RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati

24.7.2013 - (COM(2012)0788 – C7‑0420/2012 – 2012/0366(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Linda McAvan

Proċedura : 2012/0366(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati

(COM(2012)0788 – C7‑0420/2012 – 2012/0366(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0788),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0420/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, il-Parlament Daniż, il-Parlament Grieg, il-Kamra tad-Deputati Taljana, is-Senat Taljan, il-Parlament Portugiż, il-Kamra tad-Deputati Rumena u l-Parlament Svediż, li jasserixxu li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta' Lulju 2013[1],

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-3 ta' Lulju 2013[2],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7‑0276/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a) It-twissijiet tas-saħħa jservu bħala parti minn strateġija kontra t-tipjip organizzata, effettiva u fuq żmien twil, b’ambitu u objettivi definiti sewwa.

Ġustifikazzjoni

L-effettività ta’ twissija tas-saħħa hija marbuta mal-fatt li hija parti minn strateġija organizzata kontra t-tipjip, b’ambitu u objettivi definiti sewwa.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Id-daqs tas-suq intern tat-tabakk u prodotti relatati, ix-xejra li qed tikber tal-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk li jikkonċentraw il-produzzjoni għall-Unjoni kollha f’numru żgħir biss ta’ impjanti tal-produzzjoni fl-Istati Membri u l-kummerċ transkonfinali sinifikanti konsegwenti tat-tabakk u prodotti relatati, jitolbu għal azzjoni leġiżlattiva fil-livell tal-Unjoni minflok f'dak nazzjonali biex jinkiseb it-tħaddim mingħajr xkiel tas-suq intern.

(6) Id-daqs tas-suq intern tat-tabakk u prodotti relatati, ix-xejra li qed tikber tal-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk li jikkonċentraw il-produzzjoni għall-Unjoni kollha f’numru żgħir biss ta’ impjanti tal-produzzjoni fl-Istati Membri u l-kummerċ transkonfinali sinifikanti konsegwenti tat-tabakk u prodotti relatati, jitolbu għal azzjoni leġiżlattiva iktar qawwija fil-livell tal-Unjoni biex jinkiseb it-tħaddim mingħajr xkiel tas-suq intern.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Tinħtieġ ukoll azzjoni leġiżlattiva fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk (minn hawn 'il quddiem: ("FCTC") ta' Mejju 2003 li għaliha huma Partijiet l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha. Ta' rilevanza huma b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha (ir-regolamentazzjoni tal-kontenuti tal-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 10 (ir-regolamentazzjoni dwar l-informazzjoni li trid tidher fuq il-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 11 (l-ippakkjar u l-ittikkettjar tal-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 13 (ir-reklamar) u l-Artikolu 15 (il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk). Ġie adottat b'kunsens, sett ta' linji gwida għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-FCTC, waqt diversi Konferenzi tal-Partijiet għall-FCTC bl-appoġġ tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

(7) Tinħtieġ ukoll azzjoni leġiżlattiva fil-livell tal-Unjoni sabiex tiġi implimentata l-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO bħala punt ta' riferiment dwar il-Kontroll tat-Tabakk ("FCTC") ta' Mejju 2003. L-Istati Membri kollha u l-Unjoni Ewropea nnifisha ffirmaw u rratifikaw l-FCTC u bħala riżultat huma marbuta skont il-liġi internazzjonali mid-dispożizzjonijiet tagħha. Ta' rilevanza partikolari huma l-Artikolu 9 tagħha (ir-regolamentazzjoni tal-kontenuti tal-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 10 (ir-regolamentazzjoni dwar l-informazzjoni li trid tidher fuq il-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 11 (l-ippakkjar u l-ittikkettjar tal-prodotti tat-tabakk), l-Artikolu 13 (ir-reklamar) u l-Artikolu 15 (il-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk). Ġie adottat b'kunsens, sett ta' linji gwida għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-FCTC, waqt diversi Konferenzi tal-Partijiet għall-FCTC bl-appoġġ tal-Unjoni u tal-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Id-WHO FCTC huwa l-ewwel trattat internazzjonali dwar is-saħħa. Id-dispożizzjonijiet tiegħu huma legalment vinkolanti għall-Istati Membri bl-istess mod kif inhuma per eżempju r-regoli tad-WTO.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Skont l-Artikolu 114(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: "it-Trattat"), għandu jittieħed bħala bażi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li jitqies, b'mod partikolari, kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Il-prodotti tat-tabakk mhumiex komoditajiet ordinarji u minħabba l-effetti partikolarment dannużi tat-tabakk, il-protezzjoni tas-saħħa għandha tingħata importanza kbira, b’mod partikolari, biex titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ.

(8) Skont l-Artikolu 114(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ("it-Trattat"), għandu jittieħed bħala bażi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li jitqies, b'mod partikolari, kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Il-prodotti tat-tabakk mhumiex komoditajiet ordinarji u minħabba l-effetti partikolarment dannużi tat-tabakk, il-protezzjoni tas-saħħa għandha tingħata importanza kbira, b’mod partikolari, biex titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri għandhom jippromwovu kampanji ta' prevenzjoni mit-tipjip, speċjalment fl-iskejjel u permezz tal-media. F’konformità mal-prinċipju ta’ responsabilità tal-produttur, il-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk għandhom ikunu responsabbli għall-ispejjeż kollha tas-saħħa li jirriżultaw mill-konsum tat-tabakk.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a) Meta jitqies li f’bosta Stati Membri proporzjonijiet kbar ta’ persuni li jpejpu diffiċli jieqfu milli jpejpu għalkollox, il-leġiżlazzjoni għandha tqis id-dritt tagħhom li jkunu jafu oġġettivament l-impatt li l-użu potenzjali tat-tabakk għandu fuq saħħithom, u din l-informazzjoni jirċevuha wkoll permezz tal-pakkett tal-prodott li aktarx jużaw.

Ġustifikazzjoni

Meta jitqies li għad hemm proporzonijiet kbar ta’ persuni li jpejpu fl-UE, id-direttiva għandha tfittex ukoll li ttejjeb is-saħħa ta’ dawk li diġà jpejpu u li għal kwalunkwe raġuni jkomplu jużaw prodotti tat-tabakk jew tan-nikotina.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Sabiex jitkejjel il-kontenut tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, għandha ssir referenza għall-istandards ISO 4387, 10315 u 8454, li huma standards rikonoxxuti internazzjonalment. Għal emissjonijiet oħra ma jeżistux standards jew testijiet miftiemha internazzjonalment biex jiġi kkwantifikat il-kontenut, iżda qegħdin isiru sforzi sabiex dawn jiġu żviluppati.

(10) Sabiex jitkejjel il-kontenut tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, għandha ssir referenza għall-istandards ISO 4387, 10315 u 8454, li huma standards rikonoxxuti internazzjonalment. Għal emissjonijiet oħra ma jeżistux standards jew testijiet miftiemha internazzjonalment biex jiġi kkwantifikat il-kontenut, iżda l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu attivament l-isforzi li qed isiru fil-livell internazzjonali sabiex jiġu żviluppati tali standars jew testijiet.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a) Ġie ppruvat li l-Polonju 210 huwa sustanza karċinoġena sinifikanti fit-tabakk. Il-preżenza tiegħu fis-sigaretti tista' tiġi eliminata kważi kompletament permezz ta' għadd ta' miżuri sempliċi. Hu għalhekk xieraq li jiġi stabbilit rendiment massimu għall-Polonju 210 li jwassal għal tnaqqis ta' 95 % tal-medja attwali tal-kontenut tal-Polonju 210 fis-sigaretti. Għandu jiġi żviluppat standard ISO li jkejjel il-Polonju 210 fit-tabakk.

Ġustifikazzjoni

Il-Polonju 210 hu prodott diżintegrat tal-uranju li hu preżenti fil-fertilizzanti magħmula mill-blat li fih il-fosfat tal-uranju. Dan jikkontamina l-weraq tat-tabakk mill-arja permezz ta' Radon 222 u fl-għeruq mill-Lead 210. Meta jinħaraq, il-Polonju 210 jevapora, u għalhekk jidħol fl-imnifsejn ta' dawk li jpejpu. Hu sors ta' alpha. Radjazzjoni Alpha ma tagħmilx ħsara barra l-ġisem, imma ladarba tidħil fil-ġisem tal-bniedem hi 'l-aktar forma ta' radjazzjoni li tagħmel ħsara' (The Polonium Brief, Brianna Rego, Isis, 2009).

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fir-rigward tal-iffissar tal-kontenut massimu, jista’ jkun meħtieġ u xieraq li aktar tard jiġi adattat il-kontenut stabbilit jew li jiġu ffissati l-livelli limiti massimi għall-emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu t-tossiċità jew l-effett ta' dipendenza tagħhom.

(11) Fir-rigward tal-iffissar tal-kontenut massimu, jista’ jkun meħtieġ u xieraq li aktar tard jitnaqqas il-kontenut stabbilit jew li jiġu ffissati l-livelli limiti massimi għall-emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu t-tossiċità jew l-effett ta' dipendenza tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandu jkollha bżonn biss li tnaqqas il-kontenuti tat-TNCO, u kwalunkwe livell ieħor imfassal għal emissjonijiet tossiċi jew li joħolqu dipendenza fil-futur, bi qbil mad-direzzjoni tal-istandards internazzjonali.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-użu attwali ta’ formati differenti ta' rappurtar jagħmilha diffiċli għall-manifatturi u l-importaturi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' rappurtar u huwa ta' piż għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex iqabblu, janalizzaw u jfasslu l-konklużjonijiet mill-informazzjoni li jkunu rċevew. F’dan id-dawl għandu jkun hemm format obbligatorju komuni għar-rappurtar tal-ingredjenti u l-emissjonijiet. L-akbar trasparenza possibbli dwar l-informazzjoni tal-prodott għandha tiġi żgurata għall-pubbliku ġenerali, filwaqt li jiġi żgurat li jitqiesu kif xieraq id-drittijiet kummerċjali u ta' proprjetà intelletwali tal-manufatturi tal-prodotti tat-tabakk.

(13) L-użu attwali ta’ formati differenti ta' rappurtar jagħmilha diffiċli għall-manifatturi u l-importaturi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' rappurtar u huwa ta' piż għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex iqabblu, janalizzaw u jfasslu l-konklużjonijiet mill-informazzjoni li jkunu rċevew. F’dan id-dawl għandu jkun hemm format obbligatorju komuni għar-rappurtar tal-ingredjenti u l-emissjonijiet. L-akbar trasparenza possibbli dwar l-informazzjoni tal-prodott għandha tiġi żgurata għall-pubbliku ġenerali, filwaqt li jiġi żgurat li jitqiesu kif xieraq id-drittijiet kummerċjali u ta' proprjetà intelletwali tal-manufatturi tal-prodotti tat-tabakk, b'mod partikolari id-drittijiet tal-impriżi ta' daqs żgħir u medju.

Ġustifikazzjoni

Il-format elettroniku komuni għall-Istati Membri kollha jħaffef l-obbligi tar-rappurtar. Dan għandu jkun ta' vantaġġ għall-SMEs.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) In-nuqqas ta’ approċċ armonizzat fuq ir-regolamentazzjoni tal-ingredjenti jaffettwa t-tħaddim tas-suq intern u għandu impatt fuq il-moviment liberu tal-prodotti mal-UE kollha. Ċerti Stati Membri adottaw leġiżlazzjoni jew daħlu fi ftehimiet vinkolanti mal-industrija li jippermettu jew jipprojbixxu ċerti ingredjenti. Bħala riżultat, xi ingredjenti huma rregolati f'xi Stati Membri, iżda mhux f'oħrajn. L-Istati Membri qegħdin ukoll jieħdu approċċi differenti fir-rigward tal-addittivi integrati fil-filtru tas-sigarretti kif ukoll tal-addittivi koloranti tad-duħħan tat-tabakk. Mingħajr armonizzazzjoni, l-ostakli fis-suq intern huma mistennija li jiżdiedu fis-snin li ġejjin meta titqies l-implimentazzjoni tal-FCTC u l-linji gwida tagħha u meta titqies l-esperjenza miksuba f’ġurisdizzjonijiet oħra barra l-Unjoni. Il-linji gwida dwar l-Artikoli 9 u 10 tal-FCTC jitolbu partikolarment it-tneħħija tal-ingredjenti li jżidu l-palat, joħolqu l-impressjoni li prodotti tat-tabakk għandhom benefiċċji għas-saħħa, huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità jew ikollhom proprjetajiet koloranti.

(14) In-nuqqas ta’ approċċ armonizzat fuq ir-regolamentazzjoni tal-ingredjenti jaffettwa t-tħaddim tas-suq intern u għandu impatt fuq il-moviment liberu tal-prodotti mal-UE kollha. Ċerti Stati Membri adottaw leġiżlazzjoni jew daħlu fi ftehimiet vinkolanti mal-industrija li jippermettu jew jipprojbixxu ċerti ingredjenti. Bħala riżultat, xi ingredjenti huma rregolati f'xi Stati Membri, iżda mhux f'oħrajn. L-Istati Membri qegħdin ukoll jieħdu approċċi differenti fir-rigward tal-addittivi integrati fil-filtru tas-sigarretti kif ukoll tal-addittivi koloranti tad-duħħan tat-tabakk. Mingħajr armonizzazzjoni, l-ostakli fis-suq intern huma mistennija li jiżdiedu fis-snin li ġejjin meta titqies l-implimentazzjoni tal-FCTC u l-linji gwida tagħha u meta titqies l-esperjenza miksuba f’ġurisdizzjonijiet oħra barra l-Unjoni. Il-linji gwida dwar l-Artikoli 9 u 10 tal-FCTC jitolbu partikolarment it-tneħħija tal-ingredjenti li jżidu l-palat, joħolqu l-impressjoni li prodotti tat-tabakk għandhom benefiċċji għas-saħħa, huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità jew ikollhom proprjetajiet koloranti. Għandhom jitneħħew ukoll l-ingredjenti li jżidu d-dipendenza u t-tossiċità.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) Sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem għandha ssir valutazzjoni dwar is-sikurezza tal-addittivi għall-użu fil-prodotti tat-tabakk. L-addittivi għandhom jiġu permessi għall-użu fil-prodotti tat-tabakk biss jekk ikunu inklużi f’lista tal-Unjoni ta’ addittivi awtorizzati. Dik il-lista għandu tindika wkoll kwalunkwe kundizzjoni jew restrizzjoni dar l-użu tal-addittivi permessi. Il-prodotti tat-tabakk li jkun fihom addittivi mhux inklużi fil-lista tal-Unjoni jew li jintużaw b'mod li ma jikkonformax ma' din id-Direttiva m'għandhomx jitqiegħdu fis-suq tal-Unjoni.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14b) Hu importanti mhux biss li jitqiesu l-proprjetajiet ta' addittivi fihom infushom, imma wkoll tal-prodotti tagħhom meta jinħarqu. L-addittivi, kif ukoll il-prodotti ta’ kombustjoni tagħhom, m'għandomx jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala dannużi skont ir-Regolament KE (Nru) 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet1.

_____________

1 ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

Ġustifikazzjoni

Huma biss l-addittivi li mhumiex perikolużi - bħala sustanzi jew meta jinħarqu - li għandhom ikunu permessi.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-probabbiltà tar-regolamentazzjoni diverġenti qed tiżdied aktar minħabba t-tħassib dwar il-prodotti tat-tabakk, inklużi l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux, li jkollhom togħma karatterizzanti oħra għajr it-tabakk, li jistgħu jiffaċilitaw il-bidu tal-konsum tat-tabakk jew jaffettwaw ix-xejriet tal-konsum. Pereżempju, f’ħafna pajjiżi, il-bejgħ ta' prodotti mentolati żdied gradwalment anki jekk il-prevalenza tat-tipjip naqset b'mod ġenerali. Għadd ta' studji indikaw li l-prodotti tat-tabakk mentolati jistgħu jiffaċilitaw l-inalazzjoni kif ukoll il-bidu tat-tipjip fost iż-żagħżagħ. Għandhom jiġu evitati l-miżuri li jintroduċu differenzi mhux ġustifikati tat-trattament bejn is-sigarretti mħawra (eż. is-sigarretti bil-mentol u bl-imsiemer tal-qronfol).

(15) Il-probabbiltà tar-regolamentazzjoni diverġenti qed tiżdied aktar minħabba t-tħassib dwar il-prodotti tat-tabakk li jkollhom togħma karatterizzanti oħra għajr it-tabakk, li jistgħu jiffaċilitaw il-bidu tal-konsum tat-tabakk jew jaffettwaw ix-xejriet tal-konsum. Pereżempju, f’ħafna pajjiżi, il-bejgħ ta' prodotti mentolati żdied gradwalment anki jekk il-prevalenza tat-tipjip naqset b'mod ġenerali. Għadd ta' studji indikaw li l-prodotti tat-tabakk mentolati jistgħu jiffaċilitaw l-inalazzjoni kif ukoll il-bidu tat-tipjip fost iż-żagħżagħ. Għandhom jiġu evitati l-miżuri li jintroduċu differenzi mhux ġustifikati tat-trattament bejn is-sigarretti mħawra (eż. is-sigarretti bil-mentol u bl-imsiemer tal-qronfol).

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-projbizzjoni tal-prodotti tat-tabakk b'togħmiet karatterizzanti ma tipprojbixxix għal kollox l-użu ta' addittivi individwali, iżda tobbliga lill-manifatturi biex inaqqsu l-addittiv jew it-taħlita ta' addittivi sal-punt li l-addittivi ma jibqgħux jirriżultaw f'togħma karatterizzanti. L-użu ta' addittivi meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk għandu jitħalla, sakemm dawn ma jirriżultawx f'togħma karatterizzanti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni dwar it-togħmiet karatterizzanti. Għandhom jintużaw bordijiet indipendenti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni biex jassistu fit-tali teħid ta’ deċiżjonijiet. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandhiex tiddiskrimina bejn il-varjetajiet tat-tabakk differenti.

imħassar

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Ċerti addittivi jintużaw biex joħolqu l-impressjoni li l-prodotti tat-tabakk huma ta' benefiċċju għas-saħħa, jippreżentaw inqas periklu għas-saħħa jew iżidu l-istat ta' viġilanza u l-prestazzjoni fiżika. Dawn l-addittivi għandhom jiġu pprojbiti sabiex jiġu żgurati regoli uniformi u livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa.

(17) Ċerti addittivi jintużaw biex joħolqu l-impressjoni li l-prodotti tat-tabakk huma ta' benefiċċju għas-saħħa, jippreżentaw inqas periklu għas-saħħa jew iżidu l-istat ta' viġilanza u l-prestazzjoni fiżika. Sabiex jiġu żgurati regoli uniformi u livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, dawk l-addittivi m'għandhomx jiġu approvati. Barra minn hekk, l-addittivi li jagħtu togħma karaterizzanti m'għandhomx ikunu approvati. Dan m'għandux jirriżulta fil-projbizzjoni tal-użu tal-addittivi individwali kollha. Il-manifatturi kollha, madankollu, għandhom jintalbu jnaqqsu l-użu ta' addittiv jew kumbinazzjoni ta' addittivi għal tali punt li l-addittivi ma jibqgħux jirriżultaw f'togħma karatterizzanti. Għandu jkun possibbli li jiġi approvat l-użu ta' addittivi li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk, sakemm dawk l-addittivi ma jirriżultawx f'togħma karatterizzanti u ma jkunux marbuta mal-attrazzjoni ta' tali prodotti..

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a) Ammont dejjem jiżdied ta’ persuni, li l-parti l-kbira minnhom huma tfal, isofru mill-ażma u allerġiji varji. Mhux il-kawżi kollha tal-ażma huma mifhuma mid-WHO, iżda jeħtieġ li l-fatturi ta' riskju, inklużi l-allerġeni, it-tabakk u l-irritanti kimiċi, jiġu evitati sabiex titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Meta wieħed jikkunsidra l-fokus tad-Direttiva fuq iż-żgħażagħ, il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk li ma jdaħħanx li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' ċerti ingredjenti sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ.

(18) Meta wieħed jikkunsidra l-fokus tad-Direttiva fuq iż-żgħażagħ, il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk tal-pipa tal-ilma li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' ċerti ingredjenti sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a) L-Istati Membri għandhom jitħeġġu, jekk ma għamlux dan diġà, jifformulaw il-liġijiet nazzjonali tagħhom dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ b’tali mod li l-prodotti tat-tabakk ma jistgħux jinbiegħu liż-żgħażagħ taħt it-18-il sena, jew jiġu kkunsmati minnhom; L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li dawn il-projbizzjonijiet jiġu rispettati;

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18b) L-FCTC fl-Artikolu 16 jirreferi għar-responsabilità tal-Partijiet fil-Konvenzjoni biex jindirizzaw prodotti mmirati lejn konsumaturi taħt l-età, bħal prodotti tal-ikel u ġugarelli fil-forma ta’ prodotti tat-tabakk li jistgħu jappellaw lill-persuni taħt l-età. Fis-snin reċenti, bosta prodotti, bħax-shisha vaping sticks, tpoġġew fis-suq; dawn ma fihomx nikotina iżda għandhom il-forma ta’ sigarretti u jipprovaw jimitaw il-proċess tat-tipjip permezz ta’ sustanzi ta’ vaporizzar, li n-natura innokwa tagħhom għadha mhijiex ipprovata xjentifikament, u permezz ta’ dawl elettriku li jimita l-proċess ta’ ħruq ta’ sigarrett. Tali oġġetti huma prodotti b’mod ċar biex jappellaw liż-żgħażagħ u lill-konsumaturi taħt l-età, u dejjem qed isiru aktar popolari minn persuni taħt l-età f’bosta Stati Membri. Qed jiġi espress tħassib dejjem ikbar fil-konfront tad-drawwiet maħluqa minn konsumaturi żgħażagħ u persuni taħt l-età permezz tal-użu ta’ tali sigarretti ta’ imitazzjoni. Għalhekk, dawn il-prodotti għandhom jiġu pprojbiti permezz ta’ din id-direttiva.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Dawn id-disparitajiet jistgħu joħolqu ostaklu għall-kummerċ u jxekklu t-tħaddim tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk, u għandhom għalhekk jiġu eliminati. Barra minn hekk, il-konsumaturi f'uħud mill-Istati Membri jistgħu jkunu informati aħjar dwar ir-riskji għas-saħħa tal-prodotti tat-tabbakk, milli f'oħrajn. Mingħajr azzjoni ulterjuri fil-livell tal-Unjoni, id-disparitajiet eżistenti x'aktarx jiżdiedu fis-snin li ġejjin.

(20) Dawn id-disparitajiet jistgħu joħolqu ostaklu għall-kummerċ u jxekklu t-tħaddim tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk, u għandhom għalhekk jiġu eliminati. Barra minn hekk, il-konsumaturi f'uħud mill-Istati Membri jistgħu jkunu informati aħjar dwar ir-riskji għas-saħħa tal-prodotti tat-tabbakk, milli f'oħrajn. Mingħajr azzjoni armonizzanti ulterjuri fil-livell tal-Unjoni, id-disparitajiet eżistenti x'aktarx jiżdiedu fis-snin li ġejjin.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Jeħtieġ ukoll li d-dispożizzjonijiet tal-ittikkettjar jiġu adattati għall-evidenza xjentifika ġdida. Pereżempju l-indikazzjoni tal-kontenut għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju fuq il-pakketti tas-sigarretti rriżultat li hija qarrieqa billi twassal biex il-konsumaturi jemmnu li ċerti sigarretti huma anqas ta' ħsara minn oħrajn. L-evidenza tissuġġerixxi wkoll li t-twissijiet tas-saħħa kkombinati ta' daqs kbir huma aktar effettivi mit-twissijiet bil-miktub biss. F'dan id-dawl, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati għandhom isiru obbligatorji fl-Unjoni kollha u jkopru partijiet sinifikanti u viżibbli tal-wiċċ tal-pakkett. Għandu jiġi stabbilit daqs minimu għat-twissijiet tas-saħħa kollha biex jiġu żgurati l-viżibbiltà u l-effettività tagħhom.

(22) Jeħtieġ ukoll li d-dispożizzjonijiet tal-ittikkettjar jiġu adattati għall-evidenza xjentifika ġdida. Pereżempju l-indikazzjoni tal-kontenut għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju fuq il-pakketti tas-sigarretti rriżultat li hija qarrieqa billi twassal biex il-konsumaturi jemmnu li ċerti sigarretti huma anqas ta' ħsara minn oħrajn. L-evidenza tissuġġerixxi wkoll li t-twissijiet tas-saħħa bl-istampi u bil-miktub ikkombinati ta' daqs kbir huma aktar effettivi mit-twissijiet bil-miktub biss. F'dan id-dawl, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati għandhom isiru obbligatorji fl-Unjoni kollha u jkopru partijiet sinifikanti u viżibbli fil-parti viżiva fuq in-naħat kollha tal-wiċċ tal-pakkett. Għandu jiġi stabbilit daqs minimu għat-twissijiet tas-saħħa kollha biex jiġu żgurati l-viżibbiltà u l-effettività tagħhom.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa u tiġi mmassimizzata l-effikaċja tagħhom, għandhom isiru dispożizzjonijiet rigward id-daqs tat-twissijiet kif ukoll rigward ċerti aspetti tad-dehra tal-pakkett tat-tabakk, inkluż il-mekkaniżmu tal-ftuħ. Il-pakkett u l-prodotti jistgħu jqarrqu lill-konsumaturi, b'mod partikolari liż-żgħażagħ, billi jissuġġerixxu li l-prodotti huma anqas ta' ħsara. Pereżempju, dan huwa l-każ b'ċerti testi jew karatteristiċi, bħalma huma "qatran baxx", "ħfief", "ħfief ħafna", "mhux qawwija" "naturali", "organiċi", "mingħajr addittivi", "mingħajr aromi", “irqaq” ismijiet, stampi, u sinjali ta' figuri jew oħrajn. Bl-istess mod, id-daqs u d-dehra tas-sigarretti individwali jista’ jqarraq lill-konsumaturi billi joħloq l-impressjoni lu huma ta’ anqas ħsara. Studju riċenti wera wkoll li dawk li jpejpu sigarretti rqaq kienu aktar probabbli li jemmnu li l-marka tagħhom stess tista’ tkun ta’ anqas ħsara. Dan għandu jiġi indirizzat.

(23) Sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa u tiġi mmassimizzata l-effikaċja tagħhom, għandhom isiru dispożizzjonijiet rigward id-daqs tat-twissijiet kif ukoll rigward ċerti aspetti tad-dehra tal-pakkett tat-tabakk. Il-pakkett u l-prodotti jistgħu jqarrqu lill-konsumaturi, b'mod partikolari liż-żgħażagħ, billi jissuġġerixxu li l-prodotti huma anqas ta' ħsara. Pereżempju, dan huwa l-każ b'ċerti testi jew karatteristiċi, bħalma huma "qatran baxx", "ħfief", "ħfief ħafna", "mhux qawwija" "naturali", "organiċi", "mingħajr addittivi", "mingħajr aromi", “irqaq” ismijiet, stampi, u sinjali ta' figuri jew oħrajn. Ċerti pakketti u prodotti jistgħu wkoll jiżgwidaw billi jissuġġerixxu benefiċċji relatati mal-istatus soċjali, il-ħajja soċjali jew kwalitajiet bħall-femminità, il-maskulinità jew l-eleganza. Bl-istess mod, id-daqs u d-dehra tas-sigarretti individwali jista’ jqarraq lill-konsumaturi billi joħloq l-impressjoni lu huma ta’ anqas ħsara. Studju riċenti wera wkoll li dawk li jpejpu sigarretti rqaq kienu aktar probabbli li jemmnu li l-marka tagħhom stess tista’ tkun ta’ anqas ħsara. Dan għandu jiġi indirizzat.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a) Il-prodotti tat-tabakk ġie dimostrat li għandhom jew li jarmu bosta sustanzi li jagħmlu ħsara jew magħrufa bħala sustanzi karċinoġeni li huma ta' dannu għas-saħħa tal-bniedem meta jinħarqu. studji xjentifiċi taw prova ċara tal-fatt li t-tipjip passiv huwa kawża ta’ mwiet, mard u diżabilità u li t-tipjip passiv huwa perikoluż, b’mod partikolari għat-trabi qabel jitwieldu u t-tfal żgħar. It-tipjip jista’ jikkawża jew jaggrava problemi ta’ nifs f’persuni li jinalaw id-duħħan. It-twissijiet tas-saħħa, għalhekk, għandhom jiġbdu l-attenzjoni lejn il-perikli għas-saħħa tat-tipjip passiv.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tinsab fid-Direttiva attwali 2001/37/KE. Għandu jkun hemm test speċifiku u twissijiet bl-istampi li jiġbdu l-attenzjoni lejn il-perikli tat-tipjip passiv.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-prodotti tat-tabakk għat-tipjip, għajr is-sigarretti u l-prodotti tat-tabakk tal-brim, li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni minn ċerti rekwiżiti tal-ittikkettjar sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali ta' ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew fix-xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ. L-ittikkettjar ta' dawn il-prodotti l-oħra tat-tabakk għandu jsegwi regoli speċifiċi. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa fuq prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux. It-twissijiet għandhom għalhekk jitqiegħdu fuq iż-żewġ uċuħ ewlenin tal-pakkett tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux.

(24) Il-prodotti tat-tabakk għat-tipjip, għajr is-sigarretti, il-prodotti tat-tabakk tal-brim u t-tabakk tal-pipa tal-ilma, li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni minn ċerti rekwiżiti tal-ittikkettjar sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali ta' ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew fix-xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ. L-ittikkettjar ta' dawn il-prodotti l-oħra tat-tabakk għandu jsegwi regoli speċifiċi. Jeħtieġ li tiġi żgurata l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa fuq prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux. It-twissijiet għandhom għalhekk jitqiegħdu fuq iż-żewġ uċuħ ewlenin tal-pakkett tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Qed jitqiegħdu fis-suq volumi konsiderevoli ta' prodotti illegali, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2001/37/KE, u l-indikazzjonijiet huma li dawn il-volumi jistgħu jiżdiedu. Dawn il-prodotti jimminaw iċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti konformi u l-protezzjoni prevista mil-leġiżlazzjonijiet dwar il-kontroll tat-tabakk. Barra minn hekk, l-FCTC tobbliga lill-Unjoni biex tiġġieled kontra l-prodotti illeċiti, bħala parti minn politika komprensiva għall-kontroll tat-tabakk. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni biex il-pakketti bil-wieħed ta’ prodotti tat-tabakk ikunu mmarkati b'mod uniku u sikur u l-movimenti tagħhom ikunu rreġistrati sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jiġu traċċati u rintraċċati fl-Unjoni u l-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva tkun tista' tiġi mmonitorjata u infurzata aħjar. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-introduzzjoni ta' karatteristiċi ta' sigurtà li se jiffaċilitaw il-verifika dwar jekk il-prodotti humiex awtentiċi.

(26) Qed jitqiegħdu fis-suq volumi konsiderevoli ta' prodotti illegali, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2001/37/KE, u l-indikazzjonijiet huma li dawn il-volumi jistgħu jiżdiedu. Dawn il-prodotti jimminaw iċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti konformi u l-protezzjoni prevista mil-leġiżlazzjonijiet dwar il-kontroll tat-tabakk. Barra minn hekk, l-FCTC tobbliga lill-Unjoni biex tiġġieled kontra l-prodotti illeċiti, bħala parti minn politika komprensiva għall-kontroll tat-tabakk. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni biex il-pakketti bil-wieħed u kwalunkwe ppakkjar estern għat-trasport ta’ prodotti tat-tabakk ikunu mmarkati b'mod uniku u sikur u l-movimenti tagħhom ikunu rreġistrati sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jiġu traċċati u rintraċċati fl-Unjoni u l-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva tkun tista' tiġi mmonitorjata u infurzata aħjar. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-introduzzjoni ta' karatteristiċi ta' sigurtà li se jiffaċilitaw il-verifika dwar jekk il-prodotti humiex awtentiċi, u biex ikun żgurat li l-identifikaturi uniċi tal-pakketti indiviwali jkunu marbuta mal-identifikatur uniku fuq l-ippakkjar estern għat-trasport.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Sabiex jiġu żgurati l-indipendenza u t-trasparenza, il-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk għandhom jikkonkludu kuntratti għall-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti, taħt l-awspiċji ta' awditur estern. Id-dejta relatata mas-sistema ta' provenjenza u traċċar għandha tinżamm separata minn dejta oħra relatata tal-kumpanija u tinżamm taħt kontroll u tkun aċċessibbli f’kull ħin mill-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni.

(28) Sabiex jiġu żgurati l-indipendenza u t-trasparenza, il-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk għandhom jikkonkludu kuntratti għall-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti. Il-konvenjenza ta' tali kuntratti għandha tiġi approvata u mmonitorjata mill-Kummissjoni, megħjuna minn awditur estern indipendenti. Id-dejta relatata mas-sistema ta' provenjenza u traċċar għandha tinżamm separata minn dejta oħra relatata tal-kumpanija u tinżamm taħt kontroll u tkun aċċessibbli f’kull ħin mill-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tat-13 ta' Novembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward l-ittikkettar tal-prodotti tat-tabakk u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti tipi ta' tabakk għall-użu orali, pprojbixxiet il-bejgħ fl-Istati Membri ta' ċerti tipi ta' tabakk għall-użu orali. Id-Direttiva 2001/37/KE kkonfermat din il-projbizzjoni. L-Artikolu 151 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Awstrija, tal-Finlandja u tal-Isvezja jagħti lir-Renju tal-Isvezja deroga minn din il-projbizzjoni. Il-projbizzjoni tal-bejgħ tat-tabakk għall-użu orali għandha tinżamm sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni fis-suq intern ta' prodott li jagħmlek dipendenti, għandu effetti negattivi fuq is-saħħa u jattira liż-żgħażagħ. Għal prodotti oħra tat-tabakk li ma jdaħħnux, li mhumiex prodotti għas-suq tal-massa, jitqies li regolamentazzjoni stretta fil-qasam tal-ittikkettar u tal-ingredjenti hija biżżejjed biex tikkontrolla l-espansjoni tas-suq lil hinn mill-użu tradizzjonali tagħhom.

(29) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tat-13 ta' Novembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward l-ittikkettar tal-prodotti tat-tabakk u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta' ċerti tipi ta' tabakk għall-użu orali, pprojbixxiet il-bejgħ fl-Istati Membri ta' ċerti tipi ta' tabakk għall-użu orali. Id-Direttiva 2001/37/KE kkonfermat din il-projbizzjoni. L-Artikolu 151 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Awstrija, tal-Finlandja u tal-Isvezja jagħti lir-Renju tal-Isvezja deroga minn din il-projbizzjoni. Il-projbizzjoni tal-bejgħ tat-tabakk għall-użu orali għandha tinżamm sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni fis-suq intern ta' prodott li jagħmlek dipendenti, għandu effetti negattivi fuq is-saħħa u jattira liż-żgħażagħ.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 29a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29a) Minħabba l-projbizzjoni ġenerali tal-bejgħ ta' tabakk orali (snus) fl-Unjoni, m'hemmx interess transkonfinali fir-regolamentazzjoni tal-kontenut ta' snus. Ir-responsabbiltà dwar ir-regolamentazzjoni tal-kontenut ta' snus għalhekk tinsab f'idejn l-Istat Membru fejn hu permess il-bejgħ ta' snus bi qbil mal-Artikolu 151 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Awstrija, tal-Finlandja u tal-Isvezja. Għalhekk l-isnus għandu jiġi eżentat mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Il-bejgħ transkonfinali bid-distanza tat-tabakk jiffaċilita l-aċċess taż-żgħażagħ għall-prodotti tat-tabakk u jhedded li jimmina l-konformità mar-rekwiżiti provduti mil-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tat-tabakk ta’ din id-Direttiva. Ir-regoli komuni dwar is-sistema ta' notifika huma meħtieġa biex jiżguraw li din id-Direttiva tikseb il-potenzjal sħiħ tagħha. Id-dispożizzjoni dwar in-notifika tal-bejgħ tat-tabakk transkonfinali bid-distanza f'din id-Direttiva għandha tapplika minkejja l-proċedura ta' notifika stabbilita fid-Direttiva 2001/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni. Il-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti tat-tabakk bejn l-intrapriżi u l-konsumaturi huwa rregolat ulterjorment mid-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod, li mit-13 ta' Ġunju 2014 se tiġi sostitwita mid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur.

(30) Il-bejgħ transkonfinali bid-distanza tat-tabakk għandu jiġi pprojbit għax dan jiffaċilita l-aċċess taż-żgħażagħ għall-prodotti tat-tabakk u jhedded li jimmina l-konformità mar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 30a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30a) Id-Direttiva 2003/33/KE dwar ir-riklamar u l-patrunaġġ tal-prodotti tat-tabakk diġà tipprojbixxi d-distribuzzjoni libera ta' tali prodotti fil-kuntest tal-patrunaġġ tal-avvenimenti. Din id-Direttiva, li tirregola l-aspetti relatati mal-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u timmira li tilħaq livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-konsum tat-tabakk fost iż-żgħażagħ, testendi l-kamp ta' applikazzjoni tal-projbizzjoni fuq id-distribuzzjoni libera f'postijiet pubbliċi u speċifikament tipprojbixxi d-distribuzzjoni ta' materjal stampat, ta' kupuni ta' skontijiet u ta' offerti speċjali simili fil-pakketti u fit-tgeżwir.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 30b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30b) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jimpenjaw ruħhom fl-implimentazzjoni effettiva tal-Protokoll tal-FCTC sabiex jiġi eliminat il-kummerċ illegali tal-prodotti tat-tabakk. Għandhom isiru sforzi għall-prevenzjoni u t-titjib fil-kontroll tat- traffikar illegali ta’ prodotti tat-tabakk manifatturati f’pajjiżi terzi.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Il-prodotti kollha tat-tabakk għandhom il-potenzjal li jikkawżaw mortalità, morbożità u diżabilità u l-konsum tagħhom għandu jinżamm limitat. Għalhekk, huwa importanti li jiġu mmonitorjati l-iżviluppi rigward prodotti tat-tabakk innovattivi. L-obbligu ta’ notifika għall-prodotti ġodda tat-tabakk għandu jiġi impost fuq il-manifatturi u l-importaturi, mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Istati Membri li jipprojbixxuhom jew jawtorizzawhom. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp u tissottometti rapport ħames snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.

(31) Il-prodotti kollha tat-tabakk għandhom il-potenzjal li jikkawżaw mortalità, morbożità u diżabilità u l-manifattura, id-distribuzzjoni u l-konsum tagħhom għandhom jiġu regolamentati. Għalhekk, huwa importanti li jiġu mmonitorjati l-iżviluppi rigward prodotti tat-tabakk innovattivi. L-obbligu ta’ notifika għall-prodotti ġodda tat-tabakk għandu jiġi impost fuq il-manifatturi u l-importaturi, mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Istati Membri li jipprojbixxuhom jew jawtorizzawhom. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp u tissottometti rapport tliet snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Il-prodotti li fihom in-nikotina jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni. L-approċċi regolatorji differenti meħuda mill-Istati Membri biex jindirizzaw it-tħassib dwar is-saħħa u s-sikurezza marbuta ma dawn il-prodotti, għandhom impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-suq intern, b’mod partikolari meta wieħed jikkunsidra li dawn il-prodotti huma soġġetti għal bejgħ transfkonfinali mill-bogħod sinifikanti inkluż permezz tal-internet.

(33) Il-prodotti li fihom in-nikotina – inklużi s-sigaretti elettroniċi – jinbiegħu fis-suq tal-Unjoni. Madankollu l-Istati Membri ħadu approċċi regolatorji differenti biex jindirizzaw it-tħassib dwar is-saħħa u s-sikurezza marbuta ma' dawn il-prodotti. Jenħtieġu regoli armonizzati u l-prodotti kollha li fihom in-nikotina għandhom jiġu regolati permezz ta' reġim tal-mediċini li jirrikonoxxi l-użu stabbilit sew tan-nikotina. Peresss li tali prodotti għandhom potenzjali li jgħinu biex wieħed jieqaf ipejjep, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn jistgħu jkunu disponibbli barra l-ispiżjeriji.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem tipprovdi qafas legali biex jiġu vvalutati l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali inklużi l-prodotti li fihom in-nikotina. Għadd sinifikanti ta' prodotti li fihom in-nikotina diġà ġew awtorizzati skont dan ir-reġim regolatorju. L-awtorizzazzjoni tqis il-kontenut ta' nikotina tal-prodott in kwistjoni. Jekk il-prodotti li fihom in-nikotina, li l-kontenut ta' nikotina tagħhom ikun ugwali jew jaqbeż il-kontenut ta' prodott li fih in-nikotina awtorizzat preċedentement skont id-Direttiva 2001/83/KE, ikunu suġġetti għall-istess qafas legali, dan jiċċara s-sitwazzjoni legali, ineħħi d-differenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, jiżgura trattament indaqs tal-prodotti kollha li fihom in-nikotina li jistgħu jintużaw għal skopijiet ta' waqfien mit-tipjip u joħloq inċentivi għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-waqfien mit-tipjip. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE għal prodotti koperti b’din id-Direttiva jekk il-kundizzjonijiet stipulati bid-Direttiva 2001/83/KE jiġu sodisfatti.

(34) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem tipprovdi qafas legali biex jiġu vvalutati l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali inklużi l-prodotti li fihom in-nikotina. Għadd sinifikanti ta' prodotti li fihom in-nikotina diġà ġew awtorizzati skont dan ir-reġim regolatorju. L-awtorizzazzjoni tqis il-kontenut ta' nikotina tal-prodott in kwistjoni. Madankollu, ġie ppruvat li hu ferm diffiċli li jitkejjel l-ammont ta' nikotina, għaliex jiddependi fuq il-prodotti u kif dawn jintużaw. Għalhekk, jekk il-prodotti kollha li fihom in-nikotina, indipendentement mill-kontentut ta' nikotina tagħhom, ikunu suġġetti għad-Direttiva 2001/83/KE, filwaqt li jiġi rikonoxxut l-użu stabbiliti sew tan-nikontina, dan jiċċara s-sitwazzjoni legali, ineħħi d-differenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, jiżgura trattament indaqs tal-prodotti kollha li fihom in-nikotina li jistgħu jintużaw għal skopijiet ta' waqfien mit-tipjip u joħloq inċentivi għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-waqfien mit-tipjip. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE għal prodotti koperti b’din id-Direttiva jekk il-kundizzjonijiet stipulati bid-Direttiva 2001/83/KE jiġu sodisfatti.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Id-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettjar għandhom jiġu introdotti għal prodotti li fihom in-nikotina taħt il-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva, b'mod li jattiraw l-attenzjoni tal-konsumaturi għar-riskji potenzjali għas-saħħa.

imħassar

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Recital 35 a (new)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti li fihom in-nikotina ma jinbigħux lil persuni taħt l-età meħtieġa għax-xiri ta' prodotti tat-tabakk jew prodotti relatati.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-format tar-rappurtar tal-ingredjenti u d-determinazzjoni ta' prodotti b'aromi karatterizzanti jew b'livelli miżjuda ta' tossiċità u effett ta' dipendenza u l-metodoloġija biex jiġi determinat jekk l-prodott tat-tabakk għandux aroma karatterizzanti, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(37) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-format tar-rappurtar tal-ingredjenti, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Sabiex din id-Direttiva tkun totalment operattiva u sabiex iżżomm il-pass mal-iżviluppi tekniċi, xjentifiċi u internazzjonali fil-manifattura, il-konsum u r-regolamentazzjoni tat-tabakk, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni u tal-adattament tal-kontenut massimu għall-emissjonijiet u l-metodi ta' kejl tagħhom, l-iffissar tal-livelli massimi għall-ingredjenti li jżidu t-tossiċità, l-effett ta' dipendenza jew l-attrazzjoni, l-użu tat-twissijiet tas-saħħa, l-identifikaturi uniċi u l-karatteristiċi ta' sigurtà fl-ittikkettjar u fl-ippakkjar, id-definizzjoni tal-elementi ewlenin għall-kuntratti dwar il-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti li jirrevedu ċerti eżenzjonijiet mogħtija lill-prodotti tat-tabakk li mhumiex sigarretti, tabakk tal-brim u prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx u li jirrevedu l-livelli tan-nikotina għall-prodotti li fihom in-nikotina. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(38) Sabiex din id-Direttiva tkun totalment operattiva u sabiex iżżomm il-pass mal-iżviluppi tekniċi, xjentifiċi u internazzjonali fil-manifattura, il-konsum u r-regolamentazzjoni tat-tabakk, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni u tal-adattament tal-kontenut massimu għall-emissjonijiet u l-metodi ta' kejl tagħhom, l-approvazzjoni tal-addittivi u l-iffissar tal-livelli massimi għall-addittivi kif meħtieġ, l-użu tat-twissijiet tas-saħħa, l-identifikaturi uniċi u l-karatteristiċi ta' sigurtà fl-ittikkettjar u fl-ippakkjar, id-definizzjoni tal-elementi ewlenin għall-kuntratti dwar il-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti, u r-reviżjoni ta' ċerti eżenzjonijiet mogħtija lill-prodotti tat-tabakk li mhumiex sigarretti, tabakk tal-brim u tabakk tal-pipa tal-ilma. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi u tippreżenta rapport ħames snin wara d-data tat-trapożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.

(39) Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi u tippreżenta rapport tliet snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-ippakkjar.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Premessa 39a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39a) L-Istati Membri għandhom responsabbiltà importanti li jipproteġu s-saħħa pubblika u jieħdu azzjoni preventiva, li tipprovdi garanziji pubbliċi, monitoraġġ u konsulenza għaż-żgħażagħ, u t-twettiq ta' kampanji pubbliċi preventivi kontra t-tipjip, partikolarment fl-iskejjel. L-aċċess liberu universali għal konsultazzjonijiet dwar it-twaqqif tat-tipjip u t-trattamenti korrispondenti huma meqjusa vitali.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Stat Membru li jidhirlu li jeħtieġ iżomm dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti għall-aspetti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu jitħalla jagħmel dan, għall-prodotti kollha bl-istess mod, fuq il-bażi ta' ħtiġijiet urġenti relatati mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Stat Membru għandu jitħalla jintroduċi dispożizzjonijiet aktar stretti, li japplikaw għall-prodotti kollha bl-istess mod, abbażi ta' raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni speċifika ta' dan l-Istat Membru u sakemm id-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati mill-ħtieġa li titħares is-saħħa pubblika. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti għandhom ikunu meħtieġa u proporzjonati, ma jikkostitwixxux mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti jeħtieġu notifika minn qabel lill-Kummissjoni, kif ukoll approvazzjoni mingħandha, filwaqt li jitqies il-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva.

(40) Stat Membru li jidhirlu li jeħtieġ iżomm dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti għall-aspetti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu jitħalla jagħmel dan, għall-prodotti kollha bl-istess mod, sakemm tali miżuri jkunu kumpatibbli mat-TFUE. Dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti jeħtieġu notifika minn qabel lill-Kummissjoni, kif ukoll approvazzjoni mingħandha, filwaqt li jitqies il-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata biss skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/45/KE Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta.

(42) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata biss skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/45/KE Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta. Hu essenzjali li d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Il-proposta taffettwa diversi drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment il-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8), il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni (Artikolu 11), il-libertà tal-intrapriża (Artikolu 16), u d-dritt għall-proprjetà (Artikolu 17). L-obbligi imposti fuq il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri tal-prodotti tat-tabakk huma meħtieġa sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-konsumatur kif stabbilit fl-Artikoli 35 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tirrispetta l-liġi tal-UE u l-obbligi internazzjonali rilevanti.

(45) Il-proposta taffettwa diversi drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment il-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8), il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni (Artikolu 11), il-libertà tal-intrapriża (Artikolu 16), u d-dritt għall-proprjetà tad-detenturi tal-marka kummerċjali (Artikolu 17). Għaldaqstant huwa neċessarju li jkun żgurat li l-obbligi imposti fuq il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri tal-prodotti tat-tabakk mhux biss jiżguraw livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-konsumatur, iżda jipproteġu wkoll id-drittijiet fundamentali l-oħrajn kollha u huma proporzjonati mar-rispett għall-funzjonament tas-suq intern. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tirrispetta l-liġi tal-Unjoni u l-obbligi internazzjonali rilevanti.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Premessa 45a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45a) L-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dritt għall-arja nadifa fl-ispirtu tal-Artikoli 7(b) u 12 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali li jipprovdi għal drittijiet għal kundizzjonijiet tax-xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa u d-dritt għal kulħadd li jgawdi mill-ogħla standard possibbli ta' saħħa fiżika u mentali. Dan jikkorrispondi mal-għan tal-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fejn il-livell għoli ta' protezzjoni ambjentali u t-titjib fil-kwalità tal-ambjent għandhom jiġu integrati fil-politiki tal-Unjoni.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward:

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li japprossima l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward:

(a) l-ingredjenti u l-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk u l-obbligi tar-rappurtar relatati inkluż il-kontenut massimu għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju għas-sigarretti;

(a) l-ingredjenti u l-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk u l-obbligi tar-rappurtar relatati inkluż il-kontenut massimu għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju għas-sigarretti;

(b) l-ittikkettjar u l-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk inklużi t-twissijiet tas-saħħa li jridu jidhru fuq il-pakketti bil-wieħed tal-prodotti tat-tabakk u fuq l-ippakkjar estern kif ukoll il-miżuri ta' traċċabbiltà u l-karatteristiċi ta' sigurtà biex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Direttiva;

(c) il-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq tat-tabakk għall-użu orali;

(c) il-projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq tat-tabakk għall-użu orali;

(d) il-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta' prodotti tat-tabakk;

(d) il-projbizzjoni tal-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta’ prodotti tat-tabakk;

(e) l-obbligu tan-notifika għal prodotti tat-tabakk innovattivi;

(e) l-obbligu tan-notifika għal prodotti tat-tabakk innovattivi;

(f) it-tqegħid fis-suq u l-ittikkettjar ta’ ċerti prodotti, li huma relatati mal-prodotti tat-tabakk, jiġifieri prodotti li fihom in-nikotina u prodotti erbali għat-tipjip;

(f) it-tqegħid fis-suq u l-ittikkettjar ta’ ċerti prodotti, li huma relatati mal-prodotti tat-tabakk, jiġifieri prodotti li fihom in-nikotina u prodotti erbali għat-tipjip;

Sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk u prodotti relatati, billi jittieħed bħala bażi l-livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa.

sabiex jiġu ssodisfati l-obbligi li jaqgħu taħt il-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk u sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk u prodotti relatati, billi jittieħed bħala bażi l-livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa, speċjalment għaż-żgħażagħ.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-għanijiet ta' din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) "l-effett ta' dipendenza" tfisser il-potenzjal farmakoloġiku ta' sustanza li tikkawża d-dipendenza, stat li jaffettwa l-kapaċità tal-individwu li jikkontrolla l-imġiba tipikament permezz ta' mekkaniżmu ta' kumpens jew solliev mis-sintomi tal-astinenza, jew it-tnejn li huma;

(2) "addittiv" tfisser sustanza li jkun hemm fi prodott tat-tabakk, kull pakkett wieħed tiegħu jew kull ippakkjar estern għajr għall-weraq tat-tabakk u partijiet oħra naturali jew mhux ipproċessati mill-pjanti tat-tabakk;

(3) "sistema ta' verifika tal-età" tfisser sistema tal-kompjuter li tikkonferma mingħajr ambigwità l-età tal-konsumatur f'forma elettronika skont ir-rekwiżiti nazzjonali;

(3) "sistema ta' verifika tal-età" tfisser sistema tal-kompjuter li tikkonferma mingħajr ambigwità l-età tal-konsumatur f'forma elettronika skont ir-rekwiżiti nazzjonali;

(4) "togħma karatterizzanti" tfisser riħa jew togħma oħra li tista' tiġi distinta għajr it-tabakk, li tirriżulta minn addittiv jew taħlita ta' addittivi, li tinkludi iżda mhijiex limitata għall-frott, il-ħwawar, il-ħxejjex aromatiċi, l-alkoħol, il-ħelu, il-mentol jew il-vanilla li jistgħu jinħassu qabel jew mal-użu maħsub tal-prodott tat-tabakk;

(4) "togħma karatterizzanti" tfisser riħa jew togħma oħra li tista' tiġi distinta għajr it-tabakk, li tirriżulta minn addittiv jew taħlita ta' addittivi, li tinkludi iżda mhijiex limitata għall-frott, il-ħwawar, il-ħxejjex aromatiċi, l-alkoħol, il-ħelu, il-mentol jew il-vanilla li jistgħu jinħassu qabel jew mal-użu tal-prodott tat-tabakk;

(5) "tabakk tal-magħda" tfisser prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux maħsuba esklussivament għall-magħda;

(5) "tabakk tal-magħda" tfisser prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux maħsuba esklussivament għall-magħda;

(6) "sigarru" tfisser romblu tat-tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u definit ulterjorment fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat;

(7) "sigarett" tfisser romblu tat-tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u definit ulterjorment fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE;

(7) "sigarett" tfisser romblu tat-tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u definit ulterjorment fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE;

(8) "sigarru żgħir" tfisser tip żgħir ta’ sigarru b'dijametru ta' mhux aktar minn 8 mm;

(8) "sigarru żgħir" tfisser tip żgħir ta' sigarru u hu definit ulterjorment fl-Artikolu 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2007/74/UE;

(9) "twissija tas-saħħa kkombinata" tfisser twissija tas-saħħa prevista f'din id-Direttiva u li tikkonsisti f'kombinazzjoni ta' twissija bil-miktub u stampa jew immaġni korrispondenti;

(9) "twissija tas-saħħa kkombinata" tfisser twissija tas-saħħa prevista f'din id-Direttiva u li tikkonsisti f'kombinazzjoni ta' twissija bil-miktub u stampa jew immaġni korrispondenti;

(10) "konsumatur" tfisser persuna fiżika li qed taġixxi għal għanijiet li m’għandhomx x’jaqsmu mal-attività kummerċjali, imprenditorjali, artiġjanali jew professjonali;

(10) "konsumatur" tfisser persuna fiżika li qed taġixxi għal għanijiet li m’għandhomx x’jaqsmu mal-attività kummerċjali, imprenditorjali, artiġjanali jew professjonali;

(11) "bejgħ transkonfinali mill-bogħod" tfisser servizz tal-bejgħ mill-bogħod fejn, fiż-żmien meta l-konsumatur jordna l-prodott, il-konsumatur jinsab fi Stat Membru differenti mill-Istat Membru jew il-pajjiż terz fejn hu stabbilit il-post tal-bejgħ bl-imnut; il-post tal-bejgħ bl-imnut jitqies li hu stabbilit fi Stat Membru:

(a) fil-każ ta' persuna fiżika, jekk hu/hi jkollu/jkollha l-post tan-negozju tiegħu/tagħha f’dak l-Istat Membru;

(a) fil-każ ta' persuna fiżika, jekk hu/hi jkollu/jkollha l-post tan-negozju tiegħu/tagħha f’dak l-Istat Membru;

(b) f'każijiet oħra, jekk persuna jkollha s-sede statutorja tagħha, amministrazzjoni ċentrali jew post tan-negozju tagħha, inkluż fergħa, aġenzija jew kwalunkwe stabbiliment ieħor f'dak l-Istat Membru;

(12) "emissjonijiet" tfisser sustanzi li huma rilaxxati meta prodott tat-tabakk jintuża kif maħsub, bħal sustanzi li jinsabu fid-duħħan, jew sustanzi rilaxxati waqt il-proċess tal-użu ta' prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx;

(13) "aroma" tfisser addittiv li jagħti riħa u/jew togħma;

(13) "aroma" tfisser addittiv li jagħti riħa u/jew togħma;

(14) "twissija tas-saħħa" tfisser twissija prevista f’din id-Direttiva, inklużi t-twissijiet bil-miktub, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati, it-twissijiet ġenerali u l-messaġġi ta' informazzjoni;

(14) "twissija tas-saħħa" tfisser twissija prevista f’din id-Direttiva, inklużi t-twissijiet bil-miktub, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati, it-twissijiet ġenerali u l-messaġġi ta' informazzjoni;

(15) "prodott erbali għat-tipjip" tfisser prodott ibbażat fuq il-pjanti jew il-ħxejjex aromatiċi li ma fihx tabakk u li jiġi kkunsmat permezz ta’ proċess ta’ kombustjoni;

(15) "prodott erbali għat-tipjip" tfisser prodott ibbażat fuq il-pjanti jew il-ħxejjex aromatiċi li ma fihx tabakk u li jiġi kkunsmat permezz ta’ proċess ta’ kombustjoni;

(16) “importazzjoni tat-tabakk u prodotti relatati” tfisser id-dħul fit-territorju tal-Unjoni ta’ tali prodotti sakemm il-prodotti, mad-dħul tagħhom fl-Unjoni, ma jitqegħdux taħt proċedura jew arranġament doganali ta’ sospensjoni, kif ukoll ir-rilaxx tagħhom mill-proċedura u l-arranġament doganali ta’ sospensjoni;

(17) “importatur tat-tabakk u prodotti relatati” tfisser is-sid jew persuna li għandu d-dritt li jiddisponi mit-tabakk u l-prodotti relatati li ddaħħlu fit-territorju tal-Unjoni;

(17) “importatur tat-tabakk u prodotti relatati” tfisser is-sid jew persuna li għandu d-dritt li jiddisponi mit-tabakk u l-prodotti relatati li ddaħħlu fit-territorju tal-Unjoni;

(18) "ingredjent" tfisser addittiv, tabakk (weraq u partijiet oħra naturali, ipproċessati jew mhux ipproċessati mill-pjanti tat-tabakk inkluż it-tabakk estiż u magħmul mill-ġdid), kif ukoll kull sustanza preżenti fi prodott tat-tabakk lest inklużi l-karta, il-filtru, il-linka, il-kapsuli u l-adeżivi;

(18) “ingredjent” tfisser addittiv, tabakk, kif ukoll kull sustanza preżenti fi prodott tat-tabakk lest inklużi l-karta, il-filtru, il-linka, il-kapsuli u l-adeżivi;

(18a) "tabakk" tfisser weraq u partijiet naturali oħra tat-tabakk, ipproċessati jew mhux ipproċessati inkluż it-tabakk estiż u rikostitwit.

(19) "livell massimu" jew "kontenut massimu" tfisser il-kontenut jew l-emissjoni massima, inkluż 0, ta’ sustanza fi prodott tat-tabakk imkejjel fi grammi;

(19) "livell massimu" jew "kontenut massimu" tfisser il-kontenut jew l-emissjoni massima, inkluż 0, ta’ sustanza fi prodott tat-tabakk imkejjel fi grammi;

(20) "it-tabakk tal-imnieħer" tfisser prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux ikkonsmati mill-imnieħer;

(20) "it-tabakk tal-imnieħer" tfisser prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux ikkonsmati mill-imnieħer;

(21) "nikotina" tfisser nicotinic alkaloids;

(21) "nikotina" tfisser nicotinic alkaloids;

(22) "prodott li fih in-nikotina" tfisser prodott li jista' jintuża għall-konsum mill-konsumaturi permezz ta' inalazzjoni, ta' inġestjoni jew f'għamliet oħra u li miegħu n-nikotina jew tiġi miżjuda matul il-proċess ta' manifattura jew tiġi awtoamministrata mill-utent qabel jew waqt il-konsum;

(23) "prodott tat-tabakk innovattiv" tfisser prodott tat-tabakk għajr is-sigarett, it-tabakk tal-brim, it-tabakk tal-pipa, it-tabakk tal-pipa tal-ilma, is-sigarru, is-sigarru żgħir, it-tabakk tal-magħda, it-tabakk tal-imnieħer jew it-tabakk għall-użu orali mqiegħed fis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;

(24) "ippakkjar estern" tfisser kwalunkwe ppakkjar li fih il-prodotti jitqiegħdu fis-suq u li jinkludu pakkett wieħed jew aggregazzjoni ta' pakketti waħedhom; it-tgeżwir trasparenti ma jitqiesx bħala ppakkjar estern;

(24a) "ippakkettjar estern għat-trasport" tfisser kull ippakkettjar, li jikkonsisti f'aggregazzjoni ta' pakkett wieħed, fejn il-prodotti tat-tabakk jiġu ttrasportati mill-manifattur lill-operaturi ekonomiċi sussegwenti qabel ma jitqiegħdu fis-suq, bħal pereżempju kartun, kaxex u pelits;

(25) "imqiegħda fis-suq" tfisser li l-prodotti jsiru disponibbli għall-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, bi ħlas jew mingħajr ħlas, inkluż permezz ta’ bejgħ mill-bogħod fil-każ ta' bejgħ transkonfinali mill-bogħod, il-prodott jitqies li tqiegħed fis-suq fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur;

(26) "tabakk tal-pipa" tfisser tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u maħsub esklussivament biex jintuża f’pipa;

(26) "tabakk tal-pipa" tfisser tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u maħsub esklussivament biex jintuża f’pipa;

(26a)"tabakk tal-pipa tal-ilma" tfisser tabakk maħsub biss għall-użu f'pipa tal-ilma;

(27) "stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut" tfisser kull stabbiliment fejn il-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq inkluż minn persuna fiżika;

(27) "stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut" tfisser kull stabbiliment fejn il-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq inkluż minn persuna fiżika;

(28) "tabakk tal-brim" tfisser tabakk li jista' jintuża għall-manifattura tas-sigarretti mill-konsumaturi jew stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut;

(28) "tabakk tal-brim" tfisser tabakk li jista' jintuża għall-manifattura tas-sigarretti mill-konsumaturi jew stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut;

(29) "prodott tat-tabakk li ma jdaħħanx" tfisser prodott tat-tabakk li ma jinvolvix il-proċess ta' kombustjoni, inkluż it-tabakk tal-magħda, it-tabakk tal-imnieħer u t-tabakk għall-użu orali;

(29) "prodott tat-tabakk li ma jdaħħanx" tfisser prodott tat-tabakk li ma jinvolvix il-proċess ta' kombustjoni, inkluż it-tabakk tal-magħda, it-tabakk tal-imnieħer u t-tabakk għall-użu orali;

(30) "bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi" tfisser żieda tal-volumi tal-bejgħ skont il-kategorija tal-prodotti, bħat-tabakk tal-pipa, is-sigarru, is-sigarru żgħir, b'mill-inqas 10 % f'mill-anqas 10 Stati Membri, ibbażata fuq il-dejta tal-bejgħ trażmessa skont l-Artikolu 5(4); jew żieda fil-livell ta' prevalenza fil-grupp tal-konsumaturi li għandhom inqas minn 25 sena b’ħames punti perċentwali f’mill-anqas 10 Stati Membri għall-kategorija tal-prodott rispettiva bbażata fuq____[din id-data se tiġi stabbilita fil-mument tal-adozzjoni tad-Direttiva] rapport tal-Ewrobarometru jew studji ta' prevalenza ekwivalenti;

(30) "bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi" tfisser żieda tal-volumi tal-bejgħ skont il-kategorija tal-prodotti, bħat-tabakk tal-pipa, is-sigarru, is-sigarru żgħir, b'mill-inqas 10 % f'mill-anqas ħames Stati Membri, ibbażata fuq il-dejta tal-bejgħ trażmessa skont l-Artikolu 5(4); jew żieda fil-livell ta' prevalenza fil-grupp tal-konsumaturi li għandhom inqas minn 25 sena b’ħames punti perċentwali f’mill-anqas ħames Stati Membri għall-kategorija tal-prodott rispettiva bbażata fuq____[din id-data se tiġi stabbilita fil-mument tal-adozzjoni tad-Direttiva] rapport tal-Ewrobarometru jew studji ta' prevalenza ekwivalenti;

(31) "qatran" tfisser il-kondensazzjoni ħielsa min-nikotina anidruża mhux ipproċessata tad-duħħan;

(31) "qatran" tfisser il-kondensazzjoni ħielsa min-nikotina anidruża mhux ipproċessata tad-duħħan;

(32) "tabakk għall-użu orali" tfisser il-prodotti kollha għall-użu orali, ħlief dawk maħsuba għall-inalazzjoni jew għall-magħda, magħmula kompletament jew parzjalment minn tabakk, fi trab jew f’forma ta’ partikuli jew fi kwalunkwe taħlita ta' dawk il-forom, partikolarment dawk ippreżentati f’porzjonijiet fi qratas jew qratas porużi;

(33) "tabakk għat-tipjip" tfisser prodott tat-tabakk għajr prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx;

(34) "prodotti tat-tabakk" tfisser prodotti li jistgħu jintużaw għall-konsum mill-konsumaturi u li jikkonsistu, anki parzjalment, mit-tabakk, kemm jekk ġenetikament modifikati kemm jekk le;

(34) "prodotti tat-tabakk" tfisser prodotti li jistgħu jintużaw għall-konsum mill-konsumaturi u li jikkonsistu, anki parzjalment, mit-tabakk, kemm jekk ġenetikament modifikati kemm jekk le;

(35) "tossiċità" tfisser il-grad li fih sustanza tista' tikkawża effetti ta' ħsara fl-organiżmu uman, inklużi l-effetti li jseħħu matul iż-żmien, normalment mal-konsum jew l-espożizzjoni ripetuta jew kontinwa;

(36) "pakkett wieħed" tfisser l-iżgħar ippakkjar individwali ta' prodott li jitqiegħed fis-suq.

(36) "pakkett wieħed" tfisser l-iżgħar ippakkjar individwali ta' prodott li jitqiegħed fis-suq.

(36a) "imitazzjoni tal-prodotti tat-tabakk" tfisser ħelu, snacks, ġugarelli jew kwalunkwe oġġett ieħor fil-forma tal-prodotti tat-tabakk li jista’ jogħġob lill-minuri. Dawn il-prodotti għandhom jiġu pprojbiti.

(36b) "tipjip passiv" tfisser il-ġbid man-nifs involontarju tad-duħħan mill-kombustjoni tas-sigaretti jew sigarri jew mit-tefgħa ta' duħħan minn min ipejjep.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 16 tal-FCTC tad-WHO li ġie rratifikat mill-konferenza tal-partijiet 30/06/2005 tal-Komunità Ewropea għandu jipprojbixxi l-bejgħ tal-prodotti tat-tabakk lil persuni taħt l-età billi jipprojbixxi l-imitazzjoni tal-prodotti tat-tabakk. Il-leġiżlazzjoni tal-UE għandha tiġi aġġustata għall-obbligi internazzjonali.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Il-kontenut massimu ta 'qatran, nikotina, monossidu tal-karbonju u kontenuti oħra

Il-kontenut massimu ta 'qatran, nikotina, monossidu tal-karbonju u kontenuti oħra

1. Il-kontenut tas-sigarretti li jitqiegħdu fis-suq jew immanufatturati fl-Istati Membri ma għandhux ikun akbar minn:

1. Il-kontenut tas-sigarretti li jitqiegħdu fis-suq jew immanufatturati fl-Istati Membri ma għandhux ikun akbar minn:

(a) 10 mg kull sigarett għall-qatran,

(a) 10 mg kull sigarett għall-qatran,

(b) 1 mg kull sigarett għan-nikotina,

(b) 1 mg kull sigarett għan-nikotina,

(c) 10 mg kull sigarett għall-monossidu tal-karbonju.

(c) 10 mg kull sigarett għall-monossidu tal-karbonju.

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 biex tadatta l-kontenuti massimi stabbiliti fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-iżvilupp xjentifiku u l-istandards miftiehma internazzjonalment.

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 biex tnaqqas il-kontenuti massimi stabbiliti fil-paragrafu 1, meta neċessarju, sabiex jitqiesu l-iżvilupp xjentifiku u l-istandards miftiehma internazzjonalment.

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kontenuti massimi stabbiliti minnhom għal emissjonijiet oħra tas-sigarretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti. Meqjusa l-istandards miftiehma internazzjonalment, fejn disponibbli, u abbażi tal-evidenza xjentifika u tal-kontenut notifikat mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 biex tadotta u tadatta l-kontenuti massimi għal emissjonijiet oħra tas-sigarretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti li jżidu b’mod apprezzabbli l-effett tossiku jew ta' dipendenza tal-prodotti tat-tabakk lil hinn mil-limitu tat-tossiċità u l-effett ta' dipendenza li joriġina mill-kontenuti tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju stabbiliti fil-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kontenuti massimi stabbiliti minnhom għal emissjonijiet oħra tas-sigarretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 biex tintegra fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni linji gwida maqbula mill-partijiet kontraenti tal-FCTC jew il-WHO relatati mal-kontenuti massimi għal emissjonijiet oħra tas-sigarretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti li jżidu

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-ħruġ ta' qatran, nikotina u monossidu tal-karbonju tas-sigarretti għandu jitkejjel fuq il-bażi tal-istandards ISO 4387 għall-qatran, 10315 għan-nikotina, u 8454 għall-monossidu tal-karbonju.

1. Il-ħruġ ta' qatran, nikotina u monossidu tal-karbonju tas-sigarretti għandu jitkejjel fuq il-bażi tal-istandards ISO 4387 għall-qatran, 10315 għan-nikotina, u 8454 għall-monossidu tal-karbonju.

L-eżattezza tal-indikazzjonijiet tal-qatran u tan-nikotina għandha tiġi verifikata skont l-istandard ISO 8243.

L-eżattezza tal-indikazzjonijiet tal-qatran, tan-nikotina u tal-monossidu tal-karbonju għandha tiġi verifikata skont l-istandard ISO 8243.

2. Il-kejl imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq jew jiġi verifikat minn laboratorji tal-ittestjar li huma approvati u monitorjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

2. Il-kejl imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq jew jiġi verifikat minn laboratorji tal-ittestjar indipendenti li huma approvati u monitorjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista tal-laboratorji approvati, filwaqt li jispeċifikaw il-kriterji użati għall-approvazzjoni u l-metodi ta' monitoraġġ applikati, u jaġġornawha kull meta ssir xi bidla. Il-Kummissjoni għandha tagħmel għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, il-lista tal-laboratorji approvati kif indikat mill-Istati Membri.

2a. Il-Kummissjoni għandha titlob lil ISO tiżviluppa standard għall-kejl tal-Polonju 210 fit-tabakk

2b. Testijiet li jivverifikaw il-validità tar-riżultat pprovdut mill-kumpaniji tat-tabakk għandhom isiru fuq bażi regolari f'laboratorji ta' ttestjar indipendenti mmonitorjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tadatta l-metodi ta' kejl tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, filwaqt li tqis l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi u l-istandards miftiehma internazzjonalment.

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tissumplimenta jew temenda l-metodi ta' kejl tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, filwaqt li tqis l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi u l-istandards miftiehma internazzjonalment.

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-metodi ta' kejl li jużaw għal emissjonijiet oħra tas-sigarretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti. Abbażi ta' dawn il-metodi, u billi jitqiesu l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi kif ukoll l-istandards miftiehma internazzjonalment, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 22 biex tadotta u tadatta l-metodi ta’ kejl.

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-metodi ta' kejl li jużaw għal emissjonijiet oħra tas-sigarretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 22 biex tintegra fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni metodi maqbula bejn il-partijiet kontraenti tal-FCTC jew tal-WHO.

4a. L-eżattezza tal-indikazzjonijiet għal emissjonijiet oħra ta' prodotti kombustibbli tat-tabakk trid tiġi verifikata bi qbil mal-istandard ISO 8243.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom lista tal-ingredjenti kollha, u l-kwantitajiet tagħhom, użati fil-manifattura tal-prodotti tat-tabakk skont l-isem tad-ditta u t-tip, kif ukoll l-emissjonijiet tagħhom u l-kontenuti. Il-manifatturi jew l-importaturi għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jekk il-kompożizzjoni ta' prodott tiġi modifikata u taffettwa l-informazzjoni pprovduta skont dan l-Artikolu. L-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu għandha tiġi ppreżentata qabel it-tqegħid fis-suq ta’ prodott tat-tabakk ġdid jew modifikat.

Il-lista għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tagħti r-raġunijiet għall-inklużjoni ta' tali ingredjenti f'dawk il-prodotti tat-tabakk. Din għandha tindika l-istatus tagħhom, inkluż jekk l-ingredjenti ġewx irreġistrati u evalwati, skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) kif ukoll il-klassifikazzjoni tagħhom skont ir-Regolament (KE) 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet. Il-lista għandha tkun akkumpanjata wkoll bid-dejta tossikoloġika disponibbli lill-manifattur jew l-importatur fir-rigward ta' dawn l-ingredjenti fil-forma maħruqa jew mhux maħruqa skont kif xieraq, filwaqt li ssir referenza b'mod partikolari għall-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-konsumaturi u filwaqt li jitqies, inter alia, kull effett ta' dipendenza. Il-lista għandha tkun stabbilita f'ordni mill-kbir għaż-żgħir tal-piż ta' kull ingredjent inkluż fil-prodott. Minbarra l-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju u għall-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 paragrafu 4, il-manifatturi u l-importaturi għandhom jindikaw il-metodi tal-kejl użati. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li l-manifatturi jew l-importaturi jwettqu testijiet oħra kif jistgħu jkunu stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jivvalutaw l-effetti ta' sustanzi fuq is-saħħa, billi jitqiesu, inter alia, it-tossiċità u l-effett ta' dipendenza tagħhom.

Il-lista għandha tkun akkumpanjata minn dikjarazzjoni li tagħti r-raġunijiet għall-inklużjoni ta' tali ingredjenti f'dawk il-prodotti tat-tabakk. Din għandha tindika l-istatus tagħhom, inkluż jekk l-ingredjenti ġewx irreġistrati u evalwati, skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) kif ukoll il-klassifikazzjoni tagħhom skont ir-Regolament (KE) 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet. Il-lista għandha tkun akkumpanjata wkoll bid-dejta tossikoloġika disponibbli lill-manifattur jew l-importatur fir-rigward ta' dawn l-ingredjenti fil-forma maħruqa u mhux maħruqa, u li tkun għallinqas biżżejjed biex tikklassifika dawk is-sustanzi skont ir-Regolament 1272/2008, filwaqt li ssir referenza b'mod partikolari għall-effetti tagħhom fuq is-saħħa tal-konsumaturi u filwaqt li jitqies, inter alia, kull effett ta' dipendenza. Fir-rigward tal-emissjonijiet u l-kontenut tal-prodotti tat-tabakk, il-lista għandha tkun stabbilita f'ordni mill-kbir għaż-żgħir tal-piż ta' kull ingredjent inkluż fil-prodott. Il-manifatturi u l-importaturi ta' prodotti tat-tabakk għandhom jippreżentaw il-lista tal-ingredjenti u l-informazzjoni li takkumpanjaha msemmija hawn fuq mhux iktar tard minn ... *.

Minbarra l-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju u għall-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 paragrafu 4, il-manifatturi u l-importaturi għandhom jindikaw il-metodi tal-kejl użati. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll li l-manifatturi jew l-importaturi jwettqu testijiet oħra kif jistgħu jkunu stabbiliti mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jivvalutaw l-effetti ta' sustanzi fuq is-saħħa, billi jitqiesu, inter alia, it-tossiċità u l-effett ta' dipendenza tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tixrid tal-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1 fuq websajt apposta, li tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Huma u jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq il-ħtieġa li jipproteġu l-informazzjoni li tikkostitwixxi sigriet kummerċjali.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tixrid tal-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1 fuq websajt, li tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Huma u jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq il-ħtieġa li jipproteġu l-informazzjoni li tikkostitwixxi sigriet kummerċjali.

3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi u jekk meħtieġ taġġorna l-format għall-preżentazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.

3. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi u jekk meħtieġ taġġorna l-format għall-preżentazzjoni u t-tixrid tal-informazzjoni speċifikata fil-paragrafi 1 u 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

4. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi jippreżentaw studji interni u esterni disponibbli għalihom dwar ir-riċerka tas-suq u l-preferenzi ta' diversi gruppi ta' konsumaturi, inklużi ż-żgħażagħ, rigward l-ingredjenti u l-emissjonijiet. L-Istati Membri għandhom jeżiġu wkoll li l-manifatturi u l-importaturi jirrappurtaw id-dejta tal-volum tal-bejgħ għal kull prodott, irrappurtat f'unitajiet jew kilogrammi, u għal kull Stat Membru fuq bażi annwali li tibda mis-sena kalendarja sħiħa wara dik tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta dwar il-bejgħ alternattiva jew addizzjonali, kif xieraq, biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-bejgħ mitluba skont dan il-paragrafu tkun affidabbli u kompluta.

4. L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi jippreżentaw studji interni u esterni disponibbli għalihom dwar ir-riċerka tas-suq u l-preferenzi ta' diversi gruppi ta' konsumaturi, inklużi ż-żgħażagħ, u dawk li jpejpu ħafna u ta' spiss, rigward l-ingredjenti u l-emissjonijiet, kif ukoll sommarji tax-xogħol ta' kwalunkwe stħarriġ li jkunu wettqu dwar is-suq meta jkunu se jvaraw prodotti ġodda.. L-Istati Membri għandhom jeżiġu wkoll li l-manifatturi u l-importaturi jirrappurtaw id-dejta tal-volum tal-bejgħ għal kull prodott, irrappurtat f'unitajiet jew kilogrammi, u għal kull Stat Membru fuq bażi annwali li tibda mis-sena kalendarja sħiħa wara dik tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jipprovdu dejta dwar il-bejgħ alternattiva jew addizzjonali, kif xieraq, biex jiġi żgurat li l-informazzjoni dwar il-bejgħ mitluba skont dan il-paragrafu tkun affidabbli u kompluta.

4a. L-Istati Membri għandhom jeżiġu wkoll li l-manifatturi u l-importaturi jiżvelaw l-ispiża tagħhom għar-riklamar, il-promozzjoni u l-isponsorjar għal kull Stat Membru fuq bażi annwali li tibda mis-sena kalendarja sħiħa wara ...**.

5. Id-dejta u l-informazzjoni kollha li trid tingħata mill-Istati Membri u lilhom skont dan l-Artikolu, għandhom jingħataw f'forma elettronika. L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni elettronikament u għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni jkollha aċċess għall-informazzjoni f'kull ħin. L-Istati Membri l-oħra għandu jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni fuq talba ġġustifikata. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li s-sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra jiġu ttrattati b’mod kunfidenzjali.

5a. Il-Kummissjoni għandha tanalizza l-informazzjoni kollha li ssir disponibbli skont dan l-Artikolu (partikolarment l-informazzjoni relatata ma kemm joħolqu dipendenza u kemm huma tossiċi l-ingredjenti, ir-riċerka dwar is-suq u d-dejta dwar il-bejgħ) u għandha tipproduċi rapport regolari għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill li jagħmel sommarju tas-sejbiet ewlenin.

5b. L-informazzjoni miġbura skont dan l-Artikolu għandha titqies għall-finijiet tal-approvazzjoni ta' addittivi f'konformità mal-Artikolu 6(10a).

6. It-tariffi applikati mill-Istati Membri biex jirċievu, jaħżnu, jimmaniġġaw, janalizzaw u jippubblikaw l-informazzjoni mibgħuta lilhom skont dan l-Artikolu, jekk hemm, ma għandhomx jaqbżu l-ispiża attribwibbli għal dawk l-attivitajiet.

6. L-Istati Membri jistgħu japplikaw tariffi proporzjonati biex jirċievu, jaħżnu, jimmaniġġaw, janalizzaw u jippubblikaw l-informazzjoni mibgħuta lilhom skont dan l-Artikolu.

_____________

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

** ĠU: Jekk jogħġbok daħħal is-sena tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Skont ir-rekwiżiti tal-Artikolu 13 tad-WHO FCTC. Din il-figura mhijiex attwalment disponibbli għall-UE.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b’aroma karatterizzanti.

1. L-addittivi m'għandhomx jintużaw fil-prodotti tat-tabakk sakemm ma jiġux approvati f'konformità ma' din id-Direttiva. L-addittivi approvati għandhom jiddaħħlu fil-lista stipulata fl-Anness [-I]. Kwanlunkwe kundizzjoni jew restrizzjoni dwar l-użu ta' addittivi approvati għandha wkoll tiġi indikata fil-lista. It-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk li jkun fihom l-addittivi mhux fl-Anness [-I] jew li ma jintużawx skont il-kundizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness ta' din id-Direttiva għandu jkun ipprojbit.

L-addittivi li ġejjin ma jistgħux jiġu approvati:

(a) vitamini u addittivi oħra li joħolqu l-impressjoni li prodott tat-tabakk huwa ta' benefiċċju għas-saħħa jew jippreżenta inqas perikli għas-saħħa, jew

(b) kafeina u tawrina u addittivi oħra u komposti stimulanti li huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità, jew

(c) addittivi li għandhom proprjetajiet koloranti għall-emissjonijiet;

(d) addittivi li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni bħala sustanzi perikolużi skont ir-Regolament KE (Nru) 1272/2008, jew li jirriżultawx f'tali sustanzi meta jinħarqu;

(e) addittivi li, meta jintużaw, jistgħu jagħtu togħma karatterizzanti;

(f) addittivi li fl-istadju tal-konsom iżidu l-effett tossiku jew ta' dipendenza ta' prodott tat-tabakk.

Minkejja l-punt (e) tas-subparagrafu preċedenti, meta ċertu addittiv jew taħlita ta' addittivi tipikament tagħti togħma karatterizzanti meta jaqbżu ċertu livell ta' preżenza jew konċentrazzjoni biss, l-addittiv jew l-addittivi kkonċernati jistgħu jiġu approvati sakemm jiġu stabbiliti livelli massimi permessi.

Minkejja l-punt (f) tat-tieni subparagrafu, meta ċertu addittiv fl-istadju tal-konsum iżid l-effett tossiku jew ta' dipendenza ta' prodott tat-tabbakk meta jaqbeż ċertu livell ta' preżenza jew konċentrazzjoni biss, inklużi l-marġni standard ta' sikurezza, l-addittiv ikkonċernat jista' jiġi approvat sakemm jiġu stabbiliti livelli massimi permessi.

L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu l-użu ta' addittivi li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk, sakemm l-addittivi ma jirriżultawx fi prodott b'togħma karatterizzanti.

L-addittivi li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk jistgħu jiġu approvati sakemm l-addittivi ma jirriżultawx fi prodott b'togħma karatterizzanti u ma jkunux marbuta mal-attraenza tal-prodotti tat-tabakk. Ir-rikostituzzjoni tal-komposti taz-zokkor fil-prodotti tat-tabakk sal-livelli preżenti fil-weraq tat-tabakk qabel ma jinqatgħu għandha titqies li ma tirriżultax f'togħma karatterizzanti jew li żżid l-attraenza tal-prodotti tat-tabakk.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu.

2. Il-Kummissjoni għandha wara talba ta' Stat Membru jew tista' fuq inizjattiva tagħha stess, tiddetermina permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni jekk prodott tat-tabakk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.

Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni regoli uniformi tal-proċeduri biex jiġi determinat jekk prodott jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.

3. Fil-każ li l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 turi li ċertu addittiv jew taħlita ta' addittivi tipikament tagħti togħma karatterizzanti meta taqbeż ċertu livell ta' preżenza jew konċentrazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tistabbilixxi livelli massimi għal dawk l-addittivi jew taħlita ta' addittivi li jikkawżaw togħma karatterizzanti.

4. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu tal-addittivi li ġejjin fi prodotti tat-tabakk:

(a) vitamini u addittivi oħra li joħolqu l-impressjoni li prodott tat-tabakk huwa ta' benefiċċju għas-saħħa jew jippreżenta inqas perikli għas-saħħa, jew

(b) kafeina u tawrina u addittivi oħra u komposti stimulanti li huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità, jew

(c) addittivi li għandhom proprjetajiet koloranti għall-emissjonijiet.

5. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu ta' ħwawar fil-komponenti tal-prodotti tat-tabakk bħal filtri, karti, pakketti, kapsuli jew kwalunkwe karatteristika teknika li tippermetti l-modifika tat-togħma jew tal-intensità tad-duħħan. Il-filtri u l-kapsuli ma għandux ikun fihom it-tabakk.

5. L-użu ta' ħwawar fil-komponenti tal-prodotti tat-tabakk bħal filtri, karti, pakketti, kapsuli jew kwalunkwe karatteristika teknika li tippermetti l-modifika tat-togħma jew tal-intensità tad-duħħan għandu jiġi pprojbit. Il-filtri u l-kapsuli ma għandux ikun fihom it-tabakk.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet jew il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huma applikati fuq il-prodotti tat-tabakk kif inhu xieraq.

7. L-Istati Membri għandhom, abbażi ta' evidenza xjentifika, jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b’adittivi fi kwantitajiet li jżidu b’mod apprezzabbli fl-istadju tal-konsum l-effett tossiku jew ta' dipendenza tal-prodott tat-tabakk.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu.

8. Il-Kummissjoni għandha wara talba ta' Stat Membru jew tista' fuq inizjattiva tagħha stess, tiddetermina permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni jekk prodott tat-tabakk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 7. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 u għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar evidenza xjentifika.

9. Fil-każ li l-evidenza xjentifika u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-paragrafi 7 u 8 juru li ċertu addittiv jew ċerta kwantità tiegħu tamplifika b'mod apprezzabbli fl-istadju tal-konsum l-effett tossiku jew ta' dipendenza ta' prodott tat-tabakk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tistabbilixxi livelli massimi għal dawk l-addittivi.

10. Il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti, it-tabakk tal-brim u l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tirtira din l-eżenzjoni jekk ikun hemm bidla sostanzjali fiċ-ċirkostanzi kif stabbilit f'rapport tal-Kummissjoni.

10. Il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk tal-pipa tal-ilma għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-punt (e) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, u mill-paragrafu 5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tirtira din l-eżenzjoni jekk ikun hemm bidla sostanzjali fiċ-ċirkostanzi kif stabbilit f'rapport tal-Kummissjoni.

10a. Sabiex jiksbu l-approvazzjoni ta' addittiv, il-manifatturi u l-importaturi għandhom japplikaw għand il-Kummissjoni. L-applikazzjoni għandha tkun akkumpanjata mid-dettalji li ġejjin:

(a) l-isem jew l-isem korporattiv u l-indirizz permanenti tal-applikant;

(b) l-isem kimiku tal-addittiv;

(c) il-funzjoni tal-addittiv u l-kwantità massima li għandha tintuża għal kull sigarett;

(d) evidenza ċara, sostnuta minn dejta xjentifika, li l-addittiv ma jaqa taħt l-ebda waħda mill-kriterji ta' esklużjoni elenkati f'dan l-Artikolu.

Il-Kummissjoni tista' tistaqsi lill-kumitat xjentifiku rilevanti jekk l-addittiv ikkonċernat jaqax taħt xi wieħed mill-kriterji ta' esklużjoni elenkati f'dan l-Artikolu bħala tali, jew f'ċerta konċentrazzjoni biss. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni mhux iktar tard minn sitt xhur wara li tirċievi l-applikazzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 22 biex tapprova l-addittiv, b'livelli massimi permessi meta jkunu rilevanti, u temenda l-Anness [-I] konsegwentement..

10b. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni għall-prodotti tat-tabakk tad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jew ta' kwalunkwe kundizzjoni stipulata skont dak ir-Regolament.

10c. Dan l-Artikolu għandu japplika minn ...*.

_______________

* ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: 36 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull pakkett wieħed ta' prodotti tat-tabakk u kull ippakkjar estern għandu jkollu fuqu twissijiet tas-saħħa bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-prodott ikun qed jitqiegħed fis-suq.

2. It-twissijiet tas-saħħa għandhom ikopru l-wiċċ sħiħ riżervat għalihom u ma għandhomx ikunu oġġett ta' kumment, parafrażi jew riferiment fi kwalunkwe forma.

2. It-twissijiet tas-saħħa għandhom ikopru l-wiċċ sħiħ riżervat għalihom u ma għandhomx ikunu oġġett ta' kumment, parafrażi jew riferiment fi kwalunkwe forma.

3. Biex tkun żgurata l-integrità grafika u l-viżibilità tagħhom, it-twissijiet tas-saħħa għandhom jiġu stampati b'mod li ma jkunux jistgħu jitneħħew, b'mod indelibbli u bl-ebda mod moħbijin jew interrotti, inkluż permezz ta' bolol tat-taxxi, marki tal-prezz, marki ta' provenjenza u traċċar, karatteristiċi ta' sigurtà jew kwalunkwe tip ta' tqartis, borża, għata, kaxxa jew mezz ieħor jew bil-ftuħ tal-pakkett individwali.

3. Biex tkun żgurata l-integrità grafika u l-viżibilità tagħhom, it-twissijiet tas-saħħa għandhom jiġu stampati b'mod li ma jkunux jistgħu jitneħħew, b'mod indelibbli u bl-ebda mod moħbijin jew interrotti, inkluż permezz ta' bolol tat-taxxi, marki tal-prezz, marki ta' provenjenza u traċċar, karatteristiċi ta' sigurtà jew kwalunkwe tip ta' tqartis, borża, għata, kaxxa jew mezz ieħor jew bil-ftuħ tal-pakkett individwali. Fil-każ tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti, it-tabakk tal-brim, it-tabakk tal-pipa tal-ilma u l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux, it-twissijiet tas-saħħa jistgħu jitwaħħlu permezz ta' stikers, sakemm tali stikers ma jkunux jistgħu jitneħħew.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twissijiet tas-saħħa fuq il-wiċċ prinċipali tal-pakkett jew fuq xi ppakkjar ta’ barra huma kompletament viżibbli, inkluż li ma jkunux parzjalment jew totalment moħbija jew interrotti b'tqartis, b’boroż, b’għata, b’kaxex jew mezzi oħrajn meta l-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twissijiet tas-saħħa fuq il-partijiet viżibbli fuq in-naħat kollha tal-pakkett jew fuq xi ppakkjar ta’ barra huma kompletament viżibbli, inkluż li ma jkunux parzjalment jew totalment moħbija jew interrotti b'tqartis, b’boroż, b’għata, b’kaxex jew mezzi oħrajn meta l-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq.

5. It-twissijiet tas-saħħa ma għandhom bl-ebda mod jaħbu jew jinterrompu l-bolol tat-taxxa, il-marki tal-prezz, il-marki tal-provenjenza u t-traċċar, jew il-karatteristiċi tas-sigurtà fuq kull pakkett individwali.

6. L-Istati Membri ma għandhomx ikabbru d-daqs tat-twissijiet tas-saħħa inkluż bl-introduzzjoni ta' obbligu biex jiċċirkondaw it-twissijiet tas-saħħa b’burdura. Id-daqs effettiv tat-twissijiet tas-saħħa għandu jkun ikkalkulat f’relazzjoni mal-wiċċ li fuqu jitqiegħdu qabel ma l-pakkett individwali jinfetaħ.

7. Stampi ta’ pakketti individwali u xi ppakkjar estern li għandhom fil-mira tagħhom il-konsumaturi fl-Unjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu.

7. Stampi ta’ pakketti individwali u xi ppakkjar estern li għandhom fil-mira tagħhom il-konsumaturi fl-Unjoni għandhom ikunu konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu.

7a. Ir-regolamentazzjoni ta' aspetti oħra tal-pakkett taqa' barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

7b. Il-pakkett individwali u l-ippakkjar tal-madwar tiegħu m'għandhomx jinkludu vawċers stampati li joffru skontijiet, distribuzzjoni b'xejn, tnejn għal prezz ta' wieħed jew offerti simili oħra li jinvolvu kwalunkwe tip ta' prodott tat-tabakk kopert minn din id-Direttiva.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafi 1 sa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull pakkett individwali u xi ppakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandhom juru t-twissija ġenerali li ġejja:

1. Kull pakkett individwali u xi ppakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandhom juru t-twissija ġenerali li ġejja:

It-tipjip joqtol – Ieqaf issa

It-tipjip joqtol – Ieqaf issa

2. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandhom juru l-messaġġ ta’ informazzjoni li ġej:

2. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandhom juru l-messaġġ ta’ informazzjoni li ġej:

Id-duħħan tat-tabakk fih aktar minn 70 sustanzi magħrufa li jikkawżaw il-kanċer

Id-duħħan tat-tabakk fih aktar minn 70 sustanzi magħrufa li jikkawżaw il-kanċer

3. Għall-pakketti tas-sigarretti t-twissija ġenerali u l-messaġġ ta’ informazzjoni għandhom ikunu stampati fuq in-naħat laterali tal-pakketti individwali. Dawn it-twissijiet għandhom ikollhom wisa’ ta' mhux inqas minn 20 mm u għoli ta’ mhux inqas minn 43 mm. Għat-tabakk tal-brim, il-messaġġ ta' informazzjoni għandu jiġi stampat fuq il-wiċċ li jsir viżibbli meta jinfetaħ kull pakkett individwali. Kemm it-twissija ġenerali u kif ukoll il-messaġġ tal-informazzjoni għandhom ikopru 50 % tal-wiċċ li fuqu jkunu stampati.

3. Għall-pakketti tas-sigarretti t-twissija ġenerali u l-messaġġ ta’ informazzjoni għandhom ikunu stampati fuq in-naħat laterali tal-pakketti individwali miktuba f'tipa grossa sewda Helvetica fuq sfond abjad jew ikkulurit. Dawn it-twissjijiet għandu jkollhom wisa' ta' mhux inqas minn 20 mm. Għat-tabakk tal-brim fil-boroż, il-messaġġ ta' informazzjoni għandu jiġi stampat fuq il-wiċċ li jsir viżibbli meta jinfetaħ kull pakkett individwali, għall-kontenituri ċilindiriċi t-twissijiet għandhom jiġu stampati fuq l-għatu, u għall-kontenituri f'forma ta' kubu t-twissijiet għandu jiġu stampati fuq in-naħat laterali. Kemm it-twissija ġenerali u kif ukoll il-messaġġ tal-informazzjoni għandhom ikopru 50 % tal-wiċċ li fuqu jkunu stampati.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 22:

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 22:

(a) biex tadatta l-kliem tat-twissijiet tas-saħħa stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għal żviluppi xjentifiċi u tas-suq;

(a) biex tadatta l-kliem tal-messaġġ ta' informazzjoni stabbiliti fil-paragrafu 2 għal żviluppi xjentifiċi u tas-suq;

(b) biex tiddefinixxi l-pożizzjoni, il-format, il-layout u d-disinn tat-twissijiet tas-saħħa definiti f’dan l-Artikolu, inklużi l-karattru tat-tipa u l-kulur tal-isfond tagħhom.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafi 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien għal tabakk għat-tipjip

Twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien għal tabakk għat-tipjip

1. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandu juri twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien. It-twissijiet tas-saħħa kkombinati għandhom:

1. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandu juri twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien bl-istampi u bil-miktub. It-twissijiet tas-saħħa kkombinati għandhom:

(a) ikunu komposti minn kitba ta’ twissija elenkata fl-Anness I u ritratt bil-kulur korrispondenti speċifikat fil-librerija tal-istampi;

(a) ikunu komposti minn kitba ta’ twissija elenkata fl-Anness I u ritratt bil-kulur korrispondenti speċifikat fil-librerija tal-istampi fl-Anness II;

(b) jinkludu informazzjoni dwar waqfien mit-tipjip bħalma huma numri tat-telefon, indirizzi tal-email u/jew siti tal-Internet intiżi biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-programmi disponibbli li jgħinu lil dawk li jridu jieqfu jpejpu;

(c) ikopru 75 % tal-erja esterna tal-wiċċ ta’ quiddiem u ta’ wara tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(c) ikopru 75 % tal-erja esterna tal-wiċċ ta’ quiddiem u ta’ wara tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern; Il-kontenituri ċilindriċi għandu jkollhom fuqhom żewġ twissijiet ikkombinati tas-saħħa, b'distanza indaqs minn xulxin, li jkopru 75 % tan-nofs rispettiv tagħhom tal-faċċata tonda;

(d) juru l-istess kliem ta’ twissija u ritratt bil-kulur korrispondenti fuq iż-żewġ naħat tal-pakketti individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(d) juru l-istess kliem ta’ twissija u ritratt bil-kulur korrispondenti fuq iż-żewġ naħat tal-pakketti individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(e) jitqegħdu fuq ix-xifer ta’ fuq tal-pakkett individwali u ta’ kwalunkwe ppakkjar estern, u fl-istess direzzjoni bħal kwalunkwe informazzjoni oħra li tidher fuq l-ippakkjar;

(e) jitqegħdu fuq ix-xifer ta’ fuq tal-pakkett individwali u ta’ kwalunkwe ppakkjar estern, u fl-istess direzzjoni bħal kwalunkwe informazzjoni oħra li tidher fuq l-ippakkjar;

(f) ikunu riprodotti skont il-format, il-layout, id-disinn u l-proporżjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3;

(f) ikunu riprodotti skont il-format, il-layout, id-disinn u l-proporżjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3;

(g) għall-pakketti individwali tas-sigarretti, jirrispettaw id-dimensjonijiet li ġejjin:

(g) għall-pakketti individwali tas-sigarretti, jirrispettaw id-dimensjonijiet li ġejjin:

(i) għoli: mhux inqas minn 64 mm;

(i) għoli: mhux inqas minn 55 mm;

(ii) wisa’: mhux inqas minn 55 mm;

(ii) wisa’: mhux inqas minn 53 mm;

2. It-twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien għandhom ikunu diviżi fi tliet settijiet li jinbidlu fuq bażi annwali L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull twissija kkombinata tas-saħħa tidher kemm jista’ jkun possibbli fl-istess ammont ta’ drabi ta’ kull marka kummerċjali;

2. It-twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien għandhom ikunu diviżi fi tliet settijiet li jinbidlu fuq bażi annwali L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull twissija kkombinata tas-saħħa disponibbli għall-użu f'kwalunkwe sena tidher kemm jista’ jkun possibbli fl-istess ammont ta’ drabi ta’ kull marka kummerċjali;

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex:

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex:

(a) taddatta l-kitba tat-twissijiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva biex jittieħed kont tal-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi;

(a) taddatta l-kitba tat-twissijiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva biex jittieħed kont tal-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi;

(b) tistabbilixxi u taddatta l-librerija tal-istampi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi jittieħed kont tal-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq;

(b) tadatta l-librerija tal-istampi fl-Anness II, billi jittieħed kont tal-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq;

(c) tiddefinixxi l-pożizzjoni, il-format, l-layout, id-disinn, ir-rotazzjoni u l-proporzjonijiet tat-twissijiet tas-saħħa;

(c) tiddefinixxi l-pożizzjoni, il-format, l-layout, id-disinn, ir-rotazzjoni u l-proporzjonijiet tat-twissijiet tas-saħħa;

(d) b’deroga mill-Artikolu 7(3), tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom it-twissijiet tas-saħħa jistgħu jinkisru fil-ftuħ tal-pakkett b’tali mod li jkunu żgurati l-integrità grafika u l-viżibilità tal-kitba, ir-ritratti u l-informazzjoni dwar il-waqfien mit-tipjip.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafi 1 sa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ittikkettar tat-tabakk għat-tipjip għajr sigarretti u t-tabakk tal-brim

L-ittikkettar tat-tabakk għat-tipjip għajr sigarretti, tabakk tal-brim u tabakk tal-pipa tal-ilma

1. It-tabakk għat-tipjip barra s-sigarretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-obbligi li jintwera l-messaġġ tal-informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 8(2) u t-twissijiet tas-saħħa kkombinati skont l-Artikolu 9. Barra mit-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1), kull pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern ta' dawn il-prodotti għandhom juru kliem ta' twissija elenkat fl-Anness I. It-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1) għandha tinkludi referenza għas-servizzi għall-waqfien mit-tipjip skont l-Artikolu 9(1)(b).

1. It-tabakk għat-tipjip barra s-sigarretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk tal-pipa tal-ilma għandhom ikunu eżentati mill-obbligi li jintwera l-messaġġ tal-informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 8(2) u t-twissijiet tas-saħħa kkombinati skont l-Artikolu 9. Barra mit-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1), kull pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern ta' dawn il-prodotti għandhom juru kliem ta' twissija elenkat fl-Anness I. It-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1) għandha tinkludi referenza għas-servizzi għall-waqfien mit-tipjip skont l-Artikolu 9(1)(b).

It-twissija ġenerali għandha tkun stampata fuq il-wiċċ l-aktar li jidher tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Il-kliem tat-twissijiet elenkati fl-Anness I għandhom jinbidlu b’tali mod li tiġi garantita d-dehra regolari tagħhom. Dawn it-twissijiet għandhom ikunu stampati fuq il-wiċċ li jidher l-aktar tal-pakkett individwali u kull ippkajjar estern.

2. It-twissija ġenerali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali jew kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

2. It-twissija ġenerali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali jew kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ lingwi uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri b'iktar minn żewġ lingwi uffiċjali.

3. Il-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkopri 40 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 45 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 50 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

3. Il-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkopri 40 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 45 % għall-Istati Membri b'żewġ lingwi uffiċjali u 50 % għall-Istati Membri b'iktar minn żewġ lingwi uffiċjali.

3a. F’każ ta’ pakketti li l-ispazju li jidher l-aktar tagħhom ikun fih aktar minn 75 cm², madankollu t-twissijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 jridu jkopru spazju ta’ mill-anqas 22.5 cm² fuq kull spazju. Dik il-parti għandha tiżdied għal 24 cm² għal Stati Membri b’żewġ lingwi uffiċjali u 26.25 cm² għal Stati Membri bi tliet lingwi uffiċjali.

4. It-twissija ġenerali u l-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:

4. It-twissija ġenerali u l-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:

(a) stampati b'tipa Helvetica sewda grassa fuq sfond abjad. Biex jiġu akkommodati l-ħtiġijiet lingwistiċi, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jistabbilixxu d-daqs tat-tipa, bil-kundizzjoni illi d-daqs tat-tipa speċifikat fil-leġiżlazzjoni tagħhom ikun tali li jokkupa l-akbar proporzjon possibbli tal-erja merfugħa għall-kliem meħtieġ;

(a) stampati b'tipa Helvetica sewda grassa fuq sfond abjad. It-twissijiet jistgħu jitwaħħlu permezz ta' stikers, bil-patt li dawn l-istikers ma jistgħux jitneħħew. Biex jiġu akkommodati l-ħtiġijiet lingwistiċi, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jistabbilixxu d-daqs tat-tipa, bil-kundizzjoni illi d-daqs tat-tipa speċifikat fil-leġiżlazzjoni tagħhom ikun tali li jokkupa l-akbar proporzjon possibbli tal-erja merfugħa għall-kliem meħtieġ;

(b) iċċentrati fil-erja li fiha huwa meħtieġ li jiġu stampati, paralleli mat-tarf ta' fuq tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(b) iċċentrati fil-erja li fiha huwa meħtieġ li jiġu stampati, paralleli mat-tarf ta' fuq tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(c) imdawra minn burdura sewda ta’ mhux anqas minn 3 mm u mhux aktar minn 4 mm fil-wisa’ ġewwa l-wiċċ riżervat għall-kliem tat-twissija.

(c) imdawra minn burdura sewda ta’ mhux anqas minn 3 mm u mhux aktar minn 4 mm fil-wisa’ ġewwa l-wiċċ riżervat għall-kliem tat-twissija.

Ġustifikazzjoni

Minħabba raġunijiet ta’ proporzjonalità, din id-dispożizzjoni tad-Direttiva 2001/37/KE reġgħet iddaħħlet fil-proposta għal direttiva.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22, sabiex tirtira l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1 jekk ikun hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkustanzi kif stabbilit f’rapport tal-Kummissjoni.

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22, sabiex tirtira l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1 jekk ikun hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkustanzi kif stabbilit f’rapport tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafi 1 sa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:

1. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:

"Dan il-prodott tat-tabakk jista’ jagħmillek ħsara għal saħħtek u jagħmlek dipendenti."

"Dan il-prodott tat-tabakk jagħmillek ħsara għal saħħtek u jagħmlek dipendenti."

2. It-twissija tas-saħħa stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10(4) (a) sa (c). Barra minn hekk, għandha:

2. It-twissija tas-saħħa stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10(4) (a) sa (c). Barra minn hekk, għandha:

(a) tiġi stampata fuq l-akbar żewġ uċuħ tal-pakkett individwali, u kull ippakkjar estern.

(a) tiġi stampata fuq l-akbar żewġ uċuħ tal-pakkett individwali, u kull ippakkjar estern.

(b) tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li tikkorrispondi mal-pakket individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

(b) tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li tikkorrispondi mal-pakket individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ lingwi uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri b'iktar minn żewġ lingwi uffiċjali.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta r-rekwiżiti fil-paragrafi 1 u 2 billi jittieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta r-rekwiżiti fil-paragrafu 2 billi jittieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. It-tikkettar tal-pakkett individwali u kull ppakkjar estern u l-prodott tat-tabakk innifsu ma għandhomx jinkludi kwalunkwe element jew karattersitika li:

1. It-tikkettar tal-pakkett individwali u kull ppakkjar estern u l-prodott tat-tabakk innifsu u/jew l-isem tad-ditta tiegħu ma għandhom jinkludu ebda element jew karattersitika li:

(a) tippromwovi prodott tat-tabakk b’mezzi li huma foloz, qarrieqa, żleali jew li aktarx toħloq impressjoni żbaljata dwar il-karatteristiċi tiegħu, l-effetti fuq is-saħħa, il-perikli jew l-emissjonijiet;

(a) jippromwovu prodott tat-tabakk u jħeġġu l-konsum tiegħu b’mezzi li huma foloz, qarrieqa, żleali jew li aktarx toħloq impressjoni żbaljata dwar il-karatteristiċi tiegħu, l-effetti fuq is-saħħa, il-perikli jew l-emissjonijiet; It-tikketti m'għandhom jinkludu ebda informazzjoni dwar il-kontenut ta' nikotina, qatran jew monossidu tal-karbonju;

(b) tissuġġerixxi li prodott tat-tabakk partikolari huwa anqas ta’ ħsara minn oħrajn jew għandu effetti ta’ vitalità, enerġetiċi, ta’ fejqan, li jirriġovinaw, naturali, organiċi jew inkella effetti pożittivi fuq is-saħħa jew soċjali;

(b) jissuġġerixxu li prodott tat-tabakk partikolari huwa anqas ta’ ħsara minn oħrajn jew għandu effetti ta’ vitalità, enerġetiċi, ta’ fejqan, li jirriġovinaw, naturali, organiċi jew inkella effetti pożittivi fuq is-saħħa jew l-istil tal-ħajja;

(c) tirreferi għall-palat, it-togħma, kwalunkwe ħwawar jew addittivi oħra jew l-assenza tagħhom;

(c) jirreferu għall-palat, it-togħma, kwalunkwe ħwawar jew addittivi oħra jew l-assenza tagħhom;

(d) tixbah prodott tal-ikel.

(d) jixbhu prodott tal-ikel jew prodott kosmetiku;

(da) jimmiraw li jnaqqsu ċerti komponenti dannużi tat-tipjip jew li jżidu l-bijodegradabilità tal-prodotti tat-tabakk.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ tas-sigaretti bil-filtru, il-karta tal-filter għandu jkollha protezzjoni biżżejjed kontra l-iffalsifikar tal-prodott permezz tal-kumplessità tagħha. Għal dan il-għan din għandu jkollha mill-inqas il-karatteristiċi li ġejjin:

(a) diversi kuluri viżibbli ta’ stampar u produzzjoni bil-fotoinċiżjoni;

(b) il-partijiet bojod kollha miksija;

(c) stampar kumpless parzjalment bi strutturi rqaq;

(d) stampar fuq karta bażika bajda;

(e) preperforazzjoni li tkun f’distanza adegwata mit-tarf tas-sigarett.

Ġustifikazzjoni

Prodotti b’ħafna kuluri differenti ta’ stampar u bi strutturi parzjalment irqaq ħafna kif ukoll it-teknika tal-preperforazzjoni huma disponibbli biss għal fornituri stabbiliti. Flimkien ma’ rekwiżiti speċjali għall-karti, pereżempju fir-rigward tal-grad ta’ bjuda, dan jibblokka b’mod effettiv is-suq illegali tas-sigaretti. Il-pożizzjoni taż-żona ta’ perforazzjoni tiżgura, li l-konsumatur ma jistax jgħatti t-toqob u permezz ta’ dan iqawwi d-duħħan.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-karta tas-sigarett għandha tinkludi l-marki tal-ilma.

Ġustifikazzjoni

Dan iservi għas-sigurtà kontra l-falsifikazzjoni.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Fuq il-pakkett individwali jistgħu jiġu indikati l-varjetà tat-tabakk użata għall-manifattura tal-prodott u/jew il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Pakkett individwali tas-sigarretti għandu jkun forma ta’ kubu. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu l-forma ta’ borża, jiġifieri, but rettangulari b’għatu li jkopri l-fetħa. L-għatu tal-borża għandu jkopri ta’ mill-anqas 70 % tal-wiċċ ta’ quddiem tal-pakkett. Pakkett individwali tas-sigarretti għandu jinkludi mill-inqas 20 sigarett. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu tabakk li jiżen mill-inqas 40 gr.

1. Pakkett individwali tas-sigarretti għandu jkun fih mill-inqas 20 sigarett. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu tabakk li jiżen mill-inqas 40 gr.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafi 1a u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. Pakkett individwali tas-sigarretti għandu jkun forma ta’ kubu. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu forma ta' kubu jew ta’ ċilindru. jew ikollu l-forma ta' borża, jiġifieri pakkett rettangulari b’għatu li jkopri l-fetħa. L-għatu tal-borża għandu jkopri mill-anqas 70 % tal-wiċċ ta’ quddiem tal-pakkett.

2. Pakkett tas-sigarretti jista’ jkun tal-kartun jew ta’ materjal artab u ma għandux jkollu fetħa li tista’ tingħalaq mill-ġdid jew li tiġi siġillata mill-ġdid wara l-ewwel ftuħ, għajr l-għatu flip-top. L-għatu flip-top ta’ pakkett tas-sigarretti għandu jkun mitwi f’ċappetta fuq dahar il-pakkett biss.

2. Pakkett tas-sigarretti jista’ jkun tal-kartun jew ta’ materjal artab u ma għandux ikollu fetħa li tista’ tingħalaq mill-ġdid jew li tiġi siġillata mill-ġdid wara l-ewwel ftuħ, għajr l-għatu flip-top jew għatu mitwi ta' shoulder box. Għall-pakketti b'fetħa ta' għatu flip-top l-għatu għandu jkun mitwi f’ċappetta fuq dahar il-pakkett biss.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tiddefinixxi regoli aktar dettaljati għall-forma u d-daqs ta’ pakketti individwali sakemm dawn ir-regoli huma meħtieġa biex tkun żgurata l-viżibbiltà sħiħa u l-integrità tat-twissijiet tas-saħħa qabel l-ewwel ftuħ, matul il-ftuħ u wara l-għelqu mill-ġdid ta' pakkett individwali.

imħassar

Emenda 67

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pakketti individwali kollha tal-prodotti tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jiġu mmarkati b’identifikatur uniku. Sabiex tkun żgurata l-integrità tagħhom, l-identifikaturi uniċi għandhom ikunu stampati/imwaħħla b’tali mod li ma jistgħux jinqalgħu, ma jistgħux jitħassru u bl-ebda mod jinħbew jew interrotti b’xi mod, inkluż permezz ta’ bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew bil-ftuħ tal-pakkett. Fir-rigward tal-prodotti manifatturati barra mill-Unjoni l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu japplikaw biss għal dawk destinati jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pakketti individwali kollha u kwalunkwe ppakkjar ta' barra tal-prodotti tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jiġu mmarkati b’identifikatur uniku. Sabiex tkun żgurata l-integrità tagħhom, l-identifikaturi uniċi għandhom ikunu sikuri, stampati/imwaħħla b’tali mod li ma jistgħux jinqalgħu, ma jistgħux jitħassru u bl-ebda mod jinħbew jew interrotti b’xi mod, inkluż permezz ta’ bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew bil-ftuħ tal-pakkett. Fir-rigward tal-prodotti manifatturati barra mill-Unjoni l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu japplikaw biss għal dawk destinati jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-identifikaturi uniċi tal-pakketti individwali jkunu marbutin mal-identifikatur uniku fuq l-ippakkjar tat-trasport estern. Kwalunkwe bidla fir-rabtiet bejn il-pakketti individwali u l-ippakkjar tat-trasport estern għandha tiġi rreġistrata fid-database imsemmija fil-paragrafu 6.

2. L-identifikatur uniku għandu jippermetti li jiġu determinati:

2. L-identifikatur uniku għandu jippermetti li jiġu determinati:

(a) id-data u l-post tal-manifattura;

(a) id-data u l-post tal-manifattura;

(b) il-faċilità tal-manifattura;

(b) il-faċilità tal-manifattura;

(c) il-magna użata fil-produzzjoni tal-prodotti;

(c) il-magna użata fil-produzzjoni tal-prodotti;

(d) ix-xift tal-produzzjoni jew iż-żmien tal-manifattura;

(d) ix-xift tal-produzzjoni jew iż-żmien tal-manifattura;

(e) l-isem tal-prodott;

(e) id-deskrizzjoni tal-prodott;

(f) is-suq intiż tal-bejgħ bl-imnut;

(f) is-suq intiż tal-bejgħ bl-imnut;

(g) ir-rotta tal-kunsinja intenzjonata;

(g) ir-rotta tal-kunsinja intenzjonata u reali mill-post tal-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-imħażen kollha użati, id-data tal-kunsinja, id-destinazzjoni tal-kunsinja, id-destinatarju u l-punt tat-tluq;

(h) fejn applikabbli, l-importatur fl-Unjoni;

(h) fejn applikabbli, l-importatur fl-Unjoni;

(i) Ir-rotta tal-kunsinja attwali mill-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-imħażen kollha użati;

(j) l-identità tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut;

(j) l-identità tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut;

(k) il-fattura, in-numru tal-ordni u r-rekords tal-ħlas tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut.

(k) il-fattura, in-numru tal-ordni u r-rekords tal-ħlas tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, jirreġistraw id-dħul tal-pakketti kollha individwali fil-pussess tagħhom, kif ukoll, il-movimenti kollha intermedjarji u l-aħħar ħruġ mill-pussess tagħhom. Dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat billi jkunu rreġistrati f’forma aggregata, eż. tal-ippakkjar estern, bil-kundizzjoni li l-identifikazzjoni tal-provenjenza u t-traċċar tal-pakketti individwali tibqa’ possibbli.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, jirreġistraw id-dħul tal-pakketti individwali u l-ippakkjar ta' barra kollha fil-pussess tagħhom, kif ukoll, il-movimenti kollha intermedjarji u l-aħħar ħruġ mill-pussess tagħhom, u jittrażmettu d-dejta elettronikament f'faċilità għall-ħżin tad-dejta skont il-paragrafu 6. Dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat billi jkunu rreġistrati f’forma aggregata, eż. tal-ippakkjar estern.

3a. It-teknoloġija użata fl-identifikazzjoni tal-provenjenza u t-traċċar għandha tappartjeni u titwettaq minn entitajiet ekonomiċi li ma għandhom l-ebda rabta legali jew kummerċjali mal-industrija tat-tabakk.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-importaturi, l-imħażen u l-kumpaniji tat-trasport bit-tagħmir meħtieġ li jippermetti r-reġistrazzjoni tal-prodotti tat-tabakk mixtrija, mibjugħa, maħżuna, trasportati jew ittrattati b’mod ieħor. It-tagħmir għandu jkun kapaċi li jaqra u jittrasmetti d-dejta b’mod elettroniku lil faċilità tal-ħżin tad-dejta skont il-paragrafu 6.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-importaturi, l-imħażen u l-kumpaniji tat-trasport bit-tagħmir meħtieġ, kif determinat minn dawk l-Istati Membri, li jippermetti r-reġistrazzjoni tal-prodotti tat-tabakk mixtrija, mibjugħa, maħżuna, trasportati jew ittrattati b’mod ieħor. It-tagħmir għandu jkun kapaċi li jaqra u jittrasmetti d-dejta b’mod elettroniku lil faċilità tal-ħżin tad-dejta skont il-paragrafu 6.

5. Id-dejta reġistrata ma tistax tiġi modifikata jew imħassra minn kwalunkwe operatur ekonomiku involut fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, iżda l-operatur ekonomiku li introduċa d-dejta u operaturi ekonomiċi oħra direttament ikkonċernati mit-tranżazzjoni, bħalma huma l-fornitur jew ir-riċevitur, jistgħu jikkummentaw dwar id-dejta introdotta qabel. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom iżidu d-dejta korretta u referenza għall-entrata preċedenti li, fil-fehma tagħhom, teħtieġ rettifika. F’ċirkustanzi eċċezzjonali u fuq preżentazzjoni tal-evidenza adegwata, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih saret ir-reġistrazzjoni jew jekk ir-reġistrazzjoni saret barra l-Unjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni, tista’ tawtorizza l-modifika jew tħassar id-dejta reġistrata qabel.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jikkonkludu kuntratti ta' ħżin ta' dejta ma' parti terza indipendenti li għandha tospita l-faċilità tal-ħżin tad-dejta għal dejta relatata mal-manifattur u l-importatur ikkonċernat. Il-faċilità tal-ħżin tad-dejta għandha tkun fiżikament lokata fit-territorju tal-Unjoni. Il-konvenjenza tal-parti terza, bmod partikolari l-indipendenza u l-kapaċitajiet tekniċi tagħha, kif ukoll il-kuntratt, għandhom ikunu approvati u sorveljati minn awditur estern, propost u mħallas mill-manifattur tat-tabakk u approvat mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasparenza u l-aċċessibilità sħaħ tal-faċilitajiet tal-ħżin tad-dejta għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-parti terza indipendenti fuq bażi permanenti. F’każijiet ġustifikati b’mod xieraq l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jistgħu jipprovdu lill-manifatturi jew l-importaturi aċċess għal din l-informazzjoni, bil-kundizzjoni li informazzjoni kummerċjalment sensittiva tibqa’ protetta b’mod adegwat skont il-leġiżlazzjonijiet rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni.

6. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jikkonkludu kuntratti ta' ħżin ta' dejta ma' parti terza indipendenti li għandha tospita l-faċilità tal-ħżin tad-dejta għal dejta relatata mal-manifattur u l-importatur ikkonċernat. Il-faċilità tal-ħżin tad-dejta għandha tkun fiżikament lokata fit-territorju tal-Unjoni. Il-parti terza indipendenti għandha tkun ħielsa mill-interessi kummerċjali u interessi vestiti oħra tal-industrija tat-tabakk u industriji relatati oħra. Il-konvenjenza tal-parti terza, b'mod partikolari l-indipendenza u l-kapaċitajiet tekniċi tagħha, kif ukoll il-kuntratt, għandhom ikunu approvati u sorveljati mill-Kummissjoni, megħjuna minn awditur estern indipendenti, li jkun imħallas mill-manifattur tat-tabakk u approvat mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasparenza u l-aċċessibilità sħaħ tal-faċilitajiet tal-ħżin tad-dejta għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-parti terza indipendenti fuq bażi permanenti. F’każijiet ġustifikati b’mod xieraq l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jistgħu jipprovdu lill-manifatturi jew l-importaturi aċċess għal din l-informazzjoni, bil-kundizzjoni li informazzjoni kummerċjalment sensittiva tibqa’ protetta b’mod adegwat skont il-leġiżlazzjonijiet rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni.

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE.

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE.

8. Barra l-identifikatur uniku, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-pakketti kollha individwali tal-prodotti tat-tabakk li jitqiegħdu fis-suq ikollhom karatteristika viżibbli tas-sigurtà li ma tistax tintbagħbas b’ħxuna ta' mill-inqas 1 cm², li għandha tkun stampata jew imwaħħla b’tali mod li ma tinqalax, ma tistax titħassar u bl-ebda mod tiġi moħbija jew interrotta b’xi mod, inkluż permezz tal-bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew elementi oħra stipulati bil-liġi.

8. Barra l-identifikatur uniku, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-pakketti kollha individwali tal-prodotti tat-tabakk li jitqiegħdu fis-suq ikollhom karatteristika viżibbli, u inviżibbli, tas-sigurtà li ma tistax tintbagħbas b’ħxuna ta' mill-inqas 1 cm², li għandha tkun stampata jew imwaħħla b’tali mod li ma tinqalax, ma tistax titħassar u bl-ebda mod tiġi moħbija jew interrotta b’xi mod, inkluż permezz tal-bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew elementi oħra stipulati bil-liġi. F'dawk l-Istati Membri fejn il-bolol tat-taxxa jiġu applikati fuq il-prodotti tat-tabbakk u fejn il-bolol tat-taxxa applikati ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu, mhi meħtieġa ebda karatteristika addizzjonali ta' sigurtà.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kapitolu IV: Bejgħ bid-distanza transkonfinali ta’ prodotti tat-tabakk

Kapitolu IV: Distribuzzjoni ta' promozzjoni u bejgħ bid-distanza ta' prodotti tat-tabakk;

Artikolu 16

Artikolu 16

Bejgħ bid-distanza transkonfinali ta’ prodotti tat-tabakk

Bejgħ bid-distanza ta’ prodotti tat-tabakk

1. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut li biħsiebhom jinvolvu ruħhom fil-bejgħ bid-distanza transkonfinali lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni li jirreġistraw mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn l-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut huwa stabbilit u fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur attwali jew potenzjali. Punti tal-bejgħ bl-imnut stabbiliti barra l-Unjoni għandhom jirreġistraw mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn jinsabu l-konsumaturi attwali jew potenzjali. L-istabbilimenti kollha tal-bejgħ bl-imnut li biħsiebhom jinvolvu ruħhom fil-bejgħ bid-distanza bejn il-fruntieri għandhom jissottomettu ta' mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti:

1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut stabbiliti fit-territorju tagħhom milli jidħlu f'bejgħ bid-distanza transkonfinali.

(a) l-isem jew l-isem korporattiv u l-indirizz permanenti tal-post tal-attività minn fejn il-prodotti tat-tabakk jiġu fornuti ;

(b) Id-data ta’ meta bdiet l-attività li qed toffri l-prodotti tat-tabakk għall-bejgħ bid-distanza bejn il-fruntieri lill-pubbliku permezz tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni;

(c) l-indirizz tal-websajt/s użati għal dak l-iskop u l-informazzjoni rilevanti kollha neċessarja biex tkun identifikata l-websajt.

1a. L-Istati Membri għandhom iżommu l-awtorità fuq id-deċiżjoni biex jestendu, fil-qasam tal-bejgħ nazzjonali bid-distanza, il-projbizzjoni li tinsab fil-paragrafu preċedenti. Meta l-Istati Membri jippermettu l-bejgħ nazzjonali bid-distanza, dawn għandhom jiżguraw li l-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut ikunu mgħammra b'sistema tal-verifika tal-età.

1b. Stat Membru jista’, minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, jillimita l-importazzjonijiet tat-tabakk għal finijiet personali. Din il-limitazzjoni għandha b’mod partikolari tapplika meta l-prezz fl-Istat Membru tal-akkwist ikun sinifikattivament inferjuri għall-prezz tal-Istat Membru tal-oriġini jew jekk it-twissijiet tas-saħħa ma jkunux bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tiegħu.

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista sħiħa tal-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut reġistrati magħhom skont ir-regoli u s-salvagwardji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE. L-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jibdew biss t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk fil-forma ta' bejgħ bid-distanza mill-mument li l-isem tal-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut huwa ppubblikat fl-Istati Membri rilevanti.

2. L-Istati Membri li jkunu implimentaw strateġija nazzjonali ta’ ġlieda kontra t-tipjip jistgħu jistabbilixxu limiti kwantitattivi fuq il--movimenti transkonfinali.

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista sħiħa tal-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut reġistrati magħhom skont ir-regoli u s-salvagwardji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE. L-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jibdew biss t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk fil-forma ta' bejgħ bid-distanza mill-mument li l-isem tal-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut huwa ppubblikat fl-Istati Membri rilevanti.

imħassar

3. Jekk ikun neċessarju biex tkun żgurata l-konformità u jiġi ffaċilitat l-infurzar, l-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu jesiġu li punt ta’ bejgħ bl-imnut jinnomina persuna naturali li hija responsabbli biex tivverifika il-prodotti tat-tabakk qabel ma jaslu għand il-konsumatur jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

4. L-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut involuti f’bejgħ bid-distanza għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta' verifika tal-età, li tivverifika fil-mument tal-bejgħ, li l-konsumatur li qed jixtri jirrispetta l-età minima prevista skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Il-bejjiegħ bl-imnut jew il-persuna naturali nominata għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti deskrizzjoni tad-dettalji u t-tħaddim tas-sistema tal-verifika tal-età.

5. Id-dejta personali tal-konsumatur għandha tiġi pproċessata biss skont id-Direttiva 95/46/KE u ma tiġix żvelata lill-manifattur tal-prodotti tat-tabakk jew il-kumpaniji li jiffurmaw parti mill-istess grupp ta’ kumpaniji jew lil kwalunkwe partijiet terzi oħra. Id-dejta personali ma għandhiex tintuża jew tiġi ttrasferita lil hinn mill-iskop tax-xiri effettiv. Dan japplika wkoll jekk l-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut jifforma parti minn manifattur ta’ prodotti tat-tabakk.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 16a (ġdid)

Artikolu 16a

stati Membri għandhom jipprojbixxu lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut stabbiliti fit-territorju tagħhom milli jqassmu prodotti tat-tabakk b'xejn jew bi skont permezz ta' mezzi transkonfinali bid-distanza jew permezz ta' kwalunkwe mezz ieħor.

Emenda 70

Proposta għal direttiva

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Notifika tal-prodotti ġodda tat-tabakk

Notifika tal-prodotti ġodda tat-tabakk

1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bi kwalunkwe prodotti ġodda tat-tabakk li beħsiebhom iqegħdu fis-swieq tal-Istati Membri kkonċernati. In-notifika għandha tkun sottomessa f’forma elettronika sitt xhur qabel it-tqegħid maħsub fis-suq u għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni dettaljata tal-prodott in kwistjoni kif ukoll informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-emissjonijiet skont l-Artikolu 5. Il-manifatturi u l-importaturi li jinnotifikaw prodotti ġodda tat-tabakk għandhom ukoll jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti in kwistjoni bi:

1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bi kwalunkwe prodotti ġodda tat-tabakk li beħsiebhom iqegħdu fis-swieq tal-Istati Membri kkonċernati. In-notifika għandha tkun sottomessa f’forma elettronika sitt xhur qabel it-tqegħid maħsub fis-suq u għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni dettaljata tal-prodott in kwistjoni kif ukoll minn kwalunkwe tikkettar propost, istruzzjoni tal-użu, dettall tal-kompożizzjoni tal-prodott, il-proċess ta’ manifattura u l-kontrolli korrispondenti u informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-emissjonijiet skont l-Artikolu 5. Il-manifatturi u l-importaturi li jinnotifikaw prodotti ġodda tat-tabakk għandhom ukoll jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti in kwistjoni bi:

(a) l-istudji xjentifiċi disponibbli dwar it-tossiċità, l-effett tad-dipendenza u l-attrazzjoni tal-prodott, b’mod partikolari fir-rigward tal-ingredjenti u l-emissjonijiet tiegħu;

(a) l-istudji xjentifiċi disponibbli dwar it-tossiċità, l-effett tad-dipendenza u l-attrazzjoni tal-prodott, b’mod partikolari fir-rigward tal-ingredjenti u l-emissjonijiet tiegħu;

(b) l-istudji disponibbli u r-riċerka dwar is-suq fuq preferenzi ta’ diversi gruppi tal-konsumaturi, inklużi ż-żgħażagħ u

(b) sommarji operattivi tal-istudji disponibbli u r-riċerka dwar is-suq fuq preferenzi ta’ diversi gruppi ta’ konsumaturi, inklużi ż-żgħażagħ u dawk li jpejpu ħafna u ta' spiss;

(c) informazzjoni oħra disponibbli u relevanti, inkluża l-analiżi riskju/benefiċċju tal-prodott, l-effetti mistennija fuq il-waqfien tal-konsum tat-tabakk, l-effetti mistennija fuq il-bidu tal-konsum tat-tabakk u perċezzjoni oħra tal-konsumatur prevista.

2. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinformaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’xi tagħrif ġdid jew aġġornat imsemmi fil-punti (a) sa (c) fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jeħtieġu mill-manifatturi jew l-importaturi tat-tabakk li jwettqu testijiet addizzjonali jew jissottomettu informazzjoni addizzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li jirċievu skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jintroduċu sistema ta’ awtorizzazzjoni u jitolbu ħlas proporzjonat..

2. Wara t-tqegħid fis-suq ta' prodott tat-tabakk l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinformaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’xi tagħrif ġdid jew aġġornat imsemmi fil-punti (a) sa (c) fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jeħtieġu mill-manifatturi jew l-importaturi tat-tabakk li jwettqu testijiet addizzjonali jew jissottomettu informazzjoni addizzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li jirċievu skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jintroduċu sistema ta’ awtorizzazzjoni u jitolbu ħlas proporzjonat..

3. Prodotti ġodda tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet applikabbli jiddependu fuq jekk il-prodotti jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ prodott tat-tabakk li ma jdaħħanx fil-punt (29) tal-Artikolu 2 jew tabakk għat-tipjip fil-punt (33) tal-Artikolu 2.

Emenda 71

Proposta għal direttiva

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-prodotti li ġejjin li fihom in-nikotina jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2001/83/KE:

1. Il-prodotti li fihom in-nikotina jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu awtorizzati skont id-Direttiva 2001/83/KE, b'kunsiderazzjoni tal--użu ferm stabbilit tan-nikotina.

a) prodotti b’livell ta’ nikotina ogħla minn 2 mg għal kull unità, jew

b) prodotti b’konċentrazzjoni ta’ nikotina aktar minn 4 mg għal kull ml, jew

c) prodotti li l-użu maħsub tagħhom jirriżulta f’konċentrazzjoni plażma bl-ogħla massimu medju li jaqbeż 4 ng ta’ nikotina għal kull ml.

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex taġġorna l-kwantitajiet tan-nikotina stipulati fil-paragrafu 1 filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija lil prodotti li fihom in-nikotina skont id-Direttiva 2001/83/KE.

3. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar ta’ prodotti li fihom in-nikotina taħt il-limiti bażiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:

Dan il-prodott fih in-nikotina u jista’ joħloq ħsara għal saħħtek.

4. It-twissija tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 3 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10(4). Barra minn hekk, għandha:

(a) tiġi stampata fuq l-akbar żewġ uċuħ tal-pakkett individwali, u kull ippakkjar estern.

(b) tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li tikkorrispondi mal-pakket individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta r-rekwiżiti fil-paragrafi 3 u 4 filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq u biex tadotta u tadatta l-pożizzjoni, il-format, il-layout, id-disinn u r-rotazzjoni tat-twissijiet tas-saħħa.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prodotti erbali għat-tipjip

Prodotti erbali għat-tipjip

1. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti erbali għat-tipjip għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:

1. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti erbali għat-tipjip għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:

Dan il-prodott jista’ joħloq ħsara għal saħħtek.

Dan il-prodott jista’ joħloq ħsara għal saħħtek.

2. It-twissija tas-saħħa għandha tkun stampata fuq il-wiċċ u d-dahar esterni tal-pakkett individwali, u fuq kull ippakkjar estern.

2. It-twissija tas-saħħa għandha tkun stampata fuq il-wiċċ u d-dahar esterni tal-pakkett individwali, u fuq kull ippakkjar estern.

3. It-twissija tas-saħħa għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(4). Din għandha tkopri mhux anqas minn 30 % tal-erja tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali, u ta’ kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

3. It-twissija tas-saħħa għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(4). Din għandha tkopri mhux anqas minn 30 % tal-erja tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali, u ta’ kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ lingwi uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri b'iktar minn żewġ lingwi uffiċjali.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 19a

Prodotti ta’ imitazzjoni tat-tabakk

Il-prodotti ta' imitazzjoni tat-tabakk li jiġbdu l-attenzjoni tal-minorenni u konsegwentment jippreżentaw pont potenzjali biex dawn jibdew jużaw il-prodotti tat-tabakk għandhom jiġu projbiti.

Ġustifikazzjoni

Prodotti ta’ imitazzjoni tat-tabakk immirati lejn il-minorenni jistgħu jinkoraġġixxu l-użu ta’ prodotti tat-tabakk fit-tfal. Ħafna jibdew ipejpu meta jkunu għadhom minorenni. Għalhekk għandha niffokaw fuq li niskoraġġixxu liż-żgħażagħ milli jpejpu u jevitaw l-użu ta’ prodotti ta’ imitazzjoni tat-tabakk, bħax-shisha-pen jew il-hookah pen, li huma partikolarment attraenti għaż-żgħażagħ u jiffamiljarizzawhom mal-imġiba tat-tipjip u b’hekk jipperikolaw is-saħħa pubblika.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – Paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li dawn jiġu infurzati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Kwalunkwe penali finanzjarja applikabbli għall-ksur intenzjonat għandha tkun b'tali mod li tpatti għall-vantaġġ ekonomiku mfittex minn dan il-ksur.

Ġustifikazzjoni

Penali finanzjarja għandha tal-inqas tkun ekwivalenti għall-profitti magħmula. Dan il-prinċipju ġie inkluż fi proposti leġiżlattivi f'oqsma oħra, per eżempju r-riċiklaġġ tal-vapuri u r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni tal-kontroll uffiċjali fil-kuntest tal-iskandlu tal-laħam taż-żiemel.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

1. Is-setgħa li tadotta atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2. Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(3), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(3), 13(4), 14(9), 18(2) u 18(5) għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jj daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

2. Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(10a), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(4) u 14(9) għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jj daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha testendi b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul ta' żmien, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponix tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel tmiem kull perjodu.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(3), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(3), 13(4), 14(9), 18(2) u 18(5) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(10a), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(4) u 14(9) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta l-att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Hekk kif tadotta l-att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att delegat skont l-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(3), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(3), 13(4), 14(9), 18(2) u 18(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel jispiċċa dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat skont l-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(10a), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(4) u 14(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel jispiċċa dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma joġġezzjonawx.. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn ħames snin mid-data speċifikata fl-Artikolu 25 paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Mhux aktar tard minn tliet snin mid-data speċifikata fl-Artikolu 25 paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ca) valutazzjoni tal-effetti ta’ dipendenza ta’ dawk l-ingredjenti li jħeġġu d-dipendenza

Ġustifikazzjoni

Punt imdaħħal mill-ġdid mid-Direttiva 2001/37/KE attwali.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cb) żvilupp ta’ metodi standardizzati ta’ ttestjar għall-valutazzjoni tal-kontenut ta’ komponenti oħra tad-duħħan tas-sigarretti minbarra qatran, nikotina u monossidu tal-karbonju

Ġustifikazzjoni

Punt imdaħħal mill-ġdid mid-Direttiva 2001/37/KE attwali.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cc) dejta tossikoloġika, li l-manifatturi għandhom jiddikjaraw, dwar l-ingredjenti u l-metodu kif għandhom jiġu ttestjati, biex jippermettu lill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jivvalutaw l-użu tagħhom

Ġustifikazzjoni

Punt imdaħħal mill-ġdid mid-Direttiva 2001/37/KE attwali.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(cd) żvilupp ta’ standards relatati ma’ prodotti oħra minbarra sigarretti

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3 a. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sentejn dwar l-infurzar tal-miżuri meħuda skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2003/54/KE tat-2 ta’ Diċembru 2002 dwar il-prevenzjoni tat-tipjip u inizjattivi mmirati biex isaħħu l-ġlieda kontra t-tabakk, b’mod partikolari fir-rigward ta’ limiti tal-età stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, kif ukoll il-pjanijiet tagħhom biex iżidu l-limitu tal-età biex jinkiseb l-għan ta’ “ġenerazzjoni ta’ ambjent ħieles mid-dħaħen”.

Ġustifikazzjoni

Skont il-Kummissjoni, 70 % ta’ dawk li jpejpu jibdew qabel l-età tat-18-il sena. Skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2002, 60 % ta’ dawk li jpejpu jibdew il-vizzju qabel l-età tat-13-il sena, u 90 % qabel l-età tat-18-il sena. tà legali għax-xiri hija 18-il sena fi 22 Stat Membru u 16-il sena fil-ħames Stati Membri li jibqgħu (AT, BE, IT, LU u NL). Għalhekk hemm problema serja ta’ nuqqas ta’ infurzar tal-limitu tal-età fil-maġġoranza tal-Istati Membri. L-obbligu tar-rappurtar fir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għandu jsir vinkolanti.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-importazzjoni, il-bejgħ jew il-konsum ta' tabakk jew prodotti relatati li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

1. F'konformità mal-paragrafi 2 u 3, l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-importazzjoni, il-bejgħ jew il-konsum ta' tabakk jew prodotti relatati li jikkonformaw ma’ din id-Direttiva.

2. Madankollu, Stat Membru jista’ jżomm disposizzjonijiet nazzjonali aktar stretti, applikabbli għall-prodotti kollha bl-istess mod, f’oqsma koperti bid-Direttiva, fuq bażi tal-ħtiġijiet urġenti dwar il-ħarsien tas-saħħa pubblika. Stat Membru jista’ wkoll jintroduċi dispożizzjonijiet iktar stretti, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni speċifika ta' dan l-Istat Membru u bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati għall-ħtieġa li titħares is-saħħa pubblika. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet għaż-żamma jew l-introduzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur mid-data li tirċievi n-notifika, tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet wara li tkun ivverifikat, filwaqt li ħadet in konsiderazzjoni l-livell għoli tal-ħarsien tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva, jekk humiex ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati jew le għall-għan tagħhom u jekk humiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu, id-disposizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu meqjusa bħala approvati.

2. Madankollu, Stat Membru jista’ jżomm jew jintroduċi dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti f’oqsma koperti bid-Direttiva sakemm tali miżuri jkunu kumpatibbli mat-Trattat. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom japplikaw għall-prodotti kollha, inklużi dawk importati minn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz. Dawn għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet għaż-żamma jew l-introduzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur mid-data li tirċievi n-notifika, tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet wara li tkun ivverifikat, filwaqt li ħadet in konsiderazzjoni l-livell għoli tal-ħarsien tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva, jekk humiex ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati jew le għall-għan tagħhom u jekk humiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu, id-disposizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu meqjusa bħala approvati.

3. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu, skont it-Trattat, id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar aspetti mhux regolati b’din id-Direttiva. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu ġustifikati minn raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku u jkunu meħtieġa u proporzjonati għall-għan tagħhom. Dawn ma għandhomx ikunu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u ma għandhomx jipperikolaw l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva.

3. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet nazzjonali dwar aspetti mhux regolati b’din id-Direttiva sakemm dawn ikunu kumpatibbli mat-Trattat. Dawn għandhom japplikaw għall-prodotti kollha b'mod ugwali, inklużi dawk importati minn Stat Membru jew pajjiż terz ieħor, ma għandhomx ikunu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u ma għandhomx jipperikolaw l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva [L-Uffiċcju tal-Pubblikazzjonijiet, jj daħħal id-data eżatta mhux aktar tard minn : dħul fis-seħħ + 18-il xahar]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva [L-Uffiċcju tal-Pubblikazzjonijiet, jj daħħal id-data eżatta mhux aktar tard minn: dħul fis-seħħ + 18-il xahar] u fil-każ tal-Artikolu 6 [L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jj daħħal id-data eżatta mhux aktar tard minn: dħul fis-seħħ + 36 xahar]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' segwitu:: din l-emenda ssir minħabba l-fatt li l-ħolqien ta’ lista tal-Unjoni tal-addittivi, teħtieġ iż-żmien skont l-Artikolu 6.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dispożizzjoni tranżitorja

Dispożizzjoni tranżitorja

stati Membri jistgħu jippermettu l-prodotti li ġejjin, li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva, biex jitqiegħdu fis-suq sa [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data eżatta: dħul fis-seħħ + 24 xahar]:

(a) prodotti tat-tabakk;

(a) prodotti tat-tabakk;

(b) prodotti li fihom nikotina taħt il-limitu stabbilit fl-Artikolu 18(1);

(c) prodotti erbali għat-tipjip

(b) prodotti erbali għat-tipjip

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prodotti li jkun fihom in-nikotina li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva jitqiegħdu fis-suq sa [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data eżatta: dħul fis-seħħ + 36 xahar]:

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Anness -I (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness -I

Addittivi approvati għall-użu fi prodotti tat-tabakkk

L-isem kimiku tal-addittiv - il-funzjoni - il-livell massimu permess

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Lista ta' kliem ta' twissijiet

Lista ta' kliem ta' twissijiet

(imsemmija fl-Artikolu 9 u fl-Artikolu 10(1))

(imsemmija fl-Artikolu 9 u fl-Artikolu 10(1))

(1) It-tipjip jikkawża 9 minn 10 każijiet ta' kanċer fil-pulmun

(1) It-tipjip jikkawża 9 minn 10 każijiet ta' kanċer fil-pulmun

(2) It-tipjip jikkawża kanċer fil-ħalq u fil-gerżuma.

(2) It-tipjip jikkawża kanċer fil-ħalq u fil-gerżuma.

(2a) It-tipjip jikkawża kanċer tal-bużżieqa tal-awrina

(3) It-tipjip jagħmel ħsara fil-pulmuni

(3) It-tipjip jagħmel ħsara fil-pulmuni

(4) It-tipjip jikkawża l-attakki tal-qalb

(4) It-tipjip jikkawża l-attakki tal-qalb

(5) It-tipjip jikkawża attakki ta' puplesija u diżabilità

(5) It-tipjip jikkawża attakki ta' puplesija u diżabilità

(6) It-tipjip isoddlok l-arterji

(6) It-tipjip isoddlok l-arterji

(7) It-tipjip iżidlek ir-riskju li tagħma

(7) It-tipjip iżidlek ir-riskju li tagħma

(8) It-tipjip iħassarlek snienek u l-ħanek

(8) It-tipjip iħassarlek snienek u l-ħanek

(9) It-tipjip jista' joqtol it-tarbija tiegħek qabel it-twelid

(9) It-tipjip jista' joqtol it-tarbija tiegħek qabel it-twelid

10) It-tipjip tiegħek jagħmel ħsara lil uliedek, familtek u ħbiebek

10) It-tipjip tiegħek jagħmel ħsara lil uliedek, familtek u ħbiebek

(11) It-tfal ta' min ipejjep għandhom possiblità akbar li jibdew ipejpu wkoll

(11) It-tfal ta' min ipejjep għandhom possiblità akbar li jibdew ipejpu wkoll

(12) Aqta' t-tipjip issa – ibqa' ħaj għal dawk li tħobb

(12) Aqta' t-tipjip issa – ibqa' ħaj għal dawk li tħobb

(13) It-tipjip inaqqas il-fertilità

(13) It-tipjip inaqqas il-fertilità

(14) It-tipjip iżid ir-riskju ta' impotenza

(14) It-tipjip iżid ir-riskju ta' impotenza

(14 a) It-tipjip jista' jikkawża l-imwiet ta' trabi waqt l-irqad.

(14 b) It-tipjip waqt it-tqala jikkawża twelid qabel iż-żmien.

(14 c) It-tipjip passiv jista' jiggrava l-ażma jew il-meninġite fit-tfal.

  • [1]  ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0. / Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.
  • [2]  ĠU C 0, 0.0.0000, p. 0. / Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

Issa għaddew kważi tnax-il sena minn mindu l-UE adottat id-Direttiva tal-Prodotti tat-Tabakk. Din id-Direttiva introduċiet firxa ta' miżuri għall-kontroll tat-tabakk inklużi:

•   projbizzjoni fuq termini bħal "mhux qawwija" jew "ħfief" li jistgħu jqarrqu bin-nies li jpejpu billi jaħsbu li prodott partikolari huwa inqas dannuż minn oħrajn;

•   livelli massmimi ta' kontenut tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju (TNCO);

•   rekwiżiti ta' rappurtar dwar l-ingredjenti;

•   twissijiet tas-saħħa b'daqs minimu fuq il-prodotti tat-tabakk kollha barra prodotti tat-tabakk mingħajr duħħan (STP) li jrid ikollhom twissija tas-saħħa ġenerali;

•   set komuni ta' twissijiet bl-istampi li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw fuq il-pakketti.

Id-Direttiva attwali kienet is-suġġett ta' rikużi legali mill-kumpaniji tat-tabakk, imma l-qrati sostnew il-validità tad-Direttiva.

It-tipjip u s-saħħa: sfida biex iż-żgħażagħ jiġu skoraġġiti milli jpejpu

Tnax-il sena wara, it-tipjip jibqa' l-kawża ewlenija ta' mewt li jista' jiġi evitat fl-UE u joqtol madwar 700,000 persuna fis-sena. Il-miżuri li ttieħdu matul is-snin biex jinqata' t-tipjip kellhom impatt: fl-aħħar deċennju, in-numru ta' nies li jpejpu fl-UE naqas minn kważi 40 % fl-UE15 fl-2002 għal 28 % fl-UE27 fl-2012.

Madankollu, ir-rati ta' prevalenza fost iż-żgħażagħ (15-25) b'29 % huma ogħla milli għall-popolazzjoni sħiħa. Aħna nafu li t-tfal, u mhux l-adulti, jibdew ipejpu: 70 % tan-nies li jpejpu jibdew qabel it-18-il sena magħluqa tagħhom, ħafna anki iżgħar. Stħarriġ reċenti tad-WHO dwar ix-xejriet tat-tipjip fost iż-żgħażagħ ta' 15-il sena wera xejra ferm aktar inkwetanti: billi fil-perjodu 2001-2005 ix-xejriet tat-tipjip niżlu fil-maġġoranza assoluta tal-pajjiżi, fl-aktar perjodu reċenti li kien hemm stħarriġ dwaru, l-2005-2010, il-prevalenza tat-tipjip għas-subien tela' f'14-il pajjiż u għall-bniet tela' f'9 pajjiżi. Il-Kummissjoni Ewropea hija għalhekk ġusta li tiffoka ħafna mill-attenzjoni tagħha fl-abbozz tat-TPD il-ġdid fuq miżuri li jiskoraġġixxu ż-żgħażagħ milli jpejpu, bħal twissijiet tas-saħħa aktar stretti u projbizzjonijiet fuq pakketti u aromi li jistgħu jkunu partikolarment attraenti għaż-żgħażagħ.

Il-Konvenzjoni ta' Qafas tad-WHO dwar il-Kontroll tat-Tabakk – ambjent internazzjonali ġdid

Żvilupp internazzjonali ewlieni li sar mill-aħħar TPD kien l-adozzjoni mill-UE sħiħa u l-Istati Membri individwali kollha tagħha tal-Konvenzjoni ta' Qafas tal-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija (WHO) dwar il-Kontroll tat-Tabakk (FCTC). Din il-Konvenzjoni legalment vinkolanti li daħlet fis-seħħ fl-2005 għandha 176 firma u tobbliga lill-partijiet li jnaqqsu d-domanda għall-prodotti tat-tabakk u l-provvista tagħhom u tobbligahom li jħarsu l-politiki tal-kontroll tat-tabakk mill-influwenza tal-industrija. Hija tipproponi firxa ta' miżuri inklużi linji gwida dwar daqs minimu tat-twissija tas-saħħa, twissijiet bl-istampi obbligatorji u restrizzjonijiet fuq l-ippakkjar li jżidu l-attraenza tal-prodotti tat-tabakk. Stati Membri differenti wieġbu lura bil-proposti tagħhom stess għall-implimentazzjoni tal-FCTC: 14-il Stat Membru għandu daqs minimu tal-pakkett ta' 20 (AT, CZ, DK, EE, FI, FR, EL, IE, LU, LT, PL, PT, RO, ES), it-twissijiet bl-istampi huma użati f'10 Stati Membri (BE, RO,UK, LV, FR, MT, ES, DK, IE, HU), messaġġi għall-waqfien tat-tipjip huma obbligatorji f'4 Stati Membri (BE, FR, NL, SI) u volontarji f'9 (AT, DK, DE, HU, IE, LV, PL, SE, UK). Dawn id-differenzi emerġenti fir-regolamentazzjoni u l-bżonn li tiġi implimentata l-FCTC wasslu biex il-Parlament u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni f'ħafna okkażjonijiet biex tirrevedi d-Direttiva TPD attwali.

L-FCTC wasslet biex pajjiżi terzi oħra għamlu r-regolamentazzjoni tat-tabakk tagħhom aktar riġida. Il-każ tal-Awstralja li adottat ippakkjar għal kollox standardizzat ("sempliċi") f'Novembru 2011 – u rebħet il-każ tal-qorti tagħha kontra l-kumpaniji tat-tabakk f'Awwissu 2012 hija ferm magħrufa. In-New Zealand issa qalet li ħa tagħmel l-istess u l-gvern tar-Renju Unit qed attwalment jikkonsulta dwar il-miżura. Imma ħafna pajjiżi oħrajn jinsabu quddiem l-UE f'termini ta' leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tat-tabakk. Tlieta u sittin pajjiż jeħtieġ twissijiet bl-istampi. Il-Brażil ipprojbixxa kull tip ta' aromi u addittivi oħrajn, kif għamlet ukoll il-Kanada bl-eċċezzjoni għall-mentol. stati Uniti pprojbixxa l-aromi karatterizzanti kollha barra l-mentol. Ir-rati ta' tipjip fil-Brażil ta' preċiż taħt il-15 % huma nofs dawk tal-medja fl-UE. Ir-rati fil-Kanada (17 %) u l-Istati Uniti (18.9 %) huma wkoll ferm aktar baxxi minn dawk fl-UE.

Il-bidliet ewlenin proposti fl-abbozz tad-Direttiva

Ingredjenti: Fatt ewlieni għall-ħsieb wara r-reviżjoni tat-TPD huwa l-idea li l-prodotti tat-tabakk għandhom jidhru u jintiegħmu bħat-tabakk. Il-proposta għalhekk tipprojbixxi dak kollu li jaqa' taħt it-terminu "aromi karatterizzanti" fis-sigaretti, fit-tabakk tal-brim u f'dak mingħajr duħħan. Eżempji ta' aromi jinkludu ċ-ċikkulata, it-togħma tal-frott u l-mentol. Ġew ipprojbiti wkoll addittivi oħrajn bħall-vitamini li jistgħu jagħtu l-impressjoni li prodott għandu benefiċċji tas-saħħa jew li huwa inqas ta' ħsara. Il-proposta ma tipprojbixxix addittivi li jidhru bħala essenzjali għall-produzzjoni tat-tabakk u teżenta s-sigarri, is-sigarilli, it-tabakk tal-pipa u pipi tal-ilma mill-projbizzjoni tal-aromi sakemm dawn ikomplu jintużaw primarjament minn nies li jpejpu li jkunu aktar anzjani. Ir-rapporteur tappoġġja dawn il-miżuri kollha imma tinsab imħassba dwar ix-xejriet reċenti fl-użu tal-pipi tal-ilma minn żgħażagħ u trid li l-Kummissjoni timmonitorja dan b'attenzjoni.

L-ittikkettjar u l-ippakkjar: L-abbozz tal-liġi jintroduċi rekwiżit għal twissijiet ikkombinati bl-istampi u bil-miktub li jkopru 75 % tal-uċuħ ta' quddiem u ta' wara tas-sigaretti u l-pakketti tat-tabakk tal-brim kollha. Il-Kummissjoni ma tipproponix ippakkjar standardizzat għal kollox bħall-Awstralja, imma tħalli lill-Istati Membri liberi li jintroduċu standardizzazzjoni sħiħa fil-liġi nazzjonali għal dawk il-partijiet tal-pakkett mhux irregolati mid-Direttiva. Il-proposta tipprojbixxi wkoll firxa ta' fatturi li jistgħu jqarrqu bin-nies dwar il-prodotti: sigaretti rqaq, deskritturi bħal naturali, organiċi u kuluri li jqarrqu bin-nies. Pakkett individwali tas-sigaretti għandu jkollu minimu ta' 20 sigarett. Dawn il-miżuri jipprojbixxu pakketti tas-sigaretti fuq stil ta' lipstik/fwieħa. Minimu ta' daqs ta' 40g huwa propost fil-każ tal-boroż tat-tabakk tal-brim. Ir-rapporteur tappoġġja dawn il-miżuri kollha imma tipproponi li jmorru lil hinn fil-każ tas-sigaretti u t-tabakk tal-brim billi tipproponi forma ta' standardizzazzjoni li tneħħi l-immarkar eċċessiv mill-pakketti. Din ma tasalx safejn waslet il-liġi Awstraljana li standardizzat l-ippakkjar għall-prodotti kollha tat-tabakk ladarba tkopri biss is-sigaretti u t-tabakk tal-brim, il-prodotti l-aktar użati biex iqabbdu t-tipjip liż-żgħażagħ.

Dan il-kapitolu jinkludi wkoll serje ta' dispożizzjonijiet miżjuda dwar it-traċċabilità u s-sigurtà biex jiġi ttrattat il-kummerċ illegali tas-sigaretti. Il-miżuri jinkludu identifikatur uniku dwar kull pakkett u sistema ta' traċċar u rintraċċar tal-bejgħ kollu tas-sigaretti. Ir-rapporteur tappoġġja dawn il-miżuri kollha u żiedet emendi biex tissaħħaħ is-sigurtà kontra l-falsifikar, u tiżgura li t-traċċabilità tal-pakketti individwali jkun jidher ukoll fl-imballaġġi multipli.

Tabakk għall-Użu Orali

Ir-restrizzjonijiet fuq il-bejgħ tat-tabakk orali (snus) jinżammu fil-liġi l-ġdida. Ir-rapporteur taqbel ma' din il-pożizzjoni.

Bejgħ bid-distanza transkonfinali ta’ prodotti tat-tabakk

Il-bejgħ tal-prodotti tat-tabakk bl-internet huwa fenomenu ġdid u għalhekk mhuwiex kopert mit-TPD eżistenti. Jidher li ma tantx hemm inċentiv biex jiġi stabbilit bejgħ bl-internet legali tas-sigaretti għax it-taxxi jridu jitħallsu mill-bejjiegħ fil-pajjiż tal-bejgħ. Ix-xerrejja ma jistgħux jibbenefikaw mid-differenzi fit-taxxi. Dan iwassal lill-Kummissjoni biex tikkonkludi, fil-Valutazzjoni tal-Impatt tagħha, li "tipikament, il-prodotti tat-tabakk mibjugħa fuq l-internet ma jikkonformawx mat-TPD (eż. it-twissijiet tas-saħħa u l-ingredjenti)". Barra minn hekk, hemm problemi bis-sistemi tal-verifika tal-età u r-reklamar bl-internet illegali. L-FCTC jitlob għal projbizzjoni tal-bejgħ tat-tabakk bl-internet u disa' Stati Membri diġà pprojbixxewh. Ir-rapporteur tinsab ukoll imħassba dwar il-kumpaniji li jagħtu kampjuni tas-sigaretti b'xejn permezz tal-internet u mezzi oħrajn u tipproponi projbizzjoni ta' din l-attività.

Prodotti ġodda tat-tabakk

Il-Kummissjoni tipproponi sistema ta' verifika għal kwalunkwe tabakk biex tiżgura li kwalunkwe prodott ġdid jikkonforma għal kollox mad-Direttiva, imma tagħti l-għażla lill-Istati Membri li jintroduċu sistema ta' awtorizzazzjoni minn qabel. Ir-rapporteur temmen li awtorizzazzjoni minn qabel għandha tkun ir-regola għall-prodotti l-ġodda kollha tat-tabakk u ressqet emendi kif inhu xieraq.

Sigaretti elettroniċi

It-TPD eżistenti ma tkoprix prodotti li fihom in-nikotina, imma l-inklużjoni tagħhom hija issa proposta fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva l-ġdid. L-iżvilupp ewlieni sa mill-2001 ġie introdott fis-suq tas-sigaretti elettroniċi jew "e" li għandhom suq li qed jikber. Ma hemm l-ebda approċċ komuni fil-livell tal-UE dwar ir-regolamentazzjoni tas-sigaretti elettroniċi. Fil-preżent, 2 Stati Membri biss għandhom liġijiet speċifiċi, imma f'madwar nofs l-Istati Membri, in-nikotina hija, skont il-funzjoni, meqjusa bħala mediċina, allura teknikament is-sigaretti elettroniċi ma jistgħux jinbiegħu sakemm ma jkunux approvati bħala mediċina - bħal prodotti għall-waqfien tat-tipjip oħrajn. Fi Stati Membri oħrajn ma hemm l-ebda regolament speċifiku, li jfisser li s-sigaretti elettroniċi huma koperti mid-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti. Is-sena l-oħra kien hemm disa' allerti tar-RAPEX dwar il-problemi bis-sigaretti elettroniċi. Is-sigaretti elettroniċi mhux awtorizzati bħala mediċina ma jistgħux isostnu li jgħinu fil-waqfien tat-tipjip. L-Istati Uniti qiegħed attwalment jiżviluppa l-liġijiet tiegħu stess dwar ir-regolamentazzjoni tas-sigaretti elettroniċi fil-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tat-tabakk.

Il-Kummissjoni tipproponi approċċ fuq żewġ livelli għar-regolamentazzjoni tas-sigaretti elettroniċi u NCP oħra. Il-prodotti b'kontenut tan-nikotina ogħla minn ċertu livell – inkluża l-maġġoranza tas-sigaretti elettroniċi attwalment fis-suq – ikollhom jiġi awtorizzati bħala mediċini. Dawk taħt il-limitu jkunu permessi fis-suq b'twissijiet tas-saħħa.

L-opinjonijiet tal-esperti dwar il-kontroll tat-tabakk ivarjaw dwar is-sigaretti elettroniċi. Hemm kunsens ġenerali dwar il-bżonn ta' regolamentazzjoni aħjar imma joħorġu kwistjonijiet dwar jekk is-sigaretti elettroniċi humiex prodott ta' sostituzzjoni utli għan-nies eżistenti li jpejpu billi jgħinuhom bit-tnaqqis tal-ħsara jew humiex sempliċiment mezz biex dawk li jpejpu jkunu jistgħu jibqgħu jpejpu billi jakkwistaw in-nikotina f'żoni fejn mhux permess id-duħħan u/jew ikunu prodott, li joffri aċċess, li jiġbed nies li jpejpu ġodda lejn id-dipendenza fuq in-nikotina u potenzjalment lejn it-tabakk. Hemm ukoll tħassib dwar il-fatt li s-sigaretti elettroniċi jistgħu jerġgħu jinnormalizzaw it-tipjip. Ir-rapporteur talbet studju mis-servizzi tal-Parlament biex jaraw l-evidenza dwar is-sigaretti elettroniċi u se tagħmel il-proposti f'dan il-qasam ladarba l-istudju jsir disponibbli u wara konsultazzjoni mal-kollegi u l-esperti.

Prodotti erbali għat-tipjip

Dawn il-prodotti mhumiex koperti mit-TPD attwali u huma suġġetti għal reġimi regolatorji differenti f'pajjiżi differenti. Is-sigaretti erbali huma ta' spiss meqjusa bħala sigaretti li ma jagħmlux ħsara jew ċertament li jagħmlu inqas ħsara mit-tabakk. Madankollu, l-evidenza turi li l-użu tagħhom mhuwiex mingħajr riskji u għalhekk il-Kummissjoni tipproponi sistema ta' tikkettar għal dawn il-prodotti li hija appoġġjata mir-rapporteur.

ANNESS

Marka leġiżlattiva

Linda McAvan, bħala r-rapporteur tal-Parlament Ewropew għad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk, iltaqgħet ma', laqgħet jew semgħet lil rappreżentanti mill-organizzazzjonijiet li ġejjin:

Aġenziji Regolatorji tal-UE u Nazzjonali

Id-DĠ SANCO tal-Kummissjoni Ewropea u l-Kummissarju Borġ

Il-Ministru għas-Saħħa tal-Irlanda u r-Rappreżentanza Permanenti Irlandiża għall-UE

Il-Ministru għas-Saħħa tal-Litwanja

Il-Ministru għall-Agrikoltura tar-Repubblika Ċeka

Ir-Rappreżentanza Permanenti tar-Renju Unit għall-UE u d-Dipartiment għas-Saħħa u l-Aġenzija Regolatorja tal-Mediċini u l-Prodotti tal-Kura tas-Saħħa tar-RU

Ir-Rappreżentanza Permanenti tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-UE

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa

Il-United States Food and Drugs Agency

Il-Missjoni tal-Ħonduras għall-Unjoni Ewropea

Ir-rapporteur tal-Kumitat tar-Reġjuni għad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk, flimkien mal-Organización Interprofesional del Tabaco de España

Organizzazzjonijiet mhux governattivi

Is-Smoke Free Partnership u l-European Heart Network

Ospitat laqgħa konġunta mal-Grupp tal-Qalb tal-MPE u mal-Grupp tal-MPE Kontra l-Kanċer[1].

Il-UK Cancer Research

Il-British Heart Foundation

Il-UK Centre for Tobacco Control Studies

Il-UK Action on Smoking & Health

Is-Smokefree Yorkshire and the Humber

L-industrija

Laqgħa miftuħa mal-industrija tat-tabakk u l-fornituri 'l fuq u 'l isfel fil-katina[2][3]

Laqgħa miftuħa mal-industrija tas-sigaretti elettroniċi[4][5]

L-Assoċjazzjoni tal-European Self-Medication Industry

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (19.6.2013)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati
(COM(2012)0788 – C7‑0420/2012 – 2012/0366(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Metin Kazak

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubbliku u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-użu attwali ta’ formati differenti ta' rappurtar jagħmilha diffiċli għall-manifatturi u l-importaturi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' rappurtar u huwa ta' piż għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex iqabblu, janalizzaw u jfasslu l-konklużjonijiet mill-informazzjoni li jkunu rċevew. F’dan id-dawl għandu jkun hemm format obbligatorju komuni għar-rappurtar tal-ingredjenti u l-emissjonijiet. L-akbar trasparenza possibbli dwar l-informazzjoni tal-prodott għandha tiġi żgurata għall-pubbliku ġenerali, filwaqt li jiġi żgurat li jitqiesu kif xieraq id-drittijiet kummerċjali u ta' proprjetà intelletwali tal-manufatturi tal-prodotti tat-tabakk.

(13) L-użu attwali ta’ formati differenti ta' rappurtar jagħmilha diffiċli għall-manifatturi u l-importaturi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' rappurtar u huwa ta' piż għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex iqabblu, janalizzaw u jfasslu l-konklużjonijiet mill-informazzjoni li jkunu rċevew. Kieku kellu jsir obbligatorju li jiġu elenkati l-ingredjenti perikolużi jew potenzjalment perikolużi, dan jippermetti aktar trasparenza għall-pubbliku ġenerali fir-rigward tal-effetti ħżiena u l-kompożizzjoni tal-prodotti tat-tabakk li għandhom jiġu ggarantiti, filwaqt li jiġi żgurat li jitqiesu kif xieraq id-drittijiet kummerċjali u ta' proprjetà intelletwali tal-manufatturi tal-prodotti tat-tabakk u jiġu sodisfati l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni li jinsabu fit-Trattati tad-WTO, id-dispożizzjonijiet rigward l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (TBT) u l-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intelletwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPs).

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-probabbiltà tar-regolamentazzjoni diverġenti qed tiżdied aktar minħabba t-tħassib dwar il-prodotti tat-tabakk, inklużi l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux, li jkollhom togħma karatterizzanti oħra għajr it-tabakk, li jistgħu jiffaċilitaw il-bidu tal-konsum tat-tabakk jew jaffettwaw ix-xejriet tal-konsum. Pereżempju, f’ħafna pajjiżi, il-bejgħ ta' prodotti mentolati żdied gradwalment anki jekk il-prevalenza tat-tipjip naqset b'mod ġenerali. Għadd ta' studji indikaw li l-prodotti tat-tabakk mentolati jistgħu jiffaċilitaw l-inalazzjoni kif ukoll il-bidu tat-tipjip fost iż-żagħżagħ. Għandhom jiġu evitati l-miżuri li jintroduċu differenzi mhux ġustifikati tat-trattament bejn is-sigarretti mħawra (eż. is-sigarretti bil-mentol u bl-imsiemer tal-qronfol).

(15) Il-probabbiltà tar-regolamentazzjoni diverġenti qed tiżdied aktar minħabba t-tħassib dwar il-prodotti tat-tabakk, inklużi l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux, li t-togħma dominanti tagħhom ma tkunx waħda ta' tabakk, għajr it-tabakk jew togħmiet tradizzjonali bħall-mentol, li jistgħu jiffaċilitaw il-bidu tal-konsum tat-tabakk jew jaffettwaw ix-xejriet tal-konsum.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Meta wieħed jikkunsidra l-fokus tad-Direttiva fuq iż-żgħażagħ, il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk li ma jdaħħanx li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' ċerti ingredjenti sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ.

(18) Meta wieħed jikkunsidra l-fokus tad-Direttiva fuq iż-żgħażagħ, il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk li ma jdaħħanx apparti t-tabakk nażali li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' ċerti ingredjenti sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Jeħtieġ ukoll li d-dispożizzjonijiet tal-ittikkettjar jiġu adattati għall-evidenza xjentifika ġdida. Pereżempju l-indikazzjoni tal-kontenut għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju fuq il-pakketti tas-sigarretti rriżultat li hija qarrieqa billi twassal biex il-konsumaturi jemmnu li ċerti sigarretti huma anqas ta' ħsara minn oħrajn. L-evidenza tissuġġerixxi wkoll li t-twissijiet tas-saħħa kkombinati ta' daqs kbir huma aktar effettivi mit-twissijiet bil-miktub biss. F'dan id-dawl, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati għandhom isiru obbligatorji fl-Unjoni kollha u jkopru partijiet sinifikanti u viżibbli tal-wiċċ tal-pakkett. Għandu jiġi stabbilit daqs minimu għat-twissijiet tas-saħħa kollha biex jiġu żgurati l-viżibbiltà u l-effettività tagħhom.

(22) Jeħtieġ ukoll li d-dispożizzjonijiet tal-ittikkettjar jiġu adattati għall-evidenza xjentifika ġdida. Pereżempju l-indikazzjoni tal-kontenut għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju fuq il-pakketti tas-sigarretti rriżultat li hija qarrieqa billi twassal biex il-konsumaturi jemmnu li ċerti sigarretti huma anqas ta' ħsara minn oħrajn. Huwa essenzjali li jitwettaq studju indipendenti minn qabel, sabiex jiġi stabbilit jekk it-twissijiet tas-saħħa kkombinati ta' daqs kbir huma aktar effettivi mit-twissijiet bil-miktub biss. F'dan id-dawl, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati għandhom isiru obbligatorji fl-Unjoni kollha u jkopru partijiet sinifikanti u viżibbli tal-wiċċ tal-pakkett. Għandu jiġi stabbilit daqs minimu għat-twissijiet tas-saħħa kollha biex jiġu żgurati l-viżibbiltà u l-effettività tagħhom.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa u tiġi mmassimizzata l-effikaċja tagħhom, għandhom isiru dispożizzjonijiet rigward id-daqs tat-twissijiet kif ukoll rigward ċerti aspetti tad-dehra tal-pakkett tat-tabakk, inkluż il-mekkaniżmu tal-ftuħ. Il-pakkett u l-prodotti jistgħu jqarrqu lill-konsumaturi, b'mod partikolari liż-żgħażagħ, billi jissuġġerixxu li l-prodotti huma anqas ta' ħsara. Pereżempju, dan huwa l-każ b'ċerti testi jew karatteristiċi, bħalma huma "qatran baxx", "ħfief", "ħfief ħafna", "mhux qawwija" "naturali", "organiċi", "mingħajr addittivi", "mingħajr aromi", “irqaq”, ismijiet, stampi, u sinjali ta' figuri jew oħrajn. Bl-istess mod, id-daqs u d-dehra tas-sigarretti individwali jista’ jqarraq lill-konsumaturi billi joħloq l-impressjoni lu huma ta’ anqas ħsara. Studju riċenti wera wkoll li dawk li jpejpu sigarretti rqaq kienu aktar probabbli li jemmnu li l-marka tagħhom stess tista’ tkun ta’ anqas ħsara. Dan għandu jiġi indirizzat.

(23) Sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa u tiġi mmassimizzata l-effikaċja tagħhom, għandhom isiru dispożizzjonijiet rigward id-daqs tat-twissijiet kif ukoll rigward ċerti aspetti tad-dehra tal-pakkett tat-tabakk, inkluż il-mekkaniżmu tal-ftuħ. Il-pakkett u l-prodotti jistgħu jqarrqu lill-konsumaturi, b'mod partikolari liż-żgħażagħ, billi jissuġġerixxu li l-prodotti huma anqas ta' ħsara. Pereżempju, dan huwa l-każ b’ċerti testi jew karatteristiċi, bħalma huma “qatran baxx”, “ħfief”, “ħfief ħafna”, “mhux qawwija”, “naturali”, jew “organiċi”. Fil-każ li l-pakkett joħloq l-impressjoni qarrieqa li s-sigaretti huma ta’ anqas ħsara, it-twissijiet tas-saħħa jeħtieġu jiġu adattati konsegwentement. Il-Kummissjoni qed tintalab twettaq studju xjentifiku dwar l-influwenza reali ta' dawn il-prodotti fuq il-konsum tat-tabakk.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Qed jitqiegħdu fis-suq volumi konsiderevoli ta' prodotti illegali, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2001/37/KE, u l-indikazzjonijiet huma li dawn il-volumi jistgħu jiżdiedu. Dawn il-prodotti jimminaw iċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti konformi u l-protezzjoni prevista mil-leġiżlazzjonijiet dwar il-kontroll tat-tabakk. Barra minn hekk, l-FCTC tobbliga lill-Unjoni biex tiġġieled kontra l-prodotti illeċiti, bħala parti minn politika komprensiva għall-kontroll tat-tabakk. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni biex il-pakketti bil-wieħed ta’ prodotti tat-tabakk ikunu mmarkati b'mod uniku u sikur u l-movimenti tagħhom ikunu rreġistrati sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jiġu traċċati u rintraċċati fl-Unjoni u l-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva tkun tista' tiġi mmonitorjata u infurzata aħjar. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-introduzzjoni ta' karatteristiċi ta' sigurtà li se jiffaċilitaw il-verifika dwar jekk il-prodotti humiex awtentiċi.

(26) Qed jitqiegħdu fis-suq volumi konsiderevoli ta' prodotti illegali, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2001/37/KE, u l-indikazzjonijiet huma li dawn il-volumi jistgħu jiżdiedu. Dawn il-prodotti jimminaw iċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti konformi u l-protezzjoni prevista mil-leġiżlazzjonijiet dwar il-kontroll tat-tabakk. Barra minn hekk, l-FCTC tobbliga lill-Unjoni biex tiġġieled kontra l-prodotti illeċiti, bħala parti minn politika komprensiva għall-kontroll tat-tabakk. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni biex il-pakketti bil-wieħed u kwalunkwe ppakkjar estern ta’ prodotti tat-tabakk ikunu mmarkati b'mod uniku u sikur u l-movimenti tagħhom ikunu rreġistrati sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jiġu traċċati u rintraċċati fl-Unjoni u sabiex it-traffikar illegali tat-tabakk u tal-prodotti tat-tabakk ikun jista' jiġi miġġieled, b'mod partikolari tul il-fruntieri esterni tal-Unjoni imma anke minn pajjiżi mhux fl-UE; u sabiex il-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva tkun tista' tiġi mmonitorjata u infurzata aħjar. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-introduzzjoni ta' karatteristiċi ta' sigurtà għal awtentikazzjoni individwali li se jiffaċilitaw il-verifika dwar jekk il-prodotti humiex awtentiċi. L-UE u l-Istati Membri jeħtieġu jieħdu u jsaħħu l-passi adegwati għall-ġlieda kontra l-kuntrabandu u l-falsifikazzjoni billi jtejbu l-kontrolli tal-katina tal-provvista tal-prodotti u jimponu penali fuq in-netwerks kriminali.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Il-bejgħ transkonfinali bid-distanza tat-tabakk jiffaċilita l-aċċess taż-żgħażagħ għall-prodotti tat-tabakk u jhedded li jimmina l-konformità mar-rekwiżiti provduti mil-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tat-tabakk ta’ din id-Direttiva. Ir-regoli komuni dwar is-sistema ta' notifika huma meħtieġa biex jiżguraw li din id-Direttiva tikseb il-potenzjal sħiħ tagħha. Id-dispożizzjoni dwar in-notifika tal-bejgħ tat-tabakk transkonfinali bid-distanza f'din id-Direttiva għandha tapplika minkejja l-proċedura ta' notifika stabbilita fid-Direttiva 2001/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni. Il-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti tat-tabakk bejn l-intrapriżi u l-konsumaturi huwa rregolat ulterjorment mid-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod, li mit-13 ta' Ġunju 2014 se tiġi sostitwita mid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur.

(30) Il-bejgħ transkonfinali bid-distanza u bl-internet tal-prodotti tat-tabakk kif ukoll id-distribuzzjoni promozzjonali b'xejn jew imraħħsa jiffaċilitaw l-aċċess taż-żgħażagħ għall-prodotti tat-tabakk u jheddu li jimminaw il-konformità mar-rekwiżiti provduti mil-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tat-tabakk ta’ din id-Direttiva, u għalhekk għandhom ikunu projbiti, bi qbil mal-Linji Gwida ta' implimentazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Qafas dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk, li l-UE hi firmatarja għaliha. Il-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti tat-tabakk bejn l-intrapriżi u l-konsumaturi huwa rregolat ulterjorment mid-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod, li mit-13 ta' Ġunju 2014 se tiġi sostitwita mid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Il-prodotti kollha tat-tabakk għandhom il-potenzjal li jikkawżaw mortalità, morbożità u diżabilità u l-konsum tagħhom għandu jinżamm limitat. Għalhekk, huwa importanti li jiġu mmonitorjati l-iżviluppi rigward prodotti tat-tabakk innovattivi. L-obbligu ta’ notifika għall-prodotti ġodda tat-tabakk għandu jiġi impost fuq il-manifatturi u l-importaturi, mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Istati Membri li jipprojbixxuhom jew jawtorizzawhom. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp u tissottometti rapport ħames snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.

(31) Il-prodotti kollha tat-tabakk għandhom il-potenzjal li jikkawżaw mortalità, morbożità u diżabilità u l-bejgħ u l-konsum tagħhom għandhom jinżammu limitati, b'mod partikolari permezz ta' edukazzjoni u prevenzjoni milli dak li jkun jaqbad il-vizzju tat-tipjip. Għalhekk, huwa importanti li jiġu mmonitorjati l-i¿viluppi rigward prodotti tat-tabakk ġodda, kif jiġu prodotti u l-kanali ta' bejgħ tagħhom. L-obbligu ta’ notifika għall-prodotti ġodda tat-tabakk għandu jiġi impost fuq il-manifatturi u l-importaturi, mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Istati Membri li jipprojbixxuhom jew jawtorizzawhom. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp u tissottometti rapport ħames snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Stat Membru li jidhirlu li jeħtieġ iżomm dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti għall-aspetti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu jitħalla jagħmel dan, għall-prodotti kollha bl-istess mod, fuq il-bażi ta' ħtiġijiet urġenti relatati mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Stat Membru għandu jitħalla jintroduċi dispożizzjonijiet aktar stretti, li japplikaw għall-prodotti kollha bl-istess mod, abbażi ta' raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni speċifika ta' dan l-Istat Membru u sakemm id-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati mill-ħtieġa li titħares is-saħħa pubblika. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti għandhom ikunu meħtieġa u proporzjonati, ma jikkostitwixxux mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti jeħtieġu notifika minn qabel lill-Kummissjoni, kif ukoll approvazzjoni mingħandha, filwaqt li jitqies il-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva.

(40) Stat Membru li jidhirlu li jeħtieġ iżomm dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti għall-aspetti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu jitħalla jagħmel dan, għall-prodotti kollha bl-istess mod, fuq il-bażi ta' ħtiġijiet urġenti relatati mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Stat Membru għandu jitħalla jintroduċi dispożizzjonijiet aktar stretti, li japplikaw għall-prodotti kollha bl-istess mod, abbażi ta' raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni speċifika ta' dan l-Istat Membru u sakemm id-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati mill-ħtieġa li titħares is-saħħa pubblika. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti għandhom ikunu meħtieġa u proporzjonati, ma jikkostitwixxux mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u jkunu konsistenti mal-obbligi internazzjonali tad-WTO. Dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti jeħtieġu notifika minn qabel lill-Kummissjoni, kif ukoll approvazzjoni mingħandha, filwaqt li jitqies il-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-UE għandha tirrispetta l-impenji internazzjonali li tkun ftiehmet mas-sħab kummerċjali tagħha.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li japplikaw għall-prodotti kollha bl-istess mod għal aspetti li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, sakemm dawn ikunu kompatibbli mat-Trattat u ma jipperikolawx l-applikazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva. Konsegwentement, l-Istati Membri jistgħu, pereżempju, iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet li jipprovdu standardizzazzjoni tal-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk (inklużi l-kuluri u t-tipa) sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ikunu kompatibbli mat-Trattat, mal-obbligi tad-WTO u ma jaffettwawx l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva. Hemm ħtieġa ta’ notifika minn qabel għal regolamenti tekniċi skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti tekniċi u regolamenti u regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni.

(41) L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li japplikaw għall-prodotti domestiċi u importati bl-istess mod għal aspetti li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, sakemm dawn ikunu kompatibbli mat-Trattat u mad-dispożizzjonijiet tad-WTO, u ma jipperikolawx l-applikazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva. Konsegwentement, l-Istati Membri jistgħu, pereżempju, iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet li jipprovdu standardizzazzjoni tal-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk apparti s-sigaretti u t-tabakk tal-brim, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva u jkunu kompatibbli mat-Trattat. Jeħtieġ ukoll li jkunu kompatibbli mal-obbligi tad-WTO, b'mod partikolari dawk stipulati fil-Ftehim dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (TBT), il-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPS) u l-impenji li jkunu ttieħdu f'konformità mal-ftehimiet bilaterali rigward il-kummerċ u l-investiment, li normalment jinkludu eċċezzjonijiet li japplikaw għas-saħħa pubblika. Dawn id-dispożizzjonijiet jeħtieġu jifformaw strument li jikkomplementa l-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-prodotti kkonċernati minn din id-Direttiva. Hemm ħtieġa ta’ notifika minn qabel għal regolamenti tekniċi skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti tekniċi u regolamenti u regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 41a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41a) Konsegwentement, l-Istati Membri għandhom jissuplimentaw id-dispożizzjonijiet legali ta' din id-direttiva bi kwalunkwe miżura għall-ħarsien tas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej. L-Istati Membri li jibbenefikaw b'mod sostanzjali mit-taxxi u mid-dazji fuq il-produzzjoni u l-bejgħ tat-tabakk jistgħu, pereżempju, jiġu mħeġġa jużaw dan id-dħul biex jiffinanzjaw kampanji ta' prevenzjoni u informazzjoni fil-midja u indirizzati lejn iż-żgħażagħ u l-iskejjel.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 43a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43a) Din id-Direttiva m'għandhiex twassal għal deterjorament tal-kundizzjonijiet tal-ħajja tal-popolazzjonijiet li l-għajxien tagħhom jiddependi fuq il-kultivazzjoni tat-tabakk fl-Ewropa u li spiss jgħixu f’żoni żvantaġġati. Ladarba l-għan waħdieni tad-Direttiva huwa li tiskoraġġixxi l-konsum tal-prodotti tat-tabakk, kwalunkwe deċiżjoni fir-rigward ta’ ingredjenti u addittivi għandha tqis b’mod xieraq ir-riperkussjonijiet soċjoekonomiċi possibbli għall-popolazzjonijiet li l-għajxien tagħhom jiddependi fuq il-kultivazzjoni tat-tabakk. Is-settur Ewropew għall-kultivazzjoni tat-tabakk għandu jiġi protett peress li jirrappreżenta biss perċentwali marġinali tal-konsum fl-UE filwaqt li, fl-istess ħin, jikkontribbwixxi għall-istabbilità ekonomika ta’ wħud mir-reġjuni Ewropej fejn il-firxa ta' għelejjel alternattivi hi limitata. It-tnaqqis jew l-għajbien tal-kultivazzjoni tat-tabakk fl-UE kieku ma jkollu l-ebda impatt fuq il-livelli tal-konsum, imma kieku jwassal għal żieda fl-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi u għal tnaqqis fl-istandards ta’ kwalità

Ġustifikazzjoni

Is-settur tal-kultivazzjoni hu l-ħolqa l-aktar dgħajfa fil-katina tal-manifattura tat-tabakk u għaldaqstant hemm bżonn li jitħares minn regolamentazzjoni bla bżonn u eċċessiva.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta' prodotti tat-tabakk;

(d) il-projbizzjoni tal-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta' prodotti tat-tabakk;

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa) ir-rekwiżit li tiġi implimentata sistema barra mill-kontroll tal-industrija tat-tabakk, għat-traċċar u l-identifikazzjoni tal-provenjenza tal-prodotti tat-tabakk, sabiex tiġi żgurata l-katina ta' provvista u tingħata assistenza għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u l-ikkastigar tal-kummerċ illeċitu;

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a) 'addittiv essenzjali' tfisser ingredjent li huwa indispensabbli għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk;

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) “togħma karatterizzanti” tfisser riħa jew togħma oħra li tista’ tiġi distinta għajr it-tabakk, li tirriżulta minn addittiv jew taħlita ta’ addittivi, li tinkludi iżda mhijiex limitata għall-frott, il-ħwawar, il-ħxejjex aromatiċi, l-alkoħol, il-ħelu, il-mentol jew il-vanilla li jistgħu jinħassu qabel jew mal-użu maħsub tal-prodott tat-tabakk;

(4) “togħma karatterizzanti” tfisser togħma distinta ħelwa, ta' frott, jew simili għal xi prodott tal-ħelu, li tirriżulta minn ħwar jew taħlita ta' ħwar, li tista' tiġi osservata qabel jew mal-użu maħsub tal-prodott tat-tabakk. Għall-fini ta' din id-definizzjoni, it-tabakk u l-mentol mhumiex meqjusa bħala togħma ħelwa, ta' frott, jew simili għal xi prodott tal-ħelu;

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) "sigarru" tfisser romblu tat-tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u definit ulterjorment fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat;

(6) "sigarru" jew "sigarru żgħir" tfisser romblu tat-tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni inkluż tip ta' sigarru żgħir b'dijametru ta' massimu ta' 8mm u definit ulterjorment fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat;

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) "sigarru żgħir" tfisser tip żgħir ta’ sigarru b'dijametru ta' mhux aktar minn 8 mm;

imħassar

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) "aroma" tfisser addittiv li jagħti riħa u/jew togħma;

(13) "aroma" tfisser addittiv li jagħti riħa u/jew togħma għajr il-mentol;

Ġustifikazzjoni

Il-mentol fil-biċċa l-kbira jiġi kkonsmat minn adulti ta' età avvanzata u għaldaqstant il-projbizzjoni tiegħu mhijiex konsistenti mal-iskop ewlieni tad-Direttiva li ż-żgħażagħ jitwaqqfu milli jibdew ipejpu. Il-projbizzjoni tal-mentol tista' ma tkunx konsistenti mal-Artikolu 2.2 tal-Ftehim TBT peress li għandu jkun hemm anqas miżuri restrittivi għall-kummerċ pjuttost milli projbizzjoni għal kollox.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) "ingredjent" tfisser addittiv, tabakk (weraq u partijiet oħra naturali, ipproċessati jew mhux ipproċessati mill-pjanti tat-tabakk inkluż it-tabakk estiż u magħmul mill-ġdid), kif ukoll kull sustanza preżenti fi prodott tat-tabakk lest inklużi l-karta, il-filtru, il-linka, il-kapsuli u l-adeżivi;

(18) ingredjent" tfisser kwalunkwe addittiv preżenti fi prodott tat-tabakk lest inklużi l-karta, il-filtru, il-linka, il-kapsuli u l-adeżivi;

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a) "tabakk rikostitwit" huwa prodott li jirriżulta mill-valorizzazzjoni ta' partijiet differenti tal-pjanta tat-tabakk mid-dris u l-manifattura tal-prodotti tat-tabakk, sew jekk jintuża għat-tgeżwir ta' sigarri u sigarri żgħar fil-forma ta' folji jew f'fibri individwali bħala komponent tat-taħlita tat-tabakk għas-sigaretti u prodotti tat-tabakk oħra.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) "imqiegħda fis-suq" tfisser li l-prodotti jsiru disponibbli għall-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, bi ħlas jew mingħajr ħlas, inkluż permezz ta’ bejgħ mill-bogħod fil-każ ta' bejgħ transkonfinali mill-bogħod, il-prodott jitqies li tqiegħed fis-suq fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur;

(25) "imqiegħda fis-suq" tfisser kwalunkwe forniment ta' prodotti għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fl-Unjoni, bi ħlas jew mingħajr ħlas, inkluż permezz ta’ bejgħ mill-bogħod;

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) "bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi" tfisser żieda tal-volumi tal-bejgħ skont il-kategorija tal-prodotti, bħat-tabakk tal-pipa, is-sigarru, is-sigarru żgħir, b'mill-inqas 10 % f'mill-anqas 10 Stati Membri, ibbażata fuq il-dejta tal-bejgħ trażmessa skont l-Artikolu 5(4); jew żieda fil-livell ta' prevalenza fil-grupp tal-konsumaturi li għandhom inqas minn 25 sena b’ħames punti perċentwali f’mill-anqas 10 Stati Membri għall-kategorija tal-prodott rispettiva bbażata fuq____[din id-data se tiġi stabbilita fil-mument tal-adozzjoni tad-Direttiva] rapport tal-Ewrobarometru jew studji ta' prevalenza ekwivalenti;

(30) "bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi" tfisser żieda tal-volumi tal-bejgħ skont il-kategorija tal-prodotti, bħat-tabakk tal-pipa, is-sigarru, is-sigarru żgħir, b'mill-inqas 20 % f'mill-anqas 10 Stati Membri bl-ogħla volum ta' bejgħ, ibbażata fuq id-data tal-bejgħ trażmessa skont l-Artikolu 5(4); jew żieda fil-livell ta' prevalenza fil-grupp tal-konsumaturi li għandhom inqas minn 25 sena b’ħames punti perċentwali f’mill-anqas 10 Stati Membri għall-kategorija tal-prodott rispettiva bbażata fuq____[din id-data se tiġi stabbilita fil-mument tal-adozzjoni tad-Direttiva] rapport tal-Ewrobarometru jew studji ta' prevalenza ekwivalenti;

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b’aroma karatterizzanti.

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b'addittivi li jikkawżaw jew joħorġu togħma li mhijiex ta' tabakk jew ta' mentol, skont id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-pakketti tas-sigarretti t-twissija ġenerali u l-messaġġ ta’ informazzjoni għandhom ikunu stampati fuq in-naħat laterali tal-pakketti individwali. Dawn it-twissijiet għandu jkollhom wisa’ ta' mhux inqas minn 20 mm u għoli ta’ mhux inqas minn 43 mm. Għat-tabakk tal-brim, il-messaġġ ta’ informazzjoni għandu jiġi stampat fuq il-wiċċ li jsir viżibbli meta jinfetaħ kull pakkett individwali. Kemm it-twissija ġenerali u kif ukoll il-messaġġ tal-informazzjoni għandhom ikopru 50 % tal-wiċċ li fuqu jkunu stampati.

3. Għall-pakketti tas-sigarretti t-twissija ġenerali u l-messaġġ ta’ informazzjoni għandhom ikunu stampati fuq in-naħat laterali tal-pakketti individwali. Għat-tabakk tal-brim, il-messaġġ ta’ informazzjoni għandu jiġi stampat fuq il-wiċċ li jsir viżibbli meta jinfetaħ kull pakkett individwali. Kemm it-twissija ġenerali u kif ukoll il-messaġġ tal-informazzjoni għandhom ikopru 50 % tal-wiċċ li fuqu jkunu stampati.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandu juri twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien. It-twissijiet tas-saħħa kkombinati għandhom:

1. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandu juri twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien li jiggarantixxu d-dritt tal-konsumaturi għal aċċess għal informazzjoni suffiċjenti u affidabbli. It-twissijiet għandhom:

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ikopru 75 % tal-erja esterna tal-wiċċ ta’ quiddiem u ta’ wara tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(c) ikopru 50 % tal-erja esterna tal-wiċċ ta’ quddiem u ta’ wara tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) jitqegħdu fuq ix-xifer ta’ fuq tal-pakkett individwali u ta’ kwalunkwe ppakkjar estern, u fl-istess direzzjoni bħal kwalunkwe informazzjoni oħra li tidher fuq l-ippakkjar;

(e) jitqiegħdu fuq ix-xifer ta' isfel tal-pakkett individwali u ta' kwalunkwe ppakkjar estern, u fl-istess direzzjoni bħal kwalunkwe informazzjoni oħra li tidher fuq l-ippakkjar;

Ġustifikazzjoni

It-twissijiet tas-saħħa huma bl-istess mod informattivi kemm fin-naħa ta' fuq kif ukoll fin-naħa ta' isfel tal-pakkett; it-tqegħid fin-naħa ta' isfel ma jinterferixxix ma' kif jinfetaħ il-pakkett u għalhekk jista' jitqies bħala inqas restrittiv mil-lat kummerċjali (Artikolu 2.2 tal-ftehim TBT).

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) għall-pakketti individwali tas-sigarretti, jirrispettaw id-dimensjonijiet li ġejjin:

imħassar

(i) għoli: mhux inqas minn 64 mm;

(ii) wisa’: mhux inqas minn 55 mm;

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-twissija ġenerali għandha tkun stampata fuq il-wiċċ l-aktar li jidher tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Il-kliem tat-twissijiet elenkati fl-Anness I għandhom jinbidlu b’tali mod li tiġi garantita d-dehra regolari tagħhom. Dawn it-twissijiet għandhom ikunu stampati fuq il-wiċċ li jidher l-aktar tal-pakkett individwali u kull ippkajjar estern.

It-twissija ġenerali għandha tkun stampata jew imwaħħla permezz ta' stikers li ma jistgħux jitneħħew fuq il-wiċċ l-aktar li jidher tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Il-kliem tat-twissijiet elenkati fl-Anness I għandhom jinbidlu b’tali mod li tiġi garantita d-dehra regolari tagħhom. Dawn it-twissijiet għandhom jidhru fuq il-wiċċ li jidher l-aktar tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern.

Ġustifikazzjoni

L-użu ta' stikers li ma jistgħux jitneħħew fuq is-sigarri għandhom jibqgħu, billi l-produtturi jużaw pakketti standardizzati fuq livell internazzjonali li huma personalizzati permezz ta' stikers tat-twissija tas-saħħa speċifiċi għal pajjiż u li ma jistgħux jitneħħew fl-aħħar fażi tal-proċess produttiv. Il-projbizzjoni tal-istikers li ma jistgħux jitneħħew taf ixxekkel il-kummerċ internazzjonali.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) stampati b'tipa Helvetica sewda grassa fuq sfond abjad. Biex jiġu akkommodati l-ħtiġijiet lingwistiċi, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jistabbilixxu d-daqs tat-tipa, bil-kundizzjoni illi d-daqs tat-tipa speċifikat fil-leġiżlazzjoni tagħhom ikun tali li jokkupa l-akbar proporzjon possibbli tal-erja merfugħa għall-kliem meħtieġ;

(a) stampati b'tipa Helvetica sewda grassa fuq sfond abjad. It-twissija ġenerali tista' tintwera bl-użu ta' karta li teħel waħedha bil-kundizzjoni li ma tkunx tista' titneħħa. Biex jiġu akkommodati l-ħtiġijiet lingwistiċi, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jistabbilixxu d-daqs tat-tipa, bil-kundizzjoni illi d-daqs tat-tipa speċifikat fil-leġiżlazzjoni tagħhom ikun tali li jokkupa l-akbar proporzjon possibbli tal-erja merfugħa għall-kliem meħtieġ;

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) iċċentrati fil-erja li fiha huwa meħtieġ li jiġu stampati, paralleli mat-tarf ta' fuq tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(b) iċċentrati fil-erja li fiha huwa meħtieġ li jidhru, paralleli mat-tarf ta' fuq tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tirreferi għall-palat, it-togħma, kwalunkwe ħwawar jew addittivi oħra jew l-assenza tagħhom;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-konsumaturi ma għandhomx ikunu mċaħħda mill-informazzjoni dwar il-prodotti iżda din l-informazzjoni ma tridx tkun qarrieqa. Il-miżuri alternattivi inqas restrittivi mil-lat kummerċjali (bħall-projbizzjoni biss tad-deskrizzjonijiet foloz jew qarrieqa) jagħmlu din il-miżura inkonsistenti mal-Artikolu 2.2 tal-Ftehim TBT.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-elementi u l-karatteristiċi pprojbiti jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati, għal kliem, simboli, ismijiet, marki kummerċjali, sinjali figurattivi jew sinjali oħrajn, kuluri qarrieqa, inserzjonijiet jew materjal addizzjonali ieħor bħalma huma tikketti li jeħlu, stickers, onserts, scratch-offs u sleeves jew jirreferu għall-għamla tal-prodott tat-tabakk innifsu. Is-sigarretti b’dijametru ta’ inqas minn 7.5 mm għandhom jitqiesu bħala qarrieqa.

2. L-elementi u l-karatteristiċi pprojbiti jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati, għal simboli, ismijiet, sinjali figurattivi jew sinjali oħrajn, inserzjonijiet jew materjal addizzjonali ieħor bħalma huma tikketti li jeħlu, stickers, onserts, scratch-offs u sleeves.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

imħassar

Id-dehra u l-kontenut tal-pakketti individwali

1. Pakkett individwali tas-sigarretti għandu jkun forma ta’ kubu. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu l-forma ta’ borża, jiġifieri, but rettangulari b’għatu li jkopri l-fetħa. L-għatu tal-borża għandu jkopri ta’ mill-anqas 70 % tal-wiċċ ta’ quddiem tal-pakkett. Pakkett individwali tas-sigarretti għandu jinkludi mill-inqas 20 sigarett. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu tabakk li jiżen mill-inqas 40 gr.

2. Pakkett tas-sigarretti jista’ jkun tal-kartun jew ta’ materjal artab u ma għandux jkollu fetħa li tista’ tingħalaq mill-ġdid jew li tiġi siġillata mill-ġdid wara l-ewwel ftuħ, għajr l-għatu flip-top. L-għatu flip-top ta’ pakkett tas-sigarretti għandu jkun mitwi f’ċappetta fuq dahar il-pakkett biss.

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tiddefinixxi regoli aktar dettaljati għall-forma u d-daqs ta’ pakketti individwali sakemm dawn ir-regoli huma meħtieġa biex tkun żgurata l-viżibbiltà sħiħa u l-integrità tat-twissijiet tas-saħħa qabel l-ewwel ftuħ, matul il-ftuħ u wara l-għelqu mill-ġdid ta' pakkett individwali.

4. Il-Kummisjsoni għandha tingħata s-setgħat li taddotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tagħmel il-forma kubika jew ċilindrika obbligatorja għall-pakketti individwali tal-prodotti tat-tabakk minbarra s-sigarretti u t-tabakk tal-brim jekk ikun hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi kif stabbilit fir-rapport tal-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Dan l-Artikolu fih proposti li jikkostitwixxu ostakli tekniċi għall-kummerċ mingħajr ma huma bbażati fuq l-ebda prova xjentifika dwar l-effetti fuq il-bidu tat-tipjip min-naħa taż-żgħażagħ. Barra minn hekk, il-mekkaniżmu ta' ftuħ tal-pakkett tas-sigaretti ma jżidx jew ma jnaqqasx it-tendenza li dak li jkun ipejjep.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pakketti individwali kollha tal-prodotti tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jiġu mmarkati b’identifikatur uniku. Sabiex tkun żgurata l-integrità tagħhom, l-identifikaturi uniċi għandhom ikunu stampati/imwaħħla b’tali mod li ma jistgħux jinqalgħu, ma jistgħux jitħassru u bl-ebda mod jinħbew jew interrotti b’xi mod, inkluż permezz ta’ bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew bil-ftuħ tal-pakkett. Fir-rigward tal-prodotti manifatturati barra mill-Unjoni l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu japplikaw biss għal dawk destinati jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni

1. Sabiex ikunu jistgħu jsiru l-monitoraġġ u l-identifikazzjoni effettivi, l-Istati Membri għandhom jesiġu li marki ta' identifikazzjoni uniċi, sikuri u li ma jistgħux jitneħħew, minn hawn 'il quddiem imsejħa marki ta' identifikazzjoni uniċi, bħal kodiċi jew timbri, jitwaħħlu jew ikunu jagħmlu parti mill-pakketti individwali kollha u l-ippakkjar kollu kif ukoll kull ippakkjar estern tas-sigaretti. Sabiex tkun żgurata l-integrità tagħhom, l-identifikaturi uniċi għandhom ikunu stampati/imwaħħla b’tali mod li ma jistgħux jinqalgħu, ma jistgħux jitħassru u bl-ebda mod jinħbew jew interrotti b’xi mod, inkluż permezz ta’ bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew bil-ftuħ tal-pakkett. Fir-rigward tal-prodotti manifatturati barra mill-Unjoni l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu japplikaw biss għal dawk destinati jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-identifikaturi uniċi fuq il-pakketti jkunu marbuta mal-identifikaturi uniċi fuq l-ippakkjar estern. Kwalunkwe tibdil li jsir fir-rabta bejn il-pakketti individwali u l-ippakkjar estern jeħtieġ jiddaħħal fil-bażi ta' data msemmija fil-paragrafu 6.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-isem tal-prodott;

(e) l-isem tal-prodott u d-deskrizzjoni;

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) ir-rotta tal-kunsinja intenzjonata;

(g) ir-rotta tal-kunsinja intenzjonata, id-data tal-kunsinja, il-punt tat-tluq, id-destinazzjoni tal-kunsinja, l-ispeditur u d-destinatarju;

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, jirreġistraw id-dħul tal-pakketti kollha individwali fil-pussess tagħhom, kif ukoll, il-movimenti kollha intermedjarji u l-aħħar ħruġ mill-pussess tagħhom. Dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat billi jkunu rreġistrati f’forma aggregata, eż. tal-ippakkjar estern, bil-kundizzjoni li l-identifikazzjoni tal-provenjenza u t-traċċar tal-pakketti individwali tibqa’ possibbli.

3. L-Istati Membri għandhom jesiġu li t-teknoloġija ta' provenjenza u traċċar li għandha l-kapaċità taqra u tittrasmetti data b'mod elettroniku lill-faċilità tal-ħżin skont il-paragrafu 6, li s-sjieda tagħha hija lil hinn mill-kontroll tal-manifatturi tat-tabakk u s-sħab tagħhom fil-katina tal-provvista, issir disponibbli lill-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-importaturi, l-imħażen u l-kumpaniji tat-trasport. Tali operaturi ekonomiċi għandhom jirreġistraw id-dħul tal-pakketti kollha individwali u l-ippakkjar estern fil-pussess tagħhom, kif ukoll, il-movimenti kollha intermedjarji u l-aħħar ħruġ mill-pussess tagħhom. F'konformità mal-Artikolu 14(1), dan l-obbligu għandu jiġi ssodisfat billi jkunu rreġistrati f’forma aggregata, eż. tal-ippakkjar estern, bil-kundizzjoni li l-identifikazzjoni tal-provenjenza u t-traċċar tal-pakketti individwali tibqa’ possibbli.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tiċċara li l-obbligu ta' provenjenza u traċċar jaqa' fuq l-Istati Membri u ma jistax jitwettaq minn industrija tat-tabakk jew jiġi delegat lilha. Inkella l-abbozz propost, jekk implimentat, jirriżulta fil-kuntrarju.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, skont il-Protokoll ta' Seul għall-eliminazzjoni tal-kummerċ illeċitu tal-prodotti tat-tabakk, li t-teknoloġija li tintuża għall-provenjenza u t-traċċar għandha tappartjeni lil entitajiet ekonomiċi mingħajr kwalunkwe rabta ġuridika jew kummerċjali mal-industrija tat-tabakk fil-katina tal-provvista.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jikkonkludu kuntratti ta' ħżin ta' dejta ma' parti terza indipendenti li għandha tospita l-faċilità tal-ħżin tad-dejta għal dejta relatata mal-manifattur u l-importatur ikkonċernat. Il-faċilità tal-ħżin tad-dejta għandha tkun fiżikament lokata fit-territorju tal-Unjoni. Il-konvenjenza tal-parti terza, b'mod partikolari l-indipendenza u l-kapaċitajiet tekniċi tagħha, kif ukoll il-kuntratt, għandhom ikunu approvati u sorveljati minn awditur estern, propost u mħallas mill-manifattur tat-tabakk u approvat mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasparenza u l-aċċessibilità sħaħ tal-faċilitajiet tal-ħżin tad-dejta għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-parti terza indipendenti fuq bażi permanenti. F’każijiet ġustifikati b’mod xieraq l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jistgħu jipprovdu lill-manifatturi jew l-importaturi aċċess għal din l-informazzjoni, bil-kundizzjoni li informazzjoni kummerċjalment sensittiva tibqa’ protetta b’mod adegwat skont il-leġiżlazzjonijiet rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni.

6. L-Itati Membri għandhom jikkonkludu kuntratti ta' ħżin ta' data ma' parti terza, li tista' tkun aġenzija tal-Istat Membru, u li hija legalment indipendenti mill-kumpaniji tat-tabakk jew is-sħab tagħhom fil-katina tal-provvista, li għandha tospita l-faċilità tal-ħżin tad-data għal data relatata mal-manifattur u l-importatur ikkonċernat. Il-faċilità tal-ħżin tad-dejta għandha tkun fiżikament lokata fit-territorju tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw trasparenza sħiħa. Il-konvenjenza tal-parti terza, b'mod partikolari l-indipendenza u l-kapaċitajiet tekniċi tagħha, kif ukoll il-kuntratt, għandhom ikunu approvati u sorveljati minn awditur estern, li għandu jinħatar mill-Kummissjoni. L-ipejjeż li jsiru b'riżultat tal-kuntratt mal-awditur u s-servizzi tal-ġestjoni tal-bażi ta' data għandhom ikunu koperti mill-manifatturi u l-importaturi tat-tabakk. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasparenza u l-aċċessibilità sħaħ tal-faċilitajiet tal-ħżin tad-data għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-parti terza indipendenti fuq bażi permanenti. F’każijiet ġustifikati b’mod xieraq l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jistgħu jipprovdu lill-manifatturi jew l-importaturi aċċess għal din l-informazzjoni, bil-kundizzjoni li informazzjoni kummerċjalment sensittiva tibqa’ protetta b’mod adegwat skont il-leġiżlazzjonijiet rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Titolu 2 – kapitolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tabakk għall-użu orali

Prodotti tat-tabakk bla duħħan

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tat-tabakk għall-użu orali, mingħajr ħsara għall-Artikolu 151 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-projbizzjoni tal-UE ta' prodotti tat-tabakk għall-użu orali hija inkonsistenti mal-Artikolu 2.2 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (TBT), billi hija aktar restrittiva kummerċjalment minn dak meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi b'rabta mas-saħħa ddikjarati mill-UE. Il-proposta tiddiskrimina b'mod mhux ġustifikat bejn prodotti simili ta' Membri differenti tad-WTO [l-Artikoli I u III tal-Ftehim GATT u l-Artikolu 2.1 tal-Ftehim TBT] u tipprojbixxi prodotti li huma inqas dannużi mill-prodotti tat-tabakk l-oħrajn kollha permessi li jitqiegħdu għal bejgħ fl-Ewropa.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut li biħsiebhom jinvolvu ruħhom fil-bejgħ bid-distanza transkonfinali lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni li jirreġistraw mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn l-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut huwa stabbilit u fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur attwali jew potenzjali. Punti tal-bejgħ bl-imnut stabbiliti barra l-Unjoni għandhom jirreġistraw mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn jinsabu l-konsumaturi attwali jew potenzjali. L-istabbilimenti kollha tal-bejgħ bl-imnut li biħsiebhom jinvolvu ruħhom fil-bejgħ bid-distanza bejn il-fruntieri għandhom jissottomettu ta' mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti:

1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-bejgħ bid-distanza transkonfinali ta' prodotti tat-tabakk lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni kif ukoll id-distribuzzjoni ta' prodotti tat-tabakk b'xejn jew imraħħsa inkluż permezz ta' bejgħ bid-distanza transkonfinali.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-isem jew l-isem korporattiv u l-indirizz permanenti tal-post tal-attività minn fejn il-prodotti tat-tabakk jiġu fornuti ;

imħassar

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Id-data ta’ meta bdiet l-attività li qed toffri l-prodotti tat-tabakk għall-bejgħ bid-distanza bejn il-fruntieri lill-pubbliku permezz tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni;

imħassar

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-indirizz tal-websajt/s użati għal dak l-iskop u l-informazzjoni rilevanti kollha neċessarja biex tkun identifikata l-websajt.

imħassar

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b. Għandu jibqa' jkun possibbli għall-Istati Membri, abbażi ta' ħtiġijiet dominanti relatati mal-ħarsien tas-saħħa pubblika, li jimponu restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet tat-tabakk għall-użu personali. Tali restrizzjonijiet għandhom ikunu possibbli b'mod partikolari, fejn hemm differenza sinifikanti fil-prezz bejn prodotti ta' oriġini ġeografika differenti jew jekk it-twissijiet tas-saħħa mhumiex fil-lingwa (lingwi) uffiċjali tal-pajjiż fejn jinxtara l-prodott.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1c. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu lill-postijiet ta' bejgħ bl-imnut stabbiliti fit-territorju tagħhom milli jqassmu prodotti tat-tabakk b'xejn jew imraħħsa permezz ta' mezzi transkonfinali bid-distanza jew permezz ta' mezzi oħrajn.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista sħiħa tal-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut reġistrati magħhom skont ir-regoli u s-salvagwardji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE. L-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jibdew biss t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk fil-forma ta' bejgħ bid-distanza mill-mument li l-isem tal-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut huwa ppubblikat fl-Istati Membri rilevanti.

imħassar

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk ikun neċessarju biex tkun żgurata l-konformità u jiġi ffaċilitat l-infurzar, l-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu jesiġu li punt ta’ bejgħ bl-imnut jinnomina persuna naturali li hija responsabbli biex tivverifika il-prodotti tat-tabakk qabel ma jaslu għand il-konsumatur jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

imħassar

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut involuti f’bejgħ bid-distanza għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta' verifika tal-età, li tivverifika fil-mument tal-bejgħ, li l-konsumatur li qed jixtri jirrispetta l-età minima prevista skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Il-bejjiegħ bl-imnut jew il-persuna naturali nominata għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti deskrizzjoni tad-dettalji u t-tħaddim tas-sistema tal-verifika tal-età.

imħassar

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Id-dejta personali tal-konsumatur għandha tiġi pproċessata biss skont id-Direttiva 95/46/KE u ma tiġix żvelata lill-manifattur tal-prodotti tat-tabakk jew il-kumpaniji li jiffurmaw parti mill-istess grupp ta’ kumpaniji jew lil kwalunkwe partijiet terzi oħra. Id-dejta personali ma għandhiex tintuża jew tiġi ttrasferita lil hinn mill-iskop tax-xiri effettiv. Dan japplika wkoll jekk l-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut jifforma parti minn manifattur ta’ prodotti tat-tabakk.

imħassar

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-prodotti li ġejjin li fihom in-nikotina jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2001/83/KE:

1. Jekk il-prodotti li fihom in-nikotina jiġu ppreżentati bħala prodotti b'karatteristiċi għat-trattament jew il-prevenzjoni ta' mard, dawn jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2001/83/KE:

Ġustifikazzjoni

Prodotti li fihom in-nikotina bħas-sigaretti elettroniċi ma jiddikjarawx li jtejbu s-saħħa tal-bniedem u m'għandhomx jiġu kklassifikati bħala prodotti mediċinali. Klassifikazzjoni bħal din tillimita d-disponibilità tagħhom fis-suq, filwaqt li prodotti tat-tabakk aktar dannużi jibqgħu disponibbli liberament, u b'hekk jiġi ristrett il-kummerċ internazzjonali b'mod mhux neċessarju.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Madankollu, Stat Membru jista’ jżomm disposizzjonijiet nazzjonali aktar stretti, applikabbli għall-prodotti kollha bl-istess mod, f’oqsma koperti bid-Direttiva, fuq bażi tal-ħtiġijiet urġenti dwar il-ħarsien tas-saħħa pubblika. Stat Membru jista’ wkoll jintroduċi dispożizzjonijiet iktar stretti, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni speċifika ta' dan l-Istat Membru u bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati għall-ħtieġa li titħares is-saħħa pubblika. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet għaż-żamma jew l-introduzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur mid-data li tirċievi n-notifika, tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet wara li tkun ivverifikat, filwaqt li ħadet in konsiderazzjoni l-livell għoli tal-ħarsien tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva, jekk humiex ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati jew le għall-għan tagħhom u jekk humiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu, id-disposizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu meqjusa bħala approvati.

2. Madankollu, Stat Membru jista’ jżomm dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti, applikabbli għall-prodotti kollha bl-istess mod, f’oqsma koperti bid-Direttiva, fuq bażi tal-ħtiġijiet urġenti dwar il-ħarsien tas-saħħa pubblika. Stat Membru jista’ wkoll jintroduċi dispożizzjonijiet iktar stretti, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni speċifika ta' dan l-Istat Membru u bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati għall-ħtieġa li titħares is-saħħa pubblika. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet għaż-żamma jew l-introduzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur mid-data li tirċievi n-notifika, tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet wara li tkun ivverifikat, filwaqt li ħadet in konsiderazzjoni l-livell għoli tal-ħarsien tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva, jekk humiex ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati jew le għall-għan tagħhom, konformi ma' din id-Direttiva, mat-Trattat u mal-obbligi internazzjonali tal-UE, inklużi l-obbligi tad-WTO, partikolarment rigward il-Ftehim dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (TBT) u l-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPS) u jekk humiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu, id-disposizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu meqjusa bħala approvati.

Ġustifikazzjoni

L-UE għandha tqis l-obbligi internazzjonali tagħha meta tipproponi leġiżlazzjoni.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-prodotti li ġejjin, li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva, biex jitqiegħdu fis-suq sa [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data eżatta: dħul fis-seħħ + 24 xahar]:

L-Istati Membri jistgħu jippermettu l-prodotti li ġejjin, li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva, biex jitqiegħdu fis-suq sa [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data eżatta: dħul fis-seħħ + 42 xahar]:

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din il-proposta għal direttiva hija maħsuba biex taġġorna d-Direttiva 2001/37/KE dwar il-prodotti tat-tabakk. L-aġġornament tagħha hija neċessarja minħabba l-iżvilupp li sar fix-xjenza u fis-suq f'dawn l-aħħar għaxar snin. B'din il-proposta, il-Kummissjoni twieġeb ukoll għal numru ta' talbiet mill-Parlament Ewropew f'diversi riżoluzzjonijiet tal-2007, l-2009 u l-2011, u hija konformi mal-Konvenzjoni Qafas tal-OMS dwar il-ġlieda kontra t-tabakk adottata fl-2005 li għandha l-għan b'mod speċjali li tinforma lill-konsumaturi b'mod xieraq dwar il-perikli tat-tabakk.

Din id-direttiva l-ġdida għandha tiggarantixxi livell aħjar ta' protezzjoni tas-saħħa u twaqqaf il-konsum tat-tabakk fost iż-żgħażagħ. Sabiex jinkisbu dawn l-objettivi, ġew proposti numru ta' miżuri dwar l-"ippakkjar" (il-pakketti għandhom ikollhom messaġġ ta' saħħa fuq 75% tas-superfiċje tagħhom), l-ingredjenti użati (il-prodotti li jużaw sustanzi għat-togħma bħall-mentol se jkunu pprojbiti), id-daqs tal-prodotti (is-sigaretti rqaq mhux se jkunu awtorizzati), u anke t-traċċabbiltà. Dawn il-miżuri mhux se japplikaw għas-sigarri u għat-tabakk għall-pipa, li se jiqbgħu regolamentati mid-direttiva attwali.

Ir-Rapporteur jaqbel kompletament mal-objettivi ta' protezzjoni tas-saħħa pubblika ta' din il-proposta. Huwa jenfasizza wkoll li dawn għandhom ikunu segwiti f'konformità sħiħa mal-impenji kummerċjali internazzjonali tal-Unjoni Ewropea, speċjalment b'rabta mal-Ftehim dwar l-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (OTK) u l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPs). Jekk ikun meħtieġ, ir-Rapporteur huwa tal-opinjoni li jkun xieraq li jiġu kkonsultati s-sħab tal-Unjoni fil-kumitati tal-OTK u tat-TRIPs li huma stabbiliti għal dan l-għan.

Fis-6 u s-7 ta' Marzu li għaddew, il-membri tal-kumitat għall-Ostakli Tekniċi għall-Kummerċ (OTK) ipproċedew għal skambju ta' opinjonijiet dwar il-proposta tal-Kummissjoni. F'din l-okkażjoni, il-membri tal-kumitat li huma produtturi tat-tabakk, esprimew id-dubji tagħhom dwar it-test billi ddikjaraw li din il-proposta tista' tikser ċerti obbligi dwar il-ftehimiet OTK, TRIPs u GATT, u ddubitaw il-proporzjonalità tal-miżuri proposti[1].

Ir-Repubblika Dominikana - li 10% tal-produzzjoni tagħha tat-tabakk huma esportati lejn l-Unjoni Ewropea - ikkunsidrat ukoll li ċertu numru ta' dispożizzjonijiet tal-proposta jikser b'mod speċjali l-Artikolu 2.2 tal-ftehim OTK li jipprevedi li r-"regoli tekniċi m'għandhomx ikunu iktar restrittivi fuq il-kummerċ milli meħtieġ biex jiġi sodisfatt objettiv leġittimu, wara li jittieħed kont tar-riskji li joħloq in-nuqqas ta' twettiq", u jippreċiża li tali riskji għandhom jiġu vvalutati abbażi ta' "informazzjoni xjentifika"[2].

Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw l-użu tal-pakketti ġeneriċi ("ippakkettjar sempliċi"), li huma kkaratterizzati min-nuqqas ta' logo u identità viżwali ta' ditti, iqajmu diversi dubji dwar il-kompatibilità ġuridika tagħha mad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet dwar il-proprjetà intellettwali u l-protezzjoni tad-ditti.

Huwa xieraq li jitfakkar li ċerti pajjiżi terzi diġà implimentaw il-leġiżlazzjoni stretta ħafna dwar l-"ippakkettjar", bħall-Awstralja li riċentement adottat liġi li tobbliga l-użu tal-pakketti ġeneriċi, sabiex tnaqqas il-konsum tat-tabakk billi tneħħi l-attraenza tal-pakkett, filwaqt li ssaħħaħ l-impatt tal-messaġġ ta' saħħa[3].

Barra minn hekk, l-Awstralja s'issa hija soġġetta ta' erba' appelli quddiem l-entità għas-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO[4]. Fost id-dispożizzjonijiet imsemmija li magħhom ikunu inkompatibbli l-miżuri meħuda mill-Awstralja, hemm il-ftehim TRIPs, u b'mod speċjali l-Artikolu 20 tiegħu li jipprevedi li "l-użu ta' ditta (...) ma jkunx ostakolat b'mod mhux ġustifikabbli minn preskrizzjonijiet speċjali, bħal pereżempju (...) l-użu b'mod li jagħmel ħsara lill-kapaċità li ssir distinzjoni bejn il-prodotti u s-servizzi ta' impriża u dawk ta' impriżi oħra".

B'mod parallel ma' dawn ir-rikorsi quddiem id-WTO, l-industrija tat-tabakk[5] introduċiet ukoll rikorsi fil-qafas tal-mekkaniżmi ta' arbitraġġ internazzjonali dwar il-protezzjoni tal-investiment kontra l-awtoritajiet Awstraljani - kif ukoll kontra l-Urugwaj, pajjiż li stabbilixxa wkoll miżuri restrittivi fuq l-ippakkettjar tas-sigaretti.

Minkejja li r-Rapporteur jirrikonoxxi l-interess, minħabba raġunijiet ta' saħħa pubblika, li parti sinifikanti tal-pakkett tkun koperta minn messaġġ ta' saħħa, hu jqis li jista' jkun utli u xieraq li d-ditti jkollhom il-libertà li jużaw l-identità viżwali tagħhom stess fl-ispazju li jibqa'. Barra minn hekk, l-użu ġenerali tal-pakkett mingħajr logo u mingħajr identità viżwali, jista' jsaħħaħ ir-riskju tal-falsifikazzjoni u jwassal għal telf tad-dħul fiskali għall-Istati u żieda fil-konsum tal-prodotti li jkunu aktar perikolużi peress li jkunu falsifikati.

Minkejja li l-proposta tal-Kummissjoni ma timponix b'mod formali l-użu tal-pakketti ġeneriċi, il-proposta tibqa' vaga rigward din il-kwistjoni billi pereżempju tawtorizza lill-Istati Membri jistabbilixxu dispożizzjonijiet aktar stretti dwar l-apparenza tal-pakketti. Barra minn hekk, hi tintroduċi fl-Artikolu 12, il-projbizzjoni tal-użu tal-elementi "jinkludu, iżda mhumiex limitati, għal kliem, simboli, ismijiet, marki kummerċjali, sinjali figurattivi jew sinjali oħrajn", li jikkostitwixxu l-identità viżwali ta' ditta.

Ir-Rapporteur jixtieq ifakkar li, b'mod ġenerali, il-proposta tal-Kummissjoni tidher relattivament ibbilanċjata. Fir-rigward ta' ċerti dettalji ta' din il-proposta, ir-Rapporteur jippreferi jistenna li jsir jaf l-opinjonijiet differenti fi ħdan il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali qabel ma jagħmel rakkomandazzjonijiet oħra.

PROĊEDURA

Titolu

L-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati

Referenzi

COM(2012)0788 – C7-0420/2012 – 2012/0366(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.1.2013

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

18.4.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Metin Kazak

25.4.2013

Eżami fil-kumitat

27.5.2013

Data tal-adozzjoni

18.6.2013

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

12

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, David Campbell Bannerman, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Henri Weber, Iuliu Winkler, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Catherine Bearder, Albert Deß, Elisabeth Köstinger, Mario Pirillo, Miloslav Ransdorf, Peter Skinner, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Salvador Garriga Polledo, Paul Rübig

  • [1]  Il-membri li esprimew id-dubji tagħhom kienu: Ir-Repubblika Dominikana, in-Nikaragwa, l-Indoneżja, il-Malawi, il-Filippini, il-Ħonduras, il-Messiku, Kuba u ż-Żambja. Min-naħa l-oħra, l-Unjoni rċeviet l-appoġġ: tan-Norveġja, l-Awstralja u n-New Zealand.
  • [2]  Id-dispożizzjonijiet imsemmija fid-dokument tar-Repubblika Dominikana jinkludu, fost oħrajn, l-istandardizzazzjoni tal-pakketti, il-projbizzjoni ta' elementi deskrittivi, il-projbizzjoni tas-sigaretti rqaq, l-użu ġenerali tal-pakketti ġeneriċi (ippakkettjar sempliċi) u l-projbizzjoni tal-ingredjenti b'sustanzi għat-togħma.
  • [3]  L-Att dwar l-Ippakkettjar Sempliċi tat-Tabakk, adottat mill-Parlament Awstraljan fl-2011 u mdaħħal fis-seħħ f'Diċembru 2012.
  • [4]  Rikors introdott mill-Ukraina (Marzu 2012), il-Ħonduras (April 2012), ir-Repubblika Dominikana (Lulju 2012) u Kuba (Mejju 2013).
  • [5]  Speċjalment l-impriża Philip Morris.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (26.6.2013)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza fl-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati
(COM(2012)0788 – C7‑0420/2012 – 2012/0366(COD))

Rapporteur: Robert Goebbels

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

L-effetti negattivi tat-tipjip fuq is-saħħa tal-bniedem huma inkontestati. It-tabakk jista' jkun il-fattur ta' riskju ewlieni għall-kanser. It-tossiċità kardjovaskulari tan-nikotina hija stabbilita. Skont id-WHO, it-tipjip jikkawża ħames miljun mewta prematura fis-sena mad-dinja kollha. Il-Kummissjoni titkellem dwar 700 000 mewta bikrija fis-sena fl-UE biss. Fl-1999, il-Kummissjoni poġġiet in-numru ta' vittmi tat-tipjip għal 500 000 fis-sena.

Aktar minn għaxar snin wara li ġew introdotti l-aħħar regoli Komunitarji dwar il-bejgħ tal-prodotti tat-tabakk, il-konsum ma naqasx b'mod radikali. Skont nota tal-librerija tal-PE, fl-2012 kienu ġew ikkonsmati 576 biljun sigarett fl-UE, tnaqqis fil-konsomazzjoni ta' 100 biljun fuq ħames snin. Minkejja l-projbizzjoni tat-tipjip kważi ġenerali fil-postijiet pubbliċi, il-konsum tat-tabakk għamel progress speċjalment fost iż-żgħażagħ u n-nisa. Filwaqt li inqas minn 30 % tal-Ewropej huma dipendenti fuq it-tabakk, kważi 50 % tan-nies bejn it-18 u l-35 sena jpejpu. Agħar minn hekk, 37 % tal-adolexxenti bejn il-11 u l-15-il sena jaqaw għall-prodotti tat-tabakk. Tgħid hija l-attraenza tal-projbizzjoni?

Ir-rekwiżiti tas-saħħa pubblika jwasslu lill-awtoritajiet internazzjonali u nazzjonali biex isaħħu l-ġlieda kontra t-tipjip. Madankollu l-projbizzjoni tal-konsum tat-tabakk ma hija prevista mkien għax twassal immedjatament għat-twelid ta' suq illeċitu b'firxa wiesgħa, rigal għall-kriminalità organizzata li diġà investiet ħafna fil-kuntrabandu u l-iffalsifikar.

Is-suq tat-tabakk huwa settur ekonomiku sinifikanti b'madwar 50 000 impjieg fil-qasam tal-produzzjoni u aktar minn 200 000 fil-qasam tad-distribuzzjoni. Anki jekk l-agrikoltura Ewropea ma tkoprix aktar minn 5 % tal-bżonnijiet f'tabakk mhux trattat, madwar 90 000 agrikoltur għandu minnu sors ta' dħul. L-istudju msemmi hawn fuq mill-PE jikkalkula li l-valur totali tas-suq Ewropew tat-tabakk fl-2012 kien ta' 136,5 biljun euro, u dan jinkludi d-dħul tad-dazji u tat-taxxi ta' madwar EUR 79 biljun għall-Istati Membri, li wieħed jista' jgħid huma l-benefiċjarji ewlenin tat-tipjip.

F'dan il-kuntest wieħed isaqsi l-mistoqsija dwar l-oppożizzjoni bejn il-libertà individwali u r-responsabilità tas-soċjetà. Il-Kummissjoni tidher li tirrikonoxxi d-dritt għall-adulti li jpejpu s-sigarri, is-sigarilli u t-tabakk tal-pipa, li huma suġġetti għal skrutinju inqas aħrax mis-sigaretti u t-tabakk tal-brim, prodotti meqjusa aktar attraenti għaż-żgħażagħ. Wara s-seklu 16 u Paracelsus, aħna nafu li "kollox huwa velenu" u li "hija biss id-doża li tagħmel xi ħaġa mhux velenuża". Filwaqt li l-bniedem huwa mortali, il-filosofija dominanti hija dik li jitnaqqas ir-riskju. B'dan il-mod qed jiżdiedu r-riklami kontra l-konsum tal-alkoħol, iz-zokkor, il-melħ, il-laħam, il-prodotti industrijali u l-"junk food". Fl-istess ħin l-istennija tal-għomor qed tiżdied fl-UE kollha fejn l-ambizzjoni aħħarija tas-soċjetà tidher li hija waħda fejn persuna tmut xi darba b'saħħitha!

Madankollu, il-protezzjoni neċessarja għal dawk li ma jpejpux, u r-rapporteur għal opinjoni huwa wieħed minn dawk li qatt ma pejjep, timplika azzjoni b'saħħitha kontra t-tipjip passiv, u politika li toffri mezzi effikaċi għall-waqfien mit-tipjip. Il-prijorità tibqa' l-prevenzjoni tat-tipjip, b'mod partikolari fost l-adolexxenti.

Il-proposta tal-Kummissjoni tfittex li tiġġieled l-attraenza tat-tabakk billi żżid u tespandi r-riklami tas-saħħa fuq il-pakketti, billi dawn tal-aħħar jiġu kollha standardizzati. Madankollu, il-Kummissjoni ma tiġġustifikax kif l-istandardizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk tista' tnaqqas il-konsum, b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ. Din l-istandardizzazzjoni eċċessiva ma tkunx fl-interess tal-erba' gruppi kbar li jaqsmu bejniethom 90 % tas-suq Ewropew?

bbozz tad-direttiva fih 16-il artikolu li jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti ddelegati li ta' spiss jittrattaw l-elementi essenzjali ta' din il-leġiżlazzjoni. Din tidher eċċessiva. Il-Kummissjoni tipproponi li tippubblika, f'mhux aktar tard minn ħames snin, rapport dwar l-applikazzjoni tad-direttiva l-ġdida, "akkumpanjata mill-proposti kollha ta' emenda" li jitqiesu neċessarji. Dan ir-rapport, u l-proposti ta' emenda, jistgħu jiġu antiċipati, billi tiġi evitata wkoll ristrutturazzjoni kontinwa tad-direttiva permezz ta' bosta atti ddelegati li ħafna drabi jkunu fix-xifer tal-konformità mal-liġi Ewropea.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Id-daqs tas-suq intern tat-tabakk u prodotti relatati, ix-xejra li qed tikber tal-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk li jikkonċentraw il-produzzjoni għall-Unjoni kollha f’numru żgħir biss ta’ impjanti tal-produzzjoni fl-Istati Membri u l-kummerċ transkonfinali sinifikanti konsegwenti tat-tabakk u prodotti relatati, jitolbu għal azzjoni leġiżlattiva fil-livell tal-Unjoni minflok f'dak nazzjonali biex jinkiseb it-tħaddim mingħajr xkiel tas-suq intern.

(6) Id-daqs tas-suq intern tat-tabakk u prodotti relatati, ix-xejra li qed tikber tal-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk li jikkonċentraw il-produzzjoni għall-Unjoni kollha f’numru żgħir biss ta’ impjanti tal-produzzjoni fl-Istati Membri u l-kummerċ transkonfinali sinifikanti konsegwenti tat-tabakk u prodotti relatati, jitolbu għal azzjoni leġiżlattiva aktar b'saħħitha fil-livell tal-Unjoni biex jinkiseb it-tħaddim mingħajr xkiel tas-suq intern.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Skont l-Artikolu 114(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: "it-Trattat"), għandu jittieħed bħala bażi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li jitqies, b'mod partikolari, kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Il-prodotti tat-tabakk mhumiex komoditajiet ordinarji u minħabba l-effetti partikolarment dannużi tat-tabakk, il-protezzjoni tas-saħħa għandha tingħata importanza kbira, b’mod partikolari, biex titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ.

(8) Skont l-Artikolu 114(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: "it-Trattat"), għandu jittieħed bħala bażi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li jitqies, b'mod partikolari, kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Il-prodotti tat-tabakk mhumiex komoditajiet ordinarji u minħabba l-effetti partikolarment dannużi tat-tabakk, il-protezzjoni tas-saħħa għandha tingħata importanza kbira, b’mod partikolari, biex titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ. It-tipjip hu problema attwali u globali b'konsegwenzi devastanti, u l-konsum tat-tabakk ħafna drabi jibda fi żmien l-adoloxxenza.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fir-rigward tal-iffissar tal-kontenut massimu, jista’ jkun meħtieġ u xieraq li aktar tard jiġi adattat il-kontenut stabbilit jew li jiġu ffissati l-livelli limiti massimi għall-emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu t-tossiċità jew l-effett ta' dipendenza tagħhom.

imħassar

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-probabbiltà tar-regolamentazzjoni diverġenti qed tiżdied aktar minħabba t-tħassib dwar il-prodotti tat-tabakk, inklużi l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux, li jkollhom togħma karatterizzanti oħra għajr it-tabakk, li jistgħu jiffaċilitaw il-bidu tal-konsum tat-tabakk jew jaffettwaw ix-xejriet tal-konsum. Pereżempju, f’ħafna pajjiżi, il-bejgħ ta’ prodotti mentolati żdied gradwalment anki jekk il-prevalenza tat-tipjip naqset b’mod ġenerali. Għadd ta’ studji indikaw li l-prodotti tat-tabakk mentolati jistgħu jiffaċilitaw l-inalazzjoni kif ukoll il-bidu tat-tipjip fost iż-żagħżagħ. Għandhom jiġu evitati l-miżuri li jintroduċu differenzi mhux ġustifikati tat-trattament bejn is-sigaretti mħawra (eż. is-sigaretti bil-mentol u bl-imsiemer tal-qronfol).

(15) Il-probabbiltà tar-regolamentazzjoni diverġenti qed tiżdied aktar minħabba t-tħassib dwar il-prodotti tat-tabakk li jkollhom togħma karatterizzanti oħra għajr it-tabakk u l-mentol, li jistgħu jiffaċilitaw il-bidu tal-konsum tat-tabakk jew jaffettwaw ix-xejriet tal-konsum.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-projbizzjoni tal-prodotti tat-tabakk b’togħmiet karatterizzanti ma tipprojbixxix għal kollox l-użu ta’ addittivi individwali, iżda tobbliga lill-manifatturi biex inaqqsu l-addittiv jew it-taħlita ta’ addittivi sal-punt li l-addittivi ma jibqgħux jirriżultaw f’togħma karatterizzanti. L-użu ta’ addittivi meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk għandu jitħalla, sakemm dawn ma jirriżultawx f’togħma karatterizzanti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni dwar it-togħmiet karatterizzanti. Għandhom jintużaw bordijiet indipendenti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni biex jassistu fit-tali teħid ta’ deċiżjonijiet. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandhiex tiddiskrimina bejn il-varjetajiet tat-tabakk differenti.

(16) L-użu ta' addittivi meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk se jitħalla. Il-Kummissjoni għandha tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni dwar it-togħmiet karatterizzanti. Għandhom jintużaw bordijiet indipendenti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni biex jassistu fit-tali teħid ta’ deċiżjonijiet. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandhiex tiddiskrimina bejn il-varjetajiet tat-tabakk differenti.

Ġustifikazzjoni

Għaliex trid tillimita l-għażla tal-konsumaturi adulti u infurmati?

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Meta wieħed jikkunsidra l-fokus tad-Direttiva fuq iż-żgħażagħ, il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk li ma jdaħħanx li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' ċerti ingredjenti sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ.

(18) Meta wieħed jikkunsidra l-fokus tad-Direttiva fuq iż-żgħażagħ, il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk għall-użu orali li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' ċerti ingredjenti. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja bir-reqqa l-użu tat-tabakk tal-pipa tal-ilma miż-żgħażagħ għax hemm evidenza dejjem tiżdied tal-użu tagħha lil hinn mis-suq tradizzjonali u aktar antik.

Ġustifikazzjoni

Il-konsum ta' tabakk tal-imnieħer u tal-magħda jinsab biss fi ftit reġjuni tal-Ewropa u hu element li jżomm it-tradizzjonijiet. Barra minn hekk, it-tabakk tal-imnieħer u tal-magħda hu kkunsmat l-aktar minn persuni ta' età akbar. stess eżenzjoni għandha għalhekk tapplika għas-sigarri, is-sigarri ż-żgħar u t-tabakk tal-pipa.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Għadhom jeżistu disparitajiet bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ittikkettar tal-prodotti tat-tabakk, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu ta' twissijiet tas-saħħa kkombinati li jikkonsistu fi stampa u f'test, informazzjoni dwar is-servizzi ta' waqfien mit-tipjip u elementi promozzjonali fil-pakketti u fuqhom.

(19) Għadhom jeżistu disparitajiet bejn id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ittikkettar tal-prodotti tat-tabakk, b'mod partikolari fir-rigward tad-daqs ta' twissijiet tas-saħħa, informazzjoni dwar is-servizzi ta' waqfien mit-tipjip u elementi promozzjonali fil-pakketti u fuqhom.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Dawn id-disparitajiet jistgħu joħolqu ostaklu għall-kummerċ u jxekklu t-tħaddim tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk, u għandhom għalhekk jiġu eliminati. Barra minn hekk, il-konsumaturi f'uħud mill-Istati Membri jistgħu jkunu informati aħjar dwar ir-riskji għas-saħħa tal-prodotti tat-tabbakk, milli f'oħrajn. Mingħajr azzjoni ulterjuri fil-livell tal-Unjoni, id-disparitajiet eżistenti x'aktarx jiżdiedu fis-snin li ġejjin.

(20) Dawn id-disparitajiet jistgħu joħolqu ostaklu għall-kummerċ u jxekklu t-tħaddim tas-suq intern tal-prodotti tat-tabakk, u għandhom għalhekk jiġu eliminati. Barra minn hekk, il-konsumaturi f'uħud mill-Istati Membri jistgħu jkunu informati aħjar dwar ir-riskji għas-saħħa tal-prodotti tat-tabbakk, milli f'oħrajn. Mingħajr azzjoni ulterjuri armonizzanti fil-livell tal-Unjoni, id-disparitajiet eżistenti x'aktarx jiżdiedu fis-snin li ġejjin.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa u tiġi mmassimizzata l-effikaċja tagħhom, għandhom isiru dispożizzjonijiet rigward id-daqs tat-twissijiet kif ukoll rigward ċerti aspetti tad-dehra tal-pakkett tat-tabakk, inkluż il-mekkaniżmu tal-ftuħ. Il-pakkett u l-prodotti jistgħu jqarrqu lill-konsumaturi, b’mod partikolari liż-żgħażagħ, billi jissuġġerixxu li l-prodotti huma anqas ta’ ħsara. Pereżempju, dan huwa l-każ b'ċerti testi jew karatteristiċi, bħalma huma "qatran baxx", "ħfief", "ħfief ħafna", "mhux qawwija" "naturali", "organiċi", "mingħajr addittivi", "mingħajr aromi", “irqaq”, ismijiet, stampi, u sinjali ta' figuri jew oħrajn. Bl-istess mod, id-daqs u d-dehra tas-sigarretti individwali jista’ jqarraq lill-konsumaturi billi joħloq l-impressjoni li huma ta’ anqas ħsara. Studju riċenti wera wkoll li dawk li jpejpu sigarretti rqaq kienu aktar probabbli li jemmnu li l-marka tagħhom stess tista’ tkun ta’ anqas ħsara. Dan għandu jiġi indirizzat.

(23) Sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa u tiġi mmassimizzata l-effikaċja tagħhom, għandhom isiru dispożizzjonijiet rigward id-daqs tat-twissijiet kif ukoll rigward ċerti aspetti tad-dehra tal-pakkett tat-tabakk, inkluż il-mekkaniżmu tal-ftuħ. Il-pakkett u l-prodotti jistgħu jqarrqu lill-konsumaturi, b’mod partikolari liż-żgħażagħ, billi jissuġġerixxu li l-prodotti huma anqas ta’ ħsara. Pereżempju, dan huwa l-każ b'ċerti testi jew karatteristiċi, bħalma huma "qatran baxx", "ħfief", "ħfief ħafna", "mhux qawwija" "naturali", "organiċi", "mingħajr addittivi", "mingħajr aromi", “irqaq”, ismijiet, stampi, u sinjali ta' figuri jew oħrajn. Dan għandu jiġi indirizzat permezz tal-ippakkjar u l-ittikkettar xierqa ta' tali prodotti u billi jiġu infurmati l-konsumaturi dwar il-ħsara li jikkawżaw sabiex il-konsumaturi jkunu għal kollox konxju tal-konsegwenzi tal-konsum ta' tali prodott.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) stati Membri japplikaw regoli differenti fuq l-għadd minimu ta’ sigarretti għal kull pakkett. Dawn il-prodotti għandhom jiġu allinjati sabiex tiġi żgurata ċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti kkonċernati.

imħassar

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tat-13 ta’ Novembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward l-ittikkettar tal-prodotti tat-tabakk u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ tabakk għall-użu orali, pprojbixxiet il-bejgħ fl-Istati Membri ta’ ċerti tipi ta’ tabakk għall-użu orali. Id-Direttiva 2001/37/KE kkonfermat din il-projbizzjoni. rtikolu 151 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Awstrija, tal-Finlandja u tal-Isvezja jagħti lir-Renju tal-Isvezja deroga minn din il-projbizzjoni. Il-projbizzjoni tal-bejgħ tat-tabakk għall-użu orali għandha tinżamm sabiex tiġi evitata l-introduzzjoni fis-suq intern ta' prodott li jagħmlek dipendenti, għandu effetti negattivi fuq is-saħħa u jattira liż-żgħażagħ. Għal prodotti oħra tat-tabakk li ma jdaħħnux, li mhumiex prodotti għas-suq tal-massa, jitqies li regolamentazzjoni stretta fil-qasam tal-ittikkettar u tal-ingredjenti hija biżżejjed biex tikkontrolla l-espansjoni tas-suq lil hinn mill-użu tradizzjonali tagħhom.

(29) Id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tat-13 ta’ Novembru 1989 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward l-ittikkettar tal-prodotti tat-tabakk u l-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ tabakk għall-użu orali, pprojbixxiet il-bejgħ fl-Istati Membri ta’ ċerti tipi ta’ tabakk għall-użu orali. Id-Direttiva 2001/37/KE kkonfermat din il-projbizzjoni. rtikolu 151 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-Awstrija, tal-Finlandja u tal-Isvezja jagħti lir-Renju tal-Isvezja deroga minn din il-projbizzjoni. Madankollu, il-projbizzjoni tal-prodotti tat-tabakk għall-użu orali m'għandhiex taffettwa prodotti tat-tabakk għall-użu orali storikament tradizzjonali, li l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom tista' tkun permessa minn Stati Membri individwali. Għal prodotti oħra tat-tabakk li ma jdaħħnux, li mhumiex prodotti għas-suq tal-massa, jitqies li regolamentazzjoni stretta fil-qasam tal-ittikkettar u tal-ingredjenti hija biżżejjed biex tikkontrolla l-espansjoni tas-suq lil hinn mill-użu tradizzjonali tagħhom.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Il-prodotti kollha tat-tabakk għandhom il-potenzjal li jikkawżaw mortalità, morbożità u diżabilità u l-konsum tagħhom għandu jinżamm limitat. Għalhekk, huwa importanti li jiġu mmonitorjati l-iżviluppi rigward prodotti tat-tabakk innovattivi. bbligu ta’ notifika għall-prodotti ġodda tat-tabakk għandu jiġi impost fuq il-manifatturi u l-importaturi, mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Istati Membri li jipprojbixxuhom jew jawtorizzawhom. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp u tissottometti rapport ħames snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.

(31) Il-prodotti kollha tat-tabakk għandhom il-potenzjal li jikkawżaw mortalità, morbożità u diżabilità u l-manifattura, id-distribuzzjoni u l-konsum tagħhom għandu jkun regolat. Għalhekk, huwa importanti li jiġu mmonitorjati l-iżviluppi rigward prodotti tat-tabakk innovattivi. bbligu ta’ notifika għall-prodotti ġodda tat-tabakk għandu jiġi impost fuq il-manifatturi u l-importaturi, mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Istati Membri li jipprojbixxuhom jew jawtorizzawhom. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp u tissottometti rapport tliet snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem42 tipprovdi qafas legali biex jiġu vvalutati l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali inklużi l-prodotti li fihom in-nikotina. Għadd sinifikanti ta' prodotti li fihom in-nikotina diġà ġew awtorizzati skont dan ir-reġim regolatorju. L-awtorizzazzjoni tqis il-kontenut ta' nikotina tal-prodott inkwistjoni. Jekk il-prodotti li fihom in-nikotina, li l-kontenut ta' nikotina tagħhom ikun ugwali jew jaqbeż il-kontenut ta' prodott li fih in-nikotina awtorizzat preċedentement skont id-Direttiva 2001/83/KE, ikunu suġġetti għall-istess qafas legali, dan jiċċara s-sitwazzjoni legali, ineħħi d-differenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, jiżgura trattament indaqs tal-prodotti kollha li fihom in-nikotina li jistgħu jintużaw għal skopijiet ta' waqfien mit-tipjip u joħloq inċentivi għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-waqfien mit-tipjip. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE għal prodotti koperti b’din id-Direttiva jekk il-kundizzjonijiet stipulati bid-Direttiva 2001/83/KE jiġu sodisfatti.

(34) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem42 tipprovdi qafas legali biex jiġu vvalutati l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali. Il-prodotti li fihom in-nikotina barra l-prodotti tat-tabakk koperti minn din id-Direttiva għandhom jiġu rregolati, jew fir-rieżami li ġej tal-pakkett farmaċewtiku jew permezz ta' strument legali speċifiku, ladarba l-istudji attwalment fil-proċess ikunu waslu għal konklużjonijiet validi. Tali strument jista' jinkludi dispożizzjonijiet li jippermettu t-tqegħid fis-suq ta' nikotina b'riskju aktar baxx li fihom jissemmew prodotti li jistgħu jgħinu lill-konsumaturi biex jieqfu jpejpu, sakemm huma jkollhom twissija tas-saħħa xierqa.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Id-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettjar għandhom jiġu introdotti għal prodotti li fihom in-nikotina taħt il-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva, b'mod li jattiraw l-attenzjoni tal-konsumaturi għar-riskji potenzjali għas-saħħa.

imħassar

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-format tar-rappurtar tal-ingredjenti u d-determinazzjoni ta' prodotti b'aromi karatterizzanti jew b'livelli miżjuda ta' tossiċità u effett ta' dipendenza u l-metodoloġija biex jiġi determinat jekk l-prodott tat-tabakk għandux aroma karatterizzanti, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/201143.

imħassar

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Sabiex din id-Direttiva tkun totalment operattiva u sabiex iżżomm il-pass mal-iżviluppi tekniċi, xjentifiċi u internazzjonali fil-manifattura, il-konsum u r-regolamentazzjoni tat-tabakk, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni u tal-adattament tal-kontenut massimu għall-emissjonijiet u l-metodi ta' kejl tagħhom, l-iffissar tal-livelli massimi għall-ingredjenti li jżidu t-tossiċità, l-effett ta' dipendenza jew l-attrazzjoni, l-użu tat-twissijiet tas-saħħa, l-identifikaturi uniċi u l-karatteristiċi ta' sigurtà fl-ittikkettjar u fl-ippakkjar, id-definizzjoni tal-elementi ewlenin għall-kuntratti dwar il-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti li jirrevedu ċerti eżenzjonijiet mogħtija lill-prodotti tat-tabakk li mhumiex sigarretti, tabakk tal-brim u prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx u li jirrevedu l-livelli tan-nikotina għall-prodotti li fihom in-nikotina. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(38) Sabiex din id-Direttiva ssir operattiva, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti taħt l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tingħata lill-Kummissjoni għal elementi mhux essenzjali tad-Direttiva. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Sabiex il-Kummissjoni tibqa' aġġornata bl-iżviluppi tekniċi, xjentifiċi u internazzjonali fil-manifattura, il-konsum u r-regolazzjoni tat-tabakk, hija għandha tressaq rapport tliet snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva sabiex jiġi vvalutat jekk humiex neċessarji l-emendi għal din id-Direttiva.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi u tippreżenta rapport ħames snin wara d-data tat-trapożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.

imħassar

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 39a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39a) Jitqiegħed enfasi fuq l-importanza u r-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika u biex tittieħed azzjoni preventiva, li tipprovdi garanziji pubbliċi, monitoraġġ u konsulenza għaż-żgħażagħ, u t-twettiq ta' kampanji pubbliċi preventivi kontra t-tipjip, partikolarment fl-iskejjel. L-aċċess liberu universali għal konsultazzjonijiet dwar it-twaqqif tat-tipjip u t-trattamenti korrispondenti huma meqjusa vitali.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40) Stat Membru li jidhirlu li jeħtieġ iżomm dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti għall-aspetti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, għandu jitħalla jagħmel dan, għall-prodotti kollha bl-istess mod, fuq il-bażi ta' ħtiġijiet urġenti relatati mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Stat Membru għandu jitħalla jintroduċi dispożizzjonijiet aktar stretti, li japplikaw għall-prodotti kollha bl-istess mod, abbażi ta' raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni speċifika ta' dan l-Istat Membru u sakemm id-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati mill-ħtieġa li titħares is-saħħa pubblika. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti għandhom ikunu meħtieġa u proporzjonati, ma jikkostitwixxux mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti jeħtieġu notifika minn qabel lill-Kummissjoni, kif ukoll approvazzjoni mingħandha, filwaqt li jitqies il-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva.

(40) Din id-Direttiva għandha l-ħsieb li tarmonizza r-regoli speċifiċi għall-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ ta' prodotti tat-tabakk u ta' prodotti relatati, b'hekk tiżgura li l-Istati Membri individwali ma jintroduċux dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali relatati mar-rekwiżiti tat-tikkettar u l-ippakkjar li jmorru lil hinn mid-Direttiva. Jekk Stat Membru diġà għandu dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti, li japplikaw għall-prodotti kollha bl-istess mod dwar aspetti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, dan għandu jitħalla japplikahom abbażi ta' rekwiżiti urġenti relatati mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom, madankollu, ikunu meħtieġa u proporzjonati u ma jikkostitwixxux mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti jeħtieġu notifika minn qabel lill-Kummissjoni, kif ukoll approvazzjoni mingħandha, filwaqt li jitqies il-livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li japplikaw għall-prodotti kollha bl-istess mod għal aspetti li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, sakemm dawn ikunu kompatibbli mat-Trattat u ma jipperikolawx l-applikazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva. Konsegwentement, l-Istati Membri jistgħu, pereżempju, iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet li jipprovdu standardizzazzjoni tal-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk (inklużi l-kuluri u t-tipa) sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ikunu kompatibbli mat-Trattat, mal-obbligi tad-WTO u ma jaffettwawx l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva. Hemm ħtieġa ta’ notifika minn qabel għal regolamenti tekniċi skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti tekniċi u regolamenti u regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni44.

(41) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jadattaw regoli aktar stretti dwar il-prodotti tat-tabakk li huma jħossu meħtieġa biex jipproteġu s-saħħa pubblika, sakemm dawn ir-regoli jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Safejn il-prodotti tat-tabakk jew prodotti relatati jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-importazzjoni, il-bejgħ jew il-konsum ta' tali prodotti.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) stati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata biss skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/45/KE Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta.

(42) stati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata biss skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/45/KE Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru, 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom jiġu kkunsidrati wkoll.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) "addittiv" tfisser sustanza li jkun hemm fi prodott tat-tabakk, kull pakkett wieħed tiegħu jew kull ippakkjar estern għajr għall-weraq tat-tabakk u partijiet oħra naturali jew mhux ipproċessati mill-pjanti tat-tabakk;

(2) "addittiv" tfisser sustanza li jkun hemm fi prodott tat-tabakk għajr għall-weraq tat-tabakk u partijiet oħra naturali jew mhux ipproċessati mill-pjanti tat-tabakk;

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) "togħma karatterizzanti" tfisser riħa jew togħma oħra li tista' tiġi distinta għajr it-tabakk, li tirriżulta minn addittiv jew taħlita ta' addittivi, li tinkludi iżda mhijiex limitata għall-frott, il-ħwawar, il-ħxejjex aromatiċi, l-alkoħol, il-ħelu, il-mentol jew il-vanilla li jistgħu jinħassu qabel jew mal-użu maħsub tal-prodott tat-tabakk;

(4) "togħma karatterizzanti" tfisser riħa jew togħma oħra li tista' tiġi distinta għajr it-tabakk, li tirriżulta minn addittiv jew taħlita ta' addittivi, bl-eċċezzjoni tal-mentol, li tinkludi iżda mhijiex limitata għall-frott, il-ħwawar, il-ħxejjex aromatiċi, l-alkoħol, il-ħelu jew il-vanilla li jistgħu jinħassu qabel jew mal-użu maħsub tal-prodott tat-tabakk;

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) "ingredjent" tfisser addittiv, tabakk (weraq u partijiet oħra naturali, ipproċessati jew mhux ipproċessati mill-pjanti tat-tabakk inkluż it-tabakk estiż u magħmul mill-ġdid), kif ukoll kull sustanza preżenti fi prodott tat-tabakk lest inklużi l-karta, il-filtru, il-linka, il-kapsuli u l-adeżivi;

(18) ingredjent" tfisser kwalunkwe addittiv preżenti fi prodott tat-tabakk lest inklużi l-karta, il-filtru, il-linka, il-kapsuli u l-adeżivi;

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23a) "prodotti tat-tabakk b'riskju aktar baxx" tfisser prodott tat-tabakk li hu mfassal u kkummerċjalizzat biex inaqqas ir-riskji tat-tipjip meta mqabbel mal-prodotti tat-tabakk konvenzjonali, speċjalment is-sigaretti, li jkun imqiegħed fis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) "bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi" tfisser żieda tal-volumi tal-bejgħ skont il-kategorija tal-prodotti, bħat-tabakk tal-pipa, is-sigarru, is-sigarru żgħir, b'mill-inqas 10 % f'mill-anqas 10 Stati Membri, ibbażata fuq il-dejta tal-bejgħ trażmessa skont l-Artikolu 5(4); jew żieda fil-livell ta' prevalenza fil-grupp tal-konsumaturi li għandhom inqas minn 25 sena b'ħames punti perċentwali f'mill-anqas 10 Stati Membri għall-kategorija tal-prodott rispettiva bbażata fuq____[din id-data se tiġi stabbilita fil-mument tal-adozzjoni tad-Direttiva] rapport tal-Ewrobarometru jew studji ta' prevalenza ekwivalenti;

imħassar

Ġustifikazzjoni

F'ħafna Stati Membri, f'ċirkustanzi eċċezzjonali, bħal l-10 % żieda fil-bejgħ, tista' sseħħ malajr, minħabba li l-konsum tas-sigarri u tat-tabakk tal-pipa hu ferm baxx hemm.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 36a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36a) "tabakk magħmul mill-ġdid"tfisser ir-riżultat tal-ħadma ta' partijiet differenti tal-pjanta tat-tabakk mid-dris u l-manifattura tal-prodotti tat-tabakk, kemm jekk użat bħala folja li tgeżwer is-sigarri jew is-sigarilli jew bħala folja jew ħjut individwali f'taħlita ta' tabakk għas-sigaretti u prodotti oħra tat-tabakk.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva trid tikkunsidra u tiddefinixxi sew il-prodotti kollha tat-tabakk u tekniki attwalment magħmula mill-ġdid sabiex ikunu implimentati regoli identiċi fis-suq intern kollu.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-kontenut tas-sigarretti li jitqiegħdu fis-suq jew immanufatturati fl-Istati Membri ma għandhux ikun akbar minn:

1. Il-kontenut tas-sigaretti li jitqiegħdu fis-suq fl-Istati Membri ma għandhux ikun akbar minn:

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 biex tadatta l-kontenuti massimi stabbiliti fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-iżvilupp xjentifiku u l-istandards miftiehma internazzjonalment.

imħassar

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. stati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kontenuti massimi stabbiliti minnhom għal emissjonijiet oħra tas-sigaretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti. Meqjusa l-istandards miftiehma internazzjonalment, fejn disponibbli, u abbażi tal-evidenza xjentifika u tal-kontenut notifikat mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 biex tadotta u tadatta l-kontenuti massimi għal emissjonijiet oħra tas-sigarretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti li jżidu b’mod apprezzabbli l-effett tossiku jew ta' dipendenza tal-prodotti tat-tabakk lil hinn mil-limitu tat-tossiċità u l-effett ta' dipendenza li joriġina mill-kontenuti tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju stabbiliti fil-paragrafu 1.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 290(1) TFUE, rikors għall-atti delegati jista' biss ikun ġustifikat fir-rigward ta' elementi mhux essenzjali tad-direttiva.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tadatta l-metodi ta' kejl tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, filwaqt li tqis l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi u l-istandards miftiehma internazzjonalment.

imħassar

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-metodi ta' kejl li jużaw għal emissjonijiet oħra tas-sigarretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti. Abbażi ta' dawn il-metodi, u billi jitqiesu l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi kif ukoll l-istandards miftiehma internazzjonalment, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 22 biex tadotta u tadatta l-metodi ta’ kejl.

imħassar

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

stati Membri għandhom jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom lista tal-ingredjenti kollha, u l-kwantitajiet tagħhom, użati fil-manifattura tal-prodotti tat-tabakk skont l-isem tad-ditta u t-tip, kif ukoll l-emissjonijiet tagħhom u l-kontenuti. Il-manifatturi jew l-importaturi għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jekk il-kompożizzjoni ta' prodott tiġi modifikata u taffettwa l-informazzjoni pprovduta skont dan l-Artikolu. nformazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu għandha tiġi ppreżentata qabel it-tqegħid fis-suq ta’ prodott tat-tabakk ġdid jew modifikat.

stati Membri għandhom jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom lista tal-ingredjenti kollha, u l-kwantitajiet tagħhom, użati fil-manifattura tal-prodotti tat-tabakk skont l-isem tad-ditta u t-tip, kif ukoll l-emissjonijiet tagħhom u l-kontenuti li jirriżultaw mill-użu maħsub. Il-manifatturi jew l-importaturi għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jekk il-kompożizzjoni ta' prodott tiġi modifikata u taffettwa l-informazzjoni pprovduta skont dan l-Artikolu. nformazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu għandha tiġi ppreżentata qabel it-tqegħid fis-suq ta’ prodott tat-tabakk ġdid jew modifikat.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika bil-għan li ma jobbligawx lill-manifatturi li jwettqu testijiet għaljin rigward l-emissjonijiet ta' partijiet tal-prodotti li taħt kundizzjonijiet ta' użu maħsub ma jinħarqux eż. filtri tas-sigaretti.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tixrid tal-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1 fuq websajt apposta, li tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Huma u jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq il-ħtieġa li jipproteġu l-informazzjoni li tikkostitwixxi sigriet kummerċjali.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tixrid tal-informazzjoni ppreżentata skont il-paragrafu 1 fuq websajt li tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali. Huma u jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom iqisu kif xieraq il-ħtieġa li jipproteġu l-informazzjoni li tikkostitwixxi sigriet kummerċjali.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tipprovdi kjarifika li l-websajt disponibbli pubblikament huwa biżżejjed għall-iskop; ma hemmx bżonn li l-Istati Membri joħolqu websajt totalment ġdid.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b'togħma karatterizzanti.

1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b’togħma karatterizzanti jekk jiġi xjentifikament pruvat li l-addittiv ikkonċernat iżid l-effett tossiku, ta' dipendenza jew ta' ħsara tal-prodott b'mod apprezzabbli.

L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu l-użu ta' addittivi li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk, sakemm l-addittivi ma jirriżultawx fi prodott b'togħma karatterizzanti.

L-Istati Membri ma għandhomx jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' addittivi li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu.

2. Il-Kummissjoni għandha wara talba ta' Stat Membru jew tista' fuq inizjattiva tagħha stess, tiddetermina permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni jekk prodott tat-tabakk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21. Kapitolu IV Artikolu 56 Artikolu 57 Artikolu 58 Artikolu 59

imħassar

Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni regoli uniformi tal-proċeduri biex jiġi determinat jekk prodott jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 21. Kapitolu IV Artikolu 56 Artikolu 57 Artikolu 58 Artikolu 59

3. Fil-każ li l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 turi li ċertu addittiv jew taħlita ta' addittivi tipikament tagħti togħma karatterizzanti meta taqbeż ċertu livell ta' preżenza jew konċentrazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tistabbilixxi livelli massimi għal dawk l-addittivi jew taħlita ta' addittivi li jikkawżaw togħma karatterizzanti.

4. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu tal-addittivi li ġejjin fi prodotti tat-tabakk:

4. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu tal-addittivi li ġejjin fi prodotti tat-tabakk:

(a) vitamini u addittivi oħra li joħolqu l-impressjoni li prodott tat-tabakk huwa ta' benefiċċju għas-saħħa jew jippreżenta inqas perikli għas-saħħa, jew

a) vitamini u addittivi oħra li joħolqu l-impressjoni li prodott tat-tabakk huwa ta' benefiċċju għas-saħħa jew jippreżenta inqas perikli għas-saħħa, jew

(b) kafeina u tawrina u addittivi oħra u komposti stimulanti li huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità, jew

(b) kafeina u tawrina u addittivi oħra u komposti stimulanti li huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità, jew

(c) addittivi li għandhom proprjetajiet koloranti għall-emissjonijiet.

(c) addittivi li għandhom proprjetajiet koloranti għall-emissjonijiet.

5. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu ta' ħwawar fil-komponenti tal-prodotti tat-tabakk bħal filtri, karti, pakketti, kapsuli jew kwalunkwe karatteristika teknika li tippermetti l-modifika tat-togħma jew tal-intensità tad-duħħan. Il-filtri u l-kapsuli ma għandux ikun fihom it-tabakk. Or it

5. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu ta' ħwawar fil-komponenti tal-prodotti tat-tabakk bħal filtri, karti, pakketti, kapsuli jew kwalunkwe karatteristika teknika li tippermetti l-modifika tat-togħma jew tal-intensità tad-duħħan fejn dawn iżidu b'mod apprezzabbli fl-istadju tal-konsum l-effett tossiku jew ta' dipendenza ta' prodott tat-tabakk. Il-filtri u l-kapsuli ma għandux ikun fihom it-tabakk. Or it

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet jew il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huma applikati fuq il-prodotti tat-tabakk kif inhu xieraq.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet jew il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huma applikati fuq il-prodotti tat-tabakk kif inhu xieraq.

7. L-Istati Membri għandhom, abbażi ta' evidenza xjentifika, jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b’adittivi fi kwantitajiet li jżidu b’mod apprezzabbli fl-istadju tal-konsum l-effett tossiku jew ta' dipendenza tal-prodott tat-tabakk.

7. L-Istati Membri għandhom, abbażi ta' evidenza xjentifika, jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b’adittivi fi kwantitajiet li jżidu b’mod apprezzabbli fl-istadju tal-konsum l-effett tossiku jew ta' dipendenza tal-prodott tat-tabakk.

8. Il-Kummissjoni għandha wara talba ta' Stat Membru jew tista' fuq inizjattiva tagħha stess, tiddetermina permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni jekk prodott tat-tabakk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 7. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 u għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar evidenza xjentifika.

8. Il-Kummissjoni għandha wara talba ta' Stat Membru jew tista' fuq inizjattiva tagħha stess, tiddetermina permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni jekk prodott tat-tabakk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 7. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 u għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar evidenza xjentifika.

9. Fil-każ li l-evidenza xjentifika u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-paragrafi 7 u 8 juru li ċertu addittiv jew ċerta kwantità tiegħu tamplifika b'mod apprezzabbli fl-istadju tal-konsum l-effett tossiku jew ta' dipendenza ta' prodott tat-tabakk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tistabbilixxi livelli massimi għal dawk l-addittivi.

9. Fil-każ li l-evidenza xjentifika u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-paragrafi 7 u 8 juru li ċertu addittiv jew ċerta kwantità tiegħu tamplifika b'mod apprezzabbli fl-istadju tal-konsum l-effett tossiku jew ta' dipendenza ta' prodott tat-tabakk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tistabbilixxi livelli massimi għal dawk l-addittivi.

10. Il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti, it-tabakk tal-brim u l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 22 sabiex tirtira din l-eżenzjoni jekk ikun hemm bidla sostanzjali fiċ-ċirkostanzi kif stabbilit f'rapport tal-Kummissjoni.

10. Il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Biex tkun żgurata l-integrità grafika u l-viżibilità tagħhom, it-twissijiet tas-saħħa għandhom jiġu stampati b'mod li ma jkunux jistgħu jitneħħew, b'mod indelibbli u bl-ebda mod moħbijin jew interrotti, inkluż permezz ta' bolol tat-taxxi, marki tal-prezz, marki ta' provenjenza u traċċar, karatteristiċi ta' sigurtà jew kwalunkwe tip ta' tqartis, borża, għata, kaxxa jew mezz ieħor jew bil-ftuħ tal-pakkett individwali.

3. Biex tkun żgurata l-integrità grafika u l-viżibilità tagħhom, u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta' ttikkettar fl-Artikoli 10 u 11, it-twissijiet tas-saħħa għandhom jiġu stampati b'mod li ma jkunux jistgħu jitneħħew jew imwaħħla b'mod li ma jkunux jistgħu jitneħħew, b'mod indelibbli u bl-ebda mod moħbijin jew interrotti, inkluż permezz ta' bolol tat-taxxi, marki tal-prezz, marki ta' provenjenza u traċċar, karatteristiċi ta' sigurtà jew kwalunkwe tip ta' tqartis, borża, għata, kaxxa jew mezz ieħor jew bil-ftuħ tal-pakkett individwali.

Ġustifikazzjoni

Twissijiet tas-saħħa fuq pakketti tas-sigaretti huma diġà stampati fuq il-pakketti. Madankollu, fuq il-pakketti tas-sigarri u prodotti speċjalizzati oħra, l-istampar fuq l-imballaġġ se jitfa' piż sproporzjonat fuq il-produtturi, li ħafna drabi jkunu kumpaniji żgħar u ta' daqs medju. Li ma kien hemm l-ebda rapport fuq stikers ta' twissija tas-saħħa li ġew jitneħħew mill-ippakkeġġjar. Għalhekk, il-valur miżjud tal-istampar fuq il-pakketti mhuwiex evidenti.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-pakketti tas-sigaretti t-twissija ġenerali u l-messaġġ ta' informazzjoni għandhom ikunu stampati fuq in-naħat laterali tal-pakketti individwali. Dawn it-twissijiet għandu jkollhom wisa’ ta' mhux inqas minn 20 mm u għoli ta’ mhux inqas minn 43 mm. Għat-tabakk tal-brim, il-messaġġ ta’ informazzjoni għandu jiġi stampat fuq il-wiċċ li jsir viżibbli meta jinfetaħ kull pakkett individwali. Kemm it-twissija ġenerali kif ukoll il-messaġġ tal-informazzjoni għandhom ikopru 50 % tal-wiċċ li fuqu jkunu stampati.

3. Għall-pakketti tas-sigaretti t-twissija ġenerali u l-messaġġ ta' informazzjoni għandhom ikunu stampati fuq in-naħat laterali tal-pakketti individwali. Għat-tabakk tal-brim, il-messaġġ ta' informazzjoni għandu jiġi stampat fuq il-wiċċ li jsir viżibbli meta jinfetaħ kull pakkett individwali. Kemm it-twissija ġenerali kif ukoll il-messaġġ tal-informazzjoni għandhom ikopru 50 % tal-wiċċ li fuqu jkunu stampati.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 22:

imħassar

(a) biex tadatta l-kliem tat-twissijiet tas-saħħa stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għal żviluppi xjentifiċi u tas-suq;

(b) biex tiddefinixxi l-pożizzjoni, il-format, il-layout u d-disinn tat-twissijiet tas-saħħa definiti f’dan l-Artikolu, inklużi l-karattru tat-tipa u l-kulur tal-isfond tagħhom.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ikopru 75 % tal-erja esterna tal-wiċċ ta’

quiddiem u ta’ wara tal-pakkett

individwali u kwalunkwe ppakkjar estern.

(c) ikopru 50 % tal-erja esterna tal-wiċċ ta’

quddiem u ta’ wara tal-pakkett

individwali u kwalunkwe ppakkjar estern b'50 % ta' dik l-erja li tipprovdi informazzjoni dwar it-twaqqif tat-tipjip.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

e) jitqegħdu fuq ix-xifer ta’ fuq tal-pakkett individwali u ta’ kwalunkwe ppakkjar estern, u fl-istess direzzjoni bħal kwalunkwe informazzjoni oħra li tidher fuq l-ippakkjar;

e) jitqegħdu fl-istess direzzjoni bħal kwalunkwe informazzjoni oħra li tidher fuq l-ippakkjar;

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżit li t-twissijiet tas-saħħa għandhom jidhru fit-tarf ta' fuq tal-pakkett individwali u fuq barra ta' kwalunkwe imballaġġ jagħmilha diffiċli ħafna għall-ħwienet li jagħmlu distinzjoni bejn ditti differenti ta' manifatturi, fid-dawl tad-disinn tal-ħwienet tar-revisti l-ġazzetti (u mini-supermarkets). Sabiex jissostitwixxi l-għamara tal-ħanut, is-sidien tal-ħwienet, li l-marġini tagħhom diġà qiegħed jiċkien, jkollhom jagħmlu investimenti sostanzjali Barra minn hekk, ir-riċerka turi li ħwienet li jbigħu revisti u gazzetti huma dipendenti ħafna fuq il-bejgħ tat-tabakk.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) għall-pakketti individwali tas-sigarretti, jirrispettaw id-dimensjonijiet li ġejjin:

imħassar

(i) għoli: mhux inqas minn 64 mm;

(ii) wisa’: mhux inqas minn 55 mm;

Ġustifikazzjoni

Mhijiex il-forma tal-pakkett li toħloq id-dipendenza. Jekk id-dimensjonijiet u l-forma tal-kontenuti tal-prodotti tat-tabakk jiġu armonizzati wisq, il-Kummissjoni tasal biex toħloq suq bla valur li jelimina l-manifatturi żgħar, filwaqt li fl-aħħar mill-aħħar iservi ta' profitt għall-4 gruppi kbar li diġà jaqsmu bejniethom 90 % tas-suq Ewropew.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ga) għall-ippakkjar tas-sigaretti tal-brim u l-ippakkjar tat-tabakk b'erja tal-wiċċ akbar minn 75 ċm2 għandhom jokkupaw minn tal-anqas 22.5 cm2tal-wiċċ. Dik l-erja għandha tiżdied għal 24 cm2 għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 26.25 cm2 għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex:

imħassar

(a) taddatta l-kitba tat-twissijiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva biex jittieħed kont tal-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi;

(b) tistabbilixxi u taddatta l-librerija tal-istampi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi jittieħed kont tal-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq;

(c) tiddefinixxi l-pożizzjoni, il-format, l-layout, id-disinn, ir-rotazzjoni u l-proporzjonijiet tat-twissijiet tas-saħħa;

(d) b’deroga mill-Artikolu 7(3), tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom it-twissijiet tas-saħħa jistgħu jinkisru fil-ftuħ tal-pakkett b’tali mod li jkunu żgurati l-integrità grafika u l-viżibilità tal-kitba, ir-ritratti u l-informazzjoni dwar il-waqfien mit-tipjip.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. It-tabakk għat-tipjip barra s-sigarretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-obbligi li jintwera l-messaġġ tal-informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 8(2) u t-twissijiet tas-saħħa kkombinati skont l-Artikolu 9. Barra mit-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1), kull pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern ta' dawn il-prodotti għandhom juru kliem ta' twissija elenkat fl-Anness I. It-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1) għandha tinkludi referenza għas-servizzi għall-waqfien mit-tipjip skont l-Artikolu 9(1)(b).

1. It-tabakk għat-tipjip barra s-sigarretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-obbligi li jintwera l-messaġġ tal-informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 8(2) u t-twissijiet tas-saħħa kkombinati skont l-Artikolu 9. Barra mit-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1), kull pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern ta' dawn il-prodotti għandhom juru kliem ta' twissija elenkat fl-Anness I. It-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1) għandha tinkludi referenza għas-servizzi għall-waqfien mit-tipjip skont l-Artikolu 9(1)(b).

It-twissija ġenerali għandha tkun stampata fuq il-wiċċ l-aktar li jidher tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Il-kliem tat-twissijiet elenkati fl-Anness I għandhom jinbidlu b'tali mod li tiġi garantita d-dehra regolari tagħhom. Dawn it-twissijiet għandhom ikunu stampati fuq il-wiċċ li jidher l-aktar tal-pakkett individwali u kull ippkajjar estern.

It-twissija ġenerali għandha tkun stampata jew imwaħħla b'mod li ma tinqalax fuq il-wiċċ l-aktar li jidher tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Il-kliem tat-twissijiet elenkati fl-Anness I għandhom jinbidlu b'tali mod li tiġi garantita d-dehra regolari tagħhom. Dawn it-twissijiet għandhom ikunu stampati jew imwaħħlin b'mod li ma jinqalgħux fuq il-wiċċ li jidher l-aktar tal-pakkett individwali u kull ippkajjar estern.

2. It-twissija ġenerali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali jew kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

2. It-twissija ġenerali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali jew kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

3. Il-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkopri 40 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 45 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 50 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

3. Il-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkopri 40 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 45 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 50 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

4. It-twissija ġenerali u l-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:

4. It-twissija ġenerali u l-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:

(a) stampati b’tipa Helvetica sewda grassa fuq sfond abjad. Biex jiġu akkomodati l-ħtiġijiet lingwistiċi, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jistabbilixxu d-daqs tat-tipa, bil-kundizzjoni illi d-daqs tat-tipa speċifikat fil-leġiżlazzjoni tagħhom ikun tali li jokkupa l-akbar proporzjon possibbli tal-erja merfugħa għall-kliem meħtieġ;

(a) stampati b'tipa sewda grassa fuq sfond abjad. It-twissijiet jistgħu jitwaħħlu permezz ta’ stikers, sakemm dawn l-istikers ma jistgħux jitneħħew. Biex jiġu akkomodati l-ħtiġijiet lingwistiċi, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jistabbilixxu d-daqs tat-tipa, bil-kundizzjoni illi d-daqs tat-tipa speċifikat fil-leġiżlazzjoni tagħhom ikun tali li jokkupa l-akbar proporzjon possibbli tal-erja merfugħa għall-kliem meħtieġ;

(b) iċċentrati fil-erja li fiha huwa meħtieġ li jiġu stampati, paralleli mat-tarf ta' fuq tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(b) iċċentrati fil-erja li fiha huwa meħtieġ li jiġu stampati jew imwaħħla b'mod li ma jinqalgħux, paralleli mat-tarf ta' fuq tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(c) imdawra minn burdura sewda ta’ mhux anqas minn 3 mm u mhux aktar minn 4 mm fil-wisa’ ġewwa l-wiċċ riżervat għall-kliem tat-twissija.

(c) imdawra minn burdura sewda ta’ mhux anqas minn 3 mm u mhux aktar minn 4 mm fil-wisa’ ġewwa l-wiċċ riżervat għall-kliem tat-twissija.

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22, sabiex tirtira l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1 jekk ikun hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkustanzi kif stabbilit f’rapport tal-Kummissjoni.

imħassar

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tiġi stampata fuq l-akbar żewġ uċuħ tal-pakkett individwali, u kull ippakkjar estern;

(a) tiġi stampata jew imwaħħla fuq l-aktar wiċċ viżibbli tal-pakkett individwali u addizzjonalment fuq kull ippakkjar estern użat f'konnessjoni mal-prodott, bl-eċċezzjoni ta' tgeżwir addizzjonali trasparenti għal kollox.

Ġustifikazzjoni

Speċjalment għal kumpaniji ta' daqs żgħir u medju, il-piż tal-istampar fuq il-pakketti b'volumi baxxi ta' produzzjoni jidher sproporzjonat. Għandha tkun permessa l-istiker, kif inhi l-prattika attwali.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta r-rekwiżiti fil-paragrafi 1 u 2 billi jittieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

imħassar

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. It-tikkettar tal-pakkett individwali u kull ppakkjar estern u l-prodott tat-tabakk innifsu ma għandhomx jinkludi kwalunkwe element jew karattersitika li:

1. It-tikkettar tal-pakkett individwali u kull ppakkjar estern u l-prodott tat-tabakk innifsu ma għandhomx jinkludi kwalunkwe element jew karattersitika li:

(a) tippromwovi prodott tat-tabakk b’mezzi li huma foloz, qarrieqa, żleali jew li aktarx toħloq impressjoni żbaljata dwar il-karatteristiċi tiegħu, l-effetti fuq is-saħħa, il-perikli jew l-emissjonijiet;

(a) tippromwovi prodott tat-tabakk b’mezzi li huma foloz, qarrieqa, żleali jew li aktarx toħloq impressjoni żbaljata dwar il-karatteristiċi tiegħu, l-effetti fuq is-saħħa, il-perikli jew l-emissjonijiet;

(b) tissuġġerixxi li prodott tat-tabakk partikolari huwa anqas ta’ ħsara minn oħrajn jew għandu effetti ta’ vitalità, enerġetiċi, ta’ fejqan, li jirriġovinaw, naturali, organiċi jew inkella effetti pożittivi fuq is-saħħa jew soċjali;

(b) tissuġġerixxi li prodott tat-tabakk partikolari huwa anqas ta’ ħsara minn oħrajn jew għandu effetti ta’ vitalità, enerġetiċi, ta’ fejqan, li jirriġovinaw, naturali, organiċi jew inkella effetti pożittivi fuq is-saħħa jew soċjali;

(c) tirreferi għall-palat, it-togħma, kwalunkwe ħwawar jew addittivi oħra jew l-assenza tagħhom;

imħassar

(d) tixbah prodott tal-ikel.

(d) tixbah prodott tal-ikel.

2. L-elementi u l-karatteristiċi pprojbiti jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati, għal kliem, simboli, ismijiet, marki kummerċjali, sinjali figurattivi jew sinjali oħrajn, kuluri qarrieqa, inserzjonijiet jew materjal addizzjonali ieħor bħalma huma tikketti li jeħlu, stickers, onserts, scratch-offs u sleeves jew jirreferu għall-għamla tal-prodott tat-tabakk innifsu. Is-sigarretti b’dijametru ta’ inqas minn 7.5 mm għandhom jitqiesu bħala qarrieqa.

2. L-elementi u l-karatteristiċi pprojbiti jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati, għal kliem, simboli, ismijiet, marki kummerċjali, sinjali figurattivi jew sinjali oħrajn, kuluri qarrieqa, inserzjonijiet jew materjal addizzjonali ieħor bħalma huma tikketti li jeħlu, stickers, onserts, scratch-offs u sleeves jew jirreferu għall-għamla tal-prodott tat-tabakk innifsu.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Id-dehra u l-kontenut tal-pakketti individwali

imħassar

1. Pakkett individwali tas-sigarretti għandu jkun forma ta’ kubu. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu l-forma ta’ borża, jiġifieri, but rettangulari b’għatu li jkopri l-fetħa. ħatu tal-borża għandu jkopri ta’ mill-anqas 70 % tal-wiċċ ta’ quddiem tal-pakkett. Or it Pakkett individwali tas-sigaretti għandu jinkludi mill-inqas 20 sigarett. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu tabakk li jiżen mill-inqas 40 g.

2. Pakkett tas-sigaretti jista’ jkun tal-kartun jew ta’ materjal artab u ma għandux ikollu fetħa li tista’ tingħalaq mill-ġdid jew li tiġi siġillata mill-ġdid wara l-ewwel ftuħ, għajr l-għatu flip-top. L-għatu flip-top ta’ pakkett tas-sigarretti għandu jkun mitwi f’ċappetta fuq dahar il-pakkett biss.

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tiddefinixxi regoli aktar dettaljati għall-forma u d-daqs ta’ pakketti individwali sakemm dawn ir-regoli huma meħtieġa biex tkun żgurata l-viżibbiltà sħiħa u l-integrità tat-twissijiet tas-saħħa qabel l-ewwel ftuħ, matul il-ftuħ u wara l-għelqu mill-ġdid ta' pakkett individwali.

4. Il-Kummisjsoni għandha tingħata s-setgħat li taddotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tagħmel il-forma kubika jew ċilindrika obbligatorja għall-pakketti individwali tal-prodotti tat-tabakk minbarra s-sigarretti u t-tabakk tal-brim jekk ikun hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi kif stabbilit fir-rapport tal-Kummissjoni.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pakketti individwali kollha tal-prodotti tat-tabakk għandhom jiġu mmarkati b’identifikatur uniku. Sabiex tkun żgurata l-integrità tagħhom, l-identifikaturi uniċi għandhom ikunu stampati/imwaħħla b’tali mod li ma jistgħux jinqalgħu, ma jistgħux jitħassru u bl-ebda mod jinħbew jew interrotti b’xi mod, inkluż permezz ta’ bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew bil-ftuħ tal-pakkett. Fir-rigward tal-prodotti manifatturati barra mill-Unjoni l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu japplikaw biss għal dawk destinati jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni. Or it

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pakketti individwali kollha tal-prodotti tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jiġu mmarkati b’identifikatur uniku, sikur u li jkun impossibbli li jiġi ddupplikat. Sabiex tkun żgurata l-integrità tagħhom, l-identifikaturi uniċi għandhom ikunu stampati/imwaħħla b’tali mod li ma jistgħux jinqalgħu, ma jistgħux jitħassru u bl-ebda mod jinħbew jew interrotti b’xi mod, inkluż permezz ta’ bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew bil-ftuħ tal-pakkett. Fir-rigward tal-prodotti manifatturati barra mill-Unjoni l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu japplikaw biss għal dawk destinati jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni. Or it

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-identifikatur uniku għandu jippermetti li jiġu determinati:

2. L-identifikatur imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jippermetti li jiġu determinati:

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) l-identità tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut;

(j) l-identità tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-ewwel konsumatur;

Ġustifikazzjoni

Is-sistema T&T tqiegħed piż sinifikanti fuq il-produtturi. Li jkun hekk rekwiżit biex anki d-destinazzjoni tal-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tiżdied mal-informazzjoni huwa kważi impossibbli għall-produtturi ż-żgħar għax huma jiddependu fuq l-intermedjarji. F'kwalunkwe każ, is-suq tal-prodotti intenzjonat huwa importanti biex jitnaqqas il-kummerċ illegali imma l-istabbiliment preċiż tal-bejgħ bl-imnut jidher irrelevanti. Barra minn hekk, il-kliem oriġinali jmur lil hinn minn dak li kien hemm qbil dwaru fil-qafas tal-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) il-fattura, in-numru tal-ordni u r-rekords tal-ħlas tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut.

(k) il-fattura, in-numru tal-ordni u r-rekords tal-ħlas tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-ewwel konsumatur.

Ġustifikazzjoni

Is-sistema T&T tqiegħed piż sinifikanti fuq il-produtturi. Li jkun hekk rekwiżit biex anki d-destinazzjoni tal-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tiżdied mal-informazzjoni huwa kważi impossibbli għall-produtturi ż-żgħar għax huma jiddependu fuq l-intermedjarji. F'kwalunkwe każ, is-suq tal-prodotti intenzjonat huwa importanti biex jitnaqqas il-kummerċ illegali imma l-istabbiliment preċiż tal-bejgħ bl-imnut jidher irrelevanti. Barra minn hekk, il-kliem oriġinali jmur lil hinn minn dak li kien hemm qbil dwaru fil-qafas tal-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, jirreġistraw id-dħul tal-pakketti kollha individwali fil-pussess tagħhom, kif ukoll, il-movimenti kollha intermedjarji u l-aħħar ħruġ mill-pussess tagħhom. Dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat billi jkunu rreġistrati f’forma aggregata, eż. tal-ippakkettar estern, bil-kundizzjoni li l-insegwiment u l-lokalizzazzjoni tal-pakketti individwali tibqa’ possibbli.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel konsumatur, jirreġistraw id-dħul tal-pakketti kollha individwali fil-pussess tagħhom, kif ukoll, il-movimenti kollha intermedjarji u l-aħħar ħruġ mill-pussess tagħhom. Dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat billi jkunu rreġistrati f’forma aggregata, eż. tal-ippakkettar estern, bil-kundizzjoni li l-insegwiment u l-lokalizzazzjoni tal-pakketti individwali tibqa’ possibbli.

Ġustifikazzjoni

Is-sistema T&T tqiegħed piż sinifikanti fuq il-produtturi. Li jkun hekk rekwiżit biex anki d-destinazzjoni tal-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tiżdied mal-informazzjoni huwa kważi impossibbli għall-produtturi ż-żgħar għax huma jiddependu fuq l-intermedjarji. F'kwalunkwe każ, is-suq tal-prodotti intenzjonat huwa importanti biex jitnaqqas il-kummerċ illegali imma l-istabbiliment preċiż tal-bejgħ bl-imnut jidher irrelevanti. Barra minn hekk, il-kliem oriġinali jmur lil hinn minn dak li kien hemm qbil dwaru fil-qafas tal-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-importaturi, l-imħażen u l-kumpaniji tat-trasport bit-tagħmir meħtieġ li jippermetti r-reġistrazzjoni tal-prodotti tat-tabakk mixtrija, mibjugħa, maħżuna, trasportati jew ittrattati b’mod ieħor. It-tagħmir għandu jkun kapaċi li jaqra u jittrasmetti d-data b’mod elettroniku lil faċilità tal-ħżin tad-data skont il-paragrafu 6.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel konsumatur, inklużi l-importaturi, l-imħażen u l-kumpaniji tat-trasport bit-tagħmir meħtieġ li jippermetti r-reġistrazzjoni tal-prodotti tat-tabakk mixtrija, mibjugħa, maħżuna, trasportati jew ittrattati b’mod ieħor. It-tagħmir għandu jkun kapaċi li jaqra u jittrasmetti d-data b’mod elettroniku lil faċilità tal-ħżin tad-data skont il-paragrafu 6.

Ġustifikazzjoni

Is-sistema T&T tqiegħed piż sinifikanti fuq il-produtturi. Li jkun hekk rekwiżit biex anki d-destinazzjoni tal-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut tiżdied mal-informazzjoni huwa kważi impossibbli għall-produtturi ż-żgħar għax huma jiddependu fuq l-intermedjarji. F'kwalunkwe każ, is-suq tal-prodotti intenzjonat huwa importanti biex jitnaqqas il-kummerċ illegali imma l-istabbiliment preċiż tal-bejgħ bl-imnut jidher irrelevanti. Barra minn hekk, il-kliem oriġinali jmur lil hinn minn dak li kien hemm qbil dwaru fil-qafas tal-Konvenzjoni ta' Qafas dwar il-Kontroll tat-Tabakk.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Barra l-identifikatur uniku, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-pakketti kollha individwali tal-prodotti tat-tabakk li jitqiegħdu fis-suq ikollhom karatteristika viżibbli tas-sigurtà li ma tistax tintbagħbas b’ħxuna ta' mill-inqas 1 cm², li għandha tkun stampata jew imwaħħla b’tali mod li ma tinqalax, ma tistax titħassar u bl-ebda mod tiġi moħbija jew interrotta b’xi mod, inkluż permezz tal-bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew elementi oħra stipulati bil-liġi.

8. Barra l-identifikatur imsemmi fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-pakketti kollha individwali tal-prodotti tat-tabakk li jitqiegħdu fis-suq ikollhom karatteristika viżibbli tas-sigurtà li ma tistax tintbagħbas b’ħxuna ta' mill-inqas 1 cm², li għandha tkun stampata jew imwaħħla b’tali mod li ma tinqalax, ma tistax titħassar u bl-ebda mod tiġi moħbija jew interrotta b’xi mod, inkluż permezz tal-bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew elementi oħra stipulati bil-liġi.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10. Prodotti tat-tabakk minbarra s-sigarretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sat-8 għall-perjodu ta’ (5) ħames snin wara d-data msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 25.

10. Prodotti tat-tabakk minbarra s-sigarretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sat-8 għall-perjodu ta’ (10) għaxar snin wara d-data msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 25.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tat-tabakk għall-użu orali, mingħajr ħsara għall-Artikolu 151 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja.

L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq tat-tabakk għall-użu orali, mingħajr ħsara għall-Artikolu 151 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja. Din il-projbizzjoni għandha, madankollu, ma taffettwax il-prodotti tat-tabakk tradizzjonali għall-użu orali, li jistgħu ikunu permessi minn Stati Membri individwali.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Notifika tal-prodotti ġodda tat-tabakk

Approvazzjoni tas-suq għall-prodotti ġodda tat-tabakk u prodotti inqas perikolużi u notifika tagħhom

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bi kwalunkwe prodotti ġodda tat-tabakk li beħsiebhom iqegħdu fis-swieq tal-Istati Membri kkonċernati. In-notifika għandha tkun sottomessa f’forma elettronika sitt xhur qabel it-tqegħid maħsub fis-suq u għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni dettaljata tal-prodott in kwistjoni kif ukoll informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-emissjonijiet skont l-Artikolu 5. Il-manifatturi u l-importaturi li jinnotifikaw prodotti ġodda tat-tabakk għandhom ukoll jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati bi:

1. L-Istati Membri għandhom jaħdmu fuq sistema ta' approvazzjoni tas-suq għal prodotti tat-tabakk b'riskju aktar baxx li għandha ssir bi spiża raġonevoli. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bi kwalunkwe prodott ġdid tat-tabakk u għall-prodotti kollha tat-tabakk b'riskju aktar baxx li beħsiebhom iqiegħdu fis-swieq tal-Istati Membri kkonċernati permezz ta' applikazzjoni. Din l-applikazzjoni għandha tkun sottomessa f’forma elettronika sitt xhur qabel it-tqegħid maħsub fis-suq u għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni dettaljata tal-prodott in kwistjoni, it-tikkettar propost kollu, kundizzjonijiet tal-użu, kompożizzjoni tal-prodott, proċessi tal-manifattura u tal-kontroll kif ukoll informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-emissjonijiet skont l-Artikolu 5. Il-manifatturi u l-importaturi li japplikaw għal awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni għal prodotti tat-tabakk b'riskju aktar baxx għandhom ukoll jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti in kwistjoni bi:

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-istudji xjentifiċi disponibbli dwar it-tossiċità, l-effett tad-dipendenza u l-attrazzjoni tal-prodott, b’mod partikolari fir-rigward tal-ingredjenti u l-emissjonijiet tiegħu;

(a) l-istudji xjentifiċi relevanti dwar it-tossiċità tal-prodott, b’mod partikolari fir-rigward tal-ingredjenti u l-emissjonijiet tiegħu;

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-istudji disponibbli u r-riċerka dwar is-suq fuq preferenzi ta’ diversi gruppi tal-konsumaturi, inklużi ż-żgħażagħ u

(b) l-istudji disponibbli u r-riċerka dwar is-suq fuq il-perċezzjoni u l-użu tal-prodott inkluż it-tikkettar mill-konsumaturi kif ukoll dwar il-preferenzi ta’ diversi gruppi tal-konsumaturi, speċjalment iż-żgħażagħ u

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinformaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’xi tagħrif ġdid jew aġġornat imsemmi fil-punti (a) sa (c) fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jeħtieġu mill-manifatturi jew l-importaturi tat-tabakk li jwettqu testijiet addizzjonali jew jissottomettu informazzjoni addizzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li jirċievu skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jintroduċu sistema ta’ awtorizzazzjoni u jitolbu ħlas proporzjonat.

2. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinformaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’xi tagħrif ġdid jew aġġornat imsemmi fil-punti (a) sa (c) fil-paragrafu 1.

Il-proċedura l-ġdida tal-awtorizzazzjoni tas-suq fl-Istat Membru għandha tistipula dan li ġej:

1. valutazzjoni xjentifika tar-riskji,

2. standards empiriċi rigward l-evidenza tar-riskji għas-saħħa,

3. tnaqqis tas-sustanzi dannużi fid-duħħan,

4. konformità mad-dispożizzjonijiet tal-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1,

5. sorveljanza ta' wara l-kummerċjalizzazzjoni.

Ir-rekwiżiti fir-rigward tat-tikkettar, it-twissijiet tas-saħħa bil-miktub, id-deskrizzjoni tal-prodotti, il-kejl, inklużi l-metodi biex jitkejlu l-ammonti ta' qatran, nikotina u monossidu tal-karbonju, kif ukoll l-ingredjenti addizzjonali użati fil-prodotti tat-tabakk b'riskju mnaqqas, għandhom ukoll jiġu inklużi fost il-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni tas-suq fl-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jeħtieġu mill-manifatturi jew l-importaturi tat-tabakk li jwettqu testijiet addizzjonali jew jissottomettu informazzjoni addizzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li jirċievu skont dan l-Artikolu u jinnotifikawha dwar il-proċedura tal-awtorizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Dawn l-emendi jiffaċilitaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tat-tabakk li huma inqas perikolużi mill-prodotti tat-tabakk konvenzjonali u l-għoti ta' informazzjoni rigward il-benefiċċji tagħhom, sakemm dan jiġi awtorizzat mill-gvernijiet tal-Istati Membri.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Prodotti ġodda tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet applikabbli jiddependu fuq jekk il-prodotti jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ prodott tat-tabakk li ma jdaħħanx fil-punt (29) tal-Artikolu 2 jew tabakk għat-tipjip fil-punt (33) tal-Artikolu 2.

3. Prodotti tat-tabakk b'riskju aktar baxx imqiegħda fis-suq għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva. Minħabba l-proprjetajiet varji li jnaqqsu r-riskji ta' dawn il-prodotti tat-tabakk, huwa neċessarju li jiġu aġġustati kif inhu xieraq il-metodi tal-kejl imsemmija fl-Artikolu 4, ir-regolazzjoni tal-kontenut imsemmija fl-Artikolu 6 u t-tikkettar u l-ippakkjar imsemmija fl-Artikoli 7, 8, 9, 10, 12 u 13. Id-dispożizzjonijiet applikabbli jiddependu fuq jekk il-prodotti jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ prodott tat-tabakk li ma jdaħħanx fil-punt (29) tal-Artikolu 2 jew tabakk għat-tipjip fil-punt (33) tal-Artikolu 2.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Titolu III, titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

PRODOTTI MHUX TAT-TABAKK

imħassar

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18

Prodotti li fihom in-nikotina

imħassar

1. Il-prodotti li ġejjin li fihom in-nikotina jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2001/83/KE:

(a) prodotti b’livell ta’ nikotina ogħla minn 2 mg għal kull unità, jew

(b) prodotti b’konċentrazzjoni ta’ nikotina aktar minn 4 mg għal kull ml, jew

(c) prodotti li l-użu maħsub tagħhom jirriżulta f’konċentrazzjoni plażma bl-ogħla massimu medju li jaqbeż 4 ng ta’ nikotina għal kull ml.

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex taġġorna l-kwantitajiet tan-nikotina stipulati fil-paragrafu 1 filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija lil prodotti li fihom in-nikotina skont id-Direttiva 2001/83/KE.

3. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar ta’ prodotti li fihom in-nikotina taħt il-limiti bażiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja :

Dan il-prodott fih in-nikotina u jista’ joħloq ħsara għal saħħtek.

4. It-twissija tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 3 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10(4). Barra minn hekk, għandha:

(a) tiġi stampata fuq l-akbar żewġ uċuħ tal-pakkett individwali, u kull ippakkjar estern;

(b) tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi mal-pakket individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta r-rekwiżiti fil-paragrafi 3 u 4 filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq u biex tadotta u tadatta l-pożizzjoni, il-format, il-layout, id-disinn u r-rotazzjoni tat-twissijiet tas-saħħa.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(3), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(3), 13(4), 14(9), 18(2) u 18(5) għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jj daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

2. Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 6(9) u 14(9) għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jj daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(3), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(3), 13(4), 14(9), 18(2) u 18(5) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija tiddekorri mill-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fih. Hija ma għandha taffetwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

3. Id-delegazzjoni tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(9) u 14(9) tista' tkun irrevokata f'kull mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija tiddekorri mill-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iżjed tard speċifikata fih. Hija ma għandha taffetwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att delegat skont l-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(3), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(3), 13(4), 14(9), 18(2) u 18(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel jispiċċa dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu għandu jiġi prorogat b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat skont l-Artikoli 6(9) u 14(9) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel jispiċċa dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu għandu jiġi prorogat b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Ara "ġustifikazzjoni qasira"

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux aktar tard minn ħames snin mid-data speċifikata fl-Artikolu 25 paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Mhux aktar tard minn tliet snin mid-data speċifikata fl-Artikolu 25 paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Qabel il-pubblikazzjoni ta' dan ir-rapport, akkumpanjat minn proposti ta' emenda eventwali tad-direttiva preżenti, il-Kummissjoni ma tistax tuża s-setgħat li ngħatawlha minn din ħlief f'każ ta' adattament tad-direttiva għal evidenzi xjentifiċi ġodda.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu evitati bidliet leġiżlattivi ta' spiss wisq, li jġiegħlu lill-Istati jadattaw kontinwament il-leġiżlazzjoni tagħhom, il-Kummissjoni hija meħtieġa ma tużax is-setgħat li ngħatawlha ħlief għal każijiet ta' bżonn assolut, appoġġjati minn provi xjentifiċi evidenti.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Madankollu, Stat Membru jista’ jżomm dispożizzjonijiet nazzjonali aktar stretti, applikabbli għall-prodotti kollha bl-istess mod, f’oqsma koperti bid-Direttiva, fuq bażi tal-ħtiġijiet urġenti dwar il-ħarsien tas-saħħa pubblika. Stat Membru jista’ wkoll jintroduċi dispożizzjonijiet iktar stretti, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni speċifika ta’ dan l-Istat Membru u bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati għall-ħtieġa li titħares is-saħħa pubblika. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet għaż-żamma jew l-introduzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur mid-data li tirċievi n-notifika, tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet wara li tkun ivverifikat, filwaqt li ħadet inkonsiderazzjoni l-livell għoli tal-ħarsien tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva, jekk humiex ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati jew le għall-għan tagħhom u jekk humiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perijodu, id-disposizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu meqjusa bħala approvati.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex teffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu, skont it-Trattat, regoli aktar iebsa dwar il-manufattura, l-importazzjoni, il-bejgħ u l-konsum ta' prodotti tat-tabakk li huma jqiesu meħtieġa biex titħares is-saħħa pubblika, sakemm dawk ir-regoli jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu, skont it-Trattat, dispożizzjonijiet nazzjonali dwar aspetti mhux regolati b’din id-Direttiva. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu ġustifikati minn raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku u jkunu meħtieġa u proporzjonati għall-għan tagħhom. Dawn ma għandhomx ikunu mezz ta' diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u ma għandhomx jipperikolaw l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva.

imħassar

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) prodotti tat-tabakk;

(a) sigaretti u tabakk tal-brim;

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) prodotti li fihom nikotina taħt il-limitu stabbilit fl-Artikolu 18(1);

imħassar

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 - paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prodotti tat-tabakk għajr is-sigaretti u s-sigaretti tal-brim, li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva, jitqiegħdu fis-suq sa [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data eżatta: dħul fis-seħħ + 42 xahar]:

PROĊEDURA

Taqsima

Approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati

Referenzi

COM(2012)0788 – C7-0420/2012 – 2012/0366(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.1.2013

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

15.1.2013

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Robert Goebbels

6.3.2013

Eżami fil-kumitat

25.4.2013

Data tal-adozzjoni

20.6.2013

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

10

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Fabrizio Bertot, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Vicky Ford, Adam Gierek, Robert Goebbels, Fiona Hall, Jacky Hénin, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Judith A. Merkies, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Jens Rohde, Paul Rübig, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Ioannis A. Tsoukalas, Niki Tzavela, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Ioan Enciu, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Cristina Gutiérrez-Cortines, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Gunnar Hökmark, Bernd Lange

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Jerzy Buzek, Bas Eickhout, Philippe Lamberts

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (20.6.2013)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati
(COM(2012)0788 – C7‑0420/2013 – 2012/0366(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Małgorzata Handzlik

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Id-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk (2001/37/KE) ġiet adottata fl-2001 u kellha l-għan li tirregola s-sigaretti u prodotti oħra tat-tabakk u li tikkontribwixxi għat-tnaqqis fin-numru ta' pejjiepa fl-Unjoni Ewropea. L-oqsma ewlenin irregolati huma t-twissijiet tas-saħħa, il-miżuri rigward l-ingredjenti u d-deskrizzjonijiet tal-prodotti tat-tabakk, il-qatran, in-nikotina u l-kontenut tal-monossidu tal-karbonju massimi tas-sigaretti. Madankollu, l-iżviluppi fix-xjenza u s-suq osservati matul dawn l-aħħar għaxar snin mill-adozzjoni ta' din id-Direttiva jeħtieġu l-aġġornament tagħha. Barra minn hekk, minħabba l-livelli diverġenti tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri, huwa essenzjali li din id-Direttiva tiġi aġġornata sabiex jiġi żgurat il-funzjonament mingħajr xkiel tas-suq intern.

Ir-Rapporteur tilqa' l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea u tappoġġja l-objettivi globali tagħha, jiġifieri l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri f'oqsma bħat-tikkettar u l-ippakkjar, l-ingredjenti, eċċ. sabiex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tas-suq intern għat-tabakk u prodotti relatati, billi jittieħed bħala bażi l-livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa.

Għalhekk, ir-Rapporteur tappoġġja l-armonizzazzjoni tal-ippakkjar fis-suq intern għax attwalment l-Istati Membri ma jistgħux jadattaw il-leġiżlazzjoni tagħhom b'mod effettiv għal żviluppi ġodda. Għalhekk, għandhom jiġu previsti twissijiet akbar tas-saħħa meta mqabbla mad-Direttiva attwali.

Filwaqt li r-Rapporteur tappoġġja ferm wieħed mill-għanijiet tal-proposta tal-Kummissjoni, li huwa li tiġi żgurata l-protezzjoni tas-saħħa, hija tipproponi ċerti emendi sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern. Ir-Rapporteur tintroduċi n-nozzjoni ta' "addittivi essenzjali" u tiċċara d-dispożizzjoni dwar il-possibilità li jintużaw dawn l-addittivi fil-każ li jkunu neċessarji għall-proċess tal-manifattura. Mingħajr din il-kjarifika, il-produtturi Ewropej jistgħu jinżammu milli jipproduċu prodotti tat-tabakk bħala tali, minħabba l-fatt li l-Kummissjoni pprevediet projbizzjoni globali tal-addittivi b'togħma karatterizzanti anki jekk tali addittivi jkunu bżonjużi għall-proċess tal-manifattura. Barra minn hekk, ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li m'għandu jkun hemm l-ebda eżenzjoni mir-regolamentazzjoni tal-ingredjenti għal ċerti prodotti tat-tabakk. Sabiex jiġi żgurat it-trattament uniformi tal-prodotti kollha tat-tabakk u tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq, ċerti prodotti tat-tabakk m'għandhomx jiġu ppreferuti fuq oħrajn.

M'hemm l-ebda evidenza konvinċenti li d-dijametru ta' sigarett innifsu, irrispettivament mir-reklamar speċifiku għas-sigaretti ta' ċertu dijametru, huwa fattur deċiżiv biex wieħed jibda jpejjep ta' età bikrija. Ir-Rapporteur, għalhekk, tipproponi li jiġi rregolat id-daqs minimu tas-sigaretti. Ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li l-konsumaturi għandu jkollhom il-possibilità li jagħmlu għażliet infurmati. Għalhekk, mingħajr ma jitqies id-daqs tas-sigarett, il-prodott għandu jiġi ppakkjat b'mod armonizzat, bi twissijiet f'forma ta' test u stampi li jinfurmaw għalkollox dwar il-konsegwenzi negattivi għas-saħħa jekk jintużaw prodotti tat-tabakk. Ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li l-miżura biex jiġu introdotti l-limiti fir-rigward tad-dijametru tas-sigaretti mhijiex proporzjonata u li l-objettiv li jiġu evitati kunċetti li jqarrqu jintlaħaq aħjar permezz ta' informazzjoni xierqa inklużi t-twissijiet f'forma ta' test u stampi fuq il-pakketti.

Billi 70 % tal-pejjiepa jibdew qabel l-età ta' 18-il sena, il-fokus ewlieni tal-proposta huwa li tillimita l-aċċess tal-prodotti tat-tabakk għat-tfal u ż-żgħażagħ. Ir-Rapporteur hija tal-fehma li l-bejgħ transkonfinali mill-bogħod tal-prodotti tat-tabakk m'għandux ikun permess għax m'hemm l-ebda possibilità li wieħed jivverifika b'mod effettiv l-età ta' bejjiegħ potenzjali. Għalhekk, hemm il-periklu kostanti li prodott tat-tabakk seta' nxtara minn persuna taħt l-età.

Prodotti li fihom in-nikotina, bħal pereżempju sigaretti elettroniċi, fihom sustanzi kimiċi tossiċi u komponenti speċifiċi għat-tabakk meqjusa li huma ta' periklu għall-konsumaturi. Barra minn hekk, analiżi fil-qasam tal-cartridges tas-sigaretti elettroniċi mmarkati bħala prodotti li ma fihom ebda nikotina, f'ħafna każijiet fihom fil-fatt livelli baxxi ta' nikotina. Għal dik ir-raġuni, il-prodotti kollha li fihom in-nikotina għandhom ikunu suġġetti għal kontroll. Inkella, prodotti b'livelli ta' konċentrazzjoni ta' nikotina preċiż taħt il-limitu propost jistgħu jidħlu fis-suq mingħajr xi awtorizzazzjoni. Kif jidher hawn fuq, mhux konċentrazzjoni ta' nikotina biss hija relevanti, imma wkoll it-taħlita tas-sustanzi kollha bħala tali. Il-konsumaturi indikaw ukoll li huma jużaw prinċipalment is-sigaretti elettroniċi biex jieqfu jpejpu, li jissuġġerixxi li sigarett elettroniku huwa meqjus bħala prodott mediċinali. Ir-Rapporteur tipproponi għalhekk li jiġu awtorizzati l-prodotti kollha li fihom in-nikotina bi qbil mad-Direttiva dwar il-Kodiċi tal-Komunità relatata mal-prodotti mediċinali għall-użu tal-bnedmin (2001/83/KE).

Ladarba ċerti swieq jistgħu jiġu affettwati mid-Direttiva proposta aktar minn oħrajn, ir-Rapporteur hija tal-opinjoni li huwa neċessarju li jiġi introdott perjodu tranżitorju itwal għall-prodotti tat-tabakk, il-prodotti li fihom in-nikotina u l-prodotti erbali għat-tipjip.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda                     1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 114 u 168 tiegħu,

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Skont l-Artikolu 114(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: "it-Trattat"), għandu jittieħed bħala bażi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li jitqies, b'mod partikolari, kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Il-prodotti tat-tabakk mhumiex komoditajiet ordinarji u minħabba l-effetti partikolarment dannużi tat-tabakk, il-protezzjoni tas-saħħa għandha tingħata importanza kbira, b’mod partikolari, biex titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ.

(8) Skont l-Artikolu 114(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem: "it-Trattat"), għandu jittieħed bħala bażi livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li jitqies, b'mod partikolari, kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Il-prodotti tat-tabakk mhumiex komoditajiet ordinarji u minħabba l-effetti partikolarment dannużi tat-tabakk, il-protezzjoni tas-saħħa għandha tingħata importanza kbira, b’mod partikolari, biex titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ. Għal dak il-għan, huwa wkoll essenzjali li jkomplu jsiru kampanji u programmi ta' edukazzjoni, ta' informazzjoni u ta' prevenzjoni biex tingħata għajnuna liċ-ċittadini li jixtiequ jieqfu jpejpu.

Ġustifikazzjoni

L-objettivi għall-waqfien jew it-tnaqqis tal-użu tat-tabakk jistgħu jintlaħqu biss permezz ta' edukazzjoni pubblika u kampanji tal-informazzjoni u azzjonijiet li jgħinu lin-nies biex jieqfu jpejpu. Din id-direttiva tipprovdi mezzi addizzjonali biex jintlaħqu dawn l-objettivi.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fir-rigward tal-iffissar tal-kontenut massimu, jista’ jkun meħtieġ u xieraq li aktar tard jiġi adattat il-kontenut stabbilit jew li jiġu ffissati l-livelli limiti massimi għall-emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu t-tossiċità jew l-effett ta' dipendenza tagħhom.

(11) Fir-rigward tal-iffissar tal-kontenut massimu, jista’ jkun meħtieġ u xieraq li aktar tard jiġi adattat il-kontenut stabbilit jew li jiġu ffissati l-livelli limiti massimi għall-emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-iżvilupp xjentifiku u l-istandards miftiehma internazzjonalment biex jivvalutaw it-tossiċità jew l-effett ta' dipendenza tagħhom.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex jeżerċitaw il-funzjoni regolatorja tagħhom, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jirrikjedu informazzjoni komprensiva dwar l-ingredjenti u l-emissjonijiet sabiex jivvalutaw l-attrazzjoni, l-effett ta' dipendenza u t-tossiċità ta' prodotti tat-tabakk u r-riskji għas-saħħa assoċjati mal-konsum ta' tali prodotti. Għal dan il-għan, l-obbligi tar-rappurtar eżistenti għall-ingredjenti u l-emissjonijiet għandhom jiġu rinfurzati. Dan huwa konsistenti mal-obbligu impost fuq l-Unjoni biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem.

(12) Sabiex jeżerċitaw il-funzjoni regolatorja tagħhom, l-Istati Membri u l-Kummissjoni jirrikjedu informazzjoni komprensiva dwar l-ingredjenti u l-emissjonijiet sabiex jivvalutaw l-attrazzjoni, l-effett ta' dipendenza u t-tossiċità ta' prodotti tat-tabakk u r-riskji għas-saħħa assoċjati mal-konsum ta' tali prodotti. Għal dan il-għan, l-obbligi tar-rappurtar eżistenti għall-ingredjenti u l-emissjonijiet għandhom jiġu rinfurzati, imma m'għandhomx jikkostitwixxu piż mhux neċessarju u sproporzjonat b'mod partikolari fuq l-impriżi ta' daqs żgħir u medju. Dan huwa konsistenti mal-obbligu impost fuq l-Unjoni biex jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għas-saħħa tal-bniedem.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li jissaħħu l-obbligi tar-rappurtar; madankollu m'għandhomx sempliċement jipprovdu informazzjoni komprensiva lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni u m'għandhomx joħolqu piż mhux neċessarju għall-kumpaniji, partikolarment għall-SMEs.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-użu attwali ta’ formati differenti ta' rappurtar jagħmilha diffiċli għall-manifatturi u l-importaturi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' rappurtar u huwa ta' piż għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex iqabblu, janalizzaw u jfasslu l-konklużjonijiet mill-informazzjoni li jkunu rċevew. F’dan id-dawl għandu jkun hemm format obbligatorju komuni għar-rappurtar tal-ingredjenti u l-emissjonijiet. L-akbar trasparenza possibbli dwar l-informazzjoni tal-prodott għandha tiġi żgurata għall-pubbliku ġenerali, filwaqt li jiġi żgurat li jitqiesu kif xieraq id-drittijiet kummerċjali u ta' proprjetà intelletwali tal-manufatturi tal-prodotti tat-tabakk.

(13) L-użu attwali ta’ formati differenti ta' rappurtar jagħmilha diffiċli għall-manifatturi u l-importaturi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' rappurtar u huwa ta' piż għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex iqabblu, janalizzaw u jfasslu l-konklużjonijiet mill-informazzjoni li jkunu rċevew. F’dan id-dawl għandu jkun hemm format obbligatorju komuni għar-rappurtar tal-ingredjenti u l-emissjonijiet. L-akbar trasparenza possibbli dwar l-informazzjoni tal-prodott għandha tiġi żgurata għall-pubbliku ġenerali, filwaqt li jiġi żgurat li jitqiesu kif xieraq id-drittijiet kummerċjali u ta' proprjetà intellettwali tal-manufatturi tal-prodotti tat-tabakk, b'mod partikolari tal-impriżi ta' daqs żgħir u medju.

Ġustifikazzjoni

Il-format elettroniku komuni għall-Istati Membri kollha jħaffef l-obbligi tar-rappurtar. Dan għandu jkun ta' vantaġġ għall-SMEs.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) In-nuqqas ta’ approċċ armonizzat fuq ir-regolamentazzjoni tal-ingredjenti jaffettwa t-tħaddim tas-suq intern u għandu impatt fuq il-moviment liberu tal-prodotti mal-UE kollha. Ċerti Stati Membri adottaw leġiżlazzjoni jew daħlu fi ftehimiet vinkolanti mal-industrija li jippermettu jew jipprojbixxu ċerti ingredjenti. Bħala riżultat, xi ingredjenti huma rregolati f'xi Stati Membri, iżda mhux f'oħrajn. L-Istati Membri qegħdin ukoll jieħdu approċċi differenti fir-rigward tal-addittivi integrati fil-filtru tas-sigarretti kif ukoll tal-addittivi koloranti tad-duħħan tat-tabakk. Mingħajr armonizzazzjoni, l-ostakli fis-suq intern huma mistennija li jiżdiedu fis-snin li ġejjin meta titqies l-implimentazzjoni tal-FCTC u l-linji gwida tagħha u meta titqies l-esperjenza miksuba f’ġurisdizzjonijiet oħra barra l-Unjoni. Il-linji gwida dwar l-Artikoli 9 u 10 tal-FCTC jitolbu partikolarment it-tneħħija tal-ingredjenti li jżidu l-palat, joħolqu l-impressjoni li prodotti tat-tabakk għandhom benefiċċji għas-saħħa, huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità jew ikollhom proprjetajiet koloranti.

(14) In-nuqqas ta’ approċċ armonizzat fuq ir-regolamentazzjoni tal-ingredjenti jaffettwa t-tħaddim tas-suq intern u għandu impatt fuq il-moviment liberu tal-prodotti mal-UE kollha. Ċerti Stati Membri adottaw leġiżlazzjoni jew daħlu fi ftehimiet vinkolanti mal-industrija li jippermettu jew jipprojbixxu ċerti ingredjenti. Bħala riżultat, xi ingredjenti huma rregolati f'xi Stati Membri, iżda mhux f'oħrajn. L-Istati Membri qegħdin ukoll jieħdu approċċi differenti fir-rigward tal-addittivi integrati fil-filtru tas-sigarretti kif ukoll tal-addittivi koloranti tad-duħħan tat-tabakk. Mingħajr armonizzazzjoni, l-ostakli fis-suq intern huma mistennija li jiżdiedu fis-snin li ġejjin meta titqies l-implimentazzjoni tal-FCTC u l-linji gwida tagħha u meta titqies l-esperjenza miksuba f’ġurisdizzjonijiet oħra barra l-Unjoni. Il-linji gwida dwar l-Artikoli 9 u 10 tal-FCTC jitolbu partikolarment it-tneħħija tal-ingredjenti li jżidu l-palat, joħolqu l-impressjoni li prodotti tat-tabakk għandhom benefiċċji għas-saħħa, huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità jew ikollhom proprjetajiet koloranti. Għandhom jitneħħew ukoll l-ingredjenti li jżidu d-dipendenza u t-tossiċità.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-probabbiltà tar-regolamentazzjoni diverġenti qed tiżdied aktar minħabba t-tħassib dwar il-prodotti tat-tabakk, inklużi l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux, li jkollhom togħma karatterizzanti oħra għajr it-tabakk, li jistgħu jiffaċilitaw il-bidu tal-konsum tat-tabakk jew jaffettwaw ix-xejriet tal-konsum. Pereżempju, f’ħafna pajjiżi, il-bejgħ ta' prodotti mentolati żdied gradwalment anki jekk il-prevalenza tat-tipjip naqset b'mod ġenerali. Għadd ta' studji indikaw li l-prodotti tat-tabakk mentolati jistgħu jiffaċilitaw l-inalazzjoni kif ukoll il-bidu tat-tipjip fost iż-żagħżagħ. Għandhom jiġu evitati l-miżuri li jintroduċu differenzi mhux ġustifikati tat-trattament bejn is-sigarretti mħawra (eż. is-sigarretti bil-mentol u bl-imsiemer tal-qronfol).

(15) Il-probabbiltà tar-regolamentazzjoni diverġenti qed tiżdied aktar minħabba t-tħassib dwar il-prodotti tat-tabakk, inklużi l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux, li jkollhom togħma karatterizzanti oħra għajr it-tabakk u l-mentol, li jistgħu jiffaċilitaw il-bidu tal-konsum tat-tabakk jew jaffettwaw ix-xejriet tal-konsum. Il-Kummissjoni hija mħeġġa tagħmel studju xjentifiku tal-influwenza reali ta' dawn il-prodotti fuq il-bidu tat-tipjip.

Ġustifikazzjoni

Il-mentol ilu jintuża fil-prodotti tradizzjonali tat-tabakk sa mis-snin għoxrin. M'hemmx evidenza biżżejjed li l-mentol għandu influwenza ħażina fuq id-drawwa tat-tipjip fost iż-żgħażagħ.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-projbizzjoni tal-prodotti tat-tabakk b'togħmiet karatterizzanti ma tipprojbixxix għal kollox l-użu ta' addittivi individwali, iżda tobbliga lill-manifatturi biex inaqqsu l-addittiv jew it-taħlita ta' addittivi sal-punt li l-addittivi ma jibqgħux jirriżultaw f'togħma karatterizzanti. L-użu ta' addittivi meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk għandu jitħalla, sakemm dawn ma jirriżultawx f'togħma karatterizzanti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni dwar it-togħmiet karatterizzanti. Għandhom jintużaw bordijiet indipendenti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni biex jassistu fit-tali teħid ta’ deċiżjonijiet. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandhiex tiddiskrimina bejn il-varjetajiet tat-tabakk differenti.

(16) Il-projbizzjoni tal-prodotti tat-tabakk b'togħmiet karatterizzanti ma tipprojbixxix għalkollox l-użu ta' addittivi individwali, iżda tobbliga lill-manifatturi biex inaqqsu l-addittiv jew it-taħlita ta' addittivi sal-punt li l-addittivi ma jibqgħux jirriżultaw f'togħma karatterizzanti. L-użu ta' addittivi li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk għandu jkun permess. Il-Kummissjoni għandha tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni dwar it-togħmiet karatterizzanti. Għandhom isiru eżenzjonijiet għas-sigarretti tal-mentol għax huma meqjusa bħala prodotti tradizzjonali tat-tabakk b'togħma u m'għandhomx jiġu kklassifikati mal-prodotti l-oħrajn tat-tabakk b'togħma. Għandhom jintużaw bordijiet indipendenti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni biex jassistu fit-tali teħid ta’ deċiżjonijiet. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandhiex tiddiskrimina bejn il-varjetajiet tat-tabakk differenti.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Meta wieħed jikkunsidra l-fokus tad-Direttiva fuq iż-żgħażagħ, il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk li ma jdaħħanx li prinċipalment jiġu kkunsmati minn konsumaturi ta' età akbar, għandhom jingħataw eżenzjoni mir-rekwiżiti ta' ċerti ingredjenti sakemm ma jkunx hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi f'termini ta' volumi ta' bejgħ jew xejriet tal-konsum fir-rigward taż-żgħażagħ.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Mill-perspettiva tas-suq intern, ċerti prodotti tat-tabakk m'għandhomx ikunu ppreferuti fuq oħrajn.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Jeħtieġ ukoll li d-dispożizzjonijiet tal-ittikkettjar jiġu adattati għall-evidenza xjentifika ġdida. Pereżempju l-indikazzjoni tal-kontenut għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju fuq il-pakketti tas-sigarretti rriżultat li hija qarrieqa billi twassal biex il-konsumaturi jemmnu li ċerti sigarretti huma anqas ta' ħsara minn oħrajn. L-evidenza tissuġġerixxi wkoll li t-twissijiet tas-saħħa kkombinati ta' daqs kbir huma aktar effettivi mit-twissijiet bil-miktub biss. F'dan id-dawl, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati għandhom isiru obbligatorji fl-Unjoni kollha u jkopru partijiet sinifikanti u viżibbli tal-wiċċ tal-pakkett. Għandu jiġi stabbilit daqs minimu għat-twissijiet tas-saħħa kollha biex jiġu żgurati l-viżibbiltà u l-effettività tagħhom.

(22) Jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet tal-ittikkettjar jiġu adattati sabiex ma jqarrqux bil-konsumaturi. L-indikazzjoni tal-kontenut għall-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju fuq il-pakketti tas-sigarretti taf tinqara b'mod żbaljat mill-konsumaturi billi ta' spiss twassal biex il-konsumaturi jemmnu li ċerti sigarretti huma anqas ta' ħsara minn oħrajn. L-evidenza tissuġġerixxi wkoll li t-twissijiet tas-saħħa kkombinati ta' daqs kbir huma aktar effettivi mit-twissijiet bil-miktub biss. F'dan id-dawl, it-twissijiet tas-saħħa kkombinati għandhom isiru obbligatorji fl-Unjoni kollha u jkopru partijiet sinifikanti u viżibbli tal-wiċċ tal-pakkett. Għandu jiġi stabbilit daqs minimu għat-twissijiet tas-saħħa kollha biex jiġu żgurati l-viżibbiltà u l-effettività tagħhom.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa u tiġi mmassimizzata l-effikaċja tagħhom, għandhom isiru dispożizzjonijiet rigward id-daqs tat-twissijiet kif ukoll rigward ċerti aspetti tad-dehra tal-pakkett tat-tabakk, inkluż il-mekkaniżmu tal-ftuħ. Il-pakkett u l-prodotti jistgħu jqarrqu lill-konsumaturi, b'mod partikolari liż-żgħażagħ, billi jissuġġerixxu li l-prodotti huma anqas ta' ħsara. Pereżempju, dan huwa l-każ b'ċerti testi jew karatteristiċi, bħalma huma "qatran baxx", "ħfief", "ħfief ħafna", "mhux qawwija" "naturali", "organiċi", "mingħajr addittivi", "mingħajr aromi", “irqaq” ismijiet, stampi, u sinjali ta' figuri jew oħrajn. Bl-istess mod, id-daqs u d-dehra tas-sigarretti individwali jista’ jqarraq lill-konsumaturi billi joħloq l-impressjoni lu huma ta’ anqas ħsara. Studju riċenti wera wkoll li dawk li jpejpu sigarretti rqaq kienu aktar probabbli li jemmnu li l-marka tagħhom stess tista’ tkun ta’ anqas ħsara. Dan għandu jiġi indirizzat.

(23) Sabiex jiġu żgurati l-integrità u l-viżibbiltà tat-twissijiet tas-saħħa u tiġi mmassimizzata l-effikaċja tagħhom, għandhom isiru dispożizzjonijiet rigward id-daqs tat-twissijiet kif ukoll rigward ċerti aspetti tad-dehra tal-pakkett tat-tabakk, inkluż il-mekkaniżmu tal-ftuħ. Il-pakkett u l-prodotti jistgħu jqarrqu bil-konsumaturi, b'mod partikolari biż-żgħażagħ, billi jissuġġerixxu li l-prodotti huma anqas ta' ħsara. Pereżempju, dan huwa l-każ b'ċerti testi jew karatteristiċi mqiegħda fuq il-pakketti, bħalma huma "qatran baxx", "ħfief", "ħfief ħafna", "mhux qawwija" "naturali", "organiċi", "mingħajr addittivi", "mingħajr aromi", “irqaq” ismijiet, stampi, u sinjali ta' figuri jew oħrajn. Dan għandu jiġi indirizzat billi jiġi definit liema test jista' jitqiegħed fuq il-pakkett.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emenda għall-Artikolu 12 tad-Direttiva proposta.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Qed jitqiegħdu fis-suq volumi konsiderevoli ta' prodotti illegali, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2001/37/KE, u l-indikazzjonijiet huma li dawn il-volumi jistgħu jiżdiedu. Dawn il-prodotti jimminaw iċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti konformi u l-protezzjoni prevista mil-leġiżlazzjonijiet dwar il-kontroll tat-tabakk. Barra minn hekk, l-FCTC tobbliga lill-Unjoni biex tiġġieled kontra l-prodotti illeċiti, bħala parti minn politika komprensiva għall-kontroll tat-tabakk. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni biex il-pakketti bil-wieħed ta’ prodotti tat-tabakk ikunu mmarkati b'mod uniku u sikur u l-movimenti tagħhom ikunu rreġistrati sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jiġu traċċati u rintraċċati fl-Unjoni u l-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva tkun tista' tiġi mmonitorjata u infurzata aħjar. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-introduzzjoni ta' karatteristiċi ta' sigurtà li se jiffaċilitaw il-verifika dwar jekk il-prodotti humiex awtentiċi.

(26) Qed jitqiegħdu fis-suq volumi konsiderevoli ta' prodotti illegali, li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 2001/37/KE, u l-indikazzjonijiet huma li dawn il-volumi jistgħu jiżdiedu. Dawn il-prodotti jimminaw iċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti konformi u l-protezzjoni prevista mil-leġiżlazzjonijiet dwar il-kontroll tat-tabakk. Barra minn hekk, l-FCTC tobbliga lill-Unjoni biex tiġġieled kontra l-prodotti illeċiti, bħala parti minn politika komprensiva għall-kontroll tat-tabakk. Għalhekk, għandha ssir dispożizzjoni biex il-pakketti bil-wieħed u l-ippakkjar minn barra ta’ prodotti tat-tabakk ikunu mmarkati b'mod uniku u sikur u l-movimenti tagħhom ikunu rreġistrati sabiex dawn il-prodotti jkunu jistgħu jiġu traċċati u rintraċċati fl-Unjoni u l-konformità tagħhom ma' din id-Direttiva tkun tista' tiġi mmonitorjata u infurzata aħjar. Barra minn hekk, għandha ssir dispożizzjoni għall-introduzzjoni ta' karatteristiċi ta' sigurtà li se jiffaċilitaw il-verifika dwar jekk il-prodotti humiex awtentiċi. L-implimentazzjoni koerenti tal-leġiżlazzjoni tad-dwana se ssaħħaħ l-awtoritajiet doganali fil-ġlieda tagħhom kontra l-kummerċ illegali, b'mod partikolari permezz tal-bini tal-kapaċità teknika.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Sabiex jiġu żgurati l-indipendenza u t-trasparenza, il-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk għandhom jikkonkludu kuntratti għall-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti, taħt l-awspiċji ta' awditur estern. Id-dejta relatata mas-sistema ta' provenjenza u traċċar għandha tinżamm separata minn dejta oħra relatata tal-kumpanija u tinżamm taħt kontroll u tkun aċċessibbli f’kull ħin mill-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni.

(28) Sabiex jiġu żgurati l-effikaċja, l-indipendenza u t-trasparenza, il-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk għandhom jikkonkludu kuntratti għall-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti, taħt l-awspiċji ta' awditur estern. Id-dejta relatata mas-sistema ta' provenjenza u traċċar għandha tinżamm separata minn dejta oħra relatata tal-kumpanija u tinżamm taħt kontroll u tkun aċċessibbli f’kull ħin mill-awtoritajiet kompetenti mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Il-bejgħ transkonfinali bid-distanza tat-tabakk jiffaċilita l-aċċess taż-żgħażagħ għall-prodotti tat-tabakk u jhedded li jimmina l-konformità mar-rekwiżiti provduti mil-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tat-tabakk ta’ din id-Direttiva. Ir-regoli komuni dwar is-sistema ta' notifika huma meħtieġa biex jiżguraw li din id-Direttiva tikseb il-potenzjal sħiħ tagħha. Id-dispożizzjoni dwar in-notifika tal-bejgħ tat-tabakk transkonfinali bid-distanza f'din id-Direttiva għandha tapplika minkejja l-proċedura ta' notifika stabbilita fid-Direttiva 2001/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni. Il-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti tat-tabakk bejn l-intrapriżi u l-konsumaturi huwa rregolat ulterjorment mid-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi fir-rigward ta' kuntratti li jsiru mill-bogħod, li mit-13 ta' Ġunju 2014 se tiġi sostitwita mid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur.

(30) Il-bejgħ transkonfinali mill-bogħod tat-tabakk, u prattiki bħad-distribuzzjoni ħielsa jew tpartit ta' prodotti tat-tabakk f'postijiet pubbliċi għal raġunijiet promozzjonali, jiffaċilitaw l-aċċess taż-żgħażagħ għall-prodotti tat-tabakk u jheddu li jimminaw il-konformità mar-rekwiżiti provduti mil-leġiżlazzjoni dwar il-kontroll tat-tabakk ta’ din id-Direttiva. Għalhekk, dawn għandhom ikunu pprojbiti.

(Ara l-emendi għall-Artikolu 16.)

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Il-prodotti kollha tat-tabakk għandhom il-potenzjal li jikkawżaw mortalità, morbożità u diżabilità u l-konsum tagħhom għandu jinżamm limitat. Għalhekk, huwa importanti li jiġu mmonitorjati l-iżviluppi rigward prodotti tat-tabakk innovattivi. L-obbligu ta’ notifika għall-prodotti ġodda tat-tabakk għandu jiġi impost fuq il-manifatturi u l-importaturi, mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Istati Membri li jipprojbixxuhom jew jawtorizzawhom. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp u tissottometti rapport ħames snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.

(31) Il-prodotti kollha tat-tabakk għandhom il-potenzjal li jikkawżaw mortalità, morbożità u diżabilità u l-konsum tagħhom għandu jinżamm limitat. Għalhekk, huwa importanti li jiġu mmonitorjati l-iżviluppi rigward prodotti tat-tabakk innovattivi. L-obbligu ta’ notifika għall-prodotti ġodda tat-tabakk għandu jiġi impost fuq il-manifatturi u l-importaturi, mingħajr preġudizzju għas-setgħa tal-Istati Membri li jipprojbixxuhom jew jawtorizzawhom. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżvilupp u tissottometti rapport ħames snin wara l-iskadenza tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva. It-tfal u ż-żgħażagħ iridu jiġu edukati għax dan huwa l-aktar mod sempliċi u effettiv biex iż-żgħażagħ jitwaqqfu milli jibdew ipejpu. Għandu jiġi kkunsidrat ukoll il-ħolqien ta' fond finanzjat mill-manifatturi ta' prodotti tat-tabakk, biex jintuża ħalli jiffinanzja kampanji kontra t-tipjip. L-Istati Membri għandhom jarmonizzaw l-età legali għax-xiri tal-prodotti tat-tabakk għal 18-il sena.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem tipprovdi qafas legali biex jiġu vvalutati l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali inklużi l-prodotti li fihom in-nikotina. Għadd sinifikanti ta' prodotti li fihom in-nikotina diġà ġew awtorizzati skont dan ir-reġim regolatorju. L-awtorizzazzjoni tqis il-kontenut ta' nikotina tal-prodott in kwistjoni. Jekk il-prodotti li fihom in-nikotina, li l-kontenut ta' nikotina tagħhom ikun ugwali jew jaqbeż il-kontenut ta' prodott li fih in-nikotina awtorizzat preċedentement skont id-Direttiva 2001/83/KE, ikunu suġġetti għall-istess qafas legali, dan jiċċara s-sitwazzjoni legali, ineħħi d-differenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, jiżgura trattament indaqs tal-prodotti kollha li fihom in-nikotina li jistgħu jintużaw għal skopijiet ta' waqfien mit-tipjip u joħloq inċentivi għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-waqfien mit-tipjip. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE għal prodotti koperti b’din id-Direttiva jekk il-kundizzjonijiet stipulati bid-Direttiva 2001/83/KE jiġu sodisfatti.

(34) Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem tipprovdi qafas legali biex jiġu vvalutati l-kwalità, is-sikurezza u l-effikaċja tal-prodotti mediċinali inklużi l-prodotti li fihom in-nikotina. Għadd sinifikanti ta' prodotti li fihom in-nikotina diġà ġew awtorizzati skont dan ir-reġim regolatorju. L-awtorizzazzjoni tqis il-kontenut ta' nikotina tal-prodott inkwistjoni. L-applikazzjoni tal-istess qafas legali tiċċara s-sitwazzjoni legali, tneħħi d-differenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, tiżgura trattament indaqs tal-prodotti kollha li fihom in-nikotina li jistgħu jintużaw għal skopijiet ta' waqfien mit-tipjip u toħloq inċentivi għar-riċerka u l-innovazzjoni fil-waqfien mit-tipjip. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2001/83/KE għal prodotti koperti b’din id-Direttiva jekk il-kundizzjonijiet stipulati bid-Direttiva 2001/83/KE jiġu ssodisfati.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Id-dispożizzjonijiet dwar l-ittikkettjar għandhom jiġu introdotti għal prodotti li fihom in-nikotina taħt il-limiti stabbiliti f’din id-Direttiva, b'mod li jattiraw l-attenzjoni tal-konsumaturi għar-riskji potenzjali għas-saħħa.

imħassar

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emenda għall-Artikolu 18 relevanti tad-Direttiva proposta.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-format tar-rappurtar tal-ingredjenti u d-determinazzjoni ta' prodotti b'aromi karatterizzanti jew b'livelli miżjuda ta' tossiċità u effett ta' dipendenza u l-metodoloġija biex jiġi determinat jekk l-prodott tat-tabakk għandux aroma karatterizzanti, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(37) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-format tar-rappurtar tal-ingredjenti u d-determinazzjoni ta' prodotti b'aromi karatterizzanti jew b'livelli miżjuda ta' tossiċità u effett ta' dipendenza, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emenda għall-Artikolu relevanti tad-Direttiva proposta.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Sabiex din id-Direttiva tkun totalment operattiva u sabiex iżżomm il-pass mal-iżviluppi tekniċi, xjentifiċi u internazzjonali fil-manifattura, il-konsum u r-regolamentazzjoni tat-tabakk, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni u tal-adattament tal-kontenut massimu għall-emissjonijiet u l-metodi ta' kejl tagħhom, l-iffissar tal-livelli massimi għall-ingredjenti li jżidu t-tossiċità, l-effett ta' dipendenza jew l-attrazzjoni, l-użu tat-twissijiet tas-saħħa, l-identifikaturi uniċi u l-karatteristiċi ta' sigurtà fl-ittikkettjar u fl-ippakkjar, id-definizzjoni tal-elementi ewlenin għall-kuntratti dwar il-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti li jirrevedu ċerti eżenzjonijiet mogħtija lill-prodotti tat-tabakk li mhumiex sigarretti, tabakk tal-brim u prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx u li jirrevedu l-livelli tan-nikotina għall-prodotti li fihom in-nikotina. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(38) Sabiex din id-Direttiva tkun totalment operattiva u sabiex iżżomm il-pass mal-iżviluppi tekniċi, xjentifiċi u internazzjonali fil-manifattura, il-konsum u r-regolamentazzjoni tat-tabakk, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-adozzjoni u tal-adattament tal-metodi ta' kejl tal-kontenut massimu, id-determinazzjoni ta' regoli uniformi dwar il-proċeduri għad-determinazzjoni ta' jekk prodott tat-tabakk għandux togħma karatterizzanti, l-iffissar tal-livelli massimi għall-ingredjenti li jżidu t-tossiċità, l-effett ta' dipendenza jew l-attrazzjoni, l-użu tat-twissijiet tas-saħħa, l-identifikaturi uniċi u l-karatteristiċi ta' sigurtà fl-ittikkettjar u fl-ippakkjar, id-definizzjoni tal-elementi ewlenin għall-kuntratti dwar il-ħażna tad-dejta ma' partijiet terzi indipendenti li jirrevedu eżenzjoni mogħtija lill-prodotti tat-tabakk li mhumiex sigarretti, tabakk tal-brim u tabakk tal-pipa tal-ilma, l-adattament tas-sustanzi u l-valuri ta' limitu tat-tabakk li ma jdaħħanx u l-istabbiliment ta' regoli li jirregolaw diversi aspetti ta' prodotti tat-tabakk ġodda li jagħmlu ferm anqas ħsara minn prodotti tat-tabakk tradizzjonali. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, meta tipprepara u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emenda għall-Artikolu 3 relevanti tad-Direttiva proposta.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi u tippreżenta rapport ħames snin wara d-data tat-trapożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva.

(39) Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-iżviluppi u tippreżenta rapport tliet snin wara d-data tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, sabiex jiġi vvalutat jekk humiex meħtieġa emendi għal din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-ippakkjar.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa li jżommu jew jintroduċu l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li japplikaw għall-prodotti kollha bl-istess mod għal aspetti li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, sakemm dawn ikunu kompatibbli mat-Trattat u ma jipperikolawx l-applikazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva. Konsegwentement, l-Istati Membri jistgħu, pereżempju, iżommu jew jintroduċu dispożizzjonijiet li jipprovdu standardizzazzjoni tal-ippakkjar tal-prodotti tat-tabakk (inklużi l-kuluri u t-tipa) sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ikunu kompatibbli mat-Trattat, mal-obbligi tad-WTO u ma jaffettwawx l-applikazzjoni sħiħa ta’ din id-Direttiva. Hemm ħtieġa ta’ notifika minn qabel għal regolamenti tekniċi skont id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti tekniċi u regolamenti u regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informazzjoni.

(41) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jadottaw regoli aktar stretti dwar il-prodotti tat-tabakk li huma jħossu meħtieġa biex jipproteġu s-saħħa pubblika, sakemm dawn ir-regoli jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. Sakemm il-prodotti tat-tabakk jew dawk relatati jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu jew jirrestrinġu l-importazzjoni, il-bejgħ jew il-konsum ta' tali prodotti.

Ġustifikazzjoni

Is-suq intern ma jibbenefikax jekk l-Istati Membri ma jippermettux li jittieħdu passi ulterjuri dwar l-aspetti li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Dan iwassal għal tirqigħ ta' dispożizzjonijiet nazzjonali, li mhuwiex fl-aħjar interess tas-suq intern.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) Il-proposta taffettwa diversi drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment il-protezzjoni tad-dejta personali (l-Artikolu 8), il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni (Artikolu 11), il-libertà tal-intrapriża (Artikolu 16), u d-dritt għall-proprjetà (Artikolu 17). L-obbligi imposti fuq il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri tal-prodotti tat-tabakk huma meħtieġa sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-konsumatur kif stabbilit fl-Artikoli 35 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tirrispetta l-liġi tal-UE u l-obbligi internazzjonali rilevanti.

(45) Il-proposta taffettwa diversi drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, partikolarment il-protezzjoni tad-dejta personali (Artikolu 8), il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni (Artikolu 11), il-libertà tal-intrapriża (Artikolu 16), id-dritt għall-proprjetà (Artikolu 17), u d-dritt għall-arja nadifa kif mifhum mill-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (l-Artikoli 7(b) u 12). L-obbligi imposti fuq il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri tal-prodotti tat-tabakk huma meħtieġa sabiex jitjieb il-funzjonament tas-suq intern filwaqt li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-konsumatur kif stabbilit fl-Artikoli 35 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. L-applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandha tirrispetta l-liġi tal-UE u l-obbligi internazzjonali rilevanti.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta' prodotti tat-tabakk;

(d) il-projbizzjoni tal-bejgħ transkonfinali mill-bogħod ta' prodotti tat-tabakk;

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emenda għall-Artikolu 16 tad-Direttiva proposta.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) "sistema ta' verifika tal-età" tfisser sistema tal-kompjuter li tikkonferma mingħajr ambigwità l-età tal-konsumatur f'forma elettronika skont ir-rekwiżiti nazzjonali;

imħassar

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emenda għall-Artikolu 16 tad-Direttiva proposta.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) "togħma karatterizzanti" tfisser riħa jew togħma oħra li tista' tiġi distinta għajr it-tabakk, li tirriżulta minn addittiv jew taħlita ta' addittivi, li tinkludi iżda mhijiex limitata għall-frott, il-ħwawar, il-ħxejjex aromatiċi, l-alkoħol, il-ħelu, il-mentol jew il-vanilla li jistgħu jinħassu qabel jew mal-użu maħsub tal-prodott tat-tabakk;

(4) "togħma karatterizzanti" tfisser riħa jew togħma oħra li tista' tiġi distinta għajr it-tabakk, li tirriżulta minn addittiv jew taħlita ta' addittivi, li tinkludi iżda mhijiex limitata għall-frott, il-ħwawar, il-ħxejjex aromatiċi, l-alkoħol, il-ħelu, il-mentol jew il-vanilla li jistgħu jinħassu qabel jew mal-użu maħsub tal-prodott tat-tabakk. Togħmiet tradizzjonali tal-prodott tat-tabakk, bħall-mentol, mhumiex meqjusa li huma togħmiet karatterizzanti;

Ġustifikazzjoni

Il-mentol ilu jintuża fil-prodotti tradizzjonali tat-tabakk sa mis-snin għoxrin. M'hemmx evidenza biżżejjed li l-mentol għandu influwenza ħażina fuq id-drawwa tat-titjib fost iż-żgħażagħ.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) "sigarru żgħir" tfisser tip żgħir ta’ sigarru b'dijametru ta' mhux aktar minn 8 mm;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Sigarru żgħir hu mudell ta' sigarru bħal ħafna mudelli oħra. Mhija meħtieġa ebda definizzjoni separata.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) "livell massimu" jew "kontenut massimu" tfisser il-kontenut jew l-emissjoni massima, inkluż 0, ta’ sustanza fi prodott tat-tabakk imkejjel fi grammi;

(19) "livell massimu" jew "kontenut massimu" tfisser il-kontenut jew l-emissjoni massima ta’ sustanza fi prodott tat-tabakk imkejjel fi grammi;

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) "prodott tat-tabakk innovattiv" tfisser prodott tat-tabakk għajr is-sigarett, it-tabakk tal-brim, it-tabakk tal-pipa, it-tabakk tal-pipa tal-ilma, is-sigarru, is-sigarru żgħir, it-tabakk tal-magħda, it-tabakk tal-imnieħer jew it-tabakk għall-użu orali mqiegħed fis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) "imqiegħda fis-suq" tfisser li l-prodotti jsiru disponibbli għall-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni, bi ħlas jew mingħajr ħlas, inkluż permezz ta’ bejgħ mill-bogħod fil-każ ta' bejgħ transkonfinali mill-bogħod, il-prodott jitqies li tqiegħed fis-suq fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur;

(25) "imqiegħda fis-suq" tfisser kwalunkwe provvista ta' prodotti għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fl-Unjoni, bi ħlas jew mingħajr ħlas, inkluż permezz ta’ bejgħ mill-bogħod;

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emenda għall-Artikolu 16 tad-Direttiva proposta.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) "tabakk tal-pipa" tfisser tabakk ikkonsmat permezz ta' proċess ta' kombustjoni u maħsub esklussivament biex jintuża f’pipa;

(26) "tabakk tal-pipa" tfisser tabakk li ġie mqatta' jew maqsum jew ippressat li jista' jintuża mingħajr proċess industrijali addizzjonali u li hu wkoll definit fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta' Ġunju 2011;

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) "tabakk tal-brim" tfisser tabakk li jista' jintuża għall-manifattura tas-sigarretti mill-konsumaturi jew stabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut;

(28) "tabakk tal-brim" jew "tabakk li trembel int" tfisser tabakk li ġie mqatta' jew maqsum jew ippressat li jista' jintuża mingħajr proċess industrijali addizzjonali u li hu wkoll definit fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/KE tal-21 ta' Ġunju 2011;

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) "bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi" tfisser żieda tal-volumi tal-bejgħ skont il-kategorija tal-prodotti, bħat-tabakk tal-pipa, is-sigarru, is-sigarru żgħir, b'mill-inqas 10 % f'mill-anqas 10 Stati Membri, ibbażata fuq il-dejta tal-bejgħ trażmessa skont l-Artikolu 5(4); jew żieda fil-livell ta' prevalenza fil-grupp tal-konsumaturi li għandhom inqas minn 25 sena b’ħames punti perċentwali f’mill-anqas 10 Stati Membri għall-kategorija tal-prodott rispettiva bbażata fuq____[din id-data se tiġi stabbilita fil-mument tal-adozzjoni tad-Direttiva] rapport tal-Ewrobarometru jew studji ta' prevalenza ekwivalenti;

(30) "bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi" tfisser żieda tal-volumi tal-bejgħ skont il-kategorija tal-prodotti, bħat-tabakk tal-pipa, is-sigarru, is-sigarru żgħir, b'mill-inqas 20 % f'mill-anqas 10 Stati Membri, ibbażata fuq id-dejta tal-bejgħ trażmessa skont l-Artikolu 5(4); jew żieda fil-livell ta' prevalenza fil-grupp tal-konsumaturi li għandhom inqas minn 25 sena b’ħames punti perċentwali f’mill-anqas 10 Stati Membri għall-kategorija tal-prodott rispettiva bbażata fuq____[din id-data se tiġi stabbilita fil-mument tal-adozzjoni tad-Direttiva] rapport tal-Ewrobarometru jew studji ta' prevalenza ekwivalenti;

Ġustifikazzjoni

Il-konsum annwali ta' tabakk tas-sigarri u tal-pipa f'ħafna mill-Istati Membri hu ferm baxx. Bidla ta' 10 % fil-volum tal-bejgħ tista' sseħħ faċilment f'dawn l-Istati Membri.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 35a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35a) "togħma tradizzjonali tat-tabakk" tfisser togħma tat-tabakk li kienet użata kontinwament fi Stat Membru jew f'parti minnu, għall-inqas sa mill-1980, u definita bħala tali mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' Stat Membru;

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi ċċarat l-Artikolu 6 tad-Direttiva proposta, huwa neċessarju li tiġi provduta definizzjoni ta' "togħma tradizzjonali tat-tabakk".

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 36a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36a) "prodott b'riskju ridott" tfisser kwalunkwe prodott li fih it-tabakk li, meta kummerċjalizzat, inaqqas b'mod sinifikanti r-riskju ta' mard assoċjat mal-konsum ta' prodotti tat-tabakk konvenzjonali. Prodott użat biex ifejjaq dipendenza fuq il-konsum tat-tabakk, inkluż il-waqfien, mhuwiex prodott li jnaqqas ir-riskju jekk ikun approvat bħala prodott mediċinali.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Il-kontenut massimu ta 'qatran, nikotina, monossidu tal-karbonju u kontenuti oħra

Il-kontenut massimu ta' qatran, nikotina, monossidu tal-karbonju u kontenuti oħra

1. Il-kontenut tas-sigarretti li jitqiegħdu fis-suq jew immanufatturati fl-Istati Membri ma għandhux ikun akbar minn:

1. Il-kontenut tas-sigarretti li jitqiegħdu fis-suq jew immanifatturati fl-Istati Membri ma għandhux ikun akbar minn:

(a) 10 mg kull sigarett għall-qatran,

(a) 10 mg kull sigarrett għall-qatran,

(b) 1 mg kull sigarett għan-nikotina,

(b) 1 mg kull sigarrett għan-nikotina,

(c) 10 mg kull sigarett għall-monossidu tal-karbonju.

(c) 10 mg kull sigarrett għall-monossidu tal-karbonju.

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 biex tadatta l-kontenuti massimi stabbiliti fil-paragrafu 1, filwaqt li tqis l-iżvilupp xjentifiku u l-istandards miftiehma internazzjonalment.

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kontenuti massimi stabbiliti minnhom għal emissjonijiet oħra tas-sigarretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti. Meqjusa l-istandards miftiehma internazzjonalment, fejn disponibbli, u abbażi tal-evidenza xjentifika u tal-kontenut notifikat mill-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 biex tadotta u tadatta l-kontenuti massimi għal emissjonijiet oħra tas-sigarretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti li jżidu b’mod apprezzabbli l-effett tossiku jew ta' dipendenza tal-prodotti tat-tabakk lil hinn mil-limitu tat-tossiċità u l-effett ta' dipendenza li joriġina mill-kontenuti tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju stabbiliti fil-paragrafu 1.

3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-kontenuti massimi stabbiliti minnhom għal emissjonijiet oħra tas-sigarretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Il-metodi ta’ kejl

Il-metodi ta’ kejl

1. Il-ħruġ ta' qatran, nikotina u monossidu tal-karbonju tas-sigarretti għandu jitkejjel fuq il-bażi tal-istandards ISO 4387 għall-qatran, 10315 għan-nikotina, u 8454 għall-monossidu tal-karbonju.

1. Il-ħruġ ta' qatran, nikotina u monossidu tal-karbonju tas-sigarretti għandu jitkejjel fuq il-bażi tal-istandards ISO 4387 għall-qatran, 10315 għan-nikotina, u 8454 għall-monossidu tal-karbonju.

L-eżattezza tal-indikazzjonijiet tal-qatran u tan-nikotina għandha tiġi verifikata skont l-istandard ISO 8243.

L-eżattezza tal-indikazzjonijiet tal-qatran, tan-nikotina u tal-monossidu tal-karbonju għandha tiġi verifikata skont l-istandard ISO 8243.

2. Il-kejl imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq jew jiġi verifikat minn laboratorji tal-ittestjar li huma approvati u monitorjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

2. Il-kejl imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jitwettaq jew jiġi verifikat minn laboratorji tal-ittestjar li huma approvati u monitorjati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista tal-laboratorji approvati, filwaqt li jispeċifikaw il-kriterji użati għall-approvazzjoni u l-metodi ta' monitoraġġ applikati, u jaġġornawha kull meta ssir xi bidla. Il-Kummissjoni għandha tagħmel għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, il-lista tal-laboratorji approvati kif indikat mill-Istati Membri.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-laboratorji approvati, filwaqt li jispeċifikaw il-kriterji użati għall-approvazzjoni u l-metodi ta' monitoraġġ applikati, u jaġġornawha kull meta ssir xi bidla. Il-Kummissjoni għandha tagħmel għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, il-lista tal-laboratorji approvati kif indikat mill-Istati Membri.

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tadatta l-metodi ta' kejl tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, filwaqt li tqis l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi u l-istandards miftiehma internazzjonalment.

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tadatta l-metodi ta' kejl tal-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju, filwaqt li tqis l-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi u jintużaw l-istandards miftiehma internazzjonalment imfassla għal skop speċifiku u vvalidati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni.

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-metodi ta' kejl li jużaw għal emissjonijiet oħra tas-sigarretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti. Abbażi ta' dawn il-metodi, u billi jitqiesu l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi kif ukoll l-istandards miftiehma internazzjonalment, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 22 biex tadotta u tadatta l-metodi ta’ kejl.

4. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni l-metodi ta' kejl li jużaw għal emissjonijiet oħra tas-sigarretti u għall-emissjonijiet tal-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti. Tali kejl għandu jkun ibbażat fuq evidenza xjentifika. Abbażi ta' dan il-kejl, u billi jitqiesu l-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi kif ukoll billi jintużaw l-istandards miftiehma internazzjonalment imfassla għal skop speċifiku u vvalidati mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 22 biex tadotta u tadatta l-metodi ta’ kejl.

4a. L-eżattezza tal-indikazzjonijiet għal emissjonijiet oħra ta' prodotti kombustibbli tat-tabakk trid tiġi verifikata bi qbil mal-istandard ISO 8243.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jibgħatu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom lista tal-ingredjenti kollha, u l-kwantitajiet tagħhom, użati fil-manifattura tal-prodotti tat-tabakk skont l-isem tad-ditta u t-tip, kif ukoll l-emissjonijiet tagħhom u l-kontenuti. Il-manifatturi jew l-importaturi għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jekk il-kompożizzjoni ta' prodott tiġi modifikata u taffettwa l-informazzjoni pprovduta skont dan l-Artikolu. L-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu għandha tiġi ppreżentata qabel it-tqegħid fis-suq ta’ prodott tat-tabakk ġdid jew modifikat.

L-Istati Membri għandhom jeżiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk, tal-prodotti li fihom in-nikotina u tal-prodotti erbali għat-tipjip jibagħtu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom lista tal-ingredjenti kollha, u l-kwantitajiet tagħhom, użati fil-manifattura tal-prodotti tat-tabakk skont l-isem tad-ditta u t-tip, kif ukoll l-emissjonijiet tagħhom u l-kontenuti, jekk disponibbli. Il-manifatturi jew l-importaturi għandhom jinformaw ukoll lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati jekk il-kompożizzjoni ta' prodott tiġi modifikata u taffettwa l-informazzjoni pprovduta skont dan l-Artikolu. L-informazzjoni meħtieġa skont dan l-Artikolu għandha tiġi ppreżentata qabel it-tqegħid fis-suq ta’ prodott tat-tabakk ġdid jew modifikat.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a. Il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu esklużi mill-informazzjoni dwar emissjonijiet u valuri sakemm il-metodoloġiji ta' kejl ma jkunux ġew żviluppati fil-livell tal-Komunità.

Ġustifikazzjoni

Bi qbil mal-premessa 31 tad-Direttiva 2001/37/KE, l-istandards u l-metodi ta' kejl għall-prodotti tat-tabakk għajr għas-sigarretti u t-tabakk tal-brim iridu jkunu żviluppati fil-livell tal-Komunità. Il-Kummissjoni intalbet tressaq proposti xierqa. S'issa, l-ebda metodu bħal dawn ma ġie żviluppat.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

Artikolu 6

Ir-regolamentazzjoni tal-ingredjenti

Ir-regolamentazzjoni tal-ingredjenti

1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b’aroma karatterizzanti.

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 151 tal-Att tal-Adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b’aroma karatterizzanti.

Għandha tkun possibbli eżenzjoni għal ċerti togħmiet tat-tabakk tradizzjonali li ma jistgħux jiġu klassifikati mat-togħmiet l-oħra tat-tabakk. Il-mentol għandu jitqies bħala togħma tat-tabakk tradizzjonali.

L-Istati Membri ma għandhomx jipprojbixxu l-użu ta' addittivi li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk, sakemm l-addittivi ma jirriżultawx fi prodott b'togħma karatterizzanti.

L-Istati Membri ma għandhomx jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' addittivi li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk, anke jekk l-addittivi essenzjali jirriżultaw fi prodott b'togħma karatterizzanti.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu.

2. Il-Kummissjoni għandha wara talba ta' Stat Membru jew tista' fuq inizjattiva tagħha stess, tiddetermina permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni jekk prodott tat-tabakk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.

2. Il-Kummissjoni għandha wara talba ta' Stat Membru jew tista' fuq inizjattiva tagħha stess, tiddetermina permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni jekk prodott tat-tabakk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.

Il-Kummissjoni għandha tadotta permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni regoli uniformi tal-proċeduri biex jiġi determinat jekk prodott jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21.

2a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, bi qbil mal-Artikolu 22, biex tiddetermina regoli uniformi tal-proċeduri biex jiġi determinat jekk prodott jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1.

3. Fil-każ li l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 turi li ċertu addittiv jew taħlita ta' addittivi tipikament tagħti togħma karatterizzanti meta taqbeż ċertu livell ta' preżenza jew konċentrazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tistabbilixxi livelli massimi għal dawk l-addittivi jew taħlita ta' addittivi li jikkawżaw togħma karatterizzanti.

3. Fil-każ li l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 turi li ċertu addittiv jew taħlita ta' addittivi tipikament tagħti togħma karatterizzanti meta taqbeż ċertu livell ta' preżenza jew konċentrazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tistabbilixxi livelli massimi għal dawk l-addittivi jew taħlita ta' addittivi li jikkawżaw togħma karatterizzanti.

4. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu tal-addittivi li ġejjin fi prodotti tat-tabakk:

4. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu tal-addittivi li ġejjin fi prodotti tat-tabakk:

(a) vitamini u addittivi oħra li joħolqu l-impressjoni li prodott tat-tabakk huwa ta' benefiċċju għas-saħħa jew jippreżenta inqas perikli għas-saħħa, jew

(a) vitamini u addittivi oħra li joħolqu l-impressjoni li prodott tat-tabakk huwa ta' benefiċċju għas-saħħa jew jippreżenta inqas perikli għas-saħħa, jew

(b) kafeina u tawrina u addittivi oħra u komposti stimulanti li huma assoċjati mal-enerġija u l-vitalità, jew

(b) kafeina u tawrina u addittivi oħra u komposti stimulanti li fir-rigward tagħhom jeżistu provi xjentifiċi li jżidu l-livelli ta' enerġija u vitalità, jew

(c) addittivi li għandhom proprjetajiet koloranti għall-emissjonijiet.

(c) addittivi li għandhom proprjetajiet koloranti għall-emissjonijiet.

5. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu ta' ħwawar fil-komponenti tal-prodotti tat-tabakk bħal filtri, karti, pakketti, kapsuli jew kwalunkwe karatteristika teknika li tippermetti l-modifika tat-togħma jew tal-intensità tad-duħħan. Il-filtri u l-kapsuli ma għandux ikun fihom it-tabakk.

5. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-użu ta' ħwawar fil-komponenti tal-prodotti tat-tabakk bħal filtri, karti, pakketti, kapsuli jew kwalunkwe karatteristika teknika li tippermetti l-modifika tat-togħma jew tal-intensità tad-duħħan. Il-filtri u l-kapsuli ma għandux ikun fihom it-tabakk.

Il-miżuri tekniċi intiżi biex inaqqsu komponenti speċifiċi ta' ħsara tad-duħħan jew biex iżidu l-bijodegradabbiltà tal-prodotti tat-tabakk mhumiex affettwati.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet jew il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huma applikati fuq il-prodotti tat-tabakk kif inhu xieraq.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet jew il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 huma applikati fuq il-prodotti tat-tabakk kif inhu xieraq.

7. L-Istati Membri għandhom, abbażi ta' evidenza xjentifika, jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b’adittivi fi kwantitajiet li jżidu b’mod apprezzabbli fl-istadju tal-konsum l-effett tossiku jew ta' dipendenza tal-prodott tat-tabakk.

7. L-Istati Membri għandhom, abbażi ta' evidenza xjentifika, jipprojbixxu t-tqegħid fis-suq ta' prodotti tat-tabakk b’addittivi fi kwantitajiet li jżidu b’mod apprezzabbli fl-istadju tal-konsum l-effett tossiku jew ta' dipendenza tal-prodott tat-tabakk.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont dan il-paragrafu.

8. Il-Kummissjoni għandha wara talba ta' Stat Membru jew tista' fuq inizjattiva tagħha stess, tiddetermina permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni jekk prodott tat-tabakk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 7. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 u għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar evidenza xjentifika.

8. Il-Kummissjoni għandha wara talba ta' Stat Membru jew tista' fuq inizjattiva tagħha stess, tiddetermina permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni jekk prodott tat-tabakk jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 7. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 21 u għandhom ikunu bbażati fuq l-aħħar evidenza xjentifika.

9. Fil-każ li l-evidenza xjentifika u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-paragrafi 7 u 8 juru li ċertu addittiv jew ċerta kwantità tiegħu tamplifika b'mod apprezzabbli fl-istadju tal-konsum l-effett tossiku jew ta' dipendenza ta' prodott tat-tabakk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tistabbilixxi livelli massimi għal dawk l-addittivi.

9. Fil-każ li l-evidenza xjentifika u l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-paragrafi 7 u 8 juru li ċertu addittiv jew ċerta kwantità tiegħu tamplifika b'mod apprezzabbli fl-istadju tal-konsum l-effett tossiku jew ta' dipendenza ta' prodott tat-tabakk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tistabbilixxi livelli massimi għal dawk l-addittivi.

10. Il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti, it-tabakk tal-brim u l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tirtira din l-eżenzjoni jekk ikun hemm bidla sostanzjali fiċ-ċirkostanzi kif stabbilit f'rapport tal-Kummissjoni.

10. Il-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti, it-tabakk tal-brim u t-tabakk tal-pipa tal-ilma għandhom ikunu eżentati mill-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tirtira din l-eżenzjoni jekk ikun hemm bidla sostanzjali fiċ-ċirkostanzi kif stabbilit f'rapport tal-Kummissjoni.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Dispożizzjonijiet ġenerali

Dispożizzjonijiet ġenerali

1. Kull pakkett wieħed ta' prodotti tat-tabakk u kull ippakkjar estern għandu jkollu fuqu twissijiet tas-saħħa bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-prodott ikun qed jitqiegħed fis-suq.

1. Kull pakkett wieħed ta' prodotti tat-tabakk u kull ippakkjar estern għandu jkollu fuqu twissijiet tas-saħħa bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn il-prodott ikun qed jitqiegħed fis-suq, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 151 tal-Att ta' Adeżjoni tal-Awstrija, il-Finlandja u l-Isvezja.

2. It-twissijiet tas-saħħa għandhom ikopru l-wiċċ sħiħ riżervat għalihom u ma għandhomx ikunu oġġett ta' kumment, parafrażi jew riferiment fi kwalunkwe forma.

2. It-twissijiet tas-saħħa għandhom ikopru l-wiċċ sħiħ riżervat għalihom u ma għandhomx ikunu oġġett ta' kumment, parafrażi jew riferiment fi kwalunkwe forma.

3. Biex tkun żgurata l-integrità grafika u l-viżibilità tagħhom, it-twissijiet tas-saħħa għandhom jiġu stampati b'mod li ma jkunux jistgħu jitneħħew, b'mod indelibbli u bl-ebda mod moħbijin jew interrotti, inkluż permezz ta' bolol tat-taxxi, marki tal-prezz, marki ta' provenjenza u traċċar, karatteristiċi ta' sigurtà jew kwalunkwe tip ta' tqartis, borża, għata, kaxxa jew mezz ieħor jew bil-ftuħ tal-pakkett individwali.

3. It-twissijiet tas-saħħa għandhom jiġu stampati b'mod li ma jkunux jistgħu jitneħħew, b'mod indelibbli u bl-ebda mod moħbijin jew interrotti, inkluż permezz ta' bolol tat-taxxi, li għandhom jitwaħħlu fil-parti li tinfetaħ tal-pakkett tal-prodott tat-tabakk, marki tal-prezz, marki ta' provenjenza u traċċar, karatteristiċi ta' sigurtà jew kwalunkwe tip ta' tqartis, borża, għata, kaxxa jew mezz ieħor jew bil-ftuħ tal-pakkett individwali.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twissijiet tas-saħħa fuq il-wiċċ prinċipali tal-pakkett jew fuq xi ppakkjar ta’ barra huma kompletament viżibbli, inkluż li ma jkunux parzjalment jew totalment moħbija jew interrotti b'tqartis, b’boroż, b’għata, b’kaxex jew mezzi oħrajn meta l-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-twissijiet tas-saħħa fuq il-wiċċ prinċipali tal-pakkett jew fuq xi ppakkjar ta’ barra huma kompletament viżibbli, inkluż li ma jkunux parzjalment jew totalment moħbija jew interrotti b'tqartis, b’boroż, b’għata, b’kaxex jew mezzi oħrajn meta l-prodotti tat-tabakk jitqiegħdu fis-suq.

5. It-twissijiet tas-saħħa ma għandhom bl-ebda mod jaħbu jew jinterrompu l-bolol tat-taxxa, il-marki tal-prezz, il-marki tal-provenjenza u t-traċċar, jew il-karatteristiċi tas-sigurtà fuq kull pakkett individwali.

5. It-twissijiet tas-saħħa ma għandhom bl-ebda mod jaħbu jew jinterrompu l-bolol tat-taxxa, li għandhom jitwaħħlu fil-parti li tinfetaħ tal-pakkett tal-prodott tat-tabakk, il-marki tal-prezz, il-marki tal-provenjenza u t-traċċar, jew il-karatteristiċi tas-sigurtà fuq kull pakkett individwali.

6. L-Istati Membri ma għandhomx ikabbru d-daqs tat-twissijiet tas-saħħa inkluż bl-introduzzjoni ta' obbligu biex jiċċirkondaw it-twissijiet tas-saħħa b’burdura. Id-daqs effettiv tat-twissijiet tas-saħħa għandu jkun ikkalkulat f’relazzjoni mal-wiċċ li fuqu jitqiegħdu qabel ma l-pakkett individwali jinfetaħ.

6. Id-daqs effettiv tat-twissijiet tas-saħħa għandu jkun ikkalkulat f’relazzjoni mal-wiċċ li fuqu jitqiegħdu qabel ma l-pakkett individwali jinfetaħ.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) biex tiddefinixxi l-pożizzjoni, il-format, il-layout u d-disinn tat-twissijiet tas-saħħa definiti f’dan l-Artikolu, inklużi l-karattru tat-tipa u l-kulur tal-isfond tagħhom.

imħassar

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

Twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien għal tabakk għat-tipjip

Twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien għal tabakk għat-tipjip

1. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandu juri twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien. It-twissijiet tas-saħħa kkombinati għandhom:

1. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tat-tabakk għat-tipjip għandu juri twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien. It-twissijiet tas-saħħa kkombinati għandhom:

(a) ikunu komposti minn kitba ta’ twissija elenkata fl-Anness I u ritratt bil-kulur korrispondenti speċifikat fil-librerija tal-istampi;

(a) ikunu komposti minn kitba ta’ twissija elenkata fl-Anness I u ritratt bil-kulur korrispondenti speċifikat fil-librerija tal-istampi;

(b) jinkludu informazzjoni dwar waqfien mit-tipjip bħalma huma numri tat-telefon, indirizzi tal-email u/jew siti tal-Internet intiżi biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-programmi disponibbli li jgħinu lil dawk li jridu jieqfu jpejpu;

(b) jinkludu informazzjoni dwar waqfien mit-tipjip bħalma huma numri tat-telefon, indirizzi tal-email u/jew siti tal-Internet intiżi biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar il-programmi disponibbli li jgħinu lil dawk li jridu jieqfu jpejpu;

(c) ikopru 75 % tal-erja esterna tal-wiċċ ta’ quiddiem u ta’ wara tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(c) ikopru 70 % tal-erja esterna tal-wiċċ ta’ quiddiem u ta’ wara tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(d) juru l-istess kliem ta’ twissija u ritratt bil-kulur korrispondenti fuq iż-żewġ naħat tal-pakketti individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(d) juru l-istess kliem ta’ twissija u ritratt bil-kulur korrispondenti fuq iż-żewġ naħat tal-pakketti individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(e) jitqegħdu fuq ix-xifer ta’ fuq tal-pakkett individwali u ta’ kwalunkwe ppakkjar estern, u fl-istess direzzjoni bħal kwalunkwe informazzjoni oħra li tidher fuq l-ippakkjar;

(e) jitqegħdu fuq ix-xifer t'isfel tal-pakkett individwali u ta’ kwalunkwe ppakkjar estern, u fl-istess direzzjoni bħal kwalunkwe informazzjoni oħra li tidher fuq l-ippakkjar;

(f) ikunu riprodotti skont il-format, il-layout, id-disinn u l-proporżjonijiet speċifikati mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 3;

(g) għall-pakketti individwali tas-sigarretti, jirrispettaw id-dimensjonijiet li ġejjin:

(g) għall-pakketti individwali tas-sigarretti, jirrispettaw id-dimensjonijiet li ġejjin:

(i) għoli: mhux inqas minn 64 mm;

(i) għoli: mhux inqas minn 60 mm;

(ii) wisa’: mhux inqas minn 55 mm;

(ii) wisa’: mhux inqas minn 51 mm;

2. It-twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien għandhom ikunu diviżi fi tliet settijiet li jinbidlu fuq bażi annwali L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull twissija kkombinata tas-saħħa tidher kemm jista’ jkun possibbli fl-istess ammont ta’ drabi ta’ kull marka kummerċjali;

2. It-twissijiet tas-saħħa kkombinati flimkien għandhom ikunu diviżi fi tliet settijiet li jinbidlu fuq bażi annwali L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull twissija kkombinata tas-saħħa tidher kemm jista’ jkun possibbli fl-istess ammont ta’ drabi ta’ kull marka kummerċjali;

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex:

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex:

(a) taddatta l-kitba tat-twissijiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva biex jittieħed kont tal-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi;

(a) taddatta l-kitba tat-twissijiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-Direttiva biex jittieħed kont tal-iżviluppi xjentifiċi u tekniċi;

(b) tistabbilixxi u taddatta l-librerija tal-istampi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi jittieħed kont tal-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq;

(b) tistabbilixxi sa ...* u jekk ikun neċessarju wara tadatta l-librerija tal-istampi msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu billi jittieħed kont tal-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq;

(c) tiddefinixxi l-pożizzjoni, il-format, l-layout, id-disinn, ir-rotazzjoni u l-proporzjonijiet tat-twissijiet tas-saħħa;

(c) tiddefinixxi l-layout, id-disinn u r-rotazzjoni tat-twissijiet tas-saħħa, b'kunsiderazzjoni għall-ispeċifitajiet lingwistiċi ta' kull Stat Membru;

(d) b’deroga mill-Artikolu 7(3), tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom it-twissijiet tas-saħħa jistgħu jinkisru fil-ftuħ tal-pakkett b’tali mod li jkunu żgurati l-integrità grafika u l-viżibilità tal-kitba, ir-ritratti u l-informazzjoni dwar il-waqfien mit-tipjip.

(d) b’deroga mill-Artikolu 7(3), tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom it-twissijiet tas-saħħa jistgħu jinkisru fil-ftuħ tal-pakkett b’tali mod li jkunu żgurati l-integrità grafika u l-viżibilità tal-kitba, ir-ritratti u l-informazzjoni dwar il-waqfien mit-tipjip.

_____________

* ĠU: Jjekk jogħġbok daħħal id-data: sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 10

Artikolu 10

L-ittikkettar tat-tabakk għat-tipjip għajr sigarretti u t-tabakk tal-brim

L-ittikkettar tat-tabakk għat-tipjip għajr sigarretti u t-tabakk tal-brim

1. It-tabakk għat-tipjip barra s-sigarretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-obbligi li jintwera l-messaġġ tal-informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 8(2) u t-twissijiet tas-saħħa kkombinati skont l-Artikolu 9. Barra mit-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1), kull pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern ta' dawn il-prodotti għandhom juru kliem ta' twissija elenkat fl-Anness I. It-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1) għandha tinkludi referenza għas-servizzi għall-waqfien mit-tipjip skont l-Artikolu 9(1)(b).

1. It-tabakk għat-tipjip barra s-sigarretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-obbligi li jintwera l-messaġġ tal-informazzjoni stabbilit skont l-Artikolu 8(2) u t-twissijiet tas-saħħa kkombinati skont l-Artikolu 9. Barra mit-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1), kull pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern ta' dawn il-prodotti għandhom juru kliem ta' twissija elenkat fl-Anness I. It-twissija ġenerali speċifikata fl-Artikolu 8(1) għandha tinkludi referenza għas-servizzi għall-waqfien mit-tipjip skont l-Artikolu 9(1)(b).

It-twissija ġenerali għandha tkun stampata fuq il-wiċċ l-aktar li jidher tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Il-kliem tat-twissijiet elenkati fl-Anness I għandhom jinbidlu b’tali mod li tiġi garantita d-dehra regolari tagħhom. Dawn it-twissijiet għandhom ikunu stampati fuq il-wiċċ li jidher l-aktar tal-pakkett individwali u kull ippkajjar estern.

It-twissija ġenerali għandha tkun stampata jew imwaħħla permezz ta’ stickers li ma jistgħux jitneħħew fuq il-wiċċ l-aktar li jidher tal-pakkett individwali u kull ippakkettar estern. Il-kliem tat-twissijiet elenkati fl-Anness I għandhom jinbidlu b’tali mod li tiġi garantita d-dehra regolari tagħhom. Dawn it-twissijiet għandhom jidhru fuq il-wiċċ li jidher l-aktar tal-pakkett individwali u kull ippkajjar estern.

2. It-twissija ġenerali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali jew kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

2. It-twissija ġenerali msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali jew kull ippakkjar estern, bl-eċċezzjoni tat-tġeżwir tal-plastik trasparenti normalment użat fil-kummerċ bl-imnut, sakemm it-twissija fuq l-ippakkjar taħt dan it-tgeżwir tidher b'mod ċar. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b’żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri b'aktar minn żewġ ilsna uffiċjali.

3. Il-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkopri 40 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 45 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 50 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

3. Il-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkopri 40 % tal-erja esterna tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 45 % għall-Istati Membri b’żewġ ilsna uffiċjali u 50 % għall-Istati Membri b'aktar minn żewġ ilsna uffiċjali.

3a. Fil-każ ta’ pakketti individwali li l-wiċċ l-aktar viżibbli tagħhom huwa akbar minn 75 cm2, it-twissijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandhom ikopru parti ta’ mill-inqas 22.5 cm2 ta’ kull wiċċ. Dik l-erja għandha tiżdied għal 24 cm2 għal Stati Membri b’żewġ ilsna uffiċjali u 26.25 cm2 għal Stati Membri b'aktar minn żewġ ilsna uffiċjali.

4. It-twissija ġenerali u l-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:

4. It-twissija ġenerali u l-kliem tat-twissija msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu:

(a) stampati b'tipa Helvetica sewda grassa fuq sfond abjad. Biex jiġu akkommodati l-ħtiġijiet lingwistiċi, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jistabbilixxu d-daqs tat-tipa, bil-kundizzjoni illi d-daqs tat-tipa speċifikat fil-leġiżlazzjoni tagħhom ikun tali li jokkupa l-akbar proporzjon possibbli tal-erja merfugħa għall-kliem meħtieġ;

(a) jidhru b'tipa Helvetica sewda grassa fuq sfond abjad. It-twissijiet jistgħu jitwaħħlu permezz ta’ stickers, sakemm dawn l-istickers ma jistgħux jitneħħew. Biex jiġu akkommodati l-ħtiġijiet lingwistiċi, l-Istati Membri għandu jkollhom id-dritt li jistabbilixxu d-daqs tat-tipa, bil-kundizzjoni illi d-daqs tat-tipa speċifikat fil-leġiżlazzjoni tagħhom ikun tali li jokkupa l-akbar proporzjon possibbli tal-erja merfugħa għall-kliem meħtieġ;

(b) iċċentrati fil-erja li fiha huwa meħtieġ li jiġu stampati, paralleli mat-tarf ta' fuq tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkjar estern;

(b) iċċentrati fil-erja li fiha huwa meħtieġ li jidhru, paralleli mat-tarf ta' fuq tal-pakkett individwali u kwalunkwe ppakkettar estern;

(c) imdawra minn burdura sewda ta’ mhux anqas minn 3 mm u mhux aktar minn 4 mm fil-wisa’ ġewwa l-wiċċ riżervat għall-kliem tat-twissija.

(c) imdawra minn burdura sewda ta’ mhux anqas minn 3 mm u mhux aktar minn 4 mm fil-wisa’ ġewwa l-wiċċ riżervat għall-kliem tat-twissija.

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22, sabiex tirtira l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1 jekk ikun hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkustanzi kif stabbilit f’rapport tal-Kummissjoni.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11

Artikolu 11

L-ittikkettjar tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux

L-ittikkettjar tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux

1. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:

1. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar estern tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:

"Dan il-prodott tat-tabakk jista’ jagħmillek ħsara għal saħħtek u jagħmlek dipendenti."

Dan il-prodott tat-tabakk jagħmillek ħsara għal saħħtek u jagħmlek dipendenti.

2. It-twissija tas-saħħa stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10(4). Barra minn hekk, għandha:

2. It-twissija tas-saħħa stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10(4). Barra minn hekk, għandha:

(a) tiġi stampata fuq l-akbar żewġ uċuħ tal-pakkett individwali, u kull ippakkjar estern.

(a) tiġi stampata fuq l-akbar żewġ uċuħ tal-pakkett individwali, u kull ippakkjar estern.

(b) tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li tikkorrispondi mal-pakket individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

(b) tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li tikkorrispondi mal-pakket individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b’żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri b'aktar minn żewġ ilsna uffiċjali.

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta r-rekwiżiti fil-paragrafi 1 u 2 billi jittieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta r-rekwiżiti fil-paragrafi 1 u 2 billi jittieħdu in konsiderazzjoni l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12

Artikolu 12

Deskrizzjoni tal-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

1. It-tikkettar tal-pakkett individwali u kull ppakkjar estern u l-prodott tat-tabakk innifsu ma għandhomx jinkludi kwalunkwe element jew karattersitika li:

1. It-tikkettar tal-pakkett individwali u kull ppakkjar estern u l-prodott tat-tabakk innifsu ma għandhomx jinkludi kwalunkwe element jew karattersitika li:

(a) tippromwovi prodott tat-tabakk b’mezzi li huma foloz, qarrieqa, żleali jew li aktarx toħloq impressjoni żbaljata dwar il-karatteristiċi tiegħu, l-effetti fuq is-saħħa, il-perikli jew l-emissjonijiet;

(a) tippromwovi prodott tat-tabakk b’mezzi li huma foloz, qarrieqa, żleali jew li aktarx toħloq impressjoni żbaljata dwar il-karatteristiċi tiegħu, l-effetti fuq is-saħħa, il-perikli jew l-emissjonijiet;

(b) tissuġġerixxi li prodott tat-tabakk partikolari huwa anqas ta’ ħsara minn oħrajn jew għandu effetti ta’ vitalità, enerġetiċi, ta’ fejqan, li jirriġovinaw, naturali, organiċi jew inkella effetti pożittivi fuq is-saħħa jew soċjali;

(b) tissuġġerixxi li prodott tat-tabakk partikolari huwa anqas ta’ ħsara minn oħrajn jew għandu effetti ta’ vitalità, enerġetiċi, ta’ fejqan, li jirriġovinaw, naturali, organiċi jew inkella effetti pożittivi fuq is-saħħa;

(c) tirreferi għall-palat, it-togħma, kwalunkwe ħwawar jew addittivi oħra jew l-assenza tagħhom;

(c) tirreferi għall-palat, it-togħma, kwalunkwe ħwawar jew addittivi oħra jew l-assenza tagħhom;

(d) tixbah prodott tal-ikel.

(d) tixbah prodott tal-ikel.

(da) timmira li tnaqqas ċerti komponenti ta' ħsara tat-tipjip jew li żżid il-bijodegradabbiltà tal-prodotti tat-tabakk.

2. L-elementi u l-karatteristiċi pprojbiti jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati, għal kliem, simboli, ismijiet, marki kummerċjali, sinjali figurattivi jew sinjali oħrajn, kuluri qarrieqa, inserzjonijiet jew materjal addizzjonali ieħor bħalma huma tikketti li jeħlu, stickers, onserts, scratch-offs u sleeves jew jirreferu għall-għamla tal-prodott tat-tabakk innifsu. Is-sigarretti b’dijametru ta’ inqas minn 7.5 mm għandhom jitqiesu bħala qarrieqa.

2. Testi, simboli, ismijiet, marki kummerċjali, sinjali figurattivi jew sinjali oħrajn, kuluri qarrieqa, inserzjonijiet jew materjal addizzjonali ieħor bħalma huma tikketti li jeħlu, stickers, onserts, scratch-offs u sleeves li jistgħu jissuġġerixxu li prodott tat-tabakk partikolari huwa inqas ta' ħsara minn oħrajn jew li jistgħu jqarrqu bil-konsumatur fir-rigward tal-livell ta' ħsara kkaġunat minn prodotti tat-tabakk m'għandhomx jintużaw fuq l-ippakkjar ta' prodotti tat-tabakk.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

Artikolu 13

Id-dehra u l-kontenut tal-pakketti individwali

Id-dehra u l-kontenut tal-pakketti individwali

1. Pakkett individwali tas-sigarretti għandu jkun forma ta’ kubu. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu l-forma ta’ borża, jiġifieri, but rettangulari b’għatu li jkopri l-fetħa. L-għatu tal-borża għandu jkopri ta’ mill-anqas 70 % tal-wiċċ ta’ quddiem tal-pakkett. Pakkett individwali tas-sigarretti għandu jinkludi mill-inqas 20 sigarett. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu tabakk li jiżen mill-inqas 40 gr.

1. Pakkett individwali tas-sigaretti għandu jkollu forma ta’ kubu jew simili għal kubu bi trufijiet ippuntati. Pakkett individwali tat-tabakk 'tal-brim' jew tabakk 'li trembel int' għandu jiġi ppakkjat f’landa forma ta’ kubu jew landa ċilindrika komposta jew ikollu l-forma ta’ borża, jiġifieri, pakkett rettangulari b’għatu li jkopri l-fetħa. L-għatu tal-borża għandu jkopri ta’ mill-anqas 70 % tal-wiċċ ta’ quddiem tal-pakkett. Pakkett individwali tas-sigarretti għandu jinkludi mill-inqas 20 sigarett. Pakkett individwali tat-tabakk tal-brim għandu jkollu tabakk li jiżen mill-inqas 40 gr.

2. Pakkett tas-sigarretti jista’ jkun tal-kartun jew ta’ materjal artab u ma għandux jkollu fetħa li tista’ tingħalaq mill-ġdid jew li tiġi siġillata mill-ġdid wara l-ewwel ftuħ, għajr l-għatu flip-top. L-għatu flip-top ta’ pakkett tas-sigarretti għandu jkun mitwi f’ċappetta fuq dahar il-pakkett biss.

2. Pakkett tas-sigaretti jista’ jkun tal-kartun jew ta’ materjal artab u ma għandux ikollu fetħa li tista’ tingħalaq mill-ġdid jew li tiġi siġillata mill-ġdid wara l-ewwel ftuħ, għajr l-għatu flip-top. L-għatu flip-top ta’ pakkett tas-sigarretti għandu jkun mitwi f’ċappetta fuq dahar il-pakkett biss.

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tiddefinixxi regoli aktar dettaljati għall-forma u d-daqs ta’ pakketti individwali sakemm dawn ir-regoli huma meħtieġa biex tkun żgurata l-viżibbiltà sħiħa u l-integrità tat-twissijiet tas-saħħa qabel l-ewwel ftuħ, matul il-ftuħ u wara l-għelqu mill-ġdid ta' pakkett individwali.

4. Il-Kummisjsoni għandha tingħata s-setgħat li taddotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tagħmel il-forma kubika jew ċilindrika obbligatorja għall-pakketti individwali tal-prodotti tat-tabakk minbarra s-sigarretti u t-tabakk tal-brim jekk ikun hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi kif stabbilit fir-rapport tal-Kummissjoni.

4. Il-Kummisjsoni għandha tingħata s-setgħat li taddotta atti delegati skont l-Artikolu 22 biex tagħmel il-forma kubika jew ċilindrika obbligatorja għall-pakketti individwali tal-prodotti tat-tabakk minbarra s-sigarretti u t-tabakk tal-brim jekk ikun hemm bidla sostanzjali taċ-ċirkostanzi kif stabbilit fir-rapport tal-Kummissjoni.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 14

Artikolu 14

It-traċċabilità u l-elementi tas-sigurtà

It-traċċabilità u l-elementi tas-sigurtà

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pakketti individwali kollha tal-prodotti tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jiġu mmarkati b’identifikatur uniku. Sabiex tkun żgurata l-integrità tagħhom, l-identifikaturi uniċi għandhom ikunu stampati/imwaħħla b’tali mod li ma jistgħux jinqalgħu, ma jistgħux jitħassru u bl-ebda mod jinħbew jew interrotti b’xi mod, inkluż permezz ta’ bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew bil-ftuħ tal-pakkett. Fir-rigward tal-prodotti manifatturati barra mill-Unjoni l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu japplikaw biss għal dawk destinati jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni

1. Bil-għan li jkun jista' jsir identifikazzjoni tal-provenjenza u t-traċċar, l-Istati Membri għandhom jesiġu li marki ta' identifikazzjoni uniċi, sikuri u li ma jistgħux jiġu dduplikati jew jitneħħew (minn hawn 'il quddiem imsejħa identifikatur uniku), bħal pereżempju kodiċi jew timbri, jitwaħħlu fuq il-pakketti individwali kollha u kwalunkwe ppakkjar estern tas-sigarretti jew jiffurmaw parti minnhom. Sabiex tkun żgurata l-integrità tagħhom, l-identifikaturi uniċi għandhom ikunu stampati/imwaħħla b’tali mod li ma jistgħux jinqalgħu, ma jistgħux jitħassru u bl-ebda mod jinħbew jew interrotti b’xi mod, inkluż permezz ta’ bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew bil-ftuħ tal-pakkett. Fir-rigward tal-prodotti manifatturati barra mill-Unjoni l-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu japplikaw biss għal dawk destinati jew imqiegħda fis-suq tal-Unjoni F'dawk l-Istati Membri fejn jiġu applikati taxxi tal-bolla fuq il-prodotti tat-tabakk, l-identifikaturi uniċi jistgħu jiġu stampati fuq it-taxxi tal-bolla jew jintużaw flimkien ma' taxxa tal-bolla diġitali stampata b'inka inviżibbli.

2. L-identifikatur uniku għandu jippermetti li jiġu determinati:

2. L-identifikatur uniku għandu jippermetti li jiġu determinati:

(a) id-data u l-post tal-manifattura;

(a) id-data u l-post tal-manifattura;

(b) il-faċilità tal-manifattura;

(b) il-faċilità tal-manifattura;

(c) il-magna użata fil-produzzjoni tal-prodotti;

(c) il-magna użata fil-produzzjoni tal-prodotti;

(d) ix-xift tal-produzzjoni jew iż-żmien tal-manifattura;

(d) ix-xift tal-produzzjoni jew iż-żmien tal-manifattura;

(e) l-isem tal-prodott;

(e) id-deskrizzjoni tal-prodott;

(f) is-suq intiż tal-bejgħ bl-imnut;

(f) is-suq intiż tal-bejgħ bl-imnut;

(g) ir-rotta tal-kunsinja intenzjonata;

h) fejn applikabbli, l-importatur fl-Unjoni;

h) fejn applikabbli, l-importatur fl-Unjoni;

(i) Ir-rotta tal-kunsinja attwali mill-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-imħażen kollha użati;

(i) ir-rotta tal-kunsinna maħsuba u attwali, id-data tal-kunsinja, id-destinatarju, it-tluq u d-destinazzjoni mill-manifattura sal-ewwel konsumatur li ma jkunx affiljat mal-manifattur jew l-importatur, inklużi l-imħażen u l-imħażen tat-taxxa kollha użati;

(j) l-identità tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut;

(j) l-identità tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut;

(k) il-fattura, in-numru tal-ordni u r-rekords tal-ħlas tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut.

(k) il-fattura, in-numru tal-ordni u r-rekords tal-ħlas tax-xerrejja kollha mill-manifattura għall-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut.

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-identifikaturi uniċi tal-pakketti individwali jkollhom rabta mal-identifikatur uniku fuq l-ippakkjar estern. Kwalunkwe bidla fir-rabtiet bejn il-pakketti individwali u l-ippakkjar estern għandha tiġi rreġistrata fil-bażi tad-dejta msemmija fil-paragrafu 6.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, jirreġistraw id-dħul tal-pakketti kollha individwali fil-pussess tagħhom, kif ukoll, il-movimenti kollha intermedjarji u l-aħħar ħruġ mill-pussess tagħhom. Dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat billi jkunu rreġistrati f’forma aggregata, eż. tal-ippakkjar estern, bil-kundizzjoni li l-identifikazzjoni tal-provenjenza u t-traċċar tal-pakketti individwali tibqa’ possibbli.

3. stati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, jirreġistraw id-dħul tal-pakketti kollha individwali u l-ippakkjar estern fil-pussess tagħhom, kif ukoll, il-movimenti kollha intermedjarji u l-aħħar ħruġ mill-pussess tagħhom. Dan l-obbligu jista’ jiġi ssodisfat billi jkunu rreġistrati f’forma aggregata, eż. tal-ippakkjar estern, bil-kundizzjoni li l-identifikazzjoni tal-provenjenza u t-traċċar tal-pakketti individwali tibqa’ possibbli.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-importaturi, l-imħażen u l-kumpaniji tat-trasport bit-tagħmir meħtieġ li jippermetti r-reġistrazzjoni tal-prodotti tat-tabakk mixtrija, mibjugħa, maħżuna, trasportati jew ittrattati b’mod ieħor. It-tagħmir għandu jkun kapaċi li jaqra u jittrasmetti d-dejta b’mod elettroniku lil faċilità tal-ħżin tad-dejta skont il-paragrafu 6.

4. stati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, mill-manifattur sal-aħħar operatur ekonomiku, qabel l-ewwel stabbiliment tal-bejgħ bl-imnut, inklużi l-importaturi, l-imħażen u l-kumpaniji tat-trasport bit-tagħmir meħtieġ, determinat mill-Istati Membri, li jippermetti r-reġistrazzjoni tal-prodotti tat-tabakk mixtrija, mibjugħa, maħżuna, trasportati jew ittrattati b’mod ieħor. It-tagħmir għandu jkun kapaċi li jaqra u jittrasmetti d-dejta b’mod elettroniku lil faċilità tal-ħżin tad-dejta skont il-paragrafu 6.

5. Id-dejta reġistrata ma tistax tiġi modifikata jew imħassra minn kwalunkwe operatur ekonomiku involut fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, iżda l-operatur ekonomiku li introduċa d-dejta u operaturi ekonomiċi oħra direttament ikkonċernati mit-tranżazzjoni, bħalma huma l-fornitur jew ir-riċevitur, jistgħu jikkummentaw dwar id-dejta introdotta qabel. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom iżidu d-dejta korretta u referenza għall-entrata preċedenti li, fil-fehma tagħhom, teħtieġ rettifika. F’ċirkustanzi eċċezzjonali u fuq preżentazzjoni tal-evidenza adegwata, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih saret ir-reġistrazzjoni jew jekk ir-reġistrazzjoni saret barra l-Unjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni, tista’ tawtorizza l-modifika jew tħassar id-dejta reġistrata qabel.

5. Id-dejta reġistrata għandha tiġi trażmessa lil bażi tad-dejta fil-ħin xieraq. Id-dejta ma tistax tiġi modifikata jew imħassra minn kwalunkwe operatur ekonomiku involut fil-kummerċ tal-prodotti tat-tabakk, iżda l-operatur ekonomiku li introduċa d-data u operaturi ekonomiċi oħra direttament ikkonċernati mit-tranżazzjoni, bħalma huma l-fornitur jew ir-riċevitur, jistgħu jikkummentaw dwar id-data introdotta qabel. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom iżidu d-dejta korretta u referenza għall-entrata preċedenti li, fil-fehma tagħhom, teħtieġ rettifika. F’ċirkustanzi eċċezzjonali u fuq preżentazzjoni tal-evidenza adegwata, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih saret ir-reġistrazzjoni jew jekk ir-reġistrazzjoni saret barra l-Unjoni, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-importazzjoni, tista’ tawtorizza l-modifika jew tħassar id-dejta reġistrata qabel. Id-dejta reġistrata għandha tinżamm għal perjodu ta' erba' snin mill-manifattura ħlief jekk xi Stat Membru jew il-Kummissjoni jirrikjedu li tinżamm għal perjodu itwal minħabba investigazzjoni li tkun għaddejja.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jikkonkludu kuntratti ta' ħżin ta' dejta ma' parti terza indipendenti li għandha tospita l-faċilità tal-ħżin tad-dejta għal dejta relatata mal-manifattur u l-importatur ikkonċernat. Il-faċilità tal-ħżin tad-dejta għandha tkun fiżikament lokata fit-territorju tal-Unjoni. Il-konvenjenza tal-parti terza, b'mod partikolari l-indipendenza u l-kapaċitajiet tekniċi tagħha, kif ukoll il-kuntratt, għandhom ikunu approvati u sorveljati minn awditur estern, propost u mħallas mill-manifattur tat-tabakk u approvat mill-Kummissjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasparenza u l-aċċessibilità sħaħ tal-faċilitajiet tal-ħżin tad-dejta għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-parti terza indipendenti fuq bażi permanenti. F’każijiet ġustifikati b’mod xieraq l-Istati Membri jew il-Kummissjoni jistgħu jipprovdu lill-manifatturi jew l-importaturi aċċess għal din l-informazzjoni, bil-kundizzjoni li informazzjoni kummerċjalment sensittiva tibqa’ protetta b’mod adegwat skont il-leġiżlazzjonijiet rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni.

6. stati Membri għandhom jivverifikaw li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jikkonkludu kuntratti ta' ħżin ta' data ma' parti terza indipendenti li għandha tospita l-faċilità tal-ħżin tad-data għal data relatata mal-manifattur u l-importatur ikkonċernat. Il-faċilità tal-ħżin tad-dejta għandha tkun fiżikament lokata fit-territorju tal-Unjoni. Il-konvenjenza tal-parti terza, b'mod partikolari l-indipendenza u l-kapaċitajiet tekniċi tagħha, kif ukoll il-kuntratt, għandhom ikunu approvati u sorveljati minn awditur estern, li għandu jinħatar mill-Kummissjoni. L-ispejjeż imġarrba bħala riżultat tal-kuntratt mal-awditur u s-servizzi ta' ġestjoni tal-bażi tad-dejta għandhom jiġu koperti mill-manifatturi u l-importaturi tat-tabakk. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasparenza u l-aċċessibilità onlajn bis-sħiħ tal-faċilitajiet tal-ħżin tad-dejta meħtieġa għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-parti terza indipendenti fuq bażi permanenti. L-Istati Membri jew il-Kummissjoni għandhom jippermettu lill-manifatturi jew l-importaturi aċċess għal din l-informazzjoni, bil-kundizzjoni li informazzjoni kummerċjalment sensittiva tibqa’ protetta b’mod adegwat skont il-leġiżlazzjonijiet rilevanti nazzjonali u tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aċċess għall-bażi tad-dejta jingħata biss meta jkun neċessarju għall-fini ta' identifikazzjoni jew investigazzjoni ta' kummerċ illegali u l-informazzjoni dwar il-bażi tad-dejta tiġi protetta u trattata kunfidenzjalment. B'mod partikolari, id-dejta ma tista tiġi kondiviża ma ebda persuna jew organizzazzjoni li ma tkunx involuta fl-investigazzjoni jew fil-proċedimenti sussegwenti.

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE.

7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta personali tiġi pproċessata skont ir-regoli u s-salvagwardji stabbiliti fid-Direttiva 95/46/KE.

8. Barra l-identifikatur uniku, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-pakketti kollha individwali tal-prodotti tat-tabakk li jitqiegħdu fis-suq ikollhom karatteristika viżibbli tas-sigurtà li ma tistax tintbagħbas b’ħxuna ta' mill-inqas 1 cm², li għandha tkun stampata jew imwaħħla b’tali mod li ma tinqalax, ma tistax titħassar u bl-ebda mod tiġi moħbija jew interrotta b’xi mod, inkluż permezz tal-bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew elementi oħra stipulati bil-liġi.

8. Barra l-identifikatur uniku, sikur u impossibbli li jiġi dduplikat, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-pakketti kollha individwali tal-prodotti tat-tabakk li jitqiegħdu fis-suq ikollhom karatteristika viżibbli tas-sigurtà li ma tistax tintbagħbas b’ħxuna ta' mill-inqas 1 cm², li għandha tkun stampata jew imwaħħla b’tali mod li ma tinqalax, ma tistax titħassar u bl-ebda mod tiġi moħbija jew interrotta b’xi mod, inkluż permezz tal-bolol tat-taxxa jew il-marki tal-prezz, jew elementi oħra stipulati bil-liġi.

9. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 22:

9. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sa …*, b'kunsiderazzjoni tal-prattiki, teknoloġiċi u prattikalitajiet kummerċjali eżistenti, kif ukoll l-istandards globali għall-insegwiment u l-lokalizzazzjoni u l-awtentikazzjoni ta' merkanzija tal-konsumatur li tiċċaqlaq b’ħeffa u r-rekwiżiti relevanti skont il-Protokoll biex jiġi Eliminat il-Kummerċ Illeċitu tal-Prodotti tat-Tabakk tal-FCTC tal-WHO, li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 22:

(a) biex tiddefinixxi l-elementi ewlenin (bħalma huma t-tul taż-żmien, ir-rinnovalibità, l-għarfien espert meħtieġ, il-kunfidenzjalità) tal-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 6, inkluż il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni regolari tiegħu;

(b) biex tiddefinixxi l-istandards tekniċi li jiżguraw li s-sistemi użati għall-identifikaturi uniċi u l-funzjonijiet relatati huma kompatibbli bis-sħiħ ma’ xulxin fl-UE kollha u

(b) biex tiddefinixxi l-istandards tekniċi li jiżguraw li s-sistemi użati għall-identifikaturi uniċi u l-funzjonijiet relatati huma kompatibbli bis-sħiħ ma’ xulxin fl-UE kollha u

(c) biex tiddefinixxi l-istandards tekniċi għall-element komuni tas-sigurtà u r-rotazzjoni possibbli tagħhom u li tadattahom għall-iżviluppi xjentifiċi, tekniċi u tas-suq.

(c) biex tiddefinixxi l-istandards tekniċi għall-element komuni tas-sigurtà u r-rotazzjoni possibbli tagħhom.

9a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta standards tekniċi għall-element komuni tas-sigurtà għall-iżvilupp xjentifiku, tekniku u tas-suq.

10. Prodotti tat-tabakk minbarra s-sigarretti u t-tabakk tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sat-8 għall-perjodu ta’ (5) ħames snin wara d-data msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 25.

10. Prodotti tat-tabakk minbarra s-sigaretti u t-tabakk maqtugħ fin għas-sigaretti tal-brim għandhom ikunu eżentati mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 8 għall-perjodu ta’ għaxar (10) snin wara d-data msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 25.

___________

* ĠU: Jjekk jogħġbok daħħal id-data: tnax-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Titolu 2 – kapitolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tabakk għall-użu orali

Prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx

Ġustifikazzjoni

It-tabakk għall-użu orali jagħmel parti mill-kategorija tal-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx, għalhekk biex ir-relazzjoni bejn iż-żewġ termini tiġi riflessa, it-titolu tal-kapitolu għandu jinbidel kif xieraq.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu limiti massimi għas-sustanzi tossiċi jew karċinoġeniċi preżenti fil-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx mqiegħda fis-suq. Is-sustanzi u l-limiti meħtieġa huma kif dettaljati fl-Anness IIa.

Ġustifikazzjoni

Din tissostitwixxi projbizzjoni fuq it-tabakk orali bi standard tal-kwalità tal-prodott għat-tabakk kollu li ma jdaħħanx. Minflok ma jiġu projbiti l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħanx li huma inqas riskjużi, dan se jkollu l-effett li jneħħi l-aktar prodotti tat-tabakk riskjużi mis-suq, u għalhekk hu konsistenti mal-objettivi tas-saħħa tas-suq intern. Din it-taqsima tirriproduċi r-rakkomandazzjonijiet regolatorji tal-Grupp tal-Istudju dwar ir-Regolament tal-Prodotti tat-Tabakk tad-WHO - Rapport fuq il-Bażi Xjentifika tar-Regolament tal-Prodotti tat-Tabakk , Serje tar-Rapporti Tekniċi tad-WHO, nru. 955. (2010)

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 22 biex tadatta s-sustanzi u l-valuri massimi msemmija fil-paragrafu 1a u stipulati fl-Anness IIa, b'kunsiderazzjoni tal-iżviluppi xjentifiċi u l-istandards miftiehma internazzjonalment, filwaqt li tqis il-prinċipji ta' proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni u l-objettiv li s-suq intern jiġi żviluppat b'livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li taġġusta l-qafas regolatorju – pereżempju billi tinkludi l-metall tqil jew karċinoġeni oħra, meta jkun hemm ġustifikazzjoni għal dan.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 16

Artikolu 16

Bejgħ bid-distanza transkonfinali ta’ prodotti tat-tabakk

Bejgħ bid-distanza transkonfinali ta’ prodotti tat-tabakk

1. L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut li biħsiebhom jinvolvu ruħhom fil-bejgħ bid-distanza transkonfinali lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni li jirreġistraw mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn l-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut huwa stabbilit u fl-Istat Membru fejn jinsab il-konsumatur attwali jew potenzjali. Punti tal-bejgħ bl-imnut stabbiliti barra l-Unjoni għandhom jirreġistraw mal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru fejn jinsabu l-konsumaturi attwali jew potenzjali. L-istabbilimenti kollha tal-bejgħ bl-imnut li biħsiebhom jinvolvu ruħhom fil-bejgħ bid-distanza bejn il-fruntieri għandhom jissottomettu ta' mill-inqas din l-informazzjoni li ġejja lill-awtoritajiet kompetenti:

1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-bejgħ bid-distanza transkonfinali ta' prodotti tat-tabakk lill-konsumaturi li jinsabu fl-Unjoni.

(a) l-isem jew l-isem korporattiv u l-indirizz permanenti tal-post tal-attività minn fejn il-prodotti tat-tabakk jiġu fornuti ;

(b) Id-data ta’ meta bdiet l-attività li qed toffri l-prodotti tat-tabakk għall-bejgħ bid-distanza bejn il-fruntieri lill-pubbliku permezz tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni;

(c) l-indirizz tal-websajt/s użati għal dak l-iskop u l-informazzjoni rilevanti kollha neċessarja biex tkun identifikata l-websajt.

1a. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu fit-territorju tagħhom id-distribuzzjoni ta' prodotti tat-tabakk b'xejn jew bi skont u t-tpartit ta' pakketti ġodda u ssiġillati ta' prodotti tat-tabakk ma' pakketti li jkunu diġà nfetħu, irrispettivament mill-mezzi użati.

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista sħiħa tal-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut reġistrati magħhom skont ir-regoli u s-salvagwardji stipulati fid-Direttiva 95/46/KE. L-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut jistgħu jibdew biss t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti tat-tabakk fil-forma ta' bejgħ bid-distanza mill-mument li l-isem tal-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut huwa ppubblikat fl-Istati Membri rilevanti.

3. Jekk ikun neċessarju biex tkun żgurata l-konformità u jiġi ffaċilitat l-infurzar, l-Istati Membri tad-destinazzjoni jistgħu jesiġu li punt ta’ bejgħ bl-imnut jinnomina persuna naturali li hija responsabbli biex tivverifika il-prodotti tat-tabakk qabel ma jaslu għand il-konsumatur jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

4. L-istabbilimenti tal-bejgħ bl-imnut involuti f’bejgħ bid-distanza għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta' verifika tal-età, li tivverifika fil-mument tal-bejgħ, li l-konsumatur li qed jixtri jirrispetta l-età minima prevista skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni. Il-bejjiegħ bl-imnut jew il-persuna naturali nominata għandhom jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti deskrizzjoni tad-dettalji u t-tħaddim tas-sistema tal-verifika tal-età.

5. Id-dejta personali tal-konsumatur għandha tiġi pproċessata biss skont id-Direttiva 95/46/KE u ma tiġix żvelata lill-manifattur tal-prodotti tat-tabakk jew il-kumpaniji li jiffurmaw parti mill-istess grupp ta’ kumpaniji jew lil kwalunkwe partijiet terzi oħra. Id-dejta personali ma għandhiex tintuża jew tiġi ttrasferita lil hinn mill-iskop tax-xiri effettiv. Dan japplika wkoll jekk l-istabbiliment tal-bejgħ bl-imnut jifforma parti minn manifattur ta’ prodotti tat-tabakk.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Notifika tal-prodotti ġodda tat-tabakk

Notifika tal-prodotti ġodda tat-tabakk u l-għoti tal-awtorizzazzjoni ta' qabel il-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti tat-tabbakk b'riskji mnaqqsa

Ġustifikazzjoni

Marbuta mal-emenda għall-Artikolu 2(1)(36a). Ladarba l-awtoritajiet ikollhom evidenza xjentifika li ċerti prodotti ġodda tat-tabakk għandhom anqas riskji, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli effettivi li jiżguraw li l-konsumaturi jiġu infurmati sew. In-nuqqas ta' dan ifixkel l-investiment fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' dawn il-prodotti, li huma maħsuba li joffru lill-konsumaturi alternattiva anqas dannuża għall-prodotti konvenzjonali tat-tabakk.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bi kwalunkwe prodotti ġodda tat-tabakk li beħsiebhom iqegħdu fis-swieq tal-Istati Membri kkonċernati. In-notifika għandha tkun sottomessa f’forma elettronika sitt xhur qabel it-tqegħid maħsub fis-suq u għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni dettaljata tal-prodott in kwistjoni kif ukoll informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-emissjonijiet skont l-Artikolu 5. Il-manifatturi u l-importaturi li jinnotifikaw prodotti ġodda tat-tabakk għandhom ukoll jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti in kwistjoni bi:

1. stati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bi kwalunkwe prodotti ġodda tat-tabakk li beħsiebhom iqegħdu fis-swieq tal-Istati Membri kkonċernati, u li fir-rigward tagħhom biħsiebhom jagħmlu dikjarazzjonijiet, abbażi ta' evidenza xjentifika soda, li jallegaw ħsara jew riskji mnaqqsa b'paragun mal-prodotti konvenzjonali tat-tabakk. In-notifika għandha tkun sottomessa f’forma elettronika sitt xhur qabel it-tqegħid maħsub fis-suq u għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni dettaljata tal-prodott in kwistjoni kif ukoll informazzjoni dwar l-ingredjenti u l-emissjonijiet skont l-Artikolu 5. Il-manifatturi u l-importaturi li jinnotifikaw prodotti ġodda tat-tabakk għandhom ukoll jipprovdu lill-awtoritajiet kompetenti in kwistjoni bi:

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) l-istudji xjentifiċi disponibbli dwar it-tossiċità, l-effett tad-dipendenza u l-attrazzjoni tal-prodott, b’mod partikolari fir-rigward tal-ingredjenti u l-emissjonijiet tiegħu;

a) studji xjentifiċi disponibbli dwar it-tossiċità, l-impatt fuq it-tipjip passiv, l-effett tad-dipendenza u l-attrazzjoni tal-prodott, b’mod partikolari fir-rigward tal-ingredjenti u l-emissjonijiet tiegħu;

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk biex jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu 1, punti (a) sa (c) lill-aġenziji kompetenti tagħhom wara li l-kontenut u l-konklużjonijiet tagħhom ikunu ġew verifikati minn faċilitajiet xjentifiċi indipendenti.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinformaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’xi tagħrif ġdid jew aġġornat imsemmi fil-punti (a) sa (c) fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jeħtieġu mill-manifatturi jew l-importaturi tat-tabakk li jwettqu testijiet addizzjonali jew jissottomettu informazzjoni addizzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li jirċievu skont dan l-Artikolu. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jintroduċu sistema ta’ awtorizzazzjoni u jitolbu ħlas proporzjonat..

2. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-manifatturi u l-importaturi tal-prodotti tat-tabakk jinformaw l-awtoritajiet kompetenti tagħhom b’xi tagħrif ġdid jew aġġornat imsemmi fil-punti (a) sa (c) fil-paragrafu 1. L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jeħtieġu mill-manifatturi jew l-importaturi tat-tabakk li jwettqu testijiet addizzjonali jew jissottomettu informazzjoni addizzjonali. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha li jirċievu skont dan l-Artikolu. B'rabta mat-tqegħid fis-suq tal-prodotti tat-tabakk b'riskji mnaqqsa, l-Istati Membri għandhom ikunu intitolati li jintroduċu sistema ta’ awtorizzazzjoni u jitolbu ħlas proporzjonat.

L-Istati Membri għandhom ikunu intitolati jistabbilixxu regoli speċifiċi għall-prodotti b'riskji mnaqqsa li jirregolaw l-informazzjoni għall-konsumatur, l-ippakkjar u l-ittikkettar, l-ingredjenti u l-emissjonijiet u l-metodi użati biex jitkejlu l-qatran, in-nikotina u l-monossidu tal-karbonju. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn ir-regoli lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Marbuta mal-emenda għall-Artikolu 2(1)(36a). Ladarba l-awtoritajiet ikollhom evidenza xjentifika li ċerti prodotti ġodda tat-tabakk għandhom anqas riskji, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli effettivi li jiżguraw li l-konsumaturi jiġu infurmati sew. In-nuqqas ta' dan ifixkel l-investiment fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' dawn il-prodotti, li huma maħsuba li joffru lill-konsumaturi alternattiva anqas dannuża għall-prodotti konvenzjonali tat-tabakk.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Prodotti ġodda tat-tabakk imqiegħda fis-suq għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva. Id-dispożizzjonijiet applikabbli jiddependu fuq jekk il-prodotti jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ prodott tat-tabakk li ma jdaħħanx fil-punt (29) tal-Artikolu 2 jew tabakk għat-tipjip fil-punt (33) tal-Artikolu 2.

3. Prodotti ġodda tat-tabakk b'riskji mnaqqsa mqiegħda fis-suq għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva. Il-prodotti tat-tabakk b'riskji mnaqqsa għandhom jiġu koperti minn dispożizzjonijiet speċjali stabbiliti mill-Istati Membri skont il-paragrafu 2. Id-dispożizzjonijiet applikabbli jiddependu fuq jekk il-prodotti jaqgħux taħt id-definizzjoni ta’ prodott tat-tabakk li ma jdaħħanx fil-punt (29) tal-Artikolu 2 jew tabakk għat-tipjip fil-punt (33) tal-Artikolu 2.

Ġustifikazzjoni

Marbuta mal-emenda għall-Artikolu 2(1)(36a). Ladarba l-awtoritajiet ikollhom evidenza xjentifika li ċerti prodotti ġodda tat-tabakk għandhom anqas riskji, jeħtieġ li jiġu stabbiliti regoli effettivi li jiżguraw li l-konsumaturi jiġu infurmati sew. In-nuqqas ta' dan ifixkel l-investiment fir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u l-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' dawn il-prodotti, li huma maħsuba li joffru lill-konsumaturi alternattiva anqas dannuża għall-prodotti konvenzjonali tat-tabakk.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Abbażi ta' dejta xjentifika u teknika indipendenti, affidabbli u verifikabbli, il-Kummissjoni għandha, fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva u skont l-Artikolu 22, tadotta atti delegati li jistabbilixxu regoli li jirregolaw l-evalwazzjoni, l-ippakkjar, l-ittikkettar, l-ingredjenti, it-tqegħid fis-suq, il-preżentazzjoni, il-bejgħ u l-informazzjoni għall-konsumaturi dwar prodotti ġodda tat-tabakk li huma ferm anqas dannużi minn prodotti tradizzjonali tat-tabakk.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18

Artikolu 18

Prodotti li fihom in-Nikotina

Prodotti li fihom in-Nikotina

1. Il-prodotti li ġejjin li fihom in-nikotina jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2001/83/KE:

1. Il-prodotti li ġejjin li fihom in-nikotina jistgħu jitqiegħdu fis-suq biss jekk ikunu ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2001/83/KE:

(a) prodotti b’livell ta’ nikotina ogħla minn 2 mg għal kull unità, jew

(a) prodotti b’livell ta’ nikotina ogħla minn 2 mg għal kull unità, jew

(b) prodotti b’konċentrazzjoni ta’ nikotina aktar minn 4 mg għal kull ml, jew

(b) prodotti b’konċentrazzjoni ta’ nikotina aktar minn 4 mg għal kull ml,

(c) prodotti li l-użu maħsub tagħhom jirriżulta f’konċentrazzjoni plażma bl-ogħla massimu medju li jaqbeż 4 ng ta’ nikotina għal kull ml.

1a. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għall-prodotti li fihom in-nikotina awtorizzati skont id-Direttiva 2001/83/KE. Fejn ma japplikax il-paragrafu 1, il-prodotti jistgħu jitqiegħdu fis-suq jekk jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

1b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prodotti li fihom in-nikotina jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE attwalment fis-seħħ dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u s-sikurezza u ma' legiżlazzjoni rilevanti oħra.

1c. Mhux aktar tard minn tnax-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni rapport dwar il-miżuri li jkun ħa biex jimplimenta u jinforza l-leġiżlazzjoni stabbilita fl-Anness IIb rigward il-prodotti li fihom in-nikotina u l-effettività ta' dawn il-miżuri.

1d. L-Istati Membri għandhom jintroduċu projbizzjoni fuq l-użu tal-prodotti li fihom in-nikotina f'postijiet pubbliċi.

1e. L-Istati Membri għandhom jintroduċu età minima sabiex wieħed ikun jista' jixtri prodotti li fihom in-nikotina.

2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex taġġorna l-kwantitajiet tan-nikotina stipulati fil-paragrafu 1 filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq mogħtija lil prodotti li fihom in-nikotina skont id-Direttiva 2001/83/KE.

2. Il-Kummissjoni għandha, sal-1 ta’ April 2017, twettaq studju dwar il-prodotti li fihom in-nikotina f’konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u l-Istati Membri. Dan l-istudju se jqis jekk hemmx bżonn leġiżlazzjoni speċifika rigward il-prodotti li fihom in-nikotina.

3. Kull pakkett individwali u kull ippakkjar ta’ prodotti li fihom in-nikotina taħt il-limiti bażiċi stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:

3. Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5, 6 u 12, kull pakkett individwali u kull ippakkettar ta’ prodotti li fihom in-nikotina mhux koperti mid-Direttiva 2001/83/KE għandhom juru t-twissija tas-saħħa li ġejja:

Dan il-prodott fih in-nikotina u jista’ joħloq ħsara għal saħħtek.

Dan il-prodott fih in-nikotina u jagħmel ħsara lil saħħtek.

4. It-twissija tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 3 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10(4). Barra minn hekk, għandha:

4. It-twissija tas-saħħa msemmija fil-paragrafu 3 għandha tikkonforma mar-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 10(4). Barra minn hekk, għandha:

(a) tiġi stampata fuq l-akbar żewġ uċuħ tal-pakkett individwali, u kull ippakkjar estern.

(a) tiġi stampata fuq l-akbar żewġ uċuħ tal-pakkett individwali, u kull ippakkjar estern.

(b) tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li tikkorrispondi mal-pakket individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

(b) tkopri 30 % tal-erja esterna tal-wiċċ li tikkorrispondi mal-pakket individwali u kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta r-rekwiżiti fil-paragrafi 3 u 4 filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq u biex tadotta u tadatta l-pożizzjoni, il-format, il-layout, id-disinn u r-rotazzjoni tat-twissijiet tas-saħħa.

5. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 22 sabiex tadatta r-rekwiżiti fil-paragrafi 3 u 4 filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u tas-suq u biex tadotta u tadatta l-pożizzjoni, il-layout, id-disinn u r-rotazzjoni tat-twissijiet tas-saħħa.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-prodott jista’ joħloq ħsara għal saħħtek.

Dan il-prodott jista’ jagħmel ħsara lil saħħtek u jagħmlek dipendenti.

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti tal-pjanti għandhom jiġu raggruppati flimkien mal-prodotti tat-tabakk u l-istess regoli għandhom japplikaw għalihom.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. It-twissija tas-saħħa għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(4). Din għandha tkopri mhux anqas minn 30 % tal-erja tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali, u ta’ kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b'żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri bi tlett ilsna uffiċjali.

3. It-twissija tas-saħħa għandha tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 10(4). Din għandha tkopri mhux anqas minn 30 % tal-erja tal-wiċċ li jikkorrispondi tal-pakkett individwali, u ta’ kull ippakkjar estern. Dak il-proporzjon għandu jiżdied għal 32 % għall-Istati Membri b’żewġ ilsna uffiċjali u 35 % għall-Istati Membri b'aktar minn żewġ ilsna uffiċjali.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(3), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(3), 13(4), 14(9), 18(2) u 18(5) għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

2. Is-setgħat biex jiġu adottati l-atti delegati msemmijin fl-Artikoli 4(3), 4(4), 6(2a), 6(3), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 11(3), 13(4), 14(9a), 15, 17(3a), u 18(5) għandhom jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(3), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(3), 13(4), 14(9), 18(2) u 18(5) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħat imsemmijin fl-Artikoli 4(3), 4(4), 6(2a), 6(3), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 11(3), 13(4), 14(9), 14(9a), 15, 17(3a), u 18(5) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att delegat skont l-Artikoli 3(2), 3(3), 4(3), 4(4), 6(3), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 10(5), 11(3), 13(3), 13(4), 14(9), 18(2) u 18(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel jispiċċa dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat skont l-Artikoli 4(3), 4(4), 6(2a), 6(3), 6(9), 6(10), 8(4), 9(3), 11(3), 13(4), 14(9), 14(9a), 15, 17(3a), u 18(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni espressa mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel jispiċċa dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li ma joġġezzjonawx. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bil-ħsieb tal-abbozzar tar-rapport, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn esperti xjentifiċi u tekniċi sabiex tikseb it-tagħrif kollu disponibbli meħtieġ.

Bil-ħsieb tal-abbozzar tar-rapport, il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn esperti xjentifiċi u tekniċi mill-Istati Membri sabiex tikseb it-tagħrif kollu disponibbli meħtieġ.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Madankollu, Stat Membru jista’ jżomm disposizzjonijiet nazzjonali aktar stretti, applikabbli għall-prodotti kollha bl-istess mod, f’oqsma koperti bid-Direttiva, fuq bażi tal-ħtiġijiet urġenti dwar il-ħarsien tas-saħħa pubblika. Stat Membru jista’ wkoll jintroduċi dispożizzjonijiet iktar stretti, għal raġunijiet relatati mas-sitwazzjoni speċifika ta' dan l-Istat Membru u bil-kundizzjoni li d-dispożizzjonijiet huma ġġustifikati għall-ħtieġa li titħares is-saħħa pubblika. Dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni flimkien mar-raġunijiet għaż-żamma jew l-introduzzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha, fi żmien sitt xhur mid-data li tirċievi n-notifika, tapprova jew tirrifjuta d-dispożizzjonijiet wara li tkun ivverifikat, filwaqt li ħadet in konsiderazzjoni l-livell għoli tal-ħarsien tas-saħħa miksub permezz ta’ din id-Direttiva, jekk humiex ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati jew le għall-għan tagħhom u jekk humiex mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Fin-nuqqas ta’ deċiżjoni mill-Kummissjoni matul dan il-perjodu, id-disposizzjonijiet nazzjonali għandhom ikunu meqjusa bħala approvati.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex teffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jżommu jew jintroduċu, skont it-Trattat, regoli aktar iebsa dwar il-manifattura, l-importazzjoni, il-bejgħ u l-konsum ta' prodotti tat-tabakk li huma jqisu meħtieġa biex titħares is-saħħa pubblika, sakemm dawk ir-regoli jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva [L-Uffiċcju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data: eżatta mhux aktar tard minn : dħul fis-seħħ + 18 xahar]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

1. stati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti, id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva [L-Uffiċcju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data: eżatta mhux aktar tard minn : dħul fis-seħħ + 24 xahar]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

stati Membri jistgħu jippermettu l-prodotti li ġejjin, li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva, biex jitqiegħdu fis-suq sa [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data eżatta: dħul fis-seħħ + 24 xahar]:

stati Membri jistgħu jippermettu l-prodotti li ġejjin, li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva, biex jitqiegħdu fis-suq sa [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data eżatta: dħul fis-seħħ + 48 xahar]:

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandu jkollhom aktar żmien biex jaġġustaw għad-dispożizzjonijiet il-ġodda.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) prodotti tat-tabakk;

(a) sigarretti u sigarretti tal-brim;

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) prodotti li fihom nikotina taħt il-limitu stabbilit fl-Artikolu 18(1);

(b) prodotti li fihom in-nikotina;

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-emenda għall-Artikolu 18 tad-Direttiva proposta.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-prodotti tat-tabakk għajr is-sigarretti u s-sigarretti tal-brim, li mhumiex konformi ma’ din id-Direttiva, jitqiegħdu fis-suq sa [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet, jekk jogħġbok daħħal id-data eżatta: dħul fis-seħħ + 42 xahar].

Ġustifikazzjoni

Skont il-Premessa (18) tad-Direttiva 2001/37/KE, għandhom jiġu pprovduti perijodi tranżizzjonali suffiċjentement twal sabiex ikunu jistgħu jsiru l-modifiki neċessarji fil-produzzjoni u l-bejgħ tal-ħażniet, partikolarment għall-prodotti għajr is-sigarretti.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS IIa

Il-kontenut massimu permissibbli fit-tabakk li ma jdaħħanx, tossina għal kull unità ta' piż ta' tabakk niexef:

NNN (N-nitrosonornikotina) b'żieda ma' NNK (4-(metilnitrosamminiku)-1-(3-piridil)-1-butanun): 2.0 mg/kg

B(a)P (Benżo[a]Pirene): 5.0 µg/kg

Ġustifikazzjoni

Din it-tabella tirripproduċi r-rakkomandazzjonijiet tat-tossiċità tal-Grupp ta' Studju tad-WHO rigward ir-Regolament dwar il-Prodotti tat-Tabakk - Rapport rigward il-Bażi Xjentifika dwar ir-Regolament dwar il-Prodotti tat-Tabakk Serje ta' Rapporti Tekniċi tad-WHO Nru 955. (2010)

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Anness 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

ANNESS IIb

Leġiżlazzjoni tal-UE applikabbli għall-prodotti li fihom in-nikotina:

Is-sikurezza ġenerali:

Id-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti, partikolarment rigward is-sistema RAPEX – notifiki u twissijiet ta' prodotti perikolużi

Ippakkjar u ttikkettar:

Id-Direttiva 67/548/KEE dwar is-Sustanzi Perikolużi

Id-Direttiva 99/45/KE dwar il-Preparazzjonijiet Perikolużi

Klassifikazzjoni, Ittikkettar u Ppakkjar ta' Sustanzi u Taħlitiet – Ir-Regolament CLP 1272/2008 japplika mill-2015.

Is-sikurezza kimika:

Ir-Regolament (KE) 1907/2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH)

Is-sikurezza elettrika:

Id-Direttiva 2006/95/KE dwar il-Voltaġġ Baxx

Id-Direttiva 2004/108/KE dwar il-Kompatibilità Elettromanjetika

Id-Direttiva 2011/65/EU dwar ir-Restrizzjoni tal-Użu ta’ Ċerti Sustanzi Perikolużi (RoHS) (fejn xieraq)

Id-Direttiva 2012/19/UE dwar Skart ta’ Tagħmir Elettriku u Elettroniku (WEEE)

Id-Direttiva 2006/66/KE dwar il-Batteriji

Il-piżijiet u l-miżuri:

Id-Direttiva 76/211/KEE dwar il-prekondizzjonament bil-piż jew bil-volum ta’ ċerti prodotti f’imballaġġ minn qabel

Id-Direttiva 2007/45/KE dwar Kwantitajiet Nominali għal Prodotti Mballati Minn Qabel

Il-Prattika Kummerċjali:

Id-Direttiva 97/7/KE dwar il-Bejgħ li Jsir mill-Bogħod

Id-Direttiva 2000/31/KE dwar il-Kummerċ Elettroniku

Id-Direttiva 2006/114/KE dwar Reklamar Qarrieqi u Komparattiv

Id-Direttiva 2005/29/KE dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom japplikaw il-korp ta' regolamenti eżistenti dwar il-konsumaturi u s-sikurezza għall-prodotti li fihom in-nikotina. Ir-rekwiżit ta' rappurtar ifisser li se jittieħed approċċ aktar sistematiku u dan se jkun il-bażi ta' rieżami tal-Kummissjoni li se jitlesta sa April 2017.

ANNESS - LISTA TA' KONTRIBUTI MILL-PARTIJIET IKKONĊERNATI[1]

Organizzazzjoni

Action Buendnis NICHT RAUCHEN

Addleshaw Goddard LLP

Prof. Andrzej Sobczak

Association of the European Self-Medication Industry

European Association of Communications Agencies

Federation of European Direct and Interactive Marketing

Business Action to Stop Counterfeiting and Piracy

British American Tobacco

Confédération Européenne des Détaillants en Tabac

Deutsche Benkert GmbH & Co KG

Clive Bates, former director of UK-based Action on Smoking and Health

Confederation of European Union Cigarette Manufacturers

Council of European Dentists

European Carton Makers Association

European Cigar Manufacturers Association

Electronic Cigarette Industry Trade Association

European Self-Medication Industry

European Communities Trade Mark Association

European Federation of Allergy and Airways Diseases Patients' Associations

European Heart Network

E-lites (Charles Hamshaw-Thomas)

European Public Health Alliance

European Society of Cardiology

European Smokeless Tobacco Council ESTOC

European Union Cigarette Manufacturers

Fertin Pharma

European Public Health Alliance

Polish Chamber of Commerce

German Cancer Research Center

Gerry Stimson, Professor

Global Acetate Manufacturers' Association

International Chamber of Commerce 

Japan Tobacco International Poland

Jacques Le Houezec, PhD

Jean-Francois ETTER – Professeur associé - Dr ès sciences

Krajowe Stowarzyszenie Przemysłu Tytoniowego

Kreab Gavin Anderson

MANE, a French Flavour Company/French Flavour Association (SNIAA)

dr Michał Kozłowski -http://esmokinginstitute.com/

Mirosław Dworniczak

starychemik.wordpress.com

www.dworniczak.eu

Naczelna Rada Lekarska

National Brands Associations

dr Michał Kozłowski -http://esmokinginstitute.com/

NJOY Electronic Cigarettes

Phillip Morris

Polish Confederation of Private Employers Lewiatan

Polish Society for Health Programmes

POLSKI ZWIĄZEK PLANTATORÓW TYTONIU

Polish tobacco farmers association

Smoke Free Partnership

Stowarzyszenie MANKO - Partnerstwo Polska Bez Dymu

SWM INTL

SCIPA Security Solutions Poland Sp. z o.o.

TRIERENBERG HOLDING AG

Zakład Szkodliwości Chemicznych i Toksykologii Genetycznej

Action on Smoking and Health (UK)

PROĊEDURA

Titolu

L-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati

Referenzi

COM(2012)0788 – C7-0420/2012 – 2012/0366(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

15.1.2013

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

15.1.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Małgorzata Handzlik

23.1.2013

Eżami fil-kumitat

21.3.2013

24.4.2013

30.5.2013

Data tal-adozzjoni

18.6.2013

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

14

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Claudette Abela Baldacchino, Pablo Arias Echeverría, Preslav Borissov, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Toine Manders, Franz Obermayr, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Matteo Salvini, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Gino Trematerra, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Nora Berra, Jürgen Creutzmann, María Irigoyen Pérez, Roberta Metsola, Olle Schmidt, Marc Tarabella, Sabine Verheyen

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Susy De Martini, Konrad Szymański

  • [1]  Il-lista mhijiex dettaljata

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (27.6.2013)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati
(COM(2012)0788 – C7‑0420/2012 – 2012/0366(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Csaba Sándor Tabajdi

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk ġdida u japprova bis-sħiħ il-promozzjoni tal-benesseri tan-nies u jappoġġja protezzjoni aħjar tas-saħħa pubblika. Jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu kkunsidrati l-aspetti kollha tal-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk, speċjalment iż-żamma tal-impjiegi agrikoli fil-katina tal-valur tat-tabakk sabiex ikun hemm qafas legali bilanċjat. Ir-rapporteur jenfasizza li t-test propost għandu jiġi aġġustat għall-impenji tal-kummerċ internazzjonali tad-WTO u jorbot legalment skont l-obbligi tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) dwar il-Kontroll fuq it-Tabakk (FCTC) adottata mill-Komunitajiet Ewropej.

Ir-rapporteur jenfasizza l-importanza ta’ miżuri, li jnaqqsu b’mod konsiderevoli u ġenwin il-konsum tat-tabakk u jipprevjenu liż-żgħażagħ milli jibdew ipejpu, imma li ma jwasslux għat-tnaqqis fis-settur Ewropew tat-tabakk li qed jikber, jiġifieri permezz tas-sostituzzjoni ta’ tabakk Ewropew b’tabakk orħos u mhux ikkontrollat minn pajjiżi terzi, u żieda fit-traffikar illegali ta’ prodotti tat-tabakk fil-fruntieri esterni tal-UE.

Fl-Unjoni t-tabakk jikkawża kważi 700 000 mewta kull sena. Fil-proposta tagħha l-Kummissjoni tiffoka fuq li tipprevjeni li n-nies, iż-żgħażagħ b’mod partikolari, jaqbdu l-vizzju tat-tipjip, peress li 70 % ta’ dawk li jpejpu jibdew jikkonsmaw it-tabakk qabel it-18-il sena. Barra minn hekk, it-tabakk huwa prodott agrikolu li jirrikjedi ħafna ħaddiema u jipprovdi 400 000 impjieg full-time u staġjonali madwar l-Ewropa, primarjament f’reġjuni bi problemi soċjali bi ftit jew xejn alternattivi ta’ xogħol. Data mill-partijiet interessati ekonomiċi bħall-UNITAB u l-COPA turi li 96 % tal-farms tat-tabakk huma farms tal-familja b’żona ta’ kultivazzjoni ta’ bejn 0.5 u 3 ettari.

Diversi drabi l-Parlament Ewropew indirizza n-nuqqas ta’ relazzjonijiet bejn it-tkabbir tat-tabakk u t-tipjip . Barra minn hekk, il-Kummissjoni Ewropea tirrikonoxxi, fir-rapport ta’ evalwazzjoni tagħha, li ma hemm l-ebda rabta diretta bejn il-kultivazzjoni tat-tabakk u r-rati tat-tipjip.

L-aktar għodda b’saħħitha li tipprevjeni liż-żgħażagħ milli jibdew ipejpu hija l-edukazzjoni, u l-programmi ta’ prevenzjoni. L-aktar stħarriġ rappreżentattiv riċenti jiżvela li matul l-aħħar għaxar snin, kien hemm tnaqqis kontinwu fil-konsum tat-tabakk minħabba diversi programmi ta’ prevenzjoni eż. fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Għaldaqstant ir-rapporteur jagħti parir li jiġi mwaqqaf Fond Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tipjip biex jiffinanzja programmi li jgħinu liċ-ċittadini jieqfu jpejpu, jipprevjenu liċ-ċittadini milli jibdew ipejpu, u jinformaw liċ-ċittadini dwar l-effetti ta’ ħsara tat-tipjip fuq is-saħħa.

Ir-rapporteur jemmen li ċ-ċittadini ma jirċevux informazzjoni adegwata dwar l-effetti ta’ ħsara tat-tipjip. Għaldaqstant, filwaqt li tittieħed inkonsiderazzjoni l-protezzjoni tal-konsumaturi, għandu jiġi introdott tikkettjar aħjar, bħall-indikazzjoni tal-livelli ta’ ħsara differenti tal-prodotti tat-tabakk. Dan m’għandux iqarraq bil-konsumaturi, għax il-prodotti tat-tabakk kollha huma ta’ ħsara.

F’ħafna Stati Membri, irġiel u nisa b’livell ta’ edukazzjoni aktar baxx u f’ċirkostanzi soċjali diffiċli jpejpu ħafna aktar: eż. fl-Ungerija 45 % tal-irġiel u 26 % tan-nisa li waqfu mill-iskola wara l-primarja bdew ipejpu. 32 % tal-irġiel u 22 % tan-nisa li waqfu mill-istudju wara l-livell postsekondarju bdew ipejpu. Fl-istess waqt, huma biss 20 % tal-irġiel u 18 % tan-nisa bi kwalifiki universitarji li bdew ipejpu. Għaldaqstant id-Direttiva għandha tikkunsidra l-aspetti soċjali wkoll meta tirregola l-prodotti tat-tabakk.

Ir-rapporteur huwa mħasseb li l-ambitu tal-atti delegati fil-proposta tal-Kummissjoni huwa wiesa’ wisq u jista’ jwassal għal żbilanċ istituzzjonali bejn il-Parlament u l-Kunsill bħala leġiżlaturi u l-Kummissjoni.

L-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar il-Prodotti tat-Tabakk il-ġdida proposta jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni u l-Istati Membri li jimmodifikaw il-kontenut massimu tal-qatran, in-nikotina, il-monossidu tal-karbonju jew emissjonijiet oħra; deċiżjoni biex jitnaqqas b’mod drastiku l-kontenut tan-nikotina tista’ tiddiskrimina lill-produtturi tat-tabakk Burley.

L-Artikolu 6 tal-proposta jippermetti lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jiddeċiedu liema togħma jew konċentrazzjoni ta’ ingredjenti tista’ tiġi kkunsidrata li tagħti togħma karatterizzanti; huma jistgħu jiddeċiedu wkoll li jipprojbixxu li jitqiegħdu fis-suq prodotti tat-tabakk b’addittivi “abbażi tal-evidenza xjentifika”. Sabiex tiġi ċċarata s-sitwazzjoni dwar l-addittivi, ir-rapporteur jixtieq lista pożittiva jew negattiva ta’ addittivi li huma essenzjali għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk u li jirriżultaw fi prodott b’togħma karatterizzanti li għandha tiġi stabbilita.

Billi tippermetti x-xiri transkonfinali tal-prodotti tat-tabakk, inkluż online, il-proposta toħloq periklu speċjali għall-ġenerazzjonijiet żgħażagħ. L-adozzjoni tal-proposta tista’ timplika aċċess aktar faċli għall-prodotti tat-tabakk għaż-żgħażagħ taħt it-18-il sena. Għaldaqstant, sabiex jipprevjeni liż-żgħażagħ milli jaqbdu l-vizzju tat-tipjip, ir-rapporteur jipproponi l-projbizzjoni tal-bejgħ tal-prodotti tat-tabakk permezz tal-internet. Xi Stati Membri diġà japplikaw din il-prattika tajba msemmija hawn fuq.

Sabiex jintlaħaq l-objettiv importanti tat-TFUE – il-promozzjoni tal-benesseri taċ-ċittadini – ir-rapporteur iqis li fl-ispirtu ta’ sussidjarjetà, l-Istati Membri li diġà introduċew dispożizzjonijiet kontra t-tabakk lil hinn mill-proposta tal-Kummissjoni, għandhom iżommu s-sistemi rispettivi tagħhom.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Id-daqs tas-suq intern tat-tabakk u prodotti relatati, ix-xejra li qed tikber tal-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk li jikkonċentraw il-produzzjoni għall-Unjoni kollha f’numru żgħir biss ta’ impjanti tal-produzzjoni fl-Istati Membri u l-kummerċ transkonfinali sinifikanti konsegwenti tat-tabakk u prodotti relatati, jitolbu għal azzjoni leġiżlattiva fil-livell tal-Unjoni minflok f'dak nazzjonali biex jinkiseb it-tħaddim mingħajr xkiel tas-suq intern.

(6) Id-daqs tas-suq intern tat-tabakk u prodotti relatati, ix-xejra li qed tikber tal-manifatturi tal-prodotti tat-tabakk li jikkonċentraw il-produzzjoni għall-Unjoni kollha f’numru żgħir biss ta’ impjanti tal-produzzjoni fl-Istati Membri u l-kummerċ transkonfinali sinifikanti konsegwenti tat-tabakk u prodotti relatati, jitolbu għal azzjoni leġiżlattiva aktar b'saħħitha fil-livell tal-Unjoni biex jinkiseb it-tħaddim mingħajr xkiel tas-suq intern.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a) L-Unjoni Ewropea għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-produzzjoni tat-tabakk fiż-żoni żvantaġġati, speċjalment fir-reġjuni l-aktar imbiegħda fejn hija ta’ spiss assoċjata ma’ karatteristiċi speċifiċi ġeografiċi u soċjoekonomiċi, u l-Unjoni għandha tippermetti li l-Istati Membri kkonċernati jimplimentaw miżuri speċifiċi biex jiżguraw produzzjoni kontinwa f’dawn iż-żoni.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Skont l-Artikolu 114(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem: “it-Trattat”), għandu jittieħed bħala bażi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li jitqies, b’mod partikolari, kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Il-prodotti tat-tabakk mhumiex komoditajiet ordinarji u minħabba l-effetti partikolarment dannużi tat-tabakk, il-protezzjoni tas-saħħa għandha tingħata importanza kbira, b’mod partikolari, biex titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ.

(8) Skont l-Artikolu 114(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem: “it-Trattat”), għandu jittieħed bħala bażi livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa, filwaqt li jitqies, b’mod partikolari, kull żvilupp ġdid ibbażat fuq fatti xjentifiċi. Il-prodotti tat-tabakk mhumiex komoditajiet ordinarji u minħabba l-effetti partikolarment dannużi tat-tabakk, il-protezzjoni tas-saħħa għandha tingħata importanza kbira, b’mod partikolari, biex titnaqqas il-prevalenza tat-tipjip fost iż-żgħażagħ. L-aktar għodod b’saħħithom li jipprevjenu liż-żgħażagħ milli jibdew ipejpu huma l-edukazzjoni, l-informazzjoni u l-kampanji u l-programmi ta’ prevenzjoni biex jgħinu liċ-ċittadini li jixtiequ jieqfu jpejpu. Dawk l-għodod jibqa' jkollhom rwol essenzjali. Għaldaqstant għandu jiġi mwaqqaf Fond Ewropew għall-Prevenzjoni tat-Tipjip biex jiffinanzja programmi li jgħinu liċ-ċittadini jieqfu jpejpu, jipprevjenu liċ-ċittadini milli jibdew ipejpu, u jinformaw liċ-ċittadini dwar l-effetti ta’ ħsara tat-tipjip fuq is-saħħa.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Fir-rigward tal-iffissar tal-kontenut massimu, jista’ jkun meħtieġ u xieraq li aktar tard jiġi adattat il-kontenut stabbilit jew li jiġu ffissati l-livelli limiti massimi għall-emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu t-tossiċità jew l-effett ta' dipendenza tagħhom.

(11) Fir-rigward tal-iffissar tal-kontenut massimu, jista’ jkun meħtieġ u xieraq li aktar tard jiġi adattat il-kontenut stabbilit jew li jiġu ffissati l-livelli limiti massimi għall-emissjonijiet, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi, il-progress u l-għarfien xjentifiċi u l-istandards aċċettati f’livell internazzjonali meta jiġu analizzati t-tossiċità jew l-effett ta' dipendenza tagħhom.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) L-użu attwali ta’ formati differenti ta' rappurtar jagħmilha diffiċli għall-manifatturi u l-importaturi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' rappurtar u huwa ta' piż għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex iqabblu, janalizzaw u jfasslu l-konklużjonijiet mill-informazzjoni li jkunu rċevew. F’dan id-dawl għandu jkun hemm format obbligatorju komuni għar-rappurtar tal-ingredjenti u l-emissjonijiet. L-akbar trasparenza possibbli dwar l-informazzjoni tal-prodott għandha tiġi żgurata għall-pubbliku ġenerali, filwaqt li jiġi żgurat li jitqiesu kif xieraq id-drittijiet kummerċjali u ta' proprjetà intelletwali tal-manufatturi tal-prodotti tat-tabakk.

(13) L-użu attwali ta’ formati differenti ta' rappurtar jagħmilha diffiċli għall-manifatturi u l-importaturi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom ta' rappurtar u huwa ta' piż għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni biex iqabblu, janalizzaw u jfasslu l-konklużjonijiet mill-informazzjoni li jkunu rċevew. F’dan id-dawl għandu jkun hemm format obbligatorju komuni għar-rappurtar tal-ingredjenti u l-emissjonijiet. kbar trasparenza possibbli dwar l-informazzjoni tal-prodott għandha tiġi żgurata għall-pubbliku ġenerali, filwaqt li jiġi żgurat li jitqiesu kif xieraq id-drittijiet kummerċjali u ta’ proprjetà intelletwali tal-manufatturi tal-prodotti tat-tabakk u l-konformità mal-obbligi tad-WTO.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-probabbiltà tar-regolamentazzjoni diverġenti qed tiżdied aktar minħabba t-tħassib dwar il-prodotti tat-tabakk, inklużi l-prodotti tat-tabakk li ma jdaħħnux, li jkollhom togħma karatterizzanti oħra għajr it-tabakk, li jistgħu jiffaċilitaw il-bidu tal-konsum tat-tabakk jew jaffettwaw ix-xejriet tal-konsum. Pereżempju, f’ħafna pajjiżi, il-bejgħ ta' prodotti mentolati żdied gradwalment anki jekk il-prevalenza tat-tipjip naqset b'mod ġenerali. Għadd ta' studji indikaw li l-prodotti tat-tabakk mentolati jistgħu jiffaċilitaw l-inalazzjoni kif ukoll il-bidu tat-tipjip fost iż-żagħżagħ. Għandhom jiġu evitati l-miżuri li jintroduċu differenzi mhux ġustifikati tat-trattament bejn is-sigarretti mħawra (eż. is-sigarretti bil-mentol u bl-imsiemer tal-qronfol).

imħassar

Ġustifikazzjoni

M’hemm l-ebda riċerka indipendenti li turi li ż-żieda ta’ mentol iżżid it-tipjip jew tinkoraġġixxi lin-nies jieħdu ‘l-ewwel sigarett’. Tliet Stati Membri biss għandhom livell għoli ta’ konsum ta’ sigarretti mentolati.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) Riċerka affidabbli turi li l-livell tat-tkabbir tat-tabakk fl-UE mhuwiex marbut man-numru taċ-ċittadini tal-UE li jpejpu. Fl-istess ħin, il-maġġoranza tat-tabakk imkabbar fl-UE jiġi minn farms tal-familja żgħar ħafna li jsibuha diffiċli ħafna li jaqilbu għal mudell ta’ produzzjoni differenti. Il-bdiewa tal-UE għandhom għalhekk ikollhom l-opportunità li jikkummerċjalizzaw it-tabakk li jipproduċu għall-bżonnijiet tal-konsumaturi Ewropej, u fl-istess ħin jiżguraw li tiġi użata materja prima tal-ogħla kwalità u li hi konformi mal-istandards dwar l-ingredjenti stabbiliti f’din id-Direttiva, mingħajr ma jiddiskriminaw kontra l-varjetajiet ta’ tabakk imkabbra f’kundizzjonijiet klimatiċi mhux favorevoli. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni biex iħarrġu mill-ġdid lill-bdiewa tat-tabakk sabiex ikunu jistgħu jidħlu f’setturi agrikoli oħra, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ fondi disponibbli taħt ir-Regolament XXX (L-Iżvilupp Rurali).

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-projbizzjoni tal-prodotti tat-tabakk b'togħmiet karatterizzanti ma tipprojbixxix għal kollox l-użu ta' addittivi individwali, iżda tobbliga lill-manifatturi biex inaqqsu l-addittiv jew it-taħlita ta' addittivi sal-punt li l-addittivi ma jibqgħux jirriżultaw f'togħma karatterizzanti. L-użu ta' addittivi meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti tat-tabakk għandu jitħalla, sakemm dawn ma jirriżultawx f'togħma karatterizzanti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni dwar it-togħmiet karatterizzanti. Għandhom jintużaw bordijiet indipendenti