RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006

17.7.2013 - (COM(2011)0612 – C7‑0325/2011 – 2011/0274(COD)) - ***I

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
Rapporteur: Victor Boştinaru


Proċedura : 2011/0274(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0270/2013
Testi mressqa :
A7-0270/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006

(COM(2011)0612 – C7‑0325/2011 – 2011/0274(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0612),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0325/2011),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' April 2012[1];

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għar-Reġjuni tat-3 ta' Mejju 2012[2];

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għat-Trasport u t-Turizmu (A7-0270/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Artikolu 174 tat-Trattat jistipula li l-Unjoni għandha tiżviluppa u tkompli bl-azzjonijiet tagħha li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tagħha. Il-Fond ta' Koeżjoni għandu għaldaqstant jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġetti fil-qasam tal-ambjent u tan-netwerks trans-Ewropej, fil-qasam tat-trasport u tal-infrastruttura.

(1) L-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistipula li l-Unjoni trid tiżviluppa u tkompli bl-azzjonijiet tagħha li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha. Il-Fond ta' Koeżjoni għandu għaldaqstant jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġetti fil-qasam tal-ambjent u tan-netwerks trans-Ewropej, fil-qasam tat-trasport u tal-infrastruttura.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 ta' […] li jistipula d-dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd, kopert mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 [Ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni - CPR] jistabbilixxi qafas ġdid għall-azzjoni tal-Fondi Strutturali u l-Fondi ta' Koeżjoni. Huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-objettivi tal-Fond ta' Koeżjoni dwar il-qafas ġdid għal ħidmietu u dwar l-iskop li għandu mogħti fit-Trattat.

(2) Id-dispożizzjonijiet komuni għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta' Koeżjoni huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru […]/2013 ta' [...] li jistipula d-dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, kopert mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 [Ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni - CPR]. Is-CPR jistabbilixxi qafas ġdid għall-azzjoni tal-Fondi Strutturali u tal-Investiment Ewropej inkluż il-Fond ta' Koeżjoni. Huwa neċessarju għalhekk li jiġu speċifikati l-objettivi tal-Fond ta' Koeżjoni dwar il-qafas ġdid għal ħidmietu u dwar l-iskop li għandu mogħti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-Unjoni tista', permezz tal-Fond ta' Koeżjoni, tikkontribwixxi għal azzjonijiet li jwettqu l-objettivi ambjentali tal-Unjoni speċifikati fl-Artikoli 11 u 191 tat-Trattat.

(3) L-Unjoni tista', permezz tal-Fond ta' Koeżjoni, tikkontribwixxi għal azzjonijiet li jwettqu l-objettivi ambjentali tal-Unjoni speċifikati fl-Artikoli 11 u 191 tat-TFUE, jiġifieri effiċjenza enerġetika u enerġija rinnovabbli u, fis-settur tat-trasport barra n-netwerks trans-Ewropej, it-trasport bil-ferrovija, fix-xmajjar u bil-baħar, is-sistemi ta' trasport intermodali u l-interoperabbiltà tagħhom, il-ġestjoni tat-traffiku fuq it-triq, bil-baħar u bl-ajru, trasport urban nadif u trasport pubbliku.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Biex wieħed jaċċelera l-iżvilupp tal-infrastruttura fit-trasport madwar l-Unjoni, il-Fond ta’ Koeżjoni għandu jappoġġja proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport tal-valur miżjud Ewropew previsti mir-Regolament (UE) No [...]/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta [...] li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (minn hawn ’il quddiem imsemmija “Regolament CEF”), għal ammont totali ta’ EUR XXX. Appoġġ li jiġi allokat mill-Fond ta' Koeżjoni għandu jsegwi r-regoli stabbiliti mill-Artikolu [84 (4)] tar-Regolament (UE) Nru [...]/2013 [CPR]. Bi qbil mar-Regolamet CEF, appoġġ għandu jkun disponibbli għall-Istati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni biss, bir-rati ta' kofinanzjament applikabbli għal dan il-Fond.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 3b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Tajjeb li jitfakkar li fejn miżuri msejsa fuq l-Artikolu 192(1) tat-Trattat jinvolvu spejjeż meqjusa bħala sproporzjonati għall-awtoritajiet pubbliċi ta' Stat Membru u l-appoġġ finanzjarju mill-Fond ta' Koeżjoni jiġi provdut skont l-Artikolu 192(5), għandu japplika xorta waħda l-prinċipju li min iniġġes iħallas.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) L-Unjoni Ewropea u bosta Stati Membri huma firmatarji tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità, filwaqt li Stati Membri oħra huma fil-proċess li jirratifikawha. Fl-implimentazzjoni tal-proġetti rilevanti huwa importanti li tiġi kkunsidrata l-aċċessibbiltà tal-persuni b'diżabbiltajiet fl-ispeċifikazzjoni tal-proġetti, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-għamla ta' attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni taħt l-objettivi definiti f'ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]. Fl-istess ħin, l-infiq barra l-ambitu tal-Fond ta' Koeżjoni għandu jkun definit u kkjarifikat, inkluż ir-rigward dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra f'installazzjonijiet li jaqgħu taħt id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE.

(5) Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-għamla ta' attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni taħt l-objettivi definiti f'ir-Regolament (UE) Nru […]/2013 [CPR].

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis ta’ emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE m’għandhomx ikunu eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni peress li dawn diġà jibbenefikaw finanzjarjament mill-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva. Din l-esklużjoni m'għandhiex tillimita l-possibbiltà li l-Fond ta' Koeżjoni jintuża biex jiġu appoġġati l-attivitajiet mhux elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE anke jekk jiġu implimentati mill-istess operaturi ekonomiċi, bħall-investimenti ta' effiċjenza enerġetika fil-ko-ġenerazzjoni tas-sħana u l-elettriku u fin-netwerks tat-tisħin distrettwali, id-distribuzzjoni intelliġenti tal-enerġija, is-sistemi ta' ħżin u trażmissjoni, il-miżuri mmirati lejn it-tnaqqis fit-tniġġis fl-arja eċċ., anke jekk wieħed mill-effetti indiretti tagħhom huwa t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra jew jekk huma elenkati fil-pjan nazzjonali msemmi fl-Artikolu 10c(1) tad-Direttiva 2003/87/KE.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) L-investimenti fl-akkomodazzjoni, ħlief biex jiġu promossi l-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli, ma jistgħux ikunu eliġibbli għall-appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni peress li jaqgħu barra mill-ambitu ta' appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni kif definit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c) Huwa importanti li jiġi żgurat li, fil-promozzjoni ta' investimenti ta' ġestjoni tar-riskju, jiġu kkunsidrati r-riskji speċifiċi fil-livell reġjonali, transkonfinali u transnazzjonali.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 5d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5d) Il-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn l-interventi appoġġati mill-Fond ta' Koeżjoni, il-FEŻR, l-ETC u s-CEF għandhom ikunu żgurati, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-isforzi u jiġi garantit l-aħjar kollegament bejn it-tipi differenti ta' infrastruttura fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, u madwar l-Unjoni Ewropea.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet speċifiċi tal-Fond ta' Koeżjoni, u f'linja mal-istrateġija Ewropa 2020 fejn il-politika ta' koeżjoni għandha tappoġġja l-bżonn li jitwassal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, huwa neċessarju li jiġu stipulati l-prijoritajiet ta' investiment fl-ambitu tal-objettivi tematiċi stipulati fir-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

(6) Sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet speċifiċi tal-Fond ta' Koeżjoni, u f'linja mal-istrateġija Ewropa 2020 fejn il-politika ta' koeżjoni għandha tappoġġja l-bżonn li jitwassal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, huwa neċessarju li jiġu stipulati l-prijoritajiet ta' investiment fl-ambitu tal-objettivi tematiċi stipulati fir-Regolament (UE) Nru […]/2013 [CPR]. Dawn il-prijoritajiet ta' investiment għandhom jistabbilixxu objettivi dettaljati, li ma jeskludux lil xulxin, li l-Fond ta' Koeżjoni għandu jikkontribiwixxi għalihom. Dawn il-prijoritajiet ta' investiment għandhom jiffurmaw il-bażi għad-definizzjoni ta' objettivi speċifiċi fi ħdan programmi operattivi li jqisu l-ħtiġijiet u l-karatteristiċi tal-qasam tal-programm. Biex tiżdied il-flessibilità u jitnaqqas il-piż amministrattiv billi jingħata lok lill-implimentazzjoni konġunta, il-FEŻR u l-prijoritajiet ta’ investiment tal-Fond ta’ Koeżjoni taħt l-objettivi tematiċi korrispondenti għandhom ikunu allinjati.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sett komuni ta' indikaturi biex ikejlu l-progress tal-implimentazzjoni tal-programm għandhom jiġu stipulati qabel mal-Istati Membri jfasslu l-programmi operazzjonali tagħhom. Dawn l-indikaturi għandhom ikunu akkumpanjati b'indikaturi għal programm speċifiku.

(7) Sett komuni ta' indikaturi ta' produzzjoni biex ikejlu l-progress aggregat fil-livell tal-Unjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi għandhom jiġu stipulati f'dan ir-Regolament. Dawn għandhom jikkorrispondu għall-prijorità ta' investiment u t-tip ta' azzjoni appoġġjati skont dan ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru […..]/2013 [CPR]. Dawn l-indikaturi għandhom ikunu akkumpanjati b'indikaturi ta' riżultat speċifiċi għal programm u, fejn rilevanti, b'indikaturi ta' produzzjoni speċifiċi għal programm.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Dan ir-Regolament jieħu post ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1164/94. Fl-interess taċ-ċarezza, ir-Regolament (KE) Nru 1084/2006 għandu jiġi mħassar,

(8) Dan ir-Regolament jieħu post ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni. Dak ir-Regolament għandu jiġi mħassar. Madankollu, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-assistenza approvata mill-Kummissjoni abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1084/2006 jew kwalunkwe leġiżlazzjoni oħra li tapplika għal dik l-assistenza fil-31 ta' Diċembru 2013, li għandhom konsegwentement japplikaw minn dakinhar 'il quddiem għal dik l-assistenza jew il-proġetti kkonċernati sakemm jagħlqu. L-applikazzjonijiet għal assistenza magħmulin jewa approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1084/2006 għandhom għalhekk jibqgħu validi.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Peress li l-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali ma jistgħux jinkisbu suffiċjentement mill-Istati Membri minħabba l-livell ta' disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti u l-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u r-reġjuni u jistgħu għalhekk jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jikseb dawk l-objettivi.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – titolu u paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Suġġett

L-istabbiliment u s-suġġett tal-Fond ta' Koeżjoni

Dan ir-Regolament jistipula l-kompiti tal-Fond ta' Koeżjoni u l-ambitu tas-sostenn tiegħu lill-Għan ta' Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, imsemmi fl-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru [ ]/2012 [CPR].

1. Fond ta' Koeżjoni huwa hawnhekk stabbilit għall-iskop ta' tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni fl-interessi tal-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli. Dan ir-Regolament jistipula l-kompiti tal-Fond ta' Koeżjoni u l-ambitu tas-sostenn tiegħu lill-Għan ta' Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, imsemmi fl-Artikolu 81 tar-Regolament (UE) Nru [ ]/2013 [CPR].

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Fond ta' Koeżjoni għandu jiġi rregolat mir-Regolament (UE) Nru [… ]/2013 [CPR] u minn dan ir-Regolament.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) id-diżattivazzjoni ta' impjanti tal-enerġija nukleari;

(a) id-dekummissjonar u l-kostruzzjoni ta' impjanti tal-enerġija nukleari;

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra f'installazzjonijiet li jaqgħu taħt id-Direttiva 2003/87/KE;

(b) investiment biex jinkiseb it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra minn attivitajiet li jaqgħu taħt l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) akkomodazzjoni.

(c) akkomodazzjoni, ħlief biex jiġu promossi l-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) il-manifattura, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tat-tabakk u prodotti tat-tabakk;

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) impriżi f'diffikultajiet kif definiti skont ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc) investiment f'infrastruttura ta' ajruporti ħlief jekk ikun relatat mal-ħarsien tal-ambjent jew akkumpanjat minn investimenti meħtieġa sabiex jiġi mitigat jew jitnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tagħha.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni lill-proġetti ta' infrastruttura tat-trasport taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

 

Il-Fond ta' Koeżjoni għandu jappoġġa proġetti ta' infrastruttura tat-trasport ta' valur miżjud Ewropew previsti fir-Regolament (UE) Nru […]/2013 [li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa] għal ammont ta' EUR XXX, bi qbil mal-Artikolu [84 (4)] tar-Regolament (UE) Nru [...]/2013 [CPR].

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR], il-Fond ta' Koeżjoni għandu jappoġġja dawn il-prijoritajiet ta' investiment taħt l-objettivi tematiċi stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]:

Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru […]/2013 [CPR], il-Fond ta' Koeżjoni għandu jappoġġja dawn il-prijoritajiet ta' investiment taħt l-objettivi tematiċi stipulati fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru […]/2013 [CPR] filwaqt li jqis il-ħtiġijiet u l-potenzjali deskritti fil-Ftehim ta' Sħubija msemmi fl-Artikolu 14(1)(a)(i) ta' dak ir-Regolament:

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-appoġġ lil bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju:

(a) l-appoġġ lil bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju fis-setturi kollha permezz ta':

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) il-promozzjoni tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

(i) il-promozzjoni tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' enerġija derivata minn sorsi rinnovabbli;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) il-promozzjoni tal-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli f'impriżi ta' daqs żgħir u medju;

(ii) il-promozzjoni tal-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli fl-impriżi;

Emenda  29

Proposta għal regolament

Article 3 – point a – point iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) appoġġ lill-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli f'infrastrutturi pubbliċi;

(iii) appoġġ lill-użu tal-effiċjenza enerġetika, il-ġestjoni intelliġenti tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli f'infrastrutturi pubbliċi, inkluż f'bini pubbliku u s-settur tal-akkomodazzjoni;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt a – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) l-iżvilupp ta' sistemi ta' distribuzzjoni b'livell ta' vultaġġ baxx ;

(iv) l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' sistemi ta' distribuzzjoni b'livell ta' vultaġġ baxx u medju;

 

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt a – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v) il-promozzjoni ta' strateġiji ta' użu baxx ta' karbonju;

(v) il-promozzjoni ta' strateġiji ta' użu baxx ta' karbonju għat-tipi kollha ta' territorju, b'mod partikolari għal żoni urbani, inkluża l-promozzjoni tal-mobilità urbana multimodali sostenibbli u l-miżuri ta’ adattament rilevanti għall-mitigazzjoni;

 

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt a – punt va (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(va) il-promozzjoni tal-użu ta' ko-ġenerazzjoni effiċjenti ħafna ta' sħana u elettriku abbażi tad-domanda għas-sħana utli;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-promozzjoni ta' adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju minn:

(b) il-promozzjoni ta' adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju permezz ta':

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) appoġġ lill-investiment iddedikat lill-adattament għat-tibdil fil-klima;

(i) appoġġ lill-investiment għall-adattament għat-tibdil fil-klima inklużi approċċi bbażati fuq l-ekosistema;

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi:

(c) il-preservazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi permezz ta’:

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt c – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) l-indirizz tal-ħtiġijiet sinifikanti għall-investiment fis-settur tal-iskart biex tilħaq il-ħtiġijiet tal-acquis ambjentali tal-Unjoni;

(i) l-investiment fis-settur tal-iskart biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-acquis ambjentali tal-Unjoni u jiġu indirizzati l-bżonnijiet identifikati mill-Istati Membri ta' investiment lil hinn minn dawk il-ħtiġijiet;

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) l-indirizzar tal-bżonn sinifikanti ta' investiment fis-settur tal-ilma biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-acquis ambjentali tal-Unjoni;

(ii) l-investiment fis-settur tal-ilma biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-acquis ambjentali tal-Unjoni u jiġu indirizzati l-bżonnijiet identifikati mill-Istati Membri ta' investiment lil hinn minn dawk il-ħtiġijiet;

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt c – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità anki permezz ta' infrastrutturi ambjentali;

(iii) il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità, il-protezzjoni u r-restawr tal-ħamrija u l-promozzjoni ta' servizzi ekosistemiċi anki permezz ta' NATURA 2000 u infrastrutturi ambjentali;

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt c – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) it-titjib tal-ambjent urban, inkluża r-riġenerazzjoni tas-siti industrijali abbandunati (brownfield sites), u t-tnaqqis fit-tniġġis tal-arja.

(iv) azzjoni biex jitjieb l-ambjent urban, ir-rivitalizzazzjoni tal-bliet, ir-riġenerazzjoni u d-dekontaminazzjoni tas-siti industrijali abbandunati (brownfield sites) (inklużi żoni ta' konverżjoni), it-tnaqqis fit-tniġġis tal-arja u l-promozzjoni ta' miżuri ta' tnaqqis tal-istorbju;

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt d – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' konġestjoni f'netwerks tal-infrastruttura billi:

(d) il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' konġestjoni f'netwerks tal-infrastruttura permezz ta':

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt d –punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) tiġi sostnuta Żona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta' investiment fin-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport;

(i) l-appoġġ għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta' investiment fin-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T);

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt d – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) jiġu żviluppati sistemi tat-trasport b'kuxjenza ambjentali u b'livell ta' karbonju baxx, kif ukoll il-promozzjoni ta' mobilità urbana sostennibbli;

(ii) l-iżvilupp u t-titjib ta' sistemi tat-trasport b'kuxjenza ambjentali (inkluż b'livell ta' storbju baxx) u b'livell ta' karbonju baxx, inklużi passaġġi tal-ilma interni u trasport marittimu, portijiet, kollegamenti multimodali u infrastruttura tal-ajruporti, sabiex tiġi promossa l-mobilità reġjonali u lokali sostenibbli;

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt d – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) jiġu żviluppati sistemi ferrovjarji komprensivi, ta' kwalità għolja u interoperabbli;

(iii) l-iżvilupp u r-riabilitazzjoni ta' sistemi ferrovjarji komprensivi, ta' kwalità għolja u interoperabbli, u l-promozzjoni ta' miżuri ta' tnaqqis tal-istorbju;

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) it-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u ta' amministrazzjoni pubblika effiċenti permezz ta' tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċenza tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni.

(e) it-titjib tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati u ta' amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz ta' tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Indikaturi komuni kif stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jintużaw fejn relevanti u skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR]. Għall-indikaturi komuni, il-linji ta' bażi għandhom ikunu żero u l-miri kumulattivi għandhom ikunu ffissati għall-2022.

1. Indikaturi komuni ta' produzzjoni, kif stipulati fl-Anness għal dan ir-Regolament, indikaturi ta' riżultat speċifiċi għal programm u, fejn rilevanti, indikaturi tal-produzzjoni speċifiċi għal programm għandhom jintużaw skont l-Artikolu 24(3) u l-Artikolu 87(2)(b)(ii) u (iv) tar-Regolament (UE) Nru […]/2013 [CPR].

2. Għall-indikaturi komuni speċifiċi għal programm, il-linji ta' bażi għandhom ikunu żero u l-miri kumulattivi għandhom ikunu ffissati għall-2022.

2. Għall-indikaturi ta' produzzjoni komuni u speċifiċi għal programm, il-linji ta' bażi għandhom ikunu żero. Il-valuri ta' mira kwantifikati kumulattivi għal dawn l-indikaturi għandhom ikunu ffissati għall-2022.

3. Għal indikaturi ta' riżultati ta' programmi seċifiċi, il-linji ta' bażi għandhom jużaw l-aħħar dejta disponibbli u l-miri għandhom ikunu ffissati għall-2022, però jistgħu jkunu espressi f'termini kwantitattivi u kwalitattivi.

3. Għal indikaturi ta' riżultati speċifiċi għal programm, li jkunu relatati mal-prijoritajiet ta' investiment, il-linji ta' bażi għandhom jużaw l-aħħar dejta disponibbli u l-miri għandhom ikunu ffissati għall-2022. Il-miri jistgħu jkunu espressi f'termini kwantitattivi u kwalitattivi.

 

3a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat skont l-Artikolu 5a biex temenda l-lista ta' indikaturi tal-produzzjoni komuni fl-Anness ta' dan ir-Regolament, sabiex tagħmel aġġustamenti, fejn ġustifikat biex tiżgura l-valutazzjoni effettiva tal-progress fl-implimentazzjoni tal-programm.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-applikazzjonijiet sabiex tingħata għajnuna skont ir-Regolament (KE) Nru 1084/2006 għandhom jibqgħu validi.

2. L-applikazzjonijiet sabiex tingħata għajnuna magħmulin jew approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1084/2006 għall-għandhom jibqgħu validi.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(3a) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perijodu ta' żmien indeterminat mill-1 ta' Jannar 2014.

 

3. Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 4(3a) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(3a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Regolament (KE) Nru 1084/2006 huwa revokat.

Mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5, ir-Regolament (KE) Nru 1084/2006 huwa revokat b'effett mill-1 ta' Jannar 2014.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jittieħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jitteħdu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni kif stabbilita fl-Anness X.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrivedu dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2022 skont l-Artikolu 177 tat-Trattat.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jagħmlu rieżami ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2022 skont l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Anness – intestatura 1 – sottointestatura 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

Skart solidu

tunnellati

Il-kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ tal-iskart

Emenda

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

Skart solidu

tunnellati/sena

Il-kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ tal-iskart

Emenda  51

Proposta għal regolament

Anness – intestatura 1 – sottointestatura 2 – ringiela 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

 

m3

Stima tat-tnaqqis fit-tnixxija tal-ilma min-netwerk tad-distribuzzjoni

Emenda

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

 

imħassar

imħassar

Emenda  52

Proposta għal regolament

Anness – intestatura 1 – sottointestatura 4 – ringiela 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju

persuni

Il-popolazzjoni li tibbenefika mill-protezzjoni ta' kontra n-nirien fil-foresti u miżuri ta' protezzjoni oħra

Emenda

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju

persuni

Il-popolazzjoni li tibbenefika mill-protezzjoni ta' kontra n-nirien fil-foresti

Emenda  53

Proposta għal regolament

Anness – intestatura 1 – sottointestatura 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

Issiġillar tal-ħamrija

ettari

Tibdil fl-art issiġillata minħabba żvilupp

Emenda

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

imħassar

imħassar

imħassar

Emenda  54

Proposta għal regolament

Anness – intestatura 1 – sottointestatura 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

Natura u bijodiversità

ettari

L-erja tal-wiċċ ta' ħabitats fi stat ta' konservazzjoni aħjar

Emenda

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

Natura u bijodiversità

ettari

L-erja tal-wiċċ ta' ħabitats appoġġjati biex jiksbu stat ta' konservazzjoni aħjar

Emenda  55

Proposta għal regolament

Anness – intestatura 2 – sottointestatura 2 – ringiela 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

 

kWh/sena

Tnaqqis fil-konsum tal-enerġija primarja ta' bini pubbliku

Emenda

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

 

kWh/sena

Tnaqqis fil-konsum annwali tal-enerġija primarja ta' bini pubbliku

Emenda  56

Proposta għal regolament

Anness – intestatura 2 – sottointestatura 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

tnaqqis fil-GHG

f’tunnellati ta’ CO2 eq

It-tnaqqis stmat tal-GHG f'CO2 ekwivalenti

Emenda

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

tnaqqis fil-GHG

f’tunnellati ta’ CO2 eq

It-tnaqqis stmat annwali tal-GHG

Emenda  57

Proposta għal regolament

Anness – intestatura 3 – sottointestatura 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

It-trasport urban

vjaġġi tal-passiġġieri

Żieda fil-vjaġġi tal-passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport urban megħjun

Emenda

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

It-trasport urban

km

Tul totali ta' linji ġodda jew imtejba tat-tramm jew tal-metro

Emenda  58

Proposta għal regolament

Anness – intestatura 3 – sottointestatura 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

Passaġġi tal-ilma interni

Tunnellata-km

Żieda fit-tagħbija ttrasportata fuq passaġġi tal-ilma interni mtejba

Emenda

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

Passaġġi tal-ilma interni

km

Tul totali ta' passaġġi tal-ilma interni mtejba jew maħluqa

  • [1]  ĠU C 191, 26.6.2012, p. 38.
  • [2]  ĠU C 225, 27.7.2012, p. 143.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-Fond ta' Koeżjoni

Fil-kuntest tal-pakkett leġiżlattiv għall-Politika ta' Koeżjoni kif propost mill-Kummissjoni, il-Fond ta' Koeżjoni huwa parti mill-Fondi tal-Qafas Strateġiku Komuni l-ġodda, li se jkunu qed ikopru l-Fondi Strutturali, il-Fond ta' Koeżjoni, kif ukoll il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd. Dawk il-fondi kollha se jkunu soġġetti għal dispożizzjonijiet komuni f'bosta oqsma tal-programmazzjoni u tal-ġestjoni finanzjarja. Barra minn hekk, u bħalma ġara matul il-perjodu attwali ta' programmazzjoni, il-Fond ta' Koeżjoni, il-FEŻR u l-FSE se jibqgħu soġġetti għal ġabra ulterjuri ta' regoli komuni speċifiċi dwar il-programmazzjoni, il-ġestjoni u l-monitoraġġ.

Għalkemm il-Kummissjoni tipproponi qafas ġdid għall-fondi, l-ambitu u l-objettivi speċifiċi għall-Fond ta’ Koeżjoni mhux se jinbidlu drammatikament f'paragun mal-perjodu attwali ta' programmazzjoni.

Fil-proposta tagħha għal regolament li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni għall-fondi kollha li se jieħdu post ir-Regolament Ġenerali ta' bħalissa (is-CPR), il-Kummissjoni pproponiet struttura differenti ta' missjonijiet u objettivi għall-fondi, billi ssottomettiet il-Fondi kollha għall-objettiv tal-investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħalli jingħata kontribut lill-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Il-Fond ta' Koeżjoni se jikkontribwixxi għal dan l-objettiv u għal din il-missjoni billi jappoġġa l-Istati Membri li d-dħul nazzjonali gross tagħhom per capita hu anqas minn 90 % tad-dħul nazzjonali gross per capita tal-UE-27. Madankollu, il-kamp ta' azzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni se jibqa' jkun dirett lejn l-għoti ta' appoġġ finanzjarju għal proġetti fil-qasam tal-ambjent u għan-netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport, filwaqt li jkun żgurat bilanċ xieraq, u skont il-ħtiġijiet ta’ investiment u infrastruttura speċifiċi għal kull Stat Membru (Artikolu 2 tal-proposta għal Regolament dwar il-Fond ta' Koeżjoni).

L-ambitu tal-appoġġ, madankollu, ġie mmodifikat kemmxejn, billi l-Artikolu 2(2) tal-proposta għal Regolament dwar il-Fond ta' Koeżjoni jimmodifika l-każijiet ta' esklużjoni mill-appoġġ, billi jżid it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra f'installazzjonijiet li jidħlu fl-ambitu tad-Direttiva 2003/87/KE. Ir-riferimenti għall-imgħax fuq id-dejn, ix-xiri ta' art għal ammont li jaqbeż l-10 % tan-nefqa totali eliġibbli għall-operazzjoni kkonċernata u t-taxxa fuq il-valur miżjud rekuperabbli, attwalment previsti fl-Artikolu 3(a), (b) u (e) tar-Regolament Ġenerali, issa huma inklużi fl-Artikolu 59(3) tas-CPR, li huwa dispożizzjoni komuni applikabbli għall-fondi kollha tal-QSK.

Waħda mill-karatteristiċi l-ġodda f'paragun mar-regolament attwali hi fl-Artikolu 3 tal-proposta għal Regolament dwar il-Fond ta' Koeżjoni, li skont il-prinċipju tal-konċentrazzjoni tematika kif previst fl-Artikolu 16 tas-CPR, jipprevedi li l-appoġġ tal-Fond ta' Koeżjoni jkun soġġett għal lista ta’ prijoritajiet ta' investiment, fl-ambitu kif definit aktar 'il fuq u b'rabta mal-objettivi tematiċi kif definiti fl-Artikolu 9 tas-CPR, u b'mod partikolari:

(a) l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju fis-setturi kollha;

(b) il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji;

(c) il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi;

(d) il-promozzjoni ta' trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' ostakoli fl-infrastrutturi tan-netwerks ewlenin; kif ukoll,

(e) it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u amminstrazzjoni pubblika effiċjenti.

Kull wieħed minn dawn l-objettivi huwa mbagħad soddiviż f'sottogrupp speċifiku ta' prijoritajiet ta’ investiment kif elenkat taħt kull wieħed mill-objettivi.

Issa hemm dispożizzjoni espliċita li tipprevedi l-appoġġ għat-titjib tal-kapaċità istituzzjonali, billi din hi meqjusa ħtieġa partikolari fil-qasam tal-Politika ta' Koeżjoni minħabba fid-daqs u s-sinifikat tal-proġetti li għandhom jiġu appoġġati.

Bħal fil-każ tal-iskema tranżitorja ta' bħalissa prevista fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament Ġenerali, is-CPR jistipula li dawk l-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament skont il-Fond ta' Koeżjoni fl-2013, imma li d-dħul nazzjonali gross nominali tagħhom per capita jaqbeż id-90 % tad-dħul nazzjonali gross per capita medju tal-UE-27, jirċievu appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni fuq bażi tranżitorja u speċifika.

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kondizzjonalità li jinsabu fl-Artikolu 4 tar-Regolament Ġenerali huma issa parti mis-CPR (Titolu II, Kapitoli III u IV).

Il-proposta għal Regolament dwar il-Fond ta' Koeżjoni fiha elementi ġodda oħrajn, meta mqabbla mar-Regolament fis-seħħ. Fil-kuntest tat-tiftixa għal proċess li jkun aktar orjentat lejn ir-riżultati ħalli jkunu żgurati programmi ta' politika ta' koeżjoni orjentati lejn ir-riżultati, u l-implementazzjoni effikaċi tal-Fondi, u bħalma fil-każ tal-FEŻR, il-Kummissjoni tintroduċi indikaturi komuni għall-Fond ta' Koeżjoni (l-Artikolu 4 u l-Anness mal-proposta għal Regolament dwar il-Fond ta' Koeżjoni), ħalli tivvaluta l-progress tal-implementazzjoni tal-programm lejn il-ksib tal-objettivi (l-Artikolu 24(3) tas-CPR).

L-eżitu tat-trilogu

It-trilogu dwar il-Fond ta' Koeżjoni tmexxa billi ġiet segwita kemm jista' jkun matul in-negozjati l-pożizzjoni vvutata mill-Kumitat REGI fit-12 ta' Lulju 2012. L-eżitu huwa wieħed tassew sodisfaċenti, peress li kien possibbli li tinżamm il-linja mfassla minn ħafna mill-emendi tal-Parlamenti, u partikolarment minn dawk l-aktar importanti.

Sar ukoll sforz biex ikun hemm livell tajjeb ta' koordinazzjoni u sinerġija mar-regolamenti l-oħra, u dan jgħodd partikolarment fir-rigward tal-FEŻR, fejn l-isforzi ppermettew l-allinjament tal-prijoritajiet ta' investiment korrispondenti, sabiex ikunu garantiti regoli aktar sempliċi u interpretazzjoni aktar faċli għall-benefiċjarji.

L-ambitu tal-Fond ta' Koeżjoni (l-Artikolu 2 tal-proposta għal Regolament dwar il-Fond ta' Koeżjoni) twessa', bi qbil mal-mandat, biex jinkludi l-appoġġ għall-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tal-akkomodazzjoni – kif previst diġà għall-infrastrutturi u l-impriżi pubbliċi – u biex jippermetti li fost il-prijoritajiet ta' investiment jiddaħħal l-appoġġ għal tisħin distrettwali b'effiċjenza għolja u ġenerazzjoni konġunta tas-sħana u l-elettriku.

Ir-raġuni ewlenija hija li skont l-aħħar ċifri disponibbli, inklużi dawk tal-Kummissjoni Ewropea, bix-xejriet attwali l-UE se tkun tista' tikseb biss anqas minn nofs l-objettiv prefiss ta' żieda ta' 20 % fl-effiċjenza enerġetika sal-2020. L-appoġġ tal-Fond ta' Koeżjoni għall-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli fid-djar privati jkun jirrappreżenta l-aktar mod kosteffettiv għall-ksib tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020.

Osservazzjoni simili tista' ssir fir-rigward tat-tisħin distrettwali b'effiċjenza għolja u l-ġenerazzjoni konġunta tas-sħana u l-elettriku, fid-dawl tal-importanza tagħhom fl-Istati Membri benefiċjarji tal-Fond ta' Koeżjoni, il-marġni ta' żvilupp kbar tagħhom, u l-impatt ambjentali pożittiv ħafna li jista' jinkiseb permezz ta' effiċjenza enerġetika akbar u l-użu ta' enerġiji rinnovabbli, b'benefiċċju għat-tnaqqis tal-emissjonijiet u s-sigurtà tal-enerġija.

Minkejja r-reżistenza inizjali tal-Kunsill u l-Kummissjoni, inżammet referenza fir-rigward tal-appoġġ li jista' jingħata mill-Fond ta' Koeżjoni lill-proġetti ta' infrastruttura tat-trasport tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fl-Istati Membri ta' Koeżjoni. Dan sar peress li jekk ir-riżorsi tal-Fond ta' Koeżjoni jkunu attwalment ittrasferiti, dan ma jistax isir mingħajr referenza għal dan ir-Regolament, minkejja l-fatt li r-regoli attwali li jirregolaw it-trasferiment jiġu deċiżi fl-Artikolu 84 tas-CPR. Irid jiġi rrimarkat li din il-kwistjoni kollha hija soġġetta għall-eżitu finali tan-negozjati dwar is-CPR u l-QFP, f'termini kemm ta' fattibilità tat-trasferiment, kif ukoll tal-ammonti attwali li se jiġu ttrasferiti.

Fl-ispirtu tal-allinjament mar-regolament tal-FEŻR, ġie deċiż li tiġi introdotta fir-regolament dwar il-Fond ta' Koeżjoni wkoll l-esklużjoni espliċita ta' appoġġ għall-manifattura, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tat-tabakk u prodotti tat-tabakk, u għal impriżi f'diffikultà kif definiti skont ir-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat.

Bidla importanti, għal darb'oħra bi qbil ma' dak mitlub mill-Parlament, tikkonċerna l-impriżi li għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ għal proġetti ta' effiċjenza enerġetika u enerġija rinnovabbli, peress li ntlaħaq ftehim sabiex ikun possibbli għal impriżi li mhumiex SMEs li jirċievu appoġġ.

Fil-prijoritajiet ta' investiment (l-Artikolu 3), ingħatat attenzjoni partikolari lill-kwistjonijiet ambjentali. Minbarra l-appoġġ għall-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli fl-akkomodazzjoni, it-tisħin distrettwali u l-ġenerazzjoni konġunta, intlaħaq ftehim importanti għas-setturi tal-iskart u tal-ilma, li jimplika li l-investimenti f'dawn is-setturi se jkunu possibbli mhux biss biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti tal-acquis ambjentali tal-Unjoni iżda jmorru wkoll lil hinn minn dak u jindirizzaw il-ħtiġijiet identifikati mill-Istati Membri.

L-appoġġ għal Natura 2000 u għal trasport b'kuxjenza ambjentali huma wkoll riżultat ta' tali approċċ.

Il-kwistjoni tal-kondizzjonalità makroekonomika ġiet diskussa fid-dettall, u finalment intlaħaq ftehim sabiex kwalunkwe deċiżjoni dwar dan is-suġġett titħalla għan-negozjati dwar is-CPR, meqjus bħala l-aħjar post biex tiġi indirizzata l-problema minn perspettiva aktar ġenerali.

Fl-aħħar nett, l-indikaturi komuni ġew diskussi diversi drabi mat-timijiet tan-negozjati tar-regolamenti l-oħra sabiex tinstab soluzzjoni komuni għall-FEŻR, l-ETC u l-Fond ta' Koeżjoni. Il-ftehim finali milħuq mal-Kunsill u l-Kummissjoni jipprevedi ftehim interistituzzjonali bejn it-tliet istituzzjonijiet, sabiex jiġi ggarantit li l-proposta oriġinali magħmula għall-annessi mill-Kummissjoni wara konsultazzjonijiet fit-tul mal-esperti tibqa' kif inhi. Kwalunkwe bidla futura, meta tkun meħtieġa, xorta se tkun tista' ssir permezz ta' atti delegati.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (21.6.2012)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006
(COM(2011)0612 – C7‑0325/2011 – 2011/0274(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Andrea Cozzolino

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Kif previst mill-Artikolu 177 u l-Protokoll Nru 28 tat-TFUE, il-Fond ta' Koeżjoni jgħin lill-Istati Membri li għandhom ING għal kull abitant ta' anqas minn 90% tal-medja tal-UE27, fir-rigward tat-twettiq ta' investimenti fin-netwerks tat-trasport TEN-T u fl-ambjent. Fl-applikazzjoni tat-Trattat, il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tipprevedi li fil-qasam tal-ambjent, il-Fond ta' Koeżjoni jappoġġja l-investiment fl-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskji, l-investiment fis-setturi tal-ilma u l-iskart u l-ambjent urban. L-investiment fl-enerġija għandu jkun eliġibbli ukoll għall-appoġġ, sakemm ikollu benefiċċji ambjentali pożittivi. Fil-qasam tat-trasport, skont il-proposta tal-Kummissjoni, il-Fond ta' Koeżjoni għandu jikkontribwixxi biex isiru investimenti fin-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew, kif ukoll fis-sistemi ta' trasport b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u t-trasport urban.

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li talloka EUR 68,7 biljun (fi prezzijiet kostanti) għal dan il-fond. Dan l-ammont mhuwiex speċifikat f'dan ir-regolament tal-fond ta' koeżjoni, iżda fl-Artikolu 84 tar-regolament propost li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-fondi kollha [CPR][1]. Imqabbel mal-Qafas Finanzjarju Multiannwali attwali, il-fond ta’ koeżjoni ġie allokat approssimattivament EUR 71 biljun (fi prezzijiet kostanti tal-2011).

F’biljuni ta’ EUR, prezzijiet kostanti 2011,

 

 

 

 

 

QFM 2007 - 2013

QFM 2014 - 2020

Bidla

FEŻR

203

183

- 10 %

FSE

78

84

+ 8 %

Fond ta’ Koeżjoni

71

69

- 3 %

Totali

354

336

- 5,3 %

Minħabba li ċerti ċifri nqalbu għall-eqreb numru sħiħ, jista' jkun li ma jirriżultawx fit-total eżatt muri hawn

Ir-Rapporteur iddiżappuntat minn dan it-tnaqqis u jfakkar il-konvinzjoni espressa mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 li "hija meħtieġa żieda ta' mill-inqas 5% għall-QFM li jmiss" meta mqabbel mal-livell tal-2013 biex jintlaħqu objettivi politiċi u legali u li "l-ammonti allokati għall-politika ta' koeżjoni fil-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja attwali għandhom jinżammu tal-anqas fl-istess livell fil-perjodu li jmiss".

Barra minn hekk, EUR 10 biljun mill-EUR 68,7 biljun se jiġu miżmuma biex jiffinanzjaw netwerks tat-trasport ewlenin skont il-“Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa” (CEF). Għandu jiġu osservat li dawn l-EUR 10 biljun għadhom allokati għall-Istati Membri li l-ING għal kull abitant huwa anqas minn 90% mill-medja tal-UE27 iżda dawn se jiġu direttament allokati għal proġetti tan-netwerk Trans-Ewropew tat-trasport f’dawk l-Istati Membri u mnaqqsa mill-allokazzjonijiet nazzjonali kif xieraq, fuq bażi pro rata. Għandu jiġi enfasizzat ulterjorment li dawn il-proġetti se jikkonformaw mal-linji gwida TEN-T riveduti u li attwalment qed jiġu diskussi. Finalment, dawn l-EUR 10 biljun se jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet ta' appoġġ finanzjarju aktar favorevoli mill-Fond ta' Koeżjoni (rata ta’ kofinanzjar ogħla sa 85 % minlflok il-50 % previst mis-CEF).

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Ifakkar fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titlu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva1; itenni li huma meħtieġa riżorsi addizzjonali suffiċjenti fil-Qafas Finanzjarju Multiannwali li jmiss sabiex l-Unjoni tkun tista’ tissodisfa l-prijoritajiet politiċi eżistenti tagħha u twettaq il-kompiti ġodda u msaħħa previsti mit-Trattat ta’ Lisbona, kif ukoll biex tirreaġixxi għal avvenimenti mhux mistennija; jirrimarka li anke b'żieda ta' 5 % fil-livell tar-riżorsi għall-QFM li jmiss meta mqabbel mal-livell tal-2013, tkun tista' ssir biss kontribuzzjoni limitata għall-ilħuq tal-objettivi u l-impenji miftehma tal-Unjoni u għall-prinċipju tas-solidarjetà tal-Unjoni; jisfida lill-Kunsill, jekk ma jaqbilx ma' dan l-approċċ, biex jidentifika b’mod ċar liema mill-prijoritajiet jew proġetti politiċi tiegħu jistgħu jitneħħew kompletament, minkejja l-valur miżjud Ewropew evidenti tagħhom;

 

_________________

 

1 Testi adottati, P7_TA(011)0266.

Emenda  2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Ifakkar, b'mod partikolari, li fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklussiva", il-Parlament Ewropew jenfasizza li "politika ta' koeżjoni msaħħa u li tirnexxi teħtieġ finanzjament adegwat" u jikkonkludi li "l-ammonti allokati għaliha fil-perjodu ta' programmazzjoni finanzjarja attwali għandhom jinżammu tal-anqas fl-istess livell fil-perjodu li jmiss ";

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011 bit-titlu "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva", il-Parlament Ewropew saħaq fuq "il-valur miżjud Ewropew tal-politika ta' koeżjoni, peress li din il-politika hija mekkaniżmu stabbilit sew biex jintlaħqu t-tkabbir u l-impjiegi, strument importanti għall-konverġenza, l-iżvilupp sostenibbli u s-solidarjetà u waħda mill-aktar politiki sinifikanti, viżibbli u li kellhom suċċess tal-Unjoni għal deċennji sħaħ". Il-Parlament Ewropew jirrimarka, madankollu, li politika ta' koeżjoni moderna għandha twettaq numru ta' riformi strutturali, partikolarment fil-qasam tas-semplifikazzjoni, tirreaġixxi għall-isfidi l-kbar li qed taffaċċja l-Unjoni u tippromwovi sinerġiji ma' politiki u strumenti oħra fil-post. Il-Parlament Ewropew esprima l-konvinzjoni tiegħu li l-politika ta' koeżjoni tal-UE għandha tibqa' politika għall-Unjoni kollha li tagħti l-aċċess għal riżorsi, esperjenzi u assistenza lir-reġjuni kollha tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 64 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2011 "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva",

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2011, il-Parlament Ewropew enfasizza wkoll li politika ta' koeżjoni msaħħa u li tirnexxi teħtieġ finanzjament adegwat, u li l-ammonti allokati għaliha fil-perjodu ta' programmar finanzjarju attwali għandhom jinżammu tal-anqas fl-istess livell fil-perjodu li jmiss bil-għan li jiġu intensifikati l-isforzi tiegħu biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn ir-reġjuni tal-UE. Matul il-Qafas Finanzjarju Multiannwali tal-2007-20013, il-fond ta’ koeżjoni ġie allokat EUR 71 biljun (fi prezzijiet kostanti tal-2011). Madankollu, il-Kummissjoni tipproponi li talloka EUR 68,7 biljun (fi prezzijiet kostanti tal-2011) għall-2014-2020, li jammontaw għal tnaqqis ta’ 3 % meta mqabbel mal-perjodu 2007-2013.

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 67 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Ġunju 2011 "Ninvestu fil-ġejjieni: Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM) ġdid għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli u inklużiva",

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 ta' […] li jistipula d-dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd, kopert mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 [Ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni - CPR] jistabbilixxi qafas ġdid għall-azzjoni tal-Fondi Strutturali u l-Fondi ta' Koeżjoni. Huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-objettivi tal-Fond ta' Koeżjoni dwar il-qafas ġdid għal ħidmietu u dwar l-iskop li għandu mogħti fit-Trattat.

(2) Ir-Regolament (UE) Nru […]/2012 ta' […] li jistipula d-dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u tas-Sajd, kopert mill-Qafas Strateġiku Komuni u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 [Ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni - CPR] jistabbilixxi qafas ġdid għall-azzjoni tal-Fondi Strutturali u l-Fondi ta' Koeżjoni. Huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-objettivi tal-Fond ta' Koeżjoni dwar il-qafas ġdid għal ħidmietu u dwar l-iskop li għandu mogħti fit-Trattat. Is-sinerġiji għandhom jiġu mrawma wkoll bejn il-fond ta’ koeżjoni u strumenti u programmi oħra tal-UE, marbuta mal-politika tat-trasport, tal-enerġija, tal-klima u tal-ambjent.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-Unjoni tista', permezz tal-Fond ta' Koeżjoni, tikkontribwixxi għal azzjonijiet li jwettqu l-objettivi ambjentali tal-Unjoni speċifikati fl-Artikoli 11 u 191 tat-Trattat.

(3) L-Unjoni għandha, permezz tal-Fond ta' Koeżjoni, tikkontribwixxi wkoll għal azzjonijiet li jwettqu l-objettivi ambjentali tal-Unjoni speċifikati fl-Artikoli 11 u 191 tat-Trattat.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proġetti tan-netwerk Trans-Ewropew tat-trasport iffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni għandhom iżommu mal-linji gwida adottati mid-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Ġunju 2010 dwar il-linji gwida tal-Unjoni għall-izvilupp tan-netwerk tran-Ewropew tat-trasport. Sabiex jiġu kkonċentrati l-isforzi, għandha tingħata prijorità lill-proġetti ta' interess komuni kif definit f'din id-Deċiżjoni.

Il-proġetti tan-netwerk Trans-Ewropew tat-trasport iffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni għandhom iżommu mal-linji gwida stipulati fir-Regolament (UE) Nru [....]/20121 dwar il-linji gwida tal-Unjoni għall-izvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport. Sabiex jiġu kkonċentrati l-isforzi, għandha tingħata prijorità lill-proġetti ta' interess komuni kif definit f'din id-Deċiżjoni.

 

______________

 

1 ĠU L …

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir referenza għal-linji gwida tat-TEN-T li qed jiġu nnegozjati.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Huwa importanti li tiġi żgurata amministrazzjoni finanzjarja tajba tal-programm, u li tiġi implimentata bl-iktar mod effikaċi u faċli sabiex jintuża, filwaqt li jiġu żgurati wkoll iċ-ċertezza legali u l-aċċessibbiltà tal-istrument għall-parteċipanti kollha. Peress li l-attivitajiet li jaqgħu taħt il-Fond ta’ Koeżjoni jitwettqu taħt ġestjoni konġunta, l-Istati Membri għandhom joqogħdu lura milli jżidu regoli addizzjonali, li jikkomplikaw l-użu tal-fondi għall-benefiċjarju.

PROĊEDURA

Titolu

Il-Fond ta’ Koeżjoni u t-tħassir tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006

Referenzi

COM(2011)0612 – C7-0325/2011 – 2011/0274(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

25.10.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

25.10.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Andrea Cozzolino

6.2.2012

Data tal-adozzjoni

20.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Francesca Balzani, Reimer Böge, Zuzana Brzobohatá, Andrea Cozzolino, James Elles, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Jutta Haug, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Giovanni La Via, Barbara Matera, Claudio Morganti, Juan Andrés Naranjo Escobar, Nadezhda Neynsky, Alda Sousa, László Surján, Helga Trüpel, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Jürgen Klute, Jan Mulder, María Muñiz De Urquiza, Paul Rübig, Peter Šťastný, Theodor Dumitru Stolojan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz

  • [1]  COM (2011) 615

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (22.6.2012)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006
(COM(2011)0612 – C7‑0325/2011 – 2011/0274(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Cristina Gutiérrez-Cortines

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-politika ta' koeżjoni hi element essenzjali tal-iżvilupp Ewropew u għandha rwol kruċjali fit-twettiq tal-objettivi tal-Ewropa 2020. Din il-proposta hi parti minn pakkett leġiżlattiv aktar wiesa' ppreżentat mill-Kummissjoni sabiex isiru bidliet importanti dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni u sabiex din tħalli l-akbar impatt hi u twettaq il-prijoritajiet Ewropej. Il-qafas il-ġdid għandu l-għan li jippreżenta ġabra ta' regoli bażiċi li jmexxu l-istrumenti strutturali kollha. Jiddefinixxi lista ta' objettivi tematiċi bi qbil mal-Istrateġija Ewropa 2020, kif ukoll jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-kondizzjonalitajiet u r-reviżjoni tar-rendiment, l-arranġamenti biex isir monitoraġġ, ir-rappurtar u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll.

F'dan il-kuntest, il-proposta tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi li jmexxu l-Fond ta' Koeżjoni, strument strutturali li jgħin lill-Istati Membri, li d-Dħul Nazzjonali Gross (DNG) tagħhom għal kull abitant hu inqas minn 90% tal-medja tal-UE27, sabiex jagħmlu investimenti fin-netwerks tat-trasport u fl-ambjent.

Ir-Regolament jiddetermina l-ambitu ta' intervent tal-Fond: skont il-proposta tal-Kummissjoni, fil-qasam tal-ambjent il-Fond ta' Koeżjoni għandu jippromwovi l-bidla lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju fis-setturi kollha, jappoġġa l-investiment biex ikun hemm adattament għat-tibdil fil-klima u għall-prevenzjoni tar-riskju, l-investiment fis-setturi tal-ilma u tal-iskart u fl-ambjent urban. Investiment fl-enerġija hu wkoll eliġibbli għal appoġġ jekk ikollu benefiċċji ċari u pożittivi favur l-ambjent, pereżempju billi jippromwovi l-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli. Fil-qasam tat-trasport, il-Fond ta' Koeżjoni għandu jikkontribwixxi biex isiru investimenti fin-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew, kif ukoll fis-sistemi ta' trasport b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u trasport urban sostenibbli.

Ir-Rapporteur tilqa' l-qafas il-ġdid propost mill-Kummissjoni u l-proposta għal dispożizzjonijiet speċifiċi li jmexxu l-Fond ta' Koeżjoni. Madankollu, ir-Rapporteur temmen li l-politika ta' koeżjoni, bħala strument għal żvilupp sostenibbli tal-Unjoni Ewropea, għandha tkun suġġetta għal approċċ olistiku li jikkunsidra wkoll il-protezzjoni tal-ambjent, l-adozzjoni ta' politika tal-enerġija integrata, il-ħolqien tal-impjiegi, l-iżvilupp ta' trasport sostenibbli u ta' 'smart cities' li jiżguraw kwalità għolja ta' ħajja għaċ-ċittadini tagħhom. Għandha ssir enfasi akbar fuq il-kondizjonalitajiet biex ikun hemm aċċess għall-fondi strutturali, u l-fondi jeħtieġ li jkunu mmexxija bi trasparenza sħiħa, filwaqt li jiżguraw il-kwalità vera tal-flus li jkunu ntefqu mill-Istati Membri u r-reġjuni taħt is-superviżjoni tal-Unjoni Ewropea.

Fid-dawl ta' dan l-għan ir-Rapporteur tixtieq tintroduċi numru ta' emendi li jtejbu l-proposta speċifika dwar il-Fond ta' Koeżjoni.

L-ewwel nett, approċċ integrat hu essenzjali għal żvilupp urban sostenibbli: it-twettiq ta' 'smart cities' ifisser li kwistjonijiet relatati mal-effiċjenza fl-enerġija u mal-produzzjoni, l-aċċessibbiltà, spazji ħodor miftuħa, l-integrazzjoni soċjali u l-adattament tal-ħabitats umani għar-rekwiżiti ta' sostenibbiltà jiġu indirizzati minnufih. Għalhekk, ġew introdotti diversi emendi sabiex il-Fond ta' Koeżjoni jiffoka aktar fuq id-dimensjoni urbana integrata.

Barra minn hekk, il-bini tal-kapaċitajiet u l-assistenza teknika huma importanti ferm biex jinkisbu riżultati pożittivi u dejjiema mill-Fond ta' Koeżjoni, billi jiġu nkoraġġiti l-effiċjenza u t-trasparenza fl-amministrazzjonijiet pubbliċi u mill-atturi privati involuti fil-ġestjoni tal-fond. L-Unjoni għandha tippromwovi tmexxija tajba u speċjalizzazzjoni intelliġenti permezz tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni tagħha.

Barra minn hekk, il-Fond ta' Koeżjoni jista' jkun opportunità tajba biex jitrawwem approċċ ibbażat fuq ekosistema li tipproteġi u tirrestawra l-biodiversità u l-pajsaġġ, kif ukoll it-titjib tal-interfaċċja bejn żoni urbani u rurali, u l-promozzjoni ta’ koeżjoni territorjali integrata li tinkludi l-ħabitat urban u l-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali u storiku.

Fl-aħħar nett, l-indikaturi komuni li jkejlu l-kisba tal-objettivi tal-fond għandhom ikunu kumplimentati minn indikaturi ġodda u aktar ċari għal żvilupp sostenibbli. Dawn l-indikaturi jeħtieġ li jikkunsidraw il-ħolqien tal-impjiegi li għandu jseħħ permezz tal-Fond ta' Koeżjoni, u permezz ta' investiment privat li jikkumplimenta l-appoġġ pubbliku; l-indikaturi ġodda għandhom ukoll ikunu introdotti biex ikejlu espliċitament l-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta' strateġiji li jaħdmu biex ikunu żviluppati 'smart cities' għall-futur tagħna.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal Regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet speċifiċi tal-Fond ta' Koeżjoni, u f'linja mal-istrateġija Ewropa 2020 fejn il-politika ta' koeżjoni għandha tappoġġja l-bżonn li jitwassal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, huwa neċessarju li jiġu stipulati l-prijoritajiet ta' investiment fl-ambitu tal-objettivi tematiċi stipulati fir-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

(6) Sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet speċifiċi tal-Fond ta' Koeżjoni, u f'linja mal-istrateġija Ewropa 2020 fejn il-politika ta' koeżjoni għandha tappoġġja l-bżonn li jitwassal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv, filwaqt li jiġu mminimizzati l-ispejjeż esterni għas-soċjetà tal-attivitajiet appoġġjati, huwa neċessarju li jiġu stipulati l-prijoritajiet ta' investiment fl-ambitu tal-objettivi tematiċi stipulati fir-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

Emenda  2

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-investiment fl-ambjent, inklużi l-oqsma relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġija li jippreżentaw benefiċċji ambjentali;

(a) l-investiment fl-ambjent, inklużi l-oqsma relatati mal-iżvilupp sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli u l-iffrankar fl-enerġija li jippreżentaw benefiċċji ambjentali;

Emenda  3

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) assistenza teknika.

(c) assistenza teknika u bini tal-kapaċitajiet.

Emenda  4

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) assistenza teknika biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 u l-ispeċjalizzazzonijiet intelliġenti.

Emenda  5

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) akkomodazzjoni.

imħassar

Emenda  6

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) il-promozzjoni tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

(i) il-promozzjoni tal-produzzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tal-kapaċità infrastrutturali għad-distribuzzjoni ta' enerġija rinnovabbli u ta' teknoloġija informatika;

Ġustifikazzjoni

Għandu jingħata appoġġ xieraq għal żvilupp ulterjuri tal-kapaċità tad-distribuzzjoni sabiex din tista' twieġeb għall-volumi prodotti u b'hekk tappoġġja użu usa' tal-enerġija rinnovabbli.

Emenda  7

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) il-promozzjoni tal-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli f'impriżi ta' daqs żgħir u medju;

(ii) il-promozzjoni tal-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli f'impriżi, b'mod partikolari f'impriżi ta' daqs żgħir u medju;

Emenda  8

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) appoġġ lill-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli f'infrastrutturi pubbliċi;

(iii) appoġġ lill-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli f'infrastrutturi pubbliċi u privati;

Emenda  9

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) appoġġ lill-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli f'infrastrutturi pubbliċi;

(iii) appoġġ lill-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli f'infrastrutturi pubbliċi kif ukoll fis-settur tal-akkomodazzjoni;

Ġustifikazzjoni

L-appoġġ għat-titjib fid-djar u l-investimenti li jżidu l-effiċjenza fl-enerġija fis-settur tal-akkomodazzjoni għandu jgħin lin-nies biex jiffrankaw l-enerġija, b'hekk ikun hemm kontribut għall-objettivi tal-politika ambjentali tal-UE u jinħolqu opportunitajiet sinifikanti għal impjieg ekoloġiku. Dan huwa aktar u aktar importanti meta l-Istati Membri jaffaċċjaw l-awsterità u n-nuqqas ta' riżorsi finanzjarji biex jappoġġjaw tali investimenti.

Emenda  10

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt a – sottopunt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiia) l-appoġġ favur l-adattament ta' ħabitats umani f'żoni urbani u rurali għal rekwiżiti tal-effiċjenza enerġetika u l-użu ta' enerġija rinnovabbli;

Emenda  11

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) l-iżvilupp ta' sistemi ta' distribuzzjoni b'livell ta' vultaġġ baxx ;

(iv) l-izvilupp ta' sistemi ta' distribuzzjoni intelliġenti b'livell ta' vultaġġ baxx u medju;

Emenda  12

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 - punt a - punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v) il-promozzjoni ta' strateġiji ta' użu baxx ta' karbonju;

(v) il-promozzjoni ta' strateġiji ta' użu baxx ta' karbonju u pjanijiet għall-enerġija sostenibbli, intelliġenti u integrati għal żoni urbani, inklużi t-tħeġġiġ tal-mobilità urbana sostenibbli, it-trasport pubbliku nadif u miżuri relevanti għall-mitigazzjoni tal-klima u l-adattament għaliha;

Emenda  13

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a – punt va (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(va) l-appoġġ għall-iżvilupp tat-teknoloġija għall-Qbid u l-Ħżin tal-Karbonju (CCS);

Ġustifikazzjoni

It-teknoloġija għall-Qbid u l-Ħżin tal-Karbonju hija kruċjali biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 mill-impjanti tal-enerġija u l-istallazzjonijiet industrijali tal-fjuwils fossili, imma t-teknoloġija għadha fil-bidu tal-iżvilupp tagħha u inizjalment se tkun għalja biex tiġi żviluppata. Filwaqt li l-Fondi ta' Koeżjoni m'għandhomx ikunu disponibbli biex jappoġġaw il-kostruzzjoni ta' impjanti ġodda tal-enerġija tal-fjuwils fossili, ikunu kemm ikunu effiċjenti, għandu jkun possibbli li jintużaw biex jappoġġjaw l-iżvilupp tat-teknoloġija li l-għan waħdieni tagħha jkun li jiġu evitati l-emissjonijiet tas-CO2 fl-atmosfera.

Emenda  14

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-promozzjoni ta' adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju minn:

(b) il-promozzjoni ta' adattament għat-tibdil fil-klima bbażat fuq l-eko-sistema, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju minn:

Emenda  15

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt b – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) appoġġ lill-investiment iddedikat lill-adattament għat-tibdil fil-klima;

(i) appoġġ lill-investiment iddedikat lill-adattament għat-tibdil fil-klima, inkluż ir-restawr tal-ekosistemi tax-xmajjar u tal-kosta għall-protezzjoni mill-għargħar;

Emenda  16

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt b – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) il-promozzjoni ta' investiment li jindirizza riskji speċifiċi, jiżgura reżiljenza kontra d-diżastri u jiżviluppa sistemi ta' ġestjoni tad-diżastri;

(ii) il-promozzjoni ta' investiment, u tal-kapaċità teknika u istituzzjonali, li jindirizzaw riskji speċifiċi, jiżguraw reżiljenza kontra d-diżastri u jiżviluppaw sistemi ta' ġestjoni tad-diżastri;

Emenda  17

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi:

(c) il-protezzjoni tal-ambjent, il-bijodiversità u l-ekosistemi u l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi;

Emenda  18

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) il-promozzjoni tat-tiġdid tal-infrastrutturi tal-ilma sabiex jinkiseb livell ogħla ta' effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, b'mod partikulari fil-bliet storiċi, fejn ammonti sostanzjali ta' ilma jintilfu waqt id-distribuzzjoni tiegħu.

Emenda  19

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia) il-promozzjoni tal-innovazzjoni fis-settur tal-ilma u l-installazzjoni ta' teknoloġiji ġodda għall-kontroll tar-riżorsi tal-ilma ta' taħt l-art.

Emenda  20

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 - punt c - punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità anki permezz ta' infrastrutturi ambjentali;

(iii) il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità, tal-kwalità tal-ħamrija, ta' pajsaġġi ta' importanza għall-wirt kulturali u l-promozzjoni tas-servizzi tal-ekosistema, anki permezz ta' infrastrutturi ambjentali u ġestjoni ta' siti ta' Natura 2000;

Emenda  21

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt c – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiia) il-promozzjoni ta' relazzjoni koerenti bejn iż-żoni urbani u rurali biex ikun hemm ambjent sostenibbli aħjar;

Emenda  22

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt c – punt iiib (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiib) il-promozzjoni ta' strateġiji ta' żvilupp urban integrat għal 'smart cities' li jadottaw approċċ olistiku favur l-effiċjenza enerġetika, l-aċċessibbiltà, l-ispazji ħodor, l-adattament għall-ħabitats u l-integrazzjoni soċjali;

Emenda  23

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c – punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) it-titjib tal-ambjent urban, inkluża r-riġenerazzjoni tas-siti industrijali abbandunati (brownfield sites), u t-tnaqqis fit-tniġġis tal-arja.

(iv) it-titjib tal-ambjent urban, inkluża r-riġenerazzjoni tas-siti industrijali abbandunati (brownfield sites), il-ħolqien ta' spazji ħodor, it-tnaqqis fit-tniġġis tal-arja u l-adozzjoni ta' miżuri mmirati li jħarsu u jippreservaw il-wirt storiku u kulturali.

Emenda  24

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) tiġi sostnuta Żona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta' investiment fin-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport;

(i) tiġi sostnuta Żona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta' investiment fin-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport inkluż it-trasport sostenibbli fuq l-ilma;

Emenda  25

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ii) jiġu żviluppati sistemi tat-trasport b'kuxjenza ambjentali u b'livell ta' karbonju baxx, kif ukoll il-promozzjoni ta' mobilità urbana sostennibbli;

ii) jiġu żviluppati sistemi tat-trasport pubbliku lokali, integrat, intermodali, b'kuxjenza ambjentali u b'livell ta' karbonju baxx, kif ukoll il-promozzjoni ta' mobilità urbana u suburbana sostennibbli;

Emenda  26

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) it-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u ta' amministrazzjoni pubblika effiċenti permezz ta' tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċenza tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni.

(e) it-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u ta' amministrazzjoni pubblika effiċjenti li tipprovdi assistenza teknika u tinkoraġġixxi l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi pubbliċi bl-għan li jkun hemm implimentazzjoni effettiva u trasparenti tal-Fond ta' Koeżjoni.

Emenda  27

Proposta għal Regolament

Anness – tabella − ringiela -1 (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Investiment Produttiv

 

 

Tkabbir u Impjiegi

impriżi

Għadd ta' impriżi li qed jirċievu għotjiet

 

EUR

Investiment privat li jikkumplimenta l-appoġġ pubbliku

 

ekwivalenti full-time

Għadd ta' impjiegi maħluqa permezz tal-fondi

Emenda  28

Proposta għal Regolament

Anness – tabella − kolonna 3 – ringiela 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ tal-iskart

Il-kapaċità addizzjonali għall-użu mill-ġdid u għar-riċiklaġġ tal-iskart

Emenda  29

Proposta għal Regolament

Anness – tabella − ringiela 2b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

 

Persuni

Popolazzjoni addizzjonali moqdija minn skemi pubbliċi għas-separazzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart

 

 

 

Emenda  30

Proposta għal Regolament

Anness – tabella − ringiela 9a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

 

ettari

Medda ta' art b'kapaċità miżjuda biex jiġu evitati u mitigati l-għargħar u l-kundizzjonijiet tat-temp estremi

 

ettari

Medda ta' art b'kapaċità miżjuda biex jiġu evitati u miġġielda n-nirien tal-foresti

Emenda  31

Proposta għal Regolament

Anness – tabella − ringiela 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Natura u bijodiversità

ettari

L-erja tal-wiċċ ta' ħabitats fi stat ta' konservazzjoni aħjar

Emenda

Natura u bijodiversità

ettari

L-erja tal-wiċċ ta' ħabitats tal-baħar u tal-art fi stat ta' konservazzjoni aħjar

 

ettari

Infrastruttura ekoloġika ġdida

 

m2

Spazji ekoloġiċi ġodda f'żoni urbani

Emenda                     32

Proposta għal Regolament

Anness – tabella − ringiela 14a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

 

persentaġġ

Is-sehem ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum totali tal-enerġija

Ġustifikazzjoni

Dan l-indikatur huwa utli biex jitkejjel il-progress lejn l-ilħuq tal-objettiv ta' 20% fl-Istrateġija 2020 tal-UE.

Emenda  33

Proposta għal Regolament

Anness – tabella − ringiela 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

kWh/sena

Tnaqqis fil-konsum tal-enerġija primarja ta' bini pubbliku

Emenda

 

kWh/sena

Tnaqqis fil-konsum tal-enerġija primarja tal-bini

Ġustifikazzjoni

L-indikatur tal-effiċjenza tal-enerġija għandu jkejjel ir-rendiment tal-bini kollu, mhux biss ta' dak pubbliku.

Emenda  34

Proposta għal Regolament

Anness – tabella − ringiela 15a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

 

impriżi

Għadd ta' impriżi b'effiċjenza fl-enerġija mtejba, inklużi l-SMEs

Emenda  35

Proposta għal Regolament

Anness – tabella − ringiela 18a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Żvilupp urban

 

 

 

persuni

Il-popolazzjoni li tgħix f'żoni bi strateġiji ta' żvilupp urban integrat

 

m2

Spazji ekoloġiċi ġodda f'żoni urbani

 

persuni

Il-popolazzjoni li tgħix f'żoni li jibbenefikaw minn wirt kulturali mtejjeb u minn binjiet storiċi ppreservati

 

EUR

Investiment li jwassal għal attivtajiet ekonomiċi dinamiċi f'żoni urbani

Emenda  36

Proposta għal Regolament

Anness – tabella – ringiela 24 – kolonna 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Żieda fil-vjaġġi tal-passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport urban megħjun

Żieda fil-vjaġġi tal-passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport pubbliku urban u suburban megħjun

PROĊEDURA

Titolu

Il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006

Referenzi

COM(2011)0612 – C7-0325/2011 – 2011/0274(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

25.10.2011

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

25.10.2011

Relatur

Data tal-ħatra

Cristina Gutiérrez-Cortines

8.11.2011

Eżami fil-kumitat

7.5.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Oana Antonescu, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Lajos Bokros, Martin Callanan, Nessa Childers, Yves Cochet, Chris Davies, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Miroslav Ouzký, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Carl Schlyter, Carl Schlyter, Richard Seeber, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Erik Bánki, Cristian Silviu Buşoi, Minodora Cliveti, Gaston Franco, Vittorio Prodi, Birgit Schnieber-Jastram, Rebecca Taylor, Eleni Theocharous, Marita Ulvskog, Anna Záborská, Andrea Zanoni

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Véronique Mathieu

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (21.6.2012)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006
(COM(2011)0612/2 – C7‑0325/2011 – 2011/0274(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Patrizia Toia

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kunsill Ewropew dwar l-Enerġija enfasizza fi Frar 2011 li, "il-mira ta' 20% effiċjenza enerġetika sal-2020..., li attwalment qiegħda lura, trid tintlaħaq. Dan jeħtieġ azzjoni determinata biex jiġi sfruttat il-potenzjal konsiderevoli għal aktar iffrankar ta' enerġija minn bini, trasport u prodotti u proċessi".

Il-bini għandu jkun ċentrali għall-politika tal-effiċjenza enerġetika tal-UE għax kważi 40% tal-

konsum tal-enerġija finali (u 36% tal-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra) ġej minn djar, uffiċċji, ħwienet u bini ieħor. Barra minn hekk, il-bini jipprovdi t-tieni l-akbar potenzjal kosteffettiv mhux sfruttat għall-iffrankar tal-enerġija wara s-settur tal-enerġija.

Il-potenzjal tal-iffrankar tal-enerġija kosteffettiv fis-settur tal-bini (jiġifieri kemm bini residenzjali kif ukoll mhux residenzjali) huwa stmat għal 65 Mtoe[1], li jikkorrispondi għal bżonn ta' investiment kumulattiv ta' madwar 587 biljun € għall-perjodu 2011-2020. Dan jissarraf fi bżonn ta' investiment ta' madwar 60 biljun € fis-sena biex jitwettaq dan il-potenzjal ta' tfaddil.

Ir-rapporteur għal opinjoni tagħkom jirrakkomanda għalhekk li l-Istati Membri u r-Reġjuni jiġu permessi l-flessibilità biex jiddeċiedu jekk iridux jikkonċentraw l-investimenti tagħhom għall-effiċjenza enerġetika fuq l-infrastrutturi pubbliċi u/jew fis-settur tad-djar.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Artikolu 174 tat-Trattat jistipula li l-Unjoni għandha tiżviluppa u tkompli bl-azzjonijiet tagħha li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tagħha. Il-Fond ta' Koeżjoni għandu għaldaqstant jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġetti fil-qasam tal-ambjent u tan-netwerks trans-Ewropej, fil-qasam tat-trasport u tal-infrastruttura.

(1) L-Artikolu 174 tat-Trattat jistipula li l-Unjoni għandha tiżviluppa u tkompli bl-azzjonijiet tagħha li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tagħha. Il-Fond ta' Koeżjoni għandu għaldaqstant jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġetti fil-qasam tal-ambjent u tan-netwerks trans-Ewropej, fil-qasam tat-trasport u tal-infrastruttura u f'oqsma relatati mal-iżvilupp sostenibbli li biċ-ċar joffru benefiċċji ambjentali, bħall-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-aħjar mod biex jintlaħqu l-objettivi tal-effiċjenza enerġetika huwa billi jiġu involuti kemm jista' jkun partijiet, pubbliċi kif ukoll privati, billi wieħed jimmira li jinkisbu effetti ta' lieva, il-ħolqien tal-impjiegi, u l-kontribut ta' tkabbir "aħdar", b'konformità mal-objettiv ta' Ewropa kompetittiva u sostenibbli.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-investiment fl-ambjent, inklużi l-oqsma relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġija li jippreżentaw benefiċċji ambjentali;

(a) l-investiment fl-ambjent, inklużi f'oqsma relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġija li jippreżentaw benefiċċji ambjentali, u li jikkontribwixxu għat-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2;

Emenda  4

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) l-assistenza teknika biex jiġi żviluppat il-bini tal-kapaċità fl-immaniġġjar urban.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) L-assistenza teknika biex jintlaħqu l-objettivi tal-Ewropa 2020 u l-"ispeċjalitajiet" intelliġenti.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra f'installazzjonijiet li jaqgħu taħt id-Direttiva 2003/87/KE;

(b) investiment biex jintlaħaq it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra minn attivitajiet li jaqgħu taħt l-anness I tad-Direttiva 2003/87/KE;

Ġustifikazzjoni

Kliem iżjed ċar.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 2 - punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) akkomodazzjoni.

(c) akkomodazzjoni ħlief biex jiġu promossi l-effiċjenza enerġetika u l-użu tal-enerġija rinnovabbli.

Ġustifikazzjoni

Ara l-emenda għall-Artikolu 3(a) - (iii)

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt a – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) il-promozzjoni tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli;

(i) il-promozzjoni tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli u tat-teknoloġija tal-informatika.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - punt a - punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) appoġġ lill-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli f'infrastrutturi pubbliċi;

(iii) appoġġ lill-użu tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli f'infrastrutturi pubbliċi u fis-settur tad-djar;

Ġustifikazzjoni

Aktar flessibilità għall-prijoritajiet tal-investiment bżonnjuż għal dan il-punt.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - punt a - punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) l-iżvilupp ta' sistemi ta' distribuzzjoni b'livell ta' vultaġġ baxx ;

(iv) l-iżvilupp ta' sistemi intelliġenti ta' distribuzzjoni b'livell ta' vultaġġ baxx u medju;

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - punt a - punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v) il-promozzjoni ta' strateġiji ta' użu baxx ta' karbonju;

(v) il-promozzjoni ta' strateġiji ta' użu baxx ta' karbonju għat-tipi kollha ta' territorju, b'mod partikolari żoni urbani, inkluża l-promozzjoni tal-mobilità urbana sostenibbli, it-trasport pubbliku nadif u l-miżuri ta' adattament relevanti għall-mitigazzjoni;

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt c – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) il-promozzjoni tat-tiġdid tal-infrastrutturi tal-ilma sabiex jinkiseb livell ogħla ta' effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, b'mod partikulari fil-bliet storiċi, fejn ammonti sostanzjali ta' ilma jintilfu waqt id-distribuzzjoni.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt a – punt iia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia) il-promozzjoni tal-innovazzjoni fis-settur tal-ilma u l-installazzjoni ta' teknoloġiji ġodda għall-kontroll tar-riżorsi tal-ilma ta' taħt l-art.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - punt c - punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità anki permezz ta' infrastrutturi ambjentali;

(iii) il-protezzjoni u r-restawr tal-bijodiversità anki permezz ta' infrastrutturi ekoloġiċi u tan-Natura 2000;

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 - punt c - punt iv

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iv) it-titjib tal-ambjent urban, inkluża r-riġenerazzjoni tas-siti industrijali abbandunati (brownfield sites), u t-tnaqqis fit-tniġġis tal-arja.

(iv) it-titjib tal-ambjent urban, inkluża r-riġenerazzjoni tas-siti industrijali abbandunati (brownfield sites), it-tnaqqis fit-tniġġis tal-arja, u miżuri mmirati għall-ħarsien u l-preservazzjoni tal-wirt storiku u kulturali.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt c – punt iv a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iv) (a) l-iżvilupp u l-appoġġ tal-għoti ta' servizzi ambjentali, tal-promozzjoni tat-titjib tal-prestazzjoni ambjentali u tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi fl-SMEs u fis-settur pubbliku;

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt d – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' konġestjoni f'netwerks tal-infrastruttura billi:

(d) il-promozzjoni tat-trasport u l-mobilità intermodali sostenibbli filwaqt li jkun hemm enfasi fuq it-tneħħija ta' konġestjoni, u fuq it-tlestija tal-kollegamenti transkonfinali neqsin fl-infrastrutturi tat-trasport intermodali u sostenibbli, billi:

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) it-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u ta' amministrazzjoni pubblika effiċenti permezz ta' tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali u l-effiċenza tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni.

(e) it-titjib tal-kapaċità istituzzjonali u ta' amministrazzjoni pubblika effiċenti permezz ta' tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali, il-kapaċità tal-innovazzjoni, u l-effiċjenza tal-amministrazzjoni pubblika u tas-servizzi pubbliċi relatati mal-implimentazzjoni tal-Fond ta' Koeżjoni.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Anness 1

Test propost mill-Kummissjoni

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

L-Ambjent

 

 

Skart solidu

tunnellati

Il-kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ tal-iskart

Provvista tal-ilma

persuni

Il-popolazzjoni addizzjonali servuta b'forniment aħjar tal-ilma

 

m3

Stima tat-tnaqqis fit-tnixxija tal-ilma min-netwerk tad-distribuzzjoni

Trattament tat-drenaġġ

popolazzjoni ekwivalenti

Il-popolazzjoni addizzjonali servuta bi trattament tad-drenaġġ imtejjeb

 

 

 

 

 

 

Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju

persuni

Il-popolazzjoni li tibbenefika mill-miżuri li jipproteġu kontra l-għargħar

 

persuni

Il-popolazzjoni li tibbenefika mill-protezzjoni ta' kontra n-nirien fil-foresti u miżuri ta' protezzjoni oħra

Riabilitazzjoni tal-art

ettari

Erja totali ta' wiċċ l-art rijabilitata

Issiġillar tal-ħamrija

ettari

Tibdil fl-art issiġillata minħabba żvilupp

Natura u bijodiversità

ettari

L-erja tal-wiċċ ta' ħabitats fi stat ta' konservazzjoni aħjar

L-Enerġija u l-bidla fil-klima

 

 

L-enerġiji rinnovabbli

MW

Il-kapaċità addizzjonali tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

l-unitajiet domestiċi

Numru ta' unitajiet domestiċi bi klassifikazzjoni mtejba tal-konsum tal-enerġija

 

kWh/sena

Tnaqqis fil-konsum tal-enerġija primarja ta' bini pubbliku

 

utenti

Numru addizzjonali ta' utenti li jużw l-enerġija konnessi ma' netwerks intelliġenti (smart grids)

tnaqqis fil-GHG

f’tunnellati ta’ CO2 eq

It-tnaqqis stmat tal-GHG f'CO2 ekwivalenti

It-trasport

 

 

Ferrovija

km

Tul totali tal-linja ġdida ferrovjarja

 

km

Tul totali tal-linja ferrovjarja mibnija mill-ġdid jew imtejba

Toroq

km

Tul totali ta' toroq mibnija ġodda

 

km

Tul totali ta' toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba

It-trasport urban

vjaġġi tal-passiġġieri

Żieda fil-vjaġġi tal-passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport urban megħjun

Passaġġi tal-ilma interni

Tunnellata-km

Żieda fit-tagħbija ttrasportata minn passaġġi tal-ilma mtejba

Emenda

 

UNITÀ

DENOMINAZZJONI

L-Ambjent

 

 

Skart solidu

tunnellati

Il-kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ tal-iskart

Provvista tal-ilma

persuni

Il-popolazzjoni addizzjonali servuta b'forniment aħjar tal-ilma

 

m3

Stima tat-tnaqqis fit-tnixxija tal-ilma min-netwerk tad-distribuzzjoni

Trattament tat-drenaġġ

popolazzjoni ekwivalenti

Il-popolazzjoni addizzjonali servuta bi trattament tad-drenaġġ imtejjeb

Servizzi ambjentali

Għadd

L-għadd ta' SMEs u awtoritajiet pubbliċi li jibbenefikaw minn servizzi ta' prestazzjoni ambjentali

Il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju

persuni

Il-popolazzjoni li tibbenefika mill-miżuri li jipproteġu kontra l-għargħar

 

persuni

Il-popolazzjoni li tibbenefika mill-protezzjoni ta' kontra n-nirien fil-foresti u miżuri ta' protezzjoni oħra

Riabilitazzjoni tal-art

ettari

Erja totali ta' wiċċ l-art rijabilitata

Issiġillar tal-ħamrija

ettari

Tibdil fl-art issiġillata minħabba żvilupp

Natura u bijodiversità

ettari

L-erja tal-wiċċ ta' ħabitats fi stat ta' konservazzjoni aħjar

L-Enerġija u l-bidla fil-klima

 

 

L-enerġiji rinnovabbli

MW

Il-kapaċità addizzjonali tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli

 

%

Is-sehem ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli fil-konsum aħħari tal-enerġija

Effiċjenza fl-użu tal-enerġija

l-unitajiet domestiċi

Numru ta' unitajiet domestiċi bi klassifikazzjoni mtejba tal-konsum tal-enerġija

 

kWh/sena

Tnaqqis fil-konsum tal-enerġija primarja ta' bini pubbliku

 

Tunnellati ta' żejt ekwivalenti

Konsum tal-enerġija gross għal kull settur

 

utenti

Numru addizzjonali ta' utenti li jużw l-enerġija konnessi ma' netwerks intelliġenti (smart grids)

tnaqqis fil-GHG

f’tunnellati ta’ CO2 eq

It-tnaqqis stmat tal-GHG f'CO2 ekwivalenti

It-trasport

 

 

Ferrovija

km

Tul totali tal-linja ġdida ferrovjarja

 

km

Tul totali tal-linja ferrovjarja mibnija mill-ġdid jew imtejba

Toroq

km

Tul totali ta' toroq mibnija ġodda

 

km

Tul totali ta' toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba

It-trasport urban

vjaġġi tal-passiġġieri

Żieda fil-vjaġġi tal-passiġġieri li jużaw is-servizz tat-trasport urban megħjun

Passaġġi tal-ilma interni

Tunnellata-km

Żieda fit-tagħbija ttrasportata minn passaġġi tal-ilma mtejba

PROĊEDURA

Titolu

Il-Fond ta’ Koeżjoni u t-tħassir tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006

Referenzi

COM(2011)0612 – C7-0325/2011 – 2011/0274(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

25.10.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

25.10.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Patrizia Toia

15.11.2011

Eżami fil-kumitat

23.4.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

19.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Vicky Ford, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Marisa Matias, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Niki Tzavela, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras, Henri Weber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Antonio Cancian, António Fernando Correia de Campos, Ioan Enciu, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Ivailo Kalfin, Seán Kelly, Werner Langen, Mario Pirillo, Lambert van Nistelrooij

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jorgo Chatzimarkakis

  • [1]  ara d-dokument ta' Konsultazzjoni tal-Kummissjoni "Financial support for Energy efficiency in buildings"; Eichhammer, W. et al.: Studju dwar il-Potenżjal għall-Iffrankar tal-Enerġija fi Stati Membri tal-UE, il-Pajjiżi Kandidati u pajjiżi taż-ŻEE. 2009; Wesselink, B. et al.: Frankar tal-Enerġija 2020 – Kif tittripla l-impatt tal-politiki tal-iffrankar tal-enerġija fl-Ewropa. Rapport għall-Fondazzjoni tal-Klima Ewropea, 2010

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (20.6.2012)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006
(COM(2011)0612/2 – C7‑0325/2011 – 2011/0274(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Michael Cramer

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjoniiet li jigvernaw il-Fond ta' Koeżjoni, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1084/2006. Il-Fond ta' Koeżjoni jgħin lill-Istati Membri li għandhom ING għal kull abitant ta' 90% anqas mill-medja tal-UE27, fir-rigward tat-twettiq ta' investimenti fin-netwerks tat-trasport TEN-T u fl-ambjent, kif ukoll fi proġetti tal-enerġija li huma ta' benefiċċju ambjentali. Sabiex ikun hemm garanzija ta' koerenza man-Netwerks trans-Ewropej tat-Trasport (TEN-T) u mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), il-proposta tipprevedi li EUR 10 biljun mill-allokazzjoni tal-Fondi ta' Koeżjoni jiġu assenjati għall-finanzjament tan-netwerks tat-trasport ewlenin skont il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Il-perspettiva tar-Rapporteur

Ir-rapporteur jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni iżda jipproponi integrazzjoni aħjar tal-miri UE 2020 fl-istrumenti strutturali tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-prijoritajiet ta' finanzjament. Barra minn hekk, tenħtieġ koerenza bejn dan ir-regolament u oħrajn dwar in-Netwerks trans-Ewropej tat-Trasport (TEN-T) u l-Faċilità Nikkolleggaw l-Ewropa.

Jappoġġja approċċ ibbażat fuq ir-riżultati u jappoġġja l-użu akbar tal-kondizzjonalità (ex ante) fir-rigward taċ-ċaqliq lejn trasport u mobilità aktar sostenibbli u effiċjenti kif ukoll fir-rigward tas-sigurtà, it-tnaqqis tal-ħsejjes, il-leġislazzjoni ambjentali u l-protezzjoni tal-klima u tal-bijodiversità.

Is-settur tat-trasport hu responsabbli għal madwar 24% tal-emissjonijiet kollha ta' CO2 u dan is-settur ra żieda fl-emissjonijiet ta' 34% sa mill-1990. Meta jitqies iż-żmien meħtieġ għat-tfassil u t-twassil ta' proġetti ta' infrastruttura fuq skala kbira, l-investimenti magħmula fis-snin li jmiss għandhom jiddetterminaw it-trasport u l-mobilità tul id-deċennji li jmiss. Sabiex jiġi żgurat standard tal-għajxien ta' kwalità għall-ġenerazzjonijiet ta' ċittadini tal-UE li jmiss, il-proġetti Ewropej għandhom jappoġġjaw metodi ta' appoġġ sostenibbli, li jiffukaw fuq il-ktajjen ta' mobilità li jiġbru flimkien il-mixi, l-użu tar-roti, il-car sharing, car pooling u t-trasport pubbliku u li jkunu flessibbli biżżejjed biex jakkomodaw soluzzjonijiet ta' mobilità ġodda.

Peress li l-Fond ta' Koeżjoni u l-FEŻR huma sors ewleni ta' finanzjament tat-trasport tal-UE, hu kruċjali li l-prijoritajiet ta' finanzjament tal-UE jiċċaqalqu fi ħdan l-ofsqa rispettivi u biex dawn jiffukaw fuq l-investimenti f'mobilità intelliġenti u sostenibbli sabiex tiġi evitata jew tal-inqas limitata, kwalunkwe spiża esterna fil-futur. Dan għandu wkoll inaqqas il-piż fuq il-baġits pubbliċi futuri fil-livell tar-reġjuni, tal-Istati Membri u tal-UE. L-Ewropa ma tiflaħx issostni aktar proġetti fuq skala kbira li jiswew ħafna u li jtawlu ħafna fiż-żmien. Minflok ma "tara kbir", l-UE bdiet "taġixxi b'mod intelliġenti".

F'dan ir-rigward, il-valur miżjud Ewropew hu deċiżiv u r-rapporteur hu tal-opinjoni li l-appoġġ strutturat għandu jkun iffokat fuq it-tisħiħ tal-intermodalità u t-tneħħija ta' ostakoli, il-mili ta' rabtiet trasnfruntiera neqsin kif ukoll jiżguraw li l-leġiżlazzjoni marbuta mas-sigurtà u l-protezzjoni tal-ambjent, il-klima u l-bijodiversità, tkun rispettata bis-sħiħ. Għal dan il-għan hemm bżonn ta' valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u kriterji ex-ante ċari sabiex jinċentivaw lill-benefiċjajri u biex dawn jirriflettu fuq il-politiki tagħhom fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali.

Din l-opinjoni hi riflessa fl-emendi li ġejjin.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal Regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-Artikolu 174 tat-Trattat jistipula li l-Unjoni għandha tiżviluppa u tkompli bl-azzjonijiet tagħha li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tagħha. Il-Fond ta' Koeżjoni għandu għaldaqstant jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġetti fil-qasam tal-ambjent u tan-netwerks trans-Ewropej, fil-qasam tat-trasport u tal-infrastruttura.

(1) L-Artikolu 174 tat-Trattat jistipula li l-Unjoni għandha tiżviluppa u tkompli bl-azzjonijiet tagħha li jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali tagħha. Il-Fond ta' Koeżjoni għandu għaldaqstant jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġetti b'valur miżjud Ewropew fil-qasam tal-ambjent u tan-netwerks trans-Ewropej, fil-qasam tat-trasport u tal-infrastruttura.

Emenda  2

Proposta għal Regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda 1

(4) Il-proġetti tan-netwerk Trans-Ewropew tat-trasport iffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni għandhom iżommu mal-linji gwida adottati mid-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Ġunju 2010 dwar il-linji gwida tal-Unjoni għall-izvilupp tan-netwerk tran-Ewropew tat-trasport. Sabiex jiġu kkonċentrati l-isforzi, għandha tingħata prijorità lill-proġetti ta' interess komuni kif definit f'din id-Deċiżjoni.

(4) Il-proġetti tan-netwerk Trans-Ewropew tat-trasport iffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni għandhom iżommu mal-linji gwida adottati mid-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Ġunju 2010 dwar il-linji gwida tal-Unjoni għall-izvilupp tan-netwerk tran-Ewropew tat-trasport. Sabiex jiġu kkonċentrati l-isforzi, għandha tingħata prijorità lill-proġetti ta' interess komuni kif definit f'din id-Deċiżjoni wara d-definizzjoni preċiża tagħhom u d-delimitazzjoni tal-objettivi ewlenin tagħhom.

Emenda  3

Proposta għal Regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Meta jitfasslu, jiġu mħejjija u implimentati proġetti, għandu jkun hemm previżjoni għall-aċċessibilità għal persuni b'diżabilità, kif imsemmi fl-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet.

Ġustifikazzjoni

L-UE u l-parti l-kbira tal-Istati Membri huma partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet, u l-Istati l-Membri l-oħra qed jirratifikawha. Minħabba dan, għandu jittieħed impenn attiv biex jitneħħew l-ostakli kollha li għad fadal, ukoll billi jintuża l-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni għal dan l-għan.

Emenda  4

Proposta għal Regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) is-settur tat-trasport tal-UE jemetti 24% tal-emissjonijiet kollha ta' CO2 fl-UE u dawn żdiedu b' 34% sa mill-19901, u għalhekk ċaqliq lejn iktar appoġġ għall-mobilità sostenibbli huwa kruċjali biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fil-White Paper tal-Kummissjoni – Pjan Direzzjonali lejn Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u

u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti2 u r-riżoluzzjoni korrispondenti tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Diċembru 20113;

 

__________________

 

1 ara L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (2009): Rapport Nru. 9/2009 - Tendenzi ta' emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra u stimi fl-Ewropa għall-2009. Sorveljanza tal-progress lejn il-miri ta' Kyoto

 

2 COM2011(144)

 

3 P7_TA(2011)0584

Emenda  5

Proposta għal Regolament

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c) Meta jitqies il-fatt li l-għadd ta' konnessjonijiet nieqsa fit-trasport transkonfinali sostenibbli, bħall-ferroviji, żdied f'bosta reġjuni sa mill-waqa' tal-purtiera tal-Ħadid, l-Ue għandha tipprijoritizza r-revitalizzazzjoni tal-konnessjonijiet transkonfinali, b'mod partikolari bejn u lejn l-Istati Membri l-ġodda, peress li dawn il-proġetti jipprovdu valur miżjud Ewropew reali filwaqt li jikkontribwixxu għall-ħarsien tal-ambjent, il-klima u l-bijodiversità u jtejbu l-aċċess għan-Netwerks Trans-Ewropej tat-Trasport (TEN-T);

Emenda  6

Proposta għal Regolament

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4d) 90% tal-vjaġġi kollha bil-karozza fil-bliet Ewropej huma anqas minn 6km u għalhekk għandhom potenzjal konsiderevoli għal tibdil modali lejn il-mixi, l-użu tar-rota u t-trasport pubbliku;

Emenda  7

Proposta għal Regolament

Premessa 4e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4e) Hu indispensabbli li jkun hemm prijoritajiet ta' finanzjament ġodda peress li sehem ewlieni tal-investimenti fit-trasport previsti mill-Fond ta' Koeżjoni fil-passat kien orjentat lejn it-trasport pubbliku; għalkemm it-trasport bit-triq hu diġà responsabbli għal 72% tal-emissjonijiet kollha tal-gassijiet b'effett ta' serra li joriġinaw mis-settur tat-trasport tal-Unjoni1;

 

__________________

 

1 ara L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (2011): Rapport EEA Nru 7/2011 - TERM 2011: Indikaturi tat-trasport li jittraċċaw il-progress. Lejn il-miri ambjentali fl-Ewropa.

Emenda  8

Proposta għal Regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet speċifiċi tal-Fond ta' Koeżjoni, u f'linja mal-istrateġija Ewropa 2020 fejn il-politika ta' koeżjoni għandha tappoġġja l-bżonn li jitwassal tkabbir intelliġenti11, sostenibbli u inklussiv, huwa neċessarju li jiġu stipulati l-prijoritajiet ta' investiment fl-ambitu tal-objettivi tematiċi stipulati fir-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

(6) Sabiex jiġu indirizzati l-bżonnijiet speċifiċi tal-Fond ta' Koeżjoni, u f'linja mal-istrateġija Ewropa 2020 fejn il-politika ta' koeżjoni għandha tappoġġja l-prinċipju tal-koeżjoni territorjali u l-bżonn li jitwassal tkabbir intelliġenti11 filwaqt li jiġu minimizzati l-ispejjeż esterni, sostenibbli u inklussiv, huwa neċessarju li jiġu stipulati l-prijoritajiet ta' investiment fl-ambitu tal-objettivi tematiċi stipulati fir-Regolament (UE) Nru […]/2012 [CPR].

Emenda  9

Proposta għal Regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-Artikolu 195 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula, li l-Unjoni għandha tikkumplimenta l-azzjoni tal-Istati Membri fis-settur tat-turiżmu, b’mod partikolari billi tippromwovi l-kompetittività tal-impriżi tal-Unjoni f’dan is-settur.

Ġustifikazzjoni

Sa mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat, it-turiżmu hu definitb'mod ċar bħala wieħed mill-oqsma ta' politika għal azzjoni tal-UE. Din il-bidla teħtieġ tiġi riflessa fir-regoli leġislattivi u ta' finanzjament.

Emenda  10

Proposta għal Regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sett komuni ta' indikaturi biex ikejlu l-progress tal-implimentazzjoni tal-programm għandhom jiġu stipulati qabel mal-Istati Membri jfasslu l-programmi operazzjonali tagħhom. Dawn l-indikaturi għandhom ikunu akkumpanjati b'indikaturi għal programm speċifiku.

(7) Bi qbil ma' approċċ ta' riżultati bbażat fuq l-istrateġija Ewropa 2020, sett komuni ta' indikaturi biex ikejlu l-progress tal-implimentazzjoni tal-programm għandhom jiġu stipulati qabel mal-Istati Membri jfasslu l-programmi operazzjonali tagħhom. Dawn l-indikaturi għandhom ikunu akkumpanjati b'indikaturi għal programm speċifiku.

Emenda  11

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-investiment fl-ambjent, inklużi l-oqsma relatati mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġija li jippreżentaw benefiċċji ambjentali;

(a) l-investiment fl-ambjent, inklużi l-oqsma relatati mal-iżvilupp sostenibbli, it-turiżmu sostenibbli u l-enerġija rinnovabbli li jippreżentaw benefiċċji ambjentali;

Emenda  12

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 - punt a - punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v) il-promozzjoni ta' strateġiji ta' użu baxx ta' karbonju;

(v) il-promozzjoni ta' strateġiji ta' użu baxx ta' karbonju għal żoni urbani, reġjonali, lokali u rurali, partikolarment fir-rigward tal-mobilità sostenibbli;

Emenda  13

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt d – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-tneħħija ta' konġestjoni f'netwerks tal-infrastruttura billi:

(e) il-promozzjoni effiċjenti tal-komodalità bl-għan tat-trasport sostenibbli, sikur u ekoeffiċjenti u l-mobilità, filwaqt li jkun hemm fokus fuq it-titjib tal-infrastruttura eżistenti, il-mili tar-rabtiet ineżistenti fil-konnessjonijiet transkonfinali u t-tneħħija ta' konġestjoni f'netwerks tal-infrastruttura, inklużi l-konnessjonijiet għaż-żoni reġjonali, lokali, rurali u urbani;

Emenda  14

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt d –punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) tiġi sostnuta Żona Unika Ewropea tat-Trasport multimodali permezz ta' investiment fin-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport;

(i) tiġi sostnuta Żona Unika Ewropea tat-Trasport komodali sostenibbli, sikura u effiċjenti permezz ta' investiment fin-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport filwaqt li jkun hemm fokus fuq l-integrazzjoni tal-Istati Membri li daħlu jagħmlu parti mill-Unjoni Ewropea fl-1 ta' Mejju 2004 jew wara, u fuq il-bżonnijiet infrastrutturali tagħhom abbażi tas-solidarjetà u l-koeżjoni territorjali;

Emenda  15

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt d – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) jiġu żviluppati sistemi tat-trasport b'kuxjenza ambjentali u b'livell ta' karbonju baxx, kif ukoll il-promozzjoni ta' mobilità urbana sostennibbli;

(ii) tittejjeb l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fis-settur tat-trasport, l-iżvilupp ta' komodalità effiċjenti għal trasport u mobilità sostenibbli, sikur, intelliġenti u interoperabbli; bl-għan li jiġu promossi ktajjen ta' mobilità aċċessibbli u intermodali għal trasport-mixi-sewqan tar-roti-carsharing-carpooling pubbliċi; l-appoġġ għal dawn l-azzjonijiet għandu jkun soġġett għall-adozzjoni ta' Pjan ta' Mobilità Urbana Sostenibbli (SUMP);

Emenda  16

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt d – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

iii) jiġu żviluppati sistemi ferrovjarji komprensivi, ta' kwalità għolja u interoperabbli;

iii) jiġi promoss l-iżvilupp ta' traffiku ottimali permezz tal-implimentazzjoni ta' sistemi tat-trasport intelliġenti u aċċessibbli, bħall-iżvilupp ta' sistemi ferrovjarji komprensivi, ta' kwalità għolja u interoperabbli filwaqt li b'mod partikolari jintuża l-ERTMS u jitnaqqsu ħsejjes tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija fis-sorsi; jiġu appoġġati servizzi tal-linja li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u trasport sostenibbli fuq l-ilma;

Emenda  17

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(e a) it-tisħiħ tar-rwol ta' koordinazzjoni tal-Kummissjoni (DĠs MOVE u REGI) sabiex tikkontribwixxi għal titjib fl-effiċjenza tal-iffinanzjar u tistimola l-potenzjal sħiħ tal-fond ta' koeżjoni;

Emenda  18

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Indikaturi komuni kif stipulati

fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jintużaw fejn relevanti u skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru

[…]/2012 [CPR]. Għall-indikaturi komuni,

il-linji ta' bażi għandhom ikunu żero u

l-miri kumulattivi għandhom ikunu ffissati għall-2022,

Il-Kummissjoni gandha tiżviluppa ulterjorment il-lista ta' indikaturi komuni, billi tqis fost l-oħrajn l-imminimizzar tal-ispejjeż esterni, il-protezzjoni tal-klima, it-tnaqqis tal-inċidenti, it-tniġġis tal-arja u l-skont l-Artikolu 24(3) tar-Regolament (UE) Nru [...]/2012 [CPR] u d-dispożizzjonijiet tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Pjan Direzzjonali lejn Żona Unika Ewropea tat-Trasport' [2011/2096(INI)]. Għall-indikaturi komuni, il-linji ta’ bażi għandhom jibdew minn żero u l-miri kumulattivi għandhom jintlaħqu fl-2022.

Emenda  19

Proposta għal Regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-indikaturi tar-riżultati speċifiċi, il-linji ta' bażi għandhom jinqdew bl-aħħar dejta disponibbli u l-miri għandhom jintlaħqu fl-2022, pero' jistgħu jitħabbru f'termini kwantitattivi jew kwalitattivi.

3. Għall-indikaturi tar-riżultati speċifiċi, il-linji ta' bażi għandhom jinqdew bl-aħħar dejta disponibbli u l-miri għandhom jintlaħqu fl-2022, u għandhom jitħabbru kemm f'termini kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi.

Emenda  20

Proposta għal Regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Valutazzjoni

 

Sa mhux iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew rapport ta' valutazzjoni dwar l-ilħiq tal-objettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda  21

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Sa mhux iktar tard minn sentejn wara l-iskadenza tal-programm, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ex post tal-impatt tiegħu u tal-valur miżjud Ewropew u għandha tibgħat ir-rapport ta' valutazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ewropew Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Ġustifikazzjoni

Tagħti effett lill-Artikolu 50 tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni.

Emenda  22

Proposta għal Regolament

Anness – linja 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Trattament tad-dranaġġ

ekwivalenti għall-popolazzjoni

Il-popolazzjoni addizzjonali servuta bi provvista ta' ilma ahjar

Emenda tal-Parlament

Trattament tad-dranaġġ

ekwivalenti għall-popolazzjoni

Kapaċità addizzjonali għat-trattament tad-drenaġġ

Emenda  23

Proposta għal Regolament

Anness – linja 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

In-natura u l-bijodiversità

ettari

L-erja ta' wiċċ l-art ta' ħabitats fi status aħjar ta' konservazzjoni

Emenda tal-Parlament

In-natura u l-bijodiversità

ettari

L-erja tal-wiċċ l-art ta' bijotopi ristawrati

Emenda  24

Proposta għal Regolament

Anness – linja 22a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Ferrovija

km

Tul totali tal-linja ferrovjarja ġdida

 

km

Tul totali tal-linja ferrovjarja mibnija mill-ġdid jew imtejba

Emenda tal-Parlament

Ferrovija

km

Tul totali tal-linja ferrovjarja ġdida

 

km

Tul totali tal-linja ferrovjarja mibnija mill-ġdid jew imtejba

 

numru

sezzjonijiet transfruntiera mibnija mill-ġdid, irraġġanti jew aġġornati

Emenda  25

Proposta għal Regolament

Anness – linja 22b + 22c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

It-trasport

 

 

Ferrovija

km

Tul totali tal-linja ferrovjarja ġdida

 

km

Tul totali tal-linja ferrovjarja mibnija mill-ġdid jew imtejba

Emenda tal-Parlament

It-trasport

 

 

Ferrovija

km

Tul totali tal-linja ferrovjarja ġdida

 

km

Tul totali tal-linja ferrovjarja mibnija mill-ġdid jew imtejba

 

tunnellati/km

Żieda fil-merkanzija ttrasportata

 

passiġġieri/km

Żieda fin-numru ta' passiġġieri trasportati bil-ferrovija

Emenda  26

Proposta għal Regolament

Anness – linja 22d (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

It-trasport

 

 

Ferrovija

km

Tul totali tal-linja ferrovjarja ġdida

 

km

Tul totali tal-linja ferrovjarja mibnija mill-ġdid jew imtejba

Emenda tal-Parlament

It-trasport

 

 

Ferrovija

km

Tul totali tal-linja ferrovjarja ġdida

 

km

Tul totali tal-linja ferrovjarja mibnija mill-ġdid jew imtejba

 

km

Tul totali tal-linja ferrovjarja mgħammra bl-ERTMS

Emenda  27

Proposta għal Regolament

Anness – linja 24a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Toroq

km

Tul totali ta' toroq mibnija mill-ġdid

 

km

Tul totali ta' toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba

Emenda tal-Parlament

Toroq

km

Tul totali ta' toroq mibnija mill-ġdid

 

km

Tul totali ta' toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba

 

numru

sezzjonijiet transfruntiera mibnija mill-ġdid, irraġġanti jew aġġornati

Emenda  28

Proposta għal Regolament

Anness – linja 25a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Trasport urban

vjaġġi tal-passipġġieri

Iż-żieda fil-vjaġġi tal-passiġġieri permezz tas-servizz appoġġat tat-trasport urban

Emenda tal-Parlament

Trasport urban

vjaġġi tal-passiġġieri

Iż-żieda fil-vjaġġi tal-passiġġieri permezz tas-servizz appoġġat tat-trasport urban

 

persentaġġ

Bidla fis-sehem modali tat-trasport pubbliku u l-mobilità mhux bil-magni bħall-mixi u l-użu tar-roti

Emenda  29

Proposta għal Regolament

Anness – linja 25b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Trasport urban

vjaġġi tal-passipġġieri

Iż-żieda fil-vjaġġi tal-passiġġieri permezz tas-servizz appoġġat tat-trasport urban

Emenda tal-Parlament

Trasport urban

vjaġġi tal-passiġġieri

Iż-żieda fil-vjaġġi tal-passiġġieri permezz tas-servizz appoġġat tat-trasport urban

 

vetturi iktar eko-effiċjenti

Żieda fin-numru ta' vetturi u żvilupp ta' infrastruttura relatata għal trasport urban iktar eko-effiċjenti

Emenda  30

Proposta għal Regolament

Anness – linja 26a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Passaġġi tal-ilma interni

Tunnellata-km

Żieda fit-tagħbija ttrasportata minn passaġġi tal-ilma mtejba

Emenda tal-Parlament

Passaġġi tal-ilma interni

Tunnellata-km

Żieda fit-tagħbija ttrasportata minn passaġġi tal-ilma mtejba

 

vjaġġi tal-passiġġieri

Żieda fin-numru ta' persuni li jużaw servizzi ta' trasport b'passaġġi tal-ilma interni

Emenda  31

Proposta għal Regolament

Anness – linja 26b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

Emenda tal-Parlament

Effett tal-klima

mio tunnellati ekwivalenti ta' CO2

tibdil fl-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra minn miżuri ta' kofinanzjament

Emenda  32

Proposta għal Regolament

Anness – linja 26c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

Emenda tal-Parlament

Turiżmu

EUR

Volum tal-investiment f'mobilità intelliġenti u sostenibbli

Emenda  33

Proposta għal Regolament

Anness – linja 26d, 26e, 26f (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

 

Emenda tal-Parlament

Turiżmu

EUR

Volum ta' investimenti magħmula biex titjieb l-aċċessibilità għas-servizzi tat-turiżmu għall-persuni b'mobilità mnaqqsa (PRMs)

 

EUR

Volum ta' investimenti f'netwerks ta' użu tar-roti

 

EUR

Volum ta' investimenti f'wirt naturali, kulturali, industrijali u storiku

PROĊEDURA

Titolu

Il-Fond ta' Koeżjoni u t-tħassir tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006

Referenzi

COM(2011)0612 – C7-0325/2011 – 2011/0274(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

25.10.2011

 

 

 

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

25.10.2011

Relatur

Data tal-ħatra

Michael Cramer

24.11.2011

Eżami fil-kumitat

28.2.2012

24.4.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

19.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Ádám Kósa, Werner Kuhn, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Peter van Dalen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Spyros Danellis, Gilles Pargneaux, Alfreds Rubiks

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

María Irigoyen Pérez

PROĊEDURA

Titolu

Il-Fond ta’ Koeżjoni u t-tħassir tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006

Referenzi

COM(2011)0612 – C7-0325/2011 – 2011/0274(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

6.10.2011

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

25.10.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

25.10.2011

EMPL

25.10.2011

ENVI

25.10.2011

ITRE

25.10.2011

 

TRAN

25.10.2011

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

EMPL

27.10.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Victor Boştinaru

21.6.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.11.2011

25.1.2012

28.2.2012

20.3.2012

 

26.4.2012

30.5.2012

21.6.2012

11.7.2012

 

26.11.2012

24.1.2013

19.2.2013

19.3.2013

 

23.4.2013

29.5.2013

19.6.2013

 

Data tal-adozzjoni

10.7.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Luís Paulo Alves, Catherine Bearder, Jean-Jacob Bicep, Victor Boştinaru, John Bufton, Nikos Chrysogelos, Francesco De Angelis, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Brice Hortefeux, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Vincenzo Iovine, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva Kekuš, Constanze Angela Krehl, Jacek Olgierd Kurski, Petru Constantin Luhan, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Miroslav Mikolášik, Jens Nilsson, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Younous Omarjee, Markus Pieper, Monika Smolková, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Březina, Andrea Cozzolino, Karima Delli, Cornelia Ernst, Ivars Godmanis, Evžen Tošenovský, Giommaria Uggias

Data tat-tressiq

18.7.2013