RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għal użu online fis-suq intern

4.10.2013 - (COM(2012)0372 – C7‑0183/2012 – 2012/0180(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Marielle Gallo


Proċedura : 2012/0180(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0281/2013
Testi mressqa :
A7-0281/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għal użu online fis-suq intern

(COM(2012)0372 – C7‑0183/2012 – 2012/0180(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0372),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) il-punt (g) tal-Artikolu 50(2) u l-Artikoli 53 u 62, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7–0183/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ​​preżentati mis-Senat Franċiż, il-Kamra tad-Deputati Lussemburgiża, is-Sejm Pollakk u l-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2012[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A7-0281/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) It-tixrid ta' kontenut li huwa protett bi drittijiet tal-awtur u minn drittijiet u servizzi relatati inklużi kotba, produzzjonijiet awdjoviżivi u mużika rreġistrata jeħtieġ il-ħruġ ta' liċenzji ta' drittijiet minn detenturi differenti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, bħall-awturi, artisti, produtturi u pubblikaturi. Huwa normali għad-detenturi tad-drittijiet li jagħżlu bejn l-immaniġġjar individwali jew kollettiv tad-drittijiet tagħhom. L-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jinkludi l-ħruġ ta' liċenzji lil utenti, il-verifika tal-liċenzji u s-sorveljanza tal-użu tad-drittijiet, l-infurzar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet derivat mill-isfruttament tad-drittijiet u t-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi jippermettu lid-detenturi tad-drittijiet jiġu mħallsa għall-użi li ma jkunux f'pożizzjoni biex jikkontrollaw jew jinfurzaw huma stess, inkluż fis-swieq mhux interni. Madankollu, dawn għandhom irwol soċjali u kulturali importanti bħala promoturi tad-diversità fl-espressjonijiet kulturali billi jippermettu li r-repertorji l-aktar żgħar u l-anqas popolari jaċċessaw is-suq. L-Artikolu 167 tat-TFUE jitlob lill-Unjoni sabiex tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha, b'mod partikolari biex tirrispetta u tippromwovi d-diversità tal-kulturi tagħha.

(2) It-tixrid ta' kontenut li huwa protett bi drittijiet tal-awtur u minn drittijiet u servizzi relatati inklużi kotba, produzzjonijiet awdjoviżivi u mużika rreġistrata jeħtieġ il-ħruġ ta' liċenzji ta' drittijiet minn detenturi differenti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, bħall-awturi, artisti, produtturi u pubblikaturi. Huwa normali għad-detenturi tad-drittijiet li jagħżlu bejn l-immaniġġjar individwali jew kollettiv tad-drittijiet tagħhom. L-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jinkludi l-ħruġ ta' liċenzji lil utenti, il-verifika tal-liċenzji u s-sorveljanza tal-użu tad-drittijiet, l-infurzar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet derivat mill-isfruttament tad-drittijiet u t-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Skont l-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea għandha tqis id-diversità kulturali fl-azzjoni tagħha u tikkontribwixxi biex il-kulturi tal-Istati Membri jiffjorixxu filwaqt li tiġi rispettata d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u jiġi enfasizzat il-wirt kulturali komuni. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv jiżvolġu rwol importanti fil-promozzjoni u l-konservazzjoni tad-diversità kulturali, waqt li jippermettu li d-detenturi tad-drittijiet jiġu remunerati għat-tipi ta' użu li ma jkunux f'pożizzjoni biex jikkontrollaw jew jinfurzaw huma stess, inkluż fis-swieq mhux interni. Barra minn hekk, jiżvolġu rwol soċjali u kulturali importanti bħala promoturi tad-diversità ta' espressjonijiet kulturali, billi jippermettu li r-repertorji ta' daqs iżgħar u anqas popolari jaċċedu għas-suq.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni, is-soċjetajiet kollettriċi – bħala fornituri tas-servizzi – għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern li tfittex li toħloq qafas ġuridiku biex tiżgura l-libertà ta' stabbilment u l-moviment ħieles ta' servizzi bejn l-Istati Membri. Dan jimplika li s-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu liberi li jipprovdu s-servizzi tagħhom bejn il-fruntieri biex jirrappreżentaw id-detenturi tad-dritt residenti jew stabbiliti fi Stati Membri oħra jew biex joħorġu liċenzji lill-utenti residenti jew stabbiliti fi Stati Membri oħra.

imħassar

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Jeżistu differenzi sinifikanti fir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-funzjonament tas-soċjetajiet kollettriċi, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza u l-kontabbiltà lejn il-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom. Lil hinn mid-diffikultajiet li d-detenturi tad-drittijiet mhux domestiċi jiltaqgħu magħhom meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u ħafna drabi l-ġestjoni finanzjarja ħażina tad-dħul miġbur, il-problemi li għandhom x'jaqsmu mal-funzjonament tas-soċjetajiet kollettriċi jwasslu għal ineffiċjenzi fl-isfruttament tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-suq intern għad-detriment bl-istess mod tal-membri tas-soċjetajiet kollettriċi, id-detenturi tad-drittijiet u l-utenti. Dawn id-diffikultajiet ma jirriżultawx mill-funzjonament ta' fornituri ta' servizzi indipendenti tal-immaniġġjar ta' drittijiet li jaġixxu bħala aġenti għad-detenturi tad-drittijiet għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom fuq bażi kummerċjali u li fihom id-detenturi tad-drittijiet ma jeżerċitawx drittijiet ta' sħubija.

(4) Jeżistu differenzi sinifikanti fir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-funzjonament tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza u r-responsabilità tagħhom fil-konfront tal-membri, id-detenturi tad-drittijiet u l-utenti tagħhom. Lil hinn mid-diffikultajiet li d-detenturi tad-drittijiet mhux domestiċi jiltaqgħu magħhom meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u l-ġestjoni finanzjarja, li ħafna drabi tkun ħażina, tad-dħul miġbur, il-problemi li għandhom x'jaqsmu mal-funzjonament tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv iwasslu għal ineffiċjenzi fl-isfruttament tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-suq intern għad-detriment tal-membri tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv, id-detenturi tad-drittijiet u l-utenti.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Għandu jkun possibbli li l-Istati Membri jiddeċiedu li t-Titoli II u IV, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 35(1a) u 40, għandhom japplikaw għall-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv li, għalkemm ikunu stabbiliti barra mill-Unjoni, inkunu impenjati f'attivitajiet fit-territorju tagħhom.

 

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Għandu jkun possibbli għall-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv li jagħżlu li wħud mill-attivitajiet tagħhom jitwettqu minn sussidjarji jew entitajiet oħra li jkunu sidien tagħhom jew li jkollhom kontroll fuqhom. Fil-każijiet ta' dan it-tip, dawk id-dispożizzjonijiet tat-Titoli II u IV, bl-eċċezzjonijiet tal-Artikoli 35(1a) u (40), li jkunu applikabbli li kieku l-attività titwettaq direttament minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jiġu applikati lill-attivitajiet ta' dawk is-sussidjarji jew entitajiet oħra. Id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Titoli II u IV għandhom japplikaw ukoll għall-entitajiet li jimmaniġġjaw, fuq bażi kummerċjali fi ħdan l-Unjoni, bħala l-iskop uniku jew ewlieni tagħhom, id-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati f'isem aktar minn detentur wieħed.

 

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c) Din id-Direttiva hija bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar l-immaniġġjar tad-drittijiet, bħal-liċenzji kollettivi estiżi jew il-preżunzjonijiet legali ta' rappreżentanza jew trasferiment, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ikunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 7d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7d) Din id-Direttiva hija bla ħsara għad-dritt tal-Istati Membri li jfasslu jew jadottaw regoli li jistabbilixxu standard ta' governanza tajba u trasparenza fir-rigward tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv aktar strett minn dak preskritt fit-Titolu II ta' din id-Direttiva.

 

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 7e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7e) Din id-Direttiva hija bla ħsara għall-forma ġuridika magħżula b'mod tradizzjonali mill-Istati Membri għall-operat tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv. M'għandux ikun meħtieġ li l-Istati Membri jibdlu l-forma ġuridika ta' dawn l-organizzazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma bla ħsara għal-libertà ta' assoċjazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet u d-dritt tagħhom li jorganizzaw irwieħhom. Din id-Direttiva hija bla ħsara għal-libertà ta' assoċjazzjoni tal-impjegaturi u tal-ħaddiema, għal-libertà tagħhom li jistabbilixxu organizzazzjonijiet professjonali u trejdunjins tal-għażla tagħhom biex jiddefendu l-interessi tagħhom u l-libertà li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi bi qbil mad-dritt nazzjonali.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 7f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7f) Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom ikopru l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' lukru awtorizzati minn iżjed minn detentur tad-drittijiet wieħed sabiex jimmaniġġjaw id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati bħala l-attività ewlenija tagħhom u li d-detenturi ta' drittijiet ikunu s-sidien tagħhom jew ikollhom kontroll dirett jew indirett fuqhom. Il-kumpaniji individwali li, fil-kors normali tal-attività kummerċjali tagħhom, ikunu involuti fil-produzzjoni ta' kontenut jew il-ħruġ ta' liċenzji għad-drittijiet fuq bażi kummerċjali (bħall-pubblikaturi ta' mużika, il-pubblikaturi ta' kotba jew il-kumpaniji tal-mużika) m'għandhomx ikunu koperti minn din id-Direttiva.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Sabiex jiġi żgurat li d-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jkunu jistgħu jibbenefikaw b'mod sħiħ mis-suq intern meta d-drittijiet tagħhom ikunu qed jiġu mmaniġġjati b'mod kollettiv u li l-libertà tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ma tiġix affettwata b'mod mhux xieraq, huwa neċessarju li jiġi pprovdut għall-inklużjoni tal-garanziji xierqa fid-dokumenti kostituttivi tas-soċjetajiet kollettriċi. Barra minn hekk, skont id-Direttiva 2006/123/KE, is-soċjetajiet kollettriċi ma għandhomx jiddiskriminaw, b'mod dirett jew indirett, bejn id-detenturi tad-drittijiet fuq il-bażi tan-nazzjonalità tagħhom, il-post ta' residenza jew is-sede prinċipali meta jipprovdu s-servizzi ta' ġestjoni tagħhom.

imħassar

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Biex ikunu jistgħu jiġu pprovduti u riċevuti servizzi ta' ġestjoni kollettiva bejn il-fruntieri nazzjonali, id-detenturi tad-drittijiet iridu jkunu jistgħu jagħżlu liberament is-soċjetà kollettriċi għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom, bħal prestazzjoni pubblika jew id-drittijiet tax-xandir, jew il-kategoriji ta' drittijiet, bħal komunikazzjoni interattiva lill-pubbliku, sakemm is-soċjetà kollettriċi tkun diġà qed timmaniġġja dawn id-drittijiet. Dan ifisser li d-detenturi tad-drittijiet jistgħu faċilment jirtiraw id-drittijiet jew il-kategoriji ta' drittijiet tagħhom minn soċjetà kollettriċi u jafdawhom jew jittrasferixxuhom kollha jew parti minnhom lil soċjetà kollettriċi oħra irrispettivament mill-Istat Membru ta' residenza jew in-nazzjonalità tas-soċjetà kollettriċi jew tad-detentur tad-drittijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi li jimmaniġġjaw tipi differenti ta' xogħlijiet u suġġetti oħra, bħal xogħlijiet letterarji, mużikali jew fotografiċi, għandhom ukoll jagħtu din il-flessibbiltà lid-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tal-immaniġġjar ta' tipi differenti ta' xogħlijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jinfurmaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar din l-għażla u jippermettulhom jeżerċitaw b'mod kemm jista' jkun faċli. Fl-aħħar nett, din id-Direttiva ma għandhiex tippreġudika l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom b'mod individwali, inkluż fil-każ tal-użi mhux kummerċjali.

(9) Il-libertà li jiġu riċevuti servizzi ta' mmaniġġjar kollettiv bejn il-fruntieri nazzjonali, tfisser li d-detenturi tad-drittijiet iridu jkunu jistgħu jagħżlu liberament l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom, bħad-drittijiet ta' preżentazzjoni fil-pubbliku jew tax-xandir, jew il-kategoriji ta' drittijiet, bħal komunikazzjoni interattiva lill-pubbliku, sakemm l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tkun diġà qed timmaniġġja drittijiet jew kategoriji ta' drittijiet ta' dan it-tip. Il-laqgħa ġenerali tal-membri tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandha tiddetermina d-drittijiet, il-kategoriji ta' drittijiet, it-tipi ta' xogħlijiet, u materjal tematiku ieħor li se jiġu mmaniġġjati mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv. Id-deċiżjonijiet tal-laqgħa ġenerali tal-membri għandhom iqisu l-libertà individwali tad-detenturi tad-drittijiet li jiddisponu minn xogħlijiethom u jagħżlu liberament l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li se timmaniġġja drittijiethom. Il-laqgħa ġenerali tal-membri għandha tqis ukoll il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur kulturali kkonċernat, bħas-settur awdjoviżiv, u l-impenji meħtieġa min-naħa tad-detenturi tad-drittijiet biex l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tkun tista' twettaq il-kompitu tagħha b'mod aktar effikaċi. Fl-aħħar nett, din id-Direttiva ma għandhiex tippreġudika l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom b'mod individwali, inkluż fil-każ tal-użi mhux kummerċjali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) L-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet mhix meħtieġa jekk l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet ikun impost mid-dritt nazzjonali.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) It-tgawdija tal-libertà li jirċievu servizzi ta' mmaniġġjar kollettiv bejn il-fruntieri nazzjonali tfisser li d-detenturi tad-drittijiet għandhom ikunu jistgħu jirtiraw faċilment id-drittijiet jew il-kategoriji ta' drittijiet jew it-tipi ta' xogħlijiet tagħhom u materjal tematiku ieħor tal-għażla tagħhom minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv u jafdawhom jew jittrasferixxuhom, totalment jew parzjalment, lil organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv oħra jew entità oħra, irrispettivament mill-Istati Membri ta' residenza jew in-nazzjonalità kemm tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv jew id-detentur ta' drittijiet. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandu jkollhom il-possibilità li jistabbilixxu regoli mmirati biex jipprevjenu li l-membri tagħhom jużaw ħażin dawn id-drittijiet billi jqiegħdu limiti raġonevoli fuq kemm-il darba jirtiraw minn u jerġgħu jdaħħlu fl-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv ikkonċernata d-drittijiet jew il-kategoriji ta' drittijiet jew tipi ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor fi żmien raġonevoli. Dan għandu joħloq bilanċ xieraq fejn il-preokkupazzjonijiet leġittimi tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv rigward il-piżijiet amministrattivi jistgħu jittaffew, waqt li fl-istess ħin tiġi ggarantita l-libertà tad-detentur tad-drittijiet li jimmaniġġja xogħlijietu bl-aktar mod liberu possibbli. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv li jimmaniġġjaw tipi differenti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, bħal xogħlijiet letterarji, mużikali jew fotografiċi, għandhom ukoll jagħtu din il-flessibilità lid-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tal-immaniġġjar ta' tipi differenti ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor. It-tali organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jinformaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar din l-alternattiva u jippermettulhom jeżerċitawha bl-aktar mod faċli possibbli.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Is-soċjetajiet kollettriċi huma mistennija li jaġixxu fl-aħjar interessi tal-membri tagħhom. Għaldaqstant, huwa importanti li jiġu pprovduti sistemi li jippermettu lill-membri tas-soċjetajiet kollettriċi biex jeżerċitaw id-drittijiet ta' sħubija tagħhom billi jieħdu sehem fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tas-soċjetajiet. Ir-rappreżentazzjoni tal-kategoriji differenti ta' membri fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet għandu jkun wieħed ġust u bilanċjat. L-effettività tar-regoli dwar il-laqgħat ġenerali tal-membri tas-soċjetajiet kollettriċi tista' tintlaqgħat ħażin jekk ma jkunx hemm dispożizzjonijiet dwar kif għandhom jitmexxew il-laqgħat ġenerali. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-laqgħa ġenerali tissejjaħ b'mod regolari, u talanqas darba f'sena, u li l-aktar deċiżjonijiet importanti għas-soċjetà kollettriċi jittieħdu matul il-laqgħa ġenerali.

(11) L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jaġixxu fl-aħjar interessi kollettivi tad-detenturi tad-drittijiet li jirrappreżentaw. Għaldaqstant, huwa importanti li jiġu pprovduti sistemi li jippermettu lill-membri ta' organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv jeżerċitaw id-drittijiet ta' sħubija tagħhom billi jieħdu sehem fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet ta' organizzazzjoni. Ir-rappreżentanza fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-kategoriji differenti ta' membri, bħall-produtturi jew l-artisti, għandha tkun waħda ġusta u bilanċjata. L-effettività tar-regoli dwar il-laqgħat ġenerali tal-membri tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv kieku tintlaqat ħażin jekk ma jkunx hemm dispożizzjonijiet dwar kif għandhom jitmexxew il-laqgħat ġenerali tal-membri. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-laqgħa ġenerali tal-membri tissejjaħ b'mod regolari, u tal-anqas darba f'sena, u li l-aktar deċiżjonijiet importanti għall-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv jittieħdu matul il-laqgħa ġenerali tal-membri.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-membri tas-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem u jivvutaw fil-laqgħa ġenerali; l-eżerċitar ta' dawn id-drittijiet jista' jkun biss suġġett għal restrizzjonijiet ġusti u proporzjonati. L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzoni għandu jkun iffaċilitat.

(12) Il-membri kollha tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem u jivvutaw fil-laqgħa ġenerali. l-eżerċitar ta' dawn id-drittijiet għandu jkun biss suġġett għal restrizzjonijiet ġusti u proporzjonati. F'ċerti każijiet eċċezzjonali, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv twaqqfu fil-forma ġuridika ta' fondazzjoni, għaldaqstant ma għandhom l-ebda sħubija. F'dawn il-każijiet, is-setgħat tal-laqgħa ġenerali tal-membri għandhom jiġu eżerċitati mill-korp fdat bil-funzjoni superviżorja. Il-laqgħa ġenerali tal-membri għandha, tal-inqas, ikollha s-setgħa li tistabbilixxi qafas tal-attivitajiet tal-ġestjoni, b'mod partikolari rigward l-użu tad-dħul mid-drittijiet mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni attiva tal-membri tagħhom fil-laqgħa ġenerali. Madankollu, l-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni għandu jkun iffaċilitat għal dawk il-membri tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li ma jattendux il-laqgħa ġenerali. Għaldaqstant, il-membri għandhom jitħallew jipparteċipaw u jivvutaw fil-laqgħa ġenerali permezz ta' prokura. Barra minn hekk, għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li jippermettu li l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv jintroduċu votazzjoni elettronika.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-membri għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-sorveljanza tal-immaniġġjar tas-soċjetajiet kollettriċi. Għal dan il-għan, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jistabbilixxu funzjoni superviżorja li tkun xierqa għall-istruttura organizzattiva tagħhom u għandhom jippermettu lill-membri jiġu rappreżentati fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni. Sabiex jevitaw li jimponu piż żejjed fuq is-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar u biex jagħmlu l-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva proporzjonati, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu lis-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar milli jkollhom jorganizzaw funzjoni superviżorja bħal din, jekk jikkunsidraw dan meħtieġ.

(13) Il-membri għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-sorveljanza kontinwa tal-immaniġġjar tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv. Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet ta' dan it-tip għandu jkollhom funzjoni superviżorja li tkun xierqa għall-istruttura organizzattiva tagħhom u għandhom jippermettu lill-membri jiġu rappreżentati fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni. Skont l-istruttura organizzattiva tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, il-funzjoni superviżorja tista' tiġi eżerċitata minn korp separat, bħal bord superviżorju, jew mid-diretturi tal-bord amministrattiv li ma jimmaniġġjawx l-attività tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv. Ir-rekwiżit ta' rappreżentanza ġusta u bbilanċjata tal-membri m'għandux jipprevjeni lill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv milli taħtar lil terzi biex jeżerċitaw il-funzjoni superviżorja.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Għal raġunijiet ta' mmaniġġjar tajjeb, maniġment superjuri ta' soċjetà kollettriċi għandu jkun indipendenti. Il-maniġers u d-diretturi eżekuttivi għandhom ikunu obbligati jiddikjaraw kull sena lis-soċjetà kollettriċi, jekk hemmx kunflitti bejn l-interessi tagħhom u dawk tas-soċjetà.

(14) Għal raġunijiet ta' mmaniġġjar tajjeb, maniġment superjuri ta' organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandu jkun indipendenti. Il-maniġers u d-diretturi eżekuttivi għandhom ikunu obbligati jiddikjaraw, qabel ma jassumu l-kariga bħala maniġer jew direttur eżekuttiv u sussegwentement kull sena, jekk hemmx kunflitti bejn l-interessi tagħhom u dawk tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Is-soċjetajiet kollettriċi jiġbru, jimmaniġġjaw u jqassmu d-dħul mill-isfruttament tad-drittijiet fdati lilhom mid-detenturi tad-drittijiet. Dan id-dħul fl-aħħar mill-aħħar huwa dovut lil detenturi tad-drittijiet li jistgħu jkunu membri ta' dik is-soċjetà, jew ta' soċjetà oħra. Għaldaqstant huwa importanti li s-soċjetajiet kollettriċi jeżerċitaw l-ogħla diliġenza fil-ġbir, l-immaniġġjar u t-tqassim tad-dħul. It-tqassim preċiż huwa possibbli biss meta soċjetajiet kollettriċi jżommu rekords tajbin ta' sħubija, liċenzji u użu ta' xogħlijiet u suġġetti oħrajn. Fejn xieraq, id-dejta għandha tkun ipprovduta wkoll mid-detenturi tad-drittijiet u l-utenti u tkun verifikata mis-soċjetajiet kollettriċi. L-ammonti miġbura u dovuti lid-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu ġestiti separatament mill-assi proprji tas-soċjetà kollettriċi u, jekk jiġu investiti, sakemm ma jitqassmux lid-detenturi tad-drittijiet, dan għandu jitwettaq skont il-politika ta' investiment deċiża waqt il-laqgħa ġenerali tas-soċjetajiet kollettriċi. Sabiex jinżamm livell għoli ta' protezzjoni għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet u sabiex ikun żgurat li kwalunkwe dħul li jista' jkun derivat mill-isfruttar tad-drittijiet tagħhom jinġabar għall-benefiċċju tad-detenturi tad-drittijiet, l-investimenti li għamlet is-soċjetà kollettriċi u li huma miżmuma minnha, għandhom ikunu mmaniġġjati skont il-kriterju li jobbliga lis-soċjetà kollettriċi biex tieħu azzjoni prudenti, filwaqt li tippermetti lis-soċjetà kollettriċi tiddeċiedi dwar l-iktar politika ta' investiment sikura u effiċjenti. Dan jippermetti lis-soċjetà kollettriċi biex tagħżel allokazzjoni ta' assi li tixraq lin-natura preċiża u l-perjodu ta' żmien ta' kwalunkwe skopertura għar-riskju ta' kwalunkwe dħul mid-drittijiet investit u li ma tippreġudikax għalxejn kwalunkwe dħul mid-drittijiet dovut lid-detenturi tad-drittijiet. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ikunu mqassma b'mod xieraq u effettiv, huwa meħtieġ li s-soċjetajiet kollettriċi jieħdu miżuri raġonevoli li huma diliġenti u ta' bona fede biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet rilevanti. Huwa wkoll xieraq li tingħata l-approvazzjoni mill-membri tas-soċjetajiet kollettriċi tar-regoli li jirregolaw kwalunkwe sitwazzjoni fejn, minħabba n-nuqqas ta' identifikazzjoni u lokalizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, l-ammonti miġbura ma jistgħux jitqassmu.

(15) L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv jiġbru, jimmaniġġjaw u jqassmu d-dħul mill-isfruttament tad-drittijiet fdati lilhom mid-detenturi tad-drittijiet. Dan id-dħul fl-aħħar mill-aħħar huwa dovut lil detenturi tad-drittijiet li jistgħu jkunu membri ta' dik l-organizzazzjoni, jew lil organizzazzjoni oħra. Għaldaqstant huwa importanti li l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv jeżerċitaw l-ogħla diliġenza fil-ġbir, l-immaniġġjar u t-tqassim tad-dħul. It-tqassim preċiż huwa possibbli biss meta l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv iżommu rekords tajbin ta' sħubija, liċenzji u użu ta' xogħlijiet u suġġetti oħrajn. Fejn xieraq, id-dejta għandha tkun ipprovduta wkoll mid-detenturi tad-drittijiet u l-utenti u tkun verifikata mill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv. L-ammonti miġbura u dovuti lid-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu ġestiti separatament mill-assi proprji tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u, jekk jiġu investiti, sakemm ma jitqassmux lid-detenturi tad-drittijiet, dan għandu jitwettaq skont il-politika ta' investiment deċiża waqt il-laqgħa ġenerali tal-membri tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv. Sabiex jinżamm livell għoli ta' protezzjoni għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet u sabiex ikun żgurat li kwalunkwe dħul li jista' jkun derivat mill-isfruttar tad-drittijiet tagħhom jinġabar għall-benefiċċju tad-detenturi tad-drittijiet, l-investimenti li għamlet l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv u li huma miżmuma minnha, għandhom ikunu mmaniġġjati skont kriterji li jobbligaw lill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv biex tieħu azzjoni prudenti, filwaqt li jippermettulha tiddeċiedi dwar l-iktar politika ta' investiment sikura u effiċjenti. Dan jippermetti lill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv jagħżlu allokazzjoni ta' assi li tixraq lin-natura preċiża u l-perjodu ta' żmien ta' kwalunkwe skopertura għar-riskju ta' kwalunkwe dħul mid-drittijiet investit u li ma tippreġudikax għalxejn kwalunkwe dħul mid-drittijiet dovut lid-detenturi tad-drittijiet. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ikunu mqassma b'mod xieraq u effettiv, huwa meħtieġ li l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv jieħdu miżuri raġonevoli li huma diliġenti u ta' bona fede biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet rilevanti. Meta d-detenturi tad-drittijiet ma jkunux jistgħu jiġu identifikati jew lokalizzati b'segwitu għal tfittxija diliġenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawk l-ammonti jiġu mmaniġġjati b'mod separat u indipendenti, pereżempju billi jitwaqqaf fond speċjali mill-Istat Membru fejn jinġabru l-flus, b'mod li jiġu ffinanzjati servizzi kulturali, soċjali u edukattivi.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Termini kummerċjali ġusti fl-għoti ta' liċenzji, huma partikolarment importanti biex jiżguraw li l-utenti jkunu jistgħu jagħtu liċenzja għax-xogħlijiet u għal suġġetti protetti oħra li soċjetà kollettriċi tirrappreżenta d-drittijiet tagħhom u biex jiġi żgurat ir-remunerazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet. Għaldaqstant, is-soċjetajiet kollettriċi u l-utenti għandhom imexxu n-negozjati tal-ħruġ ta' liċenzji in bona fede u japplikaw tariffi stabbiliti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi.

(18) Termini ġusti u mhux diskriminatorji fl-għoti ta' liċenzji, huma partikolarment importanti biex jiżguraw li l-utenti jkunu jistgħu jagħtu liċenzja għad-drittijiet tagħhom u materjal tematiku ieħor li organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tirrappreżenta d-drittijiet tagħhom u biex tiġi żgurata r-remunerazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet. Il-Qorti tal-Ġustizzja ħarġet diversi deċiżjonijiet dwar ir-remunerazzjoni għall-użu tad-drittijiet, u għaldaqstant il-ġurisprudenza rilevanti għandha tiġi kkodifikata. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-utenti għandhom imexxu n-negozjati tal-ħruġ ta' liċenzji in bona fede. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom iwieġbu mingħajr dewmien għat-talbiet mill-utenti, waqt li jindikaw l-informazzjoni meħtieġa sabiex jipproponu l-kundizzjonijiet għall-ħruġ ta' liċenzji. It-tariffi għandhom jiżguraw il-ħlas ta' remunerazzjoni xierqa għad-detenturi tad-drittijiet għall-użu ta' drittijiethom fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi li jkunu jirriflettu, inter alia, in-natura u l-estensjoni tal-valur ekonomiku tal-użu tad-drittijiet fil-kummerċ u għandu jkollhom relazzjoni raġonevoli miegħu. Dawn il-kriterji għandhom jiġu kkomunikati minnufih lill-utent ikkonċernat.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Sabiex ikun possibbli u iżjed faċli għall-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv li jwettqu l-kompitu tagħhom, l-utenti u l-produtturi għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu, fi żmien raġonevoli, l-informazzjoni fil-pussess tagħhom dwar l-użu tad-drittijiet, il-kategoriji tad-drittijiet jew materjal tematiku ieħor li l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv jirrappreżentaw.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b) L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandu jkollhom id-dritt li jikkonkludu ftehimiet ta' rappreżentanza ma' organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv oħra fil-qasam tal-ġestjoni tad-drittijiet. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandu jkollhom ukoll id-dritt li jikkonkludu ftehimiet rigward fatturazzjoni konġunta u l-ġbir tad-dħul mid-drittijiet. It-tali ftehimiet għandhom jikkonformaw mal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u għandhom ikunu bbażati fuq kundizzjonijiet indaqs, mhux diskriminatorji u trasparenti.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Biex isaħħu l-fiduċja tad-detenturi tad-drittijiet, l-utenti u s-soċjetajiet kollettriċi oħra fis-servizzi ta' ġestjoni pprovduti minn soċjetajiet kollettriċi, kull soċjetà kollettriċi għandha tkun meħtieġa tistabbilixxi miżuri ta' trasparenza speċifiċi. Għaldaqstant, kull soċjetà kollettriċi għandha tinforma lid-detenturi tad-drittijiet individwali, dwar l-ammonti mħallsa lilhom u t-tnaqqis korrispondenti li jsir. Dawn għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni suffiċjenti, inkluża informazzjoni finanzjarja, lis-soċjetajiet kollettriċi l-oħra li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom permezz ta' ftehimiet ta' rappreżentazzjoni. Kull soċjetà kollettriċi għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, biżżejjed informazzjoni biex tiżgura li d-detenturi tad-drittijiet, l-utenti u soċjetajiet kollettriċi oħra jifhmu kif inhi strutturata u kif twettaq l-attivitajiet tagħha. B'mod partikolari, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jiżvelaw lid-detenturi tad-drittijiet, lill-utenti u lil soċjetajiet kollettriċi oħra, il-kamp ta' applikazzjoni tar-repertorju tagħhom u r-regoli tagħhom dwar il-ħlasijiet, it-tnaqqis u t-tariffi.

(19) Biex isaħħu l-fiduċja tad-detenturi tad-drittijiet, l-utenti u organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv oħra fis-servizzi ta' ġestjoni pprovduti minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, kull organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha tkun meħtieġa tistabbilixxi miżuri ta' trasparenza speċifiċi. Għaldaqstant, kull organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha tinforma lid-detenturi tad-drittijiet individwali, dwar l-ammonti mħallsa lilhom u t-tnaqqis korrispondenti li jsir. Kull organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, biżżejjed informazzjoni biex tiżgura li d-detenturi tad-drittijiet, l-utenti u organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv oħra jifhmu kif inhi strutturata u kif twettaq l-attivitajiet tagħha. B'mod partikolari, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jiżvelaw lid-detenturi tad-drittijiet, lill-utenti u lil organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv oħra, l-ambitu tar-repertorju tagħhom u r-regoli tagħhom dwar il-ħlasijiet, it-tnaqqis u t-tariffi.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Sabiex ikun possibbli u iżjed faċli għall-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv li jwettqu l-kompitu tagħhom, l-utenti u l-produtturi għandhom ikunu meħtieġa jipprovdu, fi żmien raġonevoli, l-informazzjoni fil-pussess tagħhom dwar l-użu tad-drittijiet, il-kategoriji tad-drittijiet jew materjal tematiku ieħor li l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv jirrappreżentaw.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Biex jiġi żgurat li d-detenturi tad-drittijiet ikunu f'pożizzjoni li jistgħu jissorveljaw il-prestazzjoni tas-soċjetajiet kollettriċi tagħhom u jqabblu l-prestazzjoni rispettiva tagħhom, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, rapport annwali dwar it-trasparenza li jkun jinkludi informazzjoni finanzjarja verifikata kumparabbli li tkun speċifika għall-attivitajiet tas-soċjetajiet kollettriċi. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom ukoll iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, rapport annwali speċjali dwar l-użu tal-ammonti ddedikati lis-servizzi soċjali, kulturali u edukattivi. Sabiex jevitaw li jimponu piż żejjed fuq is-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar u biex jagħmlu l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva proporzjonati, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu s-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar minn ċerti obbligi ta' trasparenza, jekk jikkunsidaw dan meħtieġ.

(20) Biex jiġi żgurat li d-detenturi tad-drittijiet ikunu f'pożizzjoni li jistgħu jissorveljaw il-prestazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv tagħhom u jqabblu l-prestazzjoni rispettiva tagħhom, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, rapport annwali dwar it-trasparenza li jkun jinkludi informazzjoni finanzjarja verifikata kumparabbli li tkun speċifika għall-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom ukoll iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, rapport annwali speċjali dwar l-użu tal-ammonti ddedikati lis-servizzi soċjali, kulturali u edukattivi. Għandu jkun possibbli li dawk ir-rapporti jiġu ppubblikati jew bħala parti kostitwenti ta' dokument, bħal pereżempju l-kontijiet annwali, jew separatament.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/737/KE ippromwoviet ambjent regolatorju ġdid li huwa aktar adattat għall-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati għall-forniment ta' servizzi ta' mużika online leġittimi, fil-livell tal-Unjoni. Ir-rakkomandazzjoni tirrikonoxxi li fl-era tal-isfruttament online tax-xogħlijiet mużikali, l-utenti kummerċjali jeħtieġu politika ta' ħruġ ta' liċenzji li tikkorrispondi għall-ubikwità tal-ambjent online u li hija multiterritorjali. Madankollu, ir-Rakkomandazzjoni, minħabba n-natura volontarja tagħha, ma kinitx suffiċjenti biex tħeġġeġ il-ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali mifrux ta' drittijiet online f'xogħlijiet mużikali u biex tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-għoti ta' liċenzji multiterritorjali.

(23) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/737/KE ippromwoviet ambjent regolatorju ġdid li huwa aktar adattat għall-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati għall-forniment ta' servizzi ta' mużika online leġittimi, fil-livell tal-Unjoni. Ir-rakkomandazzjoni tirrikonoxxi li fl-era tal-isfruttament online tax-xogħlijiet mużikali, l-utenti kummerċjali jeħtieġu politika ta' ħruġ ta' liċenzji li tikkorrispondi għall-ubikwità tal-ambjent online u li hija multiterritorjali. Madankollu, ir-Rakkomandazzjoni ma kinitx suffiċjenti biex tħeġġeġ il-ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali mifrux ta' drittijiet online f'xogħlijiet mużikali u biex tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-għoti ta' liċenzji multiterritorjali.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Fis-settur tal-mużika online, fejn il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awturi fuq bażi territorjali tibqa' n-norma, huwa essenzjali li jinħolqu kundizzjonijiet li jwasslu għall-prattiki ta' ħruġ ta' liċenzji l-aktar effettivi mis-soċjetajiet kollettriċi, f'kuntest transfruntier dejjem jikber. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġi pprovdut sett ta' regoli li jikkoordinaw il-kundizzjonijiet bażiċi għall-forniment mis-soċjetajiet kollettriċi ta' ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali kollettivi tad-drittijiet online tal-awturi f'xogħlijiet mużikali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw il-kwalità minima meħtieġa mis-servizzi transtransfruntiera pprovduti mis-soċjetajiet kollettriċi, b'mod partikolari f'termini ta' trasparenza tar-repertorju rappreżentat u ta' preċiżjoni tal-flussi finanzjarji relatati mal-użu tad-drittijiet. Dawn għandhom jistabbilixxu wkoll qafas biex jiffaċilita l-aggregazzjoni volontarja tar-repertorju ta' mużika biex b'hekk inaqqsu l-għadd ta' liċenzji li għandu bżonn utent biex jopera servizz multiterritorjali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jippermettu soċjetà kollettriċi titlob soċjetà kollettriċi oħra biex tirrappreżenta r-repertorju tagħha fuq bażi multiterritorjali meta ma hija stess ma tkunx tista' tissodisfa r-rekwiżiti. Għandu jkun hemm obbligu fuq is-soċjetà rikjesta, sakemm din taggrega r-repertorji u toffri jew toħroġ liċenzji multiterrirorjali, biex taċċetta l-mandat tas-soċjetà li tagħmel it-talba. L-iżvilupp ta' servizzi ta' mużika online legali fl-Ewropa kollha għandu jikkontribwixxi wkoll għall-ġlieda kontra l-piraterija.

(24) Fis-settur tal-mużika online, fejn il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awturi fuq bażi territorjali tibqa' n-norma, huwa essenzjali li jinħolqu kundizzjonijiet li jwasslu għall-prattiki ta' ħruġ ta' liċenzji l-aktar effettivi mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, f'kuntest li qed isir dejjem iżjed transkonfinali. Sabiex tiġi permessa l-aggregazzjoni ta' ħafna repertorji u sabiex ikunu jistgħu jingħataw liċenzji multirepertorjali u multiterritorjali, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandu jkollhom il-possibbiltà li jikkonkludu ftehimiet ta' rappreżentanza ma' organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv oħra għall-koordinament u l-effiċjenza ta' dawn il-liċenzji skont kundizzjonijiet indaqs u mhux diskriminatorji. Huwa xieraq li jiġi pprovdut sett ta' regoli li jikkoordinaw il-kundizzjonijiet bażiċi għall-forniment mill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv ta' ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali kollettivi tad-drittijiet online tal-awturi f'xogħlijiet mużikali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw il-kwalità minima meħtieġa mis-servizzi transkonfinali pprovduti mill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv, b'mod partikolari f'termini ta' trasparenza tar-repertorju rappreżentat u ta' preċiżjoni tal-flussi finanzjarji relatati mal-użu tad-drittijiet. Dawn għandhom jistabbilixxu wkoll qafas biex jiffaċilita l-aggregazzjoni volontarja tar-repertorju ta' mużika biex b'hekk inaqqsu l-għadd ta' liċenzji li għandu bżonn utent biex jopera servizz multiterritorjali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jippermettu li organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv titlob lil organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv oħra biex tirrappreżenta r-repertorju tagħha fuq bażi multiterritorjali meta hija stess ma tkunx tista' tissodisfa r-rekwiżiti. Għandu jkun hemm obbligu fuq l-organizzazzjoni rikjesta, sakemm din taggrega r-repertorji u toffri jew toħroġ liċenzji multiterritorjali, biex taċċetta l-mandat tal-organizzazzjoni li tagħmel it-talba. L-iżvilupp ta' servizzi ta' mużika online legali fl-Ewropa kollha għandu jikkontribwixxi wkoll għall-ġlieda kontra l-piraterija.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) L-objettivi u l-effettività tar-regoli dwar il-ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali mis-soċjetajiet kollettriċi jkunu mxekkla ħafna jekk id-detenturi tad-drittijiet ma kinux kapaċi kapaċi jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom billi joħorġu liċenzji multiterritorjali meta s-soċjetà kollettriċi li lilha taw id-drittijiet tagħhom ma toħroġx jew ma toffrix liċenzji multiterritorjali u ma tridx tawtorizza soċjetà kollettriċi oħra biex tagħmel dan. Għal din ir-raġuni, huwa importanti f'dawn iċ-ċirkustanzi li d-detenturi tad-drittijiet ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt li joħorġu liċenzji multiterritorjali rikjesti mill-fornituri tas-servizzi online stess jew permezz ta' parti jew partijiet oħra, mingħajr ma jkollhom għalfejn jirtiraw id-drittijiet tagħhom mis-soċjetà kollettriċi.

(32) L-objettivi u l-effettività tar-regoli dwar il-ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali mill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv ikunu mxekkla ħafna jekk id-detenturi tad-drittijiet ma kinux kapaċi kapaċi jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom billi joħorġu liċenzji multiterritorjali meta l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li lilha taw id-drittijiet tagħhom ma toħroġx jew ma toffrix liċenzji multiterritorjali u ma tridx tawtorizza lil organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv oħra biex tagħmel dan. Għal din ir-raġuni, huwa importanti f'dawn iċ-ċirkustanzi li d-detenturi tad-drittijiet ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt li joħorġu liċenzji multiterritorjali rikjesti mill-fornituri tas-servizzi online stess jew permezz ta' parti jew partijiet oħra, billi jtemmu l-awtorizzazzjoni għall-immaniġġjar ta' dawk id-drittijiet jew billi jirtiraw id-drittijiet tagħhom mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Fl-interess tas-suq online, l-obbligi ewlenin relatati mal-aċċess għal informazzjoni, l-immaniġġjar tad-dejta, il-fatturazzjoni u l-kapaċitajiet ta' ħlas għandhom japplikaw ukoll għal kull entità li tkun proprjetà, b'mod sħiħ jew parzjali, ta' soċjetà kollettriċi u li toffri jew tagħti liċenzji multiterritorjali fid-drittijiet online f'xogħlijiet mużikali.

(33) Fl-interess tas-suq online, l-obbligi ewlenin relatati mal-ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali, l-aċċess għal informazzjoni, l-immaniġġjar tad-dejta, il-fatturazzjoni u l-kapaċitajiet ta' ħlas, il-ftehimiet bejn l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv dwar il-ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali, l-obbligi ta' rappreżentanza ta' organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv oħra u l-aċċess għall-ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali għandhom japplikaw ukoll għal kull entità li tkun proprjetà ta', direttament jew indirettament, jew li tkun ikkontrollata minn, b'mod sħiħ jew parzjali, organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv u li toffri jew tagħti liċenzji multiterritorjali fid-drittijiet online f'xogħlijiet mużikali.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Ġeneralment, l-organizzazzjonijiet tax-xandir jiddependu fuq liċenzji minn soċjetà kollettriċi lokali, għax-xandiriet tagħhom ta' programmi tat-televiżjoni u tar-radju li jinkludu xogħlijiet mużikali. Ħafna drabi, din il-liċenzja hija limitata għal attivitajiet ta' xandir. Se tkun meħtieġa liċenzja għad-drittijiet online f'xogħlijiet mużikali sabiex dawn ix-xandiriet tat-televiżjoni jew tar-radju jkunu wkoll disponibbli online. Sabiex ikun iffaċilitat il-ħruġ ta' liċenzji ta' drittijiet mużikali online għall-finijiet ta' trażmissjoni simultanja u mdewmata' xandiriet tat-televiżjoni jew tar-radju jeħtieġ li tiġi pprovduta deroga mir-regoli li nkella tkun tapplika għall-ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' xogħlijiet mużikali għall-użi online. Din id-deroga għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex ikun possibbli aċċess għal programmi tat-televiżjoni jew tar-radju u għal materjal li għandu relazzjoni ċara u subordinata għax-xandir oriġinali prodott għal pereżempju supplimentazzjoni, previżjoni jew reviżjoni ta' dak il-programm tat-televiżjoni jew tar-radju. Dik id-deroga ma għandhiex topera b'tali mod li tfixkel il-kompetizzjoni b'servizzi oħra li jagħtu aċċess lill-konsumaturi għal xogħlijiet mużikali jew awdjoviżivi individwali, jew twassal għal prattiki restrittivi, bħal qsim tas-suq u tal-konsumaturi, bi ksur tal-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(35) Ġeneralment, l-organizzazzjonijiet tax-xandir jiddependu fuq liċenzja komprensiva minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv lokali, għax-xandiriet tagħhom ta' programmi tat-televiżjoni u tar-radju li jinkludu xogħlijiet mużikali. Ħafna drabi, din il-liċenzja hija limitata għal attivitajiet ta' xandir. Tkun meħtieġa liċenzja għad-drittijiet online f'xogħlijiet mużikali sabiex dawn ix-xandiriet tat-televiżjoni jew tar-radju jkunu wkoll disponibbli online. Sabiex ikun iffaċilitat il-ħruġ ta' liċenzji ta' drittijiet mużikali online għall-finijiet ta' trażmissjoni simultanja u differita ta' xandiriet tat-televiżjoni jew tar-radju jeħtieġ li tiġi pprovduta deroga mir-regoli li nkella tkun tapplika għall-ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' xogħlijiet mużikali għall-użi online. Din id-deroga għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex ikun possibbli aċċess għal programmi tat-televiżjoni jew tar-radju u għal materjal li għandu relazzjoni ċara u subordinata għas-servizzi ta' xandir offline prodotti pereżempju biex dak il-programm tat-televiżjoni jew tar-radju jiġi ssupplementat, jintwera b'mod antiċipat jew ssirlu riċensjoni. Dik id-deroga ma għandhiex topera b'tali mod li tfixkel il-kompetizzjoni b'servizzi oħra li jagħtu aċċess lill-konsumaturi għal xogħlijiet mużikali jew awdjoviżivi individwali, jew twassal għal prattiki restrittivi, bħal qsim tas-suq u tal-konsumaturi, bi ksur tal-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Huwa neċessarju li jiġi żgurat l-infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom joffru lill-membri tagħhom, proċeduri speċifiċi għall-indirizzar tal-ilmenti u s-soluzzjoni tat-tilwim. Dawn il-proċeduri għandhom ukoll jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' detenturi tad-drittijiet oħra li huma rrappreżentati mis-soċjetà kollettriċi. Huwa xieraq ukoll li jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom korpi ta' soluzzjoni tat-tilwim indipendenti, imparzjali u effettivi li jkunu kapaċi jsibu soluzzjoni għal tilwim kummerċjali bejn is-soċjetajiet kollettriċi u l-utenti fuq kundizzjonijiet ta' ħruġ ta' liċenzji eżistenti jew proposti kif ukoll fuq sitwazzjonijiet fejn jiġi rifjutat li tingħata liċenzja. Barra minn hekk, l-effettività tar-regoli dwar l-għoti ta' liċenzji multiterritorjali tad-drittijiet online f'xogħlijiet mużikali tista' tinlaqat ħażin jekk it-tilwim bejn is-soċjetajiet kollettriċi u l-kontropartijiet tagħhom ma jiġix riżolt malajr u b'mod effiċjenti minn korpi indipendenti u imparzjali. B'riżultat ta' dan, huwa xieraq li, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess għal tribunal, jiġu pprovduti proċeduri extra ġudizzjarji aċċessibbli faċilment, effiċjenti u imparzjali biex jiġu riżolti min-naħa waħda, il-kunflitti bejn is-soċjetajiet kollettriċi u min-naħa l-oħra, bejn il-fornituri tas-servizzi online tal-mużika, id-detenturi tad-drittijiet jew is-soċjetajiet kollettriċi.

(36) Huwa neċessarju li jiġi żgurat l-infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom joffru lill-membri tagħhom proċeduri speċifiċi għall-indirizzar tal-ilmenti u r-riżoluzzjoni tat-tilwim. Dawn il-proċeduri għandhom ukoll jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' detenturi ta' drittijiet oħra li huma rrappreżentati mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv u għall-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv li f'isimhom timmaniġġja d-drittijiet taħt ftehim ta' rappreżentanza. Huwa xieraq ukoll li jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom korpi ta' riżoluzzjoni tat-tilwim indipendenti, imparzjali u effettivi, kompetenti fid-dritt dwar il-proprjetà intelletwali li jkunu kapaċi jsibu soluzzjoni, fi żmien raġonevoli, għal tilwim kummerċjali bejn l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-utenti fuq kundizzjonijiet ta' ħruġ ta' liċenzji eżistenti jew proposti kif ukoll fuq sitwazzjonijiet fejn jiġi rifjutat li tingħata liċenzja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi nazzjonali rilevanti tagħhom għar-riżoluzzjoni tat-tilwim ikollhom livell ta' taħriġ u esperjenza minimu fil-qasam tal-proprjetà intelletwali. Barra minn hekk, l-effettività tar-regoli dwar l-għoti ta' liċenzji multiterritorjali tad-drittijiet online f'xogħlijiet mużikali tista' tintlaqat ħażin jekk it-tilwim bejn l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-kontropartijiet tagħhom ma jiġix riżolt malajr u b'mod effiċjenti minn korpi indipendenti u imparzjali. B'riżultat ta' dan, huwa xieraq li, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta' aċċess għal tribunal, jiġu pprovduti proċeduri extra ġudizzjarji aċċessibbli faċilment, effiċjenti u imparzjali biex jiġu riżolti min-naħa waħda, il-kunflitti bejn l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u min-naħa l-oħra, bejn il-fornituri tas-servizzi online tal-mużika, id-detenturi tad-drittijiet jew l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa li permezz tagħhom ikun possibbli li jsiru lmenti kontra s-soċjetajiet kollettriċi li ma jikkonformawx mal-liġi u biex jiġi żgurat li, fejn ikun xieraq, jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema awtoritjiet għandhom ikunu responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proċeduri u s-sanzjonijiet tal-ilmenti. Sabiex jiġi żgurat li tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti għall-ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkooperaw ma' xulxin biex jilħqu dan l-għan.

(37) Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa li permezz tagħhom ikun possibbli li jsiru lmenti kontra l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv li ma jikkonformawx mal-liġi, li jiġu kkontrollati l-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u li jiġi żgurat li, fejn ikun xieraq, jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema awtoritjiet għandhom ikunu responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proċeduri tal-ilmenti, għall-kontroll tal-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u għall-impożizzjoni tas-sanzjonijiet. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu imparzjali u għandu jkollhom il-ħiliet, b'mod partikolari fil-qasam tad-dritt dwar il-proprjetà intellettwali, u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti fdati lilhom. L-Istati Membri ma għandhomx ikunu obbligati jwaqqfu awtoritajiet kompetenti ġodda. Sabiex jiġi żgurat li tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti għall-ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkooperaw ma' xulxin biex jilħqu dan l-għan. Din id-Direttiva għandha tibqa' newtrali fir-rigward tal-iskemi ta' awtorizzazzjoni minn qabel u ta' superviżjoni fl-Istati Membri sakemm ikunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u ma joħolqux xkiel għall-applikazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva. Din id-Direttiva ma tolqotx l-iskemi ta' awtorizzazzjoni nazzjonali għall-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv sakemm ikunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u ma joħolqux xkiel għall-applikazzjoni sħiħa ta' din id-Direttiva.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 37a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a) L-Istati Membri ma għandhomx ikunu rikjesti joħolqu awtoritajiet kompetenti ġodda. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jimponu kontrolli ex post jew ex ante. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu imparzjali u għandu jkollhom il-ħiliet u r-riżorsi meħtieġa biex iwettqu l-kompiti fdati lilhom.

Ġustifikazzjoni

Hu essenzjali li tiġi rispettata d-diversità tal-prattiki tas-soltu tal-Istati Membri fir-rigward tas-superviżjoni tal-attivitajiet tas-soċjetajiet kollettriċi. Madankollu, id-Direttiva ma tkunx effettiva jekk l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux imparzjali u jekk ma jeżerċitawx kontroll effettiv fuq l-attivitajiet tas-soċjetajiet kollettriċi.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 40a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u b'mod partikolari l-Artikolu 25(5a) tagħha, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni1.

 

__________________

 

1 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Premessa 40b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40b) Il-proċedura ta' eżami għandha tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni rilevanti, peress li dawn l-atti huma ta' ambitu ġenerali.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati mis-soċjetajiet kollettriċi. Tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-għoti ta' liċenzji multiterritorjali mis-soċjetajiet kollettriċi tad-drittijiet tal-awturi f'xogħlijiet mużikali għal użu online.

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati mill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv. Tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-għoti ta' liċenzji multiterritorjali mill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awturi f'xogħlijiet mużikali għal użu online.

Emenda                     37

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li t-Titolu II u t-Titolu IV, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 35(1a) u 40, japplikaw għall-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv stabbiliti barra mill-Unjoni u li jinvolvu ruħhom f'attivitajiet fit-territorju tagħhom.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mingħajr ħsara għall-Artikolu 31, id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Titolu II u t-Titolu IV, bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 35(1a) u 40, għandhom japplikaw għall-attivitajiet tal-entitajiet direttament jew indirettament ikkontrollati minn jew li s-sidien sħaħ jew parzjali tagħhom ikunu organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv, sakemm dawk l-entitajiet iwettqu attività li, kieku kellha titwettaq minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet ta' dawk it-Titoli.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikoli 10, 11(1), 12, 16, 19 u 20 tat-Titolu II u l-Artikoli 35(1) u 37 tat-Titolu IV għandhom japplikaw għall-entitajiet li jimmaniġġjaw fuq bażi kummerċjali fi ħdan l-Unjoni, bħala l-iskop waħdieni jew ewlieni tagħhom, drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati mad-dritt tal-awtur f'isem aktar minn detentur wieħed ta' drittijiet.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-Titolu III ma għandux japplika għall-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv meta jagħtu, abbażi tal-aggregazzjoni volontarja tad-drittijiet meħtieġa, f'konformità mar-regoli tad-dritt dwar il-kompetizzjoni skont l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, liċenzja multiterritorjali għad-drittijiet online f'xogħlijiet mużikali meħtieġa minn xandar biex jikkomunika jew jagħmel disponibbli għall-pubbliku l-programmi tar-radju jew televiżivi tiegħu simultanjament max-xandira inizjali tagħhom jew warajha, kif ukoll kwalunkwe materjal ieħor online, inkluż wiri b'mod antiċipat, prodott mix-xandar jew għalih.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) 'soċjetà kollettriċi' tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li hija awtorizzata mil-liġi jew permezz ta' assenjazzjoni, liċenzja, inkarigu jew kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor, minn aktar minn detentur tad-drittijiet wieħed, biex timmaniġġja id-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur bħala l-għan uniku jew prinċipali tagħha u li tkun proprjetà jew ikkontrollata mill-membri tagħha;

(a) 'organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv' tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li hija awtorizzata mil-liġi jew permezz ta' assenjazzjoni, liċenzja, inkarigu jew kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor, minn aktar minn detentur tad-drittijiet wieħed, biex timmaniġġja id-drittijiet tal-awtur għall-benefiċċju kollettiv tad-detenturi tad-drittijiet imsemmijin, bħala l-għan uniku jew prinċipali tagħha u li tissodisfa tal-anqas wieħed mill-kriterji li ġejjin:

 

(i) is-sidien tagħha jkunu jew il-kontroll tagħha jkun f'idejn il-membri tagħha, jew

 

(ii) ma tkunx organizzata għal skopijiet ta' lukru;

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) 'detentur tad-drittijiet' tfisser kull persuna fiżika jew entità ġuridika minbarra soċjetà kollettriċi li għandha dritt tal-awtur jew dritt relatat jew li skont ftehim għall-isfruttament tad-drittijiet, hija intitolata għal sehem mid-dħul tad-drittijiet minn kwalunkwe dritt immaniġġjat mis-soċjetà kollettriċi;

(b) 'detentur tad-drittijiet' tfisser kull persuna fiżika jew entità ġuridika minbarra organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li għandha dritt tal-awtur jew dritt relatat jew li skont ftehim għall-isfruttament tad-drittijiet, jew bil-liġi, hija intitolata għal sehem mid-dħul tad-drittijiet minn kwalunkwe dritt immaniġġjat mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv;

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) 'membru ta' soċjetà kollettriċi' tfisser detentur tad-drittijiet jew entità li tirrappreżenta direttament detenturi tad-drittijiet, inklużi soċjetajiet u assoċjazzjonijiet kollettriċi ta' drittijiet tad-detenturi, li tissodisfa r-rekwiżit ta' sħubija tas-soċjetà kollettriċi;

(c) 'membru ta' organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv' tfisser detentur tad-drittijiet jew entità li tirrappreżenta direttament detenturi tad-drittijiet, inklużi organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u assoċjazzjonijiet ta' detenturi ta' drittijiet, li jissodisfaw ir-rekwiżit ta' sħubija tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv u li jiġu aċċettati minnha;

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) 'laqgħa ġenerali tal-membri' tfisser il-korp fl-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li fih il-membri jipparteċipaw u jeżerċitaw id-drittijiet ta' vot tagħhom, irrispettivament mill-forma ġuridika tal-organizzazzjoni;

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) 'direttur' tfisser kwalunkwe direttur maniġerjali individwali, kwalunkwe membru tal-bord amministrattiv, il-maniġment jew il-bord superviżorju ta' soċjetà kollettriċi;

(e) 'direttur' tfisser:

 

(i) meta d-dritt nazzjonali jew l-istatut tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv jipprevedu bord unitarju, kwalunkwe membru tal-bord amministrattiv,

 

(ii) meta d-dritt nazzjonali jew l-istatut tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv jipprevedu bord doppju, kwalunkwe membru tal-bord ta' tmexxija jew tal-bord superviżorju;

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-emenda hu li tiċċara t-terminoloġija kemm għall-OMK b'bord uniku kif ukoll għall-OMK b'bord doppju

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) 'dħul mid-drittijiet' tfisser id-dħul miġbur minn soċjetà kollettriċi f'isem id-detenturi tad-drittijiet, kemm jekk minn dritt esklussiv, kif ukoll minn dritt għal remunerazzjoni jew dritt għal kumpens;

(f) 'dħul mid-drittijiet' tfisser id-dħul miġbur minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv f'isem id-detenturi tad-drittijiet, kemm jekk minn dritt esklussiv, kif ukoll minn dritt għal remunerazzjoni jew dritt għal kumpens, inkluż kwalunkwe dħul miksub mill-investiment tad-dħul mid-drittijiet;

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) 'ħlasijiet għall-immaniġġjar' tfisser l-ammont impost minn soċjetà kollettriċi sabiex tkopri l-ispejjeż marbuta mal-immaniġġjar tagħha tas-servizzi tad-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati.

(g) 'ħlasijiet għall-immaniġġjar' tfisser l-ammont impost jew imnaqqas minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv mid-dħul mid-drittijiet jew mill-introjtu miksub mill-investiment tat-tali dħul sabiex tkopri l-ispejjeż marbuta mal-immaniġġjar tagħha tas-servizzi tad-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati;

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) 'tnaqqis mid-dħul mid-drittijiet' tfisser kwalunkwe tnaqqis mid-dħul mid-drittijiet fil-forma ta' ħlasijiet għall-immaniġġjar jew tnaqqis għall-finanzjament ta' servizzi soċjali, kulturali jew edukattivi;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li t-terminoloġija dwar it-tnaqqis tkun ċara sabiex jiġi żgurat li tinkludi kemm it-tnaqqis għal finijiet kulturali kif ukoll it-tnaqqis għall-ħlasijiet għall-immaniġġjar.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) 'utent' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew entità ġuridika li tkun qed twettaq atti suġġetti għall-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, ir-remunerazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet jew il-ħlas ta' kumpens lid-detenturi tad-drittijiet u li ma tkunx qed taġixxi fil-kapaċità ta' konsumatur;

(i) 'utent' tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew entità ġuridika li tkun qed twettaq atti suġġetti għall-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, ir-remunerazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet jew il-ħlas ta' kumpens lid-detenturi tad-drittijiet u li ma tkunx qed taġixxi fil-kapaċità ta' konsumatur, fi kliem ieħor għal finijiet li ma jaqgħux fl-ambitu tal-attività professjonali jew kummerċjali tagħha;

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) 'repertorju' tfisser ix-xogħlijiet jew suġġett protett ieħor li fih soċjetà kollettriċi timmaniġġja d-drittijiet;

(j) 'repertorju' tfisser ix-xogħlijiet, it-tipi ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li fih organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv timmaniġġja d-drittijiet;

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt m

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m) 'servizz ta' mużika online' tfisser servizz ta' soċjetà tal-informazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34/KE li jirrikjedi l-ħruġ ta' liċenzja ta' xogħlijiet mużikali.

(m) 'servizz ta' mużika online' tfisser servizz skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34/KE li jirrikjedi l-ħruġ ta' liċenzja ta' xogħlijiet mużikali.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soċjetajiet kollettriċi jaġixxu fl-aħjar interess tal-membri tagħhom u li ma jimponu ebda obbligu fuq id-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom li mhumiex oġġettivament neċessarji għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi ta' dawn id-detenturi tad-drittijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv jaġixxu fl-aħjar interess tal-membri u d-detenturi tad-drittijiet li jirrappreżentaw u li ma jimponu ebda obbligu fuq id-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom li mhumiex oġġettivament neċessarji għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi ta' dawn id-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jawtorizzaw soċjetà kollettriċi tal-għażla tagħhom biex timmaniġġja d-drittijiet, il-kategoriji ta' drittijiet jew it-tipi ta' xogħlijiet tal-għażla tagħhom, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, irrispettivament mill-Istat Membru ta' residenza jew ta' stabbilment jew min-nazzjonalità tas-soċjetà kollettriċi jew tad-detentur tad-drittijiet.

2. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jawtorizzaw organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tal-għażla tagħhom biex timmaniġġja d-drittijiet, il-kategoriji ta' drittijiet jew it-tipi ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor tal-għażla tagħhom, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, irrispettivament mill-Istat Membru ta' residenza jew ta' stabbilment jew min-nazzjonalità tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv jew tad-detentur tad-drittijiet. Bi qbil mal-Artikolu 7, il-laqgħa ġenerali tal-membri tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha tiddeċiedi dwar id-drittijiet, il-kategoriji ta' drittijiet jew it-tipi ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor li jistgħu jiġu mmaniġġjati mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv.

 

Id-deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-Membri għandha tqis il-libertà individwali tad-detenturi tad-drittijiet li jiddisponu mix-xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor tagħhom u li jagħżlu liberament l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li se timmaniġġja drittijiethom. Għandha tqis ukoll il-karatteristiċi speċifiċi tas-settur kulturali kkonċernat u l-impenji meħtieġa min-naħa tad-detenturi tad-drittijiet biex l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tkun tista' twettaq il-kompitu tagħha b'mod effikaċi.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt jagħtu liċenzji għat-tipi ta' użu mhux kummerċjali tad-drittijiet, il-kategoriji tad-drittijiet jew it-tipi ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor tal-għażla tagħhom. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jinformaw lill-membri tagħhom rigward dan id-dritt u rigward il-kundizzjonijiet marbutin miegħu.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jitterminaw l-awtorizzazzjoni għall-immaniġġjar tad-drittijiet, il-kategoriji ta' drittijiet jew it-tipi ta' xogħlijiet mogħtija lil soċjetà kollettriċi jew li jirtiraw minn soċjetà kollettriċi, kwalunkwe wieħed mid-drittijiet jew kategoriji ta' drittijiet jew tipi ta' xogħlijiet jew suġġetti oħra tal-għażla tagħhom, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, meta jagħtu avviż fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx is-sitt xhur. Is-soċjetà kollettriċi tista' tiddeċiedi li din it-terminazzjoni jew dan l-irtirar isir biss f'nofs u fl-aħħar tas-sena finanzjarja, liema minnhom jiġi l-ewwel wara l-iskadenza tal-perjodu ta' notifika.

3. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jitterminaw l-awtorizzazzjoni għall-immaniġġjar tad-drittijiet, il-kategoriji ta' drittijiet jew it-tipi ta' xogħlijiet mogħtija lil organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv jew li jirtiraw minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, kwalunkwe wieħed mid-drittijiet jew kategoriji ta' drittijiet jew tipi ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor tal-għażla tagħhom, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, meta jagħtu avviż fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx is-sitt xhur. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tista' tiddeċiedi li din it-terminazzjoni jew dan l-irtirar jibdew iseħħu f'nofs jew fl-aħħar tas-sena finanzjarja, liema minnhom jiġi l-ewwel wara l-iskadenza tal-perjodu ta' notifika.

 

Permezz ta' deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-membri tagħha, organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tista' tistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni ta' użu ħażin mill-membri tagħha tad-dritt li jitterminaw l-awtorizzazzjoni jew li jirtiraw kwalunkwe wieħed mid-drittijiet jew kategoriji ta' drittijiet jew tipi ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor tal-għażla tagħhom billi tqiegħed limiti raġonevoli fuq in-numru ta' drabi li xi ħadd ikun jista' jirtira minn jew jerġa' jdaħħal fl-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv id-drittijiet jew il-kategoriji ta' drittijiet jew it-tipi ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor fi żmien raġonevoli.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tista' tiddeċiedi li l-liċenzji maħruġa għall-utenti qabel it-terminazzjoni jew l-irtirar tad-drittijiet jew tal-kategoriji tad-drittijiet jew tat-tipi ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor skont l-għażla tagħhom mhijiex se tintlaqat minn tali terminazzjoni jew irtirar, jekk tali liċenzji ma jaqbżux perjodu ta' sena wara d-data li fiha tiddekorri t-terminazzjoni.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tad-drittijiet jagħti kunsens speċifikament għal kull dritt jew kategorija ta' drittijiet jew tip ta' xogħlijiet jew suġġetti oħra li dak id-detentur tad-drittijiet jawtorizza lis-soċjetà kollettriċi timmaniġġja u li dan il-kunsens jiġi evidenzjat f'forma dokumentata.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tad-drittijiet jagħti kunsens speċifikament għal kull dritt jew kategorija ta' drittijiet, xogħlijiet jew tip ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor li dak id-detentur tad-drittijiet jawtorizza lill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv timmaniġġja u li dan il-kunsens jiġi evidenzjat f'forma dokumentata.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jaċċettaw lid-detenturi tad-drittijiet bħala membri, jekk dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sħubija. Dawn jistgħu jirrifjutaw talba għal sħubija abbażi ta' kriterji oġġettivi. Dawn il-kriterji għandhom jiġu inkluż fl-istatut jew it-termini ta' sħubija tas-soċjetà kollettriċi u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

2. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jaċċettaw lid-detenturi tad-drittijiet bħala membri, jekk dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' sħubija. Dawn jistgħu jirrifjutaw talba għal sħubija abbażi ta' kriterji oġġettivi u trasparenti. Dawn il-kriterji għandhom jiġu inklużi fl-istatut jew it-termini ta' sħubija tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. F'każ ta' rifjut, id-detentur tad-drittijiet għandu jingħata raġunijiet ċari għaliex it-talba għal sħubija ġiet rifjutata.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-istatut tas-soċjetà kollettriċi għandu jipprovdi mekkaniżmi xierqa u effettivi ta' parteċipazzjoni tal-membri tagħha fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tas-soċjetà kollettriċi. Ir-rappreżentazzjoni tal-kategoriji differenti ta' membri fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet għandu jkun wieħed ġust u bilanċjat.

3. L-istatut tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandu jipprovdi mekkaniżmi xierqa u effettivi ta' parteċipazzjoni tal-membri tagħha fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv. Ir-rappreżentanza tal-kategoriji differenti ta' membri fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet għandu jkun wieħed ġust u bilanċjat.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-laqgħa ġenerali għandha tapprova kwalunkwe emenda fl-istatut u t-termini ta' sħubija tas-soċjetà kollettriċi, fejn dawk it-termini ma jkunux irregolati mill-istatut.

3. Il-laqgħa ġenerali tal-membri għandha tapprova kwalunkwe emenda fl-istatut u t-termini ta' sħubija tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-laqgħa ġenerali għandu jkollha l-poter li tiddeċiedi dwar il-ħatra jew it-tneħħija tad-diretturi u tapprova r-remunerazzjoni tagħhom u benefiċċji oħra bħal benefiċċji mhux monetarji, għotjiet ta' pensjonijiet, dritt għal għotjiet oħra u drittijiet għal danni.

Il-laqgħa ġenerali tal-membri għandu jkollha l-poter li tiddeċiedi dwar il-ħatra jew it-tneħħija tad-diretturi, tissorvelja l-prestazzjoni ġenerali tagħhom, u tapprova r-remunerazzjoni tagħhom u benefiċċji oħra bħal benefiċċji mhux monetarji, għotjiet ta' pensjonijiet, dritt għal għotjiet oħra u drittijiet għal paga b'segwitu għall-għeluq ta' kuntratt.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-laqgħa ġenerali ma għandhiex tiddeċiedi dwar il-ħatra jew it-tneħħija tal-membri tal-bord ta' tmexxija jew id-direttur maniġerjali individwali fejn il-bord superviżorju għandu s-setgħa li jaħtarhom jew ineħħihom.

F'organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv b'sistema ta' bord doppju, il-laqgħa ġenerali tal-membri tista' tiddeċiedi li tiddelega lill-bord superviżorju d-deċiżjonijiet dwar il-ħatra jew it-tneħħija tal-membri tal-bord ta' tmexxija jew dwar l-approvazzjoni tar-remunerazzjoni u tal-benefiċċji l-oħra tagħhom.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-politika tat-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet, ħlief fejn il-laqgħa ġenerali tiddeċiedi li tiddelega din id-deċiżjoni lill-korp li jeżerċita l-funzjoni superviżorja;

(a) il-politika ġenerali tat-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet;

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-użu tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet li ma jistgħux jiġu distribwiti kif imsemmi fl-Artikolu 12(2), ħlief fejn il-laqgħa ġenerali tiddeċiedi li tiddelega din id-deċiżjoni lill-korp li jeżerċita l-funzjoni superviżorja;

(b) l-użu tal-ammonti miġbura li ma tqassmux wara tliet snin mill-aħħar tas-sena finanzjarja, minħabba li d-detenturi tad-drittijiet ma jistgħux ikunu identifikati jew lokalizzati, għajr meta l-Istati Membri jiddeċiedu li jużaw dawk l-ammonti favur servizzi kulturali, soċjali jew edukattivi b'mod separat u indipendenti;

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-politika ta' investiment ġenerali, inkluż dwar l-għoti ta' self jew il-provvista ta' titoli ta' sigurtà jew garanziji għal self, fir-rigward tad-dħul mid-drittijiet;

(c) il-politika ta' investiment ġenerali fir-rigward tad-dħul mid-drittijiet u l-immaniġġjar tar-riskji;

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) ir-regoli dwar it-tnaqqis mid-dħul tad-drittijiet.

(d) ir-regoli dwar it-tnaqqis mid-dħul tad-drittijiet u mill-introjtu derivat mill-investimenti tagħha;

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) l-approvazzjoni ta' kull akkwist ta' immobbli min-naħa tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv;

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db) l-approvazzjoni tal-ħolqien ta' sussidjarji, tal-akkwist ta' entitajiet oħra, ta' ishma jew drittijiet f'entitajiet oħra, fużjonijiet u alleanzi;

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc) l-approvazzjoni tal-ħruġ ta' self, l-għoti ta' self u l-provvista ta' titoli jew garanziji għal self;

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt dd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dd) id-determinazzjoni tad-drittijiet, il-kategoriji tad-drittijiet, ix-xogħlijiet, it-tipi ta' xogħlijiet jew materjal tematiku ieħor li jistgħu jiġu mmaniġġjati mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-laqgħa ġenerali tal-membri tista' tiddelega s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 4 u fil-punti (da), (db) u (dc) tal-paragrafu 5 lill-korp li jeżerċita l-funzjoni superviżorja fuq bażi individwali jew statutorja.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-laqgħa ġenerali għandha tikkontrolla l-attivitajiet tas-soċjetà kollettriċi billi talanqas tiddeċiedi dwar il-ħatra u t-tneħħija tal-awditur u l-approvazzjoni tar-rapport annwali dwar it-trasparenza u r-rapport tal-awditur.

6. Il-laqgħa ġenerali tal-membri għandha tikkontrolla l-attivitajiet tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv billi tal-anqas tiddeċiedi dwar il-ħatra u t-tneħħija tal-awditur u billi tkun ressqet quddiemha, flimkien mal-kontijiet tal-kumpanija, ir-rapport annwali dwar it-trasparenza.

 

Meta jkun hemm dubji serji dwar il-prattika tal-kondotta finanzjarja tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, il-laqgħa ġenerali tal-membri tista' tiddeċiedi li taħtar awditur estern biex iwettaq il-kontrolli. L-eżitu ta' tali awditjar għandu jkun notifikat lill-membri tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv u lill-awtorità nazzjonali kompetenti.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe restrizzjoni fuq id-dritt tal-membri tas-soċjetà kollettriċi biex jipparteċipaw u biex jeżerċitaw id-drittijiet tal-votazzjoni tagħhom fil-laqgħa ġenerali għandha tkun ġusta u proporzjonata u għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

Il-membri kollha tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom ikollhom id-dritt li jipparteċipaw u jivvotaw fil-laqgħa ġenerali tal-membri. Kwalunkwe restrizzjoni tad-dritt tal-membri tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li jipparteċipaw u jeżerċitaw id-drittijiet ta' vot tagħhom fil-laqgħa ġenerali tal-membri għandha tkun ġusta u proporzjonata u għandha tkun ibbażata fuq il-perjodu tas-sħubija.

(a)       perjodu tas-sħubija;

 

(b)       l-ammonti li waslu mingħand membru jew dovuti lil membru fir-rigward tal-perjodu finanzjarju speċifikat.

 

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Kull membru ta' soċjetà kollettriċi għandu jkollu d-dritt li jaħtar kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika bħala detentur ta' prokura li jista' jattendi u jivvota f'ismu fil-laqgħa ġenerali.

8. Kull membru ta' organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandu jkollu d-dritt li jaħtar kwalunkwe membru ieħor ta' dik l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li jidħol fi ħdan l-istess kategoriji tad-detenturi tad-drittijiet bħala detentur ta' prokura li jista' jattendi u jivvota f'ismu fil-laqgħa ġenerali tal-membri. Kull membru għandu jkollu d-dritt li jaħtar professjonista, bħal aġent jew avukat, bħala detentur ta' prokura dment li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta' interess.

 

Kull prokura għandha tkun valida għal laqgħa ġenerali tal-membri unika. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv jillimitaw l-għadd ta' prokuri fdati lill-istess persuna fiżika jew ġuridika.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw lill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv biex jintroduċu votazzjoni elettronika.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8b. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, fejn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tiġi prekluża minħabba l-forma ġuridika tagħha milli żżomm laqgħa ġenerali tal-membri, is-setgħat elenkati fil-paragrafi 3 sa 6 għandhom jiġu eżerċitati mill-korp li jeżerċita l-funzjoni superviżorja.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 8c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8c. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li s-setgħat tal-laqgħa ġenerali tal-membri jistgħu jiġu eżerċitati minn assemblea ta' delegati eletti tal-inqas kull erba' snin mill-membri tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, bil-kundizzjoni li:

 

(a) tiġi żgurata parteċipazzjoni xierqa u effikaċi tal-membri fil-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv; u

 

(b) ir-rappreżentanza tal-kategoriji differenti ta' membri fl-assemblea ta' delegati tkun ġusta u bbilanċjata.

 

Ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 8a għandhom japplikaw għall-assemblea ta' delegati mutatis mutandis.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soċjetajiet kollettriċi jistabbilixxu funzjoni superviżorja responsabbli għas-sorveljanza kontinwa tal-attivitajiet u t-twettiq tad-dmirijiet tal-persuni fdati bir-responsabbiltajiet maniġerjali fis-soċjetà kollettriċi. Għandu jkun hemm rappreżentazzjoni ġusta u bbilanċjata tas-soċjetà kollettriċi fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv ikollha korp fdat b'funzjoni superviżorja li jkun responsabbli għas-sorveljanza kontinwa tal-attivitajiet u tat-twettiq tad-dmirijiet tal-persuni li jimmaniġġjaw l-attivitajiet tal-organizzazzjoni. Għandu jkun hemm rappreżentanza ġusta u bbilanċjata tal-kategoriji differenti ta' detenturi tad-drittijiet li huma membri tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv fil-korp li jeżerċita l-funzjoni superviżorja.

 

Kull membru tal-korp li jeżerċita l-funzjoni superviżorja għandu jagħmel dikjarazzjoni individwali annwali dwar il-kunflitti ta' interess li jkun fiha l-informazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) li japprova kull akkwiżizzjoni ta' proprjetà immobbli mis-soċjetà kollettriċi;

imħassar

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) li japprova t-twaqqif ta' sussidjarji, akkwiżizzjonijiet ta' entitajiet oħra, akkwiżizzjonijiet ta' ishma jew drittijiet f'entitajiet, fużjonijiet u alleanzi oħra;

imħassar

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) li japprova l-ħruġ ta' self, l-għoti ta' self u l-provvista ta' titoli ta' sigurtà jew garanziji għal self.

imħassar

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) li jeżerċita s-setgħat delegati lilu mil-laqgħa ġenerali tal-membri;

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) li jissorvelja l-attivitajiet u t-twettiq tad-dmirijiet tal-persuni msemmija fl-Artikolu 9, inkluża l-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-laqgħa ġenerali tal-membri u, b'mod partikolari, tal-politiki ġenerali elenkati fil-punti (a) sa (d) tal-Artikolu 7(5).

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Is-setgħat previsti minn dan l-Artikolu jistgħu jiġu eżerċitati, skont id-dritt nazzjonali, minn bord amministrattiv, mid-diriġenza jew minn bord superviżorju.

Ġustifikazzjoni

Fl-Ewropa hemm mudelli unitarji (li għandhom bord amministrattiv) jew duwalisti (li għandhom bord amministrattiv u bord superviżorju). Id-Direttiva għandha tippermetti l-koeżistenza ta' dawn iż-żewġ mudelli.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-korp fdat bil-funzjoni superviżorja għandu jirrapporta dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tiegħu lil-laqgħa ġenerali tal-membri.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-paragrafi 1 u 2, ma għandhomx japplikaw għal soċjetà kollettriċi li fuq il-karta ta' bilanċ tagħha, ma taqbiżx il-limiti ta' tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

imħassar

(a) total tal-karta ta' bilanċ: EUR 350,000;

 

(b) dħul nett: EUR 700,000;

 

(c) medja ta' impjegati matul is-sena finanzjarja: Għaxra.

 

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni li effettivament jimmaniġġjaw in-negozju ta' soċjetà kollettriċi u d-diretturi tagħha, bl-eċċezzjoni tad-diretturi li jeżerċitaw funzjoni superviżorja, jimmaniġġjaw is-soċjetà kollettriċi b'mod prudenti u sod, permezz ta' proċeduri amministrattivi u ta' kontabbiltà u mekkaniżmi ta' kontroll intern tajba.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv iddaħħal fis-seħħ u tapplika proċeduri li jobbligaw lill-persuni li jimmaniġġjaw in-negozju tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv jagħmlu dan b'mod prudenti u sod, permezz ta' proċeduri amministrattivi u ta' kontabbiltà u mekkaniżmi ta' kontroll intern tajba.

 

Il-persuni li jimmaniġġjaw l-attivitajiet ta' organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jieħdu deċiżjonijiet fi żmien raġonevoli dwar il-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-liċenzji u l-konklużjoni tal-kuntratti.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-persuni li jimmaniġġjaw b'mod effettiv in-negozju ta' soċjetà kollettriċi u kull direttur, bl-eċċezzjoni tad-diretturi li jeżerċitaw funzjoni superviżorja, għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ proċeduri mfassla biex jevitaw li jkun hemm kunflitti ta' interess. Is-soċjetà kollettriċi għandu jkollha proċeduri biex tidentifika, timmaniġġja, tissorvelja u, fejn ikun applikabbli, tiżvela kunflitti ta' interess sabiex tevita milli taffettwa ħażin l-interessi tal-membri tas-soċjetà.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv idaħħlu fis-seħħ u japplikaw proċeduri biex jevitaw li jkun hemm kunflitti ta' interess. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandu jkollha proċeduri fis-seħħ biex tidentifika, timmaniġġja, tissorvelja u, fejn ikun applikabbli, tiżvela kunflitti ta' interess jew kunflitti ta' interess potenzjali sabiex tevita milli taffettwa ħażin l-interessi kollettivi tal-membri u tad-detenturi tad-drittijiet irrappreżentati mill-organizzazzjoni.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk il-proċeduri għandhom jinkludu dikjarazzjoni annwali individwali minn kull waħda minn dawn il-persuni u diretturi, lill-korp fdat bil-funzjoni superviżorja, li tkun tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

Dawk il-proċeduri għandhom jinkludu dikjarazzjoni annwali individwali minn kull waħda minn dawn il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 lill-korp fdat bil-funzjoni superviżorja, li tkun tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jippubblikaw fis-sit tagħhom id-dikjarazzjonijiet annwali individwali msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu diliġenti fil-ġbir u l-immaniġġjar tad-dħul mid-drittijiet.

1. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom ikunu diliġenti fil-ġbir, l-immaniġġjar u t-tqassim tad-dħul mid-drittijiet.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetà kollettriċi għandha timmaniġġja u żżomm separat id-dħul mid-drittijiet u kwalunkwe dħul derivat mill-investiment tiegħu mill-assi proprji tiegħu, id-dħul derivat mis-servizzi tal-immaniġġjar jew id-dħul derivat minn kwalunkwe attività oħra

2. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha timmaniġġja d-dħul mid-drittijiet u kwalunkwe introjtu derivat mill-investiment tiegħu, inkluż l-imgħax, b'tali mod li jinżamm separat mill-assi proprji tiegħu, l-introjtu derivat mis-servizzi tal-immaniġġjar jew id-dħul derivat minn kwalunkwe attività oħra.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-soċjetà kollettriċi ma għandhiex titħalla tuża d-dħul mid-drittijiet u kwalunkwe dħul derivat mill-investiment tiegħu għall-benefiċċju tagħha stess, ħlief biex tnaqqas it-tariffi tal-immaniġġjar tagħha.

3. Id-dħul mid-drittijiet tal-awtur u l-introjtu derivat mill-investiment tagħhom, inkluż l-imgħax, jistgħu jintużaw biss għall-finijiet ta' tnaqqis tal-ħlasijiet għall-immaniġġjar permezz ta' deċiżjoni tal-laqgħa ġenerali tal-membri skont il-punt (d) tal-Artikolu 7(5).

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv mhix awtorizzata tuża dan id-dħul mid-drittijiet tal-awtur jew kull introjtu derivat mill-investiment tagħha, inkluż l-imgħax, għaliha nnifisha.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta, minħabba d-distribuzzjoni tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet, is-soċjetà kollettriċi tinvesti d-drittijiet mid-dħul u kwalunkwe dħul derivat mill-investiment tiegħu, hija għandha tagħmel dan skont il-politika ġenerali dwar l-investiment msemmija fl-Artikolu 7(5)(c) u skont ir-regoli li ġejjin:

4. Meta, sakemm l-ammonti dovuti jitqassmu lid-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tinvesti d-dħul tad-drittijiet u kwalunkwe introjtu derivat mill-investiment tagħha, hija għandha tagħmel dan, fl-aħjar interessi tal-membri, skont il-politika ġenerali dwar l-investiment msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 7(5) u skont ir-regoli li ġejjin:

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-assi għandhom ikunu investiti fl-aħjar interessi tal-membri; Meta jkun hemm kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali, is-soċjetà kollettriċi għanda tiżgura li l-investiment isir biss fl-interess tal-membri;

(a) l-assi għandhom ikunu investiti b'mod li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali;

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehimiet li jirregolaw ir-relazzjoni tas-soċjetà kollettriċi mal-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħha, għandhom jispeċifikaw tnaqqis applikabbli għad-dħul mid-drittijiet imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 16.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehimiet li jirregolaw ir-relazzjoni tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv mal-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħha, għandhom jispeċifikaw tnaqqis applikabbli għad-dħul mid-drittijiet u għall-introjtu derivat mill-investiment tagħha kif imsemmi fil-punti (e) u (f) tal-Artikolu 19.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. It-tnaqqis għandu jkun raġonevoli skont is-servizzi pprovduti mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv lid-detenturi tad-drittijiet, inkluż, fejn xieraq, is-servizzi msemmija fil-paragrafu 2, u għandu jkun stabbilit abbażi ta' kriterji oġġettivi.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha, fuq talba għal sħubija minn detentur tad-drittijiet, tikkomunika lil tali detentur tad-drittijiet, ir-regoli tagħha dwar it-tnaqqis mid-dħul tad-drittijiet u kwalunkwe introjtu derivat mill-investiment tagħha.

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv biex jipprovdu servizzi soċjali, kulturali u edukattivi lill-membri tagħhom.

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soċjetà kollettriċi tqassam b'mod regolari u diliġenti u tħallas l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet kollha li tirrappreżenta. Is-soċjetà kollettriċi għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet mhux iktar tard minn 12 –il xahar mit-tmiem tas-sena finanzjarja li fiha kien miġbur id-dħul mid-drittijiet, sakemm raġunijiet oġġettivi relatati b'mod partikolari mar-rappurtar mill-utenti, l-identifikazzjoni tad-drittijiet, id-detenturi jew it-tqabbil ta' informazzjoni dwar xogħlijiet u suġġetti oħra mad-detenturi tad-drittijiet, jipprevjenu lis-soċjetà kollettriċi milli tosserva l-iskadenza. Is-soċjetà kollettriċi għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet b'mod preċiż, filwaqt li tiżgura trattament ugwali tal-kategoriji kollha tad-detenturi tad-drittijiet.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tqassam b'mod regolari u diliġenti u tħallas l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet kollha li tirrappreżenta. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet mill-aktar fis possibbli u mhux iktar tard minn tliet xhur mit-tmiem tas-sena finanzjarja li fiha kien miġbur id-dħul mid-drittijiet.

 

L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv jistgħu jagħmlu dan it-tqassim u dawn il-ħlasijiet wara li tagħlaq l-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu meta raġunijiet oġġettivi relatati b'mod partikolari mar-rappurtar mill-utenti, l-identifikazzjoni tad-drittijiet, id-detenturi jew it-tqabbil ta' informazzjoni dwar xogħlijiet u materjal tematiku ieħor mad-detenturi tad-drittijiet, jipprevjenu lill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv milli tosserva l-iskadenza. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet b'mod preċiż, filwaqt li tiżgura trattament ugwali tal-kategoriji kollha tad-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ma jkunux jistgħu jitqassmu, wara ħames snin mit-tmiem tas-sena finanzjarja fejn ikun sar il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet, u sakemm is-soċjetà kollettriċi tkun ħadet il-miżuri neċessarji kollha biex tidentifika u tillokalizza d-detenturi tad-drittijiet, is-soċjetà kollettriċi għandha tiddeċiedi dwar l-użu tal-ammonti kkonċernati skont l-Artikolu 7(5)(b), mingħajr preġudizzju għad-dritt tad-detentur tad-drittijiet li jitlob dawn l-ammonti mis-soċjetà kollettriċi.

2. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jidentifikaw u jillokalizzaw id-detenturi tad-drittijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ma jkunux jistgħu jitqassmu, wara tliet snin mit-tmiem tas-sena finanzjarja fejn ikun sar il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet, dawn l-amonti huma mmaniġġjati separatament u b'mod indipendenti bil-għan li jiffinanzjaw is-servizzi kulturali, soċjali u edukattivi, mingħajr preġudizzju għad-dritt tad-detentur tad-drittijiet li jitlob dawn l-ammonti mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv skont il-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-limiti tat-talbiet.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżuri biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet għandhom jinkludu l-verifika tar-rekords ta' sħubija u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-membri tas-soċjetà kollettriċi kif ukoll tal-pubbliku, lista ta' xogħlijiet li għalihom ma ġiex identifikat jew lokalizzat xi detentur tad-drittijiet jew aktar.

3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha tistabbilixxi miżuri effikaċi biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet filwaqt li tiżgura salvagwardji xierqa biex tiskoraġġixxi l-frodi. Miżuri bħal dawn għandhom jinkludu l-verifika tar-rekords ta' sħubija u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-membri tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv kif ukoll tal-pubbliku b'mod regolari, lista ta' xogħlijiet u materjal tematiku ieħor li għalihom ma ġiex identifikat jew lokalizzat xi detentur tad-drittijiet jew aktar.

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi ma tiddiskriminax bejn il-membri tagħha u kwalunkwe detentur tad-drittijiet li timmaniġġja d-drittijiet tiegħu skont ftehim ta' rappreżentazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tat-tariffi applikabbli, it-tariffi għall-immaniġġjar, u l-kundizzjonijiet għall-ġbir tad-dħul mid-drittijiet u t-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv ma tiddiskriminax bejn il-membri tagħha u kwalunkwe detentur tad-drittijiet li timmaniġġja d-drittijiet tiegħu skont ftehim ta' rappreżentanza, b'mod partikolari fir-rigward tat-tariffi applikabbli, il-ħlasijiet għall-immaniġġjar, u l-kundizzjonijiet għall-ġbir tad-dħul mid-drittijiet u t-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet, u t-tnaqqis li sar għall-ħlasijiet għall-immaniġġjar kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 16.

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-soċjetà kollettriċi ma għandha tapplika l-ebda tnaqqis, ħlief tariffi għall-immaniġġjar, fuq id-dħul mid-drittijiet derivat mid-drittijiet li timmaniġġja abbażi ta' ftehim ta' rappreżentazzjoni ma' soċjetà kollettriċi oħra, sakemm is-soċjetà kollettriċi l-oħra ma tagħtix kunsens espliċitu għal dan it-tnaqqis.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv ma tapplika l-ebda tnaqqis, ħlief ħlasijiet għall-immaniġġjar, fuq id-dħul mid-drittijiet derivat mid-drittijiet li timmaniġġja abbażi ta' ftehim ta' rappreżentanza, jew għal kwalunkwe dħul li jirriżulta mill-investiment ta' dak id-dħul tad-drittijiet.

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetà kollettriċi għandha tqassam u tħallas l-ammonti dovuti lil soċjetajiet kollettriċi oħra b'mod regolari, diliġenti u preċiż.

2. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha tqassam u tħallas l-ammonti dovuti lill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv l-oħrajn b'mod regolari, diliġenti, preċiż u mingħajr dewmien bla bżonn.

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ħruġ ta' liċenzji

Ħruġ ta' liċenzji u kundizzjonijiet għall-użu tad-drittijiet

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-soċjetajiet kollettriċi u l-utenti għandhom jidħlu f'negozjati għall-ħruġ ta' liċenzji tad-drittijiet in bona fede, inkluż l-għoti tal-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizzi rispettivi tagħhom.

1. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-utenti għandhom jidħlu f'negozjati għall-ħruġ ta' liċenzji tad-drittijiet in bona fede. Huma għandhom ifornu l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar is-servizzi rispettivi tagħhom.

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-termini għal ħruġ ta' liċenzji għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, b'mod partikolari fir-rigward tat-tariffi.

It-termini għal ħruġ ta' liċenzji għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv li joħorġu liċenzji għad-drittijiet mhumiex meħtieġa jibbażaw ruħhom, għal tipi oħra ta' servizzi, b'mod partikolari servizzi online, fuq il-kundizzjonijiet għall-ħruġ tal-liċenzji mifthiema mal-utent meta dan ikun qed jipprovdi tip ta' servizz ġdid li jkun ilu disponibbli għall-pubbliku għal perjodu inqas minn tliet snin.

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tariffi għal drittijiet esklussivi għandhom jirriflettu l-valur ekonomiku tad-drittijiet innegozjati u tas-servizz provdut mis-soċjetà kollettriċi.

Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jirċievi remunerazzjoni xierqa għall-użu tad-drittijiet. It-tariffi għandhom ikunu kkalkulati abbażi ta' kriterji oġġettivi li jirriflettu, fost oħrajn, in-natura u l-kobor ta', u relazzjoni raġonevoli ma', il-valur ekonomiku tal-użu tad-drittijiet innegozjati.

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jinformaw lill-utent ikkonċernat, abbażi ta' deċiżjoni sostanzjata, bil-kalkolu tat-tariffi msemmija fit-tieni subparagrafu għall-ħruġ jew it-tiġdid tal-liċenzji.

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jirrispondu mingħajr dewmien għat-talbiet mill-utenti, billi jindikaw fost oħrajn l-informazzjoni meħtieġa biex l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tforni proposta għal liċenzja. Meta l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tirċievi tali informazzjoni, hija għandha minnufih tinnotifika lill-utent li rċeviet l-informazzjoni kollha rilevanti jew tispeċifika x'informazzjoni addizzjonali teħtieġ sabiex tforni proposta għal liċenzja. Organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha tipproponi liċenzja jew tifformula dikjarazzjoni motivata dwar ir-raġuni għaliex ma tkunx beħsiebha toħroġ liċenzja għal servizz partikolari fi żmien 90 ġurnata minn meta tirċievi talba għal liċenzja flimkien mal-informazzjoni kollha rilevanti.

Ġustifikazzjoni

L-utenti kif anki d-detenturi tad-drittijiet għandhom dritt li jitolbu li l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv ikunu rapidi meta jiġu biex jirrispondu għat-talbiet għall-ħruġ ta' liċenzji u li dawn effettivament joħorġu l-liċenzja. Organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tista' madankollu ma tkunx mistennija tforni proposta għal liċenzja mingħajr ma tirċievi l-informazzjoni meħtieġa minnha mingħand l-utent, li, min-naħa tiegħu, għandu jkollu d-dritt jirċievi informazzjoni ċara dwar x'informazzjoni teħtieġ l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv. Barra minn hekk, organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv ma tistax tiġi mġiegħla toħroġ liċenzja għal servizz speċifiku billi dan ikun jikser id-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandu jkollha madankollu tifformula dikjarazzjoni motivata dwar ir-raġuni għala rrifjutat li toħroġ liċenzja għas-servizz għall-informazzjoni tal-utenti, u skont dispożizzjoni ġdida tal-Artikolu 16, tad-detenturi tad-drittjiet irrappreżentati mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv.

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Obbligi tal-utenti

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jirrispettaw l-iskadenzi u l-iskedi tal-ħlas kif previsti fil-liċenzji u fil-ftehimiet konklużi mal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv sabiex dawn l-organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jirrispettaw l-iskadenzi tagħhom stess għat-tqassim lid-detenturi tad-drittijiet.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti u l-produtturi jipprovdu lill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv li magħhom ikkonkludew liċenzja jew ftehim, fi ħdan żmien u format miftiehma, b'informazzjoni regolari, preċiża u fil-pront fil-pussess tagħhom dwar l-użu tad-drittijiet, sabiex l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv jiġbru d-dħul mid-drittijiet dovuti lid-detenturi tad-drittijiet li jirrappreżentaw.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Artikolu 15b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15b

 

Ftehimiet ta' rappreżentanza bejn l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv

 

L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom ikollhom id-dritt jikkonkludu ftehimiet ta' rappreżentanza ma' organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv oħrajn fil-qasam tal-immaniġġjar tad-drittijiet bil-għan li jiffaċilitaw, itejbu u jissemplifikaw il-proċeduri għall-ħruġ ta' liċenzji lill-utenti, inkluż għall-finijiet ta' fatturazzjoni unika, skont kundizzjonijiet indaqs, mhux diskriminatorji u trasparenti, u joffru liċenzji multiterritorjali, partikolarment, f'oqsma differenti minn dawk imsemmija fit-Titolu III.

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni pprovduta lid-detenturi tad-drittijiet dwar l-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom

Informazzjoni pprovduta lill-membri u lid-detenturi tad-drittijiet irrappreżentati minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv dwar l-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-anqas darba f'sena, permezz ta' mezzi elettroniċi, l-informazzjoni li ġejja lil kull wieħed mid-detenturi tad-drittijiet li tirrappreżenta:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-anqas darba f'sena, permezz ta' mezzi elettroniċi, l-informazzjoni li ġejja lil kull wieħed mid-detenturi tad-drittijiet li lilu tagħmel ħlas matul il-perjodu kkonċernat u kull membru li tirrappreżenta:

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) it-tnaqqis li sar għat-tariffi għall-immaniġġar, fil-perjodu kkonċernat;

(e) l-ammont tal-ħlasijiet għall-immaniġġjar fil-perjodu kkonċernat, it-tnaqqis li sar għall-ħlasijiet għall-immaniġġjar fil-perjodu kkonċernat u l-introjtu mill-investiment użat għas-saldu tal-ħlasijiet għall-immaniġġjar u/jew imqassam lill-membri fil-perjodu kkonċernat;

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) kwalunkwe dikjarazzjoni motivata maħruġa skont l-Artikolu 15(2a) dwar ir-rifjut tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li toħroġ liċenzja għal servizz partikolari.

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-membri ta' organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv iridu jgħaddu lill-organizzazzjoni, fi żmien raġonevoli, l-informazzjoni dettaljata dwar l-użi possibbli tax-xogħol, sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni bla intoppi tal-organizzazzjoni.

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha tqiegħed l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għad-dispożizzjoni tad-detenturi tad-drittijiet li tirrappreżenta meta tkun mitluba tagħmel dan minn dawk id-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 18.

imħassar

Informazzjoni pprovduta lid-detenturi tad-drittijiet, membri, soċjetajiet kollettriċi oħra u utenti, fuq talba

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi tagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja meta tkun mitluba minn kwalunkwe detentur tad-drittijiet li tirrappreżenta d-drittijiet tiegħu, minn kwalunkwe soċjetà kollettriċi li timmaniġġja f'isimha d-drittijiet skont ftehim ta' rappreżentazzjoni jew minn kwalunkwe, permezz ta' mezzi elettroniċi, mingħajr dewmien mhux iġġustifikat:

 

(a) kuntratti ta' ħruġ ta' liċenzji standard u tariffi applikabbli;

 

(b) ir-repertorju u d-drittijiet li timmaniġġja u l-Istati Membri koperti;

 

(c) lista ta' ftehimiet ta' rappreżentazzjoni li tkun daħlet għalihom, inkluża informazzjoni dwar soċjetajiet kollettriċi oħra involuti, ir-repertorju rappreżentat u l-ambitu territorjali kopert minn ftehim bħal dan.

 

2. Barra minn hekk, soċjetà kollettriċi għandha tagħmel disponibbli meta tkun mitluba minn kwalunkwe detentur tad-drittijiet jew minn kwalunkwe soċjetà kollettriċi, kwalunkwe informazzjoni dwar xogħlijiet li għalihom ma ġiex identifikat detentur tad-drittijiet jew aktar inkluż, fejn ikun disponibbli, it-titolu tax-xogħol, isem l-awtur, isem l-pubblikatur u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra disponibbli li tista' tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet.

 

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) il-lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 9;

(c) lista tal-persuni li jimmaniġġjaw in-negozju tal-organizzazzjoni;

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) regoli dwar it-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet;

(d) il-politika ġenerali dwar it-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet;

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) regoli dwar it-tariffi għall-immaniġġjar;

(e) regoli dwar il-ħlasijiet għall-immaniġġjar u t-tnaqqis fuq l-introjtu mill-investiment tagħhom;

 

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) regoli dwar it-tnaqqis mid-dħul tad-drittijiet għal finijiet li huma differenti mit-tariffi għall-immaniġġjar, inkluż it-tnaqqis għall-finijiet ta' servizzi soċjali, kulturali u edukattivi;

(f) regoli dwar it-tnaqqis mid-dħul tad-drittijiet, inklużi dawk li jistgħu jkunu meħtieġa mid-dritt nazzjonali, għal finijiet li huma differenti mill-ħlasijiet għall-immaniġġjar, inkluż it-tnaqqis għall-finijiet ta' servizzi soċjali, kulturali u edukattivi

Emenda  126

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) il-politika ġenerali dwar l-użu tal-ammonti msemmija fl-Artikolu 12(2);

 

Emenda  127

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) kuntratti ta' ħruġ ta' liċenzji standard u tariffi applikabbli;

Emenda  128

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb) ir-repertorju u d-drittijiet li timmaniġġja u l-Istati Membri koperti;

Emenda  129

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt gc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gc) lista ta' ftehimiet ta' rappreżentanza li tkun daħlet fihom, inkluż informazzjoni dwar organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv oħra involuti, ir-repertorju rappreżentat u l-kamp ta' applikazzjoni territorjali kopert minn kwalunkwe ftehim bħal dan;

Emenda  130

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt gd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gd) kwalunkwe informazzjoni dwar xogħlijiet li għalihom detentur wieħed jew aktar tad-drittijiet ma jkunx ġie identifikat inkluż, meta disponibbli, it-titolu tax-xogħol, isem l-awtur, isem il-pubblikatur u kull informazzjoni rilevanti oħra disponibbli li tista' tkun neċessarja għall-identifikazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  131

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-punti 1(a), (f) u (g) tal-Anness I, ma għandhomx japplikaw għal soċjetà kollettriċi li fuq il-karta ta' bilanċ tagħha, ma taqbiżx il-limiti ta' tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

imħassar

(a) total tal-karta ta' bilanċ: EUR 350,000;

 

(b) turnover nett: EUR 700,000;

 

(c) medja ta' impjegati matul is-sena finanzjarja: għaxra.

 

Emenda  132

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità mis-soċjetajiet kollettriċi ma' dawk ir-rekwiżiti tista' tkun riveduta effettivament mill-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 39.

imħassar

Emenda  133

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-kunsiderazzjoni, mingħajr dewmien żejjed, ta' kwalunkwe bidla fl-informazzjoni deskritta fil-punt (a),

(d) il-kunsiderazzjoni, mingħajr dewmien żejjed, ta' kwalunkwe bidla fl-informazzjoni deskritta fil-punti (a) u (b);

Emenda  134

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Soċjetà kollettriċi li toħroġ liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f'xogħlijiet mużikali, għandha tipprovdi lill-fornituri tas-servizzi tal-mużika online, lid-detenturi tad-drittijiet u lil soċjetajiet kollettriċi, permezz ta' mezzi elettroniċi, informazzjoni aġġornata li tippermetti l-identifikazzjoni tar-repertorju ta' mużika online li tirrappreżenta. Din tinkludi x-xogħlijiet mużikali rappreżentati, id-drittijiet rappreżentati, b'mod sħiħ jew parzjali, u l-Istati Membri rappreżentati.

1. Organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li toħroġ liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f'xogħlijiet mużikali, għandha tipprovdi lill-fornituri tas-servizzi tal-mużika online, lill-membri u lil organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv oħra, permezz ta' mezzi elettroniċi, informazzjoni aġġornata li tippermetti l-identifikazzjoni tar-repertorju ta' mużika online li tirrappreżenta. Din tinkludi:

 

(a) ix-xogħlijiet mużikali rappreżentati, inkluż l-isem tal-artist u t-titolu tar-reġistrazzjoni;

 

(b) id-drittijiet rappreżentati, b'mod sħiħ jew parzjali; u

 

(c) l-Istati Membri rappreżentati.

 

(It-tmiem tal-Artikolu 23(1) tat-test tal-Kummissjoni sar il-punti (a) sa c) fl-emenda tal-Parlament).

Emenda  135

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetà kollettriċi tista' tieħu miżuri raġonevoli biex tħares il-preċiżjoni u l-integrità tad-dejta, biex tikkontrolla l-użu mill-ġdid tiegħu u biex tħares id-dejta personali u l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

imħassar

Emenda  136

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Soċjetà kollettriċi li toħroġ liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f'xogħlijiet mużikali, għandu jkollha fis-seħħ proċeduri aċċessibbli faċilment biex tippermetti lid-detenturi tad-drittijiet u lil soċjetajiet kollettriċi oħra, joġġezzjonaw għall-kontenut tad-dejta msemmija fl-Artikolu 22(2) jew l-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 23, fejn dawn id-detenturi tad-drittijiet u soċjetajiet kollettriċi, abbażi ta' evidenza raġonevoli, jemmnu li d-dejta jew l-informazzjoni ma jkunux preċiżi fir-rigward tad-drittijiet online tagħhom f'xogħlijiet mużikali. Meta l-pretensjonijiet ikunu sostanzjati biżżejjed, is-soċjetà kollettriċi għandha tiżgura li d-dejta jew l-informazzjoni jiġu korretti mingħajr dewmien żejjed.

1. Organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li toħroġ liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f'xogħlijiet mużikali, għandu jkollha fis-seħħ proċeduri aċċessibbli faċilment biex tippermetti lid-detenturi tad-drittijiet, u lil organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv oħra, u lil utenti, joġġezzjonaw għall-kontenut tad-dejta msemmija fl-Artikolu 22(2) jew l-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 23, fejn dawn id-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-utenti, abbażi ta' evidenza raġonevoli, jemmnu li d-dejta jew l-informazzjoni ma jkunux preċiżi fir-rigward tad-drittijiet online tagħhom f'xogħlijiet mużikali. Meta l-pretensjonijiet ikunu sostanzjati biżżejjed, l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha tiżgura li d-dejta jew l-informazzjoni jiġu korretti mingħajr dewmien żejjed.

Emenda  137

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-Kummissjoni tista' tistabbilixxi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, formoli standard biex tingħata l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u formati standards tal-fatturi msemmija fil-paragrafu 3. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 41b(2).

 

Emenda  138

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetà kollettriċi li qed tagħti l-awtorizzazzjoni għandha tinforma lill-membri tagħha dwar it-tul tal-ftehim, l-ispejjeż tas-servizzi pprovduti mis-soċjetà kollettriċi l-oħra u kwalunkwe terminu importanti tal-ftehim.

2. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li qed tagħti l-awtorizzazzjoni għandha tinforma lid-detenturi tad-drittijiet dwar it-tul tal-ftehim, l-ispejjeż tas-servizzi pprovduti mill-organizzazzjoni l-oħra ta' mmaniġġjar kollettiv u kwalunkwe terminu importanti tal-ftehim.

Emenda  139

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jippromwovu, bl-istess kundizzjonijiet, meta dan ikun applikabbli, il-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv fl-oqsma tal-immaniġġjar, l-amministrazzjoni u l-ħruġ ta' liċenzji tad-drittijiet.

Emenda  140

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-soċjetà kollettriċi mitluba għandha taċċetta tali talba, jekk tkun diġà qed toħroġ jew toffri li toħroġ liċenzji multiterritorjali għall-istess kategorija ta' drittijiet online f'xogħlijiet mużikali fir-repertorju ta' soċjetà kollettriċi oħra jew aktar.

L-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv mitluba għandha taċċetta tali talba fi żmien xahar wara li tkun irċevietha, jekk tkun diġà qed toħroġ jew toffri li toħroġ liċenzji multiterritorjali għall-istess kategorija ta' drittijiet online f'xogħlijiet mużikali fir-repertorju ta' organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv oħra jew aktar.

Emenda  141

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv mitluba għandha toffri u timmaniġġja r-repertorju tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li tressaq it-talba għall-iskop ta' ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali bħal dawk applikabbli għar-repertorju tagħha.

Emenda  142

Proposta għal direttiva

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn soċjetà kollettriċi ma toħroġx jew ma toffrix li toħroġ liċenzji multiterritorjali fid-drittijiet online f'xogħlijiet mużikali jew ma tippermettix lil soċjetà kollettriċi oħra, tirrappreżenta dawk id-drittijiet għal dan l-iskop sa sena wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, id-detenturi tad-drittijiet li awtorizzaw lil dik is-soċjetà kollettriċi tirrappreżenta d-drittijiet online tagħhom f'xogħlijiet mużikali, jistgħu joħorġu liċenzji multiterritorjali fid-drittijiet online tagħhom f'xogħlijiet mużikali, huma nnifishom jew permezz ta' soċjetà kollettriċi li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu jew kwalunkwe parti oħra li jawtorizzaw. Is-soċjetà kollettriċi li ma toħroġx jew ma toffrix li toħroġ liċenzji multiterritorjali għandha tkompli toħroġ jew toffri li toħroġ liċenzji għad-drittijiet online f'xogħlijiet mużikali ta' dawn id-detenturi tad-drittijiet għall-użu tagħhom fit-territorji tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-soċjetà kollettriċi, sakemm id-detenturi tad-drittijiet jitterminaw l-awtorizzazzjoni biex jimmaniġġjawhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv ma toħroġx jew ma toffrix li toħroġ liċenzji multiterritorjali fid-drittijiet online f'xogħlijiet mużikali jew ma tippermettix lil organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv oħra tirrappreżenta dawk id-drittijiet għal dan l-iskop sa sena wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva, id-detenturi tad-drittijiet li awtorizzaw lil dik l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tirrappreżenta d-drittijiet online tagħhom f'xogħlijiet mużikali jistgħu jtemmu l-awtorizzazzjoni għall-immaniġġjar tad-drittijiet jew jirtiraw id-drittijiet, bil-għan li joħorġu liċenzji multiterritorjali fid-drittijiet online tagħhom f'xogħlijiet mużikali, huma nnifishom jew permezz ta' organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta' dan it-Titolu jew kwalunkwe parti oħra li jawtorizzaw.

Emenda  143

Proposta għal direttiva

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikoli 18(1)(a), 18(1)(c), 22, 23, 24, 25, 26, 27, 3236 għandhom japplikaw ukoll għall-entitajiet li huma ta' proprjetà, b'mod sħiħ jew parzjali, ta' soċjetà kollettriċi u li joffru jew joħorġu liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f'xogħlijiet mużikali.

L-Artikoli 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 30 u 35(1a) għandhom japplikaw ukoll għall-entitajiet li huma ta' proprjetà, b'mod sħiħ jew parzjali, ta', jew ikkontrollati direttament jew indirettament, minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv u li joffru jew joħorġu liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f'xogħlijiet mużikali.

Emenda  144

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Soluzzjoni tat-tilwim għall-membri u d-detenturi tad-drittijiet

Proċeduri ta' lmenti

Emenda  145

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soċjetajiet kollettriċi jagħmlu disponibbli għall-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom, proċeduri biex jittrattaw l-ilmenti u biex isolvu t-tilwim b'mod effettiv u fil-ħin, partikolarment fir-rigward tal-awtorizzazzjoni biex jimmaniġġjaw id-drittiijiet, u t-terminazzjoni jew l-irtirar tad-drittijiet, it-termini ta' sħubija, il-ġbir ta' ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet, it-tnaqqis u t-tqassim.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv jagħmlu disponibbli għall-membri, id-detenturi tad-drittijiet tagħhom, u l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv l-oħrajn li f'isimhom jimmaniġġjaw id-drittijiet skont ftehim ta' rappreżentanza, proċeduri biex jittrattaw l-ilmenti u biex isolvu t-tilwim b'mod effettiv u fil-ħin, partikolarment fir-rigward tal-awtorizzazzjoni biex jimmaniġġjaw id-drittiijiet, u t-terminazzjoni jew l-irtirar tad-drittijiet, it-termini ta' sħubija, il-ġbir ta' ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet, it-tnaqqis u t-tqassim.

 

Emenda  146

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jirrispondu bil-miktub l-ilmenti mressqa mill-membri jew mid-detenturi tad-drittijiet. Meta s-soċjetà kollettriċi tirrifjuta l-ilment, għandha tagħti r-raġunijiet.

2. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jirrispondu bil-miktub l-ilmenti mressqa mill-membri, tad-detenturi tad-drittijiet jew l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv li f'isimhom jimmaniġġjaw id-drittijiet skont ftehim ta' rappreżentanza. Meta l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tirrifjuta l-ilment, għandha tagħti r-raġunijiet.

Emenda  147

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-partijiet ma għandhomx ikunu mċaħħda milli jasserixxu u jiddefendu d-drittijiet tagħhom billi jiftħu kawża l-qorti.

imħassar

Emenda  148

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Riżoluzzjoni ta' tilwim għall-utenti

Proċeduri alternattivi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim

Emenda  149

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tilwim bejn is-soċjetajiet kollettriċi u l-utenti dwar kundizzjonijiet eżistenti jew proposti għall-ħruġ ta' liċenzji, tariffi u kwalunkwe ċaħda għall-ħruġ ta' liċenzja jistgħu jitressqu quddiem qorti, u jekk xieraq lil korp imparzjali għal riżoluzzjoni ta' tilwim.

1. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li t-tilwim bejn organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv, membri tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv, detenturi tad-drittijiet jew utenti fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont ir-rekwiżiti ta' din id-Direttiva għandhom jitressqu għal proċedura alternattiva għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li tkun rapida, indipendenti u imparzjali.

Emenda  150

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet tat-Titolu III, it-tilwim li jinvolvi l-ħruġ jew l-offerta ta' ħruġ mingħand organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv ta' liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online fix-xogħlijiet mużikali jistgħu jkunu suġġetti għal proċedura alternattiva għar-riżoluzzjoni tat-tilwim li tkun indipendenti u imparzjali fil-każijiet li ġejjin:

 

(a) tilwim ma' fornitur tas-servizzi ta' mużika online attwali jew potenzjali dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 15, 22, 23, 24 u 25;

 

(b) tilwim ma' detentur tad-drittijiet wieħed jew aktar dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 22, 23, 24, 25, 26, 28, 29 u 30;

 

(c) tilwim ma' organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv oħra dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 24, 25, 26, 28 u 29.

Emenda  151

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta l-obbligu stipulat fil-paragrafu 1 huwa implimentat permezz ta' rikors lejn korp imparzali għal riżoluzzjoni ta' tilwim, dan ma għandux jipprevjeni lill-partijiet milli jasserixxu u jiddefendu d-drittijiet tagħhom billi jieħdu azzjoni f'qorti.

imħassar

Emenda  152

Proposta għal direttiva

Artikolu 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 36

imħassar

Riżoluzzjoni alternattiva ta' tilwim

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw għall-finijiet tat-Titolu III, li t-tilwim li ġej ta' soċjetà kollettriċi li toħroġ jew toffri li toħroġ liċenzji multiterritorjai fi drittijiet online f'xogħlijiet mużikali, jistgħu jiġu sottomessi lil korpi indipendenti u imparzjali għal riżoluzzjoni ta' tilwim:

 

(a) tilwim ma' fornitur tas-servizzi ta' mużika online proprju u potenzjali dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 22, 24 u 25;

 

(b) tilwim ma' detentur tad-drittijiet wieħed jew aktar dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 22, 23, 24, 25, 26, 28, 29 u 30;

 

(c) tilwim ma' soċjetà kollettriċi oħra dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 24, 25, 26, 28 u 29.

 

2. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jinfurmaw lill-partijiet rilevanti dwar id-disponibbiltà ta' proċeduri alternattivi ta' riżoluzzjoni ta' tilwim kif imsemmi fil-paragrafu 1.

 

3. Il-proċeduri msemmija fil-paragrafi 1 sa 2 ma għandhomx jipprevjenu lill-partijiet milli jasserixxu u jiddefendu d-drittijiet tagħhom billi jieħdu azzjoni f'qorti.

 

Emenda  153

Proposta għal direttiva

Artikolu 36a (ġdid) – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 36a

 

Riżoluzzjoni tat-tilwim

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tilwim bejn l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u l-utenti dwar, fost affarijiet oħra, il-kundizzjonijiet eżistenti jew proposti għall-ħruġ ta' liċenzji, it-tariffi, il-kalkolu tat-tariffi jew kwalunkwe rifjut għall-ħruġ jew tiġdid ta' liċenzja jista' jitressaq quddiem qorti jew korp indipendenti u imparzjali għar- riżoluzzjoni tat-tilwim b'kompetenza fid-dritt fil-qasam tal-proprjetà intellettwali.

Emenda  154

Proposta għal direttiva

Artikolu 36a (ġdid) – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2. L-Istati Membri għandhom jiddisponu fil-leġiżlazzjoni speċifika tagħhom dwar ir-riżoluzzjoni tat-tilwim li l-utenti għandhom jiddepożitaw tariffa intermedja f'kont miżmum minn terzi sa ma tittieħed id-deċiżjoni finali u irrevokabbli mill-qorti jew mill-korp ta' riżoluzzjoni tat-tilwim fir-rigward tat-tariffa kkontestata.

Emenda  155

Proposta għal direttiva

Artikolu 36a (ġdid) – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3. L-Artikoli 34, 35 u l-Artikolu 36a(1) għandhom ikunu bla ħsara għad-dritt tal-partijiet li jasserixxu u jiddefendu drittijiethom billi jieħdu azzjoni f'qorti.

 

Emenda  156

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ilmenti

Ottemperanza ma' din id-Direttiva

Emenda  157

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti proċeduri għall-membri ta' soċjetà kollettriċi, id-detenturi tad-drittijiet, l-utenti u partijiet interessati oħra biex jissottomettu ilmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-attivitajiet tas-soċjetajiet kollettriċi li huma koperti minn din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti li għandhom jiżguraw l-ottemperanza min-naħa tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv stabbiliti fit-territorju tagħhom mad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.

Emenda  158

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu stabbiliti proċeduri li jħallu lill-membri ta' organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, lid-detenturi tad-drittijiet, lill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv koperti minn din id-Direttiva, lill-utenti u lill-partijiet interessati l-oħra jressqu lmenti lill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv koperti minn din id-Direttiva.

Emenda  159

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-Istati Membri għandhom jiddisponu li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom jimponu sanzjonijiet amministrattivi xierqa u jieħdu miżuri xierqa meta ma tirriżultax ottemperanza mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, u għandhom jiżguraw li jiġu applikati. Dawn is-sanzjonijiet u l-miżuri għandhom ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

 

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard minn [data] u għandhom jinformawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe modifika sussegwenti li ssirilhom.

 

Emenda  160

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bl-isem tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 15, 21, 37 u 40 sa [data].

Emenda  161

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-proċeduri tal-ilmenti msemmija fil-paragrafu 1, jiġu amministrati mill-awtoritajiet kompetenti li għandhom is-setgħa li jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottata skont ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva.

imħassar

Emenda  162

Proposta għal direttiva

Artikolu 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 38

imħassar

Sanzjonijiet jew miżuri

 

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom jistgħu jieħdu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi xierqa meta d-dispożizzjonijiet tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma jkunux ġew osservati u għandhom jiżguraw li jkunu applikati. Dawn is-sanzjonijiet u miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

 

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 sad-[data] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

 

Emenda  163

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 21, 37, 38 u 40 sad-[data].

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikoli 15, 21, 37 u 40 sa [data]. Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli fuq is-sit tagħha.

Emenda  164

Proposta għal direttiva

Artikolu 39 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tagħmel din l-informazzjoni disponibbli fuq il-websajt tagħha.

imħassar

Emenda  165

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 39, jissorveljaw b'mod kontinwu l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III ta' din id-Direttiva, mis-soċjetajiet kollettriċi stabbiliti fit-territorju tagħhom meta joħorġu liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f'xogħlijiet mużikali.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 39, jissorveljaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III ta' din id-Direttiva, mill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv stabbiliti fit-territorju tagħhom meta joħorġu liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f'xogħlijiet mużikali.

Emenda  166

Proposta għal direttiva

Artikolu 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [5 snin wara t-tmiem tal-perjodu ta' traspożizzjoni (data)], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp ta' servizzi transfruntiera u fuq id-diversità kulturali, u jekk ikun meħtieġ, dwar il-bżonn li tkun riveduta. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport tagħha flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq.

Sa [5 snin wara t-tmiem tal-perjodu ta' traspożizzjoni (data)], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva, inkluż l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp ta' servizzi transfruntiera u fuq id-diversità kulturali, u jekk ikun meħtieġ, dwar il-bżonn li tkun riveduta. Dan ir-rapport għandu jintuża wkoll biex jivvaluta l-impatt finanzjarju tal-implimentazzjoni tad-Direttiva u l-possibbiltà tal-ħolqien, jekk meħtieġ għall-benefiċċju tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv, ta' finanzjament relatat. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport tagħha flimkien ma' proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq.

Emenda  167

Proposta għal direttiva

Artikolu 41a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 41a

 

Protezzjoni tad-dejta personali

 

L-ipproċessar tad-dejta personali li jirriżulta mill-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jsir f'konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data1.

 

______________

 

1 ĠU L 281 23.11.1995, p. 31.

Emenda  168

Proposta għal direttiva

Artikolu 41b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 41b

 

Proċedura ta' kumitat

 

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

 

2. Fejn isir riferiment għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda  169

Proposta għal direttiva

Artikolu 42 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva]. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni, it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva]. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni, it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

  • [1]  ĠU C 44, 15.2.2013, p. 104.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (20.6.2013)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għal użu online fis-suq intern
(COM(2012)0372 – C7‑0183/2012 – 2012/0180(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Helmut Scholz

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

B'din il-proposta leġiżlattiva għal Direttiva, il-Kummissjoni għandha l-għan li ddaħħal fis-seħħ qafas ġuridiku xieraq għall-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet li huma amministrati minn soċjetajiet kollettriċi f'isem id-detenturi tad-drittijiet billi tipprovdi regoli dwar il-governanza aħjar u t-trasparenza ikbar tas-soċjetajiet kollettriċi kollha, kif ukoll billi tindirizza l-ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali tad-drittijiet tal-awturi f'xogħlijiet mużikali tagħhom mis-soċjetajiet kollettriċi li jirrappreżentaw lill-awturi, b'mod partikolari fl-ambjent diġitali l-ġdid.

B'hekk, il-Kummissjoni qed tirreaġixxi għal diversi talbiet mill-Parlament f'sensiela ta' riżoluzzjonijiet tal-2004[1], l-2007[2] u l-2008[3], biex tipproponi strument ġuridiku vinkolanti f'dan il-qasam. Għandu jingħad li mhux il-kunsiderazzjonijiet kollha espressi mill-Parlament ġew indirizzati, speċjalment dawk dwar il-liċenzji transfruntieri għad-drittijiet online rigward xogħlijiet mużikali skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2005[4].

Il-qafas ġuridiku attwali dwar id-drittijiet tal-awtur fl-UE waqa' lura mill-iżviluppi mgħaġġla fis-soċjetà diġitali. Il-ħruġ ta' liċenzji għal użu online għandu jiffaċilita l-aċċess għall-kontenut mużikali online fl-UE (servizzi ta' tniżżil [download] u streaming) u soċjetajiet kollettriċi stabbiliti fl-UE se jipprovdu wkoll liċenzji għall-fornituri tas-servizzi online stabbiliti barra l-pajjiż għal mużika li toriġina minn barra. Dawn il-kwistjonijiet għandhom implikazzjonijiet għall-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali u tal-kompetittività u ċertament għandhom dimensjoni internazzjonali. Minn din il-perspettiva, il-ħolqien ta' kundizzjonijiet ta' parità fost is-soċjetajiet kollettriċi billi jiġu introdotti l-istandards dwar il-governanza u t-trasparenza applikabbli għas-soċjetajiet kollha għandhom jiffaċilitaw l-aċċess għall-mużika online.

Ir-rapporteur jixtieq jiżgura li ż-żieda fit-talbiet introdotti minn din il-leġiżlazzjoni fir-rigward tat-trasparenza u tal-kapaċitajiet amministrattivi tas-soċjetajiet kollettriċi ma jwasslux għal diskriminazzjoni tas-soċjetajiet kollettriċi u tal-aġenti kummerċjali bbażati fl-UE meta mqabbla mal-kompetituri li mhumiex ibbażati fl-UE u joperaw fis-suq tal-UE, u biex jiskoraġġixxi d-delokalizzazzjoni barra l-pajjiż tas-soċjetajiet kollettriċi. Fl-istess waqt, ir-rapporteur għandu l-għan li jiżgura li s-soċjetajiet kollettriċi jibqa' jkollhom rwol importanti li jħarsu id-diversità kulturali u jsiru msieħba attraenti tal-immaniġġjar ta' drittijiet għall-artisti Ewropej u internazzjonali filwaqt li tiġi żgurata remunerazzjoni fil-ħin tal-awturi u jinżamm l-ogħla kontroll dwar min għandu jirrappreżentahom u liema drittijiet.

Madankollu, il-kontribut jappoġġa essenzjalment il-politika kummerċjali - jiġu evitati ostakli żejda u tiġi żgurata l-kompetittività internazzjonali. Għal din ir-raġuni, l-opinjoni tfittex li tadotta approċċ modest, li tillimita lilha nnifisha għall-aspetti tal-proposta tal-Kummissjoni li huma l-aktar rilevanti fil-kummerċ internazzjonali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-għan huwa li jintlaħaq mudell ibbilanċjat li jagħti lill-utenti u liċ-ċittadini aċċess faċli għall-kontenut u għall-beni kulturali, jirrispetta lill-kreaturi u lid-detenturi tad-drittijiet u jippermetti lil dawk li jixtiequ joħolqu l-kontenut tagħhom stess dan jagħmluh u jikkondividuh mingħajt ma jakkwistaw drittijiet ta' proprjetà intellettwali (IPR). Il-leġiżlazzjoni moderna tal-UE li tkun adattata għall-esiġenzi attwali fil-qasam tal-infurzar tal-IPR fid-dominju diġitali se sservi bħala bażi għall-istabbiliment ta' ftehimiet mas-sħab kummerċjali tagħna.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) It-tixrid ta' kontenut li huwa protett bi drittijiet tal-awtur u minn drittijiet u servizzi relatati inklużi kotba, produzzjonijiet awdjoviżivi u mużika rreġistrata jeħtieġ il-ħruġ ta' liċenzji ta' drittijiet minn detenturi differenti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, bħall-awturi, artisti, produtturi u pubblikaturi. Huwa normali għad-detenturi tad-drittijiet li jagħżlu bejn l-immaniġġjar individwali jew kollettiv tad-drittijiet tagħhom. L-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jinkludi l-ħruġ ta' liċenzji lil utenti, il-verifika tal-liċenzji u s-sorveljanza tal-użu tad-drittijiet, l-infurzar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet derivat mill-isfruttament tad-drittijiet u t-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi jippermettu lid-detenturi tad-drittijiet jiġu mħallsa għall-użi li ma jkunux f'pożizzjoni biex jikkontrollaw jew jinfurzaw huma stess, inkluż fis-swieq mhux interni. Madankollu, dawn għandhom irwol soċjali u kulturali importanti bħala promoturi tad-diversità fl-espressjonijiet kulturali billi jippermettu li r-repertorji l-aktar żgħar u l-anqas popolari jaċċessaw is-suq. L-Artikolu 167 tat-TFUE jitlob lill-Unjoni sabiex tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha, b'mod partikolari biex tirrispetta u tippromwovi d-diversità tal-kulturi tagħha.

(2) It-tixrid ta' kontenut li huwa protett bi drittijiet tal-awtur u minn drittijiet u servizzi relatati inklużi kotba, produzzjonijiet awdjoviżivi u mużika rreġistrata jeħtieġ il-ħruġ ta' liċenzji ta' drittijiet minn detenturi differenti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, bħall-awturi, artisti, produtturi u pubblikaturi. Huwa normali għad-detenturi tad-drittijiet li jagħżlu bejn l-immaniġġjar individwali jew kollettiv tad-drittijiet tagħhom. L-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jinkludi l-ħruġ ta' liċenzji lil utenti, il-verifika tal-liċenzji u s-sorveljanza tal-użu tad-drittijiet, l-infurzar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet derivat mill-isfruttament tad-drittijiet u t-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv jippermettu lid-detenturi tad-drittijiet jitħallsu għall-użi li ma jkunux f'pożizzjoni biex jikkontrollaw jew jinfurzaw huma stess, inkluż fis-swieq mhux interni. Madankollu, dawn għandhom rwol soċjali u kulturali importanti bħala promoturi tad-diversità fl-espressjonijiet kulturali billi jippermettu li r-repertorji l-aktar żgħar u l-anqas popolari jaċċessaw is-suq. L-Artikolu 167 tat-TFUE jitlob lill-Unjoni sabiex tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha, b'mod partikolari biex tirrispetta u tippromwovi d-diversità tal-kulturi tagħha.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat, l-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv (CMOs) jinkludu kull forma ta' entitajiet li jittrattaw l-immaniġġjar tad-drittijiet kollettivi, bħal soċjetajiet kollettriċi. Dan it-terminu aktar ġenerali huwa preferibbli biex jiggarantixxi kundizzjonijiet ta' parità. Emenda konsistenti mal-abbozzi ta' opinjonijiet tal-Kumitati CULT u IMCO.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni, is-soċjetajiet kollettriċi – bħala fornituri tas-servizzi – għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern li tfittex li toħloq qafas ġuridiku biex tiżgura l-libertà ta' stabbilment u l-moviment ħieles ta' servizzi bejn l-Istati Membri. Dan jimplika li s-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu liberi li jipprovdu s-servizzi tagħhom bejn il-fruntieri biex jirrappreżentaw id-detenturi tad-dritt residenti jew stabbiliti fi Stati Membri oħra jew biex joħorġu liċenzji lill-utenti residenti jew stabbiliti fi Stati Membri oħra.

(3) Meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni, is-soċjetajiet kollettriċi – bħala fornituri tas-servizzi – għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern li tfittex li toħloq qafas ġuridiku biex tiżgura l-libertà ta' stabbilment u l-moviment ħieles ta' servizzi bejn l-Istati Membri. F'dan il-kuntest, jitfakkar li d-deroga tal-Artikolu 17(11) għad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali mill-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi transkonfinali mingħajr restrizzjoni inġustifikata, tkopri d-drittijiet bħala tali (eżistenza tad-dritt, ambitu u eċċezzjonijiet, tul ta' żmien, eċċ.) u ma tirrigwardax is-servizzi marbuta mal-immaniġġjar ta' tali drittijiet, bħal dawk ipprovduti mill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv. Dan jimplika li l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom ikunu liberi li jipprovdu s-servizzi tagħhom bejn il-fruntieri biex jirrappreżentaw id-detenturi tad-dritt residenti jew stabbiliti fi Stati Membri oħra jew biex joħorġu liċenzji lill-utenti residenti jew stabbiliti fi Stati Membri oħra.

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tirrifletti l-interpretazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tad-deroga għad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali kif spjegata fil-"Manwal dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi" tal-Kummissjoni. [Kummissjoni Ewropea, DĠ Suq Intern u Servizzi (2007). "Manwal dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi", p. 42]

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Jeżistu differenzi sinifikanti fir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-funzjonament tas-soċjetajiet kollettriċi, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza u l-kontabbiltà lejn il-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom. Lil hinn mid-diffikultajiet li d-detenturi tad-drittijiet mhux domestiċi jiltaqgħu magħhom meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u ħafna drabi l-ġestjoni finanzjarja ħażina tad-dħul miġbur, il-problemi li għandhom x'jaqsmu mal-funzjonament tas-soċjetajiet kollettriċi jwasslu għal ineffiċjenzi fl-isfruttament tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-suq intern għad-detriment bl-istess mod tal-membri tas-soċjetajiet kollettriċi, id-detenturi tad-drittijiet u l-utenti. Dawn id-diffikultajiet ma jirriżultawx mill-funzjonament ta' fornituri ta' servizzi indipendenti tal-immaniġġjar ta' drittijiet li jaġixxu bħala aġenti għad-detenturi tad-drittijiet għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom fuq bażi kummerċjali u li fihom id-detenturi tad-drittijiet ma jeżerċitawx drittijiet ta' sħubija.

(4) Jeżistu differenzi sinifikanti fir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-funzjonament tas-soċjetajiet kollettriċi, b'mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza u l-kontabbiltà lejn il-membri, id-detenturi tad-drittijiet u l-utenti tagħhom. Lil hinn mid-diffikultajiet li d-detenturi tad-drittijiet mhux domestiċi jiltaqgħu magħhom meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u ħafna drabi l-ġestjoni finanzjarja ħażina tad-dħul miġbur, il-problemi li għandhom x'jaqsmu mal-funzjonament tas-soċjetajiet kollettriċi jwasslu għal ineffiċjenzi fl-isfruttament tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-suq intern għad-detriment bl-istess mod tal-membri tas-soċjetajiet kollettriċi, id-detenturi tad-drittijiet u l-utenti.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Biex ikunu jistgħu jiġu pprovduti u riċevuti servizzi ta' ġestjoni kollettiva bejn il-fruntieri nazzjonali, id-detenturi tad-drittijiet iridu jkunu jistgħu jagħżlu liberament is-soċjetà kollettriċi għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom, bħal prestazzjoni pubblika jew id-drittijiet tax-xandir, jew il-kategoriji ta' drittijiet, bħal komunikazzjoni interattiva lill-pubbliku, sakemm is-soċjetà kollettriċi tkun diġà qed timmaniġġja dawn id-drittijiet. Dan ifisser li d-detenturi tad-drittijiet jistgħu faċilment jirtiraw id-drittijiet jew il-kategoriji ta' drittijiet tagħhom minn soċjetà kollettriċi u jafdawhom jew jittrasferixxuhom kollha jew parti minnhom lil soċjetà kollettriċi oħra irrispettivament mill-Istat Membru ta' residenza jew in-nazzjonalità tas-soċjetà kollettriċi jew tad-detentur tad-drittijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi li jimmaniġġjaw tipi differenti ta' xogħlijiet u suġġetti oħra, bħal xogħlijiet letterarji, mużikali jew fotografiċi, għandhom ukoll jagħtu din il-flessibbiltà lid-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tal-immaniġġjar ta' tipi differenti ta' xogħlijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jinfurmaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar din l-għażla u jippermettulhom jeżerċitaw b'mod kemm jista' jkun faċli. Fl-aħħar nett, din id-Direttiva ma għandhiex tippreġudika l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom b'mod individwali, inkluż fil-każ tal-użi mhux kummerċjali.

(9) Biex ikunu jistgħu jiġu pprovduti u riċevuti servizzi ta' ġestjoni kollettiva bejn il-fruntieri nazzjonali, id-detenturi tad-drittijiet iridu jkunu jistgħu jagħżlu liberament is-soċjetà kollettriċi għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom, bħal prestazzjoni pubblika jew id-drittijiet tax-xandir, jew il-kategoriji ta' drittijiet, bħal komunikazzjoni interattiva lill-pubbliku, sakemm is-soċjetà kollettriċi tkun diġà qed timmaniġġja dawn id-drittijiet. Dan ifisser li d-detenturi tad-drittijiet jistgħu faċilment jirtiraw id-drittijiet jew il-kategoriji ta' drittijiet tagħhom minn soċjetà kollettriċi u jafdawhom jew jittrasferixxuhom kollha jew parti minnhom lil soċjetà kollettriċi oħra irrispettivament mill-Istat Membru ta' residenza jew in-nazzjonalità tas-soċjetà kollettriċi jew tad-detentur tad-drittijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi li jimmaniġġjaw tipi differenti ta' xogħlijiet u suġġetti oħra, bħal xogħlijiet letterarji, mużikali jew fotografiċi, għandhom ukoll jagħtu din il-flessibbiltà lid-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tal-immaniġġjar ta' xogħlijiet, tipi differenti ta' xogħlijiet u ta' materjal ieħor. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jinfurmaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar din l-għażla u jippermettulhom jeżerċitaw b'mod kemm jista' jkun faċli. Fl-aħħar nett, din id-Direttiva ma għandhiex tippreġudika l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom b'mod individwali, inkluż fil-każ tal-użi mhux kummerċjali jew tat-tqegħid fid-dominju pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Id-detenturi tad-drittijiet għandhom iżommu d-dritt li jiddeċiedu liberament fuq id-drittijiet għax-xogħlijiet tagħhom stess, inkluż id-dritt li jqiegħdu x-xogħol fid-dominju pubbliku.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-membri għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-sorveljanza tal-immaniġġjar tas-soċjetajiet kollettriċi. Għal dan il-għan, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jistabbilixxu funzjoni superviżorja li tkun xierqa għall-istruttura organizzattiva tagħhom u għandhom jippermettu lill-membri jiġu rappreżentati fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni. Sabiex jevitaw li jimponu piż żejjed fuq is-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar u biex jagħmlu l-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva proporzjonati, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu lis-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar milli jkollhom jorganizzaw funzjoni superviżorja bħal din, jekk jikkunsidraw dan meħtieġ.

(13) Il-membri għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-sorveljanza tal-immaniġġjar tas-soċjetajiet kollettriċi. Għal dan il-għan, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jistabbilixxu funzjoni superviżorja li tkun xierqa għall-istruttura organizzattiva tagħhom u għandhom jippermettu lill-kategoriji kollha tal-membri biex jiġu rappreżentati fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Għal raġunijiet ta' mmaniġġjar tajjeb, maniġment superjuri ta' soċjetà kollettriċi għandu jkun indipendenti. Il-maniġers u d-diretturi eżekuttivi għandhom ikunu obbligati jiddikjaraw kull sena lis-soċjetà kollettriċi, jekk hemmx kunflitti bejn l-interessi tagħhom u dawk tas-soċjetà.

(14) Għal raġunijiet ta' mmaniġġjar tajjeb, maniġment superjuri ta' organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandu jkun indipendenti. Il-maniġers u d-diretturi eżekuttivi għandhom ikunu obbligati jiddikjaraw qabel jassumu dmirijiethom u sussegwentement kull sena lill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, jekk hemmx kunflitti bejn l-interessi tagħhom u dawk tal-organizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-kunflitti ta' interess jeħtieġu jiġu żvelati qabel ma l-maniġer jew id-direttur eżekuttiv jassumi dmirijietu. Emenda konsistenti mal-abbozz ta' opinjoni tal-Kumitat CULT.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Is-soċjetajiet kollettriċi jiġbru, jimmaniġġjaw u jqassmu d-dħul mill-isfruttament tad-drittijiet fdati lilhom mid-detenturi tad-drittijiet. Dan id-dħul fl-aħħar mill-aħħar huwa dovut lil detenturi tad-drittijiet li jistgħu jkunu membri ta' dik is-soċjetà, jew ta' soċjetà oħra. Għaldaqstant huwa importanti li s-soċjetajiet kollettriċi jeżerċitaw l-ogħla diliġenza fil-ġbir, l-immaniġġjar u t-tqassim tad-dħul. It-tqassim preċiż huwa possibbli biss meta soċjetajiet kollettriċi jżommu rekords tajbin ta' sħubija, liċenzji u użu ta' xogħlijiet u suġġetti oħrajn. Fejn xieraq, id-dejta għandha tkun ipprovduta wkoll mid-detenturi tad-drittijiet u l-utenti u tkun verifikata mis-soċjetajiet kollettriċi. L-ammonti miġbura u dovuti lid-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu ġestiti separatament mill-assi proprji tas-soċjetà kollettriċi u, jekk jiġu investiti, sakemm ma jitqassmux lid-detenturi tad-drittijiet, dan għandu jitwettaq skont il-politika ta' investiment deċiża waqt il-laqgħa ġenerali tas-soċjetajiet kollettriċi. Sabiex jinżamm livell għoli ta' protezzjoni għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet u sabiex ikun żgurat li kwalunkwe dħul li jista' jkun derivat mill-isfruttar tad-drittijiet tagħhom jinġabar għall-benefiċċju tad-detenturi tad-drittijiet, l-investimenti li għamlet is-soċjetà kollettriċi u li huma miżmuma minnha, għandhom ikunu mmaniġġjati skont il-kriterju li jobbliga lis-soċjetà kollettriċi biex tieħu azzjoni prudenti, filwaqt li tippermetti lis-soċjetà kollettriċi biex tiddeċiedi dwar l-iktar politika ta' investiment sikura u effiċjenti. Dan jippermetti lis-soċjetà kollettriċi biex tagħżel allokazzjoni ta' assi li tixraq lin-natura preċiża u l-perjodu ta' żmien ta' kwalunkwe skopertura għar-riskju ta' kwalunkwe dħul mid-drittijiet investit u li ma tippreġudikax għalxejn kwalunkwe dħul mid-drittijiet dovut lid-detenturi tad-drittijiet. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ikunu mqassma b'mod xieraq u effettiv, huwa meħtieġ li s-soċjetajiet kollettriċi jieħdu miżuri raġonevoli li huma diliġenti u ta' bona fede biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet rilevanti. Huwa wkoll xieraq li tingħata l-approvazzjoni mill-membri tas-soċjetajiet kollettriċi tar-regoli li jirregolaw kwalunkwe sitwazzjoni fejn, minħabba n-nuqqas ta' identifikazzjoni u lokalizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, l-ammonti miġbura ma jistgħux jitqassmu.

(15) Is-soċjetajiet kollettriċi jiġbru, jimmaniġġjaw u jqassmu d-dħul mill-isfruttament tad-drittijiet fdati lilhom mid-detenturi tad-drittijiet. Dan id-dħul fl-aħħar mill-aħħar huwa dovut lil detenturi tad-drittijiet li jistgħu jkunu membri ta' dik is-soċjetà, jew ta' soċjetà oħra. Għaldaqstant huwa importanti li s-soċjetajiet kollettriċi jeżerċitaw l-ogħla diliġenza fil-ġbir, l-immaniġġjar u t-tqassim tad-dħul. It-tqassim preċiż huwa possibbli biss meta soċjetajiet kollettriċi jżommu rekords tajbin u trasparenti ta' sħubija, liċenzji u użu ta' xogħlijiet u suġġetti oħrajn. Fejn xieraq, id-dejta għandha tkun ipprovduta wkoll mid-detenturi tad-drittijiet u l-utenti u tkun verifikata mis-soċjetajiet kollettriċi. L-ammonti miġbura u dovuti lid-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu ġestiti separatament mill-assi proprji tas-soċjetà kollettriċi u, jekk jiġu investiti, sakemm ma jitqassmux lid-detenturi tad-drittijiet, dan għandu jitwettaq skont il-politika ta' investiment deċiża waqt il-laqgħa ġenerali tas-soċjetajiet kollettriċi. Sabiex jinżamm livell għoli ta' protezzjoni għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet u sabiex ikun żgurat li kwalunkwe dħul li jista' jkun derivat mill-isfruttar tad-drittijiet tagħhom jinġabar għall-benefiċċju tad-detenturi tad-drittijiet, l-investimenti li għamlet is-soċjetà kollettriċi u li huma miżmuma minnha, għandhom ikunu mmaniġġjati skont il-kriterju li jobbliga lis-soċjetà kollettriċi biex tieħu azzjoni prudenti, filwaqt li tippermetti lis-soċjetà kollettriċi biex tiddeċiedi dwar l-iktar politika ta' investiment sikura u effiċjenti. Dan jippermetti lis-soċjetà kollettriċi biex tagħżel allokazzjoni ta' assi sigura u li tirrendi li tipprevjeni l-iskopertura għar-riskju ta' kwalunkwe dħul mid-drittijiet investit u li ma tippreġudikax għalxejn kwalunkwe dħul mid-drittijiet dovut lid-detenturi tad-drittijiet. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ikunu mqassma b'mod xieraq u effettiv, huwa meħtieġ li s-soċjetajiet kollettriċi jieħdu miżuri raġonevoli li huma diliġenti u ta' bona fede biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet rilevanti. Huwa wkoll xieraq li tingħata l-approvazzjoni mill-membri tas-soċjetajiet kollettriċi tar-regoli li jirregolaw kwalunkwe sitwazzjoni fejn, minħabba n-nuqqas ta' identifikazzjoni u lokalizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, l-ammonti miġbura ma jistgħux jitqassmu.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Biex jiġi żgurat li d-detenturi tad-drittijiet ikunu f'pożizzjoni li jistgħu jissorveljaw il-prestazzjoni tas-soċjetajiet kollettriċi tagħhom u jqabblu l-prestazzjoni rispettiva tagħhom, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, rapport annwali dwar it-trasparenza li jkun jinkludi informazzjoni finanzjarja verifikata kumparabbli li tkun speċifika għall-attivitajiet tas-soċjetajiet kollettriċi. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom ukoll iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, rapport annwali speċjali dwar l-użu tal-ammonti ddedikati lis-servizzi soċjali, kulturali u edukattivi. Sabiex jevitaw li jimponu piż żejjed fuq is-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar u biex jagħmlu l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva proporzjonati, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu s-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar minn ċerti obbligi ta' trasparenza, jekk jikkunsidaw dan meħtieġ.

(20) Biex jiġi żgurat li d-detenturi tad-drittijiet ikunu f'pożizzjoni li jistgħu jissorveljaw il-prestazzjoni tas-soċjetajiet kollettriċi tagħhom u jqabblu l-prestazzjoni rispettiva tagħhom, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, rapport annwali dwar it-trasparenza li jkun jinkludi informazzjoni finanzjarja verifikata kumparabbli li tkun speċifika għall-attivitajiet tas-soċjetajiet kollettriċi. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom ukoll iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, rapport annwali speċjali dwar l-użu tal-ammonti ddedikati lis-servizzi soċjali, kulturali u edukattivi.

Ġustifikazzjoni

L-esklużjoni ta' organizzazzjonijiet żgħar ta' mmaniġġjar kollettiv minn obbligi ta' rappurtar tmur kontra l-għan tad-direttiva. Barra minn hekk, din il-premessa għandha tkun konsistenti mar-reviżjonijiet tal-Artikoli 8.3 u 20.5. Emenda konsistenti mal-abbozz ta' opinjoni tal-Kumitat IMCO.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa li permezz tagħhom ikun possibbli li jsiru lmenti kontra s-soċjetajiet kollettriċi li ma jikkonformawx mal-liġi u biex jiġi żgurat li, fejn ikun xieraq, jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema awtoritjiet għandhom ikunu responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proċeduri u s-sanzjonijiet tal-ilmenti. Sabiex jiġi żgurat li tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti għall-ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkooperaw ma' xulxin biex jilħqu dan l-għan.

(37) Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa li permezz tagħhom ikun possibbli li jsiru lmenti kontra s-soċjetajiet kollettriċi li ma jikkonformawx mal-liġi u biex jiġi żgurat li, fejn ikun xieraq, jiġu imposti miżuri u sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema awtoritajiet għandhom ikunu responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proċeduri u s-sanzjonijiet tal-ilmenti. Sabiex jiġi żgurat li tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti għall-ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkooperaw ma' xulxin biex jilħqu dan l-għan.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati mis-soċjetajiet kollettriċi. Tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-għoti ta' liċenzji multiterritorjali mis-soċjetajiet kollettriċi tad-drittijiet tal-awturi f'xogħlijiet mużikali għal użu online.

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb, effiċjenti, trasparenti u responsabbli tal-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati mill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv. Tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-għoti ta' liċenzji multiterritorjali mill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awturi f'xogħlijiet mużikali għal użu online.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-titoli I, II u IV bl-eċċezzjon tal-Artikoli 36 u 40 għandhom japplikaw għas-soċjetajiet kollettriċi kollha stabbiliti fl-Unjoni.

It-Titolu I, l-Artikoli 13, 14, 15 sa 19, 24(2), 31 u t-Titolu IV bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 36 u 40 għandhom japplikaw ukoll, għall-operazzjonijiet tagħhom imwettqa fl-Unjoni, u fir-rigward tad-detenturi tad-drittijiet residenti jew stabbiliti fl-Unjoni, għas-soċjetajiet kollettriċi stabbiliti barra mill-Unjoni.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-Titolu III u l-Artikoli 36 u 40 tat-Titolu IV għandhom japplikaw biss għal dawk is-soċjetajiet kollettriċi li jimmaniġġjaw id-drittijiet tal-awtur f'xogħlijiet mużikali għal użu online fuq bażi multiterritorjali.

It-Titolu I, l-Artikoli 10, 11(1), 12, 15, 16 sa 20, it-Titolu III u l-Artikoli 34, 35, 37 u 38 għandhom japplikaw ukoll, għall-operazzjonijiet tagħhom imwettqa fl-Unjoni u fir-rigward tad-detenturi tad-drittijiet residenti jew stabbiliti fl-Unjoni, għall-fornituri indipendenti ta' servizzi ta' mmaniġġjar ta' drittijiet stabbiliti fl-Unjoni u barra li jaġixxu ta' aġenti għad-detenturi tad-drittijiet għall-immaniġġjar kollettiv ta' drittijiethom u li joperaw fl-Unjoni fuq bażi kummerċjali.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-Titoli I u II, kif ukoll l-Artikoli 34, 35 u 37 sa 39 għandhom japplikaw ukoll għall-entitajiet li huma, direttament jew indirettament, ta' proprjetà ta' jew ikkontrollati, b'mod sħiħ jew parzjali, minn soċjetà kollettriċi waħda jew aktar bil-patt li tali entitajiet iwettqu attività li, jekk imwettqa minn soċjetà kollettriċi, kieku tkun suġġetta għal dawn id-dispożizzjonijiet.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) 'soċjetà kollettriċi' tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li hija awtorizzata mil-liġi jew permezz ta' assenjazzjoni, liċenzja, inkarigu jew kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor, minn aktar minn detentur tad-drittijiet wieħed, biex timmaniġġja id-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur bħala l-għan uniku jew prinċipali tagħha u li tkun proprjetà jew ikkontrollata mill-membri tagħha;

(a) 'soċjetà kollettriċi' tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li hija awtorizzata mil-liġi jew permezz ta' assenjazzjoni, liċenzja, inkarigu jew kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor, minn aktar minn detentur tad-drittijiet wieħed, biex timmaniġġja d-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur bħala l-għan uniku jew prinċipali tagħha u li tkun proprjetà jew ikkontrollata mill-membri tagħha jew tkun proprjetà, b'mod sħiħ jew parzjali, ta' soċjetà kollettriċi waħda jew aktar bil-patt li tali entitajiet jimmaniġġjaw id-dritt tal-awtur jew drittijiet relatati;

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) 'operatur kummerċjali' tfisser kwalunkwe entità li hija awtorizzata permezz ta' arranġament kuntrattwali li timmaniġġja d-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur f'isem id-detenturi tad-drittijiet fuq bażi kummerċjali;

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi fi ħdan il-qafas tal-immaniġġjar tad-drittijiet, il-pubblikaturi u l-kumpaniji tad-diski - li jamministraw ukoll id-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet - għandhom ikunu soġġetti għal sett minimu ta' regoli ta' trasparenza. Emenda konsistenti mal-abbozz ta' opinjoni tal-Kumitat CULT.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) 'membru ta' soċjetà kollettriċi' tfisser detentur tad-drittijiet jew entità li tirrappreżenta direttament detenturi tad-drittijiet, inklużi soċjetajiet u assoċjazzjonijiet kollettriċi ta' drittijiet tad-detenturi, li tissodisfa r-rekwiżit ta' sħubija tas-soċjetà kollettriċi;

(c) 'membru' tfisser detentur tad-drittijiet jew entità li tirrappreżenta direttament detenturi tad-drittijiet, inklużi organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u assoċjazzjonijiet oħra ta' drittijiet tad-detenturi, li jissodisfa r-rekwiżiti ta' sħubija tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, indipendentement mill-forma ġuridika tagħha;

Ġustifikazzjoni

Bżonn ta' kjarifika fir-rigward tal-varjetà ta' forom ġuridiċi tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv fi ħdan id-diversi Stati Membri. Emenda konsistenti mal-abbozz ta' opinjoni tal-Kumitat CULT.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) 'dħul mid-drittijiet' tfisser id-dħul miġbur minn soċjetà kollettriċi f'isem id-detenturi tad-drittijiet, kemm jekk minn dritt esklussiv, kif ukoll minn dritt għal remunerazzjoni jew dritt għal kumpens;

(f) 'dħul mid-drittijiet' tfisser id-dħul miġbur minn organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv f'isem il-membri tagħha, kemm jekk minn dritt esklussiv jew minn dritt għal remunerazzjoni u inkluż kwalunkwe dħul derivat mill-investimenti tad-dħul mid-drittijiet;

Ġustifikazzjoni

L-Art. 10 jsemmi li d-dħul derivat mill-investiment għandu jinżamm separat mill-fondi proprji tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, iżda mhux li effettivament dan għandu jitħallas mid-detenturi tad-drittijiet. Emenda konsistenti mal-abbozz ta' opinjoni tal-Kumitat CULT.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jawtorizzaw soċjetà kollettriċi tal-għażla tagħhom biex timmaniġġja d-drittijiet, il-kategoriji ta' drittijiet jew it-tipi ta' xogħlijiet tal-għażla tagħhom, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, irrispettivament mill-Istat Membru ta' residenza jew ta' stabbilment jew min-nazzjonalità tas-soċjetà kollettriċi jew tad-detentur tad-drittijiet.

2. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jawtorizzaw organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tal-għażla tagħhom stabbilita fl-Unjoni biex timmaniġġja d-drittijiet, il-kategoriji ta' drittijiet jew it-tipi ta' xogħlijiet tal-għażla tagħhom, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, irrispettivament mir-residenza, mill-istabbiliment jew min-nazzjonalità tad-detenturi tad-drittijiet

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jitterminaw l-awtorizzazzjoni għall-immaniġġjar tad-drittijiet, il-kategoriji ta' drittijiet jew it-tipi ta' xogħlijiet mogħtija lil soċjetà kollettriċi jew li jirtiraw minn soċjetà kollettriċi, kwalunkwe wieħed mid-drittijiet jew kategoriji ta' drittijiet jew tipi ta' xogħlijiet jew suġġetti oħra tal-għażla tagħhom, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, meta jagħtu avviż fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx is-sitt xhur. Is-soċjetà kollettriċi tista' tiddeċiedi li din it-terminazzjoni jew dan l-irtirar isir biss f'nofs u fl-aħħar tas-sena finanzjarja, liema minnhom jiġi l-ewwel wara l-iskadenza tal-perjodu ta' notifika.

3. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jitterminaw l-awtorizzazzjoni għall-immaniġġjar tad-drittijiet, il-kategoriji ta' drittijiet, ix-xogħlijiet, ix-xogħlijiet jew it-tipi ta' xogħlijiet mogħtija lil organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv jew li jirtiraw minn organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, kwalunkwe wieħed mid-drittijiet jew kategoriji ta' drittijiet, xogħlijiet jew tipi ta' xogħlijiet jew suġġetti oħra tal-għażla tagħhom, fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu ta' awtorizzazzjoni, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, meta jagħtu avviż fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx is-sitt xhur. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tista' tiddeċiedi li din it-terminazzjoni jew dan l-irtirar isir biss f'nofs u fl-aħħar tas-sena finanzjarja, liema minnhom jiġi l-ewwel wara l-iskadenza tal-perjodu ta' notifika.

Ġustifikazzjoni

Id-detenturi tad-drittijiet għandhom iżommu d-dritt li jiddeċiedu liberament dwar id-drittijiet għax-xogħlijiet tagħhom stess. F'pajjiżi oħra, pereżempju fl-Istati Uniti, id-detenturi tad-drittijiet għandhom id-dritt li jirtiraw ix-xogħlijiet individwali mill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv. Emenda konsistenti mal-abbozz ta' opinjoni tal-Kumitat CULT.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom iżommu rekords dwar il-membri li jiġu aġġornati regolarment biex b'hekk il-membri jkunu jistgħu jiġu identifikati u lokalizzati b'mod xieraq.

5. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom iżommu rekords pubblikament aċċessibbli tal-membri tagħhom u tad-drittijiet jew tax-xogħlijiet rispettivi tagħhom li d-detenturi tad-drittijiet jawtorizzaw lis-soċjetà kollettriċi li timmaniġġja. Ir-rekords huma aġġornati regolarment biex b'hekk il-membri kif ukoll id-drittijiet u x-xogħlijiet immaniġġjati tagħhom ikunu jistgħu jiġu identifikati u lokalizzati b'mod xieraq.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ammonti li waslu mingħand membru jew dovuti lil membru fir-rigward tal-perjodu finanzjarju speċifikat.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Huwa antidemokratiku li d-dritt ta' vot ikun ikkundizzjonat mill-ammonti. Peress li l-distribuzzjoni tad-dħul tal-detenturi tad-drittijiet fl-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv hija estremament inugwali, ir-restrizzjoni tas-saħħa tal-vot skont l-ammonti riċevuti tista' twassal għal differenzi kbar mhux raġonevoli fl-influwenza.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Kull membru ta' soċjetà kollettriċi għandu jkollu d-dritt li jaħtar kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika bħala detentur ta' prokura li jista' jattendi u jivvota f'ismu fil-laqgħa ġenerali.

8. Kull membru ta' organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandu jkollu d-dritt li jaħtar kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika bħala detentur ta' prokura li jista' jattendi u jivvota f'ismu fil-laqgħa ġenerali. Sabiex tkun valida, il-prokura għandha tkun ingħatat mill-membru lid-detentur tal-prokura mhux aktar minn tliet xhur qabel l-użu tagħha.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi evitat li l-pubblikaturi tal-mużika u/jew kumpaniji tad-diski jagħmluha prattika standard li jitolbu prokura permanenti minn artisti ġodda li jiffirmaw kuntratt magħhom, li maż-żmien jippermettilhom li jieħdu kontroll tas-soċjetajiet kollettriċi. Emenda konsistenti mal-abbozz ta' opinjoni tal-Kumitat CULT.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-paragrafi 1 u 2, ma għandhomx japplikaw għal soċjetà kollettriċi li fuq il-karta ta' bilanċ tagħha, ma taqbiżx il-limiti ta' tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

imħassar

(a) total tal-karta tal-bilanċ: EUR 350 000;

 

(b) fatturat nett: EUR 700.000;

 

(c) numru medju ta' impjegati matul is-sena finanzjarja: għaxra.

 

Ġustifikazzjoni

L-esklużjoni tal-organizazzjonijiet iż-żgħar ta' mmaniġġjar kollettiv minn kull tip ta' funzjoni superviżorja tmur kontra l-iskop tad-direttiva. Anke kumpaniji u organizzazzjonijiet żgħar normalment jeħtieġu bord. Emenda konsistenti mal-abbozzi ta' opinjonijiet tal-Kumitati CULT u IMCO.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu diliġenti fil-ġbir u l-immaniġġjar tad-dħul mid-drittijiet.

1. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom ikunu diliġenti, preċiżi u trasparenti fil-ġbir u l-immaniġġjar tad-dħul mid-drittijiet. Għajr fl-Istati Membri b'sistemi ta' ħruġ kollettiv estiż ta' liċenzji, organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha tiżgura li tiġbor biss dħul mid-drittijiet f'isem id-detenturi bid-drittijiet li hija awtorizzata li tirrappreżenta.

Ġustifikazzjoni

Emenda għal finijiet ta' armonizzazzjoni mal-Artikoli 12.1 u 14.2 li jaffermaw li l-ħlasijiet għandhom isiru b'mod preċiż. Jekk il-pagamenti jridu jkunu preċiżi, huwa loġiku li l-ġbir u l-immaniġġjar għandhom ikunu preċiżi wkoll. Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jiġbru biss f'isem il-membri u d-detenturi tad-drittijiet effettivi bid-drittijiet li jimmaniġġjaw skont il-ftehim ta' rappreżentanza. Emenda konsistenti mal-abbozz ta' opinjoni tal-Kumitat CULT.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-soċjetà kollettriċi ma għandhiex titħalla tuża d-dħul mid-drittijiet u kwalunkwe dħul derivat mill-investiment tiegħu għall-benefiċċju tagħha stess, ħlief biex tnaqqas it-tariffi tal-immaniġġjar tagħha.

3. Is-soċjetà kollettriċi ma għandhiex titħalla tuża d-dħul mid-drittijiet u kwalunkwe dħul derivat mill-investiment tiegħu għall-benefiċċju tagħha stess, ħlief biex tnaqqas it-tariffi tal-immaniġġjar tagħha skont ir-regoli msemmija fl-Artikolu 7(5)(d).

Ġustifikazzjoni

Emenda għal finijiet ta' kjarifika u konsistenti mal-abbozz ta' opinjoni tal-Kumitat IMCO.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soċjetà kollettriċi tqassam b'mod regolari u diliġenti u tħallas l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet kollha li tirrappreżenta. Is-soċjetà kollettriċi għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet mhux iktar tard minn 12 –il xahar mit-tmiem tas-sena finanzjarja li fiha kien miġbur id-dħul mid-drittijiet, sakemm raġunijiet oġġettivi relatati b'mod partikolari mar-rappurtar mill-utenti, l-identifikazzjoni tad-drittijiet, id-detenturi jew it-tqabbil ta' informazzjoni dwar xogħlijiet u suġġetti oħra mad-detenturi tad-drittijiet, jipprevjenu lis-soċjetà kollettriċi milli tosserva l-iskadenza. Is-soċjetà kollettriċi għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet b'mod preċiż, filwaqt li tiżgura trattament ugwali tal-kategoriji kollha tad-detenturi tad-drittijiet.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv tqassam b'mod regolari u diliġenti u tħallas l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet kollha li tirrappreżenta. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet mingħajr dewmien bla bżonn u mhux iktar tard minn sitt xhur wara li jkun miġbur id-dħul mid-drittijiet, sakemm raġunijiet oġġettivi relatati b'mod partikolari mar-rappurtar mill-utenti, l-identifikazzjoni tad-drittijiet, id-detenturi jew it-tqabbil ta' informazzjoni dwar xogħlijiet u suġġetti oħra mad-detenturi tad-drittijiet, jipprevjenu lill-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv milli tosserva l-iskadenza. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet b'mod preċiż, filwaqt li tiżgura trattament ugwali tal-kategoriji kollha tad-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetà kollettriċi għandha tqassam u tħallas l-ammonti dovuti lil soċjetajiet kollettriċi oħra b'mod regolari, diliġenti u preċiż.

2. Is-soċjetà kollettriċi għandha tqassam u tħallas l-ammonti dovuti lil soċjetajiet kollettriċi oħra b'mod regolari, diliġenti, preċiż u mingħajr dewmien bla bżonn.

Emenda 29

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-termini għal ħruġ ta' liċenzji għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, b'mod partikolari fir-rigward tat-tariffi.

2. It-termini għal ħruġ ta' liċenzji għandhom ikunu bbażati fuq kriterji ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji, b'mod partikolari fir-rigward tat-tariffi.

Ġustifikazzjoni

Kriterji ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji jikkostitwixxu formulazzjoni standard għall-ħruġ ta' liċenzji.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tariffi għal drittijiet esklussivi għandhom jirriflettu l-valur ekonomiku tad-drittijiet innegozjati u tas-servizz provdut mis-soċjetà kollettriċi.

Tariffi għal drittijiet esklussivi għandhom jirriflettu l-valur ekonomiku tad-drittijiet innegozjati u għandhom ikunu raġonevoli fir-rigward tal-valur ekonomiku tas-servizz provdut mis-soċjetà kollettriċi.

Ġustifikazzjoni

Ġiet introdotta modifika sabiex tirrifletti aħjar il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, kawża Canal 5 vs. STIM (C-52/07).

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni pprovduta lid-detenturi tad-drittijiet, membri, soċjetajiet kollettriċi oħra u utenti, fuq talba

Informazzjoni pprovduta lid-detenturi tad-drittijiet, membri, soċjetajiet kollettriċi oħra u utenti

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssaħħaħ l-obbligi ta' trasparenza. Ara l-emendi tal-Artikolu 18, paragrafi 1 u 2.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi tagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja meta tkun mitluba minn kwalunkwe detentur tad-drittijiet li tirrappreżenta d-drittijiet tiegħu, minn kwalunkwe soċjetà kollettriċi li timmaniġġja f'isimha d-drittijiet skont ftehim ta' rappreżentazzjoni jew minn kwalunkwe, permezz ta' mezzi elettroniċi, mingħajr dewmien mhux iġġustifikat:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi tagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja lil kwalunkwe detentur tad-drittijiet li tirrappreżenta d-drittijiet tiegħu, minn kwalunkwe soċjetà kollettriċi li timmaniġġja f'isimha d-drittijiet skont ftehim ta' rappreżentanza jew minn kwalunkwe, permezz ta' mezzi elettroniċi, mingħajr dewmien mhux iġġustifikat:

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssaħħaħ l-obbligi ta' trasparenza. Ara l-emendi tat-titolu tal-Artikolu 18 u l-paragrafu 2 tiegħu.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) lista ta' ftehimiet ta' rappreżentazzjoni li tkun daħlet għalihom, inkluża informazzjoni dwar soċjetajiet kollettriċi oħra involuti, ir-repertorju rappreżentat u l-ambitu territorjali kopert minn ftehim bħal dan.

(c) lista ta' ftehimiet ta' rappreżentanza li tkun daħlet għalihom, inkluża informazzjoni dwar soċjetajiet kollettriċi oħra involuti, inkluż dawk stabbiliti barra l-Unjoni, ir-repertorju rappreżentat u l-ambitu territorjali kopert minn ftehim bħal dan.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Barra minn hekk, soċjetà kollettriċi għandha tagħmel disponibbli meta tkun mitluba minn kwalunkwe detentur tad-drittijiet jew minn kwalunkwe soċjetà kollettriċi, kwalunkwe informazzjoni dwar xogħlijiet li għalihom ma ġiex identifikat detentur tad-drittijiet jew aktar inkluż, fejn ikun disponibbli, it-titolu tax-xogħol, isem l-awtur, isem l-pubblikatur u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra disponibbli li tista' tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet.

2. Barra minn hekk, soċjetà kollettriċi għandha tagħmel disponibbli lil kwalunkwe detentur tad-drittijiet jew minn kwalunkwe soċjetà kollettriċi, kwalunkwe informazzjoni dwar xogħlijiet li għalihom ma ġiex identifikat detentur tad-drittijiet jew aktar inkluż, fejn ikun disponibbli, it-titolu tax-xogħol, isem l-awtur, isem l-pubblikatur u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra disponibbli li tista' tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssaħħaħ l-obbligi ta' trasparenza. Ara l-emendi tat-titolu tal-Artikolu 18 u l-paragrafu 1 tiegħu.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi tagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja, preferibbilment permezz ta' interfaċċji aċċessibbli għall-pubbliku u li jippermettu t-tiftix:

Ġustifikazzjoni

It-trasparenza hija mtejba. Emenda konsistenti mal-abbozz ta' opinjoni tal-Kumitat CULT.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) ir-repertorju u d-drittijiet li timmaniġġja u l-Istati Membri koperti;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda ssaħħaħ l-obbligi ta' trasparenza u hija konsistenti mal-abbozz ta' opinjoni tal-Kumitat CULT.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) it-tariffi applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti ta' trasparenza għandhom jinkludu t-tariffi applikabbli.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) meta disponibbli, it-titolu tax-xogħol, isem l-awtur, isem il-pubblikatur u kull informazzjoni rilevanti oħra disponibbli li tista' tkun neċessarja għall-identifikazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet għal xogħlijiet li għalihom detentur wieħed jew aktar ma kienx/kinux identifikat(i).

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jiżguraw li, skont il-punt (ab) tal-paragrafu 1, l-informazzjoni dwar ir-repertorji tkun preċiża u aġġornata regolarment. F'dan ir-rigward, dawn għandhom jiżguraw b'mod partikolari li l-informazzjoni li tikkonċerna x-xogħlijiet li l-perjodi ta' protezzjoni tagħhom waslet biex tintemm tkun preċiża u aġġornata regolarment, u li din tkun disponibbli għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

L-informazzjoni preċiża dwar meta xogħol speċifiku se jkun ta' dominju pubbliku hija importanti għall-pubbliku. Din l-informazzjoni għandha tkun aġġornata regolarment. Emenda konsistenti mal-abbozz ta' opinjoni tal-Kumitat CULT.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-punti 1(a), (f) u (g) tal-Anness I, ma għandhomx japplikaw għal soċjetà kollettriċi li fuq il-karta ta' bilanċ tagħha, ma taqbiżx il-limiti ta' tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

imħassar

(a) total tal-karta ta' bilanċ: EUR 350,000;

 

(b) turnover nett: EUR 700,000;

 

(c) medja ta' impjegati matul is-sena finanzjarja: għaxra.

 

Ġustifikazzjoni

Il-pubblikazzjoni ta' rapport ta' trasparenza annwali għandha tapplika għas-soċjetajiet kollettriċi kollha sabiex jinżammu responsabbli.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) il-kapaċità li jkun offrut kemm id-dritt ta' riproduzzjoni (mekkanika) kif ukoll ta' komunikazzjoni (tal-eżekuzzjoni) fix-xogħlijiet mużikali li tfittex li tagħtihom liċenzja permezz ta' liċenzji multiterritorjali.

Ġustifikazzjoni

Id-diviżjoni ta' liċenzji fi drittijiet mekkaniċi u ta' eżekuzzjoni separati qajla tagħmel sens f'kuntest online. Tali frammentazzjoni toħloq kostijiet eċċessivi għall-utenti u tagħti lok għal kostijiet ta' tranżazzjoni.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetà kollettriċi tista' tieħu miżuri raġonevoli biex tħares il-preċiżjoni u l-integrità tad-dejta, biex tikkontrolla l-użu mill-ġdid tiegħu u biex tħares id-dejta personali u l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

2. Is-soċjetà kollettriċi tista' tieħu miżuri raġonevoli biex tħares il-preċiżjoni u l-integrità tad-dejta u biex tħares id-dejta personali u, meta neċessarju, l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Ġustifikazzjoni

Is-soċjetajiet kollettriċi ma għandhomx jingħataw is-setgħa li jillimitaw l-"użu mill-ġdid" tal-informazzjoni, li hu dritt tal-bniedem importanti u fundamentali.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 24 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Soċjetà kollettriċi li toħroġ liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f'xogħlijiet mużikali, għandu jkollha fis-seħħ proċeduri aċċessibbli faċilment biex tippermetti lid-detenturi tad-drittijiet u lil soċjetajiet kollettriċi oħra, joġġezzjonaw għall-kontenut tad-dejta msemmija fl-Artikolu 22(2) jew l-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 23, fejn dawn id-detenturi tad-drittijiet u soċjetajiet kollettriċi, abbażi ta' evidenza raġonevoli, jemmnu li d-dejta jew l-informazzjoni ma jkunux preċiżi fir-rigward tad-drittijiet online tagħhom f'xogħlijiet mużikali. Meta l-pretensjonijiet ikunu sostanzjati biżżejjed, is-soċjetà kollettriċi għandha tiżgura li d-dejta jew l-informazzjoni jiġu korretti mingħajr dewmien żejjed.

1. Soċjetà kollettriċi li toħroġ liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f'xogħlijiet mużikali, għandu jkollha fis-seħħ proċeduri aċċessibbli faċilment biex tippermetti lid-detenturi tad-drittijiet u lil soċjetajiet kollettriċi oħra, joġġezzjonaw għall-kontenut tad-dejta msemmija fl-Artikolu 22(2) u lid-detenturi tad-drittijiet, lis-soċjetajiet kollettriċi l-oħra u lill-fornituri tas-servizzi ta' mużika online biex joġġezzjonaw l-informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 23, fejn dawn id-detenturi tad-drittijiet, soċjetajiet kollettriċi u fornituri tas-servizzi ta' mużika online, abbażi ta' evidenza raġonevoli, jemmnu li d-dejta jew l-informazzjoni ma jkunux preċiżi fir-rigward tad-drittijiet online jew tal-liċenzji tagħhom f'xogħlijiet mużikali. Meta l-pretensjonijiet ikunu sostanzjati biżżejjed, is-soċjetà kollettriċi għandha tiżgura li d-dejta jew l-informazzjoni jiġu korretti mingħajr dewmien żejjed.

Ġustifikazzjoni

Il-fornituri tas-servizzi ta' mużika online għandhom jingħataw ukoll id-dritt ta' oġġezzjoni.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-soċjetà kollettriċi mitluba għandha taċċetta tali talba, jekk tkun diġà qed toħroġ jew toffri li toħroġ liċenzji multiterritorjali għall-istess kategorija ta' drittijiet online f'xogħlijiet mużikali fir-repertorju ta' soċjetà kollettriċi oħra jew aktar.

Is-soċjetà kollettriċi mitluba għandha taċċetta tali talba fi żmien raġonevoli, jekk tkun diġà qed toħroġ jew toffri li toħroġ liċenzji multiterritorjali għall-istess kategorija ta' drittijiet online f'xogħlijiet mużikali fir-repertorju ta' soċjetà kollettriċi oħra jew aktar.

Ġustifikazzjoni

Is-soċjetà mitluba għandha tiġi rikjesta li taċċetta fi żmien raġonevoli. Emenda konsistenti mal-abbozzi ta' opinjonijiet tal-Kumitati IMCO u ITRE.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikoli 18(1)(a), 18(1)(c), 22, 23, 24, 25, 26, 27, 32 u 36 għandhom japplikaw ukoll għall-entitajiet li huma ta' proprjetà, b'mod sħiħ jew parzjali, ta' soċjetà kollettriċi u li joffru jew joħorġu liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f'xogħlijiet mużikali.

Dan it-Titolu kif ukoll l-Artikoli 36 u 40 għandhom japplikaw ukoll għall-entitajiet li huma ta' proprjetà, b'mod sħiħ jew parzjali, ta' soċjetà kollettriċi u li joffru jew joħorġu liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f'xogħlijiet mużikali.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tilwim ma' soċjetà kollettriċi oħra dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 24, 25, 26, 28 u 29.

(c) tilwim ma' soċjetà kollettriċi oħra dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 22, 23, 24, 25, 26, 28 u 29.

Ġustifikazzjoni

It-tilwim bejn l-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv dwar il-kapaċità ta' pproċessar u t-trasparenza fir-repertorju għandhom ikunu suġġetti għar-riżoluzzjoni tat-tilwim. Emenda konsistenti mal-abbozz ta' opinjoni tal-Kumitat IMCO.

PROĊEDURA

Taqsima

L-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għal użi online fis-suq intern

Referenzi

COM(2012)0372 – C7-0183/2012 – 2012/0180(COD)

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

11.9.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

13.12.2012

Rapporteur għal opinjoni

Data tal-ħatra

Helmut Scholz

26.11.2012

Eżami fil-kumitat

20.3.2013

24.4.2013

27.5.2013

 

Data tal-adozzjoni

18.6.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Badia i Cutchet, David Campbell Bannerman, María Auxiliadora Correa Zamora, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Metin Kazak, Franziska Keller, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Henri Weber, Iuliu Winkler, Paweł Zalewski

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Catherine Bearder, Albert Deß, Elisabeth Köstinger, Emma McClarkin, Mario Pirillo, Miloslav Ransdorf, Peter Skinner, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Rübig

  • [1]  Riżoluzzjoni tal-15 ta' Jannar 2004 (ĠU C 92 E, p. 425).
  • [2]  Riżoluzzjoni tat-13 ta' Marzu 2007 (ĠU C 301 E, p. 64).
  • [3]  Riżoluzzjoni tal-25 ta' Settembru 2008 (ĠU C 8 E, p. 105).
  • [4]  ĠU L 276, p. 54.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (24.6.2013)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali ta' drittijiet f'xogħlijiet mużikali għal użi online fis-suq intern
(COM(2012)0372 – C7‑0183/2012 – 2012/0180(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Luigi Berlinguer

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-industriji kreattivi Ewropej għandhom potenzjal kbir għal impjiegi u ħolqien tat-tkabbir. Id-diversità kulturali tagħna toffri wkoll vantaġġ uniku u opportunità fil-livell dinji. Din id-Direttiva, għalhekk, għandha tiffaċilita l-vitalità tal-industriji kreattivi tagħna filwaqt li tippreserva l-abbiltà tal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar ta’ drittijiet kollettivi li jaqdu repertorju lokali u speċifiċi (niche) fuq il-bażi tas-solidarjetà. Ir-rapporteur tal-ITRE jesprimi sodisfazzjon ġenerali bil-profil in ġenerali tal-proposta, li se jipprovdi organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv, utenti, benefiċjarji u artisti Ewropej bi strument fundamentalment ġdid għall-funzjonament aħjar tas-settur mużikali online fl-Ewropa. L-ewwel parti tad-Direttiva hija partikolarment importanti u tkopri l-kwistjoni tat-trasparenza u l-governanza tajba: xi wħud mill-miżuri ssuġġeriti fl-opinjoni għandhom l-għan li jtejbu l-effikaċja u l-funzjonalità ta’ din is-sistema l-ġdida. Ir-rapporteur tal-ITRE jixtieq jiżgura wkoll li d-dispożizzjonijiet introdotti mill-proposta ma jiddiskriminawx kontra organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv Ewropej (inkluż fornituri u aġenti ta’ servizzi online) meta mqabbla ma’ organizzazzjonijiet li mhumiex fl-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni, is-soċjetajiet kollettriċi – bħala fornituri tas-servizzi – għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern li tfittex li toħloq qafas ġuridiku biex tiżgura l-libertà ta’ stabbilment u l-moviment ħieles ta’ servizzi bejn l-Istati Membri. Dan jimplika li s-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu liberi li jipprovdu s-servizzi tagħhom bejn il-fruntieri biex jirrappreżentaw id-detenturi tad-dritt residenti jew stabbiliti fi Stati Membri oħra jew biex joħorġu liċenzji lill-utenti residenti jew stabbiliti fi Stati Membri oħra.

imħassar

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Jeżistu differenzi sinifikanti fir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-funzjonament tas-soċjetajiet kollettriċi, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza u l-kontabbiltà lejn il-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom. Lil hinn mid-diffikultajiet li d-detenturi tad-drittijiet mhux domestiċi jiltaqgħu magħhom meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u ħafna drabi l-ġestjoni finanzjarja ħażina tad-dħul miġbur, il-problemi li għandhom x’jaqsmu mal-funzjonament tas-soċjetajiet kollettriċi jwasslu għal ineffiċjenzi fl-isfruttament tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-suq intern għad-detriment bl-istess mod tal-membri tas-soċjetajiet kollettriċi, id-detenturi tad-drittijiet u l-utenti. Dawn id-diffikultajiet ma jirriżultawx mill-funzjonament ta’ fornituri ta’ servizzi indipendenti tal-immaniġġjar ta’ drittijiet li jaġixxu bħala aġenti għad-detenturi tad-drittijiet għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom fuq bażi kummerċjali u li fihom id-detenturi tad-drittijiet ma jeżerċitawx drittijiet ta’ sħubija.

(4) Jeżistu differenzi sinifikanti fir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-funzjonament tal-organizzazjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza u l-kontabbiltà lejn il-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom, li jwasslu għal frammentazzjoni tas-suq intern f'dan is-settur. Lil hinn mid-diffikultajiet li d-detenturi tad-drittijiet mhux domestiċi jiltaqgħu magħhom meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u ħafna drabi l-ġestjoni finanzjarja ħażina tad-dħul miġbur, il-problemi li għandhom x'jaqsmu mal-funzjonament tal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv jwasslu għal ineffiċjenzi fl-isfruttament tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-suq intern għad-detriment bl-istess mod tal-membri tal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv, id-detenturi tad-drittijiet u l-utenti, li għalihom huwa wisq ikkumplikat li jsostnu d-drittijiet tagħhom fi Stati Membri oħra. Dawn id-diffikultajiet ma jirriżultawx mill-funzjonament ta’ fornituri ta’ servizzi indipendenti tal-immaniġġjar ta’ drittijiet li jaġixxu bħala aġenti għad-detenturi tad-drittijiet għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom fuq bażi kummerċjali u li fihom id-detenturi tad-drittijiet ma jeżerċitawx drittijiet ta’ sħubija.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6 a) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti fl-Istati Membri li jikkonċernaw l-immaniġġjar ta’ drittijiet ta’ organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv, bħal liċenzjar kollettiv estiż jew obbligatorju, preżunzjonijiet ġuridiċi ta’rappreżentanza jew trasferiment, jew taħlita tagħhom.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Din id-Direttiva għandu jkollha l-għan li tikkoordina r-regoli nazzjonali li jikkonċernaw l-aċċess għall-attività ta’ mmaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati mis-soċjetajiet kollettriċi, il-modalitajiet għall-governanza tagħhom, u l-qafas superviżorju tagħhom u hija bbażata wkoll fuq l-Artikolu 53(1) tat-Trattat. Barra minn hekk, peress li dan huwa settur li joffri servizzi madwar l-Unjoni, din id-Direttiva hija bbażata wkoll fuq l-Artikolu 62 tat-Trattat.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-Premessa trid tiġi sostitwita bil-premessa ġdida 7a..

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għall-forma ġuridika magħżula tradizzjonalment mill-Istati Membri għat-tħaddim tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv. L-Istati Membri m’għandhomx ikunu obbligati jibdlu l-forma ġuridika ta’ dawn l-organizzazzjonijiet. Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għal-libertà ta’ assoċjazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet u d-dritt tagħhom li jorganizzaw lilhom infushom.

Ġustifikazzjoni

Huwa imperattiv li d-direttiva ma jkollhiex effett negattiv fuq modi stabbiliti ta’ governanza u fuq prattiki interni li jiffunzjonaw ta’ OKS ibbażati fuq il-liġi nazzjonali applikabbli. Dan l-għan ġie approvat b’mod ġenerali minn ħafna partijiet interessati inkluża l-Kummissjoni Ewropea.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Biex ikunu jistgħu jiġu pprovduti u riċevuti servizzi ta’ ġestjoni kollettiva bejn il-fruntieri nazzjonali, id-detenturi tad-drittijiet iridu jkunu jistgħu jagħżlu liberament is-soċjetà kollettriċi għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom, bħal prestazzjoni pubblika jew id-drittijiet tax-xandir, jew il-kategoriji ta’ drittijiet, bħal komunikazzjoni interattiva lill-pubbliku, sakemm is-soċjetà kollettriċi tkun diġà qed timmaniġġja dawn id-drittijiet. Dan ifisser li d-detenturi tad-drittijiet jistgħu faċilment jirtiraw id-drittijiet jew il-kategoriji ta’ drittijiet tagħhom minn soċjetà kollettriċi u jafdawhom jew jittrasferixxuhom kollha jew parti minnhom lil soċjetà kollettriċi oħra irrispettivament mill-Istat Membru ta’ residenza jew in-nazzjonalità tas-soċjetà kollettriċi jew tad-detentur tad-drittijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi li jimmaniġġjaw tipi differenti ta’ xogħlijiet u suġġetti oħra, bħal xogħlijiet letterarji, mużikali jew fotografiċi, għandhom ukoll jagħtu din il-flessibbiltà lid-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tal-immaniġġjar ta’ tipi differenti ta’ xogħlijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jinfurmaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar din l-għażla u jippermettulhom jeżerċitaw b’mod kemm jista’ jkun faċli. Fl-aħħar nett, din id-Direttiva ma għandhiex tippreġudika l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom b’mod individwali, inkluż fil-każ tal-użi mhux kummerċjali.

(9) Biex ikunu jistgħu jiġu riċevuti servizzi ta’ ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati bejn il-fruntieri nazzjonali, id-detenturi tad-drittijiet iridu jkunu jistgħu jagħżlu liberament l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom, bħal prestazzjoni pubblika jew id-drittijiet tax-xandir, jew il-kategoriji ta’ drittijiet, bħal komunikazzjoni interattiva lill-pubbliku, sakemm l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tkun diġà qed timmaniġġja dawn id-drittijiet. Dan ifisser li d-detenturi tad-drittijiet jistgħu faċilment jirtiraw id-drittijiet jew il-kategoriji ta’ drittijiet tagħhom mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv u jafdawhom jew jittrasferixxuhom kollha jew parti minnhom lil organizzazzjoni oħra tal-immaniġġjar kollettiv irrispettivament mill-Istat Membru ta’ residenza jew in-nazzjonalità tal-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv jew tad-detentur tad-drittijiet. Organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv li jimmaniġġjaw tipi differenti ta’ xogħlijiet u suġġetti oħra, bħal xogħlijiet letterarji, mużikali jew fotografiċi, għandhom ukoll jagħtu din il-flessibbiltà lid-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tal-immaniġġjar ta’ tipi differenti ta’ xogħlijiet. L-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv għandhom jinfurmaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar din l-għażla u jippermettulhom jeżerċitaw b’mod kemm jista’ jkun faċli. Fl-aħħar nett, din id-Direttiva ma għandhiex tippreġudika l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom b’mod individwali, inkluż fil-każ tal-użi mhux kummerċjali.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Billi l-eżerċizzju individwali tad-drittijiet ekonomiċi esklużivi, bħalma spiss huwa l-każ fis-settur awdjoviżiv, huwa konsistenti wkoll mal-miri tas-suq intern u jnaqqas il-potenzjal għall-frammentazzjoni, permezz tal-konsolidazzjoni tad-drittijiet ta’ sfruttament fil-produttur.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-membri tas-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem u jivvutaw fil-laqgħa ġenerali; l-eżerċitar ta’ dawn id-drittijiet jista’ jkun biss suġġett għal restrizzjonijiet ġusti u proporzjonati. L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzoni għandu jkun iffaċilitat.

(12) Il-membri kollha tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem u jivvutaw fil-laqgħa ġenerali. l-eżerċitar ta’ dawn id-drittijiet jista’ jkun biss suġġett għal restrizzjonijiet ġusti u proporzjonati. L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni għandu jkun iffaċilitat, u kull meta possibbli bl-użu ta’ mezzi elettroniċi.

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi inkoraġġita l-parteċipazzjoni inklusiva kif ukoll effiċjenti tal-membri. [Konsistenti mal-abbozz ta’ opinjoni mill-CULT.]

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-membri għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-sorveljanza tal-immaniġġjar tas-soċjetajiet kollettriċi. Għal dan il-għan, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jistabbilixxu funzjoni superviżorja li tkun xierqa għall-istruttura organizzattiva tagħhom u għandhom jippermettu lill-membri jiġu rappreżentati fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni. Sabiex jevitaw li jimponu piż żejjed fuq is-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar u biex jagħmlu l-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva proporzjonati, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu lis-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar milli jkollhom jorganizzaw funzjoni superviżorja bħal din, jekk jikkunsidraw dan meħtieġ.

(13) Il-membri għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-sorveljanza tal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv. Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom jistabbilixxu funzjoni superviżorja li tkun xierqa għall-istruttura organizzattiva tagħhom u għandhom jippermettu lill-kategoriji differenti tal-membri jiġu rappreżentati b’mod ġust u bbilanċjat fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Is-soċjetajiet kollettriċi jiġbru, jimmaniġġjaw u jqassmu d-dħul mill-isfruttament tad-drittijiet fdati lilhom mid-detenturi tad-drittijiet. Dan id-dħul fl-aħħar mill-aħħar huwa dovut lil detenturi tad-drittijiet li jistgħu jkunu membri ta’ dik is-soċjetà, jew ta’ soċjetà oħra. Għaldaqstant huwa importanti li s-soċjetajiet kollettriċi jeżerċitaw l-ogħla diliġenza fil-ġbir, l-immaniġġjar u t-tqassim tad-dħul. It-tqassim preċiż huwa possibbli biss meta soċjetajiet kollettriċi jżommu rekords tajbin ta’ sħubija, liċenzji u użu ta’ xogħlijiet u suġġetti oħrajn. Fejn xieraq, id-dejta għandha tkun ipprovduta wkoll mid-detenturi tad-drittijiet u l-utenti u tkun verifikata mis-soċjetajiet kollettriċi. L-ammonti miġbura u dovuti lid-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu ġestiti separatament mill-assi proprji tas-soċjetà kollettriċi u, jekk jiġu investiti, sakemm ma jitqassmux lid-detenturi tad-drittijiet, dan għandu jitwettaq skont il-politika ta’ investiment deċiża waqt il-laqgħa ġenerali tas-soċjetajiet kollettriċi. Sabiex jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet u sabiex ikun żgurat li kwalunkwe dħul li jista’ jkun derivat mill-isfruttar tad-drittijiet tagħhom jinġabar għall-benefiċċju tad-detenturi tad-drittijiet, l-investimenti li għamlet is-soċjetà kollettriċi u li huma miżmuma minnha, għandhom ikunu mmaniġġjati skont il-kriterju li jobbliga lis-soċjetà kollettriċi biex tieħu azzjoni prudenti, filwaqt li tippermetti lis-soċjetà kollettriċi biex tiddeċiedi dwar l-iktar politika ta’ investiment sikura u effiċjenti. Dan jippermetti lis-soċjetà kollettriċi biex tagħżel allokazzjoni ta’ assi li tixraq lin-natura preċiża u l-perjodu ta’ żmien ta’ kwalunkwe skopertura għar-riskju ta’ kwalunkwe dħul mid-drittijiet investit u li ma tippreġudikax għalxejn kwalunkwe dħul mid-drittijiet dovut lid-detenturi tad-drittijiet. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ikunu mqassma b’mod xieraq u effettiv, huwa meħtieġ li s-soċjetajiet kollettriċi jieħdu miżuri raġonevoli li huma diliġenti u ta’ bona fede biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet rilevanti. Huwa wkoll xieraq li tingħata l-approvazzjoni mill-membri tas-soċjetajiet kollettriċi tar-regoli li jirregolaw kwalunkwe sitwazzjoni fejn, minħabba n-nuqqas ta’ identifikazzjoni u lokalizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, l-ammonti miġbura ma jistgħux jitqassmu.

(15) L-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv jiġbru, jimmaniġġjaw u jqassmu d-dħul mill-isfruttament tad-drittijiet fdati lilhom mid-detenturi tad-drittijiet. Dan id-dħul fl-aħħar mill-aħħar huwa dovut lil detenturi tad-drittijiet li jistgħu jkunu membri ta’ dik is-soċjetà, jew ta’ soċjetà oħra. Għaldaqstant huwa importanti li l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv jeżerċitaw l-ogħla diliġenza fil-ġbir, l-immaniġġjar u t-tqassim tad-dħul. It-tqassim preċiż huwa possibbli biss meta l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv iżommu rekords tajbin ta’ sħubija, liċenzji u użu ta’ xogħlijiet u suġġetti oħrajn. Fejn xieraq, id-dejta għandha tkun ipprovduta wkoll mid-detenturi tad-drittijiet u l-utenti u tkun verifikata mill-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv. L-ammonti miġbura u dovuti lid-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu ġestiti separatament mill-assi proprji tal-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv u, jekk jiġu investiti, sakemm ma jitqassmux lid-detenturi tad-drittijiet, dan għandu jitwettaq skont il-politika ta’ investiment deċiża waqt il-laqgħa ġenerali tal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv. Sabiex jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet u sabiex ikun żgurat li kwalunkwe dħul li jista’ jkun derivat mill-isfruttar tad-drittijiet tagħhom jinġabar għall-benefiċċju tad-detenturi tad-drittijiet, l-investimenti li għamlet l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv u li huma miżmuma minnha, għandhom ikunu mmaniġġjati skont il-kriterju li jobbliga lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv biex tieħu azzjoni prudenti, filwaqt li tippermetti lill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv biex tiddeċiedi dwar l-iktar politika ta’ investiment sikura u effiċjenti. Dan jippermetti lill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv biex tagħżel allokazzjoni ta’ assi sikura u li tagħmel qligħ li tevita skopertura għar-riskju ta’ kwalunkwe dħul mid-drittijiet investit u li ma tippreġudikax għalxejn kwalunkwe dħul mid-drittijiet dovut lid-detenturi tad-drittijiet. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ikunu mqassma b’mod xieraq u effettiv, huwa meħtieġ li l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv jieħdu miżuri raġonevoli li huma diliġenti u ta’ bona fede biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet rilevanti. Huwa wkoll xieraq li tingħata l-approvazzjoni mill-membri tal-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv tar-regoli li jirregolaw kwalunkwe sitwazzjoni fejn, minħabba n-nuqqas ta’ identifikazzjoni u lokalizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, l-ammonti miġbura ma jistgħux jitqassmu.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġu evitati riskji bla bżonn għad-dħul li jappartjeni għad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom iħaddmu strateġija ta’ investiment sikura u ta’ riskju baxx. [Konsistenti mal-abbozz ta’ opinjoni mill-IMCO.]

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Fis-settur tal-mużika online, fejn il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awturi fuq bażi territorjali tibqa’ n-norma, huwa essenzjali li jinħolqu kundizzjonijiet li jwasslu għall-prattiki ta’ ħruġ ta’ liċenzji l-aktar effettivi mis-soċjetajiet kollettriċi, f’kuntest transfruntier dejjem jikber. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġi pprovdut sett ta’ regoli li jikkoordinaw il-kundizzjonijiet bażiċi għall-forniment mis-soċjetajiet kollettriċi ta’ ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali kollettivi tad-drittijiet online tal-awturi f’xogħlijiet mużikali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw il-kwalità minima meħtieġa mis-servizzi transkonfinali pprovduti mis-soċjetajiet kollettriċi, b’mod partikolari f’termini ta’ trasparenza tar-repertorju rappreżentat u ta’ preċiżjoni tal-flussi finanzjarji relatati mal-użu tad-drittijiet. Dawn għandhom jistabbilixxu wkoll qafas biex jiffaċilita l-aggregazzjoni volontarja tar-repertorju ta’ mużika biex b’hekk inaqqsu l-għadd ta’ liċenzji li għandu bżonn utent biex jopera servizz multiterritorjali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jippermettu soċjetà kollettriċi titlob soċjetà kollettriċi oħra biex tirrappreżenta r-repertorju tagħha fuq bażi multiterritorjali meta ma hija stess ma tkunx tista’ tissodisfa r-rekwiżiti. Għandu jkun hemm obbligu fuq is-soċjetà rikjesta, sakemm din taggrega r-repertorji u toffri jew toħroġ liċenzji multiterrirorjali, biex taċċetta l-mandat tas-soċjetà li tagħmel it-talba. L-iżvilupp ta’ servizzi ta’ mużika online legali fl-Ewropa kollha għandu jikkontribwixxi wkoll għall-ġlieda kontra l-piraterija.

(24) B’differenza għal setturi kreattivi oħra fejn liċenzjar dirett għandu rwol aktar prominenti, il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awturi fuq bażi territorjali tibqa’ n-norma fis-settur tal-mużika. Għalhekk, huwa essenzjali li jinħolqu kundizzjonijiet li jwasslu għall-prattiki ta’ ħruġ ta’ liċenzji l-aktar effettivi mill-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv, f’kuntest transfruntier dejjem jikber. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġi pprovdut sett ta’ regoli li jikkoordinaw il-kundizzjonijiet bażiċi għall-forniment mis-soċjetajiet kollettriċi ta’ ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali kollettivi tad-drittijiet online tal-awturi f’xogħlijiet mużikali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw il-kwalità minima meħtieġa mis-servizzi transkonfinali pprovduti mill-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv, b’mod partikolari f’termini ta’ trasparenza tar-repertorju rappreżentat u ta’ preċiżjoni tal-flussi finanzjarji relatati mal-użu tad-drittijiet. Dawn għandhom jistabbilixxu wkoll qafas biex jiffaċilita l-aggregazzjoni volontarja tar-repertorju ta’ mużika biex b’hekk inaqqsu l-għadd ta’ liċenzji li għandu bżonn utent biex jopera servizz multiterritorjali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jippermettu soċjetà kollettriċi titlob soċjetà kollettriċi oħra biex tirrappreżenta r-repertorju tagħha fuq bażi multiterritorjali meta ma hija stess ma tkunx tista’ tissodisfa r-rekwiżiti. Għandu jkun hemm obbligu fuq is-soċjetà rikjesta, sakemm din taggrega r-repertorji u toffri jew toħroġ liċenzji multiterritorjali, biex taċċetta l-mandat tas-soċjetà li tagħmel it-talba, mingħajr ma tabbuża mis-setgħa tagħha fis-suq. L-iżvilupp ta’ servizzi ta’ mużika online legali fl-Unjoni kollha għandu jikkontribwixxi wkoll għal tnaqqis fl-ikkupjar mhux awtorizzat ta’ mużika.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Ġeneralment, l-organizzazzjonijiet tax-xandir jiddependu fuq liċenzji minn soċjetà kollettriċi lokali, għax-xandiriet tagħhom ta’ programmi tat-televiżjoni u tar-radju li jinkludu xogħlijiet mużikali. Ħafna drabi, din il-liċenzja hija limitata għal attivitajiet ta’ xandir. Se tkun meħtieġa liċenzja għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali sabiex dawn ix-xandiriet tat-televiżjoni jew tar-radju jkunu wkoll disponibbli online. Sabiex ikun iffaċilitat il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ drittijiet mużikali online għall-finijiet ta’ trażmissjoni simultanja u mdewmata’ xandiriet tat-televiżjoni jew tar-radju jeħtieġ li tiġi pprovduta deroga mir-regoli li nkella tkun tapplika għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ xogħlijiet mużikali għall-użi online. Din id-deroga għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex ikun possibbli aċċess għal programmi tat-televiżjoni jew tar-radju u għal materjal li għandu relazzjoni ċara u subordinata għax-xandir oriġinali prodott għal pereżempju supplimentazzjoni, previżjoni jew reviżjoni ta' dak il-programm tat-televiżjoni jew tar-radju. Dik id-deroga ma għandhiex topera b’tali mod li tfixkel il-kompetizzjoni b’servizzi oħra li jagħtu aċċess lill-konsumaturi għal xogħlijiet mużikali jew awdjoviżivi individwali, jew twassal għal prattiki restrittivi, bħal qsim tas-suq u tal-konsumaturi, bi ksur tal-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(35) Ġeneralment, l-organizzazzjonijiet tax-xandir jiddependu fuq liċenzji ġenerali minn soċjetà kollettriċi lokali għad-drittijiet għar-repertorju dinji ta’ xogħlijiet mużikali sabiex jikkomunikaw u jagħmlu disponibbli għall-pubbliku l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju tagħhom stess u servizzi online relatati max-xandiriet tagħhom, bħal materjal li jissupplimenta, jarrikkixxi jew inkella jespandi fuq dak li joffri l-programm tax-xandar. Dawn il-liċenzji ġenerali għax-xandara jirrispondu għal ħtieġa attwali, huma stabbiliti sew u ġeneralment aċċettati bl-istess mod mid-detenturi tad-drittijiet, mix-xandara u mill-organizzazzjonijiet għall-immaniġġjar kollettiv. Għaldaqstant, din id-direttiva għandha żżomm dik il-prattika stabbilita sabiex tiġi evitata l-applikazzjoni ta’ regoli differenti għal ħruġ ta’ liċenzji ta’ servizzi offline kif ukoll online tax-xandara. Għal din ir-raġuni jeħtieġ li organizzazzjonijiet għall-immaniġġjar kollettiv jiġu eżentati mill-applikazzjoni tat-Titolu III meta dawn jagħtu liċenzja għas-servizzi online lix-xandara li huma relatati mas-servizzi tax-xandir offline tagħhom. Din ma għandhiex topera b’tali mod li tfixkel il-kompetizzjoni b’servizzi oħra li jagħtu aċċess lill-konsumaturi għal xogħlijiet mużikali individwali online, jew twassal għal prattiki restrittivi, bħal qsim tas-suq u tal-konsumaturi, u għandha tibqa’ f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Ġustifikazzjoni

Ix-xandara jinkludu fis-servizzi tagħhom online mhux biss programmi mxandra jew partijiet minnhom iżda wkoll materjal ta’ programmi oħra pprovdut taħt il-kontroll u r-responsabbiltà editorjali tax-xandar li normalment ikollu relazzjoni ma’ attivitajiet offline tax-xandar. Peress li l-kamp ta’ applikazzjoni u l-firxa eżatta ta’ dak il-materjal se jkunu soġġetti għal arranġamenti kuntrattwali bejn ix-xandara u d-detenturi tad-drittijiet tal-mużika jew l-organizzazzjonijiet għall-immaniġġjar kollettiv kkonċernati, dan m’għandux jiġi definit bil-quddiem mid-Direttiva.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Huwa neċessarju li jiġi żgurat l-infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom joffru lill-membri tagħhom, proċeduri speċifiċi għall-indirizzar tal-ilmenti u s-soluzzjoni tat-tilwim. Dawn il-proċeduri għandhom ukoll jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ detenturi tad-drittijiet oħra li huma rrappreżentati mis-soċjetà kollettriċi. Huwa xieraq ukoll li jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom korpi ta’ soluzzjoni tat-tilwim indipendenti, imparzjali u effettivi li jkunu kapaċi jsibu soluzzjoni għal tilwim kummerċjali bejn is-soċjetajiet kollettriċi u l-utenti fuq kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ liċenzji eżistenti jew proposti kif ukoll fuq sitwazzjonijiet fejn jiġi rifjutat li tingħata liċenzja. Barra minn hekk, l-effettività tar-regoli dwar l-għoti ta’ liċenzji multiterritorjali tad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali tista’ tinlaqat ħażin jekk it-tilwim bejn is-soċjetajiet kollettriċi u l-kontropartijiet tagħhom ma jiġix riżolt malajr u b’mod effiċjenti minn korpi indipendenti u imparzjali. B’riżultat ta’ dan, huwa xieraq li, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ aċċess għal tribunal, jiġu pprovduti proċeduri extra ġudizzjarji aċċessibbli faċilment, effiċjenti u imparzjali biex jiġu riżolti min-naħa waħda, il-kunflitti bejn is-soċjetajiet kollettriċi u min-naħa l-oħra, bejn il-fornituri tas-servizzi online tal-mużika, id-detenturi tad-drittijiet jew is-soċjetajiet kollettriċi.

(36) Huwa neċessarju li jiġi żgurat l-infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. L-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv għandhom joffru lill-membri tagħhom, proċeduri speċifiċi għall-indirizzar tal-ilmenti u s-soluzzjoni tat-tilwim. Dawn il-proċeduri għandhom ukoll jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ detenturi tad-drittijiet oħra li huma rrappreżentati mis-soċjetà kollettriċi. Huwa xieraq ukoll li jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom korpi ta’ soluzzjoni tat-tilwim indipendenti, imparzjali u effettivi li jkunu kapaċi jsibu soluzzjoni għal tilwim kummerċjali bejn l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv u l-utenti fuq kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ liċenzji eżistenti jew proposti kif ukoll fuq sitwazzjonijiet fejn jiġi rifjutat li tingħata liċenzja. Barra minn hekk, l-effettività tar-regoli dwar l-għoti ta’ liċenzji multiterritorjali tad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali tista’ tinlaqat ħażin jekk it-tilwim bejn l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv u l-kontropartijiet tagħhom ma jiġix riżolt malajr u b’mod effiċjenti minn korpi indipendenti u imparzjali. B’riżultat ta’ dan, huwa xieraq li, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ aċċess għal tribunal, jiġu pprovduti proċeduri extra ġudizzjarji aċċessibbli faċilment, effiċjenti u imparzjali biex jiġu riżolti min-naħa waħda, il-kunflitti bejn l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv u min-naħa l-oħra, bejn il-fornituri tas-servizzi online tal-mużika, id-detenturi tad-drittijiet jew l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv. Dawn il-korpi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim għandu jkollhom għarfien speċjali dwar kwistjonijiet tal-proprjetà intellettwali u għandhom jibbażaw id-deċiżjonijiet tagħhom fuq standards u kriterji oġġettivi, bħall-"valur ġust fil-kummerċ" stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Sabiex jiżguraw il-ħlas, l-utenti għandu jkollhom l-obbligu li jħallsu lill-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv, sakemm il-proċess ikun għadu pendenti, skont it-tariffa eżistenti meta tkun teżisti din it-tariffa teżisti jew tkun ibbażati fuq ordni interim mill-qorti fejn m’hemm stabbilita l-ebda tariffa applikabbli eżistenti minn qabel.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-korpi nazzjonali għar-riżoluzzjoni tat-tilwim ikollhom il-kompetenza meħtieġa u li d-deċiżjonijiet tagħhom isegwu prinċipji ġusti fis-suq intern kollu, dawn il-korpi għandhom jikkonsistu minn imħallfin iddedikati li jkollhom għarfien speċjali dwar kwistjonijiet ta’ proprjetà intellettwali u d-deċiżjonijiet għandhom isiru billi jiġu segwiti kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2). Il-partijiet jistgħu jabbużaw l-użu ta’ mekkaniżmi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim, pereżempju, biex jevitaw jew idewmu l-obbligi bħal pagament ta’ ħlasijiet ta’ liċenzji. Biex ikun żgurat li l-mekkaniżmi tar-riżoluzzjoni tat-tilwim jintużaw in bona fede u minħabba d-dewmien potenzjali ta’ proċedimenti ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim, id-dispożizzjonijiet għandhom jispeċifikaw li fejn proċess ta’ riżoluzzjonijiet tat-tilwim ikun pendenti, l-utenti jistgħu jużaw biss ix-xogħlijiet jew kontenut protett ieħor, bħala obbligu minimu, huma jħallsu t-tariffi ppubblikati mis-CMO jew, meta jkunx hemm tariffa eżistenti minn qabel, ħlas fix-xahar stabbilit mill-korp tar-riżoluzzjoni tat-tilwim f’kont miżmum minn terzi. Ll-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv jew l-utent, skont kif ikun il-każ, għandhom iħallsu l-bilanċ bejn il-pagamenti magħmula u t-tariffa l-ġdida stabbilita mill-korp kompetenti mhux aktar tard minn 30 jum wara li d-deċiżjoni tkun ittieħdet minn dak il-korp.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa li permezz tagħhom ikun possibbli li jsiru lmenti kontra s-soċjetajiet kollettriċi li ma jikkonformawx mal-liġi u biex jiġi żgurat li, fejn ikun xieraq, jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema awtoritjiet għandhom ikunu responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proċeduri u s-sanzjonijiet tal-ilmenti. Sabiex jiġi żgurat li tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkooperaw ma’ xulxin biex jilħqu dan l-għan.

(37) Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa li permezz tagħhom ikun possibbli li jsiru lmenti kontra l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv li ma jikkonformawx mal-liġi u biex jiġi żgurat li, fejn ikun xieraq, jiġu imposti sanzjonijiet jew miżuri effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema awtoritjiet għandhom ikunu responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proċeduri u s-sanzjonijiet tal-ilmenti. Sabiex jiġi żgurat li tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkooperaw ma’ xulxin biex jilħqu dan l-għan.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika dwar l-għażliet tal-infurzar tal-Istati Membri. [Konsistenti mal-abbozz ta’ opinjoni tal-kumitat CULT.]

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-liġi tal-kompetizzjoni, u kwalunkwe liġi oħra rilevanti f’oqsma oħra inklużi l-kunfidenzjalità, is-sigrieti tan-negozju, il-privatezza, l-aċċess għad-dokumenti, il-liġi tal-kuntratti u l-liġi internazzjonali privata li huma relatati mal-liġijiet u l-ġurisdizzjoni tal-qrati.

(43) Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli dwar il-liġi tal-kompetizzjoni, u kwalunkwe liġi oħra rilevanti f’oqsma oħra inklużi l-kunfidenzjalità, partikolarment fir-rigward ta' ftehimiet individwali u ftehimiet ta' non-divulgazjoni, is-sigrieti tan-negozju, il-privatezza, l-aċċess għad-dokumenti, il-liġi tal-kuntratti u l-liġi internazzjonali privata li huma relatati mal-liġijiet u l-ġurisdizzjoni tal-qrati.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati mis-soċjetajiet kollettriċi. Tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ liċenzji multiterritorjali mis-soċjetajiet kollettriċi tad-drittijiet tal-awturi f’xogħlijiet mużikali għal użu online.

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati mill-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv. Tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ liċenzji multiterritorjali mill-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awturi f’xogħlijiet mużikali għal użu online.

 

(Bidla globali)

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-titoli I, II u IV bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 36 u 40 għandhom japplikaw għas-soċjetajiet kollettriċi kollha stabbiliti fl-Unjoni.

It-Titoli I, II u IV ta’ din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv kollha stabbiliti fl-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jestendu l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għat-Titolu I, Kapitoli 2 sa 5 tat-Titolu II u t-Titolu IV bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 36 u 40 għall-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv li mhumiex fl-UE li joħorġu liċenzji għall-użu tad-drittijiet fit-territorju tagħhom.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-Titolu I, l-Artikoli 10, 11(1), 12, 15, 16, 18, 19 u 20 tat-Titolu II, it-Titolu III u l-Artikoli 34, 35, 37 u 38 tat-Titolu IV għandhom japplikaw ukoll għall-fornituri ta' servizzi indipendenti tal-ġestjoni ta' drittijiet stabbiliti fl-Unjoni jew barra l-Unjoni li jaġixxu bħala aġenti għad-detenturi tad-drittijiet għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom u joperaw fl-Unjoni fuq bażi kummerċjali.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Madankollu, it-Titolu III m’għandux japplika meta l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv jagħtu l-liċenzji għal xogħlijiet mużikali bħal dawn, b’konformità mal-liġi nazzjonali u dik Komunitarja, lix-xandara fir-rigward ta’ servizzi online li huma relatati mas-servizzi tax-xandir offline tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-ex Artikolu 33 - Ix-xandara jinkludu fis-servizzi tagħhom online mhux biss programmi mxandra jew partijiet minnhom iżda wkoll materjal ta’ programmi oħra pprovdut taħt il-kontroll u r-responsabbiltà editorjali tax-xandar li normalment ikollu relazzjoni ma’ attivitajiet offline tax-xandar. Peress li l-kamp ta’ applikazzjoni u l-firxa eżatta ta’ dak il-materjal se jkunu soġġetti għal arranġamenti kuntrattwali bejn ix-xandara u d-detenturi tad-drittijiet tal-mużika jew l-organizzazzjonijiet għall-immaniġġjar kollettiv kkonċernati, dan m’għandux jiġi definit bil-quddiem mid-Direttiva.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-Direttiva ma tinterferixxi fl-ebda arranġament li jikkonċerna liċenzjar kollettiv estiż jew obbligatorju fil-livell nazzjonali.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-Direttiva ma tidderogax mir-regolamenti Ewropej rigward il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ‘soċjetà kollettriċi’ tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li hija awtorizzata mil-liġi jew permezz ta’ assenjazzjoni, liċenzja, inkarigu jew kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor, minn aktar minn detentur tad-drittijiet wieħed, biex timmaniġġja id-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur bħala l-għan uniku jew prinċipali tagħha u li tkun proprjetà jew ikkontrollata mill-membri tagħha;

(a) ‘organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv’ tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li hija awtorizzata mil-liġi jew permezz ta’ assenjazzjoni, liċenzja, inkarigu jew kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor, li timmaniġġja d-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur f’isem aktar minn detentur tad-drittijiet wieħed bħala l-għan uniku jew wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha u li tkun:

 

(i) fil-pussess jew ikkontrollata direttament jew indirettament mid-detenturi tad-drittijiet tagħha ,jew

 

(ii) organizzata bħala organizzazzjoni mhux għall-profitt

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) membru ta’ soċjetà kollettriċi’ tfisser detentur tad-drittijiet jew entità li tirrappreżenta direttament detenturi tad-drittijiet, inklużi soċjetajiet u assoċjazzjonijiet kollettriċi ta’ drittijiet tad-detenturi, li tissodisfa r-rekwiżit ta’ sħubija tas-soċjetà kollettriċi;

(c) 'membru' tfisser detentur tad-drittijiet jew entità li tirrappreżenta direttament detenturi tad-drittijiet, inklużi organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv u assoċjazzjonijiet oħra ta’ drittijiet tad-detenturi, li jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sħubija tal-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, irrispettivament mill-forma ġuridika tagħha;

Ġustifikazzjoni

Kjarifika meħtieġa fir-rigward tal-varjetà ta’ forom ġuridiċi ta’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv fl-Istati Membri differenti. [Konsistenti mal-abbozz ta’ opinjoni mill-CULT.]

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) ‘dħul mid-drittijiet’ tfisser id-dħul miġbur minn soċjetà kollettriċi f’isem id-detenturi tad-drittijiet, kemm jekk minn dritt esklussiv, kif ukoll minn dritt għal remunerazzjoni jew dritt għal kumpens;

(f) ‘dħul mid-drittijiet’ tfisser id-dħul miġbur minn organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv f’isem id-detenturi tad-drittijiet, kemm jekk minn dritt esklussiv, kif ukoll minn dritt għal remunerazzjoni jew dritt għal kumpens, u jinkludi kwalunkwe dħul li jkun ġej mill-investimenti tad-dħul mid-drittijiet;

Ġustifikazzjoni

L-Atikolu 10.2 jiddikjara li d-dħul derivat mill-investimenti tad-dħul mid-drittijiet għandu "jinżamm separat" iżda ma jiċċarax li t-tali dħul jappartjeni għad-detenturi tad-drittijiet u għandu, eventwalment, jitħallas lilhom. L-eħfef mod biex dan jiġi rimedjat huwa billi l-fluss tad-dħul jiġi inkluż fid-definizzjoni. [Konsistenti mal-abbozz ta’ opinjoni mill-CULT.]

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) liċenzja multiterritorjali tfisser liċenzja li tkopri t-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed;

(k) 'liċenzja multiterritorjali' għal servizz tal-mużika online tfisser liċenzja li tkopri t-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed;

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jawtorizzaw soċjetà kollettriċi tal-għażla tagħhom biex timmaniġġja d-drittijiet, il-kategoriji ta’ drittijiet jew it-tipi ta’ xogħlijiet tal-għażla tagħhom, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, irrispettivament mill-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ stabbilment jew min-nazzjonalità tas-soċjetà kollettriċi jew tad-detentur tad-drittijiet.

2. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jawtorizzaw organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv tal-għażla tagħhom biex timmaniġġja d-drittijiet, il-kategoriji ta’ drittijiet jew it-tipi ta’ xogħlijiet tal-għażla tagħhom, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, irrispettivament mill-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ stabbilment jew min-nazzjonalità tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv jew tad-detentur tad-drittijiet. L-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv għandu jkollhom id-dritt li jirrikjedu l-assenjament esklussiv tad-drittijiet għax-xogħlijiet kollha tal-membri tagħhom.

Ġustifikazzjoni

A recent declaration adopted by more than 40 independent European associations of music creators called for the maintenance of the exclusive assignment of the performing right to their collective management organisation. This entails that music writers assign the performing right in all their works to the society of their choice. This provides the CMO with legal certainty because it knows that it represents the performing rights of all works of its’ members. The split of works (some compositions in one society, others in another one) would be detrimental: CMO’s would lose the certainty needed for blanket licenses as requested e.g. by public broadcasters. The consequences are that obtaining licenses will be more burdensome and costly.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tad-drittijiet jagħti kunsens speċifikament għal kull dritt jew kategorija ta’ drittijiet jew tip ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra li dak id-detentur tad-drittijiet jawtorizza lis-soċjetà kollettriċi timmaniġġja u li dan il-kunsens jiġi evidenzjat f’forma dokumentata.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tad-drittijiet jagħti kunsens speċifikament għal kull dritt jew kategorija ta’ drittijiet jew tip ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra li dak id-detentur tad-drittijiet jawtorizza lis-soċjetà kollettriċi timmaniġġja u li dan il-kunsens jiġi evidenzjat f’forma dokumentata. Dan il-paragrafu ma japplikax għall-arranġamenti fl-Istati Membri rigward l-amministrazzjoni tad-drittijiet permezz ta’ liċenzji kollettivi estiżi, preżunzjonijiet legal ta’ rappreżentazzjoni jew trasferiment, immaniġġjar kollettiv obbligatorju jew arranġamenti simili jew taħlita tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Is-soċjetajiet kollettriċi m’għandhomx ikunu obbligati li jiksbu l-kunsens minn detenturi tad-drittijiet li huma koperti minn liċenzji kollettivi estiżi jew skemi simili fi Stat Membru. Għaldaqstant l-emenda għandha l-għan li tiżgura l-kontinwazzjoni ta’ sistemi ta’ mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur li jiffunzjonaw sew u tiżgura d-dħul tad-detenturi tad-drittijiet u l-possibbiltajiet tal-utenti li jiksbu l-awtorizzazzjoni u l-liċenzji tad-drittijiet.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jaċċettaw lid-detenturi tad-drittijiet bħala membri, jekk dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sħubija. Dawn jistgħu jirrifjutaw talba għal sħubija abbażi ta’ kriterji oġġettivi. Dawn il-kriterji għandhom jiġu inkluż fl-istatut jew it-termini ta’ sħubija tas-soċjetà kollettriċi u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

2. Organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv għandha taċċetta lid-detenturi tad-drittijiet u lill-entitajiet li jirrappreżentaw lid-detenturi tad-drittijiet, inklużi organizzazzjonijiet għall-immanġġjar kollettiv u assoċjazzjonijiet tad-detenturi tad-drittijiet bħala membri, jekk dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sħubija, li għandhom ikunu bbażati fuq kriterji objettivi u mhux diskriminatorji. Dawn il-kriterji għandhom jiġu inkluż fl-istatut jew it-termini ta’ sħubija tas-soċjetà kollettriċi u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-istatut tas-soċjetà kollettriċi għandu jipprovdi mekkaniżmi xierqa u effettivi ta’ parteċipazzjoni tal-membri tagħha fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tas-soċjetà kollettriċi. Ir-rappreżentazzjoni tal-kategoriji differenti ta’ membri fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għandu jkun wieħed ġust u bilanċjat.

3. L-istatut tas-soċjetà tal-immaniġġjar kollettiv għandu jipprovdi mekkaniżmi xierqa u effettivi ta’ parteċipazzjoni tal-membri tagħha fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tas-soċjetà kollettriċi. Ir-rappreżentazzjoni tal-kategoriji differenti ta’ membri fil-livelli kollha tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għandu jkun wieħed ġust u bilanċjat.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-laqgħa ġenerali għandu jkollha l-poter li tiddeċiedi dwar il-ħatra jew it-tneħħija tad-diretturi u tapprova r-remunerazzjoni tagħhom u benefiċċji oħra bħal benefiċċji mhux monetarji, għotjiet ta’ pensjonijiet, dritt għal għotjiet oħra u drittijiet għal danni.

Il-laqgħa ġenerali għandu jkollha l-poter li tiddeċiedi dwar il-ħatra jew it-tneħħija tad-diretturi, tissorvelja l-prestazzjoni ġenerali tagħhom u tapprova r-remunerazzjoni tagħhom u benefiċċji oħra bħal benefiċċji mhux monetarji, għotjiet ta’ pensjonijiet, dritt għal għotjiet oħra u drittijiet għal danni.

Ġustifikazzjoni

Ir-relazzjoni bejn il-laqgħa ġenerali u d-diretturi għandha tkun ċara. [Konsistenti mal-abbozz ta’ opinjoni tal-kumitat IMCO.]

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soċjetajiet kollettriċi jistabbilixxu funzjoni superviżorja responsabbli għas-sorveljanza kontinwa tal-attivitajiet u t-twettiq tad-dmirijiet tal-persuni fdati bir-responsabbiltajiet maniġerjali fis-soċjetà kollettriċi. Għandu jkun hemm rappreżentazzjoni ġusta u bbilanċjata tas-soċjetà kollettriċi fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv tistabbilixxi funzjoni superviżorja responsabbli għas-sorveljanza kontinwa tal-attivitajiet u t-twettiq tad-dmirijiet tal-persuni fdati bir-responsabbiltajiet maniġerjali f'dik l-organizzazzjoni. Għandu jkun hemm rappreżentazzjoni ġusta u bbilanċjata tal-kategoriji differenti ta' membri tal-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Huwa ta’ importanza kbira għall-artisti u l-awturi li jinżamm il-bilanċ bejn il-kategoriji differenti tal-membri u dan għandu jkun espliċitu. [Konsistenti mal-abbozz ta’ opinjoni tal-kumitat CULT.]

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-korp fdat bil-funzjoni superviżorja għandu jirrapporta dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tiegħu lil-laqgħa ġenerali prevista fl-Artikolu 7.

Ġustifikazzjoni

L-għoti ta’ informazzjoni fil-laqgħa ġenerali hija prattika standard f’governanza organizzattiva tajba. [Konsistenti mal-abbozz ta’ opinjoni tal-kumitat IMCO.]

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-paragrafi 1 u 2, ma għandhomx japplikaw għal soċjetà kollettriċi li fuq il-karta ta’ bilanċ tagħha, ma taqbiżx il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

imħassar

(a) total tal-karta ta’ bilanċ: EUR 350,000;

 

(b) turnover nett: EUR 700,000;

 

(c) medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: għaxra.

 

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-soċjetà kollettriċi ma għandhiex titħalla tuża d-dħul mid-drittijiet u kwalunkwe dħul derivat mill-investiment tiegħu għall-benefiċċju tagħha stess, ħlief biex tnaqqas it-tariffi tal-immaniġġjar tagħha.

3. Is-soċjetà kollettriċi ma għandhiex titħalla tuża d-dħul mid-drittijiet u kwalunkwe dħul derivat mill-investiment tiegħu għall-benefiċċju tagħha stess, ħlief biex tnaqqas it-tariffi tal-immaniġġjar tagħha skont ir-regoli msemmija fl-Artikolu 7(5)(d).

Ġustifikazzjoni

Tiġi ċċarata li kull tnaqqis għandu jsir skont ir-regoli li ġew deċiżi fil-laqgħa ġenerali. [Konsistenti mal-abbozz ta’ opinjoni tal-kumitat IMCO.]

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soċjetà kollettriċi tqassam b’mod regolari u diliġenti u tħallas l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet kollha li tirrappreżenta. Is-soċjetà kollettriċi għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet mhux iktar tard minn 12-il xahar mit-tmiem tas-sena finanzjarja li fiha kien miġbur id-dħul mid-drittijiet, sakemm raġunijiet oġġettivi relatati b’mod partikolari mar-rappurtar mill-utenti, l-identifikazzjoni tad-drittijiet, id-detenturi jew it-tqabbil ta’ informazzjoni dwar xogħlijiet u suġġetti oħra mad-detenturi tad-drittijiet, jipprevjenu lis-soċjetà kollettriċi milli tosserva l-iskadenza. Is-soċjetà kollettriċi għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet b’mod preċiż, filwaqt li tiżgura trattament ugwali tal-kategoriji kollha tad-detenturi tad-drittijiet.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv iqassmu u jħallsu b’mod regolari u diliġenti u jħallsu l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet li tirrappreżenta. L-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv għandhom iqisu l-istat tat-teknoloġija, jagħmlu dan it-tqassim u l-ħlasijiet mingħajr dewmien żejjed u tal-anqas fuq bażi semestrali u mhux iktar tard minn 12-il xahar mit-tmiem tas-sena finanzjarja li fiha kien miġbur id-dħul mid-drittijiet, sakemm raġunijiet oġġettivi relatati b’mod partikolari mar-rappurtar mill-utenti, l-identifikazzjoni tad-drittijiet, id-detenturi jew it-tqabbil ta’ informazzjoni dwar xogħlijiet u suġġetti oħra mad-detenturi tad-drittijiet, jipprevjenu lill-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv milli tosserva l-iskadenza. L-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet b’mod preċiż, filwaqt li tiżgura trattament ugwali tal-kategoriji kollha tad-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ma jkunux jistgħu jitqassmu, wara ħames snin mit-tmiem tas-sena finanzjarja fejn ikun sar il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet, u sakemm is-soċjetà kollettriċi tkun ħadet il-miżuri neċessarji kollha biex tidentifika u tillokalizza d-detenturi tad-drittijiet, is-soċjetà kollettriċi għandha tiddeċiedi dwar l-użu tal-ammonti kkonċernati skont l-Artikolu 7(5)(b), mingħajr preġudizzju għad-dritt tad-detentur tad-drittijiet li jitlob dawn l-ammonti mis-soċjetà kollettriċi.

2. Fejn l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ma jkunux jistgħu jitqassmu, wara tliet snin mit-tmiem tas-sena finanzjarja fejn ikun sar il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet, u sakemm l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv tkun ħadet il-miżuri neċessarji kollha biex tidentifika u tillokalizza d-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tiddeċiedi dwar l-użu tal-ammonti kkonċernati skont l-Artikolu 7(5)(b), mingħajr preġudizzju għad-dritt tad-detentur tad-drittijiet li jitlob dawn l-ammonti mill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv sakemm l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv tiżgura li d-dħul jitqassam fi proporzjon mad-dħul riċevut mid-detenturi tad-drittijiet għas-sena finanzjarja rilevanti. L-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv jistgħu jqassmu l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet li ma jistgħux jiġu identifikati qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ tliet snin jekk jiġu permessi mil-liġi nazzjonali.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżuri biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet għandhom jinkludu l-verifika tar-rekords ta’ sħubija u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-membri tas-soċjetà kollettriċi kif ukoll tal-pubbliku, lista ta’ xogħlijiet li għalihom ma ġiex identifikat jew lokalizzat xi detentur tad-drittijiet jew aktar.

3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv għandha timplimenta miżuri effettivi biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet filwaqt li tiżgura salvagwardji xierqa biex tiskoraġġixxi l-frodi. Miżuri bħal dawn għandhom jinkludu l-verifika tar-rekords ta’ sħubija u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-membri tal-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv kif ukoll tal-pubbliku b’mod regolari u tal-anqas darba f’sena, lista ta’ xogħlijiet li għalihom ma ġiex identifikat jew lokalizzat xi detentur tad-drittijiet jew aktar.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-termini għal ħruġ ta’ liċenzji għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, b’mod partikolari fir-rigward tat-tariffi.

2. It-termini għal ħruġ ta’ liċenzji għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, b’mod partikolari fir-rigward tat-tariffi.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tariffi għal drittijiet esklussivi għandhom jirriflettu l-valur ekonomiku tad-drittijiet innegozjati u tas-servizz provdut mis-soċjetà kollettriċi.

Tariffi għal drittijiet esklussivi u drittijiet għal rimunerazzjoni għandhom jirriflettu l-valur ekonomiku tal-użu tad-drittijiet innegozjati filwaqt li jqisu n-natura u l-ambitu tal-użu tax-xogħlijiet u suġġetti protetti oħra, kif ukoll il-valur ekonomiku tas-servizz provdut mill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet fir-rigward ta’ dritt għal remunerazzjoni u dritt għal kumpens, is-soċjetà kollettriċi għandha tibbaża l-kalkolu tagħha ta' dawk l-ammonti dovuti,fuq il-valur ekonomiku ta' dawk id-drittijiet innegozjati.

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet fir-rigward ta’ dritt għal kumpens, l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv għandha tibbaża l-kalkolu tagħha ta’ dawk l-ammonti dovuti, fuq il-valur ekonomiku ta’ dawk id-drittijiet innegozjati.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv li tipprovdi liċenzji mhijiex mitluba tuża, bħala preċedent għal tipi oħra ta’ servizzi, it-termini tal-ħruġ ta’ liċenzji miftiehma ma' fornitur ta’ servizz, meta tali fornitur ta’ servizz qed jipprovdi tip ġdid ta’ servizz li ilu disponibbli għall-pubbliku għal żmien ta’ anqas minn tliet snin.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-utenti għandhom jipprovdu organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv b’format u perjodu ta’ żmien li ġew adottati jew miftiehma, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa biex tkun imtejba l-analiżi preċiża tal-użu tar-repertorji tagħhom. Sabiex jippermettu lill-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv biex jiddeterminaw il-ħlasijiet applikabbli u biex iqassmu l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet b’mod preċiż u skont l-obbligi imposti minn din id-Direttiva. Meta l-utenti jonqsu milli jirrapportaw lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv b’mod li jippermetti li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jagħmlu distribuzzjonijiet f’waqthom u preċiżi lid-detenturi tad-drittijiet individwali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv għandhom jiġu lliberati mill-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva fir-rigward tad-distribuzzjoni tad-dħul lid-detenturi tad-drittijiet individwali u l-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv jistgħu jitolbu lil tali utenti tariffi addizzjonali biex ikopru l-ispejjeż amministrattivi addizzjonali kkawżati minn rapporti tal-użu nieqes jew insuffiċjenti.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. L-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv għandhom ikunu permessi jinkludu dritt ta’ verifika fil-liċenzji tagħhom, suġġetti għal kondizzjonijiet raġonevoli, sabiex jivverifikaw il-konformità tagħhom mat-termini tal-liċenzja u d-dikjarazzjoni tad-dħul li jikkwalifika.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c. L-utenti għandhom iħallsu tariffi u remunerazzjonijiet tal-liċenzja lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv f’waqtu kull meta tkun fis-seħħ tariffa applikabbli b’mod ġenerali jew iddeterminata mill-qorti. Meta l-utenti ma jħallsux ħlasijiet tal-liċenzji jew rimunerazzjoni bħal dawn fil-ħin, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv ikunu jistgħu jiċċarġjaw lil tali utenti miżati addizzjonali biex ikopru l-ispejjeż amministrattivi kkawżati minħabba n-nuqqas volontarju li jitħallsu l-ħlasijiet tal-liċenzji jew rimunerazzjoni.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

L-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv għandhom iwieġbu għal komunikazzjonijiet minn persuni li jitolbu liċenzja għal servizzi online f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u għandhom jipproponu liċenzja fi żmien 6 xhur minn meta jirċievu talba għal liċenzja bl-informazzjoni rilevanti. Jekk organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv ma tikkonformax ma’ dawn l-iskadenzi, il-persuna li titlob liċenzja għandha tkun intitolata li taċċedi għal soluzzjoni tat-tilwim skont l-Artikoli 35, 36 u 37.

Ġustifikazzjoni

Tiġi aċċettata l-emenda proposta tar-rapporteur. Madankollu, ma jistax ikun hemm skadenzi stretti minħabba li ftehimiet ta’ ħruġ ta’ liċenzji jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti fil-kumplessità tagħhom, skont eż. fuq liema tip jew in-numru ta’ drittijiet li huma kkonċernati.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 15b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15b

 

Rifjut ta’ għoti ta’ liċenzja:

 

1. L-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv ma għandhiex, mingħajr raġunijiet importanti u ġustifikati, tirrifjuta li tagħti liċenzja għall-użu ta’ xogħlijiet jew suġġetti protetti oħra fi ħdan ir-repertorju li tirrappreżenta. B’mod partikolari, l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv ma għandhiex tirrifjuta li tagħti liċenzja, inkluża liċenzja multiterritorjali, għar-raġunijiet relatati mal-profittabbiltà ta’ din il-liċenzja.

 

2. Meta tirrifjuta li tagħti liċenzja, l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tinforma lid-detenturi tad-drittijiet li tirrappreżenta, lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kolletiv oħra li f’isimhom timmaniġġja d-drittijiet skont ftehim ta’ rappreżentazzjoni u lill-utent, bir-raġunijiet għar-rifjut.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi tagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja meta tkun mitluba minn kwalunkwe detentur tad-drittijiet li tirrappreżenta d-drittijiet tiegħu, minn kwalunkwe soċjetà kollettriċi li timmaniġġja f’isimha d-drittijiet skont ftehim ta’ rappreżentazzjoni jew minn kwalunkwe, permezz ta’ mezzi elettroniċi, mingħajr dewmien mhux iġġustifikat:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv tagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja lil kwalunkwe detentur tad-drittijiet li tirrappreżenta d-drittijiet tiegħu, lil kwalunkwe soċjetà kollettriċi li timmaniġġja f'isimha d-drittijiet skont ftehim ta' rappreżentazzjoni jew lil kwalunkwe, permezz ta' mezzi elettroniċi, mingħajr dewmien mhux iġġustifikat:

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Barra minn hekk, soċjetà kollettriċi għandha tagħmel disponibbli meta tkun mitluba minn kwalunkwe detentur tad-drittijiet jew minn kwalunkwe soċjetà kollettriċi, kwalunkwe informazzjoni dwar xogħlijiet li għalihom ma ġiex identifikat detentur tad-drittijiet jew aktar inkluż, fejn ikun disponibbli, it-titolu tax-xogħol, isem l-awtur, isem l-pubblikatur u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra disponibbli li tista’ tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet.

2. Barra minn hekk, organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv għandha tagħmel disponibbli lil kwalunkwe detentur tad-drittijiet jew lil kwalunkwe organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv, kwalunkwe informazzjoni dwar xogħlijiet li għalihom ma ġiex identifikat detentur tad-drittijiet jew aktar inkluż, fejn ikun disponibbli, it-titolu tax-xogħol, isem l-awtur, isem il-pubblikatur u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra disponibbli li tista' tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi tagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv tagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja, preferibbilment permezz ta’ interfaċċji aċċessibbli għall-pubbliku u li jippermettu t-tiftix:

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi nkoraġġita l-interoperabilità fin-netwerks elettroniċi. [Konsistenti mal-abbozz ta’ opinjoni tal-kumitat CULT.]

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-punti 1(a), (f) u (g) tal-Anness I, ma għandhomx japplikaw għal soċjetà kollettriċi li fuq il-karta ta’ bilanċ tagħha, ma taqbiżx il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

imħassar

(a) total tal-karta ta’ bilanċ: EUR 350,000;

 

(b) turnover nett: EUR 700,000;

 

(c) medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: għaxra.

 

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Soċjetà kollettriċi għandha tissorvelja l-użu ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali li tirrappreżenta, b’mod sħiħ jew parzjali, minn fornituri tas-servizzi ta’ mużika online li ħarġitilhom liċenzja multiterritorjali għal dawk id-drittijiet.

1. Soċjetà kollettriċi għandha tasal fi ftehim ma’ fornitur tas-servizz tal-mużika online dwar il-provvista ta’ informazzjoni fir-rigward tal-użu ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali li tirrappreżenta, b’mod sħiħ jew parzjali, minn fornituri tas-servizzi ta’ mużika online li ħarġitilhom liċenzja multiterritorjali għal dawk id-drittijiet

Ġustifikazzjoni

It-terminu "tissorvelja" jista’ jiġi interpretat bħala sorveljanza teknika li ma taħdimx tajjeb għal xi servizzi online.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull ftehim ta’ rappreżentazzjoni bejn soċjetajiet kollettriċi fejn soċjetà kollettriċi tawtorizza lil soċjetà kollettriċi oħra, toħroġ liċenzji multiterritorjali għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali fir-repertorju ta’ mużika tagħha, għandu jkun ta’ natura mhux esklussiva. Is-soċjetà kollettriċi awtorizzata għandha timmaniġġja dawk id-drittijiet online fuq termini mhux diskriminatorji.

1. 1. Sabiex jippermettu l-aggregazzjoni ta’ varjetà ta’repertorji u jkunu jistgħu jagħtu liċenzji multirepertorji u multiterritorjali, is-soċjetajiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandu jkollhom il-possibbiltà jikkonkludu ftehimiet ta’ rappreżentazzjoni ma’ soċjetajiet oħra ta’ mmaniġġjar kollettiv għall-koordinazzjoni u l-effikaċja ta’ tali liċenzji b’termini ugwali jew nondiskriminatorji. Kull ftehim ta’ rappreżentazzjoni bejn soċjetajiet tal-immaniġġjar kollettiv fejn soċjetà tal-immaniġġjar kollettiv tawtorizza lil soċjetà ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra, toħroġ liċenzji multiterritorjali għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali fir-repertorju ta’ mużika tagħha għandu jżomm l-abbiltà li s-soċjetà li qed tagħti l-awtorizzazzjoni tkun tista’ tawtorizza lil soċjetà oħra u għandu jkun ta’ natura mhux esklussiva. L-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv awtorizzata għandha timmaniġġja dawk id-drittijiet online fuq termini mhux diskriminatorji.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 28a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jippromwovu bl-istess kondizzjonijiet, meta dan ikun applikabbli, il-kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv fl-oqsma tal-immaniġġjar, l-amministrazzjoni u l-liċenzjar tad-drittijiet.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 28b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Il-Kummissjoni għandha tevalwa u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-ħtieġa għal regoli speċifiċi għas-settur, bil-għan li jiġi implimentat il-paragrafu 3 tal-Artikolu 101 tat-TFUE, li jkopru ftehimiet ta’ rappreżentanza u ġbir flimkien tad-drittijiet online, skambji ta’ informazzjoni kif ukoll forom oħra ta’ kooperazzjoni fost is-soċjetajiet tal-immaniġġjar kollettiv għall-iskop tal-għoti u l-amministrazzjoni ta’ liċenzji multiterritorjali u multirepertorji u/jew għall-iskop li jiġu stabbiliti tariffi u kondizzjonijiet uniformi jew miftiehma reċiprokament għal dawn il-liċenzji.

Ġustifikazzjoni

Għandha tiġi mħeġġa l-kooperazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv iżda din teħtieġ ukoll ċertezza legali dwar ir-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli. Ir-riskju li jiġu ffaċjati l-investigazzjonijiet dwar l-antitrust minħabba l-kooperazzjoni jidher li hu wieħed sinifikanti u għaldaqstant għandu jkun kjarifika.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetà kollettriċi mitluba għandha taċċetta tali talba, jekk tkun diġà qed toħroġ jew toffri li toħroġ liċenzji multiterritorjali għall-istess kategorija ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali fir-repertorju ta’ soċjetà kollettriċi oħra jew aktar.

2. L-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv mitluba għandha taċċetta tali talba mingħajr dewmien, jekk tkun diġà qed toħroġ jew toffri li toħroġ liċenzji multiterritorjali għall-istess kategorija ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali fir-repertorju ta’ organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv oħra jew aktar.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tariffa tal-immaniġġjar għas-servizz ipprovdut mis-soċjetà kollettriċi mitluba lis-soċjetà li qed tressaq it-talba, ma għandhiex taqbeż l-ispejjeż li raġonevolment iġġarrab is-soċjetà kollettriċi miltuba fl-immaniġġjar tar-repertorju tas-soċjetà kollettriċi li tressaq it-talba u marġni ta’ profitt raġonevoli.

It-tariffa tal-immaniġġjar għas-servizz ipprovdut mill-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv mitluba lill-organizzazzjoni li qed tressaq it-talba, ma għandhiex taqbeż l-ispejjeż li raġonevolment iġġarrab l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv mitluba fl-immaniġġjar tar-repertorju tal-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv li tressaq it-talba u marġni ta’ profitt raġonevoli li huwa vijabbli ekonomikament għall-partijiet kollha interessati.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv li ġiet mitluba għandha tagħti l-liċenzja lir-repertorju tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li tressaq it-talba, fir-relazzjonijiet tagħha mal-utenti, bl-istess kondizzjonijiet bħar-repertorju tagħha stess u m’għandhiex teskludi r-repertorju tal-organizzazzjoni li tressaq it-talba mir-repertorju liċenzjat mingħajr il-kunsens tal-organizzazzjoni li tressaq it-talba.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija identika għall-emenda 25 tar-rapporteur, li tbiddel il-post tal-emenda filwaqt li tippreserva l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni għall-Artikolu 29(3). Dan l-artikolu u l-emenda proposta jenfasizzaw li r-repertorji ta’ CMOs żgħar u ta’ daqs medju għandhom ikunu mħarsa b’mod xieraq sabiex jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-iżvilupp u l-promozzjoni tad-diversità kulturali fl-Ewropa u se jirċievu trattament ugwali meta tinħareġ il-liċenzja għall-mużika online transkonfinali fl-Ewropa.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rekwiżiti f’dan it-Titolu, ma għandhomx japplikaw għas-soċjetajiet kollettriċi li abbażi tal-aggregazzjoni volontarja tad-drittijiet meħtieġa, f’konformità mar-regoli ta’ kompetizzjoni skont l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, joħorġu liċenzja multiterritorjali għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali meħtieġa minn xandar biex jikkomunika jew jagħmel disponibbli għall-pubbliku il-programmi tar-radju u t-televiżjoni tiegħu simultanjament jew wara x-xandira inizjali tagħhom kif ukoll kwalunkwe materjal online prodott mix-xandar li huwa anċillari għax-xandir inizjali tal-programm tar-radju jew tat-televiżjoni tiegħu.

Ir-rekwiżiti f’dan it-Titolu, ma għandhomx japplikaw għall-organizzazzjonijiet tal-immaniġġjar kollettiv li abbażi tal-aggregazzjoni volontarja tad-drittijiet meħtieġa, f’konformità mar-regoli ta’ kompetizzjoni skont l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, joħorġu liċenzja multiterritorjali għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali meħtieġa minn xandar biex jikkomunika jew jagħmel disponibbli għall-pubbliku il-programmi tar-radju u t-televiżjoni tiegħu qabel, simultanjament jew wara x-xandira inizjali tagħhom kif ukoll kwalunkwe materjal online prodott mix-xandar li huwa anċillari għax-xandir inizjali tal-programm tar-radju jew tat-televiżjoni tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Għal aktar ċarezza u konformità mal-Premessa 35, l-eċċezzjoni tax-xandar għandha tkopri l-previżjonijiet. [Konsistenti mal-abbozz ta’ opinjoni tal-kumitat IMCO.]

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Riżoluzzjoni ta’ tilwim għall-utenti

Riżoluzzjoni ta’ tilwim mal-utenti

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tilwim bejn is-soċjetajiet kollettriċi u l-utenti dwar kundizzjonijiet eżistenti jew proposti għall-ħruġ ta’ liċenzji, tariffi u kwalunkwe ċaħda għall-ħruġ ta’ liċenzja jistgħu jitressqu quddiem qorti, u jekk xieraq lil korp imparzjali għal riżoluzzjoni ta’ tilwim.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tilwim bejn l-organizzazzjonijiet għall-immaniġġjar kollettiv u l-utenti dwar kundizzjonijiet eżistenti jew proposti għall-ħruġ ta’ liċenzji, tariffi u kwalunkwe ċaħda għall-ħruġ ta’ liċenzja jew konformità mat-termini tagħha jistgħu jitressqu quddiem qorti, u jekk xieraq lil korp indipendenti u imparzjali għal riżoluzzjoni ta’ tilwim. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-korpi ta’ riżoluzzjoni ta’ tilwim huma speċjalizzati fil-qasam tal-proprjetà intellettwali u li d-deċiżjonijiet tagħhom jittieħdu abbażi tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 15(2).

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-ispejjeż amministrattivi ta’ rikorsi għal riżoluzzjoni ta’ tilwim bħal din għandhom ikunu raġonevoli.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-atturi iżgħar li jfittxu riżoluzzjoni ta’ tilwim, l-ispejjeż amministrattivi għandhom ikunu raġonevoli. [Konsistenti mal-abbozz ta’ opinjoni tal-kumitat IMCO.]

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn utenti għandhom rikors għal riżoluzzjoni ta’ tilwim skont dan l-Artikolu, huma għandhom l-obbligu li jħallsu lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, waqt li l-proċess huwa pendenti:

 

(a) It-tariffa eżistenti minn qabel applikabbli għall-użu inkwistjoni, jekk tariffa bħal din teżisti.

 

(b) Ħlas ta’ kull xahar mhux preġudikat u interim iddeterminat mill-korp tar-riżoluzzjoni ta’ tilwim jekk ma teżisti l-ebda tariffa eżistenti minn qabel għall-użu inkwistjoni.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjoni tal-immaniġġjar kollettiv jew l-utenti, skont kif ikun il-każ, għandhom iħallsu l-bilanċ bejn il-pagamenti magħmula u t-tariffa l-ġdida stabbilita mill-korp kompetenti sa mhux aktar tard minn 30 jum wara li d-deċiżjoni tkun ittieħdet minn dak il-korp.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom jistgħu jieħdu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi xierqa meta d-dispożizzjonijiet tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma jkunux ġew osservati u għandhom jiżguraw li jkunu applikati. Dawn is-sanzjonijiet u miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom għandhom is-setgħa li jimponu sanzjonijiet amministrattivi xierqa u jieħdu miżuri adegwati jew inkella jaħtru korpi adegwati deżinjati, meta d-dispożizzjonijiet tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma jkunux ġew osservati u għandhom jiżguraw li jkunu applikati. Dawn is-sanzjonijiet u miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

PROĊEDURA

Titolu

Immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatai u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għal użi online fis-suq intern

Referenzi

COM(2012)0372 – C7-0183/2012 – 2012/0180(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

11.9.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

11.9.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Luigi Berlinguer

5.11.2012

Eżami fil-kumitat

13.5.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.6.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Fabrizio Bertot, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Vicky Ford, Adam Gierek, Robert Goebbels, Fiona Hall, Jacky Hénin, Edit Herczog, Kent Johansson, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Philippe Lamberts, Judith A. Merkies, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Jens Rohde, Paul Rübig, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Ioannis A. Tsoukalas, Niki Tzavela, Marita Ulvskog, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jerzy Buzek, Ioan Enciu, Andrzej Grzyb, Roger Helmer, Jolanta Emilia Hibner, Gunnar Hökmark, Bernd Lange, Hannu Takkula

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bas Eickhout, Indrek Tarand, Keith Taylor

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (24.6.2013)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħolijiet mużikali għal użi online fis-suq intern
(COM(2012)0372 – C7‑0183/2012 – 2012/0180(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Toine Manders

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sfond

F’Lulju 2012, il-Kummissjoni pproponiet Direttiva li fiha dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet għas-setturi kollha. Barra minn hekk, hija tinkludi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ mużika online. Din il-proposta għandha titqies fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tal-2010 tal-Kummissjoni dwar l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa u l-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Hija timmira li tiffaċilita l-ħruġ ta’ liċenzji ta’ drittijiet u, b’mod aktar ġenerali, l-aċċess għal kontenut diġitali attraenti, partikolarment f’kuntest transfruntier, biex b’hekk tiżgura li l-konsumaturi u n-negozji jistgħu jieħdu vantaġġ sħiħ mill-opportunitajiet tas-Suq Uniku Diġitali.

Kif hu nnutat fl-Att dwar is-Suq Uniku ta’ April 2011, il-proprjetà intellettwali hija fost l-oqsma ewlenin li għalihom hija meħtieġa azzjoni fil-livell tal-UE biex tiġi miġġielda l-kriżi attwali, tingħata spinta lit-tkabbir u tissaħħaħ il-fiduċja fis-Suq Uniku. Studji juru li l-industriji kreattivi jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-PDG u r-rata ta' impjieg tal-Istati Membri. Madankollu, l-immaniġġjar tad-drittijiet kollettivi fl-UE għadu mhux ċar. B’mod partikolari, is-sistemi eżistenti għall-ġbir tad-dħul mid-drittijiet, il-kalkoli tat-tariffi u t-tqassim tat-tariffi miġbura ilhom jiġu diskussi għal numru ta’ snin.

Id-detenturi tad-drittijiet bosta drabi jilmentaw li huma ma jirċevux dak li huma intitolati għalih. Hemm riskju ta’ konfużjoni u sfiduċja fosthom, minħabba proċeduri twal u mhux ċari fir-rigward tal-ħlas u t-tqassim tat-tariffi mis-soċjetajiet kollettriċi. Dan ifixkel il-kreattività u jwassal għal suq intern inqas trasparenti. Hemm ukoll talbiet għal aktar ċarezza fuq l-użu tal-ammonti li ma jistgħux jitqassmu. L-utenti, mill-banda l-oħra, bosta drabi jsibuha diffiċli jifhmu liema tariffi għandhom iħallsu u liema soċjetà kollettriċi hija responsabbli għal liema tariffa.

Fl-aħħar nett, is-soċjetajiet kollettriċi jipprovdu servizzi lil grupp wieħed jew aktar ta’ drittijiet jew detenturi tad-drittijiet fi Stat Membru u f’ħafna każi huma monopolji de jure jew de facto. Għalhekk, għadna ma nistgħux ngħidu li hemm suq uniku tassew kompetittiv f’dan il-qasam.

Rimarki tar-Rapporteur

Il-proposta tal-Kummissjoni hija qabża kbira ’l quddiem fil-qasam tal-immaniġġjar tad-drittijiet kollettivi u r-Rapporteur jikkondividi l-fehma tal-Kummissjoni li hemm bżonn ta’ qafas legali f’dan il-qasam.

Madankollu, sabiex jitrawmu aktar innovazzjoni u kreazzjoni intellettwali fis-Suq Uniku għall-benefiċċju tal-artisti, tal-fornituri tas-servizzi, tal-konsumaturi u tal-ekonomija Ewropea kollha kemm hi, jeħtieġ inkunu aktar kuraġġużi. Ir-Rapporteur jixtieq jara li d-Direttiva ġġib, fost l-oħrajn, aktar trasparenza kemm għall-utenti kif ukoll għad-detenturi tad-drittijiet, inqas piżijiet amministrattivi, kif ukoll protezzjoni aħjar tal-interessi tad-detenturi tad-drittijiet. Din l-opinjoni timmira li tikkontribwixxi lejn il-kisba ta’ dawk l-objettivi billi tindirizza l-kwistjonijiet ewlenin li ġejjin.

L-ewwel nett, sabiex tiġi ¿gurata aktar trasparenza għall-utenti u tiġi evitata fatturazzjoni doppja, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jikkooperaw b’tali mod li jiffurmaw punt ta’ kuntatt ċentrali għall-utenti. Huma għandhom jaħdmu flimkien biex ji¿guraw li utent jirċievi fattura waħda. Sistema li tiffunzjona tajjeb ta’ kondivi¿joni tad-dejta bejn dawk is-soċjetajiet kollettriċi hija prekondizzjoni għal dan kollu.

It-tieni, it-tariffi tal-liċenzji għandhom ikunu aktar trasparenti. Il-fattura unika għandha tinkludi indikazzjoni ċara tas-soċjetajiet kollettriċi involuti, ix-xogħlijiet liċenzjati u l-użi attwali tagħhom. F’każ ta’ tilwim, korpi indipendenti u imparzjali b’kompetenzi xierqa għandhom ikunu disponibbli biex isolvu dan it-tilwim. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ta’ trasparenza għandhom japplikaw għas-soċjetajiet kollettriċi kollha sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni. Din id-Direttiva għandha tagħmel ukoll użu sħiħ mill-avvanzi teknoloġiċi attwali billi tinkoraġġixxi lill-utenti, lid-detenturi tad-drittijiet u lis-soċjetajiet kollettriċi jiksbu u jikkondividu informazzjoni permezz ta’ kontijiet online individwali.

It-tielet, għandu jiġi inkoraġġat l-użu prudenti tad-dħul miġbur u l-investimenti riskjużi ta’ dak id-dħul għandhom, għalhekk, jiġu limitati. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jevitaw li jinvestu assi b’mod li jista’ jirriżulta f’telf ta’ dħul li jappartjeni lid-detenturi tad-drittijiet.

Ir-raba’, id-drittijiet u l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet għandhom ikunu protetti aħjar billi jiġi żgurat li l-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom ikun sostnut minn ħlasijiet u tqassim tal-ammonti aktar frekwenti u regolari, kif ukoll aktar trasparenza dwar l-użu tax-xogħlijiet tagħhom.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur jilqa’ t-Titolu III tal-abbozz ta’ Direttiva dwar il-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali. Il-libertà tal-istabbiliment u tal-provvista ta’ servizzi bejn il-fruntieri, inklużi s-servizzi ta’ mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet, hija pilastru tas-Suq Uniku kif previst mit-Trattat u mid-Direttiva tas-Servizzi u għalhekk għandha tiġi implimentata b'mod sħiħ.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) It-tixrid ta’ kontenut li huwa protett bi drittijiet tal-awtur u minn drittijiet u servizzi relatati inklużi kotba, produzzjonijiet awdjoviżivi u mużika rreġistrata jeħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ drittijiet minn detenturi differenti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, bħall-awturi, artisti, produtturi u pubblikaturi. Huwa normali għad-detenturi tad-drittijiet li jagħżlu bejn l-immaniġġjar individwali jew kollettiv tad-drittijiet tagħhom. L-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jinkludi l-ħruġ ta’ liċenzji lil utenti, il-verifika tal-liċenzji u s-sorveljanza tal-użu tad-drittijiet, l-infurzar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet derivat mill-isfruttament tad-drittijiet u t-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi jippermettu lid-detenturi tad-drittijiet jiġu mħallsa għall-użi li ma jkunux f’pożizzjoni biex jikkontrollaw jew jinfurzaw huma stess, inkluż fis-swieq mhux interni. Madankollu, dawn għandhom irwol soċjali u kulturali importanti bħala promoturi tad-diversità fl-espressjonijiet kulturali billi jippermettu li r-repertorji l-aktar żgħar u l-anqas popolari jaċċessaw is-suq. L-Artikolu 167 tat-TFUE jitlob lill-Unjoni sabiex tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha, b’mod partikolari biex tirrispetta u tippromwovi d-diversità tal-kulturi tagħha.

(2) It-tixrid ta’ kontenut li huwa protett bi drittijiet tal-awtur u minn drittijiet u servizzi relatati inklużi kotba, produzzjonijiet awdjoviżivi u mużika rreġistrata jeħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ drittijiet minn detenturi differenti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, bħall-awturi, artisti, produtturi u pubblikaturi. Huwa normali għad-detenturi tad-drittijiet li jagħżlu bejn l-immaniġġjar individwali jew kollettiv tad-drittijiet tagħhom. L-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jinkludi l-ħruġ ta’ liċenzji lil utenti, il-verifika tal-liċenzji u s-sorveljanza tal-użu tad-drittijiet, l-infurzar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet derivat mill-isfruttament tad-drittijiet u t-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi jippermettu lid-detenturi tad-drittijiet jiġu mħallsa għall-użi li ma jkunux f’pożizzjoni biex jikkontrollaw jew jinfurzaw huma stess, inkluż fis-swieq mhux interni. Madankollu, dawn għandhom irwol soċjali u kulturali importanti bħala promoturi tad-diversità fl-espressjonijiet kulturali billi jippermettu li r-repertorji l-aktar żgħar u l-anqas popolari jaċċessaw is-suq.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jitlob lill-Unjoni tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha, b’mod partikolari sabiex tirrispetta u tippromwovi d-diversità tal-kulturi tagħha. Minn dan isegwi li l-Istati Membri għandhom jippreservaw, jirrispettaw u jippromwovu d-diversità kulturali. L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom u se jibqa’ jkollhom rwol importanti bħala promoturi tad-diversità kulturali fl-Ewropa, kemm billi jippermettu li r-repertorji żgħar u anqas popolari kif ukoll artisti ġodda jkollhom aċċess għas-suq u billi jipprovdu servizzi soċjali, kulturali u edukattivi għall-benefiċċju tad-detenturi tad-drittijiet tagħhom u tal-pubbliku.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni, is-soċjetajiet kollettriċi – bħala fornituri tas-servizzi – għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern li tfittex li toħloq qafas ġuridiku biex tiżgura l-libertà ta’ stabbilment u l-moviment ħieles ta’ servizzi bejn l-Istati Membri. Dan jimplika li s-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu liberi li jipprovdu s-servizzi tagħhom bejn il-fruntieri biex jirrappreżentaw id-detenturi tad-dritt residenti jew stabbiliti fi Stati Membri oħra jew biex joħorġu liċenzji lill-utenti residenti jew stabbiliti fi Stati Membri oħra.

imħassar

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Din id-Direttiva tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet minimi neċessarji biex jinkiseb il-moviment ħieles ta’ servizzi ta’ mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet fis-Suq Uniku. Ma xxekkilx id-dritt tal-Istati Membri li jintroduċu rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni għall-istabbiliment ta’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u s-superviżjoni tagħhom.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Jeżistu differenzi sinifikanti fir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-funzjonament tas-soċjetajiet kollettriċi, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza u l-kontabbiltà lejn il-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom. Lil hinn mid-diffikultajiet li d-detenturi tad-drittijiet mhux domestiċi jiltaqgħu magħhom meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u ħafna drabi l-ġestjoni finanzjarja ħażina tad-dħul miġbur, il-problemi li għandhom x’jaqsmu mal-funzjonament tas-soċjetajiet kollettriċi jwasslu għal ineffiċjenzi fl-isfruttament tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-suq intern għad-detriment bl-istess mod tal-membri tas-soċjetajiet kollettriċi, id-detenturi tad-drittijiet u l-utenti. Dawn id-diffikultajiet ma jirriżultawx mill-funzjonament ta’ fornituri ta’ servizzi indipendenti tal-immaniġġjar ta’ drittijiet li jaġixxu bħala aġenti għad-detenturi tad-drittijiet għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom fuq bażi kummerċjali u li fihom id-detenturi tad-drittijiet ma jeżerċitawx drittijiet ta’ sħubija.

(4) Jeżistu differenzi sinifikanti fir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-funzjonament tas-soċjetajiet kollettriċi, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza u l-kontabbiltà lejn il-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom. Lil hinn mid-diffikultajiet li d-detenturi tad-drittijiet mhux domestiċi jiltaqgħu magħhom meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u ħafna drabi l-ġestjoni finanzjarja ħażina tad-dħul miġbur, il-problemi li għandhom x’jaqsmu mal-funzjonament tas-soċjetajiet kollettriċi jwasslu għal ineffiċjenzi fl-isfruttament tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-suq intern għad-detriment bl-istess mod tal-membri tas-soċjetajiet kollettriċi, id-detenturi tad-drittijiet u l-utenti.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Sabiex jiġi żgurat li d-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jkunu jistgħu jibbenefikaw b’mod sħiħ mis-suq intern meta d-drittijiet tagħhom ikunu qed jiġu mmaniġġjati b’mod kollettiv u li l-libertà tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ma tiġix affettwata b’mod mhux xieraq, huwa neċessarju li jiġi pprovdut għall-inklużjoni tal-garanziji xierqa fid-dokumenti kostituttivi tas-soċjetajiet kollettriċi. Barra minn hekk, skont id-Direttiva 2006/123/KE, is-soċjetajiet kollettriċi ma għandhomx jiddiskriminaw, b’mod dirett jew indirett, bejn id-detenturi tad-drittijiet fuq il-bażi tan-nazzjonalità tagħhom, il-post ta’ residenza jew is-sede prinċipali meta jipprovdu s-servizzi ta’ ġestjoni tagħhom.

(8) Sabiex jiġi żgurat li d-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jkunu jistgħu jibbenefikaw b’mod sħiħ mis-suq intern meta d-drittijiet tagħhom ikunu qed jiġu mmaniġġjati b’mod kollettiv u li l-libertà tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ma tiġix affettwata b’mod mhux xieraq, huwa neċessarju li jiġi pprovdut għall-inklużjoni tal-garanziji xierqa fid-dokumenti kostituttivi tas-soċjetajiet kollettriċi. Barra minn hekk, is-soċjetajiet kollettriċi ma għandhomx jiddiskriminaw, b’mod dirett jew indirett, bejn id-detenturi tad-drittijiet fuq il-bażi tan-nazzjonalità tagħhom, il-post ta’ residenza jew is-sede prinċipali meta jipprovdu s-servizzi ta’ ġestjoni tagħhom. Kull diskriminazzjoni diretta jew indiretta abbażi ta’ liċenzji eżistenti, il-kobor tar-repertorju jew il-bejgħ mistenni għandha tiġi pprojbita.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Biex ikunu jistgħu jiġu pprovduti u riċevuti servizzi ta’ ġestjoni kollettiva bejn il-fruntieri nazzjonali, id-detenturi tad-drittijiet iridu jkunu jistgħu jagħżlu liberament is-soċjetà kollettriċi għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom, bħal prestazzjoni pubblika jew id-drittijiet tax-xandir, jew il-kategoriji ta’ drittijiet, bħal komunikazzjoni interattiva lill-pubbliku, sakemm is-soċjetà kollettriċi tkun diġà qed timmaniġġja dawn id-drittijiet. Dan ifisser li d-detenturi tad-drittijiet jistgħu faċilment jirtiraw id-drittijiet jew il-kategoriji ta’ drittijiet tagħhom minn soċjetà kollettriċi u jafdawhom jew jittrasferixxuhom kollha jew parti minnhom lil soċjetà kollettriċi oħra irrispettivament mill-Istat Membru ta’ residenza jew in-nazzjonalità tas-soċjetà kollettriċi jew tad-detentur tad-drittijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi li jimmaniġġjaw tipi differenti ta’ xogħlijiet u suġġetti oħra, bħal xogħlijiet letterarji, mużikali jew fotografiċi, għandhom ukoll jagħtu din il-flessibbiltà lid-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tal-immaniġġjar ta’ tipi differenti ta’ xogħlijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jinfurmaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar din l-għażla u jippermettulhom jeżerċitaw b’mod kemm jista’ jkun faċli. Fl-aħħar nett, din id-Direttiva ma għandhiex tippreġudika l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom b’mod individwali, inkluż fil-każ tal-użi mhux kummerċjali.

(9) Biex ikunu jistgħu jiġu pprovduti u riċevuti servizzi ta’ ġestjoni kollettiva bejn il-fruntieri nazzjonali, id-detenturi tad-drittijiet iridu jkunu jistgħu jagħżlu liberament is-soċjetà kollettriċi għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom, bħal prestazzjoni pubblika jew id-drittijiet tax-xandir, jew il-kategoriji ta’ drittijiet, bħal komunikazzjoni interattiva lill-pubbliku, sakemm is-soċjetà kollettriċi tkun diġà qed timmaniġġja dawn id-drittijiet. Dan ifisser li d-detenturi tad-drittijiet jistgħu faċilment jirtiraw id-drittijiet jew il-kategoriji ta’ drittijiet tagħhom minn soċjetà kollettriċi u jafdawhom jew jittrasferixxuhom kollha jew parti minnhom lil soċjetà kollettriċi oħra irrispettivament mill-Istat Membru ta’ residenza jew in-nazzjonalità tas-soċjetà kollettriċi jew tad-detentur tad-drittijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi li jimmaniġġjaw tipi differenti ta’ xogħlijiet u suġġetti oħra, bħal xogħlijiet letterarji, mużikali jew fotografiċi, għandhom ukoll jagħtu din il-flessibbiltà lid-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tal-immaniġġjar ta’ tipi differenti ta’ xogħlijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jinfurmaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar din l-għażla u jippermettulhom jeżerċitaw b’mod kemm jista’ jkun faċli. Fl-aħħar nett, din id-Direttiva għandha tipproteġi u ssaħħaħ il-possibilitajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom b’mod individwali, inkluż fil-każ tal-użi mhux kummerċjali.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Is-sħubija tas-soċjetajiet kollettriċi għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji inkluż fir-rigward tal-pubblikaturi li permezz ta’ ftehim dwar l-isfruttament tad-drittijiet, huma intitolati għal sehem mid-dħul derivat mid-drittijiet immaniġġjati mis-soċjetajiet kollettriċi u biex jiġbru dan id-dħul mis-soċjetà kollettriċi.

(10) Is-sħubija f’soċjetajiet kollettriċi għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji inkluż fir-rigward tal-assoċjazzjonijiet ta’ detenturi tad-drittijiet, bħal unions ta’ detenturi tad-drittijiet ta’ soċjetajiet kollettriċi oħrajn, u tal-pubblikaturi li permezz ta’ ftehim dwar l-isfruttament tad-drittijiet, huma intitolati għal sehem mid-dħul derivat mid-drittijiet immaniġġjati mis-soċjetajiet kollettriċi u biex jiġbru dan id-dħul mis-soċjetà kollettriċi.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Is-soċjetajiet kollettriċi huma mistennija li jaġixxu fl-aħjar interessi tal-membri tagħhom. Għaldaqstant, huwa importanti li jiġu pprovduti sistemi li jippermettu lill-membri tas-soċjetajiet kollettriċi biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ sħubija tagħhom billi jieħdu sehem fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tas-soċjetajiet. Ir-rappreżentazzjoni tal-kategoriji differenti ta’ membri fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għandu jkun wieħed ġust u bilanċjat. L-effettività tar-regoli dwar il-laqgħat ġenerali tal-membri tas-soċjetajiet kollettriċi tista’ tintlaqgħat ħażin jekk ma jkunx hemm dispożizzjonijiet dwar kif għandhom jitmexxew il-laqgħat ġenerali. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-laqgħa ġenerali tissejjaħ b’mod regolari, u talanqas darba f’sena, u li l-aktar deċiżjonijiet importanti għas-soċjetà kollettriċi jittieħdu matul il-laqgħa ġenerali.

(11) L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom jaġixxu fl-aħjar interessi kollettivi tad-detenturi tad-drittijiet li jirrappreżentaw. Għaldaqstant, huwa importanti li jiġu pprovduti sistemi li jippermettu lill-membri tas-soċjetajiet kollettriċi biex jeżerċitaw id-drittijiet ta’ sħubija tagħhom billi jieħdu sehem fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tas-soċjetajiet. Ir-rappreżentanza tal-kategoriji differenti ta’ membri, bħall-produtturi jew l-artisti, fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għandha tkun waħda ġusta u bilanċjata. L-effettività tar-regoli dwar l-assemblea ġenerali tal-membri tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv tintlaqat ħażin jekk ma jkunx hemm dispożizzjonijiet dwar kif għandha titmexxa l-assemblea ġenerali. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-assemblea ġenerali tissejjaħ b’mod regolari, u talanqas darba f’sena, u li l-aktar deċiżjonijiet importanti fl-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jittieħdu matul l-assemblea ġenerali.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-membri tas-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem u jivvutaw fil-laqgħa ġenerali; l-eżerċitar ta’ dawn id-drittijiet jista’ jkun biss suġġett għal restrizzjonijiet ġusti u proporzjonati. L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzoni għandu jkun iffaċilitat.

(12) Il-membri tas-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu intitolati biex jieħdu sehem u jivvutaw fil-laqgħa ġenerali; l-eżerċitar ta’ dawn id-drittijiet jista’ jkun biss suġġett għal restrizzjonijiet ġusti u proporzjonati. L-eżerċitar tad-drittijiet tal-vot u tal-kandidatura għall-elezzjoni għandu jkun iffaċilitat għall-membri kollha, u jekk ikun possibbli għandu jitwettaq elettronikament.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-membri għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-sorveljanza tal-immaniġġjar tas-soċjetajiet kollettriċi. Għal dan il-għan, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jistabbilixxu funzjoni superviżorja li tkun xierqa għall-istruttura organizzattiva tagħhom u għandhom jippermettu lill-membri jiġu rappreżentati fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni. Sabiex jevitaw li jimponu piż żejjed fuq is-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar u biex jagħmlu l-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva proporzjonati, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu lis-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar milli jkollhom jorganizzaw funzjoni superviżorja bħal din, jekk jikkunsidraw dan meħtieġ.

(13) Il-membri għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-sorveljanza tal-immaniġġjar tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv. Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom jistabbilixxu funzjoni superviżorja li tkun xierqa għall-istruttura organizzattiva tagħhom u għandhom jippermettu lill-membri, li jirrappreżentaw kategoriji differenti ta’ detenturi tad-drittijiet, jiġu rappreżentati b’mod bilanċjat fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni. Sabiex jevitaw li jimponu piż żejjed fuq is-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar u biex jagħmlu l-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva proporzjonati, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu lis-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar milli jkollhom jorganizzaw funzjoni superviżorja bħal din, jekk jikkunsidraw dan meħtieġ.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Is-soċjetajiet kollettriċi jiġbru, jimmaniġġjaw u jqassmu d-dħul mill-isfruttament tad-drittijiet fdati lilhom mid-detenturi tad-drittijiet. Dan id-dħul fl-aħħar mill-aħħar huwa dovut lil detenturi tad-drittijiet li jistgħu jkunu membri ta’ dik is-soċjetà, jew ta’ soċjetà oħra. Għaldaqstant huwa importanti li s-soċjetajiet kollettriċi jeżerċitaw l-ogħla diliġenza fil-ġbir, l-immaniġġjar u t-tqassim tad-dħul. It-tqassim preċiż huwa possibbli biss meta soċjetajiet kollettriċi jżommu rekords tajbin ta’ sħubija, liċenzji u użu ta’ xogħlijiet u suġġetti oħrajn. Fejn xieraq, id-dejta għandha tkun ipprovduta wkoll mid-detenturi tad-drittijiet u l-utenti u tkun verifikata mis-soċjetajiet kollettriċi. L-ammonti miġbura u dovuti lid-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu ġestiti separatament mill-assi proprji tas-soċjetà kollettriċi u, jekk jiġu investiti, sakemm ma jitqassmux lid-detenturi tad-drittijiet, dan għandu jitwettaq skont il-politika ta’ investiment deċiża waqt il-laqgħa ġenerali tas-soċjetajiet kollettriċi. Sabiex jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet u sabiex ikun żgurat li kwalunkwe dħul li jista’ jkun derivat mill-isfruttar tad-drittijiet tagħhom jinġabar għall-benefiċċju tad-detenturi tad-drittijiet, l-investimenti li għamlet is-soċjetà kollettriċi u li huma miżmuma minnha, għandhom ikunu mmaniġġjati skont il-kriterju li jobbliga lis-soċjetà kollettriċi biex tieħu azzjoni prudenti, filwaqt li tippermetti lis-soċjetà kollettriċi biex tiddeċiedi dwar l-iktar politika ta’ investiment sikura u effiċjenti. Dan jippermetti lis-soċjetà kollettriċi biex tagħżel allokazzjoni ta’ assi li tixraq lin-natura preċiża u l-perjodu ta’ żmien ta’ kwalunkwe skopertura għar-riskju ta’ kwalunkwe dħul mid-drittijiet investit u li ma tippreġudikax għalxejn kwalunkwe dħul mid-drittijiet dovut lid-detenturi tad-drittijiet. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ikunu mqassma b’mod xieraq u effettiv, huwa meħtieġ li s-soċjetajiet kollettriċi jieħdu miżuri raġonevoli li huma diliġenti u ta’ bona fede biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet rilevanti. Huwa wkoll xieraq li tingħata l-approvazzjoni mill-membri tas-soċjetajiet kollettriċi tar-regoli li jirregolaw kwalunkwe sitwazzjoni fejn, minħabba n-nuqqas ta’ identifikazzjoni u lokalizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, l-ammonti miġbura ma jistgħux jitqassmu.

(15) Is-soċjetajiet kollettriċi jiġbru, jimmaniġġjaw u jqassmu d-dħul mill-isfruttament tad-drittijiet fdati lilhom mid-detenturi tad-drittijiet. Dan id-dħul fl-aħħar mill-aħħar huwa dovut lil detenturi tad-drittijiet li jistgħu jkunu membri ta’ dik is-soċjetà, jew ta’ soċjetà oħra. Għaldaqstant huwa importanti li s-soċjetajiet kollettriċi jeżerċitaw l-ogħla diliġenza fil-ġbir, l-immaniġġjar u t-tqassim tad-dħul. It-tqassim preċiż huwa possibbli biss meta soċjetajiet kollettriċi jżommu rekords tajbin ta’ sħubija, liċenzji u użu ta’ xogħlijiet u suġġetti oħrajn. Fejn xieraq, id-dejta għandha tkun ipprovduta wkoll mid-detenturi tad-drittijiet u l-utenti u tkun verifikata mis-soċjetajiet kollettriċi. L-ammonti miġbura u dovuti lid-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu ġestiti separatament mill-assi proprji tas-soċjetà kollettriċi u, jekk jiġu investiti, sakemm ma jitqassmux lid-detenturi tad-drittijiet, dan għandu jitwettaq skont il-politika ta’ investiment deċiża waqt il-laqgħa ġenerali tas-soċjetajiet kollettriċi. Sabiex jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet u sabiex ikun żgurat li kwalunkwe dħul li jista’ jkun derivat mill-isfruttar tad-drittijiet tagħhom jinġabar għall-benefiċċju tad-detenturi tad-drittijiet, l-investimenti li għamlet is-soċjetà kollettriċi u li huma miżmuma minnha, għandhom ikunu mmaniġġjati skont il-kriterju li jobbliga lis-soċjetà kollettriċi biex tieħu azzjoni prudenti, filwaqt li tippermetti lis-soċjetà kollettriċi biex tiddeċiedi dwar l-iktar politika ta’ investiment sikura u effiċjenti. Dan jippermetti lis-soċjetà kollettriċi biex tagħżel allokazzjoni ta’ assi sikura u li tħalli qligħ li tevita l-iskopertura għar-riskju ta’ kwalunkwe dħul mid-drittijiet investit u li ma tippreġudikax kwalunkwe dħul mid-drittijiet dovut lid-detenturi tad-drittijiet. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ikunu mqassma b’mod xieraq, f'waqtu u effettiv, huwa meħtieġ li s-soċjetajiet kollettriċi jieħdu miżuri raġonevoli li huma diliġenti u ta’ bona fede biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet rilevanti. Huwa wkoll xieraq li tingħata l-approvazzjoni mill-membri tas-soċjetajiet kollettriċi tar-regoli li jirregolaw kwalunkwe sitwazzjoni fejn, minħabba n-nuqqas ta’ identifikazzjoni u lokalizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, l-ammonti miġbura ma jistgħux jitqassmu.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Meta l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ma jkunux jistgħu jitqassmu, minħabba li l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tkun naqset milli tidentifika u tillokalizza d-detenturi tad-drittijiet, jekk huma jkollhom il-permess iżommu l-flus u jużawhom għal skopijiet oħra, dan jipprovdi diżinċentiv għall-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li jkunu diliġenti fl-isforzi tagħhom biex jillokalizzaw id-detenturi tad-drittijiet. Għalhekk huwa xieraq li l-ammonti li ma jistgħux jitqassmu jiġu trasferiti f’fond kulturali mwaqqaf u mmaniġġjat għal dan l-iskop mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv L-attivitajiet speċifiċi li għandhom jiġu ffinanzjati minn tali fond għandhom jiġu deċiżi mill-laqgħa ġenerali.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Billi d-detenturi tad-drittijiet huma intitolati li jitħallsu għall-isfruttament tad-drittijiet tagħhom, huwa importanti għal kull tnaqqis, minbarra t-tariffi għall-immaniġġjar jew it-tnaqqis meħtieġa mil-liġi nazzjonali, ikun deċiż mill-membri tas-soċjetajiet kollettriċi u għas-soċjetajiet biex ikunu trasparenti lejn id-detenturi tad-drittijiet tagħhom fir-rigward tar-regoli li jirregolaw dan it-tnaqqis. Kull wieħed minn dawn id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollu aċċess b’mod nondiskriminatorju għal kwalunkwe servizz soċjali, kulturali jew edukattiv li jkun iffinanzjat permezz ta’ dan it-tnaqqis. Madankollu, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi nazzjonali dwar kwalunkwe aspett li mhux regolat minn din id-Direttiva.

(16) Billi d-detenturi tad-drittijiet huma intitolati li jitħallsu għall-isfruttament tad-drittijiet tagħhom, huwa importanti għal kull tnaqqis, minbarra t-tariffi għall-immaniġġjar, pereżempju tnaqqis għal skopijiet soċjali, kulturali jew edukattivi, jew it-tnaqqis meħtieġa mil-liġi nazzjonali, ikun deċiż mill-membri kollha tas-soċjetajiet kollettriċi u għas-soċjetajiet biex ikunu trasparenti lejn id-detenturi tad-drittijiet tagħhom fir-rigward tar-regoli li jirregolaw dan it-tnaqqis. Kull wieħed minn dawn id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollu aċċess b’mod faċli u nondiskriminatorju għal kwalunkwe servizz soċjali, kulturali jew edukattiv li jkun iffinanzjat permezz ta’ dan it-tnaqqis. Madankollu, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-liġi nazzjonali dwar kwalunkwe aspett li mhux regolat minn din id-Direttiva.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Termini kummerċjali ġusti fl-għoti ta’ liċenzji, huma partikolarment importanti biex jiżguraw li l-utenti jkunu jistgħu jagħtu liċenzja għax-xogħlijiet u għal suġġetti protetti oħra li soċjetà kollettriċi tirrappreżenta d-drittijiet tagħhom u biex jiġi żgurat ir-remunerazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet. Għaldaqstant, is-soċjetajiet kollettriċi u l-utenti għandhom imexxu n-negozjati tal-ħruġ ta’ liċenzji in bona fede u japplikaw tariffi stabbiliti fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi.

(18) Termini kummerċjali ġusti fil-ħruġ ta’ liċenzji, huma partikolarment importanti biex jiżguraw li l-utenti jkunu jistgħu jagħtu liċenzja għax-xogħlijiet u għal suġġetti protetti oħra li soċjetà kollettriċi tirrappreżenta d-drittijiet tagħhom u biex jiġi żgurat ir-remunerazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet. Għaldaqstant, is-soċjetajiet kollettriċi u l-utenti għandhom imexxu n-negozjati tal-ħruġ ta’ liċenzji in bona fede u japplikaw tariffi stabbiliti fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Is-soċjetajiet kollettriċi u l-utenti għandhom jistabbilixxu wkoll proċeduri ta’ komunikazzjoni sabiex jippermettu lill-utenti jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa dwar l-użu tal-liċenzji u jirrappurtaw b’mod preċiż, kemm jista’ jkun, dwar l-użu attwali tax-xogħlijiet liċenzjati.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b) Biex tissaħħaħ it-trasparenza u jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn l-utenti jirċievu aktar minn fattura waħda għall-istess drittijiet fl-istess xogħlijiet, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu meħtieġa, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni, li jikkooperaw mill-qrib bejniethom. Din il-kooperazzjoni tista’ tinkludi l-ġbir flimkien ta’ informazzjoni dwar il-liċenzji u l-użu tax-xogħlijiet f’database komuni u l-ħruġ ta’ fatturi konġunti lil kull utent.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Biex jiġi żgurat li d-detenturi tad-drittijiet ikunu f’pożizzjoni li jistgħu jissorveljaw il-prestazzjoni tas-soċjetajiet kollettriċi tagħhom u jqabblu l-prestazzjoni rispettiva tagħhom, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, rapport annwali dwar it-trasparenza li jkun jinkludi informazzjoni finanzjarja verifikata kumparabbli li tkun speċifika għall-attivitajiet tas-soċjetajiet kollettriċi. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom ukoll iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, rapport annwali speċjali dwar l-użu tal-ammonti ddedikati lis-servizzi soċjali, kulturali u edukattivi. Sabiex jevitaw li jimponu piż żejjed fuq is-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar u biex jagħmlu l-obbligi li jirriżultaw minn din id-Direttiva proporzjonati, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu s-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar minn ċerti obbligi ta’ trasparenza, jekk jikkunsidaw dan meħtieġ.

(20) Biex jiġi żgurat li d-detenturi tad-drittijiet ikunu f’pożizzjoni li jistgħu jissorveljaw il-prestazzjoni tas-soċjetajiet kollettriċi tagħhom u jqabblu l-prestazzjoni rispettiva tagħhom, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, rapport annwali dwar it-trasparenza li jkun jinkludi informazzjoni finanzjarja verifikata kumparabbli li tkun speċifika għall-attivitajiet tas-soċjetajiet kollettriċi. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom ukoll iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, rapport annwali speċjali dwar l-użu tal-ammonti ddedikati lis-servizzi soċjali, kulturali u edukattivi.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Filwaqt li l-Internet ma għandu l-ebda konfini, is-suq online għas-servizzi tal-mużika fl-UE għadu frammentat, u għadu ma ntlaħaq l-ebda suq uniku b’mod sħiħ. F’numru ta’ każijiet, il-kumplessità u d-diffikultà assoċjati mal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet fl-Ewropa aggravaw din il-frammentazzjoni tas-suq diġitali Ewropew għas-servizzi tal-mużika online. Din is-sitwazzjoni tikkuntrasta ħafna t-talba li qed tikber malajr ħafna tal-konsumaturi għall-aċċess għal kontenut diġitali u servizzi innovattivi assoċjati, inkluż lil hinn minn fruntieri nazzjonali.

(22) Filwaqt li l-Internet ma għandu l-ebda konfini, is-suq online għas-servizzi tal-mużika fl-UE għadu frammentat, u għadu ma ntlaħaq l-ebda suq uniku b’mod sħiħ. F’numru ta’ każijiet, il-kumplessità u d-diffikultà assoċjati mal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet fl-Ewropa aggravaw din il-frammentazzjoni tas-suq diġitali Ewropew għas-servizzi tal-mużika online. Din is-sitwazzjoni tikkuntrasta ħafna t-talba li qed tikber malajr ħafna tal-konsumaturi għall-aċċess għal kontenut diġitali u servizzi innovattivi assoċjati, inkluż lil hinn minn fruntieri nazzjonali. Minħabba f'hekk, il-potenzjal tat-teknoloġija tal-informazzjoni għadu mhux sfruttat u l-konsumaturi huma mċaħħda minn suq uniku diġitali mingħajr fruntieri fir-rigward tal-mużika. Għaldaqstant huwa importanti li nimxu ’l quddiem sabiex tkun żgurata l-libertà tal-moviment tas-servizzi u l-prodotti, kemm fl-ambjent fiżiku kif ukoll f’dak diġitali.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) L-għoti ta’ liċenzji multiterritorjali multirepertorju għal drittijiet ta’ mużika online u l-protezzjoni ta’ ħlas ġust u adegwat għad-detenturi tad-drittijiet minn organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv huma fl-interess ekonomiku u kulturali ġenerali tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha. Il-kooperazzjoni transfruntiera ta’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jew il-konsolidazzjoni tal-attivitajiet ta’ ħruġ ta’ liċenzji tagħhom biex jinġabru flimkien ir-repertorji kumplimentari rispettivi tagħhom hija indispensabbli għall-istabbiliment u l-funzjonament ta’ sistema effiċjenti ta’ liċenzji multiterritorjali multirepertorju għal drittijiet online ta’ xogħlijiet mużikali.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Fis-settur tal-mużika online, fejn il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awturi fuq bażi territorjali tibqa’ n-norma, huwa essenzjali li jinħolqu kundizzjonijiet li jwasslu għall-prattiki ta’ ħruġ ta’ liċenzji l-aktar effettivi mis-soċjetajiet kollettriċi, f’kuntest transfruntier dejjem jikber. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġi pprovdut sett ta’ regoli li jikkoordinaw il-kundizzjonijiet bażiċi għall-forniment mis-soċjetajiet kollettriċi ta’ ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali kollettivi tad-drittijiet online tal-awturi f’xogħlijiet mużikali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw il-kwalità minima meħtieġa mis-servizzi transtransfruntiera pprovduti mis-soċjetajiet kollettriċi, b’mod partikolari f’termini ta’ trasparenza tar-repertorju rappreżentat u ta’ preċiżjoni tal-flussi finanzjarji relatati mal-użu tad-drittijiet. Dawn għandhom jistabbilixxu wkoll qafas biex jiffaċilita l-aggregazzjoni volontarja tar-repertorju ta’ mużika biex b’hekk inaqqsu l-għadd ta’ liċenzji li għandu bżonn utent biex jopera servizz multiterritorjali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jippermettu soċjetà kollettriċi titlob soċjetà kollettriċi oħra biex tirrappreżenta r-repertorju tagħha fuq bażi multiterritorjali meta ma hija stess ma tkunx tista’ tissodisfa r-rekwiżiti. Għandu jkun hemm obbligu fuq is-soċjetà rikjesta, sakemm din taggrega r-repertorji u toffri jew toħroġ liċenzji multiterrirorjali, biex taċċetta l-mandat tas-soċjetà li tagħmel it-talba. L-iżvilupp ta’ servizzi ta’ mużika online legali fl-Ewropa kollha għandu jikkontribwixxi wkoll għall-ġlieda kontra l-piraterija.

(24) B’differenza għal setturi kreattivi oħra fejn il-ħruġ ta’ liċenzji dirett għandu rwol aktar prominenti, il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awturi fuq bażi territorjali tibqa’ n-norma fis-settur tal-mużika. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jinħolqu kundizzjonijiet li jwasslu għall-prattiki ta’ ħruġ ta’ liċenzji l-aktar effettivi mill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, f’kuntest transfruntier dejjem jikber. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġi pprovdut sett ta’ regoli li jikkoordinaw il-kundizzjonijiet bażiċi għall-forniment mill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv ta’ ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali kollettivi tad-drittijiet online tal-awturi f’xogħlijiet mużikali, biex b'hekk titkabbar l-għażla tal-konsumaturi u jsir avvanz lejn it-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw il-kwalità minima meħtieġa mis-servizzi transfruntiera pprovduti mill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, b’mod partikolari f’termini ta’ trasparenza tar-repertorju rappreżentat u ta’ preċiżjoni tal-flussi finanzjarji relatati mal-użu tad-drittijiet. Dawn għandhom jistabbilixxu wkoll qafas biex jiffaċilita l-aggregazzjoni volontarja tar-repertorju ta’ mużika biex b’hekk inaqqsu l-għadd ta’ liċenzji li għandu bżonn utent biex jopera servizz multiterritorjali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jippermettu organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv titlob organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra biex tirrappreżenta r-repertorju tagħha fuq bażi multiterritorjali meta ma hija stess ma tkunx tista’ tissodisfa r-rekwiżiti. Għandu jkun hemm obbligu fuq l-organizzazzjoni rikjesta, sakemm din taggrega r-repertorji u toffri jew toħroġ liċenzji multiterrirorjali, biex taċċetta l-mandat tal-organizzazzjoni li tagħmel it-talba, mingħajr ma tabbuża mis-saħħa tagħha fis-suq. L-iżvilupp ta’ servizzi ta’ mużika online legali fl-Ewropa kollha għandu jikkontribwixxi wkoll għall-ġlieda kontra l-piraterija.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Ġeneralment, l-organizzazzjonijiet tax-xandir jiddependu fuq liċenzji minn soċjetà kollettriċi lokali, għax-xandiriet tagħhom ta’ programmi tat-televiżjoni u tar-radju li jinkludu xogħlijiet mużikali. Ħafna drabi, din il-liċenzja hija limitata għal attivitajiet ta’ xandir. Se tkun meħtieġa liċenzja għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali sabiex dawn ix-xandiriet tat-televiżjoni jew tar-radju jkunu wkoll disponibbli online. Sabiex ikun iffaċilitat il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ drittijiet mużikali online għall-finijiet ta’ trażmissjoni simultanja u mdewmata’ xandiriet tat-televiżjoni jew tar-radju jeħtieġ li tiġi pprovduta deroga mir-regoli li nkella tkun tapplika għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ xogħlijiet mużikali għall-użi online. Din id-deroga għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex ikun possibbli aċċess għal programmi tat-televiżjoni jew tar-radju u għal materjal li għandu relazzjoni ċara u subordinata għax-xandir oriġinali prodott għal pereżempju supplimentazzjoni, previżjoni jew reviżjoni ta' dak il-programm tat-televiżjoni jew tar-radju. Dik id-deroga ma għandhiex topera b’tali mod li tfixkel il-kompetizzjoni b’servizzi oħra li jagħtu aċċess lill-konsumaturi għal xogħlijiet mużikali jew awdjoviżivi individwali, jew twassal għal prattiki restrittivi, bħal qsim tas-suq u tal-konsumaturi, bi ksur tal-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(35) Ġeneralment, l-organizzazzjonijiet tax-xandir jiddependu fuq liċenzji minn soċjetà kollettriċi lokali, għax-xandiriet tagħhom ta’ programmi tat-televiżjoni u tar-radju li jinkludu xogħlijiet mużikali. Se tkun meħtieġa liċenzja għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali sabiex dawn ix-xandiriet tat-televiżjoni jew tar-radju jkunu wkoll disponibbli online. Sabiex ikun iffaċilitat il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ drittijiet mużikali online fl-interess tal-aċċessibilità online, jeħtieġ li tiġi pprovduta deroga mir-regoli li nkella tkun tapplika għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ xogħlijiet mużikali għall-użi online. Din id-deroga għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex ikun possibbli aċċess għal programmi tat-televiżjoni jew tar-radju online u sabiex ikun hemm possibilità ta’ offerti online marbuta ma’ servizzi lineari tax-xandir. Dik id-deroga ma għandhiex topera b’tali mod li tfixkel il-kompetizzjoni b’servizzi oħra li jagħtu aċċess lill-konsumaturi għal xogħlijiet mużikali jew awdjoviżivi individwali, jew twassal għal prattiki restrittivi, bħal qsim tas-suq u tal-konsumaturi, bi ksur tal-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Huwa neċessarju li jiġi żgurat l-infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom joffru lill-membri tagħhom, proċeduri speċifiċi għall-indirizzar tal-ilmenti u s-soluzzjoni tat-tilwim. Dawn il-proċeduri għandhom ukoll jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ detenturi tad-drittijiet oħra li huma rrappreżentati mis-soċjetà kollettriċi. Huwa xieraq ukoll li jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom korpi ta’ soluzzjoni tat-tilwim indipendenti, imparzjali u effettivi li jkunu kapaċi jsibu soluzzjoni għal tilwim kummerċjali bejn is-soċjetajiet kollettriċi u l-utenti fuq kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ liċenzji eżistenti jew proposti kif ukoll fuq sitwazzjonijiet fejn jiġi rifjutat li tingħata liċenzja. Barra minn hekk, l-effettività tar-regoli dwar l-għoti ta’ liċenzji multiterritorjali tad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali tista’ tinlaqat ħażin jekk it-tilwim bejn is-soċjetajiet kollettriċi u l-kontropartijiet tagħhom ma jiġix riżolt malajr u b’mod effiċjenti minn korpi indipendenti u imparzjali. B’riżultat ta’ dan, huwa xieraq li, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ aċċess għal tribunal, jiġu pprovduti proċeduri extra ġudizzjarji aċċessibbli faċilment, effiċjenti u imparzjali biex jiġu riżolti min-naħa waħda, il-kunflitti bejn is-soċjetajiet kollettriċi u min-naħa l-oħra, bejn il-fornituri tas-servizzi online tal-mużika, id-detenturi tad-drittijiet jew is-soċjetajiet kollettriċi.

(36) Huwa neċessarju li jiġi żgurat l-infurzar effettiv tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont din id-Direttiva. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom joffru lill-membri tagħhom, proċeduri speċifiċi għall-indirizzar tal-ilmenti u s-soluzzjoni tat-tilwim. Dawn il-proċeduri għandhom ukoll jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ detenturi tad-drittijiet oħra li huma rrappreżentati mis-soċjetà kollettriċi. Huwa xieraq ukoll li jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom korpi ta’ soluzzjoni tat-tilwim indipendenti, imparzjali u effettivi li jkunu kapaċi jsibu soluzzjoni għal tilwim kummerċjali bejn is-soċjetajiet kollettriċi u l-utenti fuq kundizzjonijiet ta’ ħruġ ta’ liċenzji eżistenti jew proposti kif ukoll fuq sitwazzjonijiet fejn jiġi rifjutat li tingħata liċenzja. Barra minn hekk, l-effettività tar-regoli dwar il-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali tad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali tista’ tinlaqat ħażin jekk it-tilwim bejn is-soċjetajiet kollettriċi u l-kontropartijiet tagħhom ma jiġix riżolt malajr u b’mod effiċjenti minn korpi indipendenti u imparzjali. B’riżultat ta’ dan, huwa xieraq li, mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ aċċess għal qorti, jiġu pprovduti proċeduri extra ġudizzjarji aċċessibbli faċilment, effiċjenti u imparzjali biex jiġu riżolti min-naħa waħda, il-kunflitti bejn is-soċjetajiet kollettriċi u min-naħa l-oħra, bejn il-fornituri tas-servizzi online tal-mużika, id-detenturi tad-drittijiet jew is-soċjetajiet kollettriċi.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji mħaddna b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rekwiżit tad-Direttiva li jgħid li għandhom ikunu disponibbli għall-membri, id-detenturi tad-drittijiet, l-utenti u s-soċjetajiet kollettriċi, mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim, ma għandux iżomm lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ aċċess għal tribunal kif garantit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(41) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji mħaddna b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rekwiżit tad-Direttiva li jgħid li għandhom ikunu disponibbli għall-membri, id-detenturi tad-drittijiet, l-utenti u s-soċjetajiet kollettriċi, mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim, ma għandux iżomm lill-partijiet milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ aċċess għal qorti kif garantit fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati mis-soċjetajiet kollettriċi. Tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ liċenzji multiterritorjali mis-soċjetajiet kollettriċi tad-drittijiet tal-awturi f’xogħlijiet mużikali għal użu online.

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati mill-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv. Tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali mis-soċjetajiet kollettriċi tad-drittijiet tal-awturi f’xogħlijiet mużikali għal użu online.

(Din il-bidla tapplika għat-test kollu.)

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ‘soċjetà kollettriċi’ tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li hija awtorizzata mil-liġi jew permezz ta’ assenjazzjoni, liċenzja, inkarigu jew kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor, minn aktar minn detentur tad-drittijiet wieħed, biex timmaniġġja id-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur bħala l-għan uniku jew prinċipali tagħha u li tkun proprjetà jew ikkontrollata mill-membri tagħha;

(a) ‘organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv’ tfisser kwalunkwe organizzazzjoni awtorizzata mil-liġi jew permezz ta’ assenjazzjoni, liċenzja jew kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor biex timmaniġġja d-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur f’isem aktar minn detentur tad-drittijiet wieħed, għall-benefiċċju kollettiv ta’ dawk id-detenturi tad-drittijiet bħala l-għan uniku jew wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha u li tkun:

 

(i) proprjetà jew ikkontrollata mill-membri tagħha, u/jew

 

(ii) organizzata fuq bażi mhux għall-profitti;

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) ‘ġabra ta’ drittijiet online’ tfisser kwalunkwe forma ta’ kooperazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv ma’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra u/jew entitajiet fis-sens tal-Artikolu 31 ta’ din id-Direttiva li għandha l-għan li tagħti liċenzji għal drittijiet online għal xogħlijiet mużikali li jkopru r-repertorju tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u l-entitajiet parteċipanti kollha involuti;

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) ‘dħul mid-drittijiet’ tfisser id-dħul miġbur minn soċjetà kollettriċi f’isem id-detenturi tad-drittijiet, kemm jekk minn dritt esklussiv, kif ukoll minn dritt għal remunerazzjoni jew dritt għal kumpens;

(f) ‘dħul mid-drittijiet’ tfisser id-dħul miġbur minn organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv f’isem id-detenturi tad-drittijiet, kemm jekk minn dritt esklussiv, kif ukoll minn dritt għal remunerazzjoni jew dritt għal kumpens;

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) ‘drittijiet online f’xogħlijiet mużikali’ tfisser kwalunkwe wieħed mid-drittijiet f’xogħol mużikali pprovdut skont l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE li huma meħtieġa għall-forniment ta’ servizz ta’ mużika online;

(l) ‘drittijiet online f’xogħlijiet mużikali’ tfisser kwalunkwe wieħed mid-drittijiet tal-awtur f’xogħol mużikali pprovdut skont l-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 2001/29/KE li huma meħtieġa għall-forniment ta’ servizz ta’ mużika online;

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soċjetajiet kollettriċi jaġixxu fl-aħjar interess tal-membri tagħhom u li ma jimponu ebda obbligu fuq id-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom li mhumiex oġġettivament neċessarji għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi ta’ dawn id-detenturi tad-drittijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jaġixxu fl-aħjar interess tad-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom bħala fiduċjarji u li ma jimponu ebda obbligi fuqhom li mhumiex oġġettivament neċessarji għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi ta’ dawn id-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tad-drittijiet ikunu liberi li jafdaw id-drittijiet tagħhom lil organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv u li meta jagħżlu li jagħmlu dan, din id-deċiżjoni tipprevali fuq kwalunkwe presuppożizzjoni ta’ trasferiment tad-drittijiet.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jawtorizzaw soċjetà kollettriċi tal-għażla tagħhom biex timmaniġġja d-drittijiet, il-kategoriji ta’ drittijiet jew it-tipi ta’ xogħlijiet tal-għażla tagħhom, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, irrispettivament mill-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ stabbilment jew min-nazzjonalità tas-soċjetà kollettriċi jew tad-detentur tad-drittijiet.

2. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jawtorizzaw organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tal-għażla tagħhom biex timmaniġġja d-drittijiet, il-kategoriji ta’ drittijiet jew it-tipi ta’ xogħlijiet tal-għażla tagħhom, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, irrispettivament mill-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ stabbilment jew min-nazzjonalità tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv jew tad-detentur tad-drittijiet.

 

Mingħajr ħsara għal-libertà tad-detentur tad-drittijiet li jagħżel organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, id-drittijiet, il-kategoriji ta’ drittijiet jew it-tipi ta' xogħlijiet u suġġetti oħra mmaniġġjati mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom ikunu determinati mil-laqgħa ġenerali tal-membri skont l-Artikolu 7(3).

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt joħorġu liċenzji mingħajr ħlas għall-użu tad-drittijiet tagħhom. F’dan il-każ, id-detenturi tad-drittijiet għandhom jinfurmaw lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv tagħhom għal liema xogħlijiet tkun se tinħareġ tali liċenzja.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jitterminaw l-awtorizzazzjoni għall-immaniġġjar tad-drittijiet, il-kategoriji ta’ drittijiet jew it-tipi ta’ xogħlijiet mogħtija lil soċjetà kollettriċi jew li jirtiraw minn soċjetà kollettriċi, kwalunkwe wieħed mid-drittijiet jew kategoriji ta’ drittijiet jew tipi ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra tal-għażla tagħhom, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, meta jagħtu avviż fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx is-sitt xhur. Is-soċjetà kollettriċi tista’ tiddeċiedi li din it-terminazzjoni jew dan l-irtirar isir biss f’nofs u fl-aħħar tas-sena finanzjarja, liema minnhom jiġi l-ewwel wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ notifika.

3. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jitterminaw l-awtorizzazzjoni għall-immaniġġjar tad-drittijiet, il-kategoriji ta’ drittijiet jew it-tipi ta’ xogħlijiet mogħtija lil organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv jew li jirtiraw minn organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, kwalunkwe wieħed mid-drittijiet jew kategoriji ta’ drittijiet jew tipi ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra tal-għażla tagħhom, fi kwalunkwe mument waqt it-terminu tal-awtorizzazzjoni, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, meta jagħtu avviż fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx is-sitt xhur. Is-soċjetà kollettriċi tista’ tiddeċiedi li din it-terminazzjoni jew dan l-irtirar isir biss f’nofs u fl-aħħar tas-sena finanzjarja, liema minnhom jiġi l-ewwel wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ notifika.

 

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu miżuri, f’konformità mal-Artikoli 101 u 102 TFUE, li bihom jawtorizzaw lis-soċjetajiet kollettriċi jadottaw regoli dettaljati aġġustati bil-għan li jillimitaw il-possibbiltà li d-detenturi tad-drittijiet joħorġu u jerġgħu jidħlu b’mod oġġettivamnt abbużiv.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Is-soċjetajiet kollettriċi ma għandhomx jirrestrinġu l-eżerċitar tad-drittijiet ipprovduti skont il-paragrafi 3 u 4 billi jkun meħtieġ li l-immaniġġjar tad-drittijiet jew il-kategoriji ta’ drittijiet jew tipi ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra li mhumiex suġġetti għat-terminazzjoni jew l-irtirar, jiġu fdati lil soċjetà kollettriċi oħra.

5. L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv ma għandhomx jirrestrinġu l-eżerċitar tad-drittijiet ipprovduti skont il-paragrafi 3 u 4 billi jkun meħtieġ li l-immaniġġjar tad-drittijiet jew il-kategoriji ta’ drittijiet jew tipi ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra li mhumiex suġġetti għat-terminazzjoni jew l-irtirar, jiġu fdati lil organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tad-drittijiet jagħti kunsens speċifikament għal kull dritt jew kategorija ta’ drittijiet jew tip ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra li dak id-detentur tad-drittijiet jawtorizza lis-soċjetà kollettriċi timmaniġġja u li dan il-kunsens jiġi evidenzjat f’forma dokumentata.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tad-drittijiet jagħti kunsens speċifikament għal kull dritt jew kategorija ta’ drittijiet, xogħlijiet jew tip ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra li dak id-detentur tad-drittijiet jawtorizza lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv timmaniġġja u li dan il-kunsens jiġi evidenzjat f’forma dokumentata.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu huwa bla ħsara għall-arranġamenti fl-Istati Membri dwar l-amministrazzjoni tad-drittijiet permezz tal-ħruġ kollettiv estiż ta’ liċenzji, immaniġġjar kollettiv obbligatorju jew arranġamenti simili jew taħlita tat-tnejn, u presuppożizzjonijiet legali ta’ rappreżentanza jew trasferiment tad-drittijiet.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Kull membru ta’ organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandu jkollu d-dritt li jitlob awditi indipendenti esterni tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv fi kwalunkwe mument waqt it-terminu tal-awtorizzazzjoni.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jinfurmaw lill-membri tagħhom dwar id-drittijiet tagħhom skont il-paragrafi 1 sa 6, fi żmien sitt xhur mid-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.

Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jinfurmaw lill-membri tagħhom dwar id-drittijiet tagħhom skont il-paragrafi 1 sa 6, fi żmien tliet xhur mid-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jaċċettaw lid-detenturi tad-drittijiet bħala membri, jekk dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sħubija. Dawn jistgħu jirrifjutaw talba għal sħubija abbażi ta’ kriterji oġġettivi. Dawn il-kriterji għandhom jiġu inkluż fl-istatut jew it-termini ta’ sħubija tas-soċjetà kollettriċi u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

2. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jaċċettaw lid-detenturi tad-drittijiet, jew kwalunkwe membru ieħor kif definit fl-Artikolu 3(c), bħala membri, jekk dawn ikunu jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sħubija. Dawn jistgħu jirrifjutaw talba għal sħubija biss abbażi ta’ kriterji oġġettivi u trasparenti. Id-detentur tad-drittijiet għandu jingħata raġunijiet ċari għaliex it-talba għal sħubija tkun ġiet miċħuda. Dawn il-kriterji għandhom jiġu inkluż fl-istatut jew it-termini ta’ sħubija tas-soċjetà kollettriċi u għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Il-kriterji ma għandhomx ikunu diskriminatorji u ma għandhomx jirriżultaw fl-esklużjoni arbitrarja tal-membri fuq il-bażi tal-kobor tar-repertorju tagħhom, il-volum ta’ introjtu mistenni fil-forma ta’ tariffi jew ftehimiet ta’ ħruġ ta’ liċenzji preċedenti.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-istatut tas-soċjetà kollettriċi għandu jipprovdi mekkaniżmi xierqa u effettivi ta’ parteċipazzjoni tal-membri tagħha fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tas-soċjetà kollettriċi. Ir-rappreżentazzjoni tal-kategoriji differenti ta’ membri fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għandu jkun wieħed ġust u bilanċjat.

3. L-istatut tas-soċjetà kollettriċi għandu jipprovdi mekkaniżmi xierqa u effettivi ta’ parteċipazzjoni tal-membri tagħha fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tas-soċjetà kollettriċi. Ir-rappreżentanza tal-kategoriji differenti ta’ membri fil-livelli kollha tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għandu jkun wieħed ġust u bilanċjat.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Talanqas darba f’sena għandha tiġi organizzata laqgħa ġenerali tal-membri tas-soċjetà kollettriċi.

2. Talanqas darba f’sena għandha tiġi organizzata laqgħa ġenerali tal-membri tas-soċjetà kollettriċi. Il-laqgħa ġenerali għandha tingħata s-setgħa li tieħu d-deċiżjonijiet strateġiċi fl-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv. Is-setgħa li tieħu deċiżjonijiet oħra tista’ tiġi ddelegata mil-laqgħa ġenerali lill-korp li jeżerċita l-funzjoni superviżorja, filwaqt li jiġi żgurat li d-detenturi tad-drittijiet b’repertorju niċċa jkunu rappreżentati b’mod adegwat f’dan il-korp.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-laqgħa ġenerali għandha tapprova kwalunkwe emenda fl-istatut u t-termini ta’ sħubija tas-soċjetà kollettriċi, fejn dawk it-termini ma jkunux irregolati mill-istatut.

3. Il-laqgħa ġenerali għandha tapprova l-istatut, it-termini ta’ sħubija u kwalunkwe emenda fl-istatut u t-termini ta’ sħubija tas-soċjetà kollettriċi, fejn dawk it-termini ma jkunux irregolati mill-istatut.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-laqgħa ġenerali għandu jkollha l-poter li tiddeċiedi dwar il-ħatra jew it-tneħħija tad-diretturi u tapprova r-remunerazzjoni tagħhom u benefiċċji oħra bħal benefiċċji mhux monetarji, għotjiet ta’ pensjonijiet, dritt għal għotjiet oħra u drittijiet għal danni.

4. Il-laqgħa ġenerali għandu jkollha l-poter li tiddeċiedi dwar il-ħatra jew it-tneħħija tad-diretturi, timmonitorja l-prestazzjoni ġenerali tagħhom u tapprova r-remunerazzjoni tagħhom u benefiċċji oħra bħal benefiċċji mhux monetarji, għotjiet ta’ pensjonijiet, dritt għal għotjiet oħra u drittijiet għal danni.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-politika tat-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet, ħlief fejn il-laqgħa ġenerali tiddeċiedi li tiddelega din id-deċiżjoni lill-korp li jeżerċita l-funzjoni superviżorja;

(a) il-politika ġenerali tat-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet;

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-użu tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet li ma jistgħux jiġu distribwiti kif imsemmi fl-Artikolu 12(2), ħlief fejn il-laqgħa ġenerali tiddeċiedi li tiddelega din id-deċiżjoni lill-korp li jeżerċita l-funzjoni superviżorja;

imħassar

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-laqgħa ġenerali għandha tikkontrolla l-attivitajiet tas-soċjetà kollettriċi billi talanqas tiddeċiedi dwar il-ħatra u t-tneħħija tal-awditur u l-approvazzjoni tar-rapport annwali dwar it-trasparenza u r-rapport tal-awditur.

6. Il-laqgħa ġenerali għandha tikkontrolla l-attivitajiet tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv billi talanqas tiddeċiedi dwar il-ħatra u t-tneħħija tal-awditur u l-approvazzjoni tar-rapport annwali dwar it-trasparenza u r-rapport tal-awditur. Jekk ikun hemm dubju raġonevoli dwar il-prattika tal-immaniġġjar finanzjarju tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, il-laqgħa ġenerali tista’ tiddeċiedi li twettaq awditu intern jew estern. Ir-riżultat ta’ tali awditu għandu jiġi kkomunikat lill-membri kollha u jekk ikun meħtieġ lill-awtorità nazzjonali kompetenti, sabiex ikunu jistgħu jinbdew il-proċeduri li jkunu xierqa.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Kwalunkwe restrizzjoni fuq id-dritt tal-membri tas-soċjetà kollettriċi biex jipparteċipaw u biex jeżerċitaw id-drittijiet tal-votazzjoni tagħhom fil-laqgħa ġenerali għandha tkun ġusta u proporzjonata u għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

7. Kull membru ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandu jkollu d-dritt li jipparteċipa u joħroġ għall-elezzjoni u jivvota fil-laqgħa ġenerali, inkluż, meta jkun xieraq, permezz ta’ votazzjoni elettronika. Kwalunkwe restrizzjoni fuq dan id-dritt għandha tkun ġusta u proporzjonata u għandha tkun limitata għall-kriterji bbażati fuq it-tul tas-sħubija.

(a) perjodu tas-sħubija;

 

(b) l-ammonti li waslu mingħand membru jew dovuti lil membru fir-rigward tal-perjodu finanzjarju speċifikat.

 

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Kull membru ta’ soċjetà kollettriċi għandu jkollu d-dritt li jaħtar kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika bħala detentur ta’ prokura li jista’ jattendi u jivvota f’ismu fil-laqgħa ġenerali.

8. Kull membru ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandu jkollu d-dritt li jaħtar kwalunkwe membru ieħor jew persuna ġuridika tal-istess kategorija bħala detentur ta’ prokura li jista’ jattendi u jivvota f’ismu fil-laqgħa ġenerali. Sabiex tkun valida, il-prokura għandha tingħata liberament mill-membru lid-detentur tal-prokura mhux aktar minn tliet xhur qabel l-użu tagħha. Għandu jkun hemm limitu fuq l-ammont ta’ prokuri li jistgħu jinżammu minn detentur ta’ prokura wieħed.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soċjetajiet kollettriċi jistabbilixxu funzjoni superviżorja responsabbli għas-sorveljanza kontinwa tal-attivitajiet u t-twettiq tad-dmirijiet tal-persuni fdati bir-responsabbiltajiet maniġerjali fis-soċjetà kollettriċi. Għandu jkun hemm rappreżentazzjoni ġusta u bbilanċjata tas-soċjetà kollettriċi fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jistabbilixxu funzjoni superviżorja responsabbli għas-sorveljanza kontinwa tal-attivitajiet u t-twettiq tad-dmirijiet tal-persuni fdati bir-responsabbiltajiet maniġerjali f’dik l-organizzazzjoni. Għandu jkun hemm rappreżentenza ġusta u bbilanċjata tal-membri tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, li jirrappreżentaw kategoriji differenti ta’ detenturi tad-drittijiet, inkluż ir-repertorju niċċa, fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-korp fdat bil-funzjoni superviżorja għandu jirrapporta dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tiegħu lil-laqgħa ġenerali prevista fl-Artikolu 7.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-paragrafi 1 u 2, ma għandhomx japplikaw għal soċjetà kollettriċi li fuq il-karta ta’ bilanċ tagħha, ma taqbiżx il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

3. Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li fuq il-karta ta’ bilanċ tagħha ma taqbiżx il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-persuni li jimmaniġġjaw b’mod effettiv in-negozju ta’ soċjetà kollettriċi u kull direttur, bl-eċċezzjoni tad-diretturi li jeżerċitaw funzjoni superviżorja, għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ proċeduri mfassla biex jevitaw li jkun hemm kunflitti ta’ interess. Is-soċjetà kollettriċi għandu jkollha proċeduri biex tidentifika, timmaniġġja, tissorvelja u, fejn ikun applikabbli, tiżvela kunflitti ta’ interess sabiex tevita milli taffettwa ħażin l-interessi tal-membri tas-soċjetà.

Il-persuni li jimmaniġġjaw b’mod effettiv in-negozju ta’ soċjetà kollettriċi u kull direttur għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ proċeduri mfassla biex jevitaw li jkun hemm kunflitti ta’ interess. Is-soċjetà kollettriċi għandu jkollha proċeduri biex tidentifika, timmaniġġja, tissorvelja u, fejn ikun applikabbli, tiżvela kunflitti ta’ interess sabiex tevita milli taffettwa ħażin l-interessi tal-membri tas-soċjetà.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk il-proċeduri għandhom jinkludu dikjarazzjoni annwali individwali minn kull waħda minn dawn il-persuni u diretturi, lill-korp fdat bil-funzjoni superviżorja, li tkun tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

Dawk il-proċeduri għandhom jinkludu dikjarazzjoni individwali minn kull waħda minn dawn il-persuni u diretturi, mogħtija lill-korp fdat bil-funzjoni superviżorja, u li tkun disponibbli pubblikament permezz tal-websajt tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, skont il-liġi tal-privatezza applikabbli fl-Istat Membru. Id-dikjarazzjoni għandha titwettaq qabel ma kull waħda minn dawk il-persuni tieħu l-inkarigi tagħha, u mbagħad għandha tiġġedded ta’ kull sena. Id-dikjarazzjoni għandha tinkludi l-informazzjoni li ġejja:

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu diliġenti fil-ġbir u l-immaniġġjar tad-dħul mid-drittijiet.

1. L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom ikunu diliġenti, preċiżi u trasparenti fil-ġbir u l-immaniġġjar tad-dħul mid-drittijiet. Mingħajr ħsara għall-arranġamenti dwar ħruġ kollettiv estiż ta’ liċenzji, organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tiġbor biss id-dħul mid-drittijiet f’isem dawk id-detenturi tad-drittijiet li hija awtorizzata tirrappreżenta d-drittijiet tagħhom.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-soċjetà kollettriċi ma għandhiex titħalla tuża d-dħul mid-drittijiet u kwalunkwe dħul derivat mill-investiment tiegħu għall-benefiċċju tagħha stess, ħlief biex tnaqqas it-tariffi tal-immaniġġjar tagħha.

3. Is-soċjetà kollettriċi ma għandhiex titħalla tuża d-dħul mid-drittijiet u kwalunkwe dħul derivat mill-investiment tiegħu għall-benefiċċju tagħha stess, ħlief biex tnaqqas it-tariffi tal-immaniġġjar tagħha skont ir-regoli msemmija fl-Artikolu 7(5)(d).

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta, minħabba d-distribuzzjoni tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet, is-soċjetà kollettriċi tinvesti d-drittijiet mid-dħul u kwalunkwe dħul derivat mill-investiment tiegħu, hija għandha tagħmel dan skont il-politika ġenerali dwar l-investiment msemmija fl-Artikolu 7(5)(c) u skont ir-regoli li ġejjin:

4. Meta, minħabba d-distribuzzjoni tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet, is-soċjetà kollettriċi tinvesti d-drittijiet mid-dħul u kwalunkwe dħul derivat mill-investiment tiegħu, hija għandha tagħmel dan fl-aħjar interessi tad-detenturi tad-drittijiet li tirrappreżenta d-drittijiet tagħhom skont il-politika ġenerali dwar l-investiment msemmija fl-Artikolu 7(5)(c) u skont ir-regoli li ġejjin:

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-assi għandhom ikunu investiti fl-aħjar interessi tal-membri; Meta jkun hemm kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali, is-soċjetà kollettriċi għanda tiżgura li l-investiment isir biss fl-interess tal-membri;

(a) Meta jkun hemm kwalunkwe kunflitt ta’ interess potenzjali, is-soċjetà kollettriċi għanda tiżgura li l-investiment isir biss fl-interess ta’ dawn id-detenturi tad-drittijiet;

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-assi għandhom jiġu investiti biss, direttament jew indirettament, fi prodotti tal-investiment fejn l-ammont prinċipali mhuwiex imnaqqas fl-aħħar tal-maturazzjoni ta’ dawk il-prodotti;

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) l-assi għandhom ikunu investiti b’mod li ma jippreġudika l-ebda ammont dovut lid-detenturi tad-drittijiet;

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta soċjetà kollettriċi tipprovdi servizzi soċjali, kulturali u edukattivi iffinanzjati permezz ta’ tnaqqis mid-dħul mid-drittijiet, id-detenturi tad-drittijiet huma intitolati għal dan li ġej:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta soċjetà kollettriċi tipprovdi servizzi soċjali, kulturali u edukattivi ffinanzjati permezz ta’ tnaqqis mid-dħul mid-drittijiet u minn kwalunkwe introjtu li jirriżulta mill-investiment tad-dħul mid-drittijiet, dawn is-servizzi għandhom jiġu pprovduti abbażi ta’ kriterji ġusti, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għal dawk is-servizzi u l-firxa tagħhom. Meta s-soċjetà kollettriċi tipprovdi tali servizzi, id-detenturi tad-drittijiet għandhom ikunu intitolati għal dan li ġej:

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soċjetà kollettriċi tqassam b’mod regolari u diliġenti u tħallas l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet kollha li tirrappreżenta. Is-soċjetà kollettriċi għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet mhux iktar tard minn 12 –il xahar mit-tmiem tas-sena finanzjarja li fiha kien miġbur id-dħul mid-drittijiet, sakemm raġunijiet oġġettivi relatati b’mod partikolari mar-rappurtar mill-utenti, l-identifikazzjoni tad-drittijiet, id-detenturi jew it-tqabbil ta’ informazzjoni dwar xogħlijiet u suġġetti oħra mad-detenturi tad-drittijiet, jipprevjenu lis-soċjetà kollettriċi milli tosserva l-iskadenza. Is-soċjetà kollettriċi għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet b’mod preċiż, filwaqt li tiżgura trattament ugwali tal-kategoriji kollha tad-detenturi tad-drittijiet.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tqassam u tħallas b’mod regolari, trasparenti, f’waqtu u diliġenti l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet kollha li tirrappreżenta. L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet mingħajr dewmien bla bżonn u mhux iktar tard minn 12-il xahar wara li jkun inġabar id-dħul mid-drittijiet. L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet tal-anqas kull tliet xhur u b’mod preċiż, filwaqt li tiżgura trattament ugwali tal-kategoriji kollha tad-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li s-soċjetajiet kollettriċi jiġu eżentati mill-obbligu dwar it-tqassim u l-ħlasijiet stabbilit fil-paragrafu 1 f’sitwazzjonijiet fejn dan huwa ġustifikat minn raġunijiet oġġettivi relatati b’mod partikolari mar-rappurtar mill-utenti, l-identifikazzjoni tad-drittijiet, id-detenturi jew it-tqabbil ta’ informazzjoni dwar xogħlijiet u suġġetti oħra mad-detenturi tad-drittijiet li jipprevjenu lis-soċjetà kollettriċi milli tosserva l-frekwenza u l-iskadenza previsti f’dak il-paragrafu. F'dawn is-sitwazzjonijiet, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom iwettqu t-tqassim u l-pagamenti lid-detenturi tad-drittijiet mill-aktar fis.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom jibdew iqassmu d-dħul tad-detenturi tad-drittijiet meta l-ammont miġbur ikopri b’mod raġonevoli l-ispejjeż tal-ġbir. Il-livell minimu meħtieġ qabel ma jseħħ it-tqassim ma jistax jaqbeż b’mod irraġonevoli l-ammont minimu l-aktar baxx użat minn organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv komparabbli.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ma jkunux jistgħu jitqassmu, wara ħames snin mit-tmiem tas-sena finanzjarja fejn ikun sar il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet, u sakemm is-soċjetà kollettriċi tkun ħadet il-miżuri neċessarji kollha biex tidentifika u tillokalizza d-detenturi tad-drittijiet, is-soċjetà kollettriċi għandha tiddeċiedi dwar l-użu tal-ammonti kkonċernati skont l-Artikolu 7(5)(b), mingħajr preġudizzju għad-dritt tad-detentur tad-drittijiet li jitlob dawn l-ammonti mis-soċjetà kollettriċi.

2. Fejn l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ma jkunux jistgħu jitqassmu, wara ħames snin mit-tmiem tas-sena finanzjarja fejn ikun sar il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet, u sakemm is-soċjetà kollettriċi tkun ħadet il-miżuri neċessarji kollha biex tidentifika u tillokalizza d-detenturi tad-drittijiet, is-soċjetà kollettriċi għandha tuża dan l-ammont għall-fond kulturali tagħha. Jekk ma jkun jeżisti l-ebda fond bħal dan, is-soċjetà kollettriċi għandha terġa' tħallas l-ammont lill-utenti.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżuri biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet għandhom jinkludu l-verifika tar-rekords ta’ sħubija u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-membri tas-soċjetà kollettriċi kif ukoll tal-pubbliku, lista ta’ xogħlijiet li għalihom ma ġiex identifikat jew lokalizzat xi detentur tad-drittijiet jew aktar.

3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, is-soċjetà kollettriċi għandha timplimenta miżuri effettivi biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet filwaqt li tiżgura salvagwardji xierqa biex tiskoraġġixxi l-frodi. Dawn il-miżuri għandhom jinkludu l-verifika tar-rekords ta’ sħubija u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-membri tas-soċjetà kollettriċi kif ukoll tal-pubbliku, lista ta’ xogħlijiet u suġġetti oħra li għalihom ma ġiex identifikat jew lokalizzat xi detentur tad-drittijiet jew aktar, inkluż, fejn disponibbli, it-titolu tax-xogħol, l-isem tal-awtur, l-isem tal-pubblikatur u kwalunkwe informazzjoni oħra rilevanti disponibbli li tista’ tkun meħtieġa biex jiġu identifikati d-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi ma tiddiskriminax bejn il-membri tagħha u kwalunkwe detentur tad-drittijiet li timmaniġġja d-drittijiet tiegħu skont ftehim ta’ rappreżentazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tat-tariffi applikabbli, it-tariffi għall-immaniġġjar, u l-kundizzjonijiet għall-ġbir tad-dħul mid-drittijiet u t-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi ma tiddiskriminax kontra xi detentur tad-drittijiet li timmaniġġja d-drittijiet tiegħu skont ftehim ta’ rappreżentanza, b’mod partikolari fir-rigward tat-tariffi applikabbli, it-tariffi għall-immaniġġjar, u l-kundizzjonijiet għall-ġbir tad-dħul mid-drittijiet u t-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetà kollettriċi għandha tqassam u tħallas l-ammonti dovuti lil soċjetajiet kollettriċi oħra b'mod regolari, diliġenti u preċiż.

2. L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tqassam u tħallas l-ammonti dovuti lil organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra b’mod regolari, trasparenti, f’waqtu, diliġenti u preċiż. L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet mingħajr dewmien bla bżonn u mhux aktar tard minn 12-il xahar wara li jkun inġabar id-dħul mid-drittijiet. L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet tal-anqas kull tliet xhur.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jiġu eżentati mill-obbligu dwar it-tqassim u l-ħlasijiet stabbilit fil-paragrafu 2 f’sitwazzjonijiet fejn dan huwa ġustifikat minn raġunijiet oġġettivi relatati b’mod partikolari mar-rappurtar mill-utenti, l-identifikazzjoni tad-drittijiet, id-detenturi jew it-tqabbil ta’ informazzjoni dwar xogħlijiet u suġġetti oħra mad-detenturi tad-drittijiet li jipprevjenu lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv milli tosserva l-frekwenza u l-iskadenza previsti f’dak il-paragrafu. F’dawn is-sitwazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom iwettqu t-tqassim u l-pagamenti lil organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħrajn mill-aktar fis.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. It-termini għal ħruġ ta’ liċenzji għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, b’mod partikolari fir-rigward tat-tariffi.

2. It-termini għal ħruġ ta’ liċenzji għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji, b’mod partikolari fir-rigward tat-tariffi.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tariffi għal drittijiet esklussivi għandhom jirriflettu l-valur ekonomiku tad-drittijiet innegozjati u tas-servizz provdut mis-soċjetà kollettriċi.

Tariffi għal drittijiet esklussivi u drittijiet għal remunerazzjoni għandhom jirriflettu b’mod xieraq il-valur ekonomiku tal-użu tad-drittijiet innegozjati u n-natura u l-ambitu tal-użu tax-xogħlijiet u suġġetti protetti oħra u l-valur ekonomiku tas-servizz provdut mis-soċjetà kollettriċi.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet fir-rigward ta’ dritt għal remunerazzjoni u dritt għal kumpens, is-soċjetà kollettriċi għandha tibbaża l-kalkolu tagħha ta' dawk l-ammonti dovuti,fuq il-valur ekonomiku ta' dawk id-drittijiet innegozjati.

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet fir-rigward ta’ dritt għal kumpens, is-soċjetà kollettriċi għandha tibbaża l-kalkolu tagħha ta’ dawk l-ammonti dovuti, fuq kriterji nondiskriminatorji, filwaqt li jiġi żgurat kumpens ġust għall-użu magħmul mix-xogħlijiet u suġġetti protetti oħra.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Obbligi tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u tal-utenti

 

1. Għall-fini tal-amministrazzjoni effettiva tad-drittijiet, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u l-utenti jistabbilixxu proċeduri biex l-iskadenzi maqbula b’mod konġunt ikunu rispettati u biex it-tweġibiet għat-talbiet rispettivi tagħhom jingħataw fi żmien raġonevoli.

 

2. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jirrispondu għal talbiet dwar ħruġ ta’ liċenzji u jagħmlu offerta lill-utenti mingħajr dewmien bla bżonn wara li tasal it-talba, sakemm is-soċjetà kollettriċi tkun irċeviet l-informazzjoni kollha li teħtieġ biex tagħmel tali proposta.

 

3. L-utenti għandhom jikkomunikaw informazzjoni sħiħa u preċiża lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv dwar l-użu tax-xogħlijiet u suġġetti oħra sabiex jippermettu lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jiddeterminaw il-ħlasijiet applikabbli u biex iqassmu l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet b’mod preċiż u skont l-obbligi imposti minn din id-Direttiva.

 

4. L-utenti għandhom iħallsu t-tariffi tal-liċenzji jew ir-remunerazzjoni lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv f’waqtu.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 15b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15b

 

Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u fatturazzjoni

 

1. L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jħeġġu l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għall-benefiċċju tad-detenturi tad-drittijiet, il-membri u l-utenti tagħhom.

 

2. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li s-soċjetajiet kollettriċi stabbiliti fit-territorju tagħhom, f’konformità mal-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jagħtu aċċess lid-detenturi tad-drittijiet, il-membri u l-utenti tagħhom għal informazzjoni dwar il-liċenzji maħruġa u l-użu ta’ xogħlijiet u suġġetti protetti oħra f’database komuni.

 

3. L-Istati Membri jistgħu jitolbu li s-soċjetajiet kollettriċi stabbiliti fit-territorju tagħhom joħorġu fattura konġunta unika lil kull utent fir-rigward tad-drittijiet fix-xogħlijiet u suġġetti protetti oħra li ġew liċenzjati, f’konformità mal-Artikoli 101 u 102 TFUE. Il-fattura konġunta għandha tkun trasparenti u għandha tidentifika lis-soċjetajiet kollettriċi kkonċernati, u l-użu tar-repertorju li ntalab ħlas għalih. Il-fattura għandha tindika wkoll b’mod ċar l-ammonti dovuti lil kull kategorija ta’ detenturi tad-drittijiet u l-ammonti li se jintużaw biex ikopru t-tariffi tal-immaniġġjar.

 

4. Il-paragrafi 2 u 3 m’għandhomx japplikaw għall-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali u għall-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet f’xogħlijiet u suġġetti oħra fuq bażi multiterritorjali.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-anqas darba f’sena, permezz ta’ mezzi elettroniċi, l-informazzjoni li ġejja lil kull wieħed mid-detenturi tad-drittijiet li tirrappreżenta:

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-anqas darba f’sena, permezz ta’ mezzi elettroniċi u, fejn xieraq, fuq bażi aktar regolari permezz ta’ kontijiet online individwali, l-informazzjoni li ġejja lil kull wieħed mid-detenturi tad-drittijiet li tirrappreżenta direttament:

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) fuq talba, il-kuntratti ta’ ħruġ ta’ liċenzji u tariffi applikabbli;

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi tagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja meta tkun mitluba minn kwalunkwe detentur tad-drittijiet li tirrappreżenta d-drittijiet tiegħu, minn kwalunkwe soċjetà kollettriċi li timmaniġġja f’isimha d-drittijiet skont ftehim ta’ rappreżentazzjoni jew minn kwalunkwe, permezz ta’ mezzi elettroniċi, mingħajr dewmien mhux iġġustifikat:

imħassar

(a) kuntratti ta’ ħruġ ta’ liċenzji standard u tariffi applikabbli;

 

(b) ir-repertorju u d-drittijiet li timmaniġġja u l-Istati Membri koperti;

 

(c) lista ta’ ftehimiet ta’ rappreżentazzjoni li tkun daħlet għalihom, inkluża informazzjoni dwar soċjetajiet kollettriċi oħra involuti, ir-repertorju rappreżentat u l-ambitu territorjali kopert minn ftehim bħal dan.

 

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Barra minn hekk, soċjetà kollettriċi għandha tagħmel disponibbli meta tkun mitluba minn kwalunkwe detentur tad-drittijiet jew minn kwalunkwe soċjetà kollettriċi, kwalunkwe informazzjoni dwar xogħlijiet li għalihom ma ġiex identifikat detentur tad-drittijiet jew aktar inkluż, fejn ikun disponibbli, it-titolu tax-xogħol, isem l-awtur, isem l-pubblikatur u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra disponibbli li tista’ tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet.

2. Organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tagħmel disponibbli meta tkun mitluba minn kwalunkwe detentur tad-drittijiet jew minn kwalunkwe organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, kwalunkwe informazzjoni dwar xogħlijiet li għalihom ma ġiex identifikat detentur tad-drittijiet jew aktar skont id-dipożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2012/28/UE dwar Ċerti Użi Permessi ta’ Xogħlijiet Orfni, inkluż, fejn ikun disponibbli, it-titolu tax-xogħol, isem l-awtur, isem il-pubblikatur u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra disponibbli li tista’ tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi tagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tagħmel disponibbli permezz ta’ sit aċċessibbli għall-pubbliku tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-istatut;

(a) l-istatut;

(b) it-termini ta’ sħubija u t-termini ta’ terminazzjoni tal-awtorizzazzjoni għall-immaniġġjar tad-drittijiet, jekk ma jkunux inklużi fl-istatut;

(b) it-termini ta’ sħubija u t-termini ta’ terminazzjoni tal-awtorizzazzjoni għall-immaniġġjar tad-drittijiet, jekk ma jkunux inklużi fl-istatut;

(c) il-lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 9;

(c) il-lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 9;

(d) regoli dwar it-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet;

(d) regoli dwar it-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet;

(e) regoli dwar it-tariffi għall-immaniġġjar;

(e) regoli dwar it-tariffi għall-immaniġġjar;

(f) regoli dwar it-tnaqqis mid-dħul tad-drittijiet għal finijiet li huma differenti mit-tariffi għall-immaniġġjar, inkluż it-tnaqqis għall-finijiet ta’ servizzi soċjali, kulturali u edukattivi;

(f) regoli dwar it-tnaqqis mid-dħul tad-drittijiet għal finijiet li huma differenti mit-tariffi għall-immaniġġjar, inkluż it-tnaqqis għall-finijiet ta’ servizzi soċjali, kulturali u edukattivi;

 

(fa) kuntratti ta’ ħruġ ta’ liċenzji standard u tariffi applikabbli;

 

(fb) ir-repertorju u d-drittijiet li timmaniġġja u l-Istati Membri koperti jew, meta minħabba l-ambitu tal-attività tas-soċjetà kollettriċi r-repertorju ma jistax jiġi ddeterminat, il-kategoriji tax-xogħlijiet jew ta’ suġġetti oħra li hija tirrappreżenta, id-drittijiet li timmaniġġja u l-Istati Membri koperti;

 

(fc) lista ta’ ftehimiet ta’ rappreżentanza li tkun daħlet għalihom, inkluża informazzjoni dwar soċjetajiet kollettriċi oħra involuti, ir-repertorju rappreżentat u l-ambitu territorjali kopert minn ftehim bħal dan.

(g) il-proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti u ta’ soluzzjoni tat-tilwim disponibbli skont l-Artikoli 34, 35 u 36.

(g) il-proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti u ta’ soluzzjoni tat-tilwim disponibbli skont l-Artikoli 34, 35 u 36.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-punti 1(a), (f) u (g) tal-Anness I, ma għandhomx japplikaw għal soċjetà kollettriċi li fuq il-karta ta’ bilanċ tagħha, ma taqbiżx il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

imħassar

(a) total tal-karta ta’ bilanċ: EUR 350.000;

 

(b) turnover nett: EUR 700,000;

 

(c) medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: għaxra.

 

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetà kollettriċi tista’ tieħu miżuri raġonevoli biex tħares il-preċiżjoni u l-integrità tad-dejta, biex tikkontrolla l-użu mill-ġdid tiegħu u biex tħares id-dejta personali u l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

2. Is-soċjetà kollettriċi tista' tieħu miżuri raġonevoli biex tħares il-preċiżjoni u l-integrità tad-dejta u biex tħares id-dejta personali u, meta neċessarju, l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jinkoraġġixxu l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u l-operaturi kummerċjali biex jistabbilixxu Database ta’ Repertorji Globali preċiża, komprensiva u aġġornata sabiex jiffaċilitaw il-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali u multirepertorju.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetà kollettrċi għandha toffri lill-fornituri tas-servizzi ta’ mużika online, il-possibbiltà li jirrappurtaw l-użu reali ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali permezz ta’ mezzi elettroniċi. Is-soċjetà kollettriċi għandha toffri l-użu talanqas ta’ metodu wieħed ta’ rappurtar li jkun iqis l-istandards u l-prattiki volontarji tal-industrija li ġew żviluppati fil-livell internazzjonali jew tal-Unjoni għall-iskambju elettroniku ta’ din id-dejta. Is-soċjetà kollettriċi tista’ tirrifjuta li taċċetta r-rappurtar mill-utent f’format proprjetarju, jekk is-soċjetà tippermetti r-rappurtar permezz ta’ standard tal-industrija għall-iskambju elettroniku ta’ dejta.

2. Is-soċjetà kollettrċi għandha toffri lill-fornituri tas-servizzi ta’ mużika online, il-possibbiltà li jirrappurtaw l-użu reali ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali, skont l-Artikolu 15a, permezz ta’ mezzi elettroniċi. Is-soċjetà kollettriċi għandha toffri l-użu talanqas ta’ metodu wieħed ta’ rappurtar li jkun iqis l-istandards u l-prattiki volontarji tal-industrija li ġew żviluppati fil-livell internazzjonali jew tal-Unjoni għall-iskambju elettroniku ta’ din id-dejta. Is-soċjetà kollettriċi tista’ tirrifjuta li taċċetta r-rappurtar mill-utent f’format proprjetarju, jekk is-soċjetà tippermetti r-rappurtar permezz ta’ standard tal-industrija għall-iskambju elettroniku ta’ dejta.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull ftehim ta’ rappreżentazzjoni bejn soċjetajiet kollettriċi fejn soċjetà kollettriċi tawtorizza lil soċjetà kollettriċi oħra, toħroġ liċenzji multiterritorjali għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali fir-repertorju ta’ mużika tagħha, għandu jkun ta’ natura mhux esklussiva. Is-soċjetà kollettriċi awtorizzata għandha timmaniġġja dawk id-drittijiet online fuq termini mhux diskriminatorji.

1. Sabiex jippermettu l-aggregazzjoni ta’ għadd ta’ repertorji u jkunu jistgħu jagħtu liċenzji multirepertorju u multiterritorjali, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandu jkollhom il-possibilità li jikkonkludu ftehimiet ta’ rappreżentanza ma’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħrajn. Kull ftehim ta’ rappreżentanza bejn organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv fejn organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tawtorizza lil organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra, toħroġ liċenzji multiterritorjali għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali fir-repertorju ta’ mużika tagħha għal ċerti territorji, għandu jżomm l-abbiltà li l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li qed tagħti l-awtorizzazzjoni tkun tista’ tawtorizza lil organizzazzjoni jew entità oħra, bħal ġabra ta’ drittijiet online.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv awtorizzata għandha timmaniġġja dawk id-drittijiet online fuq termini mhux diskriminatorji.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. F’konformità mal-Artikoli 101 u 102 TFUE, l-Istati Membri għandhom jippromwovu u jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, imsemmija fl-Artikolu 15b, fl-oqsma tal-immaniġġjar, l-amministrazzjoni u l-għoti ta’ liċenzji ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali fuq bażi transfruntiera.

 

Din il-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv tista’ tkun ibbażata fuq ftehimiet ta’ rappreżentanza msemmija fil-paragrafu 1 jew kwalunkwe forma oħra ta’ kooperazzjoni bejn organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għall-fini tal-ġbir flimkien tar-repertorji rispettivi tagħhom f’ġabriet ta’ drittijiet online u l-għoti u l-amministrazzjoni ta’ liċenzji multiterritorjali u liċenzji multirepertorju għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali.

 

Din il-kooperazzjoni ma għandhiex ixxekkel id-drittijiet u l-obbligi tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv skont din id-Direttiva fir-rigward tat-termini u l-kundizzjonijiet tal-ħruġ ta’ liċenzji.

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetà kollettriċi mitluba għandha taċċetta tali talba, jekk tkun diġà qed toħroġ jew toffri li toħroġ liċenzji multiterritorjali għall-istess kategorija ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali fir-repertorju ta’ soċjetà kollettriċi oħra jew aktar.

2. Is-soċjetà kollettriċi mitluba għandha taċċetta tali talba fi żmien raġonevoli, jekk tkun diġà qed toħroġ jew toffri li toħroġ liċenzji multiterritorjali għall-istess kategorija ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali fir-repertorju ta’ soċjetà kollettriċi oħra jew aktar.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-soċjetà kollettriċi mitluba, li tiddeċiedi li ma taċċettax it-talba msemmija fil-paragrafu 1, għandha tgħarraf lis-soċjetà kollettriċi li tressaq it-talba, bil-miktub, bid-deċiżjoni tagħha u bir-raġunijiet li jispjegaw din id-deċiżjoni.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv mitluba għandha tkun obbligata li tirrappreżenta b’mod attiv id-drittijiet tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li tressaq it-talba bl-istess mod nondiskriminatorju li bih tirrappreżenta r-repertorju tagħha stess meta toħroġ jew toffri liċenzji multiterritorjali.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv mitluba għandha toffri lill-utenti r-reportorju tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li tressaq it-talba bl-istess kundizzjonijiet bħar-repertorju tagħha.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikoli 18(1)(a)18(1)(c), 22, 23, 24, 25, 26, 27, 32 u 36 għandhom japplikaw ukoll għall-entitajiet li huma ta’ proprjetà, b’mod sħiħ jew parzjali, ta’ soċjetà kollettriċi u li joffru jew joħorġu liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f’xogħlijiet mużikali.

L-Artikoli 19(1)(fa)19(1)(fc), 21, 22, 23, 24, 25, 26, 27, 28, 29, 32 u 36 għandhom japplikaw ukoll għall-entitajiet li huma ta’ proprjetà, b’mod sħiħ jew parzjali, ta’ soċjetà kollettriċi u li joffru jew joħorġu liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f’xogħlijiet mużikali.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikoli 28 u 29 m’għandhomx japplikaw jekk tali entità tagħti jew toffri li tagħti liċenzji multiterritorjali għad-drittijiet online f'xogħlijiet mużikali ta’ detentur tad-drittijiet individwali uniku jew sempliċiment taggrega drittijiet fl-istess xogħlijiet mużikali għall-iskop uniku li tkun tista’ toħroġ liċenzja b’mod konġunt kemm għad-drittijiet ta’ riproduzzjoni kif ukoll għad-drittijiet ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fir-rigward ta’ tali xogħlijiet.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soċjetajiet kollettriċi jagħmlu disponibbli għall-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom, proċeduri biex jittrattaw l-ilmenti u biex isolvu t-tilwim b’mod effettiv u fil-ħin, partikolarment fir-rigward tal-awtorizzazzjoni biex jimmaniġġjaw id-drittiijiet, u t-terminazzjoni jew l-irtirar tad-drittijiet, it-termini ta’ sħubija, il-ġbir ta’ ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet, it-tnaqqis u t-tqassim.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jagħmlu disponibbli għall-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom, proċeduri biex jittrattaw l-ilmenti u biex isolvu t-tilwim b’mod effettiv u fil-ħin, partikolarment fir-rigward tal-awtorizzazzjoni biex jimmaniġġjaw id-drittiijiet, u t-terminazzjoni jew l-irtirar tad-drittijiet, it-termini ta’ sħubija, il-ġbir ta’ ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet, it-tnaqqis u t-tqassim. Il-proċeduri biex jiġu indirizzati l-ilmenti u jiġi solvut it-tilwim għandhom ikunu indipendenti u disponibbli kemm għad-drittijiet tal-awtur kif ukoll għal drittijiet relatati.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Riżoluzzjoni ta’ tilwim għall-utenti

Riżoluzzjoni ta’ tilwim mal-utenti

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tilwim bejn is-soċjetajiet kollettriċi u l-utenti dwar kundizzjonijiet eżistenti jew proposti għall-ħruġ ta’ liċenzji, tariffi u kwalunkwe ċaħda għall-ħruġ ta’ liċenzja jistgħu jitressqu quddiem qorti, u jekk xieraq lil korp imparzjali għal riżoluzzjoni ta’ tilwim.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tilwim bejn l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u l-utenti dwar kundizzjonijiet eżistenti jew proposti għall-ħruġ ta' liċenzji, tariffi, il-kalkolu tat-tariffi, u kwalunkwe ċaħda għall-ħruġ ta' liċenzja jistgħu jitressqu quddiem korp speċjalizzat, indipendenti u imparzjali għal riżoluzzjoni ta' tilwim.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-ispejjeż amministrattivi ta’ rikorsi għal riżoluzzjoni ta’ tilwim bħal din għandhom ikunu raġonevoli.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 36 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tilwim ma’ soċjetà kollettriċi oħra dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 24, 25, 26, 28 u 29.

(c) tilwim ma’ soċjetà kollettriċi oħra dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 22, 23, 24, 25, 26, 28 u 29.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva min-naħa tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv stabbiliti fit-territorju tagħhom tiġi mmonitorjata mill-awtoritajiet kompetenti magħżula għal dak l-iskop. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jiksbu awtorizzazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti qabel jibdew l-immaniġġjar kollettiv ta’ drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rapport

Rapport u rieżami

Sa [5 snin wara t-tmiem tal-perjodu ta’ traspożizzjoni (data)], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż l-impatt tagħha fuq l-iżvilupp ta’ servizzi transfruntiera u fuq id-diversità kulturali, u jekk ikun meħtieġ, dwar il-bżonn li tkun riveduta. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport tagħha flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq.

Sa [5 snin wara t-tmiem tal-perjodu ta’ traspożizzjoni (data)], il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluża l-valutazzjoni tal-kosti u l-benefiċċji ta’ databases komuni, fatturazzjoni konġunta u ġbir flimkien ta’ drittijiet online fost l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u tal-impatt tad-Direttiva fuq l-iżvilupp ta’ servizzi transfruntiera u fuq id-diversità kulturali, u jekk ikun meħtieġ, dwar il-bżonn li tkun riveduta. Il-Kummissjoni għandha tissottometti r-rapport tagħha flimkien ma’ proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq.

PROĊEDURA

Titolu

Immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għal użi online fis-suq intern

Referenzi

COM(2012)0372 – C7-0183/2012 – 2012/0180(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

11.9.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

11.9.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Toine Manders

18.9.2012

Eżami fil-kumitat

21.3.2013

24.4.2013

30.5.2013

 

Data tal-adozzjoni

18.6.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pablo Arias Echeverría, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Christian Engström, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Malcolm Harbour, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Matteo Salvini, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Gino Trematerra, Emilie Turunen, Bernadette Vergnaud, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Nora Berra, Jürgen Creutzmann, María Irigoyen Pérez, Olle Schmidt, Marc Tarabella, Sabine Verheyen

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Claudette Abela Baldacchino, Julie Girling

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (1.7.2013)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għal użi online fis-suq intern
(COM(2012)0372 – C7‑0183/2012 – 2012/0180(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Helga Trüpel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Għalkemm imfassla bħala organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, l-Organizzazzjonijiet ta’ Mmaniġġjar Kollettiv (CMOs) huma entitajiet ekonomiċi li joperaw fis-suq. Madankollu, huma disinti minn fornituri oħra ta’ servizzi għaliex għandhom rwol ewlieni fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali, billi jissalvagwardjaw artisti inqas popolari jew famużi, billi jippermettu aċċess ugwali tar-repertorji għas-suq kif ukoll billi jippromwovu repertorji speċjalizzati u lokali. Għandhom ukoll il-missjoni li jipproteġu u jiddefendu l-interessi tal-membri tagħhom kollha, irrispettivament mit-talent jew is-suċċess tagħhom. F’ċerti Stati Membri, il-liġi lis-CMOs tobbligahom jappoġġjaw il-ħolqien artistiku billi jipprovdu assistenza finanzjarja għal skopijiet speċifiċi kulturali u soċjali.

Għalhekk, jekk l-artisti huma fost l-assi l-aktar ta' valur tas-soċjetà tal-UE, is-CMOs, billi jiffaċilitaw il-ħruġ ta’ liċenzji tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u jbaxxu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, huma l-aqwa mezzi li permezz tagħhom l-artisti jistgħu jiġu remunerati permezz tad-drittijiet tal-awtur.

Filwaqt li l-importanza tal-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet bħala prinċipju hija ovvja, f'dawn l-aħħar snin kien hemm tħassib u kritika akbar dwar il-funzjonament tas-CMOs, kemm mid-detenturi tad-drittijiet kif ukoll mill-utenti tagħhom, fejn talbu mmaniġġjar u effiċjenza aħjar, titjib fit-trasparenza fuq it-tariffi, id-distribuzzjoni tad-dħul u l-prattiki tal-kontabilità kif ukoll għal governanza aħjar.

Sadanittant, l-ambjent online ġab sfidi ġodda għan-negozji u għal dawk li jfasslu l-politika. L-istess għamlu l-għanijiet tas-suq uniku tal-UE. Jeħtieġ li jsiru bidliet fil-ħruġ tal-liċenzji tad-drittijiet tal-awtur minħabba li s-servizzi online mhumiex limitati permezz tal-konfini nazzjonali. Il-ħruġ ta’ tali servizzi jikkostitwixxi sfida għas-CMOs li tradizzjonalment kienu jagħtu liċenzji fuq bażi territorjali għar-repertorju proprju/domestiku.

Ir-Rapporteur temmen li l-immaniġġjar tad-drittijiet kollettivi, meta jiffunzjona kif xieraq, huwa l-mezz l-aktar effettiv biex il-ħruġ tal-liċenzji jkun ta’ benefiċċju għad-detenturi tad-drittijiet. Sabiex jiġi ppreservat dan ir-rwol, hemm ħtieġa urġenti għal riforma tal-immaniġġjar tad-drittijiet kollettivi.

Għalhekk, ir-Rapporteur tilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tikkostitwixxi opportunità f’waqtha biex il-leġiżlatur jindirizza dawn il-kwistjonijiet.

Il-proposta tal-Kummissjoni tipprovdi qafas flessibbli li jirregola l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati permezz ta’ dispożizzjonijiet dwar trasparenza, governanza u infurzar aħjar kif ukoll ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali għal użi online.

Ir-Rapporteur temmen li huwa essenzjali li tiġi żgurata sistema kompetittiva ġusta u trasparenti sabiex tiġi evitata pressjoni ’l isfel fuq id-dħul tad-detenturi tad-drittijiet u sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi ta’ kompetizzjoni.

Għalhekk, jeħtieġ li jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet, kif ukoll li jiġu ssuġġeriti oħrajn addizzjonali, sabiex jissaħħu ċerti punti speċifiċi. B’mod partikolari, l-operaturi kummerċjali, li huma awtorizzati permezz ta’ arranġamenti kuntrattwali biex jimmaniġġjaw id-drittijiet tal-awtur jew drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur f'isem id-detenturi tagħhom, għalkemm mhux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, għandhom ikunu sottomessi għal ċerti rekwiżiti ta’ trasparenza. Trasparenza aħjar timplika wkoll li l-pubbliku jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-akbar kwantità possibbli ta’ informazzjoni, filwaqt li tiġi protetta d-data personali.

Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jitpoġġew f’pożizzjoni aħjar biex jinnegozjaw id-drittijiet tagħhom u jkunu kapaċi jipparteċipaw aħjar fil-governanza tas-CMOs li huma membri tagħhom. Dawn għandhom ikunu ħielsa li jagħżlu s-CMO tal-għażla tagħhom fl-UE, irrispettivament mill-pajjiż ta’ residenza jew in-nazzjonalità tagħhom, biex tirrappreżenthom. Madankollu, huwa essenzjali li jiġi żgurat li dan id-dritt ma jkollux effetti negattivi fuq ir-repertorji lokali u speċjalizzati, fid-dawl tar-riskju ta’ konċentrazzjoni tad-drittijiet fis-CMOs il-kbar.

Il-monitoraġġ għandu jkun żgurat sabiex id-dispożizzjonijiet jiġu infurzati sewwa fl-Istati Membri kollha.

Ir-Rapporteur tixtieq tenfasizza li d-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom il-possibbiltà li jagħmlu x-xogħlijiet tagħhom disponibbli taħt liċenzja tal-kontenut miftuħa tal-għażla tagħhom, pereżempju taħt Creative Commons, mingħajr ma jkollhom bżonn joħorġu mis-sistema ta’ mmaniġġjar kollettiv.

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tixtieq li d-detenturi tad-drittijiet jingħataw aktar flessibbiltà fl-immaniġġjar tad-drittijiet. Is-CMOs għandhom jipprovdu informazzjoni preċiża dwar ir-repertorji, b’mod partikolari għal xogħlijiet li jaqgħu fid-Dominju Pubbliku. Is-CMOs għandhom jiżguraw li l-informazzjoni rigward ix-xogħlijiet li l-perjodu ta’ protezzjoni tagħhom jintemm tkun preċiża u aġġornata regolarment, sabiex dawn ix-xogħlijiet ikunu eżenti mill-ħruġ ta’ liċenzja u jiġi evitat li jiġu infurzati pretensjonijiet mis-CMOs f'dan ir-rigward.

Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li ma jkunx hemm frammentazzjoni tar-repertorji b’mod partikolari fil-kuntest tas-suq diġitali. Għal dan il-għan, is-CMOs għandhom jikkooperaw, għaliex ir-rwol tagħhom għall-ħruġ ta’ liċenzji fid-dinja tal-mużika online huwa kruċjali għall-iżvilupp ta’ suq uniku diġitali ġenwin tal-UE.

Ambjent regolatorju ġdid għat-titjib tal-funzjonament tas-CMOs u biex dawn jitħallew jimmaniġġjaw id-drittijiet madwar l-Unjoni kollha huwa essenzjali biex tikber il-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi tajbin lid-detenturi tad-drittijiet u biex b’hekk juru l-valur miżjud tal-immaniġġjar tad-drittijiet kollettivi fuq forom oħra ta’ mmaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Id-direttivi li ġew adottati fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati diġà jipprovdu livell għoli ta’ ħarsien għad-detenturi tad-drittijiet u għaldaqstant għal qafas fejn jista’ jsir dan l-isfruttament ta’ kontenut protett b’dawn id-drittijiet. Huma jikkontribwixxu għall-iżvilupp u ż-żamma tal-kreattività. F’suq intern fejn il-kompetizzjoni mhijiex imfixkla, il-ħarsien tal-innovazzjoni u l-ħolqien intellettwali jħeġġeġ ukoll l-investiment fis-servizzi u l-prodotti innovattivi.

(1) Id-direttivi li ġew adottati fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati diġà jipprovdu ċertu livell ta’ ħarsien għad-detenturi tad-drittijiet u għaldaqstant għal qafas fejn jista’ jsir dan l-isfruttament ta’ kontenut protett b’dawn id-drittijiet. Huma jikkontribwixxu għall-iżvilupp u ż-żamma tal-kreattività, kif ukoll jippromwovu u jissalvagwardjaw id-diversità kulturali. F’suq intern fejn il-kompetizzjoni mhijiex imfixkla, it-trawwim tal-innovazzjoni u l-protezzjoni tal-ħolqien intellettwali jħeġġeġ ukoll l-investiment fis-servizzi u l-prodotti innovattivi.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Is-servizzi tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għad-detenturi tad-drittijiet u l-utenti huma essenzjali għall-iżvilupp u manutenzjoni tax-xena kulturali fl-Ewropa u għat-tkabbir ta’ industriji kreattivi kulturalment varjati. Organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettivi jappoġġjaw lil dawk li jikkreaw billi jiżviluppaw attivitajiet soċjali u kulturali importanti, billi jiżguraw aċċess għas-suq għal repertorji esiġenti jew anqas popolari u artisti ġodda.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) It-tixrid ta’ kontenut li huwa protett bi drittijiet tal-awtur u minn drittijiet u servizzi relatati inklużi kotba, produzzjonijiet awdjoviżivi u mużika rreġistrata jeħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ drittijiet minn detenturi differenti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, bħall-awturi, artisti, produtturi u pubblikaturi. Huwa normali għad-detenturi tad-drittijiet li jagħżlu bejn l-immaniġġjar individwali jew kollettiv tad-drittijiet tagħhom. L-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jinkludi l-ħruġ ta’ liċenzji lil utenti, il-verifika tal-liċenzji u s-sorveljanza tal-użu tad-drittijiet, l-infurzar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet derivat mill-isfruttament tad-drittijiet u t-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi jippermettu lid-detenturi tad-drittijiet jiġu mħallsa għall-użi li ma jkunux f’pożizzjoni biex jikkontrollaw jew jinfurzaw huma stess, inkluż fis-swieq mhux interni. Madankollu, dawn għandhom irwol soċjali u kulturali importanti bħala promoturi tad-diversità fl-espressjonijiet kulturali billi jippermettu li r-repertorji l-aktar żgħar u l-anqas popolari jaċċessaw is-suq. L-Artikolu 167 tat-TFUE jitlob lill-Unjoni sabiex tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha, b’mod partikolari biex tirrispetta u tippromwovi d-diversità tal-kulturi tagħha.

(2) It-tixrid ta’ kontenut li huwa protett bi drittijiet tal-awtur u minn drittijiet u servizzi relatati inklużi kotba, ritratti, produzzjonijiet awdjoviżivi jew mużika rreġistrata jeħtieġ il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ drittijiet minn detenturi differenti tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati, bħall-awturi, artisti, produtturi u pubblikaturi. Huwa normali għad-detenturi tad-drittijiet li jagħżlu bejn l-immaniġġjar individwali jew kollettiv tad-drittijiet tagħhom. L-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jinkludi l-ħruġ ta’ liċenzji lil utenti, il-verifika tal-liċenzji u s-sorveljanza tal-użu tad-drittijiet, l-infurzar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet derivat mill-isfruttament tad-drittijiet u t-tqassim trasparenti tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet. Organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet, bħala forma ta’ organizzazzjoni awtonoma tal-artisti, jippermettu lid-detenturi tad-drittijiet jiġu mħallsa għall-użi li ma jkunux f’pożizzjoni biex jikkontrollaw jew jinfurzaw huma stess, jew jekk jistgħu jagħmlu dan b’diffikultà, inkluż fis-swieq mhux interni. Għandhom jitqiesu b’mod xieraq il-funzjonijiet tagħhom bħala fiduċjarji u r-responsabbiltà partikolari tagħhom mill-aspetti kulturali u soċjali u s-soċjetà bħala tali. Madankollu, dawn għandhom irwol soċjali u kulturali importanti bħala promoturi tad-diversità fl-espressjonijiet kulturali billi jippermettu li r-repertorji l-aktar żgħar u l-anqas popolari jaċċessaw is-suq. L-Artikolu 167 tat-TFUE jitlob lill-Unjoni sabiex tikkunsidra l-aspetti kulturali fl-azzjoni tagħha, b’mod partikolari biex tirrispetta u tippromwovi d-diversità tal-kulturi tagħha. Permezz ta’ dan, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-iżvilupp ulterjuri tax-xena kulturali u artistika fl-Ewropa, kif ukoll għat-tkabbir tal-industriji kulturali u kreattivi.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Huwa essenzjali li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għal kompetizzjoni ġusta fl-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u li jiġu protetti d-drittijiet u l-interess ekonomiku tad-detenturi tad-drittijiet. F’dan ir-rigward, din id-Direttiva tirrifletti r-rwol speċifiku tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għad-detenturi tad-drittijiet u l-utenti fl-istess mod u toħloq preċiżjoni u aġġustamenti għar-regoli li jirregolaw il-moviment ħieles tas-servizzi.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) Minħabba r-rwol soċjali u kulturali tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet, dawn għandhom jistabbilixxu servizzi soċjali, kulturali jew edukattivi, li se jkunu disponibbli ugwalment għall-membri kollha ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 2c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c) Madankollu, huwa importanti li jittieħed kont tan-natura speċifika tal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġjar kollettiv, li l-missjoni tagħhom hija speċifikament iddedikata għas-setturi tal-awdjoviżiv u l-arti tal-ispettaklu, li jwettqu ħidma radikalment differenti minn dik tas-settur tal-mużika.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Meta jkunu stabbiliti fl-Unjoni, is-soċjetajiet kollettriċi – bħala fornituri tas-servizzi – għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti nazzjonali skont id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern li tfittex li toħloq qafas ġuridiku biex tiżgura l-libertà ta’ stabbilment u l-moviment ħieles ta’ servizzi bejn l-Istati Membri. Dan jimplika li s-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu liberi li jipprovdu s-servizzi tagħhom bejn il-fruntieri biex jirrappreżentaw id-detenturi tad-dritt residenti jew stabbiliti fi Stati Membri oħra jew biex joħorġu liċenzji lill-utenti residenti jew stabbiliti fi Stati Membri oħra.

imħassar

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Għandu jinħoħloq qafas legali xieraq għallorganizzazzjonijiet ta' mmaniġjar kollettiv u l-aktar l-Istati Membri li għad ma għandhomx dan għandhom iwaqqfu korp superviżorju sabiex tiġi ffaċilitata traspożizzjoni xierqa tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Jeżistu differenzi sinifikanti fir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-funzjonament tas-soċjetajiet kollettriċi, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza u l-kontabbiltà lejn il-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom. Lil hinn mid-diffikultajiet li d-detenturi tad-drittijiet mhux domestiċi jiltaqgħu magħhom meta jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u ħafna drabi l-ġestjoni finanzjarja ħażina tad-dħul miġbur, il-problemi li għandhom x’jaqsmu mal-funzjonament tas-soċjetajiet kollettriċi jwasslu għal ineffiċjenzi fl-isfruttament tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-suq intern għad-detriment bl-istess mod tal-membri tas-soċjetajiet kollettriċi, id-detenturi tad-drittijiet u l-utenti. Dawn id-diffikultajiet ma jirriżultawx mill-funzjonament ta’ fornituri ta’ servizzi indipendenti tal-immaniġġjar ta’ drittijiet li jaġixxu bħala aġenti għad-detenturi tad-drittijiet għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom fuq bażi kummerċjali u li fihom id-detenturi tad-drittijiet ma jeżerċitawx drittijiet ta’ sħubija.

(4) Jeżistu differenzi sinifikanti fir-regoli nazzjonali li jirregolaw il-funzjonament tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza u l-kontabbiltà lejn il-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom. Barra minn hekk, il-problemi li għandhom x’jaqsmu mal-funzjonament tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jwasslu għal ineffiċjenzi fl-isfruttament tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati fis-suq intern għad-detriment bl-istess mod tal-membri tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, id-detenturi tad-drittijiet u l-utenti. Dawn id-diffikultajiet ma jirriżultawx mill-funzjonament ta’ fornituri ta’ servizzi indipendenti tal-immaniġġjar ta’ drittijiet li jaġixxu bħala aġenti għad-detenturi tad-drittijiet għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom fuq bażi kummerċjali u li fihom id-detenturi tad-drittijiet ma jeżerċitawx drittijiet ta’ sħubija sakemm dawn ma jaġixxux f’kompetizzjoni diretta mal-organizzazzjonijiet ta' mmaniġjar kollettiv fl-oqsma tal-ġbir u d-distribuzzjoni tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet. F’każijiet bħal dawn, il-kriterji ta’ sjieda u kontroll mill-membri mhumiex rilevanti.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-ħtieġa li jittejjeb il-funzjonament tas-soċjetajiet kollettriċi diġà ġiet identifikata fil-passat. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/737/KE tat-18 ta’ Mejju 2005 dwar l-immaniġġjar transkonfinali kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati għal servizzi mużikali online leġittimi tistabbilixxi għadd ta’ prinċipji, bħal-libertà tad-detenturi tad-drittijiet li jagħżlu s-soċjetajiet kollettriċi tagħhom, it-trattament indaqs tal-kategoriji tad-detenturi tad-drittijiet u t-tqassim ekwu tar-royalties. Hija talbet ukoll lis-soċjetajiet kollettriċi sabiex jipprovdu lill-utenti b’informazzjoni suffiċjenti dwar it-tariffi u r-repertorju qabel ma jsiru n-negozjati. Fl-aħħar nett, kienet tinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar ir-responsabbiltà, ir-rappreżentazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet fil-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tas-soċjetajiet kollettriċi u s-soluzzjoni tat-tilwim. Madankollu, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/737/KE kienet strument li ma jorbotx limitat fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, ġie segwit b’mod irregolari.

(5) Il-ħtieġa li jittejjeb il-funzjonament tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv diġà ġiet identifikata fil-passat. Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/737/KE tat-18 ta’ Mejju 2005 dwar l-immaniġġjar transkonfinali kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati għal servizzi mużikali online leġittimi tistabbilixxi għadd ta’ prinċipji, bħal-libertà tad-detenturi tad-drittijiet li jagħżlu l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv tagħhom, it-trattament indaqs tal-kategoriji tad-detenturi tad-drittijiet u t-tqassim ekwu tar-royalties. Hija talbet ukoll lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv sabiex jipprovdu lill-utenti b’informazzjoni suffiċjenti dwar it-tariffi u r-repertorju qabel ma jsiru n-negozjati. Fl-aħħar nett, kienet tinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar ir-responsabbiltà, ir-rappreżentazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet fil-korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u s-soluzzjoni tat-tilwim. Madankollu, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/737/KE kienet strument li ma jorbotx limitat fil-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu. Għaldaqstant, ġie segwit b’mod irregolari.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv (CMOs) jinkludu kull forma ta’ entitajiet li jittrattaw l-immaniġġjar tad-drittijiet kollettivi, bħal soċjetajiet kollettriċi. Dan huwa terminu aktar ġenerali li għandu jintuża biex ikopri l-ikbar numru possibbli ta’ entitajiet li joperaw f’dan il-qasam.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-protezzjoni tal-interessi tal-membri tas-soċjetajiet kollettriċi, id-detenturi tad-drittijiet u l-partijiet terzi tirrikjedi li l-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-immanġġjar tad-drittijiet tal-awtur u l-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali jkunu kkoordinati fejn l-Istati Membri jippermettu dawn l-operazzjonijiet bil-għan li jkun hemm garanziji ekwivalenti madwar l-Unjoni. Għaldaqstant, id-Direttiva hija bbażata fuq l-Artikolu 50(2)(g) tat-Trattat.

(6) Il-protezzjoni tal-interessi tal-membri tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, id-detenturi tad-drittijiet u l-partijiet terzi tirrikjedi li l-liġijiet tal-Istati Membri relatati mal-immanġġjar tad-drittijiet tal-awtur u l-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali jkunu kkoordinati fejn l-Istati Membri jippermettu dawn l-operazzjonijiet bil-għan li jkun hemm garanziji ekwivalenti madwar l-Unjoni.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Sabiex jiġi żgurat li d-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jkunu jistgħu jibbenefikaw b’mod sħiħ mis-suq intern meta d-drittijiet tagħhom ikunu qed jiġu mmaniġġjati b’mod kollettiv u li l-libertà tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ma tiġix affettwata b’mod mhux xieraq, huwa neċessarju li jiġi pprovdut għall-inklużjoni tal-garanziji xierqa fid-dokumenti kostituttivi tas-soċjetajiet kollettriċi. Barra minn hekk, skont id-Direttiva 2006/123/KE, is-soċjetajiet kollettriċi ma għandhomx jiddiskriminaw, b’mod dirett jew indirett, bejn id-detenturi tad-drittijiet fuq il-bażi tan-nazzjonalità tagħhom, il-post ta’ residenza jew is-sede prinċipali meta jipprovdu s-servizzi ta’ ġestjoni tagħhom.

(8) Sabiex jiġi żgurat li d-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati jkunu jistgħu jibbenefikaw b’mod sħiħ mis-suq intern meta d-drittijiet tagħhom ikunu qed jiġu mmaniġġjati b’mod kollettiv u li l-libertà tagħhom li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ma tiġix affettwata b’mod mhux xieraq, huwa neċessarju li jiġi pprovdut għall-inklużjoni tal-garanziji xierqa fid-dokumenti kostituttivi tal-orgnizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv. Barra minn hekk, l-orgnizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv ma għandhomx jiddiskriminaw, b’mod dirett jew indirett, bejn id-detenturi tad-drittijiet fuq il-bażi tan-nazzjonalità tagħhom, il-post ta’ residenza jew is-sede prinċipali meta jipprovdu s-servizzi ta’ ġestjoni tagħhom.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Biex ikunu jistgħu jiġu pprovduti u riċevuti servizzi ta’ ġestjoni kollettiva bejn il-fruntieri nazzjonali, id-detenturi tad-drittijiet iridu jkunu jistgħu jagħżlu liberament is-soċjetà kollettriċi għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom, bħal prestazzjoni pubblika jew id-drittijiet tax-xandir, jew il-kategoriji ta’ drittijiet, bħal komunikazzjoni interattiva lill-pubbliku, sakemm is-soċjetà kollettriċi tkun diġà qed timmaniġġja dawn id-drittijiet. Dan ifisser li d-detenturi tad-drittijiet jistgħu faċilment jirtiraw id-drittijiet jew il-kategoriji ta’ drittijiet tagħhom minn soċjetà kollettriċi u jafdawhom jew jittrasferixxuhom kollha jew parti minnhom lil soċjetà kollettriċi oħra irrispettivament mill-Istat Membru ta’ residenza jew in-nazzjonalità tas-soċjetà kollettriċi jew tad-detentur tad-drittijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi li jimmaniġġjaw tipi differenti ta’ xogħlijiet u suġġetti oħra, bħal xogħlijiet letterarji, mużikali jew fotografiċi, għandhom ukoll jagħtu din il-flessibbiltà lid-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tal-immaniġġjar ta’ tipi differenti ta’ xogħlijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jinfurmaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar din l-għażla u jippermettulhom jeżerċitaw b’mod kemm jista’ jkun faċli. Fl-aħħar nett, din id-Direttiva ma għandhiex tippreġudika l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom b’mod individwali, inkluż fil-każ tal-użi mhux kummerċjali.

(9) Biex ikunu jistgħu jiġu riċevuti servizzi għall-ġestjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u kwistjonijiet oħra bejn il-fruntieri nazzjonali, id-detenturi tad-drittijiet iridu jkunu jistgħu jagħżlu liberament l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom, bħal prestazzjoni pubblika jew id-drittijiet tax-xandir, jew il-kategoriji ta’ drittijiet, bħal komunikazzjoni interattiva lill-pubbliku, sakemm l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tkun diġà qed timmaniġġja dawn id-drittijiet. Dan ifisser li d-detenturi tad-drittijiet jistgħu faċilment jirtiraw id-drittijiet jew il-kategoriji ta’ drittijiet tagħhom minn organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv u jafdawhom jew jittrasferixxuhom jekk ikun meħtieġ kollha jew parti minnhom lil organizzazzjoni oħra ta’ mmaniġġjar kollettiv irrispettivament mill-Istat Membru ta’ residenza jew in-nazzjonalità tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv jew tad-detentur tad-drittijiet. Organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li jimmaniġġjaw tipi differenti ta’ xogħlijiet u suġġetti oħra, bħal xogħlijiet letterarji, mużikali jew fotografiċi, għandhom ukoll jagħtu din il-flessibbiltà lid-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tal-immaniġġjar ta’ tipi differenti ta’ xogħlijiet. L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom jinfurmaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar din l-għażla u jippermettulhom jeżerċitaw b’mod kemm jista’ jkun faċli. Fl-aħħar nett, din id-Direttiva ma għandhiex tippreġudika l-possibbiltajiet tad-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom fil-każ tal-użi mhux kummerċjali.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandha tqis l-ispeċifiċità ta’ kull settur. F’dan il-kuntest, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv huma mezz preferut biex jiżguraw remunerazzjoni ġusta lill-awturi. L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom ikunu kapaċi jiżguraw il-missjoni tagħhom ta’ qsim tal-ispejjeż ta’ ġestjoni għall-benefiċċju tal-membri kollha tagħhom, is-sigurtà legali tal-utenti, kif ukoll id-difiża u l-promozzjoni tad-diversità kulturali.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-membri tas-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem u jivvutaw fil-laqgħa ġenerali; l-eżerċitar ta’ dawn id-drittijiet jista’ jkun biss suġġett għal restrizzjonijiet ġusti u proporzjonati. L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzoni għandu jkun iffaċilitat.

(12) L-interessi tal-membri kollha tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom jiġu rappreżentati fil-laqgħa ġenerali u l-membri kollha tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom ikunu jistgħu jieħdu sehem u jivvutaw fil-laqgħa ġenerali. L-eżerċitar tad-drittijiet tal-votazzjoni għandu jkun faċli kemm jista’ jkun u meta possibbli permezz ta' mezzi elettroniċi.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-membri għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-sorveljanza tal-immaniġġjar tas-soċjetajiet kollettriċi. Għal dan il-għan, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jistabbilixxu funzjoni superviżorja li tkun xierqa għall-istruttura organizzattiva tagħhom u għandhom jippermettu lill-membri jiġu rappreżentati fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni. Sabiex jevitaw li jimponu piż żejjed fuq is-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar u biex jagħmlu l-obbligi li joħorġu minn din id-Direttiva proporzjonati, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jeskludu lis-soċjetajiet kollettriċi ż-żgħar milli jkollhom jorganizzaw funzjoni superviżorja bħal din, jekk jikkunsidraw dan meħtieġ.

(13) Il-membri għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw fis-sorveljanza tal-immaniġġjar tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv. Għal dan il-għan, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom jistabbilixxu funzjoni superviżorja li tkun xierqa għall-istruttura organizzattiva tagħhom u għandhom jippermettu lill-kategoriji kollha differenti tal-membri jiġu rappreżentati b’mod ugwali fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Għal raġunijiet ta’ mmaniġġjar tajjeb, maniġment superjuri ta’ soċjetà kollettriċi għandu jkun indipendenti. Il-maniġers u d-diretturi eżekuttivi għandhom ikunu obbligati jiddikjaraw kull sena lis-soċjetà kollettriċi, jekk hemmx kunflitti bejn l-interessi tagħhom u dawk tas-soċjetà.

(14) Għal raġunijiet ta’ mmaniġġjar tajjeb, maniġment ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandu jkun indipendenti. Il-maniġers u d-diretturi eżekuttivi għandhom ikunu obbligati jiddikjaraw qabel ma jaċċettaw id-doveri tagħhom f'organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv, jekk hemmx kunflitti bejn l-interessi tagħhom u dawk tal-organizzazzjoni. Barra minn hekk, dawn għandhom ikunu meħtieġa jagħmlu tali dikjarazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess kull sena wara li jaċċettaw id-doveri tagħhom f’organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Is-soċjetajiet kollettriċi jiġbru, jimmaniġġjaw u jqassmu d-dħul mill-isfruttament tad-drittijiet fdati lilhom mid-detenturi tad-drittijiet. Dan id-dħul fl-aħħar mill-aħħar huwa dovut lil detenturi tad-drittijiet li jistgħu jkunu membri ta’ dik is-soċjetà, jew ta’ soċjetà oħra. Għaldaqstant huwa importanti li s-soċjetajiet kollettriċi jeżerċitaw l-ogħla diliġenza fil-ġbir, l-immaniġġjar u t-tqassim tad-dħul. It-tqassim preċiż huwa possibbli biss meta soċjetajiet kollettriċi jżommu rekords tajbin ta’ sħubija, liċenzji u użu ta’ xogħlijiet u suġġetti oħrajn. Fejn xieraq, id-dejta għandha tkun ipprovduta wkoll mid-detenturi tad-drittijiet u l-utenti u tkun verifikata mis-soċjetajiet kollettriċi. L-ammonti miġbura u dovuti lid-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu ġestiti separatament mill-assi proprji tas-soċjetà kollettriċi u, jekk jiġu investiti, sakemm ma jitqassmux lid-detenturi tad-drittijiet, dan għandu jitwettaq skont il-politika ta’ investiment deċiża waqt il-laqgħa ġenerali tas-soċjetajiet kollettriċi. Sabiex jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet u sabiex ikun żgurat li kwalunkwe dħul li jista’ jkun derivat mill-isfruttar tad-drittijiet tagħhom jinġabar għall-benefiċċju tad-detenturi tad-drittijiet, l-investimenti li għamlet is-soċjetà kollettriċi u li huma miżmuma minnha, għandhom ikunu mmaniġġjati skont il-kriterju li jobbliga lis-soċjetà kollettriċi biex tieħu azzjoni prudenti, filwaqt li tippermetti lis-soċjetà kollettriċi biex tiddeċiedi dwar l-iktar politika ta’ investiment sikura u effiċjenti. Dan jippermetti lis-soċjetà kollettriċi biex tagħżel allokazzjoni ta’ assi li tixraq lin-natura preċiża u l-perjodu ta’ żmien ta’ kwalunkwe skopertura għar-riskju ta’ kwalunkwe dħul mid-drittijiet investit u li ma tippreġudikax għalxejn kwalunkwe dħul mid-drittijiet dovut lid-detenturi tad-drittijiet. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ikunu mqassma b’mod xieraq u effettiv, huwa meħtieġ li s-soċjetajiet kollettriċi jieħdu miżuri raġonevoli li huma diliġenti u ta’ bona fede biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet rilevanti. Huwa wkoll xieraq li tingħata l-approvazzjoni mill-membri tas-soċjetajiet kollettriċi tar-regoli li jirregolaw kwalunkwe sitwazzjoni fejn, minħabba n-nuqqas ta’ identifikazzjoni u lokalizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, l-ammonti miġbura ma jistgħux jitqassmu.

(15) L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jiġbru, jimmaniġġjaw u jqassmu d-dħul mill-isfruttament tad-drittijiet fdati lilhom mid-detenturi tad-drittijiet. Dan id-dħul fl-aħħar mill-aħħar huwa dovut lil detenturi tad-drittijiet li jistgħu jkunu membri ta’ dik l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, jew ta’ organizzazzjoni oħra. Għaldaqstant huwa importanti li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jeżerċitaw l-ogħla diliġenza u effiċjenza fil-ġbir, l-immaniġġjar u t-tqassim tad-dħul. It-tqassim preċiż huwa possibbli biss meta organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv iżommu rekords tajbin u trasparenti ta’ sħubija, liċenzji u użu ta’ xogħlijiet u suġġetti oħrajn. Id-dejta dwar l-użu tad-drittijiet immaniġġjati mill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tkun ipprovduta wkoll mid-detenturi tad-drittijiet u l-utenti b’mod rapidu u b’diliġenza xierqa, u tkun ivverifikata minn dawk l-organizzazzjonijiet. L-ammonti miġbura u dovuti lid-detenturi tad-drittijiet għandhom jiġu ġestiti separatament mill-assi proprji tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv u, jekk jiġu investiti, sakemm ma jitqassmux lid-detenturi tad-drittijiet, dan għandu jitwettaq skont il-politika ta’ investiment deċiża waqt il-laqgħa ġenerali tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv. Sabiex jinżamm livell għoli ta’ protezzjoni għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet u sabiex ikun żgurat li kwalunkwe dħul li jista’ jkun derivat mill-isfruttar tad-drittijiet tagħhom jinġabar għall-benefiċċju tad-detenturi tad-drittijiet, l-investimenti li għamlet l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet u li huma miżmuma minnha, għandhom ikunu mmaniġġjati skont il-kriterju li jobbliga lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv biex tieħu azzjoni prudenti, filwaqt li jippermettilha biex tiddeċiedi dwar l-iktar politika ta’ investiment sikura u effiċjenti. Billi l-immaniġġjar kollettiv ta’ drittijiet minn organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv ma jimmirax għall-profitt, jaqbel li dawn l-organizzazzjonijiet jagħżlu investiment ta’ assi mfassla għan-natura eżatta u t-tul, billi jevitaw kwalunkwe skopertura għar-riskji tad-dħul mid-drittijiet tal-awtur. Dan jippermetti lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv biex tagħżel allokazzjoni ta’ assi sikura u li tagħmel qligħ li tevita skopertura għar-riskju ta’ kwalunkwe dħul mid-drittijiet investit u li ma tippreġudikax għalxejn kwalunkwe dħul mid-drittijiet dovut lid-detenturi tad-drittijiet. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ikunu mqassma b’mod xieraq u effettiv, huwa meħtieġ li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jieħdu miżuri raġonevoli li huma diliġenti u ta’ bona fede biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet rilevanti. Huwa wkoll xieraq li tingħata l-approvazzjoni mill-membri tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv tar-regoli li jirregolaw kwalunkwe sitwazzjoni fejn, minħabba n-nuqqas ta’ identifikazzjoni u lokalizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet, l-ammonti miġbura ma jistgħux jitqassmu.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Termini kummerċjali ġusti fl-għoti ta’ liċenzji, huma partikolarment importanti biex jiżguraw li l-utenti jkunu jistgħu jagħtu liċenzja għax-xogħlijiet u għal suġġetti protetti oħra li soċjetà kollettriċi tirrappreżenta d-drittijiet tagħhom u biex jiġi żgurat ir-remunerazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet. Għaldaqstant, is-soċjetajiet kollettriċi u l-utenti għandhom imexxu n-negozjati tal-ħruġ ta liċenzji in bona fede u japplikaw tariffi stabbiliti fuq il-bażi ta kriterji oġġettivi.

(18) Termini kummerċjali ġusti fl-għoti ta’ liċenzji, huma partikolarment importanti biex jiżguraw li l-utenti jkunu jistgħu jagħtu liċenzja għax-xogħlijiet u għal suġġetti protetti oħra li organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tirrappreżenta d-drittijiet tagħhom u biex tiġi żgurata r-remunerazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet. Għaldaqstant, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u l-utenti għandhom imexxu n-negozjati tal-ħruġ ta' liċenzji in bona fede u japplikaw tariffi stabbiliti fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Biex tissaħħaħ it-trasparenza u jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn l-utenti jirċievu aktar minn fattura waħda għall-istess drittijiet fl-istess xogħlijiet, l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jiġu obbligati jikkooperaw mill-qrib bejniethom. Din il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-akkomunament tal-informazzjoni dwar il-liċenzji u l-użu ta’ xogħlijiet f’bażi tad-data komuni, fatturazzjoni u ġbir tad-dħul mid-drittijiet ikkoordinati u konġunti.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Biex isaħħu l-fiduċja tad-detenturi tad-drittijiet, l-utenti u s-soċjetajiet kollettriċi oħra fis-servizzi ta’ ġestjoni pprovduti minn soċjetajiet kollettriċi, kull soċjetà kollettriċi għandha tkun meħtieġa tistabbilixxi miżuri ta’ trasparenza speċifiċi. Għaldaqstant, kull soċjetà kollettriċi għandha tinforma lid-detenturi tad-drittijiet individwali, dwar l-ammonti mħallsa lilhom u t-tnaqqis korrispondenti li jsir. Dawn għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni suffiċjenti, inkluża informazzjoni finanzjarja, lis-soċjetajiet kollettriċi l-oħra li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom permezz ta’ ftehimiet ta’ rappreżentazzjoni. Kull soċjetà kollettriċi għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, biżżejjed informazzjoni biex tiżgura li d-detenturi tad-drittijiet, l-utenti u soċjetajiet kollettriċi oħra jifhmu kif inhi strutturata u kif twettaq l-attivitajiet tagħha. B’mod partikolari, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jiżvelaw lid-detenturi tad-drittijiet, lill-utenti u lil soċjetajiet kollettriċi oħra, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-repertorju tagħhom u r-regoli tagħhom dwar il-ħlasijiet, it-tnaqqis u t-tariffi.

(19) Biex isaħħu l-fiduċja tad-detenturi tad-drittijiet, l-utenti u l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra fis-servizzi ta’ ġestjoni pprovduti minn organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, kull organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tkun meħtieġa tistabbilixxi miżuri ta’ trasparenza speċifiċi. Għaldaqstant, kull organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tinforma lid-detenturi tad-drittijiet individwali, dwar l-ammonti mħallsa lilhom u t-tnaqqis korrispondenti li jsir. L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom jipprovdu wkoll informazzjoni suffiċjenti, inkluża informazzjoni finanzjarja, lill-organizzazzjonijiet l-oħra ta’ mmaniġġjar kollettiv li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom permezz ta’ ftehimiet ta’ rappreżentazzjoni. Kull organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, l-informazzjoni kollha li għandha tiġi stabbilita b’mod uniformi biex tiżgura li d-detenturi tad-drittijiet, l-utenti u organizzazzjonijiet oħra ta’ mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet jifhmu kif inhi strutturata u kif twettaq l-attivitajiet tagħha. B’mod partikolari, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jiżvelaw lid-detenturi tad-drittijiet, lill-utenti u lil organizzazzjonijiet oħra ta’ mmaniġġjar kollettiv, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-repertorju tagħhom u r-regoli tagħhom dwar il-ħlasijiet, it-tnaqqis u t-tariffi, abbażi ta’ kategoriji ta' informazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti b’mod uniformi.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Filwaqt li l-Internet ma għandu l-ebda konfini, is-suq online għas-servizzi tal-mużika fl-UE għadu frammentat, u għadu ma ntlaħaq l-ebda suq uniku b’mod sħiħ. F’numru ta’ każijiet, il-kumplessità u d-diffikultà assoċjati mal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet fl-Ewropa aggravaw din il-frammentazzjoni tas-suq diġitali Ewropew għas-servizzi tal-mużika online. Din is-sitwazzjoni tikkuntrasta ħafna t-talba li qed tikber malajr ħafna tal-konsumaturi għall-aċċess għal kontenut diġitali u servizzi innovattivi assoċjati, inkluż lil hinn minn fruntieri nazzjonali.

(22) Filwaqt li l-Internet ma għandu l-ebda konfini, is-suq online għas-servizzi tal-mużika fl-UE għadu frammentat, u għadu ma ntlaħaq l-ebda suq uniku b’mod sħiħ. F’numru ta’ każijiet, il-kumplessità u d-diffikultà assoċjati mal-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet fl-Ewropa aggravaw din il-frammentazzjoni tas-suq diġitali Ewropew għas-servizzi tal-mużika online. Din is-sitwazzjoni tikkuntrasta ħafna t-talba li qed tikber malajr ħafna tal-konsumaturi għall-aċċess disponibbli legalment għal kontenut diġitali u servizzi innovattivi assoċjati, inkluż lil hinn minn fruntieri nazzjonali. Għaldaqstant, huwa dejjem aktar meħtieġ li d-drittijiet tal-awtur jiġu adattati għall-era diġitali.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Il-provvista ta’ liċenzji multiterritorjali multirepertorju għal drittijiet ta’ mużika online u l-protezzjoni ta’ ħlas ġust u xieraq għad-detenturi tad-drittijiet minn organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv hija fl-interess ekonomiku u kulturali ġenerali tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha. Il-kooperazzjoni transkonfinali ta’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jew il-konsolidazzjoni tal-attivitajiet ta’ ħruġ ta’ liċenzji tagħhom biex jinġabru flimkien ir-repertorji kumplimentari rispettivi tagħhom hija indispensabbli għall-istabbiliment u l-funzjonament ta’ sistema effiċjenti ta’ liċenzji multiterritorjali multirepertorju għal drittijiet online ta’ xogħlijiet mużikali.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/737/KE ippromwoviet ambjent regolatorju ġdid li huwa aktar adattat għall-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati għall-forniment ta’ servizzi ta’ mużika online leġittimi, fil-livell tal-Unjoni. Ir-rakkomandazzjoni tirrikonoxxi li fl-era tal-isfruttament online tax-xogħlijiet mużikali, l-utenti kummerċjali jeħtieġu politika ta’ ħruġ ta’ liċenzji li tikkorrispondi għall-ubikwità tal-ambjent online u li hija multiterritorjali. Madankollu, ir-Rakkomandazzjoni, minħabba n-natura volontarja tagħha, ma kinitx suffiċjenti biex tħeġġeġ il-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali mifrux ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali u biex tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-għoti ta’ liċenzji multiterritorjali.

(23) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2005/737/KE ippromwoviet ambjent regolatorju ġdid għall-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati għall-forniment ta’ servizzi ta’ mużika online leġittimi, fil-livell tal-Unjoni. Ir-rakkomandazzjoni tirrikonoxxi li fl-era tal-isfruttament online tax-xogħlijiet mużikali, l-utenti kummerċjali jeħtieġu politika ta’ ħruġ ta’ liċenzji li tikkorrispondi għall-ubikwità tal-ambjent online u li hija multiterritorjali. Madankollu, ir-Rakkomandazzjoni ma kinitx suffiċjenti biex tħeġġeġ il-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali mifrux ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali u biex tindirizza l-ħtiġijiet speċifiċi tal-għoti ta’ liċenzji multiterritorjali.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Din id-Direttiva tikkunsidra wkoll il-possibbiltà ta’ distinzjoni fl-użu kummerċjali, l-użu personali, kif ukoll l-użu ħieles mingħajr skop ta’ qligħ. Barra minn hekk, id-detenturi tad-drittijiet għandhom il-possibbiltà jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom b’mod individwali jew anke jistgħu jittrasferixxuhom lil organizzazzjoni jew assoċjazzjoni oħra.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Fis-settur tal-mużika online, fejn il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awturi fuq bażi territorjali tibqa' n-norma, huwa essenzjali li jinħolqu kundizzjonijiet li jwasslu għall-prattiki ta' ħruġ ta' liċenzji l-aktar effettivi mis-soċjetajiet kollettriċi, f'kuntest transfruntier dejjem jikber. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġi pprovdut sett ta’ regoli li jikkoordinaw il-kundizzjonijiet bażiċi għall-forniment mis-soċjetajiet kollettriċi ta’ ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali kollettivi tad-drittijiet online tal-awturi f’xogħlijiet mużikali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw il-kwalità minima meħtieġa mis-servizzi transtransfruntiera pprovduti mis-soċjetajiet kollettriċi, b’mod partikolari f’termini ta’ trasparenza tar-repertorju rappreżentat u ta’ preċiżjoni tal-flussi finanzjarji relatati mal-użu tad-drittijiet. Dawn għandhom jistabbilixxu wkoll qafas biex jiffaċilita l-aggregazzjoni volontarja tar-repertorju ta’ mużika biex b’hekk inaqqsu l-għadd ta’ liċenzji li għandu bżonn utent biex jopera servizz multiterritorjali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jippermettu soċjetà kollettriċi titlob soċjetà kollettriċi oħra biex tirrappreżenta r-repertorju tagħha fuq bażi multiterritorjali meta ma hija stess ma tkunx tista’ tissodisfa r-rekwiżiti. Għandu jkun hemm obbligu fuq is-soċjetà rikjesta, sakemm din taggrega r-repertorji u toffri jew toħroġ liċenzji multiterrirorjali, biex taċċetta l-mandat tas-soċjetà li tagħmel it-talba. L-iżvilupp ta’ servizzi ta’ mużika online legali fl-Ewropa kollha għandu jikkontribwixxi wkoll għall-ġlieda kontra l-piraterija.

(24) Għall-kuntrarju tas-setturi kreattivi l-oħra fejn il-ħruġ dirett ta’ liċenzji għandu rwol aktar importanti, il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet tal-awturi fuq bażi territorjali tibqa n-norma fis-settur tal-mużika online. Għalhekk, huwa essenzjali li jinħolqu kundizzjonijiet li jwasslu għall-prattiki ta ħruġ ta liċenzji l-aktar effettivi mill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, fkuntest transfruntier dejjem jikber. Għaldaqstant huwa xieraq li jiġi pprovdut sett ta’ regoli li jikkoordinaw il-kundizzjonijiet bażiċi għall-forniment mill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv ta’ ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali kollettivi tad-drittijiet online tal-awturi f’xogħlijiet mużikali, biex b'hekk tiżdied l-għażla tal-konsumaturi u jsir avvanz lejn it-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw il-kwalità minima meħtieġa mis-servizzi transkonfinali pprovduti mill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, b’mod partikolari f’termini ta’ trasparenza tar-repertorju rappreżentat u ta’ preċiżjoni tal-flussi finanzjarji relatati mal-użu tad-drittijiet. Dawn għandhom jistabbilixxu wkoll qafas biex jiffaċilita l-aggregazzjoni volontarja tar-repertorju ta’ mużika biex b’hekk inaqqsu l-għadd ta’ liċenzji li għandu bżonn utent biex jopera servizz multiterritorjali u jagħmel il-ħruġ tagħhom aktar effiċjenti. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jippermettu organizzazzjoni tal-ġestjoni kollettiva titlob organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra biex tirrappreżenta r-repertorju tagħha fuq bażi multiterritorjali meta hija stess ma tkunx tista’ tissodisfa r-rekwiżiti. Għandu jkun hemm obbligu fuq l-organizzazzjoni rikjesta, sakemm din taggrega r-repertorji u toffri jew toħroġ liċenzji multiterritorjali, biex taċċetta l-mandat tal-organizzazzjoni li tagħmel it-talba. L-iżvilupp ta’ servizzi ta’ mużika online legali fl-Ewropa kollha għandu jikkontribwixxi wkoll għall-ġlieda kontra l-piraterija.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Biex jiżguraw li d-dejta dwar ir-repertorju tal-mużika li jipproċessaw tkun kemm jista’ jkun preċiża, is-soċjetajiet kollettriċi li joħorġu liċenzji multiterritorjali ta’ xogħlijiet mużikali għandhom ikunu meħtieġa jaġġornaw il-bażijiet tad-dejta tagħhom kontinwament u mingħajr dewmien. Dawn għandhom jistabbilixxu proċeduri aċċessibbli faċilment biex jippermettu lid-detenturi tad-drittijiet u lil soċjetajiet kollettriċi oħra li huma jistgħu jirrappreżentaw ir-repertorju tagħhom, biex jinfurmawhom dwar kull ineżattezza li jista jkun fiha l-bażi tad-dejta tas-soċjetajiet kollettriċi fir-rigward tax-xogħlijiet li huma proprjetà tagħhom jew li jikkontrollaw, inklużi drittijiet - bmod parzjali jew sħiħ, u l-Istati Membri li għalihom awtorizzaw lis-soċjetà kollettriċi rilevanti biex taġixxi. Dawn għandu jkollhom il-kapaċità li jipproċessaw elettronikament ir-reġistrazzjoni tax-xogħlijiet u l-awtorizzazzjonijiet biex jiġu mmaniġġjati d-drittijiet. Minħabba l-importanza tal-awtomazzjoni tal-informazzjoni għall-ipproċessar rapidu u effettiv tad-dejta, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jipprovdu għall-użu ta’ mezzi elettroniċi għall-komunikazzjoni strutturata ta’ dik l-informazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet. Sa fejn possibbli, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom jiżguraw li dawn il-mezzi elettroniċi jikkunsidraw l-istandards jew il-prattiki industrijali rilevanti li ġew żviluppati fil-livell internazzjonali jew fil-livell tal-Unjoni.

(26) Biex jiżguraw li d-dejta dwar ir-repertorju tal-mużika li jipproċessaw tkun kemm jista’ jkun preċiża, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li joħorġu liċenzji multiterritorjali ta’ xogħlijiet mużikali għandhom ikunu meħtieġa jaġġornaw il-bażijiet tad-dejta tagħhom kontinwament u mingħajr dewmien. Dawn għandhom jistabbilixxu proċeduri aċċessibbli faċilment biex jippermettu lid-detenturi tad-drittijiet, lil organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra li huma jistgħu jirrappreżentaw ir-repertorju tagħhom, lill-untenti u lill-konsumaturi, biex jinfurmawhom dwar kull ineżattezza li jista' jkun fiha l-bażi tad-dejta tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv fir-rigward tax-xogħlijiet li huma proprjetà tagħhom jew li jikkontrollaw, inklużi drittijiet - b'mod parzjali jew sħiħ, u l-Istati Membri li għalihom awtorizzaw lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv rilevanti biex taġixxi. Dawn għandu jkollhom il-kapaċità li jipproċessaw elettronikament ir-reġistrazzjoni tax-xogħlijiet u l-awtorizzazzjonijiet biex jiġu mmaniġġjati d-drittijiet. Minħabba l-importanza tal-awtomazzjoni tal-informazzjoni għall-ipproċessar rapidu u effettiv tad-dejta, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom jipprovdu għall-użu ta’ mezzi elettroniċi għall-komunikazzjoni strutturata tal-informazzjoni li hija llimitata għall-ħtieġa ta’ din it-tranżizzjoni mid-detenturi tad-drittijiet. Sa fejn possibbli, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom jiżguraw li dawn il-mezzi elettroniċi jikkunsidraw l-istandards jew il-prattiki industrijali rilevanti li ġew żviluppati fil-livell internazzjonali jew fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) It-teknoloġija diġitali tippermetti s-sorveljanza awtomatizzata mis-soċjetajiet kollettriċi tal-użu mid-detentur tal-liċenzja tax-xogħlijiet mużikali liċenzjati u tiffaċilita l-fatturazzjoni sussegwenti. L-istandards industrijali għall-użu tal-mużika, ir-rappurtar tal-bejgħ u l-fatturazzjoni huma strumentali biex itejbu l-effiċjenza fl-iskambju tad-dejta bejn is-soċjetajiet kollettriċi u l-utenti. Il-monitoraġġ tal-użu tal-liċenzji għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, jiġifieri d-dritt li tiġi rrispettata l-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni tad-dejta. Biex jiġi żgurat li dawn il-gwadanji fl-effiċjenza jissarfu f’ipproċessar finanzjarju aktar rapidu u finalment f’pagamenti aktar kmieni lid-detenturi tad-drittijiet, is-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu meħtieġa li jibgħatu fattura lill-fornituri tas-servizzi u li jqassmu l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet mingħajr dewmien. Biex dan ir-rekwiżit ikun effettiv, huwa meħtieġ li d-detenturi tal-liċenzja jagħmlu kull sforz possibbli biex jipprovdu lis-soċjetajiet kollettriċi b’rapporti preċiżi u fil-ħin dwar l-użu tax-xogħlijiet. Is-soċjetajiet kollettriċi ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw ir-rapporti tal-utenti f’formati proprjetarji meta jkunu disponibbli standards industrijali li jintużaw b’mod mifrux ħafna.

(27) It-teknoloġija diġitali tippermetti s-sorveljanza awtomatizzata mill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv tal-użu mid-detentur tal-liċenzja tax-xogħlijiet mużikali liċenzjati u tiffaċilita l-fatturazzjoni sussegwenti. L-istandards industrijali għall-użu tal-mużika, ir-rappurtar tal-bejgħ u l-fatturazzjoni huma strumentali fit-titjib tal-effiċjenza fl-iskambju tad-dejta bejn l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u l-utenti. Il-monitoraġġ tal-użu tal-liċenzji għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, jiġifieri d-dritt li tiġi rrispettata l-ħajja privata u tal-familja u l-protezzjoni tad-dejta. Biex jiġi żgurat li dawn il-gwadanji fl-effiċjenza jissarfu f’ipproċessar finanzjarju aktar rapidu u finalment f’pagamenti aktar kmieni lid-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom ikunu meħtieġa li jistabbilixxu proċedura ta’ kooperazzjoni bejniethom sabiex jiżguraw li kull utent jirċievi fattura konġunta waħda u li jqassmu l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet mingħajr dewmien. Biex dan ir-rekwiżit ikun effettiv, huwa meħtieġ li d-detenturi tal-liċenzja jagħmlu kull sforz possibbli biex jipprovdu lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv b’rapporti preċiżi u fil-ħin dwar l-użu tax-xogħlijiet. L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv ma għandhomx ikunu obbligati jaċċettaw ir-rapporti tal-utenti f’formati proprjetarji meta jkunu disponibbli standards industrijali li jintużaw b’mod mifrux ħafna.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a) Filwaqt li t-trasparenza u l-eżattezza tal-informazzjoni tar-repertorju, rappurtar f’waqtu u preċiż, ħruġ ta’ fatturi u ħlas lid-detenturi tad-drittijiet huma indispensabbli għall-funzjonament tal-liċenzjar multiterritorjali fis-suq intern, huwa wkoll xieraq li jkun mitlub li organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li jimmaniġġjaw drittijiet tal-awtur f’xogħlijiet mużikali jissodisfaw dawn l-istandards ogħla b’rispett għall-forom l-oħra kollha ta’ sfruttament ta’ dawn ix-xogħlijiet u għat-tipi kollha ta’ liċenzji li jipprovdu. Madanakollu jeħtieġ li jiġi rikonoxxut li biex jintlaħqu l-istandards stipulati għall-ħruġ ta’ fatturi u ħlas preċiżi għad-detenturi tad-drittijiet għandu jkun hemm titjib fil-preċiżjoni tar-rappurtar mill-utenti, b’mod partikolari fl-ambjent offline. Għalhekk, mhemmx bżonn li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jikkonformaw ma’ dawn ir-rekwiżiti qabel l-2020.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) L-aggregazzjoni ta’ repertorji mużikali differenti għall-għoti ta’ liċenzji multiterritorjali tiffaċilita l-proċess ta’ ħruġ ta’ liċenzji u, billi tagħmel ir-repertorji kollha aċċessibbli għas-suq għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali, issaħħaħ id-diversità kulturali u tikkontribwixxi għat-tnaqqis fin-numru ta’ tranżazzjonijiet, li fornitur ta’ servizzi online jeħtieġ sabiex joffri dak is-servizz. Dik l-aggregazzjoni ta’ repertorji għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta’ servizzi online ġodda, u għandha tirriżulta fi tnaqqis fil-kosti ta’ tranżazzjoni li jiġu mgħoddija lill-konsumaturi. Għaldaqstant, is-soċjetajiet kollettriċi li mhumiex lesti jew mhumiex kapaċi joħorġu liċenzji multiterritorjali direttament fir-repertorju mużikali proprju tagħhom, għandhom ikunu mħeġġa jawtorizzaw soċjetajiet kollettriċi oħra volontarjament bil-kompitu li jimmaniġġjaw ir-repertorju tagħhom skont termini mhux diskriminatorji. Meta ssir it-talba għall-mandat, is-soċjetà kollettriċi rikjesta għandha tintalab taċċetta, sakemm hija taggrega r-repertorji u toffri jew toħroġ liċenzji multiterritorjali. Barra minn hekk, l-esklussività fil-ftehimiet dwar il-liċenzji multiterritorjali tirrestrinġi l-għażliet disponibbli għall-utenti li jkunu qed ifittxu liċenzji multiterritorjali u tirrestrinġi wkoll il-bidliet disponibbli għas-soċjetajiet kollettriċi li jkunu qed ifittxu servizzi amministrattivi għar-repertorju tagħhom fuq bażi multiterritorjali. Għaldaqstant, il-ftehimiet kollha ta' rappreżentazzjoni bejn soċjetajiet kollettriċi li jipprovdu ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali għandhom ikunu konklużi fuq ’ażi mhux esklussiva.

(29) L-aggregazzjoni ta’ repertorji mużikali differenti għall-għoti ta’ liċenzji multiterritorjali tiffaċilita l-proċess ta’ ħruġ ta’ liċenzji u, billi tagħmel ir-repertorji kollha aċċessibbli għas-suq għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali, issaħħaħ id-diversità kulturali u tikkontribwixxi għat-tnaqqis fin-numru ta’ tranżazzjonijiet, li fornitur ta’ servizzi online jeħtieġ sabiex joffri dak is-servizz. Dik l-aggregazzjoni ta’ repertorji għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta’ servizzi online ġodda, u għandha tirriżulta fi tnaqqis fil-kosti ta’ tranżazzjoni li jiġu mgħoddija lill-konsumaturi. Għaldaqstant, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li mhumiex lesti jew mhumiex kapaċi joħorġu liċenzji multiterritorjali direttament fir-repertorju mużikali proprju tagħhom, għandhom jawtorizzaw organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra volontarjament bil-kompitu li jimmaniġġjaw ir-repertorju tagħhom skont termini mhux diskriminatorji. Meta ssir it-talba għall-mandat, l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv rikjesta għandha tintalab taċċetta, sakemm hija taggrega r-repertorji u toffri jew toħroġ liċenzji multiterritorjali. Barra minn hekk, l-esklussività fil-ftehimiet dwar il-liċenzji multiterritorjali tirrestrinġi l-għażliet disponibbli għall-utenti li jkunu qed ifittxu liċenzji multiterritorjali u tirrestrinġi wkoll il-bidliet disponibbli għall-organizzazzjojiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li jkunu qed ifittxu servizzi amministrattivi għar-repertorju tagħhom fuq bażi multiterritorjali. Għaldaqstant, il-ftehimiet kollha ta' rappreżentazzjoni bejn organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li jipprovdu ħruġ ta' liċenzji multiterritorjali għandhom ikunu konklużi fuq bażi mhux esklussiva.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Ġeneralment, l-organizzazzjonijiet tax-xandir jiddependu fuq liċenzji minn soċjetà kollettriċi lokali, għax-xandiriet tagħhom ta’ programmi tat-televiżjoni u tar-radju li jinkludu xogħlijiet mużikali. Ħafna drabi, din il-liċenzja hija limitata għal attivitajiet ta’ xandir. Se tkun meħtieġa liċenzja għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali sabiex dawn ix-xandiriet tat-televiżjoni jew tar-radju jkunu wkoll disponibbli online. Sabiex ikun iffaċilitat il-ħruġ ta’ liċenzji ta’ drittijiet mużikali online għall-finijiet ta’ trażmissjoni simultanja u mdewmata’ xandiriet tat-televiżjoni jew tar-radju jeħtieġ li tiġi pprovduta deroga mir-regoli li nkella tkun tapplika għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ xogħlijiet mużikali għall-użi online. Din id-deroga għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex ikun possibbli aċċess għal programmi tat-televiżjoni jew tar-radju u għal materjal li għandu relazzjoni ċara u subordinata għax-xandir oriġinali prodott għal pereżempju supplimentazzjoni, previżjoni jew reviżjoni ta' dak il-programm tat-televiżjoni jew tar-radju. Dik id-deroga ma għandhiex topera b’tali mod li tfixkel il-kompetizzjoni b’servizzi oħra li jagħtu aċċess lill-konsumaturi għal xogħlijiet mużikali jew awdjoviżivi individwali, jew twassal għal prattiki restrittivi, bħal qsim tas-suq u tal-konsumaturi, bi ksur tal-Artikoli 101 jew 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(35) Ġeneralment, l-organizzazzjonijiet tax-xandir jiddependu fuq liċenzji globali minn organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv lokali, sabiex permezz tagħhom jiksbu drittijiet għal repertorju globali ta’ xogħlijiet mużikali – sabiex jittrażmettuhom u jagħmluhom disponibbli - u jagħmlu l-programmi tat-televiżjoni u tar-radju, kif ukoll is-servizzi online tagħhom stess aċċessibbli għall-pubbliku. Dawn it-tipi ta’ liċenzji globali għall-organizzazzjonijiet tax-xandir, li huma orjentati lejn il-ħtiġijiet attwali tagħhom, ġew stabbiliti sew, u huma ugwalment rikonoxxuti min-naħa tad-detenturi tad-drittijiet, l-organizzazzjonijiet tax-xandir u l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv. Għalhekk din id-Direttiva għandha żżomm din il-prattika stabbilita sew sabiex tiġi evitata sitwazzjoni fejn regoli differenti japplikaw għal-liċenzji maħruġa għas-servizzi online kif ukoll offline tax-xandara. Hu għalhekk meħtieġ li organizzazzjonijiet ta’ immaniġġjar kollettiv jiġu eżentati mid-dispożizzjonijiet tat-Titolu III meta dawn jagħtu liċenzji għas-servizzi online lix-xandara li huma relatati mas-servizzi tax-xandir offline tagħhom; liċenzji ta’ dan it-tip għandhom jinħarġu b’konformità mal-liġi nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa li permezz tagħhom ikun possibbli li jsiru lmenti kontra s-soċjetajiet kollettriċi li ma jikkonformawx mal-liġi u biex jiġi żgurat li, fejn ikun xieraq, jiġu imposti sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema awtoritjiet għandhom ikunu responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proċeduri u s-sanzjonijiet tal-ilmenti. Sabiex jiġi żgurat li tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkooperaw ma’ xulxin biex jilħqu dan l-għan.

(37) Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu proċeduri xierqa li permezz tagħhom ikun possibbli li jsiru lmenti kontra l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li ma jikkonformawx mal-liġi u biex jiġi żgurat li, fejn ikun xieraq, jiġu imposti miżuri u sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu liema awtoritjiet għandhom ikunu responsabbli għall-amministrazzjoni tal-proċeduri u s-sanzjonijiet tal-ilmenti. Sabiex jiġi żgurat li tintlaħaq konformità mar-rekwiżiti għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali, għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jikkooperaw ma’ xulxin biex jilħqu dan l-għan.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 42a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42a) Għalkemm ir-rikonoxximent tal-libertà tad-dħul, l-irtirar u t-terminazzjoni tad-detentur tad-drittijiet huwa leġittimu, huwa essenzjali li dan ikun akkumpanjat mir-rispett tar-rekwiżiti ekonomiċi, tan-natura u l-kwalità tas-servizz imwettaq mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati mis-soċjetajiet kollettriċi. Tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ liċenzji multiterritorjali mis-soċjetajiet kollettriċi tad-drittijiet tal-awturi f’xogħlijiet mużikali għal użu online.

Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti meħtieġa biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-immaniġġjar tad-drittijiet tal-awtur u d-drittijiet relatati, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasparenza u r-rapportar, mill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u entitajiet oħra li għandhom dritt li jimmaniġġjaw l-attivitajiet f’isem id-detenturi tad-drittijiet. Tistabbilixxi wkoll ir-rekwiżiti għall-għoti ta’ liċenzji multiterritorjali mill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awturi f’xogħlijiet mużikali għal użu online.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sal-1 ta’ Jannar 2020, l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv kollha stabbiliti fl-Unjoni li jimmaniġġjaw id-drittijiet tal-awturi f’xogħlijiet mużikali għandhom jikkonformaw mal-istandards stipulati fl-Artikoli 23, 24, 25 u 26 fir-rigward tal-forom kollha ta’ sfruttament ta’ xogħlijiet mużikali.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-Titolu I, l-Artikoli 13, 14, 15, 17 u 18 tat-Titolu II u t-Titolu IV bl-eċċezzjoni tal-Artikoli 36 u 40 għandhom japplikaw ukoll, għall-operazzjonijiet tagħhom imwettqa f’tal-inqas Stat Membru tal-UE wieħed, għal organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv u tal-operaturi kummerċjali indipendenti il huma proprjetà ta’ jew ikkontrollati minn, kompletament jew parzjalment, organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li bħala l-attività prinċipali jew ewlenija tagħha toffri servizzi ta’ mmaniġġjar tad-drittijiet kollettivi lil detenturi tad-drittijiet tal-awtur jew drittijiet marbuta mad-drittijiet tal-awtur stabbiliti barra mill-Unjoni.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-Titolu III u l-Artikoli 36 u 40 tat-Titolu IV għandhom japplikaw biss għal dawk is-soċjetajiet kollettriċi li jimmaniġġjaw id-drittijiet tal-awtur f’xogħlijiet mużikali għal użu online fuq bażi multiterritorjali.

It-Titolu I, l-Artikoli 10, 11(1), 12, 15, 16, 18, 19 u 20 tat-Titolu II, it-Titolu III u l-Artikoli 34, 35, 37 u 38 tat-Titolu IV għandhom japplikaw ukoll għall-operaturi kummerċjali indipendenti, għal persuni ġuridiċi u kwalunkwe entità li twettaq l-istess funzjonijiet bħal organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv ibbażati fl-Unjoni jew barra l-Unjoni li jaġixxu bħala aġenti għad-detenturi tad-drittijiet għall-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom u joperaw fl-Unjoni fuq bażi kummerċjali. It-Titolu III u l-Artikoli 36 u 40 tat-Titolu IV għandhom japplikaw biss għal dawk l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u entitajiet oħra ta’ mmaniġġjar tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tal-awtur f’xogħlijiet mużikali għal użu online fuq bażi multiterritorjali.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

It-Titolu III m’għandux japplika meta l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li, skont il-liġi nazzjonali u tal-UE, jagħtu l-liċenzji għax-xandara għall-użu tas-servizzi online tagħhom, u fejn tali użu jkun marbuta mas-servizzi offline tagħhom.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-Direttiva, filwaqt li tapplika għall-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv kollha, ma tintervjenix fl-arranġamenti nazzjonali dwar il-ħruġ ta’ liċenzji kollettiv estiż jew l-immaniġġjar kollettiv obbligatorju tad-drittijiet.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) soċjetà kollettriċi’ tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li hija awtorizzata mil-liġi jew permezz ta’ assenjazzjoni, liċenzja, inkarigu jew kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor, minn aktar minn detentur tad-drittijiet wieħed, biex timmaniġġja d-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur bħala l-għan uniku jew prinċipali tagħha u li tkun proprjetà jew ikkontrollata mill-membri tagħha;

(a) ‘organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv’ tfisser kwalunkwe organizzazzjoni li hija awtorizzata mil-liġi jew permezz ta’ assenjazzjoni, liċenzja, inkarigu jew kwalunkwe arranġament kuntrattwali ieħor, minn għadd sustanzjali ta’ detenturi tad-drittijiet, biex timmaniġġja d-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur, jew hija organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ u li tkun proprjetà jew ikkontrollata mill-membri tagħha;

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) ‘fornitur, operatur jew aġent kummerċjali indipendenti’ tfisser kull entità li teżerċita b’mod prinċipali jew ewlieni attivitajiet kummerċjali li joffru servizzi ta’ mmaniġġjar kollettiv ta’ drittijiet lid-detenturi tad-drittijiet fuq bażi kummerċjali.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) ‘ġabra ta’ drittijiet online tfisser kwalunkwe forma ta’ kooperazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv ma’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra u/jew entitajiet fis-sens tal-Artikolu 31 ta’ din id-Direttiva li għandhom l-għan li jfornu liċenzji għal drittijiet online għal xogħlijiet mużikali li jkopru r-repertorju tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u entitajiet parteċipanti kollha involuti.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ‘detentur tad-drittijiet’ tfisser kull persuna fiżika jew entità ġuridika minbarra soċjetà kollettriċi li għandha dritt tal-awtur jew dritt relatat jew li skont ftehim għall-isfruttament tad-drittijiet, hija intitolata għal sehem mid-dħul tad-drittijiet minn kwalunkwe dritt immaniġġjat mis-soċjetà kollettriċi;

(b)detentur tad-drittijiet’ tfisser kull persuna fiżika jew entità ġuridika minbarra organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li għandha dritt tal-awtur jew dritt relatat;

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ‘membru ta’ soċjetà kollettriċi’ tfisser detentur tad-drittijiet jew entità li tirrappreżenta direttament detenturi tad-drittijiet, inklużi soċjetajiet u assoċjazzjonijiet kollettriċi ta’ drittijiet tad-detenturi, li tissodisfa r-rekwiżit ta’ sħubija tas-soċjetà kollettriċi;

(c)membru ta’ organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv’ tfisser detentur tad-drittijiet jew entità li tirrappreżenta direttament detenturi tad-drittijiet, inklużi organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħrajn u assoċjazzjonijiet ta’ drittijiet tad-detenturi, li ġiet aċċettata bħala membru;

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) ‘direttur’ tfisser kwalunkwe direttur maniġerjali individwali, kwalunkwe membru tal-bord amministrattiv, il-maniġment jew il-bord superviżorju ta’ soċjetà kollettriċi;

(e)direttur’ tfisser kwalunkwe persuna maniġerjali individwali, kwalunkwe membru tal-bord amministrattiv, il-maniġment jew il-bord superviżorju ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv;

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) ‘maniġer’ tfisser kwalunkwe membru tal-bord amministrattiv, tal-maniġment jew tal-bord superviżorju ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv;

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt eb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) ‘bord superviżorju’ tfisser korp permanenti tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv magħmul minn persuni maħtura mill-membri tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li l-funzjoni tiegħu hija li jikkontrolla l-azzjonijiet ta’ dik l-organizzazzjoni. Dan għandu jirrapporta kull sena fil-laqgħa ġenerali tal-membri dwar il-kontrolli li jkun wettaq u dwar l-azzjonijiet tiegħu;

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) ‘dħul mid-drittijiet’ tfisser id-dħul miġbur minn soċjetà kollettriċi f’isem id-detenturi tad-drittijiet, kemm jekk minn dritt esklussiv, kif ukoll minn dritt għal remunerazzjoni jew dritt għal kumpens;

(f)dħul mid-drittijiet’ tfisser id-dħul miġbur minn organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv f’isem id-detenturi tad-drittijiet, kemm jekk minn dritt esklussiv, kif ukoll minn dritt għal remunerazzjoni jew dritt għal kumpens kif ukoll kwalunkwe dħul finanzjarju, bħal ħlasijiet tal-imgħax ta’ ammonti miġbura minn organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv f’isem id-detenturi tad-drittiijet;

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) ‘ħlasijiet għall-immaniġġjar’ tfisser l-ammont impost minn soċjetà kollettriċi sabiex tkopri l-ispejjeż marbuta mal-immaniġġjar tagħha tas-servizzi tad-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati.

(g)ħlasijiet għall-immaniġġjar’ tfisser l-ammont imnaqqas minn organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv mid-dħul mid-drittijiet sabiex tkopri l-ispejjeż marbuta mal-immaniġġjar tagħha tad-drittijiet tal-awtur jew id-drittijiet relatati;

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k) ‘liċenzja multiterritorjali’ tfisser liċenzja li tkopri t-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed;

(k) ‘liċenzja multiterritorjali’ tfisser liċenzja għal servizz ta’ mużika online li tkopri t-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed;

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ma (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ma) ‘kummerċjali’ għandha tiġi definita kif ġej: jekk il-kontenut, imħares minn drittijiet tal-awtur, qed jiġi offrut direttament fuq sit tal-internet, li jikseb dħul finanzjarju ta’ livell mhux negliġibbli permezz ta’ donazzjonijiet, pereżempju permezz ta’ kontribuzzjonijiet ta’ sħubija, permezz ta’ ħlas minn klijenti jew permezz ta’ reklamar b’links għal paġni tal-internet oħra, din l-attività għandha titqies bħala kummerċjali.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Prinċipju ġenerali

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom jikkonformaw mar-regoli ta’ din id-Direttiva. Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru għandha tkopri kemm l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li jkunu stabbiliti fl-Istat Membru kif ukoll l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li jilliċenzjaw parti sostanzjali tar-repertorju tagħhom f'dak l-Istat Membru.

 

2. L-Istati Membri jistgħu jobbligaw lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li huma taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom, jew li joperaw f'dak l-Istat Membru, biex jikkonformaw ma’ dispożizzjonijiet aktar stretti jew aktar dettaljati fl-oqsma kkoordinati minn din id-Direttiva, sakemm tali dispożizzjonijiet ikunu konformi mal-liġi tal-UE.

 

3. F’każijiet fejn Stat Membru:

 

(a) ikun eżerċita d-dritt tiegħu skont il-paragrafu 2 biex jadotta dispożizzjonijiet aktar dettaljati jew aktar stretti fl-interess pubbliku ġenerali; kif ukoll

 

(b) jikkonkludi li organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru ieħor ikollha għadd ta’ liċenzji sostanzjali fit-territorju tiegħu, ikun jista’ jikkuntattja lill-Istat Membru li l-organizzazzjonijiet ta' mmaniġjar kollettiv taqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, sabiex tinsab soluzzjoni reċiprokament sodisfaċenti għal kwalunkwe problema li tinqala’.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soċjetajiet kollettriċi jaġixxu fl-aħjar interess tal-membri tagħhom u li ma jimponu ebda obbligu fuq id-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom li mhumiex oġġettivament neċessarji għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi ta’ dawn id-detenturi tad-drittijiet.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jaġixxu fl-aħjar interess tad-detenturi tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tagħhom u li ma jimponu ebda obbligu fuqhom li jista’ jipperikola l-protezzjoni tad-drittijiet u l-interessi tagħhom, sakemm jagħtu lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv diskrezzjoni suffiċjenti biex jinnegozjaw mal-utenti tad-drittijiet.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tad-drittijiet ikunu liberi li jafdaw id-drittijiet tagħhom lil organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv u li meta jagħżlu li jagħmlu dan, din id-deċiżjoni tipprevali fuq kwalunkwe presuppożizzjoni ta’ trasferiment tad-drittijiet.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Din id-Direttiva ma għandhiex tippermetti li jintgħażlu l-aktar xogħlijiet popolari u ta’ suċċess għal immaniġġjar individwali filwaqt li l-bqija li huma aktar għaljin biex jiġu mmaniġġjati u jagħmlu inqas qligħ jitħallew għall-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Huwa wkoll importanti li tingħata aktar flessibbiltà lid-detenturi tad-drittijiet fl-immaniġġjar tad-drittijiet tagħhom. Għalhekk l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li jimmaniġġjaw tipi differenti ta’ xogħlijiet u suġġetti oħra, bħal xogħlijiet letterarji, mużikali jew fotografiċi, għandhom ukoll jagħtu aktar flessibbiltà lid-detenturi tad-drittijiet fir-rigward tal-immaniġġjar ta’ tipi differenti ta’ xogħlijiet u suġġetti oħra fuq bażi ta’ mmaniġġjar xogħol b’xogħol għal użu mhux kummerċjali. L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom għalhekk jinfurmaw lid-detenturi tad-drittijiet dwar din l-opportunità u jippermettulhom jeżerċitawha b’mod kemm jista’ jkun faċli.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jawtorizzaw soċjetà kollettriċi tal-għażla tagħhom biex timmaniġġja d-drittijiet, il-kategoriji ta’ drittijiet jew it-tipi ta’ xogħlijiet tal-għażla tagħhom, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, irrispettivament mill-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ stabbilment jew min-nazzjonalità tas-soċjetà kollettriċi jew tad-detentur tad-drittijiet.

2. Skont ir-regoli deċiżi kollettivament fl-Assemblea Ġenerali, id-detenturi tad-drittijiet jistgħu jawtorizzaw organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tal-għażla tagħhom biex timmaniġġja d-drittijiet, jew it-tipi ta’ xogħlijiet tal-għażla tagħhom, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, irrispettivament mill-Istat Membru ta’ residenza jew ta’ stabbilment jew min-nazzjonalità tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv jew tad-detentur tad-drittijiet. Organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tista’ tirrifjuta li taċċetta awtorizzazzjoni minn detentur tad-drittijiet meta l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv ma timmaniġġjax id-drittijiet koperti mill-awtorizzazzjoni.

Ġustifikazzjoni

It-terminu ‘kategoriji ta’ drittijiet’ mhix xierqa għaliex hija rilevanti biss għal soċjetajiet relatati mal-mużika.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jagħtu liċenzji mingħajr ħlas għall-użu mhux kummerċjali tax-xogħlijiet u d-drittijiet tagħhom. Inklużi kategoriji ta’ drittijiet, xogħlijiet jew tipi partikolari ta’ tali xogħlijiet. F’dan il-każ, id-detenturi tad-drittijiet għandhom jinformaw, fiż-żmien debitu, lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv awtorizzati biex jimmaniġġjaw id-drittijiet ta’ dawn ix-xogħlijiet, li tkun ingħatat din il-liċenzja mingħajr ħlas. Informazzjoni dwar xogħlijiet bħal dawn għandha tkun disponibbli b’mod pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Għandha tingħata flessibbiltà lid-detenturi tad-drittijiet fl-immaniġġjar tax-xogħlijiet tagħhom: id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jiddeċiedu jekk xi wħud mix-xogħlijiet tagħhom jistgħux jintużaw taħt liċenzjar ħieles, bħal Creative Commons, mingħajr ma ssir ħsara lis-sħubija tagħhom mal-OKS li tirrappreżentahom.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jitterminaw l-awtorizzazzjoni għall-immaniġġjar tad-drittijiet, il-kategoriji ta’ drittijiet jew it-tipi ta’ xogħlijiet mogħtija lil soċjetà kollettriċi jew li jirtiraw minn soċjetà kollettriċi, kwalunkwe wieħed mid-drittijiet jew kategoriji ta’ drittijiet jew tipi ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra tal-għażla tagħhom, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, meta jagħtu avviż fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx is-sitt xhur. Is-soċjetà kollettriċi tista tiddeċiedi li din it-terminazzjoni jew dan l-irtirar isir biss fnofs u fl-aħħar tas-sena finanzjarja, liema minnhom jiġi l-ewwel wara l-iskadenza tal-perjodu ta notifika.

3. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jitterminaw l-awtorizzazzjoni għall-immaniġġjar tad-drittijiet, jew it-tipi ta’ xogħlijiet mogħtija lil organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv jew li jirtiraw minn organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv id-drittijiet jew kategoriji ta’ drittijiet jew tipi ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra tal-għażla tagħhom, fi kwalunkwe ħin waqt it-terminu tal-awtorizzazzjoni, għall-Istat Membru tal-għażla tagħhom, meta jagħtu avviż fi żmien raġonevoli li ma jaqbiżx is-sitt xhur. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv tista' tiddeċiedi li din it-terminazzjoni jew dan l-irtirar isir biss f'nofs u fl-aħħar tas-sena finanzjarja, liema minnhom jiġi l-ewwel wara l-iskadenza tal-perjodu ta' notifika.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv iżommu l-possibbiltà li jiddefinixxu fil-kuntratti tagħhom ta’ sħubija, regoli li jippermettulhom li jipprevjenu kwalunkwe rtirar ta’ natura abbużiva.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Is-soċjetajiet kollettriċi ma għandhomx jirrestrinġu l-eżerċitar tad-drittijiet ipprovduti skont il-paragrafi 3 u 4 billi jkun meħtieġ li l-immaniġġjar tad-drittijiet jew il-kategoriji ta’ drittijiet jew tipi ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra li mhumiex suġġetti għat-terminazzjoni jew l-irtirar, jiġu fdati lil soċjetà kollettriċi oħra.

5. L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv ma għandhomx jirrestrinġu l-eżerċitar tad-drittijiet ipprovduti skont il-paragrafi 3 u 4 billi jkun meħtieġ li l-immaniġġjar tad-drittijiet jew il-kategoriji ta’ drittijiet jew tipi ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra li mhumiex suġġetti għat-terminazzjoni jew l-irtirar, jiġu fdati lil organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra. Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għall-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv li jimmaniġġjaw id-drittijiet tal-awtur fil-qasam awdjoviżiv li għalihom l-Istati Membri jistgħu eventwalment jikkunsidraw dispożizzjonijiet li jippermettu kundizzjonijiet xierqa għall-irtirar.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tad-drittijiet jagħti kunsens speċifikament għal kull dritt jew kategorija ta’ drittijiet jew tip ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra li dak id-detentur tad-drittijiet jawtorizza lis-soċjetà kollettriċi timmaniġġja u li dan il-kunsens jiġi evidenzjat f’forma dokumentata.

6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detentur tad-drittijiet jagħti kunsens speċifikament għal kull dritt jew kategorija ta’ drittijiet jew tip ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra li dak id-detentur tad-drittijiet jawtorizza lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv timmaniġġja u li dan il-kunsens jiġi evidenzjat f’forma dokumentata, bl-eċċezzjoni ta’ mudelli ta’ mmaniġġjar kollettiv non-volontarju. Dan il-paragrafu ma japplikax għall-arranġamenti fl-Istati Membri rigward l-amministrazzjoni tad-drittijiet permezz ta’ liċenzji kollettivi estiżi, preżunzjonijiet legali ta’ rappreżentazzjoni jew trasferiment, immaniġġjar kollettiv obbligatorju jew arranġamenti simili jew taħlita tagħhom.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(4), id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jitolbu verifiki indipendenti esterni tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tagħhom fi kwalunkwe ħin matul il-perjodu tal-awtorizzazzjoni.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-istatut tas-soċjetà kollettriċi għandu jipprovdi mekkaniżmi xierqa u effettivi ta’ parteċipazzjoni tal-membri tagħha fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tas-soċjetà kollettriċi. Ir-rappreżentazzjoni tal-kategoriji differenti ta’ membri fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għandu jkun wieħed ġust u bilanċjat.

3. L-istatuti tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom jipprovdu mekkaniżmi xierqa, effettivi u trasparenti ta’ parteċipazzjoni tal-membri tagħhom fil-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv. Ir-rappreżentazzjoni tal-kategoriji differenti ta’ membri fil-livelli kollha tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet għandha tkun ġusta u ugwali.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom jagħmlu aċċessibbli għall-pubbliku l-lista tal-membri tagħhom u d-drittijiet jew kategorija ta’ drittijiet jew xogħlijiet jew tip ta’ xogħlijiet tagħhom u suġġetti oħra li d-detenturi tad-drittijiet jawtorizzaw lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv timmaniġġja, u r-regoli tagħhom dwar il-ħlasijiet, it-tnaqqis u t-tariffi, abbażi ta’ kategoriji standardizzati ta’ informazzjoni, sakemm tiġi ppreservata l-protezzjoni tad-data personali tad-detenturi tad-drittijiet. Din il-lista hija aġġornata regolarment biex b’hekk il-membri kif ukoll id-drittijiet u x-xogħlijiet immaniġġjati tagħhom ikunu jistgħu jiġu identifikati u lokalizzati b'mod xieraq.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-laqgħa ġenerali għandha tapprova kwalunkwe emenda fl-istatut u t-termini ta’ sħubija tas-soċjetà kollettriċi, fejn dawk it-termini ma jkunux irregolati mill-istatut.

3. L-istatut u t-termini ta’ sħubija tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv kif ukoll kwalunkwe emenda għalihom għandhom ikunu adottati mil-laqgħa ġenerali.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-laqgħa ġenerali għandu jkollha l-poter li tiddeċiedi dwar il-ħatra jew it-tneħħija tad-diretturi u tapprova r-remunerazzjoni tagħhom u benefiċċji oħra bħal benefiċċji mhux monetarji, għotjiet ta’ pensjonijiet, dritt għal għotjiet oħra u drittijiet għal danni.

Il-laqgħa ġenerali għandu jkollha l-poter li tiddeċiedi dwar il-ħatra jew it-tneħħija tal-maniġers u tad-diretturi u tapprova r-remunerazzjoni tagħhom u benefiċċji oħra bħal benefiċċji mhux monetarji, għotjiet ta’ pensjonijiet, dritt għal għotjiet oħra u drittijiet għal danni.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-laqgħa ġenerali ma għandhiex tiddeċiedi dwar il-ħatra jew it-tneħħija tal-membri tal-bord ta’ tmexxija jew id-direttur maniġerjali individwali fejn il-bord superviżorju għandu s-setgħa li jaħtarhom jew ineħħihom.

Il-laqgħa ġenerali ma għandhiex tiddeċiedi dwar il-ħatra jew it-tneħħija tad-direttur maniġerjali individwali fejn il-korp inkarigat li jeżerċita l-funzjoni superviżorja għandu s-setgħa li jaħtarhom jew ineħħihom .

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) il-politika tat-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet, ħlief fejn il-laqgħa ġenerali tiddeċiedi li tiddelega din id-deċiżjoni lill-korp li jeżerċita l-funzjoni superviżorja;

a) il-politika tat-tqassim tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet, ħlief fejn il-laqgħa ġenerali tiddeċiedi li tiddelega din id-deċiżjoni lill-bord amministrattiv jew lill-korp li jeżerċita l-funzjoni superviżorja;

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) l-użu tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet li ma jistgħux jiġu distribwiti kif imsemmi fl-Artikolu 12(2), ħlief fejn il-laqgħa ġenerali tiddeċiedi li tiddelega din id-deċiżjoni lill-korp li jeżerċita l-funzjoni superviżorja;

b) l-użu tal-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet li ma jistgħux jiġu distribwiti kif imsemmi fl-Artikolu 12(2), ħlief fejn il-laqgħa ġenerali tiddeċiedi li tiddelega din id-deċiżjoni lill-bord amministrattiv jew lill-korp li jeżerċita l-funzjoni superviżorja;

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-laqgħa ġenerali għandha tikkontrolla l-attivitajiet tas-soċjetà kollettriċi billi talanqas tiddeċiedi dwar il-ħatra u t-tneħħija tal-awditur u l-approvazzjoni tar-rapport annwali dwar it-trasparenza u r-rapport tal-awditur.

6. Il-laqgħa ġenerali għandha tikkontrolla l-attivitajiet tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv billi talanqas tiddeċiedi dwar il-ħatra u t-tneħħija tal-awditur u l-approvazzjoni tar-rapport annwali dwar it-trasparenza u r-rapport tal-awditur. Fejn ikun hemm kwalunkwe dubju serju dwar l-immaniġġjar finanzjarju tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, il-laqgħa ġenerali għandu jkollha d-dritt li titlob għal verifika esterna tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv. Ir-riżultat ta’ tali verifika esterna għandu jkun ikkomunikat lill-membri kollha kif ukoll lill-pubbliku.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kwalunkwe restrizzjoni fuq id-dritt tal-membri tas-soċjetà kollettriċi biex jipparteċipaw u biex jeżerċitaw id-drittijiet tal-votazzjoni tagħhom fil-laqgħa ġenerali għandha tkun ġusta u proporzjonata u għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

Kull membru ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandu jkollu d-dritt li jivvota fil-laqgħa ġenerali, inkluż permezz ta’ vot elettroniku. Kwalunkwe restrizzjoni fuq id-dritt ta’ membru ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv biex jipparteċipa u biex jeżerċita d-drittijiet tal-votazzjoni tiegħu fil-laqgħa ġenerali għandha tkun ġusta u proporzjonata u għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin:

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 7 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) l-ammonti li waslu mingħand membru jew dovuti lil membru fir-rigward tal-perjodu finanzjarju speċifikat.

b) l-ammonti li waslu mingħand membru jew dovuti lil membru wara l-adeżjoni tiegħu mal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Kull membru ta’ soċjetà kollettriċi għandu jkollu d-dritt li jaħtar kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika bħala detentur ta’ prokura li jista’ jattendi u jivvota f’ismu fil-laqgħa ġenerali.

8. Kull membru ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandu jkollu d-dritt li jaħtar kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika bħala detentur ta’ prokura li jista’ jattendi u jivvota f’ismu fil-laqgħa ġenerali tal-membri. Għandu jkun hemm rappreżentanza ġusta u bilanċjata tal-kategoriji differenti tal-membri tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv. Id-detentur tal-prokura għandu jkollu l-istess drittijiet fil-laqgħa ġenerali tal-membri bħal dawk li għandu l-membru li qed jaħtar bħall-vot mill-bogħod. Id-detentur ta’ prokura ma jistax ikun persuna fiżika jew ġuridika li taqa’ taħt kategorija oħra ta’ detenturi tad-drittijiet.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soċjetajiet kollettriċi jistabbilixxu funzjoni superviżorja responsabbli għas-sorveljanza kontinwa tal-attivitajiet u t-twettiq tad-dmirijiet tal-persuni fdati bir-responsabbiltajiet maniġerjali fis-soċjetà kollettriċi. Għandu jkun hemm rappreżentazzjoni ġusta u bbilanċjata tas-soċjetà kollettriċi fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jistabbilixxu funzjoni superviżorja responsabbli għas-sorveljanza kontinwa tal-attivitajiet u t-twettiq tad-dmirijiet tal-persuni fdati bir-responsabbiltajiet maniġerjali f’dik l-organizzazzjoni. Għandu jkun hemm rappreżentanza ġusta u ugwali tal-kategoriji differenti kollha tal-membri tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv fil-korp li jeżerċita din il-funzjoni, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-korp fdat bil-funzjoni superviżorja għandu jirrapporta dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltajiet tiegħu lil-laqgħa ġenerali prevista fl-Artikolu 7.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-paragrafi 1 u 2, ma għandhomx japplikaw għal soċjetà kollettriċi li fuq il-karta ta’ bilanċ tagħha, ma taqbiżx il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

imħassar

a) total tal-karta ta’ bilanċ: EUR 350.000;

 

b) turnover nett: EUR 700,000;

 

c) medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: għaxra.

 

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-persuni li jimmaniġġjaw b’mod effettiv in-negozju ta’ soċjetà kollettriċi u kull direttur, bl-eċċezzjoni tad-diretturi li jeżerċitaw funzjoni superviżorja, għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ proċeduri mfassla biex jevitaw li jkun hemm kunflitti ta’ interess. Is-soċjetà kollettriċi għandu jkollha proċeduri biex tidentifika, timmaniġġja, tissorvelja u, fejn ikun applikabbli, tiżvela kunflitti ta’ interess sabiex tevita milli taffettwa ħażin l-interessi tal-membri tas-soċjetà.

Il-persuni li jimmaniġġjaw b’mod effettiv in-negozju ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv u kull direttur, bl-eċċezzjoni tad-diretturi li jeżerċitaw funzjoni superviżorja, għandhom jiżguraw li jkunu fis-seħħ proċeduri mfassla biex jevitaw li jkun hemm kunflitti ta’ interess. L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandu jkollha proċeduri biex tidentifika, timmaniġġja, tissorvelja u, fejn ikun applikabbli, tiżvela kunflitti ta’ interess sabiex tevita milli taffettwa ħażin l-interessi tal-membri tal-organizzazzjoni. Dawn il-proċeduri għandhom jirrikjedu wkoll li qabel jaċċettaw id-dmirijiet tagħhom, u mbagħad darba fis-sena, tali persuni u diretturi jagħmlu dikjarazzjoni individwali dwar il-kunflitt ta’ interess lill-korp fdat bil-funzjoni superviżorja u lill-membri tal-organizzazzjoni, kif ukoll li jagħmlu tali dikjarazzjoni aċċessibbli pubblikament permezz tal-websajt tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-soċjetajiet kollettriċi għandhom ikunu diliġenti fil-ġbir u l-immaniġġjar tad-dħul mid-drittijiet.

1. L-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom ikunu diliġenti, preċiżi u trasparenti fil-ġbir u l-immaniġġjar tad-dħul mid-drittijiet.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetà kollettriċi għandha timmaniġġja u żżomm separat id-dħul mid-drittijiet u kwalunkwe dħul derivat mill-investiment tiegħu mill-assi proprji tiegħu, id-dħul derivat mis-servizzi tal-immaniġġjar jew id-dħul derivat minn kwalunkwe attività oħra

2. L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha timmaniġġja u żżomm separat b’mod kontabbli d-dħul mid-drittijiet u kwalunkwe dħul derivat mill-investiment tiegħu mill-assi proprji tiegħu, id-dħul derivat mis-servizzi tal-immaniġġjar jew id-dħul derivat minn kwalunkwe attività oħra.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehimiet li jirregolaw ir-relazzjoni tas-soċjetà kollettriċi mal-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħha, għandhom jispeċifikaw tnaqqis applikabbli għad-dħul mid-drittijiet imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 16.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ftehimiet li jirregolaw ir-relazzjoni tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv mal-membri għandhom jispeċifikaw ir-regoli dwar il-kalkolu tat-tnaqqis applikabbli għad-dħul mid-drittijiet imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 16. Il-perċentwal ta’ dan it-tnaqqis għandu jkun raġonevoli u ġustifikat b’mod ċar fil-formoli tal-kontijiet li l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv trid tipprovdi lill-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħha.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tnaqqis li jsir għal ħlasijiet ta’ mmaniġġjar ma jaqbiżx l-ispejjeż ġustifikati u dokumentati li saru bl-għan li jkunu mmaniġġjati d-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv biex jipprovdu servizzi soċjali, kulturali u edukattivi lill-membri tagħhom.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta soċjetà kollettriċi tipprovdi servizzi soċjali, kulturali u edukattivi iffinanzjati permezz ta’ tnaqqis mid-dħul mid-drittijiet, id-detenturi tad-drittijiet huma intitolati għal dan li ġej:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tipprovdi servizzi soċjali, kulturali u edukattivi ffinanzjati permezz ta’ tnaqqis mid-dħul mid-drittijiet, il-membri tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv huma intitolati għal dawn is-servizzi:

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) id-detenturi tad-drittijiet li jkunu tterminaw l-awtorizzazzjoni biex jimmaniġġjaw id-drittijiet jew il-kategoriji ta’ drittijiet jew it-tipi ta’ xogħlijiet u suġġetti oħra jew li jkunu rtiraw id-drittijiet tagħhom jew il-kategoriji ta’ drittijiet jew it-tipi ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra mis-soċjetà kollettriċi, għandhom ikomplu jkollhom aċċess għal dawk is-servizzi. Il-kriterji fir-rigward tal-aċċess għal u l-firxa ta’ dawk is-servizzi tista’ tikkunsidra d-drittijiet mid-dħul iġġenerati minn dawk id-detenturi tad-drittijiet u l-perjodu ta’ żmien tal-awtorizzazzjoni għall-immaniġġjar ta’ dawk id-drittijiet, sakemm dawk il-kriterji huma applikabbli wkoll għad-detenturi tad-drittijiet li ma spiċċawx din l-awtorizzazzjoni jew li ma rtirawx id-drittijiet tagħhom jew il-kategoriji ta’ drittijiet jew suġġetti oħra mis-soċjetà kollettriċi

b) id-detenturi tad-drittijiet li jkunu tterminaw l-awtorizzazzjoni biex jimmaniġġjaw id-drittijiet jew il-kategoriji ta’ drittijiet jew it-tipi ta’ xogħlijiet u suġġetti oħra jew li jkunu rtiraw id-drittijiet tagħhom jew il-kategoriji ta’ drittijiet jew it-tipi ta’ xogħlijiet jew suġġetti oħra mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, għandhom ikomplu jkollhom aċċess għas-servizzi ta’ rtirar; Il-kriterji fir-rigward tal-aċċess għal u l-firxa ta’ dawk is-servizzi tista’ tikkunsidra d-drittijiet mid-dħul iġġenerati minn dawk id-detenturi tad-drittijiet u l-perjodu ta’ żmien tal-awtorizzazzjoni għall-immaniġġjar ta’ dawk id-drittijiet, sakemm dawk il-kriterji huma applikabbli wkoll għad-detenturi tad-drittijiet li ma spiċċawx din l-awtorizzazzjoni jew li ma rtirawx id-drittijiet tagħhom jew il-kategoriji ta’ drittijiet jew suġġetti oħra mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soċjetà kollettriċi tqassam b’mod regolari u diliġenti u tħallas l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet kollha li tirrappreżenta. Is-soċjetà kollettriċi għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet mhux iktar tard minn 12 –il xahar mit-tmiem tas-sena finanzjarja li fiha kien miġbur id-dħul mid-drittijiet, sakemm raġunijiet oġġettivi relatati b’mod partikolari mar-rappurtar mill-utenti, l-identifikazzjoni tad-drittijiet, id-detenturi jew it-tqabbil ta’ informazzjoni dwar xogħlijiet u suġġetti oħra mad-detenturi tad-drittijiet, jipprevjenu lis-soċjetà kollettriċi milli tosserva l-iskadenza. Is-soċjetà kollettriċi għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet bmod preċiż, filwaqt li tiżgura trattament ugwali tal-kategoriji kollha tad-detenturi tad-drittijiet.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tqassam b’mod regolari u diliġenti u tħallas l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet kollha li tirrappreżenta, abbażi ta’ proċedura ta’ ħlas trasparenti u bi trattament ugwali. L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet mingħajr dewmien mhux dovut malli l-ammont għal detentur tad-drittijiet ikopri l-ispejjeż tal-ġbir u l-manutenzjoni għad-drittijiet korrispondenti u l-ispejjeż amministrattivi, wara perjodu ta’ tliet xhur u mhux iktar tard minn sitt xhur mill-ġbir tad-dħul mid-drittijiet rilevanti. L-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha tagħmel dan it-tqassim u l-ħlasijiet b'mod preċiż, filwaqt li tiżgura trattament ugwali tal-kategoriji kollha tad-detenturi tad-drittijiet.

 

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fejn l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ma jkunux jistgħu jitqassmu, wara ħames snin mit-tmiem tas-sena finanzjarja fejn ikun sar il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet, u sakemm is-soċjetà kollettriċi tkun ħadet il-miżuri neċessarji kollha biex tidentifika u tillokalizza d-detenturi tad-drittijiet, is-soċjetà kollettriċi għandha tiddeċiedi dwar l-użu tal-ammonti kkonċernati skont l-Artikolu 7(5)(b), mingħajr preġudizzju għad-dritt tad-detentur tad-drittijiet li jitlob dawn l-ammonti mis-soċjetà kollettriċi.

2. Fejn l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet ma jkunux jistgħu jitqassmu, wara tliet snin mit-tmiem tas-sena finanzjarja fejn ikun sar il-ġbir tad-dħul mid-drittijiet, jew qabel fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew l-istatut tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv jipprovdu għal perjodu iqsar, u sakemm l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tkun ħadet il-miżuri neċessarji kollha biex tidentifika u tillokalizza d-detenturi tad-drittijiet, u mingħajr ħsara għad-dritt tad-detentur tad-drittijiet li jitlob tali ammonti mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, l-ammonti miġbura għandhom jew jitqassmu mill-ġdid mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv lill-membri tagħha, jew jiġu attribwiti lill-fondi kulturali u soċjali li huma mmirati lejn l-artisti u l-promozzjoni ta’ artisti żgħar taħt il-kontroll tal-Istati Membri jew taħt il-kontroll ta’ membri ta’ organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv b’deċiżjoni fil-laqgħa ġenerali.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-ammonti li ma jintalbux mid-detenturi tad-drittijiet lil hinn minn perjodu li ma jaqbiżx it-tlett snin u li għalhekk ma ġewx distribwiti, għandhom jiġu investiti mill-ġdid b’mod obbligatorju fi proġetti ekonomiċi u soċjali tas-settur kulturali u kreattiv. Huwa d-dmir tal-laqgħa ġenerali, skont l-Artikolu 7(5)(b), li tiddetermina l-allokazzjoni ta’ dawn il-fondi fiċ-ċirkwit. Barra minn hekk, il-laqgħa ġenerali tista’ tiddeċiedi wkoll li tassenja kull sena parti mill-ammonti miġbura mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għal proġetti ta’ appoġġ għall-ħolqien, it-tixrid, it-taħriġ, id-difiża u l-promozzjoni tal-interessi tad-detenturi tad-drittijiet u, b’mod aktar ġenerali, għal proġetti ta’ appoġġ għad-diversità kulturali u artistika.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-miżuri biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet għandhom jinkludu l-verifika tar-rekords ta’ sħubija u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-membri tas-soċjetà kollettriċi kif ukoll tal-pubbliku, lista ta’ xogħlijiet li għalihom ma ġiex identifikat jew lokalizzat xi detentur tad-drittijiet jew aktar.

3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha timplimenta miżuri effettivi biex jiġu identifikati u lokalizzati d-detenturi tad-drittijiet filwaqt li tiżgura salvagwardji xierqa biex tiskoraġġixxi l-frodi. Miżuri bħal dawn għandhom jinkludu l-verifika tar-rekords ta’ sħubija u t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-membri tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv kif ukoll tal-pubbliku b’mod regolari u tal-anqas darba fis-sena, lista ta’ xogħlijiet li għalihom ma ġiex identifikat jew lokalizzat xi detentur tad-drittijiet jew aktar.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jinformaw lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv fiż-żmien debitu, dwar in-natura u l-mod kif jintużaw attwalment ix-xogħlijiet konċernati, fejn din l-informazzjoni ma tistax tinkiseb mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv stess. Meta meħtieġa, dawn l-informazzjoni u dokumenti għandhom jiġu provduti f’forma elettronika li tippermetti l-ipproċessar tagħhom mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetà kollettriċi għandha tqassam u tħallas l-ammonti dovuti lil soċjetajiet kollettriċi oħra b'mod regolari, diliġenti u preċiż.

2. L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tqassam u tħallas l-ammonti dovuti lil organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra b'mod regolari, diliġenti, preċiż u mingħajr dewmien bla bżonn.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jirrispondu għal talbiet dwar l-isfruttament tal-liċenzji fi żmien 14-il ġurnata kalendarja u fi żmien 60 ġurnata kalendarja minn meta tasal it-talba għal-liċenzja, sakemm l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tkun irċeviet l-informazzjoni kollha rilevanti biex tissottometti proposta.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-termini għal ħruġ ta’ liċenzji għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, b’mod partikolari fir-rigward tat-tariffi.

It-termini għall-ħruġ ta’ liċenzji għandhom ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji, b’mod partikolari fir-rigward tat-tariffi.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tariffi għal drittijiet esklussivi għandhom jirriflettu l-valur ekonomiku tad-drittijiet innegozjati u tas-servizz provdut mis-soċjetà kollettriċi.

Tariffi għal drittijiet esklussivi u d-drittijiet għal remunerazzjoni ġusta għandhom jieħdu kont tar-remunerazzjoni raġonevoli tad-detenturi tad-drittijiet, tal-valur globali tar-repertorju tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv u tal-vantaġġ ekonomiku li jgawdu l-utenti permezz ta’ mmaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tagħhom.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex jitwaqqaf kull tentattiv ta’ dewmien fil-pagament lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv għall-ikkontestar tar-rati u biex tiġi skoraġġita kwalunkwe tattika ta’ dewmien, tiġi stabbilita dispożizzjoni ta’ sekwestru tal-ammonti inkwistjoni.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jibagħtu lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv dikjarazzjonijiet dwar l-użu tax-xogħlijiet u oġġetti oħra f’format approvat fiż-żmien speċifikat u b’mod adegwat li jippermetti lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jistabbilixxu r-royalties li japplikaw u jqassmu l-ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet kif xieraq u skont l-obbligi imposti b’din id-Direttiva.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti jħallsu r-royalties dovuti lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv fiż-żmien speċifikat meta jkun hemm tariffa ġenerali applikabbli jew li tkun ġiet determinata minn qorti.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Rifjut milli tingħata liċenzja

 

1. L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv ma għandhiex, mingħajr raġunijiet importanti u ġustifikati, tirrifjuta li tagħti liċenzja għall-użu ta’ xogħlijiet jew suġġetti protetti oħra fi ħdan ir-repertorju li tirrappreżenta. B’mod partikolari, l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv m’għandhiex tirrifjuta li tagħti liċenzja, inkluża liċenzja multiterritorjali, għal raġunijiet relatati mal-profittabbiltà ta’ tali liċenzja.

 

2. Meta tirrifjuta li tagħti liċenzja, l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha tinforma lid-detenturi tad-drittijiet li tirrappreżenta, lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kolletiv oħra li f’isimhom timmaniġġja d-drittijiet skont ftehim ta’ rappreżentazzjoni u lill-utent, bir-raġunijiet għar-rifjut.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) il-membri ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandhom jinnotifikawha, fi żmien raġonevoli, bl-informazzjoni preċiża dwar l-użi possibbli tax-xogħol sabiex tkun iffaċilitata l-amministrazzjoni tajba tal-organizzazzjoni;

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-ammonti dovuti lid-detentur tad-drittijiet skont il-kategorija ta’ drittijiet immaniġġjati, u t-tip ta’ użu, imħallsa mis-soċjetà kollettriċi lid-detentur tad-drittijiet fil-perjodu kkonċernat;

(c) l-ammonti dovuti lid-detentur tad-drittijiet skont il-kategorija ta’ drittijiet immaniġġjati, għal kull tip ta’ użu, u għal kull xogħol imħallsa mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv lid-detentur tad-drittijiet fil-perjodu kkonċernat;

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-aġenti kummerċjali, kif iddefiniti fil-punt (aa) tal-Artikolu 3, jagħmlu disponibbli tal-anqas darba fis-sena, permezz ta’ mezzi elettroniċi, l-informazzjoni deskritta fil-punti (a), (b), (c), (d) u (g) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, lil kull detentur tad-drittijiet li jimmaniġġjaw id-drittijiet tiegħu.

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Informazzjoni pprovduta lill-utenti

 

L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għandha toħroġ fattura għall-utenti, kull meta hu possibbli, b’mezzi elettroniċi. Il-fattura standard għandha tidentifika, sa fejn dan hu possibbli, ix-xogħlijiet u d-drittijiet li huma liċenzjati fl-intier tagħhom jew parzjalment u l-użi attwali korrispondenti.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 16b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16b

 

Informazzjoni pprovduta lill-utenti mill-operaturi kummerċjali

 

1. L-operaturi kummerċjali, kif iddefiniti fil-punt (aa) tal-Artikolu 3, għandhom joħorġu fatturi lill-utenti permezz ta' mezzi elettroniċi, kull meta dan ikun possibbli, anki meta tintbagħat fattura regolari stampata fuq il-karta. L-operaturi kummerċjali għandhom joffru l-użu ta’ mill-anqas format wieħed li jieħu kont tal-istandards jew tal-prattiki tal-industrija volontarji żviluppati fil-livell internazzjonali jew tal-Unjoni. Il-fattura għandha tidentifika x-xogħlijiet u d-drittijiet li tingħatalhom liċenzja, kollha jew parti minnhom, u l-użi attwali korrispondenti, sa fejn dan huwa possibbli.

 

2. L-operaturi kummerċjali għandhom joħorġu fattura lill-fornitur tas-servizz tal-mużika li tkun akkurata u f’waqtha wara l-użu attwali tax-xogħlijiet.

 

3. L-operaturi kummerċjali għandu jkollhom proċeduri xierqa eżistenti għall-utent biex dan jikkontesta l-akkuratezza tal-fattura.

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-ammonti dovuti lid-detentur tad-drittijiet skont il-kategorija ta’ drittijiet immaniġġjati, u skont it-tip ta’ użu mħallas mis-soċjetà kollettriċi għall-ħruġ ta’ liċenzji tad-drittijiet li timmaniġġja skont il-ftehim ta’ rappreżentazzjoni;

(a) l-ammonti dovuti lid-detentur tad-drittijiet skont il-kategorija ta’ drittijiet immaniġġjati, skont it-tip ta’ użu u skont ix-xogħol imħallsa mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv għall-ħruġ ta’ liċenzji tad-drittijiet li timmaniġġja skont il-ftehim ta’ rappreżentazzjoni;

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni pprovduta lid-detenturi tad-drittijiet, membri, soċjetajiet kollettriċi oħra u utenti, fuq talba

Informazzjoni pprovduta lid-detenturi tad-drittijiet, membri, organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra u utenti

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi tagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja meta tkun mitluba minn kwalunkwe detentur tad-drittijiet li tirrappreżenta d-drittijiet tiegħu, minn kwalunkwe soċjetà kollettriċi li timmaniġġja f’isimha d-drittijiet skont ftehim ta’ rappreżentazzjoni jew minn kwalunkwe, permezz ta’ mezzi elettroniċi, mingħajr dewmien mhux iġġustifikat:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja, filwaqt li tiġi rrispettata l-protezzjoni tad-data personali, lil kwalunkwe detentur tad-drittijiet li tirrappreżenta d-drittijiet tiegħu, lil kwalunkwe organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li timmaniġġja f’isimha d-drittijiet skont ftehim ta’ rappreżentazzjoni jew lil kwalunkwe utent, permezz ta’ mezzi elettroniċi, mingħajr dewmien mhux iġġustifikat:

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) kuntratti ta’ ħruġ ta’ liċenzji standard u tariffi applikabbli;

imħassar

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) ir-repertorju u d-drittijiet li timmaniġġja u l-Istati Membri koperti;

(b) il-lista tal-membri tagħha, ir-repertorju u d-drittijiet speċifiċi li timmaniġġja f'isimhom, u l-Istati Membri koperti, mingħajr ma tiżvela data personali u informazzjoni sensittiva dwar id-detenturi tad-drittijiet;

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Barra minn hekk, soċjetà kollettriċi għandha tagħmel disponibbli meta tkun mitluba minn kwalunkwe detentur tad-drittijiet jew minn kwalunkwe soċjetà kollettriċi, kwalunkwe informazzjoni dwar xogħlijiet li għalihom ma ġiex identifikat detentur tad-drittijiet jew aktar inkluż, fejn ikun disponibbli, it-titolu tax-xogħol, isem l-awtur, isem l-pubblikatur u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra disponibbli li tista tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet.

2. Organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv għandha tagħmel disponibbli pubblikament kwalunkwe informazzjoni dwar xogħlijiet li għalihom ma ġiex identifikat detentur tad-drittijiet jew aktar inkluż, fejn ikun disponibbli, it-titolu tax-xogħol, isem l-awtur, isem il-pubblikatur u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra disponibbli li tista' tkun meħtieġa għall-identifikazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet. Id-detenturi tad-drittijiet għandu jkollhom id-dritt li jitolbu lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tagħhom biex id-data personali u l-informazzjoni sensittiva tagħhom tibqa’ kunfidenzjali.

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li soċjetà kollettriċi tagħmel disponibbli l-informazzjoni li ġejja:

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tagħmel disponibbli permezz ta’ sit aċċessibbli għall-pubbliku tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) kuntratti ta’ ħruġ ta’ liċenzji standard u tariffi applikabbli;

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) ir-repertorju u d-drittijiet li timmaniġġja u l-Istati Membri koperti;

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-organizzazzjonijiet ta' mmaniġġjar kollettiv għandhom jiżguraw li, skont il-punt (ab) tal-paragrafu 1, l-informazzjoni dwar ir-repertorji tkun preċiża u aġġornata regolarment. F’dan ir-rigward, dawn għandhom jiżguraw li l-informazzjoni li tikkonċerna x-xogħlijiet li l-perjodi ta' protezzjoni tagħhom jintemmu tkun akkurata u aġġornata regolarment, u li din tkun disponibbli għall-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Is-CMOs għandhom jipprovdu informazzjoni preċiża dwar xogħlijiet li jaqgħu fid-Dominju Pubbliku. Din l-informazzjoni għandha tkun aġġornata regolarment.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Artikolu 20 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li l-punti 1(a), (f) u (g) tal-Anness I, ma għandhomx japplikaw għal soċjetà kollettriċi li fuq il-karta ta’ bilanċ tagħha, ma taqbiżx il-limiti ta’ tnejn mit-tliet kriterji li ġejjin:

imħassar

a) total tal-karta ta’ bilanċ: EUR 350.000;

 

b) turnover nett: EUR 700,000;

 

c) medja ta’ impjegati matul is-sena finanzjarja: għaxra.

 

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-kunsiderazzjoni, mingħajr dewmien żejjed, ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni deskritta fil-punt (a),

(d) il-kunsiderazzjoni, mingħajr dewmien żejjed, ta’ kwalunkwe bidla fl-informazzjoni deskritta fil-punti (a) u (b),

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 – paragrafu 23a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jinkoraġġixxu l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u l-operaturi kummerċjali biex jistabbilixxu Database ta’ Repertorji Globali preċiża, komprensiva u aġġornata sabiex jiffaċilitaw il-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali u multirepertorju.

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Soċjetà kollettriċi għandha tissorvelja l-użu ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali li tirrappreżenta, b’mod sħiħ jew parzjali, minn fornituri tas-servizzi ta’ mużika online li ħarġitilhom liċenzja multiterritorjali għal dawk id-drittijiet.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jissorveljaw l-użu ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali li jirrappreżentaw, b’mod sħiħ jew parzjali, minn fornituri tas-servizzi ta’ mużika online li ħarġitilhom liċenzja multiterritorjali għal dawk id-drittijiet.

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Artikolu 26 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta soċjetà kollettriċi tawtorizza lil soċjetà kollettriċi oħra, toħroġ liċenzji multiterritorjali għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali skont l-Artikolu 28 u 29, is-soċjetà kollettriċi awtorizzata għandha tqassam l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 u tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lis-soċjetà kollettriċi li qed tagħti l-awtorizzazzjoni, li għandha tkun responsabbli għat-tqassim sussegwenti u għall-informazzjoni lid-detenturi tad-drittijiet, sakemm iż-żewġ soċjetajiet kollettriċi ma jiftiehmux mod ieħor.

4. Meta organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tawtorizza lil organizzazzjoni oħra ta’ mmaniġġjar kollettiv, toħroġ liċenzji multiterritorjali għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali skont l-Artikoli 28 u 29, l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv awtorizzata għandha tqassam l-ammonti msemmija fil-paragrafu 1 u tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li qed tagħti l-awtorizzazzjoni, li għandha tkun responsabbli għat-tqassim sussegwenti u għall-informazzjoni lid-detenturi tad-drittijiet.

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jippromwovu u jinkoraġġixxu l-kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv fl-oqsma tal-immaniġġjar, l-amministrazzjoni u l-liċenzjar tad-drittijiet.

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv iżommu d-dritt li jiddeterminaw b’mod awtonomu l-kundizzjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward ta’ tariffi, li skont dawn huma jawtorizzaw l-użu tar-repertorju tagħhom.

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-soċjetà kollettriċi li qed tagħti l-awtorizzazzjoni għandha tinforma lill-membri tagħha dwar it-tul tal-ftehim, l-ispejjeż tas-servizzi pprovduti mis-soċjetà kollettriċi l-oħra u kwalunkwe terminu importanti tal-ftehim.

2. L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li qed tagħti l-awtorizzazzjoni għandha tinforma lid-detenturi tad-drittijiet dwar it-tul tal-ftehim, l-ispejjeż tas-servizzi pprovduti mill-organizzazzjoni l-oħra ta’ mmaniġġjar kollettiv u kwalunkwe terminu importanti tal-ftehim.

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-soċjetà kollettriċi mitluba għandha taċċetta tali talba, jekk tkun diġà qed toħroġ jew toffri li toħroġ liċenzji multiterritorjali għall-istess kategorija ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali fir-repertorju ta’ soċjetà kollettriċi oħra jew aktar.

L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv mitluba għandha taċċetta tali talba fi żmien xahar li tkun waslet, jekk tkun diġà qed toħroġ jew toffri li toħroġ liċenzji multiterritorjali għall-istess kategorija ta’ drittijiet online f’xogħlijiet mużikali fir-repertorju ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv oħra jew aktar.

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

It-tariffa tal-immaniġġjar għas-servizz ipprovdut mis-soċjetà kollettriċi mitluba lis-soċjetà li qed tressaq it-talba, ma għandhiex taqbeż l-ispejjeż li raġonevolment iġġarrab is-soċjetà kollettriċi miltuba fl-immaniġġjar tar-repertorju tas-soċjetà kollettriċi li tressaq it-talba u marġni ta’ profitt raġonevoli.

It-tariffa tal-immaniġġjar għas-servizz ipprovdut mill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv mitluba lill-organizzazzjoni li qed tressaq it-talba, ma għandhiex taqbeż l-ispejjeż li raġonevolment iġġarrab l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv mitluba fl-immaniġġjar tar-repertorju tal-organizzazzjoni ta' mmaniġġjar kollettiv li tressaq it-talba u marġni ta’ profitt raġonevoli li huwa vijabbli ekonomikament għall-partijiet kollha interessati.

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Is-soċjetà kollettriċi li tressaq it-talba għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tas-soċjetà kollettriċi mitluba, l-informazzjoni dwar ir-repertorju ta’ mużika tagħha meħtieġ għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f’xogħlijiet mużikali. Meta l-informazzjoni tkun insuffiċjenti jew tingħata f’forma li ma tippermettix lis-soċjetà kollettriċi mitluba tilħaq ir-rekwiżiti ta’ dan it-Titolu, is-soċjetà kollettriċi mitluba għandha tkun intitolata li tiċċarġja għall-ispejjeż raġonevoli mġarrba biex tilħaq dawn ir-rekwiżiti jew li teskludi dawn ix-xogħlijiet li għalihom l-informazzjoni hija insuffiċjenti jew ma tistax tintuża.

3. L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li tressaq it-talba għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv mitluba, f’forma elettronika, l-informazzjoni dwar ir-repertorju ta’ mużika tagħha meħtieġa, abbażi ta’ kategoriji ta’ informazzjoni li għandhom jiġu stabbiliti b’mod uniformi, għall-ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali għal drittijiet online f’xogħlijiet mużikali. Meta l-informazzjoni tkun insuffiċjenti jew tingħata f’forma li ma tippermettix lill-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv mitluba tilħaq ir-rekwiżiti ta’ dan it-Titolu, din għandha tkun intitolata li tiċċarġja għall-ispejjeż raġonevoli mġarrba biex tilħaq dawn ir-rekwiżiti jew li teskludi dawn ix-xogħlijiet li għalihom l-informazzjoni hija insuffiċjenti jew ma tistax tintuża.

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn soċjetà kollettriċi ma toħroġx jew ma toffrix li toħroġ liċenzji multiterritorjali fid-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali jew ma tippermettix lil soċjetà kollettriċi oħra, tirrappreżenta dawk id-drittijiet għal dan l-iskop sa sena wara d-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, id-detenturi tad-drittijiet li awtorizzaw lil dik is-soċjetà kollettriċi tirrappreżenta d-drittijiet online tagħhom f’xogħlijiet mużikali, jistgħu joħorġu liċenzji multiterritorjali fid-drittijiet online tagħhom f’xogħlijiet mużikali, huma nnifishom jew permezz ta’ soċjetà kollettriċi li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu jew kwalunkwe parti oħra li jawtorizzaw. Is-soċjetà kollettriċi li ma toħroġx jew ma toffrix li toħroġ liċenzji multiterritorjali għandha tkompli toħroġ jew toffri li toħroġ liċenzji għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali ta’ dawn id-detenturi tad-drittijiet għall-użu tagħhom fit-territorji tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita s-soċjetà kollettriċi, sakemm id-detenturi tad-drittijiet jitterminaw l-awtorizzazzjoni biex jimmaniġġjawhom.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv ma toħroġx jew ma toffrix li toħroġ liċenzji multiterritorjali fid-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali jew ma tippermettix lil organizzazzjoni oħra ta’ mmaniġġjar kollettiv, tirrappreżenta dawk id-drittijiet għal dan l-iskop sa sena wara d-data ta’ traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva, id-detenturi tad-drittijiet li awtorizzaw lil dik l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv tirrappreżenta d-drittijiet online tagħhom f’xogħlijiet mużikali, jistgħu joħorġu liċenzji multiterritorjali fid-drittijiet online tagħhom f’xogħlijiet mużikali, huma nnifishom jew permezz ta’ organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv li tikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ dan it-Titolu jew kwalunkwe parti oħra li jawtorizzaw. Id-detenturi tad-drittijiet għandhom jgħarrfu minnufih lill-organizzazzjoni rilevanti ta’ mmaniġġjar kollettiv dwar din id-deċiżjoni. L-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, li ma toħroġx jew ma toffrix li toħroġ liċenzji multiterritorjali għandha tkompli toħroġ jew toffri li toħroġ liċenzji għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali ta’ dawn id-detenturi tad-drittijiet għall-użu tagħhom fit-territorji tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv, sakemm id-detenturi tad-drittijiet jitterminaw l-awtorizzazzjoni biex jimmaniġġjawhom.

Emenda  126

Proposta għal direttiva

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 33

imħassar

Deroga għal drittijiet ta’ mużika online meħtieġa għal programmi tar-radju u tat-televiżjoni

 

Ir-rekwiżiti f’dan it-Titolu, ma għandhomx japplikaw għas-soċjetajiet kollettriċi li abbażi tal-aggregazzjoni volontarja tad-drittijiet meħtieġa, f’konformità mar-regoli ta’ kompetizzjoni skont l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE, joħorġu liċenzja multiterritorjali għad-drittijiet online f’xogħlijiet mużikali meħtieġa minn xandar biex jikkomunika jew jagħmel disponibbli għall-pubbliku il-programmi tar-radju u t-televiżjoni tiegħu simultanjament jew wara x-xandira inizjali tagħhom kif ukoll kwalunkwe materjal online prodott mix-xandar li huwa anċillari għax-xandir inizjali tal-programm tar-radju jew tat-televiżjoni tiegħu.

 

Emenda  127

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-soċjetajiet kollettriċi jagħmlu disponibbli għall-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom, proċeduri biex jittrattaw l-ilmenti u biex isolvu t-tilwim b’mod effettiv u fil-ħin, partikolarment fir-rigward tal-awtorizzazzjoni biex jimmaniġġjaw id-drittiijiet, u t-terminazzjoni jew l-irtirar tad-drittijiet, it-termini ta’ sħubija, il-ġbir ta’ ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet, it-tnaqqis u t-tqassim.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv jagħmlu disponibbli għall-membri u d-detenturi tad-drittijiet tagħhom, proċeduri biex jittrattaw l-ilmenti u biex isolvu t-tilwim b’mod effettiv u fil-ħin, partikolarment fir-rigward tal-awtorizzazzjoni biex jimmaniġġjaw id-drittiijiet, u t-terminazzjoni jew l-irtirar tad-drittijiet, it-termini ta’ sħubija, il-ġbir ta’ ammonti dovuti lid-detenturi tad-drittijiet, it-tnaqqis u t-tqassim. Il-proċeduri għall-immaniġġjar ta’ ilmenti u s-soluzzjoni ta’ tilwimiet għandu jkun indipendenti.

Emenda  128

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tilwim bejn is-soċjetajiet kollettriċi u l-utenti dwar kundizzjonijiet eżistenti jew proposti għall-ħruġ ta’ liċenzji, tariffi u kwalunkwe ċaħda għall-ħruġ ta’ liċenzja jistgħu jitressqu quddiem qorti, u jekk xieraq lil korp imparzjali għal riżoluzzjoni ta’ tilwim.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tilwim bejn l-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv u l-utenti dwar kundizzjonijiet eżistenti jew proposti għall-ħruġ ta’ liċenzji, tariffi, il-kalkolazzjoni ta’ tariffi u kwalunkwe ċaħda għall-ħruġ ta’ liċenzja jistgħu jitressqu quddiem qorti, u jekk xieraq lil korp imparzjali għal riżoluzzjoni ta’ tilwim. Madankollu, jekk il-liġi tal-Istat Membru tippermetti, għandha tiġi ppreferuta l-medjazzjoni.

Emenda  129

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-ispejjeż amministrattivi ta’ rikorsi għal riżoluzzjoni ta’ tilwim bħal din għandhom ikunu raġonevoli.

Emenda  130

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-utenti li jikkontestaw it-tariffi ta’organizzazzjoni ta’ mmaniġġjar kollettiv quddiem qorti jew korp indipendenti u imparzjali għas-soluzzjoni tat-tilwim, ipoġġu l-ammonti kkontestati taħt sekwestru matul iż-żmien meħtieġ għar-riżoluzzjoni tat-tilwima.

Emenda  131

Proposta għal direttiva

Artikolu 35 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-korp għal riżoluzzjoni ta' tilwim għandu jkollu l-kapaċitajiet kollha meħtieġa biex jiffaċilita proċeduri rapidi u mingħajr dewmien għall-partijiet kollha.

Emenda  132

Proposta għal direttiva

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-proċeduri tal-ilmenti msemmija fil-paragrafu 1, jiġu amministrati mill-awtoritajiet kompetenti li għandhom is-setgħa li jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottata skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva.

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati u implimentati skont ir-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva min-naħa tal-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv stabbiliti fit-territorju tagħhom tiġi ssorveljata mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Emenda  133

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sanzjonijiet jew miżuri

Monitoraġġ tal-konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali: sanzjonijiet u miżuri

Emenda  134

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom jistgħu jieħdu sanzjonijiet u miżuri amministrattivi xierqa meta d-dispożizzjonijiet tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma jkunux ġew osservati u għandhom jiżguraw li jkunu applikati. Dawn is-sanzjonijiet u miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti li jimmonitorjaw kontinwament lill-organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv stabbiliti fit-territorju tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-poter li jimponu sanzjonijiet u jieħdu miżuri xierqa meta d-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali adottati fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva ma jkunux ġew osservati. Dawn is-sanzjonijiet u/jew miżuri għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda  135

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 sad-[data] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

imħassar

PROĊEDURA

Titolu

Immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għal użi online fis-suq intern

Referenzi

COM(2012)0372 – C7-0183/2012 – 2012/0180(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

11.9.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

11.9.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Helga Trüpel

19.9.2012

Eżami fil-kumitat

23.1.2013

23.4.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

18.6.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Zoltán Bagó, Lothar Bisky, Piotr Borys, Jean-Marie Cavada, Silvia Costa, Santiago Fisas Ayxela, Lorenzo Fontana, Mary Honeyball, Petra Kammerevert, Emma McClarkin, Marek Henryk Migalski, Katarína Neveďalová, Doris Pack, Chrysoula Paliadeli, Monika Panayotova, Gianni Pittella, Marie-Thérèse Sanchez-Schmid, Marco Scurria, Hannu Takkula, László Tőkés, Helga Trüpel, Milan Zver

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Liam Aylward, Ivo Belet, Nadja Hirsch, Georgios Papanikolaou, Inês Cristina Zuber

PROĊEDURA

Titolu

Immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatai u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għal użi online fis-suq intern

Referenzi

COM(2012)0372 – C7-0183/2012 – 2012/0180(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

11.7.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

11.9.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

13.12.2012

ITRE

11.9.2012

IMCO

11.9.2012

CULT

11.9.2012

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Marielle Gallo

9.7.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

6.11.2012

18.3.2013

19.3.2013

29.5.2013

 

20.6.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

9.7.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Bernhard Rapkay, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Eva Lichtenberger, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jörg Leichtfried, Anna Záborská

Data tat-tressiq

6.8.2013