwivalenti għal dak li jirriżulta mid-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva. |
5. F'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 96/71/KE l-Istati Membri huma intitolati li jużaw firxa wiesgħa ta' arranġamenti bi qbil mal-liġi u l-prassi nazzjonali tagħhom biex jiżguraw konformità mad-Direttiva 96/71/KE u sabiex jiggarantixxu lill-persuni kkonċernati grad xieraq ta’ ħarsien kif definit fid-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva. |
Emenda 79 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għall-infurzar tal-obbligi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm mekkaniżmi effettivi li permezz tagħhom il-ħaddiema stazzjonati jistgħu jressqu l-ilmenti direttament kontra dawk li jimpjegawhom, kif ukoll id-dritt li jieħdu proċedimenti ġudizjarji jew amministrattivi, ukoll fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu jew kienu stazzjonat il-ħaddiema li jħossu li ġarrbu nuqqas jew ħsara bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli, anke wara li tkun spiċċat ir-relazzjoni li fiha jiġi allegat li sar in-nuqqas. |
1. Għall-infurzar tal-obbligi skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li hemm mekkaniżmi effettivi li permezz tagħhom il-ħaddiema stazzjonati jistgħu jressqu l-ilmenti direttament kontra dawk li jimpjegawhom, kif ukoll id-dritt li jieħdu proċedimenti ġudizjarji jew amministrattivi, irrispettivament minn jekk ikunx l-Istat Membru ta' stabbiliment tal-impriża jew l-Istat Membru ospitanti li fit-territorju tiegħu il-ħaddiema jħossu li ġarrbu nuqqas jew ħsara bħala riżultat ta’ nuqqas ta’ applikazzjoni tar-regoli, anke wara li tkun spiċċat ir-relazzjoni li fiha jiġi allegat li sar in-nuqqas. |
Emenda 80 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trejdjunjins u partijiet terzi oħrajn, bħal assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet legali oħra li għandhom, skont il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu osservati, jistgħu jkunu involuti, għan-nom jew b’sostenn tal-ħaddiema stazzjonati jew ta’ min jimpjegahom, bl-approvazzjoni tagħhom, f’kull proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv stipulat bl-objettiv ta’ implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u/jew l-infurzar tal-obbligi skont din id-Direttiva. |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trejdjunjins u partijiet terzi oħrajn, bħal assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet legali oħra li għandhom, skont il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/71/KE u ta’ din id-Direttiva jiġu osservati, jistgħu jkunu involuti, għan-nom jew b’sostenn tal-ħaddiema stazzjonati jew ta’ min jimpjegahom, fejn applikabbli, bl-approvazzjoni tagħhom, f’kull proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv stipulat bl-objettiv ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE u ta’ din id-Direttiva u/jew l-infurzar tal-obbligi skont id-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva. |
Emenda 81 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm il-mekkaniżmi meħtieġa biex il-ħaddiema stazzjonati jkunu jistgħu jirċievu |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm il-mekkaniżmi meħtieġa biex il-ħaddiema stazzjonati jew korpi li jaġixxu f’isimhom ikunu jistgħu jitolbu u jirċievu kwalunkwe intitolament dovut lilhom. |
Emenda 82 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) rimborż ta’ spejjeż eċċessivi fir-rigward tar-remunerazzjoni netta jew il-kwalità tal-akkomodazzjoni miżmuma jew imnaqqsa mill-pagi għall-akkomodazzjoni pprovduta minn min jimpjega. |
(b) rimborż ta’ spejjeż eċċessivi jew spejjeż relatati mal-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni li tnaqqsu mill-pagi jew li għalihom ma kienx hemm rimborż minn min jimpjega; |
Emenda 83 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) kwalunkwe ħlas b’lura ta’ remunerazzjoni mhux imħallsa jew rimborż ta’ taxxi jew kontribuzzjonijiet ta’ sigurtà soċjali miżmuma b’mod mhux dovut mis-salarju. |
Emenda 84 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Ħaddiema stazzjonati li jibdew proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi m’għandhomx jirċievu ebda trattament mhux favorevoli minn min iħaddimhom. |
Emenda 85 Proposta għal direttiva Artikolu 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
[...] |
imħassar |
Emenda 86 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Mingħajr ħsara għall-mezzi li huma jew jistgħu jkunu stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-prinċipji ta’ għajnuna reċiproka u għarfien, kif ukoll miżuri u proċeduri stipulati f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-infurzar transkonfinali ta’ multi u sanzjonijiet amministrattivi imposti għal nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli fi Stat Membru fuq fornitur ta’ servizz stabbilit fi Stat Membru ieħor. |
1. Mingħajr ħsara għall-mezzi li huma jew jistgħu jkunu stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-prinċipji ta’ għajnuna reċiproka u għarfien, kif ukoll miżuri u proċeduri stipulati f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-infurzar transkonfinali ta’ multi u sanzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-istazzjonament tal-ħaddiema f'sitwazzjonijiet skont id-Direttiva 96/71 u din id-Direttiva, imposti għal nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli fi Stat Membru fuq fornitur ta’ servizz stabbilit fi Stat Membru ieħor. |
Emenda 87 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-awtorità li tagħmel it-talba tista’, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prassi amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha stess, titlob lill-awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor biex tirkupra sanzjoni jew multa jew tinnotifika deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta’ penalità jew multa, sakemm huwa possibbli li l-liġijiet, ir-regolamenti u l-prassi amministrattiva rilevanti fis-seħħ fl-Istat Membru tal-awtorità li ssirilha t-talba jippermettu azzjoni bħal din għal talbiet jew deċiżjonijiet simili. |
2. L-awtorità li tagħmel it-talba tista’, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prassi amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha stess, titlob lill-awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor biex tirkupra penalità jew multa jew ħlas b’lura tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jew tinnotifika deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta’ penalità jew multa jew kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali retroattiva bi qbil mar-Regolament (KE) Nru 987/2009/KE, sakemm huwa possibbli li l-liġijiet, ir-regolamenti u l-prassi amministrattiva rilevanti fis-seħħ fl-Istat Membru tal-awtorità li ssirilha t-talba jippermettu azzjoni bħal din għal talbiet jew deċiżjonijiet simili. |
Emenda 88 Proposta għal direttiva Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Id-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru ta' multi jew penali jew kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali retroattivi għandhom japplikaw ukoll għal multi imposti bħala parti mid-deċiżjoni statutorja infurzabbli mill-qrati tax-xogħol. |
Emenda 89 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtorità li ssirilha t-talba tista’ tirkupra l-ammonti mingħand il-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata u żżomm l-ispejjeż eventwali li ġġarrab marbuta mal-irkupru, skont il-liġijiet u r-regolamenti u l-proċeduri jew prassijiet amministrattivi tal-Istat Membru tal-parti li ssirilha t-talba li japplikaw għal talbiet simili. |
L-awtorità li ssirilha t-talba tista’ tirkupra l-ammonti mingħand il-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata u żżomm l-ispejjeż eventwali li ġġarrab marbuta mal-irkupru, skont il-liġijiet u r-regolamenti u l-proċeduri jew prassijiet amministrattivi tal-Istat Membru tal-parti li ssirilha t-talba li japplikaw għal talbiet simili. Jekk l-awtorità li ssirilha t-talba żżomm xi spejjeż imġarrba b'konnessjoni mal-irkupru, hija għandha tinforma lill-awtorità li qed tagħmel it-talba u tipprovdi ġustifikazzjoni għal dawk l-ispejjeż. |
Emenda 90 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri stipulati fl-Artikoli 6, 7, 10(3), 13, 14 u 15 għandhom jiġu implimentati permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita permezz ta’ [referenza għar-Regolament IMI]. |
1. Il-kooperazzjoni amministrattiva u l-għajnuna reċiproka bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri stipulati fl-Artikoli 6, 7, 10(3), 13, 14 u 15 għandhom jiġu implimentati permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 u fejn meqjus meħtieġ mill-Istat Membru kkonċernat akkumpanjata b’mezzi oħra ta’ kooperazzjoni stabbiliti bħall-ftehimiet bilaterali. |
Emenda 91 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri jistgħu jkomplu japplikaw arranġamenti dwar kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward tal-applikazzjoni u l-monitoraġġ tal-patti u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg applikabbli għall-ħaddiema stazzjonati msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/EC, sa fejn dawn l-arranġamenti ma jaffettwawx b’mod ħażin id-drittijiet u l-obbligi tal-ħaddiema u l-kumpaniji kkonċernati. |
2. Fejn applikabbli u bi qbil mal-prinċipji stabbiliti fid-Direttiva 96/71/KE l-Istati Membri huma liberi li japplikaw arranġamenti bilaterali dwar kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward tal-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE u din id-Direttiva, sa fejn dawn l-arranġamenti ma jaffettwawx b’mod ħażin id-drittijiet u l-obbligi tal-ħaddiema u l-kumpaniji kkonċernati. |
|
Mhux aktar tard minn ...* il-Kummissjoni Ewropea se tivvaluta l-interazzjoni bejn l-IMI u l-ftehimiet bilaterali. |
|
__________ |
|
*ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. |
Emenda 92 Proposta għal direttiva Artikolu 18 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Fil-kuntest tal-arranġamenti bilaterali msemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jużaw l-IMI kemm jista’ jkun. F’kull każ, fejn awtorità kompetenti f’wieħed mill-Istati Membri kkonċernat ikun uża l-IMI, għandha tintuża għal kull azzjoni ta’ segwitu meħtieġa u għandu jkollha preċedenza fuq il-mekkaniżmu(i) previst(i) fi ftehim bilaterali bħal dan fir-rigward tal-kooperazzjoni amministrattiva u l-għajnuna reċipr |
3. Fil-kuntest tal-arranġamenti bilaterali msemmija fil-paragrafu 2, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jużaw l-IMI kemm jista’ jkun. F’kull każ, fejn awtorità kompetenti f’wieħed mill-Istati Membri kkonċernat ikun uża l-IMI, għandha, fejn possibbli, tintuża għal kull azzjoni ta’ segwitu meħtieġa. |
PROĊEDURA
Titolu |
L-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi |
||||
Referenzi |
COM(2012)0131 – C7-0086/2012 – 2012/0061(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 18.4.2012 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 18.4.2012 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Klaus-Heiner Lehne 8.5.2012 |
||||
Eżami fil-kumitat |
18.9.2012 |
10.10.2012 |
28.11.2012 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
21.2.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
20 15 4 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Preslav Borissov, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Christian Engström, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Franz Obermayr, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Mitro Repo, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jürgen Creutzmann, Ildikó Gáll-Pelcz, María Irigoyen Pérez, Constance Le Grip, Antonyia Parvanova, Marc Tarabella, Kyriacos Triantaphyllides, Rafał Trzaskowski, Patricia van der Kammen |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Klaus-Heiner Lehne |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (29.4.2013)
għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi
(COM(2012)0131 – C7-0086/2012 – 2012/0061(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Klaus-Heiner Lehne
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal direttiva Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Sabiex jiġi pprevenut, evitat u miġġieled it-tidwir mar-regoli applikabbli u/jew l-abbuż tagħhom mill-kumpaniji li jieħdu vantaġġ b’mod mhux xieraq jew b’qerq mil-libertà ta’ provvista ta’ servizzi mnaqqxa fit-Trattat u/jew l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-kunċett ta’ stazzjonament għandhom jitjiebu. |
(4) Sabiex jiġi pprevenut, evitat u miġġieled it-tidwir mar-regoli applikabbli u/jew l-abbuż tagħhom mill-kumpaniji li jieħdu vantaġġ b’mod mhux xieraq jew b’qerq mil-libertà ta’ provvista ta’ servizzi mnaqqxa fit-Trattat u/jew l-applikazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-kunċett ta’ stazzjonament għandhom jitjiebu u għandhom jiġu introdotti fuq livell tal-Unjoni kriterji aktar uniformi li jiffaċilitaw interpretazzjoni komuni. |
Emenda 2 Proposta għal direttiva Premessa 4a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Il-miżuri kollha introdotti minn din id-Direttiva għandhom ikunu ġġustifikati, proporzjonati u nondiskriminatorji sabiex ma joħolqux piżijiet amministrattivi u ma jaqflux il-potenzjal li l-kumpaniji, b'mod partikolari l-impriżi żgħar u medji, għandhom biex joħolqu impjiegi ġodda, filwaqt li jipproteġu l-ħaddiema stazzjonati. |
Emenda 3 Proposta għal direttiva Premessa 6a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu valutazzjoni ġenerali tal-elementi fattwali kollha sabiex jiddeterminaw jekk il-ħaddiem hux ġenwinament stazzjonat. Jekk il-provi ma jistgħux jiġu prodotti, l-Istati Membri involuti għandhom jikkollaboraw mill-qrib u mingħajr dewmien sabiex jagħżlu liema liġi hija applikabbli għall-kuntratt tal-impjieg, billi jibbażaw id-deċiżjoni tagħhom fuq ir-Regolament Ruma I. |
Emenda 4 Proposta għal direttiva Premessa 13a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Ir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament tal-IMI għandha tikkonsidra l-fatt li l-IMI jinkorpora dak li attwalment huwa rregolat fi ħdan ftehimiet bilaterali. |
Emenda 5 Proposta għal direttiva Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) L-obbliġi tal-Istati Membri li jagħmlu disponibbli b’mod ġenerali l-informazzjoni dwar il-patti u l-kondizzjonijiet tal-impjieg u li jipprovdu aċċess effettiv għaliha, mhux biss għal dawk li jipprovdu s-servizzi minn Stati Membri oħra, iżda wkoll lill-ħaddiema stazzjonati kkonċernati, għandhom jiġu aktar ikkonkretizzati. |
(14) L-obbligi tal-Istati Membri li jagħmlu disponibbli b’mod ġenerali l-informazzjoni bla ħlas dwar il-patti u l-kundizzjonijiet tal-impjieg u li jipprovdu aċċess effettiv għaliha, mhux biss għal dawk li jipprovdu s-servizzi minn Stati Membri oħra, iżda wkoll lill-ħaddiema stazzjonati kkonċernati, għandhom jiġu aktar ikkonkretizzati. |
Emenda 6 Proposta għal direttiva Premessa 14a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Il-ħaddiema impjegati għandu jkollhom dritt individwali għall-informazzjoni u pariri dwar id-drittijiet, l-obbligi u l-patti u l-kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli. |
Emenda 7 Proposta għal direttiva Premessa 16 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(16) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ġusta tar-regoli sostanzjali dwar il-patti u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg li jridu jiġu rrispettati fir-rigward tal-ħaddiema stazzjonati, u biex tiġi kkontrollata l-konformità magħhom, l-Istati Membri għandhom japplikaw biss ċerti miżuri ta’ kontroll jew formalitajiet amministrattivi lill-impriżi li jistazzjonaw il-ħaddiema għall-provvista tas-servizzi. Dawn il-miżuri u rekwiżiti jistgħu jiġu imposti biss kemm-il darba l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux iwettqu l-ħidma tagħhom ta’ kontroll b’mod effettiv mingħajr l-informazzjoni meħtieġa u l-informazzjoni neċessarja ma tistax tinkiseb faċilment minn min jimpjiega lill-ħaddiema stazzjonati jew mill-awtoritajiet fl-Istat Membru ta’ fejn huwa stabbilit dak li jipprovdi s-servizz fi żmien raġonevoli u/jew miżuri inqas restrittivi ma jiżgurawx li jinkisbu l-objettivi tal-miżuri ta’ kontroll nazzjonali meqjusa meħtieġa. |
(16) Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ġusta tar-regoli sostanzjali dwar il-patti u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg li jridu jiġu rrispettati fir-rigward tal-ħaddiema stazzjonati, u biex tiġi kkontrollata l-konformità magħhom, l-Istati Membri għandhom japplikaw biss ċerti miżuri ta’ kontroll jew formalitajiet amministrattivi lill-impriżi li jistazzjonaw il-ħaddiema għall-provvista tas-servizzi. Għall-fini ta’ ċarezza legali, il-miżuri u rekwiżiti ta’ kontroll possibbli għandhom ikunu uniformi fil-livell tal-Unjoni u jistgħu jiġu imposti biss kemm-il darba l-awtoritajiet kompetenti ma jistgħux iwettqu l-ħidma tagħhom ta’ kontroll b’mod effettiv mingħajr l-informazzjoni meħtieġa u l-informazzjoni neċessarja ma tistax tinkiseb faċilment minn min jimpjiega lill-ħaddiema stazzjonati jew mill-awtoritajiet fl-Istat Membru ta’ fejn huwa stabbilit dak li jipprovdi s-servizz fi żmien raġonevoli u/jew miżuri inqas restrittivi ma jiżgurawx li jinkisbu l-objettivi tal-miżuri ta’ kontroll nazzjonali meqjusa meħtieġa. |
Emenda 8 Proposta għal direttiva Premessa 22 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(22) L-Istati Membri huma b'mod partikolari mħeġġa jintroduċu approċċ iktar integrat għall-ispezzjonijiet tax-xogħol. Il-ħtieġa li jiġu żviluppati standards komuni sabiex jiġu stabbiliti metodi komparabbli, il-prassi u l-istandards minimi fil-livell tal-Unjoni għandhom bl-istess mod jiġu eżaminati. |
(22) L-Istati Membri huma b'mod partikolari mħeġġa jintroduċu approċċ iktar integrat għall-ispezzjonijiet tax-xogħol. Hemm ukoll il-ħtieġa li jiġu żviluppati standards komuni sabiex jiġu stabbiliti metodi komparabbli, il-prassi u l-istandards minimi fil-livell tal-Unjoni. |
Emenda 9 Proposta għal direttiva Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Fid-dawl tal-prevalenza tas-subkuntrattar fis-settur tal-kostruzzjoni u biex id-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati jkunu mħarsa, jeħtieġ li jkun żgurat li tal-inqas il-kuntrattur li l-impjegatur tiegħu huwa subkuntrattur dirett jista’ jinżamm responsabbli li jħallas lill-ħaddiema stazzjonati r-rati minimi netti ta’ paga dovuta, xi pagamenti b’lura ta’ ħlas li ma sarx u/jew kontribuzzjonijiet dovuti lil fondi komuni jew lil istituzzjonijiet ta' msieħba soċjali regolati bil-liġi jew bi ftehim kollettiv sakemm dawn huma koperti bl-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva 96/71/KE flimkien ma' min jimpjega jew minfloku. Il-kuntrattur ma għandux jinżamm risponsabbli jekk hu/hi jkun eżerċita/tkun eżerċitat id-diliġenza dovuta. Tal-aħħar jista' jimplika miżuri ta' prevenzjoni li jikkonċernaw il-prova pprovduta mis-subkuntrattur, inkluż fejn rilevanti msejsa fuq l-informazzjoni ġejja mill-awtoritajiet nazzjonali. |
(24) Fid-dawl tal-prevalenza tas-subkuntrattar fis-settur tal-kostruzzjoni u biex id-drittijiet tal-ħaddiema stazzjonati jkunu mħarsa, huwa rakkomandat li tal-inqas il-kuntrattur li l-impjegatur tiegħu huwa subkuntrattur dirett jista’ jinżamm responsabbli li jħallas lill-ħaddiema stazzjonati r-rati minimi netti ta’ paga dovuta, xi pagamenti b’lura ta’ ħlas li ma sarx u/jew kontribuzzjonijiet dovuti lil fondi komuni jew lil istituzzjonijiet ta' msieħba soċjali regolati bil-liġi jew bi ftehim kollettiv sakemm dawn huma koperti bl-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva 96/71/KE flimkien ma' min jimpjega jew minfloku. Il-kuntrattur ma jistax jinżamm risponsabbli jekk hu/hi jkun eżerċita/tkun eżerċitat id-diliġenza dovuta. Tal-aħħar jista' jimplika miżuri ta' prevenzjoni li jikkonċernaw il-prova pprovduta mis-subkuntrattur, inkluż fejn rilevanti msejsa fuq l-informazzjoni ġejja mill-awtoritajiet nazzjonali. |
Emenda 10 Proposta għal direttiva Premessa 25 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(25) F’każijiet speċifiċi kuntratturi oħra jistgħu, skont il-liġi nazzjonali u l-prassi, jinżammu wkoll responsabbli għal nuqqas ta’ rispett tal-obbligi skont din id-Direttiva jew ir-responsabbiltà tagħhom tista’ tkun limitata, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali jew settorjali. |
imħassar |
Emenda 11 Proposta għal direttiva Premessa 26 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(26) L-obbligu li jiġi impost rekwiżit ta' responsabbiltà fuq il-kuntrattur meta s-subkuntrattur dirett li jipprovdi s-servizz ikun stabbilit fi Stat Membru ieħor, l-istazzjonament tal-ħaddiema huwa ġġustifikat fl-interess ġenerali tal-pubbliku dwar il-ħarsien soċjali tal-ħaddiema. Dawn il-ħaddiema stazzjonati jistgħu ma jkunux fl-istess sitwazzjoni bħall-ħaddiema impjegati minn subkuntrattur dirett stabbilit fl-Istat Membru tal-istabbiliment tal-kuntrattur fir-rigward tal-possibbiltà li wieħed jiddikjara pagi dovuti jew pagamenti b'lura ta' taxxi jew ta' kontribuzżzjonijiet tas-sigurtà soċjali miżmuma bla bżonn. |
imħassar |
Emenda 12 Proposta għal direttiva Premessa 27 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Id-diskrepanzi bejn is-sistemi tal-Istati Membri għal dak li għandu x’jaqsam mal-mezzi ta’ infurzar ta’ multi amministrattivi u/jew sanzjonijiet f’sitwazzjonijiet transkonfinali huma ta’ ħsara għat-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern u hemm riskju li jkun diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli tiżgura li l-ħaddiema stazzjonati jgawdu minn livell ekwivalenti ta’ ħarsien mal-Unjoni kollha. |
(27) Id-diskrepanzi bejn is-sistemi tal-Istati Membri għal dak li għandu x’jaqsam mal-mezzi ta’ infurzar ta’ multi amministrattivi u/jew sanzjonijiet f’sitwazzjonijiet transkonfinali huma ta’ ħsara għat-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern u hemm riskju li jkun diffiċli ħafna, jekk mhux impossibbli tiżgura li l-ħaddiema stazzjonati jgawdu minn livell ekwivalenti ta’ ħarsien mal-Unjoni kollha. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li multi u/jew penalitajiet amministrattivi effiċjenti li jiżguraw konformità mad-Direttiva 96/71/KE u ma’ din id-Direttiva jiġu previsti. |
Emenda 13 Proposta għal direttiva Premessa 32 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(32) L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stipulati f’din id-Direttiva, inklużi proċedimenti amministrattivi u ġudizjarji, u għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati għal xi ksur tal-obbligi skont din id-Direttiva. |
(32) L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-obbligi stipulati f’din id-Direttiva, inklużi proċedimenti amministrattivi u ġudizjarji, u għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, dissważivi u proporzjonati għal xi ksur tal-obbligi skont din id-Direttiva. Kooperazzjoni tajba bejn l-Istati Membri hija essenzjali għal infurzar korrett tad-Direttiva 96/71/KE u għall-ħolqien ta’ kundizzjonijiet ugwali għall-kumpaniji u l-ħaddiema kollha. |
Emenda 14 Proposta għal direttiva Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas ġenerali komuni ta’ dispożizzjonijiet xierqa, miżuri u mekkaniżmi ta’ kontroll meħtieġa għal implimentazzjoni, applikazzjoni u infurzar aħjar u aktar uniformi tad-Direttiva 96/71/KE fil-prattika, inklużi miżuri ta’ prevenzjoni u sanzjoni ta’ abbuż u tidwir tar-regoli applikabbli. |
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet xierqa, miżuri u mekkaniżmi ta’ kontroll biex tiżgura implimentazzjoni, applikazzjoni u infurzar aħjar u aktar uniformi min-naħa tal-Istati Membri tad-Direttiva 96/71/KE fil-prattika, inklużi miżuri ta’ prevenzjoni u sanzjoni ta’ abbuż u tidwir tar-regoli applikabbli. |
Emenda 15 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) "awtorità kompetenti" tfisser awtorità maħtura minn Stat Membru biex twettaq funzjonijiet skont din id-Direttiva; |
(a) "awtorità kompetenti" tfisser awtoritajiet pubbliċi maħtura minn Stat Membru biex iwettqu funzjonijiet skont din id-Direttiva; |
Emenda 16 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt a – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jinkludu l-uffiċċji ta’ kollegament imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71/KE |
Emenda 17 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt a – paragrafu 1b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Id-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra. Il-Kummissjoni għandha tippubblika u taġġorna regolarment il-lista tal-awtoritajiet kompetenti u tal-uffiċċji ta’ kollegament. |
Emenda 18 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) "awtorità li tagħmel talba" tfisser l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tagħmel talba għal għajnuna, informazzjoni, notifika jew irkupru dwar penalità jew multa kif imsemmi fil-Kapitolu V; |
(b) "awtorità li tagħmel talba" tfisser l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li tagħmel talba għal għajnuna, informazzjoni, notifika jew irkupru; |
Emenda 19 Proposta għal direttiva Artikolu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) "awtorità mitluba" tfisser l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li lilha ssir talba għal għajnuna, informazzjoni, notifika jew irkupru. |
(c) "awtorità mitluba" tfisser l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru li lilha ssir talba għal għajnuna, informazzjoni, notifika jew irkupru, kif imsemmi fil-Kapitolu VI. |
Emenda 20 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għall-fini tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-elementi fattwali li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa minn impriża fl-Istat li fih tkun stabbilita sabiex jiddeterminaw jekk ġenwinament twettaqx attivitajiet sostanzjali, apparti mill-ġestjoni pura interna u/jew attivitajiet amministrattivi. Dawn l-elementi jistgħu jinkludu jekk: |
1. Għall-fini tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-elementi fattwali li jikkaratterizzaw l-attivitajiet imwettqa minn impriża fl-Istat Membru li fih tkun stabbilita sabiex jiddeterminaw jekk ġenwinament tistazzjonax ħaddiema fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor fil-qafas tal-provvista ta’ servizzi transkonfinali. Dawn l-elementi jistgħu jinkludu biss: |
Emenda 21 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-post fejn jiġu ngaġġati l-ħaddiema stazzjonati, |
(b) il-post fejn jiġu ngaġġati l-ħaddiema stazzjonati u li minnu jiġu stazzjonati, |
Emenda 22 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) il-post fejn l-impriża twettaq l-attività sostanzjali ta’ negozju tagħha u fejn timpjega persunal amministrattiv, |
(d) il-post fejn l-impriża twettaq l-attività ta’ negozju tagħha, li f’evalwazzjoni fuq perjodu ta’ żmien iktar mifrux mhijiex limitata għal ġestjoni purament interna u/jew għal attivitajiet amministrattivi, |
Emenda 23 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) l-għadd limitat, mhux normali, ta’ kuntratti mwettqa u/jew id-daqs ta’ fatturat imwettaq fl-Istat Membru tal-istabbiliment. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Tħassir bil-għan li tkun ikkunsidrata s-sitwazzjoni ta’ SMEs ġodda li jistgħu jieħdu kuntratt mill-bidu u jużaw ħaddiema stazzjonati. F’sitwazzjoni bħal din, huma awtomatikament jkollhom fatturat aktar baxx fl-Istat Membru ta’ stabbiliment iżda dan ma jaffettwax in-natura ġenwina tal-kumpanija tas-sitwazzjoni ta’ stabbiliment. | |
Emenda 24 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Dawn l-elementi jistgħu jinkludu jekk: |
Dawn l-elementi jistgħu jinkludu biss: |
Emenda 25 Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Fi żmien tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 20, in-neċessità u l-adegwatezza tal-elementi elenkati fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-artikolu għandhom jiġu riveduti fid-dawl tad-definizzjoni possibbli ta' elementi ġodda li għandhom jitqiesu sabiex jiġi stabbilit jekk l-impriża hijiex ġenwina u jekk ħaddiem stazzjonat iwettaqx temporanjament ix-xogħol tiegħu, bil-ħsieb li tiġi proposta, fejn ikun xieraq, kwalunkwe emenda jew modifiki meħtieġa. |
Emenda 26 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-patti u l-kondizzjonijiet ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE li jridu jiġu applikati u rrispettati minn min jipprovdi s-servizz tkun disponibbli għal kulħadd b'mod ċar u li jiftiehem u aċċessibbli faċilment, anki mill-bogħod u b’mezzi elettroniċi, f'formati u skont standards tal-web li jiżguraw aċċess għal persuni b’diżabbiltajiet u li jiżguraw li l-uffiċċji ta' kollegament jew il-korpi nazzjonali l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71/KE jkunu f'qagħda li jwettqu ħidmiethom b'mod effettiv. |
1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-patti u l-kondizzjonijiet ta' impjieg imsemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 96/71/KE li jridu jiġu applikati u rrispettati minn min jipprovdi s-servizz, inklużi dawk stabbiliti f’kuntratti kollettivi, tkun disponibbli għal kulħadd bla ħlas u b'mod ċar u li jiftiehem u aċċessibbli faċilment, anki mill-bogħod u b’mezzi elettroniċi, f'formati u skont standards tal-web li jiżguraw aċċess għal persuni b’diżabbiltajiet u li jiżguraw li l-uffiċċji ta' kollegament jew il-korpi nazzjonali l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 96/71/KE jkunu f'qagħda li jwettqu ħidmiethom b'mod effettiv. |
Emenda 27 Proposta għal direttiva Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-ħaddiema u għal dawk li jipprovdu s-servizz f’lingwi oħra li mhumiex dik/dawk nazzjonali tal-pajjiż li fih is-servizzi jiġu pprovduti, jekk huwa possibbli, fi ktejjeb fil-qosor li jindika l-kondizzjonijiet ta’ xogħol ewlenin applikabbli u fuq talba f’format aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà; |
(c) jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-ħaddiema u għal dawk li jipprovdu s-servizz fil-lingwi l-aktar rilevanti oħra li mhumiex dik/dawk nazzjonali tal-pajjiż li fih is-servizzi jiġu pprovduti, jekk huwa possibbli, fi ktejjeb fil-qosor li jindika l-kondizzjonijiet ta’ xogħol ewlenin applikabbli u fuq talba f’format aċċessibbli għal persuni b’diżabbiltà; |
Emenda 28 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-kooperazzjoni tal-Istati Membri għandha b'mod partikolari tikkonsisti f' li jintwieġbu t-talbiet ta' informazzjoni ġġustifikati u għal twettieq ta' kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti għal dak li għandu x'jaqsam ma' sitwazzjonijiet ta’ stazzjonament imsemmija fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 96/71/KE, inkluż l-investigazzjoni ta’ xi abbużi ta’ regoli applikabbli dwar l-istazzjonament tal-ħaddiema jew każijiet possibbli ta’ attivitajiet transnazzjonali mhux leġittimi. |
2. Il-kooperazzjoni tal-Istati Membri għandha b'mod partikolari tikkonsisti f' li jintwieġbu bla dewmien it-talbiet ta' informazzjoni u t-twettiq ta' kontrolli, spezzjonijiet u investigazzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti għal dak li għandu x'jaqsam ma' sitwazzjonijiet ta’ stazzjonament imsemmija fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 96/71/KE, inkluża l-investigazzjoni ta’ xi abbużi ta’ regoli applikabbli dwar l-istazzjonament tal-ħaddiema. |
Emenda 29 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Għall-fini ta’ tweġib għal xi talba għal għajnuna mill-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-informazzjoni kollha meħtieġa għas-superviżjoni tal-attivitajiet tagħhom skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom. |
3. Għall-fini ta’ tweġib għal xi talba għal għajnuna mill-awtoritajiet kompetenti fi Stat Membru ieħor, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-informazzjoni kollha meħtieġa għas-superviżjoni tal-attivitajiet tagħhom skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom. Fejn il-fornituri tas-servizz jonqsu milli jipprovdu din l-informazzjoni, azzjoni xierqa għandha tinbeda mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-istat ospitanti u fejn hu xieraq b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-istat ta' stabbiliment. |
Ġustifikazzjoni | |
L-Awtoritajiet kompetenti fi ħdan stati ospitanti għandhom jinfurzaw l-UE u l-liġijiet nazzjonali ta' impjieg b'mod effettiv Fejn każ ta' ksur ikun ġie identifikat, u għal xi raġuni azzjoni legali m'hijiex possibbli fl-istat ospitanti, iż-żewġ stati għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li l-fornitur tas-servizzi jinżamm responsabbli, jipprovdi r-remunerazzjoni xierqa lill-ħaddiema stazzjonati u jaffronta s-sanzjonijiet kriminali relevanti. | |
Emenda 30 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. F’każ ta’ diffikultà biex tiġi sodisfatta xi talba għal informazzjoni jew biex isiru verifiki, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru in kwistjoni għandu jinforma malajr lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni. |
4. F’każ ta’ diffikultà biex tiġi sodisfatta xi talba għal informazzjoni jew biex isiru verifiki, spezzjonijiet jew investigazzjonijiet, l-Istat Membru in kwistjoni għandu jinforma malajr lill-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni. Fil-każ ta’ kwalunkwe problema persistenti fl-iskambju tal-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tintervjeni sabiex tassisti lill-Istati Membri jsolvu l-problema. |
Emenda 31 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba minn Stati Membri oħrajn jew mill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn ġimgħatejn minn meta tasal it-talba. |
5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba minn Stati Membri oħrajn jew mill-Kummissjoni b’mezzi elettroniċi kemm jista’ jkun malajr u mhux aktar tard minn ġimagħtejn minn meta tasal it-talba jew fi żmien xahar jekk it-tweġiba tkun teħtieġ spezzjoni fuq il-post. Jekk it-talba hija ta’ natura urġenti, l-informazzjoni għandha tintbagħat fi żmien tlitt ijiem minn meta tasal it-talba. |
Emenda 32 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 5 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Għandu jintuża mekkaniżmu speċifiku ta’ urġenza għal sitwazzjonijiet speċjali fejn Stat Membru isir jaf dwar ċirkustanzi serji partikolari li jeħtieġu azzjoni urġenti. F’ċirkustanzi bħal dawn l-informazzjoni għandha tintbagħat fi żmien 24 siegħa. |
imħassar |
Emenda 33 Proposta għal direttiva Artikolu 6 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konfidenzjalità tal-informazzjoni li jiskambjaw. L-informazzjoni skambjata għandha tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni(jiet) li għaliha/hom tkun intalbet. |
7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-konfidenzjalità tal-informazzjoni li jiskambjaw skont ir-regoli ta’ protezzjoni tad-dejta kif ukoll il-liġi u l-prattika nazzjonali tagħhom. |
Emenda 34 Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-istess mod jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment, għal kull każ ta' servizzi pprovduti jew għal kull fornitur ta’ servizz, biex jipprovdu informazzjoni dwar il-legalità tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizz, il-kondotta nadifa tal-fornitur tas-servizz, u l-assenza ta' xi ksur tar-regoli applikabbli. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jipprovdu din l-informazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6. |
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ospitanti bl-istess mod jistgħu jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment, għal kull każ ta' servizzi pprovduti jew għal kull fornitur ta’ servizz, biex jipprovdu informazzjoni dwar il-legalità tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizz. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-istabbiliment għandhom jipprovdu din l-informazzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6. |
Emenda 35 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) obbligu fuq min jipprovdi servizz stabbilit fi Stat Membru ieħor biex jagħmel stqarrija sempliċi lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli mhux aktar tard minn meta tibda l-provvista tas-servizz, l-istqarrija tista’ tkopri biss l-identità tal-fornitur tas-servizz, il-preżenza ta' ħaddiem stazzjonat wieħed jew aktar li jkun identifikabbli b’mod ċar, kemm huwa mistenni jibqa’ u l-post tal-preżenza tiegħu u s-servizzi li jiġġustifikaw l-istazzjonament; |
(a) obbligu fuq min jipprovdi servizz stabbilit fi Stat Membru ieħor biex jagħmel stqarrija lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali responsabbli meta tibda l-provvista tas-servizz, l-istqarrija tista’ tkopri biss l-identità tal-fornitur tas-servizz, il-preżenza ta' ħaddiem stazzjonat wieħed jew aktar li jkun identifikabbli b’mod ċar, kemm huwa mistenni jibqa’ u l-post tal-preżenza tiegħu u s-servizzi li jiġġustifikaw l-istazzjonament; |
Emenda 36 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) traduzzjoni tad-dokumenti msemmija fil-punt (b) tista’ tkun iġġustifikata, kemm-il darba dawn id-dokumenti ma jkunux twal b’mod eċċessiv u jkunu dokumenti li għalihom ġeneralment jintużaw formoli standard; |
(c) il-possibilità li tintalab traduzzjoni tad-dokumenti msemmija fil-punt (b) tista’ tkun iġġustifikata, kemm-il darba dawn id-dokumenti ma jkunux twal b’mod eċċessiv u jkunu dokumenti li għalihom ġeneralment jintużaw formoli standard; |
Emenda 37 Proposta għal direttiva Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) obbligu ta’ nomina ta’ persuna ta’ kuntatt biex jinnegozja, jekk ikun meħtieġ, f'isem min iħaddem mal-imsieħba soċjali rilevanti fl-Istat Membru fejn iseħħ l-istazzjonament, skont il-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali, matul il-perjodu li fih jiġu pprovduti s-servizzi. |
(d) il-possibilità li tintalab in-nomina ta’ persuna ta’ kuntatt biex jinnegozja, jekk ikun meħtieġ, f'isem min iħaddem mal-imsieħba soċjali rilevanti fl-Istat Membru ospitanti, skont il-leġislazzjoni u l-prassi nazzjonali, fil-perjodu li fih jiġu pprovduti s-servizzi. |
Emenda 38 Proposta għal direttiva Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi xierqa ta’ kontroll u monitoraġġ u li jitwettqu spezzjonijiet effettivi u xierqa fit-territorju tagħhom sabiex jikkontrollaw u jimmonitorjaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet u r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 96/71/KE u jiggarantixxu l-applikazzjoni xierqa tagħha u l-infurzar. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jissejsu fuq evalwazzjoni tar-riskju li trid issir mill-awtoritajiet kompetenti regolarment. L-evalwazzjoni tar-riskju għandha tidentifika s-setturi ta’ attività li fihom l-impjieg tal-ħaddiema stazzjonati għall-provvista tas-servizzi huwa kkonċentrat fit-territorju tagħhom. Hija u ssir evalwazzjoni tar-riskju bħal din, it-twettiq ta’ proġetti kbar infrastrutturali, il-problemi speċjali u l-ħtiġijiet ta’ setturi speċifiċi, ir-rapporti dwar xi ksur fl-imgħoddi, kif ukoll il-vulnerabilità ta’ ċerti gruppi ta’ ħaddiema għandhom jiġu kkunsidrati. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi effettivi ta’ kontroll u monitoraġġ u li jitwettqu spezzjonijiet effettivi u xierqa fit-territorju tagħhom sabiex jikkontrollaw u jimmonitorjaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet u r-regoli stabbiliti fid-Direttiva 96/71/KE u f’din id-Direttiva u jiggarantixxu l-applikazzjoni xierqa tagħha u l-infurzar. Dawn l-ispezzjonijiet għandhom jissejsu fuq evalwazzjoni tar-riskju li trid issir mill-awtoritajiet kompetenti regolarment. L-evalwazzjoni tar-riskju għandha tidentifika s-setturi ta’ attività li fihom l-impjieg tal-ħaddiema stazzjonati għall-provvista tas-servizzi huwa kkonċentrat fit-territorju tagħhom. Hija u ssir evalwazzjoni tar-riskju bħal din, it-twettiq ta’ proġetti kbar infrastrutturali, il-problemi speċjali u l-ħtiġijiet ta’ setturi speċifiċi, ir-rapporti dwar xi ksur fl-imgħoddi, kif ukoll il-vulnerabilità ta’ ċerti gruppi ta’ ħaddiema għandhom jiġu kkunsidrati. |
Emenda 39 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trejdjunjins u partijiet terzi oħrajn, bħal assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet legali oħra li għandhom, skont il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jiġu osservati, jistgħu jkunu involuti, għan-nom jew b’sostenn tal-ħaddiema stazzjonati jew ta’ min jimpjegahom, bl-approvazzjoni tagħhom, f’kull proċediment ġudizzjarju jew amministrattiv stipulat bl-objettiv ta’ implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u/jew l-infurzar tal-obbligi skont din id-Direttiva. |
imħassar |
Emenda 40 Proposta għal direttiva Artikolu 11 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw mingħajr ħsara għar-regoli nazzjonali dwar skadenzi ta’ preskrizzjoni jew limiti ta’ żmien biex iressqu azzjonijiet bħal dawn. |
4. Il-paragrafi 1 u 3 għandhom japplikaw mingħajr ħsara għar-regoli nazzjonali dwar skadenzi ta’ preskrizzjoni jew limiti ta’ żmien biex iressqu azzjonijiet bħal dawn. Madankollu, fir-regoli ta’ proċedura nazzjonali għandu jkun previst perjodu minimu ta’ mill-inqas sitt xhur għall-preżentazzjoni ta’ talba. |
Emenda 41 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fl-Anness tad-Direttiva 96/71/KE, għas-sitwazzjonijiet kollha ta’ stazzjonament koperti bl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 96/71/KE, l-Istati Membri għandhom jiżguraw fuq bażi ta’ non-diskriminazzjoni fir-rigward tal-ħarsien tad-drittijiet ekwivalenti tal-impjegati tas-subkuntratturi diretti stabbiliti fit-territorju tagħhom, li l-kuntrattur li tiegħu min jimpjega (fornitur tas-servizz jew impriża ta’ impjieg temporanju jew aġenzija ta’ kollokament) huwa subkuntrattur dirett jista’, flimkien ma’ jew minflok min jimpjega, jinżamm responsabbli mill-ħaddiem stazzjonat u/jew fondi komuni jew istituzzjonijiet ta’ imsieħba soċjali għan-nuqqas ta’ ħlas ta’ dan li ġej: |
1. Fir-rigward tal-attivitajiet imsemmija fl-Anness tad-Direttiva 96/71/KE, għas-sitwazzjonijiet kollha ta’ stazzjonament koperti bl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 96/71/KE, l-Istati Membri huma inkoraġġuti biex jintroduċu sistema li fiha l-kuntrattur li tiegħu min jimpjega (fornitur tas-servizz jew impriża ta’ impjieg temporanju jew aġenzija ta’ kollokament) huwa subkuntrattur dirett jista’, flimkien ma’ jew minflok min jimpjega, jinżamm responsabbli mill-ħaddiem stazzjonat u/jew fondi komuni jew istituzzjonijiet ta’ imsieħba soċjali għan-nuqqas ta’ ħlas ta’ dan li ġej: |
Emenda 42 Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kuntrattur li eżerċita d-diliġenza dovuta ma għandux ikun risponsabbli skont il-paragrafu 1. Sistemi bħal dawn għandhom jiġu applikati b'mod trasparenti, mhux diskriminatorju u proporzjonat. Jistgħu jimplikaw miżuri preventivi li ttieħdu mill-kuntrattur dwar il-prova pprovduta mis-subkuntattur tal-kundizzjoniiet ewlenin tax-xogħol applikati għall-ħaddiema stazzjonati kif spejgat fl-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva 96/71.KE, inklużi ir-rendikonti tal-paga u l-pagamenti tas-salarji, skont l-obbligi tas-sigurtà soċjali u/jew tat-tassazzjoni fl-Istat Memrbu ta' stabbiliment u f'konformità mar-regoli applikabbli għall-istazzjonament tal-ħaddiema. |
2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li kuntrattur li eżerċita d-diliġenza dovuta ma għandux ikun risponsabbli skont il-paragrafu 1. Sistemi bħal dawn, jekk jiġu introdotti, għandhom jiġu applikati b'mod trasparenti, mhux diskriminatorju u proporzjonat. Jistgħu jimplikaw miżuri preventivi li ttieħdu mill-kuntrattur dwar il-prova pprovduta mis-subkuntattur tal-kundizzjoniiet ewlenin tax-xogħol applikati għall-ħaddiema stazzjonati kif spejgat fl-Artikolu 3 (1) tad-Direttiva 96/71.KE, inklużi ir-rendikonti tal-paga u l-pagamenti tas-salarji, skont l-obbligi tas-sigurtà soċjali u/jew tat-tassazzjoni fl-Istat Memrbu ta' stabbiliment u f'konformità mar-regoli applikabbli għall-istazzjonament tal-ħaddiema. |
Emenda 43 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Mingħajr ħsara għall-mezzi li huma jew jistgħu jkunu stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-prinċipji ta’ għajnuna reċiproka u għarfien, kif ukoll miżuri u proċeduri stipulati f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw għall-infurzar transkonfinali ta’ multi u sanzjonijiet amministrattivi imposti għal nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli fi Stat Membru fuq fornitur ta’ servizz stabbilit fi Stat Membru ieħor. |
1. Mingħajr ħsara għall-mezzi li huma jew jistgħu jkunu stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-prinċipji ta’ għajnuna reċiproka u għarfien, kif ukoll miżuri u proċeduri stipulati f’dan il-Kapitolu għandhom japplikaw għall-infurzar transkonfinali ta’ sanzjonijiet u/jew multi amministrattivi finanzjarji imposti fuq fornitur tas-servizz stabbilit fi Stat Membru, għal nuqqas ta’ konformità mar-regoli applikabbli dwar l-istazzjonament ta’ ħaddiema fi Stat Membru ieħor. |
Emenda 44 Proposta għal direttiva Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-awtorità li tagħmel it-talba tista’, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prassi amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha stess, titlob lill-awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor biex tirkupra sanzjoni jew multa jew tinnotifika deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta’ penalità jew multa, sakemm huwa possibbli li l-liġijiet, ir-regolamenti u l-prassi amministrattiva rilevanti fis-seħħ fl-Istat Membru tal-awtorità li ssirilha t-talba jippermettu azzjoni bħal din għal talbiet jew deċiżjonijiet simili. |
2. L-awtorità li tagħmel it-talba tista’, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-prassi amministrattiva fis-seħħ fl-Istat Membru tagħha stess, titlob lill-awtorità kompetenti fi Stat Membru ieħor biex tirkupra sanzjoni jew multa jew tinnotifika deċiżjoni dwar l-impożizzjoni ta’ penalità jew multa. |
Emenda 45 Proposta għal direttiva Artikolu 14a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 14a |
|
Raġunijiet għal ċaħda |
|
L-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru mitlub jistgħu jirrifjutaw talba għal irkupru jew notifika ta’ deċiżjoni jekk it-talba hija inkompleta jew b’mod ċar ma tikkorrispondix mad-deċiżjoni sottostanti jew l-ispejjeż meħtieġa biex tkun irkuprata s-sanzjoni/multa mhumiex proporzjonati mal-ammont li għandu jiġi rkuprat. |
Emenda 46 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-awtorità li ssirilha t-talba għandha tirrimborża lill-awtorità li tagħmel it-talba l-ammonti rkuprati fir-rigward tal-multi jew penalitajiet imsemmija f’dan il-Kapitolu. |
1. L-ammonti rkuprati fir-rigward tas-sanzjonijiet u/jew multi msemmija f’dan il-Kapitolu għandhom jibqgħu għall-awtorità li ssirilha t-talba. |
Emenda 47 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtorità li ssirilha t-talba tista’ tirkupra l-ammonti mingħand il-persuna fiżika jew ġuridika kkonċernata u żżomm l-ispejjeż eventwali li ġġarrab marbuta mal-irkupru, skont il-liġijiet u r-regolamenti u l-proċeduri jew prassijiet amministrattivi tal-Istat Membru tal-parti li ssirilha t-talba li japplikaw għal talbiet simili. |
imħassar |
Emenda 48 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Fejn l-irkupru joħloq problema partikolari jew jikkonċerna ammont kbir ħafna fi spejjeż, l-awtoritajiet li jagħmlu t-talba u dawk li ssirilhom it-talba jistgħu jiftiehmu dwar arranġamenti speċifiċi ta’ rimborż għall-każ(ijiet) kkonċernat/i. |
imħassar |
Emenda 49 Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Minkejja l-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li jagħmel it-talba għandha tibqa' responsabbli lejn l-Istat Membru li ssirlu t-talba għal kwalunkwe spiża u telf imġarrba bħala riżultat ta' azzjonijiet kkunsidrati bħala mhux iġġustifikati, f’termini tas-sustanza tal-multa jew penalità, il-validità tal-istrument maħruġ mill-awtorità li tagħmel it-talba għall-fini tal-infurzar u/jew xi miżuri ta’ prekawzjoni meħuda mill-awtorità li tagħmel it-talba. |
imħassar |
Emenda 50 Proposta għal direttiva Artikolu 16a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 16a |
|
Klawsola ta’ reviżjoni |
|
Fi żmien tliet snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 20, il-Kummissjoni għandha, f'konsultazzjoni mal-Istati Membri, tirrevedi l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu b'mod partikolari fid-dawl tal-esperjenzi ma' u l-effikaċja tas-sistema ta' infurzar transkonfinali ta’ pieni/multi amministrattivi bil-ħsieb li tipproponi, fejn adatt, kwalunkwe emenda jew modifika meħtieġa. |
PROĊEDURA
Titolu |
L-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi |
||||
Referenzi |
COM(2012)0131 – C7-0086/2012 – 2012/0061(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 18.4.2012 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 26.10.2012 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Klaus-Heiner Lehne 26.11.2012 |
||||
Rapporteur għal opinjoni sostitut(a) |
Evelyn Regner |
||||
Eżami fil-kumitat |
21.1.2013 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
25.4.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
16 7 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Piotr Borys, Eva Lichtenberger, Angelika Niebler, József Szájer |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Sylvie Guillaume, Jürgen Klute, Jacek Olgierd Kurski |
||||
PROĊEDURA
Titolu |
L-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi |
||||
Referenzi |
COM(2012)0131 – C7-0086/2012 – 2012/0061(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
21.3.2012 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
EMPL 18.4.2012 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 18.4.2012 |
JURI 26.10.2012 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Klaus-Heiner Lehne 16.2.2012 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
28.11.2012 |
20.2.2013 |
29.5.2013 |
19.6.2013 |
|
Data tal-adozzjoni |
20.6.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
23 18 6 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Pervenche Berès, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Marije Cornelissen, Emer Costello, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Thomas Händel, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Martin Kastler, Ádám Kósa, Jean Lambert, Verónica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Inês Cristina Zuber |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Jürgen Creutzmann, Ria Oomen-Ruijten, Evelyn Regner, Birgit Sippel, Sampo Terho |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Ricardo Cortés Lastra, Jürgen Klute, Alexander Graf Lambsdorff, Marita Ulvskog, Jacek Włosowicz |
||||
Data tat-tressiq |
4.7.2013 |
||||