Proċedura : 2013/0092(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0300/2013

Testi mressqa :

A7-0300/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/04/2014 - 17.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2014)0393

RAPPORT     ***I
PDF 792kWORD 391k
23.9.2013
PE 513.009v02-00 A7-0300/2013

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass

(COM(2013)0174 – C7‑0089/2013 – 2013/0092(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Keith Taylor

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass

(COM(2013)0174 – C7‑0089/2013 – 2013/0092+(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0174),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0089/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta' Lulju 2013(1),

–   wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0000/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva favur dan il-finanzjament pluriennali għall-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;

3.  Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta rendikont finanzjarju ġdid li jikkunsidra b'mod sħiħ ir-riżultat tal-ftehim leġiżlattiv bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jintlaħqu r-rekwiżiti baġitarji u tal-persunal tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u possibilment tas-servizzi tal-Kummissjoni;

4.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Il-ħidma tal-Aġenzija fil-prevenzjoni tat-tniġġis u fit-tħejjija ta’ reazzjoni għat-tniġġis hija ta’ benefiċċju mhux biss finanzjarju iżda żżid ukoll valur mhux monetarju. Minħabba r-riskju tal-impatt ekoloġiku devastanti u l-ispejjeż ekonomiċi enormi ta’ inċidenti tat-tniġġis possibbli, kif ukoll l-impatt soċjoekonomiku ta’ inċidenti ta’ dan it-tip fuq setturi oħrajn, bħat-turiżmu u s-sajd, l-investiment suffiċjenti fl-Aġenzija huwa kruċjali.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) ġenzija għandu jkollha rwol attiv fiż-żamma u l-iżvilupp tas-servizz ta' immaġnijet bis-satellita għas-sorveljanza, l-individwazzjoni bikrija tat-tniġġis u l-identifikazzjoni tal-vapuri jew tal-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass responsabbli. Din is-sistema għandha ttejjeb id-disponibbiltà tad-dejta u l-effikaċja tar-reazzjoni għat-tniġġis.

(9) ġenzija għandu jkollha rwol attiv fiż-żamma u l-iżvilupp tas-servizz ta' immaġnijet bis-satellita għas-sorveljanza, l-individwazzjoni bikrija tat-tniġġis u l-identifikazzjoni tal-vapuri jew tal-installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass responsabbli. Din is-sistema għandha ttejjeb id-disponibbiltà tad-dejta u l-effikaċja tar-reazzjoni għat-tniġġis, u għandha tħaffef kemm ir-reazzjoni inizjali kif ukoll il-forniment ta' faċilitajiet xierqa ta' appoġġ.

Ġustifikazzjoni

Li tkun effettiv ifisser inqas ħin biex issir reazzjoni u forniment aktar fil-pront tar-riżorsi rilevanti, sabiex jiġu minimizzati t-tniġġis u r-riperkussjonijiet tiegħu.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni, l-Aġenzija għandha tiġi pprovduta b’sistema vijabbli u kosteffettiva għall-finanzjament, b’mod partikolari, l-assistenza operazzjonali lill-Istati milquta.

(11) Sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni, l-Aġenzija għandha tiġi pprovduta b’sistema vijabbli u kosteffettiva għall-finanzjament, b’mod partikolari, bl-għoti ta’ assistenza operazzjonali lill-Istati milquta.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Għalhekk għandha tiġi pprovduta sigurtà finanzjarja għall-finanzjament tal-kompiti fdati lill-Aġenzija fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis u ta' azzjonijiet oħra assoċjati abbażi ta' impenn pluriennali. mmonti annwali tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-Awtorità Baġitarja skont il-proċedura baġitarja annwali.

(12) Għalhekk għandha tiġi pprovduta sigurtà finanzjarja għall-finanzjament tal-kompiti fdati lill-Aġenzija fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis u ta' azzjonijiet oħra assoċjati abbażi ta' impenn pluriennali. Il-kobor ta' dan l-impenn pluriennali għandu jikkunsidra l-espansjoni tal-kompiti tal-Aġenzija u l-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-attivitajiet tagħha. mmonti annwali tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għandhom jiġu ddeterminati mill-Awtorità Baġitarja skont il-proċedura baġitarja annwali.

Ġustifikazzjoni

Il-baġit pluriennali tal-Aġenzija għandu jkun kbir biżżejjed biex ikun jista' jissodisfa r-responsabilitajiet tagħha, li ġew estiżi bir-Regolament (UE) Nru 100/2013. Il-baġit, għalhekk, għandu jirrifletti l-ħtiġijiet u l-isfidi reali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) mmonti li għandhom jiġu impenjati għall-finanzjament għar-reazzjoni kontra t-tniġġis għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, skond il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid. Għalhekk għandu jiġi pprovdut pakkett finanzjarju li jkopri l-istess perjodu.

(13) mmonti li għandhom jiġu impenjati għall-finanzjament għar-reazzjoni kontra t-tniġġis għandhom ikopru l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020, skond il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid. Għalhekk hu meħtieġ li jiġu allokati iktar riżorsi lill-Aġenzija sabiex jitqiesu l-kompiti l-ġodda tagħha.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Ir-rikonoxximent tal-ħtieġa li l-Aġenzija tkun sikura fuq livell finanzjarju, u indipendentement mill-finanzjament pluriennali tal-Kummissjoni, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw mekkaniżmi li permezz tagħhom l-ispejjeż finanzjarji mġarrba mill-Aġenzija jistgħu jiġu rkuprati minn partijiet terzi fir-rigward ta’ oġġetti, servizzi jew ħidma pprovduti mill-Aġenzija.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "sustanzi perikolużi u li jagħmlu l-ħsara" tfisser kwalunkwe sustanza apparti ż-żejt li, jekk tiġi introdotta fl-ambjent tal-baħar, x'aktarx li toħloq perikli għas-saħħa tal-bniedem, tagħmel ħsara lir-rizorsi ħajjin u lill-ħajja fil-baħar, tagħmel ħsara lil faċilitajiet jew tinterferixxi ma' użi leġittimi oħra tal-baħar, kif stabbilit mill-Protokoll dwar Preparazzjoni, Rispons u Koperazzjoni għal Inċidenti ta' Tniġġis minn Sustanzi Perikolużi u Li Jagħmlu l-Ħsara, 2000.

(b) "sustanzi perikolużi u li jagħmlu l-ħsara" tfisser kwalunkwe sustanza apparti ż-żejt, inklużi aġenti dispersivi, li, jekk tiġi introdotta fl-ambjent tal-baħar, x'aktarx li toħloq perikli għas-saħħa tal-bniedem, tagħmel ħsara lir-rizorsi ħajjin u lill-ħajja fil-baħar, tagħmel ħsara lil faċilitajiet jew tinterferixxi ma' użi leġittimi oħra tal-baħar, kif stabbilit mill-Protokoll dwar Preparazzjoni, Rispons u Koperazzjoni għal Inċidenti ta' Tniġġis minn Sustanzi Perikolużi u Li Jagħmlu l-Ħsara, 2000, tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali;

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) "installazzjoni taż-żejt u l-gass" tfisser faċilità stazzjonarja fissa jew mobbli, jew kombinament ta’ faċilitajiet, interkonnessi b’mod permanenti permezz ta’ pontijiet jew strutturi oħra, użati għall-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta jew b’konnessjoni ma’ dawk l-operazzjonijiet; dan jinkludi unitajiet tat-tħaffir mobbli lil hinn mill-kosta biss jekk ikunu stazzjonati f'ilmijiet lil hinn mill-kosta għat-tħaffir, il-produzzjoni jew attivitajiet oħra assoċjati ma' operazzjonijiet taż-żejt jew tal-gass lil hinn mill-kosta, kif ukoll infrastruttura u faċilitajiet użati biex iż-żejt u l-gass jinġieb l-art jew lejn terminals fuq l-art;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni tar-rapporteur għandha tiġi estiża biex tinkludi l-faċilitajiet użati biex iż-żejt u l-gass jinġiebu l-art u lejn terminals taż-żejt u tal-gass.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb) "operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta" tfisser l-attivitajiet kollha assoċjati ma’ installazzjoni jew infrastruttura konnessa, inkluż id-disinn, l-ippjanar, il-kostruzzjoni, l-operazzjoni u d-dekummissjonar tagħha, b’rabta mal-esplorazzjoni u l-produzzjoni.

 

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) informazzjoni, b'mod partikolari l-ġbir, l-analiżi u t-tixrid tal-aqwa prattiki, tekniki u innovazzjonijiet, bħal strumenti għall-monitoraġġ tat-tbattil tat-tankijiet tal-vapuri u għall-monitoraġġ ta' pjattaformi lil hinn mill-kosta għal rilaxxi operazzjonali u tixrid aċċidentali;

(a) informazzjoni, b'mod partikolari l-ġbir, l-analiżi u t-tixrid tal-aqwa prattiki, tekniki u innovazzjonijiet, bħal strumenti għall-monitoraġġ tat-tbattil tat-tankijiet tal-vapuri u għall-monitoraġġ ta' pjattaformi lil hinn mill-kosta għal rilaxxi operazzjonali u tixrid aċċidentali; f’dan ir-rigward, l-awtoritajiet tal-Istati Membri inkarigati mill-koordinazzjoni ta’ reazzjoni ta’ emerġenza għandhom jagħmlu disponibbli għall-Aġenzija l-provi ta’ valutazzjonijiet ta’ kwalunkwe sustanza kimika li tintuża bħala aġent dispersiv li twettqu minn qabel bil-ħsieb li jiġu minimizzati l-impatti fuq is-saħħa pubblika u/jew iktar ħsara ambjentali;

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) assistenza operazzjonali u appoġġ, fuq talba, b'mezzi addizzjonali, bħal vapuri kontra t-tniġġis lesti biex jintużaw, tagħmir tas-satellita u immaġnijiet bis-satellita, azzjonijiet ta' reazzjoni għat-tniġġis tal-Istati milquta fil-każ ta' tniġġis aċċidentali jew apposta ikkawżat minn vapuri jew tniġġis tal-baħar minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta.

(c) assistenza operazzjonali u appoġġ, fuq talba, b'mezzi addizzjonali, bħal vapuri kontra t-tniġġis lesti biex jintużaw, tagħmir tas-satellita u immaġnijiet bis-satellita, azzjonijiet proposti u dettalji ta' tekniki, kif ukoll azzjonijiet ta' reazzjoni għat-tniġġis tal-Istati milquta fil-każ ta' tniġġis aċċidentali jew apposta ikkawżat minn vapuri jew tniġġis tal-baħar minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta u miżuri għat-tindif ta' tali tniġġis.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 għandu jkun ta' EUR 160,500,000 espress fi prezzijiet attwali.

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 għandu jkun ta' EUR 185,500,000 espress fi prezzijiet attwali.

Ġustifikazzjoni

L-allokazzjoni baġitarja globali proposta taqa’ taħt il-limitu minimu adegwat li jippermetti lill-Aġenzija tkompli bil-kompiti attwali tagħha kif ukoll biex twettaq kompiti ġodda assenjati lilha skont ir-Regolament Nru 100/2013. Huma meħtieġa EUR 25 miljun addizzjonali tul 7 snin għal implimentazzjoni minima tal-kompiti l-ġodda assenjati, mingħajr ma jiġu kompromessi dawk eżistenti. Dawk kollha huma kompiti ewlenin tal-Aġenzija u b’hekk hemm l-obbligu legali li l-Unjoni tiffinanzjahom b’mod adegwat. Għal iktar dettalji, ara n-nota spjegattiva.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ li l-baġit tal-EMSA għal dan il-perjodu jkun iktar baxx minn dak allokat fil-qafas finanzjarju pluriennali, għandha tfassal memorandum, indirizzat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, fejn jiġi spjegat li dan jaffettwa l-kapaċità tagħha li twettaq il-kompiti li ġew assenjati lilha.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex jiġu ddefiniti r-rekwiżiti għall-provvediment ta' assistenza operazzjonali mill-Aġenzija, bħal bastimenti addizzjonali kontra t-tniġġis, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi fuq bażi regolari lista tal-mekkaniżmi pubbliċi u, fejn disponibbli, dawk privati ta' reazzjoni għat-tniġġis u l-kapaċitajiet ta' reazzjoni assoċjati fir-reġjuni varji tal-Unjoni.

Sabiex jiġu ddefiniti r-rekwiżiti għall-provvediment ta' assistenza operazzjonali mill-Aġenzija, bħal bastimenti addizzjonali kontra t-tniġġis, l-Aġenzija għandha tistabbilixxi fuq bażi regolari lista tal-mekkaniżmi pubbliċi u, fejn disponibbli, dawk privati ta' reazzjoni għat-tniġġis u l-kapaċitajiet ta' reazzjoni assoċjati fir-reġjuni varji tal-Unjoni. Hija għandha wkoll tfassal lista ta' rekwiżiti li ma ġewx soddisfatti, li tispeċifika l-implikazzjonijiet li dan għandu.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'konformità mal-priniċpju ta' assistenza reċiproka u fid-dawl tal-espansjoni tal-kompiti tal-Aġenzija biex tkopri l-pajjiżi li jaqgħu taħt il-Politika ta' Tkabbir u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, il-pajjiżi li għandhom fruntiera mal-baċini tal-baħar Ewropej għandhom ugwalment jiffavorixxu l-iskambju ta' informazzjoni u jikkooperaw fit-tfassil ta' dik il-lista.

Ġustifikazzjoni

L-estensjoni tal-mandat u l-attivitajiet tal-Aġenzija biex ikopru pajjiżi terzi li għandhom fruntiera mal-baċini tal-baħar Ewropej tfisser li dawn il-pajjiżi għandhom jipprovdu dettalji varji tal-mekkaniżmi pubbliċi u/jew privati tagħhom. Tali skambju ta' informazzjoni għandu jkun volontarju u bbażat fuq assistenza reċiproka.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-rapport għandu jindika b’mod ċar il-benefiċċji soċjoekonomiċi, ekoloġiċi u finanzjarji tat-tħejjija għar-reazzjoni tal-Aġenzija għat-tniġġis ikkawżat mit-tniġġis li jirriżulta minn vapuri u t-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Abbażi ta' dan ir-rapport, il-Kummisjoni għandha, jekk ikun xieraq, tipproponi emendi għal dan ir-Regolament b'mod partikolari sabiex jitqies il-progress xjentifiku fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis ikkawżat mill-vapuri u t-tniġġis tal-baħar ikkawżat mill-installazzjonijet taż-żejt u tal-gass, speċjalment it-tniġġis ikkawżat miż-żejt jew minn sustanzi perikolużi u noċivi.

Abbażi ta' dak ir-rapport, il-Kummisjoni tista', jekk ikun xieraq, tipproponi emendi għal dan ir-Regolament b'mod partikolari sabiex jitqies il-progress xjentifiku fil-qasam tal-ġlieda kontra t-tniġġis ikkawżat mill-vapuri u t-tniġġis tal-baħar ikkawżat mill-installazzjonijet taż-żejt u tal-gass, speċjalment it-tniġġis ikkawżat miż-żejt jew minn sustanzi perikolużi u noċivi, kif ukoll it-tibdil fl-impenji reġjonali u internazzjonali li l-Unjoni tkun daħlet għalihom f'dan il-qasam.

Ġustifikazzjoni

Il-progress tekniku mhuwiex l-uniku fattur li jeħtieġ li jiġi kkunsidrat tul il-valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-prestazzjoni u l-attivitajiet tal-Aġenzija. Meta jitqies li l-Unjoni tappartjeni għal diversi organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, għandu jittieħed kont ukoll ta' kwalunkwe tibdil fl-impenji li tkun daħlet għalihom bħala membru ta' dawn l-organizzazzjonijiet.

(1)

ĠU L ... (għadha mhijiex ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali).


NOTA SPJEGATTIVA

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima ("l-Aġenzija") li ġiet stabbilita fl-2002, ġiet assenjata, fl-2004, kompiti fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar. Meta titqies in-natura fuq terminu twil tar-responsabbiltà tal-Aġenzija għar-reazzjoni għat-tniġġis, it-tlestija effiċjenti u bir-reqqa tal-kompiti involuti teżiġi sigurtà finanzjarja xierqa abbażi ta' impenn pluriennali. Għalhekk, fl-2006 l-leġiżlatur tal-UE stabbilixxa finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri għall-perjodu mill-2007 sal-2013.

F’konformità mar-Regolament 2038/2006 u mad-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri(1), it-tliet kompiti ewlenin tal-Aġenzija fil-qasam tar-reazzjoni għal tniġġis ikkawżat minn vapuri huma dawn:

(a) Assistenza operattiva lill-Istati Membri

L-Aġenzija toffri netwerk ta’ bastimenti lesti biex jintużaw b’reazzjoni għal tixrid ta' żejt biex jikkumplimentaw il-kapaċità tal-Istati Membri meta jiġu affettwati minn dan it-tip ta' tixrid. Tipprovdi wkoll is-servizz CleanSeaNet li huwa servizz ta’ individwazzjoni u monitoraġġ ta’ tixrid ta’ żejt, bl-użu tas-satellita, u n-netwerk MAR-ICE li jipprovdi informazzjoni dwar it-tixrid ta’ sustanzi kimiċi. L-istati kostali affettwati jistgħu jitolbu l-intervemt ta' bastimenti ta' reazzjoni f'każ ta' tixrid ta' żejt permezz tal-Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili(2). Integrazzjoni mingħajr xkiel mal-mekkaniżmi ta' reazzjoni tal-Istati Membri titwettaq permezz ta' parteċipazzjoni regolari f'eżerċizzji nazzjonali u reġjonali.

(b) Kooperazzjoni u koordinazzjoni

L-Aġenzija tikkoordina mal-esperti mill-Istati Membri li huma responsabbli għal reazzjoni f'każ ta' tniġġis, kif ukoll ma' Ftehimiet Reġjonali eżistenti u mal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali.

(c) Informazzjoni

L-Aġenżija tiġbor, tanalizza u xxerred informazzjoni dwar l-aqwa prattiki, tekniki u innovazzjonijiet fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar.

Ir-Regolament Nru 100/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1406/2002, assenja lill-Aġenzija kompiti fir-rigward tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass u estenda s-servizzi tal-Aġenzija lill-pajjiżi koperti bil-politika tat-tkabbir u bil-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV).

Twettqu diversi attivitajiet ta’ evalwazzjoni tul dawn l-aħħar snin. Il-konklużjonijiet ewlenin minn dawn l-evalwazzjonijiet huma pożittivi. L-ammont ta’ baġit allokat għar-reazzjoni għat-tniġġis huwa adegwat. Il-miżuri ffinanzjati fil-biċċa l-kbira huma meqjusa kosteffiċjenti, jipprovdu valur miżjud u l-ġestjoni tagħhom hija xierqa.

Sommarju tal-proposta

Ir-Regolament propost ifittex li jġedded il-finanzjament pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020 fil-qafas tal-perspettivi finanzjarji l-ġodda.

Jistipula l-arranġamenti dettaljati għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-kompiti assenjati lilha fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta.

Il-Kummissjoni tipproponi li tiddedika ammont ta’ EUR 160,5 miljun taħt l-Intestatura I “Tkabbir Intelliġenti u Inklussiv” għall-perjodu ta’ referenza mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2020. L-ammonti annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Awtorità Baġitarja skont il-proċedura baġitarja.

Bid-dħul fis-seħħ tal-emendi għar-Regolament Kostituttiv Nru 100/2013 f’Jannar 2013, l-Aġenzija rċeviet il-kompiti l-ġodda li ġejjin fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis:

a) L-azzjonijiet attwali ta' reazzjoni f'każ ta' "tniġġis ikkawżat mill-vapuri" se jkopri wkoll "tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass",

b) CleanSeaNet se "jimmonitorja wkoll id-daqs u l-impatt ambjentali tat-tniġġis tal-baħar miż-żejt ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass",

c) Il-kopertura ġeografika attwali (l-Istati Membri u l-pajjiżi ta' adeżjoni) hija estiża għall-"Pajjiżi sħab tal-Viċinat Ewropew u għall-pajjiżi li qed jipparteċipaw fil-Memorandum ta' Qbil dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port". Permezz ta' dan, il-bastimenti tal-Aġenzija jistgħu jintużaw fiż-żona kollha tal-baċini tal-ibħra reġjonali tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tipproponi li l-ammont allokat għandu jestendi biss għall-ewwel żewġ kompiti b’finanzjament inizjali biex jibdew jitwettqu ż-żewġ kompiti mingħajr ma jiġu kompromessi dawk eżistenti. It-tielet kompitu għandu jiġi ffinanzjat minn programmi eżistenti tal-UE għall-pajjiżi koperti bil-politika tat-tkabbir u bil-PEV (il-programm SAFEMED għall-Baħar Mediterran u l-programmi fl-ambitu tal-inizjattiva TRACECA għall-Baħar l-Iswed).

L-Aġenzija tintalab tkompli bis-sinerġiji u miżuri ta’ ffrankar oħrajn li ttieħdu, sabiex jiġi limitat l-impatt tal-inflazzjoni li ma jitqiesx f’din il-proposta.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-Rapporteur jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tkompli bil-finanzjament pluriennali tal-Aġenzija fil-qasam tal-attivitajiet ta’ reazzjoni għat-tniġġis.

Madankollu, jinsab imħasseb ħafna dwar in-nuqqas ta’ konsistenza fl-approċċ tal-Kummissjoni: fuq naħa, il-koleġiżlaturi ddeċidew li jallokaw kompiti ġodda lill-Aġenzija, kif spjegat hawn fuq, u fuq naħa oħra l-proposta attwali mhix se tippermetti lill-Aġenzija twettaq dawn ir-responsabbiltajiet.

Il-ħidma tal-Aġenzija fil-prevenzjoni tat-tniġġis u fit-tħejjija ta’ reazzjoni għat-tniġġis hija ta’ benefiċċju mhux biss finanzjarju iżda żżid ukoll il-valur mhux monetarju. Minħabba l-impatt ekoloġiku devastanti u l-ispejjeż ekonomiċi enormi tal-possibbiltà ta’ inċidenti, kif ukoll l-impatt soċjoekonomiku fuq setturi oħrajn, bħat-turiżmu u s-sajd, l-investiment suffiċjenti fl-Aġenzija huwa kruċjali. Dan hu r-raġunament fundamentali li jiggwida l-pożizzjoni tar-Rapporteur, kif spjegat hawn taħt:

1) Ir-Rapporteur jinsab diżappuntant li l-Kummissjoni qed tipproponi li l-ammont allokat għas-seba’ snin li ġejjin jinżamm fl-istess livell bħal qabel, bi prattikament l-ebda żieda, peress li lanqas l-inflazzjoni mhi qed titqies. Għal proġetti eżistenti, hu allokat l-istess ammont: EUR 154,480 miljun, iżda għal proġetti ġodda EUR 6 020 miljun biss. Dan jippermetti biss implimentazzjoni limitata ħafna ta' kompiti ġodda, jew jekk jiddaħħlu kompiti ġodda, dan ifisser li jkun hemm kompromess tal-implimentazzjoni tal-proġetti eżistenti.

Għalhekk ir-Rapporteur iqis li l-ammont ta’ referenza finanzjarja msemmi fl-Artikolu 4 tal-proposta għandu jkun ta’ EUR 185 000 000 bil-prezzijiet attwali (ara t-tabella fl-Anness). Dan jirriżulta mill-fatt li l-allokazzjoni baġitarja globali proposta ta’ EUR 160 500 000 għall-perjodu mill-2014 sal-2020 taqa’ taħt il-limitu minimi adegwat biex l-Aġenzija tkompli bil-kompiti attwali tagħha, kif ukoll biex twettaq il-kompiti l-ġodda tagħha, assenjati lilha mir-Regolament Nru 100/2013.

L-ammont miżjud ta’ EUR 25 miljun tul seba’ snin jippermetti lill-Aġenzija twettaq l-għadd minimu ta’ azzjonijiet sabiex twettaq il-kompiti assenjati l-ġodda tagħha. B’mod partikolari:

•   L-għoti ta’ kuntratti lil żewġ bastimenti ta’ rkupru taż-żejt addizzjonali lesti biex jintużaw

Żewġ żoni ġeografiċi bħalissa mhumiex koperti (l-Artiku u l-Gżejjer Kanarji/il-Portugall tan-Nofsinhar) f’termini ta’ attivitajiet ta’ tħaffir lil hinn mill-kosta esploratorji ġodda. Billi jitqiesu l-livelli attwali tal-attivitajiet biex jiġu esplorati iktar rotot għall-vapuri kif ukoll għar-riżorsi taż-żejt u l-gass, jeħtieġ li dawn iż-żoni jiddaħħlu gradwalment fl-2015 u l-2017. Sabiex jiġu koperti żoni b’installazzjonijiet lil hinn mill-kosta, l-Aġenzija diġà bdiet tibgħat mill-ġdid il-bastimenti tagħha. Pereżempju, ħarġet sejħa għall-offerti għall-2013/2014 għall-Baħar tat-Tramuntana u l-Baħar Adrijatiku.

•   Tagħmir speċjalizzat għal tixrid lil hinn mill-kosta

Sabiex jiġi monitorjat tixrid lil hinn mill-kosta, jeħtieġ li l-Aġenzija takkwista tagħmir speċjalizzat minbarra t-tagħmir li diġà għandhom. Dawn l-istrumenti addizzjonali huma meħtieġa ħafna, iżda l-ammont globali ppjanat għal dan il-għan hu limitat ħafna. L-Aġenzija tippjana li ddaħħal gradwalment dawk l-attivitajiet tul perjodu ta’ 3 snin.

•   Aġenti dispersivi għal tixrid lil hinn mill-kosta

Il-kompiti operattivi tal-Aġenzija jiffurmaw parti mill-mekkaniżmu ta’ reazzjoni għat-tniġġis tal-Istati kostali, b’fokus ewlieni fuq it-tixrid lil hinn mill-kapaċità ta’ reazzjoni nazzjonali ta’ Stati Membri individwali, u wara talba għall-għajnuna. Jeħtieġ li l-Aġenzija tibni t-tħejjija għat-tniġġis tagħha, probabbilment inkluż bl-istabbiliment ta’ sistemi dispersivi. Id-deċiżjoni finali dwar l-użu ta’ metodu partikolari kontra t-tniġġis għandha tittieħed mill-Istat Membru li jitlob l-għajnuna. Ir-Rapporteur jitlob li jekk ikun meħtieġ li jintużaw l-aġenti dispersivi, dawn jintgħażlu abbażi ta’ x’jista’ jipprovdi l-aħjar riżultat globali għall-ambjent.

•   L-estensjoni ta’ CleanSeaNet għall-monitoraġġ ta’ installazzjonijiet lil hinn mill-kosta

Sabiex jiġi żgurat monitoraġġ regolari tal-installazzjonijiet lil hinn mill-kosta li mhumiex koperti llum mis-servizzi tal-Istati Membri, jeħtieġ li l-Aġenzija takkwista kapaċità ikbar ta’ immaġni bis-satellita.

Ir-Rapporteur jappoġġa l-idea li l-ammont ippjanat ta’ EUR 185 500 000 għandu jiġi estiż għall-ewwel żewġ kompiti ġodda. L-estensjoni tal-kopertura ġeografika attwali għandha tiġi ffinanzjata mill-programmi tal-UE eżistenti għall-pajjiżi koperti mill-politika tat-tkabbir u mill-PEV.

2) Wara l-adozzjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari bil-ħsieb li tiġi adottata d-Direttiva Nru 2013/.../UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza ta' operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta u li temenda d-Direttiva Nru 2004/35/KE fil-plenarja fil-21 ta' Mejju 2013, ġew proposti għadd ta’ allinjamenti, inklużi d-definizzjonijiet ta’ ‘installazzjonijiet’ u ‘operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta’ fl-Artikolu 2.

3) Ir-Rapporteur jintroduċi żewġ rekwiżiti ta’ rappurtar li jeħtieġu l-għoti ta’ ċifri affidabbli dwar:

•   L-ispejjeż soċjoekonomiċi u l-impatt ekoloġiku ta’ inċidenti minn vapuri u installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass fl-Artikolu 7, u

•   L-impatt ekoloġiku ta’ aġenti dispersivi fl-Artikolu 3(1)(a).

Konklużjoni

Ir-Rapporteur iqis li l-proposta tal-Kummissjoni għall-finanzjament għall-Aġenzija hija insuffiċjenti, minħabba r-responsabbiltajiet il-ġodda tagħha u għalhekk jipproponi ammont ikbar. Finanzjament pluriennali xieraq għall-ħidma tal-Aġenzija fil-qasam ta’ attivitajiet ta’ reazzjoni għat-tniġġis jipprovdi valur tajjeb ħafna għall-flus li jkunu ntnefqu peress li ma jippermettix biss li l-Aġenzija twettaq sew il-kompiti assenjati attwali u dawk ġodda, iżda jgħin biex jiġu evitati spejjeż enormi (kemm ekoloġiċi kif ukoll soċjoekonomiċi) li jirriżultaw minn inċidenti ta’ tixrid ta’ żejd u ta' gass.

ANNESS

Impatt stmat fuq in-nefqa propost mir-Rapporteur

Approprjazzjonijiet TOTALI taħt l-Intestatura Tkabbir Intelliġenti u Inklussiv tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu ta’ referenza 2014 – 2020 (Numru tal-linja baġitarja 06.02.06.02)

Espress f’euro

 

2014

2015

2016

2017

2018

2019

2020

TOTAL

Impenji

22,375,000

24,800,000

25,900,000

27,450,000

27,025,000

27,850,000

30,100,000

185,500,000

Pagamenti

20,642,092

28,490,004

26,094,674

24,642,214

25,184,583

27,210,583

27,915,083

180,179,235

Għall-approprjazzjonijiet ta’ ħlas total ta’ EUR 180 179 235 jinkludi l-ħlasijiet assoċjati mal-qafas finanzjarju pluriennali 2007 - 2013. Ħlasijiet wara l-2020: EUR 31 317 000.

(1)

Id-Direttiva 2005/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar it-tniġġis ikkawżat minn vapuri u l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet għal ksur (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 11).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/779/KE tat-8 ta’ Novembru 2007 li tistabbilixxi Mekkaniżmu Komunitarju tal-Protezzjoni Ċivili (ĠU L 314, 1.12.2007, p. 9).


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS (6.9.2013)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar finanzjament pluriennali għall-azzjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass

(COM(2013)0174 – C7‑0089/2013 – 2013/0092(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jutta Haug

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni pproponiet regolament għal finanzjament pluriennali ġdid fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis marittimu. Il-finanzjament pluriennali ta’ qabel, miftiehem fl-2006, kopra l-perjodu mill-2007 sal-2013; il-proposta preżenti għandha tkopri l-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss mill-2014 sal-2020. Għal darb’oħra, l-implimentazzjoni ta’ dawn il-kompiti għandha tiġi assenjata lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA).

Ir-Rapporteur taqbel mal-ħolqien ta' finanzjament pluriennali assenjat lill-EMSA fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis tal-baħar peress li n-natura fit-tul tal-kompiti tal-Aġenzija teħtieġ sigurtà finanzjarja bbażata fuq impenji pluriennali.

Meta mqabbel mal-finanzjament pluriennali attwali li jkopri r-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat mill-vapuri, il-finanzjament pluriennali li jmiss għandu jkopri wkoll it-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta, f’konformità mal-kompiti ġodda li joħorġu mir-Regolament (UE) Nru 100/2013.

Dan ir-Regolament, li jemenda r-regolament bażi tal-EMSA, jestendi wkoll il-kopertura ġeografika tal-kompiti msemmija hawn fuq għall-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni u l-pajjiżi sħab tal-Viċinat Ewropew. Madankollu l-Kummissjoni pproponiet li dan l-aspett ma jiġix inkluż fil-finanzjament pluriennali iżda li dawn l-attivitajiet jiġu ffinanzjati minn programmi eżistenti tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) u l-politika tat-tkabbir. Ir-Rapporteur jiddispjaċiha li l-Kummissjoni ma tipprovdix ċifri għall-aspett tal-PEV, tal-anqas għall-informazzjoni, meta jitqies li d-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva għar-regolament li jemenda (COM(2010)0611) jonqos ukoll milli jipprovdi kwalunkwe informazzjoni f’dan ir-rigward.

Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet proposti mill-Kummissjoni għall-finanzjament pluriennali, ir-Rapporteur tiddubita jekk dawn humiex se jkunu biżżejjed biex ikopru l-kompiti l-ġodda. Għall-perjodu mill-2007 sal-2013 ġew allokati EUR 154 miljun għall-attivitajiet ta’ reazzjoni għat-tniġġis marittimu. Il-kompiti addizzjonali msemmija hawn fuq se jitwettqu b’żieda ta' EUR 6,5 miljun biss. ġenzija nnifisha talbet EUR 198 miljun, jiġifieri EUR 37,5 miljun aktar biex jitwettqu dawn ir-responsabilitajiet li l-Kummissjoni qed tipproponi. Ir-Rapporteur għalhekk tissuġġerixxi li l-proposta tal-Kummissjoni tiġi modifikata f’konformità mal-estimi proposti fl-abbozz ta’ rapport għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, li jilħqu bilanċ ġust bejn l-estimi tal-aġenzija u dawk tal-Kummissjoni.

Barra minn hekk ir-Rapporteur tressaq dubji dwar l-approċċ tal-Kummissjoni li ma jipprevedix postijiet addizzjonali li jkopru l-estensjoni tal-kompiti tal-aġenzija. Dan in-nuqqas ta’ qbil jeħtieġ jiġi indirizzat fil-proċeduri baġitarji annwali li ġejjin. Għaldaqstant il-Kummissjoni jeħtiġilha tippreżenta dikjarazzjoni finanzjarja aġġornata, li tqis il-modifiki mressqa mill-awtorità leġiżlattiva.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1a (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1a. Jenfasizza li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità leġiżlattiva favur dan il-finanzjament pluriennali għall-EMSA għandha tkun bla ħsara għad-deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali;

Emenda  2

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Paragrafu 1b (ġdid)

Abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva

Emenda

 

1b. Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta dikjarazzjoni finanzjarja li tikkunsidra b'mod sħiħ ir-riżultat tal-ftehim leġiżlattiv bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jintlaħqu r-rekwiżiti baġitarji u dawk tal-persunal tal-EMSA u possibbilment dawk tas-servizzi tal-Kummissjoni;

Emenda  3

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 għandu jkun ta' EUR 160,500,000 espress fi prezzijiet attwali.

Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-kompiti msemmija fl-Artikolu 3 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020 għandu jkun ta' EUR 185 500 000 espress fi prezzijiet attwali.

PROĊEDURA

Titolu

Finanzjament pluriennali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass

Referenzi

COM(2013)0174 – C7-0089/2013 – 2013/0092(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

16.4.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

16.4.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jutta Haug

24.4.2013

Data tal-adozzjoni

5.9.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Zuzana Brzobohatá, Jean Louis Cottigny, Jean-Luc Dehaene, Isabelle Durant, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Jutta Haug, Monika Hohlmeier, Sidonia Elżbieta Jędrzejewska, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, George Lyon, Claudio Morganti, Jan Mulder, Juan Andrés Naranjo Escobar, Andrej Plenković, Dominique Riquet, Alda Sousa, Oleg Valjalo, Derek Vaughan, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Maria Da Graça Carvalho, Frédéric Daerden, Paul Rübig, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis, Nils Torvalds, Catherine Trautmann


PROĊEDURA

Titolu

Finanzjament pluriennali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fil-qasam tar-reazzjoni għat-tniġġis ikkawżat minn vapuri u għat-tniġġis tal-baħar ikkawżat minn installazzjonijiet taż-żejt u tal-gass

Referenzi

COM(2013)0174 – C7-0089/2013 – 2013/0092(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

3.4.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

16.4.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

16.4.2013

ENVI

16.4.2013

ITRE

16.4.2013

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

25.4.2013

ITRE

25.4.2013

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Keith Taylor

24.4.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

18.6.2013

5.9.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

17.9.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

5

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Magdi Cristiano Allam, Georges Bach, Erik Bánki, Izaskun Bilbao Barandica, Philip Bradbourn, Michael Cramer, Joseph Cuschieri, Philippe De Backer, Luis de Grandes Pascual, Christine De Veyrac, Saïd El Khadraoui, Ismail Ertug, Carlo Fidanza, Knut Fleckenstein, Jacqueline Foster, Franco Frigo, Mathieu Grosch, Jim Higgins, Juozas Imbrasas, Dieter-Lebrecht Koch, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried, Bogusław Liberadzki, Eva Lichtenberger, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Hubert Pirker, Dominique Riquet, Petri Sarvamaa, David-Maria Sassoli, Vilja Savisaar-Toomast, Olga Sehnalová, Brian Simpson, Keith Taylor, Giommaria Uggias, Patricia van der Kammen, Dominique Vlasto, Artur Zasada, Roberts Zīle

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Spyros Danellis, Eider Gardiazábal Rubial, Bogdan Kazimierz Marcinkiewicz, Geoffrey Van Orden

Data tat-tressiq

25.9.2013

Avviż legali - Politika tal-privatezza