RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE

17.7.2013 - (COM(2013)0329 – C7‑0149/2013– 2011/0299(COD)) - ***I

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Evžen Tošenovský


Proċedura : 2011/0299(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0272/2013
Testi mressqa :
A7-0272/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE

(COM(2013)0657 – C7‑0149/2013– 2011/0299(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2011)0657) u l-proposta emendata (COM(2013)0329),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0149/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Mejju 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Lulju 2012[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7–0272/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE

dwar linji gwida għan-netwerks diġitali trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) In-netwerks u s-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet qegħdin isiru infrastrutturi dejjem aktar ibbażati fuq l-internet, b’interrelazzjoni mill-qrib bejn in-netwerks tal-broadband u s-servizzi diġitali. L-internet qiegħed isir il-pjattaforma dominanti għall-komunikazzjoni, is-servizzi, u biex isir in-negozju. Għalhekk, id-disponibbiltà trans-Ewropea ta’ aċċess veloċi għall-internet u s-servizzi diġitali fl-interess pubbliku hija essenzjali għat-tkabbir ekonomiku u s-Suq Uniku.

(1) In-netwerks u s-servizzi diġitali qegħdin isiru infrastrutturi dejjem aktar ibbażati fuq l-internet, b’interrelazzjoni mill-qrib bejn in-netwerks tal-broadband u s-servizzi diġitali. L-internet qiegħed isir il-pjattaforma dominanti għall-komunikazzjoni, is-servizzi, l-edukazzjoni, il-parteċipazzjoni fil-ħajja soċjali u politika, u n-negozju. Għalhekk, id-disponibbiltà trans-Ewropea ta’ aċċess mifrux, b'veloċità għolja u sikur għall-internet u s-servizzi diġitali fl-interess pubbliku hija essenzjali għat-tkabbir soċjali u ekonomiku, il-kompetittività, l-inklużjoni soċjali u s-Suq Uniku.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) L-iżvilupp ta' netwerks tal-broadband u ta' broadband b'veloċità għolja u ta' servizzi diġitali għandu jsaħħaħ il-bżonn għal standards tekniċi Ewropej. Jenħtieġu programmi ta' riċerka u ta' żvilupp fl-Unjoni u żieda fil-monitoraġġ tal-proċeduri ta' standardizzazzjoni jekk l-Unjoni trid tiżvolġi rwol ewlieni fl-industrija tat-telekomunikazzjonijiet.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Proġetti pilota fuq skala kbira bejn l-Istati Membri, kofinanzjati mill-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, fosthom PEPPOL, STORK, epSOS, eCODEX jew SPOCS, ivvalidaw servizzi diġitali transfruntieri ewlenin fis-suq intern, abbażi ta' elementi modulari komuni. Dawn diġà ntlaħqu, jew se jilħqu fil-futur qrib, il-livell ta' maturità meħtieġa għall-implimentazzjoni. Il-proġetti eżistenti ta' interess komuni diġà urew il-valur miżjud evidenti tal-azzjoni fuq il-livell Ewropew, bħal fl-oqsma tal-wirt kulturali (Europeana), il-protezzjoni tat-tfal (Internet Aktar Sikur), is-sigurtà soċjali (EESSI), filwaqt li ġew proposti oħrajn, bħal fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumaturi (ODR).

(5) Proġetti pilota fuq skala kbira bejn l-Istati Membri, kofinanzjati mill-Programm għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, fosthom PEPPOL, STORK, epSOS, eCODEX jew SPOCS, ivvalidaw servizzi diġitali transfruntieri ewlenin fis-suq intern, abbażi ta' elementi modulari komuni. Dawn diġà ntlaħqu, jew se jilħqu fil-futur qrib, il-livell ta' maturità meħtieġa għall-implimentazzjoni. Il-proġetti eżistenti ta' interess komuni diġà urew il-valur miżjud evidenti tal-azzjoni fuq il-livell Ewropew, bħal fl-oqsma tal-wirt kulturali (Europeana), il-protezzjoni tat-tfal (Internet Aktar Sikur, inkluż il-programm Better Internet for Kids), is-sigurtà soċjali (EESSI), filwaqt li ġew proposti oħrajn, bħal fil-qasam tal-ħarsien tal-konsumaturi (ODR).

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Kwalunkwe azzjoni maħsuba biex tniedi jew tiżviluppa servizzi transkonfinali diġitali fl-ambitu tal-qafas tal-Aġenda Diġitali għandha tinkludi sett ta’ miżuri u strumenti biex jiġu protetti u promossi d-drittijiet tat-tfal fl-ambjent online.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Minħabba r-rwol importanti rikonoxxut li għandu fil-protezzjoni u fl-għoti tas-setgħa lit-tfal, il-funzjonament ta' Programm Safer Internet (il-futur "Better Internet for Kids") - b'punti nodali ta' għarfien, helplines u hotlines - għandu jkun garantit wara l-2014 u lil hinn.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 5c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c) Il-finanzjament tal-Programm Safer Internet, jinkludi Safer Internet Centres (SIC) (b'punti nodali ta' għarfien, helplines u hotlines) fl-Istati Membri u għandu jinżamm il-programm Better Internet for Kids.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-infrastrutturi ta' servizzi diġitali, l-elementi modulari se jieħdu l-prijorità fuq infrastrutturi oħra ta' servizzi diġitali, billi tal-ewwel huma prekondizzjoni għal tat-tieni. Fost l-oħrajn, l-infrastrutturi ta' servizzi diġitali għandhom joħolqu valur miżjud u jilħqu bżonnijiet ipprovati. Għandhom ikunu maturi biżżejjed għall-implimentazzjoni, teknikament kif ukoll operazzjonalment, kif ikun ġie pprovat b'mod partikulari permezz ta' proġetti pilota b'suċċess. Għandhom jissejsu fuq pjan konkret ta' sostenibbiltà sabiex jiżguraw l-operat fit-tul tal-pjattaformi ta' servizzi ewlenin lil hinn mis-CEF. B'hekk, l-għajnuna finanzjarja fil-qafas ta' dan ir-Regolament, kull fejn possibbli, għandha titneħħa b'mod progressiv, u għandhom jiġu mmobilizzati fondi minn sorsi oħra lil hinn mis-CEF.

Fir-rigward tal-infrastrutturi ta' servizzi diġitali, l-elementi modulari u l-infrastrutturi ta' servizzi diġitali b'elementi li jistgħu jintużaw minn fornituri oħra ta' servizz se jieħdu l-prijorità fuq infrastrutturi oħra ta' servizzi diġitali, billi tal-ewwel jipprovdu bażi għal tat-tieni biex jibnu fuqhom. Fost l-oħrajn, l-infrastrutturi ta' servizzi diġitali għandhom joħolqu valur miżjud u jilħqu bżonnijiet ipprovati. Għandhom ikunu maturi biżżejjed għall-implimentazzjoni, teknikament kif ukoll operazzjonalment, kif ikun ġie pprovat b'mod partikulari permezz ta' proġetti pilota b'suċċess. Għandhom jissejsu fuq pjan konkret ta' sostenibbiltà sabiex jiżguraw l-operat fit-tul tal-pjattaformi ta' servizzi ewlenin lil hinn mis-CEF. B'hekk, l-għajnuna finanzjarja fil-qafas ta' dan ir-Regolament, kull fejn possibbli, għandha titneħħa b'mod progressiv, u għandhom jiġu mmobilizzati fondi minn sorsi oħra lil hinn mis-CEF.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-infrastrutturi ta' servizzi diġitali li huma meħtieġa biex jintlaħqu l-obbligi legali skont il-liġi tal-UE u/jew li qegħdin jiżviluppaw jew jipprovdu elementi modulari, b'potenzjal ta' impatt qawwi fuq l-iżvilupp ta' servizzi pubbliċi pan-Ewropej, għandhom jiġu pprijoritizzati għall-finanzjament, sabiex jiġu appoġġjati infrastrutturi multipli ta' servizzi diġitali, u sabiex tinbena progressivament ekosistema ta' interoperabbiltà Ewropea. F'dan il-kuntest, l-obbligi legali jfissru dispożizzjonijiet speċifiċi li jirrikjedu jew l-iżvilupp jew l-użu ta' infrastrutturi ta' servizzi diġitali, jew li jirrikjedu riżultati li jistgħu jinkisbu biss permezz ta' infrastrutturi Ewropej ta' servizzi diġitali.

imħassar

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa tistipula li, sal-2020, l-Ewropej kollha għandu jkollhom aċċess għal veloċitajiet tal-internet 'il fuq mit-30 Mbps, u 50% jew aktar mid-djar Ewropej għandhom ikunu abbonati għal konnessjonijiet tal-internet ta' 'l fuq minn 100 Mbps.

(11) L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa tistipula li, sal-2020, l-Ewropej kollha għandu jkollhom aċċess għal veloċitajiet tal-internet 'il fuq mit-30 Mbps, u 50% jew aktar mid-djar Ewropej għandhom ikunu abbonati għal konnessjonijiet tal-internet ta' 'l fuq minn 100 Mbps. Madankollu, minħabba l-evoluzzjoni rapida tat-teknoloġiji li jwasslu għall-konnessjonijiet tal-internet aktar veloċi, hu xieraq illum, għall-unitajiet domestiċi tal-Unjoni, li jkun hemm mira għal konnessjonijiet tal-internet li tkun 'il fuq minn 100 Mbps b'50 % tal-unitajiet domestiċi jkollhom aċċess għal 1Gbps.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Suq Ewropew bi kważi 500 miljun persuna konnessa mal-internet bil-broadband veloċi għandu jkun xprun li jwassal għall-iżvilupp tas-suq intern, billi joħloq massa kritika unika ta’ utenti, jesponi lir-reġjuni kollha għal opportunitajiet ġodda u jagħti lil kull utent valur miżjud kif ukoll jagħti lill-Unjoni l-kapaċità li tkun l-aqwa ekonomija bbażata fuq l-għarfien fid-dinja. Id-distribuzzjoni ta' netwerks tal-broadband veloċi hija kruċjali għall-iżvilupp tal-produttività Ewropea u għall-iżvilupp ta’ intrapriżi ġodda u żgħar li jistgħu jkunu minn ta’ quddiem f’setturi differenti, pereżempju fil-kura tas-saħħa, fil-manifattura u fl-industrija tas-servizzi;

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b) L-amalgamazzjoni ta' opportunitajiet ġodda fl-infrastruttura u servizzi innovattivi u interoperabbli, għandhom iniedu ċirku virtuż li jistimola ż-żieda fit-talba għal broadband b'veloċità għolja, li, mil-lat kummerċjali, tajjeb li tkun issoddisfata.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 11c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11c) Filwaqt li fl-Ewropa l-użu tal-konnessjonijiet tal-fibrottika u tal-konnessjonijiet tal-broadband ultra veloċi għadu mhuwiex sodisfaċenti, ekonomiji oħra fid-dinja huma minn ta’ quddiem fil-livell globali billi qed joffru kapaċitajiet ogħla b’mod sinifikanti u veloċitajiet ta’ 1 Gbps u ogħla. L-investiment fil-fibrottika, kemm fid-dar u kemm f'infrastruttura passiva fin-netwerk tal-backhaul, hu ingredjent kruċjali jekk l-Unjoni trid li tkun il-bejta ta' innovazzjonijiet, għarfien u servizzi.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 11d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11d) Il-miri għall-2020 għandhom jiġu riveduti, bl-għan li l-Unjoni jkollha broadband bl-akbar veloċitajiet fid-dinja billi tfittex li tiżgura li sal-2020 iċ-ċittadini tal-Unjoni kollha jkollhom aċċess għal 100 Mbps u 50 % tal-unitajiet domestiċi tal-UE jkollhom aċċess għal veloċità ta' 1 Gbps jew iżjed.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Il-finanzjament pubbliku għall-broadband għandu jintefaq biss fuq infrastrutturi li huma miftuħa għall-kompetizzjoni. Huma biss dawk in-netwerks miftuħin għall-kompetizzjoni permezz ta' aċċess minn parti terza, li jistgħu jipprovdu servizzi u innovazzjoni kompetittiva bi prezz raġonevoli għall-konsumaturi u l-intrapriżi.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Il-garanzija li l-konsumaturi jkollhom aċċess u distribuzzjoni faċli tal-kontenut, ta' servizzi u applikazzjonijiet tal-għażla tagħhom permezz ta' abbonament uniku tal-internet hi ta' importanza ewlenija għat-twettiq tas-Suq Diġitali Uniku fl-Unjoni. F'dan il-kuntest, il-konklużjonijiet tal-BEREC ta' Mejju 2012, juru li minn tal-anqas 20 % tal-utenti mobbli tal-Internet fl-Ewropa, jesperjenzaw xi forma ta' restrizzjoni fuq il-kapaċità tagħhom li jaċċedu għal servizzi ta' VoIP. Għalkemm il-kompetizzjoni hi mistennija li toħloq xi tip ta' dixxiplina fost l-operaturi, il-progress kien kajman ħafna u għaldaqstant in-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet iffinanzjati mill-pubbliku għandhom ikunu pprojbiti milli jimblukkaw servizzi legali.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Hemm bżonn ta’ ġbir ta’ informazjoni u dejta statistika dwar ix-xogħlijiet pubbliċi li x'aktarx jintużaw, parzjalment jew kompletament, biex jiġu stallati netwerks tal-ġenerazzjoni l-ġdida, u biex tinħoloq database għall-monitoraġġ ta' dawk ix-xogħlijiet u l-ħolqien ta' reġistru tal-Unjoni tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet, li għandu, fejn hu possibbli, ikun supplimentat b'informazzjoni simili dwar in-netwerks tat-trasport u tal-enerġija.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Grupp Espert ta' rappreżentanti tal-Istati Membri, li għandu jiġi kkonsultat, u li għandu jikkontribwixxi, fost l-oħrajn, għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn il-linjigwida, għall-ippjanar, għall-valutazzjoni, u għall-indirizzar tal-problemi ta' implimentazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Grupp Espert ta' rappreżentanti tal-Istati Membri kollha, li għandu jiġi kkonsultat, u li għandu jikkontribwixxi, fost l-oħrajn, għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn il-linjigwida, għall-ippjanar, għall-valutazzjoni, u għall-indirizzar tal-problemi ta' implimentazzjoni.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi linji gwida għall-implimentazzjoni f'waqtha u l-interoperabbiltà ta' proġetti ta' interess komuni fil-qafas tan-netwerks trans-Ewropej tat-telekomunikazzjonijiet.

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi linji gwida għall-implimentazzjoni f'waqtha u l-interoperabbiltà ta' proġetti ta' interess komuni fil-qafas tan-netwerks diġitali trans-Ewropej.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Netwerks tat-telekomunikazzjonijiet" tfisser netwerks tal-broadband u infrastrutturi tas-servizzi diġitali.

"Netwerks diġitali" tfisser netwerks tal-broadband u infrastrutturi tas-servizzi diġitali.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

f) "Netwerks tal-broadband" tfisser netwerks ta’ aċċess bil-fili u mingħajr fili (inkluż bis-satellita), infrastruttura anċillari u netwerks ċentrali li kapaċi jwasslu konnettività b’veloċità għolja ħafna, u b'hekk jikkontribwixxu lejn il-miri tal-broadband tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

f) "Netwerks tal-broadband" tfisser netwerks ta’ aċċess bil-fili u mingħajr fili (inkluż bis-satellita), infrastruttura anċillari u netwerks ċentrali li kapaċi jwasslu konnettività b’veloċità għolja ħafna, u b'hekk jikkontribwixxu lejn il-miri tal-broadband ta' 100 Mbps u 1 Gbps fejn possibbli u iżjed.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) it-tkabbir ekonomiku u l-appoġġ għall-ikkompletar tas-Suq Uniku Diġitali, b'appoġġ għall-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, inklużi l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs);

(a) it-tkabbir ekonomiku u l-appoġġ għall-ikkompletar u l-funzjonament mingħajr xkiel tas-Suq Uniku Diġitali, b'appoġġ għall-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, inklużi l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs);

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) titjib fil-ħajja ta' kuljum għaċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet permezz tal-promozzjoni tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks ta' telekomunikazzjonijiet nazzjonali, reġjunali u lokali, kif ukoll l-aċċess għal dawk in-netwerks.

(b) titjib fil-ħajja ta' kuljum għaċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet fil-livelli kollha permezz tal-promozzjoni tan-netwerks tal-broadband, tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks ta' telekomunikazzjonijiet nazzjonali, reġjunali u lokali, kif ukoll l-aċċess għal dawk in-netwerks miftuħa u mhux diskriminatorji u l-inklużjoni diġitali, filwaqt li jkun meqjus li r-reġjuni b'densità ta' popolazzjoni baxxa u l-inqas żviluppati jkunu inklużi u moqdija bil-konnessjonijiet. Sabiex is-suq uniku diġitali jkun ikkompletat, jeħtieġ ikun hemm kooperazzjoni u koordinazzjoni mill-qrib tal-attivitajiet taħt il-programm il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa mal-azzjonijiet nazzjonali u reġjonali tal-broadband.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) jiggarantixxu ambjent online sikur, inklużiv u pożittiv għat-tfal u ż-żgħażagħ

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proġett ta’ interess komuni jista’ jinkludi ċ-ċiklu sħiħ tagħhom , inkluż l-istudji tal-fattibilità, l-implimentazzjoni, l-operat kontinwu, il-koordinazzjoni u l-evalwazzjoni.

Proġett ta’ interess komuni jista’ jinkludi ċ-ċiklu sħiħ tiegħu, inkluż l-istudji tal-fattibilità, l-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp kontinwu, il-koordinazzjoni u l-evalwazzjoni.

 

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Il-finanzjament għandu jkun allokat b'kunsiderazzjoni tal-bżonnijiet speċifiċi tal-benefiċjarji, b'mod partikolari bil-bilanċ tad-diviżjoni bejn is-sussidji u l-istrumenti finanzjarji innovattivi.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament, huwa obbligatorju li l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi ta' servizzi diġitali, b'mod kumulattiv:

1. Biex ikunu eliġibbli għall-finanzjament, huwa obbligatorju li l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-infrastrutturi ta' servizzi diġitali:

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Elementi modulari essenzjali, u bi prospetti demostrabbli li jistgħu jintużaw, għall-iżvilupp, l-iskjerar u l-operat ta' infrastrutturi oħra ta' servizzi diġitali kif elenkati fl-Anness, għandhom jingħataw l-ewwel prijorità għall-finanzjament.

2. Elementi modulari u infrastrutturi ta' servizz diġitali li fihom mudelli tekniċi (bħal mudell tad-dejta interoperabbli, standard għad-dritijiet ta' aċċess jew mudell ta' netwerking li jkollu konnessjoni mal-Istati Membri kollha) bi prospetti demostrabbli li jistgħu jintużaw, għall-iżvilupp, l-iskjerar u l-operat ta' infrastrutturi oħra ta' servizzi diġitali kif elenkati fl-Anness, għandhom jingħataw l-ewwel prijorità għall-finanzjament.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-tieni prijorità għandha tingħata lill-infrastrutturi ta' servizzi diġitali b'appoġġ għal dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-UE, u msejsa fuq elementi modulari eżistenti.

3. Prijorità għandha tingħata wkoll lil infrastrutturi oħra ta' servizzi diġitali kif elenkat fl-Anness (Taqsima 1.2) għal dan ir-Regolament.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Billi l-pjattaforma ta' servizzi ewlenin hija prekundizzjoni għal infrastruttura ta' servizzi diġitali, l-appoġġ għall-pjattaformi ta' servizzi ewlenin u l-elementi modulari komuni tagħhom għandhom jingħataw prijorità fuq is-servizzi ġeneriċi.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Abbażi tal-għanijiet ipprovduti fl-Artikolu 3, u skont il-baġit disponibbli, il-programmi ta' ħidma jistgħu jistabbilixxu aktar kriterji ta' eliġibbiltà u ta' prijorità fil-qasam tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali.

4. Abbażi tal-għanijiet ipprovduti fl-Artikolu 3, u skont il-baġit disponibbli, il-programmi ta' ħidma kif definit fir-Regolament (UE) Nru / li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa ("programmi ta' ħidma") jistgħu jistabbilixxu aktar kriterji ta' eliġibbiltà u ta' prijorità fil-qasam tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Abbażi tal-għanijiet ipprovduti fl-Artikolu 3, u skont il-baġit disponibbli, il-programmi ta' ħidma jistgħu jistabbilixxu aktar kriterji ta' eliġibbiltà u ta' prijorità fil-qasam tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali.

4. Abbażi tal-għanijiet ipprovduti fl-Artikolu 3 u fl-Anness għal dan ir-Regolament, u skont il-baġit disponibbli, il-programmi ta' ħidma jistgħu jistabbilixxu aktar kriterji ta' eliġibbiltà u ta' prijorità fil-qasam tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jagħtu kontribut sinifikanti għall-ilħiq tal-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa;

(a) jagħtu kontribut sinifikanti għall-ilħiq tal-miri ta' 100 Mbps u 1 Gbps fejn possibbli u iżjed.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jużaw it-teknoloġija meqjusa l-aktar xierqa biex tindirizza l-bżonnijiet tal-qasam ikkonċernat, b'qies għal fatturi ġeografiċi, soċjali u ekonomiċi, abbażi ta' kriterji oġġettivi, u bi qbil man-newtralità teknoloġika;

imħassar

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) jiskjeraw teknoloġija tal-ogħla livell u/jew jissejsu fuq mudelli ta' negozju innovattivi, u jkollhom potenzjal għoli ta' replikabbiltà.

(f) jipproponu l-aħjar bilanċ bejn teknoloġiji tal-ogħla livell f'termini tal-kapaċità ta' fluss ta' dejta, is-sigurtà tat-trażmissjoni, ir-reżistenza tan-netwerk u l-kost-effikaċja.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-kriterji msemmija fil-punt (f) tal-paragrafu ta' qabel ma għandhomx ikunu meħtiġa għal proġett iffinanzjat minn kontributi addizzjonali delimitatipprovduti skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru xxx/2012 [ir-Regolament tas-CEF].

imħassar

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Unjoni tista’ tistabbilixxi kuntratti, tiddiskuti, tiskambja informazzjoni u tikkoopera ma’ awtoritajiet pubbliċi jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra f’pajjiżi terzi sabiex tilħaq kwalunkwe għan segwit minn dawn il-linjigwida. Fost għanijiet oħrajn, din il-kooperazzjoni għandha tfittex li tippromwovi l-interoperabbiltà bejn netwerks tat-telekomunikazzjonijiet fl-Unjoni u bejn netwerks tat-telekomunikazzjonijiet ta' pajjiżi terzi.

L-Unjoni tista’ tistabbilixxi kuntratti, tiddiskuti, tiskambja informazzjoni u tikkoopera ma’ awtoritajiet pubbliċi jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra f’pajjiżi terzi sabiex tilħaq kwalunkwe għan segwit minn dawn il-linjigwida. Fost għanijiet oħrajn, din il-kooperazzjoni għandha tfittex li tippromwovi l-interoperabbiltà bejn in-netwerks diġitali trans-Ewropej u n-netwerks diġitali ta’ pajjiżi terzi.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 21 tar-Regolament XXX li jistabbilixxi s-CEF. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-progress li sar bl-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida.

1. Abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 21 tar-Regolament XXX li jistabbilixxi s-CEF, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni u l-aħjar prattiki dwar il-progress li sar bl-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida. Sommarju annwali ta' dik l-informazzjoni għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew. L-Istati Membri għandhom jinvolvu l-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-proċess.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta u tiġi assistita minn Grupp Espert, iffurmat minn rappreżentant minn kull Stat Membru. B'mod partikulari, il-Grupp Espert għandu jassisti l-Kummissjoni f'dawn li ġejjin:

2. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta u tiġi assistita minn Grupp Espert, iffurmat minn rappreżentant minn kull Stat Membru. B'mod partikulari, il-Grupp Espert għandu jassisti l-Kummissjoni f'dawn li ġejjin:

(a) il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn il-linjigwida;

a) il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta' dawn il-linjigwida;

(b) l-ippjanar ta' pjanijiet nazzjonali jew strateġiji nazzjonali, fejn applikabbli;

(b) il-koordinament ta' pjanijiet nazzjonali jew strateġiji nazzjonali, fejn applikabbli;

(c) it-teħid ta' miżuri biex jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma fuq livell finanzjarju u tekniku;

(c) it-teħid ta' miżuri biex jivvalutaw l-implimentazzjoni tal-programmi ta' ħidma fuq livell finanzjarju u tekniku;

(d) l-indirizzar ta' problemi eżistenti jew emerġenti ta' implimentazzjoni ta' proġetti.

(d) l-indirizzar ta' problemi eżistenti jew emerġenti ta' implimentazzjoni ta' proġetti.

 

 

Il-Grupp Espert jista’ wkoll jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-iżvilupp tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej.

Il-Grupp Espert jista’ wkoll jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-iżvilupp tan-netwerks diġitali trans-Ewropej.

 

B'mod partikolari, il-Grupp Espert għandu jassisti lill-Kummissjoni fil-ħidma preparatorja qabel it-tfassil tal-programm ta' ħidma annwali u pluriennali u r-reviżjoni tiegħu kif imsemmi rispettivament fl-Artikolu 17(1) u l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru xxx/xxx li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Għal dan il-għan, il-Grupp Espert għandu jipparteċipa f’kooperazzjoni strutturata ma’ dawk involuti fl-ippjanar, l-iżvilupp u l-ġestjoni tan-netwerks u s-servizzi diġitali bħal, inter alia, awtoritajiet lokali u reġjonali, awtoritajiet regolatorji nazzjonali u l-Korp Ewropew ta’ Regolaturi għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC), fornituri ta’ aċċess għall-Internet, amministraturi tan-netwerk pubbliku u manifatturi ta’ komponenti.

 

Il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew għall-Investiment għandhom jagħtu attenzjoni partikolari għall-osservazzjonijiet tal-Grupp Espert u se jiġġustifikaw pubblikament kull darba li dawn l-osservazzjonijiet ma jkunux ikkunsidrati. Il-Kumissjoni għandha tinforma lill-Grupp Espert, f’kull waħda mil-laqgħat tiegħu, dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-programm ta’ ħidma.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Dak ir-rapport għandu jipprovdi evalwazzjoni:

 

(a) tal-progress miksub fl-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-ikkummissjonar ta’ proġetti ta’ interess komuni, u, fejn rilevanti, id-dewmien fl-implimentazzjoni u kwalunkwe diffikultà oħra li jiltaqgħu magħha;

 

(b) tal-fondi użati u żburżati mill-Unjoni għal proġetti ta’ interess komuni skont ir-Regolament (UE) Nru xxxx/xxxx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, imqabbla mal-valur totali tal-proġetti ta’ interess komuni ffinanzjati;

Emenda  41

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Interventi fil-qasam tal-infrastruttura ta' servizzi diġitali ġeneralment iserrħu fuq approċċ arkitetturali ta' żewġ livelli: pjattaformi ta' servizzi ewlenin u servizzi ġeneriċi. Billi l-pjattaforma ta' servizzi ewlenin hija prekundizzjonali għal infrastruttura ta' servizzi diġitali, l-appoġġ għall-pjattaformi ta' servizzi ewlenin u l-elementi modulari komuni tagħhom għandhom jingħataw prijorità fuq is-servizzi ġeneriċi.

Interventi fil-qasam tal-infrastruttura ta' servizzi diġitali ġeneralment iserrħu fuq approċċ arkitetturali ta' żewġ livelli: pjattaformi ta' servizzi ewlenin u servizzi ġeneriċi.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjattaformi ta' servizzi ewlenin u l-elementi modulari komuni tagħhom jindirizzaw il-bżonnijiet ta' interoperabbiltà u sigurtà ta' proġetti ta' interess komuni. Huma intiżi biex jippermettu interazzjonijiet diġitali bejn l-awtoritajiet pubbliċi u ċ-ċittadini, bejn l-awtoritajiet pubbliċi u n-negozji u l-organizzazzjonijiet, jew fost l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stati Membri differenti, permezz ta' pjattaformi ta' interazzjoni standardizzati, transfruntiera, u ta' użu prattiku u faċli. L-infrastrutturi ta' servizzi diġitali f'elementi modulari għandhom jingħataw prijorità fuq infrastrutturi oħra ta' servizzi diġitali, billi tal-ewwel huma prekundizzjoni għal tat-tieni. Is-servizzi ġeneriċi jipprovdu l-konnessjoni mal-pjattaformi ta' servizzi ewlenin, u jippermetti lis-servizzi nazzjonali ta' valur miżjud li jużaw il-pjattaformi ta' servizzi ewlenin. Jipprovdu portali bejn is-servizzi nazzjonali u l-pjattaformi ta' servizzi ewlenin, u jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u l-organizzazzjonijiet, in-negozji u/jew iċ-ċttadini li jaċċessa l-pjattaforma ta' servizzi ewlenin għat-tranżazzjonijiet transfruntiera tagħhom. Il-kwalità tas-servizzi u l-appoġġ għall-partijiet interessati involuti fit-tranżazzjonijiet transfruntiera għandhom jiġu żgurati. Għandhom jappoġġjaw u jħeġġu l-adozzjoni ta' pjattaformi ta' servizzi ewlenin.

Il-pjattaformi ta' servizzi ewlenin jindirizzaw il-bżonnijiet ta' interoperabbiltà u sigurtà ta' proġetti ta' interess komuni. Huma intiżi biex jippermettu interazzjonijiet diġitali bejn l-awtoritajiet pubbliċi u ċ-ċittadini, bejn l-awtoritajiet pubbliċi u n-negozji u l-organizzazzjonijiet, jew fost l-awtoritajiet pubbliċi ta' Stati Membri differenti, permezz ta' pjattaformi ta' interazzjoni standardizzati, transfruntiera, u ta' użu prattiku u faċli. L-infrastrutturi ta' servizzi diġitali li jiffurmaw parti integrali tal-infrastrutturi ta' servizz diġitali oħra, jew li jistgħu jservu bħala mudell għal pjattaformi ġodda, għandhom jingħataw prijorità fuq infrastrutturi oħra ta' servizzi diġitali. Is-servizzi ġeneriċi jipprovdu l-konnessjoni mal-pjattaformi ta' servizzi ewlenin, u jippermetti lis-servizzi nazzjonali ta' valur miżjud li jużaw il-pjattaformi ta' servizzi ewlenin. Jipprovdu portali bejn is-servizzi nazzjonali u l-pjattaformi ta' servizzi ewlenin, u jippermettu lill-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali u l-organizzazzjonijiet, in-negozji u/jew iċ-ċttadini li jaċċessa l-pjattaforma ta' servizzi ewlenin għat-tranżazzjonijiet transfruntiera tagħhom. Il-kwalità tas-servizzi u l-appoġġ għall-partijiet interessati involuti fit-tranżazzjonijiet transfruntiera għandhom jiġu żgurati. Għandhom jappoġġjaw u jħeġġu l-adozzjoni ta' pjattaformi ta' servizzi ewlenin.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 – punt 1 – punt ea (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) Miżuri kritiċi għas-sikurezza online: tirreferi għal servizzi biex tiġi żgurata s-sikurezza online għat-tfal u ż-żgħażagħ permezz tat-tisħiħ u l-iżvilupp ta’ approċċi li, filwaqt li jżommu n-natura miftuħa tal-Internet, jagħmlu użu minn tweġibiet tekniċi proporzjonati flimkien ma’ azzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-individwi, b’mod partikolari permezz tal-edukazzjoni.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Infrastrutturi ta' servizzi diġitali oħra, identifikati minn qabel bħala eliġibbli skont l-Artikolu 6(1):

2. Infrastrutturi ta' servizzi diġitali oħra, identifikati minn qabel bħala eliġibbli skont l-Artikolu 6(1) u 6.3:

Emenda  45

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 – punt 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) Aċċess għal riżorsi diġitali ta' wirt Ewropew: Tirreferi għall-pjattaforma ta' servizzi ewlenin imsejsa fuq il-portal attwali Europeana. Il-pjattaforma se tipprovdi punt ta' aċċess uniku għall-kontenut tal-wirt kulturali Ewropew fil-livell tal-elementi, sett ta' speċifikazzjonijiet ta' interfaċċa għall-interazzjoni mal-infrastruttura (tiftix għal dejta, tniżżil ta' dejta), appoġġ għall-adattament ta' metadejta u d-dħul ta' kontenut ġdid, kif ukoll informazzjoni dwar kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid tal-kontenut aċċessibbli permezz tal-infrastruttura.

(f) Aċċess għal riżorsi diġitali ta' wirt Ewropew: Tirreferi għall-pjattaforma ta' servizzi ewlenin imsejsa fuq il-portal attwali Europeana. Il-pjattaforma tipprovdi punt ta' aċċess ċentrali għall-kontenut tal-wirt kulturali Ewropew fil-livell tal-elementi, sett ta' speċifikazzjonijiet ta' interfaċċa għall-interazzjoni mal-infrastruttura (tiftix għal dejta, tniżżil ta' dejta), appoġġ għall-adattament ta' metadejta u d-dħul ta' kontenut ġdid, kif ukoll informazzjoni dwar kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid tal-kontenut aċċessibbli permezz tal-infrastruttura.

Emenda 46

Proposta għal direttiva

Anness – taqsima 1 – punt 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) Infrastruttura għal servizzi ta' internet aktar sikur: Tirreferi għall-pjattaforma għall-ksib, l-operat u l-manutenzjoni ta' faċilitajiet informatiċi maqsuma, bażijiet tad-dejta u għodod ta' software għaċ-Ċentri għal Internet aktar Sikur (SICs) fl-Istati Membri. L-operati tal-back office għall-ġestjoni tar-rappurtar ta' kontenut ta' abbuż sesswali huma inklużi, kif ukoll il-konnessjoni ma' awtoritajiet ta' pulizija, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Interpol, u fejn xieraq, il-ġestjoni tat-tneħħija ta' dan il-kontenut mill-websajts relevanti. Dan għandu jiġi appoġġjat minn bażijiet tad-dejta komuni.

(g) Infrastruttura għal servizzi ta' internet aktar sikur: Tirreferi għall-pjattaforma għall-ksib, l-operat u l-manutenzjoni ta' faċilitajiet informatiċi maqsuma, bażijiet tad-dejta u għodod ta' software kif ukoll skambji tal-aħjar prattiki għaċ-Ċentri għal Internet aktar Sikur (SICs) fl-Istati Membri. L-SICs fl-Istati Membri filwaqt li jiżguraw il-valur miżjud tal-Unjoni huma elementi ewlenin tal-infrastruttura tas-servizz tal-internet aktar sikur, li fihom helplines nazzjonali, hotlines u punti nodali ta' sensibilizzazzjoni kif ukoll attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni oħra għandhom importanza partikolari. L-operati tal-back office għall-ġestjoni tar-rappurtar ta' kontenut ta' abbuż sesswali huma inklużi, kif ukoll il-konnessjoni ma' awtoritajiet ta' pulizija, inklużi organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Interpol, u fejn xieraq, il-ġestjoni tat-tneħħija ta' dan il-kontenut mill-websajts relevanti. Dan se jkun appoġġat minn bażijiet tad-dejta komuni u minn sistemi ta' software komuni.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 – punt 2 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) L-użu ta' infrastrutturi fit-trasport pubbliku li jippermettu l-użu ta' servizzi ta' prossimità sikuri u interoperabbli: l-użu ta' infrastrutturi fit-trasport pubbliku li jippermettu l-użu ta' servizzi ta' prossimità mobbli interoperabbli u sikuri se jippermettu li ċ-ċittadini, l-intrapriżi u l-organizzazzjonijiet ikollhom aċċess għal varjetà ta' servizzi innovattivi fir-rigward tal-mobilità fl-Unjoni kollha.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 – punt 2 – punt hb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(hb) Il-Pjattaforma Ewropea ta' Aċċess għar-Riżorsi Edukattivi. L-objettiv hu li jkunu sfruttati l-benefiċċji tal-ICT fil-qasam tal-edukazzjoni permezz ta' aċċess fl-Unjoni kollha għal materjal edukattiv kondiviż. L-aċċess kost-effettiv għal materjal edukattiv u titjib fil-kwalità tiegħu permezz ta' evalwazzjoni bejn il-pari għandha ssaħħaħ il-koeżjoni Ewropea billi tippermetti kuntatti, kooperazzjoni u dibattiti bejn l-istudenti u d-dinja akkademika. Għandha sservi ta' sies għall-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi billi tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' programmi oħrajn tal-Unjoni bħal "Erasmus għal Kulħadd". Dan jista' jtejjeb l-aċċess għall-edukazzjoni u jsaħħaħ il-pożizzjoni tal-Unjoni fl-ambitu akkademiku globali.

 

Emenda  49

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – punt 1 – subparagrafu 1a (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)L-isfruttar ta' sinerġiji potenzjali bejn l-iskjerar ta' netwerks tal-broadband u netwerks oħra ta' utilitajiet (enerġija, trasport, ilma, drenaġġ, eċċ.), b'mod partikulari dawk marbutin mad-distribuzzjoni intelliġenti tal-enerġija.

Fejn possibbli, l-isfruttar ta' sinerġiji potenzjali bejn l-iskjerar ta’ netwerks tal-broadband u netwerks oħra ta’ utilitajiet (l-enerġija, it-trasport, l-ilma, id-drenaġġ, eċċ), b’mod partikolari dawk relatati mad-distribuzzjoni intelliġenti tal-elettriku.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – punt 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Assistenza fit-tnaqqis tad-distakk diġitali.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proġetti kollha appoġġjati finanzjarjament fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-ilħiq tal-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

Il-proġetti kollha appoġġjati finanzjarjament fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-ilħiq ta' 100 Mbps u 1 Gbps u aktar fejn possibbli.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proġetti kollha appoġġjati finanzjarjament fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-ilħiq tal-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

Il-proġetti kollha appoġġjati finanzjarjament fil-qafas ta' din it-taqsima għandhom jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-ilħiq tal-miri tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

Emenda  53

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – punt 2 – punt a – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jissejsu fuq teknoloġija tal-ogħla livell, tkunx bil-fili jew bla fili, ikunu kapaċi jwasslu servizzi tal-broadband b'veloċitajiet għoljin ħafna, u b'hekk jilħqu d-domanda għall-applikazjonijiet li jitolbu medda ta' frewkenzi wiesgħa, jew

(a) jissejsu fuq teknoloġija tal-ogħla livell, tkunx bil-fili jew bla fili, ikunu kapaċi jwasslu servizzi tal-broadband b'veloċitajiet għoljin ħafna ta' għall-inqas 100 Mbps, u b'hekk jilħqu d-domanda għall-applikazjonijiet li jitolbu medda ta' frewkenzi wiesgħa, jew

Emenda  54

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – punt 2 – punt a – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) jikkonforma mal-liġi applikabbli, b'mod partikolari mal-liġi tal-kompetizzjoni u mal-obbligu li jassigura aċċess. Huma biss netwerks miftuħa għall-kompetizzjoni li għandhom ikunu eliġibbli għall-fondi pubbliċi kif stabbilit f'dan ir-Regolament.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – punt 2 – punt a – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) jappoġġjaw in-natura miftuħa tal-Internet billi jiżguraw li jkun ipprojbit l-imblukkar ta’ servizzi legali fuq in-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet iffinanzjati permezz ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jippermettu ġestjoni raġunata tat-traffiku fi żminijiet ta’ konġestjoni tan-netwerks f’sigħat l-aktar intensivi, b’rispett għar-rekwiżiti minimi ta’ Kwalità tas-Servizz stipulati fl-Artikolu 23(3) tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar is-servizz universali u d-drittijiet tal-utenti relatati man-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (id-Direttiva għas-Servizz Universali).

Emenda  56

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – punt 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) Azzjonijiet iffinanzjati minn kontributi addizzjonali delimitati kif ipprovdut skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru xxxx/2012 [ir-Regolament tas-CEF] għandhom iġibu kapaċitajiet sinifikanti ġodda lis-suq f'termini ta' disponibbiltà tas-servizz, veloċitajiet u kapaċità tal-broadband. Il-proġetti li jipprovdu veloċitajiet ta' trażmissjoni tad-dejta ta' inqas minn 30 Mbps għandhom jiżguraw, progressivament, iż-żieda tal-veloċitajiet sa mill-inqas 30 Mbps.

b) Azzjonijiet iffinanzjati minn kontributi addizzjonali delimitati kif ipprovdut skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament (UE) Nru xxxx/2012 [ir-Regolament tas-CEF] għandhom iġibu kapaċitajiet sinifikanti ġodda lis-suq f'termini ta' disponibbiltà tas-servizz, veloċitajiet u kapaċità tal-broadband. Il-proġetti li jipprovdu veloċitajiet ta' trażmissjoni tad-dejta ta' inqas minn 100 Mbps għandhom jiżguraw, progressivament, iż-żieda tal-veloċitajiet sa mill-inqas 100 Mbps.

Emenda  57

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 3 - parti introdutorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Taqsima 3. Azzjonijiet orizzontali

Taqsima 3. Azzjonijiet orizzontali

L-iskjerar tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej, li se jgħin biex ineħħi l-konġestjoni li teżisti fis-suq uniku diġitali, se jkun akkumpanjat minn studji u azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jikkonsistu minn:

L-iskjerar tan-netwerks diġitali trans-Ewropej, li se jgħin biex ineħħi l-konġestjoni li teżisti fis-suq uniku diġitali, se jkun akkumpanjat minn azzjonijiet ta' appoġġ għall-programmi. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jikkonsistu minn:

  • [1]  ĠU C 143, 22.5.2012, p.120.
  • [2]  ĠU C 225, 27.7.2012, p.211.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AMBJENT, IS-SAĦĦA PUBBLIKA U S-SIKUREZZA TAL-IKEL (22.6.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE
(COM(2011)0657 – C7‑0373/2011 – 2011/0299(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Oreste Rossi

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal regolament attwali tistabbilixxi, fl-ambitu tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa li hija parti integrali mill-Istrateġija "Ewropa 2020", serje ta' orjentamenti rigward l-objettivi u l-prijoritajiet għan-netwerks tal-broadband u għall-infrastrutturi tas-servizzi diġitali fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet.

Ir-regolament jidentifika proġetti ta' interess komuni għat-tixrid tan-netwerks tal-broadband u tal-infrastrutturi tas-servizzi diġitali, bl-għan li tittejjeb il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, li jiġu promossi l-interkonnessjoni u l-interoperabilità tan-netwerks nazzjonali, li jiġi appoġġat l-iżvilupp ta' suq uniku diġitali, minbarra li jingħata kontribut għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u għall-ħarsien tal-ambjent.

Il-ħolqien ta' aċċess transkonfinali għal infrastruttura interoperabbli ta' servizzi pubbliċi diġitali huwa ambitu li fih l-azzjoni tal-Unjoni Ewropea tista' tagħti valur miżjud kbir. Tali servizzi ta' amministrazzjoni pubblika elettronika jinkludu l-forniment transkonfinali tal-kura tas-saħħa online, aspett li huwa ta' interess partikolari għall-kompetenzi tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel.

Il-ħolqien ta' servizzi transkonfinali interoperabbli ta' kura tas-saħħa online jippermetti l-interazzjoni bejn ċittadini u professjonisti fil-qasam tas-saħħa u t-trażmissjoni ta' dejta bejn l-istituzzjonijiet, u dan jippermetti l-aċċess għal rekords elettroniċi tas-saħħa u għal servizzi elettroniċi ta' preskrizzjoni, għal teleservizzi ta' mediċina mill-bogħod u għajnuna fid-dar. Il-kura tas-saħħa online tikkontribwixxi għat-titjib tas-sikurezza tal-pazjenti, kif ukoll għat-tnaqqis tan-nefqa medika u għall-modernizzazzjoni u t-titjib tal-effiċjenza tas-sistemi nazzjonali ta' kura tas-saħħa.

Ir-Rapporteur għal opinjoni jikkondividi u jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni, u fl-istess ħin jipproponi xi emendi bl-għan li l-proġetti ta' interess komuni fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika elettronika jsiru aktar effikaċi.

B'mod partikolari, is-servizzi transkonfinali interoperabbli ta' kura tas-saħħa online għandhom jipprevedu l-adozzjoni ta' standard armonizzat ta' preżentazzjoni tad-dejta u tad-dokumenti elettroniċi min-naħa tal-istrutturi tas-saħħa u tal-isptarijiet, anke permezz tal-adozzjoni ta' kodifikazzjonijiet kondiviżi bejn l-Istati Membri biex tiġi identifikata b'mod univokali t-terminoloġija għal servizzi individwali ta' kura tas-saħħa. Barra minn hekk, għandu jiġi identifikat sett minimu komuni ta' dejta u dokumenti elettroniċi li jikkostitwixxu d-dossier ta' bażi tal-pazjenti preżenti fis-servizzi interoperabbli ta' kura tas-saħħa online (pereżempju l-grupp tad-demm, l-istorja medika, ittri rigward meta pazjent jintbagħat id-dar, eċċ.).

B'mod aktar ġenerali, ikun tajjeb li l-proġetti fil-qasam tal-amministrazzjoni pubblika elettronika jkollhom l-għan li jistabbilixxu kodiċi ta' identifikazzjoni univokali Ewropew li ċ-ċittadini u l-impriżi jkunu jistgħu jużaw fir-relazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika tal-Istati Membri kollha.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment tikkonkludi li r-rwol kritiku tal-internet ifisser li l-benefiċċji għas-soċjetà sħiħa jidhru li huma ferm akbar mill-inċentivi privati biex jinvestu f’netwerks aktar veloċi. Għalhekk, l-appoġġ pubbliku huwa neċessarju għal dan il-qasam, iżda ma għandux jgħawweġ il-kompetizzjoni bla bżonn.

(4) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment tikkonkludi li r-rwol kritiku tal-internet ifisser li l-benefiċċji għas-soċjetà sħiħa jidhru li huma ferm akbar mill-inċentivi privati biex jinvestu f’netwerks aktar veloċi. Għalhekk, l-appoġġ pubbliku huwa neċessarju għal dan il-qasam, iżda ma għandux jgħawweġ il-kompetizzjoni bla bżonn. Fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Lulju 2011 dwar il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment, il-Parlament Ewropew enfasizza li s-servizzi tal-broadband huma ċentrali għall-kompetittività tal-industrija tal-UE u jikkontribwixxu bil-kbir għat-tkabbir ekonomiku, il-koeżjoni soċjali u l-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità fl-UE, kif ukoll għall-parteċipazzjoni tal-gruppi reġjonali u soċjali kollha fil-ħajja diġitali fl-UE; jirrakkomanda l-promozzjoni ta’ suq kompetittiv għall-investiment, u l-utilizzazzjoni ta’ infrastruttura tal-broadband bil-fili u mingħajr fili; jinnota li suq kompetittiv huwa katalist għall-investiment addizzjonali u l-innovazzjoni permezz ta’ komunikazzjoni, applikazzjonijiet u fornituri tal-kontenut, kif ukoll bħala pjattaforma vitali għall-ekonomija diġitali.

 

_____________

 

1 P7_TA-(2011)0322

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Ma’ veloċitajiet ogħla tal-broadband hemm assoċjati benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostanzjali, li ma jistgħux jiġu maqbuda (captured) u l-anqas ma jistgħu jiġu mibdula fi flus mill-investituri. Il-broadband veloċi u ultraveloċi huwa ċ-ċavetta li tippermetti l-infrastruttura għall-iżvilupp u l-użu ta’ servizzi diġitali, li jiddependu fuq id-disponibbiltà, il-veloċità, l-affidabilità u r-reżiljenza tan-netwerks fiżiċi. L-introduzzjoni u l-adozzjoni ta’ netwerks aktar veloċi twitti t-triq għal servizzi innovattivi li jisfruttaw il-veloċitajiet akbar. Hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji u l-interazzjonijiet bejn dawn iż-żewġ komponenti tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet diġitali.

(10) Ma’ veloċitajiet ogħla tal-broadband hemm assoċjati benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostanzjali, li ma jistgħux jiġu maqbuda (captured) u l-anqas ma jistgħu jiġu mibdula fi flus mill-investituri. Il-broadband veloċi u ultraveloċi huwa ċ-ċavetta li tippermetti l-infrastruttura għall-iżvilupp u l-użu ta’ servizzi diġitali, li jiddependu fuq id-disponibbiltà, il-veloċità, l-affidabilità u r-reżiljenza tan-netwerks fiżiċi. L-introduzzjoni u l-adozzjoni ta’ netwerks aktar veloċi twitti t-triq għal servizzi innovattivi li jisfruttaw il-veloċitajiet akbar. Hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji u l-interazzjonijiet bejn dawn iż-żewġ komponenti tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet diġitali. L-aċċess universali għal netwerks tal-broadband huwa essenzjali għat-tkabbir tal-ekonomiji moderni u għall-benesseri individwali u l-inklużjoni diġitali. L-estensjoni ta’ netwerks tal-broadband, primarjament f’żoni rurali u ekonomikament u soċjalment inqas favoriti, se tiffaċilita komunikazzjoni aħjar, b’mod partikolari għal persuni b’mobilità mnaqqsa jew li jgħixu f’kundizzjonijiet ta’ iżolament, kif ukoll ittejjeb l-aċċess għas-servizzi u tinkoraġġixxi l-iżvilupp tal-SMEs fiż-żoni rurali , u b’hekk tgħin biex jinħolqu impjiegi ġodda u jiġu żviluppati servizzi ġodda f’dawn il-lokalitajiet;

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-iżvilupp tan-netwerks tal-broadband u tal-infrastrutturi tas-servizz diġitali se jikkontribwixxi għall-għan tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjoni tal-gass serra billi tawtorizza soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija f’bosta setturi tal-ekonomija tal-Ewropa. Dan l-effett pożittiv se jkun limitat, iżda sa ċertu punt biss, mid-domanda għall-enerġija u r-riżorsi li qed tikber relatata l-aktar mal-bini tan-netwerks tal-broadband u l-operat tal-infrastrutturi tas-servizz diġitali.

(13) L-użu tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni tiffaċilita aġġustament strutturali lejn aktar prodotti u servizzi li jikkonsmaw inqas riżorsi, l-iffrankar tal-enerġija fil-bini u n-netwerks tal-elettriku u l-iżvilupp ta’ sistemi tat-trasport intelliġenti aktar effiċjenti u li jużaw inqas enerġija. L-iżvilupp tan-netwerks tal-broadband u tal-infrastrutturi tas-servizz diġitali se jikkontribwixxi għall-għan tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjoni tal-gass serra billi tawtorizza soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija f’bosta setturi tal-ekonomija tal-Ewropa. Dan l-effett pożittiv se jkun limitat, iżda sa ċertu punt biss, mid-domanda għall-enerġija u r-riżorsi li qed tikber relatata l-aktar mal-bini tan-netwerks tal-broadband u l-operat tal-infrastrutturi tas-servizz diġitali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) Fl-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kull ipproċessar ta’ dejta personali għandu jsir skont il-liġi tal-Unjoni, kif stabbilit, b’mod partikolari, fid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta u d-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika).

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u jappoġġaw l-iżvilupp tas-Suq Uniku fejn jirriżultaw fit-titjib tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SMEs).

(1) jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u jappoġġaw l-iżvilupp tas-Suq Uniku fejn jirriżultaw fit-titjib tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, b’mod partikolari billi jiżdied l-aċċess tas-suq għal impriżi żgħar u medji (SMEs).

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) jikkontribwixxu għat-titjib fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet permezz tal-promozzjoni tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-aċċess għal dawn in-netwerks.

(2) jikkontribwixxu għat-titjib fil-koeżjoni soċjali u fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet permezz tal-promozzjoni tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-aċċess għal dawn in-netwerks.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) jikkontribwixxu għall-protezzjoni u d-difiża ta’ informazzjoni u sistemi ta’ informazzjoni billi jawtorizzaw id-disponibilità, l-integrità, l-awtentikazzjoni, u l-kunfidenzjalità tagħhom. Miżuri bħal dawn għandhom jinkludu kapaċitajiet ta’ protezzjoni, identifikazzjoni, u reazzjoni ta' sistemi ta' informazzjoni, speċjalment minn ċiberattakki.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) jiffaċilitaw l-użu sostenibbli ta’ infrastrutturi ta’ servizzi diġitali trans-Ewropej, l-interoperabilità tagħhom u l-koordinazzjoni fuq livell Ewropew, l-operat, il-manutenzjoni u l-aġġornament tagħhom.

(4) jiffaċilitaw l-użu sostenibbli ta’ infrastrutturi ta’ servizzi diġitali trans-Ewropej miftuħa, aċċessibbli u mhux diskriminatorji, l-interoperabilità tagħhom u l-koordinazzjoni fuq livell Ewropew, l-operat, il-manutenzjoni, l-aġġornament u s-sigurtà tagħhom.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-użu ta’ netwerks tal-broadband biex jillinkjaw il-gżejjer, ir-reġjuni mingħajr kosta tal-ilma kif ukoll dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni fejn jiżguraw li f’dawk ir-reġjuni l-veloċitajiet tat-trażmissjoni tad-dejta huma suffiċjenti biex jippermettu konnettività tal-broadband ta’ 30 Mbps u aktar;

(b) l-użu ta’ netwerks tal-broadband biex jillinkjaw il-gżejjer, ir-reġjuni mingħajr kosta tal-ilma kif ukoll dawk periferiċi, iż-żoni rurali u reġjuni ekonomikament u soċjalment żvantaġġati mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni fejn jiżguraw li f’dawk ir-reġjuni l-veloċitajiet tat-trażmissjoni tad-dejta huma suffiċjenti biex jippermettu konnettività tal-broadband ta’ 30 Mbps u aktar;

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Proġett ta’ interess komuni jista’ jinkludi ċ-ċiklu sħiħ tiegħu, inkluż l-istudji tal-fattibilità, l-implimentazzjoni, l-operat kontinwu, il-koordinazzjoni u l-evalwazzjoni.

2. Proġett ta’ interess komuni jista’ jinkludi ċ-ċiklu sħiħ tiegħu, inkluż l-istudji tal-fattibilità, l-implimentazzjoni, l-operat kontinwu, il-koordinazzjoni u l-evalwazzjoni.

 

Il-proġetti ta’ interess komuni għandhom jirrispettaw il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, li jifforma l-bażi tal-istruttura tal-komunikazzjonijiet elettroniċi tal-UE.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) opportunitajiet ġodda għall-esplorazzjoni ta’ sinerġiji bejn infrastrutturi differenti, inklużi dawk fil-qasam tat-Trasport u l-Enerġija.

(c) opportunitajiet ġodda għall-esplorazzjoni ta’ sinerġiji bejn tipi differenti ta’ infrastruttura.

Ġustifikazzjoni

Għall-finijiet ta’ konsistenza.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 8 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jesebixxi valur miżjud Ewropew.

(c) jesebixxi valur miżjud Ewropew wara studju ta’ fattibilità u analiżi tal-kostijiet imqabbla mal-benefiċċji.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Grupp Espert, iffurmat minn rappreżentant minn kull Stat Membru, għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida, għall-assistenza fl-ippjanar permezz tal-istrateġiji nazzjonali għall-internet b’veloċità għolja u l-immappjar tal-infrastrutturi, u l-iskambju tal-informazzjoni. Il-Grupp Espert jista’ wkoll jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-iżvilupp tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej.

2. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Grupp Espert, iffurmat minn rappreżentant minn kull Stat Membru, għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida, għall-assistenza fl-ippjanar permezz tal-istrateġiji nazzjonali għall-internet b’veloċità għolja u l-immappjar tal-infrastrutturi, u l-iskambju tal-informazzjoni. Il-Kummissjoni, flimkien mal-Grupp Espert, għandha tevalwa jekk l-ambitu tal-proġetti ta’ interess komuni jibqax jirrifletti l-prijoritajiet soċjali, ambjentali u ekonomiċi, l-iżvilupp teknoloġiku jew is-sitwazzjoni fis-swieq rilevanti, kif ukoll opportunitajiet ġodda biex jiġu sfruttati sinerġiji bejn it-tipi differenti ta’ infrastruttura Il-Grupp Espert jista’ wkoll jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-iżvilupp tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. F’dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk l-ambitu tal-proġetti ta’ interess komuni jibqgħax jirrifletti l-prijoritajiet politiċi, l-iżviluppi teknoloġiċi jew is-sitwazzjoni fis-swieq rilevanti. Għal proġetti kbar, dawn ir-rapporti għandhom jinkludu analiżi tal-impatt ambjentali, fejn jiġu kkunsidrati l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ħtiġijiet ta’ mitigazzjoni, u r-reżiljenza għad-diżastri. Reviżjoni bħal din tista’ titwettaq ukoll fi kwalunkwe żmien ieħor meta din tidher li tkun xierqa.

4. Għal proġetti kbar, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi tal-impatt ambjentali, fejn jiġu kkunsidrati l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ħtiġijiet ta’ mitigazzjoni, u r-reżiljenza għad-diżastri. Reviżjoni bħal din tista’ titwettaq ukoll fi kwalunkwe żmien ieħor meta din tidher li tkun xierqa sabiex jiġi evitat investiment f'infrastrutturi li ma jibqgħux jintużaw wara żmien qasir.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(6) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 5(6) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien ta' ħames snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Għandu japplika minn …*.

 

___________

 

* ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data: sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament attwali huwa marbut mar-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u ma jkunx xieraq li tiġi indikata data ta' implimentazzjoni assoluta li ma tqisx iż-żmien meħtieġ għall-proċeduri ta' approvazzjoni tad-diversi Regolamenti.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Anness – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-użu u t-titjib tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej (netwerks tal-broadband u infrastrutturi tas-servizzi diġitali) għandhom jikkontribwixxu għat-trawwim tat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kisba ta’ suq diġitali uniku mimli ħajja. B’mod partikolari, l-użu tagħhom se jagħti aċċess aktar veloċi għall-internet, iwassal għal titjib iffaċilitat mit-teknoloġija tal-informazzjoni fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, inklużi t-tfal u ż-żgħażagħ, in-negozji u l-gvernijiet, iżid l-interoperabbiltà u jiffaċilita l-allinjament jew il-konverġenza ma’ standards maqbula b’mod komuni.

L-użu u t-titjib tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej (netwerks tal-broadband u infrastrutturi tas-servizzi diġitali) għandhom jikkontribwixxu għat-trawwim tat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kisba ta’ suq diġitali uniku mimli ħajja. B’mod partikolari, l-użu tagħhom se jagħti aċċess aktar veloċi għall-internet, iwassal għal titjib iffaċilitat mit-teknoloġija tal-informazzjoni fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet, iżid l-interoperabbiltà u jiffaċilita l-allinjament jew il-konverġenza ma’ standards maqbula b’mod komuni.

Ġustifikazzjoni

Il-benefiċċji tat-tixrid tan-netwerks trans-Ewropej huma favur iċ-ċittadini kollha: għalhekk huwa superfluwu li jissemmew kategoriji partikolari.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-investimenti kollha fil-broadband fi ħdan it-territorju tal-Unjoni jespandu l-kapaċità tan-netwerk u jġibu benefiċċji għall-utenti kollha potenzjali, inklużi dawk fi Stati Membri għajr il-pajjiż tal-investiment. L-investiment f’dawn in-netwerks se jwassal għal aktar kompetizzjoni u aktar innovazzjoni fl-ekonomija, se jwassal servizzi pubbliċi aktar effiċjenti u effettivi, jikkontribwixxi għall-miri tal-UE għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u għall-kompetittività u l-produttività globali tal-UE.

L-investimenti kollha fil-broadband fi ħdan it-territorju tal-Unjoni jespandu l-kapaċità tan-netwerk u jġibu benefiċċji għall-utenti kollha potenzjali, inklużi dawk fi Stati Membri għajr il-pajjiż tal-investiment. L-investiment f’dawn in-netwerks se jwassal għal aktar kompetizzjoni, koeżjoni soċjali u aktar innovazzjoni fl-ekonomija, se jwassal servizzi pubbliċi aktar effiċjenti u effettivi, jikkontribwixxi għall-miri tal-UE għal ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u għall-kompetittività u l-produttività globali tal-UE.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-investiment fl-infrastruttura tal-broadband sar prinċipalment minn investituri privati u huwa mistenni li se jibqa’ hekk. Madankollu, il-kisba tal-miri tal-Aġenda Diġitali se tirrikjedi investiment f’oqsma li għalihom m’hemmx każ ċar ta’ negozju jew fejn il-każ ta’ negozju jista’ jkollu bżonn li jiġi mtejjeb fi ħdan il-qafas taż-żmien tal-miri. Jistgħu jiġu karatterizzati dawn it-tipi ta’ żoni li ġejjin abbażi tal-investiment probabbli:

L-investiment fl-infrastruttura tal-broadband sar prinċipalment minn investituri privati u huwa mistenni li se jibqa’ hekk. F’ħafna reġjuni, madankollu, l-investiment fl-infrastruttura tal-broadband mhuwiex biżżejjed minħabba n-nuqqas ta’ kompetizzjoni u r-riskju għoli tas-suq, filwaqt li s-servizzi pubbliċi huma rudimentali u mhumiex interoperabbli minħabba n-natura frammentarja tas-soluzzjonijiet tekniċi. Il-kisba tal-miri tal-Aġenda Diġitali se tirrikjedi investiment f’oqsma li għalihom m’hemmx każ ċar ta’ negozju jew fejn il-każ ta’ negozju jista’ jkollu bżonn li jiġi mtejjeb fi ħdan il-qafas taż-żmien tal-miri. Jistgħu jiġu karatterizzati dawn it-tipi ta’ żoni li ġejjin abbażi tal-investiment probabbli:

Emenda  20

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Żoni rurali u b’densità baxxa tipikament jinqdew b’konnessjonijiet b’veloċitajiet baxxi u f’ċerti każijiet anqas biss għandhom aċċess. Il-każ ta’ negozju għall-investiment ma jkunx probabbli li jkun vijabbli u l-miri Ewropej ikunu improbabbli li jintlaħqu sal-2020. L-investiment f’dawn iż-żoni jeħtieġ appoġġ finanzjarju akbar, ipprovdut minn għotjiet, possibbilment flimkien ma’ strumenti finanzjarji. Żoni bħal dawn se jinkludu reġjuni remoti u reġjuni b’popolazzjoni żgħira fejn l-ispejjeż tal-investiment ikunu jew għoljin ħafna jew fejn l-introjtu jkun baxx. L-appoġġ mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa f’dawn iż-żoni għandu l-probabbiltà li jikkumplimenta l-fondi ta’ koeżjoni disponibbli jew għall-iżvilupp rurali u appoġġ pubbliku dirett ieħor.

Żoni rurali u b’densità baxxa tipikament jinqdew b’konnessjonijiet b’veloċitajiet baxxi u f’ċerti każijiet anqas biss għandhom aċċess. Dawn huma żoni ta' prijorità fejn l-aċċess tal-broadband jista’ jiġi pprovdut b’konnettività tas-satellita. Il-każ ta’ negozju għall-investiment ma jkunx probabbli li jkun vijabbli u l-miri Ewropej ikunu improbabbli li jintlaħqu sal-2020. L-investiment f’dawn iż-żoni jeħtieġ appoġġ finanzjarju akbar, ipprovdut minn għotjiet, possibbilment flimkien ma’ strumenti finanzjarji. Żoni bħal dawn se jinkludu reġjuni remoti u reġjuni b’popolazzjoni żgħira fejn l-ispejjeż tal-investiment ikunu jew għoljin ħafna jew fejn l-introjtu jkun baxx. L-appoġġ mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa f’dawn iż-żoni għandu l-probabbiltà li jikkumplimenta l-fondi ta’ koeżjoni disponibbli jew għall-iżvilupp rurali u appoġġ pubbliku dirett ieħor.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Gvern elettroniku jirreferi għall-interazzjoni diġitali bejn l-awtoritajiet pubbliċi u ċ-ċittadini, l-awtoritajiet pubbliċi u n-negozji u l-organizzazzjonijiet, u fost l-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiżi differenti. Pjattaformi ta’ interazzjoni standardizzati, transkonfinali u faċli għall-utent se jiġġeneraw żidiet fl-effiċjenza kemm fl-ekonomija kif ukoll fis-settur pubbliku u se jikkontribwixxu għas-Suq Uniku.

Gvern elettroniku jirreferi għall-interazzjoni diġitali bejn l-awtoritajiet pubbliċi u ċ-ċittadini, l-awtoritajiet pubbliċi u n-negozji u l-organizzazzjonijiet, u fost l-awtoritajiet pubbliċi ta’ pajjiżi differenti. Pjattaformi ta’ interazzjoni transkonfinali u faċli għall-utent se jiġġeneraw żidiet fl-effiċjenza kemm fl-ekonomija kif ukoll fis-settur pubbliku u se jikkontribwixxu għas-Suq Uniku.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Identifikazzjoni u awtentikazzjoni elettronika interoperabbli madwar l-Ewropa. Se jintuża sett ta’ servers ta’ awtentikazzjoni u protokolli konnessi u sikuri li jiżguraw l-interoperabbiltà tal-varjetà ta’ sistemi ta’ awtentikazzjoni u identifikazzjoni u awtorizzazzjoni li jeżistu fl-Ewropa. Din il-pjattaforma se tippermetti liċ-ċittadini u lin-negozji jaċċessaw is-servizzi online meta dawn ikunu meħtieġa għal, pereżempju, l-istudju, ix-xogħol, l-ivvjaġġar, biex jieħdu l-kura tas-saħħa jew għan-negozjar f’pajjiż barrani. Se tikkostitwixxi s-saff ċentrali għal dawk is-servizzi diġitali kollha li għalihom huma meħtieġa l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni elettroniċi: eż. l-akkwist elettroniku, servizzi tas-saħħa online, rappurtar standardizzat tan-negozju, skambju elettroniku tal-informazzjoni legali, reġistrazzjoni trans-Ewropea ta’ kumpanija online, servizzi tal-Gvern elettroniku għan-negozji, inkluż komunikazzjoni bejn ir-reġistri tan-negozji relatati mal-fużjonijiet transkofinali u l-fergħat barranin. Din il-pjattaforma tista’ tuża wkoll riżorsi u għodod tal-pjattaforma ċentrali multilingwi.

Identifikazzjoni u awtentikazzjoni elettronika interoperabbli madwar l-Ewropa. Se jintuża sett ta’ servers ta’ awtentikazzjoni u protokolli konnessi u sikuri li jiżguraw l-interoperabbiltà tal-varjetà ta’ sistemi ta’ awtentikazzjoni u identifikazzjoni u awtorizzazzjoni li jeżistu fl-Ewropa, bl-għan aħħari li jiġi stabbilit, għar-relazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika, kodiċi ta' identifikazzjoni uniku Ewropew għall-persuni fiżiċi u ġuridiċi. Din il-pjattaforma se tippermetti liċ-ċittadini u lin-negozji jaċċessaw is-servizzi online meta dawn ikunu meħtieġa għal, pereżempju, l-istudju, ix-xogħol, l-ivvjaġġar, biex jieħdu l-kura tas-saħħa jew għan-negozjar f’pajjiż barrani. Se tikkostitwixxi s-saff ċentrali għal dawk is-servizzi diġitali kollha li għalihom huma meħtieġa l-identifikazzjoni u l-awtentikazzjoni elettroniċi: eż. l-akkwist elettroniku, servizzi tas-saħħa online, rappurtar standardizzat tan-negozju, skambju elettroniku tal-informazzjoni legali, reġistrazzjoni trans-Ewropea ta’ kumpanija online, servizzi tal-Gvern elettroniku għan-negozji, inkluż komunikazzjoni bejn ir-reġistri tan-negozji relatati mal-fużjonijiet transkofinali u l-fergħat barranin. Din il-pjattaforma tista’ tuża wkoll riżorsi u għodod tal-pjattaforma ċentrali multilingwi.

Ġustifikazzjoni

L-istabbiliment ta' kodiċi uniku Ewropew ta' identifikazzjoni għas-servizzi online, li jista' jintuża miċ-ċittadini u l-impriżi kollha f'kull Stat Membru, jagħmel ir-relazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika ħafna aktar sempliċi u jiggarantixxi aħjar interoperabilità vera.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – punt d – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Servizzi transkonfinali interoperabbli tas-Saħħa elettronika: Dawn is-servizzi se jippermettu l-interazzjoni bejn iċ-ċittadini/pazjenti u l-fornituri tal-kura tas-saħħa, it-trasmissjoni tad-dejta minn istituzzjoni għall-oħra u minn organizzazzjoni għall-oħra, jew il-komunikazzjoni minn persuna għall-oħra bejn iċ-ċittadini/pazjenti u/jew il-professjonisti tas-saħħa u l-istituzzjonijiet. L-infrastruttura li se tintuża se tikkonforma mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta kif stipulati, b’mod partikolari, fid-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE, kif ukoll mar-regoli internazzjonali u nazzjonali tal-etika relatati mal-użu tar-rekords tas-saħħa tal-pazjenti u dejta personali oħra.

(d) Servizzi transkonfinali interoperabbli tas-Saħħa elettronika: Dawn is-servizzi se jippermettu l-interazzjoni bejn iċ-ċittadini/pazjenti u l-fornituri tal-kura tas-saħħa, it-trasmissjoni tad-dejta minn istituzzjoni għall-oħra u minn organizzazzjoni għall-oħra, jew il-komunikazzjoni minn persuna għall-oħra bejn iċ-ċittadini/pazjenti u/jew il-professjonisti tas-saħħa u l-istituzzjonijiet. L-infrastruttura li se tintuża se: tipprevedi l-adozzjoni ta' standard armonizzat ta' preżentazzjoni tad-dejta u tad-dokumenti prodotti fis-sistemi ta' informazzjoni tal-istrutturi tas-saħħa u tal-isptarijiet; tidentifika sett minimu komuni ta' dejta u dokumenti elettroniċi li għandhom jikkostitwixxu d-dossier ta' bażi tal-pazjent preżenti fis-servizzi transfonkinali interoperabbli ta' kura tas-saħħa online; tikkonforma mal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta kif stipulati, b’mod partikolari, fid-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE, kif ukoll mar-regoli internazzjonali u nazzjonali tal-etika relatati mal-użu tar-rekords tas-saħħa tal-pazjenti u dejta personali oħra.

Ġustifikazzjoni

Għall-funzjonament korrett tas-servizz ta' kura tas-saħħa online, ikun xieraq li jiġi adottat "dossier tas-saħħa Ewropew", li juża standard uniku għall-preżentazzjoni tad-dejta u fuq kollox jindika b'mod ċar id-dejta li għandha tikkostitwixxi d-dossier ta' bażi tal-pazjent (pereżempju l-grupp tad-demm, l-istorja medika, ittri rigward meta pazjent ikun intbagħat id-dar, rapporti dwar l-emerġenzi, eċċ.).

Emenda  24

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 3 – punt d – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizzi se jinvolvu aċċess transkonfinali għar-rekords tas-Saħħa elettronika u s-servizzi ta’ Riċetti elettroniċi kif ukoll it-teleservizzi remoti tas-saħħa/l-għixien megħjun, servizzi semantiċi transkonfinali multilingwi marbuta mal-pjattaforma multilingwi ċentrali, aċċess għal informazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tibni fuq l-infrastruttura tal-EESSI (Electronic Exchange of Social Security Information - Skambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali), eċċ.

Is-servizzi se jinvolvu aċċess transkonfinali għar-rekords tas-Saħħa elettronika u s-servizzi ta’ Riċetti elettroniċi kif ukoll it-teleservizzi remoti tas-saħħa/l-għixien megħjun, servizzi semantiċi transkonfinali multilingwi b'sistemi ta' kodifikazzjoni komuni, marbuta mal-pjattaforma multilingwi ċentrali, aċċess għal informazzjoni dwar is-sigurtà soċjali li tibni fuq l-infrastruttura tal-EESSI (Electronic Exchange of Social Security Information - Skambju Elettroniku ta’ Informazzjoni dwar is-Sigurtà Soċjali), eċċ.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li tiġi speċifikata l-ħtieġa li s-servizzi multilingwi transkonfinali jadottaw kodifikazzjonijiet kondiviżi bejn l-Istati Membri biex tiġi identifikata b'mod univokali t-terminoloġija għal servizzi individwali ta' kura tas-saħħa (pereżempju tal-laboratorju tal-analiżijiet, l-anatomija patoloġika, ir-radjoloġija, eċċ.).

PROĊEDURA

Titolu

In-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE

Referenzi

COM(2011)0657 – C7-0373/2011 – 2011/0299(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.11.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Oreste Rossi

28.11.2011

Eżami fil-kumitat

1.3.2012

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.6.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Oana Antonescu, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Lajos Bokros, Martin Callanan, Nessa Childers, Yves Cochet, Chris Davies, Edite Estrela, Jill Evans, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Eija-Riitta Korhola, Holger Krahmer, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Andres Perello Rodriguez, Mario Pirillo, Pavel Poc, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Carl Schlyter, Richard Seeber, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Anja Weisgerber, Åsa Westlund, Glenis Willmott, Sabine Wils, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Erik Bánki, Cristian Silviu Buşoi, Nikos Chrysogelos, Minodora Cliveti, Gaston Franco, Vittorio Prodi, Birgit Schnieber-Jastram, Rebecca Taylor, Eleni Theocharous, Marita Ulvskog, Andrea Zanoni

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Véronique Mathieu

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦAS-SUQ INTERN U L-ĦARSIEN TAL-KONSUMATUR (12.10.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE
(COM(2011)0657 – C7‑0373/2011 – 2011/0299(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marielle Gallo

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur għal opinjoni tifraħ lill-Kummissjoni talli pproponiet linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej li jikkorrispondu għall-impenji tal-istrateġija Ewropa 2020 u tal-istrateġija diġitali għall-Ewropa.

Il-proposta attwali tistabbilixxi linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej. B'dan hija tipproponi objettivi u prijoritajiet għal proġetti ta' interess komuni li għandhom l-għan li jeliminaw il-konġestjonijiet billi joffru konnettività lin-netwerk u aċċess, inkluż dak transkonfinali, lil infrastrutturi ta' servizzi pubbliċi diġitali.

F'dan il-perjodu ta' awsterità fil-baġit u ta' tkabbir ekonomiku dgħajjef, ir-rapporteur tittama li l-istrumenti l-ġodda proposti mill-Kummissjoni fil-mekkaniżmu ta' interkonnessjoni għall-Ewropa jinstigaw dinamika ġdida tas-suq biex jikkonkretizzaw is-suq uniku diġitali.

L-ekonomija tal-internet u l-importanza tagħha għall-impjiegi hija fundamentali u se tammonta għal aktar minn EUR 800 biljun fl-2016, jiġifieri aktar minn 5 % tal-PDG tal-Unjoni Ewropea. L-internet ġab bidla kbira fil-mod kif ngħixu, kif naħdmu, kif naċċessaw l-informazzjoni u kif ninteraġixxu bejnietna, u għandu potenzjal konsiderevoli biex ibiddel ħafna aspetti oħra ta’ ħajjitna, bħal pereżempju l-aċċess għall-għarfien u l-edukazzjoni. L-internet biddel ukoll il-mod kif aħna nqabblu ħaġa m'oħra, kif nixtru u kif inbigħu prodotti u servizzi, kif infittxu jew nagħmlu għad-dispożizzjoni l-informazzjoni, u li nimmaniġġjaw il-ħlasijiet jew id-data tagħna. Il-kummerċ elettroniku u, b'mod aktar ġenerali, is-servizzi diġitali, illum il-ġurnata daħlu fil-qalba tal-ħajja tal-konsumaturi, tal-impriżi u, b'mod aktar ġenerali, taċ-ċittadini.

Iżda hemm għadd ta' ostakoli li issa qed jimblukkaw it-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali: in-nuqqas ta' investiment fl-infrastrutturi tal-broadband veloċi u speċifikament fl-inħawi rurali tal-UE, u n-nuqqas ta' strateġija Ewropea għall-iżvilupp ta' infrastrutturi ta' servizzi diġitali transkonfinali. Il-prezz ta' dan in-nuqqas ta' benefiċċju huwa stmat li jlaħħaq tal-anqas 4,1 % tal-PDG sal-2020, jiġifieri EUR 500 biljun, jew EUR 1 000 għal kull ċittadin[1].

Ir-rapporteur għal opinjoni tqis li din is-sitwazzjoni hija partikolarment problematika għall-SMEs, li, minħabba nuqqas ta' konnessjoni ma' netwerk ta' kwalità u ta' ħeffa adegwati, ma jibbenefikawx minn teknoloġiji ġodda, bħall-"cloud computing" li tippermetti offerta kummerċjali innovattiva u ekonomiji ta' skala importanti.

Ir-rapporteur għal opinjoni hija mħassba wkoll li n-nuqqas ta' aċċess għall-broadband veloċi jippreġudika lill-konsumaturi l-aktar vulnerabbli. Mingħajr il-broadband veloċi, dawn il-persuni jkunu mċaħħda mill-aċċess għal sensiela sħiħa ta' applikazzjonijiet jew servizzi ġodda, bħal, pereżempju, it-tqabbil tal-prezzijiet onlajn, u jispiċċaw fi spirali li jbegħidhom mill-offerti l-aktar vantaġġużi.

Għaldaqstant, ir-rapporteur tfakkar l-importanza tal-objettiv tal-istrateġija diġitali għall-Ewropa: li jiġu ggarantiti benefiċċji ekonomiċi u soċjali dejjiema bis-saħħa ta' suq diġitali uniku bbażat fuq il-broadband veloċi ħafna.

Ir-rapporteur tixtieq tenfasizza l-importanza tas-sigurtà ċibernetika bil-għan li tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi. Is-servizzi diġitali għandhom rwol li dejjem qed jikber fil-ħajja ta' kuljum tagħna, u f'dan ir-rigward jutilizzaw għadd dejjem jikber ta' data personali jew pubblika. Konsegwentement, is-sikurezza u s-sigurtà tal-ambjent onlajn huma essenzjali.

Ir-rapporteur tapprova l-analiżi tal-Kummissjoni li tgħid li n-nuqqas tal-kisba tas-suq uniku diġitali huwa minħabba problema ta' offerta iżda wkoll tad-domanda. Għaldaqstant, wieħed mill-objettivi ta' interess komuni huwa li tiġi stimulata d-domanda għas-servizzi ta' broadband veloċi u veloċi ħafna, l-aktar permezz ta' servizzi amministrattivi onlajn.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Protezzjoni tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment tikkonkludi li r-rwol kritiku tal-internet ifisser li l-benefiċċji għas-soċjetà sħiħa jidhru li huma ferm akbar mill-inċentivi privati biex jinvestu f’netwerks aktar veloċi. Għalhekk, l-appoġġ pubbliku huwa neċessarju għal dan il-qasam, iżda ma għandux jgħawweġ il-kompetizzjoni bla bżonn.

(4) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment tikkonkludi li r-rwol kritiku tal-internet ifisser li l-benefiċċji għas-soċjetà sħiħa jidhru li huma ferm akbar mill-inċentivi privati biex jinvestu f’netwerks aktar veloċi. Għalhekk, l-appoġġ pubbliku huwa neċessarju għal dan il-qasam, partikolarment fl-inħawi, iżda ma għandux jgħawweġ il-kompetizzjoni bla bżonn.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) In-newtralità tan-netwerks hija ta’ importanza essenzjali għal internet miftuħ.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Il-proġetti ta' interess komuni mniżżla f'dan ir-Regolament għandhom jgħinu wkoll sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni, skont l-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. F'dan ir-rigward, għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-inħawi rurali, remoti jew ftit li xejn popolati.

Ġustifikazzjoni

Fuq kollox, l-Unjoni Ewropea jeħtieġ li taġixxi biex tirrimedja l-fallimenti tas-swieq. Bil-għan li ssaħħaħ il-koeżjoni territorjali tagħha, l-UE trid tiżgura li anki l-aktar inħawi remoti jew ftit li xejn popolati jkollhom aċċess tajjeb għall-infrastrutturi tat-telekomunikazzjoni.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Fir-rigward tal-użu ta’ sħubijiet pubbliċi-privati għall-provvista ta’ servizzi effiċjenti tal-broadband, partikolarment fl-inħawi rurali, ikun xieraq li, b'għajnuna minn fondi Ewropej, isir użu minn dawn is-sħubijiet bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-SMEs tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni ("ICT") fil-qasam tas-servizzi pubbliċi tal-ICT, minħabba li jistgħu jservu ta’ bażi sostenibbli għall-iżvilupp ta’ ħiliet u għarfien fil-livell lokali fl-Unjoni kollha.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Ma’ veloċitajiet ogħla tal-broadband hemm assoċjati benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostanzjali, li ma jistgħux jiġu maqbuda (captured) u l-anqas ma jistgħu jiġu mibdula fi flus mill-investituri. Il-broadband veloċi u ultraveloċi huwa ċ-ċavetta li tippermetti l-infrastruttura għall-iżvilupp u l-użu ta’ servizzi diġitali, li jiddependu fuq id-disponibbiltà, il-veloċità, l-affidabilità u r-reżiljenza tan-netwerks fiżiċi. L-introduzzjoni u l-adozzjoni ta’ netwerks aktar veloċi twitti t-triq għal servizzi innovattivi li jisfruttaw il-veloċitajiet akbar. Hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji u l-interazzjonijiet bejn dawn iż-żewġ komponenti tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet diġitali.

 

(10) Ma’ veloċitajiet ogħla tal-broadband hemm assoċjati benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostanzjali, li ma jistgħux jiġu maqbuda (captured) u l-anqas ma jistgħu jiġu mibdula fi flus mill-investituri. Il-broadband veloċi u ultraveloċi huwa ċ-ċavetta li tippermetti l-infrastruttura għall-iżvilupp u l-użu komprensivi ta’ servizzi diġitali, li jiddependu fuq id-disponibbiltà, il-veloċità, l-affidabilità u r-reżiljenza tan-netwerks fiżiċi. L-introduzzjoni u l-adozzjoni ta’ netwerks aktar veloċi twitti t-triq għal servizzi innovattivi li jisfruttaw il-veloċitajiet akbar. Hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji u l-interazzjonijiet bejn dawn iż-żewġ komponenti tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet diġitali, partikularment minħabba l-għadd dejjem jiżdied ta' mobajls ikkonnettjati mal-internet, bħas-smart phones u t-tablets.

Ġustifikazzjoni

L-użu ta' apparat ġdid isaħħaħ il-ħtieġa ta' infrastrutturi tat-telekomunikazzjoni li jkunu effikaċi.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Għall-provvista rurali, huwa ta’ importanza sinifikanti l-iżvilupp ta’ netwerks ta’ aċċess, li jippermetti r-rabta ta’ konnessjonijiet individwali fid-djar.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Iż-żieda u l-preservazzjoni tal-aċċess għall-kontenut u d-dejta kulturali għonja u varji tal-Ewropa miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku, u l-ftuħ tagħhom għall-użu mill-ġdid b’rispett sħiħ lejn id-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati, se jrawmu l-kreattività u jistimulaw l-innovazzjoni u l-intraprenditorija. L-aċċess mingħajr intoppi għall-użu mill-ġdid ta’ riżorsi multilingwi se jgħin jegħleb l-ostakli tal-lingwa, li jxekklu s-suq intern għas-servizzi online u jillimitaw l-aċċess għall-għarfien.

(18) Iż-żieda u l-preservazzjoni tal-aċċess għall-kontenut u d-dejta kulturali għonja u varji tal-Ewropa miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku, u l-ftuħ tagħhom għall-użu mill-ġdid b’rispett sħiħ lejn id-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati, se jrawmu l-kreattività u jistimulaw l-innovazzjoni u l-intraprenditorija. L-aċċess mingħajr intoppi għal riżorsi multilingwi li jista' jintużaw mill-ġdid se jgħin jegħleb l-ostakli tal-lingwa, li jxekklu s-suq intern għas-servizzi online u jillimitaw l-aċċess għall-għarfien. Madankollu, għandu jkompli jkun possibbli għal dawk li jfasslu l-politika nazzjonali, reġjonali u lokali, li jiddeterminaw huma stess l-użu tal-informazzjoni tagħhom u li jkopru l-parti l-kbira tal-ispejjeż tagħhom, li jirriżultaw mit-twettiq tad-dmirijiet pubbliċi tagħhom.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-setgħa sabiex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. L-għan ta’ din id-delega huwa li tindirizza żviluppi teknoloġiċi u tas-suq ġodda, prijoritajiet politiċi emerġenti jew opportunitajiet għall-isfruttament ta’ sinerġiji bejn infrastrutturi differenti, inklużi dawk fl-oqsma tat-Trasport u tal-Enerġija. L-ambitu tad-delega huwa limitat għall-modifikazzjoni tad-deskrizzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni, iż-żieda ta’ proġett ta’ interess komuni jew it-tneħħija ta’ proġett obsolet ta’ interess komuni skont il-kriterji stabbiliti minn qabel li huma ċari u trasparenti.

(21) Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-setgħa sabiex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti kif ukoll fil-livell reġjonali u lokali. L-għan ta’ din id-delega huwa li tindirizza żviluppi teknoloġiċi u tas-suq ġodda, prijoritajiet politiċi emerġenti jew opportunitajiet għall-isfruttament ta’ sinerġiji bejn infrastrutturi differenti, inklużi dawk fl-oqsma tat-Trasport u tal-Enerġija. L-ambitu tad-delega huwa limitat għall-modifikazzjoni tad-deskrizzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni, iż-żieda ta’ proġett ta’ interess komuni jew it-tneħħija ta’ proġett obsolet ta’ interess komuni skont il-kriterji stabbiliti minn qabel li huma ċari u trasparenti.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u jappoġġaw l-iżvilupp tas-Suq Uniku fejn jirriżultaw fit-titjib tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SMEs).

(1) jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u jappoġġaw l-iżvilupp tas-Suq Uniku u jippromwovu l-integrazzjoni diġitali ta’ żoni sħaħ ekonomikament żvantaġġjati, li għandu jwassal għal titjib fil-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SMEs).

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) jikkontribwixxu għat-titjib fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet permezz tal-promozzjoni tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-aċċess għal dawn in-netwerks.

(2) jikkontribwixxu għat-titjib fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet permezz tal-promozzjoni tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-aċċess għal dawn in-netwerks bi prezzijiet raġonevoli.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) jistimulaw l-użu madwar l-Ewropa kollha ta’ netwerks veloċi u ultraveloċi li, min-naħa tagħhom, għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ servizzi diġitali trans-Ewropej.

(3) jistimulaw l-użu madwar l-Ewropa kollha ta’ netwerks veloċi u ultraveloċi li jiffukaw primarjament fuq l-inħawi rurali u dawk bi ftit li xejn popolazzjoni, skont il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika u li, min-naħa tagħhom, għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ servizzi diġitali trans-Ewropej.

Ġustifikazzjoni

Fuq kollox, l-Unjoni Ewropea jeħtieġ li taġixxi biex tirrimedja l-fallimenti tas-swieq. Bil-għan li ssaħħaħ il-koeżjoni territorjali tagħha, l-UE trid tiżgura li anki l-aktar inħawi remoti jew ftit li xejn popolati jkollhom aċċess tajjeb għall-infrastrutturi tat-telekomunikazzjoni.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) jistimulaw id-domanda ta' servizzi li jeħtieġu broadband, bl-iżvilupp ta' servizzi amministrattivi onlajn, li jgħinu biex jiżviluppa s-suq intern diġitali;

Ġustifikazzjoni

Id-domanda li għadha mhux suffiċjenti sal-lum trid tiġi stimulata biex jinħoloq ċiklu virtwuż li fih id-domanda intensifikata tħeġġeġ l-iżvilupp ta' servizzi ġodda għall-konsumaturi.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-użu ta’ netwerks tal-broadband ultraveloċi li jassiguraw il-veloċità ta’ trażmissjoni tad-dejta ta’ 100 Mbps u aktar;

(a) l-użu komprensiv ta’ netwerks tal-broadband ultraveloċi li jassiguraw il-veloċità ta’ trażmissjoni tad-dejta ta’ 100 Mbps u aktar;

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-użu ta’ netwerks tal-broadband biex jillinkjaw il-gżejjer, ir-reġjuni mingħajr kosta tal-ilma kif ukoll dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni fejn jiżguraw li f’dawk ir-reġjuni l-veloċitajiet tat-trażmissjoni tad-dejta huma suffiċjenti biex jippermettu konnettività tal-broadband ta’ 30 Mbps u aktar;

(b) l-użu ta’ netwerks tal-broadband, partikolarment ta’ “netwerks ta’ aċċess” biex jillinkjaw il-gżejjer, ir-reġjuni mingħajr kosta, kif ukoll dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni fejn jiżguraw li f’dawk ir-reġjuni l-veloċitajiet tat-trażmissjoni tad-dejta huma suffiċjenti biex jippermettu konnettività tal-broadband ta’ 30 Mbps u aktar;

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-Istati Membri u/jew entitajiet oħra responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni jew li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom jieħdu l-miżuri legali, amministrattivi, tekniċi u finanzjarji neċessarji f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.

(3) L-Istati Membri u/jew entitajiet oħra, inklużi l-awtoritajiet reġjonali u lokali, responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni jew li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom, jekk ikun il-każ, jieħdu l-miżuri legali, amministrattivi, tekniċi u finanzjarji neċessarji f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 – punt 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Meta fl-Unjoni jitwettqu proġetti infrastrutturali fuq kwalunkwe tip ta' netwerk (trasport, enerġija jew telekomunikazzjonijiet), jista' jitwettaq immappjar ta' netwerks oħrajn fl-istess ħin.

Ġustifikazzjoni

L-għan huwa li jinħolqu sinerġiji, minħabba li l-immappjar iqum ħafna flus u meta jitwettqu xogħlijiet ta' ftuħ tal-art biex jiġu mmodifikati jew aġġornati xi netwerks, jista' jkun utli li wieħed japprofitta minn dan biex jitwettaq immappjar għan-netwerks l-oħrajn.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – paragrafu 9 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġett ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks tal-broadband, irrispettivament mit-teknoloġija użata, għandhom:

Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġett ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks tal-broadband, irrispettivament mit-teknoloġija użata, għandhom, meta jkun jista' jintwera li s-suq ma jkunx jista' joffri din l-infrastruttura kummerċjalment:

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun ferm ċar li għandu jingħata appoġġ biss f'dawk l-oqsma fejn is-suq mhuwiex f'qagħda li jipprovdi.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 3 – sottotaqsima 'Sikurezza u sigurtà' – intestatura 'Infrastruttura ta’ servizz tal-internet aktar sikur' – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Pjattaforma Online għar-Riżolzzjoni tat-Tilwim:

 

Dan is-servizz għandu jipprovdi pjattaforma għar-riżoluzzjoni barra mill-qorti ta' tilwim kuntrattwali bejn il-konsumaturi u l-kummerċjanti. Il-pjattaforma għandha tippermettilhom jippreżentaw tilwima online fil-lingwa tagħhom u li jiġu riferuti għal entità alternattiva nazzjonali għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, li għandu jkollha l-kompetenza li tittratta u ssolvi t-tilwima b'mod trasparenti, effikaċi u imparzjali.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 3 – sottotaqsima 'Sikurezza u sigurtà' – intestatura 'Infrastrutturi tal-Informazzjoni Kritika' – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kanali u pjattaformi tal-komunikazzjoni se jiġi żviluppati u użati sabiex titjib il-kapaċità madwar l-UE għat-tħejjija, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-koordinazzjoni u r-rispons.

Il-faċilitazzjoni tal-iżvilupp ta' kanali u pjattaformi tal-komunikazzjoni fl-Istati Membri għandha ttejjeb il-kapaċità madwar l-UE għat-tħejjija, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-koordinazzjoni u r-rispons, filwaqt li tqis il-kapaċitajiet u l-inizjattivi nazzjonali eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol ta' faċilitatur u għandha tqis il-kapaċitajiet u l-inizjattivi eżistenti fl-Istati Membri. Din l-emenda tiċċara dan il-punt.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 3 – sottotaqsima 'Sikurezza u sigurtà' – intestatura 'Infrastrutturi tal-Informazzjoni Kritika' – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjattaforma tas-servizz ċentrali se tikkonsisti f’netwerk ta’ Skwadra ta' Rispons f'Emerġenza Relatata mal-Kompjuters (CERTs – “Computer Emergency Response Teams”) Nazzjonali/Statali ibbażata fuq sett minimu ta’ kapaċitajiet bażi. In-netwerk se jipprovdi l-bażi ta’ Sistema Ewropea għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni u l-Allerti (EISAS – “European Information Sharing and Alert System”) għaċ-ċittadini u l-SMEs tal-UE.

Il-pjattaforma tas-servizz ċentrali se tikkonsisti f’netwerk ta’ Skwadra ta' Rispons f'Emerġenza Relatata mal-Kompjuters (CERTs – “Computer Emergency Response Teams”) Nazzjonali/Statali ibbażata fuq sett minimu ta’ kapaċitajiet bażi. In-netwerk jista' jipprovdi ammont limitat ta' informazzjoni lil Sistema Ewropea għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni u l-Allerti (EISAS – “European Information Sharing and Alert System”) għaċ-ċittadini u l-SMEs tal-UE.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapport ta' implimentazzjoni tal-ENISA ta' Ottubru 2011 dwar l-EISAS jgħid li "l-kundizzjonijiet operattivi taċ-CERTs Nazzjonali/Governattivi f'termini tal-ambitu, il-fokus u r-riżorsi jixħtu sfida serja fuq l-idea tal-bini taċ CERTs Nazzjonali/Governattivi bħala l-fokus ċentrali u l-ixprunatur għall-EISAS fl-Istati Membri." Ma jkunx xieraq li ċ-CERTs ikunu l-bażi tal-EISAS. Organizzazzjonijiet oħrajn li għandhom lill-SMEs u liċ-ċittadini bħala l-klijenti ewlenin tagħhom għandu jkollhom rwol akbar.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 3 – sottotaqsima 'Sikurezza u sigurtà' – intestatura 'Infrastrutturi tal-Informazzjoni Kritika' – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Servizzi proattivi – l-osservazzjoni u t-tixrid tat-teknoloġija u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni relatata mas-sigurtà; valutazzjonijiet tas-sigurtà; il-forniment ta’ linji gwida dwar il-konfigurazzjoni tas-sigurtà; il-forniment ta’ servizzi ta’ detezzjoni ta’ intrużjoni;

(a) L-EISAS għandha tipprovdi liċ-ċittadini u lill-SMEs tal-UE l-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jipproteġu s-sistemi tal-IT u l-assi ta' informazzjoni tagħhom. L-istabbiliment ta’ netwerk ta’ CERTs Nazzjonali/Governattivi għandu jiffaċilita l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapport ta' implimentazzjoni tal-ENISA jissuġġerixxi li din l-informazzjoni dettaljata ma tkunx daqshekk siewja għall-SMEs u għaċ-ċittadini. Id-dettalji eżatti dwar is-servizzi għandhom ikunu ddefiniti waqt il-ħidma tal-ENISA. L-attivitajiet tan-netwerk taċ-CERTs Nazzjonali/Governattivi aktarx li jkunu definiti aktar fir-regolament tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà Ċibernetika aktar tard din is-sena, u m'għandhomx ikunu stipulati hawnhekk.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 3 – sottotaqsima 'Sikurezza u sigurtà' – intestatura 'Infrastrutturi tal-Informazzjoni Kritika' – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Servizzi reattivi – il-ġestjoni u r-rispons għal inċident; il-ħruġ ta’ allerti u twissijiet; analiżi tal-vulnerabbiltà u l-ġestjoni, ġestjoni tal-artefatti (li jagħtu prova ta’ allerti ta’ kwalità għolja fuq softwer malizzjuż ġdid (malware) u artefatti oħra).

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-rapport ta' implimentazzjoni tal-ENISA jissuġġerixxi li din l-informazzjoni dettaljata ma tkunx daqshekk siewja għall-SMEs u għaċ-ċittadini. Id-dettalji eżatti dwar is-servizzi għandhom ikunu ddefiniti waqt il-ħidma tal-ENISA. L-attivitajiet tan-netwerk taċ-CERTs Nazzjonali/Governattivi aktarx li jkunu definiti aktar fir-regolament tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà Ċibernetika aktar tard din is-sena, u m'għandhomx ikunu stipulati hawnhekk.

PROĊEDURA

Titolu

In-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE

Referenzi

COM(2011)0657 – C7-0373/2011 – 2011/0299(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.11.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Marielle Gallo

29.2.2012

Eżami fil-kumitat

25.4.2012

21.6.2012

18.9.2012

 

Data tal-adozzjoni

11.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Vicente Miguel Garcés Ramón, Louis Grech, Mikael Gustafsson, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Iliana Ivanova, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Hans-Peter Mayer, Gesine Meissner, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Gino Trematerra, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Ildikó Gáll-Pelcz, María Irigoyen Pérez, Olle Schmidt, Olga Sehnalová, Kyriacos Triantaphyllides, Kerstin Westphal

  • [1]  Copenhagen Economics, The Economic Impact of a European Digital Single Market, March 2010.

OPINJONI GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (15.10.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE
(COM(2011)0657 – C7‑0373/2011 – 2011/0299(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Ramona Nicole Mănescu

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) In-netwerks u s-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet qegħdin isiru infrastrutturi dejjem aktar ibbażati fuq l-internet, b’interrelazzjoni mill-qrib bejn in-netwerks tal-broadband u s-servizzi diġitali. L-internet qiegħed isir il-pjattaforma dominanti għall-komunikazzjoni, is-servizzi, u biex isir in-negozju. Għalhekk, id-disponibbiltà trans-Ewropea ta’ aċċess veloċi għall-internet u s-servizzi diġitali fl-interess pubbliku hija essenzjali għat-tkabbir ekonomiku u s-Suq Uniku.

(1) In-netwerks u s-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet qegħdin isiru infrastrutturi dejjem aktar ibbażati fuq l-internet, b’interrelazzjoni mill-qrib bejn in-netwerks tal-broadband u s-servizzi diġitali. L-internet qiegħed isir il-pjattaforma dominanti għall-komunikazzjoni, is-servizzi, u biex isir in-negozju. Għalhekk, id-disponibbiltà fir-reġjuni kollha tal-UE ta’ aċċess veloċi għall-internet u s-servizzi diġitali fl-interess pubbliku hija essenzjali għat-tkabbir ekonomiku, l-inklużjoni soċjali u s-Suq Uniku.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) In-netwerks u s-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet qegħdin isiru infrastrutturi dejjem aktar ibbażati fuq l-internet, b’interrelazzjoni mill-qrib bejn in-netwerks tal-broadband u s-servizzi diġitali. L-internet qiegħed isir il-pjattaforma dominanti għall-komunikazzjoni, is-servizzi, u biex isir in-negozju. Għalhekk, id-disponibbiltà trans-Ewropea ta’ aċċess veloċi għall-internet u s-servizzi diġitali fl-interess pubbliku hija essenzjali għat-tkabbir ekonomiku u s-Suq Uniku.

(1) In-netwerks u s-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet qegħdin isiru infrastrutturi dejjem aktar ibbażati fuq l-internet, b’interrelazzjoni mill-qrib bejn in-netwerks tal-broadband u s-servizzi diġitali. L-internet qiegħed isir il-pjattaforma dominanti għall-komunikazzjoni, is-servizzi, u biex isir in-negozju. Għalhekk, id-disponibbiltà trans-Ewropea ta’ aċċess veloċi għall-internet u s-servizzi diġitali fl-interess pubbliku hija essenzjali għat-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u s-Suq Uniku.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fis-17 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew approva l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u talab lill-istituzzjonijiet kollha sabiex jipparteċipaw fl-implimentazzjoni sħiħa tagħha. L-Aġenda Diġitali timmira li tfassal pjan sabiex timmassimizza l-potenzjal soċjali u ekonomiku tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ netwerks tal-broadband b’veloċità għolja billi tara li jiġi żgurat li sal-2020 l-Ewropej kollha jkollhom aċċess għall-veloċitajiet tal-internet ogħla minn 30 Mbps u 50 % jew aktar tad-djar Ewropej ikunu abbonati għal konnessjonijiet tal-internet b’veloċitajiet ogħla minn 100 Mbps. L-Aġenda Diġitali timmira li tistabbilixxi qafas legali stabbli sabiex tistimula l-investimenti f’infrastruttura miftuħa u kompetittiva tal-internet b’veloċità għolja u fis-servizzi relatati; suq uniku veru għall-kontenut u s-servizzi online; appoġġ attiv għad-diġitalizzazzjoni tal-wirt kulturali għani tal-Ewropa, u l-promozzjoni tal-aċċess għall-internet u l-użu minn kulħadd, speċjalment permezz ta’ appoġġ għal-litteriżmu u l-aċċessibbiltà diġitali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw pjanijiet operazzjonali nazzjonali għall-internet b’veloċità għolja, li għandhom fil-mira l-finanzjament pubbliku f’oqsma li l-ħtiġijiet tagħhom ma ntlaħqux kompletament mill-investimenti privati fl-infrastrutturi tal-internet u għandhom jippromwovu l-implimentazzjoni u l-użu tas-servizzi online moderni li huma aċċessibbli.

(3) Fis-17 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew approva l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u talab lill-istituzzjonijiet kollha sabiex jipparteċipaw fl-implimentazzjoni sħiħa tagħha. L-Aġenda Diġitali timmira li tfassal pjan sabiex timmassimizza l-potenzjal soċjali u ekonomiku tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ netwerks tal-broadband b’veloċità għolja billi tara li jiġi żgurat li sal-2020 l-Ewropej kollha jkollhom aċċess għall-veloċitajiet tal-internet ogħla minn 30 Mbps u 50 % jew aktar tad-djar Ewropej ikunu abbonati għal konnessjonijiet tal-internet b’veloċitajiet ogħla minn 100 Mbps li jistgħu jkunu bbażati fuq teknoloġiji differenti. L-Aġenda Diġitali timmira li tistabbilixxi qafas legali stabbli sabiex tistimula l-investimenti f’infrastruttura miftuħa u kompetittiva tal-internet b’veloċità għolja u fis-servizzi relatati; suq uniku veru għall-kontenut u s-servizzi online; appoġġ attiv għad-diġitalizzazzjoni tal-wirt kulturali għani tal-Ewropa, u l-promozzjoni tal-aċċess għall-internet u l-użu minn kulħadd, speċjalment permezz ta’ appoġġ għal-litteriżmu u l-aċċessibbiltà diġitali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw pjanijiet operazzjonali nazzjonali għall-internet b’veloċità għolja, li għandhom fil-mira l-finanzjament pubbliku f’oqsma li l-ħtiġijiet tagħhom ma ntlaħqux kompletament mill-investimenti privati fl-infrastrutturi tal-internet u għandhom jippromwovu l-implimentazzjoni u l-użu tas-servizzi online moderni li huma aċċessibbli.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) L-Istati Membri huma mitluba jużaw ukoll il-fondi strutturali biex jilħqu l-għanijiet tal-Aġenda Diġitali filwaqt li jiżguraw is-sinerġiji bejn il-programm ta' qafas, il-fondi strutturali u l-politiki nazzjonali b’rabta mal-objettivi usa’ tal-UE ta’ kompetittività, tkabbir ekonomiku u koeżjoni.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Prijoritajiet bħal netwerks ta’ veloċità kbira, servizzi pubbliċi transkonfinali, aċċess għal servizzi multilingwi, is-sikurezza, is-sigurtà u s-servizzi tal-enerġija intelliġenti huma kollha oqsma speċifiċi li fihom l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma simultanjament atturi ewlenin, fornituri u benefiċjarji.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-lista tal-proġetti eleġibbli biex jiġu finanzjati mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għandha tkun flessibbli b’mod li tqis il-partikolaritajiet li tħabbat wiċċha magħhom l-UE kollha kemm, u iżjed u iżjed l-Istati Membri tagħha, b’mod speċjali fir-rigward ta’ proġetti tal-infrastruttura tal-broadband;

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) L-implimentazzjoni tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa m’għandhiex tkun ta' detriment għall-għanijiet tal-politika ta' koeżjoni. Meta jimplimentaw il-miżuri proposti l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikun evitat piż amministrattiv akbar fil-livell nazzjonali u anke biex jipprovdu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bl-assistenza teknika meħtieġa għall-użu tal-istrumenti finanzjarji l-ġodda u l-effett ta’ ingranaġġ tagħhom;

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fil-qafas ta’ sistema ta’ swieq miftuħa u kompetittivi, l-intervent tal-Unjoni huwa neċessarju fejn huwa meħtieġ li jingħelbu n-nuqqasijiet tas-suq. Billi tipprovdi appoġġ finanzjarju u ingranaġġ ta’ finanzjament addizzjonali għall-proġetti ta’ infrastruttura, l-Unjoni tista’ tikkontribwixxi għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, u b’hekk tiġġenera benefiċċji akbar f’termini tal-impatt fis-suq, l-effiċjenza amministrattiva u l-utilizzazzjoni tar-riżorsi.

(9) Fil-qafas ta’ sistema ta’ swieq miftuħa u kompetittivi, l-intervent tal-Unjoni huwa neċessarju fejn huwa meħtieġ li jingħelbu n-nuqqasijiet tas-suq u jittieħdu miżuri biex jingħeleb is-sottoinvestiment fi proġetti mhux kummerċjali. Billi tipprovdi appoġġ finanzjarju u ingranaġġ ta’ finanzjament addizzjonali għall-proġetti ta’ infrastruttura, l-Unjoni tista’ tikkontribwixxi għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, u b’hekk tiġġenera benefiċċji akbar f’termini tal-impatt fis-suq, l-effiċjenza amministrattiva u l-utilizzazzjoni tar-riżorsi.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Billi jiftaħ opportunitajiet ta’ negozju, l-użu tan-netwerks tal-broadband u tal-infrastrutturi tas-servizz diġitali se jistimula l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. Il-bini ta’ netwerks tal-broadband se jkollu wkoll effett immedjat fuq l-impjiegi b’mod partikolari fis-settur tal-inġinerija ċivili.

(12) Billi jiftaħ opportunitajiet ta’ negozju, l-użu tan-netwerks tal-broadband u tal-infrastrutturi tas-servizz diġitali se jistimula l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. Il-bini ta’ netwerks tal-broadband se jkollu wkoll effett immedjat fuq l-impjiegi b’mod partikolari fis-settur tal-inġinerija ċivili u fuq l-aċċess għall-impjiegi, pereżempju f’żoni rurali.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Minħabba l-problemi li qed jinqalgħu fir-rigward tal-aċċess għall-ispettru, in-netwerks tal-broadband mingħajr fili jista' jkollhom rwol ewlieni biex jiġu koperti ż-żoni kollha, inklużi ż-żoni rurali u dawk iżolati li m’għandhom l-ebda alternattiva oħra.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-setgħa sabiex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fuq il-livell ta’ esperti. L-għan ta’ din id-delega huwa li tindirizza żviluppi teknoloġiċi u tas-suq ġodda, prijoritajiet politiċi emerġenti jew opportunitajiet għall-isfruttament ta’ sinerġiji bejn infrastrutturi differenti, inklużi dawk fl-oqsma tat-Trasport u tal-Enerġija. L-ambitu tad-delega huwa limitat għall-modifikazzjoni tad-deskrizzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni, iż-żieda ta’ proġett ta’ interess komuni jew it-tneħħija ta’ proġett obsolet ta’ interess komuni skont il-kriterji stabbiliti minn qabel li huma ċari u trasparenti.

(21) Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-setgħa sabiex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa fil-livell reġjonali u lokali waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. L-għan ta’ din id-delega huwa li tindirizza żviluppi teknoloġiċi u tas-suq ġodda, prijoritajiet politiċi emerġenti jew opportunitajiet għall-isfruttament ta’ sinerġiji bejn infrastrutturi differenti, inklużi dawk fl-oqsma tat-Trasport u tal-Enerġija. L-ambitu tad-delega huwa limitat għall-modifikazzjoni tad-deskrizzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni, iż-żieda ta’ proġett ta’ interess komuni jew it-tneħħija ta’ proġett obsolet ta’ interess komuni skont il-kriterji stabbiliti minn qabel li huma ċari u trasparenti.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u jappoġġaw l-iżvilupp tas-Suq Uniku fejn jirriżultaw fit-titjib tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SMEs).

(1) jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien tal-ġid u tal-impjiegi, jinkoraġġixxu l-inklużjoni soċjali u jappoġġaw l-iżvilupp tas-Suq Uniku fejn jirriżultaw fit-titjib tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SMEs).

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) jikkontribwixxu għat-titjib fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet permezz tal-promozzjoni tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-aċċess għal dawn in-netwerks.

(2) jikkontribwixxu għat-titjib fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet permezz tal-promozzjoni tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-aċċess għal dawn in-netwerks, filwaqt li jagħtu lok lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jimplimentaw l-aktar soluzzjonijiet xierqa għall-ħtiġijiet lokali u reġjonali speċifiċi tagħhom.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) jikkontribwixxu għat-titjib fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet permezz tal-promozzjoni tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-aċċess għal dawn in-netwerks.

(2) jikkontribwixxu għat-titjib fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet f’kull livell, permezz tal-promozzjoni tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-aċċess għal dawn in-netwerks, filwaqt li jitqies li r-reġjuni b’popolazzjoni iktar baxxa u r-reġjuni inqas żviluppati jridu jiġu inklużi u pprovduti b’konnessjonijiet.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) jistimulaw l-użu madwar l-Ewropa kollha ta’ netwerks veloċi u ultraveloċi li, min-naħa tagħhom, għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ servizzi diġitali trans-Ewropej.

(3) jistimulaw l-użu madwar l-Ewropa kollha ta’ netwerks tal-broadband veloċi u ultraveloċi, skont il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika li, min-naħa tagħhom, għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ servizzi diġitali trans-Ewropej u jiżguraw il-kompetittività kontinwa tal-industrija Ewropea.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) jitneħħa d-distakk bejn ir-reġjuni permezz ta’ konnessjonijiet tal-komunikazzjoni veloċi u affidabbli, flimkien ma’ servizzi mobbli mingħajr fili effiċjenti, li għandhom rwol importanti fil-promozzjoni tal-kompetittività reġjonali, l-aċċessibbiltà u l-ugwaljanza bejn in-nies.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Biex jintlaħqu dawn l-għanijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet lokali u reġjonali involuti fil-proċess f’kull stadju relevanti tal-proċess.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 - punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-użu ta’ netwerks tal-broadband ultraveloċi li jassiguraw il-veloċità ta’ trażmissjoni tad-dejta ta’ 100 Mbps u aktar;

(a) l-użu ta’ netwerks tal-broadband ultraveloċi li jassiguraw il-veloċità ta’ trażmissjoni tad-dejta ta’ 100 Mbps u aktar, filwaqt li tiġi kkunsidrata d-domanda għall-internet ultraveloċi;

Ġustifikazzjoni

L-investiment f’netwerks ta’ broadband ultraveloċi huwa qasam riskjuż ħafna. L-istatistika turi li l-użu tal-internet b’veloċità kbira għadu sostanzjalment baxx meta mqabbel mal-kopertura attwali tal-broadband. Għalhekk, l-għażla tat-teknoloġija u tal-proġetti li jridu jiġu ffinanzjati għandha tqis id-domanda attwali ta’ aċċess għall-broadband.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-użu ta’ netwerks tal-broadband biex jillinkjaw il-gżejjer, ir-reġjuni mingħajr kosta tal-ilma kif ukoll dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni fejn jiżguraw li f’dawk ir-reġjuni l-veloċitajiet tat-trażmissjoni tad-dejta huma suffiċjenti biex jippermettu konnettività tal-broadband ta’ 30 Mbps u aktar;

(b) l-użu ta’ netwerks tal-broadband permezz tat-teknoloġiji disponibbli kollha, skont il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika, biex jillinkjaw il-gżejjer, ir-reġjuni mingħajr kosta tal-ilma kif ukoll dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni fejn jiżguraw li f’dawk ir-reġjuni l-veloċitajiet tat-trażmissjoni tad-dejta huma suffiċjenti biex jippermettu konnettività tal-broadband ta’ 30 Mbps u aktar, filwaqt li titqies id-domanda għall-internet ultraveloċi;

Ġustifikazzjoni

L-investiment f’netwerks tal-broadband ultraveloċi huwa qasam riskjuż ħafna. L-istatistika turi li l-użu tal-internet b’veloċità kbira għadu sostanzjalment baxx meta mqabbel mal-kopertura attwali tal-broadband. Għalhekk, l-għażla tat-teknoloġija u tal-proġetti li jridu jiġu ffinanzjati għandha tikkunsidra d-domanda attwali għall-aċċess għall-broadband.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-iżvilupp ta’ netwerks tal-broadband biex jiġu konnessi l-iskejjel f’komunitajiet rurali iżolati fl-Istati Membri sabiex jiġu żviluppati programmi ta’ tagħlim mill-bogħod ħalli tiġi evitata d-depopolazzjoni ta’ dawn iż-żoni;

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri u/jew entitajiet oħra responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni jew li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom jieħdu l-miżuri legali, amministrattivi, tekniċi u finanzjarji neċessarji f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.

3. L-Istati Membri u/jew entitajiet oħra, inklużi awtoritajiet lokali u reġjonali, responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni jew li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom jieħdu l-miżuri legali, amministrattivi, tekniċi u finanzjarji neċessarji f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ikun utli li jissemmew l-awtoritajiet lokali u reġjonali għall-istess raġuni msemmija hawn fuq.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti b’mod sħiħ u effettiv fil-governanza ta’ inizjattivi relatati mal-ICT bħala mezz ta' kif itejbu s-servizzi tagħhom f’oqsma bħall-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-akkwist pubbliku, is-sigurtà u s-servizzi soċjali.

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu u jappoġġaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jużaw is-sħubiji pubbliċi-privati (PPPs) biex jipprovdu s-servizzi tal-broadband, speċjalment f’żoni rurali. F’dan ir-rigward, hu kruċjali li l-Istati Membri jikkonsolidaw il-kapaċità amministrattiva tal-istituzzjonijiet pubbliċi tagħhom fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali u li jtejbu l-infrastruttura tagħhom b’dan il-mod biex ikunu żgurati żvilupp u implimentazzjoni b’suċċess tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c. Hi meħtieġa parteċipazzjoni aktar profonda tal-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jingħata kontribut sinifikanti għall-promozzjoni tal-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku u konsegwentement tiżdied il-kompetittivà u jinħolqu impjiegi ġodda.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7 – punt ca (gdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) l-inklużjoni ta’ żoni rurali u b’densità ta’ popolazzjoni baxxa kif ukoll tar-reġjuni ultraperiferiċi.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 8 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) jesebixxi valur miżjud Ewropew.

(c) jesebixxi valur miżjud Ewropew, li għandu jiġi stabbilit permezz ta’ valutazzjonijiet tal-fattibilità u analiżijiet tal-benefiċċji u tal-ispejjeż, filwaqt li jitqiesu l-interess ġenerali u l-aċċess ugwali għall-Internet għall-popolazzjoni kollha, speċjalment f’żoni bi problemi ta’ konnettività ikbar.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 21 tar-Regolament XXX li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar il-progress li sar bl-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida.

1. Abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont l-Artikolu 21 tar-Regolament XXX li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni u prattiki tajba dwar il-progress li sar bl-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida. L-Istati Membri għandhom jinvolvu l-awtoritajiet lokali u reġjonali f’dan il-proċess.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Grupp Espert, iffurmat minn rappreżentant minn kull Stat Membru, għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida, għall-assistenza fl-ippjanar permezz tal-istrateġiji nazzjonali għall-internet b’veloċità għolja u l-immappjar tal-infrastrutturi, u l-iskambju tal-informazzjoni. Il-Grupp Espert jista’ wkoll jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-iżvilupp tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej.

2. Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn Grupp Espert, iffurmat minn rappreżentant minn kull Stat Membru, rappreżentant wieħed minn gvern reġjonali u wieħed minn gvern lokali, għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ dawn il-linji gwida, għall-assistenza fl-ippjanar permezz tal-istrateġiji nazzjonali għall-internet b’veloċità għolja u l-immappjar tal-infrastrutturi, u l-iskambju tal-informazzjoni. Il-Grupp Espert jista’ wkoll jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni oħra relatata mal-iżvilupp tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. F’dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk l-ambitu tal-proġetti ta’ interess komuni jibqax jirrifletti l-prijoritajiet politiċi, l-iżviluppi teknoloġiċi jew is-sitwazzjoni fis-swieq rilevanti. Għal proġetti kbar, dawn ir-rapporti għandhom jinkludu analiżi tal-impatt ambjentali, fejn jiġu kkunsidrati l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ħtiġijiet ta’ mitigazzjoni, u r-reżiljenza għad-diżastri. Reviżjoni bħal din tista’ titwettaq ukoll fi kwalunkwe żmien ieħor meta din tidher li tkun xierqa.

4. F’dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk l-ambitu tal-proġetti ta’ interess komuni jibqax jirrifletti l-prijoritajiet politiċi, l-iżviluppi teknoloġiċi u l-fattibbiltà tal-proġett, meta wieħed jikkunsidra s-sitwazzjoni fis-swieq rilevanti. Għal proġetti kbar, dawn ir-rapporti għandhom jinkludu analiżi tal-impatt ambjentali, fejn jiġu kkunsidrati l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ħtiġijiet ta’ mitigazzjoni, u r-reżiljenza għad-diżastri. Reviżjoni bħal din tista’ titwettaq ukoll fi kwalunkwe żmien ieħor meta din tidher li tkun xierqa.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Żoni rurali u b’densità baxxa tipikament jinqdew b’konnessjonijiet b’veloċitajiet baxxi u f’ċerti każijiet anqas biss għandhom aċċess. Il-każ ta’ negozju għall-investiment ma jkunx probabbli li jkun vijabbli u l-miri Ewropej ikunu improbabbli li jintlaħqu sal-2020. L-investiment f’dawn iż-żoni jeħtieġ appoġġ finanzjarju akbar, ipprovdut minn għotjiet, possibbilment flimkien ma’ strumenti finanzjarji. Żoni bħal dawn se jinkludu reġjuni remoti u reġjuni b’popolazzjoni żgħira fejn l-ispejjeż tal-investiment ikunu għoljin ħafna jew fejn l-introjtu jkun baxx. L-appoġġ mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa f’dawn iż-żoni għandu l-probabbiltà li jikkomplementa l-fondi ta’ koeżjoni disponibbli jew għall-iżvilupp rurali u appoġġ pubbliku dirett ieħor.

Żoni rurali u b’densità baxxa tipikament jinqdew b’konnessjonijiet b’veloċitajiet baxxi u f’ċerti każijiet anqas biss għandhom aċċess. Il-każ ta’ negozju għall-investiment ma jkunx probabbli li jkun vijabbli u l-miri Ewropej ikunu improbabbli li jintlaħqu sal-2020. L-investiment f’dawn iż-żoni jeħtieġ appoġġ finanzjarju akbar, ipprovdut minn għotjiet, possibbilment flimkien ma’ strumenti finanzjarji. Żoni bħal dawn se jinkludu reġjuni remoti u reġjuni b’popolazzjoni żgħira fejn l-ispejjeż tal-investiment ikunu għoljin ħafna jew fejn l-introjtu jkun baxx. L-appoġġ mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa f’dawn iż-żoni jrid jikkomplementa l-fondi ta’ koeżjoni disponibbli jew għall-iżvilupp rurali u appoġġ pubbliku dirett ieħor, biex ikun garantit aċċess ugwali għall-Internet, ħalli jiġu stimulati t-tkabbir u l-impjiegi u b’hekk jitħeġġeġ l-insedjament f’żoni bi problemi demografiċi.

PROĊEDURA

Titolu

In-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE

Referenzi

COM(2011)0657 – C7-0373/2011 – 2011/0299(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

15.11.2011

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Ramona Nicole Mănescu

23.11.2011

Data tal-adozzjoni

10.10.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Charalampos Angourakis, Catherine Bearder, Victor Boştinaru, John Bufton, Alain Cadec, Salvatore Caronna, Nikos Chrysogelos, Francesco De Angelis, Tamás Deutsch, Rosa Estaràs Ferragut, Danuta Maria Hübner, Filiz Hakaeva Hyusmenova, Vincenzo Iovine, María Irigoyen Pérez, Seán Kelly, Mojca Kleva, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Ramona Nicole Mănescu, Vladimír Maňka, Riikka Manner, Iosif Matula, Erminia Mazzoni, Ana Miranda, Jens Nilsson, Lambert van Nistelrooij, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Monika Smolková, Ewald Stadler, Georgios Stavrakakis, Csanád Szegedi, Nuno Teixeira, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Karima Delli, Jens Geier, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Elisabeth Schroedter, Czesław Adam Siekierski, Giommaria Uggias

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI (27.9.2012)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE
(COM(2011)0657 – C7‑0373/2011 – 2011/0299(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Lorenzo Fontana

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE jifforma parti mill-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv.

Ir-regolament jipprovdi qafas għall-iżvilupp tan-netwerks tal-broadband konformi mal-miri stabbiliti għall-Aġenda Diġitali Ewropea għal inizjattiva ewlenija tal-Ewropa u għal dan il-għan jistipula objettivi u prijoritajiet relevanti.

Din l-inizjattiva ewlenija twaqqaf miri li xi wħud minnhom jistgħu jitqiesu bħala ambizzjużi għall-UE fil-qasam tal-infrastrutturi diġitali. L-għan huwa li sal-2020 tkun intlaħqet kopertura universali ta' 30 Mbps jew tal-anqas jiġi żgurat li tal-anqas 50% tal-familji Ewropej ikollhom konnessjonijiet ta' 'l fuq minn 100 Mbps..

Dawn il-pjanijiet kif elenkati fit-taqsima intitolata "L-għan tal-proposta" għandhom jgħinu jiżviluppaw l-ekonomija tagħna u jtejbu l-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej, li jinkludu numru kbir ħafna ta' SMEs.

Il-broadband veloċi u ultraveloċi għandu jwassal biex l-intrapriżi u l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħna jkollhom vantaġġ ċar fuq il-kontropartijiet tagħhom fir-rigward tas-setgħat il-ġodda li qegħdin joħorġu fil-livell globali. Jekk l-Ewropa trid tilqa' l-isfidi biex issir mudell minn ta’ quddiem fl-applikazzjoni ta' teknoloġiji avvanzati, u tagħmel dan b’mod korrett u sistematiku, allura jenħtieġ li jkun hemm koordinament fl-iżvilupp tan-netwerks tal-broadband fost l-Istati Membri.

Biex jintlaħqu riżultati reali u rilevanti għandna nirrikonoxxu l-importanza tal-kultura bħala mutur ta’ tmexxija tal-iżvilupp Ewropew.

Il-kultura tirrappreżenta l-bażi ta’ kull proċess ta’ żvilupp, mill-edukazzjoni bażika sar-riċerka xjentifika l-aktar avvanzata. L-investimenti fil-kultura għandhom jilħqu l-miri tal-Ewropa 2020 sabiex iseħħ żvilupp importanti u fl-istess ħin bejn ir-riċerka u l-innovazzjoni u jkunu riflessi minn żvilupp ekwivalenti tas-soċjetà Ewropea fit-totalità tagħha. Jekk ma tingħatax kunsiderazzjoni xierqa lil dan l-aspett dan ikun ta’ ħsara u jmur kontra l-għanijiet tal-progress Ewropew.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) In-netwerks u s-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet qegħdin isiru infrastrutturi dejjem aktar ibbażati fuq l-internet, b’interrelazzjoni mill-qrib bejn in-netwerks tal-broadband u s-servizzi diġitali. L-internet qiegħed isir il-pjattaforma dominanti għall-komunikazzjoni, is-servizzi, u biex isir in-negozju. Għalhekk, id-disponibbiltà trans-Ewropea ta’ aċċess veloċi għall-internet u s-servizzi diġitali fl-interess pubbliku hija essenzjali għat-tkabbir ekonomiku u s-Suq Uniku.

(1) In-netwerks u s-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet qegħdin isiru infrastrutturi dejjem aktar ibbażati fuq l-internet, b’interrelazzjoni mill-qrib bejn in-netwerks tal-broadband u s-servizzi diġitali. L-internet qiegħed isir il-pjattaforma dominanti għall-komunikazzjoni, is-servizzi, l-edukazzjoni, il-kontenut kulturali u biex isir in-negozju. Għalhekk, id-disponibbiltà trans-Ewropea ta’ aċċess veloċi għall-internet bi prezzijiet raġonevoli u s-servizzi diġitali fl-interess pubbliku hija essenzjali għall-iżvilupp soċjali u kulturali, għat-tkabbir ekonomiku, is-Suq Uniku, l-integrazzjoni diġitali tal-bnedmin u l-oqsma kollha li huma ekonomikament u kulturalment żvantaġġati.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew laqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex tvara l-Istrateġija Ewropa 2020. Waħda mit-tliet prijoritajiet tal-Ewropa 2020 hija t-tkabbir intelliġenti permezz tal-iżvilupp ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni. L-investimenti fit-telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari fin-netwerks tal-broadband u l-infrastrutturi tas-servizz diġitali, huma kundizzjoni neċessarja għal tkabbir ekonomiku fl-Unjoni li jkun intelliġenti iżda li jkun ukoll sostenibbli u inklużiv.

(2) Fis-26 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill Ewropew laqa’ l-proposta tal-Kummissjoni biex tvara l-Istrateġija Ewropa 2020. Waħda mit-tliet prijoritajiet tal-Ewropa 2020 hija t-tkabbir intelliġenti permezz tal-iżvilupp ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni. L-investimenti fit-telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari fin-netwerks tal-broadband u l-infrastrutturi tas-servizz diġitali, huma kundizzjoni neċessarja għal tkabbir ekonomiku fl-Unjoni li jkun intelliġenti iżda li jkun ukoll sostenibbli u inklużiv, kif ukoll għal parteċipazzjoni soċjali u kulturali taċ-ċittadini. L-Ewropa 2020 se tikkontribwixxi sabiex tiżdied il-kompetittività tal-SMEs, iżżid l-interoperabbiltà u l-aċċess għall-interkonnessjonijiet bejn is-sistemi nazzjonali, u, fit-tul, sabiex tiżviluppa suq diġitali uniku.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fis-17 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew approva l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u talab lill-istituzzjonijiet kollha sabiex jipparteċipaw fl-implimentazzjoni sħiħa tagħha. L-Aġenda Diġitali timmira li tfassal pjan sabiex timmassimizza l-potenzjal soċjali u ekonomiku tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ netwerks tal-broadband b’veloċità għolja billi tara li jiġi żgurat li sal-2020 l-Ewropej kollha jkollhom aċċess għall-veloċitajiet tal-internet ogħla minn 30 Mbps u 50 % jew aktar tad-djar Ewropej ikunu abbonati għal konnessjonijiet tal-internet b’veloċitajiet ogħla minn 100 Mbps. L-Aġenda Diġitali timmira li tistabbilixxi qafas legali stabbli sabiex tistimula l-investimenti f’infrastruttura miftuħa u kompetittiva tal-internet b’veloċità għolja u fis-servizzi relatati; suq uniku veru għall-kontenut u s-servizzi online; appoġġ attiv għad-diġitalizzazzjoni tal-wirt kulturali għani tal-Ewropa, u l-promozzjoni tal-aċċess għall-internet u l-użu minn kulħadd, speċjalment permezz ta’ appoġġ għal-litteriżmu u l-aċċessibbiltà diġitali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw pjanijiet operazzjonali nazzjonali għall-internet b’veloċità għolja, li għandhom fil-mira l-finanzjament pubbliku f’oqsma li l-ħtiġijiet tagħhom ma ntlaħqux kompletament mill-investimenti privati fl-infrastrutturi tal-internet u għandhom jippromwovu l-implimentazzjoni u l-użu tas-servizzi online moderni li huma aċċessibbli.

(3) Fis-17 ta’ Ġunju 2010, il-Kunsill Ewropew approva l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u talab lill-istituzzjonijiet kollha sabiex jipparteċipaw fl-implimentazzjoni sħiħa tagħha. L-Aġenda Diġitali timmira li tfassal pjan sabiex timmassimizza l-potenzjal soċjali, kulturali u ekonomiku tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ netwerks tal-broadband b’veloċità għolja billi tara li jiġi żgurat li sal-2020 l-Ewropej kollha jkollhom aċċess għall-veloċitajiet tal-internet ogħla minn 30 Mbps u 50 % jew aktar tad-djar Ewropej ikunu abbonati għal konnessjonijiet tal-internet b’veloċitajiet ogħla minn 100 Mbps. L-Aġenda Diġitali timmira li tistabbilixxi qafas legali stabbli sabiex tistimula l-investimenti f’infrastruttura miftuħa u kompetittiva tal-internet b’veloċità għolja u fis-servizzi relatati; suq uniku veru għall-kontenut u s-servizzi online; appoġġ attiv għad-diġitalizzazzjoni tal-wirt kulturali għani tal-Ewropa, u l-promozzjoni tal-aċċess għall-internet u l-użu minn kulħadd, speċjalment permezz ta’ appoġġ għal-litteriżmu u l-aċċessibbiltà diġitali. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jimplimentaw pjanijiet operazzjonali nazzjonali għall-internet b’veloċità għolja, li għandhom fil-mira l-finanzjament pubbliku f’oqsma li l-ħtiġijiet tagħhom ma ntlaħqux kompletament mill-investimenti privati fl-infrastrutturi tal-internet u għandhom jippromwovu l-implimentazzjoni u l-użu tas-servizzi online moderni li huma aċċessibbli.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment tikkonkludi li r-rwol kritiku tal-internet ifisser li l-benefiċċji għas-soċjetà sħiħa jidhru li huma ferm akbar mill-inċentivi privati biex jinvestu f’netwerks aktar veloċi. Għalhekk, l-appoġġ pubbliku huwa neċessarju għal dan il-qasam, iżda ma għandux jgħawweġ il-kompetizzjoni bla bżonn.

(4) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Il-Broadband Ewropew: investiment fi tkabbir ekonomiku mmexxi diġitalment tikkonkludi li r-rwol kritiku tal-internet ifisser li l-benefiċċji għas-soċjetà sħiħa jidhru li huma ferm akbar mill-inċentivi privati biex jinvestu f’netwerks aktar veloċi. Għalhekk, l-appoġġ pubbliku huwa neċessarju għal dan il-qasam, partikolarment fiż-żoni rurali, iżda ma għandux jgħawweġ il-kompetizzjoni bla bżonn.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Għandha tingħata attenzjoni lill-importanza tal-appoġġ pubbliku għall-investiment f’netwerks veloċi ħafna; b’mod partikolari, minħabba l-importanza ta' din il-kwistjoni u l-livell ta' finanzjament involut, l-Unjoni għandha tara li l-użu tal-għajnuna mill-Istati jservi biex jinċentiva l-investiment f’żoni fejn ir-redditu mistenni huwa partikolarment baxx.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Baġit għall-Ewropa 2020 jirrikonoxxi l-ħolqien ta’ Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet infrastrutturali fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u t-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. Is-sinerġiji bejn dawn is-setturi kif ukoll ma’ programmi tal-investiment oħra tal-Unjoni huma importanti ħafna għaliex jirriżultaw sfidi simili li jirrikjedu soluzzjonijiet li jirriżultaw fi tkabbir, jikkumbattu l-frammentazzjoni, jsaħħu l-koeżjoni, jiffavorixxu l-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi u jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-suq kif ukoll it-tneħħija tal-konġestjonijiet li jxekklu t-tlestija tas-Suq Uniku.

(5) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Baġit għall-Ewropa 2020 jirrikonoxxi l-ħolqien ta’ Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet infrastrutturali fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija u t-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. Is-sinerġiji bejn dawn is-setturi kif ukoll ma’ programmi tal-investiment oħra tal-Unjoni huma importanti ħafna għaliex jirriżultaw sfidi simili li jirrikjedu soluzzjonijiet li jirriżultaw fi tkabbir, jikkumbattu l-frammentazzjoni, jsaħħu l-koeżjoni, inaqqsu d-diskrepanzi ta' żvilupp fir-reġjuni kollha tal-UE, jiffavorixxu l-użu ta’ strumenti finanzjarji innovattivi u jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-suq kif ukoll it-tneħħija tal-konġestjonijiet li jxekklu t-tlestija tas-Suq Uniku.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) In-newtralità tan-netwerks hija ta’ importanza kbira għall-internet pubbliku.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Il-proġetti ta’ interess komuni msemmija f’dan ir-Regolament għandhom ukoll jagħtu kontribut sabiex fuq livell Ewropew, nazzjonali u reġjonali ssir malajr kemm jista’ jkun sistema ta’ mmappjar tal-infrastrutturi, sabiex jiġu identifikati n-nuqqasijiet fil-forniment tal-broadband u jitneħħew il-punti ta’ konġestjoni diġitali minn investimenti pubbliċi u privati.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fil-qafas ta’ sistema ta’ swieq miftuħa u kompetittivi, l-intervent tal-Unjoni huwa neċessarju fejn huwa meħtieġ li jingħelbu n-nuqqasijiet tas-suq. Billi tipprovdi appoġġ finanzjarju u ingranaġġ ta’ finanzjament addizzjonali għall-proġetti ta’ infrastruttura, l-Unjoni tista’ tikkontribwixxi għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, u b’hekk tiġġenera benefiċċji akbar f’termini tal-impatt fis-suq, l-effiċjenza amministrattiva u l-utilizzazzjoni tar-riżorsi.

(9) Fil-qafas ta’ sistema ta’ swieq miftuħa u kompetittivi, l-intervent tal-Unjoni huwa neċessarju fejn huwa meħtieġ li jingħelbu n-nuqqasijiet tas-suq. Billi tipprovdi appoġġ finanzjarju u ingranaġġ ta’ finanzjament addizzjonali għall-proġetti ta’ infrastruttura, l-Unjoni tista’ tikkontribwixxi għall-istabbiliment u l-iżvilupp ta’ netwerks trans-Ewropej fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet, u b’hekk tiġġenera benefiċċji akbar f’termini tal-impatt fis-suq, l-effiċjenza amministrattiva, l-utilizzazzjoni tar-riżorsi u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja ekonomika u soċjali. Fir-rigward tal-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati, għandu jitqies il-prinċipju tan-newtralità tat-teknoloġija li huwa importanti ferm għall-internet pubbliku.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Fir-rigward tal-użu ta’ sħubijiet pubbliċi-privati għall-provvista ta’ servizzi effiċjenti tal-broadband, partikolarment fiż-żoni rurali, huma proposti s-sħubijiet pubbliċi-privati megħjuna b'fondi Ewropej bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-SMEs tal-ICT fil-qasam tas-servizzi pubbliċi tal-ICT, minħabba li jistgħu jservu ta’ bażi sostenibbli għall-iżvilupp ta’ għarfien u kompetenzi fil-livell lokali fl-Unjoni kollha.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Ma’ veloċitajiet ogħla tal-broadband hemm assoċjati benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostanzjali, li ma jistgħux jiġu maqbuda (captured) u l-anqas ma jistgħu jiġu mibdula fi flus mill-investituri. Il-broadband veloċi u ultraveloċi huwa ċ-ċavetta li tippermetti l-infrastruttura għall-iżvilupp u l-użu ta’ servizzi diġitali, li jiddependu fuq id-disponibbiltà, il-veloċità, l-affidabilità u r-reżiljenza tan-netwerks fiżiċi. L-introduzzjoni u l-adozzjoni ta’ netwerks aktar veloċi twitti t-triq għal servizzi innovattivi li jisfruttaw il-veloċitajiet akbar. Hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji u l-interazzjonijiet bejn dawn iż-żewġ komponenti tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet diġitali.

(10) Ma’ veloċitajiet ogħla tal-broadband hemm assoċjati benefiċċji ekonomiċi, soċjali u kulturali sostanzjali, li ma jistgħux jiġu maqbuda (captured) u l-anqas ma jistgħu jiġu mibdula fi flus mill-investituri. Il-broadband veloċi u ultraveloċi huwa ċ-ċavetta li tippermetti l-infrastruttura għall-iżvilupp u l-użu ta’ servizzi diġitali, li jiddependu fuq id-disponibbiltà, il-veloċità, l-affidabilità u r-reżiljenza tan-netwerks fiżiċi. L-introduzzjoni u l-adozzjoni komprensiva ta’ netwerks aktar veloċi twitti t-triq għal servizzi innovattivi li jisfruttaw il-veloċitajiet akbar. Hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji u l-interazzjonijiet bejn dawn iż-żewġ komponenti tan-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet diġitali.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) L-iżvilupp ta’ netwerks tal-broadband b’veloċità għolja jtejjeb il-gvern elettroniku billi jiġġieled il-burokrazija u jipprovdi lill-individwi u l-kumpaniji b’aċċess aktar faċli għas-servizzi pubbliċi, u b’hekk iwassal għal benefiċċji ekonomiċi u soċjali sostanzjali.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) B’mod partikolari l-użu ta’ broadband ultraveloċi se jkun ta’ benefiċċju għall-impriżi żgħar u medji (SMEs) li spiss ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mis-servizzi bbażati fuq il-web bħall-‘cloud computing’ minħabba l-konnettività inadegwata u l-veloċità eżistenti tal-konnessjonijiet tal-broadband. Dan se jgħin il-potenzjal għal żidiet sostanzjali fil-produttività għall-SMEs.

(11) Servizzi innovattivi tal-internet, applikazzjonijiet avvanzati tas-softwer u l-komunikazzjoni u apparat mobbli bl-aċċess għall-internet jeħtieġu rati ta’ trażmissjoni li jiżdiedu kontinwament. B’mod partikolari l-użu ta’ broadband ultraveloċi se jkun ta’ benefiċċju għall-impriżi żgħar u medji (SMEs) u għall-ekonomija kulturali u kreattiva li spiss ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mis-servizzi bbażati fuq il-web bħall-‘cloud computing’ minħabba l-konnettività inadegwata u l-veloċità eżistenti tal-konnessjonijiet tal-broadband. Dan se jgħin il-potenzjal għal żidiet sostanzjali fil-produttività għall-SMEs. Għal dan il-għan, għandha tingħata prijorità, speċjalment fil-perjodu attwali ta’ kriżi, l-oqsma industrijali li għadhom ma ġewx diġitalizzati minħabba problemi territorjali u ambjentali.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Għall-provvista rurali, huwa ta’ importanza sinifikanti l-iżvilupp ta’ netwerks ta’ aċċess, li jippermetti r-rabta ta’ konnessjonijiet individwali fid-djar.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-iżvilupp tan-netwerks tal-broadband u tal-infrastrutturi tas-servizz diġitali se jikkontribwixxi għall-għan tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjoni tal-gass serra billi tawtorizza soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija f’bosta setturi tal-ekonomija tal-Ewropa. Dan l-effett pożittiv se jkun limitat, iżda sa ċertu punt biss, mid-domanda għall-enerġija u r-riżorsi li qed tikber relatata l-aktar mal-bini tan-netwerks tal-broadband u l-operat tal-infrastrutturi tas-servizz diġitali.

(13) L-iżvilupp tan-netwerks tal-broadband u tal-infrastrutturi tas-servizz diġitali għandu jikkontribwixxi għall-għan tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjoni tal-gass serra billi tawtorizza soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija f’bosta setturi tal-ekonomija tal-Ewropa. Dan l-effett pożittiv se jkun limitat, iżda sa ċertu punt biss, mid-domanda għall-enerġija u r-riżorsi li qed tikber relatata l-aktar mal-bini tan-netwerks tal-broadband u l-operat tal-infrastrutturi tas-servizz diġitali.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Iż-żieda u l-preservazzjoni tal-aċċess għall-kontenut u d-dejta kulturali għonja u varji tal-Ewropa miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku, u l-ftuħ tagħhom għall-użu mill-ġdid b’rispett sħiħ lejn id-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati, se jrawmu l-kreattività u jistimulaw l-innovazzjoni u l-intraprenditorija. L-aċċess mingħajr intoppi għall-użu mill-ġdid ta’ riżorsi multilingwi se jgħin jegħleb l-ostakli tal-lingwa, li jxekklu s-suq intern għas-servizzi online u jillimitaw l-aċċess għall-għarfien.

(18) Iż-żieda u l-preservazzjoni tal-aċċess għall-kontenut u d-dejta kulturali għonja u varji tal-Ewropa miżmuma mill-korpi tas-settur pubbliku, u l-ftuħ tagħhom għall-użu mill-ġdid b’rispett sħiħ lejn id-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati, se jrawmu l-kreattività, jistimulaw l-innovazzjoni u l-intraprenditorija u jkabbru t-trasparenza. L-aċċess mingħajr intoppi għall-użu mill-ġdid ta’ riżorsi multilingwi se jgħin jegħleb l-ostakli amministrattivi u tal-lingwa, li jxekklu s-suq intern għas-servizzi online u jillimitaw l-aċċess għall-għarfien. Għandha tiġi enfasizzata f’dan ir-rigward l-importanza tal-pjattaforma Ewropea bħala bażi għat-tixrid tal-kontenut tal-patrimonju kulturali vast Ewropew. Madankollu, għandu jkompli jkun possibbli għal dawk li jfasslu l-politika nazzjonali, reġjonali u lokali, li jiddeterminaw huma stess l-użu tal-informazzjoni tagħhom u jiġi kopert porzjon kbir tal-ispejjeż tagħhom, li jirriżultaw mit-twettiq tad-dmirijiet pubbliċi tagħhom.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) L-iżvilupp ta’ netwerks tal-broadband u ta’ infrastrutturi tas-servizzi diġitali se jgħin biex jintlaħaq l-għan tal-Unjoni ta’ penetrazzjoni akbar mit-teknoloġiji l-ġodda f'kull livell tal-edukazzjoni fl-Istati Membri, filwaqt li jtejjeb il-ħiliet diġitali tat-tfal u l-istudenti.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b)Fil-kuntest ta’ edukazzjoni tul il-ħajja, l-iżvilupp ta’ netwerks tal-broadband u l-penetrazzjoni ta’ teknoloġiji ġodda se jippermettu liċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, irrispettivament mill-età tagħhom, biex itejbu jew jiksbu ħiliet fil-teknoloġiji l-ġodda

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Fil-qasam tas-sikurezza u s-sigurtà, pjattaforma mifruxa madwar l-UE għall-kondiviżjoni tar-riżorsi, is-sistemi ta’ informazzjoni u l-għodod tas-softwer li jippromwovu s-sikurezza online se tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ambjent online aktar sikur għat-tfal. Se tippermetti lil ċentri li jirċievu mijiet ta’ eluf ta’ talbiet u allerti fis-sena sabiex joperaw madwar l-Ewropa. Infrastrutturi tal-Informazzjoni Kritika se jtejbu l-kapaċità tal-Unjoni kollha għat-tħejjija, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-koordinazzjoni u r-reazzjoni għat-theddid għaċ-ċibersigurtà.

(19) Fil-qasam tas-sikurezza u s-sigurtà, pjattaforma mifruxa madwar l-UE għall-kondiviżjoni tar-riżorsi, is-sistemi ta’ informazzjoni u l-għodod tas-softwer li jippromwovu s-sikurezza online se tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ambjent online aktar sikur. L-infrastrutturi tas-servizzi diġitali u l-infrastrutturi ta’ komunikazzjoni kollha f’dan il-qasam għandhom jirrispettaw il-ftuħ li joffri l-internet u għandhom jippromwovu soluzzjonijiet teknoloġikament newtrali. Se tippermetti lil ċentri li jirċievu mijiet ta’ eluf ta’ talbiet u allerti fis-sena sabiex joperaw madwar l-Ewropa. Infrastrutturi tal-Informazzjoni Kritika se jtejbu l-kapaċità tal-Unjoni kollha għat-tħejjija, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-koordinazzjoni u r-reazzjoni għat-theddid għaċ-ċibersigurtà.

Ġustifikazzjoni

Il-benefiċċji ta’ ambjent online aktar sikur għandhom ikunu għaċ-ċittadini kollha, iżda jeħtieġ li jirrispettaw il-prinċipju ta’ internet miftuħ.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-setgħa sabiex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. L-għan ta’ din id-delega huwa li tindirizza żviluppi teknoloġiċi u tas-suq ġodda, prijoritajiet politiċi emerġenti jew opportunitajiet għall-isfruttament ta’ sinerġiji bejn infrastrutturi differenti, inklużi dawk fl-oqsma tat-Trasport u tal-Enerġija. L-ambitu tad-delega huwa limitat għall-modifikazzjoni tad-deskrizzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni, iż-żieda ta’ proġett ta’ interess komuni jew it-tneħħija ta’ proġett obsolet ta’ interess komuni skont il-kriterji stabbiliti minn qabel li huma ċari u trasparenti.

(21) Sabiex jiġu kkunsidrati l-iżviluppi fl-oqsma tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-setgħa sabiex tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendar tal-Anness għal dan ir-Regolament. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti u fil-livell reġjonali u lokali. L-għan ta’ din id-delega huwa li tindirizza żviluppi teknoloġiċi u tas-suq ġodda, prijoritajiet politiċi emerġenti jew opportunitajiet għall-isfruttament ta’ sinerġiji bejn infrastrutturi differenti, inklużi dawk fl-oqsma tat-Trasport u tal-Enerġija. L-ambitu tad-delega huwa limitat għall-modifikazzjoni tad-deskrizzjoni tal-proġetti ta’ interess komuni, iż-żieda ta’ proġett ta’ interess komuni jew it-tneħħija ta’ proġett obsolet ta’ interess komuni skont il-kriterji stabbiliti minn qabel li huma ċari u trasparenti.

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(22) Waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati, il-Kummissjoni trid tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u adegwata ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u jappoġġaw l-iżvilupp tas-Suq Uniku fejn jirriżultaw fit-titjib tal-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SMEs).

(1) jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku, kulturali u soċjali u l-parteċipazzjoni soċjali, kif ukoll id-distribuzzjoni tal-informazzjoni u ta' xogħlijiet kulturali u jappoġġaw l-iżvilupp tas-Suq Uniku u jippromwovu l-integrazzjoni diġitali ta’ żoni sħaħ ekonomikament u kulturalment żvantaġġjati, li għandu jwassal għal titjib fil-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, inklużi l-impriżi żgħar u medji (SMEs).

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) tiġi pprovduta għajnuna lill-Istati Membri sabiex jilħqu l-għan tal-Aġenda Diġitali li kull ċittadin Ewropew ikollu aċċess għall-broadband veloċi ħafna sal-2020 u l-għan intermedju li kull ċittadin Ewropew ikollu aċċess għal konnessjoni bażika tal-internet sal-2013.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) jikkontribwixxu għat-titjib fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, in-negozji u l-gvernijiet permezz tal-promozzjoni tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali tat-telekomunikazzjoni kif ukoll l-aċċess għal dawn in-netwerks.

(2) jikkontribwixxu għat-titjib fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, in-negozji, l-organizzazzjonijiet, l-istituzzjonijiet pubbliċi u privati u l-gvernijiet permezz tal-promozzjoni tal-interkonnessjoni u l-interoperabbiltà tan-netwerks nazzjonali tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll l-aċċess għal dawn in-netwerks bi prezzijiet raġonevoli.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) jistimulaw l-użu madwar l-Ewropa kollha ta’ netwerks veloċi u ultraveloċi li, min-naħa tagħhom, għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ servizzi diġitali trans-Ewropej.

(3) jistimulaw l-użu madwar l-Ewropa kollha ta’ netwerks veloċi u ultraveloċi li skont il-prinċipju tan-newtralità teknoloġika b’enfasi fuq iż-żoni rurali, min-naħa tagħhom, għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-introduzzjoni ta’ servizzi diġitali trans-Ewropej.

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) jiffaċilitaw l-użu sostenibbli ta’ infrastrutturi ta’ servizzi diġitali trans-Ewropej, l-interoperabilità tagħhom u l-koordinazzjoni fuq livell Ewropew, l-operat, il-manutenzjoni u l-aġġornament tagħhom.

(4) jiffaċilitaw l-użu sostenibbli ta’ infrastrutturi ta’ servizzi diġitali trans-Ewropej, l-interoperabilità tagħhom u l-koordinazzjoni fuq livell Ewropew, l-operat, il-manutenzjoni u l-aġġornament tagħhom, abbażi ta' approċċ iffokat fuq il-kultura u s-sostenibilità ambjentali.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) jimpenjaw ruħhom fiż-żamma tal-prinċipji tan-newtralità tan-netwerks.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) jikkontribwixxu għal aċċess aktar wiesa’ għall-kultura u l-patrimonju nazzjonali fuq l-internet.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt 5c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c) jirrappreżentaw, permezz tal-aċċess għall-internet tal-broadband, għodod edukattivi importanti, b’mod partikolari fir-reġjuni li jkunu għadhom lura.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-użu ta’ netwerks tal-broadband ultraveloċi li jassiguraw il-veloċità ta’ trażmissjoni tad-dejta ta’ 100 Mbps u aktar;

(a) l-użu ta’ netwerks komprensivi tal-broadband ultraveloċi li jassiguraw il-veloċità ta’ trażmissjoni tad-dejta ta’ 100 Mbps u aktar;

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-użu ta’ netwerks tal-broadband biex jillinkjaw il-gżejjer, ir-reġjuni mingħajr kosta tal-ilma kif ukoll dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni fejn jiżguraw li f’dawk ir-reġjuni l-veloċitajiet tat-trażmissjoni tad-dejta huma suffiċjenti biex jippermettu konnettività tal-broadband ta’ 30 Mbps u aktar;

(b) l-użu ta’ netwerks tal-broadband, b'mod partikolari "ta' netwerks ta' aċċess", u t-titjib fin-netwerks tal-ġbir biex jillinkjaw il-gżejjer, ir-reġjuni rurali, fil-muntanji, transkonfinali, ir-reġjuni mingħajr kosta tal-ilma kif ukoll dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni għandu jiġi appoġġjat permezz ta' finanzjament xieraq, fejn jiżguraw li f’dawk ir-reġjuni l-veloċitajiet tat-trażmissjoni tad-dejta huma suffiċjenti biex jippermettu konnettività tal-broadband ta’ 30 Mbps u aktar;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) id-disponibbiltà mifruxa tan-netwerks tal-broadband u l-infrastrutturi tas-servizz fi ħdan l-Unjoni għandha tittejjeb f’reġjuni strutturalment dgħajfa, irrispettivament mill-attrazzjoni ekonomika, sabiex tkun faċilitata l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fis-soċjetà, u speċjalment fil-kultura;

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) l-appoġġ ta’ sħubijiet pubbliċi-privati bejn l-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-SMEs tal-ICT fil-qasam tas-servizzi pubbliċi tal-ICT.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri u/jew entitajiet oħra responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni jew li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom jieħdu l-miżuri legali, amministrattivi, tekniċi u finanzjarji neċessarji f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.

3. L-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, u/jew entitajiet oħra responsabbli mill-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni jew li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tagħhom għandhom jieħdu l-miżuri legali, amministrattivi, tekniċi u finanzjarji neċessarji f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet korrispondenti ta’ dan ir-Regolament.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju tal-UE taħt il-kundizzjonijiet u l-istrumenti disponibbli skont ir-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa [REF]. L-appoġġ finanzjarju għandu jiġi pprovdut skont ir-regoli u l-proċeduri rilevanti adottati mill-Unjoni, il-prijoritajiet tal-finanzjament u d-disponibbiltà tar-riżorsi.

5. Azzjonijiet li jikkontribwixxu għal proġetti ta’ interess komuni u li huma meħtieġa biex jiżguraw il-provvista ta’ servizzi tal-broadband għandhom ikunu eliġibbli għal appoġġ finanzjarju tal-UE taħt il-kundizzjonijiet u l-istrumenti disponibbli skont ir-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa [REF]. L-appoġġ finanzjarju għandu jiġi pprovdut skont ir-regoli u l-proċeduri rilevanti adottati mill-Unjoni, il-prijoritajiet tal-finanzjament u d-disponibbiltà tar-riżorsi. Dan l-appoġġ jingħata flimkien mal-għajnuna pprovduta skont programmi u inizjattivi oħra tal-Komunità, inklużi l-Fondi Strutturali. Il-Kummissjoni tassigura li l-azzjonijiet immirati lejn it-twettiq tal-proġetti ta’ interess komuni ma jiskoraġġux l-inizjattivi pubbliċi u/jew privati eżistenti jew li qed jitħejjew u li ma jistgħux jirċievu finanzjamenti maħruġa minn strumenti Komunitarji jew nazzjonali oħra.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Unjoni tista’ tistabbilixxi kuntratti, tiddiskuti, tiskambja informazzjoni u tikkoopera ma’ awtoritajiet pubbliċi jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra f’pajjiżi terzi sabiex tilħaq kwalunkwe għan segwit minn dawn il-linji gwida fejn tali kooperazzjoni twassal għal valur miżjud Ewropew. Fost għanijiet oħrajn, din il-kooperazzjoni għandha tfittex li tippromwovi l-interoperabbiltà bejn in-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej u n-netwerks tat-telekomunikazzjoni ta’ pajjiżi terzi.

1. L-Unjoni tista’ tistabbilixxi kuntratti, tiddiskuti, tiskambja informazzjoni u tikkoopera ma’ awtoritajiet pubbliċi jew kwalunkwe organizzazzjoni oħra f’pajjiżi terzi, meta dan ikun fl-interess tal-pubbliku, sabiex tilħaq kwalunkwe għan segwit minn dawn il-linji gwida fejn tali kooperazzjoni twassal għal valur miżjud Ewropew. Fost għanijiet oħrajn, din il-kooperazzjoni għandha tfittex li tippromwovi l-interoperabbiltà bejn in-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej u n-netwerks tat-telekomunikazzjoni ta’ pajjiżi terzi. Din il-kooperazzjoni ssir b’koordinazzjoni mal-istrateġiji mfassla fil-qafas tal-politika esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari ma’ dawk koperti mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (ENI) u kwalunkwe strateġija makroreġjonali li diġà qed jiġu implimentati jew li qed jitħejjew.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Unjoni tista’ tkompli tistabbilixxi kuntatti, tiddiskuti, tiskambja informazzjoni u tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi biex tilħaq kwalunkwe għan segwit minn dawn il-linji gwida.

2. L-Unjoni tista’ tkompli tistabbilixxi kuntatti, tiddiskuti, tiskambja informazzjoni u tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi terzi biex tilħaq kwalunkwe għan segwit minn dawn il-linji gwida li jkun fl-interess tal-pubbliku.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. F’dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk l-ambitu tal-proġetti ta’ interess komuni jibqgħax jirrifletti l-prijoritajiet politiċi, l-iżviluppi teknoloġiċi jew is-sitwazzjoni fis-swieq rilevanti. Għal proġetti kbar, dawn ir-rapporti għandhom jinkludu analiżi tal-impatt ambjentali, fejn jiġu kkunsidrati l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ħtiġijiet ta’ mitigazzjoni, u r-reżiljenza għad-diżastri. Reviżjoni bħal din tista’ titwettaq ukoll fi kwalunkwe żmien ieħor meta din tidher li tkun xierqa.

4. F’dawn ir-rapporti, il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll jekk l-ambitu tal-proġetti ta’ interess komuni jibqgħax jirrifletti l-prijoritajiet politiċi, bżonnijiet reġjonali u soċjali, l-iżviluppi teknoloġiċi jew is-sitwazzjoni fis-swieq rilevanti. Għal proġetti kbar, dawn ir-rapporti għandhom jinkludu analiżi tal-impatt ambjentali, fejn jiġu kkunsidrati l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-ħtiġijiet ta’ mitigazzjoni, u r-reżiljenza għad-diżastri. Reviżjoni bħal din tista’ titwettaq ukoll fi kwalunkwe żmien ieħor meta din tidher li tkun xierqa.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Anness − paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-użu u t-titjib tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej (netwerks tal-broadband u infrastrutturi tas-servizzi diġitali) għandhom jikkontribwixxu għat-trawwim tat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kisba ta’ suq diġitali uniku mimli ħajja. B’mod partikolari, l-użu tagħhom se jagħti aċċess aktar veloċi għall-internet, iwassal għal titjib iffaċilitat mit-teknoloġija tal-informazzjoni fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, inklużi t-tfal u ż-żgħażagħ, in-negozji u l-gvernijiet, iżid l-interoperabbiltà u jiffaċilita l-allinjament jew il-konverġenza ma’ standards maqbula b’mod komuni.

L-użu u t-titjib tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni trans-Ewropej (netwerks tal-broadband u infrastrutturi tas-servizzi diġitali) għandhom jikkontribwixxu għat-trawwim tat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, il-promozzjoni tal-wirt kulturali tal-Ewropa u l-kisba ta’ suq diġitali uniku mimli ħajja. B’mod partikolari, l-użu tagħhom se jagħti aċċess aktar veloċi għall-internet, iwassal għal titjib iffaċilitat mit-teknoloġija tal-informazzjoni fil-ħajja ta’ kuljum għaċ-ċittadini, inklużi t-tfal u ż-żgħażagħ, in-negozji u l-gvernijiet, iżid l-interoperabbiltà u jiffaċilita l-allinjament jew il-konverġenza ma’ standards maqbula b’mod komuni.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 1 - parti introdutorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-użu ta’ netwerks trans-Ewropej tat-telekomunikazzjoni li se jgħinu t-tneħħija tal-konġestjonijiet eżistenti fis-suq uniku diġitali għandu jiġi akkumpanjat minn studji u azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programm. Dawn huma:

L-użu ta’ netwerks trans-Ewropej tat-telekomunikazzjoni li se jgħinu t-tneħħija tal-konġestjonijiet eżistenti fis-suq uniku diġitali jiġi akkumpanjat minn studji u azzjonijiet ta’ appoġġ għall-programm biss f’każijiet fejn dawn ma jistgħux jiġu ffinanzjati b’mod xieraq fuq livell tal-Istati Membri. Dawn huma:

Ġustifikazzjoni

Studji dwar l-immappjar u l-fattibilità mhumiex prijorità għal sussidju fuq livell tal-UE.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 ‑ paragrafu 9 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġett ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks tal-broadband, irrispettivament mit-teknoloġija użata, għandhom:

Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-proġett ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks tal-broadband, irrispettivament mit-teknoloġija użata, għandhom, fejn ikun jidher ċar li s-suq ma jkunx jista’ jipprovdi din l-infrastruttura kummerċjalment:

Emenda  42

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-użu tan-netwerks tal-broadband biex jiġu konnessi l-gżejjer, ir-reġjuni mingħajr kosta tal-ilma u dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni, inkluż fejn ikun neċessarju l-kejbils f'qiegħ il-baħar, se jiġu appoġġati fejn huwa essenzjali li jkun żgurat aċċess minn komunitajiet iżolati għal broadband ta' 30Mbps u aktar. Dan l-appoġġ għandu jikkumplimenta fondi oħra, tal-UE jew nazzjonali, disponibbli għal dan l-iskop.

L-użu tan-netwerks tal-broadband biex jiġu konnessi l-gżejjer, ir-reġjuni muntanjużi, mingħajr kosta tal-ilma u dawk periferiċi mar-reġjuni ċentrali tal-Unjoni, inkluż fejn ikun neċessarju l-kejbils f'qiegħ il-baħar, se jiġu appoġġati fejn huwa essenzjali li jkun żgurat aċċess minn komunitajiet iżolati għal broadband ta' 30Mbps u aktar. Dan l-appoġġ għandu jikkumplimenta fondi oħra, tal-UE jew nazzjonali, disponibbli għal dan l-iskop.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 2 – paragrafu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, il-konnessjonijiet b’veloċità għolja mqabbda ma’ punti ta’ aċċess ta’ interess pubbliku, b'mod partikolari l-faċilitajiet pubbliċi, bħall-iskejjel, l-isptarijiet, l-uffiċċji tal-gvern lokali u l-libreriji, għandhom ikunu appoġġati wkoll.

Barra minn hekk, il-konnessjonijiet b’veloċità għolja mqabbda ma’ punti ta’ aċċess ta’ interess pubbliku, b'mod partikolari l-faċilitajiet pubbliċi, bħall-iskejjel, l-universitajiet, iċ-ċentri tar-riċerka, l-isptarijiet, l-uffiċċji tal-gvern lokali, l-libreriji, u mużewijiet għandhom ikunu appoġġati wkoll.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 3 – intestatura f'tipa grassa 4 – intestatura sottolinjata 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kanali u pjattaformi tal-komunikazzjoni se jiġi żviluppati u użati sabiex titjib il-kapaċità madwar l-UE għat-tħejjija, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-koordinazzjoni u r-rispons.

L-iffaċilitar tal-iżvilupp ta’ kanali u pjattaformi tal-komunikazzjoni sabiex titjieb il-kapaċità madwar l-UE għat-tħejjija, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-koordinazzjoni u r-rispons, filwaqt li jittieħed kont tal-kapaċitajiet u l-inizjattivi nazzjonali eżistenti.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rwol ta’ faċilitatur u għandha tqis il-kapaċitajiet u l-inizjattivi eżistenti fl-Istati Membri.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Anness – taqsima 3 – intestatura f'tipa grassa 4 – intestatura sottolinjata 2 – sottointestatura ‑ paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjattaforma tas-servizz ċentrali se tikkonsisti f’netwerk ta’ Skwadra ta' Rispons f'Emerġenza Relatata mal-Kompjuters (CERTs – “Computer Emergency Response Teams”) Nazzjonali/Statali ibbażata fuq sett minimu ta’ kapaċitajiet bażi. In-netwerk se jipprovdi l-bażi ta’ Sistema Ewropea għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni u l-Allerti (EISAS – “European Information Sharing and Alert System”) għaċ-ċittadini u l-SMEs tal-UE.

Il-pjattaforma tas-servizz ċentrali se tikkonsisti f’netwerk ta’ Skwadra ta' Rispons f'Emerġenza Relatata mal-Kompjuters (CERTs – “Computer Emergency Response Teams”) Nazzjonali/Statali ibbażata fuq sett minimu ta’ kapaċitajiet bażi. In-netwerk jista jikkontribwixxi l-informazzjoni għal Sistema Ewropea għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni u l-Allerti (EISAS – “European Information Sharing and Alert System”) għaċ-ċittadini u l-SMEs tal-UE.

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex xieraq li s-CERTs jiffurmaw is-sinsla tal-EISAS. Organizzazzjonijiet oħra li għandhom l-SMEs u ċ-ċittadini bħala klijenti ewlenin tagħhom għandhom ikollhom rwol ikbar.

PROĊEDURA

Titolu

In-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE

Referenzi

COM(2011)0657 – C7-0373/2011 – 2011/0299(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.11.2011

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

15.11.2011

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Lorenzo Fontana

25.1.2012

Eżami fil-kumitat

29.5.2012

19.6.2012

 

 

Data tal-adozzjoni

19.9.2012

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zoltán Bagó, Malika Benarab-Attou, Lothar Bisky, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Lorenzo Fontana, Cătălin Sorin Ivan, Petra Kammerevert, Morten Løkkegaard, Emilio Menéndez del Valle, Marek Henryk Migalski, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Gianni Pittella, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marietje Schaake, Marco Scurria, Emil Stoyanov, Hannu Takkula, László Tőkés, Marie-Christine Vergiat

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Heinz K. Becker, Nadja Hirsch, Iosif Matula, Mitro Repo, Kay Swinburne

PROĊEDURA

Titolu

In-netwerks tat-telekomunikazzjonijiet trans-Ewropej u t-tħassir tad-Deċiżjoni Nru 1336/97/KE

Referenzi

COM(2013)0329 – C7-0149/2013 – COM(2011)0657 – C7-0373/2011 – 2011/0299(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.5.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.11.2011

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.11.2011

ENVI

15.11.2011

IMCO

15.11.2011

REGI

15.11.2011

 

CULT

15.11.2011

LIBE

15.11.2011

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

17.1.2012

LIBE

23.11.2011

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Evžen Tošenovský

19.1.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.2.2012

19.6.2012

9.10.2012

19.6.2013

Data tal-adozzjoni

9.7.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

0

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Fabrizio Bertot, Jan Březina, Reinhard Bütikofer, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Vicky Ford, Gaston Franco, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Fiona Hall, Jacky Hénin, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Philippe Lamberts, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Michèle Rivasi, Paul Rübig, Salvador Sedó i Alabart, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Evžen Tošenovský, Catherine Trautmann, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ioan Enciu, Gunnar Hökmark, Ivailo Kalfin, Seán Kelly, Bernd Lange

Data tat-tressiq

18.7.2013