RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emenda tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 fir-rigward tal-kwoti tariffarji għall-inbid
23.9.2013 - (COM(2013)0187 – C7‑0090/2013 – 2013/0099(COD)) - ***I
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Iuliu Winkler
ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 rigward il-kwoti tariffarji għall-inbid
(COM(2013)0187 – C7‑0090/2013 – 2013/0099(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0187),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0090/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0293/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 1 (ġdid) Regolament (KE) Nru 1215/2009 Artikolu 7a – paragrafi 2 u 3 | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Artikolu 1 – punt 2 Regolament (KE) Nru 1215/2009 Anness I | ||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||
Il-punt (1), kif ukoll referenza għar-Regolament (KE) Nru 1215/2009, iddaħħlu fl-Artikolu 1 tal-abbozz ta' Regolament permezz tal-Emenda 1, li b'konsegwenza jeħtieġ li jiġi adattat it-test attwali tal-Artikolu 1 tal-abbozz ta' Regolament. |
NOTA SPJEGATTIVA
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jintroduċi ċerti miżuri kummerċjali eċċezzjonali għal pajjiżi jew territorji li jipparteċipaw fil-proċess ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Unjoni Ewropea jew li huma marbutin miegħu. Fil-prattika, huwa jagħti aċċess bla dazju eċċezzjonali u mingħajr limitu għas-suq Ewropew għal kważi l-prodotti kollha li joriġinaw mill-Albanija, il-Bożnja u l-Ħerzegovina, il-Kroazja, il-Kosovo, Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, il-Montenegro u s-Serbja. It-tali liberalizzazzjoni assimmetrika normalment ikollha effett fuq ir-regoli tad-WTO dwar in-nondiskriminazzjoni. Madankollu, dawn il-preferenzi kummerċjali għall-Balkani tal-Punent huma permessi b’mod espliċitu minħabba eżenzjoni tad-WTO sal-31 ta’ Diċembru 2015.
Bl-eċċezzjoni tal-Kosovo, il-pajjiżi kollha elenkati hawn fuq ikkonkludew Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew Ftehimiet Interim dwar kummerċ u materji relatati mal-kummerċ mal-UE. Il-konċessjonijiet mogħtija taħt dawn ir-reġimi ta’ kummerċ kuntrattwali f’ħafna aspetti huma aktar favorevoli minn dawk offruti taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1215/2009. Għalhekk, dan ir-regolament ġie progressivament emendat sabiex ineħħi dawn il-pajjiżi mil-lista ta’ benefiċjarji tal-konċessjonijiet tariffarji għall-istess prodotti taħt ir-reġimi ta’ kummerċ kuntrattwali, u biex jaġġustaw il-volumi tal-kwoti tariffarji globali għal dawk il-prodotti li għalihom jingħataw kwoti tariffarji taħt ir-reġimi ta’ kummerċ kuntrattwali. Madankollu, dawn il-pajjiżi jibqgħu benefiċjarji taħt ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 sakemm dan ir-regolament jipprovdi għal konċessjonijiet li huma aktar favorevoli minn dawk taħt ir-reġimi ta’ kummerċ kuntrattwali.
It-trattament tariffarju preferenzjali stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 ma japplikax, inter alia, għall-inbid. Dan ir-regolament jipprovdi li l-inbid huwa importat mill-Balkani tal-Punent kollha permezz ta’ kwota tariffarja globali, bl-iffissar ta’ kwantità ta’ inbid li jista’ jiġi importat mingħajr dazju jew b’inqas dazju. Barra minn dan, il-Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew Ftehimiet Interim jagħtu kwota tariffarja speċifika individwali għall-inbid lill-pajjiżi rispettivi. Fil-prattika, il-kwota tariffarja globali għall-inbid ta’ 50.000 hl stabbilita taħt ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009 hija miftuħa għall-benefiċjarji kollha, iżda biss wara li tkun ġiet eżawrita l-kwota speċifika tagħhom disponibbli taħt il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew Ftehim Interim.
Il-Kosovo m’għandux Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew Ftehim Interim mal-UE u għalhekk jista’ jibbenefika biss mill-kwota tariffarja globali stabbilita taħt ir-Regolament (KE) Nru 1215/2009. Iżda meta t-tali kwota tariffarja tiġi eżawrita minn pajjiżi oħra, l-esportaturi Kosovari jitilfu l-aċċess preferenzjali għas-suq tal-UE. Kif il-Kosovo wera l-potenzjal għall-esportazzjoni tal-inbid lejn l-UE, ir-regolament propost għandu l-għan li jikkoreġi din l-assimetrija billi jalloka kwota ta’ tariffa speċifika għall-inbid ta’ 20.000 hl għall-Kosovo, li titnaqqas mill-kwota globali ta’ 50.000 hl prevista fir-Regolament tal-Kunsill 1215/2009, għalhekk titnaqqas għal 30.000 hl. Dan jinkiseb billi jiġi emendat l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill 1215/2009.
F’dan l-istadju, ir-rapporteur jikkunsidra r-regolament propost bħala bbażat fuq approċċ raġonevoli, li jimmira għall-ksib ta’ kundizzjonijiet ekwi rigward l-importazzjonijiet tal-inbid fl-UE mill-Balkani tal-Punent kollha. Ir-rapporteur jenfasizza l-fatt li l-allokazzjoni ta’ kwota tariffarja speċifika għall-inbid li joriġina mill-Kosovo ma tinvolvix żieda ġenerali tal-kwota tariffarja globali għall-inbid li għandu permess li jiġi importat mill-Balkani tal-Punent, iżda sempliċiment tbiddel id-distribuzzjoni tiegħu, tikkoreġi l-allegata pożizzjoni żvantaġġata ta’ esportaturi tal-inbid Kosovari. Jidher, barra minn hekk, li l-livell tal-kwota tal-inbid allokata lill-Kosovo hija stabbilita fuq il-bażi tal-kummerċ passat f’dak il-prodott, u peress li dan huwa l-metodu li normalment ikun segwit biex ikunu ddeterminati l-livelli ta’ kwoti, jidher li ma hemmx allokazzjoni sproporzjonata ta’ inbid lill-Kosovo meta mqabbel mal-kwoti tariffarji individwali għall-inbid allokati għall-Balkani tal-Punent l-oħra taħt il-Ftehimiet ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni jew Ftehimiet Interim. Għal dawn ir-raġunijiet, f’dan l-istadju, ir-rapporteur m’għandu l-ebda emendi għall-proposta tal-Kummissjoni. Ir-rapporteur finalment jenfasizza l-urġenza ta’ din il-proċedura leġiżlattiva, sabiex ma jiġix sfrattat il-kummerċ, ir-Regolament emendat (KE) Nru 1215/2009 ikollu jiġi adottat u ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. Ir-rapporteur huwa f’kuntatt mal-Presidenza li jmiss u mas-Segretarjat tal-Kunsill biex jiżgura adozzjoni rapida tal-proposta preżenti.
PROĊEDURA
Titolu |
Kwoti tariffarji għall-inbid |
||||
Referenzi |
COM(2013)0187 – C7-0090/2013 – 2013/0099(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
8.4.2013 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 16.4.2013 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 16.4.2013 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
AGRI 24.4.2013 |
|
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Iuliu Winkler 25.4.2013 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
10.7.2013 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
17.9.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
26 1 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Badia i Cutchet, María Auxiliadora Correa Zamora, Andrea Cozzolino, George Sabin Cutaş, Marielle de Sarnez, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Henri Weber, Jan Zahradil |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Elisabeth Köstinger, Mario Pirillo, Jarosław Leszek Wałęsa |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Pierre Audy, Krzysztof Lisek |
||||
Data tat-tressiq |
23.9.2013 |
||||