RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tar-reġimi matrimonjali

11.7.2013 - (COM(2011)0126 – C7‑0093/2011 – 2011/0059(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Alexandra Thein


Proċedura : 2011/0059(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0253/2013

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tar-reġimi matrimonjali

(COM(2011)0126 – C7‑0093/2011 – 2011/0059(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0126),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0093/2011),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Taljan, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0253/2013),

1.  Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Dan ir-Regolament jikkonċerna l-kwistjonijiet marbuta mar-reġimi matrimonjali. Huwa ma jkoprix il-kunċett ta' "żwieġ"; definit mil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri.

(10) Dan ir-Regolament jikkonċerna l-kwistjonijiet marbuta mar-reġimi matrimonjali. Huwa ma jiddefinixxix il-kunċett ta' "żwieġ"; definit mil-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri. Huwa pjuttost jadotta attitudini newtrali għal dan il-kunċett. Ir-Regolament ma jaffettwax id-definizzjoni tal-kunċett taż-żwieġ fid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi estiż fuq il-kwistjonijiet ċivili kollha relatati mar-reġimi matrimonjali, li jikkonċernaw kemm il-ġestjoni ta' kuljum tal-beni tal-miżżewġin kif ukoll ix-xoljiment tar-reġim, li jkun jirriżulta b'mod partikolari mis-separazzjoni tal-koppja jew mill-mewt ta' wieħed mill-membri tagħha.

(11) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi estiż fuq il-kwistjonijiet ċivili kollha relatati mar-reġimi matrimonjali, li jikkonċernaw kemm il-ġestjoni ta' kuljum tal-beni tal-miżżewġin kif ukoll ix-xoljiment tar-reġim, li jkun jirriżulta b'mod partikolari mis-separazzjoni jew divorzju tal-koppja, jew mid-divorzju jew mill-mewt ta' wieħed mill-membri tagħha.

(Dan jikkorrispondi mal-premessa 9 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Madankolu, dan ir-Regolament m'għandux japplika għal oqsma tad-dritt ċivili, li ma jikkonċernawx ir-reġim dwar ir-reġim matrimonjali. Minħabba raġunijiet ta’ ċarezza, numru ta’ kwistjonijiet li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala relatati mar-reġim matrimonjali għandhom jiġu esklużi espliċitament mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(Dan jikkorrispondi mal-premessa 11 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Ġustifikazzjoni

Il-premessa l-ġdida tenfasizza li l-kamp ta’ applikazzjoni għandu jkun definit b’mod preċiż u d-demarkazzjoni bejn dan il-qasam u oqsma oħta tad-dritt għandha tkun ċara. Il-premessa 11 tar-Regolament dwar il-liġi tas-Suċċessjoni għandha skop simili.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-obbligi ta' manteniment bejn il-miżżewġin irregolati mir-Regolament (KE) Nru 4/2009 tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet relatati ma' obbligi ta' manteniment, kif ukoll il-kwistjonijiet relatati mal-validità u l-effetti tad-donazzjonijiet, koperti mir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (Ruma I), ikollhom konsegwentement jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(12) L-obbligi ta' manteniment bejn il-miżżewġin, li huma regolati mir-Regolament (KE) Nru 4/2009 tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet relatati ma' obbligi ta' manteniment, għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-kwistjonijiet ta’ suċċessjoni legali fil-każ ta' mewt, koperti mir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta' strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni1.

 

______________

 

1 ĠU L 201, 27.7.2012, p.107.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-kwistjonijiet li jirrigwardaw in-natura tad-drittijiet in rem li jistgħu jeżistu fid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri, bħal dawk marbuta mal-pubbliċità ta’ dawn id-drittijiet, għandhom ukoll jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif inhuma esklużi mir-Regolament (UE) Nru…/… [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-atti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u l-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni]. Għaldaqstant, il-qrati tal-Istat Membru tal-post fejn ikunu jinsabu l-beni ta' wieħed/waħda mill-miżżewġin jew tat-tnejn li huma, jistgħu jieħdu xi miżuri li jikkonċernaw id-drittijiet in rem relatati, b'mod partikolari, mar-reġistrazzjoni tat-trasferiment ta' dawn il-beni fir-reġistru pubbliku, meta l-liġi ta' dan l-Istat Membru tkun tistipulah.

(13) Dan ir-Regolament, bħar-Regolament (UE) Nru 650/2012, ma għandux jaffettwa n-numru limitat ("numerus clausus") tad-drittijiet in rem magħrufa fid-dritt nazzjonali ta' wħud mill-Istati Membri. Stat Membru ma għandux jintalab jirrikonoxxi dritt in rem relatat ma' proprjetà li tinsab f'dak l-Istat Membru jekk id-dritt in rem ikkonċernat ma jkunx magħruf fil-liġi tiegħu.

(Dan jikkorrispondi mal-premessa 15 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Ġustifikazzjoni

Id-demarkazzjoni bejn dan ir-Regolament u d-dritt tal-proprjet hija espressa b'mod aktar ċar hawnhekk, bl-istess mod bħal ma jinsab fir-Regolament dwar is-suċċessjoni. Il-premessa l-ġdida hija bbażata fuq il-premessa 15 f'dak ir-Regolament.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Madankollu, biex il-benefiċjarji jitħallew igawdu fi Stat Membru ieħor id-drittijiet li nħolqu jew li ġew trasferiti lilhom, pereżempju fil-kuntest ta' tilwima li tikkonċerna reġim matrimonjali, dan ir-Regolament għandu jipprevedi l-adattament ta' dritt in rem mhux rikonoxxut għall-eqreb dritt in rem ekwivalenti skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru l-ieħor. Fil-kuntest ta' tali adattament għandu jittieħed kont tal-għanijiet u l-interessi segwiti bid-dritt in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu. Għall-finijiet li jiġi ddeterminat l-eqreb dritt in rem nazzjonali ekwivalenti, l-awtoritajiet jew il-persuni kompetenti tal-Istat, li l-liġi tiegħu tkun applikata għar-reġim matrimonjali, jistgħu jiġu kkuntattjati biex tinkiseb aktar informazzjoni dwar in-natura u l-effetti tad-dritt. Għal dak l-għan, jistgħu jintużaw in-netwerks eżistenti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali kif ukoll kwalunkwe mezz disponibbli ieħor li jiffaċilita l-komprensjoni tal-liġi barranija.

(Dan jikkorrispondi mal-premessa 16 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Ġustifikazzjoni

Fi kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reġim matrimonjali tinħoloq problema fir-rigward tar-rikonoxximent tad-drittijiet in rem komparabbli ma' dan fil-każijiet ta' suċċessjoni. Il-premessa l-ġdida tikkorrispondi mal-premessa 16 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni f'reġistru ta' dritt fi propjetà immobbli jew mobbli għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru (għal proprjetà immobbli, il-lex rei sitae) li tiddetermina taħt liema kundizzjonijiet legali u kif għandha ssir ir-reġistrazzjoni u liema awtoritajiet, bħal reġistri tal-artijiet jew in-nutara, huma responsabbli li jivverifikaw li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha u li d-dokumentazzjoni ppreżentata jew stabbilita tkun biżżejjed jew li jkun fiha l-informazzjoni neċessarja.

(Dan jikkorrispondi mal-premessa 18 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Ġustifikazzjoni

Bħal fil-każ tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni, ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni ta' dritt fi propjetà immobbli jew mobbli f'reġistru għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-premessa l-ġdida tikkorrispondi mal-premessa 18 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c) L-effetti tar-reġistrar ta' dritt f'reġistru għandhom ukoll jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru li tiddetermina jekk fil-fatt ir-reġistrar huwiex, pereżempju, dikjaratorju jew kostituttiv. B'hekk, fejn pereżempju, l-akkwist ta' dritt fi proprjetà immobbli jeħtieġ li jiġi rreġistrat f'reġistru skont il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru sabiex jiġi żgurat l-effett erga omnes tar-reġistri jew biex jiġu protetti t-tranżazzjonijiet legali, il-mument ta' tali akkwist għandu jiġi rregolat mil-liġi ta' dak l-Istat Membru.

(Dan jikkorrispondi mal-premessa 19 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Ġustifikazzjoni

Bħal fil-każ tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni, l-effetti tar-reġistrazzjoni ta' dritt f'reġistru għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-premessa l-ġdida tikkorrispondi mal-premessa 19 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 13d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13d) Il-kunċett ta’ “reġim matrimonjali”, li jiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandu jkopri r-regoli kollha relatati mal-patrimonju, li japplikaw bejn il-miżżewġin u fir-rispett ta' terza persuna, b’riżultat taż-żwieġ u wara li dan jintemm. Dawn jinkludu mhux biss id-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi applikabbli, iżda wkoll kwalunkwe arranġament fakultattiv, li l-miżżewġin jistgħu jkunu ftiehmu dwaru skont il-liġi applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 13e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13e) Bħal fil-każ tar-Regolament (UE) Nru 650/2012, dan ir-Regolament għandu jirrispetta s-sistemi differenti għat-trattament tal-kwistjonijiet dwar ir-reġim matrimonjali, li huma applikati fl-Istati Membri. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu "qorti" għandu għalhekk jingħata tifsira wiesgħa sabiex ikopri mhux biss il-qrati fil-veru sens tal-kelma, li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, iżda wkoll in-nutara jew l-uffiċċji tar-reġistru f'xi Stati Membri li, f'ċerti kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali, jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji bħall-qrati, u n-nutara u l-professjonisti legali li, f'xi Stati Membri, jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji fi kwistjoni speċifika dwar reġim matrimonjali permezz tad-delega tas-setgħa minn qorti. Il-qrati kollha kif definiti f'dan ir-Regolament għandhom ikunu marbutin bir-regoli tal-ġuriżdizzjoni msemmija f'dan ir-Regolament. Konsegwentement, it-terminu "qorti" m'għandux ikopri l-awtoritajiet mhux ġudizzjarji ta' Stat Membru bis-setgħa skont il-liġi nazzjonali li jittrattaw kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali, bħan-nutara fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fejn, bħalma s-soltu jkun il-każ, huma ma jkunux qed jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji.

(Dan jikkorrispondi mal-premessa 20 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li d-definizzjoni ta’ “qorti” tittieħed mir-Regolament dwar is-Suċċessjoni, sabiex il-mudelli differenti organizzattivi fl-Istati Membri jintlaħqu wkoll fir-reġim matrimonjali. Il-premessa l-ġdida tikkorrispondi mal-premessa 20 tar-Regolament dwar is-suċċessjoni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex titqies iż-żieda fil-mobilità tal-koppji matul il-ħajja tagħhom bħala miżżewġin u biex tkun appoġġjata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni f'dan ir-Regolament jistipulaw li l-kwistjonijiet relatati mar-reġim matrimonjali, inkluż ix-xoljiment tiegħu, marbuta ma' proċeduri ta' divorzju, separazzjoni legali u annullament taż-żwieġ, se jiġu ttrattati mill-qrati tal-Istat Membru li skont ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabilità tal-ġenituri, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandhom jittrattaw tali proċeduri ta' divorzju, separazzjoni legali u annullament taż-żwieġ.

(14) Sabiex titqies iż-żieda fil-mobilità tal-koppji matul il-ħajja tagħhom bħala miżżewġin u biex tkun appoġġjata l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni f'dan ir-Regolament jistipulaw li l-kwistjonijiet relatati mar-reġim matrimonjali, inkluż ix-xoljiment tiegħu, marbuta ma' proċeduri ta' divorzju, separazzjoni legali u annullament taż-żwieġ, se jiġu ttrattati mill-qrati tal-Istat Membru li skont ir-Regolament (KE) Nru 2201/2003 tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabilità tal-ġenituri, li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandhom jittrattaw tali proċeduri ta' divorzju, separazzjoni legali u annullament taż-żwieġ, jekk il-ġuriżdizzjoni tal-qrati kkonċernati hija rikonoxxuta mill-konjuġi espressament jew b’mod ieħor.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Meta l-kwistjonijiet relatati mar-reġim matrimonjali la jkunu marbuta ma' proċedura ta' divorzju, separazzjoni legali, u annullament ta' żwieġ, u lanqas mal-mewt ta' wieħed mill-konjuġi; il-miżżewġin jistgħu jiddeċiedu li jissottomettu l-kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reġim matrimonjali tagħhom quddiem il-qrati tal-Istat Membru li jkunu għażlu l-liġi applikabbli tiegħu bħala l-liġi li għandha tapplika għar-reġim matrimonjali tagħhom. Din id-deċiżjoni għandha tiġi espressa permezz ta' ftehim bejniethom li jista' jiġi konkluż f'mument kwalunkwe, anke matul il-proċedura nnifisha.

(16) Meta l-kwistjonijiet relatati mar-reġim matrimonjali la jkunu marbuta ma' proċedura ta' divorzju, separazzjoni legali, u annullament ta' żwieġ, u lanqas mal-mewt ta' wieħed mill-konjuġi; il-miżżewġin jistgħu jiddeċiedu li jissottomettu l-kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reġim matrimonjali tagħhom quddiem il-qrati tal-Istat Membru li jkunu għażlu l-liġi applikabbli tiegħu bħala l-liġi li għandha tapplika għar-reġim matrimonjali tagħhom. Dan jeħtieġ ftehim bejn il-miżżewġin li jista' jiġi konkluż, l-aktar tard, sakemm il-kwistjoni titpoġġa quddiem il-qrati u sussegwentement kif previst mill-lex fori.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Dan ir-Regolament għandu jippermetti li tinżamm il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qrati ta' Stat Membru li jittrattaw it-talbiet relatati mar-reġim matrimonjali minbarra l-każijiet ta' separazzjoni tal-koppji jew ta' mewt ta' wieħed mill-konjuġi, u b'mod partikolari jipprevedi forum necessitatis, bil-għan li jevita li jinħolqu sitwazzjonijiet fejn il-ġustizzja tiġi miċħuda.

(17) Dan ir-Regolament għandu jippermetti li tinżamm il-ġuriżdizzjoni territorjali tal-qrati ta' Stat Membru li jittrattaw it-talbiet relatati mar-reġim matrimonjali minbarra l-każijiet ta' separazzjoni tal-koppji jew ta' mewt ta' wieħed mill-konjuġi skont sett ta’ kriterji, elenkati f’ordni ta’ preċedenza, imfassla biex jiżguraw l-eżistenza ta' rabta mill-qrib bejn il-konjuġi u l-Istat Membru li l-qrati tiegħu jkollhom ġuriżdizzjoni.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Sabiex ikun hemm rimedju, partikolarment għal sitwazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ ġustizzja, dan ir-Regolament għandu jipprevedi forum necessitatis li jippermetti li qorti ta’ Stat Membru, fuq bażi eċċezzjonali, tieħu deċiżjonijiet dwar każ ta' reġim matrimonjali li jkun konness mill-qrib ma’ Stat terz. Tali bażi eċċezzjonali tista' titqies li teżisti meta l-proċedimenti jkunu impossibbli fi Stat terz ikkonċernat, pereżempju minħabba gwerra ċivili, jew meta ma jistax ikun raġonevolment mistenni li benefiċjarju jibda jew iwettaq proċedimenti f’dak l-Istat. Madankollu, il-ġuriżdizzjoni bbażata fuq forum necessitatis għandha tiġi eżerċitata biss jekk il-każ ta' reġim matrimonjali tkun konnessa biżżejjed mal-Istat Membru tal-qorti invokata.

(Dan jikkorrispondi mal-premessa 31 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Ġustifikazzjoni

It-test jagħmilha ċara f'liema każijiet il-ġuriżdizzjoni tista' tkun fuq il-bażi ta’ forum necessitatis u partikolarment li dawn huma każijiet eċċezzjonali. Huwa orjentat lejn il-premessa 31 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Fin-nuqqas ta' għażla tal-liġi applikabbli u sabiex tlaqqa' flimkien il-prevedibbiltà u l-eżiġenza taċ-ċertezza legali, filwaqt li tingħata prijorità lill-kunsiderazzjoni tar-realtà tal-ħajja tal-koppja, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-kunflitti tal-liġijiet imsejsa fuq serje ta' kriterji ta' konnessjoni suċċessivi, li jippermettu t-tfassil tal-liġi applikabbli għall-beni kollha tal-miżżewġin. Għaldaqstant, l-ewwel residenza abitwali komuni tal-miżżewġin wara ż-żwieġ ikollha tikkostitwixxi l-ewwel kriterju, li jkollu preċedenza fuq il-liġi taċ-ċittadinanza komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ. Jekk, l-ebda minn dawn il-kriterji ma jiġi sodisfatt, jew fin-nuqqas tal-ewwel residenza abitwali komuni f'każijiet ta' ċittadinanza doppja komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ, għandha tiġi applikata, bħala t-tielet kriterju, il-liġi tal-Istat li t-tnejn li huma l-aktar li għandhom rabta mill-qrib miegħu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, b'mod partikolari, il-post fejn ikun sar iż-żwieġ, minħabba li jkun ġie speċifikat li dawn ir-rabtiet mill-qrib għandhom ikunu kkunsidrati fil-mument taż-żwieġ.

(21) Fin-nuqqas ta' għażla tal-liġi applikabbli u bil-ħsieb li jiġu rrikonċiljati l-prevedibbiltà u ċ-ċertezza legali mal-kunsiderazzjoni tal-ħajja li koppja tgħix fir-realtà, dan ir-Regolament għandu jintroduċi regoli armonizzati dwar il-kunflitti tal-liġijiet biex tiġi stabbilita l-liġi applikabbli tal-proprjetà kollha tal-miżżewġin fuq il-bażi ta' skala ta' fatturi ta' konnessjoni. Ir-residenza abitwali komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ jew l-ewwel residenza abitwali komuni tal-miżżewġin wara ż-żwieġ għandha tikkostitwixxi l-ewwel kriterju, li jkollu preċedenza fuq il-liġi taċ-ċittadinanza komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ. Jekk, l-ebda minn dawn il-kriterji ma tapplika, jew fin-nuqqas tal-ewwel residenza abitwali komuni f'każijiet ta' ċittadinanza doppja komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ, għandha tiġi applikata, bħala t-tielet kriterju, il-liġi tal-Istat li t-tnejn li huma l-aktar li għandhom rabta mill-qrib miegħu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, minħabba li jkun ġie speċifikat li dawn ir-rabtiet mill-qrib għandhom ikunu kkunsidrati fil-mument taż-żwieġ.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri fejn dan jirreferi għan-nazzjonalità bħala kriterju għall-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat, il-kwistjoni dwar kif wieħed jitratta każijiet ta' aktar minn nazzjonalità waħda u jekk persuna għandhiex titqies ċittadina ta' Stat għandha titħalla għal-liġi nazzjonali, jew fejn xieraq għal ftehimiet internazzjonali, b'osservanza sħiħa tal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika. Id-dispożizzjoni hija bbażata fuq il-premessa 22 tar-Regolament Ruma III u l-premessa 41 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Fid-dawl tal-importanza tal-għażla tal-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, ir-Regolament għandu jintroduċi ċerti garanziji li jiżguraw li l-miżżewġin jew il-koppja li tkun se tiżżewweġ jkunu konxji mill-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Din l-għażla għandha tieħu l-forma preskritta għall-kuntratt taż-żwieġ mil-liġi tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzat l-att, u għandha ssir mill-inqas bil-miktub u tiġi ddatata u ffirmata miż-żewġ miżżewġin. Barra minn hekk, għandhom jiġu rrispettati l-eżiġenzi formali addizzjonali li eventwalment ikunu imposti mil-liġi tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzat l-att rigward il-validità, il-pubbliċità jew ir-reġistrazzjoni ta' tali kuntratti.

(24) Fid-dawl tal-importanza tal-għażla tal-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, ir-Regolament għandu jintroduċi ċerti garanziji li jiżguraw li l-miżżewġin jew il-koppja li tkun se tiżżewweġ ikunu konxji mill-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Il-ftehim li jistabbilixxi din l-għażla għandu jsir mill-inqas bil-miktub u jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ miżżewġin. L-għażla għandha ssir fil-forma preskritta mil-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali jew il-liġi tal-Istat li fih ikun ġie konkluż il-ftehim.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) Sabiex jiġu kkunsidrati ċerti regoli tal-Istati Membri, b'mod partikolari għall-ħarsien tad-dar taż-żwieġ u għall-għoti ta' drittijiet ta' użu f’relazzjoni bejn il-konjuġi, dan ir-Regolament ma għandux jipprevjeni l-applikazzjoni ta' regoli obbligatorji prevalenti mill-qorti li tiġi invokata għal każ partikolari, u għalhekk għandu jippermetti lil Stat Membru li jinjora liġi barranija u jiffavorixxi liġi tiegħu stess. Għal dan l-iskop, ir-"regoli obbligatorji prevalenti" għandhom jirreferu għal dispożizzjonijiet imperattivi, fejn ikun meqjus kruċjali li Stat Membru josservahom, sabiex jissalvagwardja l-interessi pubbliċi tiegħu, partikolarment l-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika tiegħu. Pereżempju, sabiex jipproteġi l-ħarsien tad-dar taż-żwieġ, l-Istat Membru, li fit-territorju tiegħu tkun tinsab din id-dar, għandu jkun jista' japplika l-liġi tiegħu, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni ta' tranżazzjoni applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat, li l-preċedenza tiegħu hija ggarantita mill-Artikolu 35.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Minħabba li r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri huwa wieħed mill-għanijiet ta' dan ir-Regolament, dan tal-aħħar irid jistipula xi regoli relatati mar-rikonoxximent u mal-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet, ibbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 u adattati, fejn meħtieġ, għall-eżiġenzi speċifiċi tal-oqsma koperti minn dan ir-Regolament.

(27) Minħabba li r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet fil-każijiet tar-reġim matrimonjali mogħtija fl-Istati Membri huwa wieħed mill-għanijiet ta' dan ir-Regolament, dan tal-aħħar għandu jistipula xi regoli relatati mar-rikonoxximent, mal-eżegwibbiltà u mal-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet, ibbażati fuq strumenti legali oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Sabiex jitqiesu l-metodi differenti li bihom jiġu ttrattati l-kwistjonijiet relatati mar-reġimi matrimonjali fl-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jiżgura r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-atti awtentiċi. Madanakollu, l-atti awtentiċi ma jistgħux jitqiesu bħala deċiżjonijiet tal-qrati f'dak li jirrigwarda r-rikonoxximent tagħhom. Ir-rikonoxximent tal-atti awtentiċi jfisser li dawn igawdu mill-istess valur probatorju fir-rigward tal-kontenut tal-att u mill-istess effetti li jkollhom fl-Istat Membru ta' oriġini tagħhom, kif ukoll minn preżunzjoni ta' validità li tista' taqa' f'każ ta' kontestazzjoni.

(28) Sabiex jitqiesu s-sistemi differenti li bihom jiġu ttrattati każijiet dwar ir-reġim matrimonjali fl-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jiżgura l-aċċettazzjoni u l-eżegwibbiltà tal-atti awtentiċi fl-Istati Membri kollha fi kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali.

(Dan jikkorrispondi mal-premessa 60 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) Fir-rigward tar-rikonoxximent, l-eżegwibbiltà u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, u fir-rigward tal-aċċettazzjoni u l-eżegwibbiltà ta’ atti awtentiċi u l-eżegwibbiltà ta’ soluzzjonijiet bil-qorti, dan ir-Regolament għandu għalhekk jistipula regoli, partikolarment fuq il-bażi tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Madanakollu, jekk il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali għandha tirregola r-relazzjoni legali bejn wieħed mill-konjuġi u xi terza persuna, jeħtieġ li l-kundizzjonijiet tal-effetti tagħha fil-konfront ta' terzi persuni jkunu jistgħu jiġu stipulati mil-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali tal-konjuġi jew tat-terza persuna, fl-interess tal-ħarsien tal-istess terza persuna. Għaldaqstant, il-liġi ta' dan l-Istat Membru tkun tista' tipprevedi li l-konjuġi jista' jinvoka biss il-liġi tar-reġim matrimonjali tiegħu/tagħha kontra din it-terza persuna meta l-kundizzjonijiet ta' reġistrazzjoni jew ta' pubbliċità stipulati fl-Istat Membru inkwistjoni jkunu ġew irrispettati, ħlief jekk it-terza persuna kienet taf jew kellha tkun taf bil-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali.

(29) Il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali għandha tirregola skont dan ir-Regolament, ir-relazzjoni legali bejn wieħed mill-konjuġi u xi terza persuna. Madankollu, fl-interess tal-ħarsien tal-istess terza persuna, l-ebda wieħed mill-miżżewġin ma għandu jkun permess jinvoka dik il-liġi f'relazzjoni legali bejn wieħed mill-miżżewġin u terza persuna jekk il-kunjuġi li għandu relazzjoni legali mat-terza persuna, u t-terza persuna, għandhom residenza abitwali fl-istess Stat, li ma jkunx l-Istat li l-liġi tiegħu tkun applikabbli għall-proprjetà matrimonjali. Eċċezzjonijiet għandhom japplikaw jekk it-terza persuna ma tkunx eliġibbli għall-protezzjoni, fi kliem ieħor, jekk hija kienet taf jew kellha tkun taf bil-liġi applikabbli jew jekk ir-rekwiżiti applikkabli għar-reġistrazzjoni jew il-pubbliċità fl-Istat ikunu ġew rispettati.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jingħataw lill-Kummissjoni setgħat ta’ implimentazzjoni fir-rigward tal-istabbiliment u l-emendar sussegwenti tal-attestazzjonijiet u l-forom relatati mad-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà ta’ deċiżjonijiet, soluzzjonijiet bil-qorti u atti awtentiċi. Dawn is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni1 .

 

_____________

 

1 ĠU L 55, 28.2.2011, p.13.

(Dan jikkorrispondi mal-premessa 78 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 30b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30b) Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu u sussegwentement jemendaw l-attestazzjonijiet u l-formoli previsti f'dan ir-Regolament f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(Dan jikkorrispondi mal-premessa 79 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari, l-Artikoli 7, 9, 17, 21 u 47 dwar, rispettivament, ir-rispett lejn il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, id-dritt għaż-żwieġ u t-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, id-dritt għall-proprjetà, il-projbizzjoni ta' kull tip ta' diskriminazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri bir-rispett ta' dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(32) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari, l-Artikoli 7, 9, 17, 20, 21, 23 u 47 dwar, rispettivament, ir-rispett lejn il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, id-dritt għaż-żwieġ u t-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, id-dritt għall-proprjetà, l-ugwaljanza qaddiem il-liġi, il-projbizzjoni ta' kull tip ta' diskriminazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri bir-rispett ta' dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(Dan jikkorrispondi mal-premessa 81 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li jiġu rikonoxxuti r-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tad-drittijiet fundamentali tal-Kummissjoni, ir-rapporteur jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-prinċipji tal-ugwaljanza quddiem il-liġi (l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali), in-nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21 tal-Karta) u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (l-Artikolu 23 tal-Karta) meta l-qrati japplikaw ir-Regolament.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-kapaċità tal-miżżewġin,

(a) il-kapaċità ġenerali tal-miżżewġin,

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) l-eżistenza, il-validità jew ir-rikonoxximent ta’ żwieġ,

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) id-donazzjonijiet bejn il-miżżewġin,

imħassar

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) id-drittijiet ta' suċċessjoni tal-konjuġi superstiti,

(d) Kwistjonijiet relatati ma' suċċessjoni minħabba mewt b'referenza għall-konjuġi superstiti,

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-kumpaniji mwaqqfa bejn il-miżżewġin,

(e) Kwistjonijiet regolati mil-liġi tal-kumpaniji u assoċjazzjonijiet oħra, korporati u mhux inkorporati,

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 1, punt (h) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) in-natura tad-drittijiet in rem li jirrigwardaw il-beni u l-pubbliċità dwar dawn id-drittijiet.

(f) in-natura tad-drittijiet in rem,

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 1, punt (k) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) kwalunkwe reġistrazzjoni f'reġistru ta' drittijiet fi proprjetà immobbli jew mobbli, inklużi r-rekwiżiti legali għal reġistrazzjoni ta’ dan it-tip, u l-effetti ta' reġistrazzjoni jew in-nuqqas ta' reġistrazzjoni ta' dawn id-drittijiet f'reġistru, u

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 1, punt (l) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb) kwistjonijiet ta' intitolament għal trasferiment jew aġġustament, fil-każ ta' divorzju, bejn miżżewġin jew ex miżżewġin, ta' drittijiet ta' rtirar jew pensjonijiet ta' diżabilità akkumulati waqt iż-żwieġ.

Ġustifikazzjoni

L-aġġustament tas-sistema tad-drittijiet tal-pensjoni skont il-liġi Ġermaniża u arranġamenti simili fi Stati Membri oħra, fejn jeżistu, għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "reġim matrimonjali" : il-ġabra ta' regoli relatati mar-relazzjonijiet patrimonjali ta' bejn il-miżżewġin u fil-konfront ta' terzi persuni;

(a) "reġim matrimonjali" : il-ġabra ta' regoli applikabbli għar-relazzjonijiet patrimonjali tal-miżżewġin, bejn il-miżżewġin u fil-konfront ta' terzi persuni, bħala riżultat taż-żwieġ;

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "kuntratt taż-żwieġ" : kwalunkwe ftehim li permezz tiegħu l-miżżewġin jorganizzaw ir-relazzjonijiet patrimonjali ta' bejniethom u fil-konfront ta' terzi persuni;

(b) "kuntratt taż-żwieġ" : kwalunkwe ftehim li permezz tiegħu l-miżżewġin jew il-koppji li għadhom se jiżżewġu jorganizzaw ir-relazzjonijiet patrimonjali tagħhom;

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) "att awtentiku" : att li jkun tfassal jew li jkun ġie rreġistrat uffiċjalment bħala att awtentiku fl-Istat Membru ta' oriġini u li l-awtentiċità tiegħu :

(c) "att awtentiku" : att f’reġim matrimonjali li jkun tfassal formalment jew li jkun ġie rreġistrat bħala att awtentiku fi Stat Membru u li l-awtentiċità tiegħu:

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 3(1), punt (i) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) "deċiżjoni" : kwalunkwe deċiżjoni mogħtija fil-qasam tar-reġim matrimonjali minn qorti ta’ Stat Membru, independentament minn kif tista' tissejjaħ id-deċiżjoni, inklużi t-termini "sentenza", "ġudizzju", "digriet" jew "mandat ta’ eżekuzzjoni", kif ukoll id-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-proċess minn uffiċjal tal-qorti;

(d) "deċiżjoni" : kwalunkwe deċiżjoni mogħtija fil-qasam tar-reġim matrimonjali minn qorti ta’ Stat Membru, indipendentament minn kif tista' tissejjaħ id-deċiżjoni, kif ukoll id-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-proċess minn uffiċjal tal-qorti;

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 3(1), punt (g) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) "Stat Membru tal-oriġini": l-Istat Membru fejn, skont xi jkun il-każ, tkun ingħatat id-deċiżjoni, ikun ġie konkluż il-kuntratt taż-żwieġ, ikun ġie stabbilit l-att awtentiku, tkun ġiet approvata t-tranżazzjoni ġudizzjarja jew ikun twettaq l-att tax-xoljiment tal-patrimonju komuni jew kwalunkwe att ieħor imwettaq mill-awtorità ġudizzjarja jew quddiemha jew minn awtorità li teżerċita s-setgħa tagħha b'delega jew nomina;

(e) "Stat Membru tal-oriġini": l-Istat Membru fejn tkun ingħatat id-deċiżjoni, ikun ġie stabbilit l-att awtentiku jew tkun ġiet approvata jew konkluża t-tranżazzjoni ġudizzjarja;

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 3(1), punt (e) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) "Stat Membru rikjest": l-Istat Membru fejn jintalab ir-rikonoxximent u/jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, tal-kuntratt taż-żwieġ, tal-att awtentiku, tat-tranżazzjoni ġudizzjarja, tal-att tax-xoljiment tal-patrimonju komuni jew ta' kwalunkwe att ieħor imwettaq mill-awtorità ġudizzjarja jew quddiemha jew minn awtorità li teżerċita s-setgħa tagħha b'delega jew nomina;

(f) "Stat Membru ta' eżekuzzjoni": l-Istat Membru fejn tkun mitluba d-dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, is-soluzzjoni bil-qorti jew l-att awtentiku;

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 3(1), punt (f) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) kwalunkwe awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istati Membri li teżerċita funzjoni ġudizzjarja fir-rigward tar-reġim matrimonjali kif ukoll kwalunkwe awtorità oħra mhux ġudizzjarja jew persuna li teżerċita, b'delega jew nomina ta' awtorità ġudizzjarja tal-Istati Membri, funzjonijiet rilevanti għall-ġuriżdizzjonijiet tal-qrati, hekk kif previsti f'dan ir-Regolament;

imħassar

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, it-terminu “qorti” jfisser kull awtorità ġudizzjarja u l-awtoritajiet u professjonisti legali l-oħra kollha b'kompetenza f'materji ta' reġimi ta' patrimonju matrimonjali li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji jew jaġixxu taħt delega ta' setgħa minn xi awtorità ġudizzjarja jew jaġixxu taħt il-kontroll ta' awtorità ġudizzjarja dment li dawn l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħra joffru garanziji fir-rigward tal-imparzjalità u d-dritt tal-partijiet kollha li jinstemgħu u dment li d-deċiżjonijiet tagħhom skont il-liġi tal-Istat Membru li fih joperaw:

 

(a) jistgħu jkunu s-suġġett ta' appell jew rieżami minn awtorità ġudizzjarja; u

 

(b) ikollhom forza u effett simili għal deċiżjoni ta' awtorità ġudizzjarja fl-istess kwistjoni.

 

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn imsemmijin fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikolu 37a.

(Din id-dispożizzjoni tikkorrispondi mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li d-definizzjoni ta’ “qorti” tittieħed mir-Regolament dwar is-Suċċessjoni, sabiex il-mudelli differenti organizzattivi fl-Istati Membri jiġu kkunsidrati wkoll fir-reġim matrimonjali. Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 3(2) tar-Regolament dwar is-suċċessjoni.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu -3 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -3

 

Ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet ta' reġimi matrimonjali fl-Istati Membri

 

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa l-ġuriżdizzjoni nazzjonali dwar każijiet ta' reġim matrimonjali fl-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 2 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni. Hija tinkludi kjarifika li tkun utli wkoll fir-rigward ta' każijiet li jikkonċernaw ir-reġimi matrimonjali.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-qrati ta' Stat Membru li quddiemhom tkun ġiet ippreżentata talba ta' suċċessjoni ta' wieħed mill-konjuġi b'applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/… [tal-Parlament u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet u tal-atti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u l-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni] għandhom ukoll il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali relatati mat-talba inkwistjoni.

Il-qrati ta' Stat Membru invokati fi kwistjonijiet tas-suċċessjoni ta' konjuġi b'applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 għandhom ukoll il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali relatati mal-każ ta' suċċessjoni.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-qrati ta' Stat Membru li quddiemhom tkun ġiet ippreżentata talba għad-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ tal-koppja, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, għandhom ukoll il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali relatati mat-talba inkwistjoni, f'każ ta' ftehim f’dan is-sens bejn il-miżżewġin.

Il-qrati ta' Stat Membru li quddiemhom tkun ġiet ippreżentata talba għad-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ tal-koppja, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, għandhom ukoll il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali relatati mat-talba inkwistjoni, jekk il-ġuriżdizzjoni tal-qrati kkonċernati tiġi espressament rikonoxxuta mill-konjuġi jew b’mod espliċitu ieħor.

Dan il-ftehim jista' jiġi konkluż fi kwalunkwe mument, anke matul il-proċedura nnifisha. Meta l-ftehim jiġi konkluż qabel il-proċedura, dan għandu jsir bil-miktub u għandu jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ partijiet.

 

Fin-nuqqas ta' ftehim bejn il-miżżewġin, il-ġuriżdizzjoni għandha tiġi rregolata mill-Artikolu 5 et seq.

Fin-nuqqas ta' rikonoxximent ta’ ġuriżdizzjoni tal-qorti msemmija fil-paragrafu 1, il-ġuriżdizzjoni għandha tiġi rregolata mill-Artikolu 5 et seq.

Ġustifikazzjoni

Huwa xieraq li f’każijiet ta’ divorzju ma tkunx prevista konċentrazzjoni awtomatika tal-ġuriżdizzjoni, inkluż għal kwistjonijiet assoċjati ta' drittijiet ta' proprjetà, sabiex jiġu mħarsa aħjar l-interessi tal-partijiet ikkonċernati u jkun żgurat li dawn jaċċettaw il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tad-divorzju. Id-dispożizzjoni proposta tikkorrispondi mal-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament Brussell IIa.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Article 4a

 

Ftehim dwar l-għażla tal-qorti

 

1. Il-konjuġi jistgħu jaqblu li l-qrati tal-Istat Membru li jkunu għażlu l-liġi tiegħu bħala l-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali tagħhom f'konformità mal-Artikolu 16, għandhom ikollhom ġuriżdizzjoni fi kwistjonijiet relatati mar-reġim matrimonjali tagħhom. Ġuriżdizzjoni bħal din għandha tkun esklużiva.

 

Mingħajr preġudizzju għat-tielet subparagrafu, ftehim dwar l-għażla tal-qorti jista’ jiġi konkluż jew emendat fi kwalunkwe mument iżda mhux aktar tard minn meta l-każ ikun inġieb quddiem il-qorti.

 

Jekk il-liġi tal-Istat tal-qorti invokata tipprevedi hekk, il-konjuġi jistgħu jagħżlu wkoll il-qorti wara li l-qorti tkun ġiet invokata. F’dan il-każ, tali għażla għandha tiġi rreġistrata fil-qorti f'konformità mal-liġi tal-qorti.

 

Jekk il-ftehim jiġi konkluż qabel il-proċedimenti, huwa għandu jiġi fformulat bil-miktub u ddatat u ffirmat mill-konjuġi Kull komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi li tipprovdi rekord permanenti tal-ftehim għandha tkun ekwivalenti għal "kitba".

 

2. Il-konjuġi jistgħu jaqblu wkoll li, jekk ma tintgħażel ebda qorti, il-qrati tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu hija applikabbli skont l-Artikolu 17 għandu jkollhom ġuriżdizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 1 itenni dispożizzjoni importanti ħafna mill-Artikolu 5(2) u (3) tar-Regolament Ruma III. Il-paragrafu 2 jissodisfa ħtieġa ta' prattiċità.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4b

 

Ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-preżenza tal-konvenut

 

1. Apparti l-ġuriżdizzjoni ġejja minn dispożizzjonijiet oħra ta' dan ir-Regolament, qorti ta' Stat Membru li l-liġi tiegħu tkun intgħażlet skont l-Artikolu 16, jew li l-liġi tiegħu hija applikabbli skont l-Artikolu 17, u li quddiemha l-konvenut jirreġistra preżenza għandu jkollha ġuriżdizzjoni. Din ir-regola m'għandiex tapplika meta l-preżenza tkun ġiet irreġistrata biex tiġi kkontestata l-ġuriżdizzjoni, jew meta qorti oħra jkollha ġuriżdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 3, l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 4a.

 

2. Qabel ma tassumi ġuriżdizzjoni skont il-paragrafu 1, il-qorti għandha tiżgura li l-konvenut jiġi infurmat bid-dritt tiegħu li jikkontesta l-ġuriżdizzjoni u bil-konsegwenzi ta' reġistrazzjoni ta' preżenza jew in-nuqqas tagħha.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Minbarra fil-każijiet previsti fl-Artikoli 3 u 4, il-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar proċedura relatata mar-reġim matrimonjali tal-miżżewġin, huma dawk tal-Istat Membru fejn tkun tinsab :

Fejn ebda qorti ma jkollha ġuriżdizzjoni skont l-Artikoli 3, 4 u 4a, il-ġuriżdizzjoni biex tittieħed deċiżjoni dwar proċedimenti fi kwistjoni relatata mar-reġim matrimonjali għandha tinsab fil-qrati tal-Istat Membru:

(a) ir-residenza abitwali komuni tal-miżżewġin, jew fin-nuqqas ta' din

(a) li fit-territorju tiegħu l-konjuġi huma abitwalment residenti fil-mument meta tiġi invokata l-qorti, jew fin-nuqqas ta' din,

(b) l-aħħar residenza abitwali komuni tal-miżżewġin, f'każ li wieħed mill-konjuġi jkun għadu joqgħod fiha, jew fin-nuqqas ta' din

(b) li fit-territorju tiegħu l-konjuġi kienu abitwalment residenti, f'każ li wieħed mill-konjuġi jkun għadu joqgħod hemmhekk fil-mument meta l-qorti tiġi invokata, jew fin-nuqqas ta' din,

(c) ir-residenza abitwali tal-konvenut, jew fin-nuqqas ta' din

(c) li fit-territorju tiegħu l-konvenut ikun abitwalment residenti fil-mument meta tiġi invokata l-qorti, jew fin-nuqqas ta’ din

(d) in-nazzjonalità taż-żewġ miżżewġin jew, fil-każ tar-Renju Unit u tal-Irlanda, tad-domiċilju komuni tagħhom.

(d) tan-nazzjonalità taż-żewġ miżżewġin fil-mument meta tiġi invokata l-qorti, jew, fil-każ tar-Renju Unit u tal-Irlanda, li fihom ikollhom id-domiċilju komuni tagħhom jew fin-nuqqas ta' din,

(2) Iż-żewġ partijiet jistgħu wkoll jaqblu li l-qrati tal-Istat Membru tal-liġi li huma jkunu għażlu bħala l-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali tagħhom, f'konformità mal-Artikoli 16 u 18 tar-Regolament, ikollhom il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reġim matrimonjali tagħhom.

(da) tan-nazzjonalità tal-konvenut jew, fil-każ tar-Renju Unit u l-Irlanda, tad-domiċilju tiegħu.

Dan il-ftehim jista' jiġi konkluż fi kwalunkwe mument, anke matul il-proċedura nnifisha. Meta l-ftehim jiġi konkluż qabel il-proċedura, dan għandu jsir bil-miktub u għandu jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ partijiet.

 

(Fir-rigward tal-paragrafu 2, ara l-emenda tal-Artikolu 4a (ġdid); it-test ġie emendat)

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-ebda qorti ma jkollha ġuriżdizzjoni f'konformità mal-Artikoli 3, 4 u 5, ikollhom il-ġuriżdizzjoni l-qrati ta' Stat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu jinsabu xi beni ta' wieħed mill-konjuġi jew tat-tnejn li huma, u f’dan il-każ, il-qorti invokata tintalab tiddeċiedi fuq dawn il-beni biss.

Meta l-ebda qorti ta' Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni f'konformità mal-Artikoli 3, 4, 4a u 5, ikollhom il-ġuriżdizzjoni l-qrati ta' Stat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu jinsabu xi beni immobbli jew assi rreġistrati ta' wieħed mill-konjuġi jew tat-tnejn li huma. f’dan il-każ, il-qorti invokata għandu jkollha ġuriżdizzjoni biex tiddeċiedi biss fuq il-proprjetà immobbi jew il-beni rreġistrati inkwistjoni.

 

F'tali każijiet il-qrati ta’ Stat Membru għandu jkollhom ġuriżdizzjoni biex jieħdu deċiżjoni biss dwar il-proprjetà immobbli jew assi rreġistrati li jinsabu f’dan l-Istat Membru.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Forum necessitatis

Forum necessitatis

Meta l-ebda qorti ta’ Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni f'konformità mal-Artikoli 3, 4, 5 u 6, il-qrati ta’ Stat Membru jistgħu jiddeċiedu fuq ir-reġim matrimonjali f'ċirkostanzi eċċezzjonali u sakemm il-kwistjoni jkollha rabta suffiċjenti ma' dak l-Istat Membru, jekk il-proċeduri ma jkunux jistgħu jiġu introdotti b'mod raġonevoli jew jekk ikun impossibbli li jitwettqu fi Stat terz.

Meta l-ebda qorti ta’ Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni f'konformità mal-Artikoli 3, 4, 4a, 5 u 6, il-qrati ta’ Stat Membru jistgħu, fuq bażi eċċezzjonali, jiddeċiedu fuq ir-reġim matrimonjali, jekk il-proċeduri ma jkunux jistgħu jiġu introdotti jew jiġu kondotti b'mod raġonevoli, jew ikunu impossibbli, fi Stat terz li miegħu l-każ ikun konness mill-qrib.

 

Il-każ għandu jkollu rabta suffiċjenti mal-Istat Membru tal-qorti li tiġi invokata.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-qorti invokata f'konformità mal-Artikoli 3, 4, 5, 6, jew 7, li quddiemha l-proċeduri jkunu għadhom pendenti, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll biex teżamina l-kontrotalba, f'każ li din tal-aħħar tkun tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Il-qorti invokata f'konformità mal-Artikoli 3, 4, 4a, 5, 6, jew 7, li quddiemha l-proċeduri jkunu għadhom pendenti, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll biex teżamina l-kontrotalba, f'każ li din tal-aħħar tkun tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

Jekk il-qorti tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 6, il-ġuriżdizzjoni tagħha li tiddeċiedi dwar kontrotalba għandha tkun limitata għall-proprjetà immobbli jew il-beni rreġistrati, li jiffurmaw il-materja tal-proċedimenti ewlenin.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qorti għandha tkun ikkunsidrata bħala invokata :

Għall-finijiet ta' dan il-kapitolu, qorti għandha tkun ikkunsidrata bħala invokata :

(a) fid-data meta l-att promotur jew att ieħor ekwivalenti, ikun ġie ppreżentat quddiem il-qorti, sakemm ir-rikorrent ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex l-att jiġi nnotifikat jew ikkomunikat lill-konvenut, jew

(a) fid-data meta l-att promotur jew att ieħor ekwivalenti, ikun ġie ppreżentat quddiem il-qorti, sakemm l-applikant ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex l-att jiġi nnotifikat jew ikkomunikat lill-konvenut,

(b) jekk l-att ikollu jiġi nnotifikat jew ikkomunikat qabel ma jiġi ppreżentat quddiem il-qorti, fid-data meta tirċevih l-awtorità responsabbli min-notifika jew mill-komunikazzjoni tiegħu, sakemm ir-rikorrent ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa biex l-att ikun ġie ppreżentat quddiem il-qorti.

(b) jekk l-att ikollu jiġi nnotifikat jew ikkomunikat qabel ma jiġi ppreżentat quddiem il-qorti, fid-data meta tirċevih l-awtorità responsabbli min-notifika jew mill-komunikazzjoni tiegħu, sakemm ir-rikorrent ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa biex l-att ikun ġie ppreżentat quddiem il-qorti, jew

 

(ba) jekk il-proċedimenti jinfetħu fuq mozzjoni proprja tal-qorti, fil-mument meta d-deċiżjoni li jinfetħu l-proċedimenti tittieħed mill-qorti, jew, meta deċiżjoni bħal din ma tkunx meħtieġa, fil-mument meta l-każ jiġi rreġistrat mill-qorti.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 14 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta t-talbiet li jkollhom l-istess suġġett u l-istess kawża u li jkunu bejn l-istess partijiet jitressqu quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, it-tieni qorti li tkun ġiet invokata għandha fuq l-inizjattiva tagħha stess tissospendi l-proċedimenti tagħha sakemm tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni tal-qorti li tkun ġiet invokata l-ewwel.

1. Meta l-proċedimenti li jkollhom l-istess suġġett u l-istess kawża u li jkunu bejn il-konjuġi jitressqu quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, it-tieni qorti li tkun ġiet invokata għandha fuq l-inizjattiva tagħha stess tissospendi l-proċedimenti tagħha sakemm tiġi stabbilita l-ġuriżdizzjoni tal-qorti li tkun ġiet invokata l-ewwel.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Konnessjoni bejn il-kawżi

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta dawn it-talbiet jibqgħu pendenti quddiem il-qrati tal-prim’istanza, il-qorti invokata suċċessivament tista’ wkoll iċċedi l-ġuriżdizzjoni tagħha, fuq it-talba ta’ waħda mill-partijiet, sakemm il-qorti li tkun ġiet invokata l-ewwel ikollha ġuriżdizzjoni biex tieħu konjizzjoni tat-talbiet ikkonċernati u sakemm il-liġi tagħha tkun tippermetti l-konsolidazzjoni tagħhom.

2. Meta dawn it-talbiet jibqgħu pendenti quddiem il-qrati tal-prim’istanza, il-qorti invokata suċċessivament tista’ wkoll iċċedi l-ġuriżdizzjoni tagħha, fuq it-talba ta’ wieħed mill-konjuġi, sakemm il-qorti li tkun ġiet invokata l-ewwel ikollha ġuriżdizzjoni biex tieħu konjizzjoni tat-talbiet ikkonċernati u sakemm il-liġi tagħha tkun tippermetti l-konsolidazzjoni tagħhom.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 17 tar-Regolament dwar is-suċċessjoni.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 13a

 

L-għoti ta’ informazzjoni lill-konjuġi

 

L-awtorità kompetenti għandu jkollha l-obbligu li tinforma lill-konjuġi, fi żmien raġonevoli, dwar kwalunkwe proċediment ta' reġimi matrimonjali li jkun nbeda kontrihom.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-qrati ta’ Stat Membru jistgħu jintalbu li jagħtu dawk il-provvedimenti proviżorji jew kawtelatorji stabbiliti mil-liġi tal-istess Stat Membru, anke f'każ fejn, f'konformità ma' dan ir-Regolament, il-qrati ta’ Stat Membru ieħor ikollhom ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-sustanza tal-kwistjoni.

Tista' ssir applikazzjoni quddiem il-qrati ta’ Stat Membru għal miżuri provviżorji, inklużi dawk protettivi skont kif disponibbli skont il-liġi tal-istess Stat, anke jekk, f'konformità ma' dan ir-Regolament, il-qrati ta’ Stat Membru ieħor ikollhom ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-sustanza tal-kwistjoni.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, skont l-Artikoli 16, 17 u 18, għandha tapplika għall-beni kollha tal-miżżewġin.

1. Il-liġi applikabbli għal reġim matrimonjali, skont l-Artikoli 16 u 17 għandha tapplika għall-assi kollha li jaqgħu taħt dak ir-reġim, irrispettivament minn fejn jinsabu.

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-liġi applikabbli għal reġim matrimonjali għandha tiddetermina, mingħajr preġudizzju għall-punti (f) u (fa) tal-Artikolu 1(3), inter alia:

 

(a) id-diviżjoni tal-beni tal-konjuġi f'kategoriji differenti qabel u wara ż-żwieġ;

 

(b) it-trasferiment ta' beni minn kategorija għal oħra;

 

(c) responsabbiltà għad-djun tal-konjuġi, fejn meħtieġ;

 

(d) it-trasferiment tas-setgħat tal-konjuġi matul iż-żwieġ;

 

(e) ix-xoljiment u s-soluzzjoni tar-reġim matrimonjali u d-diviżjoni ta’ beni fl-eventwalità tax-xoljiment taż-żwieġ;

 

(f) l-impatt tar-reġim matrimonjali fuq relazzjoni legali bejn wieħed mill-konjuġi u parti terza, fuq il-bażi tal-Artikolu 35.

 

(g) il-validità materjali ta' ftehim dwar reġim matrimonjali.

Ġustifikazzjoni

Lista pożittiva, kif previst fir-Regolament dwar is-suċċessjoni, isservi biex tiċċara l-kamp ta’ applikazzjoni.

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Applikazzjoni universali

 

Kwalunkwe liġi speċifikata minn dan ir-Regolament għandha tiġi applikata, irrispettivament minn jekk hijiex il-liġi ta' Stat Membru, jew le.

(Ara l-emenda tal-Artikolu 21; it-test huwa emendat)

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni ġenerali għandha titqiegħed fil-bidu tal-kapitolu; it-test kien inkluż qabel fl-Artikolu 21.

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-miżżewġin jew il-koppja li tkun se tiżżewweġ jistgħu/tista' jagħżlu/tagħżel il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali tagħhom/tagħha, sakemm tkun waħda mil-liġijiet li ġejjin :

1. Il-miżżewġin jew il-koppja li tkun se tiżżewweġ jistgħu/tista' jiddeterminaw/tiddetermina jew jemendaw/temenda bi ftehim, il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali tagħhom/tagħha, sakemm tkun waħda mil-liġijiet li ġejjin :

(a) il-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali komuni tal-miżżewġin jew tal-koppja li tkun se tiżżewweġ, jew

 

(b) il-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali ta' wieħed mill-konjuġi jew ta' wieħed/waħda mill-koppja li tkun se tiżżewweġ meta tkun se ssir din l-għażla, jew

(a) il-liġi tal-Istat fejn il-konjuġi jew il-koppja li tkun se tiżżewweġ, jew wieħed minnhom, huma/hija abitwalment residenti fil-mument meta l-ftehim ikun ġie konkluż, jew

(c) il-liġi tal-Istat li wieħed mill-konjuġi jew wieħed/waħda mill-koppja li tkun se tiżżewweġ ikollu/ikollha ċ-ċittadinanza tiegħu meta tkun se ssir din l-għażla.

(b) il-liġi ta' Stat li wieħed mill-konjuġi jew wieħed/waħda mill-koppja li tkun se tiżżewweġ ikollu/ikollha ċ-ċittadinanza tiegħu/tagħha meta jiġi konkluż il-ftehim.

 

1a. Dment li l-konjuġi ma jaqblux mod ieħor, bidla tal-liġi applikabbli għar-reġim ta' proprjetà matrimonjali li ssir matul iż-żwieġ għandu jkollha biss effett prospettiv.

 

1b. Jekk il-konjuġi jagħżlu li din il-bidla tal-liġi applikabbli tkun waħda retroattiva, l-effett retroattiv tagħha la għandu jolqot b'mod negattiv il-validità tal-atti konklużi qabel skont il-liġi li sa dakinhar kienet għadha applikabbli, u lanqas id-drittijiet ta' partijiet terzi li jirriżultaw mil-liġi li kienet applikabbli preċedentement.

Ġustifikazzjoni

L-Artikoli 16 u 18 ingħaqdu flimkien sabiex jitjiebu l-istruttura u ċ-ċarezza tad-dispożizzjonijiet.

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fin-nuqqas ta' għażla min-naħa tal-miżżewġin, il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali għandha tkun :

1. Jekk ma ssir l-ebda għażla tal-liġi skont l-Artikolu 16, il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali għandha tkun :

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab l-ewwel residenza abitwali komuni tal-miżżewġin wara ż-żwieġ, jew fin-nuqqas ta' din,

(a) il-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali komuni tal-konjuġi fil-mument taż-żwieġ jew l-ewwel residenza abitwali komuni tagħhom wara ż-żwieġ tagħhom, jew fin-nuqqas ta' din,

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-liġi ta' dak l-Istat li l-miżżewġin flimkien ikollhom l-aktar rabtiet mill-qrib miegħu, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, u b'mod partikolari, il-post ta' fejn ikun sar iż-żwieġ.

(c) il-liġi ta' dak l-Istat li l-miżżewġin flimkien ikollhom l-aktar rabtiet mill-qrib miegħu fil-mument taż-żwieġ, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha matul iż-żwieġ, indipendentement mill-post fejn ikun sar iż-żwieġ.

Ġustifikazzjoni

Kjarifiki.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18

imħassar

Il-bidla tal-liġi applikabbli

 

Fi kwalunkwe mument matul iż-żwieġ tagħhom, il-miżżewġin jistgħu jissottomettu r-reġim matrimonjali tagħhom għal liġi differenti minn dik li, sa dakinhar, tkun applikabbli. Huma jistgħu jagħżlu waħda biss minn dawn il-liġijiet li ġejjin :

 

(a) il-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali ta' wieħed mill-konjuġi meta tkun se ssir din l-għażla,

 

(b) il-liġi tal-Istat li wieħed mill-konjuġi jkollu ċ-ċittadinanza tiegħu meta tkun se ssir din l-għażla.

 

Sakemm il-miżżewġin ma jkunux jixtiequ mod ieħor, il-bidla tal-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali matul iż-żwieġ għandha tkun effettiva biss fil-futur.

 

Jekk il-miżżewġin jagħżlu li din il-bidla tal-liġi applikabbli tkun waħda retroattiva, l-effett retroattiv la għandu jolqot b'mod negattiv il-validità tal-atti konklużi qabel skont il-liġi li sa dakinhar kienet għadha applikabbli, u lanqas id-drittijiet ta' terzi persuni li jirriżultaw mil-liġi li kienet applikabbli preċedentement.

 

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-għażla tal-liġi applikabbli għandha ssir fil-forma preskritta għall-kuntratt taż-żwieġ mil-liġi applikabbli tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzat l-att.

1. Il-ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli msemmi fl-Artikolu 16 għandu jiġi espress bil-miktub, datat u ffirmat miż-żewġ konjuġi. Kwalunkwe komunikazzjoni b'mezz elettroniku li tipprovdi reġistrazzjoni permanenti tal-ftehim għandha titqies ekwivalenti għall-komunikazzjonijiet bil-miktub.

2. Minkejja l-paragrafu 1, l-għażla trid tkun mill-inqas espressa, u għandha ssir bil-miktub u tiġi ddatata u ffirmata miż-żewġ miżżewġin.

2. Dan il-ftehim għandu jkun konformi mar-rekwiżiti formali tal-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali jew tal-liġi tal-Istat fejn ikun ġie konkluż il-ftehim.

3. Barra minn dan, jekk il-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali komuni taż-żewġ miżżewġin fil-mument tal-għażla msemmija fil-paragrafu 1, tkun tistipula rekwiżiti formali addizzjonali għall-kuntratt taż-żwieġ, dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu rrispettati.

3. Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat fejn iż-żewġ konjuġi għandhom ir-residenza abitwali tagħhom fil-mument tal-ftehim tagħhom dwar l-għażla tal-liġi applikabbli tipprovdi rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehimiet ta' dak it-tip jew, fin-nuqqas ta' dan, għall-kuntratt taż-żwieġ, dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw.

 

3a. Jekk il-konjuġi jkunu abitwalment residenti fi Stati differenti fiż-żmien tal-ftehim tagħhom dwar l-għażla tal-liġi applikabbli u l-liġijiet ta' dawk l-Istati jipprevedu rekwiżiti formali differenti, il-ftehim għandu jkun formalment validu jekk jissodisfa r-rekwiżiti ta' waħda minn dawk il-liġijiet.

 

3b. Jekk wieħed biss mill-konjuġi jkollu residenza abitwali fi Stat Membru fil-mument tal-konklużjoni tal-ftehim u jekk dak l-Istat jistipula rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehimiet ta' dan it-tip, dawn ir-rekwiżiti għandhom japplikaw.

(Simili għall-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-liġi applikabbli għall-forma tal-kuntratt taż-żwieġ

Rekwiżiti formali għal kuntratt taż-żwieġ

1. Il-forma tal-kuntratt taż-żwieġ għandha tkun dik preskritta mil-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, jiġifieri mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzatt il-kuntratt.

L-aspetti formali ta' kuntratt taż-żwieġ għandhom jiġu regolati mutatis mutandis mill-Artikolu 19. Kull rekwiżit formali addizzjonali fis-sens tal-Artikolu 19(3) għandu, għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, jirrelata biss mal-kuntratt taż-żwieġ.

2. Minkejja l-paragrafu 1, il-kuntratt taż-żwieġ għandu jsir mill-inqas bil-miktub u għandu jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ miżżewġin.

 

3. Barra minn dan, jekk il-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali komuni taż-żewġ miżżewġin fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt taż-żwieġ, tkun tistipula għal dan il-kuntratt rekwiżiti formali addizzjonali, dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu rrispettati.

 

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20a

 

Adattament ta' drittijiet in rem

 

Meta persuna tinvoka dritt in rem li hija tkun intitolata għalih skont il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, u l-liġi tal-Istat Membru fejn id-dritt huwa invokat ma jirrikonoxxix id-dritt in rem inkwistjoni, dak id-dritt għandu, jekk meħtieġ u safejn possibbli, jiġi adattat għall-eqreb dritt in rem ekwivalenti skont il-liġi ta' dak l-Istat waqt li jittieħed kont tal-għanijiet u l-interessi li jfittex id-dritt in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Ġustifikazzjoni

F'każijiet li jikkonċernaw ir-reġim matrimonjali tinħoloq problema fir-rigward tar-rikonoxximent tad-drittijiet in rem simili għal dak fil-każijiet ta' suċċessjoni. Id-dispożizzjoni l-ġdida tikkorrispondi mal-Artikolu 31 fir-Regolament dwar is-Suċċessjoni.

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 21

imħassar

In-natura universali tar-regola tal-kunflitt tal-liġijiet

 

Il-liġi stabbilita f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, għandha tapplika anke jekk ma tkunx il-liġi ta’ Stat Membru.

 

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament mhux se jkunu ta' ħsara għall-applikazzjoni tar-regoli obbligatorji li r-rispett tagħhom tant huwa meqjus bħala kruċjali mill-Istati Membri, minħabba s-salvagwardja tal-interessi pubbliċi tagħhom bħall-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika tagħhom, li dawn ikunu applikabbli fi kwalunkwe sitwazzjoni li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom, irrispettivament mil-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali skont dan ir-Regolament.

1. Dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti huma dispożizzjonijiet li jekk jiġu injorati tkun xi ħaġa manifestament inkompatibbli mal-politika pubblika (ordre public) tal-Istat Membru kkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jinterpretaw l-eċċezzjoni tal-politika pubblika b'mod li huwa kuntrarju għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 21 tagħha, li jipprojbixxi kull forma ta' diskriminazzjoni.

 

1a. Dan ir-Regolament ma għandux jirristrinġi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti tal-liġi tal-liġi tal-istanza ġudizzjarja, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' protezzjoni tat-tranżazzjoni applikabbli skont l-Artikolu 35.

 

 

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi magħżula permezz ta’ dan ir-Regolament ma tistax titwarrab ħlief jekk din l-applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-forum.

L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi ta’ kwalunkwe Stat magħżula permezz ta’ dan ir-Regolament ma tistax titwarrab ħlief jekk l-applikazzjoni tagħha tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-forum.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta dan ir-Regolament jippreskrivi l-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat, dan ikun qed jirreferi għar-regoli tad-dritt sostantiv li jkunu fis-seħħ f'dak l-Istat, bl-esklużjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat.

Meta dan ir-Regolament jippreskrivi l-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat, dan ikun qed jirreferi għar-regoli tad-dritt li jkunu fis-seħħ f'dak l-Istat, bl-esklużjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat.

Ġustifikazzjoni

Analoġikament għall-Artikolu 20 tar-Regolament Ruma I.

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stati li għandhom żewġ sistemi jew diversi sistemi legali – kunflitti tal-liġijiet territorjali

Stati b'aktar minn sistema legali waħda – kunflitti tal-liġijiet territorjali

 

1. Meta l-liġi speċifikata minn dan ir-Regolament hija dik ta' Stat li jinkludi diversi unitajiet territorjali, u kull waħda minnhom ikollha r-regoli tal-liġi tagħha stess fir-rigward tal-reġim matrimonjali, ir-regoli interni dwar il-kunflitt tal-liġijiet ta' dak l-Istat għandhom jiddeterminaw l-unità territorjali relevanti li r-regoli tagħha għandhom japplikaw.

Meta Stat ikun jinkludi diversi unitajiet territorjali, kull waħda minnhom b'sistema legali jew b'sett ta' regoli tagħha stess li jittrattaw il-kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament:

1a. Fin-nuqqas ta' tali regoli interni dwar il-kunflitt tal-liġijiet:

(a) għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli f'konformità ma' dan ir-Regolament, kull referenza għal-liġi ta' dak l-Istat għandha tiġi interpretata bħala referenza għal-liġi li tkun fis-seħħ fl-unità territorjali kkonċernata;

(a) kwalunkwe referenza għal-liġi tal-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi interpretata, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dispożizzjonijiet li jirreferu għar-residenza abitwali tal-konjuġi, bħala li tirreferi għal-liġi tal-unità territorjali fejn il-konjuġi għandhom ir-residenza abitwali tagħhom;

(b) kull referenza għar-residenza abitwali f'dak l-Istat Membru għandha tiġi interpretata bħala referenza għar-residenza abitwali ġewwa unità territorjali;

(b) kull referenza għal-liġi tal-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi interpretata, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont dispożizzjonijiet li jirreferu għaċ-ċittadinanza tal-konjuġi, bħala referenza għal-liġi tal-unità territorjali li l-konjuġi għandhom l-eqreb rabta magħha;

(c) kull referenza għaċ-ċittadinanza għandha tirreferi għall-unità territorjali stabbilita mil-liġi ta' dak l-Istat jew, fin-nuqqas ta' regoli applikabbli, għall-unità territorjali magħżula mill-partijiet, jew fin-nuqqas ta’ għażla, għal dik l-unità territorjali li wieħed mill-konjuġi jew li l-koppja miżżewġa jkollu/jkollha l-aktar rabtiet mill-qrib magħha.

(c) kull referenza għal-liġi tal-Istat imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi interpretata, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont kwalunkwe dispożizzjoni oħra li tirreferi għal elementi oħrajn bħala fatturi ta' konnessjoni, bħala li qed tirreferi għal-liġi tal-unità territorjali fejn jinsab l-element relevanti.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Ġustifikazzjoni

Analoġikament għall-Artikolu 36 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 25a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 25a

 

Stati b'aktar minn sistema legali waħda - konflitti ta' liġijiet interpersonali

 

Fir-rigward ta' Stat li jkollu żewġ sistemi jew aktar ta' liġijiet jew ġabriet ta' regoli applikabbli għal kategoriji differenti ta' persuni fir-rigward ta' reġimi matrimonjali, kwalunkwe referenza għal-liġi ta' dak l-Istat għandha tiġi interpretata bħala li tirriferi għas-sistema ta' liġijiet jew ġabra ta' regoli ddeterminati mir-regoli fis-seħħ f'dak l-Istat. Fin-nuqqas ta' regoli bħal dawn, għandhom japplikaw is-sistema ta' liġijiet jew il-ġabra ta' regoli li l-konjuġi għandhom l-eqreb rabta magħhom.

Ġustifikazzjoni

Analoġikament għall-Artikolu 37 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 25b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 25b

 

Meta dan ir-Regolament mhuwiex applikabbli għal konflitti ta' liġijiet interni

 

Stat Membru li jinkludi diversi unitajiet territorjali li kull waħda minnhom għandha r-regoli ta' liġi proprji tagħha fir-rigward tar-reġimi matrimonjali ma għandux ikun obbligat japplika dan ir-Regolament għal konflitti tal-liġijiet li jirriżultaw bejn dawk l-unitajiet biss.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Ġustifikazzjoni

Analoġikament għall-Artikolu 38 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Fil-każ ta' kontestazzjoni, kull parti interessata li tinvoka r-rikonoxximent bħala talba prinċipali, tista' titlob li jiġi kkonstatat, skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli [38 sa 56] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, li d-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta.

(2) Fil-każ ta' kontestazzjoni, kull parti interessata li tinvoka r-rikonoxximent bħala talba prinċipali, tista' titlob li jiġi kkonstatat, skont il-proċeduri previsti fl-Artikoli 31b sa 31o, li d-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ir-rikonoxximent ikun manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li ssirlu it-talba;

(a) ir-rikonoxximent ikun manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru fejn qed jintalab rikonoxximent;

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-att promotur jew att ekwivalenti ma jkunx ġie kkomunikat jew innotifikat lill-konvenut kontumaċi fi żmien suffiċjenti u b’tali mod li dan ikun jista’ jiddefendi ruħu, sakemm huwa ma jkunx appella d-deċiżjoni meta kellu l-possibbiltà li jagħmel dan;

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) hi tkun irrikonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru li ssirlu t-talba;

(c) hi tkun irrikonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija fil-proċedimenti bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru fejn qed jintalab rikonoxximent;

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) tkun irrikonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija preċedentement fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz bejn l-istess partijiet f’tilwima li jkollha l-istess suġġett u l-istess kawża, meta d-deċiżjoni li tkun ingħatat qabel tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru li ssirlu t-talba.

(d) tkun irrikonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija preċedentement fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz bejn l-istess partijiet fi proċedimenti f’tilwima li jkollha l-istess suġġett u l-istess kawża, meta d-deċiżjoni li tkun ingħatat qabel tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru fejn ikun qed jintalab rikonoxximent.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deċiżjoni barranija ma tistax, fl-ebda ċirkustanza, tkun soġġetta għal rieżami tal-mertu.

Id-deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru partikolari ma tistax, fl-ebda ċirkustanza, tkun soġġetta għal rieżami tal-mertu.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-qorti ta' Stat Membru li tiġi invokata għal talba ta' rikonoxximent ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor tista' tissospendi l-proċedimenti tagħha jekk din id-deċiżjoni tkun soġġetta għal appell.

Il-qorti ta' Stat Membru li tiġi invokata għal talba ta' rikonoxximent ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor tista' tissospendi l-proċedimenti tagħha jekk din id-deċiżjoni tkun soġġetta għal appell fl-Istat Membru ta' oriġini.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru u li huma eżegwibbli ġo fih huma eżegwiti fl-Istati Membri l-oħra, f'konformità mal-Artikoli [38 sa 56 u 58] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru u li huma eżegwibbli f'dak l-Istat għandhom ikunu eżegwibbli fi Stat Membru ieħor meta, bl-applikazzjoni ta' kwalunkwe parti interessata, ikunu ġew iddikjarati eżegwibbli hemmhekk f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikoli 31b sa 31o.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 31a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31a

 

Determinazzjoni ta' domiċilju

 

Sabiex jiġi ddeterminat jekk, għall-finijiet tal-proċedura prevista fl-Artikoli 31b sa 31o, parti hijiex domiċiljata fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni, il-qorti invokata għandha tapplika l-liġi interna ta' dak l-Istat Membru.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 44 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 31b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31b

 

Ġuriżdizzjoni tal-qrati lokali

 

1. L-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà għandha tiġi ppreżentata lill-qorti jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni kkomunikata minn dak l-Istat Membru lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 37.

 

2. Il-ġuriżdizzjoni lokali għandha tiġi ddeterminata b'referenza għall-post tad-domiċilju tal-parti li kontra tagħha tkun qed tintalab l-eżekuzzjoni, jew għall-post tal-eżekuzzjoni.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 31c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31c

 

Proċedura

 

1. Il-proċedura ta' applikazzjoni għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.

 

2. L-applikant ma għandux ikun obbligat li jkollu indirizz postali jew rappreżentant awtorizzat fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.

 

3. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mill-atti li ġejjin:

 

(a) kopja tad-deċiżjoni li tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha;

 

(b) l-attestazzjoni maħruġa mill-qorti jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' oriġini bl-użu tal-formola stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37c(2), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 31d.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 31d(ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31d

 

Nuqqas ta' preżentazzjoni tal-attestazzjoni

 

1. Jekk l-attestazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 31c(3) ma tiġix ippreżentata, il-qorti jew l-awtorità kompetenti tista' tispeċifika żmien għall-preżentazzjoni tagħha jew taċċetta dokument ekwivalenti jew, jekk tikkunsidra li jkollha informazzjoni suffiċjenti quddiemha, tirrinunċja għall-preżentazzjoni tagħha.

 

2. Jekk il-qorti jew awtorità kompetenti titlob dan, għandha tiġi ppreżentata traduzzjoni tal-atti. It-traduzzjoni għandha ssir minn persuna kkwalifikata biex tittraduċi f'wieħed mill-Istati Membri.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 47 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 31e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31e

 

Dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà

 

Id-deċiżjoni għandha tiġi ddikjarata eżegwibbli immedjatament wara li jitlestew il-formalitajiet fl-Artikolu 31c mingħajr ebda rieżami skont l-Artikolu 27. Il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni m'għandhiex f'dan l-istadju tal-proċedimenti tkun intitolata tagħmel sottomissjonijiet dwar l-applikazzjoni.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 31f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31f

 

Notifika tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà

 

1. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà għandha tinġieb immedjatament għall-attenzjoni tal-applikant skont il-proċedura stabbilita bil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.

 

2. Id-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà għandha tiġi nnotifikata lill-parti li kontriha qed tintalab l-eżekuzzjoni, akkumpanjata mid-deċiżjoni, jekk din ma tkunx diġà ġiet innotifikata lil dik il-parti.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 49 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 31g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31g

 

Appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà

 

1. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà tista' tiġi appellata minn kwalunkwe waħda mill-partijiet.

 

2. L-appell għandu jiġi ppreżentat quddiem il-qorti b'komunikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 37.

 

3. L-appell għandu jkun ittrattat f'konformità mar-regoli li jirregolaw il-proċedura fi kwistjonijiet kontradittorji.

 

4. Jekk il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tonqos milli tidher quddiem il-qorti tal-appell fi proċedimenti dwar appell imressaq mill-applikant, għandu japplika l-Artikolu 11, anki meta l-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni ma hija domiċiljata f'ebda wieħed mill-Istati Membri.

 

5. L-appell kontra d-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà għandu jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum min-notifika tiegħu. Jekk il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni hi domiċiljata fi Stat Membru differenti minn dak li fih tkun ingħatat id-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà, iż-żmien għal appell għandu jkun ta' 60 jum u għandu jibda jgħodd mill-jum tan-notifika, lilha personalment jew fir-residenza tagħha. L-ebda estensjoni ma tista’ tingħata minħabba distanza.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 31h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31h

 

Proċedura biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fl-appell

 

Id-deċiżjoni mogħtija fl-appell tista' tiġi kkontestata biss permezz tal-proċedura kkomunikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 37.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 31i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31i

 

Rifjut jew revoka ta' dikjarazzjoni ta' eliġibbiltà

 

Il-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat appell skont l-Artikolu 31g jew l-Artikolu 31h għandha tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eliġibbiltà biss għal waħda mir-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 27. Hija għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 31j (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31j

 

Sospensjoni tal-proċedimenti

 

Il-qorti ppreżentata b'appell skont l-Artikolu 31g jew l-Artikolu 31h għandha, mal-applikazzjoni tal-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni, tissospendi l-proċedimenti jekk l-eżegwibbiltà tad-deċiżjoni tiġi sospiża fl-Istat Membru ta' oriġini minħabba appell.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 31k (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31k

 

Miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi

 

1. Meta deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta skont din it-Taqsima, xejn m'għandu jimpedixxi lill-applikant milli jagħmel użu minn miżuri provviżjorji, inklużi miżuri protettivi, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni mingħajr il-ħtieġa ta' dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà skont l-Artikolu 31e.

 

2. Id-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà għandha ġġib magħha, skont l-applikazzjoni tal-liġi, il-poter li wieħed jipproċedi għal kwalunkwe miżura protettiva.

 

3. Matul iż-żmien speċifikat għal appell skont l-Artikolu 31g(5) kontra d-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà u sakemm kwalunkwe appell bħal dak ikun ġie determinat, ebda miżura ta' eżekuzzjoni ħlief miżuri protettivi ma tista' tittieħed kontra l-proprjetà tal-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 31l (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31l

 

Infurzabbiltà parzjali

 

1. Meta tkun ingħatat deċiżjoni rigward diversi kwistjonijiet, u d-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà ma tkunx tista tingħata għalihom kollha, il-qorti jew l-awtorità kompetenti għandha tagħtiha għal waħda minnhom jew aktar.

 

2. Applikant jista' jitlob dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà limitata għal partijiet minn deċiżjoni.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 31m (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31m

 

Għajnuna legali

 

Applikant li fl-Istat Membru ta' oriġini jkun ibbenefika bis-sħiħ jew parzjalment mill-għajnuna legali jew minn eżenzjoni mill-ispejjeż jew l-infiq, għandu jkun intitolat, fi kwalunkwe proċediment għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà, li jibbenefika mill-għajnuna legali l-aktar favorevoli jew mill-eżenzjoni l-aktar estiża mill-ispejjeż jew l-infiq kif previst mil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 31n (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31n

 

Ebda garanzija, bond jew depożitu

 

L-ebda garanzija, bond jew depożitu, irrispettivament mid-deskrizzjoni, ma għandhom ikunu meħtieġa minn parti li fi Stat Membru tapplika għal rikonoxximent, eżegwibbiltà jew eżekuzzjoni ta' deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor minħabba li tkun ċittadin barrani jew li ma tkunx domiċiljata jew residenti fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 57 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 31o (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 31o

 

Ebda imposta, dazju jew miżata

 

Fil-proċedimenti għall-ħruġ ta' dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà, m'għandhom jiġu imposti l-ebda imposta, dazju jew miżata kkalkulati b'referenza għall-valur tal-materja inkwistjoni fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rikonoxximent tal-atti awtentiċi

L-aċċettazzjoni tal-atti awtentiċi

1. L-atti awtentiċi stabbiliti fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra, ħlief jekk ikun hemm kontestazzjoni dwar il-validità ta' dawn l-atti skont il-liġi applikabbli, u bil-kundizzjoni li tali rikonoxximent ma jkunx imur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba.

1. Att awtentiku stabbilit fi Stat Membru għandu jkollu l-istess effetti evidenzjarji fi Stat Membru ieħor bħal ma għandu fl-Istat Membru ta' oriġini, jew l-aktar effetti komparabbli, dment li dan ma jkunx manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku (ordre public) tal-Istat Membru kkonċernat.

 

Persuna li tixtieq tagħmel użu minn att awtentiku fi Stat Membru ieħor tista' titlob lill-awtorità li tistabbilixxi l-att awtentiku fl-Istat Membru ta' oriġini biex timla l-formola li għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37c(2) li tiddeskrivi l-effetti evidenzjarji li l-att awtentiku jipproduċi fl-Istat Membru ta' oriġini.

 

1a. Kwalunkwe kontestazzjoni marbuta mal-awtentiċità ta' att awtentiku għandha ssir quddiem il-qrati tal-Istat Membru ta' oriġini u għandha tittieħed deċiżjoni dwarha skont il-liġi ta' dak l-Istat. L-att awtentiku kkontestat m'għandu jipproduċi ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru ieħor sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti quddiem il-qorti kompetenti.

 

1b. Kwalunkwe kontestazzjoni marbuta mal-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati f'att awtentiku għandha ssir quddiem il-qrati li għandhom ġuriżdizzjoni skont dan ir-Regolament u għandha tittieħed deċiżjoni dwarha skont il-liġi applikabbli taħt il-Kapitolu III jew il-liġi msemmija fl-Artikolu 36. L-att awtentiku li jkun ġie kkontestat ma għandu jipproduċi ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru ieħor ħlief l-Istat Membru ta' oriġini fir-rigward tal-materja li tkun qed tiġi kkontestata sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti quddiem il-qorti kompetenti.

 

1c. Jekk l-eżitu tal-proċedimenti f'qorti ta' Stat Membru jiddependi mid-determinazzjoni ta' kwistjoni inċidentali relatata mal-atti legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati f’att awtentiku fi kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali, dik il-qorti għandu jkollha ġuriżdizzjoni fuq dik il-kwistjoni.

(2) Ir-rikonoxximent tal-atti awtentiċi għandu l-effett li jagħti lil dawn l-atti valur probatorju fir-rigward tal-kontenut tagħhom, kif ukoll preżunzjoni sempliċi ta’ validità.

 

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-atti awtentiċi li jiġu stabbiliti u li jkunu eżegwibbli fi Stat Membru għandhom, fuq rikors, jiġu ddikjarati eżegwibbli fi Stat Membru ieħor, f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikoli [38 sa 57] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

1. Att awtentiku li huwa eżegwibbli fl-Istat Membru ta' oriġini għandu jiġi ddikjarat bħala eżegwibbli fi Stat Membru ieħor mal-applikazzjoni ta' kwalunkwe parti interessata f'konformità mal-proċedura prevista fl-Artikoli 31b sa 31o.

 

1a. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 31c(3), l-awtorita' li stabilixxiet l-att awtentiku għandha, mal-applikazzjoni ta' kwalunkwe parti interessata, toħroġ attestazzjoni bl-użu tal-formola stabbilita skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37b(2).

2. Il-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat rikors skont l-Artikoli [43 u 44] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, ma tistax tiċħad jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà ħlief jekk l-eżekuzzjoni tal-att awtentiku tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba.

2. Il-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat rikors skont l-Artikolu 31g jew l-Artikolu 31h, ma tistax tiċħad jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà ħlief jekk l-eżekuzzjoni tal-att awtentiku tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku (ordre public) tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rikonoxximent u eżegwibbiltà ta’ tranżazzjonijiet ġudizzjarji

Eżegwibbiltà ta’ tranżazzjonijiet ġudizzjarji

It-tranżazzjonijiet ġudizzjarji li huma eżegwibbli fl-Istat Membru ta’ oriġini huma rikonoxxuti u ddikjarati eżegwibbli fi Stat Membru ieħor fuq it-talba ta’ kwalunkwe parti interessata, taħt l-istess kundizzjonijiet tal-atti awtentiċi. Il-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat rikors skont l-Artikolu [42 jew 44] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, m’għandhiex tiċħad u lanqas tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà, ħlief jekk l-eżegwibbiltà tat-tranżazzjoni ġudizzjarja tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li tkun saritlu t-talba.

1. Tranżazzjonijiet ġudizzjarji li huma eżegwibbli fl-Istat Membru ta’ oriġini għandhom jiġu ddikjarati eżegwibbli fi Stat Membru ieħor bl-applikazzjoni ta’ kwalunkwe parti interessata skont il-proċedura li jipprevedu l-Artikoli 31b to 31o.

 

1a. Għall-finijiet tal-punt (b) tal-Artikolu 31c(3), il-qorti li tkun approvat it-tranżazzjoni jew li quddiemha tkun ġiet konkluża t-tranżazzjoni, għandha, mal-applikazzjoni ta' kwalunkwe parti interessata, toħroġ attestazzjoni bl-użu tal-formola stabbilita skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37c(2).

 

1b. Il-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat rikors skont l-Artikolu 31g jew 31h għandha tiċħad jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà biss jekk l-eżegwibbiltà tat-tranżazzjoni ġudizzjarja tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku (ordre public) tal-Istat Membru ta' eżegwibbiltà.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Effetti fil-konfront ta' terzi persuni

Protezzjoni ta' terzi persuni

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Madanakollu, il-liġi ta’ Stat Membru tista’ tipprevedi li l-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali ma tkunx tista' tintuża minn wieħed mill-konjuġi kontra terza persuna meta wieħed mill-konjuġi jew it-terza persuna jkollu/jkollha r-residenza abitwali tiegħu/tagħha fuq it-territorju ta’ dak l-Istat Membru u meta l-kundizzjonijiet dwar il-pubbliċità jew ir-reġistrazzjoni previsti minn dan l-istess dritt ma jkunux ġew irrispettati, sakemm it-terza persuna kienet taf jew kellha tkun taf bil-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali.

2. Madankollu, f'relazzjoni legali bejn konjuġi u terza persuna, l-ebda wieħed mill-konjuġi ma jista' jorbot fuq il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali jekk il-konjuġi f'relazzjoni legali mat-terza persuna u t-terza persuna jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fl-istess Stat, li mhuwiex l-Istat li l-liġi tiegħu hija applikabbli għar-reġim matrimonjali. F'każijiet bħal dawn, il-liġi tal-Istat Membru tar-residenza abitwali ta' dak il-konjuġi u t-terza persuna għandha tapplika għall-effetti fuq it-terza persuna tar-reġim matrimonjali.

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-liġi tal-Istat Membru ta' fejn tkun tinsab xi proprjetà immobbli tista’ tipprevedi regola simili għal dik prevista fil-paragrafu 2 dwar ir-relazzjonijiet legali bejn wieħed mill-konjuġi u t-terza persuna fir-rigward ta' tali proprjetà immobbli.

3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk:

 

(a) it-terza persuna kienet konxja, jew suppost kienet konxja, mil-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, jew

 

(b) ir-rekwiżiti li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni jew il-pubbliċità tar-reġim matrimonjali f'konformità mal-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali tat-terza persuna u l-konjuġi li jittratta mat-terza persuna, ġew sodisfatti, jew

 

(c) fi trattamenti li jikkonċernaw proprjetà immobbli, ir-rekwiżiti li jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni jew il-pubbliċità tar-reġim matrimonjali fir-rigward tal-proprjetà immobbli f'konformità mal-liġi tal-Istat fejn tinsab il-proprjetà immobbli, ġew sodisfatti.

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu -36 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -36

 

Residenza abitwali

 

1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-residenza abitwali ta' kumpaniji u entitajiet oħra, inkorporati jew mhux inkorporati, għandha tkun il-post tal-amministrazzjoni ċentrali.

 

Ir-residenza abitwali ta' persuna fiżika li taġixxi matul l-attività ta' negozju tagħha għandha tkun il-post prinċipali tan-negozju tagħha.

 

2. Fejn ir-relazzjoni legali tiġi konkluża matul l-operazzjoni ta' fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor, jew jekk, skont il-kuntratt, il-prestazzjoni tkun fir-responsabbiltà ta' tali fergħa, aġenzija jew stabbiliment, il-post fejn il-fergħa, l-aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor ikunu jinsabu għandu jitqies bħala l-post ta' residenza abitwali.

 

3. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-residenza abitwali, il-mument rilevanti għandu jkun il-mument meta jiġi konkluż il-kuntratt.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni tidher li hija xierqa partikolarment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni ta’ terza persuna. Din hija bbażta fuq l-Artikolu 19 tar-Regolament Ruma I.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-ismijiet u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti bil-kompetenza biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà f'konformità mal-Artikolu 31b(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 31g(2);

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 78(1), punt (a) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) il-proċeduri biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fl-appell kif imsemmi fl-Artikolu 31h;

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'kull emenda sussegwenti għal dawn id-dispożizzjonijiet.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni kkomunikata, f'konformità mal-paragrafi 1 u 2, disponibbli għall-pubbliku permezz ta' mezzi adattati, b'mod partikolari permezz tas-sit tal-internet multilingwu tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali.

3. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni kkomunikata, f'konformità mal-paragrafi 1 u 2, disponibbli għall-pubbliku b'manjiera sempliċi permezz ta' mezzi adattati, b'mod partikolari permezz tas-sit tal-internet multilingwu tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar din il-websajt multingwi tkun aċċessibbli wkoll permezz ta' kull websajt uffiċjali li joħolqu, b'mod partikolari billi jipprovdu link għall-websajt tal-Kummissjoni.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tintroduċi għodda ta’ informazzjoni u taħriġ għall-uffiċjali rilevanti tal-qrati u l-professjonisti legali billi twaqqaf portal interattiv bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluża sistema għall-iskambju tal-għarfien espert u l-prattiki professjonali.

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 37a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 37a

 

Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-lista li tinkludi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1a)

 

1. Il-Kummissjoni, abbażi ta' notifiki mill-Istati Membri, għandha tistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn imsemmija fl-Artikolu 2(1a).

 

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti fl-informazzjoni li tinsab f'dik il-lista. Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista b'mod korrispondenti.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista u kwalunkwe emenda sussegwenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli l-informazzjoni kollha nnotifikata f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 permezz ta' kwalunkwe mezz ieħor li jkun xieraq, b'mod partikolari permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 37b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 37b

 

Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-attestazzjonijiet u l-formoli msemmija fl-Artikoli 31c, 32, 33 u 34

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu u sussegwentement jemendaw l-attestazzjonijiet u l-formoli msemmija fl-Artikoli 31c, 32, 33 u 34. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37c(2).

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 37c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 37c

 

Proċedura tal-Kumitat

 

1. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(Dan jikkorrispondi mal-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III huma biss applikabbli għall-koppji li jkunu żżewġu jew li jkunu speċifikaw il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali tagħhom, wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

3. Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III huma biss applikabbli għall-koppji li wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

 

(a) jiżżewġu, jew

 

(b) jispeċifikaw il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali.

 

Ftehim dwar l-għażla tal-liġi applikabbli konkluż qabel [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], ikun validu ugwalment jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-Kapitolu III jew jekk ikun validu fl-applikazzjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat li jkunu fis-seħħ fil-mument meta l-ftehim dwar l-għażla tal-liġi jiġi konkluż.

NOTA SPJEGATTIVA

A. Il-problema

Fl-2007[1] ftit aktar minn waħda minn kull seba’ koppji miżżewġin fl-UE (16-il miljun) kellhom rabta ma’ aktar minn Stat Membru wieħed[2], b'ċifra smili għaż-żwiġijiet solenni (310 000) u divorzji (137 000). 390 000 żwieġ internazzjonali ntemmu bil-mewt ta’ wieħed mill-miżżewġin. Kien hemm total ta’ madwar 637 000 każ fejn żwieġ b’dimensjoni internazzjonali ntemmu b’divorzju jew mewt.

Dawn il-każijiet kollha jitolbu x-xoljiment tar-reġim matrimonjali. Il-persuni milquta jħabbtu wiċċhom ma’ kwistjonijiet kumplessi, b’mod partikolari rigward il-liġi applikabbli u l-ġuriżdizzjoni. Kwistjonijiet relatati mar-reġim matrimonjali jinqalgħu anke fil-kuntest tal-amministrazzjoni tal-assi waqt il-ħajja miżżewġa; barra minn hekk, jistgħu jkunu involuti terzi persuni, pereżempju fil-kuntest ta’ tranżazzjonijiet relatati ma’ artijiet jew krediti.

Hemm differenza kbira bejn ir-reġimi matrimonjali tal-Istati Membri; l-istess jgħodd għar-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni. Għalhekk, fil-prattika jista’ jagħti l-każ li l-qorti kompetenti fi Stat Membru wieħed tqis l-istess każ b’rabta ma’ kwistjonijiet tar-reġim matrimonjali b’mod differenti mill-qorti kompetenti fi Stat Membru ieħor. B’mod partikolari fejn jidħlu assi kbar, dan jista’ jwassal għal rikors f’dik il-qorti li minnha kull waħda mill-partijiet tistenna l-applikazzjoni ta’ dak ir-reġim matrimonjali li hija tqis ta’ vantaġġ għaliha. B’hekk, il-parti li tkun ingħatat l-aħjar pariri jkollha vantaġġ ċar. Barra minn hekk, teżisti inċertezza legali sostanzjali u anke riskju finanzjarju.

B. Test propost mill-Kummissjoni

F’Mejju 2011, il-Kummissjoni ppreżentat żewġ proposti paralleli rigward kwistjonijiet tar-reġim matrimonjali bejn il-miżżewġin u s-sħubijiet irreġistrati, li jinkludu d-dispożizzjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-atti awtentiċi.

Bħala prinċipju, ir-rapporteur tilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni dwar ir-reġim matrimonjali. Fir-realtà, il-pożizzjoni legali tal-koppji milquta tista’ tittejjeb sostanzjalment. Dan huwa konformi mat-talba tal-Parlament biex “jinħolqu proċeduri aktar ċari u aċċessibbli” fil-qasam tal-ġustizzja ċivili[3]. Fid-dawl tal-mobbiltà li dejjem tiżdied, se jiġu kkonċernati iżjed koppji fil-futur.

Għar-rapporteur, huma ta’ importanza partikolari ċ-ċertezza u ċ-ċarezza regolatorji u l-koerenza ma’ atti legali oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari mar-Regolament dwar is-Suċċessjoni[4] kif ukoll mar-Regolament Brussell I[5].

C. Abbozz ta' rapport

L-abbozz ta' rapport huwa bbażat fuq id-dokument ta’ ħidma tar-rapporteur tal-11 ta’ Novembru 2011[6] u jagħmel proposti għar-reviżjoni partikolarment fid-dawl tal-istrumenti ċivili legali msemmija.

1. Kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Ir-rapporteur qed tipproponi ġabra ta’ emendi li jiċċaraw il-kamp ta' applikazzjoni tar-regolament. B’mod partikolari, id-dimarkazzjoni bejn dan il-qasam u oqsma oħra tal-liġi għandhom ikunu ċari. Punti speċifiċi:

-     l-hekk imsejħa “aspetti personali taż-żwieġ” mhumiex imsemmija fid-dispożizzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, filwaqt li huma espressament esklużi mill-proposta li tikkonċerna s-sħubijiet reġistrati. Huwa xieraq li d-dispożizzjonijiet jiġu allinjati sabiex dawn jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni;

-     id-“donazzjonijiet bejn il-miżżewġin” m’għandhomx jiġu esklużi, partikolarment minħabba li d-donazzjonijiet parzjali, it-trasferimenti b'kumpens parzjali u t-trasferimenti fi ħdan żwieġ ukoll mhumiex esklużi;

-     id-demarkazzjoni mal-liġi dwar is-suċċessjoni hija ċċarata permezz ta' emenda;

-     l-eċċezzjoni għad-dritt korporattiv hija bbażata fuq ir-Regolament dwar is-Suċċessjoni;

-     huwa propost li s-sistema tal-arranġamenti għall-manteniment skont il-liġi Ġermaniża u arranġamenti simili fi Stati Membri oħra, fejn jeżistu, għandhom jiġi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, minħabba l-kumplessità tagħhom jekk mhux għal ebda raġuni oħra.

Fir-rigward tal-kwistjonijiet dwar il-proprjetà, ir-rapporteur orjentat ruħha mill-qrib lejn is-soluzzjoni misjuba għar-Regolament dwar is-Suċċessjoni. In-numerus clausus għad-drittijiet tal-proprjetà għandu jkun materja għal-liġi domestika tal-Istati Membri u għalhekk għandu jiġi eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regoalment, bħalma hu l-każ tal-kwistjonijiet relatati mar-reġistrazzjoni ta’ drittijiet, ir-rekwiżiti u l-effetti tagħhom, li għandhom ikunu soġġetti għal-lex rei sitae. Bl-istess mod, il-proposti li jikkonċernaw l-adattament tad-drittijiet in rem huma orjentati mill-qrib lejn ir-Regolament dwar is-Suċċessjoni. Fil-kwistjonijiet dwar ir-reġim matrimonjali teżisti ħtieġa simili ħafna għal dik fil-liġi ta’ suċċessjoni. L-istess bħal f'dak il-każ, huwa konċepibbli li dritt in rem, pereżempju, li jirriżulta minn tilwima dwar reġim ta' proprjetà, ikun meħtieġ li jiġi infurzat fi Stat Membru fejn l-ebda dritt simili ma huwa rikonoxxut fil-liġi. Jidher li huwa xieraq li s-soluzzjoni ta' kompromess li nstabet għal-liġi tas-Suċċessjoni tiġi applikata għal-liġi tal-proprjetà.

Ir-rapporteur tilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-proposta żżomm in-newtralità rigward il-kunċett taż-“żwieġ” billi f’xi wħud mill-Istati Membri, minbarra konjuġi ta’ sess differenti, dan il-kunċett jinkludi anki konjuġi tal-istess sess. Hija qed tipproponi li dan għandu jsir iżjed ċar permezz ta' riformulazzjoni tal-premessa kkonċernata.

2. Ġuriżdizzjoni

L-emendi li jikkonċernaw il-ġuriżdizzjoni huma primarjament ta’ natura teknika.

Ir-rapporteur mhux qed tipproponi tibdil fil-kundizzjonijiet għall-kunsiderazzjoni ta' każijiet dwar ir-reġim matrimonjali quddiem l-istess qorti, bħall-kwistjonijiet ta’ suċċessjoni. F’każijiet ta’ divorzju hija tipproponi li għandu jkun hemm ħtieġa ta’ rikonoxximent tal-ġuriżdizzjoni mill-konjuġi, sabiex jiġu mħarsa l-interessi tal-partijiet ikkonċernati b'mod aktar effettiv u jkun żgurat li dawn jaċċettaw il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tad-divorzju. Id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-ftehimiet dwar il-ġuriżdizzjoni wkoll ġew supplementati biex jiġu stabbiliti dettalji aktar kompluti dwar kif tali ftehimiet għandhom jiġu konklużi. Barra minn hekk, qed jiġi propost li skont ħtieġa prattika, il-konjuġi għandhom jingħataw l-għażla li jiftiehmu (b'mod astratt) dwar il-fatt li l-qrati tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu hija applikabbli, ikollha ġuriżdizzjoni.

Qed jiġi propost li tiddaħħal dispożizzjoni dwar ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-preżenza fil-qorti. Sabiex jiġu protetti konjuġi b'pariri anqas tajba fil-konfront ta' approvazzjoni taċita għal ġuriżdizzjoni mhux favorevoli għalihom, u li għalhkek ma jkunux jixtiequ, jidher xieraq li fl-istess ħin, tiġi pprovduta informazzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-preżenza fil-qorti u l-konsegwenzi legali tagħha.

Għar-regola alternattiva tal-ġuriżdizzjoni fl-Artikolu 6, hija proposta formulazzjoni iktar ċara. Fir-rigward tar-regola dwar il-forum necessitatis fl-Artikolu 7, premessa tagħmilha ċara li dan huwa maħsub biss għal eċċezzjonijiet estremi.

Qed jiġi propost li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 8 sa 13 għandhom fil-parti l-kbira jiġu allinjati ma' dawk tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni. Madankollu, il-konsistenza għandha tinżamm sakemm dan ikun jagħmel sens: jekk l-istess każ jinġieb quddiem il-qrati fi Stati Membri differenti, l-Artikolu 12(2) ikun importanti għal każijiet li jikkonċernaw ir-reġim matrimonjali, minħabba li hawn hija ħafna drabi meħtieġa l-urġenza. Għalhekk, huwa propost li din id-dispożizzjoni għandha tinżamm.

3. Il-liġi applikabbli

Ir-rapporteur tappoġġja l-prinċipji proposti mill-Kummissjoni għall-“unità tal-liġi applikabbli” u l-applikazzjoni universali.

Biex jiġi ddeterminat il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi applikabbli, hija tipproponi lista pożittiva li, b’mod simili għar-Regolament dwar is-Suċċessjoni, telenka kwistjonijiet bħala eżempju, li jaqgħu taħt il-liġi applikabbli kif ġie identifikat bir-Regolament. Dan jikkorrispondi ma' xewqa li ġiet espressa minn firxa wiesgħa ta' prattikanti, u jiffaċilita l-implimentazzjoni.

a) L-għażla tal-liġi applikabbli

L-emendi li jikkonċernaw ftehimiet dwar il-liġi applikabbli huma maħsuba biex jikkombinaw l-Artikoli 16 u 18, sabiex jinstab rimedju għad-dgħufijiet strutturali u sistematiċi fil-proposta tal-Kummissjoni.

Is-salvagwardji proposti fl-Artikolu 18(2) u (3) biex ikopru bidla sussegwenti fil-liġi applikabbli għandhom jinżammu u jiġu fformulati b'mod iktar ċar. Bħala prinċipju, huma jippresupponu applikazzjoni ex nunc ta’ kwalunkwe bidla fil-liġi applikabbli u jippermettu effett retrospettiv (anke l-applikazzjoni parzjali ta' tali effett) fuq il-bażi ta' ftehimiet, fatt li, madankollu, ma jaffettwax il-validità ta' tranżazzjonijiet preċedenti tad-drittijiet ta' terzi persuni. Din is-soluzzjoni tiżgura l-aħjar flessibbiltà għall-konjuġi u ċertezza legali għat-terzi persuni.

b) Determinazzjoni tal-liġi applikabbli fin-nuqqas ta' għażla

Id-dispożizzjoni li tirregola l-liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla ġiet riveduta bil-għan, l-ewwel nett, li tiġi ċċarata, pereżempju fir-rigward tal-mumenti rilevanti, u it-tieni nett, biex tiġi adattata iżjed għall-fatturi prattiċi, pereżempju billi titħassar ir-referenza għall-post fejn ikun sar iż-żwieġ bħala mezz biex jiġi ddeterminat il-fattur ta' rabta komuni l-aktar qawwi, għaliex fil-prattika dan ma għandu l-ebda sinifikat.

c) Affarijiet oħra

Qed jiġi propost li d-dipożizzjonijiet dwar ir-rekwiżiti formali għandhom jiġu fformulati b'mod aktar ċar u strutturat. L-Artikolu 19 issa japplika biss għal ftehimiet dwar l-għażla tal-liġi applikabbli; L-Artikolu 20 jistipula biss li l-kuntratti taż-żwieġ kif imsemmi f'dan ir-Regolament, jiġifieri ftehimiet bejn konjuġi jew il-koppji li jkunu se jiżżewġu biex jiġi rregolat ir-reġim matrimonjali tagħhom, huma suġġetti għall-istess rekwiżiti formali.

Huwa propost ukoll li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 20 (regoli obbligatorji prevalenti) u 23 ("ordre public") għandhom jiġu allinjati mal-eżempji xierqa u b'hekk jiġu fformulati b’mod iżjed ċar. Premessa għandha tagħmilha ċara li l-protezzjoni tad-dar taż-żwieġ u l-għoti tad-drittijiet ta' użu f'relazzjoni bejn konjuġi huma każ importanti fejn id-dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti għandhom jiġu applikati.

3. Rikonoxximent, eżegwibbiltà u eżekuzzjoni

Hawnhekk, ir-rapporteur tipproponi li minħabba l-kumplessità tal-proċeduri, il-proċedura exequatur għandha tinżamm, u konsegwentement, id-dispożizzjonijiet korrispondenti mir-Regolament dwar is-Suċċessjoni għandhom jiġu inkorporati. Il-liġi dwar ir-reġim matrimonjali ma tipprevedi xejn li jirrigwarda ċ-ċertifikat ta' suċċessjoni, u għalhekk jidher aktar u aktar importanti li jiġu introdotti dispożizzjonijiet xierqa, fuq il-bażi tal-prattika, li jirregolaw ir-rikonoxximent u l-eżegwibbiltà tal-atti awtentiċi tal-Istati Membri.

  • [1]  Sors: Dokument ta’ Ħidma tas-Servizzi tal-Kummissjoni (Impact Assessment) tas-16.3.2011, (SEC(2011)0327
  • [2]  Cf. SEC(2011)0327, p. 12, Anness I.
  • [3]  Riżoluzzjoni tal-25.11.2009 (ĠU Ċ 285E, 21.10.2010, p. 12)
  • [4]  Riżoluzzjoni leġiżlattiva tat-13 ta' Marzu 2012 tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet u l-istrumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u l-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (P7_TA-PRO(2012)0068); PE-CONS 14/12 tat-23 ta' Mejju 2012.
  • [5]  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 44/2001 tat-22.12.2000 (ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1)" Proposta tal-Kummissjoni tal-14.12.2010 (riformulazzjoni) (COM(2010) 0748). Dok. tal-Kunsill 10609/12 tal-1 ta' Ġunju 2012.
  • [6]  PE 475.882v01-00.

oPINJONI TAL-KUMITAT GĦAL-LIBERTAJIET ĊIVILI, IL-ĠUSTIZZJA U L-INTERN (6.9.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tar-reġimi matrimonjali
(COM(2011)0126 – C7‑0093/2011 – 2011/0059(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Evelyne Gebhardt

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea hija maħsuba biex tirregola l-ġurisdizzjoni u l-liġi applikabbli għax it-tnejn japplikaw għall-immaniġġjar ta' kuljum tal-proprjetà tal-miżżewġin u ta' kif kwistjonijiet relatati mad-distribuzzjoni tal-assi f'sitwazzjonijiet transkonfinali huma ttrattati wara tmiem ir-relazzjoni ta' koppja permezz ta' divorzju, separazzjoni jew mewt. L-objettiv tal-Kummissjoni huwa li tiżgura ċertezza legali akbar għall-partijiet sabiex jiġu evitati proċedimenti paralleli, u biex tingħeleb il-prattika tar-rikorrenti li jfittxu li jkollhom il-każ tagħhom mismugħ fil-qorti għax jaħsbu li hemm possibilità akbar li jwassal għal sentenza favorevoli (forum shopping).

Id-divorzju u l-mewt f'koppja miżżewġa huma ċirkustanzi ttrattati b'mod differenti. Filwaqt li fil-każ tal-qorti b'ġurisdizzjoni għal proċedimenti tad-divorzju, separazzjoni legali jew annullament taż-żwieġ huma l-koppji miżżewġin li jridu jaqblu bejniethom jekk tistax tqis ukoll il-konsegwenzi tal-proprjetà wara d-divorzju, fil-każ tal-qorti b'ġurisdizzjoni fi kwistjonijiet ta' suċċessjoni dejjem ħa jkollha ġurisdizzjoni f'tali każijiet għalkemm mhuwiex għal kollox ċar jekk għandhiex ġurisdizzjoni esklussiva. F'każijiet oħra, il-ġurisdizzjoni hija bbażata fuq ġerarkija ta' fatturi li jorbtu flimkien.

L-Artikolu 16 jikkostitwixxi innovazzjoni għax jippermetti lill-miżżewġin li jagħżlu bi ftehim komuni l-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali tagħhom. Ir-rapporteur huwa favur il-fatt li l-miżżewġin jitħallew jagħżlu l-liġi tal-Istat li fih għandhom jew kellhom ir-residenza komuni abitwali tagħhom jew il-liġi tal-Istat li wieħed jew waħda mill-koppja hija ċittadin tiegħu. Barra minn hekk, ir-rapporteur jixtieq jipprovdi lill-miżżewġin b'aktar possibilitajiet biex jagħżlu l-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà tagħhom.

Imbagħad għandu jkun żgurat li l-għażla li jagħmlu l-partijiet tkun waħda infurmata, i.e. li l-konjuġi t-tnejn li huma jkunu ġew infurmati b'mod xieraq dwar l-implikazzjonijiet prattiċi tal-għażla tagħhom. F'dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jkun żgurat bl-aħjar mod li l-informazzjoni kompleta u affidabbli tiġi kkomunikata lill-firmatarji tal-konvenzjoni attribwita għall-ġuriżdizzjoni qabel l-iffirmar tal-att. Huwa wkoll importanti li l-aċċess għall-informazzjoni jkun garantit ukoll b'mod indipendenti mis-sitwazzjoni finanzjarja ta' kull wieħed mill-konjuġi. Irid jiġi żgurat li l-miżżewġin jirċievu informazzjoni preċiża u komprensiva rigward l-implikazzjonijiet tal-għażla tagħhom tal-liġi applikabbli għar-reġim tal-proprjetà matrimonjali speċjalment ladarba hemm disparitajiet kbar bejn il-liġijiet applikabbli tal-Istati Membri.

Barra minn hekk, meta jitqies li l-liġi ma tinbidilx, jista' jagħti l-każ li konvenzjoni li tindika l-liġi applikabbli ffirmata fi żmien partikolari ma tibqax tikkorrispondi mal-aspettattivi leġittimi tal-partijiet fil-waqt meta din għandha tipproduċi l-effetti tagħha, peress li l-leġiżlazzjoni tal-Istat ikkonċernat sadanittant tkun ġiet emendata. Għalhekk, ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni f'dak ir-rigward, għax koppji miżżewġa jistgħu jaqblu matul iż-żwieġ li jbiddlu l-liġi applikabbli li tiggverna l-proprjetà tagħhom u jistgħu jagħmlu l-għażla tagħhom retroattivament. Madankollu, li jiġu offruti l-istess għażliet skont kif jidher fl-Artikolu 16 huwa milqugħ.

Fejn ma tkun saret l-ebda għażla, terġa' tidħol fix-xena ġerarkija li tibda bir-residenza abitwali, imbagħad in-nazzjonalità komuni u ninżlu għal-liġi tal-pajjiż li l-koppja għandha l-akbar konnessjoni miegħu. Ir-rapporteur iqis li l-post fejn ġie ċċelebrat iż-żwieġ għandu jkun kriterju distint għax l-għażla min-naħa tal-partijiet dwar il-pajjiż fejn irid jiġi ċċelebrat iż-żwieġ għandha titqies bħala li timplika l-aċċettazzjoni possibbli tal-liġi ta' dak il-pajjiż ukoll.

Ir-Regolament jistipula li l-liġi applikabbli għall-proprjetà matrimonjali tapplika għall-proprjetà kollha tal-koppja, mobbli jew immobbli, irrispettivament mill-post fejn jinsabu.

Ir-Regolament propost jipprevedi proċedura uniformi għar-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet, atti awtentiċi u tranżazzjonijiet legali rigward ir-reġimi tal-proprjetà matrimonjali li joriġinaw fi Stat Membu ieħor.

Ir-rapporteur jilqa' li r-regoli dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-infurzar isegwu l-preċedenti ta' strumenti oħrajn. Ċerti benefiċċji għandhom il-possibilità li jkunu tajbin għaċ-ċittadini Ewropej bħala riżultat tal-proposta, f'sens ta' prevedibilità tal-liġi li se tapplika għal reġim tal-proprjetà, u l-kapaċità li jiġu żgurati r-rikonoxximent u l-infurzar tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ta' proprjetà li preċedentement kienet kwistjoni għar-regoli tal-liġi internazzjonali privata ta' kull Stat Membri u li taf twassal għal dewmien u spejjeż estensivi biex jiġu infurzati d-drittijiet tal-proprjetà.

Finalment, ir-rapporteur jiddispjaċih bil-kbir tal-fatt li ħarġu żewġ proposti separati għal regolamenti dwar reġimi matrimonjali u dwar effetti tas-sħubiji rreġistrati fuq il-proprjetà, kif ukoll li hemm differenzi sostanzjali bejniethom. Skont ir-rapporteur, din is-separazzjoni tikkostitwixxi diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' orjentazzjoni sesswali.

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi estiż fuq il-kwistjonijiet ċivili kollha relatati mar-reġimi matrimonjali, li jikkonċernaw kemm il-ġestjoni ta' kuljum tal-beni tal-miżżewġin kif ukoll ix-xoljiment tar-reġim, li jkun jirriżulta b'mod partikolari mis-separazzjoni tal-koppja jew mill-mewt ta' wieħed mill-membri tagħha.

(11) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi estiż fuq il-kwistjonijiet ċivili kollha relatati mar-reġimi matrimonjali, li jikkonċernaw kemm il-ġestjoni ta' kuljum tal-beni tal-miżżewġin, mobbli jew immobbli, kif ukoll ix-xoljiment tar-reġim, li jkun jirriżulta b'mod partikolari mis-separazzjoni tal-koppja jew mill-mewt ta' wieħed mill-membri tagħha.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi estiż fuq il-kwistjonijiet ċivili kollha relatati mar-reġimi matrimonjali, li jikkonċernaw kemm il-ġestjoni ta' kuljum tal-beni tal-miżżewġin kif ukoll ix-xoljiment tar-reġim, li jkun jirriżulta b'mod partikolari mis-separazzjoni tal-koppja jew mill-mewt ta' wieħed mill-membri tagħha.

(11) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi estiż fuq il-kwistjonijiet ċivili kollha relatati mar-reġimi matrimonjali, li jikkonċernaw kemm il-ġestjoni ta' kuljum tal-beni tal-miżżewġin kif ukoll ix-xoljiment tar-reġim, li jkun jirriżulta b'mod partikolari mis-separazzjoni tal-koppja, minn annullament jew divorzju jew mill-mewt ta' wieħed mill-membri tagħha.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-beni mill-miżżewġin, dan ir-Regolament se jippermetti lill-miżżewġin jagħżlu l-liġi applikabbli għall-patrimonju tagħhom, independentement min-natura tal-beni jew mill-post fejn ikunu jinsabu, minn fost il-liġijiet li jkollhom rabta mill-qrib mal-miżżewġin minħabba r-residenza jew iċ-ċittadinanza ta' kull wieħed/waħda minnhom. Din l-għażla tkun tista' ssir fi kwalunkwe mument, kemm waqt iż-żwieġ kif ukoll matul il-ħajja miżżewġa.

(19) Sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-beni mill-miżżewġin, dan ir-Regolament se jippermetti lill-miżżewġin jagħżlu l-liġi applikabbli għall-patrimonju tagħhom, independentement min-natura tal-beni jew mill-post fejn ikunu jinsabu, minn fost il-liġijiet li jkollhom rabta mill-qrib mal-miżżewġin minħabba r-residenza jew iċ-ċittadinanza ta' kull wieħed/waħda minnhom. Din l-għażla tkun tista' ssir fi kwalunkwe mument, kemm waqt iż-żwieġ, wara, kif ukoll matul il-ħajja miżżewġa.

Ġustifikazzjoni

Billi l-proċedimenti tad-divorzju u r-riżoluzzjoni tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali mhux neċessarjament iridu jsiru fl-istess ħin, l-għażla tal-liġi applikabbli għandha tkopri wara ż-żwieġ ukoll.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Fin-nuqqas ta' għażla tal-liġi applikabbli u sabiex tlaqqa' flimkien il-prevedibbiltà u l-eżiġenza taċ-ċertezza legali, filwaqt li tingħata prijorità lill-kunsiderazzjoni tar-realtà tal-ħajja tal-koppja, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-kunflitti tal-liġijiet imsejsa fuq serje ta' kriterji ta' konnessjoni suċċessivi, li jippermettu t-tfassil tal-liġi applikabbli għall-beni kollha tal-miżżewġin. Għaldaqstant, l-ewwel residenza abitwali komuni tal-miżżewġin wara ż-żwieġ ikollha tikkostitwixxi l-ewwel kriterju, li jkollu preċedenza fuq il-liġi taċ-ċittadinanza komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ. Jekk, l-ebda minn dawn il-kriterji ma jiġi sodisfatt, jew fin-nuqqas tal-ewwel residenza abitwali komuni f'każijiet ta' ċittadinanza doppja komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ, għandha tiġi applikata, bħala t-tielet kriterju, il-liġi tal-Istat li t-tnejn li huma l-aktar li għandhom rabta mill-qrib miegħu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, b'mod partikolari, il-post fejn ikun sar iż-żwieġ, minħabba li jkun ġie speċifikat li dawn ir-rabtiet mill-qrib għandhom ikunu kkunsidrati fil-mument taż-żwieġ.

(21) Fin-nuqqas ta' għażla tal-liġi applikabbli u sabiex tlaqqa' flimkien il-prevedibbiltà u l-eżiġenza taċ-ċertezza legali, filwaqt li tingħata prijorità lill-kunsiderazzjoni tar-realtà tal-ħajja tal-koppja, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-kunflitti tal-liġijiet imsejsa fuq serje ta' kriterji ta' konnessjoni suċċessivi, li jippermettu t-tfassil tal-liġi applikabbli għall-beni kollha tal-miżżewġin. Għaldaqstant, l-ewwel residenza abitwali komuni tal-miżżewġin wara ż-żwieġ ikollha tikkostitwixxi l-ewwel kriterju, li jkollu preċedenza fuq il-liġi taċ-ċittadinanza komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ. Jekk, l-ebda minn dawn il-kriterji ma jiġi sodisfatt, jew fin-nuqqas tal-ewwel residenza abitwali komuni f'każijiet ta' ċittadinanza doppja komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ, għandha tiġi applikata, bħala t-tielet kriterju, il-liġi tal-Istat li t-tnejn li huma l-aktar li għandhom rabta mill-qrib miegħu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha.

Ġustifikazzjoni

Għal kull każ individwali, għandhom jitqiesu ċirkustanzi individwali sabiex ikun hemm qbil dwar ir-rabtiet l-aktar mill-qrib tal-miżżewġin. Minħabba l-fatt li l-postijiet fejn huma ċċelebrati ż-żwiġijiet għandhom ħabta jkunu magħżula għal raġunijiet oħra milli għal-liġi applikabbli, ma hemm l-ebda raġuni għaliex għandha tiġi enfasizzata l-possibilità ta' din l-għażla.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) It-terminu “residenza abitwali” għandu jiġi interpretat b’konformità mal-objettiv ta’ dan ir-Regolament. Is-sinifikat tiegħu għandu jiġi determinat mill-imħallef skond il-każ fuq bażi fattwali. Dan it-terminu ma jirreferix għal kunċett tal-liġi nazzjonali, iżda għal kunċett awtonomu tal-liġi tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata definizzjoni tat-terminu 'residenza abitwali' sabiex kemm jitsa' jkun jiġu evitati interpretazzjonijiet arbitrarji. Naturalment, il-qorti trid teżamina l-fatti rilevanti kollha qabel ma tapplika d-definizzjoni.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Fid-dawl tal-importanza tal-għażla tal-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, ir-Regolament għandu jintroduċi ċerti garanziji li jiżguraw li l-miżżewġin jew il-koppja li tkun se tiżżewweġ jkunu konxji mill-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Din l-għażla għandha tieħu l-forma preskritta għall-kuntratt taż-żwieġ mil-liġi tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzat l-att, u għandha ssir mill-inqas bil-miktub u tiġi ddatata u ffirmata miż-żewġ miżżewġin. Barra minn hekk, għandhom jiġu rrispettati l-eżiġenzi formali addizzjonali li eventwalment ikunu imposti mil-liġi tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzat l-att rigward il-validità, il-pubbliċità jew ir-reġistrazzjoni ta' tali kuntratti.

(24) Fid-dawl tal-importanza tal-għażla tal-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, ir-Regolament għandu jintroduċi ċerti garanziji li jiżguraw li l-miżżewġin jew il-koppja li tkun se tiżżewweġ jkunu konxji mill-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Din l-għażla għandha tieħu l-forma preskritta għall-kuntratt taż-żwieġ jew mil-liġi tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzat l-att, u għandha ssir mill-inqas bil-miktub u tiġi ddatata u ffirmata miż-żewġ miżżewġin. Barra minn hekk, għandhom jiġu rrispettati l-eżiġenzi formali addizzjonali li eventwalment ikunu imposti mil-liġi tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzat l-att rigward il-validità, il-pubbliċità jew ir-reġistrazzjoni ta' tali kuntratti.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 9, 17, 21 u 47 rispettivament dwar ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għaż-żwieġ u t-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, id-dritt ta’ proprjetà, il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri b’mod li jkun jirrispetta dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(32) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 9, 17, 20, 21, 23 u 47 rispettivament dwar ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għaż-żwieġ u t-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, id-drittijiet tal-proprjetà, l-ugwaljanza quddiem il-liġi, il-projbizzjoni ta’ kull forma ta' diskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri b’mod li jkun konsistenti ma' dawn id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b'mod partikolari l-prinċipji tal-ugwaljanza f'għajnejn il-liġi, in-nondiskriminazzjoni bbażata fuq is-sess jew l-orjentazzjoni sesswali, u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li jiġu rikonoxxuti r-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt tad-drittijiet fundamentali tal-Kummissjoni, ir-rapporteur jenfasizza li trid tingħata attenzjoni partikolari lill-prinċipji tal-ugwaljanza f'għajnejn il-liġi (l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali), in-nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 20 tal-Karta) u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (l-Artikolu 23 tal-Karta) meta l-qrati japplikaw ir-Regolament.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 9, 17, 21 u 47 rispettivament dwar ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għaż-żwieġ u t-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, id-dritt ta’ proprjetà, il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri b’mod li jkun jirrispetta dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(32) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 9, 17, 20, 21, 23, 24 u 47 rispettivament dwar ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għaż-żwieġ u t-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, id-drittijiet tal-proprjetà, l-ugwaljanza quddiem il-liġi, il-projbizzjoni ta’ kull forma ta' diskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, id-drittijiet tal-minorenni u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali quddiem qorti. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri b’mod li jkun jirrispetta dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-qrati ta' Stat Membru li quddiemhom tkun ġiet ippreżentata talba għad-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ tal-koppja, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, għandhom ukoll il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali relatati mat-talba inkwistjoni, f'każ ta' ftehim f’dan is-sens bejn il-miżżewġin.

Il-qrati ta' Stat Membru li quddiemhom tkun ġiet ippreżentata talba għad-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ tal-koppja, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, għandhom ukoll il-ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali, f'każ ta' ftehim f’dan is-sens bejn il-miżżewġin.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-qrati ta' Stat Membru li quddiemhom tkun ġiet ippreżentata talba għad-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ tal-koppja, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, għandhom ukoll il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali relatati mat-talba inkwistjoni, f'każ ta' ftehim f’dan is-sens bejn il-miżżewġin.

Il-qrati ta' Stat Membru li quddiemhom tkun ġiet ippreżentata talba għad-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ tal-koppja, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2201/2003, għandhom ukoll il-ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu fuq kwistjonijiet ta' reġim matrimonjali relatati mat-talba inkwistjoni, f'każ ta' ftehim f’dan is-sens bejn il-miżżewġin. Il-ftehim bejn il-miżżewġin dwar il-kwestjonijiet ta’ proprjetà m'għandhomx jikkompromettu l-interessi tat-tfal minorenni.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-ftehim jista' jiġi konkluż fi kwalunkwe mument, anke matul il-proċedimenti. Jekk jiġi konkluż qabel il-proċedimenti, għandu jitfassal bil-miktub u jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ partijiet.

Dan il-ftehim jista' jiġi konkluż fi kwalunkwe mument, anke matul il-proċedimenti. Huwa għandu jitfassal bil-miktub u jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ partijiet.

Ġustifikazzjoni

Billi l-proċedimenti tad-divorzju u r-riżoluzzjoni tar-reġim tal-proprjetà matrimonjali mhux neċessarjament iridu jsiru fl-istess ħin, l-għażla tal-liġi applikabbli għandha tkopri wara ż-żwieġ ukoll.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Minbarra fil-każijiet previsti fl-Artikoli 3 u 4, il-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar proċedura relatata mar-reġim matrimonjali tal-miżżewġin, huma dawk tal-Istat Membru fejn tkun tinsab :

1. Minbarra fil-każijiet previsti fl-Artikoli 3 u 4, il-qrati li jkollhom ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu dwar proċedura relatata mar-reġim matrimonjali tal-miżżewġin f'ordni mill-kbir għaż-żgħir, huma dawk tal-Istat Membru fejn tkun tinsab:

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) in-nazzjonalità tal-konvenut jew, fil-każ tar-Renju Unit u tal-Irlanda, tad-domiċilju tiegħu/tagħha.

Ġustifikazzjoni

L-estensjoni tal-ġurisdizzjoni f'każijiet oħra barra dawk previsti fl-Artikoli 3 u 4 biex jiggvernaw il-proċedimenti fi kwistjoni ta' reġim tal-proprjetà matrimonjali tal-miżżewġin twassal għal applikazzjoni anqas frekwenti tal-Artikoli 6 u 7 ta' din il-proposta.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-ftehim jista' jiġi konkluż fi kwalunkwe mument, anke matul il-proċedimenti. Jekk jiġi konkluż qabel il-proċedimenti, għandu jitfassal bil-miktub u jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ partijiet.

Dan il-ftehim jista' jiġi konkluż fi kwalunkwe mument, anke matul il-proċedimenti. Huwa għandu jitfassal bil-miktub u jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ partijiet.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' ċertezza legali, il-ftehimiet kollha skont l-Artikolu 5 tal-proposta għandhom jitfasslu bil-miktub u datati u ffirmati miż-żewġ partijiet.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, skont l-Artikoli 16, 17 u 18, għandha tapplika għall-beni kollha tal-miżżewġin.

Il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, skont l-Artikoli 16, 17 u 18, għandha tapplika għall-beni kollha ta’ natura mobbli jew immobbli tal-miżżewġin, jinsabu fejn jinsabu.

Ġustifikazzjoni

Din tirreferi għall-għażla magħmula ta' reġim unitarju li jippermetti li l-kwestjonijiet kollha li jirrigwardaw il-beni tal-miżżewġin jiġu ttrattati fi proċedura waħda.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) il-liġi tal-Istat li fih sar iż-żwieġ, jew

Ġustifikazzjoni

Il-liġi ta' pajjiż li fih sar iż-żwieġ għandha tkun għażla rikonoxxuta ta' liġi applikabbli għal reġimi tal-proprjetà matrimonjali.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) il-liġi tal-Istat li l-miżżewġin flimkien ikollhom l-aktar rabtiet mill-qrib miegħu, jew

Ġustifikazzjoni

Il-miżżewġin għandhom jingħataw firxa wiesgħa ta' għażliet għal-liġi applikabbli fl-ambitu ta' din il-proposta.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc) il-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab l-aħħar residenza abitwali komuni, jew

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cd) il-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab l-ewwel residenza abitwali komuni tal-miżżewġin wara ż-żwieġ tagħhom.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-terminu 'residenza abitwali' għandu jfisser id-domiċilju ordinarju ta' persuna.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata definizzjoni tat-terminu 'residenza abitwali' sabiex kemm jitsa' jkun jiġu evitati interpretazzjonijiet arbitrarji. Naturalment, il-qorti trid teżamina l-fatti rilevanti kollha qabel ma tapplika d-definizzjoni.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fin-nuqqas ta' għażla min-naħa tal-miżżewġin, il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali għandha tkun :

1. Fin-nuqqas ta' għażla min-naħa tal-miżżewġin, il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali għandha tkun, f'ordni mill-kbir għaż-żgħir:

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-liġi ta' dak l-Istat li l-miżżewġin flimkien ikollhom l-aktar rabtiet mill-qrib miegħu, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, u b'mod partikolari, il-post ta' fejn ikun sar iż-żwieġ.

(c) il-liġi ta' dak l-Istat li l-miżżewġin flimkien ikollhom l-aktar rabtiet mill-qrib miegħu, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha jew, jekk dik il-liġi ma tkunx tista' tiġi stabbilita,

Ġustifikazzjoni

Għal kull każ individwali, għandhom jitqiesu ċirkustanzi individwali sabiex ikun hemm qbil dwar ir-rabtiet l-aktar mill-qrib tal-miżżewġin. Minħabba l-fatt li l-postijiet fejn huma ċċelebrati ż-żwiġijiet għandhom ħabta jkunu magħżula għal raġunijiet oħra milli għal-liġi applikabbli, ma hemm l-ebda raġuni għaliex għandha tiġi enfasizzata l-possibilità ta' din l-għażla.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) il-liġi tal-Istat li fih sar iż-żwieġ.

Ġustifikazzjoni

Huwa raġonevoli li l-għażla, mill-persuni involuti, ta' pajjiż li fih isir iż-żwieġ titqies li timplika l-aċċettazzjoni possibbli tal-liġi ta' dak il-pajjiż ukoll.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. It-terminu 'residenza abitwali' għandu jfisser id-domiċilju ordinarju ta' persuna.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata definizzjoni tat-terminu 'residenza abitwali' sabiex kemm jitsa' jkun jiġu evitati interpretazzjonijiet arbitrarji. Naturalment, il-qorti trid teżamina l-fatti rilevanti kollha qabel ma tapplika d-definizzjoni.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi kwalunkwe mument matul iż-żwieġ tagħhom, il-miżżewġin jistgħu jissottomettu r-reġim matrimonjali tagħhom għal liġi differenti minn dik li, sa dakinhar, tkun applikabbli. Huma jistgħu jagħżlu waħda biss minn dawn il-liġijiet li ġejjin :

Fi kwalunkwe mument matul iż-żwieġ tagħhom, il-miżżewġin jistgħu jissottomettu r-reġim matrimonjali tagħhom għal liġi differenti minn dik li, sa dakinhar, tkun applikabbli. Huma jistgħu jagħżlu biss waħda mil-liġijiet imniżżla fl-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament.

(a) il-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali ta' wieħed mill-konjuġi meta tkun se ssir din l-għażla,

 

(b) il-liġi tal-Istat li wieħed mill-konjuġi jkollu ċ-ċittadinanza tiegħu meta tkun se ssir din l-għażla.

 

Ġustifikazzjoni

Meta jibdlu l-liġi applikabbli għar-reġimi matrimonjali tagħhom, il-miżżewġin għandu jkollhom l-istess għażliet bħal dawk stipulati fl-Artikolu 16 (fuq l-għażla inizjali tar-reġimi tal-proprjetà).

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sakemm il-miżżewġin ma jkunux jixtiequ mod ieħor, il-bidla tal-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali matul iż-żwieġ għandha tkun effettiva biss fil-futur.

Sakemm il-miżżewġin ma jindikawx mod ieħor, il-bidla tal-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali matul iż-żwieġ għandha tkun effettiva biss fil-futur.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Minkejja l-paragrafu 1, l-għażla trid tkun mill-inqas espressa, u għandha ssir bil-miktub u tiġi ddatata u ffirmata miż-żewġ miżżewġin.

2. Minkejja l-paragrafu 1, l-għażla trid tkun mill-inqas espressa, u għandha ssir f’dokument bil-miktub u tiġi ddatata u ffirmata miż-żewġ miżżewġin u tkun tesprimi r-rieda komuni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Hawnhekk hu l-każ li jiġi żgurat li d-deċiżjoni tittieħed bi ftehim komuni biex jiġi mħares l-interess ta' kull wieħed mill-partijiet.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Barra minn dan, jekk il-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali komuni taż-żewġ miżżewġin fil-mument tal-għażla msemmija fil-paragrafu 1, tkun tistipula rekwiżiti formali addizzjonali għall-kuntratt taż-żwieġ, dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu rrispettati.

3. Barra minn dan, jekk il-liġi tal-Istat Membru msemmija fil-paragrafu 1, tkun tistipula rekwiżiti formali addizzjonali għall-kuntratt taż-żwieġ, dawn ir-rekwiżiti għandhom jiġu rrispettati.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Minkejja l-paragrafu 1, il-kuntratt taż-żwieġ għandu jsir mill-inqas bil-miktub u għandu jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ miżżewġin.

2. Minkejja l-paragrafu 1, il-kuntratt taż-żwieġ għandu jsir mill-inqas f’dokument bil-miktub u għandu jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ miżżewġin u jkun jesprimi r-rieda komuni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Hawnhekk hu l-każ li jiġi żgurat li d-deċiżjoni tittieħed bi ftehim komuni biex jiġi mħares l-interess ta' kull wieħed mill-partijiet.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 22

imħassar

Regoli obbligatorji

 

Ġustifikazzjoni

L-ambitu tal-eċċezzjonijiet permessi minn dan l-artikolu huma virtwalment bla limitu, li jippermetti lill-Istati Membri li ma jagħtu każ l-ebda dispożizzjoni msemmija fir-Regolament. Billi l-Artikolu 23 diġà jipprevedi għal eċċezzjoni tal-politika pubblika f'każijiet speċifiċi, dan l-artikolu għandu jitħassar.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni kollha kkomunikata skont il-paragrafi 1 u 2 għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta' mezzi adatti, b'mod partikolari permezz tas-sit tal-internet multilingwi tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.

3. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod sempliċi permezz ta' mezzi adatti, permezz ta' sit tal-internet multilingwi li jikkumplimenta dak tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, sabiex jiġi żgurat li l-koppji u l-miżżewġin kollha jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod infurmat.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tintroduċi għodda ta’ informazzjoni u taħriġ għall-persunal rilevanti tal-qrati u l-avukati billi jitwaqqaf portal interattiv bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni, inkluża sistema għall-iskambju tal-għarfien u l-prattiki professjonali.

PROĊEDURA

Titolu

Deċiżjonijiet fir-rigward tar-reġimi matrimonjali

Referenzi

(COM(2011)0126 – C7-0093/2011 – 2011/0059(CNS))

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.5.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

10.5.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Evelyne Gebhardt

24.5.2011

Eżami fil-kumitat

21.3.2012

3.9.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

3.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Cornelia Ernst, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Véronique Mathieu, Anthea McIntyre, Louis Michel, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Rui Tavares, Nils Torvalds, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Evelyne Gebhardt, Monika Hohlmeier, Franziska Keller, Ádám Kósa, Marian-Jean Marinescu, Antonio Masip Hidalgo, Jan Mulder, Raül Romeva i Rueda, Glenis Willmott

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Justas Vincas Paleckis, Iuliu Winkler

oPINJONI TAL-KUMITAT GĦAD-DRITTIJIET TAN-NISA U L-UGWALJANZA BEJN IS-SESSI (7.5.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fir-rigward tar-reġimi matrimonjali
(COM(2011)0126 – C7‑0093/2011 – 2011/0059(CNS))

Rapporteur: Marina Yannakoudakis

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Daħla

Iż-żieda fil-mobilità taċ-ċittadini bejn l-Istati Membri tal-UE twassal għal żieda naturali fin-numru ta' żwiġijiet transnazzjonali fejn il-koppji jista' jkollhom aktar minn proprjetà immobbli waħda. Barra minn hekk, koppji li jkunu jgħixu fi Stati Membri differenti jistgħu jiltaqgħu ma' komplikazzjonijiet, f'każ ta' mewt ta' wieħed mill-konjuġi, fir-rigward tal-beni tagħhom imqassmin f’ġurisdizzjonijiet legali differenti.

hu

Din l-opinjoni oriġinat mill-Kumitat FEMM, u għandha l-għan li tipproteġi lill-aktar konjuġi vulnerabbli, filwaqt li tirrikonoxxi ukoll l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel f'għajnejn il-liġi. L-objettiv ewlieni tal-opinjoni hu li tkabbar l-għarfien fost in-nisa, sabiex meta dawn ikunu ffaċċjati mill-konsegwenzi ġuridiċi ta' reġim patrimonjali taż-żwieġ, ikunu f'pożizzjoni li jwettqu deċiżjoni informata u bbilanċjata fi żmien inevitabbilment diffiċli. Din l-opinjoni toffri soluzzjonijiet prattiċi għar-reġimi ta’ patrimonjali taż-żwieġ, filwaqt li tipproteġi u tirrispetta l-ġurisdizzjoni sovrana tal-Istati membri.

Definizzjoni u ambitu

Ir-rapporteur tinnota li d-definizzjoni ta' "reġim patrimonjali ta’ żwieġ" tvarja madwar l-UE. Għalhekk, hu importanti li jkun hemm definizzjoni ċara tal-konsistenza tal-beni li għandhom jiddaħħlu fil-proposta. Pereżempju, il-ħlasijiet għall-manteniment f'xi Stati Membri jaqgħu jidħlu fil-konsistenza tar-reġim patrimonjali taż-żwieġ, filwaqt li għal oħrajn dan mhux il-każ.

Ir-rapporteur hi konxja tal-fatt li l-ambitu tal-abbozz ta' test tal-Kummissjoni hu marbut biss mal-patrimonju taż-żwieġ, u li s-sħubijiet reġistrati jitqiesu fi proposta separata, għalkemm relatata, tal-Kummissjoni. [1] Madankollu, ir-rapporteur tixtieq tenfasizza li l-istess ugwaljanzi u jeddijiet għandhom ikunu disponibbli għaċ-ċittadini kollha tal-UE, irrispettivament min-natura tal-unjoni tagħhom, flimkien ma’ kunsiderazzjoni xierqa tal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri individwali.

L-isfidi ewlenin

L-isfidi ewlenin f'din l-opinjoni jitrattaw żewġ xenarji differenti. L-ewwel ikun dak tal-mewt ta' wieħed mill-konjuġi, u t-tieni jkun id-divorzju matrimonjali. Dawn iż-żewġ xenarji huma kkumplikati minħabba fil-prinċipju tas-sussidjarjetà, fejn reġimi patrimonjali taż-żwieġ huma ggvernati mill-Istati Membri individwali u xi drabi permezz ta' konvenzjonijiet bilaterali jew multilaterali. Dan ħoloq diversità fl-ordinamenti ġuridiċi tal-Istati Membri, li r-rapporteur titlob li għandhom jiġu rispettati u osservati fi ħdan l-ambitu dejjaq tal-proposta tal-Kummissjoni.

Fl-abbozzar ta' din l-opinjoni ir-rapporteur kienet konxja tal-fatt li mhux l-Istati Membri kollha kienu firmatarji ta' dan l-abbozz ta' direttiva u għalhekk kien hemm it-tama li din il-proposta jkollha ċerta flessibilità biex tippermetti lil dawk li kienu għadhom ma ffirmawx jeżaminaw mill-ġdid il-pożizzjoni tagħhom. Further, there was no clear agreement amongst the Member States on a related Commission proposal on "successions and wills"[2] which is at present being scrutinized in the Council.

Appoġġ għal konjuġi vulnerabbli u/jew partijiet terzi

Ir-rapporteur tifhem li ta' spiss, għalkemm mhux dejjem, in-nisa jirrappreżentaw l-aktar konjuġi vulnerabbli tul il-proċedimenti ta' divorzju, minħabba li spiss huma l-irġiel li huma l-għajn ewlenija ta' dħul finanzjarju għaż-żwieġ u/jew għan-nukleu familjari. Għalhekk ir-rapporteur titlob li n-nisa jingħataw appoġġ adegwat tul dan iż-żmien diffiċli. Barra minn hekk il-partijiet terzi għandhom jiġu protetti, speċjalment f'każ ta' tfal dipendenti. Bi qbil ma' dan l-approċċ, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali lid-dar matrimonjali biex din tkun protetta mill-bejgħ sakemm tingħata deċiżjoni mill-Qorti kompetenti, sabiex il-konjuġi vulnerabbli u d-dipendenti tagħhom ikollhom garanzija ta' dar fejn jgħixu.

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tindirizza l-kwestjoni tal-jedd ta' proprjetà f'każ ta' divorzju, u tipprovdi flessibilità għall-koppji li qegħdin jiddivorzjaw biex jadottaw ir-reġim matrimonjali adegwat fejn jista' jintlaħaq qbil komuni. Madankollu, f'xenarju bħal dan, meta ma jeżisti l-ebda ftehim bħal dan, il-proposta għandha tikkunsidra l-protezzjoni tal-parti l-iktar dgħajfa, u kull tibdil ta' ċirkostanzi fi żwieġ.

F'każ ta' mewt ta' wieħed mill-konjuġi

Ir-rapporteur hi tal-fehma li jistgħu jinqalgħu problemi f'każ ta' mewt tal-konjuġi, u l-konjuġi superstiti ma jkollu l-ebda għażla dwar liema regoli u dispożizzjonijiet legali japplikaw. Dan kollu hu kopert mill-abbozz ta' rapport dwar "is-suċċessjonijiet u t-testmenti", imsemmi aktar ’il fuq, għad illi meta ma jitħalliex testment, wieħed għandu jipprova jiżgura l-protezzjoni tal-konjuġi superstiti, u li jkun hemm flessibilità fl-amministrazzjoni tal-assi ereditarju, b'kunsiderazzjoni tax-xewqat tal-konjuġi superstiti.

Tassazzjoni

Il-kwestjoni tat-tassazzjoni dwar il-beni għandha taqa' taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru peress li l-kriterju ta' residenza abitwali jiggverna l-ġurisdizzjoni koperta. Madankollu, mhux l-Istati Membri kollha għandhom ftehimiet fiskali bilaterali jew multilaterali li jfisser li f'każ ta' mewt ta' wieħed mill-konjuġi, għandu jkun iggarantit li ma jkunx hemm tassazzjoni doppja.

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi estiż fuq il-kwistjonijiet ċivili kollha relatati mar-reġimi matrimonjali, li jikkonċernaw kemm il-ġestjoni ta' kuljum tal-beni tal-miżżewġin kif ukoll ix-xoljiment tar-reġim, li jkun jirriżulta b'mod partikolari mis-separazzjoni tal-koppja jew mill-mewt ta' wieħed mill-membri tagħha.

(11) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jiġi estiż fuq il-kwistjonijiet ċivili kollha relatati mar-reġimi matrimonjali, li jikkonċernaw kemm il-ġestjoni ta' kuljum tal-beni tal-miżżewġin kif ukoll ix-xoljiment tar-reġim, li jkun jirriżulta b'mod partikolari mis-separazzjoni jew divorzju tal-koppja jew mill-mewt ta' wieħed mill-membri tagħha.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Fin-nuqqas ta' għażla tal-liġi applikabbli u sabiex tlaqqa' flimkien il-prevedibbiltà u l-eżiġenza taċ-ċertezza legali, filwaqt li tingħata prijorità lill-kunsiderazzjoni tar-realtà tal-ħajja tal-koppja, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-kunflitti tal-liġijiet imsejsa fuq serje ta' kriterji ta' konnessjoni suċċessivi, li jippermettu t-tfassil tal-liġi applikabbli għall-beni kollha tal-miżżewġin. Għaldaqstant, l-ewwel residenza abitwali komuni tal-miżżewġin wara ż-żwieġ ikollha tikkostitwixxi l-ewwel kriterju, li jkollu preċedenza fuq il-liġi taċ-ċittadinanza komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ. Jekk, l-ebda minn dawn il-kriterji ma jiġi sodisfatt, jew fin-nuqqas tal-ewwel residenza abitwali komuni f'każijiet ta' ċittadinanza doppja komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ, għandha tiġi applikata, bħala t-tielet kriterju, il-liġi tal-Istat li t-tnejn li huma l-aktar li għandhom rabta mill-qrib miegħu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, b'mod partikolari, il-post fejn ikun sar iż-żwieġ, minħabba li jkun ġie speċifikat li dawn ir-rabtiet mill-qrib għandhom ikunu kkunsidrati fil-mument taż-żwieġ.

(21) Fin-nuqqas ta' għażla tal-liġi applikabbli u sabiex tlaqqa' flimkien il-prevedibbiltà u l-eżiġenza taċ-ċertezza legali, filwaqt li tingħata prijorità lill-kunsiderazzjoni tar-realtà tal-ħajja tal-koppja, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli armonizzati dwar il-kunflitti tal-liġijiet imsejsa fuq serje ta' kriterji ta' konnessjoni suċċessivi, li jippermettu t-tfassil tal-liġi applikabbli għall-beni kollha tal-miżżewġin. Għaldaqstant, l-ewwel residenza abitwali komuni tal-miżżewġin wara ż-żwieġ ikollha tikkostitwixxi l-ewwel kriterju, li jkollu preċedenza fuq il-liġi taċ-ċittadinanza komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ. Jekk, l-ebda minn dawn il-kriterji ma jiġi sodisfatt, jew fin-nuqqas tal-ewwel residenza abitwali komuni f'każijiet ta' ċittadinanza doppja komuni tal-miżżewġin fil-mument taż-żwieġ, għandha tiġi applikata, bħala t-tielet kriterju, il-liġi tal-Istat li t-tnejn li huma l-aktar li għandhom rabta mill-qrib miegħu, filwaqt li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, minħabba li jkun ġie speċifikat li dawn ir-rabtiet mill-qrib għandhom ikunu kkunsidrati fil-mument taż-żwieġ.

Ġustifikazzjoni

Numru ta' koppji jistgħu jmorru barra mill-pajjiż biex jiżżewġu, li tispiċċa tikkomplika l-applikazzjoni tal-klawsola dwar "l-eqreb rabta".

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Jista' jkun li l-membru vulnerabbli tal-koppja ma jkunx f'pożizzjoni li jagħmel għażla ħielsa u ġusta dwar il-prijorità matrimonjali minħabba ċirkostanzi partikolari, bħalma huma ċirkostanzi ta' dipendenza ekonomika jew finanzjarja, diskrepanza fil-pagi, nuqqas ta' aċċess għall-informazzjoni jew għal parir legali, jew ċirkostanzi relatati ma' mard jew vjolenza domestika.

Ġustifikazzjoni

Il-każ ta' nuqqas ta' għażla tal-liġi diġà ġiet trattata fil-premessa 21 tal-proposta tal-proprjetà matrimonjali. Peress li l-proposta tistipula liġijiet, f'każ li ma sseħħ l-ebda għażla għal-liġi applikabbli mill-miżżewġin, l-emenda proposta tiddeskrivi biss uħud miċ-ċirkostanzi skont liema ma kienx hemm possibilità ta' għażla tal-liġi. Għal din ir-raġuni il-frażi "fin-nuqqas ta' għazla tal-liġi" tneħħiet mit-test oriġinali tal-premessa.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Fid-dawl tal-importanza tal-għażla tal-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, ir-Regolament għandu jintroduċi ċerti garanziji li jiżguraw li l-miżżewġin jew il-koppja li tkun se tiżżewweġ jkunu konxji mill-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Din l-għażla għandha tieħu l-forma preskritta għall-kuntratt taż-żwieġ mil-liġi tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzat l-att, u għandha ssir mill-inqas bil-miktub u tiġi ddatata u ffirmata miż-żewġ miżżewġin. Barra minn hekk, għandhom jiġu rrispettati l-eżiġenzi formali addizzjonali li eventwalment ikunu imposti mil-liġi tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzat l-att rigward il-validità, il-pubbliċità jew ir-reġistrazzjoni ta' tali kuntratti.

(24) Fid-dawl tal-importanza tal-għażla tal-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, ir-Regolament għandu jintroduċi ċerti garanziji li jiżguraw li l-miżżewġin jew il-koppja li tkun se tiżżewweġ jkunu konxji mill-konsegwenzi tal-għażla tagħhom, inkluż għajnuna legali ħielsa meta wieħed mill-miżżewġin jinsab f'diffikultajiet finanzjarji. Din l-għażla għandha tieħu l-forma preskritta għall-kuntratt taż-żwieġ mil-liġi tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzat l-att, u għandha ssir mill-inqas bil-miktub, tiġi ddatata u ffirmata miż-żewġ miżżewġin u awtentikata. Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni xierqa għall-konjuġi vulnerabbli jew prospettiv, qabel ma sseħħ l-għażla tad-dritt applikabbli, kull konjuġi għandu jiġi informat b'mod individwali u minn qabel minn konsulent legali dwar il-konsegwenzi ta’ din l-għażla partikolari. Barra minn hekk, għandhom jiġu rrispettati l-eżiġenzi formali addizzjonali li eventwalment ikunu imposti mil-liġi tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzat l-att rigward il-validità, il-pubbliċità jew ir-reġistrazzjoni ta' tali kuntratti.

Ġustifikazzjoni

L-aċċess għal parir legali indipendenti minn konsulent legali min-naħa tal-konjuġi għandu jippermetti li titwettaq għażla awtonoma u informata li tipproteġi lil dak il-konjuġi li jista' jkun f'sitwazzjoni vulnerabbli.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 24 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) Il-konjuġi jew konjuġi prospettivi li l-unjoni tagħhom jkollha dimensjoni internazzjonali għandu jkollhom aċċess minn qabel għal informazzjoni dwar il-konsegwenzi tal-għażla ta' reġim patrimonjali taż-żwieġ u dwar liema konsulenti legali jistgħu jiġu kkonsultati qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar reġim patrimonjali taż-żwieġ, f'każ ta' dubju jew f’każ ta’ sitwazzjoni ta' vulnerabilità. L-informazzjoni dwar ir-reġimi patrimonjali taż-żwieġ tista' tiġi nkluża f'"welcome pack" li l-konjuġi jirċievu, jekk iridu, meta jikkuntattjaw l-ambaxxata tagħhom jew lill-awtoritajiet lokali, skont l-ordinament nazzjonali. Dawk il-konjuġi li l-unjoni tagħhom għandha dimensjoni internazzjonali għandhom ikunu informati individwalment u minn qabel dwar il-benefiċċji ta' għażla ta' reġim patrimonjali taż-żwieġ qabel ma jixtru proprjetà immobbli barra mill-pajjiż. F'kull ċirkostanza għandha tkun promossa l-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) F'ċirkustanzi eċċezzjonali, minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku il-qrati tal-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbiltà li jwarrbu l-liġi barranija, meta l-applikazzjoni ta' tali liġi f'każ partikolari tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-forum. Madanakollu, il-qrati m'għandhomx jingħataw il-possibbiltà li jqajmu l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku tal-forum sabiex titwarrab il-liġi ta' Stat ieħor, u lanqas m'għandhom jiċħdu r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni, att awtentiku jew ta' tranżazzjoni ġudizzjarja li jkunu ġew stabbiliti fi Stat Membru ieħor, meta l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku tkun tmur kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull tip ta' diskriminazzjoni.

(25) F'ċirkustanzi eċċezzjonali, minħabba kunsiderazzjonijiet ta’ interess pubbliku il-qrati tal-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbiltà li jwarrbu l-liġi barranija, meta l-applikazzjoni ta' tali liġi f'każ partikolari tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-forum. Madanakollu, il-qrati m'għandhomx jingħataw il-possibbiltà li jqajmu l-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku tal-forum sabiex titwarrab il-liġi ta' Stat ieħor, u lanqas m'għandhom jiċħdu r-rikonoxximent jew l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni, att awtentiku jew ta' tranżazzjoni ġudizzjarja li jkunu ġew stabbiliti fi Stat Membru ieħor, meta l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni tal-ordni pubbliku tkun tmur kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari l-Artikolu 21 tagħha li jipprojbixxi kull tip ta' diskriminazzjoni, u l-Artikolu 23, li jeżiġi l-garanzija tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fi kwalunkwe qasam.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Dawn li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

3. 3. Dawn li ġejjin huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għall-kunsiderazzjonijiet ta' bilanċ u ta’ sens ta’ ġustizzja:

Ġustifikazzjoni

F'xi Stati Membri l-bqija tal-assi jitqiesu bħala ħaġa waħda u jiġu trattati bħala kwistjoni waħda, b'kunsiderazzjoni tal-bilanċ u l-intenzjoni ta' ġustizzja fil-protezzjoni taż-żewġ konjuġi, li, f'ħafna ċirkostanzi huma n-nisa li x'aktarx ikunu, fejn applikabbli, it-tutur ewlieni għat-tfal. Fi Stati Membri oħrajn dawn l-assi huma rregolati b'mod separat.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) id-drittijiet għall-pensjoni, sakemm il-liġi nazzjonali tipprovdi li d-drittijiet tal-pensjoni miksuba tul iż-żwieġ jinqasmu f'każ ta' divorzju.

Ġustifikazzjoni

Jekk l-assi jkunu se jiġu regolati separatament, kif deskritt fil-proposta tal-Kummissjoni, hu importanti li tingħata kunsiderazzjoni ukoll lill-esklużjoni mill-ambitu ta' din il-proposta għal direttiva, tad-donazzjonijet magħmula minn membri tal-familja, id-drittijiet għall-pensjoni, il-polzi tal-assigurazzjoni u l-fondi ta' irtirar.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb) poloz tal-assigurazzjoni u fondi tal-irtirar.

Ġustifikazzjoni

Jekk l-assi jkunu se jiġu regolati separatament, kif deskritt fil-proposta tal-Kummissjoni, hu importanti li tingħata kunsiderazzjoni ukoll lill-esklużjoni mill-ambitu ta' din il-proposta għal direttiva, tad-donazzjonijet magħmula minn membri tal-familja, id-drittijiet għall-pensjoni, il-polzi tal-assigurazzjoni u l-fondi ta' irtirar.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "kuntratt taż-żwieġ" : kwalunkwe ftehim li permezz tiegħu l-miżżewġin jorganizzaw ir-relazzjonijiet patrimonjali ta' bejniethom u fil-konfront ta' terzi persuni;

(b) "kuntratt taż-żwieġ" : kwalunkwe ftehim li permezz tiegħu l-miżżewġin, meta żżewġu jew tul iż-żwieġ tagħhom, jorganizzaw ir-relazzjonijiet patrimonjali ta' bejniethom u fil-konfront ta' terzi persuni;

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) “qorti”: kwalunkwe awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istati Membri li teżerċita funzjoni ġudizzjarja fir-rigward tar-reġim matrimonjali kif ukoll kwalunkwe awtorità oħra mhux ġudizzjarja jew persuna li teżerċita, b'delega jew nomina ta' awtorità ġudizzjarja tal-Istati Membri, funzjonijiet rilevanti għall-ġuriżdizzjonijiet tal-qrati, hekk kif previsti f'dan ir-Regolament;

(g) “qorti”: tinkludi kwalunkwe awtorità u professjonisti legali b'kompetenza fir-rigward ta' reġimi matrimonjali li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, jaġixxu permezz ta' delegazzjoni ta' setgħa minn xi qorti jew jaġixxu taħt il-kontroll ta' xi qorti dment li dawn l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn joffru garanziji fir-rigward tal-imparzjalità u l-jedd tal-partijiet kollha li jinstemgħu u dment li d-deċiżjonijiet tagħhom jittieħdu skont il-liġi tal-Istat Membru li fih joperaw:

 

– huma soġġetti għal appell jew rieżami minn awtorità ġudizzjarja; kif ukoll

 

- jkollhom saħħa u effett simili għal deċiżjoni ta' awtorità ġudizzjarja dwar l-istess kwestjoni.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-ftehim jista' jiġi konkluż fi kwalunkwe mument, anke matul il-proċedimenti. Jekk jiġi konkluż qabel il-proċedimenti, għandu jitfassal bil-miktub u jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ partijiet. Fin-nuqqas ta' ftehim bejn il-miżżewġin, il-ġuriżdizzjoni għandha tiġi rregolata mill-Artikolu 5 et seq.

Dan il-ftehim jista' jiġi konkluż fi kwalunkwe mument, anke matul il-proċedimenti. Jekk jiġi konkluż qabel il-proċedimenti, għandu jitfassal bil-miktub, jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ partijiet u awtenitikat. Qabel ma jintlaħaq ftehim, kull konjuġi għandu jkun informat individwalment minn konsulent legali dwar il-konsegwenzi legali tal-għażla tiegħu.

Ġustifikazzjoni

L-aċċess għal parir legali indipendenti minn konsulent legali min-naħa tal-konjuġi għandu jippermetti li titwettaq għażla awtonoma u informata li tipproteġi lil dak il-konjuġi li jista' jkun f'sitwazzjoni vulnerabbli.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-ftehim jista' jiġi konkluż fi kwalunkwe mument, anke matul il-proċedimenti. Jekk jiġi konkluż qabel il-proċedimenti, għandu jitfassal bil-miktub u jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ partijiet.

Dan il-ftehim jista' jiġi konkluż fi kwalunkwe mument, anke matul il-proċedimenti. Meta l-ftehim jiġi konkluż qabel il-proċedura, dan għandu jsir bil-miktub u għandu jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ partijiet, u reġistrat bi qbil mal-proċedura stipulata fl-Istat Membri fejn ikun konkluż.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Article 13a

 

Il-għoti ta’ informazzjoni lill-konjuġi

 

L-awtorità kompetenti għandha l-obbligu li tinforma lill-konjuġi, fi żmien raġonevoli, dwar il-proċedimenti ta' reġimi patrimonjali taż-żwieġ imnedija kontrihom.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Article 14a

 

Miżuri ta' protezzjoni speċjali

 

Qabel ma tittieħed kwalunkwe deċiżjoni dwar qorti kompetenti, għandha tingħata protezzjoni speċjali lid-dar matrimonjali permezz ta' miżuri bħall-protezzjoni ta' dak l-assi minn bejgħ, b’konformità mad-dritt tal-Istat Membru indirizzat sakemm ma tinqata’ s-sentenza tal-qorti kompetenti.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi protetti l-konjuġi vulnerabbli u terzi, bħad-dipendenti, hu importanti li d-dar matrimonjali tkun protetta minn bejgħ ta' malajr sakemm il-qorti kompetenti toħroġ id-deċiżjoni tagħha, u bi qbil mad-dritt tal-Istat Membru indirizzat. Dan jiżgura li tul il-proċedimenti tal-qorti il-konjuġi vulnerabbli u d-dipendenti tagħhom ikollhom dar ggarantita fejn jgħixu, jekk xieraq.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, skont l-Artikoli 16, 17 u 18, għandha tapplika għall-beni kollha tal-miżżewġin.

Il-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali, skont l-Artikoli 16, 17 u 18, għandha tapplika għall-beni komuni kollha tal-miżżewġin.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-liġi ta' dak l-Istat li l-miżżewġin flimkien ikollhom l-aktar rabtiet mill-qrib miegħu, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, u b'mod partikolari, il-post ta' fejn ikun sar iż-żwieġ.

(c) (c) il-liġi ta' dak l-Istat li l-miżżewġin flimkien ikollhom l-aktar rabtiet mill-qrib miegħu, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi kollha, irrispettivament mill-post ta' fejn ikun sar iż-żwieġ.

Ġustifikazzjoni

Numru ta' koppji jistgħu jmorru barra mill-pajjiż biex jiżżewġu, li tispiċċa tikkomplika l-applikazzjoni tal-klawsola dwar "l-eqreb rabta".

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Irrispettivament mill-paragrafu 1, f'każ ta' mewt ta' wieħed mill-konjuġi, u fejn ma jkunx hemm reġim patrimonjali taż-żwieġ, fejn hu possibbli r-rieda tal-konjuġi li jibqa’ ħaj għandha tingħata prijorità u tiġi rrispettata.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jekk il-miżżewġin jagħżlu li din il-bidla tal-liġi applikabbli tkun waħda retroattiva, l-effett retroattiv la għandu jolqot b'mod negattiv il-validità tal-atti konklużi qabel skont il-liġi li sa dakinhar kienet għadha applikabbli, u lanqas id-drittijiet ta' terzi persuni li jirriżultaw mil-liġi li kienet applikabbli preċedentement.

Jekk il-miżżewġin jagħżlu li din il-bidla tal-liġi applikabbli tkun waħda retroattiva, l-effett retroattiv la għandu jolqot b'mod negattiv il-validità tal-atti konklużi qabel skont il-liġi li sa dakinhar kienet għadha applikabbli, u lanqas id-drittijiet ta' terzi persuni li jirriżultaw mil-liġi li kienet applikabbli preċedentement. Kull wieħed mill-konjuġi għandu jkun informat b'mod individwali minn qabel permezz ta' konsulent legali dwar il-konsegwenzi legali ta' din l-għażla.

Ġustifikazzjoni

Deċiżjonijiet retrospettivi mhux se jwasslu għal livelli ta' ċertezza legali aktar għoljin għal partijiet terzi u jistgħu joħolqu spejjeż legali ogħla għall-konjuġi.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Minkejja l-paragrafu 1, l-għażla trid tkun mill-inqas espressa, u għandha ssir bil-miktub u tiġi ddatata u ffirmata miż-żewġ miżżewġin.

2. Minkejja l-paragrafu 1, l-għażla trid tkun mill-inqas espressa, u għandha ssir bil-miktub u tiġi ddatata, ffirmata miż-żewġ miżżewġin u awtentikata. Qabel ma sseħħ l-għażla ta' dritt applikabbli kull wieħed mill-konjuġi jkun informat b'mod individwali minn konsulent legali dwar il-konsegwenzi legali ta' din l-għażla.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Minkejja l-paragrafu 1, il-kuntratt taż-żwieġ għandu jsir mill-inqas bil-miktub u għandu jiġi ddatat u ffirmat miż-żewġ miżżewġin.

2. 2. Minkejja l-paragrafu 1, il-kuntratt taż-żwieġ għandu jsir mill-inqas bil-miktub u għandu jiġi ddatat, iffirmat miż-żewġ miżżewġin u awtentikat.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) tkun irrikonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija preċedentement fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz bejn l-istess partijiet f’tilwima li jkollha l-istess suġġett u l-istess kawża, meta d-deċiżjoni li tkun ingħatat qabel tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru li ssirlu t-talba.

(d) (d) tkun inkonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija preċedentement fi Stat Membru ieħor bejn l-istess partijiet f’tilwima bl-istess suġġett u l-istess kawża, meta d-deċiżjoni li tkun ingħatat qabel tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru li ssirlu t-talba.

Ġustifikazzjoni

Ma hemm l-ebda garanzija ta' rikonoxximent reċiproku ma' stat terz. Dan ifisser li l-ġurisdizzjonijiet tal-Istati Membri tal-UE għandhom jitħarrġu u mbgħad japplikaw il-liġi barranija ta' stati terzi mhux membri tal-UE li jista' jwassal għal spejjeż kunsiderevoli, id-dewmien ta' żmien u t-tnaqqis taċ-ċertezza legali għar-rikorrent u għal partijiet terzi.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Madanakollu, il-liġi ta’ Stat Membru tista’ tipprevedi li l-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali ma tkunx tista' tintuża minn wieħed mill-konjuġi kontra terza persuna meta wieħed mill-konjuġi jew it-terza persuna jkollu/jkollha r-residenza abitwali tiegħu/tagħha fuq it-territorju ta’ dak l-Istat Membru u meta l-kundizzjonijiet dwar il-pubbliċità jew ir-reġistrazzjoni previsti minn dan l-istess dritt ma jkunux ġew irrispettati, sakemm it-terza persuna kienet taf jew kellha tkun taf bil-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali.

2. 2. Madanakollu, il-liġi ta’ Stat Membru tista’ tipprevedi li l-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali ma tkunx tista' tintuża minn wieħed mill-konjuġi kontra terza persuna meta wieħed mill-konjuġi jew it-terza persuna jkollu/jkollha r-residenza abitwali tiegħu/tagħha fuq it-territorju ta’ dak l-Istat Membru u meta l-kundizzjonijiet dwar il-pubbliċità jew ir-reġistrazzjoni previsti minn dan l-istess dritt ma jkunux ġew irrispettati, sakemm it-terza persuna kienet taf bil-liġi applikabbli għar-reġim matrimonjali.

Ġustifikazzjoni

Jista' jkun diffiċli li jiġi vverifikat jekk terza kellux ikun jaf, speċjalment meta tikkunsidra n-natura internazzjonali ta' ħafna tilwim dwar il-patrimonju taż-żwieġ. Dan it-terminu twarrab għax mhuwiex ċar fl-ambitu tiegħu.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni kollha kkomunikata skont il-paragrafi 1 u 2 għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta' mezzi adatti, b'mod partikolari permezz tas-sit tal-internet multilingwi tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.

3. 3. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni kkomunikata, f'konformità mal-paragrafi 1 u 2, disponibbli għall-pubbliku permezz ta' mezzi adattati, b'mod partikolari, għalkemm mhux esklussiv, permezz tas-sit tal-internet multilingwu tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni tista' tkun ikkomunikata b'mezzi oħrajn, bħall-helpline telefoniku multilingwi.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw it-teħid ta' miżuri adegwati sabiex jiżguraw li dawk il-konjuġi li l-unjoni tagħhom għandha dimensjoni internazzjonali jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar il-konsegwenzi tal-għażla ta' reġim ta' patrimonjali taż-żwieġ u dwar il-konsulenti legali li jistgħu jiġu kkonsultati.

PROĊEDURA

Titolu

Decisions in matters of matrimonial property regimes

Referenzi

(COM(2011)0126 – C7-0093/2011 – 2011/0059(CNS))

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.5.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

10.5.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

Data tal-ħatra

Marina Yannakoudakis

19.4.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.2.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

24.4.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Emine Bozkurt, Andrea Češková, Iratxe García Pérez, Zita Gurmai, Mikael Gustafsson, Mary Honeyball, Sophia in ‘t Veld, Lívia Járóka, Nicole Kiil-Nielsen, Silvana Koch-Mehrin, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Astrid Lulling, Barbara Matera, Elisabeth Morin-Chartier, Angelika Niebler, Siiri Oviir, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Marc Tarabella, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis, Anna Záborská, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Franziska Katharina Brantner, Christa Klaß, Ana Miranda, Mariya Nedelcheva, Antigoni Papadopoulou

  • [1]  Il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati (COM(2011) 127 finali)
  • [2]  Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-atti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u l-ħolqien ta’ ċertifikat Ewropew tas-suċċessjoni

PROĊEDURA

Titolu

Deċiżjonijiet fir-rigward tar-reġimi matrimonjali

Referenzi

COM(2011)0126 – C7-0093/2011 – 2011/0059(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

7.4.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.5.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

10.5.2011

FEMM

10.5.2011

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Alexandra Thein

12.4.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.6.2011

21.11.2011

17.9.2012

11.10.2012

 

18.12.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.6.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Vytautas Landsbergis, Eva Lichtenberger, Angelika Niebler, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Frédérique Ries, Nikolaos Salavrakos, Jacek Włosowicz

Data tat-tressiq

12.7.2013