RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent

    22.7.2013 - (COM(2012)0628 – C7‑0367/2012 – 2012/0297(COD)) - ***I

    Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
    Rapporteur: Andrea Zanoni


    ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

    dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent

    (COM(2012)0628 – C7‑0367/2012 – 2012/0297(COD))

    (Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    –  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0628),

    –  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0367/2012),

    –  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    –  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-13 ta' Frar 2013[1],

    –  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-30 ta' Mejju 2013[2],

    –  wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    –  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu kif ukoll tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A7-0277/2013),

    1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

    Emenda    1

    Proposta għal direttiva

    Premessa 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (1) Id-Direttiva 2011/92/UE armonizzat il-prinċipji għall-istima ambjentali ta' proġetti billi introduċiet rekwiżiti minimi (fir-rigward tat-tip ta’ proġetti soġġetti għal stima, l-obbligi ewlenin tal-iżviluppaturi, il-kontenut tal-istima u l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tal-pubbliku), u tikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.

    (1) Id-Direttiva 2011/92/UE armonizzat il-prinċipji għall-istima ambjentali ta' proġetti billi introduċiet rekwiżiti minimi (fir-rigward tat-tip ta’ proġetti soġġetti għal stima, l-obbligi ewlenin tal-iżviluppaturi, il-kontenut tal-istima u l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tal-pubbliku), u tikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem. L-Istati Membri għandhom ikunu permessi jistabbilixxu regoli aktar stretti għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

    Emenda    2

    Proposta għal direttiva

    Premessa 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (3) Jinħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 2011/92/UE biex tissaħħaħ il-kwalità tal-proċedura ta’ stima ambjentali, jiġu razzjonalizzati d-diversi stadji tal-proċedura u jiżdiedu l-koerenza u s-sinerġiji ma’ leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll ma’ strateġiji u politiki żviluppati mill-Istati Membri f’oqsma ta’ kompetenza nazzjonali.

    (3) Jinħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 2011/92/UE biex tissaħħaħ il-kwalità tal-proċedura ta’ stima ambjentali, jiġu razzjonalizzati d-diversi stadji tal-proċedura, tiġi allinjata l-proċedura mal-prinċipji ta’ regolamentazzjoni intelliġenti u jiżdiedu l-koerenza u s-sinerġiji ma’ leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll ma’ strateġiji u politiki żviluppati mill-Istati Membri f’oqsma ta’ kompetenza nazzjonali. L-iskop ewlieni li għalih qed tiġi emendata din id-Direttiva huwa li jkun hemm implimentazzjoni aktar effettiva fil-livell ta’ Stat Membru. F’bosta każijiet il-proċeduri amministrattivi saru kumplikati u jġebbdu fit-tul wisq, tant li jikkawżaw dewmien u joħolqu riskji addizzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent. F’dan ir-rigward, is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċedimenti għandhom ikunu waħda mill-għanijiet tad-Direttiva. Għandha titqies il-konvenjenza li jinħoloq punt ta’ kuntatt waħdieni bil-għan li jkunu jistgħu jsiru stima koordinata jew proċeduri konġunti meta jkunu meħtieġa għadd ta’ stimi tal-impatt fuq l-ambjent (VIA), pereżempju f’każijiet ta’ proġetti transkonfinali, kif ukoll biex jiġu definiti kriterji aktar speċifiċi għal stimi mandatarji.

    Emenda    3

    Proposta għal direttiva

    Premessa 3a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (3a) Sabiex tiġi ggarantita l-applikazzjoni armonizzata u l-protezzjoni ugwali tal-ambjent fl-Unjoni kollha, il-Kummissjoni għandha, fir-rwol tagħha bħala l-gwardjana tat-Trattati, tiżgura konformità kwalitattiva kif ukoll proċedurali mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE, inklużi dawk dwar il-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni pubblika.

    Emenda    4

    Proposta għal direttiva

    Premessa 3b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (3b) F’każ ta’ proġetti li jista' jkollhom effetti transkonfinali fuq l-ambjent, l-Istati Membri involuti għandhom joffru punt ta’ kuntatt b’rappreżentanza komuni u ugwali, li jkun responsabbli għall-passi kollha tal-proċedura. Għall-approvazzjoni finali tal-proġett hija meħtieġa l-approvazzjoni tal-Istati Membri kollha kkonċernati.

    Emenda    5

    Proposta għal direttiva

    Premessa 3c (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (3c) Id-Direttiva 2011/92/UE għandha wkoll tiġi riveduta b’tali mod li jiġi żgurat li l-protezzjoni tal-ambjent tiġi mtejba, li tiżdied l-effiċjenza tar-riżorsi u li jkun appoġġjat it-tkabbir sostenibbli fl-Ewropa. Għal dan il-għan huwa meħtieġ li l-proċeduri li tistabbilixxi jiġu simplifikati u armonizzati.

    Emenda    6

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (4) Matul l-aħħar għaxar snin, il-kwistjonijiet ambjentali, bħall-effiċjenza fir-riżorsi, il-bijodiversità, it-tibdil fil-klima, u r-riskju ta’ diżastri, saru aktar importanti fit-tfassil tal-politika u għalhekk għandhom ikunu wkoll elementi kritiċi fi proċessi ta’ stima u tat-teħid tad-deċiżjonijiet, speċjalment għal proġetti ta’ infrastruttura.

    (4) Matul dawn l-aħħar għaxar snin, il-kwistjonijiet ambjentali, bħall-effiċjenza fir-riżorsi u s-sostenibilità, il-protezzjoni tal-bijodiversità, l-użu tal-art, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, u r-riskju ta' diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem, saru aktar importanti fit-tfassil tal-politika. Għalhekk għandhom ikunu wkoll elementi importanti fi proċessi ta’ stima u tat-teħid tad-deċiżjonijiet għal kwalunkwe proġett pubbliku jew privat li x’aktarx li jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent, speċjalment għal proġetti ta’ infrastruttura u peress li l-Kummissjoni ma stabbilixxietx linji gwida għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE fir-rigward tal-konservazzjoni tal-Wirt Storiku u Kulturali, il-Kummissjoni għandha tipproponi lista ta’ kriterji u indikazzjonijiet, inkluż f’relazzjoni mal-impatt viżiv, bil-ħsieb li ssir implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva.

    Emenda    7

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (4a) Il-fatt li tiġi stipulata l-ħtieġa li tingħata aktar kunsiderazzjoni lill-kriterji ambjentali fil-proġetti kollha jista' jirriżulta wkoll li jkun kontroproduċenti jekk dan iservi biex iżid mal-kumplessità tal-proċeduri involuti u biex itawwal iż-żmien meħtieġ biex jiġi awtorizzat u validat kull stadju. Dan jista’ jżid il-kostijiet u jista’ saħansitra, fih innifsu, ikun ta’ theddida għall-ambjent jekk il-proġetti ta’ infrastruttura jieħdu wisq żmien biex jitlestew.

    Emenda    8

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (4b) Huwa essenzjali li l-kwistjonijiet ambjentali li għandhom x’jaqsmu ma’ proġetti ta’ infrastruttura ma jiddevjawx l-attenzjoni minn fuq il-fatt li kwalunkwe proġett inevitabilment se jkollu impatt fuq l-ambjent. Huwa meħtieġ ukoll li l-attenzjoni tkun iffukata fuq il-bilanċ bejn il-valur ta’ proġett u l-impatt ambjentali tiegħu.

    Emenda    9

    Proposta għal direttiva

    Premessa 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (5) Fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata ‘Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi', il-Kummissjoni impenjat ruħha favur l-inklużjoni ta' kunsiderazzjonijiet usa' dwar l-użu effiċjenti tar-riżorsi fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva 2011/92/UE.

    (5) Fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata ‘Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi', il-Kummissjoni impenjat ruħha favur l-inklużjoni ta' kunsiderazzjonijiet usa' dwar l-użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva 2011/92/UE.

    Emenda    10

    Proposta għal direttiva

    Premessa 11

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (11) Il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali u l-pajsaġġi, li huma parti integrali mid-diversità kulturali li l-Unjoni hija impenjata li tirrispetta u tippromwovi skont l-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jibnu b'mod utli fuq definizzjonijiet u prinċipji żviluppati f'Konvenzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa, b’mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Arkitettoniku tal-Ewropa, il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Pajsaġġi u l-Konvenzjoni Qafas dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà.

    (11) Il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali u l-pajsaġġi, li huma parti integrali mid-diversità kulturali li l-Unjoni hija impenjata li tirrispetta u tippromwovi skont l-Artikolu 167(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jibnu b’mod utli fuq definizzjonijiet u prinċipji żviluppati f’Konvenzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tal-Ewropa, b’mod partikolari l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Wirt Arkitettoniku tal-Ewropa, il-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Pajsaġġi, il-Konvenzjoni Qafas dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà u r-Rakkomandazzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien u r-Rwol Kontemporanju taż-Żoni Storiċi adottata mill-UNESCO f’Najrobi fl-1976.

    Emenda    11

    Proposta għal direttiva

    Premessa 11a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (11a) L-impatt viżiv huwa kriterju essenzjali fl-istimi tal-impatt fuq l-ambjent f’dawk li huma l-konservazzjoni tal-wirt storiku u kulturali, il-pajsaġġi naturali u ż-żoni urbani; dan huwa element ieħor li għandu jintuża fl-istimi.

    Ġustifikazzjoni

    L-impatt viżiv diġà jeżisti bħala kriterju fil-leġiżlazzjoni ta’ Stati Membri bħalma huma Franza, l-Italja u r-Renju Unit.

    Emenda    12

    Proposta għal direttiva

    Premessa 12

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (12) Fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE, jinħtieġ li jiġi żgurat ambjent kummerċjali kompetittiv, speċjalment għall-impriżi żgħar u medji, sabiex jiġġeneraw tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, skont l-objettivi stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv'.

    (12) Fl-applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE, jinħtieġ li jiġi żgurat tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, skont l-objettivi stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu ‘Ewropa 2020 - Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv’.

    Ġustifikazzjoni

    Simplifikazzjoni tal-paragrafu. Li tiġi żgurata l-kompetittività tal-impriżi u tal-impriżi żgħar u medji hija dejjem ħaġa pożittiva, iżda qatt ma tista’ tieħu preċedenza fuq il-garanziji ambjentali li l-proġetti għandhom joffru.

    Emenda    13

    Proposta għal direttiva

    Premessa 12a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (12a) Bil-għan li jissaħħu l-aċċess pubbliku u t-trasparenza, f’kull Stat Membru għandu jkun hemm disponibbli portal ċentrali li elettronikament jipprovdi informazzjoni ambjentali f’waqtha fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    Emenda    14

    Proposta għal direttiva

    Premessa 12b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (12b) Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jitnaqqsu l-ispejjeż tal-proġetti, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa għall-istandardizzazzjoni tal-kriterji li għandhom jiġu segwiti kif meħtieġ mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea1, bil-għan li jkun jista’ jiġi appoġġjat l-użu tal-aħjar teknoloġiji disponibbli (BAT), tittejjeb il-kompetittività u jiġu pprevenuti interpretazzjonijiet differenti tal-istandards.

     

    _______________

     

    1 ĠU L 316, 14.11.2012, p.12.

    Emenda    15

    Proposta għal direttiva

    Premessa 12c (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (12c) Dejjem bil-għan ta’ aktar simplifikazzjoni u faċilitazzjoni tal-ħidma tal-amministrazzjonijiet kompetenti, għandhom jiġu mfassla kriterji ta’ gwida li jieħdu kont tal-karatterstiċi tas-setturi varji ta’ attività ekonomika jew industrijali. Din il-miżura għandha tiġi bbażata fuq l-istruzzjonijiet taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa1.

     

    _______________

     

    1 ĠU L 206, 22.7.1992, p.7.

    Emenda    16

    Proposta għal direttiva

    Premessa 12d (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (12d) Bil-għan li tiġi żgurata l-aħjar konservazzjoni possibbli tal-wirt storiku u kulturali, għandhom jiġu mfassla kriterji ta’ gwida mill-Kummissjoni u/jew l-Istati Membri.

    Ġustifikazzjoni

    F’ħafna okkażjonijiet, l-amministrazzjonijiet ma jkunux jafu għalkollox liema kriterji għandhom japplikaw jew jevalwaw fir-rigward tal-konservazzjoni tal-wirt storiku u kulturali. Din il-miżura se ġġib iktar ċertezza.

    Emenda    17

    Proposta għal direttiva

    Premessa 13

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (13) L-esperjenza wriet li f’każijiet ta’ emerġenza ċivili, konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE jista’ jkollha effetti negattivi, u għalhekk għandu jsir provvediment sabiex l-Istati Membri jkunu awtorizzati li ma japplikawx din id-Direttiva f’każijiet xierqa.

    (13) L-esperjenza wriet li, fir-rigward ta’ proġetti li għandhom bħala l-uniku għan tagħhom ir-reazzjoni li tingħata lil każijiet ta’ emerġenza ċivili, il-konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE jista’ jkollha effetti negattivi fuq dak il-għan, u għalhekk għandu jsir provvediment sabiex l-Istati Membri jkunu awtorizzati li ma japplikawx dik id-Direttiva f’dawk il-każijiet eċċezzjonali. F’dan ir-rigward, id-Direttiva għandha tqis id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni Espoo tan-NU/KEE dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali f’kuntest transkonfinali, li, f’każijiet ta’ proġetti transkonfinali, tobbliga l-Istati parteċipanti jinnotifikaw u jikkonsultaw lil xulxin. Fi proġetti transkonfinali bħal dawn, il-Kummissjoni, fejn u meta xieraq u possibbli, għandha twettaq rwol aktar proattiv u faċilitatorju.

    Emenda    18

    Proposta għal direttiva

    Premessa 13a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (13a) L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2011/92/UE, li jistabbilixxi li dik id-Direttiva ma tapplikax għal proġetti adottati b’att speċifiku ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, jipprovdi għal deroga miftuħa b’garanziji proċedurali limitati u jkun jista’ jevita b’mod sostanzjali l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva.

    Emenda    19

    Proposta għal direttiva

    Premessa 13b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (13b) L-esperjenza wriet li jeħtieġ li jiġu introdotti regoli speċifiċi biex jiġi evitat il-kunflitt ta' interess li jista' jkun hemm bejn l-iżviluppatur ta' proġett li jkun suġġett għal stima tal-impatt fuq l-ambjent u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 1(2)(f) tad-Direttiva 2011/92/UE. B'mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx ikunu wkoll l-iżviluppatur u lanqas m'għandhom ikunu b'xi mod dipendenti mill-iżviluppatur, kollegati miegħu jew subordinati għalih. Għall-istess raġunijiet, awtorità li tkun ġiet maħtura bħala awtorità kompetenti skont id-Direttiva 2011/92/UE m’għandhiex tkun tista’ twettaq dak ir-rwol fir-rigward ta' proġetti li jkunu suġġetti għal stima tal-impatt fuq l-ambjent li l-awtorità nnifisha tkun ikkummissjonat.

    Ġustifikazzjoni

    L-esperjenza miksuba f’għadd ta’ Stati Membri wriet li jeħtieġ li jiġu introdotti regoli speċifiċi sabiex tinġieb fi tmiemha l-kwistjoni serja tal-konflitti ta' interess, bil-għan li jiġi ggarantit li l-għan tal-proċedura tal-istima tal-impatt fuq l-ambjent jinkiseb b'mod effettiv. L-awtoritajiet kompetenti inkarigati mit-twettiq tal-istimi m'għandhom, fl-ebda ċirkostanza, jkunu huma l-iżviluppaturi, u l-anqas m'għandhom ikunu dipendenti minnhom jew subordinati għalihom.

    Emenda    20

    Proposta għal direttiva

    Premessa 13c (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (13c) Fl-istima tal-impatt fuq l-ambjent tal-proġetti għandha tiġi kkunsidrata l-proporzjonalità. Ir-rekwiżiti li jintalbu fl-istima tal-impatt fuq l-ambjent ta’ proġett għandhom ikunu proporzjonati mad-daqs u l-istadju tiegħu.

    Emenda    21

    Proposta għal direttiva

    Premessa 16

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (16) Meta jiġi determinat jekk hemmx probabbiltà li jiġu kkawżati effetti ambjentali sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw l-aktar kriterji rilevanti li għandhom jitqiesu u jużaw l-informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun disponibbli wara stimi oħrajn meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni sabiex tapplika proċedura ta' skrinjar b'mod effettiv. F'dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġi speċifikat il-kontenut tad-deċiżjoni dwar l-iskrinjar, b'mod partikolari fejn ma tkun meħtieġa l-ebda stima ambjentali.

    (16) Meta jkun qed jiġi determinat jekk hemmx probabbiltà li jiġu kkawżati effetti ambjentali sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddefinixxu b’mod ċar u strett l-aktar kriterji rilevanti li għandhom jitqiesu u jużaw l-informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun disponibbli wara stimi oħrajn meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni sabiex tapplika l-proċedura ta' skrinjar b'mod effettiv u trasparenti. F'dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġi speċifikat il-kontenut tad-deċiżjoni dwar l-iskrinjar, b'mod partikolari fejn ma tkun meħtieġa l-ebda stima ambjentali.

    Emenda    22

    Proposta għal direttiva

    Premessa 16a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (16a) Sabiex jiġu evitati sforzi u spejjeż bla bżonn, il-proġetti taħt l-Anness II għandhom jinkludu dikjarazzjoni ta’ intenzjoni li qatt ma għandha tkun itwal minn 30 paġna u l-karatteristiċi tal-proġetti u l-informazzjoni dwar il-lok tal-proġetti li għandhom jgħaddu mill-iskrinjar, li għandu jikkonsisti f’ valutazzjoni inizjali dwar il-vijabbiltà tal-proġett. Dak l-iskrinjar għandu jkun pubbliku u jirrifletti l-fatturi spjegati fl-Artikolu 3. Għandu juri l-effetti diretti u indiretti sinifikanti tal-proġett.

    Emenda    23

    Proposta għal direttiva

    Premessa 17

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (17) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu meħtieġa li jiddeterminaw l-ambitu u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni ambjentali li għandha tiġi sottomessa fl-għamla ta’ rapport ambjentali (definizzjoni tal-ambitu). Sabiex titjieb il-kwalità tal-istima u jiġi razzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, huwa importanti li jiġu speċifikati fil-livell tal-Unjoni l-kategoriji ta’ informazzjoni li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni.

    (17) L-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta jidhrilhom li hu meħtieġ jew jekk jagħmel talba l-iżviluppatur, joħorġu opinjoni li tiddetermina l-ambitu u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni ambjentali li għandha tiġi sottomessa fl-għamla ta’ rapport ambjentali (definizzjoni tal-ambitu). Sabiex tittejjeb il-kwalità tal-istima, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u biex jiġi razzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, huwa importanti li jiġu speċifikati fil-livell tal-Unjoni l-kategoriji ta’ informazzjoni li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni.

    Emenda    24

    Proposta għal direttiva

    Premessa 18

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (18) Ir-rapport ambjentali ta' proġett li għandu jiġi pprovvdut mill-iżviluppatur għandu jinkludi stima ta' alternattivi raġonevoli rilevanti għall-proġett propost, inkluża l-evoluzzjoni probabbli tal-istat eżistenti tal-ambjent mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett (xenarju bażi), bħala mezz biex tittejjeb il-kwalità tal-proċess ta' stima u biex jippermetti l-integrazzjoni ta' konsiderazzjonijiet ambjentali fi stadju bikri tat-tfassil tal-proġett.

    (18) Ir-rapport ambjentali ta' proġett li għandu jiġi pprovvdut mill-iżviluppatur għandu jinkludi stima ta' alternattivi raġonevoli rilevanti għall-proġett propost, inkluża l-evoluzzjoni probabbli tal-istat eżistenti tal-ambjent mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett (xenarju bażi), bħala mezz biex tittejjeb il-kwalità tal-proċess ta' stima komparattiva u biex jippermetti l-integrazzjoni ta' konsiderazzjonijiet ambjentali fi stadju bikri tat-tfassil tal-proġett, bil-għan li tkun tista' ssir l-għażla li tkun l-aktar sostenibbli u li jkollha l-anqas impatt fuq l-ambjent.

    Ġustifikazzjoni

    Il-għan tal-istima tal-alternattivi raġonevoli possibbli għall-proġett propost huwa sabiex tkun tista' ssir għażla komparattiva infurmata tal-alternattiva l-aktar sostenibbli u li l-aktar tirrispetta lill-ambjent.

    Emenda    25

    Proposta għal direttiva

    Premessa 19

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (19) Għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw li d-dejta u l-informazzjoni inkluża f'rapporti ambjentali, b'konformità mal-Anness IV tad-Direttiva 2011/92/UE, huma kompleti u ta' kwalità għolja biżżejjed. Bil-għan li tkun evitata ripetizzjoni tal-istima, l-Istati Membri għandhom iqisu l-fatt li l-istimi ambjentali jistgħu jitwettqu f'livelli differenti jew minn strumenti differenti.

    (19) Għandhom jittieħdu miżuri li jiżguraw li d-dejta u l-informazzjoni inkluża f'rapporti ambjentali, b'konformità mal-Anness IV tad-Direttiva 2011/92/UE, huma kompleti u ta' kwalità għolja biżżejjed.

    Ġustifikazzjoni

    Jeħtieġ li tiġi pprevenuta l-possibbiltà li l-iżviluppatur jeskludi l-inklużjoni mandatarja fir-rapport ambjentali tal-alternattivi għall-proġett propost sempliċement għar-raġuni li l-istima ta' alternattivi suppost kellha titwettaq fl-istadju tal-ippjanar.

    Emenda    26

    Proposta għal direttiva

    Premessa 19a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (19a) Għandu jiġi żgurat li l-esperti li jivverifikaw l-istimi ambjentali jkollhom, bis-saħħa tal-kwalifiki u l-esperjenza tagħhom, il-kompetenza teknika meħtieġa biex iwettqu l-inkarigi spjegati fid-Direttiva 2011/92/UE b'mod xjentifikament oġġettiv u b'indipendenza sħiħa mill-iżviluppatur u mill-awtoritajiet kompetenti nfushom.

    Ġustifikazzjoni

    L-indipendenza assoluta tal-esperti inkarigati mill-awtoritajiet kompetenti għall-verifika tal-informazzjoni spjegata fir-rapport ambjentali hija rekwiżit fundamentali biex tiġi ggarantita VIA ta' kwalità. Din il-verifika għandha tkun xjentifikament oġġettiva u mingħajr l-ebda indħil jew influwenza żejda.

    Emenda    27

    Proposta għal direttiva

    Premessa 20

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (20) Bl-għan li tiġi żgurata t-trasparenza u r-responsabbiltà, l-awtorità kompetenti tinħtieġ li tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha li tagħti l-kunsens għall-iżvilupp fir-rigward ta' proġett, billi tindika li qieset ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imwettqa u l-informazzjoni rilevanti miġbura.

    (20) Bl-għan li jiġu żgurati t-trasparenza u r-responsabbiltà, l-awtorità kompetenti għandha tkun meħtieġa li tiġġustifika b’mod komprensiv u fid-dettall id-deċiżjoni tagħha li tagħti l-kunsens għall-iżvilupp fir-rigward ta' proġett, billi tindika li qieset ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imwettqa mal-pubbliku kkonċernat u l-informazzjoni rilevanti miġbura kollha. Jekk dik il-kundizzjoni ma tiġix irrispettata, il-pubbliku kkonċernat għandu jkollu d-dritt li jappella kontra d-deċiżjoni.

    Emenda    28

    Proposta għal direttiva

    Premessa 21

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (21) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi komuni għall-monitoraġġ ta’ effetti negattivi sinifikanti tal-kostruzzjoni u tat-tħaddim ta' proġetti biex jiġi żgurat approċċ komuni fl-Istati Membri kollha u biex jiġi żgurat li, wara l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u kumpens, l-ebda impatt ma jissupera dawk previsti fil-bidu. Monitoraġġ bħal dan ma għandux jirrepeti l-monitoraġġ meħtieġ skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew iżid miegħu.

    (21) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi komuni għall-monitoraġġ ta’ effetti negattivi sinifikanti tal-implimentazzjoni u tal-ġestjoni ta' proġetti biex jiġi żgurat approċċ komuni fl-Istati Membri kollha u biex jiġi żgurat li, wara l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u kumpens, l-ebda impatt ma jissupera dawk previsti fil-bidu. Monitoraġġ bħal dan ma għandux jirrepeti l-monitoraġġ meħtieġ skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew iżid miegħu. Jekk ir-riżultat tal-monitoraġġ jindika l-preżenza ta' effetti negattivi mhux previsti, għandu jsir provvediment għal azzjoni korrettiva xierqa biex tirrimedja l-problema, fis-sura ta’ miżuri ulterjuri ta' mitigazzjoni u/jew ta' kumpens.

    Ġustifikazzjoni

    L-introduzzjoni tal-monitoraġġ fid-direttiva ġdida tal-VIA hija ferm importanti. Biex jiġi evitat li dan il-monitoraġġ ex-post isir għan fih innifsu, jeħtieġ, madankollu, li jiġi stabbilit li, f'każ fejn il-mekkaniżmi ta' mitigazzjoni u kumpens ma jkunux effettivi, l-iżviluppatur għandu jieħu r-responsabilità għal azzjoni ta' rimedju ulterjuri sabiex jikkoreġi kwalunkwe effetti negattivi mhux previsti tal-proġett awtorizzat.

    Emenda    29

    Proposta għal direttiva

    Premessa 22

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (22) Għandhom jiġu introdotti termini ta' żmien għad-diversi stadji tal-istimi ambjentali ta' proġetti, sabiex jiġi stimulat teħid tad-deċiżjonijiet aktar effiċjenti u tiżdied iċ-ċertezza legali, billi jitqiesu wkoll in-natura, il-kumplessità, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost. Tali termini ta’ żmien ma għandhomx jikkompromettu, taħt l-ebda ċirkustanza, l-istandards għoljin għall-protezzjoni tal-ambjent, partikolarment dawk li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni ambjentali oħra tal-Unjoni, u l-parteċipazzjoni pubblika effettiva u l-aċċess għall-ġustizzja.

    (22) Għandhom jiġu introdotti termini ta’ żmien raġonevoli u prevedibbli għad-diversi stadji tal-istimi ambjentali ta’ proġetti, sabiex jiġi stimulat teħid tad-deċiżjonijiet aktar effiċjenti u tiżdied iċ-ċertezza legali, billi jitqiesu wkoll in-natura, il-kumplessità, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost. Tali termini ta' żmien ma għandhomx jikkompromettu, taħt l-ebda ċirkustanza, l-istandards għoljin għall-protezzjoni tal-ambjent, partikolarment dawk li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni ambjentali oħra tal-Unjoni, u l-parteċipazzjoni pubblika effettiva u l-aċċess għall-ġustizzja, u kull estensjoni tal-iskadenzi għandha tingħata biss f'każijiet eċċezzjonali.

    Ġustifikazzjoni

    Determinazzjoni ċara tat-termini taż-żmien hija importanti biex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt għall-atturi kollha involuti fil-proċedura ta' stima tal-impatt fuq l-ambjent. Għaldaqstant, ikun xieraq li jiġi speċifikat li kull estensjoni tat-termini taż-żmien tingħata biss b'mod eċċezzjonali.

    Emenda    30

    Proposta għal direttiva

    Premessa 22a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (22a) Wieħed mill-objettivi tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (KEE/NU) dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid tad-Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-Konvenzjoni ta’ Århus), li l-Unjoni rratifikat u ttrasponiet fid-dritt tal-Unjoni1, hu li jiġi żgurat id-dritt tal-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-kwistjonijiet ambjentali. Għalhekk, dik il-parteċipazzjoni, inkluża l-parteċipazzjoni mill-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u l-gruppi, b’mod partikolari, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-protezzjoni tal-ambjent, għandha tkompli tiġi mrawma. Barra minn hekk, l-Artikolu 9(2) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Århuss jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar il-possibbiltà li jinbdew proċeduri ġudizzjarji jew proċeduri oħra sabiex tiġi kkontestata l-legalità sostantiva jew proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet li jinvolvu l-parteċipazzjoni tal-pubbliku. Elementi ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu msaħħa wkoll fil-proġetti tat-trasport transkonfinali, filwaqt li jsir użu ta’ strutturi eżistenti għall-iżvilupp ta' kurituri tat-trasport u ta’ għodod biex jiġi identifikat l-impatt potenzjali fuq l-ambjent.

    ______________________

    1 Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE tas-17 ta' Frar 2005 (ĠU L 124, 17.5.2005, p. 1).

    Ġustifikazzjoni

    Hawnhekk huma mtennija, fil-qosor, il-punti 17, 19, 20 u 21 tad-direttiva preċedenti. Il-prinċipji tal-Konvenzjoni ta’ Århus għandhom ikomplu jiġu inklużi fost il-premessi ta’ din id-direttiva l-ġdida.

    Emenda    31

    Proposta għal direttiva

    Premessa 23a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (23a). Il-livelli limitu tal-produzzjoni stabbiliti għaż-żejt mhux maħdum u għall-gass naturali fl-Anness I tad-Direttiva 2011/92/UE ma jqisux l-ispeċifiċità tal-livelli ta' produzzjoni ta' kuljum tal-idrokarburi mhux konvenzjonali, li sikwit ivarjaw ħafna u huma iktar baxxi. Konsegwentement, minkejja l-impatt ambjentali tagħhom, il-proġetti li jikkonċernaw dawn l-idrokarburi mhumiex suġġetti għal stima tal-impatt fuq l-ambjent obbligatorja. Abbażi tal-prinċipju tal-prekawzjoni, kif mitlub fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-impatti ambjentali tal-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' gass tax-shale u ta’ żejt tax-shale, ikun xieraq li jiddaħħlu l-idrokarburi mhux konvenzjonali (gass tax-shale u żejt tax-shale, "tight gas", u “metanu estratt mis-saffi tal-faħam”), definiti skont il-karatteristiċi ġeoloġiċi tagħhom, fl-Anness I tad-Direttiva 2011/92/UE, irrispettivament mill-ammont estratt, sabiex il-proġetti li jikkonċernaw tali idrokarburi jiġu sistematikament sottoposti għal stima tal-impatt fuq l-ambjent.

    Ġustifikazzjoni

    Id-direttiva attwali ma tqisx il-livelli ta’ produzzjoni ta’ kuljum tal-idrokarburi mhux konvenzjonali. Dan ifisser li minkejja l-impatt ambjentali tagħhom, il-proġetti relevanti mhumiex suġġetti għall-VIA mandatarja. Abbażi tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, u kif talab il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Novembru 2012, qed jiġi propost li l-idrokarburi mhux konvenzjonali (gass tax-shale u żejt tax-shale, "tight gas" fl-ewwel punt, u l-metanu estratt mis-saff tal-faħam, fit-tieni punt), jiddaħħlu fl-Anness I, b'mod li l-proġetti relevanti jkunu sistematikament sottoposti għal VIA.

    Emenda    32

    Proposta għal direttiva

    Premessa 24a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (24a) L-Istati Membri u promoturi oħra tal-proġetti għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet ta’ proġetti transkonfinali jitwettqu b’mod effiċjenti, filwaqt li jiġi evitat id-dewmien bla bżonn.

    Emenda    33

    Proposta għal direttiva

    Premessa 26

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (26) Sabiex jiġu aġġustati l-kriterji tal-għażla u l-informazzjoni li għandha tingħata fir-rapport ambjentali bl-aħħar żviluppi fit-teknoloġija u prattiki rilevanti, is-setgħa li jiġu adottati atti, b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Annessi II.A, III u IV tad-Direttiva 2011/92/UE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti.

    (26) Sabiex jiġu aġġustati l-kriterji tal-għażla u l-informazzjoni li għandha tingħata fir-rapport ambjentali bl-aħħar żviluppi fit-teknoloġija u prattiki rilevanti, is-setgħa li jiġu adottati atti, b'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Annessi II.A, III u IV tad-Direttiva 2011/92/UE. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    (Ara l-emenda tal-Premessa 27)

    Ġustifikazzjoni

    Emenda teknika, sabiex it-test tal-premessa jinġieb konformi mal-aħħar prattika.

    Emenda    34

    Proposta għal direttiva

    Premessa 27

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (27) Il-Kummissjoni, waqt il-preparazzjoni u t-tfassil tal-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, fil-mument opportun, u adegwata tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    imħassar

    (Ara l-emenda tal-Premessa 26)

    Emenda    35

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt a

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    - l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni jew twaqqigħ, jew ta' stallazjonijiet jew skemi oħra,

    - l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni, jew ta' stallazjonijiet jew skemi oħra, inklużi xogħlijiet ta’ twaqqigħ marbuta direttament mal-eżekuzzjoni tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni,

    Emenda    36

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a – inċiż 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (aa) it-tieni inċiż fil-punt (a) tal-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

     

    “- interventi oħra fil-madwar u l-pajsaġġ naturali inklużi dawk li jinvolvu r-riċerka u l-estrazzjoni ta’ riżorsi minerali;”

    Ġustifikazzjoni

    L-estrazzjoni tar-riżorsi minerali diġà hija inkluża fit-tifsira ta’ proġett. Ir-riċerka għar-riżorsi minerali hija miżjuda sabiex jiġu koperti azzjonijiet ta’ esplorazzjoni.

    Emenda    37

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt ab (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ab) il-paragrafu 2(c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

     

    "(c) “kunsens għall-iżvilupp” tfisser id-deċiżjoni tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti li tawtorizza lill-iżviluppatur biex jibda bil-proġett.”

    Emenda    38

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) fil-paragrafu 2, għandha tiżdied id-definizzjoni li ġejja:

    (b) fil-paragrafu 2, għandhom jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:

    Emenda    39

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt g

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (g) "stima tal-impatt fuq l-ambjent "għandha tfisser il-proċess ta' tħejjija ta' rapport ambjentali, it-twettiq ta' konsultazzjonijiet (inkluż mal-pubbliku kkonċernat u l-awtoritajiet ambjentali), l-istima mill-awtorità kompetenti, billi jitqiesu r-rapport ambjentali u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet fil-proċedura ta' kunsens għall-iżvilupp kif ukoll li tingħata informazzjoni dwar id-deċiżjoni skont l-Artikoli 5 sa 10."

    (g) “stima tal-impatt fuq l-ambjent” għandha tfisser il-proċess ta’ tħejjija ta’ rapport ambjentali mill-iżviluppatur, li jinkludi l-konsiderazzjoni ta’ alternattivi raġonevoli, it-twettiq tal-konsultazzjonijiet (inkluż mal-pubbliku kkonċernat u l-awtoritajiet ambjentali), l-istima mill-awtorità kompetenti u/jew mill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), billi jitqiesu r-rapport ambjentali, inkluża d-dejta rigward it-tniġġis mill-emissjonijiet, u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet fil-proċedura ta’ kunsens għall-iżvilupp, l-istabbiliment ta’ miżuri biex jiġu mmonitorjati l-effetti ambjentali negattivi sinifikanti u l-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens kif ukoll tingħata informazzjoni dwar id-deċiżjoni skont l-Artikoli 5 sa 10.”

    Emenda    40

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ga) “indipendenti” tfisser kapaċi jeżerċita stima teknika/xjentifika oġġettiva u komprensiva, ħielsa minn kull konflitt ta’ interess, kemm jekk reali, perċepit jew apparenti, fir-rigward tal-awtorità kompetenti, l-iżviluppatur u/jew l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali jew lokali.

    Emenda    41

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gb (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (gb) “sezzjoni transkonfinali” tfisser is-sezzjoni li tiżgura l-kontinwità ta' proġett ta' interess komuni bejn l-eqreb nodi urbani fuq iż-żewġ naħat tal-konfini ta' żewġ Stati Membri jew bejn Stat Membru u pajjiż ġar.

    Ġustifikazzjoni

    Bil-għan li din id-Direttiva ssir aktar koerenti mal-Konvenzjoni Espoo u r-regolament il-ġdid tat-TEN-T, jeħtieġ li jintużaw l-istess diċitura u definizzjonijiet.

    Emenda    42

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gc (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (gc) “standard” tfisser speċifikazzjoni teknika, adottata minn korp tal-istandardizzazzjoni rikonoxxut, għal applikazzjoni ripetuta jew kontinwa, li l-konformità magħha mhijiex obbligatorja, u li hija waħda minn dawn li ġejjin:

     

    (i) “standard internazzjonali” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni internazzjonali tal-istandardizzazzjoni;

     

    (ii) “standard Ewropew” tfisser standard adottat minn organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni;

     

    (iii) “standard armonizzat” tfisser standard Ewropew adottat fuq il-bażi ta’ talba mill-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni;

     

    (iv) "standard nazzjonali" tfisser standard adottat minn korp nazzjonali tal-istandardizzazzjoni;

    Ġustifikazzjoni

    Definizzjoni mir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 dwar l-istandardizzazzjoni Ewropea.

    Emenda    43

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gd (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (gd) “siti storiċi urbani" huma parti minn totalità usa’, li tikkonsisti fl-ambjent naturali u dak mibni u l-esperjenza tal-ħajja ta' kuljum ta' dawk li jgħixu fihom ukoll. Fi ħdan dan l-ambjent usa’, mogħnija b’valuri ta’ oriġini antika u riċenti u permanentement għaddejja minn proċess dinamiku ta’ trasformazzjonijiet suċċessivi, l-ispazji urbani l-ġodda jistgħu jitqiesu bħala evidenza ambjentali fl-istadji ta’ formazzjoni tagħhom.

    Emenda    44

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ge (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (ge) "azzjoni korrettiva" tfisser miżuri ulterjuri ta’ mitigazzjoni u/jew ta’ kumpens li jistgħu jitwettqu mill-iżviluppatur biex jirrimedja effetti negattivi mhux previsti jew kwalunkwe telf nett ta’ bijodiversità identifikat bl-implimentazzjoni tal-proġett, bħal dak li jista’ jinħoloq minn nuqqasijiet fil-mitigazzjoni tal-impatti ġġenerati mill-kostruzzjoni jew mill-operazzjoni ta' proġett, li għalih ikun diġà ngħata kunsens għall-iżvilupp.

    Emenda    45

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gf (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (gf) “Stima tal-Impatt Viżiv”: Impatt viżiv huwa definit bħala bidla fid-dehra, jew fil-veduta, tal-pajsaġġ mibni jew naturali u taż-żoni urbani li tirriżulta minħabba l-iżvilupp li jista’ jkun pożittiv (titjib) jew negattiv (deterjorament). Stima tal-Impatt Viżiv tkopri wkoll it-twaqqigħ ta’ binjiet li huma protetti jew dawk bi rwol strateġiku fl-immaġni tradizzjonali ta’ post jew pajsaġġ. Din għandha tkopri tibdil evidenti tat-topografija ġeoloġika u kull ostaklu ieħor bħal binjiet jew ħitan li jillimitaw il-veduta tan-natura kif ukoll l-armonija tal-pajsaġġ. L-impatt viżiv fil-biċċa l-kbira huwa vvalutat minn ġudizzji kwalitattivi, li jinvolvu l-apprezzament tal-pajsaġġ mill-bniedem u l-interazzjoni tal-bniedem mal-pajsaġġ u l-valur li dawn jagħtu lil post (genius loci).

    Ġustifikazzjoni

    L-impatt viżiv huwa essenzjali meta ssir referenza għall-kosti, għall-parks eoliċi u għall-bini storiku fost kwistjonijiet oħra.

    Emenda    46

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gg (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (gg) “Proċedura Konġunta”: Skont il-Proċedura Konġunta, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ stima waħda tal-impatt fuq l-ambjent, li tintegra l-istimi ta' awtorità waħda jew aktar, mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet oħra ta’ leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

    Emenda    47

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gh (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (gh) “simplifikazzjoni” tfisser it-tnaqqis ta’ formoli u proċeduri amministrattivi, il-ħolqien ta’ proċeduri konġunti jew għodod ta’ koordinament biex l-istimi li jsiru minn ħafna awtoritajiet jiġu integrati. Tfisser li jiġu stabbiliti kriterji kondiviżi, jitqassru l-iskadenzi għat-tressiq ta’ rapporti u jissaħħu l-istimi oġġettivi u xjentifiċi.

    Emenda    48

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt c

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta’ każ każ u jekk previst mil-liġi nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti li l-għan ewlieni tagħhom huwa d-difiża nazzjonali jew ir-reazzjoni għal emerġenzi ċivili, jekk jidhrilhom li tali applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawk l-għanijiet.

    3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta’ każ każ u jekk previst mil-liġi nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti li l-għan ewlieni tagħhom huwa d-difiża nazzjonali, jekk jidhrilhom li tali applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawk l-għanijiet.

    Emenda    49

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt c

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal proġetti li d-dettalji tagħhom huma adottati b'att leġiżlattiv nazzjonali speċifiku, bil-kundizzjoni li jinkisbu l-objettivi ta’ din id-Direttiva, inkluż dak li tiġi pprovduta l-informazzjoni, permezz tal-proċess leġiżlattiv. Kull sentejn mid-data speċifikata fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva XXX [OPOCE jekk jogħġbok daħħal in-numru ta’ din id-Direttiva], l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kull applikazzjoni li huma jkunu għamlu ta’ din id-dispożizzjoni.”

    imħassar

    Emenda    50

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – punt ca (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 4a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ca) jiżdied il-paragrafu li ġej:

     

    "4a. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti b'tali mod li tiġi żgurata l-indipendenza totali tagħhom fit-twettiq tad-dmirijiet assenjati lilhom skont din id-Direttiva. B'mod partikolari, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinħatru b'tali mod li jiġi evitat li jkun hemm xi relazzjoni ta' dipendenza, xi kollegament jew subordinazzjoni bejnhom jew bejn il-membri tagħhom u l-iżviluppatur. Awtorità kompetenti ma tistax twettaq il-funzjonijiet mogħtija lilha skont din id-Direttiva fir-rigward ta' proġett li hija stess tkun ikkummissjonat.”.

    Ġustifikazzjoni

    L-esperjenza miksuba f’għadd ta’ Stati Membri wriet li jeħtieġ li jiġu introdotti regoli speċifiċi sabiex tinġieb fi tmiemha l-kwistjoni serja tal-konflitti ta' interess, bil-għan li jiġi ggarantit li l-għan tal-proċedura tal-istima tal-impatt fuq l-ambjent jinkiseb b'mod effettiv. L-awtoritajiet kompetenti inkarigati li jwettqu l-istimi m'għandhom, fl-ebda ċirkostanza, jkunu huma l-iżviluppaturi, u l-anqas m'għandhom ikunu dipendenti minnhom jew subordinati għalihom.

    Emenda    51

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 2 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (1a) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

     

    "1. L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li, qabel ma jingħata l-kunsens, il-proġetti li x’aktarx ikollhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent minħabba, fost l-oħrajn, in-natura, id-daqs u l-lokalizzazzjoni tagħhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit li jkun hemm kunsens għall-iżvilupp u stima rigward l-effetti tagħhom wara li jkun ġie kkonsultat il-pubbliku. Għandhom jittieħdu miżuri sabiex ikun hemm monitoraġġ tal-effetti ambjentali negattivi sinifikanti u miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens, jekk ikun xieraq, mill-awtorità kompetenti meta jingħata kunsens għall-iżvilupp. Dawk il-proġetti huma ddefiniti fl-Artikolu 4.”.

    Ġustifikazzjoni

    Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 huwa allinjat mat-test il-ġdid tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 8, fejn huma pprovduti miżuri għall-monitoraġġ tal-effetti ambjentali negattivi sinifikanti u l-miżuri ta’ mitigazzjoni u ta’ kumpens. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni pubblika hija msaħħa.

    Emenda    52

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 2 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. Proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu stimi tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri koordinati jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

    3. Proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu stimi tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jistgħu jkunu soġġetti għal proċeduri koordinati jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, ħlief f’każijiet fejn l-Istati Membri jidhrilhom li l-applikazzjoni ta’ dawk il-proċeduri tkun sproporzjonata.

    Taħt proċedura koordinata, l-awtorità kompetenti għandha tikkoordina l-istimi individwali differenti meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kkonċernata u maħruġa minn diversi awtoritajiet, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja li tinsab f'leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

    Għall-proġetti soġġetti għall-proċedura koordinata, l-awtorità kompetenti għandha tikkoordina l-istimi individwali differenti meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni kkonċernata u maħruġa mid-diversi awtoritajiet, mingħajr ħsara għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

    Taħt il-proċedura konġunta, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ stima waħda tal-impatt fuq l-ambjent, li tintegra l-istimi ta' awtorità waħda jew aktar, mingħajr ħsara għal kwalunkwe dispożizzjoni kuntrarja li tinsab leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

    Għall-proġetti soġġetti għall-proċedura konġunta, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ stima waħda tal-impatt fuq l-ambjent, li tintegra l-istimi ta' awtorità waħda jew aktar, mingħajr ħsara għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra tal-Unjoni.

    L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità waħda, li tkun responsabbli biex tiffaċilita l-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp għal kull proġett.

    L-Istati Membri jistgħu jaħtru awtorità waħda responsabbli biex tiffaċilita l-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp għal kull proġett.

     

    Fuq talba ta’ Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tagħti l-għajnuna meħtieġa bil-għan li jiddefinixxi u jimplimenta l-proċeduri koordinati jew konġunti skont dan l-Artikolu.

     

    Fl-istimi kollha tal-impatt fuq l-ambjent, l-iżviluppatur għandu juri fir-rapport ambjentali li kkunsidra kull leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni rilevanti għall-iżvilupp propost li għalih huma meħtieġa stimi individwali tal-impatt fuq l-ambjent.

    Emenda    53

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 2a (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 2 – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (2a) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

     

    "4. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7, l-Istati Membri jistgħu, f’każijiet eċċezzjonali jekk provdut mil-liġi nazzjonali, jeżentaw proġett speċifiku li għandu bħala l-għan uniku tiegħu r-reazzjoni għal emerġenzi ċivili fl-intier tiegħu jew f’parti minnu mid-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva, jekk tali applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawn l-iskopijiet.

     

    F’dak il-każ, l-Istati Membri jistgħu jgħarrfu u jikkonsultaw lill-pubbliku kkonċernat u għandhom:

     

    (a) jikkunsidraw jekk tkunx tixraq għamla oħra ta’ stima;

     

    (b) jagħmlu disponibbli għall-pubbliku kkonċernat it-tagħrif miksub taħt għamliet oħra tal-istima msemmija fil-punt (a), it-tagħrif li jkollu x’jaqsam mad-deċiżjoni dwar l-għotja tal-eżenzjoni u r-raġunijiet għaliex tkun ġiet mogħtija;

     

    (c) jinformaw lill-Kummissjoni, qabel ma jingħata kunsens, bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-eżenzjoni mogħtija, u jipprovdulha l-informazzjoni li jkunu għamlu disponibbli, fejn japplika, liċ-ċittadini tagħhom stess.

     

    Il-Kummissjoni għandha immedjatament tibgħat id-dokumenti li tkun irċeviet lill-Istati Membri l-oħra.

     

    Il-Kummissjoni għandha tirrapporta ta’ kull sena lill-Parlament Ewropew u  lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.”.

    Emenda    54

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 3

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Artikolu 3

    Artikolu 3

    L-istima tal-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b’mod xieraq, fid-dawl ta’ kull każ individwali u b’mod konformi mal-Artikoli 4 sa 11, l-effetti diretti u indiretti ta’ proġett fuq il-fatturi li ġejjin:

    1. L-istima tal-impatt fuq l-ambjent għandha tidentifika, tiddeskrivi u tistma b’mod xieraq, fid-dawl ta’ kull każ individwali u b’mod konformi mal-Artikoli 4 sa 11, l-effetti diretti u indiretti ta’ proġett fuq il-fatturi li ġejjin:

    (a) il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, u l-bijodiversità, b'attenzjoni partikolari għal speċijiet u ħabitats protetti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE(*) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    (a) il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, u l-bijodiversità inklużi l-flora u l-fawna, b’attenzjoni partikolari għal speċijiet u ħabitats protetti skont id-Direttivi 92/43/KEE, 2000/60/KE u 2009/147/KE;

    (b) l-art, il-ħamrija, l-ilma, l-arja u t-tibdil fil-klima;

    (b) l-art, il-ħamrija, is-sottoswol, l-ilma, l-arja u l-klima;

    (c) l-assi materjali, il-wirt kulturali u l-pajsaġġ;

    (c) l-assi materjali, il-wirt kulturali u l-pajsaġġ;

    (d) l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fil punti (a), (b) u (c).

    (d) l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fil punti (a), (b) u (c).

    (e) l-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tal-fatturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c), fir-rigward ta' riskji ta' diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem.

    (e) l-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tal-fatturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c), għal riskji ta' diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem li x’aktarx iseħħu. "

     

    1a. Fil-każ ta’ standardizzazzjoni ta’ proċeduri disponibbli dwar proġett jew installazzjoni partikolari, filwaqt li jiġu mħarsa l-kriterji BAT (L-Aħjar Teknoloġiji Disponibbli), l-awtorità kompetenti għandha tqis din l-istandardizzazzjoni u tiffoka l-stima tal-impatt fuq l-ambjent fuq il-post fejn ikunu jinsabu l-installazzjonijiet jew il-proġett.

    Emenda    55

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (4) L-Artikolu 4 hu emendat kif ġej:

    (4) L-Artikolu 4 jinbidel b'dan li ġej:

    (a) Il-paragrafi 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:

     

     

    "Artikolu 4

     

    1. Soġġett għall-Artikolu 2(4), il-proġetti mniżżla fl-Anness I għandhom jiġu soġġetti għal stima skont l-Artikoli 5 sa 10.

     

    2. Soġġett għall-Artikolu 2(4), għall-proġetti mniżżla fl-Anness II, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jekk il-proġett għandux jiġi soġġett għal stima skont l-Artikoli 5 sa 10. L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni wara li jkunu kkonsultaw il-pubbliku permezz ta’:

     

    (a) eżami każ b’każ;

     

    jew

     

    (b) livelli ta’ limitu jew kriterji stabbiliti mill-Istati Membri.

     

    L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li japplikaw iż-żewġ proċeduri msemmija fil-punti (a) u (b).

    "3. Għall-proġetti elenkati fl-Anness II, l-iżviluppatur għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-proġett, l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent u l-miżuri previsti sabiex jevitaw u jnaqqsu effetti sinifikanti. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta hija speċifikata fl-Anness II.A.

    3. Għall-proġetti elenkati fl-Anness II, l-iżviluppatur għandu jipprovdi informazzjoni sommarja dwar il-karatteristiċi tal-proġett, l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent u l-miżuri previsti sabiex jevitaw u jnaqqsu effetti sinifikanti. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta hija speċifikata fl-Anness II.A. L-ammont ta’ informazzjoni li għandha tingħata mill-iżviluppatur għandha tinżamm minima u tkun limitata għall-aspetti ewlenin li jkunu jippermettu lill-awtorità kompetenti tieħu d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku qabel id-determinazzjoni għall-finijiet tal-paragrafu 2, li għandha tiġi ppubblikata fuq l-Internet, biex b’hekk ikun hemm iżjed trasparenza u aċċessibbiltà għall-pubbliku."

    4. Meta titwettaq evalwazzjoni każ b’każ jew jiġu stabbiliti parametri jew kriterji għall-fini tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tqis kriterji tal-għażla relatati mal-karatteristiċi u l-lokalizzazzjoni tal-proġett u l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent. Il-lista dettaljata tal-kriterji tal-għażla li għandhom jintużaw hija speċifikata fl-Anness III."

    4. Meta titwettaq evalwazzjoni każ b’każ jew jiġu stabbiliti parametri jew kriterji għall-fini tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tqis il-kriterji rilevanti tal-għażla relatati mal-karatteristiċi u l-lokalizzazzjoni tal-proġett u l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent. Il-lista dettaljata tal-kriterji tal-għażla hija speċifikata fl-Anness III.

    (b) Il-paragrafi 5 u 6 li ġejjin huma miżjuda:

     

    "5. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel id-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur filwaqt li tqis, meta jkun rilevanti, ir-riżultati tal-istudji, il-verifiki preliminari jew l-istimi tal-effetti fuq l-ambjent li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Id-deċiżjoni skont il-paragrafu 2 għandha:

    5. L-awtorità kompetenti għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur skont il-paragrafu 3 filwaqt li tqis, meta jkun rilevanti, kull kumment mill-pubbliku u mill-awtoritajiet lokali interessati, ir-riżultati tal-istudji, il-verifiki preliminari jew l-istimi tal-effetti fuq l-ambjent li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Id-deċiżjoni skont il-paragrafu 2 għandha:

    (a) tiddikjara kif tqiesu l-kriterji fl-Anness III;

     

    (b) tinkludi r-raġunijiet għaliex kienet meħtieġa jew ma kinitx meħtieġa stima tal-impatt fuq l-ambjent b'konformità mal-Artikoli 5 sa 10;

    (a) tinkludi r-raġunijiet għaliex kienet meħtieġa jew ma kinitx meħtieġa stima tal-impatt fuq l-ambjent b'konformità mal-Artikoli 5 sa 10, b’mod partikolari b’referenza għall-kriterji relevanti elenkati fl-Anness III;

    (c) tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jevitaw, jipprevjenu u jnaqqsu kwalunkwe effett sinifikanti fuq l-ambjent, fejn jiġi deċiż li ma għandha titwettaq l-ebda stima tal-impatt fuq l-ambjent b'konformità mal-Artikoli 5 sa 10.

    (b) tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jevitaw, jipprevjenu u jnaqqsu kwalunkwe effett sinifikanti fuq l-ambjent, fejn jiġi deċiż li ma għandha titwettaq l-ebda stima tal-impatt fuq l-ambjent b'konformità mal-Artikoli 5 sa 10.

    (d) tkun disponibbli għall-pubbliku

    (c) tkun disponibbli għall-pubbliku

    6. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel id-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2 fi żmien tliet xhur mit-talba għal kunsens għall-iżvilupp u bil-kundizzjoni li l-iżviluppatur ikun issottometta l-informazzjoni kollha meħtieġa. Skont in-natura, il-kumplessità, il-lok u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dik l-iskadenza b’3 xhur oħra; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data sa meta hija mistennija d-determinazzjoni tagħha.

    6. L-awtorità kompetenti għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2 fi żmien perjodu stabbilit mill-Istat Membru li ma jaqbiżx id-90 jum mit-talba għal kunsens għall-iżvilupp u bil-kundizzjoni li l-iżviluppatur ikun issottometta l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-paragrafu 3. Skont in-natura, il-kumplessità, il-lok u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’ b’mod eċċezzjonali testendi dik l-iskadenza darba b’perjodu ieħor stabbilit mill-Istat Membru li ma jaqbiżx is-60 jum; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-iżviluppatur bil-miktub bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u bid-data meta hija mistennija d-determinazzjoni tagħha, filwaqt li tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2).

    Fejn il-proġett ikun soġġett għal stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, id-deċiżjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 5(2)."

    Fejn il-proġett ikun soġġett għal stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, id-deċiżjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi l-opinjoni mogħtija fl-Artikolu 5(2), jekk tali opinjoni ġiet mitluba skont dak l-Artikolu."

    Emenda    56

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 5 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Meta għandha titwettaq stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, l-iżviluppatur għandu jħejji rapport ambjentali. Ir-rapport ambjentali għandu jkun ibbażat fuq determinazzjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u jinkludi informazzjoni li tista' tkun raġonevolment meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-impatti ambjentali tal-proġett propost, filwaqt li jitqiesu l-għarfien u l-metodi attwali tal-istima, il-karatteristiċi, il-kapaċità teknika u l-lok tal-proġett, il-karatteristiċi tal-impatt potenzjali, alternattivi għall-proġett propost u sa fejn huma vvalutati b'mod aktar xieraq ċerti kwistjonijiet (inkluża l-evalwazzjoni ta' alternattivi) f’livelli differenti inkluż il-livell ta' ppjanar, jew abbażi ta' rekwiżiti oħra ta' stima. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rapport ambjentali hija speċifikata fl-Anness IV.

    1. Meta għandha titwettaq stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, l-iżviluppatur għandu jressaq rapport ambjentali. Ir-rapport ambjentali għandu jkun ibbażat fuq l-opinjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jekk tkun inħarġet tali opinjoni, u jinkludi informazzjoni li tista' tkun raġonevolment meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-impatti ambjentali tal-proġett propost, filwaqt li jitqiesu l-għarfien u l-metodi attwali tal-istima u l-karatteristiċi, il-kapaċità teknika u l-lok tal-proġett u l-karatteristiċi tal-impatt potenzjali. Ir-rapport ambjentali għandu jinkludi wkoll alternattivi raġonevoli kkunsidrati mill-iżviluppatur, li jkunu relevanti għall-proġett propost u għall-karatteristiċi speċifiċi tiegħu u li jgħinu biex issir valutazzjoni komparattiva tas-sostenibbiltà tal-alternattivi kkunsidrati fid-dawl tal-impatti sinifikanti tagħhom. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rapport ambjentali hija speċifikata fl-Anness IV. Fir-rapport ambjentali għandu jiġi inkluż sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni mogħtija.

    Emenda    57

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 5 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. L-awtorità kompetenti, wara li tkun kkonsultat l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-iżviluppatur, għandha tiddetermina l-ambitu u l-livell ta' dettall tal-informazzjoni li għandha tkun inkluża mill-iżviluppatur fir-rapport ambjentali, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. B’mod partikolari għandha tiddetermina:

    2. Fejn issir talba mill-iżviluppatur meta jkun qed iressaq applikazzjoni għall-kunsens għall-iżvilupp, jew fejn l-awtorità komptenti jew l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) jidhrilhom li jkun meħtieġ, l-awtorità kompetenti, wara li tkun ikkonsultat l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1), l-iżviluppatur u lill-pubbliku kkonċernat, għandha toħroġ opinjoni fejn tiddetermina l-ambitu u l-livell ta' dettall tal-informazzjoni li għandha tkun inkluża mill-iżviluppatur fir-rapport ambjentali, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inkluż b’mod partikolari:

    (a) id-deċiżjonijiet u l-opinjonijiet li għandhom jinkisbu;

     

    (b) l-awtoritajiet u l-pubbliku li x’aktarx ikunu kkonċernati;

    (a) l-awtoritajiet u l-pubbliku li x’aktarx ikunu kkonċernati;

    (c) l-istadji individwali tal-proċedura u t-tul tagħhom;

    (b) l-istadji individwali tal-proċedura u l-oqfsa taż-żmien għat-tul tagħhom;

    (d) alternattivi raġonevoli għall-proġett propost u l-karatteristiċi speċifiċi tiegħu;

    (c) alternattivi raġonevoli li jistgħu jiġu kkunsidrati mill-iżviluppatur, li jkunu relevanti għall-proġett propost, il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu u l-impatti sinifikanti tiegħu fuq l-ambjent;

    (e) il-karatteristiċi ambjentali msemmija fl-Artikolu 3 li x'aktarx ikunu affettwati b'mod sinifkanti;

     

    (f) l-informazzjoni li għanda tiġi sottomessa skont il-karatteristiċi speċifiċi ta' proġett partikolari jew tip ta' proġett;

    (e) l-informazzjoni li għanda tiġi sottomessa skont il-karatteristiċi speċifiċi ta' proġett partikolari jew tip ta' proġett;

    (g) l-informazzjoni u l-għarfien disponibbli u miksuba fil-livelli l-oħra tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew permezz ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u l-metodi ta' stima li għandhom jintużaw.

    (f) l-informazzjoni u l-għarfien disponibbli u miksuba fil-livelli l-oħra tat-teħid tad-deċiżjonijiet jew permezz ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u l-metodi ta' stima li għandhom jintużaw.

    L-awtorità kompetenti tista’ wkoll tfittex assistenza minn esperti akkreditati u teknikament kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Talbiet sussegwenti lill-iżviluppatur għal informazzjoni addizzjonali jistgħu jsiru jekk ikunu ġustifikati minn ċirkostanzi ġodda u spjegati kif dovut mill-awtorità kompetenti.

    L-awtorità kompetenti tista’ wkoll tfittex assistenza minn esperti kkwalifikati indipendenti u teknikament kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Talbiet sussegwenti lill-iżviluppatur għal informazzjoni addizzjonali jistgħu jsiru jekk ikunu ġustifikati minn ċirkostanzi ġodda u spjegati kif dovut mill-awtorità kompetenti.

    Emenda    58

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 5 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. Biex jiġu garantiti l-kompletezza u kwalità suffiċjenti tar-rapporti ambjentali msemmija fl-Artikolu 5(1):

    3. Biex jiġu garantiti l-kompletezza u kwalità suffiċjenti tar-rapporti ambjentali msemmija fl-Artikolu 5(1):

    (a) l-iżviluppatur għandu jiżgura li r-rapport ambjentali huwa mħejji minn esperti akkreditati jew teknikament kompetenti jew

    (a) l-iżviluppatur għandu jiżgura li r-rapport ambjentali huwa mħejji minn esperti kkwalifikati u teknikament kompetenti u

    (b) l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rapport ambjentali huwa verifikat minn esperti akkreditati u teknikament kompetenti u/jew kumitati ta' esperti nazzjonali.

    (b) L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rapport ambjentali huwa verifikat minn esperti kkwalifikati indipendenti u teknikament kompetenti u/jew kumitati ta’ esperti nazzjonali li isimhom għandu jixxandar pubblikament.

    Meta esperti akkreditati u teknikament kompetenti jkunu assistew l-awtorità kompetenti biex tħejji d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), l-istess esperti ma għandhomx jintużaw mill-iżviluppatur għat-tħejjija tar-rapport ambjentali.

    Meta esperti kkwalifikati indipendenti u teknikament kompetenti jkunu assistew l-awtorità kompetenti biex tħejji d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), l-istess esperti ma għandhomx jintużaw mill-iżviluppatur għat-tħejjija tar-rapport ambjentali.

    L-arranġamenti dettaljati għall-użu u l-għażla ta' esperti akkreditati u teknikament kompetenti (pereżempju l-kwalifiki meħtieġa, l-assenjazzjoni ta' evalwazzjoni, il-liċenzjar u l-iskwalifika), għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri.

    L-arranġamenti dettaljati għall-użu u l-għażla ta’ esperti kkwalifikati u teknikament kompetenti (pereżempju l-kwalifiki u l-esperjenza meħtieġa, l-assenjazzjoni ta’ evalwazzjoni, il-liċenzjar u l-iskwalifika), għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri. L-esperti kkwalifikati u teknikament kompetenti u l-kumitati ta' esperti nazzjonali għandhom jipprovdu garanziji xierqa ta' kompetenza u imparzjalità meta jkunu qed jivverifikaw rapporti ambjentali jew informazzjoni ambjentali oħra skont din id-Direttiva, filwaqt li jiżguraw li l-valutazzjoni tagħhom tkun xjentifikament oġġettiva u indipendenti, mingħajr ebda indħil jew influwenza min-naħa tal-awtorità kompetenti, tal-iżviluppatur jew tal-awtoritajiet nazzjonali. Dawn l-esperti għandhom ikunu responsabbli għall-istimi tal-impatt fuq l-ambjent li jwettqu jew jissorveljaw jew li dwarhom ikunu ħarġu opinjoni pożittiva jew negattiva.

    Emenda    59

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5a (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 5a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (5a) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

     

    “Artikolu 5a

     

    Għal proġetti transfruntiera, l-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien involuti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi jikkooperaw biex jipprovdu b’mod konġunt stima tal-impatt fuq l-ambjent transkonfinali unika integrata u koerenti minn stadju bikri tal-ippjanar, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-kofinanzjament mill-Unjoni.

     

    Fil-każ ta’ proġetti ta’ trasport tan-netwerk tat-trasport Ewropew, l-impatt potenzjali fuq in-netwerk tan-Natura 2000 għandu jiġi identifikat billi tintuża s-sistema TENTec u s-softwer Natura 2000 tal-Kummissjoni u alternattivi possibbli.”

    Ġustifikazzjoni

    Fil-każ ta’ proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport, għandu jsir użu konġunt tal-għodod tal-IT tal-RTE-T u tan-Natura 2000 biex il-problemi potenzjali jiġu evitati fi stadju bikri.

    Emenda    60

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6 – punt -a (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 6 – paragrafu -1 (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-a) jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

     

    “-1. Il-pubbliku għandu jkollu d-dritt li jitlob stima tal-impatt fuq l-ambjent ta’ proġett speċifiku li jkun meqjus li hu kwistjoni ta’ tħassib, u għal dak il-għan juża arranġamenti ta’ parteċipazzjoni li jinvolvu r-residenti, l-awtoritajiet lokali, jew l-NGOs b’mod partikolari.

     

    L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji, u jistabbilixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa, sabiex jitwettaq dak id-dritt.”;

    Emenda    61

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6 – punt -aa (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 6 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-aa)il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

     

    "1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet li x’aktarx ikunu kkonċernati mill-proġett minħabba r-responsabilitajiet ambjentali speċifiċi tagħhom jew minħabba l-ġurisdizzjoni lokali jingħataw l-opportunità li jesprimu l-opinjoni tagħhom dwar it-tagħrif fornut mill-iżviluppatur u dwar it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtoritajiet li għandhom jiġu kkonsultati, jew f’termini ġenerali jew fuq il-bażi ta’ każ b’każ. It-tagħrif miġbur skont l-Artikolu 5 għandu jintbagħat lil dawk l-awtoritajiet. Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati mill-Istati Membri dwar il-konsultazzjoni.”;

    Ġustifikazzjoni

    Għandu jkun ippreċiżat li fost l-awtoritajiet interessati fil-proġett tal-VIA li jridu jiġu kkonsultati jidħlu wkoll l-entitajiet lokali li fuq it-territorju tagħhom ikun jinstab il-proġett, jekk dawk l-awtoritajiet u l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti mhumiex l-istess entità.

    Emenda    62

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6 – punt -ab (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 6 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-ab) il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

     

    "2. Il-pubbliku għandu jiġi infurmat permezz ta’ portal ċentrali li jkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod elettroniku skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali*, permezz ta’ avviżi pubbliċi u mezzi oħra xierqa bħall-midja elettronika, dwar il-kwistjonijiet li ġejjin fi stadju bikri tal-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet ambjentali msemmija fl-Artikolu 2(2) u, l-iktar tard, hekk kif l-informazzjoni tkun tista’ tingħata b’mod raġonevoli:

     

    (a) it-talba għal kunsens għall-iżvilupp;

     

    (b) il-fatt li l-proġett huwa soġġett għal proċedura ta’ stima tal-impatt fuq l-ambjent u, fejn rilevanti, il-fatt li japplika l-Artikolu 7;

     

    (c) id-dettalji tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għat-teħid tad-deċiżjoni, dawk li minnhom tkun tista’ tinkiseb informazzjoni rilevanti, dawk li lilhom jistgħu jiġu sottomessi kummenti jew mistoqsijiet, u dettalji tal-iskeda taż-żmien għat-trażmissjoni ta’ kummenti jew mistoqsijiet;

     

    (d) in-natura tad-deċiżjonijiet possibbli jew, fejn tkun teżisti waħda, l-abbozz tad-deċiżjoni;

     

    (e) indikazzjoni tad-disponibbiltà tal-informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 5;

     

    (f) indikazzjoni tal-ħinijiet u l-postijiet fejn u l-mezzi li permez tagħhom l-informazzjoni rilevanti se ssir disponibbli;

     

    (g) id-dettalji tal-arranġamenti għall-parteċipazzjoni tal-pubbliku magħmula skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu;

     

    (ga) il-fatt li japplika l-Artikolu 8(2) u d-dettalji tar-reviżjoni jew il-modifika tar-rapport ambjentali u l-miżuri addizzjonali ta’ mitigazzjoni jew ta’ kumpens li jkunu qegħdin jiġu kkunsidrati;

     

    (gb) ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 8(2).”;

     

    _________________

    *ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26

    Ġustifikazzjoni

    Bil-għan li jissaħħu l-aċċess u t-trasparenza, portal ċentrali li jipprovdi informazzjoni ambjentali f’waqtha b’mod elettroniku għandu jsir disponibbli f’kull Stat Membru. Barra minn hekk, il-punti ġodda (ga) u (gb) jipprovdu aċċess għal informazzjoni rigward ir-reviżjoni jew il-modifika tar-rapport ambjentali kif ukoll il-miżuri addizzjonali ta’ mitigazzjoni jew ta’ kumpens, li huma stabbiliti fit-test il-ġdid tal-Artikolu 8, paragrafu 2.

    Emenda    63

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6 – punt -ac (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 6 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-ac) il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

     

    "3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’perjodi ta’ żmien raġonevoli, dan li ġej isir disponibbli tal-inqas permezz ta' portal ċentrali li jkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod elettroniku:

     

     

    (a) kwalunkwe informazzjoni miġbura skont l-Artikolu 5;

     

    (b) skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ir-rapporti ewlenin u l-parir maħruġa għall-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti fiż-żmien meta l-pubbliku kkonċernat jiġi infurmat skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

     

    (c) skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali , it-tagħrif għajr dak imsemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu li jkun rilevanti għad-deċiżjoni skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva u li jsir disponibbli biss wara ż-żmien meta l-pubbliku kkonċernat ikun ġie mgħarraf skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.”;

    Ġustifikazzjoni

    Bil-għan li jissaħħu l-aċċess u t-trasparenza, portal ċentrali li jipprovdi informazzjoni ambjentali f’waqtha b’mod elettroniku għandu jsir disponibbli f’kull Stat Membru.

    Emenda    64

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6 – punt -ad (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 6 – paragrafu 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-ad) il-paragrafu 5 jinbidel b’dan li ġej:

     

    "5. L-arranġamenti dettaljati għall-informazzjoni tal-pubbliku (pereżempju bit-twaħħil ta’ kartelluni f’ċertu raġġ jew pubblikazzjoni fil-gazzetti lokali) u sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat (pereżempju permezz ta’ sottomissjonijiet bil-miktub jew permezz ta’ inkjesta pubblika) għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tiġi pprovduta permezz ta’ portal ċentrali li jkun aċċessibbli għall-pubbliku b’mod elettroniku skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/4/KE.”:

    Ġustifikazzjoni

    Bil-għan li jissaħħu l-aċċess u t-trasparenza, portal ċentrali li jipprovdi informazzjoni ambjentali f’waqtha b’mod elettroniku għandu jsir disponibbli f’kull Stat Membru.

    Emenda    65

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 6 – punt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 6 – paragrafu 7

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    7. "It-termini ta' żmien sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat dwar ir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) ma għandhomx ikunu iqsar minn 30 jum jew aktar minn 60 jum. F'każijiet eċċezzjonali, fejn in-natura, il-kumplessità, il-lok jew id-daqs tal-proġett propost jesiġu hekk, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dan it-terminu ta’ żmien bi 30 jum oħra; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni.

    7. "It-termini ta' żmien sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat dwar ir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) ma għandhomx ikunu iqsar minn 30 jum jew aktar minn 60 jum. F'każijiet eċċezzjonali, fejn in-natura, il-kumplessità, il-lok jew id-daqs tal-proġett propost jesiġu hekk, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dan it-terminu ta’ żmien b’massimu ta’ 30 jum; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni."

    Emenda    66

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ba (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 6 – paragrafu 7a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ba) jiżdied il-paragrafu li ġej:

     

    "7a. Bil-għan li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva tal-pubbliku kkonċernat fil-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tal-kuntatti tal-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli mit-twettiq tad-dmirijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva, u l-aċċess faċli u malajr għal din l-awtorità jew awtoritajiet, ikunu disponibbli għall-pubbliku fi kwalunkwe ħin u irrispettivament minn kwalunkwe proġett speċifiku li jkun għaddej soġġett għal stima tal-impatt fuq l-ambjent, u li tingħata l-attenzjoni dovuta lill-kummenti li jsiru u lill-opinjonijiet espressi mill-pubbliku.”.

    Emenda    67

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 7 – paragrafu 5a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (7a) Fl-Artikolu 7, jiżdied il-paragrafu li ġej:

     

    "5a. Fil-każ ta’ proġetti transkonfinali ta’ interess komuni fil-qasam tat-trasport inklużi f’wieħed mill-kurituri spjegati fl-Anness I tar-Regolament...+ li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-Istati Membri għandhom jiġu involuti fil-ħidma ta’ koordinazzjoni tal-konsultazzjonijiet pubbliċi. Il-koordinatur għandu jiżgura li jseħħ proċess estensiv ta' konsultazzjoni pubblika mal-partijiet interessati kollha u mas-soċjetà ċivili waqt l-ippjanar ta' infrastruttura ġdida. Fi kwalunkwe każ, il-koordinatur jista' jipproponi modi kif jiġi żviluppat il-pjan tal-kuritur u kif dan jiġi implimentat b'mod bilanċjat.”.

     

    ________________

    + ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru, id-data u t-titolu tar-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (2011/0302(COD)).

    Ġustifikazzjoni

    Fil-proċessi tal-konsultazzjonijiet pubbliċi għandu jsir użu minn dawk li jkunu qed jikkoordinaw il-kurituri tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport ħalli jiġu identifikati fi stadju bikri kwalunkwe problemi potenzjali li jistgħu jinqalgħu, filwaqt li dak li jkun iżomm f’moħħu li fi proġetti transkonfinali hemm involuti aktar diffikultajiet.

    Emenda    68

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 8

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 8

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Artikolu 8

    Artikolu 8

     

    -1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jipprovdu li l-proġetti jinbnew u jiġu operati skont il-prinċipji li ġejjin:

     

    (a) jittieħdu l-miżuri preventivi xierqa kollha kontra t-tniġġis u ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis sinifikanti;

     

    (b) jiġu applikati l-aqwa tekniki disponibbli u r-riżorsi naturali u l-enerġija jintużaw b’mod effiċjenti;

     

    (c) tiġi pprevenuta l-ġenerazzjoni ta’ skart u, fejn jiġi ġġenerat l-iskart, f’ordni ta’ prijorità u skont id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart*, jiġi mħejji għall-użu mill-ġdid, jiġi riċiklat, irkuprat jew, fejn dak ikun teknikament u ekonomikament impossibbli, jintrema waqt li jiġi evitat jew jitnaqqas kwalunkwe impatt fuq l-ambjent;

     

    (d) jittieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu pprevenuti l-inċidenti u jiġu limitati l-konsegwenzi tagħhom;

     

    (e) jittieħdu l-miżuri meħtieġa mat-twaqqif definittiv tal-attivitajiet sabiex jiġi evitat kwalunkwe riskju ta’ tniġġis u s-sit tal-operat jerġa’ lura għal stat sodisfaċenti.

     

    Meta standard ta’ kwalità ambjentali jeħtieġ kundizzjonijiet iżjed stretti minn dawk li jistgħu jintlaħqu bl-użu tal-aqwa tekniki disponibbli, għandhom jiġu inklużi miżuri addizzjonali fil-kunsens għall-iżvilupp, mingħajr preġudizzju għal miżuri oħra li jistgħu jittieħdu sabiex tintlaħaq konformità mal-istandards tal-kwalità ambjentali.

    1. Għandhom jitqiesu r-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp. Għal dan il-għan, id-deċiżjoni li jingħata l-kunsens għall-iżvilupp għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

    1. Għandhom jitqiesu kif dovut u jiġu vvalutati fid-dettall ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp. Id-deċiżjoni li jingħata l-kunsens għall-iżvilupp għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    (a) l-istima tal-impatt fuq l-ambjent tal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3 u l-kundizzjonijiet ambjentali marbuta mad-deċiżjoni, inkluża deskrizzjoni tal-miżuri ewlenin sabiex jiġu evitati, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti negattivi sinifikanti;

    (a) ir-riżultati tal-istima tal-impatt fuq l-ambjent tal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3, inkluż sommarju tal-osservazzjonijiet u l-opinjoni li jkunu waslu skont l-Artikoli 6 u 7, u l-kundizzjonijiet ambjentali marbuta mad-deċiżjoni, inkluża deskrizzjoni tal-miżuri ewlenin sabiex jiġu evitati, imnaqqsa u, jekk possibbli, ikkontrobilanċjati l-effetti negattivi sinifikanti;

    (b) ir-raġunijiet ewlenin għall-għażla l-proġett kif adottat, fid-dawl tal-alternattivi l-oħra meqjusa, inkluża l-evoluzzjoni probabbli tal-istat eżistenti tal-ambjent mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett (xenarju ta' referenza);

    (b) sommarju tal-valutazzjoni tal-alternattivi raġonevoli meqjusa, inkluża l-evoluzzjoni probabbli tal-istat eżistenti tal-ambjent mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett (xenarju ta' referenza);

    (c) sommarju tal-kummenti li waslu skont l-Artikoli 6 u 7;

     

    (d) dikjarazzjoni li tiġbor fil-qosor il-mod kif kunsiderazzjonijiet ambjentali ġew integrati fil-kunsens għall-iżvilupp u kif ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 ikunu ġew inkorporati jew inkella indirizzati.

    (d) dikjarazzjoni li tiġbor fil-qosor il-mod kif kunsiderazzjonijiet ambjentali ġew integrati fil-kunsens għall-iżvilupp u kif ir-rapport ambjentali u r-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 ikunu ġew inkorporati jew inkella indirizzati.

    Għal proġetti li x'aktarx ikollhom effetti transfruntieri negattivi sinifikanti, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi informazzjoni dwar għalfejn ma qisitx il-kummenti li waslu għand l-Istat Membru affettwat matul il-konsultazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 7.

    Għal proġetti li x'aktarx ikollhom effetti transfruntieri negattivi sinifikanti, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi informazzjoni dwar għalfejn ma qisitx il-kummenti li waslu għand l-Istat Membru affettwat matul il-konsultazzjonijiet imwettqa skont l-Artikolu 7.

    2. Jekk il-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 jikkonkludu li proġett se jkollu effetti ambjentali negattivi sinifikanti, l-awtorità kompetenti għandha tqis, kemm jista' jkun malajr u b'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-iżviluppatur, jekk ir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) għandux jiġi rivedut u l-proġett ikun immodifikat biex jiġu evitati jew imnaqqsa dawn l-effetti negattivi u jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali ta' mitigazzjoni jew kumpens.

    2. Jekk fid-dawl tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 l-awtorità kompetenti tikkonkludi li proġett se jkollu effetti ambjentali negattivi sinifikanti, l-awtorità kompetenti għandha tqis, kemm jista' jkun malajr u wara li tkun ikkonsultat lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-iżviluppatur, jekk għandhiex tirrifjuta l-kunsens għall-iżvilupp jew jekk ir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1), għandux jiġi rivedut u l-proġett ikun immodifikat biex jiġu evitati jew imnaqqsa dawn l-effetti negattivi u jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali ta' mitigazzjoni jew kumpens skont il-leġiżlazzjoni rilevanti. Fil-fażi eventwali ta' reviżjoni tar-rapport ambjentali, xorta waħda jeħtieġ li tiġi ggarantita l-informazzjoni lill-pubbliku msemmija fl-Artikolu 6(2).

    Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti kunsens għall-iżvilupp, għandha tiżgura li l-kunsens għall-iżvilupp jinkludi miżuri biex jiġu mmonitorjati effetti ambjentali negattivi sinifikanti, sabiex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni u l-effettività mistennija ta’ miżuri ta' mitigazzjoni u kumpens, u sabiex jiġu identifikati kwalunkwe effetti negattivi mhux mistennija.

    Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti kunsens għall-iżvilupp, għandha, skont il-leġiżlazzjoni rilevanti, tiżgura li l-kunsens għall-iżvilupp jinkludi miżuri biex jiġu mmonitorjati effetti ambjentali negattivi sinifikanti, waqt il-fażijiet ta' bini, ġestjoni, twaqqigħ u ta’ wara l-għeluq, sabiex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni u l-effettività mistennija ta' miżuri ta' mitigazzjoni u kumpens, u sabiex jiġu identifikati kwalunkwe effetti negattivi mhux mistennija.

    It-tip ta’ parametri li għandhom jiġu mmonitorjati u t-tul ta’ żmien tal-monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost u s-sinifikat tal-effetti ambjentali tiegħu.

    It-tip ta’ parametri li għandhom jiġu mmonitorjati u t-tul ta’ żmien tal-monitoraġġ għandhom ikunu konsistenti mar-rekwiżiti ta’ leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni kif ukoll proporzjonati man-natura, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost u s-sinifikat tal-effetti ambjentali tiegħu. Ir-riżultati tal-monitoraġġ għandhom jiġu notifikati lil-awtorità kompetenti u jsiru disponibbli għall-pubbliku f’format li jkun faċilment aċċessibbli.

    L-arranġamenti eżistenti ta' monitoraġġ li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jistgħu jintużaw meta dan ikun xieraq.

    L-arranġamenti ta’ monitoraġġ inklużi dawk li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew leġiżlazzjoni nazzjonali jistgħu jintużaw fejn dan ikun xieraq.

     

    Meta l-monitoraġġ jindika li l-miżuri ta’ mitigazzjoni jew kumpens ma jkunux biżżejjed jew jiġu osservati effetti ambjentali negattivi sinifikanti mhux mistennija, l-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi miżuri korrettivi ta’ mitigazzjoni jew kumpens skont il-leġiżlazzjoni rilevanti.

    3. Meta l-informazzjoni kollha neċessarja miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tkun ġiet ipprovduta lill-awtorità kompetenti, inkluż, fejn rilevanti, stimi speċifiċi meħtieġa taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 ikunu ġew ikkompletati, l-awtorità kompetenti għandha tikkonkludi l-istima tal-impatt tal-proġett fuq l-ambjent fi żmien tliet xhur.

    3. Meta l-informazzjoni kollha neċessarja miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 tkun ġiet ipprovduta lill-awtorità kompetenti, inkluż, fejn rilevanti, stimi speċifiċi meħtieġa taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, u l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 ikunu ġew ikkompletati, l-awtorità kompetenti għandha tikkonkludi l-istima tal-impatt tal-proġett fuq l-ambjent f’perjodu ta’ żmien stabbilit mill-Istat Membru li ma jaqbiżx id-90 jum.

    Skont in-natura, il-kumplessità, il-lok u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dik l-iskadenza b’3 xhur oħra; F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data meta hija mistennija d-deċiżjoni tagħha.

    Skont in-natura, il-kumplessità, il-lok u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’ b’mod eċċezzjonali, testendi dik l-iskadenza b’perjodu ieħor ta’ żmien stabbilit mill-Istat Membru li ma jaqbiżx id-90 jum; F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma, bil-miktub, lill-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data meta hija mistennija d-deċiżjoni tagħha.

    4. Qabel ma tittieħed deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-informazzjoni fir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) hijiex aġġornata, b’mod partikolari fir-rigward tal-miżuri previsti biex jipprevjenu, inaqqsu u, jekk possibbli, jikkontrobilanċjaw kull effett negattiv sinifikanti.

    4. Qabel ma tittieħed deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità kompetenti għandha tivverifika jekk l-informazzjoni fir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) hijiex aġġornata.

     

    __________

    * ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3.

    Emenda    69

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 9 – punt a

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 9 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta kunsens għall-iżvilupp, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-pubbliku u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) biha, skont il-proċeduri xierqa, u għandha tkun disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni li ġejja:

    1. Meta tkun ittieħdet deċiżjoni li tagħti jew tirrifjuta kunsens għall-iżvilupp, jew deċiżjoni oħra maħruġa bil-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-pubbliku u l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) biha, mill-aktar fis possibbli skont il-proċeduri nazzjonali, u sa mhux aktar tard minn 10 ijiem tax-xogħol. L-awtorità jew l-awtoritajiet kompenti għandhom iqiegħdu d-deċiżjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u tal-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) skont id-Direttiva 2003/4/KE.

    (a) il-kontenut tad-deċiżjoni u kull kundizzjoni mehmuża magħha;

     

    (b) wara li jkunu ġew eżaminati r-rapport ambjentali u t-tħassib u l-opinjonijiet espressi mill-pubbliku kkonċernat, ir-raġunijiet u l-konsiderazzjonijiet ewlenin li fuqhom hija msejsa d-deċiżjoni, inkluża informazzjoni dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku;

     

    (c) deskrizzjoni tal-miżuri ewlenin sabiex jiġu evitati, imnaqqsa u, jekk possibbli, kontrobilanċjati l-effetti negattivi sinifikanti.

     

    (d) deskrizzjoni, fejn xieraq, tal-miżuri ta' monitoraġġ imsemmija fl-Artikolu 8(2)."

     

    Emenda    70

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 9 – punt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 9 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeċiedu li tkun disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi l-istima tagħha tal-impatt fuq l-ambjent tal-proġett."

    3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma tittieħed xi deċiżjoni dwar l-għoti jew ir-rifjut tal-kunsens għall-iżvilupp, meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi l-istima tagħha tal-impatt fuq l-ambjent tal-proġett."

    Emenda    71

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 9 – punt ba (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 9 – paragrafi 3a u 3b (ġodda)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

     

     

    (ba) jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

     

    "3a. Il-pubbliku jista’ jistitwixxi sfida legali, inkluż billi jagħmel applikazzjoni għal inġunzjoni, fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ kunsens għall-iżvilupp billi jibdew proċedimenti legali fi żmien tliet xhur wara li l-ħruġ tad-deċiżjoni formali mill-awtorità kompetenti ikun ġie pubbliċiżżat kif dovut."

     

    3b. L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-proġetti b’kunsens għall-żvilupp ma jibdewx qabel ma jiskadi l-limitu ta’ żmien għall-kontestazzjoni legali.”.

    Emenda    72

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 9a (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 10 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (9a) Fl-Artikolu 10, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

     

    “Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma għandhomx jaffettwaw l-obbligu tal-awtoritajiet kompetenti li jirrispettaw il-limitazzjonijiet imposti bil-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali u bil-prassi legali aċċettati rigward il-kunfidenzjalità kummerċjali u industrijali, inkluża l-proprjetà intellettwali, u s-salvagwardja tal-interess pubbliku, sakemm ikunu konformi mad-Direttiva 2003/4/KE.".

    Ġustifikazzjoni

    Jeħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva dwar l-aċċess għall-informazzjoni fl-istima tal-impatt fuq l-ambjent jiġu kkordinati mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2003/4/KE dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali.

    Emenda    73

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 9b (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 10a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (9b) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

     

    “Artikolu 10a

     

    L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penalitajiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penalitajiet ipprovduti jridu jkunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.”.

    Ġustifikazzjoni

    Abbażi tal-esperjenza, biex tkun iggarantita applikazzjoni armonizzata u effettiva tad-Direttiva, jeħtieġ li s-sistemi legali tal-Istati Membri jipprovdu sanzjonijiet dissważivi u effettivi fil-każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-każijiet ta' konflitt ta' interess jew ta' korruzzjoni.

    Emenda    74

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 9c (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 11 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (9c) Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

     

    "2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw f’liema stadju d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet jistgħu jiġu kkuntestati, billi tiġi pprovvduta l-possibilità li wieħed jikkontesta l-legalità sostantiva u proċedurali tad-deċiżjonijiet, l-atti jew l-omissjonijiet skont il-paragrafu 1, inkluż l-użu ta’ miżuri interim sabiex jiġi żgurat li l-proġett ma jibdiex qabel ma jitlesta l-proċess ta’ reviżjoni.”

    Emenda    75

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 9d (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (9d) Fl-Artikolu 11, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

     

    “Kull proċedura bħal din għandha tkun adegwata u effettiva, tippermetti l-applikazzjonijiet għal rimedju b’mandat ta’ inibizzjoni, u tkun ġusta, retta, f’waqtha u ma tiswiex tant li tkun projbittiva.”

    Emenda    76

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 11

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 12b – paragrafu 5a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    5a. Meta, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi ta’ setturi partikolari ta’ attività ekonomika, dan jitqies xieraq fl- interess ta' stima korretta tal-impatt ambjentali, il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri u s-settur ikkonċernat, għandha tfassal linji gwida speċifiċi għas-settur u kriterji li għandhom jiġu segwiti b’tali mod li jissimplifika l-istima tal-impatt fuq l-ambjent u jiffaċilita l-istandardizzazzjoni tagħha.

    Emenda    77

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [DATA]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u dokument li jispjega r-relazzjoni bejnhom u din id-Direttiva.

    1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva sa mhux iktar tard minn ...[3]+ . Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet u dokument li jispjega r-relazzjoni bejnhom u din id-Direttiva.

     

     

    [4]+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: 24 xahar mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva.

    Ġustifikazzjoni

    Minħabba l-kumplessità tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, jeħtieġ li jkun hemm perjodu adegwat ta' traspożizzjoni ta' sentejn.

    Emenda    78

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Proġetti li għalihom it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp ġiet introdotta qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) u li għalihom l-istima tal-impatt fuq l-ambjent ma ġietx konkluż aqabel dik id-data għandhom ikunu soġġetti għall-obbligi msemmija fl-Artikoli 3 sa 11 tad-Direttiva 2011/92/UE kif emendata b'din id-Direttiva.

    Proġetti li għalihom it-talba għall-kunsens għall-iżvilupp ġiet introdotta qabel id-data msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) u li għalihom l-istima tal-impatt fuq l-ambjent ma ġietx konkluża qabel dik id-data għandhom jiġu esegwiti fi żmien 8 xhur mid-data tal-approvazzjoni tad-Direttiva kif emendata.

    Emenda    79

    Proposta għal direttiva

    Anness – punt -1 (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness I

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-1) L-Anness I huwa emendat kif ġej:

     

    (a) it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

     

    PROĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(1) (PROĠETTI SUĠĠETTI GĦAL STIMA TAL-IMPATT FUQ L-AMBJENT MANDATARJA)"

     

    (b) jiddaħħal il-punt li ġej:

     

    "4a. Ix-xogħol fil-minjieri miftuħa mill-wiċċ u industriji ta' estrazzjoni fil-miftuħ simili.”

     

    (c) fil-punt 7, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

    (a) il-bini ta’ linji ferrovjarji għat-traffiku fuq distanzi twal u ta’ ajruporti [...];”

     

    (d) il-punt li ġej jiddaħħal fil-paragrafu 7:

    ‘(aa) l-istabbiliment ta’ rotot ta’ wasla u tluq minn jew lejn il-konnessjoni tan-netwerk tar-rotot;’

     

    (e) jiddaħħlu l-punti (14a) u (14b) li ġejjin:

     

    "14a. L-esplorazzjoni, l-evalwazzjoni u l-estrazzjoni taż-żejt mhux maħdum u/jew tal-gass naturali maqbud fis-saffi tax-shale li fihom il-gass jew f’formazzjonijiet ta’ blat sedimentarju oħra b’permeabilità u porożità ugwali jew aktar baxxi, irrispettivament mill-kwantità estratta.”

     

    14b. L-esplorazzjoni u l-estrazzjoni tal-gass naturali minn depożiti tal-faħam, irrispettivament mill-kwantità estratta.

     

    (f) il-punt 19 jinbidel b’dan li ġej:

     

    "19. Il-barrieri u x-xogħol fil-minjieri miftuħa mill-wiċċ fejn l-erja l-wiċċ tas-sit jaqbeż il-25 ettaru, minjieri tad-deheb fejn jintużaw proċessi permezz ta’ ċattra taċ-ċjanur, jew estrazzjoni tal-pit, fejn l-erja tal-wiċċ tal-art tas-sit jaqbeż il-150 ettaru.”

     

    (g) il-punt 20 jinbidel b’dan li ġej:

     

    "20. Il-bini, il-modifika u/jew estensjoni ta’ kejbils elettriċi fil-għoli, taħt l-art jew imħalltin fil-għoli u taħt l-art, u/jew it-titjib ta’ tali kejbils b’voltaġġ li jkun ta’ 220 kV jew iktar u ta’ tul ta’ iktar minn 15-il km, u bini u/jew modifiki tas-substazzjonijiet assoċjati tagħhom (substazzjon tat-trasformazzjoni tal-kurrent, ta’ konverżjoni tat-tip ta’ kurrent u stazzjonijiet għad-distribuzzjoni tal-kurrent tat-tip awtomatika ta’ taħt l-art u viċi-versa).”

    (h) jiżdied il-punt 24a li ġej:

     

    "24a. Parks b’tema u kampijiet tal-golf ipproġettati f’żoni b’defiċit ta’ ilma, riskju għoli ta’ deżertifikazzjoni jew nixfa.”

    Emenda    80

    Proposta għal direttiva

    Anness – punt -1a (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness II

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-1a) L-Anness II huwa emendat kif ġej:

     

    (a) it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

     

    “PROĠETTI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(2) (PROĠETTI SUĠĠETTI GĦAL STIMA TAL-IMPATT FUQ L-AMBJENT SKONT ID-DISKREZZJONI TAL-ISTATI MEMBRI)";

     

    (b) il-punt li ġej jiddaħħal fil-paragrafu 1:

     

    “(fa) Attivitajiet ta’ sajd ta’ qbid selvaġġ;";

     

    (c) il-punt (c) tal-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

     

    "(c) Ir-riċerka u l-esplorazzjoni ta’ minerali u l-estrazzjoni ta’ minerali permezz tat-taħmil mill-baħar jew mix-xmajjar;";

    (d) il-punt (d) tal-paragrafu 10 jitħassar.

     

    (e) il-punt li ġej jiddaħħal fil-paragrafu 13:

     

    “(aa) Kwalunkwe twaqqigħ ta’ proġetti elenkati fl-Anness I jew f’dan l-Anness, li jista’ jkollhom effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent."

    Emenda    81

    Proposta għal direttiva

    Anness – punt 1

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness IIA

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Anness II.A – informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(3)

    ANNESS II.A – INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(3) (INFORMAZZJONI SOMMARJA PROVDUTA MILL-I¯VILUPPATUR DWAR IL-PROĠETTI ELENKATI FL-ANNESS II)

    1. Deskrizzjoni tal-proġett, inklużi b'mod partikolari:

    1. Deskrizzjoni tal-proġett, inklużi:

    (a) deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu, inkluż, fejn rilevanti, is-sottosuperfiċje tiegħu, matul il-fażijiet ta' kostruzzjoni u operazzjonali;

    (a) deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu, inkluż, fejn rilevanti, is-sottosuperfiċje u l-parti ta’ taħt l-art tiegħu, matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni, tal-operazzjoni u tat-twaqqigħ;

    (b) deskrizzjoni tal-lok tal-proġett, partikolarment fir-rigward tas-sensisittività taż-żoni ġeografiċi li x'aktarx ikunu affettwati.

    (b) deskrizzjoni tal-lok tal-proġett, partikolarment fir-rigward tas-sensisittività taż-żoni ġeografiċi li x'aktarx ikunu affettwati.

    2. Deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali li x'aktarx jiġu affettwati b'mod sinifikanti mill-proġett propost.

    2. Deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali li x'aktarx jiġu affettwati b'mod sinifikanti mill-proġett propost.

    3. Deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli tal-proġett propost fuq l-ambjent li jirriżultaw:

    3. Deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli tal-proġett propost fuq l-ambjent, inklużi r-riskji għas-saħħa tal-popolazzjoni kkonċernata u l-effetti fuq il-pajsaġġ u l-wirt kulturali, li jirriżultaw:

    (a) mir-residwi u l-emissjonijiet mistennija u l-produzzjoni tal-iskart;

    (a) mir-residwi u l-emissjonijiet mistennija u mill-produzzjoni tal-iskart fejn rilevanti;

    (b) mill-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità inklużi bidliet idromorfoloġiċi.

    (b) mill-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità (inklużi bidliet idromorfoloġiċi).

    4. Deskrizzjoni tal-miżuri previsti biex jevitaw, jipprevjenu jew inaqqsu u kwalunkwe effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent.

    4. Deskrizzjoni tal-miżuri previsti biex jevitaw, jipprevjenu jew inaqqsu l-effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent, b’mod partikolari meta jitqiesu irreversibbli.

    Emenda    82

    Proposta għal direttiva

    Anness – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness III

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    ANNESS III – IL-KRITERJI TAL-GĦA¯LA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(4)

    ANNESS III - IL-KRITERJI TAL-GĦA¯LA MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 4(4) (KRITERJI BIEX JIĠI DDETERMINAT JEKK IL-PROĠETTI MSEMMIJA FL-ANNESS II GĦANDHOMX JIĠU SOTTOPOSTI GĦAL STIMA TAL-IMPATT FUQ L-AMBJENT)

    1. KARATTERISTIĊI TAL-PROĠETTI

    1. KARATTERISTIĊI TAL-PROĠETTI

    Il-karatteristiċi tal-proġetti għandhom jitqiesu b’mod partikolari fir-rigward ta':

    Il-karatteristiċi tal-proġetti għandhom jitqiesu b’mod partikolari fir-rigward ta':

    (a) id-daqs tal-proġett inkluż, fejn rilevanti, is-sottosuperfiċje tiegħu;

    (a) id-daqs tal-proġett, inkluż, fejn rilevanti, is-sottosuperfiċje tiegħu;

    (b) l-akkumulazzjoni ma' proġetti u attivitajiet oħra;

     

    (c) l-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità inklużi bidliet idromorfoloġiċi.

    (c) l-użu ta’ riżorsi naturali, partikolarment l-art, il-ħamrija, is-sottoswol, l-ilma u l-bijodiversità (inklużi bidliet idromorfoloġiċi);

    (d) il-produzzjoni tal-iskart;

    (d) il-produzzjoni tal-iskart;

    (e) it-tniġġis u l-elementi ta' fastidju;

    (e) it-tniġġis u l-elementi ta’ fastidju (l-emissjoni ta’ sustanzi li jniġġsu, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana u r-radjazzjoni), u l-impatti potenzjali tagħhom fuq is-saħħa;

    (f) ir-riskji ta' diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem u r-riskju ta' aċċidenti, b'mod partikolari fir-rigward ta' bidliet idromorfoloġiċi, sustanzi, jew teknoloġiji jew organiżmi ħajjin użati, ta' kundizzjonijiet speċifiċi tas-superfiċje u tas-sottosuperfiċje u kundizzjonijiet jew użu alternattiv, u tal-probabbiltà ta' aċċidenti jew diżastri u l-vulnerabbiltà tal-proġett għal dawn ir-riskji;

    (f) ir-riskji ta’ diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem u r-riskju ta’ aċċidenti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ bidliet idromorfoloġiċi, sustanzi, jew teknoloġiji jew organiżmi ħajjin użati, ta’ kundizzjonijiet speċifiċi tas-superfiċje u tas-sottosuperfiċje u kundizzjonijiet jew użu alternattiv, tal-karatteristiċi ġeoloġiċi lokali, u tal-vulnerabbiltà tal-proġett għal riskji ta’ aċċidenti jew diżastri li jistgħu raġonevolment jitqiesu bħala karatteristiċi għan-natura tiegħu;

    (g) l-impatti tal-proġett fuq it-tibdil fil-klima (f'termini ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra inklużi dawk l-impatti mill-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art u l-forestrija), il-kontribut tal-proġett lejn reżiljenza aħjar, u l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq il-proġett (eż. jekk il-proġett huwiex koerenti ma’ klima li qed tinbidel);

    (g) l-impatti tal-proġett fuq il-klima (f’termini ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra li x’aktarx iseħħu inklużi dawk mill-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art u l-forestrija), il-kontribut tal-proġett lejn reżiljenza aħjar, u l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq il-proġett (eż. jekk il-proġett huwiex koerenti ma’ klima li qed tinbidel);

    (h) l-impatti tal-proġett fuq l-ambjent, b'mod partikolari fuq l-art (żieda ta' żoni abitati tul iż-żmien – it-teħid tal-art), il-ħamrija (il-materja organika, l-erożjoni, il-kompattazzjoni, l-impermeabilità), l-ilma (kwantità u kwalità), l-arja u l-bijodiversità (il-kwalità u kwantità tal-popolazzjoni u d-degradazzjoni u frammentazzjoni tal-ekosistemi);

    (h) l-impatti tal-proġett fuq l-ambjent, b’mod partikolari fuq l-art (żieda ta’ żoni abitati tul iż-żmien – it-teħid tal-art, it-telf ta' żoni agrikoli u forestali), il-ħamrija (il-materja organika, l-erożjoni, il-kompattazzjoni, l-impermeabilità), is-sottoswol, l-ilma (kwantità u kwalità), l-arja (emissjonijiet ta’ inkwinanti tal-arja u l-kwalità tal-arja) u l-bijodiversità (il-kwalità u kwantità tal-popolazzjoni u d-degradazzjoni u l-frammentazzjoni tal-ekosistemi);

    (i) ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem (eż. dawk minn kontaminazzjoni tal-ilma jew tniġġis tal-arja);

    (i) ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem (eż. dawk minn kontaminazzjoni tal-ilma, tniġġis tal-arja jew storbju);

    (j) l-impatt tal-proġett fuq il-wirt kulturali u l-pajsaġġ.

    (j) l-impatt tal-proġett fuq il-wirt kulturali u l-pajsaġġ.

    2. IL-LOK TAL-PROĠETTI

    2. IL-LOK TAL-PROĠETTI

    Għandha titqies is-sensittività ambjentali ta' żoni ġeografiċi li x'aktarx jiġu affettwati mill-proġetti, b'mod partikolari fir-rigward ta':

    Għandha titqies is-sensittività ambjentali ta' żoni ġeografiċi li x'aktarx jiġu affettwati mill-proġetti, b'mod partikolari fir-rigward ta':

    (a) l-użu eżistenti jew ippjanat tal-art, inklużi t-teħid u l-frammentazzjoni tal-art;

    (a) l-użu eżistenti jew ippjanat tal-art, inklużi t-teħid u l-frammentazzjoni tal-art;

    (b) l-abbundanza relattiva, id-disponibbiltà, il-kwalità u l-kapaċità ta' riġenerazzjoni tar-riżorsi naturali (inkluża l-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità) fiż-żona;

    (b) l-abbundanza relattiva, id-disponibbiltà, il-kwalità u l-kapaċità ta' riġenerazzjoni tar-riżorsi naturali (inkluża l-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità) fiż-żona;

    (c) il-kapaċità ta’ assorbiment tal-ambjent naturali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni li ġejjin:

    (c) il-kapaċità ta’ assorbiment tal-ambjent naturali, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni li ġejjin:

    (i) artijiet mistagħdra, żoni max-xatt tal-ixmajjar, bokok ta' xmajjar;

    (i) artijiet mistagħdra, żoni max-xatt tal-ixmajjar, bokok ta' xmajjar;

    (ii) żoni kostali,

    (ii) żoni kostali,

    (iii) żoni muntanjużi u dawk bil-foresti;

    (iii) żoni muntanjużi u dawk bil-foresti;

     

    (iiia) żoni b’riskju potenzjali sinifikanti ta’ għargħar;

    (iv) riservi u parkijiet naturali, bjur permanenti, żoni agrikoli b'valur naturali għoli;

    (iv) riservi u parkijiet naturali, bjur permanenti u bjur ta’ valur mil-lat ambjentali, żoni agrikoli b’valur naturali għoli;

    (v) żoni kklassifikati jew protetti skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri; ¯oni Natura 2000 deżinjati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2009/147/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE; żoni protetti minn konvenzjonijiet internazzjonali;

    (v) żoni kklassifikati, suġġetti għal restrizzjoni jew protetti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew reġjonali; ¯oni Natura 2000 deżinjati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2009/147/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE; żoni protetti minn konvenzjonijiet internazzjonali ratifikati mill-Istati Membri;

    (vi) żoni fejn diġà kienu ma ntlaħqux l-istandards ta' kwalità ambjentali, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u rilevanti għall-proġett, jew fejn x'aktarx ma jintlaħqux;

    (vi) żoni fejn diġà kienu ma ntlaħqux l-istandards ta' kwalità ambjentali, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u rilevanti għall-proġett, jew fejn x'aktarx ma jintlaħqux;

    (vii) żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni,

    (vii) żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni,

     

    (viia) żoni popolati bi gruppi li jkunu partikolarment sensittivi jew vulnerabbli (inklużi sptarijiet, skejjel, djar tax-xjuħ);

    (viii) pajsaġġi u siti ta' sinifikat storiku, kulturali u arkeoloġiku.

    (viii) pajsaġġi u siti ta' sinifikat storiku, kulturali u arkeoloġiku.

     

    (viiia) żoni siżmiċi jew dawk b’riskju għoli ta’ diżastri naturali.

     

    Kwalunkwe limitu rilevanti li jiġi stabbilit mill-Istati Membri għaż-żoni msemmija taħt il-punti (i) sa (viiia) għandu jqis b’mod partikolari l-valur ambjentali, l-abbundanza relattiva u d-daqs medju ta’ dawn iż-żoni fil-kuntest nazzjonali.

    3. KARATTERISTIĊI TAL-IMPATT POTENZJALI

    3. KARATTERISTIĊI TAL-IMPATT POTENZJALI

    L-effetti sinifikanti potenzjali tal-proġetti għandhom jitqiesu f'relazzjoni mal-kriterji stabbiliti taħt l-1 u t-2 hawn fuq, partikolarment fir-rigward ta':

    L-effetti sinifikanti potenzjali tal-proġetti għandhom jitqiesu f'relazzjoni mal-kriterji stabbiliti taħt l-1 u t-2 hawn fuq, partikolarment fir-rigward ta':

    (a) id-daqs u l-ambitu spazjali tal-impatt (żona ġeografika u d-daqs tal-popolazzjoni li x'aktarx tkun affettwata),

    (a) id-daqs u l-ambitu spazjali tal-impatt (żona ġeografika u d-daqs tal-popolazzjoni li x'aktarx tkun affettwata),

    (b) in-natura tal-impatt;

    (b) in-natura tal-impatt;

    (c) in-natura transfruntiera tal-impatt;

    (c) in-natura transfruntiera tal-impatt;

    (d) l-intensità u kumplessità tal-impatt;

    (d) l-intensità u kumplessità tal-impatt;

    (e) il-probabbiltà tal-impatt;

    (e) il-probabbiltà tal-impatt;

    (f) it-tul taż-żmien, il-frekwenza u r-riversibbilità tal-impatt;

    (f) it-tul taż-żmien, il-frekwenza u r-riversibbilità tal-impatt;

    (g) ir-rapidità li biha jfeġġ l-impatt;

    (g) ir-rapidità li biha jfeġġ l-impatt;

    (h) il-kumulazzjoni tal-impatti mal-impatti ta' proġetti oħra (partikolarment dawk eżistenti u/jew approvati) mill-istess żviluppaturi jew dawk differenti;

    (h) l-akkumulazzjoni tal-impatti mal-impatti ta' proġetti oħra (partikolarment dawk eżistenti u/jew approvati) mill-istess żviluppaturi jew dawk differenti, sal-punt li jinsab fiż-żona ġeografika li probabbilment se tiġi affettwata u li ma tkunx għadha nbniet jew li tkun għadha mhix operazzjonali, mingħajr l-obbligu li tiġi kkunsidrata informazzjoni oħra minbarra informazzjoni eżistenti jew informazzjoni disponibbli għall-pubbliku;

    (i) l-aspetti ambjentali li x'aktarx ikunu affettwati b'mod sinifikanti;

    (i) l-aspetti ambjentali li x'aktarx ikunu affettwati b'mod sinifikanti;

    (k) l-informazzjoni u s-sejbiet dwar l-effetti ambjentali miksuba minn stimi meħtieġa taħt leġiżlazzjoni oħra tal-UE.

    (k) l-informazzjoni u s-sejbiet dwar l-effetti ambjentali u impatti potenzjali miksuba minn stimi meħtieġa taħt leġiżlazzjoni oħra tal-UE.

    (l) il-possibbiltà li jitnaqqsu l-impatti b'mod effettiv.

    (l) il-possibbiltà li jiġu evitati, ipprevenuti jew li jitnaqqsu l-impatti b’mod effettiv.

     

    3a. GWIDI TA’ KRITERJI LI GĦANDHOM JIĠU SEGWITI MINN SETTURI SPEĊIFIĊI

     

    Il-gwidi ta’ kriterji dwar l-istimi tal-impatt ambjentali għandhom jiġu mfassla għad-diversi setturi ta’ attività ekonomika jekk il-Kummissjoni jew l-Istati Membri jqisu li hekk ikun xieraq. Il-għan għandu jkun is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u żieda fiċ-ċertezza tad-dritt fir-rigward tal-istimi tal-impatt ambjentali, u li jiġu evitati applikazzjonijiet differenti mill-awtoritajiet kompetenti differenti.

     

    L-istimi tal-impatt abjentali fir-rigward tal-wirt storiku u kulturali u fir-rigward tal-kampanja għandhom isiru abbażi ta’ kriterji spjegati fi gwida li tindika l-fatturi li għandhom jiġu rrispettati.

    Emenda    83

    Proposta għal direttiva

    Anness – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness IV

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    ANNESS IV – INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(1)

    ANNESS IV – INFORMAZZJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 5(1) (INFORMAZZJONI LI L-I¯VILUPPATUR IRID JAGĦTI FIR-RAPPORT AMBJENTALI)

    1. Id-deskrizzjoni tal-proġett, inklużi b'mod partikolari:

    1. Id-deskrizzjoni tal-proġett, inklużi b'mod partikolari:

     

    (-a) deskrizzjoni tal-lok tal-proġett;

    (a) deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu inkluż, fejn rilevanti, fis-sottosuperfiċje tiegħu, u l-użu tal-ilma u r-rekwiżiti tal-użu tal-art matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni u tax-xogħlijiet;

    (a) deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu, inkluż, fejn rilevanti, is-sottosuperfiċje tiegħu, u r-rekwiżiti tal-użu tal-ilma u tal-użu tal-art matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni, tal-operazzjoni u, fejn relevanti, tat-twaqqigħ;

     

    (aa) deskrizzjoni tal-ispejjeż tal-enerġija, l-ispejjeż tar-riċiklaġġ tal-iskart ikkawżat mit-twaqqigħ, il-konsum ta’ riżorsi naturali addizzjonali meta jitwettaq proġett ta’ twaqqigħ;

    (b) deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċessi tal-produzzjoni, pereżempju, in-natura u l-kwantità tal-materjali, l-enerġija u r-riżorsi naturali (inkluż l-ilma, l-art, il-ħamrija u l-bijodiversità) użati;

    (b) deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċessi tal-produzzjoni, pereżempju, in-natura u l-kwantità tal-materjali, l-enerġija u r-riżorsi naturali (inkluż l-ilma, l-art, il-ħamrija u l-bijodiversità) użati;

    (c) stima, skont it-tip u l-kwantità, tar-residwi u emissjonijiet mistennija (l-ilma, l-arja, it-tniġġis tal-ħamrija u tas-sottoswol, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, eċċ.) li jirriżultaw mit-tħaddim tal-proġett propost.

    (c) stima, skont it-tip u l-kwantità, tar-residwi u emissjonijiet mistennija (l-ilma, l-arja, it-tniġġis tal-ħamrija u tas-sottoswol, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, eċċ.) li jirriżultaw mit-tħaddim tal-proġett propost.

    2. Deskrizzjoni tal-aspetti tekniċi, lokazzjonali jew oħrajn (eż. f’termini ta’ disinn tal-proġett, kapaċità teknika, daqs u skala) tal-alternattivi meqjusa, inkluża l-identifikazzjoni ta' dik bl-inqas impatt ambjentali, u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għall-għażla, filwaqt li jitqiesu l-effetti ambjentali.

    2. Deskrizzjoni tal-aspetti tekniċi, lokazzjonali jew oħrajn (eż. f’termini ta’ disinn tal-proġett, kapaċità teknika, daqs u skala) tal-alternattivi raġonevoli meqjusa mill-iżviluppatur, li huma rilevanti għall-proġett propost u għall-karatteristiċi speċifiċi tiegħu u li jippermettu li ssir valutazzjoni komparattiva tas-sostenibilità tal-alternattivi kkunsidrati fid-dawl tal-impatti ambjentali sinifikanti tagħhom, u indikazzjoni tar-raġunijiet prinċipali għall-għażla li ssir.

    3. Deskrizzjoni tal-aspetti rilevanti tal-istat eżistenti tal-ambjent u l-evoluzzjoni li x’aktarx tirriżulta mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett (xenarju bażi). Din id-deskrizzjoni għandha tkopri kwalunkwe problema ambjentali eżistenti rilevanti għall-proġett, inkluż, b’mod partikolari, dawk li jikkonċernaw xi żoni ta’ importanza ambjentali partikolari u l-użu tar-riżorsi naturali.

    3. Deskrizzjoni tal-aspetti rilevanti tal-istat attwali tal-ambjent (xenarju bażi) u l-evoluzzjoni tiegħu li x’aktarx tirriżulta mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett, fejn it-tibdiliet naturali jew soċjali mix-xenarju bażi jistgħu jiġu mbassra b'mod raġonevoli. Din id-deskrizzjoni għandha tkopri kwalunkwe problema ambjentali eżistenti rilevanti għall-proġett, inkluż, b’mod partikolari, dawk li jikkonċernaw xi żoni ta’ importanza ambjentali partikolari u l-użu tar-riżorsi naturali.

    4. Deskrizzjoni tal-aspetti ambjentali li x'aktarx jiġu affettwati b'mod sinifikanti mill-proġett propost inklużi, b'mod partikolari, il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, il-fawna, il-flora, il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema li tipprovdi, l-art (it-teħid tal-art), il-ħamrija (il-materja organika, l-erożjoni, il-kompattazzjoni, l-impermeabilità), l-ilma (kwantità u kwalità), l-arja, il-fatturi klimatiċi, it-tibdil fil-klima (l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, inkluż mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, il-potenzjal ta' mitigazzjoni, l-impatti rilevanti għall-adattament, jekk il-proġett iqis ir-riskji assoċjati mat-tibdil fil-klima), l-assi materjali, il-wirt kulturali, inkluż dak arkitettoniku u arkeoloġiku, il-pajsaġġ; deskrizzjoni bħal din għandha tinkludi l-interrelazzjonijiet bejn il-fatturi msemmija hawn fuq, kif ukoll l-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tal-fatturi msemmija hawn fuq fir-rigward tar-riskji ta’ diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem.

    4. Deskrizzjoni tal-fatturi ambjentali li x’aktarx jiġu affettwati b’mod sinifikanti mill-proġett propost inklużi, b’mod partikolari, il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, il-fawna, il-flora, il-bijodiversità, l-art (it-teħid tal-art), il-ħamrija (il-materja organika, l-erożjoni, il-kompattazzjoni, l-impermeabilità), l-ilma (kwantità u kwalità), l-arja, il-fatturi klimatiċi, il-klima (l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, inkluż mill-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, il-potenzjal ta’ mitigazzjoni, l-impatti rilevanti għall-adattament, jekk il-proġett iqis ir-riskji assoċjati mat-tibdil fil-klima), l-assi materjali (inklużi l-impatti avversi fuq il-valuri tal-proprjetà li jirriżultaw mid-deterjorament tal-fatturi ambjentali), il-wirt kulturali, inkluż dak arkitettoniku u arkeoloġiku, il-pajsaġġ; deskrizzjoni bħal din għandha tinkludi l-interrelazzjonijiet bejn il-fatturi msemmija hawn fuq, kif ukoll l-esponiment, il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tal-fatturi msemmija hawn fuq fir-rigward tar-riskji ta’ diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem.

    5. Deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli tal-proġett propost fuq l-ambjent li jirriżultaw minn:

    5. Deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli tal-proġett propost fuq l-ambjent li jirriżultaw minn:

    (a) l-eżistenza tal-proġett;

    (a) l-eżistenza tal-proġett;

    (b) l-użu tar-riżorsi naturali, b'mod partikolari l-art, il-ħamrija, l-ilma, il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema li tipprovdi meta titqies, sa fejn huwa possibbli, id-disponibbiltà ta' dawn ir-riżorsi anke fid-dawl ta' kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu;

    (b) l-użu tar-riżorsi naturali, b’mod partikolari l-art, il-ħamrija, l-ilma, il-bijodiversità inklużi l-flora u l-fawna, meta titqies, sa fejn huwa possibbli, id-disponibbiltà ta’ dawn ir-riżorsi anke fid-dawl ta’ kundizzjonijiet klimatiċi li qed jinbidlu;

    (c) l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, il-ħolqien ta' elementi ta' fastidju u l-eliminazzjoni tal-iskart;

    (c) l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, il-ħolqien ta' elementi ta' fastidju u l-eliminazzjoni tal-iskart;

    (d) ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, il-wirt kulturali jew l-ambjenti (eż. minħabba aċċidenti jew diżastri);

    (d) ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, il-wirt kulturali jew l-ambjenti (eż. minħabba aċċidenti jew diżastri) li huma raġonevolment meqjusa bħala karatteristiċi għan-natura tal-proġett);

    (e) il-kumulazzjoni tal-effetti ma' proġetti u attivitajiet oħra;

    (e) l-akkumulazzjoni tal-effetti ma' proġetti u attivitajiet oħra eżistenti u/jew approvati, sal-punt li jinsab fiż-żona ġeografika li probabbilment se tiġi affettwata u li ma tkunx għadha nbniet jew li tkun għadha mhix operazzjonali, mingħajr l-obbligu li tiġi kkunsidrata informazzjoni oħra minbarra informazzjoni eżistenti jew informazzjoni disponibbli għall-pubbliku;

    (f) l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, inkluż mill-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija;

    (f) l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, inkluż mill-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija;

    (g) it-teknoloġiji u s-sustanzi użati;

    (g) it-teknoloġiji u s-sustanzi użati;

    (h) tibdiliet idromorfoloġiċi.

    (h) tibdiliet idromorfoloġiċi.

    Id-deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli għandha tkopri l-effetti diretti u kwalunkwe effett indirett, sekondarju, kumulattiv, transfruntier, għal żmien qasir, medju jew twil, permanenti u temporanju, pożittiv u negattiv tal-proġett. Din id-deskrizzjoni għandha tqis l-objettivi tal-protezzjoni tal-ambjent stabbiliti fil-livell tal-UE jew tal-Istati Membri li huma rilevanti għall-proġett.

    Id-deskrizzjoni tal-effetti sinifikanti probabbli għandha tkopri l-effetti diretti u kwalunkwe effett indirett, sekondarju, kumulattiv, transfruntier, għal żmien qasir, medju jew twil, permanenti u temporanju, pożittiv u negattiv tal-proġett. Din id-deskrizzjoni għandha tqis l-objettivi tal-protezzjoni tal-ambjent stabbiliti fil-livell tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li huma rilevanti għall-proġett.

    6. Id-deskrizzjoni tal-metodi tat-tbassir użati biex jiġu stmati l-effetti fuq l-ambjent imsemmija fil-punt 5, kif ukoll rendikont tal-inċertezzi ewlenin involuti u l-influwenza tagħhom fuq l-estimi tal-effetti u l-għażla tal-alternattiva preferuta.

    6. Id-deskrizzjoni tal-metodi tat-tbassir użati biex jiġu stmati l-effetti fuq l-ambjent imsemmija fil-punt 5, kif ukoll rendikont tal-inċertezzi ewlenin involuti u l-influwenza tagħhom fuq l-estimi tal-effetti u l-għażla tal-alternattiva preferuta.

    7. Deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jipprevjenu, inaqqsu u, fejn huwa possibbli, jikkontrobilanċjaw kull effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent imsemmija fil-punt 5 u, fejn xieraq, ta’ kwalunkwe arranġament ta’ monitoraġġ propost, li jinkludi t-tħeħħija ta’ analiżi ta’ wara li jitlesta l-proġett tal-effetti negattivi fuq l-ambjent. Din id-deskrizzjoni għandha tispjega sa fejn l-effetti negattivi sinifikanti huma mnaqqsa jew kontrobilanċjati u għandha tkopri kemm il-fażijiet tal-kostruzzjoni kif ukoll dawk operazzjonali.

    7. Deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex, bħala prijorità, jipprevjenu u jnaqqsu u, bħala l-aħħar miżura, jikkontrobilanċjaw kull effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent imsemmija fil-punt 5 u, fejn xieraq, ta’ kwalunkwe arranġament ta’ monitoraġġ propost, li jinkludi t-tħeħħija ta’ analiżi ta’ wara li jitlesta l-proġett tal-effetti negattivi fuq l-ambjent. Din id-deskrizzjoni għandha tispjega sa fejn l-effetti negattivi sinifikanti huma prevenuti, imnaqqsa jew kontrobilanċjati u għandha tkopri kemm il-fażi tal-kostruzzjoni kif ukoll dik operazzjonali.

    8. Stima tar-riskji ta' diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem u r-riskju ta' aċċidenti li l-proġett jista' jkun vulnerabbli għalihom u, fejn xieraq, deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jipprevjenu dawn ir-riskji, kif ukoll miżuri dwar il-livell ta' tħejjija u reazzjoni għall-emerġenzi (eż. miżuri meħtieġa taħt id-Direttiva 96/82/KE kif emendata).

    8. Stima tar-riskji probabbli ta' diżastri naturali u dawk kawżati mill-bniedem u r-riskju ta' aċċidenti li l-proġett jista' jkun vulnerabbli għalihom u, fejn xieraq, deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jipprevjenu dawn ir-riskji, kif ukoll miżuri dwar il-livell ta' tħejjija u reazzjoni għall-emerġenzi (eż. miżuri meħtieġa taħt id-Direttiva 2012/18/UE 96/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 4 ta’ Lulju 2012 dwar il-kontroll ta’ perikli ta’ inċidenti kbar li jinvolvu sustanzi u taħlitiet perikolużi, jew rekwiżiti li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew minn konvenzjonijiet internazzjonali).

    9. Sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni pprovvduta skont l-intestaturi ta' hawn fuq.

    9. Sommarju mhux tekniku tal-informazzjoni pprovvduta skont l-intestaturi ta' hawn fuq.

    10. Indikazzjoni ta' kull diffikultà (nuqqasijiet tekniċi jew nuqqas ta' għarfien) li jiltaqa' magħhom l-iżviluppatur fil-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa u tas-sorsi użati għal deskrizzjonijiet u stimi mwettqa, kif ukoll rendikont tal-inċertezzi ewlenin involuti u l-influwenza tagħhom fuq l-estimi tal-effetti u l-għażla tal-alternattiva preferuta.

    10. Indikazzjoni ta' kull diffikultà (nuqqasijiet tekniċi jew nuqqas ta' għarfien) li jiltaqa' magħhom l-iżviluppatur fil-ġbir tal-informazzjoni meħtieġa u tas-sorsi użati għal deskrizzjonijiet u stimi mwettqa, kif ukoll rendikont tal-inċertezzi ewlenin involuti u l-influwenza tagħhom fuq l-estimi tal-effetti u l-għażla tal-alternattiva preferuta.

    • [1]  ĠU C 133, 9.5.2013, p. 33.
    • [2]  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
    • [3] +  ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: sena wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva ta’ emenda.
    • [4] +  ĠU Jekk jogħġbok daħħal id-data sena wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva ta’ emenda.

    NOTA SPJEGATTIVA

    Filwaqt li tidher modesta, id-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent ​​(Direttiva dwar il-VIA) hija fil-fatt il-"ġojjell tal-kuruna" tal-politika ambjentali tal-Unjoni. Madwar 200 tip ta' proġett jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha, mill-kostruzzjoni ta' pontijiet, portijiet, motorways, miżbliet, sat-trobbija intensiva tat-tjur jew tal-ħnieżer[1]

    .

    Id-Direttiva tal-EIAs tistabbilixxi l-prinċipju sempliċi imma fundamentali tad-"deċiżjoni infurmata": qabel ma jagħtu awtorizzazzjoni lil proġett pubbliku jew privat li aktarx ikollu impatt fuq l-ambjent, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom l-obbligu ġuridiku li jiksbu l-informazzjoni meħtieġa biex iwettqu stima tal-impatt fuq l-ambjent.

    Id-Direttiva 2011/92/KE attwali, minkejja li hi ta' natura essenzjalment proċedurali, għandha l-għan li tiżgura s-sostenibilità ambjentali tal-proġetti li jaqgħu fl-ambitu tagħha. Dawn il-proġetti jinqasmu f'żewġ kategoriji: dawk li b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi speċifiċi tagħhom huma sottoposti b'mod obbligatorju għal EIA (Anness I), u dawk li jkollhom jgħaddu minn proċedura ta' skrining (Anness II).

    Fi 28 sena tal-applikazzjoni tagħha, din il-leġiżlazzjoni kisbet suċċess relattiv fir-rigward tal-armonizzazzjoni tal-prinċipji tal-istima ambjentali fil-livell tal-Unjoni, iżda għaddiet minn tliet emendi[2] żgħar biss, filwaqt li l-kuntest politiku, legali u tekniku evolva b'mod konsiderevoli. Barra minn hekk, ġew identifikati xi nuqqasijiet li taw lok għal għadd sinifikanti ta' tilwimiet legali kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Fl-aħħar nett, fis-snin reċenti, il-Qorti ċċarat l-interpretazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet, pereżempju billi ddikjarat li t-twaqqigħ għandu jaqa’ taħt id-definizzjoni tal-proġett (Kawża C-50/09).

    Biex jiġu rimedjati l-problemi misjuba u biex it-test tad-Direttiva jinġieb konformi mal-prijoritajiet politiċi ġodda tal-Unjoni, bħall-Istrateġija għall-Ħarsien tal-Ħamrija, il-Pjan Direzzjonali għall-Ewropa Effiċjenti fl-Użu tar-Riżorsi u l-istrateġija Ewropa 2020, il-Kummissjoni ħejjiet din il-proposta għal reviżjoni tad-Direttiva EIA.

    B'koerenza mal-prijoritajiet tal-Unjoni, il-proposta tintroduċi l-bijodiversità, l-użu tar-riżorsi naturali, it-tibdil fil-klima u r-riskji ta' diżastri naturali u kkawżati mill-bniedem fost il-fatturi li dwarhom iridu jiġi vvalutati l-impatti ta' proġett. Il-proposta teħtieġ ukoll li l-proġetti jkunu kkunsidrati b'kont meħud tal-kumulazzjoni ma' proġetti jew attivitajiet oħra, biex tiġi evitata l-prattika dannuża tal-qsim tax-xogħlijiet f'lottijiet differenti sabiex jitnaqqsu l-impatti ambjentali identifikati.

    Fir-rigward tal-proċedura ta skrining, il-proposta għandha l-għan li tiżgura li l-proġetti li għandhom impatt sinifikanti fuq l-ambjent biss ikunu soġġetti għal EIA, abbażi ta' informazzjoni speċifika li l-iżviluppatur jipprovdi lill-awtorità kompetenti (Anness II.A). Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li tespandi l-lista tal-kriterji tal-għażla li fuqha tkun ibbażata d-deċiżjoni tal-iskrining u li tiffissa l-limitu ta' żmien biex tiġi adottata d-deċiżjoni għal 3 xhur (li jistgħu jiġu estiżi bi 3 oħra)​​.

    Fir-rigward tal-kwalità tal-informazzjoni, il-Kummissjoni tipproponi li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu, f'konsultazzjoni mal-iżviluppatur, l-ambitu u l-livell ta' dettall tal-informazzjoni li għandha tiddaħħal fir-rapport ambjentali (il-fażi tad-definizzjoni tal-ambitu jew il-fażi ta' scoping). Barra minn hekk, qed tiġi introdotta l-valutazzjoni obbligatorja ta' alternattivi raġonevoli għall-proġett u l-obbligu tal-monitoraġġ post-EIA fil-każ fejn proġett ikollu effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent.

    Fir-rigward tas-simplifikazzjoni amministrattiva, u bil-għan li jiġi stabbilit kalendarju ċar għall-istadji kollha tal-EIA, il-Kummissjoni tipproponi li tiffissa ż-żminijiet minimi u massimi għall-konsultazzjoni pubblika u għad-deċiżjoni finali u li tintroduċi fl-Istati Membri "one stop shop" għall-EIAs biex jikkoordina l-proċedura ma' kwalunkwe valutazzjonijiet ambjentali meħtieġa minn regolamenti oħra, bħad-Direttiva dwar l-emissjonijiet industrijali, id-Direttiva Qafas dwar l-Ilma jew id-Direttiva dwar il-Ħabitats.

    Ir-Rapporteur huwa konvint li jeħtieġ li jiġi segwit mudell ta' żvilupp verament sostenibbli fl-Unjoni kollha u jagħti l-appoġġ sħiħ u determinat tiegħu għall-proposta tal-Kummissjoni. mendi proposti huma għalhekk maħsuba essenzjalment biex issaħħu l-proposta, billi jintegraw xi miżuri bil-għan li jagħmluha aktar inċiżiva u effettiva, aktar faċli biex tittrasponi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u aktar effettiva biex jintlaħqu l-għanijiet ta' ħarsien tal-ambjent. Il-kwistjonijiet ewlenin indirizzati mill-emendi proposti huma mqassra hawn taħt.

    Involviment tal-pubbliku

    F'konformità mal-Konvenzjoni ta' Aarhus, il-proposta għandha l-għan li ssaħħaħ ir-rwol tal-pubbliku fil-fażijiet kollha tal-proċedura. Il-governanza tajba titlob li jsir djalogu bejn il-partijiet kollha involuti u proċedura ċara u trasparenti li tinkoraġġixxi s-sensibilizzazzjoni f’waqtha tal-pubbliku kkonċernat li jista’ jkun li jiġi esegwit proġett importanti. Dan potenzjalment isaħħaħ l-appoġġ għad-deċiżjonijiet li jittieħdu u jnaqqas il-għadd u l-ispejjeż tat-tilwimiet li jinqalgħu sistematikament fl-Istati Membri fejn ma jkunx hemm kunsens ġenwin dwar proġett partikolari.

    Kunflitti ta' interess

    Il-kredibilità tal-proċess kollu tal-EIAs tiġi mxekkla jekk ma jkunux stabbiliti b'mod ċar regoli li jipprevjenu l-problema serja tal-kunflitt ta' interessi. Ir-Rapporteur setgħa personalment jara li, f'xi każijiet, minkejja s-separazzjoni formali bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-iżviluppatur, partikolarment meta dan tal-aħħar ikun entità pubblika, sikwit ikun hemm fużjoni mhux xierqa bejn iż-żewġ atturi, li ttappan l-oġġettività tal-ġudizzju. Għaldaqstant għandha tiġi żgurata l-indipendenza tal-awtorità kompetenti mill-iżviluppatur.

    Azzjoni korrettiva

    Ir-Rapporteur jappoġġja bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni fir-rigward tal-monitoraġġ ex-post tal-proġetti li jkollhom effetti negattivi sinifikanti fuq l-ambjent, iżda jemmen li assolutament jeħtieġ li dan jiġi ssupplimentat b'rekwiżit li tittieħed l-azzjoni korrettiva xierqa f'każ li l-monitoraġġ juri li l-miżuri ta' mitigazzjoni u kumpens meħtieġa għal proġett awtorizzat ma jkunux effettivi.

    Tfassil u verifika tar-rapporti ambjentali

    Ir-Rapporteur iqis fuq kollox li huwa fundamentali li jiġi żgurat li r-rapport ambjentali jiġi vverifikat minn esperti totalment indipendenti u li jkollhom il-kompetenza teknika adegwata fi kwistjonijiet ambjentali. Fir-rigward tas-sistema ta' akkreditazzjoni tal-esperti proposta mill-Kummissjoni, waqt li jaqbel mal-għan li tiġi żgurata l-kwalità tal-kontrolli, jemmen li sistema bħal din tkun ferm diffiċli għall-Istati membri biex japplikaw, u għalhekk jipproponi li titħassar.

    Gass tax-shale

    Ir-Rapporteur iqis li jeħtieġ li, abbażi tal-prinċipju prekawzjonarju u kif mitlub mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Novembru 2012 dwar l-impatti ambjentali tal-attivitajiet ta' estrazzjoni ta' gass tax-shale u żejt tax-shale, jiddaħħlu fl-Anness I għad-Direttiva l-hekk imsejħa "idrokarburi mhux konvenzjonali" b'mod li l-proġetti relattivi ta' esplorazzjoni u estrazzjoni jkunu sistematikament suġġetti għal EIA. Il-limiti minimi ta' produzzjoni stabbiliti fid-Direttiva attwalment fis-seħħ ma jqisux il-livelli ta' produzzjoni ta' kuljum ta' dawn il-gassijiet u żjut, li jfisser li dawn il-proġetti mhumiex suġġetti għal EIA obbligatorja.

    * * *

    It-twettiq ta' "ekonomija ekoloġika" vera jfisser ukoll il-garanzija tas-sostenibbiltà tal-proġetti li għandhom jiġu implimentati fit-territorju tagħna, kif ukoll li jitfasslu u li jitwettqu f'termini tal-impatt tagħhom fuq l-effiċjenza tar-riżorsi, fuq it-tibdil fil-klima u fuq it-telf tal-bijodiversità, b'mod partikolari fir-rigward ta' proġetti kbar ta' infrastruttura.

    Jekk id-Direttiva l-ġdida dwar l-EIAs tiġi adottata malajr, ikun ifisser li nkunu qed ngħaddu mill-kliem għall-fatti u li nkunu qed ngħammru lill-Unjoni Ewropea b'għodda operazzjonali essenzjali sabiex tiffaċċja l-isfidi globali tal-seklu wieħed u għoxrin.

    * * *

    Ir-Rapporteur laqa’ s-suġġerimenti magħmula lilu mix-Shadow Rapporteurs u minn kollegi fil-Parlament Ewropew. Ir-Rapporteur u l-persunal tiegħu irċevew il-pożizzjonijiet ta': AK EUROPA, WKÖ, Justice and Environment, BUSINESSEUROPE, UEPC, EWEA, EDF, EDISON, OGP, EURELECTRIC, NEEIP, kif ukoll wettqu sensiela ta' laqgħat mar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Litwanja u tal-Pajjiżi l-Baxxi, mar-Rapporteurs tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet fosthom Friends of the Earth Europe, Confindustria, ENEL, MEDEF, Birdlife International, EPF, Eurochambres, IMA-Europe, u TERNA. Ir-Rapporteur jirringrazzja b'mod partikulari lill-Avukat Matteo Ceruti, lil Dr. Stefano Lenzi tal-WWF Italia u d-Dr. Marco Stevanin. Ir-Rapporteur huwa unikament responsabbli għall-proposti li għażel li jinkludi f'dan l-abbozz ta' rapport.

    • [1]  Skont il-valutazzjoni tal-impatt li tagħmel il-Kummissjoni, kull sena fl-UE jsiru 15 000-26 000 VIA, 27 000-33 800 proċedura ta’ skrinjar u 1370-3380 skrinjar pożittiv.
    • [2]  Id-Direttiva oriġinali 85/337/KEE ġiet emendata mid-Direttivi 97/11/KE, 2003/35/KE u 2009/31/KE u kkodifikata bid-Direttiva 2011/92/EU.

    OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (18.6.2013)

    għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

    dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent
    (COM(2012)0628 – C7‑0367/2012 – 2012/0297(COD))

    Rapporteur għal opinjoni: Joseph Cuschieri

    ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

    Il-proposta tal-Kummissjoni

    Id-Direttiva 2011/92/UE (Direttiva EIA) tirrikjedi li ssir stima tal-impatt fuq l-ambjent ta’ proġetti li aktarx ikollhom effetti ambjentali sinifikanti qabel ma jiġu awtorizzati.

    Minkejja li ġiet emendata diversi drabi qabel l-adozzjoni tagħha fl-1985, id-Direttiva ma nbidlitx b’mod sinifikanti biżżejjed biex tirrifletti l-bidliet li għadhom għaddejjin fir-rigward tal-politika u fil-kuntest legali u tekniku. Tul dawn l-aħħar 25 sena l-UE kibret, bħalma kibru wkoll l-ambitu u l-gravità tal-kwistjonijiet ambjentali li jridu jiġu indirizzati kif ukoll l-għadd ta' proġetti ta' infrastruttura ewlenin fuq skala tal-UE (pereżempju proġetti transkonfinali fil-qasam tal-enerġija jew tat-trasport). B’rispons għal dawn il-bidliet, il-proposta għal Direttiva li temenda qed tintroduċi aġġornamenti ġodda u importanti fil-qafas leġiżlattiv billi tindirizza n-nuqqasijiet fil-proċedura tal-iscreening, fil-kwalità u fl-analiżi tal-istimi tal-impatt fuq l-ambjent kif ukoll ir-riskju ta’ inkonsistenzi fil-proċess ta’ valutazzjoni. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, tħalli miftuħa l-possibilità li d-Direttiva ma tiġix applikata fil-każ ta’ proġetti li l-uniku għan tagħhom ikun id-difiża nazzjonali jew reazzjoni għal emerġenzi ċivili.

    Il-perspettiva tar-rapporteur

    Ir-rapporteur jappoġġa l-bidliet fid-Direttiva li qed tipproponi l-Kummissjoni, għax jemmen li minħabba n-natura transkonfinali tal-kwistjonijiet ambjentali (pereżempju t-tibdil fil-klima, ir-riskju ta’ diżastri) u ta’ wħud mill-proġetti, tinħtieġ azzjoni fil-livell Ewropew biex ikunu żgurati kundizzjonijiet indaqs u biex toffri valur miżjud meta mqabbla ma’ azzjonijiet nazzjonali individwali. Madankollu, jemmen li ċerti aspetti tad-Direttiva jistgħu ikomplu jittejbu permezz ta’ ftit aġġustamenti minuri. Dawn jinkludu enfasi fuq l-impatt li l-proċess tal-istimi ambjentali jista’ jkollu fuq il-ħarsien tal-wirt storiku jew fuq it-turiżmu, kif ukoll rikonoxximent tan-natura speċjali ta’ proġetti transfruntiera, li huma tant importanti għall-politika tat-trasport Ewropea, għal kuntrarju ta’ proġetti li b’effetti transkonfinali. Fil-fehma tiegħu, din id-distinzjoni hija vitali biex ikun possibbli li niżguraw koordinazzjoni massima tal-azzjonijiet biex jintlaħqu skadenzi li sikwit ikun stretti u l-aspettattivi ta’ diversi partijiet konċernati pubbliċi u privati. Finalment, biex il-qafas legali Ewropew ikun aktar koerenti, ir-Rapporteur jipproponi xi allinjamenti żgħar mal-leġiżlazzjoni dwar il-linji gwida tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport.

    Dawn il-fehmiet huma riflessi fl-emendi li ġejjin:

    EMENDI

    Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

    Emenda    1

    Proposta għal direttiva

    Premessa 21a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (21a) Għandhom jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li l-proġetti jitwettqu f’konformità mar-regoli u l-proċeduri rilevanti kemm tal-Unjoni kif ukoll dawk nazzjonali, b’mod partikolari mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent, il-ħarsien tal-klima, is-sikurezza, is-sigurtà, il-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku, is-saħħa pubblika u l-aċċessibilità.

    Emenda    2

    Proposta għal direttiva

    Premessa 21b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (21b) Għal proġetti transfruntiera, l-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien involuti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi jikkooperaw biex jipprevedu b’mod konġunt stima tal-impatt ambjentali transkonfinali unika, integrata u koerenti minn stadju bikri tal-ippjanar, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-kofinanzjament tal-UE.

    Emenda    3

    Proposta għal direttiva

    Premessa 22a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (22a) Fost l-għanijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus, ratifikata mill-UE u trasferita għal-leġiżlazzjoni tagħha, hemm dak li jiggarantixxi d-drittijiet tal-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet ambjentali. Għalhekk, dik il-parteċipazzjoni, inkluża l-parteċipazzjoni minn assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet u gruppi, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jippromwovu l-ħarsien tal-ambjent, għandhom ikomplu jiġu mrawma. Elementi ta’ din id-Direttiva għandhom ukoll jiġu msaħħa fil-proġetti tat-trasport transkonfinali, filwaqt li jsir użu ta’ strutturi eżistenti għall-iżvilupp ta' kurituri tat-trasport u ta’ għodod biex jiġi identifikat l-impatt potenzjali fuq l-ambjent.

    Emenda    4

    Proposta għal direttiva

    Premessa 24a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (24a) L-Istati Membri u promoturi oħra tal-proġetti għandhom jiżguraw li l-valutazzjonijiet ta’ proġetti transkonfinali jitwettqu b’mod effiċjenti, filwaqt li jiġi evitat id-dewmien bla bżonn.

    Emenda    5

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – subpunt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (ga) 'sezzjoni transkonfinali' tfisser is-sezzjoni li tiżgura l-kontinwità ta' proġett ta' interess komuni bejn l-eqreb nodi urbani fuq iż-żewġ naħat tal-konfini ta' żewġ Stati Membri jew bejn Stat Membru u pajjiż ġar

    Ġustifikazzjoni

    Bil-għan li din id-Direttiva ssir aktar koerenti mal-Konvenzjoni Espoo u r-regolament ġdid tat-TEN-T, jeħtieġ li jintużaw l-istess kliem u definizzjonijiet.

    Emenda  6

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt c

    Direttiva 2011/92/EU

    Artikolu 1 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta’ każ każ u jekk previst mil-liġi nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti li l-għan ewlieni tagħhom huwa d-difiża nazzjonali jew ir-reazzjoni għal emerġenzi ċivili, jekk jidhrilhom li tali applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawk l-għanijiet.

    3. stati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta’ każ każ u jekk previst mil-liġi nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti li l-uniku għan tagħhom huwa d-difiża nazzjonali jew ir-reazzjoni għal emerġenzi ċivili jew il-ħarsien tal-wirt storiku kif klassifikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jekk jidhrilhom li tali applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawk l-għanijiet.

    Ġustifikazzjoni

    Il-wirt storiku huwa parti importanti mill-identità kollettiva u għaldaqstant għandu jkun possibbli li l-proġetti li jkollhom l-għan li jħarsu dan il-wirt jiġu eżentati mill-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

    Emenda    7

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 2

    Direttiva 2011/92/EU

    Artikolu 2 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu stimi tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri koordinati jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

    Proġetti, inklużi dawk b’effett transfruntier, li għalihom l-obbligu li jitwettqu stimi tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri koordinati jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

    Ġustifikazzjoni

    Fil-proġetti tat-TEN-T, il-kurituri prinċipali jinkludu proġetti transkonfinali ewlenin fejn l-istima tal-impatt fuq l-ambjent trid issir filwaqt li jiġu ssodisfati b’attenzjoni r-rekwiżiti kollha tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

    Emenda    8

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 3

    Direttiva 2011/92/EU

    Artikolu 3 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) l-art, il-ħamrija, l-ilma, l-arja u t-tibdil fil-klima;

    (b) l-art, il-ħamrija, l-ilma u l-arja;

    Ġustifikazzjoni

    (Ara l-emenda għall-Artikolu 3 - punt ea (ġdid))

    Emenda    9

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 3

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 3 - punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c) l-assi materjali, il-wirt kulturali u l-pajsaġġ

    (c) l-assi materjali, il-wirt kulturali u storiku u l-pajsaġġ;

    Ġustifikazzjoni

    (Ara l-emenda tal-Artikolu 1, paragrafu 3).

    Emenda    10

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 3

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 3 – punt eb (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    eb. it-turiżmu, meta l-attività turistika jkollha effetti sinifikanti fuq l-ekonomija lokali u reġjonali;

    Ġustifikazzjoni

    L-implimentazzjoni ta’ ċerti proġetti jista’ jkollha effett negattiv fuq l-attività turistika u għaldaqstant, effett dannuż fuq l-ekonomija tal-Istati Membri, b’mod speċjali fejn l-ekonomija ta’ Stat Membru tkun tiddependi ħafna fuq it-turiżmu.

    Emenda    11

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt a

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 4 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Għall-proġetti elenkati fl-Anness II, l-iżviluppatur għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-proġett, l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent u l-miżuri previsti sabiex jevitaw u jnaqqsu effetti sinifikanti. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta hija speċifikata fl-Anness II.A."

    Għall-proġetti elenkati fl-Anness II, imressqa għall-eżami ta’ kull każ għalih skont l-Artikolu 4(2), l-iżviluppatur għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-proġett, l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent u l-miżuri previsti sabiex jevitaw u jnaqqsu effetti sinifikanti. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta hija speċifikata fl-Anness II.A.

    Emenda    12

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt e

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (e) il-karatteristiċi ambjentali msemmija fl-Artikolu 3 li x'aktarx ikunu affettwati b'mod sinifkanti;

    (e) il-karatteristiċi msemmija fl-Artikolu 3 li x'aktarx ikunu affettwati b'mod sinifkanti;

    Ġustifikazzjoni

    L-ambitu u l-livell ta’ dettall tal-informazzjoni fir-rapport ambjentali m’għandhomx ikunu limitati biss għal karatteristiċi ambjentali.

    Emenda    13

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 5a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    L-Artikolu 5a (ġdid) li ġej hu miżjud:

     

    (5a) Għal proġetti transfruntiera, l-Istati Membri u l-pajjiżi ġirien involuti għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi jikkooperaw biex jipprevedu b’mod konġunt stima tal-impatt ambjentali transkonfinali unika integrata u koerenti minn stadju bikri tal-ippjanar, skont il-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-kofinanzjament tal-UE.

     

    Fil-każ ta’ proġetti ta’ trasport tan-netwerk tat-trasport Ewropew, l-impatt potenzjali fuq in-netwerk tan-Natura 2000 għandu jiġi identifikat billi tintuża s-sistema TENTec tal-Kummissjoni u s-softwer tan-Natura 2000 u alternattivi possibbli.

    Ġustifikazzjoni

    Fil-każ ta’ proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport, għandu jsir użu konġunt tal-għodod tal-IT tal-RTE-T u tan-Natura 2000 biex l-problemi potenzjali jiġu evitati fi stadju bikri.

    Emenda    14

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 7 – paragrafu 5a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    Fil-każ ta’ proġetti transkonfinali ta’ interess komuni fil-qasam tat-trasport inklużi f’wieħed mill-kurituri spjegati fl-Anness I tar-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, l-Istati Membri għandhom jiġu involuti fil-ħidma ta’ koordinazzjoni tal-konsultazzjonijiet pubbliċi. Il-koordinatur għandu jiżgura li jseħħ proċess estensiv ta' konsultazzjoni pubblika mal-partijiet interessati kollha u mas-soċjetà ċivili waqt l-ippjanar ta' infrastruttura ġdida. Fi kwalunkwe każ, il-koordinatur jista' jipproponi modi kif jiġi żviluppat il-pjan tal-kuritur u kif dan jiġi implimentat b'manjiera bbilanċjata.

    Ġustifikazzjoni

    Fil-proċessi tal-konsultazzjonijiet pubbliċi għandu jsir użu minn dawk li jkunu qed jikkoordinaw il-kurituri tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport ħalli jiġu identifikati fi stadju bikri kwalunkwe problemi potenzjali li jistgħu jinqalgħu, filwaqt li dak li jkun iżomm f’moħħu li fi proġetti transkonfinali hemm involuti aktar diffikultajiet.

    Emenda    15

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 8

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Għandhom jitqiesu r-riżultati tal-konsultazzjonijiet u l-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp. Għal dan il-għan, id-deċiżjoni li jingħata l-kunsens għall-iżvilupp għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

    Għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lir-riżultati tal-konsultazzjonijiet u tal-informazzjoni miġbura skont l-Artikoli 5, 6 u 7 fil-proċedura tal-kunsens għall-iżvilupp. Għal dan il-għan, id-deċiżjoni li jingħata l-kunsens għall-iżvilupp għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

    Ġustifikazzjoni

    L-Artikolu 6(8) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus jitlob li tingħata “kunsiderazzjoni xierqa” lill-eżitu tal-proċedura tal-parteċipazzjoni pubblika: ir-rekwiżit li hu anqas kostrinġenti skont id-Direttiva attwali li jiġi żgurat li d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti “tqis” il-proċedura tal-parteċipazzjoni pubblika għalhekk mhuwiex konsistenti mar-rekwiżiti tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.

    Emenda    16

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 8

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    sommarju tal-kummenti li waslu skont l-Artikoli 6 u 7;

    sommarju tal-kwistjonijiet imqajma skont l-Artikoli 6 u 7;

    Ġustifikazzjoni

    Is-subparagrafi (c) u (d) se jagħtu l-informazzjoni meħtieġa biex l-iżviluppatur u l-pubbliku jiġu informati dwar kif is-sejbiet tal-istima ambjentali (li ssir mill-iżviluppatur), ir-risponsi tal-konsultazzjoni u kwistjonijiet rilevanti oħra jkunu wasslu lill-awtorità kompetenti għad-deċiżjoni tagħhom.

    Emenda    17

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 8

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti kunsens għall-iżvilupp, għandha tiżgura li l-kunsens għall-iżvilupp jinkludi miżuri biex jiġu mmonitorjati effetti ambjentali negattivi sinifikanti, sabiex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni u l-effettività mistennija ta' miżuri ta' mitigazzjoni u kumpens, u sabiex jiġu identifikati kwalunkwe effetti negattivi mhux mistennija.

    Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti kunsens għall-iżvilupp, għandha tiżgura li l-kunsens għall-iżvilupp jinkludi,miżuri biex jiġu mmonitorjati effetti ambjentali negattivi sinifikanti kemm tal-fażi ta’ kostruzzjoni u kemm ta’ dik operazzjonali, sabiex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni u l-effettività mistennija ta' miżuri ta' mitigazzjoni u kumpens, u sabiex jiġu identifikati kwalunkwe effetti negattivi mhux mistennija u tiġi ffaċilitata azzjoni korrettiva.

    Ġustifikazzjoni

    Biex jiġi żgurat li l-monitoraġġ ikopri l-fażi tal-kostruzzjoni u l-fażi operazzjonali, li huma relevanti ħafna fl-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ trasport.

    Emenda    18

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 8

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    It-tip ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati u t-tul ta' żmien tal-monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost u s-sinifikat tal-effetti ambjentali tiegħu.

    It-tip ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati u t-tul ta' żmien tal-monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost u s-sinifikat tal-effetti ambjentali tiegħu. Dawn is-sejbiet għandhom jitressqu lill-awtorità kompetenti u jitqiegħdu għad-disponibilità tal-pubbliku.

    Ġustifikazzjoni

    Biex ikun żgurat li l-monitoraġġ ikopri l-fażi ta’ kostruzzjoni u dik operattiva, għandu jitressaq lill-awtorità kompetenti u r-riżultati għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

    Emenda    19

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 9 – sottopunt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 9 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-Istati Membri jistgħu wkoll jiddeċiedu li tkun disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi l-istima tagħha tal-impatt fuq l-ambjent tal-proġett.

    L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, meta l-awtorità kompetenti tikkonkludi l-istima tagħha tal-impatt fuq l-ambjent tal-proġett.

    Ġustifikazzjoni

    Biex tkun konsistenti mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 9

    Emenda    20

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 11

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 12a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 12b, dwar il-kriterji tal-għażla elenkati fl-Anness III u l-informazzjoni msemmija fl-Annessi II.A u IV, sabiex tadattahom għall-progress xjentifiku u tekniku.

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 12b, dwar id-dettaljar u mhux is-supplimentazzjoni tal-kriterji tal-għażla elenkati fl-Anness III u l-informazzjoni msemmija fl-Annessi II.A u IV, sabiex tadattahom għall-progress xjentifiku u tekniku.

    Emenda    21

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 12b – paragrafu 2 (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indefinit minn [OPOCE jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

    Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 12a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn [OPOCE jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel it-tmiem tal-perijodu ta’ ħames snin. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

    Emenda    22

    Proposta għal direttiva

    Anness 1 – punt 1

    Direttiva 2011/92/UE

    Annexe II a – point 3 – subpoint b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    mill-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità inklużi bidliet idromorfoloġiċi.

    mill-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma, l-arja u l-bijodiversità inklużi bidliet idromorfoloġiċi.

    Ġustifikazzjoni

    L-arja għandha tiġi inkluża bħala riżorsa naturali ukoll.

    Emenda    23

    Proposta għal direttiva

    Anness 1 – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness III – paragrafu 1 – punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    l-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità inklużi bidliet idromorfoloġiċi.

    l-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma, l-arja u l-bijodiversità inklużi bidliet idromorfoloġiċi.

    Ġustifikazzjoni

    L-arja għandha tiġi inkluża bħala riżorsa naturali ukoll.

    Emenda    24

    Proposta għal direttiva

    Anness 1 – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness III – paragrafu 1 – punt i

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem (eż. dawk minn kontaminazzjoni tal-ilma jew tniġġis tal-arja);

    ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem (eż. dawk minn kontaminazzjoni tal-ilma jew tniġġis tal-arja u storbju inklużi vibrazzjonijiet);

    Emenda    25

    Proposta għal direttiva

    Anness 1 – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness III – paragrafu 3 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    in-natura tal-impatt;

    in-natura tal-impatt, inkluż l-għadd ta' impjiegi maħluqa;

     

    PROĊEDURA

    Titolu

    Emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent

    Referenzi

    COM(2012)0628 – C7-0367/2012 – 2012/0297(COD)

    Kumitat responsabbli

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ENVI

    19.11.2012

     

     

     

    Opinjoni mogħtija minn

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    TRAN

    18.4.2013

    Rapporteur għal opinjoni

           Data tal-ħatra

    Joseph Cuschieri

    9.4.2013

    Eżami fil-kumitat

    29.5.2013

     

     

     

    Data tal-adozzjoni

    18.6.2013

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    34

    4

    0

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Magdi Cristiano Allam, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Antonio Cancian, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Luis de Grandes Pascual, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Dieter-Lebrecht Koch, Georgios Koumoutsakos, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Gesine Meissner, Mike Nattrass, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, David-Maria Sassoli, Brian Simpson, Keith Taylor, Silvia-Adriana Ţicău, Giommaria Uggias, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Phil Bennion, Spyros Danellis, Eider Gardiazábal Rubial, Gilles Pargneaux, Alfreds Rubiks, Sabine Wils

    OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (27.6.2013)

    għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

    dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent
    (COM(2012)0628 – C7-0367/2012 - 2012/0297(COD))

    Rapporteur għal opinjoni: Nikolaos Chountis

    ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

    Matul is-snin, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet irċieva numru qawwi ta’ lmenti li kienu jittrattaw in-nuqqasijiet u d-diskrepanzi mifruxa fl-implimentazzjoni tad-Direttiva EIA attwali. Bosta minn dawn il-petizzjonijiet ġew inkorporati mill-Kummissjoni fil-proċeduri ta’ ksur tagħha mnedija kontra l-Istati Membri li jonqsu milli jirrispettaw id-dispożizzjonijiet attwali. Il-Kumitat għaldaqstant jilqa’ l-opportunità li jagħmel użu tajjeb tal-bosta lmenti riċevuti u vvalutati billi jużahom bħala bażi għall-ħidma tiegħu biex jipprovdi Direttiva aktar ċara u effikaċi għall-futur.

    Id-Direttiva EIA kienet għal bosta snin għodda kruċjali għall-protezzjoni tal-ambjent tal-Ewropa, iżda għadha ma ġietx implimentata tajjeb fl-Istati Membri kollha u l-anqas ma ġiet applikata bis-sħiħ għall-proġetti lokali kollha. Hemm numru mhux ħażin ta’ oqsma li jirrikjedu xi tip ta’ infurzar, b’mod partikolari fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku tul il-fażijiet kollha tal-proġett, grad ta' trasparenza ogħla, il-bżonn ta’ rappurtar indipendenti u oġġettiv, dispożizzjonijiet aktar ċari li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-patrimonju nazzjonali, mekkaniżmu ċar, li juri preferenza għall-protezzjoni varjata u legali li hi l-eqreb tal-ambjent, u li għandha effett ta’ sospensjoni, kif ukoll projbizzjoni ċara fuq l-aktar impatti ambjentali serji, u fuq kollox prijoritizzazzjoni msaħħa tal-ħtiġijiet ambjentali.

    Fil-fatt spiss jirriżulta li l-interessi finanzjarji b'saħħithom involuti fi proġetti infrastrutturali kbar, jinfluwenzaw b'mod mhux xieraq it-teħid ta' deċiżjoni politiku fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali bi ħsara għall-ambjent. F'dan il-kuntest hemm bżonn ta' infurzar tad-Direttiva EIA sabiex iċ-ċittadini Ewropej jiġu żgurati r-rispett sħiħ tad-drittijiet tagħhom u li l-Unjoni Ewropea hi kapaċi twettaq l-impenji tagħha, kif mistenni miċ-ċittadini, f'termini ta' titjib fil-bijodiversità, tal-prevenzjoni taż-żieda allarmanti ta' tibdiliet drammatiċi għall-klima, u biex tiżgura bilanċ aħjar bejn i—titjib tal-infrastruttura u t-talbiet tan-natura. Id-Direttiva EIA għandha rabta naturali ma' Direttivi oħrajn, b'mod partikolari d-Direttiva dwar l-Għasafar u l-Ħabitats, kif ukoll id-Direttiva dwar il-ġestjoni tal-iskart. L-annessi għandhom jiġu evalwati mill-ġdid, speċjalment fir-rigward tal-prijoritajiet f'dawn l-oqsma.

    Ir-rapporteur jilqa’ l-approċċ olistiku tal-EIA li fil-futur għandha tinkludi oqsma ta’ politika relatati oħrajn bħall-bijodiversità u t-tibdil fil-klima. Bil-għan ta' aktar ċarezza u tisħiħ tar-raġunijiet, jipproponi numru ta’ emendi sabiex jiżgura l-ogħla livell ta’ protezzjoni ambjentali:

    - it-tħassir ta’ derogi minħabba atti speċifiċi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali;

    - il-pubbliku għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa fil-proċeduri ta’ skrining u ta’ definizzjoni tal-ambitu;

    - id-deċiżjonijiet dwar l-iskrining u d-definizzjoni tal-ambitu għandhom ikunu soġġetti għal rieżami ġuridiku dirett u f’waqtu;

    - għandhom ikunu sottomessi lill-EIA proġetti kompluti (u mhux partijiet ta’ proġett magħrufa bħala “salami-slicing”(prattiki ta' tqassim f'partijiet żgħar));

    - l-użu obbigatorju ta’ “esperti akkreditati u teknikament kompetenti” indipendenti jew mill-iżviluppatur jew mill-awtorità kompetenti;

    - l-iżgurar li l-monitoraġġ ikopri l-fażijiet ta’ kostruzzjoni u operazzjonali, u li jitressaq quddiem l-awtorità kompetenti u r-riżulati jkunu disponibbli għall-pubbliku;

    - l-iżviluppatur għandu jkun mitlub jieħu azzjoni korrettiva, meta l-monitoraġġ jindika li jkun hemm effetti negattivi mhux previsti.

    Reviżjoni b’suċċess tal-EIA attwali għandha tikkunsidra l-bżonn li jkun hemm regolamentazzjoni u valutazzjoni effikaċi tal-impatt ambjentali u tal-ispejjeż amministrattivi u li dawn għandhom jitqiesu bħala investiment fil-futur fl-ambjent u fis-saħħa u l-benesseri taċ-ċittadini Ewropej.

    EMENDI

    Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

    Emenda    1

    Proposta għal direttiva

    Premessa 1

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (1) Id-Direttiva 2011/92/UE armonizzat il-prinċipji għall-istima ambjentali ta' proġetti billi introduċiet rekwiżiti minimi (fir-rigward tat-tip ta’ proġetti soġġetti għal stima, l-obbligi ewlenin tal-iżviluppaturi, il-kontenut tal-istima u l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tal-pubbliku), u tikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem.

    (1) Id-Direttiva 2011/92/UE armonizzat il-prinċipji għall-istima ambjentali ta' proġetti billi introduċiet rekwiżiti minimi (fir-rigward tat-tip ta’ proġetti soġġetti għal stima, l-obbligi ewlenin tal-iżviluppaturi, il-kontenut tal-istima u l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u tal-pubbliku), u tikkontribwixxi għal livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw regoli aktar stretti għall-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.

    Emenda    2

    Proposta għal direttiva

    Premessa 3

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (3) Jinħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 2011/92/UE biex tissaħħaħ il-kwalità tal-proċedura ta' stima ambjentali, jiġu razzjonalizzati d-diversi stadji tal-proċedura u jiżdiedu l-koerenza u s-sinerġiji ma’ leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll ma' strateġiji u politiki żviluppati mill-Istati Membri f’oqsma ta’ kompetenza nazzjonali.

    (3) Jinħtieġ li tkun emendata d-Direttiva 2011/92/UE biex tissaħħaħ il-kwalità tal-proċedura ta' stima ambjentali, jiġu razzjonalizzati d-diversi stadji tal-proċedura u jiżdiedu l-koerenza u s-sinerġiji ma’ leġiżlazzjoni u politiki oħra tal-Unjoni, kif ukoll ma' strateġiji u politiki żviluppati mill-Istati Membri f’oqsma ta’ kompetenza nazzjonali. L-iskop aħħari għalfejn qed tiġi emendata din id-Direttiva huwa li jkun hemm implimentazzjoni aktar effettiva fil-livell ta’ Stat Membru.

     

    F’bosta każijiet il-proċeduri amministrattivi saru kumplikati u estiżi wisq, tant li jikkawżaw dewmien u joħolqu riskji addizzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent. F’dan ir-rigward, is-simplifikazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-proċeduri għandhom ikunu waħda mill-objettivi tad-Direttiva. Għandha titqies il-konvenjenza li jinħoloq punt ta' kuntatt waħdieni bil-għan li jippermetti stima koordinata jew proċeduri konġunti meta jkunu meħtieġa bosta VIA, pereżempju f’każijiet ta’ proġetti transkonfinali, kif ukoll biex jiddefinixxi kriterji aktar speċifiċi għal stimi obbligatorji.

    Emenda    3

    Proposta għal direttiva

    Premessa 3a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (3a) Fil-każ ta’ proġetti li jista' jkollhom impatt transkonfinali fuq l-ambjent, l-Istati Membri involuti għandhom joħolqu punt ta' kuntatt waħdieni konġunt, li fih ikunu rappreżentati fuq bażi ta’ parità, u li għandu jkun responsabbli mill-passi proċedurali kollha. Għall-approvazzjoni finali tal-proġett, għandu jinkiseb il-kunsens tal-Istati Membri kollha kkonċernati.

    Emenda    4

    Proposta għal direttiva

    Premessa 3b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (3b) Id-Direttiva riveduta 2011/92/UE għandha ukoll tiżgura, li l-protezzjoni tal-ambjent tkun imtejba, li tiżdied l-effiċjenza tar-riżorsi u li jkun appoġġjat tkabbir sostenibbli fl-Ewropa. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li l-proċeduri preskritti jiġu simplifikati u armonizzati.

    Emenda    5

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (4) Matul l-aħħar għaxar snin, il-kwistjonijiet ambjentali, bħall-effiċjenza fir-riżorsi, il-bijodiversità, it-tibdil fil-klima, u r-riskju ta' diżastri, saru aktar importanti fit-tfassil tal-politika u għalhekk għandhom ikunu wkoll elementi kritiċi fi proċessi ta' stima u tat-teħid tad-deċiżjonijiet, speċjalment għal proġetti ta’ infrastruttura.

    (4) Matul l-aħħar għaxar snin, il-kwistjonijiet ambjentali, bħall-effiċjenza fir-riżorsi, u s-sostenibilità, il-ħarsien tal-bijodiversità, l-użu tal-art, it-tibdil fil-klima, u r-riskju ta' diżastri naturali u kaġun tal-bniedem, saru aktar importanti fit-tfassil tal-politika. Għalhekk għandhom ikunu wkoll elementi importanti fi proċessi ta' stima u tat-teħid tad-deċiżjonijiet għal kwalunkwe proġett pubbliku jew privat li x'aktarx ikollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent, speċjalment għal proġetti ta’ infrastruttura.

     

    Billi l-Kummissjoni għadha ma stabbilietx linji gwida għall-applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Konservazzjoni tal-Wirt Storiku u Kulturali, il-Kummissjoni se tipproponi lista ta' kriterji u indikazzjonijiet bil-għan li ssir implimentazzjoni aħjar tad-Direttiva.

    Emenda    6

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (4a) Li jkun stipulat li għandha tingħata aktar kunsiderazzjoni lill-kriterji ambjentali fil-proġetti kollha jista' jkun kontroproduċenti jekk dan iservi biex iżid il-kumplessità tal-proċeduri involuti u jittawwal iż-żmien meħtieġ biex ikun awtorizzat u validat kull stadju. Dan jista’ jżid il-kostijiet u jista’ saħansitra fih innifsu jkun ta’ theddida għall-ambjent jekk il-proġetti ta’ infrastruttura jieħdu wisq żmien biex jitlestew.

    Emenda    7

    Proposta għal direttiva

    Premessa 4b (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (4b) Kwistjonjiet ambjentali marbuta ma’ proġetti ta’ infratruttura ma għandhomx ineħħu l-attenzjoni mill-fatt li kwalunkwe proġett bla dubju se jkollu impatt fuq l-ambjent u li l-iffukar għandu jkun fuq il-bilanċ bejn il-valur ta' proġett u l-impatt ambjentali tiegħu.

    Emenda    8

    Proposta għal direttiva

    Premessa 5

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (5) Fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata ‘Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi', il-Kummissjoni impenjat ruħha favur l-inklużjoni ta' kunsiderazzjonijiet usa' dwar l-użu effiċjenti tar-riżorsi fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva 2011/92/UE.

    (5) Fil-Komunikazzjoni tagħha intitolata ‘Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi', il-Kummissjoni impenjat ruħha favur l-inklużjoni ta' kunsiderazzjonijiet usa' dwar l-użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttiva 2011/92/UE.

    Emenda    9

    Proposta għal direttiva

    Premessa 9

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (9) It-tibdil fil-klima se jkompli jikkawża ħsara lill-ambjent u jxekkel l-iżvilupp ekonomiku. Għaldaqstant, ir-reżiljenza ambjentali, soċjali u ekonomika tal-Unjoni għandha tiġi promossa sabiex tittratta t-tibdil fil-klima madwar it-territorju kollu tal-Unjoni b'mod effiċjenti. Miżuri ta' adattament għat-tibidil fil-klima u dawk ta' mitigazzjoni tiegħu għandhom jiġu indirizzati f'ħafna setturi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    (9) It-tibdil fil-klima se jkompli jkun ta’ theddida għall-ambjent u jxekkel il-prevedibilità tal-iżvilupp ekonomiku Għaldaqstant, ir-reżiljenza ambjentali, soċjali u ekonomika tal-Unjoni għandha tiġi promossa sabiex tittratta t-tibdil fil-klima madwar it-territorju kollu tal-Unjoni b'mod effiċjenti. Miżuri ta' adattament għat-tibidil fil-klima u dawk ta' mitigazzjoni tiegħu għandhom jiġu indirizzati issa f'ħafna setturi tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

    Emenda    10

    Proposta għal direttiva

    Premessa 13

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (13) L-esperjenza wriet li f'każijiet ta' emerġenza ċivili, konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE jista' jkollha effetti negattivi, u għalhekk għandu jsir provvediment sabiex l-Istati Membri jkunu awtorizzati li ma japplikawx din id-Direttiva f’każijiet xierqa.

    (13) L-esperjenza wriet li f'każijiet ta' emerġenza ċivili, konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE jista' jkollha effetti negattivi, u għalhekk għandu jsir provvediment sabiex l-Istati Membri jkunu awtorizzati li ma japplikawx din id-Direttiva b’mod eċċezzjonali għal proġetti li l-għan uniku tagħhom huwa r-rispons għal emerġenzi ċivili, bil-kundizzjoni li jingħata tagħrif xieraq u f’waqtu lill-Kummissjoni li permezz tiegħu tiġi ġġustifikata l-għażla u l-pubbliku kkonċernat, u sakemm kull alternattiva fattibbli oħra tkun ġiet ikkunsidrata. Fi proġetti transkonfinali bħal dawn, il-Kummissjoni għandu jkollha, fejn u meta xieraq u possibbli, rwol aktar proattiv u faċilitatorju.

    Emenda    11

    Proposta għal direttiva

    Premessa 16

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (16) Meta jiġi determinat jekk hemmx probabbiltà li jiġu kkawżati effetti ambjentali sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw l-aktar kriterji rilevanti li għandhom jitqiesu u jużaw l-informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun disponibbli wara stimi oħrajn meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni sabiex tapplika proċedura ta' skrinjar b'mod effettiv. F'dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġi speċifikat il-kontenut tad-deċiżjoni dwar l-iskrinjar, b'mod partikolari fejn ma tkun meħtieġa l-ebda stima ambjentali.

    (16) Meta jiġi determinat jekk hemmx probabbiltà li jiġu kkawżati effetti ambjentali sinifikanti, l-awtoritajiet kompetenti jridu jiddefinixxu b’mod ċar u strett l-aktar kriterji rilevanti li għandhom jitqiesu u jużaw l-informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun disponibbli wara stimi oħrajn meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni sabiex tapplika proċedura ta' skrinjar b'mod effettiv u trasparenti. F'dan ir-rigward, huwa xieraq li jiġi speċifikat il-kontenut tad-deċiżjoni dwar l-iskrinjar, b'mod partikolari fejn ma tkun meħtieġa l-ebda stima ambjentali.

    Emenda    12

    Proposta għal direttiva

    Premessa 17

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (17) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu meħtieġa li jiddeterminaw l-ambitu u l-livell ta' dettall tal-informazzjoni ambjentali li għandha tiġi sottomessa fl-għamla ta’ rapport ambjentali (definizzjoni tal-ambitu). Sabiex titjieb il-kwalità tal-istima u jiġi razzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, huwa importanti li jiġu speċifikati fil-livell tal-Unjoni l-kategoriji ta’ informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni.

    (17) L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu meħtieġa li jiddeterminaw l-ambitu u l-livell ta' dettall tal-informazzjoni ambjentali li għandha tiġi sottomessa fl-għamla ta’ rapport ambjentali (definizzjoni tal-ambitu). Sabiex titjieb il-kwalità tal-istima, is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u jiġi razzjonalizzat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, huwa importanti li jiġu speċifikati fil-livell tal-Unjoni l-kategoriji ta’ informazzjoni li fuqhom l-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni.

    Emenda    13

    Proposta għal direttiva

    Premessa 18

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (18) Ir-rapport ambjentali ta' proġett li għandu jiġi pprovvdut mill-iżviluppatur għandu jinkludi stima ta' alternattivi raġonevoli rilevanti għall-proġett propost, inkluża l-evoluzzjoni probabbli tal-istat eżistenti tal-ambjent mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett (xenarju bażi), bħala mezz biex tittejjeb il-kwalità tal-proċess ta' stima u biex jippermetti l-integrazzjoni ta' konsiderazzjonijiet ambjentali fi stadju bikri tat-tfassil tal-proġett.

    (18) Ir-rapport ambjentali ta' proġett li għandu jiġi pprovvdut mill-iżviluppatur għandu jinkludi stima ta' alternattivi raġonevoli rilevanti kollha għall-proġett propost, inkluża l-evoluzzjoni probabbli tal-istat eżistenti tal-ambjent mingħajr l-implimentazzjoni tal-proġett (xenarju bażi), bħala mezz biex tittejjeb il-kwalità tal-proċess ta' stima u biex jippermetti l-integrazzjoni ta' konsiderazzjonijiet ambjentali fi stadju bikri tat-tfassil tal-proġett.

    Emenda    14

    Proposta għal direttiva

    Premessa 20

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (20) Bl-għan li tiġi żgurata t-trasparenza u r-responsabbiltà, l-awtorità kompetenti tinħtieġ li tiġġustifika d-deċiżjoni tagħha li tagħti l-kunsens għall-iżvilupp fir-rigward ta' proġett, billi tindika li qieset ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imwettqa u l-informazzjoni rilevanti miġbura.

    (20) Bl-għan li tiġi żgurata t-trasparenza u r-responsabbiltà, l-awtorità kompetenti tinħtieġ li tiġġustifika b’mod komprensiv u fid-dettall id-deċiżjoni tagħha li tagħti l-kunsens għall-iżvilupp fir-rigward ta' proġett, billi tindika li qieset ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet imwettqa mal-pubbliku kkonċernat u l-informazzjoni rilevanti kollha miġbura. Jekk din il-kundizzjoni ma tiġix irrispettata, il-pubbliku kkonċernat għandu jkollu d-dritt li jappella kontra din id-deċiżjoni.

    Emenda    15

    Proposta għal direttiva

    Premessa 21

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (21) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi komuni għall-monitoraġġ ta’ effetti negattivi sinifikanti tal-kostruzzjoni u tat-tħaddim ta' proġetti biex jiġi żgurat approċċ komuni fl-Istati Membri kollha u biex jiġi żgurat li, wara l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u kumpens, l-ebda impatt ma jissupera dawk previsti fil-bidu. Monitoraġġ bħal dan ma għandux jirrepeti l-monitoraġġ meħtieġ skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew iżid miegħu.

    (21) Huwa xieraq li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi komuni għall-monitoraġġ ta’ effetti negattivi sinifikanti tal-kostruzzjoni u tat-tħaddim ta' proġetti biex jiġi żgurat approċċ komuni fl-Istati Membri kollha u biex jiġi żgurat li, wara l-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni u kumpens, l-ebda impatt ma jissupera dawk previsti fil-bidu. Monitoraġġ bħal dan ma għandux jirrepeti l-monitoraġġ meħtieġ skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jew iżid miegħu. Meta l-monitoraġġ jindika li hemm impatti negattivi mhux previsti, għandu jsir provvediment biex tittieħed azzjoni korrettiva.

    Emenda    16

    Proposta għal direttiva

    Premessa 22a (ġdida)

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (22a) Skont il-Konvenzjoni ta' Aarhus, l-involviment tal-pubbliku minn stadju bikri fit-teħid tad-deċiżjonijiet huwa fundamentali biex ikun żgurat li min jieħu d-deċiżjonijiet iqis l-opinjonijiet u t-tħassib li jistgħu jkunu rilevanti għal dawk id-deċiżjonijiet, u b’hekk tiżdied ir-responsabilità diretta u t-trasparenza fil-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, li jtejbu l-kwalità sostantiva tad-deċiżjonijiet u jikkontribwixxu għall-kuxjenza pubblika dwar kwistjonijiet ambjentali.

    Emenda    17

    Proposta għal direttiva

    Premessa 28

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, permezz tal-istabbiliment ta' rekwiżiti minimi għall-istima ambjentali ta’ proġetti, ma jistax jintlaħaq għalkollox mill-Istati Membri u għalhekk, fid-dawl tal-ambitu, is-serjetà u n-natura transfruntiera tal-kwistjonijiet ambjentali li għandhom jiġu indirizzati, jista' jintlaħaq aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv.

    (28) Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva, jiġifieri li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent, ta’ kwalità tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem, permezz tal-istabbiliment ta' rekwiżiti minimi għall-istima ambjentali ta’ proġetti, ma jistax jintlaħaq għalkollox mill-Istati Membri u għalhekk, fid-dawl tal-ambitu, is-serjetà u n-natura transfruntiera tal-kwistjonijiet ambjentali li għandhom jiġu indirizzati, jista' jintlaħaq aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

    Emenda    18

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 - paragrafu 2 - punt a - inċiż 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    l-eżekuzzjoni ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni jew twaqqigħ, jew ta' stallazjonijiet jew skemi oħra,

    l-eżekuzzjoni ta xogħlijiet ta kostruzzjoni jew ta’ istallazzjonijiet jew skemi oħra,

     

    - ix-xogħlijiet ta’ twaqqigħ jew ta’ kostruzzjoni ta' istallazjonijiet jew skemi,

     

    - interventi oħra l-ambjent naturali fil-madwar u l-pajsaġġ naturali inklużi dawk li jinvolvu l-estrazzjoni ta' riżorsi minerali;

    Emenda    19

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b − parti introduttorja

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt fa u fb(ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) fil-paragrafu 2, għandha tiżdied id-definizzjoni li ġejja:

    (b) fil-paragrafu 2, għandhom jiżdiedu d-definizzjonijiet li ġejjin:

    Emenda    20

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    "(ga)"bijodiversità" għandha tinkludi kwalunkwe speċi ta’ flora u fawna u l-ħabitats tagħhom u tfisser il-varjabilità fost l-organiżmi ħajjin mis-sorsi kollha inklużi, inter alia, l-ekosistemi terrestri, tal-baħar u akkwatiċi oħrajn u tal-kumplessitajiet ekoloġiċi li jiffurmaw parti minnhom; dan jinkludi diversità fost l-ispeċi, bejn l-ispeċi u tal-ekosistemi.”

    Emenda    21

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt gb (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    "(gb)"azzjoni korrettiva" tfisser miżuri ta’ mitigazzjoni u/jew ta’ kumpens li jistgħu jitwettqu mill-iżviluppatur biex jirrimedja effetti negattivi mhux previsti jew kwalunkwe telf nett ta’ bijodiversità identifikat mill-implimentazzjoni tal-proġett, bħal dak li jista’ jinħoloq minn nuqqasijiet fil-mitigazzjoni tal-impatti ġġenerati mill-kostruzzjoni jew mill-operazzjoni ta' proġett, li għalih jkun diġà ngħata kunsens ta’ żvilupp.

    Emenda    22

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – sottopunt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    ‘indipendenti’ tfisser il-kapaċità tal-eżerċizzju ta' valutazzjoni oġġettiva u komprensiva teknika/xjentifika, ħielsa minn kull kunflitt ta' interess, kemm jekk reali, preżunt jew evidenti, fir-rigward tal-awtorità kompetenti, l-iżviluppatur u/jew l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali.

    Emenda    23

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – sottopunt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    ‘proċeduri konġunti’: skont il-Proċedura Konġunta, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ valutazzjoni tal-impatt ambjentali, li tintegra l-istimi ta' awtorità waħda jew aktar, mingħajr ħsara għal dispożizzjonijiet oħra tal-leġiżlazzjoni rilevanti l-oħra tal-Unjoni.

    Emenda    24

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – sottopunt b ‑ punt 1 (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt fc (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    ‘Stima tal-impatt Viżiv’: Impatt viżiv huwa definit bħala bidla fid-dehra tal-pajsaġġ mibni jew naturali u taż-żoni urbani minħabba żvilupp li jista' jkun pożittiv (titjib) jew negattiva (deterjorament). Stima tal-impatt viżiv tkopri wkoll it-twaqqigħ ta’ binjiet li huma protetti jew dawk bi rwol strateġiku fl-immaġni tradizzjonali ta’ post jew pajsaġġ. Din għandha tkopri l-bidla evidenti tat-topografija ġeoloġika u kull ostaklu ieħor bħal binjiet jew ħitan li jillimitaw il-veduta tan-natura kif ukoll l-armonija tal-pajsaġġ. L-impatt viżiv fil-maġġoranza huwa vvalutat minn ġudizzji kwalitattivi, li jikkonċernaw l-apprezzament u l-interazzjoni tal-bniedem mal-pajsaġġ u l-valur li dan jagħti lil post (genius loci).

    Emenda    25

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – sottopunt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt fd (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    ‘simplifikazzjoni’ tfisser it-tnaqqis ta’ formoli, il-ħolqien ta’ proċeduri konġunti u strumenti ta' koordinazzjoni sabiex jiġu integrati l-istimi li jsiru mill-awtoritajiet ikkonċernati. Simplifikazzjoni tfisser ukoll li jiġu stabbiliti kriterji kondiviżi, jitqassru skadenzi għat-tressiq ta’ rapporti u jissaħħu l-istimi oġġettivi u xjentifiċi.

    Emenda    26

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 1 – sottopunt c

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 1 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    "3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta’ każ każ u jekk previst mil-liġi nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti li l-għan ewlieni tagħhom huwa d-difiża nazzjonali jew ir-reazzjoni għal emerġenzi ċivili, jekk jidhrilhom li tali applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawk l-għanijiet."

    "3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, fuq bażi ta’ każ każ u jekk previst mil-liġi nazzjonali, li ma japplikawx din id-Direttiva għall-proġetti li l-għan ewlieni tagħhom huwa d-difiża nazzjonali jew ir-reazzjoni għal emerġenzi ċivili, jekk jidhrilhom li tali applikazzjoni jkollha effett negattiv fuq dawk l-għanijiet, sakemm ikunu evalwaw kif xieraq kwalunkwe alternattiva fattibbli u jiġġustifikaw l-għażla finali lill-Kummissjoni."

    Emenda    27

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – parti intraduttorja

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 2 – paragrafi 3 u 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (2) Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:

    (2) Fl-Artikolu 2, il-paragrafi 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    Emenda    28

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 2 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    "3. Proġetti li għalihom l-obbligu li jitwettqu stimi tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri koordinati jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni.

    "3. Proġetti, inklużi dawk b’effett transfruntier, li għalihom l-obbligu li jitwettqu stimi tal-effetti fuq l-ambjent jirriżulta simultanjament minn din id-Direttiva u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal proċeduri koordinati jew konġunti li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni. Għandha tapplika l-leġiżlazzjoni l-aktar stretta.

    Emenda    29

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 3

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 3 – punti a, b, c, ca u d

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, u l-bijodiversità, b'attenzjoni partikolari għal speċijiet u ħabitats protetti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE(*) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(* *);

    (a) (a) il-popolazzjoni, is-saħħa tal-bniedem, u l-bijodiversità, b'attenzjoni partikolari għal speċijiet u ħabitats protetti skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE(*) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(* *), u x-xewqa li jkun evitat kwalunkwe telf nett ta’ bijodiversità;

    (b) l-art, il-ħamrija, l-ilma, l-arja u t-tibdil fil-klima;

    (b) rt, il-ħamrija, l-ilma, l-arja u l-klima;

    (c) l-assi materjali, il-wirt kulturali u l-pajsaġġ;

    (c) l-assi materjali u l-pajsaġġ;

     

    (ca) siti ta' wirt kulturali bi qbil mal-Artikolu 3, paragrafu 3, sottoparagrafu 4 TUE;

    (d) l-interazzjoni bejn il-fatturi msemmija fil punti (a), (b) u (c).

    (d) nterazzjoni bejn il-fatturi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) u (ca) l-effetti kumulattivi u transkonfinali ta’ dawn l-fatturi;

    Emenda    30

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt -a (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 4 – paragrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-a) il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

     

    "2. Bla ħsara għall-Artikolu 2(4), il-proġetti mniżżla fl-Anness II, Stati Membri għandhom jistabbilixxu, skont proċedura ta' skrinjar jekk il-proġett għandux jiġi soġġett għal stima b’mod konformi mal-Artikoli 5 sa 10.

     

    L-iżviluppatur, għal proġetti elenkati fl-Anness II, jista’ jagħżel li l-proġett tagħhom ikun soġġett għal valutazzjoni ta’ stima f’konformità mal-Artikoli 5 sa 10.

     

     

    L-Istati Membri għandhom jagħmlu dik id-determinazzjoni permezz ta’:

     

    (a) eżami każ b'każ;

     

    jew

     

    (b) livelli jew kriterji stabbiliti mill-Istat Membru.

     

    2a. Fl-iffissar tal-limiti u l-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom jagħmlu ħilithom li jistabbilixxu limiti minimi u kriterji flessibbli sabiex ma jeskludu ebda proġett pubbliku jew privat li jista' jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent; Fejn (b) tapplika, il-pubbliku għandu jiġi kkonsultat fit-tfassil tal-limiti jew tal-kriterji.”

     

    L-awtorità kompetenti tista’ tagħżel li tiddetermina li proġett elenkat fl-Anness II ma għandux ikun soġġett għal evalwazzjoni skont l-Artikoli 5 sa 10 biss jekk tkun konvinta minn nuqqas ta’ effetti sinifikanti probabbli ta’ proġett fuq l-ambjent."

    Emenda    31

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt a

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 4 – paragrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    "3. Għall-proġetti elenkati fl-Anness II, l-iżviluppatur għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-proġett, l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent u l-miżuri previsti sabiex jevitaw u jnaqqsu effetti sinifikanti. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta hija speċifikata fl-Anness II.A."

    "3. Għall-proġetti elenkati fl-Anness II, bl-eċċezzjoni ta’ proġetti li ma jissodisfawx jew jeċċedu l-livelli limit jew il-kriterju stipulat mill-Istat Membru skont il-paragrafu 2(b), l-iżviluppatur għandu jipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-proġett u l-impatt potenzjali sinifikanti negattiv tiegħu fuq l-ambjent. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta hija speċifikata fl-Anness II.A. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku qabel id-determinazzjoni magħmula skont il-paragrafu 2."

    Emenda    32

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 4 – paragrafu 4

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    4. Meta titwettaq evalwazzjoni każ każ jew jiġu stabbiliti parametri jew kriterji għall-fini tal-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti għandha tqis kriterji tal-għażla relatati mal-karatteristiċi u l-lokalizzazzjoni tal-proġett u l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent. Il-lista dettaljata tal-kriterji tal-għażla li għandhom jintużaw hija speċifikata fl-Anness III."

    4. Għal proġetti elenkati fl-Anness II, l-awtorità kompetenti għandha tqis kriterji tal-għażla relatati mal-karatteristiċi u l-lokalizzazzjoni tal-proġett u l-impatt potenzjali tiegħu fuq l-ambjent. Il-lista dettaljata tal-kriterji tal-għażla li għandhom jintużaw hija speċifikata fl-Anness III."

    Emenda    33

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 4 – sottopunt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 4 – paragrafu 5

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    "5. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel id-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur filwaqt li tqis, meta jkun rilevanti, ir-riżultati tal-istudji, il-verifiki preliminari jew l-istimi tal-effetti fuq l-ambjent li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Id-deċiżjoni skont il-paragrafu 2 għandha:

    "5. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel id-determinazzjoni tagħha skont il-paragrafu 2, b’kunsiderazzjoni għal kull informazzjoni pprovduta mill-iżviluppatur skont il-paragrafu 3 filwaqt li tqis, meta jkun rilevanti, ir-riżultati tal-istudji, il-verifiki preliminari jew l-istimi tal-effetti fuq l-ambjent li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. Meta l-awtorità tiddetermina li ma jkunx hemm bżonn ta’ valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont l-Artikoli 5 sa 10 abbażi tal-fatt li l-proġett ma jilħaqx jew jeċċedi limitu jew kriterju rilevanti stipulat minn Stat Membru skont il-paragrafu 2(b), allura din id-determinazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. Inkella, id-determinazzjoni stabbilita skont il-paragrafu 2 għandha:

    Emenda    34

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – sottopunt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 4 – paragrafu 6

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    6. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel id-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2 fi żmien tliet xhur mit-talba għal kunsens għall-iżvilupp u bil-kundizzjoni li l-iżviluppatur ikun ssottometta l-informazzjoni kollha meħtieġa. Skont in-natura, il-kumplessità, il-lok u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dik l-iskadenza b'3 xhur oħra. f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data sa meta hija mistennija d-determinazzjoni tagħha.

    6. L-awtorità kompetenti għandha tagħmel id-deċiżjoni tagħha skont il-paragrafu 2 fi żmien tliet xhur mit-talba għal kunsens għall-iżvilupp u bil-kundizzjoni li l-iżviluppatur ikun ssottometta l-informazzjoni kollha meħtieġa. Skont in-natura, il-kumplessità, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dik l-iskadenza sa 3 xhur oħra; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data sa meta hija mistennija d-determinazzjoni tagħha.

    Emenda    35

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 5 – paragrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    "1. Meta għandha titwettaq stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, l-iżviluppatur għandu jħejji rapport ambjentali. Ir-rapport ambjentali għandu jkun ibbażat fuq determinazzjoni skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u jinkludi informazzjoni li tista' tkun raġonevolment meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-impatti ambjentali tal-proġett propost, filwaqt li jitqiesu l-għarfien u l-metodi attwali tal-istima, il-karatteristiċi, il-kapaċità teknika u l-lok tal-proġett, il-karatteristiċi tal-impatt potenzjali, alternattivi għall-proġett propost u sa fejn huma vvalutati b'mod aktar xieraq ċerti kwistjonijiet (inkluża l-evalwazzjoni ta' alternattivi) f’livelli differenti inkluż il-livell ta' ppjanar, jew abbażi ta' rekwiżiti oħra ta' stima. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rapport ambjentali hija speċifikata fl-Anness IV.

    "1. Meta għandha titwettaq stima tal-impatt fuq l-ambjent skont l-Artikoli 5 sa 10, l-iżviluppatur għandu jagħmel użu mis-servizzi tal-espert indipendenti akkreditat, kif definit fl-Artikolu1(2)(fa) biex iħejji rapport ambjentali. Ir-rapport ambjentali għandu jkun ibbażat fuq determinazzjoni skont il-paragrafu 2 ta dan l-Artikolu u jinkludi informazzjoni li tista tkun raġonevolment meħtieġa biex jittieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-impatti ambjentali tal-proġett propost inkluż valutazzjoni tal-impatt viżiv fejn rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-għarfien u l-metodi attwali tal-istima, il-karatteristiċi, il-kapaċità teknika u l-lok tal-proġett, il-karatteristiċi tal-impatt potenzjali u l-alternattivi għall-proġett propost. Il-lista dettaljata tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rapport ambjentali hija speċifikata fl-Anness IV.

    Emenda    36

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    2. L-awtorità kompetenti, wara li tkun kkonsultat l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) u l-iżviluppatur, għandha tiddetermina l-ambitu u l-livell ta' dettall tal-informazzjoni li għandha tkun inkluża mill-iżviluppatur fir-rapport ambjentali, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. B'mod partikolari għandha tiddetermina:

    2. L-awtorità kompetenti, wara li tkun kkonsultat l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1)l-iżviluppatur u l-pubbliku kkonċernat, għandha tiddetermina l-ambitu u l-livell ta' dettall tal-informazzjoni kif previst fl-Anness IV li għandha tkun inkluża mill-iżviluppatur fir-rapport ambjentali, skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jekk l-operatur ikun talab dan. B'mod partikolari għandha tiddetermina:

    Emenda    37

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 5

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-awtorità kompetenti tista’ wkoll tfittex assistenza minn esperti akkreditati u teknikament kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Talbiet sussegwenti lill-iżviluppatur għal informazzjoni addizzjonali jistgħu jsiru jekk ikunu ġustifikati minn ċirkostanzi ġodda u spjegati kif dovut mill-awtorità kompetenti.

    L-awtorità kompetenti trid tiżgura li r-rapport ikun abbozzat jew verifikat minn esperti akkreditati, indipendenti u teknikament kompetenti msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Talbiet sussegwenti lill-iżviluppatur għal informazzjoni addizzjonali jistgħu jsiru jekk ikunu ġustifikati minn ċirkostanzi ġodda.

    Emenda    38

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) l-iżviluppatur għandu jiżgura li r-rapport ambjentali huwa mħejji minn esperti akkreditati jew teknikament kompetenti jew

    (a) l-iżviluppatur jista’ jirrikjedi wkoll li r-rapport ambjentali jkun imħejji minn esperti indipendenti.

    Emenda    39

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 5 – paragrafu 3 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) l-awtorità kompetenti għandha tiżgura li r-rapport ambjentali huwa verifikat minn esperti akkreditati u teknikament kompetenti u/jew kumitati ta' esperti nazzjonali.

    imħassar

    Emenda    40

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Meta esperti akkreditati u teknikament kompetenti jkunu assistew l-awtorità kompetenti biex tħejji d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), l-istess esperti ma għandhomx jintużaw mill-iżviluppatur għat-tħejjija tar-rapport ambjentali.

    Meta esperti indipendenti u teknikament kompetenti jkunu assistew l-awtorità kompetenti biex tħejji d-determinazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), l-istess esperti ma għandhomx jintużaw mill-iżviluppatur għat-tħejjija tar-rapport ambjentali.

    Emenda    41

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    L-arranġamenti dettaljati għall-użu u l-għażla ta' esperti akkreditati u teknikament kompetenti (pereżempju l-kwalifiki meħtieġa, l-assenjazzjoni ta' evalwazzjoni, il-liċenzjar u l-iskwalifika), għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri."

    rranġamenti dettaljati għall-użu u l-għażla ta' esperti indipendenti (pereżempju l-kwalifiki meħtieġa, l-assenjazzjoni ta' evalwazzjoni, il-liċenzjar u s-sanzjonijiet ta’ skwalifika), għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 4.

    Emenda    42

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b − parti introduttorja

    2012/0297

    Artikolu 6 – paragrafi 7 u 8

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) għandu iżdied il-paragrafu 7 li ġej:

    (b) għandhom jiżdiedu l-paragrafi 7 u 8 li ġejjin:

    Emenda    43

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – sottopunt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 6 – paragrafu 7

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    "It-termini ta' żmien sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat dwar ir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) ma għandhomx ikunu iqsar minn 30 jum jew aktar minn 60 jum. F'każijiet eċċezzjonali, fejn in-natura, il-kumplessità, il-lok jew id-daqs tal-proġett propost jesiġu hekk, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dan it-terminu ta’ żmien bi 30 jum oħra; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni."

    "It-termini ta' żmien sabiex il-pubbliku kkonċernat jiġi kkonsultat dwar ir-rapport ambjentali msemmi fl-Artikolu 5(1) ma għandhomx ikunu iqsar minn 30 jum jew aktar minn 60 jum. F'każijiet eċċezzjonali, fejn in-natura, il-kumplessità, il-lok jew id-daqs tal-proġett propost jesiġu hekk, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dan it-terminu ta’ żmien sa 30 jum ieħor; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni."

    Emenda    44

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6 – sottopunt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 6 – paragrafu 7a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    7a. Sabiex tkun żgurata l-parteċipazzjoni effettiva tal-pubbliku kkonċernat fil-proċeduri għat-teħid ta' deċiżjonijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni ta' kuntatt u l-aċċess faċli u rapidu mal-awtorità responsabbli biex iwettqu d-dmirijiet li joħorġu minn din id-Direttiva jkunu disponibbli għall-pubbliku f’kull ħin u irrispettivament minn kwalunkwe proġett speċifiku li għaddej bħalissa soġġett għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali, u li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-kummenti magħmula u l-opinjonijiet espressi mill-pubbliku.

    Emenda    45

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 8

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti kunsens għall-iżvilupp, għandha tiżgura li l-kunsens għall-iżvilupp jinkludi miżuri biex jiġu mmonitorjati effetti ambjentali negattivi sinifikanti, sabiex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni u l-effettività mistennija ta' miżuri ta' mitigazzjoni u kumpens, u sabiex jiġu identifikati kwalunkwe effetti negattivi mhux mistennija.

    Jekk l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tagħti kunsens għall-iżvilupp, għandha tiżgura li l-kunsens għall-iżvilupp jinkludi, miżuri biex jiġu mmonitorjati effetti ambjentali negattivi sinifikanti, kemm tal-fażijiet ta’ kostruzzjoni u operazzjonali, sabiex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni u l-effettività mistennija ta' miżuri ta' mitigazzjoni u kumpens, u sabiex jiġu identifikati kwalunkwe effetti negattivi sinifikanti mhux mistennija u/jew telf nett tal-bijodiversitá u tiffaċilitá azzjoni korrettiva.

    Emenda    46

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 8

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    It-tip ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati u t-tul ta' żmien tal-monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost u s-sinifikat tal-effetti ambjentali tiegħu.

    It-tip ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati u t-tul ta' żmien tal-monitoraġġ għandhom ikunu proporzjonati man-natura, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost u s-sinifikat tal-effetti ambjentali tiegħu. Is-sejbiet ta’ monitoraġġ bħal dan mill-fażi ta’ kostruzzjoni u minn dik operazzjonali għandhom jitressqu lill-awtoritá kompetenti u mqassma attivament skont id-Direttiva 2003/4/KE. L-arranġamenti eżistenti ta' monitoraġġ li jirriżultaw minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni jistgħu jintużaw fejn dan ikun xieraq.

    Emenda    47

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 8

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 4a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Meta l-monitoraġġ jindika li hemm impatti negattivi sinifikanti mhux previsti l-iżviluppatur ikun meħtieġ jieħu azzjoni korrettiva. L-iżviluppaturi, l-esperti teknikament kompetenti u/jew esperti nazzjonali jistgħu jkunu responsabbli għal pieni u/jew sanzjonijiet meta l-effetti ambjentali negattivi mhux previsti jkunu r-riżultat ta’ negliġenza jew ta’ ksur serju ta’ standards ta’ akkreditazzjoni. Il-proposti tal-iżviluppatur għal azzjoni korrettiva għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku u approvati mill-awtoritá jew l-awtoritajiet kompetenti li jiżguraw il-konformitá.

    Emenda    48

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    Skont in-natura, il-kumplessità, il-lok u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dik l-iskadenza b'3 xhur oħra. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data meta hija mistennija d-deċiżjoni tagħha.

    Skont in-natura, il-kumplessità, il-lokalizzazzjoni u d-daqs tal-proġett propost, l-awtorità kompetenti tista’ testendi dik l-iskadenza sa 3 xhur oħra; f’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinforma l-iżviluppatur bir-raġunijiet li jiġġustifikaw l-estensjoni u d-data sa meta hija mistennija d-determinazzjoni tagħha.

    Emenda    49

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (da) id-dritt li l-pubbliku kkonċernat li jikkontesta l-informazzjoni pprovduta u jiftaħ proċedimenti legali skont l-Artikolu 11.

    Emenda    50

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – punt 9 – sottopunt b

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 9 – paragrafi 3b u 3c (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) il-paragrafu 3 li ġej għandu jiżdied:

    (b) Għandhom jiżdiedu l-paragrafi 3, 4 u 5 li ġejjin:

     

    "4. Il-pubbliku jista’ jniedi kontestazzjoni legali, inkluż billi jagħmlu applikazzjoni għal inġunzjoni, fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ kunsens għall-iżvilupp billi jnedu proċedimenti legali fi żmien tliet xhur mill-ħruġ u l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni formali mill-awtorità kompetenti."

     

    5. L-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-proġetti b’kunsens ta’ żvilupp ma jibdewx qabel jiskadi l-limitu ta’ żmien għall-kontestazzjoni legali.

    Emenda    51

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 9a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (9a) L-artikolu li ġej miżjud wara l-Artikolu 9:

     

    "(9a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti, meta jwettqu d-dmirijiet li jirriżultaw minn din id-Direttiva, ma jsibux ruħhom f'konflitt ta' interess fi sens tal-atti leġiżlattivi kollha li japplikaw għalihom.”

    Emenda    52

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 11 – paragrafi 5a u b (ġodda)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (9b) L-Artikolu 11 għandu jiġi emendat kif ġej:

     

    (a) għandu iżdied il-paragrafu 6 li ġej:

     

    "6. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-ksur tar-rekwiżiti proċedurali u formali huwa insinifikanti għal-legalità tal-approvazzjoni, jekk id-deċiżjoni mingħajr irregolarità ma tkunx mistennija li tkun waħda differenti. Din is-sitwazzjoni tirriżulta b’mod partikolari, jekk

     

    (a) f’każijiet meta l-parteċipazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-pubbliku tkun meħtieġa skont din id-Direttiva, l-individwi jew l-awtoritajiet li ma ngħatawx l-opportunità jipparteċipaw, iżda l-interessi involuti kienu sinifikanti jew tqiesu fid-deċiżjoni,

     

    (b) l-informazzjoni skont l-Artikolu 9(1) mhijiex kompleta, jew

     

    (c) tkun saret notifika żbaljata meħtieġa skont din id-Direttiva, iżda jkun ġie ssodisfat l-għan tal-indikazzjoni li sar bin-notifika.

     

    Jibqa’ mhux affettwat id-dritt tal-Istati Membri li, fil-qafas tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, b’mod addizzjonali għall-irregolarità proċedurali, jirregolaw ir-rekwiżit fir-rigward tal-ksur tal-liġijiet.”

     

    (b) għandu iżdied il-paragrafu 7 li ġej:

     

    "7. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-istadji proċedurali li jmorru b’mod żbaljat, jistgħu jiġu rkuprati mill-ġdid anke wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni, jekk l-irregolarità proċedurali mhijiex waħda serja u ma taffettwax il-fatturi ewlenin tal-proġett. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjoni ġdida miftuħa, anke fil-każ li jiġu rkuprati mill-ġdid l-istadji proċedurali żbaljati.

    Emenda    53

    Proposta għal direttiva

    Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

    Direttiva 2011/92/UE

    Artikolu 12a u Artikolu 12b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (11) Għandhom jiddaħħlu l-Artikoli 12a u 12b li ġejjin:

    imħassar

    ‘Article 12a

     

    Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 12b, dwar il-kriterji tal-għażla elenkati fl-Anness III u l-informazzjoni msemmija fl-Annessi II.A u IV, sabiex tadattahom għall-progress xjentifiku u tekniku.

     

    Artikolu 12b

     

    1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

     

    2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indefinit minn [OPOCE jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

     

    3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12a tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tkun effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ.

     

    4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

     

    5. Att delegat addottat skont l-Artikolu 12a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn minn mindu tkun saret in-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu nfurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

     

    Emenda    54

    Proposta għal direttiva

    Anness 1 – punt 1 (ġdid)

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness I – paragrafu 4a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (-1) Il-Paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Anness I:

     

    4a. Minjieri fil-miftuħ u azzjonijiet ta' estrazzjoni fil-miftuħ oħra.

    (L-adozzjoni ta' din l-emenda tneħħi awtomatikament ‘minjieri fil-miftuħ’ mill-unt (a) tal-paragrafu 2 (‘INDUSTRIJA ESTRATTIVA’) tal-Anness II tad-Direttiva 2011/92/UE)

    Emenda    55

    Proposta għal direttiva

    Anness 1 – punt 1

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness II A – paragrafu 1 – punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu, inkluż, fejn rilevanti, is-sottosuperfiċje tiegħu, matul il-fażijiet ta' kostruzzjoni u operazzjonali;

    (a) deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu, inklużi, fejn rilevanti, is-sottosuperfiċje tiegħu u taħt l-art , matul il-fażijiet ta' kostruzzjoni u operazzjonali, inkluż it-twaqqigħ.

    Emenda    56

    Proposta għal direttiva

    Anness – punt 1

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness II A– paragrafu 3 – punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) mill-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità inklużi bidliet idromorfoloġiċi.

    (b) mill-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma, l-arja u l-bijodiversità inklużi bidliet idromorfoloġiċi.

    Emenda    57

    Proposta għal direttiva

    Anness – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness III – paragrafu 1 – punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c) l-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma u l-bijodiversità inklużi bidliet idromorfoloġiċi.

    (c) l-użu ta' riżorsi naturali, partikolarment il-ħamrija, l-art, l-ilma, l-arja u l-bijodiversità inklużi bidliet idromorfoloġiċi.

    Emenda    58

    Proposta għal direttiva

    Anness 1 – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness III – paragrafu 1 – punt f

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (f) ir-riskji ta' diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem u r-riskju ta' aċċidenti, b'mod partikolari fir-rigward ta' bidliet idromorfoloġiċi, sustanzi, jew teknoloġiji jew organiżmi ħajjin użati, ta' kundizzjonijiet speċifiċi tas-superfiċje u tas-sottosuperfiċje u kundizzjonijiet jew użu alternattiv, u tal-probabbiltà ta' aċċidenti jew diżastri u l-vulnerabbiltà tal-proġett għal dawn ir-riskji;

    (f) ir-riskji ta' diżastri naturali u dawk ikkawżati mill-bniedem u r-riskju ta' aċċidenti, b'mod partikolari fir-rigward ta' bidliet idromorfoloġiċi, sustanzi, jew teknoloġiji jew organiżmi ħajjin użati, ta' kundizzjonijiet speċifiċi tas-superfiċje u tas-sottosuperfiċje u kundizzjonijiet jew użu alternattiv raġonevoli, u tal-probabbiltà ta' aċċidenti jew diżastri u l-vulnerabbiltà tal-proġett għal dawn ir-riskji;

    Emenda    59

    Proposta għal direttiva

    Anness 1 – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness III – paragrafu 1 – punt j

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (j) l-impatti tal-proġett fuq l-ambjent, b'mod partikolari fuq l-art (żieda ta' żoni abitati tul iż-żmien – it-teħid tal-art), il-ħamrija (il-materja organika, l-erożjoni, il-kompattazzjoni, l-impermeabilità), l-ilma (kwantità u kwalità), l-arja u l-bijodiversità (il-kwalità u kwantità tal-popolazzjoni u d-degradazzjoni u frammentazzjoni tal-ekosistemi);

    (j) l-impatti tal-proġett fuq l-ambjent, b'mod partikolari fuq l-art (żieda ta' żoni abitati tul iż-żmien – it-teħid tal-art), il-ħamrija (il-materja organika, l-erożjoni, il-kompattazzjoni, l-impermeabilità), l-ilma (kwantità u kwalità), taħt l-art meta rilevanti, l-arja u l-bijodiversità (il-kwalità u kwantità tal-popolazzjoni u d-degradazzjoni u frammentazzjoni tal-ekosistemi);

    Emenda    60

    Proposta għal direttiva

    Anness – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness II – paragrafu 2 – punt c – punt ii

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (ii) żoni kostali,

    (ii) żoni kostali u l-ambjent tal-baħar;

    Emenda    61

    Proposta għal direttiva

    Anness 1 – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness III - paragrafu 2 – punt c – subpunt viii a (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (viiia) żoni jew postijiet protetti minn leġiżlazzjoni nazzjonali jew reġjonali.

    Emenda    62

    Proposta għal direttiva

    Anness 1 – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness III - paragrafu 2 – punt c – subpunt viii b (ġdid)

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

     

    (viiib) żoni siżmiċi jew dawk b’riskju għoli ta’ diżastri naturali.

    Emenda    63

    Proposta għal direttiva

    Anness – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness IV – paragrafu 1 - punt a

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (a) deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu inkluż, fejn rilevanti, fis-sottosuperfiċje tiegħu, u l-użu tal-ilma u r-rekwiżiti tal-użu tal-art matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni u tax-xogħlijiet;

    (a) deskrizzjoni tal-karatteristiċi fiżiċi tal-proġett kollu inkluż, fejn rilevanti, fis-sottosuperfiċje tiegħu, u l-użu tal-ilma, l-enerġija u r-rekwiżiti tal-użu tal-art matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni u tax-xogħlijiet u tat-twaqqigħ jekk ikun rilevanti;

    Emenda    64

    Proposta għal direttiva

    Anness – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness IV – paragrafu 1 - punt b

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (b) deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċessi tal-produzzjoni, pereżempju, in-natura u l-kwantità tal-materjali, l-enerġija u r-riżorsi naturali (inkluż l-ilma, l-art, il-ħamrija u l-bijodiversità) użati;

    (b) deskrizzjoni tal-karatteristiċi ewlenin tal-proċessi tal-produzzjoni, pereżempju, in-natura u l-kwantità tal-materjali, l-enerġija u r-riżorsi naturali (inkluż l-ilma, l-arja, l-art, il-ħamrija u l-bijodiversità) użati;

    Emenda    65

    Proposta għal direttiva

    Anness – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness IV – paragrafu 5 – punt c

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (c) l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, il-ħolqien ta' elementi ta' fastidju u l-eliminazzjoni tal-iskart;

    (c) l-emissjoni ta' sustanzi li jniġġsu, l-istorbju, il-vibrazzjoni, id-dawl, is-sħana, ir-radjazzjoni, il-ħolqien ta' elementi ta' fastidju u l-eliminazzjoni u l-irkuprar tal-iskart;

    Emenda    66

    Proposta għal direttiva

    Anness – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness IV – paragrafu 5 – punt d

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (d) ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, il-wirt kulturali jew l-ambjenti (eż. minħabba aċċidenti jew diżastri);

    (d) (d) ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem, il-wirt kulturali jew l-ambjenti (eż. minħabba aċċidenti jew diżastri ikkawżati mill-bniedem jew diżastri naturali);

    Emenda    67

    Proposta għal direttiva

    Anness – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness IV – paragrafu 5 – punt f

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    (f) l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, inkluż mill-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija;

    (f) l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, inkluż mill-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija u t-talba enerġetika tal-proġett;

    Emenda    68

    Proposta għal direttiva

    Anness – punt 2

    Direttiva 2011/92/UE

    Anness IV – paragrafu 7

     

    Test propost mill-Kummissjoni

    Emenda

    7. Deskrizzjoni tal-miżuri previsti sabiex jipprevjenu, inaqqsu u, fejn huwa possibbli, jikkontrobilanċjaw kull effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent imsemmija fil-punt 5 u, fejn xieraq, ta' kwalunkwe arranġament ta' monitoraġġ propost, li jinkludi t-tħeħħija ta' analiżi ta' wara li jitlesta l-proġett tal-effetti negattivi fuq l-ambjent. Din id-deskrizzjoni għandha tispjega sa fejn l-effetti negattivi sinifikanti huma mnaqqsa jew kontrobilanċjati u għandha tkopri kemm il-fażijiet tal-kostruzzjoni kif ukoll dawk operazzjonali.

    7. Deskrizzjoni tal-miżuri previsti l-ewwel nett sabiex jipprevjenu, imbgħad biex inaqqsu u, fejn huwa possibbli, u bħala l-aħħar tama, jikkontrobilanċjaw kull effett negattiv sinifikanti fuq l-ambjent imsemmija fil-punt 5 u, fejn xieraq, ta' kwalunkwe arranġament ta' monitoraġġ propost, li jinkludi t-tħeħħija ta' analiżi ta' wara li jitlesta l-proġett tal-effetti negattivi fuq l-ambjent. Din id-deskrizzjoni għandha tispjega sa fejn l-effetti negattivi sinifikanti huma mnaqqsa jew kontrobilanċjati u għandha tkopri kemm il-fażijiet tal-kostruzzjoni kif ukoll dawk operazzjonali.

    PROĊEDURA

    Titolu

    Emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent

    Referenzi

    COM(2012)0628 – C7-0367/2012 – 2012/0297(COD)

    Kumitat responsabbli

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ENVI

    19.11.2012

     

     

     

    Opinjoni mogħtija minn

           Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    PETI

    19.11.2012

    Rapporteur għal opinjoni

           Data tal-ħatra

    Nikolaos Chountis

    6.11.2012

    Data tal-adozzjoni

    19.6.2013

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    25

    0

    1

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Marta Andreasen, Margrete Auken, Heinz K. Becker, Victor Boştinaru, Philippe Boulland, Nikolaos Chountis, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Carlos José Iturgaiz Angulo, Peter Jahr, Lena Kolarska-Bobińska, Erminia Mazzoni, Judith A. Merkies, Ana Miranda, Chrysoula Paliadeli, Nikolaos Salavrakos, Jarosław Leszek Wałęsa, Angelika Werthmann, Rainer Wieland, Tatjana Ždanoka

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Vicente Miguel Garcés Ramón, Dolores García-Hierro Caraballo, Cristian Dan Preda

    Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

    Pilar Ayuso, María Auxiliadora Correa Zamora, João Ferreira, Gabriel Mato Adrover, Luis de Grandes Pascual

    PROĊEDURA

    Taqsima

    Emenda tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent

    Referenzi

    COM(2012)0628 – C7-0367/2012 – 2012/0297(COD)

    Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

    26.10.2012

     

     

     

    Kumitat responsabbli

    Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    ENVI

    19.11.2012

     

     

     

    Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

    Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

    TRAN

    18.4.2013

    REGI

    19.11.2012

    CULT

    19.11.2012

    LIBE

    19.11.2012

     

    PETI

    19.11.2012

     

     

     

    Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

    Data tad-deċiżjoni

    REGI

    27.11.2012

    CULT

    6.11.2012

    LIBE

    27.11.2012

     

    Rapporteur(s)

    Data tal-ħatra

    Andrea Zanoni

    21.11.2012

     

     

     

    Eżami fil-kumitat

    6.5.2013

    19.6.2013

     

     

    Data tal-adozzjoni

    11.7.2013

     

     

     

    Riżultat tal-votazzjoni finali

    +:

    –:

    0:

    49

    13

    3

    Membri preżenti għall-votazzjoni finali

    Martina Anderson, Kriton Arsenis, Sophie Auconie, Pilar Ayuso, Paolo Bartolozzi, Sergio Berlato, Franco Bonanini, Biljana Borzan, Milan Cabrnoch, Martin Callanan, Nessa Childers, Tadeusz Cymañski, Chris Davies, Esther de Lange, Anne Delvaux, Bas Eickhout, Edite Estrela, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Cristina Gutiérrez-Cortines, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Christa Klaß, Holger Krahmer, Jo Leinen, Corinne Lepage, Peter Liese, Zofija Mazej Kukoviè, Linda McAvan, Radvilë Morkûnaitë-Mikulënienë, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Antonyia Parvanova, Pavel Poc, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Kârlis Ðadurskis, Bogusùaw Sonik, Glenis Willmott, Sabine Wils

    Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

    Julie Girling, Romana Jordan, Marusya Lyubcheva, Judith A. Merkies, James Nicholson, Vittorio Prodi, Giancarlo Scottà, Renate Sommer, Alda Sousa, Struan Stevenson, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Anna Záborská, Andrea Zanoni

    Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

    Fabrizio Bertot, Jean-Paul Besset, Tarja Cronberg, Isabelle Durant, Ingeborg Gräßle, María Irigoyen Pérez, Csaba Õry

    Data tat-tressiq

    22.7.2013