RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, id-dritt applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati

11.7.2013 - (COM(2011)0127 – C7‑0094/2011 – 2011/0060(CNS)) - *

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur (għal opinjoni): Alexandra Thein


Proċedura : 2011/0060(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0254/2013

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, id-dritt applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati

(COM(2011)0127 – C7‑0094/2011 – 2011/0060(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2011)0127),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0094/2011),

–   wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità, mis-Senat Taljan, mis-Sejm Pollakk, mis-Senat Pollakk, u mis-Senat Rumen, li tasserixxi li l-abbozzi tal-atti leġiżlattivi ma jimxux mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0254/2013),

1.  japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

3.  jistieden lill-Kunsill jinnotifika lill-Parlament jekk ikun beħsiebu jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.  Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsulta lill-Parlament jekk beħsiebu jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;

5.  jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-karatteristiċi speċifiċi rispettivi taż-żewġ tipi ta’ unjoni – iż-żwieġ u s-sħubija reġistrata – u d-differenzi li jirriżultaw fil-prinċipji li huma applikabbli għalihom, huma fil-bażi tas-separazzjoni f’żewġ strumenti distinti tad-dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jirregolaw l-aspetti patrimonjali taż-żwiġijiet u dawk iddedikati għall-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet irreġistrati, li għalihom japplika dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Rikonoxximent fi Stat Membru ta’ deċiżjoni marbuta mal-konsegwenzi patrimonjali ta’ sħubija reġistrata għandha bħala l-uniku skop tagħha li tippermetti l-eżekuzzjoni tal-konsegwenzi patrimonjali stabbiliti f'dik id-deċiżjoni. Ma jimplikax rikonoxximent minn dak l-Istat Membru tas-sħubija li fuqha jissejsu l-konsegwenzi patrimonjali li jwasslu għal dik id-deċiżjoni. L-Istati Membri fejn ma tkun teżisti l-istituzzjoni ta’ sħubija reġistrata ma humiex obbligati minn dan ir-Regolament joħolqu istituzzjoni bħal din.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Dan ir-Regolament jirrigwarda l-kwistjonijiet marbuta mal-effetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati. Il-kunċett ta’ “sħubija reġistrata” huwa biss definit għall-finijiet tar-Regolament. Il-kontenut speċifiku ta’ dan il-kunċett huwa definit mid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri.

(10) Dan ir-Regolament jirrigwarda l-kwistjonijiet marbuta mal-effetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati. Il-kunċett ta’ “sħubija reġistrata” huwa biss definit għall-finijiet tar-Regolament. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sħubija reġistrata hija forma ta’ unjoni għajr iż-żwieġ. Il-kontenut speċifiku ta’ dan il-kunċett ta' sħubija reġistrata huwa definit mid-dritt nazzjonali tal-Istati Membri.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Dan ir-Regolament ma għandux, iżda, japplika għal oqsma tad-dritt ċivili li jikkonċernaw materji oħrajn li ma jkunux ir-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, għalhekk, għandhom jiġu espliċitament esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament għadd ta’ mistoqsijiet li jistgħu jidhru bħala marbutin ma’ materji ta’ dak ir-reġim.

(Jaqbel mal-Premess 11 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 3 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Ġustifikazzjoni

Il-Premessa l-ġdida tenfasizza li l-kamp ta’ applikazzjoni għandu jiġi ddeterminat b’mod preċiż u d-delimitazzjonijiet għal oqsma legali oħra għandha tkun ċara. Premessa korrispondenti tinsab fil-Premessa 11 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni u tiġi proposta wkoll għar-Regolament dwar ir-Reġim Matrimonjali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Minħabba li l-obbligi ta’ manteniment bejn is-sħab reġistrati huma previsti mir-Regolament (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, dawn għandhom għaldaqstant jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-istess bħall-kwistjonijiet li jirrigwardaw il-validità u l-effetti tad-donazzjonijiet, li huma koperti mir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali.

(12) L-obbligi ta’ manteniment bejn is-sħab reġistrati, li huma previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta' Diċembru 2008 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, l-istess bħall-kwistjonijiet ta' suċċessjoni li huma koperti mir-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, id-dritt applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni1.

 

____________________

 

1 ĠU L 201, 27.7.2012, p.107.

(Jaqbel ma’ AM 4 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Issues relating to the nature of rights in rem that may exist under the national law of Member States, and those linked to the disclosure of such rights, should also be excluded from the scope of this Regulation, as they are in Regulation (EU) No ... [of the European Parliament and of the Council on jurisdiction, applicable law, recognition and enforcement of decisions and authentic instruments in matters of succession and the creation of a European Certificate of Succession]. B’hekk, il-qrati tal-Istat Membru li fih tkun tinstab proprjetà ta’ wieħed mis-sħab jew tat-tnejn li huma, jistgħu jieħdu miżuri li jagħmlu parti mid-dritt in rem u li jirrigwardaw, b'mod partikolari, ir-reġistrazzjoni tat-trasferiment ta' din il-proprjetà fir-reġistru pubbliku, meta dan ikun previst mil-liġi ta' dan l-Istat Membru.

(13) Dan ir-Regolament – bħar-Regolament (UE) Nru 650/2012 – ma għandux jolqot il-għadd limitat (‘numerus clausus’) ta’ jeddijiet in rem magħrufin fid-dritt nazzjonali ta’ xi Stati Membri. Stat Membru ma għandux jintalab jirrikonoxxi dritt in rem relatat ma’ proprjetà li tinsab f'dak l-Istat Membru jekk id-dritt in rem ikkonċernat ma jkunx magħruf fil-liġi tiegħu.

(Jaqbel ma’ AM 5 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) B’danakollu, biex il-benefiċjarji jitħallew igawdu fi Stat Membru ieħor il-jeddijiet li jkunu nħolqu jew ġew trasferiti lilhom mil-likwidazzjoni ta' reġim patrimonjali ta' sħubija reġistrata, dan ir-Regolament għandu jiddisponi dwar l-adattament ta’ jedd in rem skonoxxut għall-eqreb jedd in rem ekwivalenti fid-dritt ta’ dak l-Istat Membru l-ieħor. Fil-kuntest ta' tali adattament għandu jittieħed kont tal-għanijiet u l-interessi mwettqin bid-dritt in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu. Għall-finijiet li jiġi ddeterminat l-eqreb dritt in rem nazzjonali ekwivalenti, jistgħu jiġu kkuntattjati l-awtoritajiet jew il-persuni kompetenti tal-Istat li l-liġi tiegħu tkun applikata għall-effett patrimonjali tas-sħubija reġistrata, biex tinkiseb aktar informazzjoni dwar in-natura u l-effetti tad-dritt. Għal dak il-fini, jistgħu jintużaw in-netwerks eżistenti fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili u kummerċjali kif ukoll kwalunkwe mezz ieħor disponibbli li jiffaċilita l-fehim tad-dritt barrani.

(Jaqbel mal-premessa 16 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 6 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Ġustifikazzjoni

F’reġim patrimonjali ta’ sħubija reġistrata – bħal fil-każ ukoll f’materji ta’ reġim matrimonjali – tippreżenta ruħha problema simili fir-rigward tal-għarfien tad-drittijiet in rem bħal f'suċċessjonijiet. Il-Premessa l-ġdida tinkorpora l-Premessa 16 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Ir-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni f'reġistru ta' dritt fi proprjetà immobbli jew mobbli għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jiġi ġestit ir-reġistru (għal proprjetà immobbli, il-lex rei sitae) li tiddetermina taħt liema kundizzjonijiet legali u kif għandha ssir ir-reġistrazzjoni u liema awtoritajiet, bħal reġistri tal-artijiet jew in-nutara, huma responsabbli li jivverifikaw li jiġu sodisfatti r-rekwiżiti kollha u li d-dokumentazzjoni ppreżentata jew stabbilita tkun biżżejjed jew li jkun fiha l-informazzjoni neċessarja.

(Jaqbel parzjalment mal-premessa 18 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 7 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Ġustifikazzjoni

Bħal fir-Regolament dwar is-Suċċessjoni u fir-Regolament dwar ir-Reġim Matrimonjali għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament l-effetti tar-reġistrazzjoni ta' dritt f'reġistru. Il-Premessa l-ġdida tinkorpora l-Premessa 18 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 13c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13c) L-effetti tar-reġistrar ta' dritt f'reġistru għandhom wkoll jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għalhekk għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru li tiddetermina jekk fil-fatt ir-reġistrar huwiex, pereżempju, dikjaratorju jew kostituttiv. B'hekk, fejn bħala eżempju, l-akkwist ta' dritt reali jeħtieġ li jiġi rreġistrat f'reġistru skont id-dritt tal-Istat Membru li fih jinżamm ir-reġistru sabiex jiġi żgurat l-effett erga omnes tar-reġistri jew biex jiġu protetti t-tranżazzjonijiet legali, il-mument ta' tali akkwist għandu jiġi rregolat mid-dritt ta' dak l-Istat Membru.

(Jaqbel mal-premessa 19 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 8 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Ġustifikazzjoni

Bħal fir-Regolament dwar is-Suċċessjoni u fir-Regolament dwar ir-Reġim Matrimonjali għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament l-effetti tar-reġistrazzjoni ta' dritt f'reġistru. Il-Premessa l-ġdida tinkorpora l-Premessa 19 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 13d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13d) Bħar-Regolament (UE) Nru 650/2012, dan ir-Regolament għandu josserva s-sistemi differenti ta' trattament ta' kwestjoni ta' reġim patrimonjali applikati fl-Istati Membri. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament it-terminu "qorti" għandu għalhekk jingħata tifsira wiesgħa sabiex ikopri mhux biss il-qrati fil-veru sens tal-kelma, li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji, iżda wkoll in-nutara jew l-uffiċċji tar-reġistru f'xi Stati Membri li, f'ċerti materji ta’ reġimi patrimonjali, jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji bħal qrati, u n-nutara u l-professjonisti legali li, f'xi Stati Membri, jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji f'reġim patrimonjali speċifiku permezz tad-delega tas-setgħa minn qorti. Il-qrati kollha skont dan ir-Regolament għandhom ikunu marbutin bir-regoli tal-ġuriżdizzjoni msemmijin f'dan ir-Regolament. Bil-kontra, it-terminu “qorti” ma għandux ikopri l-awtoritajiet mhux ġudizzjarji ta' Stat Membru bis-setgħa skont id-dritt nazzjonali li jittrattaw kwistjonijiet ta' reġimi patrimonjali, bħan-nutara fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fejn, bħal ma s-soltu jkun il-każ, ma jkunux qed jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji.

(Jaqbel mal-premessa 20 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 10 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Bl-istess mod, dan ir-Regolament għandu jippermetti li l-ġuriżdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru li jkunu qed jisimgħu talba ta’ xoljiment jew annullament ta’ sħubija reġistrata, tiġi estiża għall-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-aspetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata li jirriżultaw minn din it-talba, jekk is-sħab jaqblu.

(15) Bl-istess mod, dan ir-Regolament għandu jippermetti li l-ġuriżdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru li jkunu qed jisimgħu talba ta’ xoljiment jew annullament ta’ sħubija reġistrata, tiġi estiża għall-kwistjonijiet li jirrigwardaw l-aspetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata li jirriżultaw minn din it-talba, meta l-ġuriżdizzjoni tal-qrati kkonċernati tkun rikonoxxuta espressament jew impliċitament mis-sħab.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li ma jkollhomx x’jaqsmu max-xoljiment jew l-annullament ta’ sħubija jew mal-mewt ta’ wieħed mis-sħab, is-sħab jistgħu jiddeċiedu li jressqu l-mistoqsijiet marbutin mar-reġim patrimonjali lill-qrati tal-Istat Membru li d-dritt jkunu għażlu bħala d-dritt applikabbli għar-reġim patrimonjali tagħhom. Dan ikun jirrikjedi akkordju bejn is-sħab, li jista’ jiġi konkluż mhux aktar tard minn meta l-kwestjoni titqiegħed quddiem il-qorti u sussegwentement skont id-dispożizzjonijiet tal-lex fori.

(Jaqbel ma’ AM 12 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Ġustifikazzjoni

Il-Premessa l-ġdida tikkorrispondi mal-Premessa 16 tar-Regolament dwar ir-Reġim Matrimonjali.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Fis-sitwazzjonijiet l-oħrajn, dan ir-Regolament għandu jippermetti li l-qrati ta’ Stat Membru jżommu l-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom biex jisimgħu talbiet li jirrigwardaw l-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati skont lista ta’ kriterji ta’ konnessjoni f’ordni ta’ preċedenza li jiżguraw li jkun hemm rabta mill-qrib bejn is-sħab u l-Istat Membru tal-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni. Dawn il-qrati, bl-eċċezzjoni ta’ dawk tal-Istat Membru fejn is-sħubija tkun ġiet reġistrata, għandhom il-possibbiltà li jirrifjutaw il-ġuriżdizzjoni jekk il-liġi nazzjonali tagħhom ma tkunx tipprovdi għas-sħubija reġistrata. Fl-aħħarnett, fil-każ li l-ebda qorti ma jkollha l-ġuriżdizzjoni biex tisma' l-kwistjoni fid-dawl tad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan ir-Regolament, ġiet inkluża regola ta’ ġuriżdizzjoni sussidjarja, sabiex jiġi evitat kull riskju li tinċaħad il-ġustizzja.

(16) Dan ir-Regolament għandu jippermetti li l-qrati ta’ Stat Membru jżommu l-ġuriżdizzjoni territorjali tagħhom biex jisimgħu talbiet li jirrigwardaw l-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati lil hinn minn proċediment ta’ separazzjoni jew suċċessjoni skont ġabra ta’ kriterji ta’ konnessjoni f’ordni ta’ preċedenza li jiżguraw li jkun hemm rabta mill-qrib bejn is-sħab u l-Istat Membru tal-qorti li jkollha ġuriżdizzjoni. Dawn il-qrati, bl-eċċezzjoni ta’ dawk tal-Istat Membru fejn is-sħubija tkun ġiet reġistrata, għandha tingħatalhom l-opportunità li jirrifjutaw il-ġuriżdizzjoni jekk il-liġi nazzjonali tagħhom ma tkunx tipprovdi għas-sħubija reġistrata.

Ġustifikazzjoni

Minkejja li jkun mixtieq li titneħħa l-possibbiltà tad-dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni sabiex tintlaħaq sinkronizzazzjoni aħjar ta’ reġimi patrimonjali fi żwiġijiet u sħubijiet reġistrati, jidher li fid-dawl tal-approċċi differenti tal-Istati Membri fir-rigward ta’ sħubijiet reġistrati attwalment ikun aktar realistiku li jinżamm ir-regolament ta’ kompromess, li tipprevedi l-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex ikun hemm rimedju, partikolarment għal sitwazzjonijiet ta’ ċaħda ta’ ġustizzja, dan ir-Regolament għandu jipprevedi forum necessitatis li jippermetti qorti ta’ Stat Membru, f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali, li tieħu deċiżjonijiet dwar reġim patrimonjali li jkun konness mill-qrib ma’ Stat terz. Tali bażi eċċezzjonali tista' titqies li teżisti meta l-proċedimenti jkunu impossibbli fl-Istat terz ikkonċernat, pereżempju minħabba fi gwerra ċivili, jew meta ma jistax ikun raġonevolment mistenni li benefiċjarju jibda jew imexxi proċedimenti f’dak l-Istat. Madankollu, il-ġuriżdizzjoni bbażata fuq il-forum necessitatis għandha tiġi eżerċitata biss jekk il-kawża ta’ reġim patrimonjali tkun konnessa biżżejjed mal-Istat Membru tal-qorti invokata.

(Jaqbel mal-premessa 31 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 14 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Ġustifikazzjoni

Il-Premessa l-ġdida tikkorrispondi mal-Premessa 17a għar-Regolament dwar ir-Reġim Matrimonjali.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Sabiex titħaffef il-ġestjoni tal-proprjetà tas-sħab, il-liġi tal-Istat li fih tkun ġiet irreġistrata s-sħubija se tapplika għall-proprjetà kollha tas-sħab, anki jekk din il-liġi ma tkunx il-liġi ta' Stat Membru.

(18) Sabiex titħaffef il-ġestjoni tal-proprjetà tas-sħab reġistarti, dan ir-Regolament għandu jawtorizzahom jagħżlu d-dritt applikabbli għall-partrimonju tagħhom minn fost is-sistemi legali li jkollhom rabta mill-qrib, irrispettivament min-natura jew is-sitwazzjoni tal-beni, abbażi tar-residenza jew tan-nazzjonalità tagħhom. M’hemm l-ebda raġuni għaliex is-sħubijiet reġistrati għandhom jiġu mċaħħda din l-għażla. Jekk l-imsieħba jagħżlu liġi li ma tkunx tirrikonoxxi sħubija reġistrata, l-għażla tal-liġi “ma tkunx effettiva”. F’dak il-każ għandha tinżamm konnessjoni oġġettiva. Minkejja li l-grupp ta’ persuni kkonċernat normalment jista’ jkun infurmat sew dwar id-drittijiet tiegħu, il-ħtieġa għal protezzjoni legali speċjali għandha tiġi indirizzata billi jiġu speċifikati pariri legali dwar l-effetti tal-għażla. Dan ir-rekwiżit jiġi sodisfatt b’mod partikolari meta l-parir ikun iggarantit b'regoli formali addizzjonali dwar l-għażla tad-dritt, l-aktar dwar in-notarizzazzjoni.

 

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Sabiex jiġu żgurati ċ-ċertezza u ċ-ċarezza ġuridiċi, ir-regolament għandu jinkludi wkoll regola dwar reġistrazzjoni multipla ta' sħubija reġistrata, li għandu jkollha x’taqsam mar-reġistrazzjoni l-aktar reċenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda reġistrazzjonijiet multipli ta' sħubijiet reġistrati.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ li ma tkunx saret għażla tal-liġi, sabiex jiġi sodisfatt ir-rekwiżit taċ-ċertezza legali u prevedibbiltà, u sabiex jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi tal-ħajja tal-imsieħba, ir-Regolament irid jintroduċi regoli ta’ dritt internazzjonali privat li jkunu li jippermettu d-determinazzjoni tad-dritt applikabbli għall-proprjetà kollha tas-sħab fuq il-bażi ta’ skala ta’ fatturi ta’ ness. B'hekk ir-residenza abitwali komuni ta' meta tiġi stabbilita sħubija jew l-ewwel residenza abitwali komuni tas-sħab wara li tiġi stabbilita s-sħubija għandha tkun il-fattur tal-konnessjoni saħansitra qabel in-nazzjonalità komuni tas-sħab ta' meta tiġi stabbilita s-sħubija. Jekk ma jkun japplika l-ebda wieħed minn dawk il-kriterji, jew fin-nuqqas ta' residenza abitwali komuni fejn is-sħab ikollhom nazzjonalità doppja komuni meta ssir is-sħubija reġistrata, it-tielet kriterju għandu jkun l-Istat li miegħu s-sħab għandhom l-eqreb rabtiet b'kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha u billi jkun magħmul ċar li dawk ir-rabtiet jitqiesu bħalma kienu fil-mument li tkun saret is-sħubija. Il-liġijiet definiti b’dawk il-kriterji ma għandhomx ikunu applikata li ma jkunux jirrikonoxxu s-sħubijiet reġistrati. Bħala regola bażi, id-dritt tal-Istat li fih is-sħubija tkun ġiet reġistrata għandu japplika għall-beni tas-sħab.

(Jaqbel ma’ AM 15 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 18c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta tintuża n-nazzjonalità biex jiġi stabbilit id-dritt applikabbli, għandu jitqies il-fatt li xi Stati li għandhom is-sistema ġuridika tagħhom ibbażata fuq il-common law jużaw id-domiċilju u mhux in-nazzjonalità bħala kriterju ta' ness.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tiċċara r-rwol ta' 'nazzjonalità' u 'domiċilju' fil-lista ta' fatturi ta' konnessjoni.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 18d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali tat-tranżazzjonijiet u biex tkun evitata kwalunkwe bidla fil-liġi applikabbli dwar l-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati li tista' ssir mingħajr ma jkunu notifikati s-sħab, l-ebda bidla ma tista' ssir jekk mhux wara talba speċifika tal-partijiet. Din il-bidla deċiża mis-sħab ma jistax ikollha effett retroattiv, sakemm is-sħab ma jkunux stipulaw dan b'mod espliċitu. Ikun x'ikun il-każ, il-bidla ma tkunx tista' tolqot b'mod negattiv id-drittijiet ta' terzi persuni u l-validità tal-atti li jkunu seħħew qabel.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tiżgura li l-għażla tal-liġi applikabbli ma tistax issir mingħajr il-kunsens espliċitu taż-żewġ partijiet.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) It-tagħrif kollu neċessarju għandu jkun magħmul disponibbli b’mod sempliċi u b’mezzi xierqa, b'mod partikolari permezz ta’ sit tal-Kummissjoni fuq l-internet li jkun multilingwi.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b) L-iskambji tal-prattiki tajbin fost dawk li jeżerċitaw il-professjonijiet legali għandhom ikunu inkoraġġiti.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Premessa 19c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19c) Il-Kummissjoni għandha ddaħħal għodda ta’ informazzjoni u taħriġ għall-persunal rilevanti tal-qrati, għall-avukati fil-prattika billi jitwaqqfu portal interattiv fuq l-internet bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u sistema għall-iskambju tal-għarfien professjonali u l-prattiki.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Minħabba li r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet mogħtija fl-Istati Membri huwa wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, dan għandu jipprevedi regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 u adattati, jekk ikun meħtieġ, għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-qasam kopert minn dan ir-Regolament. B'hekk ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tkun tirrigwarda, parzjalment jew kompletament, l-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati, ma jkunux jistgħu jiġu miċħuda fi Stat Membru jekk il-liġi nazzjonali tiegħu ma tkunx tirrikonoxxi tali sħubijiet jew tkun tipprevedi effetti patrimonjali differenti.

(23) Minħabba li r-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar kwestjonijiet ta’ reġimi patrimonjali li jikkonċernaw is-sħubijiet reġistrati mogħtija fl-Istati Membri f’reġim patrimonjali li jikkonċerna sħubijiet reġistrati huwa wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, dan għandu jipprevedi regoli dwar ir-rikonoxximent, l-eżegwibilità u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fuq il-bażi ta’ strumenti legali oħra tal-Unjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u adattati, jekk ikun meħtieġ, għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-qasam kopert minn dan ir-Regolament. B'hekk ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni li tkun tirrigwarda, parzjalment jew kompletament, l-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati, ma jkunux jistgħu jiġu miċħuda fi Stat Membru jekk il-liġi nazzjonali tiegħu ma tkunx tirrikonoxxi tali sħubijiet jew tkun tipprevedi effetti patrimonjali differenti.

(Jaqbel ma’ AM 19 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  24

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Sabiex jitqiesu l-modi differenti li bihom jiġu ttrattati l-kwistjonijiet dwar l-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati fl-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jiżgura r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tal-atti awtentiċi. Għalhekk l-atti awtentiċi ma jistgħux jiġu assimilati ma' deċiżjonijiet tal-qrati f'dak li jirrigwarda r-rikonoxximent tagħhom. Ir-rikonoxximent tal-atti awtentiċi jfisser li dawn igawdu mill-istess valur probatorju fir-rigward tal-kontenut tal-att u mill-istess effetti bħal fl-Istat Membru tal-oriġini tagħhom, kif ukoll minn preżunzjoni ta' validità li tista' taqa' fil-każ ta' kontestazzjoni.

(24) Sabiex jitqiesu s-sistemi differenti li bihom jiġu indirizzati l-kwistjonijiet dwar l-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati fl-Istati Membri, dan ir-Regolament għandu jiżgura l-aċċettazzjoni u l-eżegwibilità fl-Istati Membri kollha tal-istrumenti pubbliċi fil-materji kollha marbutin mar-reġimi patrimonjali li jikkonċernaw is-sħubijiet reġistrati.

(Jaqbel mal-premessa 60 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 20 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  25

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) F’termini ta’ rikonoxximent, l-eżegwibilità u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji, u tal-aċċettazzjoni u l-eżegwibilità ta’ atti awtentiċi u l-eżegwibilità ta’ riżoluzzjonijiet ġudizzjarji, dan ir-Regolament għandu għalhekk jistabbilixxi regoli fuq il-bażi b’mod partikolari tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.

(Jaqbel ma’ AM 21 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  26

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Jekk il-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali ta’ sħubija reġistrata trid tirregola r-relazzjonijiet legali bejn wieħed mis-sħab u terza persuna, jeħtieġ li l-kundizzjonijiet dwar l-effetti ta’ din il-liġi fil-konfront ta' din it-terza persuna jkunu regolati mil-liġi tal-Istat Membru fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali tas-sieħeb/sieħba jew tat-terza persuna, sabiex jitħarsu l-interessi ta’ dan tal-aħħar. Il-liġi ta’ dan l-Istat Membru tista’ għaldaqstant tipprevedi li dan is-sieħeb/sieħba jkun jista' biss jinvoka l-liġi tar-reġim patrimonjali tiegħu kontra din it-terza persuni sakemm il-kundizzjonijiet ta' reġistrazzjoni jew ta' pubbliċità previsti minn dan l-Istat Membru jkunu ġew rispettati, sakemm it-terza persuna ma tkunx taf jew kellha tkun taf il-liġi applikabbli għall-aspetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata.

(25) Il-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali ta’ sħubija reġistrata taħt dan ir-Regolament, kif previst minn dan ir-Regolament, trid tirregola r-relazzjonijiet legali bejn wieħed mis-sħab reġistrati u terza persuna. Madankollu, sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-parti terza, l-ebda wieħed mis-sħab ma għandu jkun jista' jinvoka dik il-liġi jew dispożizzjonijiet obbligatorji prevalenti f’rapport ġuridiku bejn wieħed mis-sħab u terz jekk kemm-il darba s-sieħeb li jkollu r-rapport ġuridiku mat-terz, u t-terz, ikunu abitwalment residenti fl-istess Stat, li ma jkunx l-Istat li d-dritt tiegħu jkun applikabbli għar-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata. Għandhom japplikaw l-eċċezzjonijiet meta t-terz ma jkunx eliġibbli għall-protezzjoni, fi kliem ieħor meta kien konxju, jew imissu kien konxju, mid-dritt applikabbli, jew jekk ir-rekwiżiti applikabbli għar-reġistrazzjoni jew il-pubbliċità fl-Istat jkunu ġew ottemperati.

(Jaqbel ma’ AM 22 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  27

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni b'rabta mal-ħruġ u l-bidla sussegwenti tal-attestazzjonijiet u l-formoli li għandhom x'jaqsmu mad-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà ta' deċiżjonijiet ta' tranżazzjonijiet ġudizzjarji u strumenti awtentiċi. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni.

 

______________

 

1ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(Jaqbel mal-premessa 78 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 23 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  28

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-proċedura konsultattiva għandha tintuża għall-adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu u sussegwentement jemendaw l-attestazzjonijiet u l-formoli previsti f'dan ir-Regolament f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(Jaqbel mal-premessa 79 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 24 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  29

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 9, 17, 21 u 47 rispettivament dwar ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għaż-żwieġ u t-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, id-dritt ta’ proprjetà, il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri b’mod li jkun konsistenti ma’ dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(28) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari, l-Artikoli 7, 9, 17, 21 u 47 dwar, rispettivament, ir-rispett lejn il-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, id-dritt għaż-żwieġ u t-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, il-jedd għall-proprjetà, l-ekwità quddiem il-liġi, il-projbizzjoni ta' kull tip ta' diskriminazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri b’mod li jkun konsistenti ma’ dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(Jaqbel parzjalment mal-premessa 81 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 25 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-proprjetà personali tas-sħubija reġistrata,

imħassar

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-kapaċità legali tas-sħab,

(b) il-kapaċità ġenerali tas-sħab,

(Jaqbel ma’ AM 26 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-eżistenza, il-validità jew ir-rikonoxximent tas-sħubija,

(Jaqbel ma’ AM 27 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) id-donazzjonijiet bejn is-sħab,

imħassar

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) id-drittijiet ta’ suċċessjoni tas-sieħeb/sieħba superstiti,

(e) kwestjonijiet ta’ suċċessjoni li jirrigwardjaw lis-sieħeb superstiti,

(Jaqbel ma’ AM 29 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) is-soċjetajiet bejn is-sħab,

(f) kwestjonijiet regolati mid-dritt soċjetarju u korpi oħrajn, korporattivi jew le,

(Jaqbel mal-Artikolu 1(h) fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 30 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) in-natura tad-drittijiet in rem li jirrigwardaw proprjetà u l-pubbliċità ta' dawn id-drittijiet.

(g) in-natura tad-drittijiet in rem,

(Jaqbel mal-Artikolu 1(k) fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 31 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) kwalunkwe reġistrazzjoni f'reġistru ta' jeddijiet reali immobbiljari jew mobbiljari, inklużi r-rekwiżiti ġuridiċi għal tali reġistrazzjoni, u l-effetti ta' reġistrazzjoni jew in-nuqqas ta' reġistrazzjoni ta' dawn il-jeddijiet, u

(Jaqbel mal-Artikolu 1(l) fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 32 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb) kwestjonijiet ta’ intitolament għat-trasferiment jew aġġustament, fil-każ ta’ xoljiment ta’ sħubija reġistrata, bejn is-sħab jew sħab preċedenti, ta’ jeddijiet ta’ pensjonijiet tal-irtirar jew tad-diżabilità akkumulati matul is-sħubija reġistrata.

(Jaqbel ma’ AM 33 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tal-iżviluppi fl-Istati Membri lejn iż-żieda fl-ugwaljanza tas-sħubija reġistrata, dan ir-Regolament għandu jħares lejn il-futur u jeskludi mill-kamp ta' applikazzjoni l-aġġustamenti tal-jeddijiet tal-pensjoni kif prevista fid-dritt Ġermaniż kif ukoll istituzzjonijiet simili fi Stati Membri oħra, sakemm dawn japplikaw għal sħubijiet reġistrati

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) “sħubija reġistrata”: Sistema li tirregola l-ħajja komuni bejn żewġ persuni, prevista mil-liġi u li tagħti lok għal reġistrazzjoni minn awtorità pubblika;

(b) “sħubija reġistrata”: “sħubija reġistrata”: sistema li tirregola l-unjoni bejn żewġ persuni, li ġiet stabbilita fil-forma kif previst mil-liġi fl-Istat Membru li fih tkun ġiet irreġistrata;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) “sħubija reġistrata”:

kwalunkwe ftehim li permezz tiegħu s-sħab jew is-sħab futuri jirregolaw l-effetti patrimonjali tas-sħubija tagħhom;

(Jaqbel ma’ AM 35 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) “Att awtentiku”: dokument imħejji jew irreġistrat uffiċjalment bħala att awtentiku fl-Istat Membru ta’ oriġini u li l-awtentiċità tiegħu:

(c) “Att awtentiku”: dokument f’materja li għandha x’taqsam mar-reġim patrimonjali fi sħubija reġistrata li jkun tfassal formalment jew ġie rreġistrat formalment bħala strument awtentiku fi Stat Membru u li l-awtentiċità tiegħu:

(Jaqbel mal-Artikolu 3(l)(i) fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 36 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) “deċiżjoni”: kull deċiżjoni mogħtija fil-qasam tar-reġim patrimonjali ta’ sħubija reġistrata minn qorti ta’ Stat Membru, ikun xi jkun l-isem li jingħatalha, bħal sentenza, ġudizzju, ordni jew mandat ta’ eżekuzzzjoni, kif ukoll id-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-kawża mir-reġistratur;

(d) ‘deċiżjoni’: “deċiżjoni”: kull deċiżjoni mogħtija fil-qasam tar-reġim patrimonjali ta’ sħubija reġistrata minn qorti ta’ Stat Membru, ikun xi jkun l-isem li jingħatalha, bħal deċiżjoni dwar id-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-kawża mir-reġistratur;

(Jaqbel mal-Artikolu 31(l)(g) fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 37 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) “Stat Membru ta’ oriġini”: l-Istat Membru li fih, skont il-każ, tingħata d-deċiżjoni, jiġi konkluż il-kuntratt ta’ sħubija, jitħejja l-att awtentiku jew l-att ta’ likwidazzjoni tal-patrimonju komuni jew kull att ieħor li jsir minn awtorità ġudizzjarja jew quddiemha jew li jiġi ddelegat minnha;

(e) “Stat Membru ta' oriġini”: l-Istat Membru li fih id-deċiżjoni tkun ingħatat lill-att awtentiku stabbilit jew ir-riżoluzzjoni ġudizzjarja tkun ġiet approvata jew konkluża;

(Jaqbel mal-Artikolu 3(l)(e) fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 38 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) “Stat Membru li ssirlu t-talba”: l-Istat Membru li fih, skont il-każ, jintalab ir-rikonoxximent u/jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, tal-kuntratt ta’ sħubija, tal-att awtentiku jew l-att ta’ likwidazzjoni tal-patrimonju komuni jew kull att ieħor li jsir minn awtorità ġudizzjarja jew quddiemha jew li jiġi ddelegat minnha;

(f) “L-Istat Membru ta’ Eżekuzzjoni”: l-Istat Membru li fih jitfittxew id-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà jew l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni, ir-riżoluzzjoni ġudizzjarja jew l-istrument awtentiku;

(Jaqbel mal-Artikolu 3(l)(f) fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 39 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) “qorti”: kull awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istati Membri li twettaq funzjoni ta’ qorti fil-qasam tal-effetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati kif ukoll kull awtorità oħra li ma tkunx ġudizzjarja jew kull persuna li twettaq, b’delega jew b’nomina minn awtorità ġudizzjarja tal-Istati Membri, il-funzjonijiet li jagħmlu parti mill-kompetenzi tal-qrati, kif previsti minn dan ir-Regolament;

imħassar

(Jaqbel ma’ AM 40 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament it-terminu “qorti” jfisser kull qorti u l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn kollha bħal dawn b'ġurisdizzjoni f'reġimi patrimonjali li jikkonċernaw sħubijiet reġistrati li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizzjarji jew jaġixxu wara li ssir delega ta' setgħa minn xi awtorità ġudizzjarja jew jaġixxu taħt il-kontroll ta' xi awtorità ġudizzjarja dment li dawn l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn joffru garanziji fir-rigward tal-imparzjalità u d-dritt tal-partijiet kollha li jinstemgħu u dment li d-deċiżjonijiet tagħhom jittieħdu skont id-dritt tal-Istat Membru li fih joperaw:

 

(a) jistgħu jkunu s-suġġett ta' appell jew reviżjoni minn awtorità ġudizzjarja; kif ukoll

 

(b) għandhom forza u effett simili għal deċiżjoni ta' awtorità ġudizzjarja fl-istess kwistjoni.

 

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet u l-professjonisti legali l-oħrajn imsemmija fl-ewwel subparagrafu b'konformità mal-Artikolu 33a.

Ġustifikazzjoni

Jidher raġonevoli, bħal fil-każ tar-Regolament dwar ir-Reġim Matrimonjali, li tiġi adottata d-definizzjoni ta’ “Qorti”mir-Regolament dwar is-Suċċessjoni, sabiex jiġu koperti l-mudelli ta' organizzazzjonijiet differenti anki fir-reġimi patrimonjali. Il-Proposta tikkorrispondi mal-Artikolu 3(2) tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu -3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -3

 

Ġurisdizzjoni f’reġimi patrimonjali fl-Istati Membri

 

Dan ir-Regolament ma jaffettwax il-ġurisdizzjoni nazzjonali fl-Istati Membri b’reġimi patrimonjali li jikkonċernaw sħubijiet reġistrati.

(Jaqbel ma’ AM 42 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni ssegwi l-Artikolu 2 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni. Din tinkludi kjarifika utli anki għal reġimi patrimonjali li jikkonċernaw sħubijiet reġistrati.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-qrati ta’ Stat Membru li quddiemhom titressaq talba dwar is-suċċessjoni ta’ wieħed mis-sħab skont ir-Regolament (UE) Nru…/… [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-atti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u l-ħolqien ta' Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni], għandhom ukoll ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar l-effetti patrimonjali tas-sħubija relatati mat-talba.

1. Il-qrati ta’ Stat Membru li quddiemhom jitressqu kwestjonijiet ta’ suċċessjoni ta’ wieħed mis-sħab skont ir-Regolament (UE) Nru 650/2012 għandhom ukoll ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar l-effetti patrimonjali b’rabta mal-każ ta’ suċċessjoni.

(Jaqbel ma’ AM 43 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ġuriżdizzjoni fil-każ tas-separazzjoni tas-sħab

Ġurisdizzjoni f'każijiet ta’ xoljiment jew annullament

Il-qrati ta’ Stat Membru li quddiemhom titressaq talba ta’ xoljiment jew annullament ta’ sħubija reġistrata, għandhom ukoll ġuriżdizzjoni, fil-każ ta’ ftehim bejn is-sħab, biex jiddeċiedu dwar l-effetti patrimonjali marbuta mat-talba.

Il-qrati ta’ Stat Membru li quddiemhom titressaq talba ta’ xoljiment jew annullament ta’ sħubija reġistrata, għandhom ukoll ġuriżdizzjoni, biex jiddeċiedu dwar l-effetti patrimonjali marbuta mat-talba jekk il-ġuriżdizzjoni tal-qrati kkonċernati tkun ġiet espressament rikonoxxuta mis-sħab jew b’mod ieħor inekwivoku.

Dan il-ftehim jista’ jiġi konkluż f’kull ħin, anki matul il-proċedimenti. Meta jiġi konkluż qabel il-proċedimenti, huwa għandu jiġi fformulat bil-miktub, jiġi datat u jiġi ffirmat miż-żewġ partijiet.

 

Fin-nuqqas ta’ ftehim bejn is-sħab, il-ġuriżdizzjoni hija rregolata mill-Artikolu 5.

Fin-nuqqas ta’ rikonoxximent tal-ġuriżdizzjoni tal-qrati msemmija fil-paragrafu 1, il-ġuriżdizzjoni hija rregolata skont l-Artikolu 5.

(Jaqbel ma’ AM 44 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Ġustifikazzjoni

Jidher raġonevoli, li f’każijiet ta' separazzjoni ma tkunx prevista konċentrazzjoni ta’ ġuriżdizzjoni awtomatika anki għal kwistjonijiet relatati ma’ reġimi patrimonjali sabiex l-interessi ta’ dawk konċernati jiġu ppreservati u jitħarsu aħjar u biex jiġi żgurat li dawn jaċċettaw il-ġuriżdizzjoni tal-qorti tas-separazzjonijiet. Ir-Regolament propost huwa konformi mal-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament ta’ Brussell IIa.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Ftehim dwar l-għażla tal-qorti

 

1. Is-sħab jistgħu jaqblu li l-qrati tal-Istat Membru li d-dritt tiegħu jkunu għażlu b’mod konformi mal-Artikolu 15b bħala d-dritt applikabbli għall-effetti patrimonjali tas-sħubija tagħhom għandu jkollhom ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw ir-reġim patrimonjali. Ġuriżdizzjoni bħal din tkun esklużiva.

 

Bla ħsara għat-tielet subparagrafu, ftehim ekstraġudizzjarju jista’ jiġi konkluż jew emendat fi kwalunkwe ħin, basta mhux iżjed tard minn meta l-qorti tiġi adita.

 

Jekk il-liġi tal-forum tkun hekk tiddisponi, is-sħab jistgħu jagħżlu wkoll il-ġuriżdizzjoni kompetenti wara li l-qorti tkun ġiet adita. F’dan il-każ, l-għażla dwar ir-reġim matrimonjali tiġi reġistrata fil-qorti f'konformità mal-liġi tal-forum tal-forum.

 

Meta l-ftehim jiġi konkluż qabel il-proċedura, dan għandu jsir bil-miktub u għandha tinkiteb id-data u jiġi ffirmat mill-imsieħba. Kull komunikazzjoni b'mezzi elettroniċi li tipprovdi rekord permanenti tal-ftehim għandha tkun ekwivalenti għall-forma bil-miktub.

 

2. Is-sħab jistgħu wkoll jaqblu li, jekk ma tkun intgħażlet l-ebda qorti, il-qrati tal-Istat Membru li d-dritt tiegħu jkun applikabbli skont it-termini tal-Artikolu 15 għar-reġim patrimonjali tas-sħubija tagħhom, ikollhom ġuriżdizzjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni hija b’mod konformi mar-Regolament propost fir-Regolament dwar ir-Reġim Matrimonjali. Din fil-paragrafu 1 tadotta Regolament importanti mill-Artikolu 5(2)(3) tar-Regolament ta’ Ruma III. Ir-Regolament propost fil-paragrafu 2 jikkonforma ma’ ħtieġa prattika.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4b

 

Ġurisdizzjoni bbażata fuq il-preżenza tal-konvenut

 

1. Barra mill-ġuriżdizzjoni derivanti minn dispożizzjonijiet oħrajn ta’ dan ir-Regolament, il-qorti ta’ Stat Membru li d-dritt tiegħu jkun intgħażel skont it-termini tal-Artikou -15b, jew li d-dritt tiegħu jkun applikabbli skont it-termini tal-Artikolu 15, u li quddiemha l-konvenut jkun deher, ikollha l-ġuriżdizzjoni. Din ir-regola ma tapplikax meta d-dehra tkun saret biex tiġi kkontestata l-ġurisdizzjoni, jew meta qorti oħra jkollha ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 3, l-Artikolu 4 jew l-Artikolu 4a.

 

2. Qabel ma tassumi l-ġuriżdizzjoni skont il-paragrafu 1, il-qorti tiżgura li l-konvenut jiġi mgħarraf dwar jeddu li jikkontesta l-ġurisdizzjoni u dwar il-konsegwenzi jekk jidher jew jekk ma jidhirx.

(Jaqbel ma’ AM 46 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Minbarra l-każijiet previsti fl-Artikoli 3 u 4, għandhom il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar proċedimenti li jirrigwardaw l-effetti patrimonjali ta’ sħubija reġistrata il-qrati tal-Istat Membru:

1. Jekk l-ebda qorti ma jkollha l-ġuriżdizzjoni abbażi tal-Artikoli 3, 4 u 4a, il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar proċedimenti li jirrigwardaw l-effetti patrimonjali ta’ sħubija reġistrata tkun tal-qrati tal-Istat Membru:

(a) tar-residenza abitwali komuni tas-sħab, jew fin-nuqqas ta’ dan

(a) li fit-territorju tagħhom is-sħab ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom meta tiġi adita l-qorti jew fin-nuqqas ta’ dan

(b) tal-aħħar residenza abitwali komuni tas-sħab, jekk wieħed minnhom ikun għadu residenti hemm, jew fin-nuqqas ta’ dan

(b) li fit-territorju tagħhom is-sħab ikollhom l-aħħar residenza abitwali tagħhom, jekk wieħed minnhom ikun għadu residenti hemm meta tiġi adita l-qorti, jew fin-nuqqas ta’ dan

(c) tar-residenza abitwali komuni tal-konvenut, jew fin-nuqqas ta’ dan

(c) li fit-territorju tagħhom il-konvenut ikollu r-residenza abitwali meta tiġi adita l-qorti, jew fin-nuqqas ta’ dan

 

(ca) li ż-żewġ sħab ikollhom in-nazzjonalità tagħhom meta tiġi adita l-qorti, jew, fil-każ tar-Renju Unit u tal-Irlanda, li fihom ikollhom id-domiċilju komuni tagħhom jew fin-nuqqas ta' dan,

(d) tar-reġistrazzjoni tas-sħubija.

(d) tar-reġistrazzjoni tas-sħubija.

2. Il-qrati msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) jistgħu jirrifjutaw il-ġuriżdizzjoni jekk il-liġi tagħhom ma tkunx tirrikonoxxi l-istituzzjoni tas-sħubija reġistrata.

2. Il-qrati msemmija fil-paragrafu 1(a), (b), (c) u (ca) jistgħu jirrifjutaw il-ġuriżdizzjoni jekk il-liġi tagħhom ma tkunx tirrikonoxxi l-istituzzjoni tas-sħubija reġistrata

(B’referenza għall-Artikolu 5(ca) (ġdid) ara l-emenda għall-Artikolu 6(1)(b)). Jaqbel għal AM 47 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta ma jkun hemm l-ebda qorti li jkollha ġuriżdizzjoni bis-saħħa tal-Artikoli 3, 4 jew 5 jew il-qorti tkun rrifjutat il-ġuriżdizzjoni, il-qrati ta' Stat Membru għandhom ġuriżdizzjoni safejn:

Meta ma jkun hemm l-ebda qorti ta’ Stat Membru li jkollha ġuriżdizzjoni skont it-termini tal-Artikoli 3, 4, 4a jew 5 jew il-qorti tkun rrifjutat il-ġuriżdizzjoni, il-qrati ta' Stat Membru għandhom ġuriżdizzjoni safejn il-proprjetà immobbli jew il-beni rreġistrati ta’ wieħed mill-partijiet jew tat-tnejn li huma tkun tinsab fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru; f’dak il-każ, il-qorti invokata tintalab tiddeċiedi fuq il-proprjetà immobbi jew dawn il-beni rreġistrati biss.

(a) il-proprjetà ta’ wieħed mill-partijiet jew tat-tnejn li huma tkun tinsab fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru; f’liema każ il-qorti li jitressqu l-proċedimenti quddiemha għandha tintalab biex tiddeċiedi biss dwar din il-proprjetà, jew

 

(b) iż-żewġ sħab ikollhom in-nazzjonalità ta’ dak l-Istat Membru jew, fil-każ tar-Renju Unit u tal-Irlanda, ikollhom id-domiċilju komuni tagħhom.

Il-qrati ta’ Stat Membru jkollhom ġuriżdizzjoni biss għad-deċiżjonijiet dwar il-proprjetà immobbli jew il-beni rreġistrati, li jinsabu f’dan l-Istat Membru.

(Jaqbel ma’ AM 48 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Forum necessitatis

Forum necessitatis

Meta l-ebda qorti ta’ Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni bis-saħħa tal-Artikoli 3, 4, 5 jew 6, jew il-qorti tkun ċaħdet il-ġuriżdizzjoni tagħha, il-qrati ta’ Stat Membru jistgħu, b’mod eċċezzjonali u sakemm il-kawża jkollha konnessjoni biżżejjed ma’ dak l-Istat Membru, jiddeċiedu fuq l-effetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati jekk jirriżulta li l-proċedura tkun impossibbli jew ma tkunx tista’ raġonevolment tiġi ppreżentata jew titmexxa fi Stat terz.

Jekk l-ebda qorti ta’ Stat Membru ma jkollha ġuriżdizzjoni skont it-termini tal-Artikoli 3, 4, 4a, 5 u 6, il-qrati ta’ Stat Membru jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali, jiddeċiedu dwar kawża dwar l-aspetti patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati jekk jirriżulta li l-proċedura ma tkunx tista’, jew ikun impossibbli li, raġonevolment tiġi ppreżentata jew titmexxa fi Stat terz li jkollu konnessjoni mill-qrib mal-kawża.

 

Il-kawża jrid ikollha rabta biżżejjed mal-Istat Membru tal-qorti adita.

(Jaqbel mal-Artikolu 11 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 49 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-qorti li jitressqu proċedimenti quddiemha bis-saħħa tal-Artikoli 3, 4, 5, 6 jew 7 u li jkunu pendenti quddiemha tali proċedimenti għandha wkoll il-ġuriżdizzjoni biex teżamina l-kontrotalba, safejn din tkun taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Il-qorti invokata f'konformità mal-Artikoli 3, 4, 4a, 5, 6, jew 7, li quddiemha l-proċeduri jkunu għadhom pendenti, ikollha ġuriżdizzjoni wkoll biex teżamina l-kontrotalba, f'każ li din tal-aħħar tkun tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

Jekk il-qorti tiġi adita skont it-termini tal-Artikolu 6, l-ġuriżdizzjoni tagħha li tiddeċiedi dwar kontrotalba tkun limitata għall-proprjetà immobbli jew il-beni rreġistrati li dwar ikunu l-proċedimenti ewlenin.

(Jaqbel ma’ AM 50 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kawża titqies li tkun tressqet quddiem qorti:

Għall-finijiet ta’ dan il-kapitolu kawża titqies li tkun tressqet quddiem qorti

(a) fil-mument meta(...) d-dokument li beda l-proċedimenti jew dokument ekwivalenti jiġi ppreżentat lill-qorti, dment li l-attur(...) ma jonqosx sussegwentement milli jieħu l-passi li (...)kien meħtieġ jieħu biex id-dokument ikun notifikat lill-konvenut, jew

(a) fid-data meta l-att promotur jew dokument ekwivalenti jiġi ppreżentat lill-qorti, sakemm ir-rikorrent ma jkunx sussegwentement naqas milli jieħu l-miżuri li kien meħtieġ jieħu sabiex l-att jiġi notifikat lill-konvenut;

(b) jekk l-att għandu jiġi notifikat qabel ma jiġi ppreżentat lill-qorti, fid-data li fiha l-awtorità responsabbli għan-notifika tirċevih, sakemm ir-rikorrent ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-miżuri li kien meħtieġ jieħu sabiex l-att jiġi ppreżentat lill-qorti.

(b) jekk l-att għandu jiġi notifikat qabel ma jiġi ppreżentat lill-qorti, fid-data li fiha l-awtorità responsabbli għan-notifika tirċevih, sakemm ir-rikorrent ma jkunx sussegwentament naqas milli jieħu l-miżuri li kien meħtieġ jieħu sabiex l-att jiġi ppreżentat lill-qorti, jew

 

(ba) jekk il-proċedimenti jinfetħu ex officio, fil-mument meta d-deċiżjoni li jinfetħu l-proċedimenti tittieħed mill-qorti, jew, meta deċiżjoni bħal din ma tkunx meħtieġa, fil-mument meta l-każ jiġi rreġistrat mill-qorti.

(Jaqbel mal-Artikolu 14 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 51 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  57

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta jitressqu proċeduri li jkunu jinvolvu l-istess suġġett u l-istess kawża u li jkunu ġew ippreżentati bejn is-sħab quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, il-qorti li titressaq quddiemha t-tieni talba għandha tissospendi l-proċedimenti quddiemha ex officio sakemm tiġi determinata l-ġuriżdizzjoni tal-qorti li quddiemha tkun tressqet l-ewwel talba.

1. Meta jitressqu proċeduri li jkunu jinvolvu l-istess suġġett u bejn is-sħab quddiem qrati ta' Stati Membri differenti, il-qorti li titressaq quddiemha t-tieni talba għandha tissospendi l-proċedimenti quddiemha ex officio sakemm tiġi determinata l-ġuriżdizzjoni tal-qorti li quddiemha tkun tressqet l-ewwel talba.

(Jaqbel ma’ AM 52 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  58

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proċeduri relatati

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

(Jaqbel ma’ AM 53 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  59

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Meta dawn it-talbiet ikunu pendenti quddiem qrati tal-ewwel istanza, il-qorti li titressaq it-tieni talba quddiemha tista’ wkoll iċċedi l-ġuriżdizzjoni, fuq it-talba ta’ wieħed mis-sħab, sakemm il-qorti li tkun tressqet l-ewwel talba quddiemha jkollha ġuriżdizzjoni biex tieħu konjizzjoni tat-talbiet kkonċernati u sakemm il-liġi tagħha tkun tippermetti li jingħaqdu.

(2) Meta dawn it-talbiet ikunu pendenti quddiem qrati tal-ewwel istanza, il-qorti li titressaq it-tieni talba quddiemha tista’ wkoll iċċedi l-ġuriżdizzjoni, fuq it-talba ta’ wieħed mis-sħab, sakemm il-qorti li tkun tressqet l-ewwel talba quddiemha jkollha ġuriżdizzjoni biex tieħu konjizzjoni tat-talbiet kkonċernati u sakemm il-liġi tagħha tkun tippermetti li jingħaqdu.

(Jaqbel mal-Artikolu 18 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 54 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  60

Proposta għal regolament

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-qrati ta’ Stat Membru jistgħu jintalbu jagħtu dawk il-miżuri proviżorji jew kawtelatorji previsti mil-liġi tal-istess Stat Membru minkejja li, bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, ikunu l-qrati ta’ Stat Membru ieħor li jkollhom ġuriżdizzjoni fuq il-mertu.

Jista' jsir rikors fil-qrati ta' Stat Membru għal tali provvedimenti provviżorji, inklużi dawk protettivi, li jistgħu jkunu disponibbli skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru, anke jekk, skont dan ir-Regolament, il-qrati ta' Stat Membru ieħor ikollhom il-ġuriżdizzjoni dwar il-mertu tal-każ.

(Jaqbel mal-Artikolu 19 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 56 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  61

Proposta għal regolament

Artikolu -15 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -15

 

L-unità u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi applikabbli

 

1. Il-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali ta' sħubija reġistrata għandha tapplika għall-assi kollha li huma soġġetti għal dawk il-konsegwenzi, indipendentement minn fejn jinsabu l-assi.

 

2. Id-dritt applikabbli għall-effetti patrimonjali tas-sħubijiet irreġistrati jiddetermina, bla ħsara għall-punti (g) u (ga) tal-Artikolu 1(3), inter alia:

 

(a) id-diviżjoni tal-beni tas-sħab f’diversi kategoriji qabel u wara s-sħubija reġistrata;

 

(b) it-trasferiment tal-proprjetà minn kategorija għal oħra;

 

(c) fejn ikun meħtieġ, ir-responsabbiltà għal dejn tas-sħab l-ieħor,

 

(d) il-jeddijiet tas-sħab illi jbiegħu waqt is-sħubija,

 

(e) il-likwidazzjoni u x-xoljiment tal-effetti patrimonjali ta’ sħubija reġistrata u d-diviżjoni tal-beni fil-każ ta’ xoljiment tas-sħubija reġistrata;

 

(f) l-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata fuq ir-rapport ġuridiku bejn wieħed mis-sħab u partijiet terzi fuq il-bażi tal-Artikolu 31.

(Jaqbel ma’ AM 57 u ma’ AM 58 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  62

Proposta għal regolament

Artikolu -15 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -15a

 

Applikazzjoni universali

 

Kwalunkwe liġi speċifikata minn dan ir-Regolament għandha tiġi applikata kemm jekk tkun il-liġi ta' Stat Membru kif ukoll jekk ma tkunx.

(Ara l-emenda għall-Artikolu 16; it-test inbidel. Jaqbel mal-Artikolu 20 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 59 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  63

Proposta għal regolament

Artikolu -15 b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -15b

 

Għażla tal-liġi

 

(1) Is-sħab jew is-sħab futuri jistgħu jaqblu li jinnominaw jew jibdlu l-liġi applikabbli għar-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom, bil-kondizzjoni li dik il-liġi tkun tirrikonoxxi l-istitut ta' sħubija reġistrata u torbot l-effetti patrimonjali miegħu, u bil-kondizzjoni li tkun waħda minn dawn li ġejjin:

 

(a) il-liġi tal-Istat li fih is-sħab jew is-sħab futuri, jew wieħed minnhom, huwa abitwalment residenti fiż-żmien li ġie konkluż il-ftehim, jew

 

(b) il-liġi tal-Istat li fih wieħed mis-sħab jew sħab futuri jkun nazzjonal meta jiġi konkluż il-ftehim, jew

 

(c) il-liġi tal-Istat li fih is-sħubija kienet reġistrata.

 

2. Jekk il-liġi magħżula ma tkunx tirrikonoxxi l-istituzzjoni tas-sħubija reġistrata u ma tkunx torbot konsegwenzi patrimonjali mal-istess, id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli ssir skont l-Artikolu 15.

 

3. Għażla tal-liġi skont il-paragrafu 1 hija valida biss, jekk is-sħab jew is-sħab futuri jkunu jistgħu jippruvaw, li qabel l-għażla tal-liġi jkunu ngħataw pariri fir-rigward tal-konsegwenzi legali ta’ din l-għażla tal-liġi.

 

B'hekk, dan ir-rekwiżit jitqies bħala sodisfatt, meta r-rekwiżiti proċedurali nazzjonali addizzjonalment applikabbli jkunu diġà jiżguraw dawn il-pariri.

 

4. Sakemm is-sħab ma jaqblux xort’ oħra, bidla fil-liġi applikabbli għar-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom li ssir matul is-sħubija toħloq biss effetti prospettivi.

 

5. Jekk is-sħab jagħżlu li jagħmlu dik il-bidla retroattiva, l-effett retroattiv tagħha ma jolqotx il-validità tat-tranżazzjonijiet preċedenti konklużi skont il-liġi applikabbli sa dakinhar jew il-jeddijiet ta' terzi skont il-liġi applikabbli preċedentement.

(Jaqbel parzjalment ma’ AM 60 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Ġustifikazzjoni

M’hemm l-ebda raġuni għaliex sħubijiet reġistrati ma jingħatawx din il-libertà tal-għażla. L-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali kkonfermat, li l-proposta tal-Kummissjoni ma fihiex ġustifikazzjoni suffiċjenti għall-inugwaljanza fit-trattament bejn żwiġijiet u sħubijiet reġistrati f'dan ir-rigward u għalhekk mhijiex konformi mal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  64

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Determinazzjoni tal-liġi applikabbli

Id-determinazzjoni tal-liġi applikabbli fin-nuqqas tal-għażla tal-liġi

Il-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali tas-sħubija hija l-liġi tal-Istat li fih tkun ġiet irreġistrata.

1. Fin-nuqqas tal-għażla tal-liġi skont l-Artikolu -15b, l-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata huma soġġetti għal-liġi tal-Istat:

 

(a) li fih is-sħab fiż-żmien tal-istabbiliment tas-sħubija tagħhom ikollhom ir-residenza abitwali komuni tagħhom jew wara l-istabbiliment tas-sħubija tagħhom jagħżlu bħala l-ewwel residenza abitwali komuni tagħhom, jew inkella

 

(b) li fih, fiż-żmien tal-istabbiliment tas-sħubija, iż-żewġ sħab ikollhom in-nazzjonalità tagħhom, jew inkella

 

(c) li miegħu konġuntament is-sħab ikollhom l-aktar rabta mill-qrib b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi kollha taż-żmien tal-istabbiliment tas-sħubija jew inkella

 

(d) li fih tkun ġiet irreġistrata s-sħubija.

 

1a. Il-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ma japplikawx jekk il-liġi applikabbli ma tkunx tirrikonoxxi l-istitut tas-sħubija reġistrata.

 

1b. il-paragrafu 1(b) ma japplikawx jekk is-sħab ikollhom aktar minn nazzjonalità waħda komuni.

(Jaqbel parzjalment ma’ AM 61et seq. tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  65

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Reġistrazzjoni multipli

 

Jekk ikunu jeżistu sħubijiet reġistrati bejn l-istess persuni fi Stati differenti, is-sħubija li tkun ġiet reġistrata l-aħħar, li tkun tibda mill-jum li fih twaqqfet, hi deċiżiva għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dritt applikabbli skont il-punt (d) tal-Artikolu 15(1).

Emenda  66

Proposta għal regolament

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

imħassar

In-natura universali tar-regola ta’ kunflitt tal-liġijiet

 

Il-liġi indikata mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu tapplika anki jekk din il-liġi ma tkunx dik ta’ Stat Membru.

 

(Jaqbel ma’ AM 68 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  67

Proposta għal regolament

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Rekwiżiti proċedurali għall-għażla tal-liġi

 

1. Il-ftehim tal-għażla tad-dritt li hemm riferiment għalih fl-Artikolu -15b ikun espress bil-miktub, iddatat u iffirmat miż-żewġ sħab. Komunikazzjonijiet elettroniċi li jippermettu reġistrazzjoni permanenti jitqiesu ekwivalenti għall-komunikazzjonijiet bil-miktub.

 

2. Dan il-fehim jikkonforma mar-rekwiżiti formali mad-dritt applikabbli għar-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata jew tad-dritt tal-Istat li fih ikun ġie konkluż il-ftehim.

 

3. Madankollu, jekk id-dritt tal-Istat li fih iż-żewġ sħab ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom fiż-żmien tal-ftehim tagħhom dwar l-għażla tad-dritt, ikun jiddisponi għal rekwiżiti formali addizzjonali għal ftehimiet ta’ dak it-tip jew, fin-nuqqas, għal dak il-ftehim ta’ sħubija, japplikaw dawk ir-rekwiżiti.

 

4. Jekk fiż-żmien tal-konklużjoni tal-ftehim is-sħab ikunu abitwalment residenti fi Stati differenti u d-drittijiet ta' dawk l-Istati jkunu jiddisponu rekwiżiti proċedurali differenti, il-ftehim ikun formalment validu jekk ikun jissodisfa r-rekwiżiti ta’ xi wieħed minn dawk id-drittijiet.

(Jaqbel parzjalment mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012. Ara wkoll AM 65 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  68

Proposta għal regolament

Artikolu 16b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16b

 

Rekwiżiti proċedurali għal ftehim ta’ sħubija

 

L-aspetti formali ta’ ftehim ta’ sħubija huma rregolati mutatis mutandis mill-Artikolu 16a. Kull rekwiżiti formali addizzjonali skont it-tifsira tal-Artikolu 16a(3) hu, għal finijiet ta’ dan l-Artikolu, dak marbut mal-ftehim ta’ sħubija.

(Jaqbel ma’ AM 66 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  69

Proposta għal regolament

Artikolu 16c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16c

 

Adattament ta' drittijiet in rem

 

Meta persuna tinvoka dritt in rem li tkun intitolata għalih skont id-dritt applikabbli għar-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata, u d-dritt tal-Istat Membru fejn dak il-jedd ikun ġie invokat ma jirrikonoxxix il-jedd in rem inkwestjoni, dak il-jedd, jekk hekk ikun neċessarju u safejn ikun possibbli, jiġi adattat għall-eqreb jedd in rem ekwivalenti skont id-dritt ta' dak l-Istat filwaqt li jittieħed kont tal-għanijiet u tal-interessi li jfittex il-jedd in rem speċifiku u l-effetti marbutin miegħu.

(Jaqbel mal-Artikolu 31 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 67 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Ġustifikazzjoni

F’reġim patrimonjali tippreżenta ruħha problema simili fir-rigward tar-rikonoxximent tad-drittijiet in rem bħal f'suċċessjonijiet. Id-dispożizzjoni l-ġdid hija b’mod konformi mal-Artikolu 31 kif ukoll mal-proposta parallela għar-Regolament dwar ir-Reġim Matrimonjali.

Emenda  70

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jippreġudikaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imperattivi li r-rispett tagħhom jitqies li huwa kruċjali minn Stat Membru għas-salvagwardja tal-interessi pubbliċi tiegħu, bħall-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika tiegħu, sal-punt li jkun jeħtieġ l-applikazzjoni tagħhom għal kwalunkwe sitwazzjoni li taqa' fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, irrispettivament mil-liġi applikabbli għas-sħubija reġistrata bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament.

1. Id-dispożizzjonijiet obbligatorji li jirbħu fuq l-oħrajn kollha huma dispożizzjonijiet manifestament inkompatibbli mal-politika pubblika (ordre public) tal-Istat Membru kkonċernat. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx jinterpretaw l-eċċezzjoni tal-politika pubblika b’mod li jkun kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 21 tal-istess, li jipprojbixxi l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni.

 

1a. Dan ir-Regolament ma jirrestrinġix l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet obbligatorji tal-liġi tal-forum li jirbħu fuq l-oħrajn kollha, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li jipproteġu l-kompromessi skont it-termini tal-Artikolu 31.

(Jaqbel ma’ AM 69 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  71

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi indikata minn dan ir-Regolament tista’ titwarrab biss jekk din l-applikazzjoni tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-forum..

1. L-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tal-liġi ta’ kull Stat indikata minn dan ir-Regolament ta’ Stat tista’ titwarrab biss jekk l-applikazzjoni tagħha tkun manifestament inkompatibbli mal-ordni pubbliku tal-qorti li jitressqu l-proċedimenti quddiemha.

(Jaqbel mal-Artikolu 35 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 70 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  72

Proposta għal regolament

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta dan ir-Regolament ikun jeħtieġ l-applikazzjoni tal-liġi ta’ Stat, huwa jfisser l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ f'dak il-pajjiż bl-esklużjoni tar-regoli tad-dritt internazzjonali privat tiegħu.

Fejn dan ir-Regolament jipprevedi l-applikazzjoni tal-liġi ta' Stat, dan jirreferi għar-regoli tad-dritt fis-seħħ f'dak l-Istat għajr għar-regoli tad-dritt internazzjonali privat.

(Jaqbel ma’ AM 71 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  73

Proposta għal regolament

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stati li jkollhom żewġ sistemi tad-dritt jew aktar – kunflitti tal-liġijiet territorjali

Stati b’aktar minn ordinament ġuridiku wieħed – konflitti tal-liġijiet interlokali

 

1. Fejn id-dritt speċifikat minn dan ir-Regolament ikun dak ta' Stat li jinkludi diversi unitajiet territorjali, fejn kull waħda minnhom ikollha r-regoli tad-dritt proprji tagħha rigward ir-reġimi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati, ir-regoli interni dwar il-konflitt tal-liġijiet ta' dak l-Istat jiddeterminaw l-unità territorjali rilevanti li r-regoli tal-liġi proprji tagħha jiġu japplikaw.

Meta Stat ikun jinkludi diversi unitajiet territorjali li kollha jkollhom is-sistema tad-dritt proprja tagħhom jew il-ġabra ta’ regoli proprja tagħhom li jkunu jirrigwardaw il-kwistjonijiet irregolati minn dan ir-Regolament :

1a. Fin-nuqqas ta' tali regoli interni dwar il-konflitt tal-liġijiet:

(a) kull riferiment għal-liġi ta’ dan l-Istat għandha tiġi interpretata, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament, bħala riferiment għal-liġi fis-seħħ fl-unità territorjali kkonċernata;

(a) kull referenza għal-liġi tal-Istat li hemm riferiment għalih fil-paragrafu 1 tiġi interpretata, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli abbażi tad-dispożizzjonijiet dwar ir-residenza abitwali tas-sħab, bħala riferiment għal-liġi tal-unità territorjali li fiha s-sħab ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom;

(b) kull riferiment għar-residenza abitwali f'dan l-Istat għandha tiġi interpretata bħala riferiment għar-residenza abitwali f’unità territorjali;

(b) kwalunkwe referenza għal-liġi tal-Istat imsemmi fil-paragrafu 1 tiġi interpretata, għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-dritt applikabbli skont id-dispożizzjonijiet li jirreferu għan-nazzjonalità tas-sħab, bħala li tirreferi għal-liġi tal-unità territorjali li magħha s-sħab għandhom l-eqreb rabta;

(c) kull riferiment għan-nazzjonalità għandha tirrigwarda l-unità territorjali stabbilita mil-liġi ta’ dan l-Istat jew, fin-nuqqas ta’ regoli applikabbli, l-unità territorjali magħżula mill-partijiet jew, fin-nuqqas ta’ għażla, l-unità territorjali li magħha jkollu l-aktar rabtiet mill-qrib wieħed mis-sħab jew ikollhom l-aktar rabtiet mill-qrib is-sħab.

(c) kull referenza għal-liġi tal-Istat imsemmi fil-paragrafu 1 titqies, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont kwalunkwe dispożizzjoni oħra li tirreferi għall-fatturi ta’ konnessjoni oħrajn, bħala li tirreferi għal-liġi tal-unità territorjali fejn ikun jinsab il-fattur ta’ konnessjoni rilevanti.

(Jaqbel mal-Artikolu 36 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 72 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Ġustifikazzjoni

Bħall-Artikolu 36 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni.

Emenda  74

Proposta għal regolament

Artikolu 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20a

 

Stati b'aktar minn ordinament ġuridiku wieħed - dispożizzjonijiet ta’ konflitti ta' liġijiet interpersonali

 

Fir-rigward ta' Stat li jkollu żewġ sistemi legali jew aktar jew ġabra ta' regoli applikabbli għal gruppi differenti ta' persuni fir-rigward tal-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, kwalunkwe referenza għal-liġi ta' dan l-Istat għandha titqies bħala li tirreferi għas-sistema legali jew ġabra ta' regoli determinati mir-regoli fis-seħħ f'dak l-Istat. Fin-nuqqas ta' regoli bħal dawn, għandhom japplikaw is-sistema legali jew il-ġabra ta' regoli li magħhom is-sħab ikollhom l-aktar rabta mill-qrib.

(Jaqbel ma’ AM 73 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Ġustifikazzjoni

Bħall-Artikolu 37 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni.

Emenda  75

Proposta għal regolament

Artikolu 20b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 20b

 

Meta dan ir-Regolament mhuwiex applikabbli għal konflitti ta' liġijiet interni

 

Stat Membru li jkollu diversi unitajiet territorjali, li kull waħda minnhom jkollha l-leġiżlazzjoni proprja tagħha fir-rigward tal-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, ma jkunx obbligat li japplika dan ir-Regolament għall-konflitt tal-liġijiet li jkun jirriżulta bejn dawn l-unitajiet territorjali biss.

(Jaqbel ma’ AM 74 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Ġustifikazzjoni

Bħall-Artikolu 38 tar-Regolament dwar is-Suċċessjoni.

Emenda  76

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa xi proċedura speċjali.

1. Id-deċi¿jonijiet mogħtija fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa xi proċedura speċjali. Ir-rikonoxximent ta' dawn id-deċiżjonijiet ma jimplikax madankollu li l-Istati Membri jirrikonoxxu s-sħubijiet reġistrati bħala istituzzjoni ġuridika fil-liġi nazzjonali tagħhom.

Emenda  77

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fil-każ ta' kontestazzjoni, kull parti interessata li tinvoka r-rikonoxximent bħala talba prinċipali, tista' titlob li jiġi kkonstatat, skont il-proċedimenti previsti fl-Artikoli [38 sa 56] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001, li d-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta.

2. Fil-każ ta' kontestazzjoni, kull parti interessata li tinvoka r-rikonoxximent bħala talba prinċipali, tista' titlob li jiġi kkonstatat, skont il-proċedimenti previsti fl-Artikoli 27b sa 27o, li dik id-deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta.

(Jaqbel mal-Artikolu 39 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 75 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  78

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ir-rikonoxximent ikun manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li ssirlu t-talba;

(a) ir-rikonoxximent ikun manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li fih jintalab ir-rikonoxximent;

(Jaqbel mal-Artikolu 40 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 76 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  79

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-att promotur jew att ekwivalenti ma jkunx ġie notifikat lill-konvenut kontumaċi fi żmien biżżejjed u b’tali mod li dan ikun jista’ jiddefendi ruħu, sakemm huwa ma jkunx ikkontesta d-deċiżjoni meta kellu l-possibbiltà li jagħmel dan;

(b) l-att promotur jew att ekwivalenti ma jkunx ġie notifikat lill-konvenut kontumaċi fi żmien biżżejjed u b’tali mod li dan ikun jista’ jiddefendi ruħu, sakemm huwa ma jkunx appella mid-deċiżjoni meta kellu l-possibbiltà li jagħmel dan;

(Jaqbel parzjalment mal-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012.)

Emenda  80

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tkun inkonċiljabbli ma' deċiżjoni oħra mogħtija bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru li ssirlu t-talba;

(c) ma tkunx kompatibbli ma' deċiżjoni oħra mogħtija fi proċediment bejn l-istess partijiet fl-Istat Membru li fih ir-rikonoxximent ikun ingħata;

(Jaqbel mal-Artikolu 40 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 78 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  81

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) tkun inkonċiljabbli ma' deċiżjoni mogħtija preċedentement fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz bejn l-istess partijiet f’tilwima bl-istess suġġett u l-istess kawża, meta d-deċiżjoni li tkun ingħatat qabel tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru li ssirlu t-talba.

(d) ma tkunx kompatibbli ma' deċiżjoni mogħtija preċedentement fi proċediment fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz waqt il-proċedimenti bejn l-istess partijiet f’tilwima bl-istess suġġett u l-istess kawża, meta d-deċiżjoni li tkun ingħatat qabel tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għar-rikonoxximent tagħha fl-Istat Membru li fih ir-rikonoxximent qed jiġi mfittex.

(Jaqbel mal-Artikolu 40 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 79 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  82

Proposta għal regolament

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deċiżjoni barranija ma tista', fl-ebda ċirkustanza, tkun is-suġġett ta' rieżami fil-mertu.

Id-deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ma tista', fl-ebda ċirkustanza, tiġi riveduta fil-mertu tagħha.

(Jaqbel mal-Artikolu 41 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 80 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  83

Proposta għal regolament

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-qorti ta' Stat Membru li quddiemha titressaq talba għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor tista' tissospendi l-proċedimenti quddiemha jekk din id-deċiżjoni tkun ġiet appellata.

Il-qorti ta' Stat Membru li quddiemha ssir talba għar-rikonoxximent ta’ deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor tista' tissospendi l-proċedimenti quddiemha jekk din id-deċiżjoni tkun ġiet appellata fl-Istat Membru tal-oriġini.

(Jaqbel mal-Artikolu 42 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 81 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  84

Proposta għal regolament

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru u li huma eżegwibbli fih u t-tranżazzjonijiet ġudizzjarji, jiġu eżegwiti fl-Istati Membri l-oħra, skont l-Artikoli [38 sa 56 u 58] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru u li jkunu eżegwibbli f'dak l-Istat u t-tranżazzjonijiet ġudizzjarji jkunu eżegwibbli fi Stat Membru ieħor meta, wara rikors ta’ kwalunkwe parti interessata, ikunu ġew iddikjarati eżegwibbli fi Stati Membri oħrajn skont l-Artikoli 27b sa 27o.

(Jaqbel mal-Artikolu 43 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 82 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  85

Proposta għal regolament

Artikolu 27a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27a

 

Determinazzjoni ta' domiċilju

 

Sabiex jiġi ddeterminat jekk, għall-finijiet tal-proċedura prevista fl-Artikoli 27b sa 27o, parti hijiex domiċiljata fl-Istat Membru tal-infurzar, il-qorti li jitressqu l-proċedimenti quddiemha għandha tapplika l-liġi interna ta' dak l-Istat Membru.

(Jaqbel mal-Artikolu 44 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 83 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  86

Proposta għal regolament

Artikolu 27b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27b

 

Ġuriżdizzjoni tal-qrati lokali

 

1. L-applikazzjoni għal dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà għandha tiġi ppreżentata lill-qorti jew lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni notifikata minn dak l-Istat Membru lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33.

 

2. Il-ġuriżdizzjoni lokali għandha tiġi determinata b'referenza għal post tad-domiċilju tal-parti li kontra tagħha tkun qed titfittex l-eżekuzzjoni, jew fil-post tal-infurzar.

(Jaqbel mal-Artikolu 45 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 84 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  87

Proposta għal regolament

Artikolu 27c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27c

 

Proċeduri

 

1. Il-proċedura ta' applikazzjoni għandha tkun irregolata mil-liġi tal-Istat Membru ta’ infurzar.

 

2. L-applikant ma għandux ikun meħtieġ li jkollu indirizz postali jew rappreżentant awtorizzat fl-Istat Membru ta' eżekuzzjoni.

 

3. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

 

(a) kopja tad-deċiżjoni li tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa biex tiġi stabbilita l-awtentiċità tagħha;

 

(b) l-attestazzjoni maħruġa mill-qorti jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-oriġini bl-użu tal-formola stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33c(2), mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27d.

(Jaqbel mal-Artikolu 46 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 85 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  88

Proposta għal regolament

Artikolu 27d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27d

 

Nuqqas ta' preżentazzjoni tal-attestazzjoni

 

1. Jekk l-attestazzjoni li hemm riferiment għaliha fil-punt (b) tal-Artikolu 27c(3) ma tiġix ippreżentata, il-qorti jew l-awtorità kompetenti tista' tispeċifika terminu għall-preżentata tagħha jew taċċetta dokument ekwivalenti jew, jekk tikkunsidra li jkollha informazzjoni biżżejjed quddiemha, tgħaddi mingħajrha.

 

2. Jekk il-qorti jew awtorità kompetenti tkun hekk tirrikjedi, tiġi ppreżentata traduzzjoni tad-dokumenti. It-traduzzjoni ssir minn persuna kkwalifikata biex tittraduċi f'wieħed mill-Istati Membri.

(Jaqbel mal-Artikolu 47 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 86 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  89

Proposta għal regolament

Artikolu 27e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27e

 

Dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà

 

Id-deċiżjoni għandha tiġi ddikjarata eżegwibbli immedjatament wara li jitlestew il-formalitajiet fl-Artikolu 27c mingħajr ebda reviżjoni skont l-Artikolu 22. Il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni m’għandhiex f'dan l-istadju tal-proċedimenti tkun intitolata tipprovdi spjegazzjonijiet dwar l-applikazzjoni.

(Jaqbel mal-Artikolu 48 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 87 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  90

Proposta għal regolament

Artikolu 27f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27f

 

Notifika tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà

 

1. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà għandha tinġieb immedjatament għall-attenzjoni tal-applikant skont il-proċedura stabbilita bil-liġi tal-Istat Membru tal-infurzar.

 

2. Id-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà għandha tiġi notifikata lill-parti li kontriha qed jintalab l-infurzar, akkumpanjata mid-deċiżjoni, jekk din ma tkunx diġà ġiet notifikata lil dik il-parti.

(Jaqbel mal-Artikolu 49 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 88 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  91

Proposta għal regolament

Artikolu 27g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Article 27g

 

Appell kontra d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà

 

1. Id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà tista' tiġi appellata minn kwalunkwe waħda mill-partijiet.

 

2. L-appell għandu jiġi ppreżentat quddiem il-qorti kkomunikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33.

 

3. L-appell għandu jiġi trattat skont ir-regoli li jirregolaw il-proċedura f'materji kontradittorji.

 

4. Jekk il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tonqos milli tidher quddiem il-qorti tal-appell fi proċedimenti dwar appell imressaq mir-rikorrent, għandu japplika l-Artikolu 11, anki meta l-parti li kontriha tintalab l-eżeluzzjoni ma tkun domiċiljata fit-territorju ta' ebda Stat Membru.

 

5. L-appell kontra d-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà jiġi ppreżentat fi żmien 30 jum minn dakinhar li jiġi notifikat. Jekk il-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni tkun domiċiljata fi Stat Membru li ma jkunx dak dak li fih tkun ingħatat id-dikjarazzjoni ta' eżegwibilità, it-terminu għall-appell ikun ta' 60 jum u jibda jiddekorri mill-jum tan-notifika, kemm jekk tali notifika tkun saret personalment kemm jekk fir-residenza tagħha. L-ebda proroga ma tista’ tingħata minħabba d-distanza.

(Jaqbel mal-Artikolu 50 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 89 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  92

Proposta għal regolament

Artikolu 27h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27h

 

Proċedura biex tiġi kkontestata d-deċiżjoni mogħtija fl-appell

 

Id-deċiżjoni mogħtija fl-appell tista' tiġi kkontestata biss permezz tal-proċedura kkomunikata mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 33.

(Jaqbel mal-Artikolu 51 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 90 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  93

Proposta għal regolament

Artikolu 27i (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27i

 

Rifjut jew revoka ta' dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà

 

Il-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat appell skont l-Artikolu 27g jew l-Artikolu 27h għandha tirrifjuta jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà unikament għal xi waħda mir-raġunijiet speċifikati fl-Artikolu 22. Hija għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha mingħajr dewmien.

(Jaqbel mal-Artikolu 52 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 91 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  94

Proposta għal regolament

Artikolu 27j (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27j

 

Sospensjoni tal-proċedimenti

 

Il-qorti ppreżentata b'appell skont l-Artikolu 27g jew l-Artikolu 27h għandha, mal-applikazzjoni tal-parti li kontriha jintalab l-infurzar, tissospendi l-proċedimenti jekk l-eżegwibbiltà tad-deċiżjoni tiġi sospiża fl-Istat Membru tal-oriġini minħabba appell.

(Jaqbel mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 92 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  95

Proposta għal regolament

Artikolu 27k (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27k

 

Miżuri proviżorji, inklużi dawk protettivi

 

1. Meta deċiżjoni għandha tiġi rikonoxxuta skont din it-Taqsima, xejn ma jimpedixxi lir-rikorrent milli jinqeda bil-provvedimenti provviżorji, inklużi provvedimenti protettivi, skont il-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni mingħajr ma tkun meħtieġa dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà skont it-termini tal-Artikolu 27e.

 

2. Id-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà ġġib magħha bl-applikazzjoni tal-liġi l-poter li wieħed jipproċedi għal kwalunkwe provvediment protettiv.

 

3. Matul it-terminu speċifikat għall-appell a tenur tal-Artikolu 27(5) kwantu għad-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà u sakemm ma jkun ġie deċiż kwalunkwe appell bħal dak, l-ebda provvediment ta' eżekuzzjoni ma jista’ jittieħed ħlief bi provvedimenti protettivi kontra l-beni tal-parti li kontriha tintalab l-eżekuzzjoni.

(Jaqbel mal-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 93 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  96

Proposta għal regolament

Artikolu 27l (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27l

 

Eżegwibbiltà parzjali

 

1. Meta tkun ingħatat deċiżjoni rigward diversi materji u d-dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà ma tkunx tista’ tingħata għalihom kollha, il-qorti jew l-awtorità kompetenti għandha tagħtiha għal waħda minnhom jew aktar.

 

2. Applikant jista' jitlob dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà limitata għal partijiet minn deċiżjoni.

(Jaqbel mal-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 94 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  97

Proposta għal regolament

Artikolu 27 m (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27m

 

Għajnuna legali

 

Rikorrent li, fl-Istat Membru tal-oriġini, ikun ibbenefika bis-sħiħ jew parzjalment mill-għajnuna legali jew minn eżenzjoni mill-kostijiet jew mill-ispejjeż, ikun intitolat, fi kwalunkwe proċediment għal dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà, li jibbenefika mill-għajnuna legali l-aktar favorevoli jew mill-usa’ eżenzjoni mill-kostijiet jew mill-ispejjeż kif ikun hemm dispost fil-liġi tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.

(Jaqbel mal-Artikolu 56 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 95 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  98

Proposta għal regolament

Artikolu 27 n (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27 n

 

Ebda garanzija, bond jew depożitu

 

L-ebda garanzija, bond jew depożitu, irrispettivament mid-deskrizzjoni, ma għandhom ikunu meħtieġa minn parti li fi Stat Membru tapplika għal rikonoxximent, id-dikjarazzjoni tal-eżegwibbiltà jew l-eżekuzzjoni ta' deċiżjoni mogħtija fi Stat Membru ieħor minħabba li tkun ċittadin barrani jew li ma tkunx domiċiljata jew residenti fl-Istat Membru tal-infurzar.

(Jaqbel mal-Artikolu 57 fir-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 96 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  99

Proposta għal regolament

Artikolu 27 o (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 27o

 

Ebda imposta jew tariffa

 

Fil-proċedimenti għall-ħruġ ta' dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà, m'għandhom jiġu imposti l-ebda imposta jew tariffa kkalkulati b'referenza għall-valur tal-materja inkwistjoni fl-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.

(Jaqbel mal-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 97 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  100

Proposta għal regolament

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rikonoxximent tal-atti awtentiċi

Aċċettazzjoni tal-istrumenti awtentiċi

1. L-atti awtentiċi rċevuti fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra ħlief jekk ikun hemm kontestazzjoni dwar il-validità tagħhom skont il-liġi applikabbli u bil-kundizzjoni li rikonoxximent bħal dan ma jkunx kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li ssirlu t-talba.

1. L-atti awtentiċi stabbiliti fi Stat Membru jkollu l-istess effetti probatorji fi Stat Membru ieħor bħal ma jkollhom fl-Istat Membru tal-oriġini jew l-aktar effetti komparabbli, bil-kondizzjoni li dan ma jkunx manifestament kuntrarju għall-ordni pubbliku (ordre public) fl-Istat Membru kkonċernat.

 

Il-persuna li tixtieq tagħmel użu minn strument awtentiku fi Stat Membru ieħor tista' titlob lill-awtorità li tistabbilixxi l-istrument awtentiku fl-Istat Membru tal-oriġini biex timla l-formula li għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33c(2) li tiddeskrivi l-effetti evidenzjarji li l-istrument awtentiku jipproduċi fl-Istat Membru tal-oriġini.

 

1a. Kwalunkwe kontestazzjoni marbuta mal-awtentiċità ta' strument awtentiku għandha ssir quddiem il-qrati tal-Istat Membru ta' oriġini u għandha tittieħed deċiżjoni dwarha skont il-liġi ta' dak l-Istat. L-istrument awtentiku kkontestat ma għandu jipproduċi l-ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru ieħor sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti quddiem il-qorti kompetenti.

 

1b. Kwalunkwe impunjazzjoni marbuta mal-atti ġuridiċi jew mar-rapporti ġuridiċi rreġistrati fi strument awtentiku ssir quddiem il-qrati li jkollhom ġuriżdizzjoni skont dan ir-Regolament u tiġi deċiża skont id-dritt applikabbli taħt il-Kapitolu III jew skont id-dritt li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 32. L-istrument awtentiku li jkun ġie kkontestat ma għandu jipproduċi l-ebda effett evidenzjarju fi Stat Membru ħlief l-Istat Membru tal-oriġini fir-rigward tal-materja li tkun qed tiġi kkontestata sakemm il-kontestazzjoni tkun għadha pendenti quddiem il-qorti kompetenti.

 

1c. Jekk l-eżitu tal-proċedimenti f'qorti ta' Stat Membru jiddependi fuq id-determinazzjoni ta' kwistjoni inċidentali relatata mat-tranżazzjonijiet legali jew ir-relazzjonijiet legali rreġistrati fi strument awtentiku fi kwistjonijiet ta' reġim patrimonjali, dik il-qorti għandu jkollha ġuriżdizzjoni fuq dik il-kwistjoni.

2. Ir-rikonoxximent tal-atti awtentiċi għandu l-effett li jagħti lil dawn l-atti valur probatorju fir-rigward tal-kontenut tagħhom kif ukoll preżunzjoni sempliċi ta’ validità.

 

(Jaqbel mal-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 98 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  101

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-atti awtentiċi mħejjija u eżegwibbli fi Stat Membru għandhom, fuq rikors, jiġu ddikjarati eżegwibbli fi Stat Membru ieħor, skont il-proċedura prevista fl-Artikoli [38 sa 57] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

1. Strument awtentiku li jkun eżegwibbli fl-Istat Membru tal-oriġini jiġi ddikjarat eżegwibbli fi Stat Membru ieħor meta jsir rikors minn kwalunkwe parti interessata skont il-proċedura prevista fl-Artikoli 27b sa 27o.

 

1a. Għall-finijiet tal-Artikolu 27c(3)(b), l-awtorità li tkun stabbilit l-istrument awtentiku toħroġ, meta jsir rikors f’dan is-sens minn kwalunkwe parti interessata, attestazzjoni bl-użu tal-forma li tiġi stabbilita skont il-proċedura konsultattiva li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 33(2).

2. Il-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat rikors bis-saħħa tal-Artikolu [43 u 44] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 la tista’ tiċħad u lanqas tirrevoka dikjarazzjoni li tikkonstata l-eżegwibbiltà ħlief jekk l-eżekuzzjoni tal-att awtentiku tkun kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru li ssirlu t-talba.

2. Il-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat rikors bis-saħħa tal-Artikolu 27g jew l-Artikolu 27h tiċħad jew tirrevoka dikjarazzjoni li tikkonstata l-eżegwibbiltà ħlief jekk l-eżekuzzjoni tal-istrument awtentiku tkun manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.

(Jaqbel mal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 99 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  102

Proposta għal regolament

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rikonoxximent u eżegwibbiltà ta’ tranżazzjonijiet ġudizzjarji

Eżegwibbiltà ta’ tranżazzjonijiet ġudizzjarji

It-tranżazzjonijiet ġudizzjarji li huma eżegwibbli fl-Istat Membru ta’ oriġini huma rikonoxxuti u ddikjarati eżegwibbli fi Stat Membru ieħor fuq it-talba ta’ kwalunkwe parti interessata, taħt l-istess kundizzjonijiet tal-atti awtentiċi. Il-qorti li quddiemha jiġi ppreżentat rikors bis-saħħa tal-Artikolu [42 jew 44] tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 la għandha tiċħad u lanqas tirrevoka dikjarazzjoni li tikkonstata l-eżegwibbiltà ħlief jekk l-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni ġudizzjarja tkun kontra l-ordni pubbliku fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.

1. It-tranżazzjonijiet ġudizzjarji li huma eżegwibbli fl-Istat Membru ta’ oriġini huma ddikjarati eżegwibbli fi Stat Membru ieħor meta jsir rikors min-naħa ta’ kwalunkwe parti interessata skont il-proċedura kif hemm dispost fl-Artikoli 27b sa 27o.

 

1a. Għall-finijiet tal-Artikolu 27c(3)(b), il-qorti li tkun approvat is-soluzzjoni jew li quddiemha tkun ġiet konkluża toħroġ, meta jsir rikors appositu mill-parti interessata, attestazzjoni bl-użu tal-formola li tuża l-forma li tkun stabbilita skont il-proċedura konsultattiva li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 33c(2).

 

1b. Il-qorti li quddiemha jkun ġie ppreżentat rikors skont l-Artikolu 27g jew l-Artikolu 27h ma tistax tiċħad jew tirrevoka dikjarazzjoni ta' eżegwibbiltà ħlief jekk l-eżekuzzjoni tal-att awtentiku tkun tmur manifestament kontra l-ordni pubbliku (ordre publique) tal-Istat Membru tal-eżekuzzjoni.

(Jaqbel mal-Artikolu 61 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 100 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  103

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Effetti fil-konfront ta’ terzi persuni

Protezzjoni ta’ partijiet terzi

(Jaqbel ma’ AM 101 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  104

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata fuq relazzjoni legali bejn wieħed mis-sħab u terza persuni huma rregolati mil-liġi tal-Istat tar-reġistrazzjoni tas-sħubija reġistrata msemmi fl-Artikolu 15.

1. L-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata fuq relazzjoni legali bejn wieħed mis-sħab u parti terza huma rregolati mid-dritt applikabbli għar-reġimi patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati skont dan ir-Regolament.

Emenda  105

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Madankollu, id-dritt ta’ Stat Membru jista’ jipprevedi li l-liġi applikabbli ma tistax tintuża minn wieħed mis-sħab kontra terza persuna meta wieħed mis-sħab jew terza persuna jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru u l-kundizzjonijiet dwar il-pubbliċità jew ir-reġistrazzjoni previsti minn dan id-dritt ma jkunux twettqu, sakemm it-terza persuna ma kinitx taf jew kellha tkun taf bil-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata.

2. Madankollu, f’rapport ġuridiku bejn sieħeb u terz, l-ebda wieħed mis-sħab ma jista’ jistrieħ fuq id-dritt applikabbli għar-reġim patrimonjali f’rapport ġuridiku mat-terz u t-terz ikollhom r-residenza abitwali tagħhom fl-istess Stat li ma jkunx l-Istat li d-dritt tiegħu huwa applikabbli għar-reġim patrimonjali ta' sħubija reġistrata. F’każijiet ta' din ix-xeħta, id-dritt tal-Istat Membru fejn is-sieħeb ikkonċernat u t-terz ikollhom ir-residenza abitwali tagħhom japplika għall-effetti tar-reġim patrimonjali fuq it-terz.

(Jaqbel ma’ AM 102 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  106

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Bl-istess mod, id-dritt tal-Istat Membru fejn tkun tinstab proprjetà immobbli jista’ jipprevedi regola analoga għal dik prevista fil-paragrafu 2 għar-relazzjonijiet legali bejn wieħed mis-sħab u terza persuna dwar tali proprjetà immobbli.

3. Il-paragrafu 2 ma għandux japplika jekk:

 

(a) it-terz kien jkaf jew kien imissu kien jaf dwar d-dritt applikabbli għar-reġim patrimonjali ta’ sħubija reġistrata;

 

(b) ir-rekwiżiti dwar ir-reġistrazzjoni jew il-pubbliċità tar-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Istat tar-residenza abitwali tat-terz u s-sieħeb f’rapport ġuridiku mat-terz ikun ġew sodisfatti, jew

 

(c) fi tranżazzjonijiet dwar immobbli, ir-rekwiżiti tar-reġistrazzjoni jew pubbliċità tar-reġim patrimonjali tas-sħubija reġistrata fir-rigward tal-immobbli skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Istat fejn ikun jinsab l-immobbli kienu ġew sodisfatti.

(Jaqbel ma’ AM 103 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  107

Proposta għal regolament

Artikolu -32 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -32

 

Residenza abitwali

 

1. Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, ir-residenza abitwali ta' kumpanniji, assoċjazzjonijiet u persuni ġuridiċi, għandha tkun il-post tal-amministrazzjoni ċentrali. Ir-residenza abitwali ta' persuna fiżika fil-kors tal-eżerċizzju tal-attività professjonali tagħha għandha tkun is-sede prinċipali tagħha.

 

2. Fejn il-kuntratt jiġi konkluż fil-kors tal-operazzjoni ta' fergħa, aġenzija jew ta' kwalunkwe stabbiliment ieħor, jew jekk, skont il-kuntratt, il-prestazzjoni tkun ir-responsabbiltà ta' tali fergħa, aġenzija jew stabbiliment, il-post fejn il-fergħa, l-aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor ikunu jinsabu jitqies bħala l-post ta' residenza abitwali.

 

3. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tar-residenza abitwali, il-mument relevanti jkun il-waqt tal-konklużjoni tar-rapport ġuridiku.

(Jaqbel ma’ AM 104 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjoni hija utli speċjalment fir-rigward tad-dispożizzjonijiet għall-protezzjoni ta’ partijiet terzi. Din hija konformi mal-Artikolu 19 tar-Regolament ta’ Ruma I u tikkorrispondi għall-proposta identika għar-reġim matrimonjali.

Emenda  108

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti b’ġuriżdizzjoni biex jittrattaw applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ eżegwibbiltà skont l-Artikolu 27b(1) u appelli kontra deċiżjonijiet dwar tali applikazzjonijiet skont l-Artikolu 27g(2);

(Jaqbel mal-Artikolu 78(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 105 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  109

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) il-proċeduri biex tiġi kontestata d-deċiżjoni mogħtija f’appell li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 27h;

Emenda  110

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’kull emenda sussegwenti għal dawn id-dispożizzjonijiet.

(2) L-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-emendi sussegwenti għal din l-informazzjoni.

Emenda  111

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafi 1 u 2 għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta' mezzi approprjati, b'mod partikolari permezz tas-sit tal-internet multilingwi tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.

3. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni kkomunikata, f'konformità mal-paragrafi 1 u 2, disponibbli għall-pubbliku b’mod sempliċi permezz ta' mezzi adattati, b'mod partikolari permezz tas-sit tal-internet multilingwu tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fl-oqsma ċivili u kummerċjali.

 

L-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni f'dik il-websajt multilingwi tkun aċċessibbli wkoll permezz ta’ kull websajt uffiċjali oħrajn li jkunu tellgħu, b’mod partikolari billi jagħtu link għall-websajt tal-Kummissjoni.

(Jaqbel mal-Artikolu 78(3) tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 108 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  112

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni ddaħħal għodda ta’ informazzjoni u taħriġ għall-uffiċjali rilevanti tal-qrati u għal dawk li jeżerċitaw l-professjonijiet legali billi jitwaqqaf portal interattiv bil-lingwi uffiċjali kollha tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inkluża sistema għall-iskambju tal-għarfien u l-prattiki professjonali.

(Jaqbel ma’ AM 109 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  113

Proposta għal regolament

Artikolu 33a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 33a

 

Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-lista li fiha l-informazzjoni li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 2(1a)

 

1. Il-Kummissjoni, abbażi tan-notifiki mill-Istati Membri, tistabbilixxi l-lista ta' awtoritajiet u professjonisti legali oħrajn li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 2(1a).

 

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla sussegwenti għall-informazzjoni li tinsab f'dik il-lista. Il-Kummissjoni għandha temenda l-lista skont dan.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista u kwalunkwe emenda sussegwenti f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

4. Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblikament disponibbli l-informazzjoni kollha nnotifikata f'konformità mal-paragrafi 1 u 2 permezz ta' kwalunkwe mezz ieħor li jkun adatt, b'mod partikolari permezz tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.

(Jaqbel mal-Artikolu 79 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 110 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  114

Proposta għal regolament

Artikolu 33b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 33b

 

Stabbiliment u emendar sussegwenti tal-attestazzjonijiet u l-formoli li hemm riferiment għalihom fl-Artikoli 27c, 28, 29 u 30

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu u sussegwentement jemendaw l-attestazzjonijiet u l-formoli li hemm riferiment fl-Artikoli 27c, 28, 29 und 30. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 33c(2).

(Jaqbel mal-Artikolu 80 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 111 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  115

Proposta għal regolament

Artikolu 33 c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 33c

 

Proċedura tal-Kumitat

 

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(Jaqbel mal-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 u AM 112 tar-rapport f’2011/0059 (CNS).)

Emenda  116

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rapporti tagħha l-Kummissjoni teżamina b'mod partikolari l-kwestjonijiet li ġejjin:

 

– l-użu tal-possibbiltajiet għall-ftehim tal-għażla tad-dritt u tal-għażla tal-ġuriżdizzjoni permezz tas-sħubijiet reġistrati u l-effetti fil-prattika,

 

– l-effikaċja tar-rekwiżiti konsultattivi fl-għażla tad-dritt,

 

– l-użu tal-possibbiltajiet għad-dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni mill-qrati ta’ dawk l-Istati Membri li ma jirrikonoxxux l-istituzzjonijiet tas-sħubija reġistrata, u l-effetti fil-prattika, u

 

– il-potenzjal għal aktar konverġenza tar-regoli f’dan ir-Regolament ma’ dawk [ tar-Regolament dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet fil-qasam tar-reġim matrimonjali tas-sħubijiet reġistrati], bl-objettiv li jkun hemm aktar ugwaljanza.

Emenda  117

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III huma biss applikabbli għas-sħab li jkunu rreġistraw is-sħubija tagħhom.

3. Il-Kapitolu III japplika biss għas-sħab reġistrati li wara l-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament

 

(a) ikunu daħlu fi sħubija reġistrata, jew

 

(b) ikunu għażlu d-dritt f’dak li għandu x’jaqsam mad-dritt applikabbli għar-reġim patrimonjali tagħhom.

 

Ftehim dwar l-għażla tad-dritt magħmula qabel [id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], ukoll ikun validu jekk kemm-il darba jkun jissodisfa r-rekwiżiti tal-Kapitolu III jew jekk ikun validu skont id-dritt applikabbli skont ir-regoli relevanti tad-dritt internazzjonali privat fiż-żmien tal-għażla tal-liġi.

 

Meta ftehim dwar l-għażla tad-dritt li ġie konkluż qabel [iż-żmien tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament] bi stennija tal-possibbiltà tal-għażla tad-dritt li hemm dispost dwarha f’dan ir-Regolament, iżda dak il-ftheim ma jkunx validu skont id-dritt applikabbli skont ir-regoli rilevanti tad-dritt internazzjonali privat fiż-żmien meta l-ftehim dwar l-għażla tad-dritt applikabbli jkun ġie konkluż billi ma jkunx hemm il-possibilità li ssir għażla tad-dritt għas-sħubijiet reġistrati skont id-dritt applikabbli, dak il-ftehim ikun validu fiż-[żmien tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

NOTA SPJEGATTIVA

A. Problema

Fl-2007[1], fl-UE kien hawn madwar 211 000 sħubija reġistrata, li minnhom aktar minn 41 000 kellhom rabta ma’ aktar minn Stat Membru wieħed fejn jidħol ir-reġim patrimonjali. Minn dawn, 8 500 (4 %) ntemmu b’separazzjoni u 1 266 (0.6 %) bil-mewt ta’ wieħed/waħda mis-sħab[2].

Meta jkollhom jittieħdu deċiżjonijiet relatati mar-reġim patrimonjali f’każijiet ta’tilwim jew waqt sħubija, il-persuni milquta jħabbtu wiċċhom ma’ kwistjonijiet kumplessi, b’mod partikolari fejn jidħlu l-liġi applikabbli u ġuriżdizzjoni. F’dan ir-rigward hemm differenzi sostanzjali bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali – saħansitra hemm aktar rigward is-sħubijiet reġistrati milli rigward iż-żwiġijiet. Dan iwassal għal inċertezza legali sostanzjali. Barra minn hekk, bħalma jiġri bejn il-koppji miżżewġin, jista’ jkun li f’każijiet ta’ tilwim is-sieħeb jew is-sieħba li jkunu ngħataw l-aħjar pariri jkunu interessati jinvokaw kemm jista’ jkun malajr lil dik il-qorti li tapplika l-liġi li huma jqisu ta’ vantaġġ ikbar għalihom.

B. Il-proposta tal-Kummissjoni u l-ħtieġa li r-regoli eżistenti jinħadmu mill-ġdid

Fir-rigward tal-effetti patrimonjali fi żwiġijiet u sħubijiet reġistrati, f’Mejju tal-2011 il-Kummissjoni ppreżentat żewġ proposti paralleli li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' atti.

Ir-rapporteur taqbel mal-Kummissjoni li jeħtieġ tittieħed azzjoni, u li s-sitwazzjoni legali tal-koppji kkonċernati tista’ titjieb sostanzjalment. L-istituzzjoni tas-sħubijiet reġistrati għadha qed tiżviluppa, il-mobilità tal-persuni fl-Ewropa qed tikber; għalhekk, se jiżdied l-għadd ta’ persuni kkonċernati.

1. Żewġ proposti

Fil-11 ta’ Novembru 2011[3], fid-dokument ta’ ħidma tagħha, ir-rappoteur kienet diġà esprimiet ruħha dwar il-kwistjoni, li l-Kummissjoni – minkejja li rrikonoxxiet problemi paralleli għaż-żwiġijiet u sħubijiet reġistrati – ippreżentat żewġ proposti, bil-ġustifikazzjoni, li s-sħubijiet reġistrati jikkonfrontaw problemi speċifiċi u żewġ atti jkunu aktar prattikabbli u huma aktar eżegwibbli mil-lat tal-politika.

Ir-rapporteur għadha ma tqisx assolutament neċessarja d-distinzjoni fejn jidħol il-lat tekniku u sistematiku tar-regolamentazzjoni, b’mod partikolari peress li hija tiċħad id-differenzjazzjoni ċentrali rigward il-kontenut taż-żewġ Proposti – jiġifieri li għas-sħubijiet reġistrati ma tkunx permessa l-għażla tal-liġi applikabbli u anki l-għażla tal-ġuriżdizzjoni relatata magħha (dwar dan ara l-punt 2.). Fiż-żewġ abbozzi tar-rapport tagħha r-rapporteur tipproponi regolament parallel, dment li jkun jidhrilha li dan huwa rakkomandabbli mil-lat politiku. F’dan ir-rigward, ir-rapporeur tqis li huwa iktar importanti l-kwistjoni tat-trattament indaqs fil-kontenut milli – finalment dik teknika – jekk ikunux jeżistu żewġ dokumenti jew wieħed biss, billi dokument singolu jista’ jkun fih regoli differenti għal żewġ suġġetti differenti li jkunu jirrikjedu regolament.

2. Għażla tal-liġi għas-sħubijiet reġistrati

Il-punt kritiku ewlieni hu li l-Proposta għas-sħubijiet reġistrati ma tippermettix l-għażla tal-liġi. Bħala ġustifikazzjoni, il-Kummissjoni[4] rreferiet għad-differenzi fil-liġi tal-Istati Membri li skont hi jiġġustifikaw l-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat fejn tiġi reġistrata sħubija. Dan jikkonforma anki mal-leġiżlazzjonijiet tal-Istati Membri fuq is-sħubija reġistrata, li jipprevedu l-applikazzjoni ġenerali tal-liġi tal-Istat fejn din tiġi reġistrata u ma joffrux il-possibbiltà li s-sħab jagħżlu liġi oħra, anki jekk tingħatalhom il-possibbiltà li jikkonkludu ftehimiet bejniethom.

Abbażi ta’ riżervi sostanzjali, rigward jekk il-Proposta hix kompatibbli, f’dan ir-rigward, mal-prinċipju tal-ugwaljanza skont l-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni tal-Artikolu 21 tagħha, ir-rapporteur talbet l-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali dwar il-kwistjoni permezz tal-Parlament Ewropew.

L-opinjoni[5] teżamina b’mod partikolari r-raġunijiet imressqa mill-Kummissjoni għal regolament differenti għall-possibbiltà tal-għażla tal-liġi għal żwiġijiet u sħubijiet reġistrati. Din wasslet għall-konklużjoni, li għal-limitazzjoni tal-għażla tal-liġi għas-sħubijiet reġistrati fil-kuntest tal-Artikoli 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tkun meħtieġa ġustifikazzjoni xierqa, li ma tkunx tista’ tirriżulta mill-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni.

F’dan il-kuntest, ir-rapporteur issa tipproponi regolament, li jagħti l-possibbiltà għas-sħubijiet reġsitrati li jagħżlu l-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali tagħhom. F’dan ir-rigward, ir-regolament propost jipprova jikseb b’mod estensiv sinkronizzazzjoni mar-Regolament fir-reġim matrimonjali u jiddevja biss sakemm dan ikun meħtieġ, sabiex jiġu indirizzati l-problemi li tista’ toħloq l-għażla tal-liġi għas-sħubijiet reġistrati: B’hekk, is-sħab jistgħu jagħżlu liġi li ma tirrikonixxix sħubija reġistrata. Wieħed għandu jilqa’ għal din il-problema billi jillimita l-effetti tal-għażla tal-liġi. Kif previst fir-Regolament propost, għażla tal-liġi “li ma tkunx applikabbli” tkun bla effett; f’dak il-każ, titħaddem il-konnessjoni oġġettiva.

Barra minn hekk, huwa previst rekwiżit konsultattiv. Minkejja li normalment is-sħab li jridu jagħżlu l-liġi applikabbli, ikunu infurmaw ruħhom sew u preċiżament il-persuni kkonċernati normalment ikunu infurmati sew dwar id-drittijiet tagħhom, il-parir legali għall-ħtieġa ta’ protezzjoni partikolari għandha tiġi indirizzata. Jekk pereżempju fi Stat Membru japplikaw rekwiżiti proċedurali speċjali għall-għażla tal-liġi, li jiżguraw il-pariri, b’dan il-mod ir-rekwiżit għal pariri jkunu xorta waħda sodisfatti (p.eż. reġistrazzjoni pubblika).

Bħala konsegwenza addizzjonali tar-Regolament il-ġdid dwar l-għażla tal-liġi r-rapporteur tipproponi wkoll Regolament – simili għar-reġim matrimonjali – dwar l-għażla tal-ġuriżdizzjoni marbuta mal-għażla tal-liġi.

3. Ugwaljanza bejn l-istituzzjoni taż-żwieġ u tas-sħubijiet reġistrati fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-effetti patrimonjali addizzjonali

Ir-rapporteur tipproponi li dawk is-soluzzjonijiet li jagħmlu sens għar-reġim matrimonjali għandhom japplikaw ukoll għas-sħubijiet reġistrati. Dan japplika primarjament għall-inkorporazzjoni tal-proposti ġodda relatati mal-effetti patrimonjali fil-qasam ta’ atti legali oħra tal-Unjoni, speċjalment ir-Regolament dwar is-Suċċessjoni kif ukoll ir-Regolament ta’ Brussell I. B'mod partikolari, dan jirreferi għal approċċ ugwali għad-determinazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni (pereżempju, it-tneħħija tal-kondiviżjoni tal-pensjoni mil-liġi Ġermaniża, jew istituzzjonijiet simili fi Stati Membri oħra), ir-reviżjoni tar-regoli dwar ġuriżdizzjoni, li – kif previst fil-Proposta tar-rapporteur dwar ir-reġim matrimonjali – għandu jittieħed mid-dispożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati mir-Regolament dwar is-Suċċessjoni dwar l-adattament tad-drittijiet in rem u dwar ir-rikonoxximent, l-eżegwibbiltà u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi tal-qrati, kif ukoll l-adozzjoni u l-eżegwibbiltà tal-atti.

Madankollu, ir-rapporteur ma tbiddilx ir-Regolament gradwat dwar il-ġuriżdizzjoni li tipprevedi l-proposta tal-Kummissjoni fid-dawl tal-approċċi differenti tal-Istati Membri għas-sħubijiet reġistrati: Fir-rigward tal-Istati Membri li ma jirrikonoxxux sħubijiet reġistrati, il-proposta tipprevedi, li l-qrati tat-tali Stat jistgħu jiddikjaraw li ma għandhomx ġuriżdizzjoni. Madankollu, jekk il-qorti tagħżel li ma tagħmilx hekk, l-applikazzjoni tad-dritt tas-sħubija barrani ġeneralment ma tistax tiġi miċħuda abbażi tar-referenza tal-ordni pubbliku. Minkejja li jista’ jiġi argumentat, li l-possibbiltà tad-dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ ġuriżdizzjoni – li ma teżistix fir-Regolament dwar ir-Reġimi Patrimonjali Matrimonjali – iġġib magħha l-potenzjal ta’ diskriminazzjoni, fl-opinjoni tar-rapporteur mhuwiex realistiku li fil-mument tiġi proposta ugwaljanza totali f'dan ir-rigward billi dan ikun inaqqass il-ftehim bejn dawk l-Istati Membri li ma jirrikonoxxux l-istitut tas-sħubijiet reġistrati.

Finalment, ir-rapporteur tipproponi estensjoni tal-klawżola ta’ reviżjoni, speċjalment sabiex l-effetti prattiċi tal-punti individwali li fihom ir-reġim matrimonjali u r-reġim patrimonjali tas-sħubijiet reġistrati, (għadhom) mhumiex kompatibbli, jiġu eżaminati partikolarment bir-reqqa u ssir ħidma abbażi ta’ din l-analiżi lejn l-armonizzazzjoni.

  • [1]  Ċifri meħuda mid- Dokument ta’ Ħidma tas-Servizzi tal-Kummissjoni (Impact Assessment) tas-16.3.2011, (SEC(2011)0327
  • [2]  Skont il-Kummissjoni, għad hemm ftit ċifri dwar dan l-istitut relattivament ġdid, SEC(2011) 0321, p. 14.Ara wkoll l-Anness VI(2) b’ċifri mill-Finlandja, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Isvezja u Franza.
  • [3]  PE475.883v01-00.
  • [4]  COM(2011) 0127, Memorandum ta’ Spjegazzjoni, p.8.
  • [5]  http://fra.europa.eu/fraWebsite/research/opinions/op-property-regimes_en.htm

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (6.9.2012)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati
(COM(2011)0127 – C7‑0094/2011 – 2011/0060(CNS))

Rapporteur għal opinjoni: Michael Cashman

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni hi maħsuba biex tirregola l-ġuriżdizzjoni u l-liġi applikabbli minħabba li t-tnejn japplikaw fl-amministrazzjoni ta' kuljum tal-proprjetà ta' sħubijiet reġistrati u fil-mod kif jiġu ttrattati kwestjonijiet relatati mat-tqassim tal-assi f'sitwazzjonijiet transkonfinali wara li tispiċċa relazzjoni ta' koppja minħabba separazzjoni jew mewt. L-għan tal-Kummissjoni hu li tiżgura ċertezza legali akbar għall-partijiet sabiex jiġu evitati proċedimenti legali paralleli u biex tiskoraġġixxi l-prattika li r-rikorrenti ifittxu li t-tilwim jinstema quddiem dik il-qorti li x'aktarx tagħti l-aktar sentenza vantaġġuża ('forum shopping').

Ir-Rapporteur għal din l-opinjoni jaqbel mar-Rapporteur tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali li mhuwiex ġustifikat li jkun hemm approċċ separat għal sħubijiet reġistrati fuq naħa, u għal żwiġijiet fuq l-oħra. Għalhekk dawn l-emendi jfittxu li jnaqqsu d-distakk bejn iż-żewġ proposti.

Il-proposta mressqa mill-Kummissjoni teskludi l-possibilità ta' għażla għal-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, filwaqt li tipprovdi għall-applikazzjoni mandatorja tal-liġi tal-istat li fih ġiet irreġistrata s-sħubija. Ir-Rapporteur għandu dubju dwar il-bażi li teskludi l-għażla tal-liġi, għaliex l-għażla tal-liġi toffri aktar liberta' lill-partijiet ikkonċernati, u meta tqis il-kamp ta' applikazzjoni wiesa' tar-regolament, li għandu l-għan li jkopri l-aspetti kollha tal-patrimonju ta' sħubijiet reġistrati. Għalhekk, l-emendi għall-proposta attwali jiżguraw li l-għażliet disponibbli għall-konjuġi jew sħab reġistrati jkunu ugwali, iżda dejjem fuq kundizzjoni li l-liġijiet ikunu dawk tal-Istat li jirrikonoxxi l-istituzzjoni ta' sħubijiet reġistrati fil-każ tal-aħħar.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur hu tal-opinjoni li l-esklużjoni tal-effetti personali (bħal pereżempju bidliet fl-isem) mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fl-Artikolu 1 mhix ġustifikata, u jissuġġerixxi li din l-eċċezzjoni titħassar.

Fl-aħħar nett, minħabba li l-Artikolu 18 jipprovdi għal eċċezzjoni tal-politika pubblika f'każi speċifiċi, ir-Rapporteur hu tal-fehma li l-Artikolu 17 hu wisq miftuħ fir-rigward ta' dispożizzjonijiet mandatorji prevalenti u għalhekk għandu jiġi mħassar.

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Sabiex titħaffef il-ġestjoni tal-proprjetà tas-sħab, il-liġi tal-Istat li fih tkun ġiet irreġistrata s-sħubija se tapplika għall-proprjetà kollha tas-sħab, anki jekk din il-liġi ma tkunx il-liġi ta' Stat Membru.

(18) Sabiex titħaffef il-ġestjoni tal-proprjetà tas-sħab, indipendentement min-natura jew il-post ta' dik il-proprjetà, dan ir-Regolament jawtorizzahom li jagħżlu bħala l-liġi applikabbli għall-proprjetà kollha koperta mill-beni matrimonjali, jew il-liġi tal-Istat fejn kienet reġistrata s-sħubija jew il-liġi tal-Istat li magħha s-sħab għandhom l-aktar rabtiet mill-qrib minħabba residenza jew minħabba n-nazzjonalità, dment li hi liġi ta' Stat li jirrikonoxxi l-istituzzjoni ta' sħubijiet reġistrati, anki jekk din il-liġi ma tkunx il-liġi ta' Stat Membru. Dik l-għażla tista' ssir fi kwalunkwe żmien, kemm meta tiġi stabbilita s-sħubija, jew wara jew waqt iż-żmien tas-sħubija.

Ġustifikazzjoni

M'hemm l-ebda raġuni għal żewġ proposti għal Regolament, lanqas m'hemm raġuni li sħab reġistrati jiġu mċaħħda mid-dritt li jagħżlu l-liġi applikabbli. Il-partijiet għandhom jingħataw ċerta libertà fl-għażla tal-liġi applikabbli għall-beni matrimonjali tagħhom. Din l-għażla għandha tkun ibbażata fuq il-liġi tar-residenza abitwali jew in-nazzjonalità ta' wieħed/waħda mis-sħab jew sħab futuri. Din il-premessa tippermetti din l-għażla, dment li l-liġi magħżula hi dik ta' Stat li jirrikonoxxi l-istituzzjoni ta' sħubijiet reġistrati.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Fejn ma tiġix magħżula liġi applikabbli, il-liġi tal-Istat li fih tkun ġiet irreġistrata s-sħubija se tapplika għall-proprjetà kollha tas-sħab, anki jekk dik il-liġi ma tkunx il-liġi ta' Stat Membru. Jekk teżisti aktar minn sħubija reġistrata waħda fl-istess ħin għall-istess żewġ sħab, pereżempju fi Stati differenti, il-liġi tal-Istat li fih ġiet irreġistrata s-sħubija u li magħha s-sħab flimkien għandhom l-eqreb rabtiet jew, fin-nuqqas ta' dan, il-liġi tal-Istat li fih is-sħab l-aħħar irreġistraw is-sħubija, għandha tapplika għall-proprjetà kollha tagħhom.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b) It-terminu “residenza abitwali” għandu jiġi interpretat b’konformità mal-iskop ta’ dan ir-Regolament. Is-sinifikat tiegħu għandu jiġi determinat mill-imħallef skont il-każ fuq bażi fattwali. Dan it-terminu ma jirreferix għal kunċett tal-liġi nazzjonali, iżda għal kunċett awtonomu tal-liġi tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata definizzjoni tat-terminu 'residenza abitwali' sabiex kemm jista' jkun jiġu evitati interpretazzjonijiet arbitrarji. Naturalment, il-qorti trid teżamina l-fatti rilevanti kollha qabel ma tapplika d-definizzjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 18c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18c) Meta l-kunċett ta' "ċittadinanza" jintuża biex tiġi stabbilita l-liġi applikabbli, għandu jitqies il-fatt li ċerti Stati, li s-sistema legali tagħhom hija bbażata fuq il-"common law", jużaw il-kunċett ta' "domiċilju" u mhux dak ta' "ċittadinanza" bħala kriterju ta' konnessjoni.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tiċċara r-rwol ta' 'nazzjonalità' u 'domiċilju' fil-lista ta' fatturi ta' konnessjoni.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 18d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18d) Biex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali tat-tranżazzjonijiet u biex tkun evitata kwalunkwe bidla fil-liġi applikabbli dwar l-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati li tista' ssir mingħajr ma jkunu notifikati s-sħab, l-ebda bidla ma tista' ssir jekk mhux wara talba speċifika tal-partijiet. Din il-bidla deċiża mis-sħab ma jistax ikollha effett retroattiv, sakemm is-sħab ma jkunux stipulaw dan b'mod espliċitu. Ikun x'ikun il-każ, il-bidla ma tkunx tista' tolqot b'mod negattiv id-drittijiet ta' terzi persuni u l-validità tal-atti li jkunu seħħew qabel.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tiżgura li l-għażla tal-liġi applikabbli ma tistax issir mingħajr il-kunsens espliċitu taż-żewġ partijiet.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 18e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18e) Fid-dawl tal-importanza tal-għażla tal-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali, dan ir-Regolament għandu jintroduċi ċerti garanziji li jiżguraw li s-sħab jew is-sħab prospettivi jkunu konxji mill-konsegwenzi tal-għażla tagħhom. Dik l-għażla għandha ssir fil-forma preskritta għall-kuntratt ta' sħubija jew permezz tal-liġi tal-Istat magħżul, sakemm din hi liġi ta' Stat li jirrikonoxxi l-istituzzjoni ta' sħubijiet reġistrati, jew permezz tal-liġi tal-Istat fejn is-sħubija kienet reġistrata, u għandha għallinqas tkun bil-miktub u datata u ffirmata mill-koppja. Barra minn hekk, għandhom jiġu rrispettati l-eżiġenzi formali addizzjonali li eventwalment ikunu imposti mil-liġi tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih ikun ġie abbozzat l-att rigward il-validità, il-pubbliċità jew ir-reġistrazzjoni ta' tali kuntratti.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tispeċifika l-modalitajiet tal-għażla tal-liġi applikabbli għall-effetti partrimonjali ta' sħubijiet reġistrati, sakemm din hi liġi ta' Stat li jirrikonoxxi l-istituzzjoni ta' sħubijiet reġistrati. Kwalunkwe rekwiżit previst mil-liġi relevanti għandu jiġi rispettat.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) L-informazzjoni kollha meħtieġa għandha tkun disponibbli b'mod sempliċi u b'mezzi xierqa, partikolarment permezz ta' sit tal-internet multilingwu tal-Kummissjoni, sabiex jiġi żgurat li l-koppji u s-sħab kollha jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod infurmat.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Huwa xieraq li jinħoloq strument informattiv multilingwi li jtejjeb l-aċċess għall-informazzjoni tal-partijiet interessati u jiffavorixxi l-iskambju ta' prattiki tajba bejn l-operaturi tal-ġustizzja.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b) Il-Kummissjoni għandha tintroduċi għodda ta’ informazzjoni u taħriġ għall-persunal rilevanti tal-qrati, għall-avukati fil-prattika billi jitwaqqfu portal interattiv fuq l-internet bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u sistema għall-iskambju tal-għarfien professjonali u l-prattiki.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 9, 17, 21 u 47 rispettivament dwar ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għaż-żwieġ u t-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, id-dritt ta’ proprjetà, il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri b’mod li jkun konsistenti ma' dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(28) Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 7, 9, 17, 20, 21, 23 u 47 rispettivament dwar ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għaż-żwieġ u t-twaqqif ta' familja skont il-liġijiet nazzjonali, id-dritt ta’ proprjetà, l-ugwaljanza quddiem il-liġi, il-projbizzjoni ta' kull diskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u d-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti. Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat mill-qrati tal-Istati Membri b’mod li jkun konsistenti ma' dawn id-drittijiet u l-prinċipji imniżżla fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b'mod partikolari l-prinċipji tal-ugwaljanza quddiem il-liġi, in-nondiskriminazzjoni fuq bażi ta' sess jew orjentazzjoni sesswali, u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li jirrikonoxxi r-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt dwar id-drittijiet fundamentali tal-Kummissjoni, ir-Rapporteur jenfasizza li għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-prinċipji tal-ugwaljanza quddiem il-liġi (Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali), in-nondiskriminazzjoni (Artikolu 21 tal-Karta), u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-l-irġiel (Artikol  23 tal-Karta) meta l-qrati japplikaw ir-Regolament.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-proprjetà personali tas-sħubija reġistrata,

imħassar

Ġustifikazzjoni

M'hemmn l-ebda raġuni li teskludi l-effetti personali (bħalma hi bidla fl-isem) ta' sħab reġistrati mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament. Sħab reġistrati għandhom jibbenefikaw mill-istess armonizzazzjoni bħall-konjuġi skont il-proposta għal Regolament dwar il-beni matrimonjali.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-ftehim jista’ jiġi konkluż f’kull ħin, anki matul il-proċedimenti. Meta jiġi konkluż qabel il-proċedimenti, huwa għandu jiġi fformulat bil-miktub, jiġi datat u jiġi ffirmat miż-żewġ partijiet.

Dan il-ftehim jista’ jiġi konkluż f’kull ħin, anki matul il-proċedimenti. Huwa għandu jiġi fformulat bil-miktub, jiġi ddatat u jiġi ffirmat miż-żewġ partijiet.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – kliem introduttorju

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Minbarra l-każijiet previsti fl-Artikoli 3 u 4, għandhom il-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar proċedimenti li jirrigwardaw l-effetti patrimonjali ta’ sħubija reġistrata il-qrati tal-Istat Membru:

1. Minbarra l-każijiet previsti fl-Artikoli 3 u 4, fl-ordni mill-kbir għaż-żgħir, il-qrati tal-Istat Membru għandhomil-ġuriżdizzjoni biex jiddeċiedu dwar proċedimenti li jirrigwardaw l-effetti patrimonjali ta’ sħubija reġistrata :

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) in-nazzjonalità taż-żewġ sħab jew, fil-każ tar-Renju Unit u tal-Irlanda, tad-domiċilju komuni tagħhom, jew fin-nuqqas ta' dan,

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-qrati msemmija fil-paragrafu 1(a), (b) u (c) jistgħu jirrifjutaw il-ġuriżdizzjoni jekk il-liġi tagħhom ma tkunx tirrikonoxxi l-istituzzjoni tas-sħubija reġistrata.

2. Il-qrati msemmija fil-paragrafu 1(a), (b), (c) u (ca) jistgħu jirrifjutaw il-ġuriżdizzjoni jekk il-liġi tagħhom ma tkunx tirrikonoxxi l-istituzzjoni tas-sħubija reġistrata.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Iż-żewġ partijiet jistgħu jaqblu li l-qrati tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu huma jkunu għażlu bħala l-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali tas-sħubija tagħhom bi qbil mal-Artikoli 15 u 15b għandhom ukoll ikollhom ġurisdizzjoni biex jiddeċiedu dwar l-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu jipprevedi li l-qrati tal-Istati Membri magħżula għal-liġi applikabbli jistgħu wkoll ikollhom ġuriżdizzjoni fuq il-beni patrimonjali tas-sħubija reġistrata.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Dan il-ftehim jista’ jiġi konkluż f’kull ħin, anki matul il-proċedimenti. Huwa għandu jiġi fformulat bil-miktub, jiġi ddatat u jiġi ffirmat miż-żewġ partijiet.

Emenda ta' kompromess. 1           18

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Determinazzjoni tal-liġi applikabbli

Għażla tal-liġi applikabbli

Il-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali tas-sħubija hija l-liġi tal-Istat li fih tkun ġiet irreġistrata.

Sakemm ma jkunx previst mod ieħor permezz ta' ftehim konkluż bejn persuni privati, is-sħab jew sħab prospettivi jistgħu jagħżlu bħala l-liġi applikabbli għall-effetti partrimonjali tas-sħubija reġistrati tagħhom, sakemm din hija l-liġi ta' Stat li jirrikonoxxi l-istituzzjoni ta' sħubijiet reġistrati, waħda minn dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Iż-żewġ proposti għal Regolament dwar il-beni matrimonjali u dwar l-effetti tal-beni patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati għandhom joffru l-istess għażla ta' liġijiet applikabbli. Dan ma jaffettwax il-kapaċità ta' qrati nazzjonali li jirrifjutaw ġuriżdizzjoni fejn dawn ma jirrikonoxxux l-istituzzjoni ta' sħubijiet reġistrati.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a) il-liġi tal-Istat li fih is-sħubija kienet reġistrata, jew

Ġustifikazzjoni

L-emendi 19-25 jippermettu li l-għażla ta' liġijiet applikabbli tkun limitata b'dawn l-għażliet, li huma l-istess għall-koppji miżżewġa skont ir-Regolament propost għall-beni matrimonjali, sakemm il-liġi magħżula tkun dik ta' Stat li jirrikonoxxi l-istituzzjoni ta' sħubijiet reġistrati. Barra minn hekk, is-sħab reġistrati jistgħu jagħżlu l-liġi tal-Istat li fih kienet reġistrata s-sħubija tagħhom bħala l-liġi applikabbli, kif previst bl-Artikolu 15 fil-verżjoni attwali tal-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – punt b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b) il-liġi tal-Istat tar-residenza abitwali komuni tas-sħab jew tas-sħab prospettivi, jew

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c) il-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab ir-residenza abitwali ta' wieħed mis-sħab meta tkun saret l-għażla, jew

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – punt d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(d) il-liġi tal-Istat li fih wieħed/waħda mis-sħab jew sħab prospettivi jkollu/ikollha ċ-ċittadinanza meta ssir din l-għażla, jew

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – punt e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e) il-liġi tal-Istat li fih is-sħab flimkien għandhom l-eqreb rabtiet, jew

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – punt f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(f) il-liġi tal-Istat fejn is-sħab kellhom l-aħħar residenza abitwali u komuni tagħhom, jew

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – punt g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(g) il-liġi tal-Istat fejn tkun tinsab l-ewwel residenza abitwali komuni tas-sħab wara li tkun giet reġistrata s-sħubija tagħhom.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-terminu 'residenza abitwali' għandu jfisser id-domiċilju ordinarju ta' persuna.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata definizzjoni tat-terminu 'residenza abitwali' sabiex kemm jista' jkun jiġu evitati interpretazzjonijiet arbitrarji. Naturalment, il-qorti trid teżamina l-fatti rilevanti kollha qabel ma tapplika d-definizzjoni.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Determinazzjoni tal-liġi applikabbli fin-nuqqas ta' għażla

 

Jekk is-sħab ma jagħmlux għażla, il-liġi applikabbli għall-beni patrimonjali tas-sħubija reġistrata għandha tkun il-liġi tal-Istat li fih is-sħubija ġiet reġistrata.

 

Jekk is-sħab ikollhom aktar minn sħubija waħda reġistrata fl-istess żmien, il-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom għandha tkun, f'ordni mill-kbir għaż-żgħir:

 

(a) il-liġi tal-Istat li fih is-sħab irreġistraw sħubija u li miegħu huma għandhom l-eqreb rabtiet, jew fin-nuqqas ta' dan,

 

(b) il-liġi tal-Istat li fih is-sħubija kienet reġistrata l-aħħar.

Ġustifikazzjoni

Jekk ma ssirx għażla tal-liġi applikabbli mis-sħab, dan l-Artikolu ġdid jistabbilixxi l-liġi applikabbli bħala dik tal-Istat li fih kienet reġistrata s-sħubija, kif previst fl-Artikolu 15 tal-verżjoni attwali tal-proposta tal-Kummissjoni. Jekk is-sħab ikunu rreġistraw sħubijiet li jeżistu fl-istess żmien fi Stati differenti, il-kriterju għall-għażla tal-liġi applikabbli jkun l-Istat li fih is-sħab għandhom l-eqreb rabtiet, jew fin-nuqqas ta' dan, l-Istat li fih is-sħubija kienet l-aħħar reġistrata.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 15b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15b

 

Il-bidla tal-liġi applikabbli

 

1. Is-sħab jistgħu fi kwalunkwe żmien matul is-sħubija tagħhom ipoġġu l-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata suġġett għal liġi li mhijiex dik il-liġi preċedentement applikabbli. Huma jistgħu jaħtru biss il-liġi ta' Stat li jirrikonoxxi l-istituzzjoni ta' sħubijiet reġistrati, u jistgħu jagħżlu biss minn fost il-liġijiet imniżżla skont l-Artikolu 15.

 

2. Sakemm is-sħab ma jindikawx mod ieħor, bidla fil-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata tagħhom magħmula tul is-sħubija għandha tkun effettiva biss għall-futur. Jekk is-sħab jagħżlu li din il-bidla tal-liġi applikabbli tkun retroattiva, l-effett retroattiv tagħha ma jistax jolqot il-validità tal-atti preċedenti konklużi skont il-liġi applikabbli sa dakinhar jew id-drittijiet ta' partijiet terzi li jirriżultaw mil-liġi applikabbli preċedentement.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 15c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15c

 

Kundizzjonijiet formali għall-għażla tal-liġi applikabbli

 

1. L-għażla tal-liġi applikabbli għandha ssir fil-forma preskritta għall-kuntratt ta' sħubija mil-liġi applikabbli tal-Istat magħżul jew mil-liġi tal-Istat li fih tkun ġiet irreġistrata s-sħubija.

 

2. Minkejja l-paragrafu 1, l-għażla trid tkun għall-inqas espressa, u għandha ssir bil-miktub u tiġi ddatata u ffirmata miż-żewġ sħab.

 

3. Jekk il-liġi tal-Istat imsemmi fil-paragrafu 1 tistipula rekwiżiti formali addizzjonali għall-kuntratt ta' sħubija, dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu ssodisfati.

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu ġdid hu l-ekwivalenti tal-Artikolu 19 tal-proposta għal Regolament dwar il-beni matrimonjali, sabiex is-sħab reġistrati jkun jeħtiġilhom jimlew l-istess formalitajiet biex jagħżlu l-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali tal-kuntratt tagħhom.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 17

imħassar

Regoli obbligatorji

 

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jippreġudikaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imperattivi li r-rispett tagħhom jitqies li huwa kruċjali minn Stat Membru għas-salvagwardja tal-interessi pubbliċi tiegħu, bħall-organizzazzjoni politika, soċjali jew ekonomika tiegħu, sal-punt li jkun jeħtieġ l-applikazzjoni tagħhom għal kwalunkwe sitwazzjoni li taqa' fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, irrispettivament mil-liġi applikabbli għas-sħubija reġistrata bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament.

 

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-eċċezzjonijiet permessi minn dan l-Artikolu hu prattikament mingħajr limitu, u jippermetti lill-Istati Membri li jinjoraw kull dispożizzjoni mniżżla f'dan ir-Regolament. Minħabba li l-Artikolu 18 diġà jipprovdi għal eċċezzjoni tal-politika pubblika f'każi speċifiċi, dan l-Artikolu għandu jiġi mħassar.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Dan ir-rifjut ma jistax imur kontra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda għandha tiċċara li rifjut fuq bażi ta' politika pubblika hu suġġett għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u b'mod partikolari l-Artikolu 21 li jipprojbixxi kull forma ta' diskriminazzjoni.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa xi proċedura speċjali.

1. Id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru għandhom jiġu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa xi proċedura speċjali. Ir-rikonoxximent ta' dawn id-deċiżjonijiet ma jimplikax madankollu li l-Istati Membri jirrikonoxxu s-sħubijiet reġistrati bħala istituzzjoni ġuridika fil-liġi nazzjonali tagħhom.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata fuq relazzjoni legali bejn wieħed mis-sħab u terza persuni huma rregolati mil-liġi tal-Istat tar-reġistrazzjoni tas-sħubija reġistrata msemmi fl-Artikolu 15.

1. L-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata għal relazzjoni legali bejn wieħed mis-sħab u parti terza huma rregolati mil-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali ta' sħubijiet reġistrati skont it-termini ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Dan il-paragrafu qed jiġi emendat biex jirrifletti l-possibilità li sħab jagħżlu l-liġi applikabbli għall-effetti patrimonjali tas-sħubija reġistrata.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 32a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 32(a)

 

Rapporti ta' natura privata

 

Dan ir-Regolament ma jippreġudikax il-possibilità li żewġ persuni, mhux miżżewġa u lanqas parti minn sħubija reġistrata, jirregolaw b'mod privat u b'effett esklużivament inter partes l-effetti partimonjali tal-konvivenza tagħhom jew l-interruzzjoni ta' din il-konvivenza.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni kkomunikata skont il-paragrafi 1 u 2 għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz ta' mezzi approprjati, b'mod partikolari permezz tas-sit tal-internet multilingwi tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali.

3. Il-Kummissjoni għandha tpoġġi l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tal-pubbliku b'mod sempliċi permezz ta' mezzi approprjati, permezz tas-sit tal-internet multilingwi li jikkumplimenta n-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali, sabiex tiżgura li l-koppji u s-sħab kollha jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom b'mod infurmat.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tintroduċi għodda ta’ informazzjoni u taħriġ għall-persunal rilevanti tal-qrati, għall-avukati fil-prattika billi jitwaqqfu portal interattiv fuq l-internet bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u sistema għall-iskambju tal-għarfien professjonali u l-prattiki.

PROĊEDURA

Titolu

Deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati

Referenzi

(COM(2011)0127 – C7-0094/2011 – 2011/0060(CNS))

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.5.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

10.5.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Michael Cashman

19.9.2011

Eżami fil-kumitat

21.3.2012

3.9.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

3.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Simon Busuttil, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Frank Engel, Monika Flašíková Beňová, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Lívia Járóka, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Monica Luisa Macovei, Véronique Mathieu, Anthea McIntyre, Louis Michel, Antigoni Papadopoulou, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Rui Tavares, Nils Torvalds, Axel Voss, Renate Weber, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Maria Corazza Bildt, Cornelis de Jong, Evelyne Gebhardt, Monika Hohlmeier, Franziska Keller, Ádám Kósa, Marian-Jean Marinescu, Antonio Masip Hidalgo, Jan Mulder, Raül Romeva i Rueda, Marie-Christine Vergiat, Glenis Willmott

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Justas Vincas Paleckis, Iuliu Winkler

PROĊEDURA

Titolu

Deċiżjonijiet fi kwistjonijiet tal-effetti patrimonjali ta’ sħubijiet reġistrati

Referenzi

(COM(2011)0127 – C7-0094/2011 – 2011/0060(CNS))

Data meta ġie kkonsultat il-PE

7.4.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

10.5.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

10.5.2011

FEMM

10.5.2011

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

FEMM

20.9.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Alexandra Thein

12.4.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.6.2011

21.11.2011

17.9.2012

11.10.2012

 

18.12.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.6.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Dimitar Stoyanov, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Sergio Gaetano Cofferati, Eva Lichtenberger, Angelika Niebler, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Frédérique Ries, Nikolaos Salavrakos, Jacek Włosowicz

Data tat-tressiq

12.7.2013