RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar

12.7.2013 - (COM(2012)0432 – C7‑0211/2012 – 2012/0208(COD)) - ***I

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: Rareş-Lucian Niculescu


Proċedura : 2012/0208(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0256/2013
Testi mressqa :
A7-0256/2013
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar

(COM(2012)0432 – C7‑0211/2012 – 2012/0208(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0432),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0211/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Novembru 2012[1],

–   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A7-0256/2012),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Sabiex jiġu applikati ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 850/98, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan li ġej:

(3) Sabiex ċerti dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu jistgħu jiġu aġġornati b'mod effikaċi biex jirriflettu l-progress tekniku u xjentifiku, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dan li ġej:

– id-diviżjoni tar-reġjuni f'żoni ġeografiċi;

– id-diviżjoni tar-reġjuni f'żoni ġeografiċi;

l-emendar tar-regoli li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet għall-użu ta' ċerti kumbinazzjonijiet ta' daqsijiet tal-malji;

l-emenda tar-regoli li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet għall-użu ta' ċerti kumbinazzjonijiet ta' daqsijiet tal-malji;

– l-adozzjoni ta’ regoli dettaljati sabiex tinkiseb il-perċentwali ta' speċijiet fil-mira meħuda minn iktar minn bastiment tas-sajd wieħed, sabiex ikun żgurat li dawn il-perċentwali jiġu rrispettati mill-bastimenti kollha involuti fl-operazzjoni tas-sajd;

– l-adozzjoni ta’ regoli dettaljati sabiex jinkiseb il-perċentwal ta' speċijiet fil-mira meħuda minn iktar minn bastiment tas-sajd wieħed, sabiex ikun żgurat li dawn il-perċentwali jiġu rrispettati mill-bastimenti kollha involuti fl-operazzjoni tas-sajd;

– l-adozzjoni ta’ regoli dwar id-deskrizzjonijiet tekniċi u l-metodu tal-użu ta' mezzi awtorizzati li jistgħu jitwaħħlu max-xibka tas-sajd, u li ma jfixklux jew inaqqsu l-fetħa effettiva tal-malja tax-xibka;

– l-adozzjoni ta’ regoli dwar id-deskrizzjonijiet tekniċi u l-metodu tal-użu ta' mezzi awtorizzati li jistgħu jitwaħħlu max-xibka tas-sajd, u li ma jfixklux jew inaqqsu l-fetħa effettiv tal-malja tax-xibka;

– il-kundizzjonijiet li l-bastimenti li jaqbżu t-tul totali ta' tmien metri għandhom jissodisfaw sabiex jingħatalhom il-permess li jużaw xbieki tat-tkaxkir bit-travu f'ċerti ilmijiet tal-Unjoni;

– il-kundizzjonijiet li l-bastimenti li jaqbżu t-tul totali ta' tmien metri għandhom jissodisfaw sabiex jingħatalhom il-permess li jużaw xbieki tat-tkaxkir bit-travu f'ċerti ilmijiet tal-Unjoni;

– miżuri mfassla sabiex jindirizzaw reklutaġġi żgħar jew kbar mhux mistennija ta’ ħut li għadu qed jikber, bidliet fil-mudelli ta’ migrazzjoni jew kwalunkwe bidla oħra fl-istatus tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, b'effett immedjat.

– miżuri mfassla sabiex jindirizzaw reklutaġġi żgħar jew kbar mhux mistennija ta’ ħut li għadu qed jikber, bidliet fil-mudelli ta’ migrazzjoni jew kwalunkwe bidla oħra fl-istatus tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, b'effett immedjat.

 

– atti li jeskludu sajd speċifiku ta' Stat Membru, fis-subżoni VIII, IX u X tal-ICES, mill-applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet għall-għeżula, għall-għeżula tat-tħabbil u għall-pariti, b'livell baxx ħafna ta' qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar u ta' rimi.

Ġustifikazzjoni

Hemm bżonn ta' aktar preċiżjonijiet dettaljati għad-delega tas-setgħat.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha għall-adozzjoni tal-atti ddelegati, inkluż f'livell ta' esperti.

(4) Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, speċjalment fil-livell ta’ esperti, sabiex tinkiseb informazzjoni oġġettiva, rigoruża, kompluta u aġġornata.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinqasmu f'żoni ġeografiċi, b'mod partikolari fuq il-bażi tad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48a dwar id-diviżjoni tar-reġjuni f'żoni ġeografiċi għall-iskop li jiġu identifikati żoni ġeografiċi fejn japplikaw miżuri ta’ konservazzjoni tekniċi speċifiċi. "

3. Ir-reġjuni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinqasmu f'żoni ġeografiċi, b'mod partikolari fuq il-bażi tad-definizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 48a dwar id-diviżjoni tar-reġjuni għall-iskop li jiġu identifikati żoni ġeografiċi fejn japplikaw miżuri ta’ konservazzjoni tekniċi speċifiċi. "

Ġustifikazzjoni

It-test propost m'għadux rilevanti.

Emenda   4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 34b – paragrafu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Fl-Artikolu 34b, il-paragrafu 11 għandu jinbidel b’dan li ġej:

 

"11. Wara konsultazzjoni mal-STECF, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati li jeskludu sajd speċifiku ta' Stat Membru, fis-subżoni VIII, IX, X tal-ICES, mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 9, meta l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri turi li dak is-sajd jirriżulta f'livell baxx ħafna ta' qabdiet inċidentali ta' klieb il-baħar u ta' rimi.

Ġustifikazzjoni

Il-kwistjonijiet ikkonċernati ma jitrattawx kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-regolament kif meħtieġ mill-Artikolu 291 tat-TFUE. Fil-verità, dawn huma eċċezzjonijiet u għaldaqstant emendi skont l-Artikolu 290 tat-TFUE.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 9

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 45 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 48a, miżuri tekniċi ta' konservazzjoni dwar l-użu ta' rkaptu fiss jew irmunkat jew dwar attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew matul ċerti perjodi flimkien mar-Regolament jew b’deroga għalih. Dawk il-miżuri għandhom jitfasslu sabiex jindirizzaw reklutaġġi żgħar jew kbar mhux mistennija ta’ ħut li għadu qed jikber, bidliet fil-mudelli ta’ migrazzjoni jew kwalunkwe bidla oħra fl-istatus tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, b'effett immedjat.

1. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tistabbilixxi, permezz ta’ atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 48a, miżuri tekniċi ta' konservazzjoni dwar l-użu ta' rkaptu fiss jew irmunkat jew dwar attivitajiet tas-sajd f'ċerti żoni jew matul ċerti perjodi flimkien mar-Regolament jew b’deroga għalih. Dawk il-miżuri għandhom jitfasslu sabiex jindirizzaw reklutaġġi żgħar jew kbar mhux mistennija ta’ ħut li għadu qed jikber, bidliet fil-mudelli ta’ migrazzjoni jew kwalunkwe bidla oħra fl-istatus tal-konservazzjoni tal-istokkijiet ta’ organiżmi tal-baħar, b'effett immedjat.

Emenda          6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 850/1998

Artikolu 48a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħat hija msemmija fl-Artikoli 2(3), 4(4)c, 4(5)b, 16(2), 29(6) u 45(1), u għandha tingħata għal perjodu ta’ żmien indeterminat.

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2(3)(c), fil-punt (c) tal-Artikolu 4(4), fil-punt (b) tal-Artikolu 4(5), fl-Artikolu 16(2), fl-Artikolu 29(6), fl-Artikolu 29d(7), fl-Artikolu 34b(11) u fl-Artikolu 45(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ tliet snin mill-…* . Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux iktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' tliet snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

______________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Jidher li hu aktar xieraq li d-delega tiġi limitata biż-żmien u li l-Kummissjoni tiġi obbligata tirrapporta dwar l-eżerċizzju tagħha biex ikun hemm evalwazzjoni regolari tal-użu tad-delega u mistoqsijiet dwarha.

Emenda          7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 850/1998

Artikolu 48a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 2(3), 4(4)c, 4(5)b, 16(2), 29(6) u 45(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 2(3), fil-punt (c) tal-Artikolu 4(4), fil-punt (b) tal-Artikolu 4(5), fl-Artikolu 16(2), fl-Artikolu 29(6), fl-Artikolu 34b(11) u fl-Artikolu 45(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda          8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 850/1998

Artikolu 48a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 2(3), 4(4)c, 4(5)b, 16(2), 29(6) u 45(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 2(3), il-punt (c) tal-Artikolu 4(4)c, il-punt (b) tal-Artikolu 4(5), l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 34b(11) jew l-Artikolu 45(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni għalih mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn meta dak l-att jiġi nnotifikat lilhom jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn li huma jkunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jkun estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

NOTA SPJEGATTIVA

Il-kuntest ġenerali

It-Trattat ta' Lisbona daħħal ġerarkija ġdida ta' normi li tikkonsisti fi tliet livelli. Fl-ewwel livell jinsabu l-atti legiżlattivi li huma adottati mil-legiżlaturi skont il-proċedura legiżlattiva ordinarja, fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jiddeċiedu bħala koleġiżlaturi indaqs (ara l-Artikolu 294 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea - TFUE), jew skont proċeduri leġiżlattivi speċjali. Barra minn hekk, il-leġiżlatur jista' jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' applikazzjoni ġenerali sabiex jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali tal-att leġiżlattiv (l-hekk imsejħa atti ddelegati, definiti fl-Artikolu 290(1) tat-TFUE), li jiffurmaw it-tieni livell ta' normi. Atti tal-Unjoni li huma legalment vinkolanti jistgħu jagħtu wkoll setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fejn ikunu meħtieġa kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dawn l-atti tal-Unjoni. Fuq dik il-bażi l-Kummissjoni tadotta l-hekk imsejħa atti ta' implimentazzjoni (ara l-Artikolu 291 tat-TFUE), li jikkostitwixxu t-tielet livell.

L-għażla ta' liema tip ta' att għandu jintuża mhijiex dejjem ċara sal-aħħar. L-atti ddelegati u l-atti ta' implimentazzjoni, meta mqabbla mal-atti leġiżlattivi, għandhom il-vantaġġ li jipprovdu l-possibilità li tingħata reazzjoni malajr għal sitwazzjoni ġdida. Billi l-proċedura legiżlattiva ordinarja u l-użu tal-atti ddelegati jiggarantixxu l-parteċipazzjoni tal-Parlament fuq l-istess livell tal-Kunsill, l-użu tal-atti ta' implimentazzjoni jinkludi l-esklużjoni de facto tal-Parlament, billi d-dritt tiegħu għall-iskrutinju ma jobbligax lill-Kummissjoni ssegwi l-pożizzjoni tal-Parlament.

Il-proposta tal-Kummissjoni

Fil-kuntest tal-allinjament tar-Regolament (KE) Nru 850/98 mar-regoli l-ġodda tat-TFUE, il-Kummissjoni ħejjiet abbozz ta' proposta li tikklassifika s-setgħat li attwalment huma mogħtija lill-Kummissjoni permezz ta' dak ir-Regolament f'miżuri ta' natura ddelegata u miżuri ta' natura implimentattiva. B'mod ġenerali, il-bidliet proposti jolqtu biss it-tipi ta' atti li għandhom jiġu adottati u ma jimmodifikawx il-kontenut tal-miżuri.

Il-Kummissjoni tipproponi li tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati fir-rigward tad-diviżjoni tar-reġjuni f'żoni ġeografiċi, ir-regoli għall-użu ta' kumbinazzjonijiet ta' daqsijiet tal-malji, ir-regoli għall-kisba tal-perċentwal tal-ispeċijiet fil-mira meħuda minn iktar minn bastiment tas-sajd wieħed sabiex ikun żgurat li tali kompożizzjonijiet tal-qbid jiġu rrispettati mill-bastimenti kollha involuti fl-operazzjoni tas-sajd, ir-regoli dwar id-deskrizzjonijiet tekniċi u l-metodu tal-użu ta' mezzi awtorizzati li jistgħu jitwaħħlu max-xibka tas-sajd, u li ma jfixklux jew inaqqsu l-fetħa effettiva tal-malja tax-xibka, il-kundizzjonijiet li l-bastimenti li jaqbżu t-tul totali ta' tmien metri għandhom jissodisfaw sabiex jingħatalhom il-permess li jużaw xbieki tat-tkaxkir bit-travu u l-miżuri mfassla sabiex jindirizzaw reklutaġġi żgħar jew kbar mhux mistennija ta' ħut li għadu qed jikber, bidliet fil-mudelli ta' migrazzjoni jew kwalunkwe bidla oħra fl-istatus tal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, b'effett immedjat.

Il-Kummissjoni tipproponi li tagħti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni fir-rigward ta' regoli tekniċi għall-kejl tad-daqsijiet tal-malji, ix-xbieki b'malji kwadri u tal-ħxuna tal-ispag, regoli tekniċi relatati mal-manifattura tal-materjali tax-xbieki, l-elenkar ta' mezzi li jistgħu jostakolaw jew inkella jnaqqsu l-ftuħ effettiv tal-malji f'xibka tas-sajd, it-trażmissjoni tal-listi ta' bastimenti li nħarġilhom permess speċjali tas-sajd għall-użu tax-xbieki tat-tkaxkir bit-travu, regoli tekniċi dwar il-kejl tal-qawwa tal-magna u d-dimensjonijiet tal-irkaptu, l-obbligu tal-Istati Membri biex ikun żgurat li l-livelli tal-isforzi tas-sajd ma jinqabżux f'ċerti żoni tad-Diviżjoni IXa tal-ICES, u l-miżuri temporanji meta l-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-organiżmi tal-baħar titlob azzjoni immedjata.

Fis-6 ta' Frar 2013 il-PE adotta Anness għar-Riżoluzzjoni tiegħu dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar[1]. F'dan l-Anness, il-Parlament Ewropew iddikjara li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward l-atti ta' implimentazzjoni kienu r-riżultat ta' kompromess delikat. Sabiex jintlaħaq ftehim fl-ewwel qari qabel ma jiskadi r-Regolament (KE) Nru 850/98 sal-aħħar tal-2012, il-Parlament Ewropew aċċetta l-possibilità li jintużaw atti ta' implimentazzjoni f'ċerti każijiet speċifiċi fir-Regolament (KE) Nru 850/98. Il-Parlament Ewropew enfasizza, madankollu, li dawk id-dispożizzjonijiet m'għandhomx jittieħdu jew jintużaw bħala preċedent fl-ebda regolament adottat bi qbil mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, b'mod partikolari l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 li jikkonċerna l-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar.

L-opinjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur huwa globalment sodisfatt bl-għażliet li saru mill-Kummissjoni meta pproponiet bidliet. Madankollu, fl-opinjoni tar-rapporteur xi kwistjonijiet proposti bħala atti ta' implimentazzjoni ma jitrattawx kundizzjonijiet uniformi għall-applikazzjoni tar-regolament kif meħtieġ mill-Artikolu 291 tat-TFUE. Fil-verità, dawn huma eċċezzjonijiet u għaldaqstant emendi skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, u b'konsegwenza ta' dan, għandhom jikkwalifikaw bħala atti ddelegati.

Min-naħa l-oħra, ir-rapporteur iqis li l-Artikoli 39, 40 u 41 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1244/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, diġà jipprovdu qafas għall-monitoraġġ, iċ-ċertifikazzjoni u l-verifika tal-qawwa tal-magna tal-bastimenti tas-sajd u għaldaqstant, dawn il-kwistjonijiet m’għandhomx jitqiesu bħala atti ta' implimentazzjoni.

Barra minn hekk, ir-rapporteur hu tal-fehma li fejn ikunu proposti atti ddelegati, id-delega għandha tiġi limitati fiż-żmien bil-għan li tkun tista' ssir evalwazzjoni regolari tal-użu tagħha.

  • [1]  P7_TA (2012)0448 u P7_TA (2013) 0044

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar

Referenzi

COM(2012)0432 – C7-0211/2012 – 2012/0208(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

2.8.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

11.9.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Rareş-Lucian Niculescu

26.10.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

18.12.2012

21.1.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

10.7.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Antonello Antinoro, Kriton Arsenis, Alain Cadec, Chris Davies, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Dolores García-Hierro Caraballo, Marek Józef Gróbarczyk, Ian Hudghton, Iliana Malinova Iotova, Werner Kuhn, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Guido Milana, Maria do Céu Patrão Neves, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Raül Romeva i Rueda, Struan Stevenson, Isabelle Thomas, Nils Torvalds

Data tat-tressiq

15.7.2013