Proċedura : 2012/0299(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0340/2013

Testi mressqa :

A7-0340/2013

Dibattiti :

PV 19/11/2013 - 14
CRE 19/11/2013 - 14

Votazzjonijiet :

PV 20/11/2013 - 8.17
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0488

RAPPORT     ***I
PDF 1619kWORD 1290k
25.10.2013
PE 514.670v02-00 A7-0340/2013

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati f’borża u miżuri relatati

(COM(2012)0614 – C7‑0382/2012 – 2012/0299(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

Rapporteurs: Evelyn Regner, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou

(Laqgħat konġunti tal-Kumitati - Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura)

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati f’borża u miżuri relatati

(COM(2012)0614 – C7‑0382/2012 – 2012/0299(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2012)0614),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 157(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0382/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati indirizzati lill-President tiegħu mill-parlamenti nazzjonali dwar il-konformità tal-abbozz ta’ att mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

–   wara li kkunsidra r-Regoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra d-deliberazzjonijet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi skont l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur ((A7-0340/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Bil-għan li tintlaħaq ugwaljanza bejn is-sessi fil-post tax-xogħol, irid ikun hemm mudell ta' teħid tad-deċiżjonijiet ibbilanċjat mil-lat tar-rappreżentanza tas-sessi fi ħdan il-kumpanija filwaqt li tiġi garantita wkoll l-eliminazzjoni tal-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa li tikkontribwixxi b'mod konsiderevoli għall-femminilizzazzjoni tal-faqar.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) F’dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat bosta rapporti li janalizzaw is-sitwazzjoni dwar id-diversità tas-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi. Il-Kummissjoni inkoraġġiet kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni Ewropea biex iżidu l-għadd ta’ nisa fuq il-bordijiet tagħhom b’miżuri awtoregolatorji u sabiex jagħmlu impenji volontarji konkreti f’dak ir-rigward. Fil-Karta tan-Nisa tagħha tal-5 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni Ewropea enfasizzat li n-nisa għad ma għandhomx aċċess sħiħ għall-qsim tas-setgħa u t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-ħajja politika u ekonomika u rriaffermat l-impenn tagħha li tuża l-poteri tagħha biex tippromwovi rappreżentazzjoni aktar ġusta tan-nisa u l-irġiel f’pożizzjonijiet ta’ responsabilità. It-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ġie definit mill-istrateġija tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 bħala waħda mill-kompiti prijoritarji tagħha.

(4) F’dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat bosta rapporti li janalizzaw is-sitwazzjoni dwar id-diversità tas-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi. Il-Kummissjoni inkoraġġiet kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni Ewropea biex iżidu l-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fuq il-bordijiet tagħhom b’miżuri awtoregolatorji u sabiex jagħmlu impenji volontarji konkreti f’dak ir-rigward. Fil-Karta tan-Nisa tagħha tal-5 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni Ewropea enfasizzat li n-nisa għad ma għandhomx aċċess sħiħ għall-qsim tas-setgħa u t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-ħajja politika u ekonomika u rriaffermat l-impenn tagħha li tuża l-poteri tagħha biex tippromwovi rappreżentazzjoni aktar ġusta tan-nisa u l-irġiel f’pożizzjonijiet ta’ responsabilità. It-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ġie definit mill-istrateġija tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 bħala waħda mill-kompiti prijoritarji tagħha.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fil-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2011-2020, li ġie adottat fis-7 ta' Marzu 2011, il-Kunsill irrikonoxxa li politiki tal-ugwaljanza bejn is-sessi huma vitali għat-tkabbir ekonomiku, il-prosperità u l-kompetittività, irriafferma l-impenn tiegħu li jagħlaq id-distakk bejn is-sessi bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, speċjalment fi tliet oqsma ta' rilevanza kbira għall-ugwaljanza bejn is-sessi, jiġifieri l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, u ħeġġeġ azzjoni għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u l-irġiel fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha, sabiex isir użu sħiħ mit-talent kollu disponibbli.

(5) Fil-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2011-2020, li ġie adottat fis-7 ta Marzu 2011, il-Kunsill irrikonoxxa li politiki tal-ugwaljanza bejn is-sessi huma vitali għat-tkabbir ekonomiku, il-prosperità u l-kompetittività, irriafferma l-impenn tiegħu li jagħlaq id-distakk bejn is-sessi bil-ħsieb li jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020, speċjalment fi tliet oqsma ta rilevanza kbira għall-ugwaljanza bejn is-sessi, jiġifieri l-impjiegi, l-edukazzjoni u l-inklużjoni soċjali, u ħeġġeġ azzjoni għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni ugwali tan-nisa u l-irġiel fit-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha, sabiex isir użu sħiħ mit-talent, mill-għarfien u mill-ideat kollha disponibbli, u b’hekk tiġi arrikkita d-diversità tar-riżorsi umani u jittejbu l-perspettivi kummerċjali.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar in-nisa u t-tmexxija tan-negozju tas-6 ta' Lulju 2011, ħeġġeġ lill-kumpaniji biex jilħqu l-limitu kritiku ta' sehem femminili ta' 30 fil-mija fil-korpi tal-ġestjoni sal-2015 u 40 fil-mija sal-2020. Hu stieden lill-Kummissjoni, jekk il-passi meħuda mill-kumpaniji u mill-Istati Membri jinstabu li huma inadegwati, li tipproponi leġiżlazzjoni sal-2012, inklużi kwoti. Il-Parlament Ewropew tenna dik is-sejħa għal-leġiżlazzjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2012 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2011.

(6) Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar in-nisa u t-tmexxija tan-negozju tas-6 ta' Lulju 2011, ħeġġeġ lill-kumpaniji biex jilħqu l-limitu kritiku ta' sehem femminili ta' 30 fil-mija fil-korpi tal-ġestjoni sal-2015 u 40 fil-mija sal-2020. Hu stieden lill-Kummissjoni, jekk il-passi meħuda mill-kumpaniji u mill-Istati Membri jinstabu li huma inadegwati, li tipproponi leġiżlazzjoni sal-2012, inklużi kwoti, li għandha tiġi implimentata fuq bażi temporanja u li sservi bħala katalista għal bidla u għal riformi rapidi intiżi sabiex jiġu eliminati l-inugwaljanzi persistenti bejn is-sessi u stereotipi fit-teħid ta’ deċiżjonijiet fl-ambitu ekonomiku. Il-Parlament Ewropew tenna dik is-sejħa għal-leġiżlazzjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2012 dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel fl-Unjoni Ewropea – 2011.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jagħtu eżempju fir-rigward tal-ugwaljanza bejn is-sessi fit-teħid ta' deċiżjonijiet, fost oħrajn billi jistabbilixxu objettivi għal rappreżentazzjoni bbilanċjata bejn iż-żewġ sessi fil-livelli kollha. Għandhom jiġu implimentati u monitorjati mingħajr dewmien regoli stretti dwar ir-reklutaġġ intern u estern għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-politiki ta’ reklutaġġ għall-pożizzjonijiet ta’ maniġment superjuri. L-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni għandhom jippubblikaw rapport annwali li juri l-isforz tagħhom għall-ilħuq ta’ dak l-għan.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-użu effiċjenti tal-kapital uman huwa l-aktar fattur determinanti importanti tal-kompetittività tal-ekonomija u huwa essenzjali għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi tal-UE, biex nikkompetu b’suċċess f’ekonomija globalizzata u biex niżguraw vantaġġ komparattiv fir-rigward ta’ pajjiżi terzi. Ir-riżerva ta’ nisa kwalifikati u mħarrġa ħafna qiegħda tikber b’mod kostanti kif inhu kkonfermat mill-fatt li 60 % tal-gradwati mill-universitajiet huma nisa. Nuqqas issoktat li nużaw din ir-riżerva fil-ħatriet għal pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi jammonta għal nuqqas li nisfruttaw b’mod sħiħ il-kapital uman imħarreġ.

(7) L-użu effiċjenti tal-kapital uman huwa l-aktar fattur determinanti importanti tal-kompetittività, l-iżvilupp u t-tkabbir tal-ekonomija u huwa essenzjali għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi tal-UE, biex nikkompetu b’suċċess f’ekonomija globalizzata u biex niżguraw vantaġġ komparattiv fir-rigward ta’ pajjiżi terzi. Ir-riżerva ta’ nisa kwalifikati u mħarrġa ħafna qiegħda tikber b’mod kostanti kif inhu kkonfermat mill-fatt li 60 % tal-gradwati mill-universitajiet huma nisa. Nuqqas issoktat li nużaw din ir-riżerva f’pożizzjonijiet maniġerjali fil-kumpaniji u pożizzjonijiet li jinvolvu t-teħid ta’ deċiżjonijiet jammonta għal nuqqas li nisfruttaw b’mod sħiħ il-kapital uman imħarreġ.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Il-kumpaniji u n-negozji għandhom jikkunsidraw il-possibbiltà li joħolqu provvista ta’ nisa lesti li jassumu pożizzjonijiet fuq il-bordijiet u pożizzjonijiet maniġerjali li tinkoraġġixxi, tappoġġja u tiżviluppa t-talent femminili fil-livelli kollha u matul il-karrieri tagħhom;

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Biex tiġi garantita l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet li permezz tagħhom l-irġiel u n-nisa jkunu jistgħu jgħaqqdu l-ħajja professjonali mal-ħajja tal-familja, partikolarment permezz ta’ arranġamenti u appoġġ flessibbli għal dawk b'responsabilitajiet li jindukraw.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 7c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7c) Il-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-soċjetà kollha tinvolvi l-istabbiliment ta' drittijiet akkademiċi u professjonali ugwali għall-irġiel u n-nisa, u l-kondiviżjoni ta' responsabilitajiet tal-familja, tal-kura tat-tfal u dwak domestiċi. Il-fatt li n-nisa jkunu ġeneralment responsabbli għall-biċċa l-kbira tax-xogħol tal-familja u tad-dar jista' jfixkel l-avvanz tagħhom f'pożizzjonijiet professjonali għoljin. Il-parteċipazzjoni attiva u l-involviment tal-irġiel fir-responsabilitajiet tal-familja huma kruċjali għall-kisba ta' bilanċ bejn il-ħajja professjonali u dik privata u għall-ħolqien ta' opportunitajiet indaqs għal karriera kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Għandha tingħata attenzjoni lill-indirizzar ta' sterjotipi tas-sessi, politiki tal-impjieg mhux flessibbli u arkajki u dispożizzjonijiet inadegwati dwar il-liv tal-ġenituri. Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għan-nisa u l-irġiel biex, jekk ikunu jridu, jirrikonċiljaw il-ħajja tal-familja u dik professjonali. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jiżguraw l-implimentazzjoni ta' elementi ta' benessri soċjali bħal pereżempju allowances ġusti għal-liv tal-ġenituri għan-nisa u l-irġiel, dispożizzjonijiet estensivi għall-kura tat-tfal u opportunitajiet għal-liv kondiviż tal-ġenituri.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Fil-livell tal-kumpaniji, huwa rikonoxxut b’mod ġenerali li l-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet ittejjeb il-governanza korporattiva, minħabba li l-prestazzjoni tat-tim u l-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet huma msaħħa minħabba mod ta’ ħsieb aktar varjat u kollettiv li jinkorpora firxa wiesgħa ta’ perspettivi u għalhekk jilħaq deċiżjonijiet iktar bilanċjati. Bosta studji wrew ukoll li hemm relazzjoni pożittiva bejn id-diversità tas-sessi fl-ogħla livell tal-maniġment u l-prestazzjoni finanzjarja u l-profittabilità ta’ impriża. It-tisħiħ tar-rappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni għalhekk jista’ jkollu impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni tal-kumpaniji kkonċernati.

(8) Fil-livell tal-kumpaniji, huwa rikonoxxut b’mod ġenerali li l-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet ittejjeb il-governanza korporattiva, minħabba li l-prestazzjoni tat-tim u l-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet huma msaħħa minħabba mod ta’ ħsieb aktar varjat u kollettiv li jinkorpora firxa wiesgħa ta’ perspettivi kif ukoll mudell tan-negozju aktar proattiv u għalhekk jilħaq deċiżjonijiet iktar bilanċjati, bil-għan li jiġu riflessi aħjar ir-realtajiet tas-soċjetà tal-konsumaturi. Bosta studji wrew ukoll li hemm relazzjoni pożittiva bejn id-diversità tas-sessi fl-ogħla livell tal-maniġment u l-prestazzjoni finanzjarja u l-profittabilità ta’ impriża. It-tisħiħ tar-rappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni, fid-dawl tar-responsabilità ekonomika u soċjali sinifikanti ta’ tali kumpaniji, għalhekk jista’ jkollu impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni ekonomika tal-kumpaniji kkonċernati. Għaldaqstant għandhom jiġu introdotti u msaħħa miżuri sabiex jitħeġġeġ il-progress tal-karrieri għan-nisa fil-livelli kollha tal-maniġment.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Il-ħatra tan-nisa bħala membri tal-bordijiet tal-kumpaniji qed tiġi ostakolata b'diversi fatturi speċifiċi li jistgħu jingħelbu mhux biss permezz ta’ sanzjonijiet, iżda anke permezz ta’ miżuri edukattivi u inċentivi li jinkoraġixxu prattika tajba. L-ewwel huwa essenzjali li tiżdied is-sensibilizzazzjoni fl-iskejjel tan-negozji u fl-universitajiet dwar il-benefiċċji li ġġib l-ugwaljanza bejn is-sessi għall-kompetittività tal-kumpaniji. Huwa wkoll neċessarju li jitħeġġeġ it-tiġdid regolari tal-membri tal-bordijiet u li jiġu introdotti miżuri pożittivi li jippromowovu u jirrikonoxxu sforzi mill-istati u l-kumpaniji biex jadottaw approċċ aktar deċiżiv għal tali bidliet f'korpi prinċipali li jieħdu deċiżjonijiet ekonomiċi fil-livell tal-Unjoni. Finalment, it-tassazzjoni u l-akkwist pubbliku huma għodod xierqa biex jiffaċilitaw progressjoni effettiva lejn bordijiet tal-kumpaniji aktar bilanċjati mill-perspettiva tas-sessi.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-evidenza eżistenti turi wkoll li l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol tista’ ttejjeb it-tkabbir ekonomiku b’mod sostanzjali. It-tisħiħ tal-preżenza femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fl-Unjoni mhux biss jaffettwa n-nisa maħtura fuq il-bordijiet, iżda jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġi attirat talent femminili lejn il-kumpanija u tiġi żgurata preżenza ikbar tan-nisa fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni u fost il-ħaddiema. Għalhekk, sehem akbar ta nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji għandu impatt pożittiv fuq it-tnaqqis kemm tad-distakk fl-impjiegi bejn is-sessi u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi. Li nagħmlu użu sħiħ mit-talenti eżistenti tan-nisa jikkostitwixxi titjib notevoli f’termini tar-rendiment fuq l-edukazzjoni kemm għall-individwi kif ukoll għas-settur pubbliku. Is-sottorappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fil-borża fl-UE hija opportunità mitlufa f’termini ta’ kisba ta’ tkabbir sostenibbli fit-tul għall-ekonomiji tal-Istati Membri inġenerali.

(9) L-evidenza eżistenti turi wkoll li l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol tista’ ttejjeb it-tkabbir ekonomiku b’mod sostanzjali. It-tisħiħ tal-preżenza femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fl-Unjoni mhux biss jaffettwa n-nisa maħtura fuq il-bordijiet, iżda jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġi attirat talent femminili lejn il-kumpanija u tiġi żgurata preżenza ikbar tan-nisa fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni u fost il-ħaddiema. Għalhekk, sehem akbar ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji għandu jħalli impatt pożittiv fuq it-tnaqqis kemm tad-distakk fl-impjiegi bejn is-sessi u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi. Li nagħmlu użu sħiħ mit-talenti eżistenti tan-nisa jikkostitwixxi titjib notevoli f’termini tar-rendiment fuq l-edukazzjoni kemm għall-individwi kif ukoll għas-settur pubbliku. Is-sottorappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fil-borża fl-UE hija opportunità mitlufa f’termini ta’ kisba ta’ tkabbir sostenibbli fit-tul għall-ekonomiji tal-Istati Membri inġenerali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni mmirata lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill immirati speċifikament biex iżidu l-preżenza tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi u azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni li jinkoraġġixxu l-awtoregolamentazzjoni, in-nisa għadhom ferm inqas mill-irġiel fl-ogħla korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji madwar l-Unjoni. Fis-settur privat u speċjalment f’kumpaniji elenkati dan l-iżbilanċ bejn is-sessi huwa partikolarment sinifikanti u akut. L-indikatur ċentrali tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tas-sessi fil-bordijiet korporattivi juri li l-proporzjon ta’ nisa involuti f’deċiżjonijiet kummerċjali tal-ogħla livell jibqa’ baxx ħafna. F’Jannar 2012, in-nisa okkupaw bħala medja biss 13.7 fil-mija tal-postijiet fil-bordijiet tal-ikbar kumpaniji elenkati pubblikament fl-Istati Membri. Fost id-diretturi mhux eżekuttivi 15 fil-mija biss kienu nisa.

(10) Minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni mmirata lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill immirati speċifikament biex iżidu l-preżenza tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi u azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni li jinkoraġġixxu l-awtoregolamentazzjoni, in-nisa għadhom sottorappreżentati ferm fl-ogħla korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji madwar l-Unjoni. Fis-settur privat u speċjalment f’kumpaniji elenkati dan l-iżbilanċ bejn is-sessi huwa partikolarment sinifikanti u akut, filwaqt li ċerti istituzzjonijiet u aġenziji tal-Unjoni, bħal pereżempju l-Bank Ċentrali Ewropew, juru wkoll żbilanċ problematiku ħafna bejn is-sessi. L-indikatur ċentrali tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tas-sessi fil-bordijiet korporattivi juri li l-proporzjon ta’ nisa involuti f’deċiżjonijiet kummerċjali tal-ogħla livell jibqa’ baxx ħafna. F’Jannar 2012, in-nisa okkupaw bħala medja biss 13.7 fil-mija tal-postijiet fil-bordijiet tal-ikbar kumpaniji elenkati pubblikament fl-Istati Membri. Fost id-diretturi mhux eżekuttivi 15 fil-mija biss kienu nisa, li jindika b’mod ċar defiċit demokratiku u rappreżentazzjoni inġusta u diskriminatorja tan-nisa, bi ksur tal-prinċipji tal-Unjoni għal opportunitajiet indaqs u trattament indaqs taż-żewġ sessi fl-oqsma tal-impjieg u l-okkupazzjoni.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-proporzjon tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji miexi bil-mod ħafna, b’żieda annwali medja ta’ biss 0,6 punti perċentwali matul l-aħħar snin. Ir-rata ta’ titjib fl-Istati Membri individwali kienet tvarja u wasslet għal riżultati diverġenti ħafna. Ġie nnotat progress ħafna iktar sinifikanti fl-Istati Membri fejn ġew introdotti miżuri vinkolanti. Id-diskrepanzi li dejjem jikbru bejn l-Istati Membri x’aktarx li jiżdiedu minħabba l-approċċi differenti ħafna segwiti mill-Istati Membri individwali biex iżidu r-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-bordijiet li qed jiġu segwiti minn Stati Membri individwali.

(11) Il-proporzjon tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji miexi bil-mod ħafna, b’żieda annwali medja ta’ biss 0,6 punti perċentwali matul l-aħħar snin. Ir-rata ta’ titjib fl-Istati Membri individwali kienet tvarja u wasslet għal riżultati diverġenti ħafna. Ġie nnotat progress ħafna iktar sinifikanti fl-Istati Membri bħal Franza, li stabbilixxiet is-sena 2017 bħala l-mira tagħha biex tilħaq l-objettivi ta’ din id-Direttiva fejn f’inqas minn sentejn laħqet il-mira ta’ 20 % li kienet stabbilita għall-2014, jew in-Norveġja li rnexxielha tilħaq il-mira ta' 40 % fi tliet snin. Ir-riżultati fiż-żewġ każi nkisbu permezz ta’ miżuri vinkolanti. Id-diskrepanzi li dejjem jikbru bejn l-Istati Membri x’aktarx li jiżdiedu minħabba l-approċċi differenti ħafna segwiti mill-Istati Membri individwali biex iżidu r-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-bordijiet li qed jiġu segwiti minn Stati Membri individwali.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) L-Istati Membri għandhom jadottaw strateġiji li jwasslu għal bidla soċjokulturali fl-approċċ tagħhom fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi billi jużaw mezzi versatili biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ġerarkija maniġerjali u fl-adozzjoni ta' approċċi u azzjonijiet proattivi mill-impjegaturi. Tali mezzi jistgħu jinkludu inter alia l-promozzjoni ta' skedi flessibbli ta' xogħol, u t-tħeġġiġ ta' postijiet tax-xogħol favur il-familja billi jipprovdu aċċess għall-kura matul il-jum.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Ir-regolamentazzjoni mferrxa u diverġenti jew in-nuqqas ta' regolamentazzjoni fuq livell nazzjonali fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati mhux biss twassal għal diskrepanzi fl-għadd ta' nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi u rati differenti ta' titjib madwar l-Istati Membri, iżda wkoll toħloq ostakoli għas-suq intern billi timponi rekwiżiti diverġenti dwar il-governanza korporattiva fuq il-kumpaniji elenkati Ewropej. Dawk id-differenzi fir-rekwiżiti ġuridiċi u awtoregolatorji għall-kompożizzjoni tal-bordijiet korporattivi jistgħu jwasslu għal kumplikazzjonijiet prattiċi għall-kumpaniji elenkati li joperaw bejn il-fruntieri, notevolment meta jistabbilixxu sussidjarji jew f’fużjonijiet u akkwisti, kif ukoll għall-kandidati għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet.

(12) Ir-regolamentazzjoni mferrxa u diverġenti jew in-nuqqas ta' regolamentazzjoni fuq livell nazzjonali fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati mhux biss twassal għal diskrepanzi fl-għadd ta' nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi u rati differenti ta' titjib madwar l-Istati Membri, iżda wkoll toħloq ostakoli għas-suq intern billi timponi rekwiżiti diverġenti dwar il-governanza korporattiva fuq il-kumpaniji elenkati Ewropej. Dawk id-differenzi fir-rekwiżiti ġuridiċi u awtoregolatorji għall-kompożizzjoni tal-bordijiet korporattivi jistgħu jwasslu għal kumplikazzjonijiet prattiċi għall-kumpaniji elenkati li joperaw bejn il-fruntieri, notevolment meta jistabbilixxu sussidjarji jew f’fużjonijiet u akkwisti, kif ukoll għall-kandidati għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet. Madankollu, l-infurzar tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f' din id-Direttiva għandu jkun indipendenti mill-modi differenti kif jintgħażlu d-diretturi mhux eżekuttivi fil-bordijiet tal-kumpaniji Ewropej.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) L-iżbilanċi bejn is-sessi fil-kumpaniji huma ikbar fil-livelli iktar superjuri. Barra dan, bosta minn dawk in-nisa li huma rrappreżentati fil-maniġment superjuri jinsabu f’oqsma bħar-riżorsi umani u l-komunikazzjoni waqt li huwa iktar probabbli li l-irġiel fil-livell superjuri jiġu impjegati fil-maniġment ġenerali jew “line-maniġment” fil-kumpanija. Billi r-riżerva ewlenija għar-reklutaġġ għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet korporattivi fil-parti l-kbira tagħha hija magħmula minn kandidati b’esperjenza f’maniġment superjuri, huwa ta’ importanza vitali li l-għadd ta’ nisa li javvanzaw għal dawn il-pożizzjonijiet ta’ maniġment fil-kumpaniji jiżdied.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) Wieħed mill-fatturi ewlenin għall-implimentazzjoni korretta ta’ din id-Direttiva huwa l-użu effikaċi tal-kriterji għall-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi li jkunu stabbiliti minn qabel u bi trasparenza sħiħa, u fejn il-kapaċitajiet tal-kandidati jkunu meqjusa fuq bażi ugwali, indipendenti mis-sess.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c) Fil-kuntest ta’ popolazzjoni fl-UE li qed tixjieħ u ta’ nuqqas ta’ ħiliet, in-nuqqas tal-użu tal-potenzjal ta’ nofs il-popolazzjoni tal-Unjoni għal pożizzjonijiet fil-bordijiet tal-kumpaniji jista’ jnaqqas l-opportunitajiet ta’ żvilupp tal-ekonomija tal-Unjoni u l-irkupru tal-istrutturi finanzjarji tagħha. Jekk nofs ir-riżerva tat-talenti lanqas biss titqies għal pożizzjonijiet ta’ tmexxija, il-proċess u l-kwalità tal-ħatriet infushom jistgħu jkunu kompromessi u dan jista’ jżid n-nuqqas ta’ fiduċja fl-istrutturi tal-poter imprenditorjali u jista’ jwassal għal tnaqqis fil-valorizzazzjoni effikaċi tal-kapital uman disponibbli. L-inklużjoni sistematika ta’ kandidati xierqa miż-żewġ sessi tiżgura li l-membri ġodda tal-bordijiet jinħatru fost l-aħjar kandidati, kemm irġiel u nisa u li s-soċjetà tkun riflessa kif suppost fit-teħid ta’ deċiżjonijiet korporattivi.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) In-nuqqas attwali ta' trasparenza fil-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet f'ħafna mill-Istati Membri jirrappreżenta ostakolu sinifikanti għal aktar diversità tas-sessi fost il-membri tal-bordijiet u jaffettwa b'mod negattiv kemm il-karrieri u l-libertà tal-moviment tal-kandidati għall-bordijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-investituri. Dan in-nuqqas ta’ trasparenza jwaqqaf lil kandidati potenzjali għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet milli japplikaw għal bordijiet fejn il-kwalifiki tagħhom ikunu l-aktar meħtieġa u milli jisfidaw deċiżjonijiet ta’ ħatra bbażati fuq is-sess, u b’hekk ifixkel il-moviment ħieles tagħhom fi ħdan is-suq intern. Min-naħa l-oħra, l-investituri jkollhom strateġiji differenti ta’ investiment li jirrikjedu informazzjoni marbuta wkoll mal-ħila u l-kompetenza tal-membri tal-bord. Aktar trasparenza fil-kriterji dwar il-kwalifiki u l-proċedura tal-għażla għall-membri tal-bordijiet tippermetti lill-investituri jevalwaw aħjar l-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija u jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

(13) In-nuqqas attwali ta' trasparenza fil-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet f'ħafna mill-Istati Membri jirrappreżenta ostakolu sinifikanti għal aktar diversità tas-sessi fost il-membri tal-bordijiet u jaffettwa b'mod negattiv kemm il-karrieri u l-libertà tal-moviment tal-kandidati għall-bordijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-investituri. Dan in-nuqqas ta’ trasparenza jwaqqaf lil kandidati potenzjali għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet milli japplikaw għal bordijiet fejn il-kwalifiki tagħhom ikunu l-aktar meħtieġa u milli jisfidaw deċiżjonijiet ta’ ħatra bbażati fuq is-sess, u b’hekk ifixkel il-moviment ħieles tagħhom fi ħdan is-suq intern. Min-naħa l-oħra, l-investituri jkollhom strateġiji differenti ta’ investiment li jirrikjedu informazzjoni marbuta wkoll mal-ħila u l-kompetenza tal-membri tal-bord. Aktar trasparenza fil-kriterji dwar il-kwalifiki u l-proċedura tal-għażla għall-membri tal-bordijiet tippermetti lill-investituri jevalwaw aħjar l-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija u jieħdu deċiżjonijiet infurmati. Huwa importanti li l-proċess ta' ħatra fil-bordijiet ikun ċar u trasparenti u l-kompetenzi tal-kandidati jitqiesu fuq livell indaqs indipendentement mis-sess.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Filwaqt li din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta’ kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, l-introduzzjoni ta’ ċerti standards minimi fir-rigward tar-rekwiżit li l-kumpaniji elenkati mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi jieħdu deċiżjonijiet ta’ ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi fuq il-bażi ta’ valutazzjoni komparattiva oġġettiva tal-kwalifiki tal-kandidati f’termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi. Hija biss miżura fuq il-livell tal-UE li tista’ effettivament tgħin biex ikunu żgurati kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni u jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju.

(14) Filwaqt li din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta’ kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, l-introduzzjoni ta’ ċerti standards minimi fir-rigward tar-rekwiżit li l-kumpaniji elenkati mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi jieħdu deċiżjonijiet ta’ ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi fuq il-bażi ta’ proċedura tal-għażla trasparenti u definita b’mod ċar u ta’ valutazzjoni komparattiva oġġettiva tal-kwalifiki tal-kandidati f’termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi. Hija biss miżura vinkolanti fuq il-livell tal-UE li tista’ effettivament tgħin biex ikunu żgurati kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni u jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-Istrateġija Ewropa 2020 għal Tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv aċċertat li parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-forza tax-xogħol hija prekondizzjoni għat-tisħiħ tat-tkabbir u għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi fl-Ewropa. L-Istrateġija stabbilixxiet mira ewlenija li tintlaħaq rata ta’ impjiegi ta’ 75 % għan-nisa u l-irġiel ta’ bejn l-20 u l-64 sena sal-2020, li tista’ tintlaħaq biss jekk ikun hemm impenn ċar favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u sforz imsaħħaħ biex jiġu indirizzati l-ostakoli kollha għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Il-kriżi ekonomika attwali amplifikat il-ħtieġa dejjem tiżdied tal-Ewropa li tistrieħ fuq l-għarfien, il-kompetenza u l-innovazzjoni u li tagħmel użu sħiħ mir-riżerva ta’ talent disponibbli. Li tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi, b’mod partikolari fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, huwa mistenni li jkollu effett residwu pożittiv fuq l-impjiegi tan-nisa fil-kumpaniji kkonċernati u fl-ekonomija kollha.

(15) L-Istrateġija Ewropa 2020 għal Tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv aċċertat li parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-forza tax-xogħol hija prekondizzjoni għat-tisħiħ tat-tkabbir u għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi fl-Ewropa. L-Istrateġija stabbilixxiet mira ewlenija li tintlaħaq rata ta’ impjiegi ta’ 75 % għan-nisa u l-irġiel ta’ bejn l-20 u l-64 sena sal-2020, li tista’ tintlaħaq biss jekk ikun hemm impenn ċar favur l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-eliminazzjoni tad-differenzi persistenti bejn is-sessi għal dak li jikkonċerna l-pagi u sforz imsaħħaħ biex jiġu indirizzati l-ostakoli kollha għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, inkluż il-fenomenu eżistenti tal-"glass-ceiling". Il-kriżi ekonomika attwali amplifikat il-ħtieġa dejjem tiżdied tal-Ewropa li tistrieħ fuq l-għarfien, il-kompetenza u l-innovazzjoni u li tagħmel użu sħiħ mir-riżerva ta’ talent disponibbli, kemm ta’ rġiel kif ukoll ta’ nisa. Li tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi, b’mod partikolari fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, huwa mistenni li jkollu effett residwu pożittiv fuq l-impjiegi tan-nisa fil-kumpaniji kkonċernati u fl-ekonomija kollha.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Il-kisba ta’ dawn l-objettivi hija ta’ importanza vitali għall-kompetittività ekonomika Ewropea biex titrawwem l-innovazzjoni u jiġu integrati aktar kompetenzi professjonali fil-bordijiet tal-kumpaniji. Għalhekk l-Unjoni ddikjarat l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol u l-bilanċ gradwali bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji bħala l-objettivi Ewropej tad-deċennju fil-qasam tal-ugwaljanza u se tikkonsidra modi ta' kif iżżid is-sensibilizzazzjoni tal-progress li qed isir f’dan il-qasam.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Għalhekk l-Unjoni għandha l-għan li żżid il-preżenza ta nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, kemm sabiex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej kif ukoll biex tintlaħaq ugwaljanza effettiva bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz ta’ rekwiżiti minimi dwar l-azzjoni pożittiva fil-forma ta’ miżuri vinkolanti bil-għan li jintlaħaq objettiv kwantitattiv għall-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati, fid-dawl tal-fatt li l-Istati Membri u pajjiżi oħra li għażlu dan il-metodu jew metodu simili kisbu l-aħjar riżultati fit-tnaqqis tas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi.

Għalhekk l-Unjoni għandha l-għan li żżid il-preżenza ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji fl-Istati Membri kollha, sabiex jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku, titħeġġeġ il-mobilità fis-suq tax-xogħol u tissaħħaħ il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej kif ukoll biex tintlaħaq ugwaljanza effettiva bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz ta’ rekwiżiti minimi dwar l-azzjoni pożittiva fil-forma ta’ miżuri vinkolanti bil-għan li jintlaħaq objettiv kwantitattiv għall-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati, fid-dawl tal-fatt li l-Istati Membri u pajjiżi oħra li għażlu dan il-metodu jew metodu simili kisbu l-aħjar riżultati fit-tnaqqis tas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Il-kumpaniji elenkati għandhom jiżviluppaw politika dwar is-sessi sabiex jiksbu rappreżentazzjoni tas-sessi iktar ibbilanċjata fil-kumpanija kollha kkonċernata. Dik il-politika tista' tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri rilevanti implimentati f'dik il-kumpanija, bħan-nomina ta' kemm kandidat mara kif ukoll raġel għal pożizzjonijiet prinċipali, l-iskemi ta' mentoring u l-gwida tal-iżvilupp tal-karriera għan-nisa u strateġiji tar-riżorsi umani għall-inkoraġġiment ta' reklutaġġ diversifikat. Barra dan, tista’ tinkludi l-offerta ta’ kundizzjonijiet flessibbli tax-xogħol għall-impjegati kollha, pereżempju għajnuna għal-liv tal-ġenituri kif ukoll l-għoti ta’ għajnuna għax-xogħol tad-dar u l-kura tat-tfal. Kull kumpanija tista’ tagħżel il-politiki l-iżjed adatti għall-attivitajiet tagħha u għandha tieħu miżuri attivi sabiex iżżid il-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fil-maniġment tal-kumpanija.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Kumpaniji elenkati fil-boroż igawdu minn importanza ekonomika, viżibilità u impatt partikolari fis-suq kollu kemm hu. Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva għandhom għalhekk japplikaw għal kumpaniji elenkati, li huma definiti bħala kumpaniji inkorporati fi Stat Membru li t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozju f’suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1) (14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fi Stat Membru wieħed jew aktar. Dawn il-kumpaniji jistabbilixxu standards għall-ekonomija kollha kemm hi; il-prattiki tagħhom jista’ jiġi mistenni li jiġu segwiti minn tipi oħra ta’ kumpaniji. In-natura pubblika tal-kumpaniji elenkati tiġġustifika li huma jiġu rregolati aktar fl-interess pubbliku.

(17) Kumpaniji elenkati fil-boroż igawdu minn importanza ekonomika, viżibilità u impatt partikolari fis-suq kollu kemm hu. Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva għandhom għalhekk japplikaw għal kumpaniji elenkati, li huma definiti bħala kumpaniji li s-sede tagħhom tinsab fi Stat Membru u li t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozju f’suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1) (14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fi Stat Membru wieħed jew aktar. Dawn il-kumpaniji jistabbilixxu standards għall-ekonomija kollha kemm hi; il-prattiki tagħhom jista’ jiġi mistenni li jiġu segwiti minn tipi oħra ta’ kumpaniji.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, anke jekk huma kumpaniji elenkati.

(18) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, anke jekk huma kumpaniji elenkati. Madankollu, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu politiki biex isostnu u jinċentivaw lill-SMEs biex itejbu konsiderevolment il-bilanċ bejn is-sessi fil-livelli kollha tal-maniġment u fil-bordijiet tal-kumpaniji.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) F’bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. L-objettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati.

(21) F’bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. L-objettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Din id-Direttiva għandha tqis id-diversità u l-karatteristiċi nazzjonali tal-proċeduri tal-għażla li jeżistu fl-Istati Membri.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandu jkollhom imposti fuqhom obbligi ta’ mezzi li jipprovdu għal proċeduri xierqa bil-għan li jissodisfaw objettivi speċifiċi rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. Dawk il-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta’ diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta’ analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta’ kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi l-objettiv li mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu mis-sess l-anqas rappreżentat sa dik id-data. Dan l-objettiv fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi u ma għandux ifixkel l-għażla konkreta ta’ diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta’ kandidati rġiel u nisa f’kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta’ direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri tal-bord xierqa għalhekk tibqa’ tal-kumpaniji u l-azzjonisti.

(22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandu jkollhom l-għan li jiksbu l-objettiv li jkollhom tal-inqas 40 % ta’ diretturi mhux eżekuttivi tas-sess sottorappreżentat mhux iktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020. Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, dawk il-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta’ diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu obbligati jwettqu l-proċedura ta’ qabel l-għażla jew tal-għażla għal ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta’ analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta’ kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) L-objettiv ta’ 40 % fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi u ma jikkonċernax l-għażla konkreta ta’ diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta’ kandidati rġiel u nisa f’kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta' direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri xierqa tal-bord għalhekk tibqa’ tal-kumpaniji u l-azzjonisti.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 22b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22b) Il-kumpaniji elenkati għandhom jikkunsidraw li jdaħħlu fis-seħħ programmi ta’ taħriġ u programmi ta’ mentoring għas-sess sottorappreżentat bħala għodda biex jinkiseb il-bilanċ bejn is-sessi jekk hemm differenzi ċari bejn is-sessi fir-riżerva tal-għażla għar-reklutaġġ għall-pożizzjonijiet fil-bordijiet.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) L-Istati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi. Minħabba din l-influwenza dominanti, huma jkollhom l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex iġibu l-bidla meħtieġa aktar malajr. Għalhekk, f’kumpaniji bħal dawn, l-objettiv li jkun hemm mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi li jiġu mis-sess l-anqas rappreżentat għandu jiġi stabbilit għal data aktar bikrija.

(23) L-Istati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi. Minħabba din l-influwenza dominanti, huma jkollhom l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex iġibu l-bidla meħtieġa aktar malajr. Għalhekk, f’kumpaniji bħal dawn, l-objettiv li jkun hemm mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi li jiġu mis-sess sottorappreżentat għandu jiġi stabbilit għal data aktar bikrija, f’konformità mal-mekkaniżmi xierqa li se jiġu stabbiliti mill-Istati Membri fis-sens ta' din id-Direttiva.

Amendement  33

Proposta għal direttiva

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Fid-dawl tan-natura tagħhom, l-impriżi pubbliċi, kemm jekk elenkati kif ukoll jekk le, għandhom iservu ta' mudell għas-settur privat. Għalhekk il-Kummissjoni għandha tevalwa s-sitwazzjoni fl-Istati Membri u tevalwa jekk l-impriżi pubbliċi li ma jaqgħux fid-definizzjoni ta' SME jistgħux fil-futur jiġu inkorporati fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva;

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 23b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b) Il-Kummissjoni għandha tiġbor u tanalizza l-fatti u ċ-ċifri dwar il-bilanċ bejn is-sessi f’impriżi kbar mhux elenkati, li wkoll huma ta’ importanza kbira għall-ekonomija. Sussegwentement għandha ssir valutazzjoni tal-impatt biex tinkiseb ħarsa ġenerali tas-sitwazzjoni f'impriżi bħal dawn fl-Istati Membri u biex jiġi evalwat jekk humiex meħtieġa miżuri fil-livell tal-Unjoni sabiex tali impriżi jiddaħħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva f'xi żmien fil-futur. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni għandha tispjega l-għażliet disponibbli għal dan il-għan, peress li jistgħu jkunu meħtieġa skemi speċjali għal impriżi bħal dawn minħabba ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Id-determinazzjoni tan-numru ta’ pożizzjonijiet ta’ direttur mhux eżekuttiv meħtieġa għall-konformità mal-objettiv titlob aktar speċifikazzjoni billi għal bosta daqsijiet tal-bordijiet huwa matematikament possibbli biss jew li wieħed imur lil hinn jew jibqa’ taħt is-sehem eżatt ta’ 40 fil-mija. Għalhekk, in-numru ta’ pożizzjonijiet fuq il-bordijiet meħtieġa għall-konformità mal-objettiv għandu jkun in-numru l-eqreb għal 40 fil-mija. Fl-istess ħin, sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni kontra s-sess oriġinarjament irrappreżentat iżżejjed, il-kumpaniji elenkati ma għandhomx ikunu obbligati li jaħtru l-membri mis-sess l-anqas irrappreżentat għal nofs il-pożizzjonijiet tal-bord mhux eżekuttivi jew aktar. Għalhekk, pereżempju, il-membri tas-sess l-anqas rappreżentat għandu jkollhom mill-inqas pożizzjoni waħda fuq il-bordijiet bi tliet jew erba’ diretturi mhux eżekuttivi, mill-inqas żewġ pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’ħames jew sitt diretturi mhux eżekuttivi, u mill-inqas tliet pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’seba’ jew tmien diretturi mhux eżekuttivi.

(24) Fejn bord mhux eżekuttiv ikun magħmul minn tliet membri biss, ikun matematikament impossibbli li jkun hemm sehem ta’ aktar minn 40 % għaż-żewġ sessi. Għalhekk, f’dawn il-każijiet, il-membri tas-sess sottorappreżentat għandu jkollhom mill-inqas pożizzjoni waħda fuq il-bordijiet bi tliet diretturi mhux eżekuttivi.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Skont din il-ġurisprudenza, l-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għal diretturi mhux eżekuttivi tkun ibbażata fuq analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta’ kull kandidat fuq il-bażi ta’ kriterji prestabbiliti, ċari, fformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi. Eżempji ta’ tipi ta’ kriterji ta’ għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f’kompiti maniġerjali u/jew ta’ sorveljanza, għarfien f’oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta’ komunikazzjoni u netwerking. Għandha tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f’termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

(26) Skont din il-ġurisprudenza, l-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għal diretturi mhux eżekuttivi tkun ibbażata fuq analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta’ kull kandidat fuq il-bażi ta’ kriterji prestabbiliti, ċari, fformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi. Eżempji ta’ kriterji ta’ għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f’kompiti maniġerjali u/jew ta’ sorveljanza, esperjenza internazzjonali, multidixxiplinarjetà, għarfien f’oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta’ komunikazzjoni u netwerking. Għandha tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess sottorappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f’termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Il-metodi tar-reklutaġġ u l-ħatra ta’ diretturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Huma jistgħu jinvolvu preselezzjoni ta’ kandidati li jkunu ppreżentati lill-assemblea tal-azzjonisti, pereżempju minn kumitat ta’ nominazzjoni, il-ħatra diretta tad-diretturi minn azzjonisti individwali jew vot li jittieħed fl-assemblea tal-azzjonisti fuq kandidati individwali jew listi ta’ kandidati. Ir-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. F'dan ir-rigward, din id-Direttiva tistabbilixxi biss armonizzazzjoni minima tal-proċeduri tal-għażla, li tagħmilha possibbli li jiġu applikati l-kundizzjonijiet stipulati mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta' rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati.

(27) Il-metodi tar-reklutaġġ, l-għażla u l-ħatra ta’ diretturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Huma jistgħu jinvolvu preselezzjoni ta’ kandidati li jkunu ppreżentati lill-assemblea tal-azzjonisti, pereżempju minn kumitat ta’ nominazzjoni, il-ħatra diretta tad-diretturi minn azzjonisti individwali jew vot li jittieħed fl-assemblea tal-azzjonisti fuq kandidati individwali jew listi ta’ kandidati. Din id-Direttiva tirrispetta d-diversità tal-proċeduri ta' selezzjoni li għandhom ikunu bbażati fuq it-trasparenza u l-mertu, filwaqt li tinsisti li jintlaħaq l-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tas-sess sottorappreżentat fuq il-bordijiet. Ir-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta’ assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. F’dan ir-rigward, din id-Direttiva tippermetti li jkun hemm diversità fil-proċeduri ta' selezzjoni, bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta’ rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma jinterferixxux bla bżonn fil-ġestjoni ta’ kuljum, peress li l-kumpaniji jżommu l-libertà li jagħżlu l-kandidati fuq il-bażi tal-kwalifiki jew ta’ kunsiderazzjonijiet oġġettivi rilevanti oħra.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) Meta l-preselezzjoni tal-kandidati tkun ibbażata fuq elezzjoni jew proċeduri ta' votazzjoni, pereżempju mill-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom, il-proċeduri matul il-proċess kollu għandhom jiġu aġġustati ħalli jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettiv ta' aktar bilanċ bejn is-sessi fil-bord tad-diretturi fit-totalità tiegħu, filwaqt li jiggarantixxu li s-sess tad-direttur elett f'tali proċedura ma jkun bl-ebda mod determinat minn qabel.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta' din id-Direttiva, li għandhom jinkludu, inter alia, multi amministrattivi u nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta' diretturi mhux eżekuttivi magħmula kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1).

(30) L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur tar-rekwiżiti għal proċedura miftuħa u trasparenti stabbiliti f’din id-Direttiva, li għandhom jinkludu, inter alia, multi amministrattivi, esklużjoni minn sejħiet pubbliċi għal offerti, esklużjoni parzjali mill-għoti ta' finanzjament mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni, u nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta’ diretturi mhux eżekuttivi magħmula kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1). Għandu jkun possibli għall-Istati Membri li jmorru lil hinn mil-lista mhux eżawrjenti ta' sanzjonijiet previsti f'din id-Direttiva u li jżidu, inter alia, ix-xoljiment furzat tal-kumpanija kkonċernata fuq ordni ta' korp ġudizzjarju kompetenti b'rispett sħiħ ta' salvagwardji proċedurali xierqa, f'każijiet ta' ksur ripetut u serju min-naħa ta' dik il-kumpanija.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Peress li l-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-forza tax-xogħol għandha impatt dirett fuq id-disponibilità ta’ kandidati mis-sess l-anqas rappreżentat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn il-membri tas-sess sottorappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-ħaddiema, il-kumpanija kkonċernata ma għandhiex tkun meħtieġa li tissodisfa l-għan stabbilit f’din id-Direttiva.

imħassar

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Billi kumpaniji elenkati għandhom jimmiraw li jżidu l-proporzjon tas-sess l-anqas irrappreżentat fil-pożizzjonijiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi, irrispettivament jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi.

(32) Billi kumpaniji elenkati għandhom jimmiraw li jżidu l-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fil-pożizzjonijiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi, irrispettivament jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi. Madankollu tali kumpaniji għandhom jibqgħu mitluba juru fir-rapporti annwali tagħhom u fuq il-websajt tagħhom il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u l-politiki tagħhom dwar din il-kwistjoni, skont l-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta’ kull kumpanija elenkata lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri li ħadet sa issa u li biħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv.

(34) L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta’ kull kumpanija elenkata lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tiġi inkluża fir-rapport annwali tal-kumpanija u tkun ippubblikata b’mod xieraq u faċilment aċċessibbli fuq il-websajt tagħha u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni komprensiva tal-miżuri konkreti li ħadet sa issa u li biħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv. Barra dan, kumpaniji li jkunu naqsu milli jilħqu l-objettivi jew li jissodisfaw l-impenji li ngħatawlhom għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni tar-raġunijiet għalfejn naqsu milli jagħmlu dan, kif ukoll deskrizzjoni tal-miżuri konkreti li ħadu sa issa u tal-miżuri li beħsiebhom jieħdu fil-ġejjieni sabiex jilħqu l-objettivi u jissodisfaw dawn l-impenji.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Filwaqt li xi Stati Membri ħadu azzjoni regolatorja jew inkoraġġew l-awtoregolamentazzjoni b’riżultati mħalltin, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma ħadux azzjoni jew indikaw ir-rieda tagħhom li jaġixxu b’mod li jwassal għal titjib suffiċjenti. Projezzjonijiet ibbażati fuq analiżi kumplessiva tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar ix-xejriet tal-imgħoddi u dawk attwali kif ukoll l-intenzjonijiet juru li rappreżentazzjoni bbilanċjata tas-sessi fost il-membri mhux eżekuttivi tal-bordijiet madwar l-Unjoni f’konformità mal-għanijiet stabbiliti f’din id-Direttiva mhix ser tinkiseb mill-Istati Membri meta jaġixxu individwalment fl-ebda punt fil-futur prevedibbli. Fid-dawl ta’ dawk iċ-ċirkostanzi u minħabba d-diskrepanzi li dejjem qed jikbru bejn l-Istati Membri f’termini ta’ rappreżentazzjoni tan-nisa u l-irġiel fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, il-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet korporattivi madwar l-Unjoni jista’ jittejjeb biss permezz ta’ approċċ komuni, u l-potenzjal għall-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kompetittività u t-tkabbir jista’ jintlaħaq aħjar permezz ta’ azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni aktar milli permezz ta’ inizjattivi nazzjonali ta’ firxa, ambizzjoni u effikaċja varjabbli. Ġaladarba l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.

(37) Filwaqt li xi Stati Membri ħadu azzjoni regolatorja jew inkoraġġew l-awtoregolamentazzjoni b’riżultati mħalltin, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma ħadux azzjoni jew indikaw ir-rieda tagħhom li jaġixxu b’mod li jwassal għal titjib suffiċjenti. Projezzjonijiet ibbażati fuq analiżi kumplessiva tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar ix-xejriet tal-imgħoddi u dawk attwali kif ukoll l-intenzjonijiet juru li rappreżentazzjoni bbilanċjata tas-sessi fost il-membri mhux eżekuttivi tal-bordijiet madwar l-Unjoni f’konformità mal-għanijiet stabbiliti f’din id-Direttiva mhix ser tinkiseb mill-Istati Membri meta jaġixxu individwalment fl-ebda punt fil-futur prevedibbli. Fid-dawl ta’ dawk iċ-ċirkostanzi u minħabba d-diskrepanzi li dejjem qed jikbru bejn l-Istati Membri f’termini ta’ rappreżentazzjoni tan-nisa u l-irġiel fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, il-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet korporattivi madwar l-Unjoni jista’ jittejjeb biss permezz ta’ approċċ komuni, u l-potenzjal għall-ugwaljanza bejn is-sessi, l-eliminazzjoni tad-differenzi eżistenti fil-pagi bejn is-sessi u t-titjib fil-kompetittività u t-tkabbir jista’ jintlaħaq aħjar permezz ta’ azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni aktar milli permezz ta’ inizjattivi nazzjonali ta’ firxa, ambizzjoni u effikaċja varjabbli. Ġaladarba l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-istess Artikolu, din id-Direttiva hija limitata għall-iffissar ta’ għanijiet u prinċipji komuni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. L-Istati Membri jingħataw biżżejjed libertà biex jiddeterminaw kif l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jinkisbu l-aħjar meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari r-regoli u prattiċi li jikkonċernaw ir-reklutaġġ għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet. Din id-Direttiva ma tinterferix mal-possibilità għall-kumpaniji biex jaħtru l-membri tal-bordijiet l-aktar kwalifikati, u tagħti perjodu twil biżżejjed ta' adattament għall-kumpaniji elenkati kollha.

(38) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-istess Artikolu, din id-Direttiva hija limitata għall-iffissar ta’ għanijiet u prinċipji komuni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. L-Istati Membri jingħataw biżżejjed libertà biex jiddeterminaw kif l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jinkisbu l-aħjar meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari r-regoli u prattiċi li jikkonċernaw ir-reklutaġġ għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet. Din id-Direttiva ma tinterferix mal-possibilità għall-kumpaniji biex jaħtru l-membri tal-bordijiet l-aktar kwalifikati, u tagħti qafas flessibbli u perjodu twil biżżejjed ta’ adattament għall-kumpaniji elenkati kollha.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-objettiv li jrid jiġi ssodisfat mill-kumpaniji elenkati għandu jkun limitat fiż-żmien u jibqa’ fis-seħħ biss sakemm jintlaħaq progress sostenibbli dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha regolarment tirrevedi l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Id-Direttiva mistennija tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2028. Il-Kummissjoni għandha teżamina, fir-reviżjoni tagħha, jekk hemmx il-ħtieġa li testendi t-tul tad-Direttiva lil hinn minn dak il-perjodu.

(39) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-objettiv li jrid jiġi ssodisfat mill-kumpaniji elenkati għandu jkun limitat fiż-żmien u għandu jibqa' fis-seħħ biss sakemm jintlaħaq progress sostenibbli dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha regolarment tirrevedi l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Din id-Direttiva mistennija tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2028. Il-Kummissjoni għandha teżamina, fir-reviżjoni tagħha, jekk hemmx il-ħtieġa li testendi t-tul tad-Direttiva lil hinn minn dak il-perjodu. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili sabiex jinfurmawhom b’mod effiċjenti dwar is-sinifikat, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Kampanji ta’ informazzjoni jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti għas-sensibilizzazzjoni fost il-kumpaniji mhux elenkati u jinkoraġġuhom jilħqu bilanċ bejn is-sessi b’mod proattiv. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jaqsmu l-esperjenzi u l-prattiki tajbin dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri biex tiżgura rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati billi tistabbilixxi miżuri mmirati lejn progress aktar mgħaġġel lejn il-bilanċ bejn is-sessi filwaqt li tħalli lill-kumpaniji biżżejjed żmien biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji.

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri biex tiżgura rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati billi tistabbilixxi miżuri effikaċi mmirati lejn progress aktar mgħaġġel lejn il-bilanċ bejn is-sessi filwaqt li tħalli lill-kumpaniji biżżejjed żmien biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) “kumpaniji elenkata” tfisser kumpanija inkorporata fi Stat Membru li t-titoli tagħha huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) il-punt 14 tad-Direttiva 2004/39/KE, fi Stat Membru wieħed jew aktar;

(1) “kumpanija elenkata” tfisser kumpanija li għandha s-sede tagħha fi Stat Membru u li t-titoli tagħha huma ammessi għall-kummerċ f’suq regolat fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) il-punt 14 tad-Direttiva 2004/39/KE, fi Stat Membru wieħed jew aktar;

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbilti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta’ diretturi mhux eżekuttivi jaġġustaw il-proċeduri ta' reklutaġġ tagħhom, inkluż it-tħabbir ta' karigi battala għas-sejħa ta' applikazzjonijiet, il-proċeduri ta' preselezzjoni, ta' selezzjoni u tal-ħatra b’tali mod li jikkontribwixxu b’mod effettiv sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020 jew mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2018 fil-każ ta’ impriżi pubbliċi. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jagħżlu l-aktar kandidati kwalifikati għal pożizzjoni fuq bord minn fost grupp ta' persuni b'bilanċ bejn is-sessi u abbażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki billi jiġu applikati kriterji stabbiliti minn qabel, ċari, ifformulati b'mod newtrali, mhux diskriminatorji u mhux ambigwi. Fil-każ ta' proċedura ta' elezzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jiggarantixxu d-diversità tas-sessi fil-kompożizzjoni tal-lista finali tal-kandidati għall-għażla, filwaqt li jkun żgurat li s-sess tad-direttur mhux eżekuttiv elett f'din il-proċedura ma jkun bl-ebda mod determinat minn qabel.

 

Bil-ħsieb li jinkiseb l-objettiv ta' 40 % u f'konformità mal-Artikolu 23(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, f’kull stadju tal-proċedura ta' reklutaġġ, ta' selezzjoni jew tal-ħatra ta' diretturi mhux eżekuttivi, tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess sottorappreżentat jekk dak il-kandidat ikun ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f’termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-numru ta’ pożizzjonijiet ta’ direttur mhux eżekuttiv neċessarji biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun in-numru l-eqreb lejn il-proporzjon ta’ 40 fil-mija, iżda mhux aktar minn 49 fil-mija.

2. In-numru ta’ pożizzjonijiet ta’ direttur mhux eżekuttiv neċessarji biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun tal-anqas 40 fil-mija. Jekk il-bord mhux eżekuttiv jikkonsisti biss minn tliet membri, il-proporzjon ta’ wieħed għal tnejn għandu jkun biżżejjed.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex jilħqu l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi, għandha tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għal kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor.

imħassar

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jkunu obbligati li jiżvelaw, fuq talba ta’ kandidati mhux magħżula, il-kriterji tal-kwalifiki li fuqhom l-għażla kienet ibbażata, il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta’ dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jkunu obbligati li tal-anqas jiżvelaw lil kandidat mhux magħżul, filwaqt li jirrispettaw l-anonimità tal-kandidati skont il-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, in-numru u s-sess tal-kandidati fir-riżerva tal-għażla, il-kriterji tal-kwalifiki li fuqhom l-għażla jew il-ħatra kienet ibbażata, il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta’ dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom, sabiex jiżguraw li fejn kandidati mis-sess l-anqas irrappreżentat li ma jintgħażlux jistabbilixxu fatti minn fejn jista jkun maħsub li dak il-kandidat kien kwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, għandu jkun id-dmir tal-kumpanija elenkata li tipprova li ma kienx hemm ksur tar-regola stabbilita fil-paragrafu 3.

5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom, sabiex jiżguraw li fejn kandidat mis-sess sottorappreżentat li ma ntgħażilx, u li jkun iqis li ġie preġudikat peress li d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma ġewx applikati fir-rigward tiegħu/tagħha, jipprova/tipprova fatti quddiem Qorti jew korp kompetenti ieħor minn fejn jista' jiġi preżunt li dak il-kandidat kien kwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, l-oneru jaqa' fuq il-kumpanija elenkata li tipprova li ma kienx hemm ksur tar-regola stabbilita fil-paragrafu 1.

 

Dan il-paragrafu m'għandux iżomm lill-Istati Membri milli jintroduċu regoli ta' prova li huma aktar favorevoli għar-rikorrenti.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kumpaniji elenkati fejn il-membri tas-sess l-anqas irrappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-forza tax-xogħol ma jkunux suġġetti għall-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1.

imħassar

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Fejn l-għażla msemmija fil-paragrafu 1 issir permezz ta' votazzjoni tal-azzjonisti jew l-impjegati, il-kumpaniji għandhom jiżguraw li l-votanti jkunu infurmati kif xieraq dwar il-miżuri previsti f'din id-Direttiva, inklużi sanzjonijiet f’każ ta' nuqqas ta' konformità min-naħa tal-kumpanija.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, darba fis-sena minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar ir-rappreżentazzjoni bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b’distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u li jippubblikaw dik l-informazzjoni f’manjiera xierqa u aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, darba fis-sena minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar ir-rappreżentazzjoni bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b’distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u li jippubblikaw dik l-informazzjoni f’manjiera xierqa u faċilment aċċessibbli fuq il-websajt u r-rapport annwali tagħhom.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi jew l-impenji u deskrizzjoni tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji.

3. Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, din għandha tipprovdi dikjarazzjoni bir-raġunijiet għalfejn ma laħqitx dawk l-objettivi jew ma ssodisfatx dawk l-impenji u deskrizzjoni komprensiva tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji. Dik id-dikjarazzjoni bir-raġunijiet għandha tifforma parti mill-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-korp jew korpi maħtura skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) ikunu wkoll kompetenti għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tal-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati.

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-korp jew korpi maħtura skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) ikunu wkoll kompetenti għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tal-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw b’mod effiċjenti mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati.

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tar-rekwiżiti għal proċedura miftuħa u trasparenti stabbilita fl-Artikolu 4(1), u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jinkludu l-miżuri li ġejjin:

2. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom tal-anqas jinkludu l-miżuri li ġejjin:

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) esklużjoni minn sejħiet pubbliċi għal offerti;

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) esklużjoni parzjali mill-għoti ta’ finanzjament mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni;

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva biex tiġi assigurata rappreżentazzjoni iktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' kumpaniji kostitwiti fit-territorju nazzjonali tagħhom, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ma joħolqux diskriminazzjoni mhux ġustifikata, u ma jfixklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva biex tiġi assigurata rappreżentazzjoni iktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fir-rigward ta’ kumpaniji kostitwiti fit-territorju nazzjonali tagħhom, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ma joħolqux diskriminazzjoni mhux ġustifikata bejn is-sessi jew kwalunkwe forma oħra ta’ diskriminazzjoni jew ifixklu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika din l-informazzjoni lill-Kummissjoni.

L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika din l-informazzjoni lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'tali notifika. Is-sospensjoni għandha tiġi awtomatikament revokata jekk ma jsirx progress suffiċjenti lejn l-għan ta’ din id-Direttiva li jkun il-każ jekk il-perċentwal tas-sess sottorappreżentat ikun inqas minn 30 % sal-2017 jew sal-2015 fil-każ ta’ impriżi pubbliċi.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta’ evalwazzjoni sal-1 ta’ Lulju 2017 dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-kumpaniji elenkati msemmija fl-Artikoli 4(1), 5(1) u (2), abbażi tar-rapporti mressqa mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1. Barra dan, ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jinkludi s-sitwazzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi fil-livell tal-bordijiet u fil-livell tal-maniġment tal-kumpaniji mhux elenkati li jkunu ’l fuq mil-limitu massimu tal-SME kif definit fl-Artikolu 2.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-mod li bih huma applikati l-prinċipji ta' din id-Direttiva fl-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni u huma inkorporati fir-regoli dwar il-proċeduri interni tagħhom b'rabta mal-persunal. Għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018 u sussegwentement ta' kull sena dwar l-istatistika tagħhom tas-sessi u l-progress li jkun sar. Il-Kummissjoni għandha minnufih tagħmel pubbliċi dawn ir-rapporti fuq il-websajt tagħha. Fejn xieraq ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li testendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva sabiex tkopri l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-Unjoni.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk, fid-dawl tal-iżviluppi fir-rappreżentanza tal-irġiel u nisa fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati u fil-livelli differenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-ekonomija kollha u filwaqt li tqis jekk il-progress huwiex suffiċjentement sostenibbli, hemmx il-ħtieġa li testendi t-tul ta’ din id-Direttiva lil hinn mid-data speċifikata fl-Artikolu 10(2) jew li temendaha.

4. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk, fid-dawl tal-iżviluppi fir-rappreżentanza tal-irġiel u nisa fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati u fil-livelli differenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-ekonomija kollha u filwaqt li tqis jekk il-progress huwiex suffiċjentement sostenibbli, hemmx il-ħtieġa li testendi t-tul ta’ din id-Direttiva lil hinn mid-data speċifikata fl-Artikolu 10(2) jew li temendaha. Għandha teżamina wkoll jekk il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandux jiġi estiż biex ikopri impriżi pubbliċi mhux elenkati li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' SME, impriżi kbar mhux elenkati u diretturi eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati.


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Il-korapporteurs jilqgħu il-proposta bħala segwitu għar-Riżoluzzjoni tal-Parlament “In-Nisa u t-Tmexxija tal-Intrapriżi” adottata fl-2011 u fid-dawl tal-inugwaljanzi persistenti bejn l-irġiel u n-nisa fil-pożizzjonijiet għolja f’kumpaniji. Id-Direttiva proposta tikkontribwixxi għas-salvagwardja tal-prinċipju tal-ugwaljanza bħala valur fundamentali tal-UE u tikkostitwixxi konkretizzazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livelli kollha u fis-setturi kollha tal-ħajja ekonomika, kif ġie mfakkar f’ħafna okkażjonijiet mill-Parlament Ewropew.

Fl-1984 u l-1996, il-Kunsill Ewropew ħareġ żewġ Rakkomandazzjonijiet li jinkoraġġixxu lis-settur privat iżid il-preżenza tan-nisa fil-livelli kollha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet u stieden lill-Kummissjoni Ewropea tieħu passi f’dan ir-rigward. F’Marzu 2011, il-Kummissjoni bdiet djalogu mal-kumpaniji elenkati ewlenin tal-UE u ħarġet dikjarazzjoni “L-Impenn għall-Ewropa Nisa fuq il-Bord” li l-kumpaniji setgħu jiffirmaw sabiex jimpenjaw ruħhom biex iżidu r-rappreżentanza femminili fuq il-bordijiet tagħhom għal 30 % sal-2015 u 40 % sal-2020. Madankollu, wara sena, 24 kumpanija biss kienu ffirmaw id-dikjarazzjoni ta' impenn.

Kumplessivament, ftit li xejn sar progress fiż-żieda tal-preżenza tan-nisa madwar l-UE u r-rata tat-titjib ma kinitx indaqs, li tvarja minn 5 % għal 25 % . Għal dawn ir-raġunijiet, il-korapporteurs huma konvinti li l-leġiżlatur Ewropew għandu jadotta leġiżlazzjoni adegwata.

Il-korapporteurs jemmnu li l-Artikolu 157(3) tat-TFUE huwa l-bażi legali xierqa għal miżuri vinkolanti mmirati sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjieg u xogħol. Dan ġie kkonfermat mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta’ Ġunju 2013.

L-importanza li tiġi adottata leġiżlazzjoni tal-UE

Tul is-snin bosta Stati Membri ħadu inizjattivi sabiex jindirizzaw b’mod effiċjenti l-kwistjoni tal-bilanċ bejn is-sessi. Ċerti Stati Membri ppruvaw modi kif itejbu r-rati baxxi ta’ involviment femminili fuq il-bordijiet billi adottaw leġiżlazzjoni(1) u b’hekk ħaffew b’mod konsiderevoli l-proċess għall-ilħuq ta’ rappreżentanza bbilanċjata ta’ nisa u rġiel fuq il-bordijiet. Oħrajn sempliċement ħeġġew l-inizjattivi u l-miżuri proattivi meħuda mill-kumpaniji, li rriżultaw bħala utli ħafna iżda xorta insuffiċjenti sabiex jintlaħqu riżultati tanġibbli. Għalhekk, ta’ min jinnota li hemm eteroġenità fl-UE kollha, kemm f’termini ta’ miżuri kif ukoll ta’ riżultati.

Fi Franza, il-proporzjon ta’ nisa fuq il-bordijiet ta' kumpaniji CAC 40 Franċiżi żdied b’10 punti perċentwali għal 22,3 % bejn Ottubru 2010 u Jannar 2012. Fl-Italja, li adottat liġi fl-2011 li tirrikjedi li sal-2015, il-kumpaniji elenkati u dawk ta’ proprjetà tal-Istat għandu jkollhom terz mill-pożizzjonijiet ta’ bordijiet ta’ maniġment u superviżorji okkupati minn nisa, kien hemm żieda ta’ 4.9 punti perċentwali bejn Jannar 2012 u Ottubru 2012 fl-għadd ta’ nisa fuq il-bordijiet ta' kumpaniji elenkati.

Fi Stati Membri oħra, l-inizjattivi ta’ awtoregolamentazzjoni nazzjonali, ta’ miri volontarji u ta’ governanza korporattiva (bħal kodiċi ta’ kondotta(2)) kellhom il-mira li jinkoraġġixxu lill-kumpaniji sabiex jaħtru iżjed nisa f'pożizzjonijiet għoljin.

L-effetti pożittivi ta’ miri vinkolanti huma prova tanġibbli li l-kumpaniji jistgħu jikkonformaw ma’ miżuri li jiżguraw reklutaġġ b’bilanċ bejn is-sessi. Barra dan, għandu jiġi nnutat li fl-Istati Membri fejn ma ttieħdet l-ebda miżura vinkolanti, il-kumpaniji għadhom ’il bogħod milli jilħqu bilanċ aċċettabbli bejn is-sessi.

Qafas komuni u solidu huwa essenzjali għal kumpaniji involuti f’attivitajiet transkonfinali iżda wkoll għall-mobilità u l-prospetti tal-karrieri fi ħdan korpi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għal ħaddiema rġiel u nisa kkwalifikati.

Finalment, sabiex jiġu indirizzati b’mod effiċjenti l-isfidi li l-UE jkollha taffronta f’kuntest vulnerabbli ta’ kriżi ekonomika, irid jintuża l-kapital uman kollu sabiex il-kumpaniji jiksbu tkabbir, kompetittività u prestazzjoni finanzjarja ikbar. Miżuri li l-għan tagħhom huwa l-ilħuq ta’ bilanċ ikbar bejn is-sessi fuq il-bordijiet jikkontribwixxu għal dak l-għan.

Id-Direttiva proposta

Il-proposta, imsejsa fuq il-prinċipji ta’ ugwaljanza, trasparenza, ġustizzja meritokratika, proċeduri u għanijiet komuni, għandha valur miżjud b’saħħtu. Għandu jiġi nnutat li l-konformità mal-obbligi stabbiliti mid-Direttiva se tiġġenera piżijiet amministrattivi limitati għall-kumpaniji. Id-Direttiva se ttejjeb il-ġustizzja soċjali fis-suq tax-xogħol u se tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku billi tagħmel użu sħiħ mir-riżorsi, mill-ħiliet u mill-vantaġġi disponibbli kollha biex b’hekk il-potenzjal uman tal-UE jiġi sfruttat b’mod effettiv.

Barra dan, din il-proposta hija konformi mal-prinċipji tal-proporzjonalità u s-sussidjarjetà.

Għan tad-Direttiva:

Il-proposta tagħti objettiv ċar għall-ilħuq ta’ 40 % tas-sess sottorappreżentat f’pożizzjonijiet ta’ membri ta’ bordijiet mhux eżekuttivi fil-kumpaniji elenkati pubblikament kollha, u qafas adegwat għall-Istati Membri u l-kumpaniji sabiex jadottaw proċeduri effiċjenti bil-ħsieb li jippromwovu l-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet tal-kumpaniji elenkati kollha. Da se jtejjeb il-governanza korporattiva billi joffri lin-nisa iktar possibilitajiet sabiex jidħlu għal pożizzjonijiet għoljin fil-livell deċiżjonali u jtejbu l-prestazzjonijiet ekonomiċi tal-kumpaniji bil-ħiliet tagħhom.

Kamp ta' Applikazzjoni tad-Direttiva:

Il-korapporteurs jieħdu nota li d-Direttiva proposta tressaq miżura temporanja sabiex tistabbilixxi strateġija komuni ċara għall-Istati Membri kollha sabiex jilħqu mira komuni: l-ilħuq tal-objettiv ta’ preżenza ta’ mill-inqas 40 % tas-sess sottorappreżentat fost id-diretturi mhux eżekuttivi f’kumpaniji privati elenkati sal-2020 u f’kumpaniji elenkati ta’ proprjetà tal-Istat sal-2018.

Id-Direttiva tippermetti lill-Istati Membri jikkunsidraw l-ispeċifiċitajiet nazzjonali matul it-traspożizzjoni tagħha. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jikkollaboraw mill-qrib mal-kumpaniji u l-partijiet interessati sabiex jistabbilixxu l-proċeduri u l-mekkaniżmi adegwati li jippermettu l-ilħuq tal-mira ta’ 40 % filwaqt li tiġi rispettata l-iskadenza stabbilita mid-Direttiva.

L-Istati Membri li diġà għandhom sistema effettiva stabbilita se jkunu jistgħu jżommuha bil-kundizzjoni li din tkun effiċjenti bl-istess mod daqs is-sistema proposta sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ preżenza ta’ mill-anqas 40 % tas-sess sottorappreżentat fuq il-bordijiet. Barra dan, l-Istati Membri se jkollhom jistabbilixxu sanzjonijiet xierqa u dissważivi għall-kumpaniji li jiksru d-Direttiva.

Jekk l-objettiv ta’ 40 % ma jintlaħaqx sal-2018 għal kumpaniji li jkunu parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat u sal-2020 għall-kumpaniji privati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jintlaħaq l-objettiv ta' titjib fil-bilanċ bejn is-sessi fil-kumpaniji.

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi

L-urġenza għall-ġustizzja u t-trasparenza hija iżjed b’saħħitha għal dak li jikkonċerna l-kumpaniji u l-impriżi li jkunu parzjalment jew kompletament proprjetà tal-Istat, li jistgħu jissejħu impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006. Dan ifisser kwalunkwe impriża li fuqha l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu jeżerċitaw b’mod dirett jew indirett influwenza dominanti permezz tas-sjieda tagħhom ta’ din l-impriża, il-parteċipazzjoni finanzjarja tagħhom fiha, jew tar-regoli li jamministrawha. Fid-dawl tar-responsabbiltà ekonomika u soċjali ta’ dawn il-kumpaniji, it-titjib fit-trasparenza u l-ugwaljanza huma essenzjali. Barra dan, ma jistax jiġi miċħud li s-settur pubbliku għandu funzjoni ta’ mudell fis-soċjetà u għandu jirrifletti l-meritokrazija u l-ġustizzja soċjali. L-Istati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq tali kumpaniji u għalhekk għandhom iktar strumenti biex iwettqu l-bidla aktar malajr. F’dan is-sens, l-ugwaljanza bejn is-sessi u iżjed parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet mil-lat ekonomiku huma għan essenzjali tal-kumpaniji li huma proprjetà tal-Istat. Għaldaqstant, id-Direttiva proposta timponi li dawn il-kumpaniji għandhom jikkonformaw mal-obbligu ta’ rappreżentanza bbilanċjata fuq il-bordijiet iżjed kmieni mis-settur privat, b’mod speċifiku sal-2018.

Il-punti ewlenin tal-proposta tal-korapporteurs:

Estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni:

Il-korapporteurs jenfasizzaw l-importanza tal-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva sabiex jiżdiedu b’mod effiċjenti l-effettività u l-impatt tagħha fil-kumpaniji elenkati kollha.

- Indipendentement mid-daqs tagħhom, il-kumpaniji elenkati kollha għandhom jikkonformaw mal-objettiv stabbilit mid-Direttiva. Tali rekwiżit huwa ġustifikat kemm mir-responsabbiltajiet ekonomiċi u soċjali tagħhom kif ukoll mill-importanza ekonomika tagħhom. Madankollu, fuq kunsiderazzjoni bir-reqqa, il-korapporteurs qablu li tinżamm l-eċċezzjoni għall-SMEs kif propost mill-Kummissjoni, filwaqt li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jistabbilixxu politiki biex jappoġġaw u jinċentivaw lill-SMEs itejbu b'mod sinifikanti il-bilanċ bejn is-sessi fil-livelli kollha tal-maniġment u fuq il-bordijiet tal-kumpaniji.

- Inklużjoni ta’ setturi ddominati minn ġeneru wieħed: il-kumpaniji elenkati li joperaw fis-setturi kollha għandhom ikunu konformi mal-objettiv stipulat mid-Direttiva, fid-dawl tal-importanza ekonomika u r-responsabbiltajiet ekonomiċi u soċjali tagħhom.

- B'rispons għad-diversi rikjesti, ir-rapporteurs qablu wkoll li jinkludu klawsola ta' rieżami li tistieden lill-Kummissjoni teżamina jekk il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva jistax jiġi estiż għal impriżi pubbliċi mhux elenkati li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni ta' SME, għal impriżi kbar mhux elenkati kif ukoll għal diretturi eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati fir-rapport previst fl-Artikolu 9.

Proċedura vinkolanti:

Il-korapporteurs jenfasizzaw li għandu jkun iddikjarat b’mod espliċitu li d-Direttiva tistabbilixxi obbligu ta’ mezzi sabiex l-Istati Membri u l-kumpaniji jilħqu l-għan billi jadottaw miżuri effettivi.

Iżjed trasparenza fil-proċedura ta’ nomina/elezzjoni ta’ membri tal-bordijiet mhux eżekuttivi:

Il-korapporteurs jappoġġjaw bis-sħiħ it-titjib fit-trasparenza tal-proċedura ta' nomina u ta' elezzjoni tal-membri tal-bordijiet billi dan huwa l-uniku mod kif jiġu garantiti b’mod effiċjenti d-diversità u l-għażla abbażi ta’ kriterji meritokratiċi.

Rappreżentanza bbilanċjata:

Sabiex jintlaħaq l-għan tal-ugwaljanza bejn is-sessi, il-korapporteurs jemmnu li l-kumpaniji għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiksbu rappreżentanza ta’ mill-inqas 40 % tas-sess sottorappreżentat. Fejn il-bord mhux eżekuttiv jikkonsisti biss minn tliet membri tal-bord, u għalhekk l-ilħuq ta’ kwota ta’ 40 % għal kull sess tkun impossibbli, proporzjon ta’ wieħed għal tnejn ikun biżżejjed.

Nuqqas ta’ konformità:

Il-korapporteurs jemmnu li l-kumpaniji li naqsu milli jkunu konformi għandhom jagħtu ġustifikazzjoni għar-raġunijiet li minħabba fihom ma jkunux laħqu l-objettivi jew l-impenji u liema miżuri konkreti għandhom jiġu adottati biex jiġi ggarantit b’mod effiċjenti li jintlaħaq l-objettiv ta' bilanċ imtejjeb bejn is-sessi.

Sanzjonijiet:

Barra dan, il-korapporteurs jenfasizzaw li l-Istati Membri għandhom jipprevedu li l-kumpaniji elenkati li ma jistabbilixxux, ma japplikawx jew ma jirrispettawx il-proċeduri stabbiliti għall-ħatra jew l-elezzjoni tad-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu suġġetti għal sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. Huma jipproponu li tiżdied l-esklużjoni minn sejħa pubblika għal offerti mal-lista ta' sanzjonijiet possibbli proposta mill-Kummissjoni, li magħha żdiedet ukoll l-esklużjoni parzjali mill-għoti ta' finanzjament mill-fondi strutturali Ewropej.

Il-korapporteurs jenfasizzaw l-importanza ta’ segwitu u rieżami effiċjenti. Għal dak il-fini, huwa essenzjali li l-Istati Membri jippreżentaw sa mill-2017 u sussegwentement kull sentejn rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

Titjib fl-informazzjoni u l-effiċjenza tad-Direttiva:

Il-korapporteurs huma konvinti li se jkollhom jiġu organizzati kampanji ta’ sensibilizzazzjoni u komunikazzjoni sabiex il-partijiet interessati u ċ-ċittadini jiġu mgħarrfa tajjeb u b’mod effiċjenti dwar l-impatt tad-Direttiva kemm fuq l-ekonomija kif ukoll fuq is-soċjetà. Dawn il-kampanji ta’ informazzjoni se jkunu essenzjali biex tinħoloq sensibilizzazzjoni fost il-kumpaniji mhux elenkati u sabiex jinkoraġġuwhom jilħqu bilanċ bejn is-sessi b’mod proattiv.

(1)

Il-Belġju, Franza u l-Italja stabbilixxew bil-liġi kwoti vinkolanti b’sanzjonijiet, filwaqt li l-Pajjiżi l-Baxxi u Spanja stabbilixxew kwoti mingħajr sanzjonijiet. Barra dan, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Greċja, l-Awstrija u s-Slovenja esiġew regoli dwar il-kumpaniji ta’ proprjetà tal-Istat. (Sors: Rapport ta’ Progress tal-KE)

(2)

Fl-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit, il-kodiċijiet nazzjonali ta’ governanza korporattiva jinkoraġġixxu, sa punt differenti, id-diversità tas-sessi fuq il-bordijiet tal-kumpaniji.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sur Klaus-Heiner Lehne

President

Kumitat għall-Affarijiet Legali

BRUSSELL

Is-Sur Mikael Gustafsson

President

Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar il-bażi legali għall-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati fil-borża (COM(2012)0614 – C7-0382/2012 – 2012/0299(COD))

Sinjuri Presidenti,

Tul il-laqgħa tiegħu tal-24 ta' April 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 37(3) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, iddeċieda li jieħu inizjattiva proprja dwar il-kwistjoni jekk huwiex xieraq li l-Artikolu 157(3) TFUE jitressaq bħala l-bażi legali għall-proposta ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati fil-borża (COM(2012)0614).

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM) huma il-Kumitati Konġunti għal din il-proposta skont l-Artikolu 51. Il-FEMM iddeċieda li jappoġġja l-evalwazzjoni tal-inizjattiva proprja tal-JURI dwar l-evalwazzjoni tal-bażi legali magħżula mill-Kummissjoni Ewropea u kkomunika dan lill-JURI bl-ittra tal-24 ta’ April 2013.

Sfond

1. Il-proposta

Il-proposta għal Direttiva tistabbilixxi miżuri mmirati għal progress aktar mgħaġġel lejn il-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati (Artikolu 1).

Il-proposta tapplika għal kumpaniji elenkati, ħlief għall-SMEs (Artikolu 3). L-Artikolu 4(1) tal-proposta jitlob lill-Istati Membri jiżguraw li "l-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi" .

Sabiex jintlaħaq dan l-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-għażla ta’ diretturi mhux eżekuttivi, tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess sottorappreżentat jekk dak il-kandidat ikollu l-istess kwalifiki bħall-kandidat tas-sess l-ieħor, sakemm ma jkunx hemm valutazzjoni oġġettiva tal-kandidati individwali li xxaqleb il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor (Artikolu 4(3)). Fil-każ li kandidat li ma jkunx irnexxa jistabbilixxi l-fatti li minnhom jista’ jiġi preżunt li dak il-kandidat kien ikkwalifikat daqs il-kandidat magħżul tas-sess l-ieħor, l-Artikolu 4(5) jixħet l-oneru tal-provi fir-rigward ta' nuqqas ta' ksur ta' din ir-regola fuq il-kumpanija elenkata.

Il-proposta tinkludi wkoll, bħala miżura addizzjonali, dispożizzjoni dwar l-hekk imsejħa “kwota flexi” għal bords eżekuttivi (Artikolu 5(1)), jiġifieri kumpaniji elenkati jintrabtu b'impenji individwali rigward ir-rappreżentanza bbilanċjata bejn iż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi li jridu jinkisbu sal-istess skadenza bħall-mira ta’ 40 % ta’ diretturi mhux eżekuttivi.

Fir-rigward ta' kumpaniji elenkati li jonqsu milli jilħqu l-għanijiet għal diretturi mhux eżekuttivi jew l-impenji individwali tagħhom fir-rigward ta’ diretturi eżekuttivi, dawn għandhom jinkludu r-raġunijiet għal dan u wkoll deskrizzjoni tal-miżuri li adottaw jew bi ħsiebhom jadottaw (Artikolu 5(3)).

Il-proposta tinkludi wkoll dispożizzjoni dwar sanzjonijiet (Artikolu 6), li essenzjalment tistabbilixxi li dawn għandhom ikunu "effettivi, proporzjonati u dissważivi" u li jistgħu jinkludu multi amministrattivi jew in-nullità jew l-annullament li tkun iddikjarata minn korp ġudizzjarju dwar il-ħatra jew l-elezzjoni ta' direttur mhux eżekuttiv bħala li tmur kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva.

L-Artikolu 7 jistipula li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva għandhom jitqiesu bħala rekwiżiti minimi. L-Artikolu 8 jinkludi dispożizzjoni dwar it-traspożizzjoni u jiddikjara wkoll li dawk l-Istati Membri li diġà ħadu miżuri sabiex jiżguraw rappreżentanza bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi, jistgħu jissosspendu l-obbligi proċedurali relatati mal-ħatra ta' diretturi mhux eżekuttivi skont id-Direttiva sakemm jistgħu jippruvaw li l-objettiv ta' 40% tas-sess sottorappreżentat jista’ jinkiseb permezz tal-miżuri nazzjonali tagħhom.

2. Il-bażi legali tal-proposta

Il-proposta tal-Kummissjoni hija msejsa fiq l-Artikolu 157(3) TFUE, li jgħid hekk:

"(3) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, għandhom jadottaw miżuri li jassiguraw l-applikazzjoni tal-prinċpju ta' opportunitajiet indaqs u trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa f’materji ta' impjiegi u xogħol, inklużi l-prinċipji ta' paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta' valur ugwali”.

Analiżi

1. Il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti

Hemm ċerti prinċipji li joħorġu mill-ġurisprudenza tal-Qorti fir-rigward tal-għażla tal-bażi legali. L-ewwel nett, minħabba l-konsegwenzi tal-bażi legali f'termini ta' kompetenza sostantiva u ta' proċedura, l-għażla ta’ bażi legali korretta hi ta’ importanza kostituzzjonali(1). It-tieni nett, skont l-Artikolu 13(2) TUE, kull istituzzjoni għandha taġixxi fi ħdan il-limiti tal-poteri konferiti lilha mit-Trattat(2). It-tielet nett, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, "l-għażla tal-bażi legali ta’ att Komunitarju għandha tiġi bbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, fosthom, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-miżura"(3).

2. L-għażla ta’ bażi legali min-naħa tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tispjega l-għażla tal-bażi legali tagħha kif ġej: ”L-Artikolu 157(3) TFUE huwa l-bażi legali għal kull miżura vinkolanti li għandha l-għan li tiżgura l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u t-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa f’materji ta' impjiegi u xogħol, inkluża azzjoni pożittiva”(4).

Fil-valutazzjoni tal-impatt li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni hu spjegat li: "Id-dritt tal-UE li taġixxi fi kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-impjiegi u x-xogħol joħroġ mill-Artikolu 157(3) TFUE. Din id-dispożizzjoni hi l-bażi legali speċifika għal kull miżura vinkolanti mmirata sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u t-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa f’materji ta' impjiegi u xogħol"(5).

3. Għan u kontenut tal-proposta għal Direttiva

Il-proposta għal Direttiva għandha l-għan "li tiżgura rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati" (Artikolu 1).

L-elementi ewlenin tal-proposta, immirati għall-kisba ta' dan il-għan huma r-regoli dwar il-bilanċ tal-irġiel u n-nisa fil-membri tal-bordijiet ta' kumpaniji li ma jeżerċitawx funzjonijiet amministrattivi (membri mhux eżekuttivi tal-bord), b'mod partikolari l-għan ta' 40% u r-regoli proċedurali. Il-miżuri huma stipulati fid-dettall aktar 'il fuq (taħt, "Sfond", punt 1).

Il-premessa 14 tal-proposta għal Direttiva tispjega f'aktar dettall li "Filwaqt li din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, l-introduzzjoni ta' ċerti standards minimi fir-rigward tar-rekwiżit li l-kumpaniji elenkati mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi jieħdu deċiżjonijiet ta' ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi fuq il-bażi ta' valutazzjoni komparattiva oġġettiva tal-kwalifiki tal-kandidati f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi. [...]".

4. Kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 157(3) TFUE

L-Artikolu 157(3) TFUE jippermetti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill "jadottaw miżuri li jassiguraw l-applikazzjoni tal-prinċpju ta' opportunitajiet indaqs u trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa f’materji ta' impjiegi u xogħol". Sabiex ikun evalwat jekk l-Artikolu 157(3) TFUE jistax jitqies bħala l-bażi legali għal din il-proposta, għandu jiġi determinat jekk il-miżuri proposti għal dan il-grupp professjonali speċifiku jaqgħux taħt "materji ta' impjiegi u xogħol", kif imsemmi f'din id-dispożizzjoni.

a) Persuni koperti mill-proposta għal Direttiva

Bħala punt tat-tluq għandhom jiġu identifikati l-karatteristiċi tal-persuni koperti mill-proposta għal Direttiva: il-proposta għandha l-għan li tagħti definizzjoni wiesgħa ta' "direttur", "direttur mhux eżekuttiv" u "direttur eżekuttiv"(6) u tfittex li tkopri s-sistemi differenti ta' strutturi ta' bordijiet għal kumpaniji elenkati li jeżistu fl-Istati Membri (sistemi "ta' żewġ livelli", "ta' livell wieħed" u sistemi mħallta)(7) Madankollu, hu żgur li l-membri tal-bordijiet koperti mil-proposta għal Direttiva jwettqu kompiti għal kumpanija (kompiti superviżorji f'każ ta' membri mhux eżekuttivi tal-bord u kompiti ta' ġestjoni f'każ ta' membri eżekuttivi tal-bord) inkambju għal remunerazzjoni. Barra minn hekk huma għandhom relazzjoni mal-kumpanija li fiha jinsabu u jistgħu jitneħħew mill-kariga tagħhom skont proċeduri differenti fl-Istati Membri.

b) "materji ta' impjiegi u xogħol" skont l-Artikolu 157(3) TFUE

It-tieni punt, meta wieħed jipprova jiddefinixxi t-tifsira ta' "materji ta' impjiegi u xogħol" skont l-Artikolu 157(3) TFUE, wieħed jiltaqa' mal-kunċett ta' "ħaddiem" li kien definit mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja(8), inkluż f'materji ta' trattament indaqs tal-irġiel u n-nisa. Il-Qorti ddeċidiet li dan il-kunċett "ma jistax jiġi interpretat b'mod differenti skont kull dritt nazzjonali, iżda għandu tifsira Komunitarja" u "għandu jkun definit bi qbil ma' kriterji oġġettivi li jiddistingwu r-relazzjoni ta' impjieg b'referenza għad-drittijiet u d-doveri tal-persuni kkonċernati". Il-Qorti identifikat bħala "karatteristika essenzjali" tar-relazzjoni ta’ impjieg il-fatt li "għal ċertu perjodu, persuna twettaq favur persuna oħra u taħt l-istruzzjonijiet tagħha, servizzi inkambju għal remunerazzjoni".

Barra minn hekk il-Qorti kkunsidrat "li n-natura sui generis tar-relazzjoni ta’ impjieg fid-dritt nazzjonali ma jista’ jkollha ebda effett fuq l-istatus ta’ ħaddiem fis-sens tad-dritt Komunitarju "(9).

F'dan il-kuntest, mhux eskluż li l-membri tal-bordijiet, għalkemm huma jistgħu jiksbu l-karigi tagħhom bi proċeduri differenti skont is-sistemi ta' Stati Membri differenti, jistgħu jitqiesu bħala parteċipi f'relazzjoni ta' impjieg.

Barra minn hekk, id-deċiżjoni tal-Qorti fil-kawża C-232/09 Danosa vs LKB Līzings SIA(10) rigward il-kwistjoni dwar jekk membru eżekuttiv tal-bord ta' kumpanija ta' kapital għandux jitqies bħala ħaddiem skont it-tifsira tad-Direttiva tal-Ħaddiema Tqal(11), tidher li hi rilevanti f'dan il-kuntest. F'dan il-każ, il-Qorti ikkunsidrat "li membru ta’ tali bord li, in kambju għal remunerazzjoni, jagħti servizzi lill-kumpanija li ħatritu u li minnha huwa jagħmel parti integrali, li jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu taħt id-direzzjoni jew il-kontroll ta’ organu ieħor ta’ din il-kumpannija u li jista’, f’kull mument, jitneħħa mill-kariga tiegħu mingħajr restrizzjonijiet, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, jissodisfa r-rekwiżiti sabiex jiġi kklassifikat ħaddiem fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja."(12) Ir-relazzjoni ta' membri mhux eżekuttivi tal-bord mal-kumpanija rispettiva tagħhom jidher li jixhdu l-karatteristiċi msemmija mill-Qorti, peress li huma tqiegħdu fil-kariga tagħhom – irrispettivament mill-proċedura, li tista' tkun reklutaġġ, selezzjoni jew ħatra, jew ġabra ta' dawn it-tlieta – u jistgħu jitneħħew minn dik il-kariga minn korp ieħor ta' dik il-kumpanija, pereżempju mid-detenturi tal-ishma. Għalhekk jistgħu jikkwalifikaw bħala ħaddiema (sakemm jitwettqu l-kundizzjonijiet l-oħra elenkati mill-Qorti).

Hu interessanti wkoll li l-Qorti, fis-sentenza Danosa, tiddikjara li, għall-finijiet ta' protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, anke meta membru tal-bord ma jkunx wettaq il-kundizzjonijiet li jiddeffinixxu ħaddiem skont id-dritt tal-UE – u b'hekk ma jaqawx fl-iskop tad-Direttiva 92/85/KEE jew tad-Direttiva 76/207/KEE(13), din il-persuna taqa' fl-iskop tad-Direttiva 86/613 "jekk il-qorti tar-rinviju tikkwalifikaha bħala “ħaddiem indipendenti”, f’dak tad-Direttiva 86/13(14), li tapplika għal ħaddiema indipendenti u li, kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tagħha, tikkompleta d-Direttiva 76/207 f’dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali tal-ħaddiema"(15). Anke jekk il-Qorti ovvjament irregolat biss fuq materji koperti minn dawk id-Direttivi, tajjeb li wieħed jinnota li membru tal-bord jaqa' f'waħda minn dawn il-kategoriji peress li Qorti ma tikkunsidrax il-possibilità li dan il-grupp professjonali jinqabad mid-dispożizzjonijiet in kwistjoni.

F'dan l-isfond, jidher li hemm evidenza ċara li membri mhux eżekuttivi tal-bord jaqgħu fi ħdan l-iskop tar-ratione personae tal-Artikolu 157(3) TFUE, b'mod partikolari minħabba l-fatt li huma protetti – irrispettivament jekk hux bħala ħaddiema jew bħala persuni li jaħdmu għal rashomkontra d-diskriminazzjoni skont l-aċquis eżistenti mil-leġiżlazzjoni adottata fuq il-bażijiet legali li jippreċiedu u jikkorrispondu għall-Artikolu 157(3) TFUE. Għaldaqstant jidher li ma jagħmilx sens jekk din l-istess bażi legali ma tkunx disponibbli għal-leġiżlazzjoni l-ġdida li hi mmirata li ttejjeb l-ugwaljanza bejn is-sessi bħal fil-każ tal-miżura proposta li qed tiġi kkunsidrata.

Tajjeb li ssir analiżi aktar profonda tal-miżuri diġà adottati mil-leġiżlatur tal-Unjoni skont l-Artikolu 157(3) TFUE (u l-Artikolu 141(3) Trattat KE preċedenti tiegħu):

‑ Id-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi(16) inklużi fir-regoli tal-Artikolu 14 tiegħu għal "kondizzjonijiet għal aċċess għall-impjiegi, għal min jaħdem għal rasu jew għax-xogħol, (…) ikun liema jkun il-qasam ta’ attività u fil-livelli kollha tal-ġerarkija professjonali".

‑ Id-Direttiva 2010/157/UE dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa li jeżerċitaw attività li fiha jaħdmu għal rashom,(17) li huwa bbażat fuq l-Artikolu 157(3) TFUE, applikabbli skont l-Artikolu 2 tiegħu mhux biss għal "persuni li jeżerċitaw attività bi qligħ għal rashom", iżda ukoll għall-konjuġi tagħhom li jipparteċipaw abitwalment fl-attivitajiet tal-ħaddiem li jaħdem għal rasu.

‑ L-Artikolu 4 tal-istess Direttiva 2010/41/KE li jipprojbixxi d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess fir-rigward " tal-istabbiliment, it-tagħmir jew l-estensjoni ta’ negozju jew it-tnedija jew l-estensjoni ta’ kull forma oħra ta’ attività ta’ persuni li jaħdmu għal rashom".

Dawn l-eżempji juru li l-espressjoni "materji ta' impjiegi u xogħol" ġiet interpretata mil-leġiżlatur bħala referenza għal kwalunkwe tip ta' attivitajiet professjonali u għall-oqsma kollha tal-ħajja professjonali. Dan jixhed fehim wiesa’ tal-kunċetti rilevanti mill-Qorti kif deskritti aktar 'il fuq.

c) L-Artikolu 157(3) TFUE bħala parti mill-politika soċjali tal-UE

Madankollu, b'konformità mal-prinċipju tal-għoti ta' kompetenzi kif stipulat fl-Artikolu 4(1) TFUE u 5(1) TFUE u wkoll mal-Artikolu 51(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, l-ebda interpretazzjoni tal-kompetenzi tal-Unjoni ma jista' jkollha l-effett li testendi l-kompetenzi tal-Unjoni lil hinn mil-limiti stipulati mit-Trattat. F'dan il-kuntest għandha tingħata attenzjoni għall-fatt li l-Artikolu 157(3) TFUE, jifforma parti mit-Titolu X tat-Taqsima Tlieta tat-TFUE, li tittratta l-politika soċjali tal-Unjoni. L-għanijiet huma deskritti fl-Artikolu 151 bħala "l-promozzjoni tax-xogħol, il-kundizzjonijiet imtejba tal-għajxien u tax-xogħol."

F'dan l-isfond, wieħed jista' jargumenta li peress li l-proposta għal Direttiva tittratta materji relatati mal-kompożizzjoni tal-bordijiet tal-kumpaniji li jifformaw parti mid-dritt tal-kumpaniji tal-Istati Membri, din ma tistax tkun ibbażata fuq l-Artikolu 157(3) TFUE bħala l-bażi legali li jifforma parti mill-politika soċjali tal-Unjoni. Madankollu hu importanti li wieħed jinnota li l-Kummissjoni tqiegħed il-proposta fil-kuntest ta’ politika soċjali. Hija tressaq il-proposta bħala miżura ta' azzjoni pożittiva li għandha l-għan li tiżgura r-rispett għall-prinċipju fundamentali tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa fid-Dritt tal-UE u b'hekk iżżid il-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet skont ir-raġunijiet elenkati fil-premessi tagħha bħall-"użu effiċjenti tal-kapital uman" (premessa 7) "l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol" (premessa 9) u "t-tnaqqis kemm tad-distakk fl-impjiegi bejn is-sessi u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi" (premessa 9).

d) Bażi legali doppja?

Il-fatt li l-proposta, fl-istess ħin, tirreferi wkoll għal raġunijiet ta’ governanza ekonomika u tal-kumpanija li jissottolinjaw il-miżuri proposti (ara pereżempju l-premessi 5 u 7), ma jikkontradixxix dan. Bl-istess mod il-preżenza ta' dawn l-elementi ma tirrikjedi l-ebda rikors għal bażi legali doppja. Fir-rigward ta' bażijiet legali multipli, il-Qorti kkunsidrat li, jekk l-eżami ta’ miżura tal-UE juri li għandha skop doppju jew li għandha komponent doppju u jekk wieħed minn dawn ikun identifikabbli bħala l-iskop jew komponent ewlieni jew predominanti, waqt li l-ieħor ikun biss inċidentali, l-att għandu jkun ibbażat fuq bażi legali waħda, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew il-komponent ewlieni jew predominanti(18). Min-naħa l-oħra, fejn miżura għandha diversi objettivi fl-istess ħin, li huma marbuta flimkien b'mod permanenti mingħajr ma jkunu sekondarji u indiretti fir-rispett tal-oħrajn, il-miżura għandha tkun ibbażata fuq dispożizzjonijiet rilevanti u varji tat-Trattat(19).

L-iżgurar tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa f'materji ta' impjiegi u xogħol jikkostitwixxu biċ-ċar l-enfasi prinċipali tal-proposta. Għandu jkun innotat ukoll li l-proposta ma tressaq l-ebda proposta għall-armonizzazzjoni tad-dritt tal-kumpaniji, anzi kuntrarjament għal dan, għandha l-għan li tapplika fi ħdan id-drittijiet tal-kumpaniji fl-Istati Membri u irrispettivament mis-sistemi nazzjonali speċifiċi u għalhekk tirrifletti biċ-ċar is-sistemi differenti li jista’ jkun hemm fl-Istati Membri. Rikunsiderazzjoni ta' din il-kwistjoni tidher li tkun xierqa jekk l-enfasi tal-miżuri kellu jiċċaqlaq b'mod ċar tul il-proċedura leġiżlattiva.

6. L-Artikolu 157(4) TFUE bħala bażi legali

Peress li kien iddikjarat li l-bażi legali xierqa għall-miżuri tat-tip propost għandu jkun l-Artikolu 157(4) TFUE, għandu jiġi enfasizzat li din id-dispożizzjoni ma tikkostitwixxi l-ebda bażi legali, iżda tipprovdi biss "li tkun assigurata l-ugwaljanza sħiħa fil-prattika bejn irġiel u n-nisa fil-ħajja tax-xogħol” u li “l-prinċipju ta' trattament indaqs m’għandux ifixkel lil xi Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri, li jipprovdu għal vantaġġi speċifiċi sabiex jagħmilha aktar faċli għal dak is-sess l-anqas irrappreżentat sabiex ifittex attività professjonali jew sabiex jipprevjeni jew jikkumpensa għal żvantaġġi fil-karrieri professjonali". Din id-dispożizzjoni għalhekk tippermetti lill-Istati Membri jieħdu miżuri speċifiċi, iżda ma hemm l-ebda evidenza li din kellha l-għan li tipprevjeni l-leġiżlatur tal-UE mit-teħid ta’ kwalunkwe miżura.

7. Rekwiżiti għal miżuri ta' azzjoni pożittivi

Fl-aħħar nett għandu jkun evalwat jekk il-miżuri proposti jikkorrispondux mal-qafas stabbilit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mill-ġurisprudenza tal-Qorti fir-rigward ta' miżuri ta' azzjoni pożittivi. Il-Karta, fl-Artikolu 21(1) tipprojbixxi bi prinċipju, kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi tas-sess, iżda tirrikonoxxi wkoll, fl-Artikolu 23 li l-prinċipju tal-ugwaljanza ma għandux jipprevjeni l-adozzjoni ta' miżuri li jistipulaw vantaġġi speċifiċi favur sess sottorappreżentat. Skont il-ġurisprudenza stabbilita, il-garanzija ta' aċċess għall-impjieg u l-promozzjoni ta' opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa ma tipprekludix miżuri għat-tisħiħ tal-opportunitajiet indaqs għall-irġiel u n-nisa li għandhom l-għan li inter alia jeliminaw iċ-ċirkostanzi ta' każijiet attwali li jaffettwaw l-opportunitajiet tan-nisa(20). Madankollu din l-eċċezzjoni ma tawtorizzax miżuri li jiggarantixxu l-prijorità assoluta u inkondizzjonali għan-nisa f'materji ta' promozzjoni jew impjiegi. Fejn il-kandidati irġiel u nisa jkollhom l-istess kwalifiki u fejn ikun hemm anqas nisa minn irġiel fil-livell tal-kariga rilevanti, il-prijorità tista' tingħata lill-promozzjoni tal-kandidati nisa, sakemm dawn ma jkunux esklużi minħabba kriterju wieħed jew aktar speċifiċi għall-kandidati individwali – li jistgħu ma jkunux tali li jiddiskriminaw kontra l-kandidati nisa – sabiex il-bilanċ ixaqleb favur xi kandidati rġiel(21).

Hekk kif proposta d-Direttiva tinkludi fl-Artikolu 4(3) – dispożizzjoni li tirrikjedi, b'mod ġenerali, li tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess sottorappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ikkwalifikat bl-istess mod bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tikkunsidra l-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor. Għaldaqstant saret provviżjoni għall-possibilità rikjesta ta' kunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni individwali.

Ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali kkunsidra din il-kwistjoni fil-laqgħa tiegħu tal-20 ta' Ġunju 2013. F'din il-laqgħa, b'konsegwenza ddeċieda, bi 11-il vot favur, 6 kontra u 4 astensjonijiet, li jirrakkomanda li l-Artikolu 157(3) TFUE għandu jkun il-bażi legali xierqa għal proposta ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati fil-borża.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner Lehne

(1)

Opinjoni 2/00 Protokoll ta’ Cartagena [2001] Ġabra I-9713, paragrafu 5; Kawża C-370/07 Il-Kummissjoni v. l-Kunsill [2009] Ġabra I-8917, paragrafi 46-49; Opinjoni 1/08, Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi [2009], Ġabra I-11129, paragrafu 110.

(2)

Kawża C-403/05 Parlament vs Kummissjoni [2007] Ġabra I-9045, paragrafu 49, u l-każistika ċċitata fih.

(3)

Ara l-aktar reċenti l-Kawża C-411/06 Kummissjoni vs Parlament u Kunsill [2009] Ġabra I-7585.

(4)

COM(2012) 0614, Memorandum ta’ Spjegazzjoni, p.9.

(5)

SWD(2012)0348, p. 24. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni wkoll ma teskludix il-possibilità li tirrikorri għall-Artikolu 50(1) TFUE, bħala l-bażi legali għall-adozzjoni ta' miżuri immirati biex jinkiseb is-Suq Intern fid-dritt dwar il-kumpaniji, bħala bażi legali addizzjonali li tissupplimenta l-Artikolu 157(3) TFUE.

(6)

L-Artikolu 2 tal-proposta jiddeffinixxi "direttur mhux eżekuttiv" bħala "kwalunkwe membru ta' bord unitarju li mhux direttur eżekuttiv u kwalunkwe membru ta' bord ta' sorveljanza f'sistema ta' żewġ bordijiet" (Artikolu 2, punt (5), filwaqt li "direttur eżekuttiv”, hu definit bħala "kwalunkwe membru ta' bord unitarju li hu involut fil-ġestjoni ta' kuljum tal-kumpanija u kwalunkwe membru ta' bord maniġerjali f'sistema b'żewġ bordijiet" (Artikolu 2 punt (4));

(7)

COM(2012)0614, Memorandum ta' spjegazzjoni, p.11.

(8)

Kawża 66/85 Lawrie-Blum [1986] Ġabra 2121, para. 16 u 17; Kawża C-176/96 Lehtonen and Castors Braine [2000] Ġabra I-2681, para. 45; Kawża C-138/02 Collins [2004] Ġabra I-2703, para. 26; Kawża C-456/02 Trojani [2004] Ġabra I-7573, para. 15; Kawża C-392/05 Alevizos [2007] E.C.R I-03505, para. 67); Kawża C-166/06 Sari Kiiski v Tampereen kaupunki [2007] E.C.R. I-07643, para. 25; Kawża C-94/07 Andrea Raccanelli v Max-Planck-Gesellschaft zur Förderung der Wissenschaften eV [2008] I-05939, para. 33.

(9)

Kawża 53/81 Levin [1982] Ġabra 1035, para. 16; Kawża 344/87 Bettray [1989] Ġabra 1621, para. 15 u 16; Kawża C-188/00 Kurz [2002] Ġabra I-10691, paragrafu 32; u Trojani, paragrafu 16)

(10)

[2010] Ġabra I-11405.

(11)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta' miżuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 348, 28.11.1992, p. 1).

(12)

Danosa v LKB Līzings SIA, ibid., para. 51.

(13)

Id-Direttiva tal-Kunsill 76/207/KEE tad-9 ta' Frar 1976 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa għal dak li għandu x'jaqsam mal-aċċess għall-impjiegi, taħriġ vokazzjonali u promozzjoni, u kondizzjonijiet tax-xogħol (ĠU L 39, 14.2.1976, p. 40).

(14)

Id-Direttiva tal-Kunsill 86/613/KEE tal-11 ta' Diċembru 1986 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa involuti f'attività, inkluża l-agrikoltura, b’kapaċità li fiha jaħdmu għal rashom, u dwar il-protezzjoni ta' nisa li jaħdmu għal rashom waqt it-tqala u waqt li qegħdin irabbu t-tfal (ĠU L 359, 19.12.1986, p. 56).

(15)

Danosa v LKB Līzings SIA, ibid., para. 70.

(16)

ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

(17)

ĠU L 180, 15.7.2010, p. 1.

(18)

Kawża C-42/97 Parlament v Kunsill [1999] Ġabra I-868, paragrafi 39-40; Kawża C-36/98 Spanja vs Kunsill [2001] Ġabra I-779, paragrafu 59; Kawża C-211/07 , paragrafu 39;

(19)

Kawża C- paragrafu 11; Kawża C-178/03 Commission v. European Parliament and Council [2006] E.C.R. I-107, paragrafi. 43-56.

(20)

Kawża C-476/99 Lommers [2002] Ġabra I-2891, paragrafi. 31-50; Kawża C-366/99 Griesmar [2001] Ġabra I-9383, paragrafi 62-67:

(21)

Kawża C-409/95 Marschall [1997] Ġabra I-6363, paragrafi 75-79. 21-35; Kawża C-158/07 Kummissjoni vs Kunsill [97] Ġabra I-1875, paragrafi 13-67; Kawża C-407/98 Abrahamsson and Anderson [2000] Ġabra I-5539, paragrafi 39-65.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (20.9.2013)

għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati f’borża u miżuri relatati

(COM(2012)0614 – C7‑0382/2012 – 2012/0299(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Olle Schmidt

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-objettiv tal-politika tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi – il-ħolqien ta' aċċess ugwali kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa għal pożizzjonijiet ta' poter u influwenza – huwa sfida vitali għall-Unjoni. Ir-Rapporteur jaqbel li hija meħtieġa azzjoni leġiżlattiva kuraġġuża min-naħa tal-UE sabiex jintlaħaq dan l-għan.

Għalhekk ir-Rapporteur jappoġġa bis-sħiħ l-objettivi tal-Kummissjoni bid-Direttiva dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi f'bordijiet korporattivi ta' kumpaniji elenkati. Madankollu, il-proposta ma tindirizzax biżżejjed l-kamp ta' applikazzjoni u l-miżuri.

Il-kumpaniji fis-settur finanzjarju għandhom proporzjon ogħla ta' nisa fil-bordijiet tagħhom meta mqabbla ma' setturi oħra fl-UE. Madankollu, terz tal-bordijiet tal-kumpaniji fis-settur għandu nuqqas kbir ta' rappreżentanti nisa.

Ir-Rapporteur jappoġġa l-għażla li jiġu enfasizzati l-kumpaniji elenkati pubblikament. Madankollu, il-possibilità ta' estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni ta' kumpaniji mhux elenkati 'l fuq mil-limitu ta' SME għandha tiġi rieżaminata mill-Kummissjoni sentejn wara l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Il-kamp ta' applikazzjoni estiż: istituzzjonijiet tal-UE u l-BĊE.

Ir-Rapporteur jemmen li d-Direttiva għandha tiġi estiża biex tkopri l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE). In-nuqqas ferm kbir ta' rappreżentanti nisa fil-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, il-Kunsill Governattiv u l-Kunsill Ġenerali huwa problematiku ħafna u jikkonferma l-falliment sistematiku fil-proċedura ta' ħatra għal pożizzjonijiet ta' maniġment għoli fl-Unjoni. L-Istati Membri huma reponsabbli li jippromwovu lin-nisa f'dawn il-pożizzjonijiet ta' livell għoli.

L-istituzzjonijiet tal-UE jeħtieġu jmexxu billi jagħtu eżempju rigward il-bilanċ bejn is-sessi pjuttost milli jikkonfermaw l-isterjotip tan-nuqqas ta' dan il-bilanċ, kemm biex jistabbilixxu standards għas-settur privat kif ukoll biex itejbu l-leġittimità tal-UE. Il-prinċipji ta' din id-Direttiva għandhom għalhekk jiġu inkorporati fir-regoli li jirregolaw il-proċeduri interni tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE.

It-triq 'il quddiem: Il-mudell "ikkonforma jew spjega".

Ir-Rapporteur ma jaqbilx mal-mira vinkolanti proposta mill-Kummissjoni dwar il-bilanċ bejn is-sessi, peress li huwa importanti li tiġi evitata l-interferenza mad-drittijiet tas-sjieda tal-azzjonisti u l-libertà tagħhom li jagħżlu r-rappreżentanti fuq il-bord tal-kumpanija. Barra minn hekk, ir-Rapporteur għandu dubji serji dwar l-effetti "konsekwenzjali" mistennija tal-Kummissjoni dwar rappreżentazzjoni femminili miżjuda fost diretturi mhux eżekuttivi f'pożizzjonijiet eżekuttivi u maniġment għoli.

In-nuqqas ta' riċerka empirika ta' appoġġ kif ukoll l-esperjenza Norveġiża ta' kwoti mandatorji fost id-diretturi tal-bord juru raġunament żbaljat. Kwoti stretti ma jbiddlux b'mod fundamentali s-sitwazzjoni dwar l-iżbilanċ bejn is-sess.

Minflok, ir-Rapporteur jixtieq jissottolinja l-importanza li jiġu kkonċentrati l-isforzi fuq iż-żieda tan-numru tan-nisa fil-livelli kollha tal-maniġment, sabiex tinkiseb rappreżentazzjoni aħjar tas-sessi fi stadju ulterjuri f'pożizzjonijiet eżekuttivi u tal-bord, jiġifieri l-approċċ "minn isfel għal fuq".

Għalhekk ir-Rapporteur jixtieq jipproponi forma tal-mudell "ikkonforma jew spjega" li huwa simili għal-leġiżlazzjoni Daniża fejn il-kumpaniji huma meħtieġa jistabbilixxu miri individwali għall-bilanċ tagħhom bejn is-sessi fost id-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi, kif ukoll fil-livelli kollha tal-maniġment tal-kumpanija, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi għall-fergħat u għall-kumpanija. Barra minn hekk, il-kumpaniji għandhom ikunu obbligati jiżviluppaw politika dwar is-sessi sabiex iħeġġu miżuri attivi favur it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fil-kumpanija.

Il-kumpaniji għandhom jiżvelaw pubblikament il-konformità tagħhom mar-rekwiżiti: l-istatus tal-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet u fil-livelli tal-maniġment, ir-relazzjoni tiegħu mal-miri speċifikati tal-bilanċ bejn is-sessi, il-politika dwar is-sessi, u l-miżuri meħuda jew maħsuba li jittieħdu sabiex jintlaħqu dawn il-miri. Din l-informazzjoni għandha tiġi rrappurtata fir-rapport annwali u fil-websajt tal-kumpaniji koperti mid-Direttiva.

Iż-żieda biss ta' ftit diretturi mhux eżekuttivi nisa fil-kumpaniji kkonċernati mhijiex biżżejjed. Madankollu, il-mudell "ikkonforma jew spjega" jiżgura li l-azzjonisti u l-eżekuttivi tal-kumpaniji kkonċernati jirriflettu dwar il-politika u l-kultura interna tal-kumpanija, u dan se jelimina aktar l-ostakli li n-nisa jiffaċċjaw meta jitilgħu fil-ġerarkija tal-impriża.

Il-kumpaniji li ma jikkonformawx mal-proċeduri ta' stabbiliment ta' ċifri fil-mira individwali u politika dwar is-sessi għandhom ikunu soġġetti għal sanzjonijiet fil-forma ta' multi amministrattivi. Madankollu, l-ebda kumpanija m'għandha tirċievi multa għaliex ma laħqitx il-miri dwar is-sessi stabbiliti individwalment peress li dan jista' jiskoraġġixxi miri ambizzjużi.

Aktar trasparenza għar-reklutaġġ tal-bordijiet.

Ir-Rapporteur jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ ħatra formalizzata u aktar trasparenti ta' diretturi tal-bord korporattiv. Madankollu, it-tibdil tal-piż tal-prova li skontu l-kumpaniji jeħtieġu jagħtu prova tal-għażla korretta tagħhom meta jkunu ffaċċjati minn ilmenti mingħand il-kandidati li ma rnexxewx mhuwiex proporzjonat. L-ilmentaturi potenzjali għandhom ikunu biżżejjed protetti mill-obbligu tal-kumpanija li jissottomettu l-kriterji li fuqhom tkun saret l-għażla u mil-liġijiet applikabbli ta' kontra d-diskriminazzjoni.

Fl-aħħar, it-trasparenza tal-politiki dwar is-sessi tal-kumpaniji lejn l-investituri, l-applikanti potenzjali għall-impjiegi u l-pubbliku ġenerali hija miżjuda permezz tal-"mudell ikkonforma jew spjega" minħabba r-rekwiżiti ta' rappurtar dwar il-bilanċ bejn is-sessi proposti mir-Rapporteur.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) F’dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat bosta rapporti li janalizzaw is-sitwazzjoni dwar id-diversità tas-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi. Il-Kummissjoni inkoraġġiet kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni Ewropea biex iżidu l-għadd ta’ nisa fuq il-bordijiet tagħhom b’miżuri awtoregolatorji u sabiex jagħmlu impenji volontarji konkreti f’dak ir-rigward. Fil-Karta tan-Nisa tagħha tal-5 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni Ewropea enfasizzat li n-nisa għad ma għandhomx aċċess sħiħ għall-qsim tas-setgħa u t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-ħajja politika u ekonomika u rriaffermat l-impenn tagħha li tuża l-poteri tagħha biex tippromwovi rappreżentazzjoni aktar ġusta tan-nisa u l-irġiel f’pożizzjonijiet ta’ responsabilità. It-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ġie definit mill-istrateġija tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 bħala waħda mill-kompiti prijoritarji tagħha.

(4) F’dawn l-aħħar snin, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat bosta rapporti li janalizzaw is-sitwazzjoni dwar id-diversità tas-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi. Il-Kummissjoni inkoraġġiet kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni Ewropea biex iżidu l-proporzjon tas-sess l-anqas rappreżentat fuq il-bordijiet tagħhom b’miżuri awtoregolatorji u sabiex jagħmlu impenji volontarji konkreti f’dak ir-rigward. Fil-Karta tan-Nisa tagħha tal-5 ta’ Marzu 2010, il-Kummissjoni Ewropea enfasizzat li n-nisa għad ma għandhomx aċċess sħiħ għall-qsim tas-setgħa u t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-ħajja politika u ekonomika u rriaffermat l-impenn tagħha li tuża l-poteri tagħha biex tippromwovi rappreżentazzjoni aktar ġusta tan-nisa u l-irġiel f’pożizzjonijiet ta’ responsabilità. It-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fit-teħid tad-deċiżjonijiet ġie definit mill-istrateġija tal-Kummissjoni dwar l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel 2010-2015 bħala waħda mill-kompiti prijoritarji tagħha.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) L-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE għandhom imexxu billi jagħtu eżempju ta' titjib tal-bilanċ bejn is-sessi. Il-prinċipji stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom ikunu inkorporati fir-regoli li jiggvernaw il-proċeduri interni tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew, u tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew. Il-prinċipji stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom ikunu inkorporati fir-regoli li jirregolaw il-proċeduri interni tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew, u tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew. Għal dak il-għan l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li l-bilanċ bejn is-sessi jintlaħaq fir-reklutaġġ ta’ maniġment superjuri inklużi d-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi u l-Kapijiet tal-Unità.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) L-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, peress li għandhom viżibbiltà kbira, għandhom jagħtu l-eżempju billi jimplimentaw politiki favur bilanċ aħjar bejn is-sessi. Għal rappreżentazzjoni aħjar, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-politiki ta’ reklutaġġ għal pożizzjonijiet ta' livell għoli. Għandhom jiġu proposti listi ta’ kandidati li jirrispettaw l-ugwaljanza bejn is-sessi għal kull pożizzjoni fil-livell għoli tal-maniġment. L-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE għandhom jibdew jippubblikaw sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018 rapport annwali li jistabbilixxi l-isforz tagħhom għall-ilħuq ta’ dak l-għan.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c) Huwa importanti li l-maniġment tal-Kummissjoni, il-korp eżekuttiv tal-UE, itejjeb il-bilanċ tiegħu bejn is-sessi biex jirrappreżenta aħjar liċ-ċittadini Ewropej. L-Istati Membri għaldaqstant huma mistiedna jinnominaw kemm kandidati maskili kif ukoll femminili għal kull pożizzjoni fil-kulleġġ tal-Kummissarji sabiex jinkiseb bilanċ bejn is-sessi fil-kulleġġ tal-Kummissjoni.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 6d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6d) Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SESF) – inkluż il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) – u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) għandhom jikkonformaw mal-aspetti kollha tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni abbażi tas-sessi. Il-Bordijiet tas-Superviżuri tal-ASE għandhom ikunu mħeġġa jippreżentaw lista ta’ kandidati bbilanċjata bejn is-sessi għall-pożizzjonijiet ta’ Presidenti u Diretturi Eżekuttivi fis-smigħ rilevanti fil-Parlament Ewropew. L-għażla finali ta' dawn il-pożizzjonijiet għandha tkun ibbilanċjata bejn is-sessi. Huwa importanti wkoll li l-Kumitat ta’ Tmexxija u l-Kumitati Konsultattivi tal-BERS ikollhom bilanċ bejn is-sessi.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 6e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6e) Il-bord superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), inklużi r-rwoli ta’ President u Viċi President, għandhu jkun ibbilanċjat mill-perspettiva ta’ sessi. Kull meta jkun hemm offerta ta’ xogħol fuq il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE dawk l-Istati Membri li adottaw l-euro bħala munita għandhom jiġu mħeġġa jinnominaw żewġ kandidati, raġel u mara, għall-pożizzjoni vakanti. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa wkoll jaħtru nisa bħala gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) biex jiksbu bilanċ bejn is-sessi fil-Kunsill Governattiv u l-Kunsill Ġenerali tal-BĊE kif ukoll fil-Bord Ġenerali tal-BERS.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-użu effiċjenti tal-kapital uman huwa l-aktar fattur determinanti importanti tal-kompetittività tal-ekonomija u huwa essenzjali għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi tal-UE, biex nikkompetu b’suċċess f’ekonomija globalizzata u biex niżguraw vantaġġ komparattiv fir-rigward ta’ pajjiżi terzi. Ir-riżerva ta’ nisa kwalifikati u mħarrġa ħafna qiegħda tikber b’mod kostanti kif inhu kkonfermat mill-fatt li 60% tal-gradwati mill-universitajiet huma nisa. Nuqqas issoktat li nużaw din ir-riżerva fil-ħatriet għal pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi jammonta għal nuqqas li nisfruttaw b’mod sħiħ il-kapital uman imħarreġ.

(7) L-użu effiċjenti tal-kapital uman huwa l-aktar fattur determinanti importanti tal-kompetittività, l-iżvilupp u t-tkabbir tal-ekonomija u huwa essenzjali għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi tal-UE, biex nikkompetu b’suċċess f’ekonomija globalizzata u biex niżguraw vantaġġ komparattiv fir-rigward ta’ pajjiżi terzi. Ir-riżerva ta’ nisa kwalifikati u mħarrġa ħafna qiegħda tikber b’mod kostanti kif inhu kkonfermat mill-fatt li 60% tal-gradwati mill-universitajiet huma nisa. Nuqqas issoktat li nużaw din ir-riżerva f’pożizzjonijiet ta’ maniġment u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-kumpaniji jammonta għal nuqqas li nisfruttaw b’mod sħiħ il-kapital uman imħarreġ.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Il-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi fis-soċjetà ġenerali tinvolvi l-istabbiliment ta' drittijiet akkademiċi u professjonali ugwali għall-irġiel u n-nisa, kif ukoll responsabilitajiet kondiviżi tal-familja, tal-kura tat-tfal u tad-dar. Il-fatt li n-nisa jkunu ġeneralment responsabbli għall-biċċa l-kbira tax-xogħol tal-familja u tad-dar jista' jfixkel l-avvanz tagħhom f'pożizzjonijiet professjonali għoljin. Il-parteċipazzjoni attiva u l-involviment tal-irġiel fir-responsabilitajiet tal-familja huma kruċjali għall-kisba ta' bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja u għall-ħolqien ta' opportunitajiet indaqs għal karriera kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Għandha tingħata attenzjoni lill-indirizzar ta' sterjotipi tas-sessi, politiki tal-impjieg mhux flessibbli u antiki u dispożizzjonijiet inadegwati dwar il-liv tal-ġenituri. Għandhom jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għan-nisa u l-irġiel biex, jekk ikunu jridu, jgħaqqdu l-ħajja tal-familja u x-xogħol . L-Istati Membri huma mħeġġa jiżguraw l-implimentazzjoni ta' elementi soċjali bħal pereżempju allowances moderni u ġusti għal-liv tal-ġenituri għan-nisa u l-irġiel, dispożizzjonijiet estensivi għall-kura tat-tfal u tal-anzjani u opportunitajiet għal-liv kondiviż tal-ġenituri.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Fil-livell tal-kumpaniji, huwa rikonoxxut b’mod ġenerali li l-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet ittejjeb il-governanza korporattiva, minħabba li l-prestazzjoni tat-tim u l-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet huma msaħħa minħabba mod ta’ ħsieb aktar varjat u kollettiv li jinkorpora firxa wiesgħa ta’ perspettivi u għalhekk jilħaq deċiżjonijiet iktar bilanċjati. Bosta studji wrew ukoll li hemm relazzjoni pożittiva bejn id-diversità tas-sessi fl-ogħla livell tal-maniġment u l-prestazzjoni finanzjarja u l-profittabilità ta’ impriża. It-tisħiħ tar-rappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni għalhekk jista’ jkollu impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni tal-kumpaniji kkonċernati.

(8) Fil-livell tal-kumpaniji, huwa rikonoxxut b’mod ġenerali li l-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet ittejjeb il-governanza korporattiva, minħabba li l-prestazzjoni tat-tim u l-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet huma msaħħa minħabba mod ta’ ħsieb aktar varjat u kollettiv li jinkorpora firxa wiesgħa ta’ perspettivi kif ukoll mudell tan-negozju aktar proattiv u għalhekk jilħaq deċiżjonijiet iktar bilanċjati. Bosta studji wrew ukoll li hemm relazzjoni pożittiva bejn id-diversità tas-sessi fl-ogħla livell tal-maniġment u l-prestazzjoni finanzjarja u l-profittabilità ta’ impriża. It-tisħiħ tar-rappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni, fid-dawl tar-responsabilità ekonomika u soċjali sinifikanti tagħhom, għalhekk jista’ jkollu impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni tal-kumpaniji kkonċernati u l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-evidenza eżistenti turi wkoll li l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol tista’ ttejjeb it-tkabbir ekonomiku b’mod sostanzjali. It-tisħiħ tal-preżenza femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fl-Unjoni mhux biss jaffettwa n-nisa maħtura fuq il-bordijiet, iżda jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġi attirat talent femminili lejn il-kumpanija u tiġi żgurata preżenza ikbar tan-nisa fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni u fost il-ħaddiema. Għalhekk, sehem akbar ta’ nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji għandu impatt pożittiv fuq it-tnaqqis kemm tad-distakk fl-impjiegi bejn is-sessi u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi. Li nagħmlu użu sħiħ mit-talenti eżistenti tan-nisa jikkostitwixxi titjib notevoli f’termini tar-rendiment fuq l-edukazzjoni kemm għall-individwi kif ukoll għas-settur pubbliku. Is-sottorappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fil-borża fl-UE hija opportunità mitlufa f’termini ta’ kisba ta’ tkabbir sostenibbli fit-tul għall-ekonomiji tal-Istati Membri inġenerali.

(9) L-evidenza eżistenti turi wkoll li l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol tista’ ttejjeb it-tkabbir ekonomiku b’mod sostanzjali. It-tisħiħ tal-preżenza femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fl-Unjoni mhux biss jaffettwa n-nisa maħtura fuq il-bordijiet, iżda jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġi attirat talent femminili lejn il-kumpanija, tiġi żgurata preżenza ikbar u tkun rikonoxxuta l-kontribuzzjoni tan-nisa fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni u fost il-ħaddiema. Għalhekk, sehem akbar ta’ nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji għandu impatt pożittiv fuq it-tnaqqis kemm tad-distakk fl-impjiegi bejn is-sessi u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi. Li nagħmlu użu sħiħ mit-talenti eżistenti tan-nisa jikkostitwixxi titjib notevoli f’termini tar-rendiment fuq l-edukazzjoni kemm għall-individwi kif ukoll għas-settur pubbliku. Is-sottorappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fil-borża fl-UE hija opportunità mitlufa f’termini ta’ kisba ta’ tkabbir sostenibbli fit-tul għall-ekonomiji tal-Istati Membri inġenerali. L-Istati Membri għandhom għalhekk jintroduċu miżuri biex jinkoraġġixxu l-progressjoni tal-karriera tan-nisa fil-livelli kollha permezz ta’ azzjonijiet pożittivi bħan-netwerking u programmi ta’ mentoring.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni mmirata lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill immirati speċifikament biex iżidu l-preżenza tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi u azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni li jinkoraġġixxu l-awtoregolamentazzjoni, in-nisa għadhom ferm inqas mill-irġiel fl-ogħla korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji madwar l-Unjoni. Fis-settur privat u speċjalment f’kumpaniji elenkati dan l-iżbilanċ bejn is-sessi huwa partikolarment sinifikanti u akut. ndikatur ċentrali tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tas-sessi fil-bordijiet korporattivi juri li l-proporzjon ta' nisa involuti f’deċiżjonijiet kummerċjali tal-ogħla livell jibqa' baxx ħafna. F’Jannar 2012, in-nisa okkupaw bħala medja biss 13.7 fil-mija tal-postijiet fil-bordijiet tal-ikbar kumpaniji elenkati pubblikament fl-Istati Membri. Fost id-diretturi mhux eżekuttivi 15 fil-mija biss kienu nisa.

(10) Minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni mmirata lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill immirati speċifikament biex iżidu l-preżenza tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi u azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni li jinkoraġġixxu l-awtoregolamentazzjoni, in-nisa għadhom ferm inqas mill-irġiel fl-ogħla korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji madwar l-Unjoni. Dan huwa l-każ ukoll għal ċerti istituzzjonijiet u aġenziji tal-UE, fosthom il-Bank Ċentrali Ewropew, li għandhom jagħtu l-eżempju u jirrappreżentaw liċ-ċittadini kollha. Jeħtieġ niftakru li, matul in-nomini ta’ membru ġdid għall-Bord Eżekuttiv tal-BĊE fi tmiem l-2012, il-Kapijiet tal-Istat u tal-Gvernijiet irrifjutaw li jqisu l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, bi ksur tal-Artikolu 2 tat-Trattat, minkejja l-opinjoni negattiva tal-Parlament Ewropew. Barra minn hekk fis-settur privat l-iżbilanċ bejn is-sessi f'korpijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet huwa sinifikanti u akut. ndikatur ċentrali tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tas-sessi fil-bordijiet korporattivi juri li l-proporzjon ta' nisa involuti f’deċiżjonijiet kummerċjali tal-ogħla livell jibqa' baxx ħafna. F’Jannar 2012, in-nisa okkupaw bħala medja biss 13.7 fil-mija tal-postijiet fil-bordijiet tal-ikbar kumpaniji elenkati pubblikament fl-Istati Membri. Fost id-diretturi mhux eżekuttivi 15 fil-mija biss kienu nisa. Madankollu, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva ma jinterferixxux bla bżonn mal-ġestjoni ta’ kuljum, peress li l-kumpaniji jżommu l-libertà li jagħżlu l-kandidati fuq il-bażi tal-kwalità jew ta’ kunsiderazzjonijiet oġġettivi rilevanti oħra.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-proporzjon tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji miexi bil-mod ħafna, b’żieda annwali medja ta’ biss 0,6 punti perċentwali matul l-aħħar snin. Ir-rata ta’ titjib fl-Istati Membri individwali kienet tvarja u wasslet għal riżultati diverġenti ħafna. Ġie nnotat progress ħafna iktar sinifikanti fl-Istati Membri fejn ġew introdotti miżuri vinkolanti. Id-diskrepanzi li dejjem jikbru bejn l-Istati Membri x’aktarx li jiżdiedu minħabba l-approċċi differenti ħafna segwiti mill-Istati Membri individwali biex iżidu r-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-bordijiet li qed jiġu segwiti minn Stati Membri individwali.

(11) Il-proporzjon tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji miexi bil-mod ħafna, b’żieda annwali medja ta’ biss 0,6 punti perċentwali matul l-aħħar snin. Ir-rata ta’ titjib fl-Istati Membri individwali kienet tvarja u wasslet għal riżultati diverġenti ħafna. Ġie nnotat progress ħafna iktar sinifikanti fl-Istati Membri fejn ġew introdotti miżuri vinkolanti. Madankollu, numru ta' pajjiżi laħqu riżultati bl-istess mod tajbin permezz ta' mekkaniżmi volontarji, appoġġjati b'sistemi soċjali sodi, li huma ta' benefiċċju għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol. Id-diskrepanzi li dejjem jikbru bejn l-Istati Membri x’aktarx li jiżdiedu minħabba l-approċċi differenti ħafna segwiti mill-Istati Membri individwali biex iżidu r-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-bordijiet li qed jiġu segwiti minn Stati Membri individwali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Ir-regolamentazzjoni mferrxa u diverġenti jew in-nuqqas ta' regolamentazzjoni fuq livell nazzjonali fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati mhux biss twassal għal diskrepanzi fl-għadd ta' nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi u rati differenti ta' titjib madwar l-Istati Membri, iżda wkoll toħloq ostakoli għas-suq intern billi timponi rekwiżiti diverġenti dwar il-governanza korporattiva fuq il-kumpaniji elenkati Ewropej. Dawk id-differenzi fir-rekwiżiti ġuridiċi u awtoregolatorji għall-kompożizzjoni tal-bordijiet korporattivi jistgħu jwasslu għal kumplikazzjonijiet prattiċi għall-kumpaniji elenkati li joperaw bejn il-fruntieri, notevolment meta jistabbilixxu sussidjarji jew f'fużjonijiet u akkwisti, kif ukoll għall-kandidati għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet.

(12) Ir-regolamentazzjoni mferrxa u diverġenti jew in-nuqqas ta’ regolamentazzjoni fuq livell nazzjonali fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati twassal għal diskrepanzi fl-għadd ta’ nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi u rati differenti ta’ titjib madwar l-Istati Membri.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

(12a) L-iżbilanċi bejn is-sessi fil-kumpaniji huma ikbar fil-livelli ogħla. Barra minn hekk, ħafna minn dawk in-nisa li huma rappreżentati fil-maniġment għoli huma impjegati f'oqsma bħar-riżorsi umani u l-komunikazzjoni filwaqt li hemm tendenza li l-irġiel fil-livell għoli jkunu impjegati fil-maniġment ġenerali jew fil-"line management" fi ħdan il-kumpanija. Peress li l-ġabra ewlenija tar-reklutaġġ għal pożizzjonijiet tal-bord korporattiv hija magħmula fil-biċċa l-kbira tagħha minn kandidati b'esperjenza ta' maniġment għoli, huwa vitali li jiżdied in-numru tan-nisa li qed javvanzaw għal tali pożizzjonijiet ta' maniġment fi ħdan il-kumpaniji. Dan huwa rekwiżit fundamentali għall-kisba ta' bidla reali fl-opportunitajiet għall-avvanz għal pożizzjonijiet għolja ta' teħid ta' deċiżjonijiet disponibbli għan-nisa.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13) In-nuqqas attwali ta' trasparenza fil-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet f'ħafna mill-Istati Membri jirrappreżenta ostakolu sinifikanti għal aktar diversità tas-sessi fost il-membri tal-bordijiet u jaffettwa b'mod negattiv kemm il-karrieri u l-libertà tal-moviment tal-kandidati għall-bordijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-investituri. Dan in-nuqqas ta’ trasparenza jwaqqaf lil kandidati potenzjali għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet milli japplikaw għal bordijiet fejn il-kwalifiki tagħhom ikunu l-aktar meħtieġa u milli jisfidaw deċiżjonijiet ta’ ħatra bbażati fuq is-sess, u b’hekk ifixkel il-moviment ħieles tagħhom fi ħdan is-suq intern. Min-naħa l-oħra, l-investituri jkollhom strateġiji differenti ta' investiment li jirrikjedu informazzjoni marbuta wkoll mal-ħila u l-kompetenza tal-membri tal-bord. Aktar trasparenza fil-kriterji dwar il-kwalifiki u l-proċedura tal-għażla għall-membri tal-bordijiet tippermetti lill-investituri jevalwaw aħjar l-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija u jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

(13) In-nuqqas attwali ta’ trasparenza fil-proċeduri tal-għażla, il-kriterji ta’ kwalifika u r-reklutaġġ għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet f’ħafna mill-Istati Membri jirrappreżenta ostakolu sinifikanti għal aktar diversità tas-sessi fost il-membri tal-bordijiet u jaffettwa b’mod negattiv kemm il-karrieri tal-kandidati għall-bordijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-investituri. Dan in-nuqqas ta’ trasparenza jwaqqaf lil kandidati potenzjali għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet milli japplikaw għal bordijiet fejn il-kwalifiki tagħhom ikunu l-aktar meħtieġa u milli jisfidaw deċiżjonijiet ta’ ħatra bbażati fuq is-sess. Min-naħa l-oħra, l-investituri jkollhom strateġiji differenti ta' investiment li jirrikjedu informazzjoni marbuta wkoll mal-ħila u l-kompetenza tal-membri tal-bord. Aktar trasparenza fil-kriterji dwar il-kwalifiki u l-proċedura tal-għażla għall-membri tal-bordijiet tippermetti lill-investituri jevalwaw aħjar l-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija u jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Filwaqt li din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta’ kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, l-introduzzjoni ta’ ċerti standards minimi fir-rigward tar-rekwiżit li l-kumpaniji elenkati mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi jieħdu deċiżjonijiet ta’ ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi fuq il-bażi ta’ valutazzjoni komparattiva oġġettiva tal-kwalifiki tal-kandidati f’termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi. Hija biss miżura fuq il-livell tal-UE li tista' effettivament tgħin biex ikunu żgurati kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni u jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju.

(14) Filwaqt li din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta’ kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, l-introduzzjoni ta’ ċerti standards minimi għall-kumpaniji elenkati mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi li jieħdu deċiżjonijiet ta’ ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi fuq il-bażi ta’ valutazzjoni komparattiva oġġettiva tal-kwalifiki tal-kandidati f’termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi. Hija miżura fuq il-livell tal-UE li tista’ effettivament tgħin biex ikunu żgurati kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni, jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju u tippermetti lill-kumpaniji u lid-diretturi li jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet li għandu x’joffri s-Suq Intern.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv29 aċċertat li parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-forza tax-xogħol hija prekondizzjoni għat-tisħiħ tat-tkabbir u għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi fl-Ewropa. L-Istrateġija stabbilixxiet mira ewlenija li tintlaħaq rata ta’ impjiegi ta’ 75 % għan-nisa u l-irġiel ta’ bejn l-20 u l-64 sena sal-2020, li tista’ tintlaħaq biss jekk ikun hemm impenn ċar favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u sforz imsaħħaħ biex jiġu indirizzati l-ostakoli kollha għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Il-kriżi ekonomika attwali amplifikat il-ħtieġa dejjem tiżdied tal-Ewropa li tistrieħ fuq l-għarfien, il-kompetenza u l-innovazzjoni u li tagħmel użu sħiħ mir-riżerva ta' talent disponibbli. Li tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi, b’mod partikolari fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, huwa mistenni li jkollu effett residwu pożittiv fuq l-impjiegi tan-nisa fil-kumpaniji kkonċernati u fl-ekonomija kollha.

(15) L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv29 aċċertat li parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-forza tax-xogħol hija prekondizzjoni għat-tisħiħ tat-tkabbir u għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi fl-Ewropa. L-Istrateġija stabbilixxiet mira ewlenija li tintlaħaq rata ta’ impjiegi ta’ 75 % għan-nisa u l-irġiel ta’ bejn l-20 u l-64 sena sal-2020, li tista’ tintlaħaq biss jekk ikun hemm impenn ċar favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u sforz imsaħħaħ biex jiġu indirizzati l-ostakoli kollha għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Il-kriżi ekonomika attwali amplifikat il-ħtieġa dejjem tiżdied tal-Ewropa li tistrieħ fuq l-għarfien, il-kompetenza u l-innovazzjoni u li tagħmel użu sħiħ mir-riżerva ta' talent disponibbli. Li tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi, b’mod partikolari fuq il-bordijiet tal-kumpaniji u fil-livell ta’ maniġment għoli, huwa mistenni li jkollu effett residwu pożittiv fuq l-impjiegi tan-nisa fil-kumpaniji kkonċernati u fl-ekonomija kollha.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Għalhekk l-Unjoni għandha l-għan li żżid il-preżenza ta’ nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, kemm sabiex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej kif ukoll biex tintlaħaq ugwaljanza effettiva bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz ta’ rekwiżiti minimi dwar l-azzjoni pożittiva fil-forma ta’ miżuri vinkolanti bil-għan li jintlaħaq objettiv kwantitattiv għall-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati, fid-dawl tal-fatt li l-Istati Membri u pajjiżi oħra li għażlu dan il-metodu jew metodu simili kisbu l-aħjar riżultati fit-tnaqqis tas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi.

(16) Għalhekk l-Unjoni għandha l-għan li żżid il-preżenza ta’ nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, kemm sabiex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej kif ukoll biex tintlaħaq ugwaljanza effettiva bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz ta' rekwiżiti minimi komuni dwar l-azzjoni pożittiva fil-forma ta' miżuri bil-għan li jintlaħaq objettiv kwantitattiv għall-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-bordijiet ta' kumpaniji elenkati,

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Il-ħatra ta’ membri fuq il-bordijiet u diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi għandha tibqa’ b’mod sħiħ prerogattiva u responsabbiltà tal-azzjonisti.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) Il-fatt li l-individwi jitqiesu bħala rappreżentanti ta’ gruppi differenti fis-soċjetà, bħall-irġiel, in-nisa jew il-minoritajiet etniċi, imur kontra l-objettiv li jiġu pprovduti opportunitajiet indaqs għal kulħadd. Kull individwu għandu jitqies bħala individwu u għal dik ir-raġuni m’għandu jkun hemm ebda kwota fuq ir-rappreżentanza imposti mil-liġi. Wieħed għandu jżomm f'moħħu li l-impenn individwali tal-kumpaniji huwa essenzjali biex jinbidlu l-attitudnijiet u l-prattiċi lejn in-nisa u l-irġiel b’mod iktar komprensiv fi ħdan il-kumpaniji. Jippermetti wkoll li l-kumpaniji jieħdu azzjoni b’mod aktar wiesa' milli biss fost id-diretturi mhux eżekuttivi. Għalhekk huwa neċessarju li l-kumpaniji kollha jkollhom politika tas-sessi fis-seħħ u għandhom jirrappurtaw fir-rapport annwali tagħhom dwar il-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bord u fil-livelli għoljin tal-maniġment.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 16c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16c) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jiżviluppaw politika dwar is-sessi sabiex jiksbu rappreżentazzjoni tas-sessi iktar ibbilanċjata fil-kumpanija kollha. Din il-politika tista’ tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri rilevanti implimentati f’dik il-kumpanija: in-nomina ta’ kandidat femminili kif ukoll maskili għal pożizzjonijiet ewlenin, skemi ta’ mentoring u gwida għall-iżvilupp tal-karrieri għan-nisa, strateġiji tar-riżorsi umani sabiex jiġi inkoraġġat reklutaġġ imħallat. Barra minn hekk, tista' tinkludi l-offerta ta' kundizzjonijiet ta' xogħol flessibbli, bħal pereżempju dispożizzjonijiet flessibbli għal-liv tal-ġenituri kif ukoll provvediment sussidjat ta' għajnuna għat-tindif u l-kura tat-tfal. Fl-istess ħin, dawn il-politiki għandhom jinvolvu lill-organizzazzjonijiet tal-impjegati, sabiex in-nisa fil-livelli kollha tas-soċjetà jistgħu jibbenefikaw minnhom. Kull kumpanija tista’ tagħżel il-politiki l-iżjed adatti għall-attivitajiet tagħha u għandha tieħu miżuri attivi sabiex iżżid il-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fil-ġestjoni tal-kumpanija.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Kumpaniji elenkati fil-boroż igawdu importanza ekonomika, viżibilità u impatt partikolari fis-suq kollu kemm hu. Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva għandhom għalhekk japplikaw għal kumpaniji elenkati, li huma definiti bħala kumpaniji inkorporati fi Stat Membru li t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozju f’suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1) (14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fi Stat Membru wieħed jew aktar. Dawn il-kumpaniji jistabbilixxu standards għall-ekonomija kollha kemm hi; il-prattiki tagħhom jista’ jiġi mistenni li jiġu segwiti minn tipi oħra ta’ kumpaniji. In-natura pubblika tal-kumpaniji elenkati tiġġustifika li huma jiġu rregolati aktar fl-interess pubbliku.

(17) Kumpaniji elenkati fil-boroż igawdu importanza ekonomika, viżibilità u impatt partikolari fis-suq kollu kemm hu. Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva għandhom għalhekk japplikaw għal kumpaniji elenkati, li huma definiti bħala kumpaniji inkorporati fi Stat Membru li t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozju f’suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1) (14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fi Stat Membru wieħed jew aktar. Dawn il-kumpaniji jistabbilixxu standards għall-ekonomija kollha kemm hi; il-prattiki tagħhom jista’ jiġi mistenni li jiġu segwiti minn tipi oħra ta’ kumpaniji. In-natura pubblika tal-kumpaniji elenkati tiġġustifika li huma jiġu rregolati b'mod adegwat fl-interess pubbliku.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Il-kumpaniji li mhumiex elenkati għandhom ukoll rwol ewlieni fl-ekonomija. Fil-prinċipju, għandhom għalhekk ikunu inklużi fl-ambitu ta’ din id-Direttiva. Madankollu, peress li s-sitwazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi f’dawn il-kumpaniji ġeneralment mhijiex magħrufa sew u peress li huma meħtieġa dispożizzjonijiet partikolari sabiex jiġu riflessi l-ispeċifiċitajiet u n-natura diversa tagħhom fi ħdan u fost l-Istati Membri, l-inklużjoni għandha issir fi stadju aktar tard. Il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposta b’dak l-għan wara li tkun għamlet investigazzjoni fil-fond tal-aspetti rilevanti kollha.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, anke jekk huma kumpaniji elenkati.

(18) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju. Din l-eżenzjoni tal-SME għandha tkun applikabbli għal kumpaniji elenkati u potenzjalment, wara proposta futura tal-Kummissjoni, tista' tiġi applikata għal kumpaniji mhux elenkati.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. bjettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati.

(21) F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. bjettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati abbażi ta' konsultazzjonijiet meqjusa sew u estensivi mal-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali. Huwa importanti wkoll li l-organizzazzjonijiet tal-impjegati jkunu involuti fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politiki dwar is-sessi fil-kumpanija. Ir-rappreżentazzjoni tal-impjegati fuq il-bordijiet tal-kumpaniji elenkati tikkostitwixxi wkoll mod pożittiv għat-titjib tad-diversità bl-inklużjoni ta’ perspettivi ewlenin u għarfien ġenwin tal-mekkaniżmi interni tal-kumpanija.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandu jkollhom imposti fuqhom obbligi ta’ mezzi li jipprovdu għal proċeduri xierqa bil-għan li jissodisfaw objettivi speċifiċi rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. Dawk il-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta’ diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta’ analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta’ kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi l-objettiv li mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu mis-sess l-anqas rappreżentat sa dik id-data. Dan l-objettiv fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi u ma għandux ifixkel l-għażla konkreta ta’ diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta’ kandidati rġiel u nisa f’kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta’ direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri tal-bord xierqa għalhekk tibqa’ tal-kumpaniji u l-azzjonisti.

(22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandhom ikunu obbligati li jimplimentaw proċeduri xierqa u effiċjenti bil-għan li jissodisfaw objettivi speċifiċi rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. Dawk il-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta’ diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta’ analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta’ kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020. Il-kumpaniji elenkati għandhom jikkunsidraw, pereżempju, li jdaħħlu fis-seħħ programmi ta’ taħriġ u programmi ta’ mentoring għas-sess l-anqas rappreżentat bħala għodda biex jinkiseb il-bilanċ bejn is-sessi jekk hemm differenza ċara bejn is-sessi fir-riżerva tal-għażla tal-kumpanija fir-reklutaġġ għall-pożizzjonijiet tal-bord. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi l-objettiv li mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu mis-sess l-anqas rappreżentat sa dik id-data. Dan l-objettiv fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi u ma għandux ifixkel l-għażla konkreta ta’ diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta’ kandidati rġiel u nisa f’kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta’ direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri tal-bord xierqa għalhekk tibqa’ tal-kumpaniji u l-azzjonisti.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Sabiex tiġi inkluża firxa akbar ta’ perspettivi u esperjenzi fit-teħid ta’ deċiżjoni ekonomika, il-kumpaniji elenkati għandhom jiġu mħeġġa jikkunsidraw fil-politiki tagħhom ta’ reklutaġġ mhux l-ugwaljanza bejn is-sessi biss iżda wkoll id-diversità fir-rigward tal-kompetenza, l-età, l-oriġini ġeografika, l-etniċità u l-esperjenza edukattiva u professjonali.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) stati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi. Minħabba din l-influwenza dominanti, huma jkollhom l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex iġibu l-bidla meħtieġa aktar malajr. Għalhekk, f’kumpaniji bħal dawn, l-objettiv li jkun hemm mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi li jiġu mis-sess l-anqas rappreżentat għandu jiġi stabbilit għal data aktar bikrija.

(23) stati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi. Minħabba din l-influwenza dominanti, huma jkollhom l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex iġibu l-bidla meħtieġa aktar malajr.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Skont din il-ġurisprudenza, l-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għal diretturi mhux eżekuttivi tkun ibbażata fuq analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta’ kull kandidat fuq il-bażi ta’ kriterji prestabbiliti, ċari, fformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi. Eżempji ta' tipi ta' kriterji ta' għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f'kompiti maniġerjali u/jew ta' sorveljanza, għarfien f'oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta' komunikazzjoni u netwerking. Għandha tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f’termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

(26) Skont din il-ġurisprudenza, il-kumpaniji elenkati għandhom jiġu mħeġġa jibbażaw l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għal diretturi mhux eżekuttivi fuq analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta’ kull kandidat fuq il-bażi ta’ kriterji prestabbiliti, ċari, fformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi. Eżempji ta' tipi ta' kriterji ta' għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f'kompiti maniġerjali u/jew ta' sorveljanza, għarfien f'oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta' komunikazzjoni u netwerking. Tista' tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa tal-inqas ugwalment ikkwalifikat. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji li ma jikkonformawx mal-għanijiet ewlenin tad-Direttiva jiżvelaw informazzjoni addizzjonali dwar il-politiki tagħhom ta’ reklutaġġ, ta’ għażla u tal-ħatriet, u b’mod partikolari jispjegaw il-miżuri li ser jimplimentaw biex itejbu l-bilanċ bejn is-sessi f’dan ir-rigward.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Il-metodi tar-reklutaġġ u l-ħatra ta' diretturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Huma jistgħu jinvolvu preselezzjoni ta' kandidati li jkunu ppreżentati lill-assemblea tal-azzjonisti, pereżempju minn kumitat ta' nominazzjoni, il-ħatra diretta tad-diretturi minn azzjonisti individwali jew vot li jittieħed fl-assemblea tal-azzjonisti fuq kandidati individwali jew listi ta' kandidati. Ir-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. F'dan ir-rigward, din id-Direttiva tistabbilixxi biss armonizzazzjoni minima tal-proċeduri tal-għażla, li tagħmilha possibbli li jiġu applikati l-kundizzjonijiet stipulati mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta' rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati.

(27) Il-metodi tar-reklutaġġ, l-għażla u l-ħatra ta’ diretturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Huma jistgħu jinvolvu preselezzjoni ta' kandidati li jkunu ppreżentati lill-assemblea tal-azzjonisti, pereżempju minn kumitat ta' nominazzjoni, il-ħatra diretta tad-diretturi minn azzjonisti individwali jew vot li jittieħed fl-assemblea tal-azzjonisti fuq kandidati individwali jew listi ta' kandidati. Din id-Direttiva tirrispetta d-diversità tal-proċeduri tal-għażla li għandhom ikunu bbażati fuq it-trasparenza u l-mertu, filwaqt li tinsisti li jintlaħaq l-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tas-sess l-anqas rappreżentat fuq il-bordijiet. Ir-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. F’dan ir-rigward, din id-Direttiva tippermetti li jkun hemm diversità fil-proċeduri tal-għażla, bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta’ rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati. Il-provvediment ta’ din id-Direttiva ma jinterferixxix bla bżonn mal-ġestjoni ta’ kuljum, peress li l-kumpaniji jżommu l-libertà li jagħżlu l-kandidati fuq il-bażi tal-kwalifiki jew ta’ kunsiderazzjonijiet oġġettivi rilevanti oħra.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Din id-Direttiva timmira biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi ta’ kumpaniji elenkati f’borża u b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-Unjoni. Kumpaniji elenkati għandhom għalhekk ikunu meħtieġa li jiddivulgaw, fuq talba ta' kandidati li ma jintgħażlux, mhux biss il-kriterji ta' kwalifiki li l-għażla kienet ibbażata fuqhom, iżda wkoll il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat li mhux mis-sess sottorappreżentat. Dawn il-limitazzjonijiet għad-dritt tar-rispett tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, rikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, u l-obbligi għall-kumpaniji elenkati sabiex jipprovdu dak it-tagħrif, fuq talba, lil kandidati li ma jintgħażlux, huma meħtieġa u, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ġenwinament jilħqu objettivi rikonoxxuti ta’ interess ġenerali. Għalhekk huma konformi mar-rekwiżiti għal tali limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta u mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(28) Din id-Direttiva timmira biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi ta’ kumpaniji elenkati f’borża u b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-Unjoni. Kumpaniji elenkati għandhom għalhekk ikunu meħtieġa li jiddivulgaw, fejn ikun possibbli, fuq talba ta’ kandidati li ma jintgħażlux, mhux biss il-kriterji ta’ kwalifiki li l-għażla kienet ibbażata fuqhom, iżda wkoll il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta’ dawk il-kriterji. Dawn il-limitazzjonijiet għad-dritt tar-rispett tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, rikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, u l-obbligi għall-kumpaniji elenkati sabiex jipprovdu dak it-tagħrif, fuq talba, lil kandidati li ma jintgħażlux, huma meħtieġa u, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ġenwinament jilħqu objettivi rikonoxxuti ta’ interess ġenerali. Għalhekk huma konformi mar-rekwiżiti għal tali limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta u mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Fejn kandidat li ma jintgħażilx mis-sess l-anqas irrappreżentat jistabbilixxi l-preżunzjoni li kien ikkwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, il-kumpanija elenkata għandha tkun meħtieġa turi l-korrettezza tal-għażla.

imħassar

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta' din id-Direttiva, li għandhom jinkludu, inter alia, multi amministrattivi u nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta' diretturi mhux eżekuttivi magħmula kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1).

(30) L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta' din id-Direttiva, li jistgħu jinkludu, inter alia, multi amministrattivi u nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta' diretturi mhux eżekuttivi magħmula kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1) u l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi multi amministrattivi, inkluża l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-ammont tal-multa imposta. Għandhom jiġu applikati sanzjonijiet fil-każ ta’ kumpaniji elenkati li ma jikkonformawx mal-proċeduri previsti għall-ħatra jew l-elezzjoni ta’ diretturi mhux stabbiliti kif stabbilit fl-Artikolu 4(1) jew mar-rekwiżiti ta’ żvelar kif definit fl-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva. Madankollu, il-każ ta' falliment tal-kumpaniji li jilħqu l-miri tagħhom fl-Artikolu 4(1) m'għandux jikkwalifika bħala ksur ta' din id-Direttiva u m'għandux jinstiga reġim ta' sanzjonijiet.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Peress li l-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-forza tax-xogħol għandha impatt dirett fuq id-disponibilità ta’ kandidati mis-sess l-anqas rappreżentat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn il-membri tas-sess sottorappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-ħaddiema, il-kumpanija kkonċernata ma għandhiex tkun meħtieġa li tissodisfa l-għan stabbilit f’din id-Direttiva.

imħassar

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Billi kumpaniji elenkati għandhom jimmiraw li jżidu l-proporzjon tas-sess l-anqas irrappreżentat fil-pożizzjonijiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi, irrispettivament jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi.

(32) Billi kumpaniji elenkati għandhom jimmiraw li jżidu l-proporzjon tas-sess l-anqas irrappreżentat fil-pożizzjonijiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi, irrispettivament jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi. Madankollu dawn il-kumpaniji għandhom jibqgħu juru fir-rapport annwali tagħhom u fuq il-websajt tagħhom il-bilanċ tas-sessi fost id-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u l-politiki tagħhom dwar din il-kwistjoni, skont l-Artikolu 5(1), 5(1a) u 5(2), ta’ din id-Direttiva.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta’ kull kumpanija elenkata lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri li ħadet sa issa u li bi ħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv.

(34) L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta’ kull kumpanija elenkata lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata b’mod xieraq u li jkun faċilment aċċessibbli fir-rapport annwali u fuq il-websajt u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni komprensiva tal-miżuri li ħadet sa issa u li biħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv. Barra minn hekk, il-kumpaniji li jkunu naqsu milli jikkonformaw għandhom jagħtu ġustifikazzjoni għar-raġunijiet li minħabba fihom ma ġewx implimentati l-mekkaniżmi xierqa, u liema miżuri konkreti għandhom jiġu adottati biex jiġi ggarantit b’mod effiċjenti li jintlaħaq l-objettiv tal-bilanċ imtejjeb bejn is-sessi.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) L-Istati Membri jistgħu diġà jkunu ħadu miżuri li jipprovdu għal mezzi sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-bordijiet tal-kumpaniji qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Dawn l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li japplikaw dawn il-miżuri li jinsabu minflok l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet fejn jistgħu juru li l-miżuri meħuda huma ta’ effikaċja ekwivalenti sabiex jiksbu l-objettiv ta’ preżenza tas-sess sottorappreżentat ta’ mill-anqas 40 % fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020 jew sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2018 fil-każ ta’ kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

(35) L-Istati Membri jistgħu diġà jkunu ħadu miżuri li jipprovdu għal mezzi sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-bordijiet tal-kumpaniji qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Dawn l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li japplikaw dawn il-miżuri li jinsabu minflok l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet fejn jistgħu juru li l-miżuri meħuda huma ta’ effikaċja ekwivalenti sabiex jiksbu l-objettiv ta’ preżenza tas-sess sottorappreżentat ta’ mill-anqas 40 fil-mija fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati jew l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 4(1) sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020 . Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-miżuri tal-Istati Membri humiex suffiċjenti biex jilħqu l-eżitu mixtieq u tiddeċiedi jekk jistgħux jiġu sospiżi xi artikoli rilevanti tad-Direttiva sabiex tiġi evitata interferenza mal-miżuri nazzjonali.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-istess Artikolu, din id-Direttiva hija limitata għall-iffissar ta’ għanijiet u prinċipji komuni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. L-Istati Membri jingħataw biżżejjed libertà biex jiddeterminaw kif l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jinkisbu l-aħjar meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari r-regoli u prattiċi li jikkonċernaw ir-reklutaġġ għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet. Din id-Direttiva ma tinterferix mal-possibilità għall-kumpaniji biex jaħtru l-membri tal-bordijiet l-aktar kwalifikati, u tagħti perjodu twil biżżejjed ta' adattament għall-kumpaniji elenkati kollha.

(38) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-istess Artikolu, din id-Direttiva hija limitata għall-iffissar ta’ għanijiet u prinċipji komuni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. L-Istati Membri jingħataw biżżejjed libertà biex jiddeterminaw kif l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jinkisbu l-aħjar meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari r-regoli u prattiċi li jikkonċernaw ir-reklutaġġ għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet. Din id-Direttiva ma tinterferix mal-possibilità għall-kumpaniji biex jaħtru l-membri tal-bordijiet l-aktar kwalifikati, u tagħti qafas flessibbli u perjodu twil biżżejjed ta’ adattament għall-kumpaniji elenkati kollha.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Premessa 38a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(38a) Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ l-objettivi dwar il-bilanċ bejn is-sessi stabbiliti f’din id-Direttiva u li jiġu integrati fil-politiki speċifiċi tal-kumpaniji rilevanti u sabiex jiġu vverifikati r-riperkussjonijiet previsti ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu wkoll jevalwa l-impatti pożittivi u negattivi tal-estensjoni potenzjali tal-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi tal-bilanċ bejn is-sessi għall-kumpaniji mhux elenkati u jerġa' jevalwa l-ħtieġa tal-introduzzjoni ta' miri legalment vinkolanti fil-livell tal-UE.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-objettiv li jrid jiġi ssodisfat mill-kumpaniji elenkati għandu jkun limitat fiż-żmien u jibqa’ fis-seħħ biss sakemm jintlaħaq progress sostenibbli dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha regolarment tirrevedi l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Id-Direttiva mistennija tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2028. Il-Kummissjoni għandha teżamina, fir-reviżjoni tagħha, jekk hemmx il-ħtieġa li testendi t-tul tad-Direttiva lil hinn minn dak il-perjodu.

(39) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-objettiv li jrid jiġi ssodisfat mill-kumpaniji elenkati għandu jkun limitat fiż-żmien u jibqa’ fis-seħħ biss sakemm jintlaħaq progress sostenibbli dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet. Għal dik ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha regolarment tirrevedi l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Id-Direttiva mistennija tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2028. Il-Kummissjoni għandha teżamina, fir-reviżjoni tagħha, jekk hemmx il-ħtieġa li testendi t-tul tad-Direttiva lil hinn minn dak il-perjodu. L-Istati Membri għandhom jikkoperaw mas-sħab soċjali u mas-soċjetà ċivili sabiex jinfurmawhom b’mod effiċjenti dwar is-sinifikat, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. stati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbilti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi jaġġustaw il-proċeduri tagħhom ta' reklutaġġ, għażla jew ħatra sabiex jiżguraw li l-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi tkun ibbażata fuq analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbilti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex jilħqu l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi, għandha tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għal kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor.

3. Sabiex jilħqu l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-proċeduri ta' reklutaġġ, għażla jew ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi, tista' tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, sakemm valutazzjoni li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għal kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti li jikkonċernaw l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu sodisfati fl-istadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. stati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jkunu obbligati li jiżvelaw, fuq talba ta’ kandidati mhux magħżula, il-kriterji tal-kwalifiki li fuqhom l-għażla kienet ibbażata, il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta’ dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jkunu obbligati li jiżvelaw, fuq talba ta’ kandidati mhux magħżula, il-kriterji tal-kwalifiki li fuqhom l-għażla kienet ibbażata.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kumpaniji elenkati fejn il-membri tas-sess l-anqas irrappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-forza tax-xogħol ma jkunux suġġetti għall-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1.

imħassar

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. stati Membri jistgħu jistipulaw li l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 ikun issodisfat fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet ta’ direttur kollha, irrispettivament minn jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi.

7. stati Membri jistgħu jistipulaw li l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 ikun issodisfat fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet ta’ direttur kollha, irrispettivament minn jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi. Dawn il-kumpaniji għandhom jibqgħu jistipulaw fir-rapport annwali tagħhom u fuq il-websajt tagħhom il-bilanċ tas-sessi fost id-diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u l-impenji tagħhom dwar din il-kwistjoni, skont l-Artikolu 5(1), u 5(2), ta’ din id-Direttiva.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. stati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jintrabtu b’impenji individwali rigward ir-rappreżentazzjoni bbilanċjata bejn iż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi li jridu jintlaħqu sal-1 ta’ Jannar 2020, jew sal-1 ta’ Jannar 2018 fil-każ ta’ kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jintrabtu b'impenji individwali rigward ir-rappreżentanza bbilanċjata bejn iż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi li trid tintlaħaq sal-1 ta' Jannar 2020. Dawn l-impenji għandhom jimmiraw li jiksbu progress tanġibbli mill-pożizzjoni individwali attwali tal-kumpanija biex jiżguraw rappreżentanza bilanċjata tas-sessi fost id-diretturi eżekuttivi.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fihom is-sess sottorappreżentat għandu anqas minn terz tal-pożizzjonijiet eżekuttivi u mhux eżekuttivi, jiżviluppaw politika dwar is-sessi rigward kif tiżdied il-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fil-livelli eżekuttivi u mhux eżekuttivi fil-kumpanija.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. stati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, darba fis-sena minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar ir-rappreżentazzjoni bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b’distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u li jippubblikaw dik l-informazzjoni f’manjiera xierqa u aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, darba fis-sena minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar dan li ġej:

 

a) ir-rappreżentazzjoni bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b’distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi,

 

b) Il-preżentazzjoni u l-analiżi tal-miżuri speċifiċi li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 u 1a ta’ dan l-Artikolu,

 

c) Il-miżuri speċifiċi ppjanati għas-sena li ġejja,

 

d) il-progress fir-rigward tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

 

Il-kumpaniji elenkati għandhom jippubblikaw dik l-informazzjoni f'manjiera xierqa u aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom u fir-rapport annwali tagħhom.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi jew l-impenji u deskrizzjoni tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji.

3. Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafi 1 u 1a ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi jew l-impenji u deskrizzjoni tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati.

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati. L-Istati Membri għandhom jirrapurtaw lill-Kummissjoni dwar is-sanzjonijiet li diġà huma fis-seħħ sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva;

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jinkludu l-miżuri li ġejjin:

2. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u għandhom tal-anqas jinkludu dan li ġej:

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Il-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni biex jiġu imposti multi amministrattivi, inkluża l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur [u l-ammont tal-multa imposta];

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Bla ħsara għall-Artikolu 4(6) u (7), l-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva diġà kienu ħadu miżuri sabiex jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5), sakemm ikun jista' jintwera li dawk il-miżuri jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mil—anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020, jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

3. Bla ħsara għall-Artikolu 4(6) u (7), l-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva diġà kienu ħadu miżuri sabiex jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3) u (4) ), sakemm ikun jista' jintwera li dawk il-miżuri jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mil—anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017 u kull sentejn wara dan, rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, informazzjoni komprensiva dwar il-miżuri meħuda sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 5(2) u informazzjoni dwar impenji individwali meħuda mill-kumpaniji elenkati skont l-Artikolu 5(1).

1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2017 u kull sentejn wara dan, rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, informazzjoni komprensiva dwar il-miżuri meħuda sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 5(2) u informazzjoni dwar impenji individwali meħuda mill-kumpaniji elenkati skont l-Artikolu 5(1) u 5(1a).

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta' evalwazzjoni dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-kumpaniji elenkati msemmija fl-Artikoli 4 (1) u 5(1) fuq il-bażi ta' rapporti sottomessi mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1. Barra minn hekk, ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jinkludi s-sitwazzjoni dwar il-bilanċ bejn is-sessi fil-livell tal-bordijiet ta' kumpaniji mhux elenkati li huma 'l fuq mil-limitu tal-SME kif definit fl-Artikolu 2. Il-Kummissjoni għandha tqis li tagħmel proposta għall-estensjoni tal-ambitu ta' din id-Direttiva għall-kumpaniji mhux elenkati li mhumiex SMEs, b'kunsiderazzjoni tal-iżviluppi kollha rilevanti Ewropej u internazzjonali u l-ispeċifiċitajiet u n-natura differenti ta' dawn il-kumpaniji.

 

Fejn ir-rapport juri li l-isforzi tal-kumpanija ma wasslux għal żieda sinifikanti fil-proporzjon tas-sess sottorappreżentat fil-bordijiet jew fil-livell tal-maniġment f'kumpaniji elenkati u mhux elenkati, il-Kummissjoni għandha tqis li tagħmel proposta leġiżlattiva xierqa biex temenda r-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva sabiex tintroduċi miżuri legali aktar stretti.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar kif il-prinċipji ta’ din id-Direttiva jistgħu jiġu applikati mir-regoli li jirregolaw il-proċeduri tar-reklutaġġ intern tal-persunal tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE u nkorporati fihom. Għal dan il-għan, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE għandhom jirrappurtaw lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2018 u wara darba kull sena dwar l-istatistika tagħhom tas-sessi u l-progress li jkun sar. Il-Kummissjoni għandha minnufih tagħmel dawn ir-rapporti pubbliċi fil-websajt tagħha. Fejn ikun xieraq dan ir-rapport jista' jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva li testendi il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva sabiex tkopri l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri li jkunu ssospendew skont l-Artikolu 8(3) l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) għandhom jinkludu informazzjoni fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 li juru r-riżultati konkreti miksuba mill-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3). Il-Kummissjoni għandha mbagħad toħroġ rapport speċifiku li jaċċerta jekk dawk il-miżuri effettivament jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta’ direttur mhux eżekuttiv sal-1 ta’ Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi, u sal-1 ta’ Jannar 2020 għall-kumpaniji elenkati li mhumiex impriżi pubbliċi. L-ewwel rapport ta’ dan it-tip għandu jinħareġ mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2017, u rapporti sussegwenti għandhom jinħarġu fi żmien sitt xhur min-notifika tar-rapporti nazzjonali rispettivi taħt il-paragrafu 1.

2. L-Istati Membri li jkunu ssospendew skont l-Artikolu 8(3) l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), u (4) għandhom jinkludu informazzjoni fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 li juru r-riżultati konkreti miksuba mill-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3). Il-Kummissjoni għandha mbagħad toħroġ rapport speċifiku li jaċċerta jekk dawk il-miżuri effettivament jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mill-anqas 40 % tal-pożizzjonijiet ta’ direttur mhux eżekuttiv sal-1 ta’ Jannar 2020 tal-kumpaniji elenkati. L-ewwel rapport ta’ dan it-tip għandu jinħareġ mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Lulju 2017, u rapporti sussegwenti għandhom jinħarġu fi żmien sitt xhur min-notifika tar-rapporti nazzjonali rispettivi taħt il-paragrafu 1.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati, li bl-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(3) ma jkunux appuntaw jew eliġġew membri tas-sess sottorappreżentat f'mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv tal-bordijiet tagħhom sal-1 ta' Jannar 2018, fejn huma impriżi pubbliċi, jew sal-1 ta' Jannar 2020, fejn mhumiex impriżi pubbliċi, japplikaw l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) b'effett rispettivament minn dawk id-dati.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati, li bl-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3) ma jkunux appuntaw jew eliġġew membri tas-sess sottorappreżentat f’mill-anqas 40 % tal-pożizzjonijiet ta’ direttur mhux eżekuttiv tal-bordijiet tagħhom sal-1 ta’ Jannar 2020 japplikaw l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) b'effett rispettivament minn dawk id-dati.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021 u kull sentejn wara dan. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari jekk l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ntlaħqux.

3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1a u 1b sa' mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019 u kull sentejn wara dan. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari jekk l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ntlaħqux.

PROĊEDURA

Titolu

Bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati fil-borża

Referenzi

COM(2012)0614 – C7-0382/2012 – 2012/0299(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

22.11.2012

FEMM

22.11.2012

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

22.11.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Olle Schmidt

14.1.2013

Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

17.1.2013

Eżami fil-kumitat

24.4.2013

18.6.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

17.9.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

2

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marino Baldini, Jean-Paul Besset, Udo Bullmann, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Diogo Feio, Markus Ferber, Elisa Ferreira, Ildikó Gáll-Pelcz, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Gunnar Hökmark, Syed Kamall, Othmar Karas, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Philippe Lamberts, Astrid Lulling, Ivana Maletić, Arlene McCarthy, Marlene Mizzi, Ivari Padar, Alfredo Pallone, Anni Podimata, Antolín Sánchez Presedo, Olle Schmidt, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Ivo Strejček, Kay Swinburne, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Pablo Zalba Bidegain

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Pervenche Berès, Fabrizio Bertot, Herbert Dorfmann, Sari Essayah, Mojca Kleva Kekuš, Thomas Mann, Gay Mitchell, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Andreas Schwab, Theodoros Skylakakis, Nils Torvalds

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Alda Sousa


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (11.7.2013)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati

(COM(2012)0614 – C7‑0382/2012 – 2012/0299(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marije Cornelissen

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

F'Ottubru 2012, il-Kummissjoni ppreżentat proposta leġislattiva li tippromovi l-bilanċ bejn is-sessi fost Diretturi mhux eżekuttiv ta' kumpaniji elenkati f'borża. Fis-sena ta' qabel, kumpaniji elenkati fl-UE kienu ingħataw l-aħħar opportunità biex jirregolaw lilhom infushom fir-rigward ta' aktar nisa fuq il-bordijiet, meta l-Kummissarju u Viċi President Reding talbithom jiffirmaw   'L-Impenn għall-Ewropa Nisa fuq il-Bord' f'Marzu 2011. Kienu biss 24 kumpanija Ewropea li ffirmaw. Meta jitqies in-numru persistentement baxx ta' nisa fuq il-bordijiet u n-nuqqas ovvju ta' awtoregolazzjoni biex titjieb b'mod sinifikanti s-sitwazzjoni ta' dawn l-aħħar deċenni, wasal iż-żmien li tittieħed azzjoni leġiżlattiva.

Il-kamp ta' applikazzjoni: Diretturi eżekuttivi - mhux eżekuttivi

Ir-Rapporteur tissuġġerixxi li d-Direttiva kollha kemm hi tiġi applikata għal Diretturi eżekuttivi kif ukoll mhux eżekuttivi. Id-Dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva ma jinterferixxux bla bżonn mal-ġestjoni ta' kuljum, minħabba li l-kumpaniji jżommu l-libertà li jagħżlu l-kandidati fuq il-bażi ta' kwalità jew ta' kunsiderazzjonijiet relevanti oħra. Il-proporzjoni ta' Diretturi eżekuttivi nisa hu partikolarment baxx (10 % fl-2013 meta mqabbel ma' 17 % fost Diretturi mhux eżekuttivi). Għalhekk l-artikoli ewlenin tad-Direttiva li jirrigwardaw l-aġġustament tal-proċedura tal-għażla għandhom japplikaw għad-Diretturi kollha.

Diversità ta' proċeduri

Fil-proposta tal-Kummissjoni, l-enfasi hi fuq il-mod speċifiku li bih il-kandidati jiġu magħżula għal ħatriet fuq bordijiet. Dan għandu jkun trasparenti, newtrali u bbażat fuq kwalifiki individwali. Madankollu, il-mod li bih membri tal-bord jintgħażlu u jiġu maħtura mhux dejjem ikun jixbaħ lil proċedura ta' reklutaġġ għal impjegati regolari. F'xi Stati Membri, pereżempju, il-membri tal-bord jiġu maħtura jew magħżula mill-ħaddiema jew mill-membri tal-unjon, bħas-sistema Ġermaniża ta' 'Mitbestimmung’. Barra minn hekk, il-kwalitajiet individwali mhux dejjem ikunu l-uniku kriterju relevanti. Bilanċ bejn il-ħiliet differenti, il-kompetenza, in-nazzjonalità jew konsiderazzjonijiet ta' rappreżentazzjoni jistgħu jkunu importanti jew ukoll fatturi deċiżivi fl-għażla finali ta' Diretturi. Il-unjons u n-negozji talbu għal aktar flessibbiltà fil-mod li bih issir il-ħatra jew l-għażla.

Għalhekk, ir-Rapporteur fl-Artikolu 4.1 tipproponi li tħalli l-Istati Membri u l-kumpaniji liberi dwar kif jadattaw il-proċedura ta' għażla jew ta' ħatra tagħhom, filwaqt li jiffokaw fuq l-eżitu. L-adattamenti jistgħu jieħdu forom differenti u jistgħu japplikaw għal proċess ta' ħatra, reklutaġġ jew għażla, sakemm ikollhom l-għan li jilħqu riżultat tal-inqas ta' 40 % ta' nisa fuq bordijiet ta' kumpaniji elenkati.

Fokus fuq il-proċess ta' reklutaġġ kollu

Il-proposta tal-Kummissjoni tiffoka biss fuq għażla individwali ta' kandidati għal pożizzjonijiet fuq bordijiet. Madankollu, ir-reklutaġġ ta' membru ta' bord ma jibdix fl-istadju tal-għażla; jibda fl-istadju tal-bini ta' riserva ta' kandidati li se jintgħażlu. Jekk din ir-riserva ma tinkludix nisa kapaċi u adattati biżżejjed, jibqa' improbabli li tintgħażel mara anke jekk il-kriterji tal-għażla jkunu kompletament newtrali mill-perspettiva tal-ġeneru.

Ir-Rapporteur għalhekk tipproponi li tkun inkluża r-riserva tal-għażla fl-obbligi ta' rappurtar għall-kumpaniji li ma jkunux għażlu mara meta n-nisa jkunu għadhom mhux rappreżentati biżżejjed, billi tintalab informazzjoni dwar l-għadd ta' nisa fir-riserva tal-għażla kif ukoll il-kriterji użati biex jingħażel kandidat, u l-miżuri li se jittieħdu biex ikun żgurat li jkun hemm kandidati suffiċjentement kwalifikati u adattati tas-sess sottorappreżentat fil-proċeduri li jmiss.

Obbligi ta' rappurtar u ta' spjega

Id-Direttiva għandha tkun immirata għal dawk il-kumpaniji li ma jagħmlux sforz biżżejjed jew ma jkollhomx riżultati suffiċjenti fil-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sess fuq il-bordijiet tagħhom. Għalhekk, ir-Rapporteur tixtieq tiddistingwi bejn kumpaniji li jiffunzjonaw sew u dawk li jiffunzjonaw ħażin. Il-kumpaniji kollha se jintalbu jipprovdu data fuq bażi annwali dwar ir-rappreżentanza tal-ġeneru fuq il-bordijiet tagħhom fir-rapporti annwali tagħhom kif ukoll lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali. Jekk kumpaniji jaħtru lil xi ħadd tas-sess li hu rappreżentat iżżejjed, l-obbligi ta' żvelar, ta' rapportar u ta' spjega jiżdiedu. Huma jkollhom jiżvelaw il-kompożizzjoni tal-ġeneru tar-riserva tal-għażla u r-raġunijiet u l-kriterji li wasslu għall-għażla tal-kandidat tas-sess li hu rappreżentat iżżejjed, kif ukoll jippreżentaw miżuri li jiżguraw aktar bilanċ tal-ġeneru fir-riserva tal-għażla u jżidu l-opportunità ta' ħatra ta' direttur mis-sess sottorappreżentat fil-ħatriet futuri.

Klawżola ta' sospensjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni timmira li tevita interferenza mal-miżuri nazzjonali eżistenti meħuda biex iżidu d-diversità tal-ġeneru fuq il-bordijiet. Ir-Rapporteur tissuġġerixxi li tinżamm il-possibbiltà għall-Istati Membri li jissospendu uħud mill-artikoli ewlenin tad-Direttiva. Jekk Stat Membru jħoss li miżuri volontarji jew miżuri oħra xorta jwasslu biex jinkisbu l-għanijiet tad-Direttiva, dan għandu jkollu l-libertà li jara jekk dan hux il-każ. Madankollu, hi tipproponi li jissaħħu s-salvagwardji sabiex il-politika nazzjonali tkun ugwalment effettiva biex jintlaħaq l-għan ta' 40 % tad-Direttiva. Għal dan il-għan, is-sospensjoni għandha tkun kundizzjonali għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni. Jekk, barra minn hekk, sal-2017 għan intermedju ta' 30 % ta' nisa fuq bordijiet ma jkunx intlaħaq, awtomatikament tidħol fis-seħħ id-Direttiva għal dak l-Istat Membru.

Sanzjonijiet u inċentivi

Ir-Rapporteur taqbel mal-approċċ tal-Kummissjoni li tagħti lill-Istati Membri r-responsabbiltà ewlenija li jistabbilixxu sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi. Madankollu, jista' jkun hemm inċentivi addizzjonali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkumpensaw kumpaniji billi jużaw l-ilħuq tal-objettiv ta' 40 % bħala kriterju tal-għoti fl-akkwist pubbliku. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jagħtu l-eżempju billi jagħtu l-appalti biss lill-kumpaniji li jkunu laħqu l-objettiv ta' 40 %. Il-konformità mad-Direttiva (li ma għandux jiġi konfuż mal-objettiv aħħari) għandha tkun kundizzjoni biex jingħataw fondi tal-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali u lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, bħala l-kumitati responsabbli, jinkorporaw l-emendi li ġejjin fir-rapport tagħhom:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati

dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi ta' kumpaniji elenkati f'borża u ta' impriżi pubbliċi kbar u miżuri relatati

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 157(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 8 u 157(3) u (4) tiegħu,

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw l-Artikoli 2 u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw l-Artikolu 4 tal-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Biex tintlaħaq l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-post tax-xogħol irid ikun hemm mudell ta' teħid tad-deċiżjonijiet ibbilanċjat mil-lat tar-rappreżentanza tas-sessi fil-livell kollha tal-kumpanija filwaqt li tiġi żgurata wkoll l-eliminazzjoni tal-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa li tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-femminilizzazzjoni tal-faqar.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Fil-politiki tal-persunal interni tagħhom, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE għandhom jikkonformaw mal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi, partikolarment billi jiggarantixxu teħid ta' deċiżjonijiet ibbilanċjat mil-lat tar-rappreżentanza tas-sessi fil-livelli kollha fi ħdan l-entitajiet ikkonċernati.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-użu effiċjenti tal-kapital uman huwa l-aktar fattur determinanti importanti tal-kompetittività tal-ekonomija u huwa essenzjali għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi tal-UE, biex nikkompetu b'suċċess f'ekonomija globalizzata u biex niżguraw vantaġġ komparattiv fir-rigward ta' pajjiżi terzi. Ir-riżerva ta' nisa kwalifikati u mħarrġa ħafna qiegħda tikber b'mod kostanti kif inhu kkonfermat mill-fatt li 60% tal-gradwati mill-universitajiet huma nisa. Nuqqas issoktat li nużaw din ir-riżerva fil-ħatriet għal pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi jammonta għal nuqqas li nisfruttaw b'mod sħiħ il-kapital uman imħarreġ.

(7) L-użu effiċjenti tal-kapital uman huwa l-aktar fattur determinanti importanti tal-kompetittività tal-ekonomija, biex nikkompetu b'suċċess f'ekonomija globalizzata. Teżisti riżerva ta' nisa kwalifikati u mħarrġa ħafna, kif inhu kkonfermat fost oħrajn mill-fatt li 60 % tal-gradwati mill-universitajiet huma nisa. Nuqqas issoktat li nużaw din ir-riżerva fil-ħatriet għal pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi jammonta għal nuqqas li nisfruttaw b'mod sħiħ il-kapital uman imħarreġ.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Biex tiġi garantita l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet li permezz tagħhom l-irġiel u n-nisa jkunu jistgħu jgħaqqdu l-ħajja professjonali mal-ħajja tal-familja, partikolarment permezz ta’ arranġamenti u appoġġi flessibbli għal dawk b'responsabilitajiet li jindukraw.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Fil-livell tal-kumpaniji, huwa rikonoxxut b'mod ġenerali li l-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet ittejjeb il-governanza korporattiva, minħabba li l-prestazzjoni tat-tim u l-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet huma msaħħa minħabba mod ta' ħsieb aktar varjat u kollettiv li jinkorpora firxa wiesgħa ta' perspettivi u għalhekk jilħaq deċiżjonijiet iktar bilanċjati. Bosta studji wrew ukoll li hemm relazzjoni pożittiva bejn id-diversità tas-sessi fl-ogħla livell tal-maniġment u l-prestazzjoni finanzjarja u l-profittabilità ta' impriża. It-tisħiħ tar-rappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni għalhekk jista' jkollu impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni tal-kumpaniji kkonċernati.

(8) Fil-livell tal-kumpaniji, huwa rikonoxxut b'mod ġenerali li l-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet ittejjeb il-governanza korporattiva, minħabba li l-prestazzjoni tat-tim u l-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet jitjiebu minħabba l-fatt li tħaddan perspettiva iktar ibbilanċjata. Bosta studji wrew ukoll li hemm relazzjoni pożittiva bejn id-diversità tas-sessi fl-ogħla livell tal-maniġment u l-prestazzjoni finanzjarja u l-profittabilità ta' impriża. It-tisħiħ tar-rappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni għalhekk għandu jkollu impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni tal-kumpaniji kkonċernati.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-evidenza eżistenti turi wkoll li l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol tista' ttejjeb it-tkabbir ekonomiku b’mod sostanzjali. It-tisħiħ tal-preżenza femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fl-Unjoni mhux biss jaffettwa n-nisa maħtura fuq il-bordijiet, iżda jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġi attirat talent femminili lejn il-kumpanija u tiġi żgurata preżenza ikbar tan-nisa fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni u fost il-ħaddiema. Għalhekk, sehem akbar ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji għandu impatt pożittiv fuq it-tnaqqis kemm tad-distakk fl-impjiegi bejn is-sessi u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi. Li nagħmlu użu sħiħ mit-talenti eżistenti tan-nisa jikkostitwixxi titjib notevoli f'termini tar-rendiment fuq l-edukazzjoni kemm għall-individwi kif ukoll għas-settur pubbliku. Is-sottorappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-borża fl-UE hija opportunità mitlufa f'termini ta' kisba ta' tkabbir sostenibbli fit-tul għall-ekonomiji tal-Istati Membri inġenerali.

(9) L-evidenza eżistenti turi wkoll li l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol tista' ttejjeb it-tkabbir ekonomiku b’mod sostanzjali. It-tisħiħ tal-preżenza femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fl-Unjoni mhux biss jaffettwa n-nisa maħtura fuq il-bordijiet, iżda jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġi attirat talent femminili lejn il-kumpanija u tiġi żgurata preżenza ikbar tan-nisa fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni u fost il-ħaddiema. Għalhekk, sehem akbar ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji għandu jkollu impatt pożittiv fuq it-tnaqqis kemm tad-distakk fl-impjiegi bejn is-sessi u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi. Li nagħmlu użu sħiħ mit-talenti eżistenti tan-nisa jikkostitwixxi titjib notevoli f'termini tar-rendiment fuq l-edukazzjoni kemm għall-individwi kif ukoll għas-settur pubbliku. Is-sottorappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-borża fl-UE hija opportunità mitlufa f'termini ta' kisba ta' tkabbir sostenibbli fit-tul għall-ekonomiji tal-Istati Membri inġenerali.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-proporzjon tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji miexi bil-mod ħafna, b'żieda annwali medja ta' biss 0,6 punti perċentwali matul l-aħħar snin. Ir-rata ta' titjib fl-Istati Membri individwali kienet tvarja u wasslet għal riżultati diverġenti ħafna. Ġie nnotat progress ħafna iktar sinifikanti fl-Istati Membri fejn ġew introdotti miżuri vinkolanti. Id-diskrepanzi li dejjem jikbru bejn l-Istati Membri x’aktarx li jiżdiedu minħabba l-approċċi differenti ħafna segwiti mill-Istati Membri individwali biex iżidu r-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-bordijiet li qed jiġu segwiti minn Stati Membri individwali.

(11) Il-proporzjon tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji miexi bil-mod ħafna, b'żieda annwali medja ta' biss 0,6 punti perċentwali matul l-aħħar snin. Ir-rata ta' titjib fl-Istati Membri individwali kienet tvarja u wasslet għal riżultati diverġenti ħafna. Ġie nnotat progress ħafna iktar sinifikanti fl-Istati Membri fejn ġew introdotti miżuri vinkolanti. Id-diskrepanzi li dejjem jikbru bejn l-Istati Membri x’aktarx li jiżdiedu minħabba l-approċċi differenti ħafna segwiti mill-Istati Membri individwali biex iżidu r-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-bordijiet li qed jiġu segwiti minn Stati Membri individwali. L-Istati Membri għandhom għalhekk jiskambjaw l-informazzjoni u l-prattiki tajba bl-iskop li jilħqu riżultati aqwa permezz tal-adozzjoni ta' miżuri intiżi biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) In-nuqqas attwali ta' trasparenza fil-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet f'ħafna mill-Istati Membri jirrappreżenta ostakolu sinifikanti għal aktar diversità tas-sessi fost il-membri tal-bordijiet u jaffettwa b'mod negattiv kemm il-karrieri u l-libertà tal-moviment tal-kandidati għall-bordijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-investituri. Dan in-nuqqas ta' trasparenza jwaqqaf lil kandidati potenzjali għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet milli japplikaw għal bordijiet fejn il-kwalifiki tagħhom ikunu l-aktar meħtieġa u milli jisfidaw deċiżjonijiet ta' ħatra bbażati fuq is-sess, u b’hekk ifixkel il-moviment ħieles tagħhom fi ħdan is-suq intern. Min-naħa l-oħra, l-investituri jkollhom strateġiji differenti ta' investiment li jirrikjedu informazzjoni marbuta wkoll mal-ħila u l-kompetenza tal-membri tal-bord. Aktar trasparenza fil-kriterji dwar il-kwalifiki u l-proċedura tal-għażla għall-membri tal-bordijiet tippermetti lill-investituri jevalwaw aħjar l-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija u jieħdu deċiżjonijiet infurmati.

(13) In-nuqqas attwali ta' trasparenza fil-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet f'ħafna mill-Istati Membri jirrappreżenta ostakolu sinifikanti għal aktar diversità tas-sessi fost il-membri tal-bordijiet u jaffettwa b'mod negattiv kemm il-karrieri u l-libertà tal-moviment tal-kandidati għall-bordijiet, kif ukoll id-deċiżjonijiet tal-investituri. Dan in-nuqqas ta' trasparenza jwaqqaf lil kandidati potenzjali għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet milli japplikaw għal bordijiet fejn il-kwalifiki tagħhom ikunu l-aktar meħtieġa u milli jisfidaw deċiżjonijiet ta' ħatra bbażati fuq is-sess, u b’hekk ifixkel il-moviment ħieles tagħhom fi ħdan is-suq intern. Min-naħa l-oħra, l-investituri jkollhom strateġiji differenti ta' investiment li jirrikjedu informazzjoni marbuta wkoll mal-ħila u l-kompetenza tal-membri tal-bord. Aktar trasparenza fil-kriterji dwar il-kwalifiki u l-proċedura tal-għażla għall-membri tal-bordijiet tippermetti lill-investituri jevalwaw aħjar l-istrateġija kummerċjali tal-kumpanija u jieħdu deċiżjonijiet infurmati. Huwa importanti li l-proċess ta' ħatra fil-bordijiet ikun ċar u trasparenti u li l-kandidati jiġu evalwati oġġettivament abbażi tal-merti individwali tagħhom, indipendentement mis-sess.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Filwaqt li din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, l-introduzzjoni ta' ċerti standards minimi fir-rigward tar-rekwiżit li l-kumpaniji elenkati mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi jieħdu deċiżjonijiet ta' ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi fuq il-bażi ta' valutazzjoni komparattiva oġġettiva tal-kwalifiki tal-kandidati f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi. Hija biss miżura fuq il-livell tal-UE li tista' effettivament tgħin biex ikunu żgurati kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni u jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju.

(14) Din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tar-reklutaġġ, tal-għażla u tal-ħatra u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, iżda tirrikjedi li l-kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi kbar mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi jaġġustaw il-proċeduri relatati mal-avviżi ta’ impjiegi disponibbli, ir-reklutaġġ, l-għażla u l-ħatra, għax intwera li dan hu meħtieġ sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Miżura fuq il-livell tal-UE hi l-għodda ewlenija li tista' effettivament tiżgura kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni u jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv aċċertat li parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-forza tax-xogħol hija prekondizzjoni għat-tisħiħ tat-tkabbir u għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi fl-Ewropa. L-Istrateġija stabbilixxiet mira ewlenija li tintlaħaq rata ta' impjiegi ta' 75% għan-nisa u l-irġiel ta' bejn l-20 u l-64 sena sal-2020, li tista' tintlaħaq biss jekk ikun hemm impenn ċar favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u sforz imsaħħaħ biex jiġu indirizzati l-ostakoli kollha għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Il-kriżi ekonomika attwali amplifikat il-ħtieġa dejjem tiżdied tal-Ewropa li tistrieħ fuq l-għarfien, il-kompetenza u l-innovazzjoni u li tagħmel użu sħiħ mir-riżerva ta' talent disponibbli. Li tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi, b'mod partikolari fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, huwa mistenni li jkollu effett residwu pożittiv fuq l-impjiegi tan-nisa fil-kumpaniji kkonċernati u fl-ekonomija kollha.

(15) L-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir Intelliġenti, Sostenibbli u Inklussiv aċċertat li parteċipazzjoni akbar tan-nisa fil-forza tax-xogħol hija prekondizzjoni għat-tisħiħ tat-tkabbir u għall-indirizzar tal-isfidi demografiċi fl-Ewropa. L-Istrateġija stabbilixxiet mira ewlenija li tintlaħaq rata ta' impjiegi ta' 75% għan-nisa u l-irġiel ta' bejn l-20 u l-64 sena sal-2020, li tista' tintlaħaq biss jekk ikun hemm impenn ċar favur l-ugwaljanza bejn is-sessi u sforz imsaħħaħ biex jiġu indirizzati l-ostakoli kollha għall-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol. Il-kriżi ekonomika attwali amplifikat il-ħtieġa dejjem tiżdied tal-Ewropa li tistrieħ fuq l-għarfien, il-kompetenza u l-innovazzjoni u li tagħmel użu sħiħ mir-riżerva ta' talent disponibbli. Li tittejjeb il-parteċipazzjoni tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi, fuq il-bordijiet tal-kumpaniji u fil-livelli maniġerjali kollha fil-kumpanija kollha kemm hi, huwa mistenni li jkollu effett residwu pożittiv fuq l-impjiegi tan-nisa fil-kumpaniji kkonċernati u fl-ekonomija kollha.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Għalhekk l-Unjoni għandha l-għan li żżid il-preżenza ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, kemm sabiex jissaħħu t-tkabbir ekonomiku u l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej kif ukoll biex tintlaħaq ugwaljanza effettiva bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz ta' rekwiżiti minimi dwar l-azzjoni pożittiva fil-forma ta' miżuri vinkolanti bil-għan li jintlaħaq objettiv kwantitattiv għall-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-bordijiet ta' kumpaniji elenkati, fid-dawl tal-fatt li l-Istati Membri u pajjiżi oħra li għażlu dan il-metodu jew metodu simili kisbu l-aħjar riżultati fit-tnaqqis tas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi.

Għalhekk l-Unjoni għandha l-għan li żżid il-preżenza ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji fl-Istati Membri kollha, sabiex jissaħħaħ it-tkabbir ekonomiku, titħeġġeġ il-mobilità tal-ħaddiema fis-suq u tissaħħaħ il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej kif ukoll biex tintlaħaq ugwaljanza effettiva bejn is-sessi fis-suq tax-xogħol. Dan l-għan għandu jintlaħaq permezz ta' rekwiżiti minimi dwar l-azzjoni pożittiva fil-forma ta' miżuri vinkolanti bil-għan li jintlaħaq objettiv kwantitattiv għall-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-bordijiet ta' kumpaniji elenkati u ta' impriżi pubbliċi, fid-dawl tal-fatt li l-Istati Membri u pajjiżi oħra li għażlu dan il-metodu jew metodu simili kisbu l-aħjar riżultati fit-tnaqqis tas-sottorappreżentazzjoni tan-nisa f'pożizzjonijiet ta' teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, anke jekk huma kumpaniji elenkati.

(18) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, anke jekk huma kumpaniji elenkati, madankollu l-Istati Membri għandhom ifasslu politiki maħsuba biex isostnu u jinċentivaw lill-SMEs biex itejbu konsiderevolment il-bilanċ bejn is-sessi fil-livelli kollha tal-ġestjoni u fil-bordijiet tal-kumpaniji.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Is-sistemi kollha jiddistingwu bejn id-diretturi eżekuttivi, li huma involuti fil-ġestjoni ta' kuljum ta' kumpanija, u d-diretturi mhux eżekuttivi li mhumiex involuti fl-amministrazzjoni ta' kuljum, iżda jwettqu funzjoni ta' superviżjoni. L-għanijiet kwantitattivi stipulati f'din id-Direttiva għandhom japplikaw biss għal diretturi mhux eżekuttivi sabiex jinstab il-bilanċ ġust bejn il-ħtieġa li tiżdied id-diversità tas-sessi tal-bordijiet u l-ħtieġa li jiġi mminimizzat l-indħil fit-tmexxija ta' kuljum tal-kumpanija. Billi d-diretturi mhux eżekuttivi jwettqu ħidmiet ta' sorveljanza, huwa wkoll aktar faċli li jiġu ingaġġati kandidati kwalifikati minn barra l-kumpanija u sa ċertu punt anke minn barra s-settur speċifiku li fih topera l-kumpanija - konsiderazzjoni li hija importanti għal oqsma tal-ekonomija fejn il-membri ta' sess partikolari huma partikolarment sottorappreżentati fil-forza tax-xogħol.

(20) Is-sistemi kollha jiddistingwu bejn id-diretturi eżekuttivi, li huma involuti fil-ġestjoni ta' kuljum ta' kumpanija, u d-diretturi mhux eżekuttivi li mhumiex involuti fl-amministrazzjoni ta' kuljum, iżda jwettqu funzjoni ta' superviżjoni. L-għanijiet kwantitattivi stipulati f'din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi kollha.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. L-objettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati.

(21) F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. L-objettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati abbażi ta' konsultazzjonijiet meqjusa sew u estensivi mal-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandu jkollhom imposti fuqhom obbligi ta' mezzi li jipprovdu għal proċeduri xierqa bil-għan li jissodisfaw objettivi speċifiċi rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. Dawk il-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi l-objettiv li mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu mis-sess l-anqas rappreżentat sa dik id-data. Dan l-objettiv fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi u ma għandux ifixkel l-għażla konkreta ta' diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta' kandidati rġiel u nisa fkull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta' direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri tal-bord xierqa għalhekk tibqa' tal-kumpaniji u l-azzjonisti.

(22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandu jkollhom imposti fuqhom obbligi ta' mezzi li jipprovdu għal proċeduri xierqa bil-għan li jissodisfaw objettivi speċifiċi rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. Dawk il-kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi kbar li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta' diretturi għandhom jaġġustaw il-proċeduri ta' reklutaġġ, ta’ avviżi ta' impjiegi disponibbli, tal-għażla u ta' ħatra tagħhom sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi l-objettiv li mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi għandhom ikunu mis-sess l-anqas rappreżentat sa dik id-data. Dan l-objettiv fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi u ma għandux ifixkel l-għażla konkreta ta' diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta' kandidati rġiel u nisa f'kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta' direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri tal-bord xierqa għalhekk tibqa' tal-kumpaniji u l-azzjonisti.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) stati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi. Minħabba din l-influwenza dominanti, huma jkollhom l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex iġibu l-bidla meħtieġa aktar malajr. Għalhekk, f'kumpaniji bħal dawn, l-objettiv li jkun hemm mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi li jiġu mis-sess l-anqas rappreżentat għandu jiġi stabbilit għal data aktar bikrija.

(23) L-Istati Membri jeżerċitaw influwenza dominanti fuq impriżi pubbliċi kbar skont it-tifsira tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta' Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi. Minħabba din l-influwenza dominanti, huma jkollhom l-istrumenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex iġibu l-bidla meħtieġa aktar malajr. Għalhekk, f'kumpaniji bħal dawn, l-objettiv li jkun hemm mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi li jkunu tas-sess sottorappreżentat għandu jiġi stabbilit għal data aktar bikrija.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Id-determinazzjoni tan-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv meħtieġa għall-konformità mal-objettiv titlob aktar speċifikazzjoni billi għal bosta daqsijiet tal-bordijiet huwa matematikament possibbli biss jew li wieħed imur lil hinn jew jibqa' taħt is-sehem eżatt ta' 40 fil-mija. Għalhekk, in-numru ta' pożizzjonijiet fuq il-bordijiet meħtieġa għall-konformità mal-objettiv għandu jkun in-numru l-eqreb għal 40 fil-mija. Fl-istess ħin, sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni kontra s-sess oriġinarjament irrappreżentat iżżejjed, il-kumpaniji elenkati ma għandhomx ikunu obbligati li jaħtru l-membri mis-sess l-anqas irrappreżentat għal nofs il-pożizzjonijiet tal-bord mhux eżekuttivi jew aktar. Għalhekk, pereżempju, il-membri tas-sess l-anqas rappreżentat għandhom ikollhom mill-inqas pożizzjoni waħda fuq il-bordijiet bi tliet jew erba diretturi mhux eżekuttivi, mill-inqas żewġ pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’ħames jew sitt diretturi mhux eżekuttivi, u mill-inqas tliet pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’seba’ jew tmien diretturi mhux eżekuttivi.

(24) Id-determinazzjoni tan-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur meħtieġa għall-konformità mal-objettiv titlob aktar speċifikazzjoni billi għal bosta daqsijiet tal-bordijiet huwa matematikament possibbli biss jew li wieħed imur lil hinn jew jibqa' taħt is-sehem eżatt ta' 40 fil-mija. Għalhekk, in-numru ta' pożizzjonijiet fuq il-bordijiet meħtieġa għall-konformità mal-objettiv għandu jkun in-numru l-eqreb għal 40 fil-mija. Fl-istess ħin, sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni kontra s-sess oriġinarjament irrappreżentat iżżejjed, il-kumpaniji elenkati u l-impriżi pubbliċi kbar ma għandhomx ikunu obbligati li jaħtru l-membri mis-sess sottorappreżentat għal iktar minn nofs il-pożizzjonijiet tal-bord. Għalhekk, pereżempju, il-membri tas-sess l-anqas rappreżentat għandhom ikollhom mill-inqas pożizzjoni waħda fuq il-bordijiet bi tliet diretturi, mill-inqas żewġ pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b'erba', ħames jew sitt diretturi, u mill-inqas tliet pożizzjonijiet fuq il-bordijiet b’seba’ jew tmien diretturi.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Skont din il-ġurisprudenza, l-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għal diretturi mhux eżekuttivi tkun ibbażata fuq analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat fuq il-bażi ta' kriterji prestabbiliti, ċari, fformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi. Eżempji ta' tipi ta' kriterji ta' għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f'kompiti maniġerjali u/jew ta' sorveljanza, għarfien f'oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta' komunikazzjoni u netwerking. Għandha tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

(26) Skont l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fejn applikabbli mal-ġurisprudenza relatata, l-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trasparenza fil-proċeduri tar-reklutaġġ, l-avviżi ta’ impjiegi disponibbli, tal-għażla u tal-ħatriet tagħhom, filwaqt li jirrispettaw il-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, rikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta. Eżempji ta' tipi ta' kriterji ta' għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f'kompiti maniġerjali u/jew ta' sorveljanza, għarfien f'oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta' komunikazzjoni u netwerking. Għandha tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa għall-inqas ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat l-ieħor. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji li ma jkunux għamlu progress lejn l-objettiv ewlieni tad-Direttiva jiżvelaw informazzjoni addizzjonali dwar il-politiki tagħhom ta' reklutaġġ, għażla u ħatra, u b'mod partikolari jwettqu pjanijiet konkreti biex itejbu l-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Il-metodi tar-reklutaġġ u l-ħatra ta' diretturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Huma jistgħu jinvolvu preselezzjoni ta' kandidati li jkunu ppreżentati lill-assemblea tal-azzjonisti, pereżempju minn kumitat ta' nominazzjoni, il-ħatra diretta tad-diretturi minn azzjonisti individwali jew vot li jittieħed fl-assemblea tal-azzjonisti fuq kandidati individwali jew listi ta' kandidati. Ir-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. F'dan ir-rigward, din id-Direttiva tistabbilixxi biss armonizzazzjoni minima tal-proċeduri tal-għażla, li tagħmilha possibbli li jiġu applikati l-kundizzjonijiet stipulati mill-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta' rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati.

(27) Il-metodi tar-reklutaġġ u l-ħatra ta' diretturi jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor u minn kumpanija għal oħra. Huma jistgħu jinvolvu preselezzjoni ta' kandidati li jkunu ppreżentati lill-assemblea tal-azzjonisti, pereżempju minn kumitat ta' nominazzjoni, il-ħatra diretta tad-diretturi minn azzjonisti individwali jew vot li jittieħed fl-assemblea tal-azzjonisti fuq kandidati individwali jew listi ta' kandidati. Dan l-istrument leġiżlattiv għalhekk jirrispetta d-diversità tal-proċedura tal-għażla filwaqt li jinsisti li jsiru aġġustamenti ta' dawn il-proċeduri bil-għan li jintlaħaq l-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni tan-nisa fuq il-bordijiet. Ir-rekwiżiti dwar l-għażla tal-kandidati għandhom ikunu milħuqa fi stadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati. F'dan ir-rigward, din id-Direttiva tippermetti li jkun hemm diversità fil-proċedura tal-għażla, bil-għan li jintlaħaq l-objettiv ta' rappreżentanza tas-sessi iżjed ibbilanċjata fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) Meta l-preselezzjoni tal-kandidati hija bbażata fuq elezzjoni jew proċeduri ta' vot, pereżempju mill-ħaddiema jew ir-rappreżentanti tagħhom, il-proċeduri matul il-proċess kollu għandhom jiġu aġġustati ħalli jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettiv ta' aktar bilanċ bejn is-sessi fil-bord tad-diretturi fit-totalità tiegħu, filwaqt li jiggarantixxu li s-sess tad-direttur elett f'din il-proċedura ma jkun bl-ebda mod predeterminat.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Din id-Direttiva timmira biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi ta' kumpaniji elenkati f'borża u b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-Unjoni. Kumpaniji elenkati għandhom għalhekk ikunu meħtieġa li jiddivulgaw, fuq talba ta' kandidati li ma jintgħażlux, mhux biss il-kriterji ta' kwalifiki li l-għażla kienet ibbażata fuqhom, iżda wkoll il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat li mhux mis-sess sottorappreżentat. Dawn il-limitazzjonijiet għad-dritt tar-rispett tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali, rikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, u l-obbligi għall-kumpaniji elenkati sabiex jipprovdu dak it-tagħrif, fuq talba, lil kandidati li ma jintgħażlux, huma meħtieġa u, fkonformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ġenwinament jilħqu objettivi rikonoxxuti ta' interess ġenerali. Għalhekk huma konformi mar-rekwiżiti għal tali limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta u mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(28) Din id-Direttiva timmira biex ittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi ta' kumpaniji elenkati f'borża u ta' impriżi pubbliċi kbar u b’hekk tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa, rikonoxxut bħala dritt fundamentali tal-Unjoni. Kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi għandhom għalhekk ikunu meħtieġa li jiddivulgaw, fuq talba ta' kandidati li ma jintgħażlux, mhux biss il-kriterji ta' kwalifiki li r-reklutaġġ, l-għażla jew il-ħatra kienu bbażati fuqhom, iżda wkoll il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat li mhux mis-sess sottorappreżentat. Dawn il-limitazzjonijiet għad-dritt tar-rispett tal-ħajja privata fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali, rikonoxxut mill-Artikoli 7 u 8 tal-Karta, u l-obbligi għall-kumpaniji elenkati u għall-impriżi pubbliċi kbar sabiex jipprovdu dak it-tagħrif, fuq talba, lil kandidati li ma jintgħażlux, huma meħtieġa u, f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, ġenwinament jilħqu objettivi rikonoxxuti ta' interess ġenerali. Għalhekk huma konformi mar-rekwiżiti għal tali limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(1) tal-Karta u mal-ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Fejn kandidat li ma jintgħażilx mis-sess l-anqas irrappreżentat jistabbilixxi l-preżunzjoni li kien ikkwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, il-kumpanija elenkata għandha tkun meħtieġa turi l-korrettezza tal-għażla.

(29) Fejn kandidat li ma jintgħażilx mis-sess sottorappreżentat jistabbilixxi l-preżunzjoni li kien ikkwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, il-kumpanija jew l-impriża konċernata għandha tkun meħtieġa turi l-korrettezza tal-għażla.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta' din id-Direttiva, li għandhom jinkludu, inter alia, multi amministrattivi u nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta' diretturi mhux eżekuttivi magħmula kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1).

(30) L-Istati Membri għandhom jistipulaw sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi għall-ksur ta din id-Direttiva, li għandhom jinkludu, inter alia, multi amministrattivi u nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta diretturi magħmula kontra d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1) kif ukoll ix-xoljiment sfurzat, fuq ordni ta’ korp ġudizzjarju kompetenti f’konformità sħiħa mas-salvagwardji proċedurali xierqa, f’każijiet ta’ ksur serju u ripetut.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Peress li l-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-forza tax-xogħol għandha impatt dirett fuq id-disponibilità ta' kandidati mis-sess l-anqas rappreżentat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn il-membri tas-sess sottorappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-ħaddiema, il-kumpanija kkonċernata ma għandhiex tkun meħtieġa li tissodisfa l-għan stabbilit f'din id-Direttiva.

imħassar

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Billi kumpaniji elenkati għandhom jimmiraw li jżidu l-proporzjon tas-sess l-anqas irrappreżentat fil-pożizzjonijiet kollha tat-teħid tad-deċiżjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi, irrispettivament jekk humiex eżekuttivi jew mhux eżekuttivi.

(32) Billi l-perċentwal ta' nisa fost id-diretturi eżekuttivi hu wkoll aktar baxx, għandu jinħoloq inċentiv addizzjonali li jżid l-għadd ta' diretturi eżekuttivi nisa. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-għan stabbilit f'din id-Direttiva għandu jitqies li ntlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati jkunu jistgħu juru li d-diretturi tas-sess l-anqas rappreżentat ikollhom mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet kollha ta' diretturi taħt il-kundizzjoni li tal-inqas wieħed mid-diretturi eżekuttivi jkun mis-sess sottorappreżentat.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) Minbarra l-miżuri li jirrigwardaw id-diretturi mhux eżekuttivi, u bil-ħsieb li jittejjeb il-bilanċ bejn is-sessi wkoll fost diretturi involuti f'kompiti ta' ġestjoni ta' kuljum, il-kumpaniji elenkati għandhom ikunu meħtieġa li jagħmlu impenji individwali rigward ir-rappreżentanza taż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi, li jridu jinkisbu sal-1 ta' Jannar 2020. Dawn l-impenji għandhom jimmiraw li jiksbu progress tanġibbli mill-pożizzjoni attwali tal-kumpanija individwali lejn bilanċ aħjar bejn is-sessi.

(33) Minbarra l-inċentivi li jirrigwardaw id-diretturi eżekuttivi, u bil-ħsieb li jittejjeb ulterjorment il-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi involuti f'kompiti ta' ġestjoni ta' kuljum, il-kumpaniji elenkati għandhom ikunu meħtieġa li jagħmlu impenji individwali rigward rappreżentanza aktar bilanċjata taż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi, li jridu jinkisbu sal-1 ta' Jannar 2020, u sal-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' impriżi pubbliċi. Dawn l-impenji għandhom jimmiraw li jiksbu progress tanġibbli mill-pożizzjoni attwali tal-kumpanija individwali lejn bilanċ aħjar bejn is-sessi.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti bdin id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta' kull kumpanija elenkata lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri li ħadet sa issa u li bi ħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv.

(34) L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati u lill-impriżi pubbliċi kbar kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti b'din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta' kull kumpanija elenkata u impriża pubblika kbira lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata b'mod xieraq u faċilment aċċessibbli fir-rapport annwali u fuq il-websajt u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni komprensiva tal-miżuri li ħadet sa issa u li bi ħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) L-Istati Membri jistgħu diġà jkunu ħadu miżuri li jipprovdu għal mezzi sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-bordijiet tal-kumpaniji qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Dawn l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li japplikaw dawn il-miżuri li jinsabu minflok l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet fejn jistgħu juru li l-miżuri meħuda huma ta' effikaċja ekwivalenti sabiex jiksbu l-objettiv ta' preżenza tas-sess sottorappreżentat ta' mill-anqas 40% fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

(35) L-Istati Membri jistgħu diġà jkunu ħadu miżuri li jipprovdu għal mezzi sabiex tiġi żgurata rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fil-bordijiet tal-kumpaniji qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Dawn l-Istati Membri għandu jkollhom l-opportunità li japplikaw dawn il-miżuri li jinsabu minflok l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet fejn jistgħu juru li l-miżuri meħuda huma ta' effikaċja ekwivalenti sabiex jiksbu l-objettiv ta' preżenza tas-sess sottorappreżentat ta' mill-anqas 40% fost id-diretturi ta' kumpaniji elenkati jew l-objettiv ta' terz li hemm imsemmi fl-Artikolu 4(1) ta' din id-Direttiva sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' impriżi pubbliċi kbar. Il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk ikunx sar biżżejjed progress lejn l-objettivi ta' din id-Direttiva. Jekk il-progress ma jkunx biżżejjed f'ċertu Stat Membru, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jidħlu fis-seħħ awtomatikament għal dak l-Istat Membru;

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37) Filwaqt li xi Stati Membri ħadu azzjoni regolatorja jew inkoraġġew l-awtoregolamentazzjoni b'riżultati mħalltin, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma ħadux azzjoni jew indikaw ir-rieda tagħhom li jaġixxu b’mod li jwassal għal titjib suffiċjenti. Projezzjonijiet ibbażati fuq analiżi kumplessiva tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar ix-xejriet tal-imgħoddi u dawk attwali kif ukoll l-intenzjonijiet juru li rappreżentazzjoni bbilanċjata tas-sessi fost il-membri mhux eżekuttivi tal-bordijiet madwar l-Unjoni f'konformità mal-għanijiet stabbiliti f’din id-Direttiva mhix ser tinkiseb mill-Istati Membri meta jaġixxu individwalment fl-ebda punt fil-futur prevedibbli. Fid-dawl ta' dawk iċ-ċirkostanzi u minħabba d-diskrepanzi li dejjem qed jikbru bejn l-Istati Membri f'termini ta' rappreżentazzjoni tan-nisa u l-irġiel fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, il-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet korporattivi madwar l-Unjoni jista' jittejjeb biss permezz ta' approċċ komuni, u l-potenzjal għall-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kompetittività u t-tkabbir jista' jintlaħaq aħjar permezz ta' azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni aktar milli permezz ta' inizjattivi nazzjonali ta' firxa, ambizzjoni u effikaċja varjabbli. Ġaladarba l-objettivi ta' din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.

(37) Filwaqt li xi Stati Membri ħadu azzjoni regolatorja jew inkoraġġew l-awtoregolamentazzjoni b'riżultati mħalltin, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri ma ħadux azzjoni jew indikaw ir-rieda tagħhom li jaġixxu b’mod li jwassal għal titjib suffiċjenti. Projezzjonijiet ibbażati fuq analiżi kumplessiva tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar ix-xejriet tal-imgħoddi u dawk attwali kif ukoll l-intenzjonijiet juru li rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi fost il-membri tal-bordijiet madwar l-Unjoni f'konformità mal-għanijiet stabbiliti f'din id-Direttiva mhix ser tinkiseb mill-Istati Membri meta jaġixxu individwalment fl-ebda punt fil-futur prevedibbli. Fid-dawl ta' dawk iċ-ċirkostanzi u minħabba d-diskrepanzi li dejjem qed jikbru bejn l-Istati Membri f'termini ta' rappreżentazzjoni tan-nisa u l-irġiel fuq il-bordijiet tal-kumpaniji, il-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet korporattivi madwar l-Unjoni jista' jittejjeb biss permezz ta' approċċ komuni, u l-potenzjal għall-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kompetittività u t-tkabbir jista' jintlaħaq aħjar permezz ta' azzjoni koordinata fil-livell tal-Unjoni aktar milli permezz ta' inizjattivi nazzjonali ta' firxa, ambizzjoni u effikaċja varjabbli. Ġaladarba l-objettivi ta' din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għaldaqstant, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-istess Artikolu, din id-Direttiva hija limitata għall-iffissar ta' għanijiet u prinċipji komuni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. L-Istati Membri jingħataw biżżejjed libertà biex jiddeterminaw kif l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jinkisbu l-aħjar meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari r-regoli u prattiċi li jikkonċernaw ir-reklutaġġ għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet. Din id-Direttiva ma tinterferix mal-possibilità għall-kumpaniji biex jaħtru l-membri tal-bordijiet l-aktar kwalifikati, u tagħti perjodu twil biżżejjed ta' adattament għall-kumpaniji elenkati kollha.

(38) Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-istess Artikolu, din id-Direttiva hija limitata għall-iffissar ta' għanijiet u prinċipji komuni u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-għanijiet. L-Istati Membri jingħataw biżżejjed libertà biex jiddeterminaw kif l-objettivi stabbiliti f’din id-Direttiva għandhom jinkisbu l-aħjar meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi nazzjonali, b’mod partikolari r-regoli u prattiċi li jikkonċernaw ir-reklutaġġ għal pożizzjonijiet fuq il-bordijiet. Din id-Direttiva ma tinterferix mal-possibilità li l-kumpaniji jaħtru l-membri tal-bordijiet l-aktar kwalifikati, u tagħti perjodu twil biżżejjed ta' adattament għall-kumpaniji elenkati kollha u l-impriżi pubbliċi kbar.

Emenda   36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri biex tiżgura rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati billi tistabbilixxi miżuri mmirati lejn progress aktar mgħaġġel lejn il-bilanċ bejn is-sessi filwaqt li tħalli lill-kumpaniji biżżejjed żmien biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji.

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri biex tiżgura rappreżentanza aktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fost id-diretturi ta' kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi kbar billi tistabbilixxi miżuri mmirati lejn progress aktar mgħaġġel lejn il-bilanċ bejn is-sessi filwaqt li tħalli lill-kumpaniji biżżejjed żmien biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) “kumpaniji elenkata” tfisser kumpanija inkorporata fi Stat Membru li t-titoli tagħha huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) il-punt 14 tad-Direttiva 2004/39/KE, fi Stat Membru wieħed jew aktar;

(1) “kumpaniji elenkata” tfisser kumpanija li tinsab fi Stat Membru li t-titoli tagħha huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat fit-tifsira tal-Artikolu 4(1) il-punt 14 tad-Direttiva 2004/39/KE, fi Stat Membru wieħed jew aktar;

Emenda   38

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi żgħar u ta' daqs medju ("SMEs").

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi żgħar u ta' daqs medju u mikro (‘SME’), madankollu l-Istati Membri għandhom ifasslu politiki maħsuba biex isostnu u jinċentivaw lill-SMEs biex itejbu konsiderevolment il-bilanċ bejn is-sessi fil-livelli kollha tal-ġestjoni u fil-bordijiet tal-kumpaniji.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettivi fir-rigward ta' diretturi mhux eżekuttivi

L-objettivi fir-rigward ta' diretturi

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbilti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi kbar li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi jaġġustaw il-proċeduri tagħhom tar-reklutaġġ, inklużi l-avviżi ta' impjiegi disponibbli, il-preselezzjoni, l-għażla jew ħatra għall-pożizzjonijiet direttorjali kollha, bl-għan li jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jagħmlu l-aġġustamenti fl-istadji xierqa tal-proċess tar-reklutaġġ, ta' preselezzjoni, tal-għażla jew tal-ħatra. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jagħżlu kandidati għal pożizzjoni tal-bord minn fost grupp ta' kandidati li jkun ibbilanċjat fil-għadd ta' rġiel u nisa.

 

Sakemm il-proċedura tal-għażla ssir abbażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali aġġustamenti jinkludu l-applikazzjoni ta' kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-objettiv, stabbilit fil-paragrafu 1, ikun intlaħaq fejn il-kumpaniji elenkati u l-impriżi pubbliċi kbar jkunu jistgħu juru li l-membri tas-sess sottorappreżentat ikunu jokkupaw mill-inqas terz tal-pożizzjonijiet direttorjali kollha, sakemm iż-żewġ tipi ta' diretturi, eżekuttivi u mhumiex, ikunu rappreżentati f'din il-kwota. Il-għadd meħtieġ biex jiġi ssodisfat dan l-objettiv ta' terz għandu jkun il-għadd l-aktar qrib tal-proporzjon ta' terz.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. In-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv neċessarji biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun in-numru l-eqreb lejn il-proporzjon ta' 40 fil-mija, iżda mhux aktar minn 49 fil-mija.

2. In-numru ta' pożizzjonijiet ta' direttur neċessarji biex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun tal-anqas 40 fil-mija.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex jiksbu l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi, għandha tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għal kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor.

3. Sabiex jiksbu l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, u skont l-Artikolu 23(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fir-reklutaġġ, fl-għażla u fil-ħatra tad-diretturi, għandha tingħata prijorità lill-kandidat kompetenti mis-sess l-anqas rappreżentat, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor. Għal dan il-għan, il-kriterji tal-għażla għandhom fuq kollox ikunu ċari, trasparenti u nondiskriminatorji.

 

Fil-każ ta' proċedura tal-għażla bbażata fuq il-kompetenza, il-prijorità għandha tingħata lill-kandidat tas-sess sottorappreżentat fil-każijiet fejn dak il-kandidat ikun għall-inqas ugwalment kwalifikat bħal kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta’ adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jkunu obbligati li jiżvelaw, fuq talba ta' kandidati mhux magħżula, il-kriterji tal-kwalifiki li fuqhom l-għażla kienet ibbażata, il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li xaqilbu l-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati u l-impriżi pubbliċi kbar jiġu obbligati li jiżvelaw, lil kandidat mhux magħżul, l-għadd u s-sess tal-kandidati fir-riżerva tal-għażla, filwaqt li jirrispettaw l-anonimità tagħhom skont il-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, il-kriterji tal-kwalifiki li fuqhom kienu bbażati ir-reklutaġġ, l-għażla jew il-ħatra, il-valutazzjoni komparattiva oġġettiva ta' dawk il-kriterji u, fejn rilevanti, il-kunsiderazzjonijiet li jkunu xaqilbu l-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tal-għażla tal-kandidati għandhom ikunu sodisfati fl-istadju xieraq tal-proċess tal-għażla skont il-liġi nazzjonali u l-artikoli ta' assoċjazzjoni tal-kumpaniji elenkati kkonċernati.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom, sabiex jiżguraw li fejn kandidati mis-sess l-anqas irrappreżentat li ma jintgħażlux jistabbilixxu fatti jista jkun maħsub li dak il-kandidat kien kwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, għandu jkun id-dmir tal-kumpanija elenkata li tipprova li ma kienx hemm ksur tar-regola stabbilita fil-paragrafu 3.

5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa, skont is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali tagħhom, sabiex jiżguraw li l-kumpaniji elenkati u l-impriżi pubbliċi kbar ikunu kapaċi juru li l-proċess tal-ħatra tagħhom ikun twettaq f'konformità mar-regola stabbilita fil-paragrafu 3, b'mod partikolari fil-każijiet fejn kandidat mis-sess sottorappreżentat li ma jintagħżilx jistabbilixxi fatti li minħabba fihom jista’ jkun maħsub li dak il-kandidat kien kwalifikat daqs il-kandidat maħtur tas-sess l-ieħor, għandu jkun id-dmir tal-kumpanija elenkata jew impriża pubblika kbira li jipprovaw li ma kienx hemm ksur tar-regola stabbilita fil-paragrafu 3.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kumpaniji elenkati fejn il-membri tas-sess l-anqas irrappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-forza tax-xogħol ma jkunux suġġetti għall-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1.

imħassar

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jintrabtu b'impenji individwali rigward ir-rappreżentazzjoni bbilanċjata bejn iż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi li jridu jintlaħqu sal-1 ta' Jannar 2020, jew sal-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati jintrabtu b'impenji individwali ulterjuri rigward ir-rappreżentazzjoni bbilanċjata bejn iż-żewġ sessi fost id-diretturi eżekuttivi, skont il-proċeduri deskritti fl-Artikolu 4.

 

L-għan ta' tali impenji għandu jkun li jsir progress tanġibbli lejn l-ilħuq ta' bilanċ aħjar bejn is-sessi, li għandu jintlaħaq sal-1 ta' Jannar 2020, jew sal-1 ta’ Jannar 2018 fil-każ ta' impriżi pubbliċi kbar.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, darba fis-sena minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar ir-rappreżentazzjoni bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b’distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u li jippubblikaw dik l-informazzjoni f'manjiera xierqa u aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi kbar jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti darba fis-sena, fejn japplika fir-rapporti annwali tagħhom, minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar ir-rappreżentazzjoni tas-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b'distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi, u dwar il-progress magħmul u l-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u fejn japplika, dwar is-sess tad-diretturi kollha maħtura matul il-perjodu ta' referenza, u li jippubblikaw dik l-informazzjoni b'manjiera xierqa, faċli u aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi jew l-impenji u deskrizzjoni tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji.

3. Fejn kumpanija elenkata jew impriża pubblika kbira ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi jew l-impenji u deskrizzjoni komprensiva tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-korp jew korpi maħtura skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) ikunu wkoll kompetenti għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tal-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet ta' kumpaniji elenkati.

imħassar

Ġustifikazzjoni

It-tħassir ta' din il-parti mhix maħsuba bħala tħassir tat-test, imma bħala ristrutturar tad-direttiva. Din il-parti issa tpoġġiet bħala artikolu 8(a)ġdid separat. Dan qed isir bil-għan li tiġi estiża l-kompetenza tal-korp tal-ugwaljanza.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi u jistgħu jinkludu l-miżuri li ġejjin:

2. Is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati, progressivi u dissważivi u jistgħu jinkludu l-miżuri li ġejjin:

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) multi amministrattivi;

(a) twissija bikrija, u wara din it-twissija, multi amministrattivi progressivi;

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) xoljiment furzat, fuq ordni ta' awtorità ġudizzjarja kompetenti b'konformità sħiħa mas-salvagwardji proċedurali xierqa, f'każijiet ta' ksur gravi u ripetut.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi ċċarat li hemm firxa wiesgħa ta' għażliet disponibbli għall-Istati Membri rigward it-tfassil ta' reġim ta' sanzjonijiet kredibbli fil-livell nazzjonali.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw dwar is-sanzjonijiet li jkunu fis-seħħ għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva biex tiġi assigurata rappreżentazzjoni iktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' kumpaniji kostitwiti fit-territorju nazzjonali tagħhom, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet ma joħolqux diskriminazzjoni mhux ġustifikata, u ma jfixklux il-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

L-Istati Membri huma mħeġġa jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet li huma aktar favorevoli minn dawk stabbiliti f’din id-Direttiva bil-għan li jilħqu l-objettiv tal-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u biex tiġi assigurata rappreżentazzjoni iktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fir-rigward ta' kumpaniji kostitwiti fit-territorju nazzjonali tagħhom, sakemm dawn id-dispożizzjonijiet jkunu mmirati lejn l-għan ta' din id-Direttiva, ma jmorrux lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dan l-għan u ma joħolqux diskriminazzjoni mhux ġustifikata.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bla ħsara għall-Artikolu 4(6) u (7), l-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva diġà kienu ħadu miżuri sabiex jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5), sakemm ikun jista' jintwera li dawk il-miżuri jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020, jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

Bla ħsara għall-Artikolu 4(6), l-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva diġà kienu ħadu miżuri sabiex jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi tal-kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi kbar jew Stati Membri fejn jeżistu miżuri oħra, pereżempju miżuri awtoregolatorji, bl-għan li jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati u impriżi pubbliċi kbar jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) u l-applikazzjoni tal-Artikolu 5(1), sakemm valutazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tindika li dawk il-miżuri jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom jew mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur ta' kumpaniji elenkati jew l-objettiv ta’ terz imsemmi fl-Artikolu 4(7) sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020, jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 għall-impriżi pubbliċi. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika din l-informazzjoni lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Anke l-miżuri awtoregolatorji (pereżempju kodiċijiet ta' governanza korporattiva) li jkun intwera li huma effiċjenti għandhom jiġġustifikaw is-sospensjoni tar-rekwiżiti proċedurali.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

Korp tal-ugwaljanza

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-korp jew korpi maħtura skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid)1 ikunu wkoll kompetenti għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tal-bilanċ bejn is-sessi fuq il-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati.

 

__________________

 

1 ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2017 u kull sentejn wara dan, rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, informazzjoni komprensiva dwar il-miżuri meħuda sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 5(2) u informazzjoni dwar impenji individwali meħuda mill-kumpaniji elenkati skont l-Artikolu 5(1).

1. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2017 u kull sentejn wara dan, rapport dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Dawn ir-rapporti għandhom jinkludu, fost l-oħrajn, informazzjoni komprensiva dwar il-miżuri meħuda sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1), informazzjoni pprovduta skont l-Artikolu 5(2) u informazzjoni dwar impenji individwali meħuda mill-kumpaniji elenkati u l-impriżi pubbliċi kbar skont l-Artikolu 5(1).

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri li jkunu ssospendew skont l-Artikolu 8(3) l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) għandhom jinkludu informazzjoni fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 li juru r-riżultati konkreti miksuba mill-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3). Il-Kummissjoni għandha mbagħad toħroġ rapport speċifiku li jaċċerta jekk dawk il-miżuri effettivament jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv sal-1 ta' Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi, u sal-1 ta' Jannar 2020 għall-kumpaniji elenkati li mhumiex impriżi pubbliċi. L-ewwel rapport ta' dan it-tip għandu jinħareġ mill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2017, u rapporti sussegwenti għandhom jinħarġu fi żmien sitt xhur min-notifika tar-rapporti nazzjonali rispettivi taħt il-paragrafu 1.

L-Istati Membri li jkunu ssospendew skont l-Artikolu 8(3) l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) għandhom jinkludu informazzjoni fir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1 li juru r-riżultati konkreti miksuba mill-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3). Il-Kummissjoni għandha mbagħad tippubblika rapport speċifiku li jaċċerta jekk dawk il-miżuri effettivament jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv sal-1 ta' Jannar 2018 għall-impriżi pubbliċi kbar, u sal-1 ta' Jannar 2020 għall-kumpaniji elenkati. L-ewwel rapport ta' dan it-tip għandu jiġi ppubblikat mill-Kummissjoni sal-1 ta' Lulju 2017, u rapporti sussegwenti għandhom jiġu ppubblikati fi żmien sitt xhur min-notifika tar-rapporti nazzjonali rispettivi taħt il-paragrafu 1.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati, li bl-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(3) ma jkunux appuntaw jew eliġġew membri tas-sess sottorappreżentat f'mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv tal-bordijiet tagħhom sal-1 ta' Jannar 2018, fejn huma impriżi pubbliċi, jew sal-1 ta' Jannar 2020, fejn mhumiex impriżi pubbliċi, japplikaw l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) b'effett rispettivament minn dawk id-dati.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati u l-impriżi pubbliċi kbar, li bl-applikazzjoni tal-miżuri nazzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3) ma jkunux appuntaw jew eliġġew membri tas-sess sottorappreżentat f'mill-anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur tal-bordijiet tagħhom sal-1 ta' Jannar 2018, fejn huma impriżi pubbliċi, jew sal-1 ta' Jannar 2020, fejn mhumiex impriżi pubbliċi, japplikaw l-obbligi proċedurali li jirrigwardaw ir-reklutaġġ, l-għażla u l-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5) b'effett rispettivament minn dawk id-dati.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021 u kull sentejn wara dan. Il-Kummissjoni għandha tevalwa b’mod partikolari jekk l-għanijiet ta' din id-Direttiva ntlaħqux.

3. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2021 u kull sentejn wara dan. Il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u l-Imsieħba Soċjali Ewropej, għandha tevalwa b'mod partikolari jekk l-għanijiet ta' din id-Direttiva ntlaħqux.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tevalwa jekk, fid-dawl tal-iżviluppi fir-rappreżentanza tal-irġiel u nisa fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati u fil-livelli differenti tat-teħid tad-deċiżjonijiet fl-ekonomija kollha u filwaqt li tqis jekk il-progress huwiex suffiċjentement sostenibbli, hemmx il-ħtieġa li testendi t-tul ta' din id-Direttiva lil hinn mid-data speċifikata fl-Artikolu 10(2) jew li temendaha.

imħassar

PROĊEDURA

Titolu

Bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati fil-borża

Referenzi

COM(2012)0614 – C7-0382/2012 – 2012/0299(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

22.11.2012

FEMM

22.11.2012

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

22.11.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Marije Cornelissen

12.12.2012

Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

17.1.2013

Eżami fil-kumitat

23.4.2013

19.6.2013

8.7.2013

 

Data tal-adozzjoni

9.7.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

5

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Marije Cornelissen, Emer Costello, Andrea Cozzolino, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Marian Harkin, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Elisabeth Schroedter, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Ruža Tomašić, Traian Ungureanu, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Roberta Angelilli, Jan Kozłowski, Ria Oomen-Ruijten, Gabriele Zimmer

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Anneli Jäätteenmäki, Jacek Włosowicz


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (30.5.2013)

għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-titjib tal-bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati f'borża u miżuri relatati

(COM(2012)0614 – C7‑0382/2012 – 2012/0299(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Antonyia Parvanova

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta timmira biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi, partikolarment fil-kumpaniji elenkati, skont l-Artikolu 3(3) TUE u biex tuża l-firxa tat-talenti għal rappreżentanza aktar ugwali tas-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji u b’hekk tikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern u għall-objettivi Ewropa 2020 tal-Unjoni u għall-mira tagħha li sal-2020 żżid ir-rata ta’ impjiegi tan-nisa għal 75 %.

Ir-rapporteur tappoġġja l-objettivi mfittxija mill-proposta. Hija tilqa’ partikolarment l-għażla ta’ Direttiva bħala għodda li tistabbilixxi sistema ġuridika armonizzata fl-Unjoni u li toħloq aktar ċertezza ġuridika, tnaqqas il-piżijiet amministrattivi li jirriżultaw mill-applikazzjoni diverġenti u l-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-ugwaljanza tas-sessi fil-kamra tad-diretturi mill-Istati Membri.

Il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel hija waħda mill-objettivi ewlenin tal-UE, kif huwa rifless fit-Trattati tagħha (Artikolu 3(3) TUE u l-Artikoli 8 u 157 TFUE), kif ukoll fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (Artikolu 23). L-istituzzjonijiet tal-UE wettqu diversi sforzi biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ekonomiċi. Fl-2010, il-Kummissjoni identifikat l-ugwaljanza fit-teħid ta’ deċiżjonijiet bħala waħda mill-prijoritajiet tal-Karta f’Isem il-Mara tagħha (COM(2010)78 finali) u tal-istrateġija tagħha għall-Ugwaljanza bejn in-Nisa u l-Irġiel 2010-2015 (COM(2010)491 finali) fl-2010. F’Marzu 2011, il-Viċi President tal-Kummissjoni Reding nieda u talab lil kumpaniji elenkati fil-borża jimpenjaw ruħhom b’mod volontarju biex sal-2020 iżidu l-proporzjon ta’ nisa fil-kmamar tad-diretturi sa 40 %. Is-sejħa għall-iffirmar tat-talba damet sena iżda kienu biss 24 kumpanija li ffirmaw.

Minkejja dawn l-isforzi, għad hemm żbilanċi persistenti bejn is-sessi rigward it-tmexxija korporattiva. Skont id-dejta tal-Kummissjoni, fil-preżent in-nisa jokkupaw 15.8 % tas-siġġijiet fil-bordijiet tal-akbar kumpaniji elenkati. Il-progress li jirratifika s-sitwazzjoni kien bil-mod u rreġistra żieda annwali ta’ 0.6 % biss. Ir-riżultati fi Stati Membri differenti huma diverġenti.

Il-proposta tal-Kummissjoni tiġi appoġġata mill-Kummissarji kollha li għandhom karigi ekonomiċi: il-Viċi President Tajani (Industrija u Intraprenditorija), il-Viċi President Almunia (Competition), il-Viċi President Rehn (Affarijiet Eknomiċi u Monetarji), il-Kummissarju Barnier (Suq Intern u Servizzi) u l-Kummissarju Andor (Impjiegi u Affarijiet Soċjali), kif ukoll mill-Viċi President Viviane Reding.

Fil-kontribut tagħha, ir-rapporteur identifikat diversi oqsma li huma ta’ interess ewlieni għal dan il-Kumitat u li ingħatatilhom aktar attenzjoni, speċjalment il-funzjonament tas-suq intern, iċ-ċertezza ġuridika għal kumpaniji u r-riflessjoni tal-preferenzi tal-konsumaturi fl-għażliet għat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-kumpaniji. Ir-rapporteur tat l-attenzjoni dovuta lis-sitwazzjoni ekonomika fraġli fl-UE u ddiskutiet b’liema modi din il-proposta tista’ tikkontribwixxi b’mod pożittiv għall-kisba tal-istabbiltà finanzjarja u t-tkabbir ekonomiku fuq tul ta’ żmien.

Rigward id-dejta tal-KE, in-nisa jikkontrollaw madwar 70 % tad-deċiżjonijiet tal-infiq tal-konsumaturi fil-livell globali. Il-fatt li jkun hemm aktar nisa f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija, għalhekk, jista’ jipprovdi idea aktar wiesgħa tal-imġiba eknomika u l-għażliet tal-konsumaturi. Prodotti u servizzi li huma aktar konformi mal-ħtiġijiet u l-preferenzi tal-konsumaturi jistgħu iżidu ċ-ċifri tal-bejgħ.

Element prinċipali ieħor qed jiżgura ċ-ċertezza ġuridika għal kumpaniji li joperaw f’aktar minn Stat Membru wieħed. Fil-preżent, hemm diskrepanzi fir-regoli għall-avvanz tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji fl-Unjoni kollha. Tali diversità jista’ jkollha impatt negattiv fuq il-funzjonament tas-Suq Uniku. Kumpaniji b’operazzjonijiet transkonfinali jeħtieġu qafas ġuridiku koerenti u disponibbli sabiex jibbenefikaw mis-sħiħ mill-aċċess għas-Suq Uniku u jakkwistaw riżultati ekonomiċi suffiċjenti.

Fir-rigward tal-ambjent ekonomiku attwali, kif urew bosta studji kwalitattivi, hemm relazzjoni pożittiva bejn id-diversità tas-sessi fl-ogħla livell tal-maniġment u l-prestazzjoni finanzjarja u l-profittabilità ta' kumpanija. Għal din ir-raġuni, it-titjib tar-rappreżentanza femminili fil-bordijiet ta’ kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni ma jkunx qed jaqdi biss il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi u n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni iżda jista’ jkollu wkoll impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni organizzazzjonali u finanzjarja tal-kumpaniji kkonċernati.

Fil-kuntest ta’ popolazzjoni fl-UE li qed tixjieħ, hija temmen li n-nuqqas ta’ użu tal-potenzjal ta’ nofs il-popolazzjoni tal-Ewropa għal pożizzjonijiet fil-bordijiet tal-kumpaniji jista’ jnaqqas l-iżvilupp tal-ekonomija tagħna, l-irkupru tal-istrutturi finanzjarji tagħna u l-kapaċità tal-kapital uman disponibbli.

Fl-emendi tagħha, ir-rapporteur titlob ukoll lill-Istati Membri jagħtu inċentiva lill-kumpaniji biex jakkwistaw u jirrappurtaw dwar il-progress f’termini tar-rispett tal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-bordijiet korporattivi tagħhom, it-titjib tal-aċċess tan-nisa għal networks kummerċjali u l-iffurmar tal-politika ta’ Riżorsi Umani tagħhom b’mod li jkun appoġġat ir-riżors ta’ talenti femminili.

L-emendi mressqa huma bbilanċjati u jikkonfermaw it-test oriġinali billi jsaħħu l-aspetti msemmija qabel. L-inklużjoni ta’ dawn se ttejjeb iċ-ċertezza ġuridika tal-proposta u ssaħħaħ il-prinċipji ewlenin tal-ugwaljanza bejn is-sessi u għalhekk tiżgura konformità mal-Artikoli 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, 8 u 157 tat-TFUE.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Skont il-Kummissjoni1, fil-preżent in-nisa jikkontrollaw il-maġġoranza tal-infiq tal-konsumaturi globali. Ir-rappreżentanza aħjar tan-nisa fil-bordijiet tista’ tipprovdi l-kumpaniji involuti b’fehim aktar wiesa’ tal-ħtiġijiet u l-imġiba ekonomika tal-konsumaturi. Huma jkunu jistgħu, għalhekk, jipprovdu oġġetti u servizzi li jkunu aktar konformi mad-domanda tal-konsumaturi.

 

________________________

 

1 DĠ Ġustizzja tal-Kummissjoni Ewropea "Women in economic decision-making in the EU: A Europe 2020 initiative 2012 (Inizjattiva Ewropea 2020 2012)"

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) L-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE għandhom jagħtu l-eżempju billi jtejbu l-bilanċ bejn is-sessi. Il-prinċipji stabbiliti f'din id-Direttiva għandhom jiġu inkorporati fir-regoli li jiggvernaw il-proċeduri interni tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew, u tal-istituzzjonijiet u l-aġenziji kollha tal-UE, inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew. Għandhom jiġu żviluppati politiki dwar is-sessi aktar effikaċi fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE biex ikun hemm impatt fuq ir-reklutaġġ, it-taħriġ, u l-funzjonament ta' kuljum tal-istituzzjonjiet differenti tal-UE. Għal dak il-għan l-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li jinkiseb il-bilanċ bejn is-sessi fir-reklutaġġ ta' maniġment superjuri inklużi d-Diretturi Ġenerali, id-Diretturi u l-Kapijiet tal-Unità.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c) Huwa importanti li l-maniġment tal-Kummissjoni, il-korp eżekuttiv tal-UE, itejjeb il-bilanċ tiegħu bejn is-sessi biex jirrappreżenta aħjar liċ-ċittadini Ewropej. L-Istati Membri, għaldaqstant, huma mistiedna jinnominaw kemm kandidati maskili kif ukoll femminili għal kull pożizzjoni fil-kulleġġ tal-Kummissarji sabiex jinkiseb bilanċ bejn is-sessi fil-kulleġġ tal-Kummissjoni.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 6d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6d) Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), is-Sistema Ewropea tas-Superviżuri Finanzjarji (SEFS) – inkluż il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) – u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (ASE) għandhom ikunu konformi mal-aspetti kollha tal-ugwaljanza u tan-nondiskriminazzjoni abbażi tas-sess. Il-Bordijiet tas-Superviżuri tal-ASE għandhom ikunu mħeġġa jippreżentaw lista ta' kandidati li jkollha bilanċ bejn is-sessi għall-pożizzjonijiet ta' Presidenti u Diretturi Eżekuttivi fis-smigħ relevanti fil-Parlament Ewropew. L-għażla finali ta' dawn il-pożizzjonijiet għandha tkun ibbilanċjata fir-rigward tas-sessi. Huwa importanti wkoll li l-Kumitat ta' Tmexxija u l-Kumitati Konsultattivi tal-BERS ikollhom bilanċ bejn is-sessi.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 6e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6e) Il-bord superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), inklużi r-rwoli ta' President u Viċi President, għandu jkun ibbilanċjat mill-perspettiva tas-sessi. Kull meta jkun hemm offerta ta' xogħol fuq il-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, dawk l-Istati Membri li adottaw l-euro bħala munita għandhom jiġu mħeġġa jinnominaw żewġ kandidati, raġel u mara, għall-pożizzjoni vakanti. L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa wkoll jaħtru nisa bħala gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fil-Kunsill Governattiv u fil-Kunsill Ġenerali tal-BĊE u fil-Bord Ġenerali tal-BERS.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Fil-livell tal-kumpaniji, huwa rikonoxxut b'mod ġenerali li l-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet ittejjeb il-governanza korporattiva, minħabba li l-prestazzjoni tat-tim u l-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet huma msaħħa minħabba mod ta' ħsieb aktar varjat u kollettiv li jinkorpora firxa wiesgħa ta' perspettivi u għalhekk jilħaq deċiżjonijiet iktar bilanċjati. Bosta studji wrew ukoll li hemm relazzjoni pożittiva bejn id-diversità tas-sessi fl-ogħla livell tal-maniġment u l-prestazzjoni finanzjarja u l-profittabilità ta' impriża. It-tisħiħ tar-rappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni għalhekk jista' jkollu impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni tal-kumpaniji kkonċernati.

(8) Fil-livell tal-kumpaniji, huwa rikonoxxut b'mod ġenerali li l-preżenza tan-nisa fuq il-bordijiet ittejjeb il-governanza korporattiva, minħabba li l-prestazzjoni tat-tim u l-kwalità tat-teħid tad-deċiżjonijiet huma msaħħa minħabba mod ta' ħsieb aktar varjat u kollettiv li jinkorpora firxa wiesgħa ta' perspettivi u għalhekk jilħaq deċiżjonijiet iktar bilanċjati. Bosta studji wrew ukoll li hemm relazzjoni pożittiva bejn id-diversità tas-sessi fl-ogħla livell tal-maniġment u l-prestazzjoni finanzjarja u l-profittabilità ta' impriża. It-tisħiħ tar-rappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-borża fl-Unjoni għalhekk jista' jkollu impatt pożittiv fuq il-prestazzjoni organizzazzjonali u finanzjarja tal-kumpaniji kkonċernati.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-evidenza eżistenti turi wkoll li l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol tista' ttejjeb it-tkabbir ekonomiku b’mod sostanzjali. It-tisħiħ tal-preżenza femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fl-Unjoni mhux biss jaffettwa n-nisa maħtura fuq il-bordijiet, iżda jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġi attirat talent femminili lejn il-kumpanija u tiġi żgurata preżenza ikbar tan-nisa fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni u fost il-ħaddiema. Għalhekk, sehem akbar ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji għandu impatt pożittiv fuq it-tnaqqis kemm tad-distakk fl-impjiegi bejn is-sessi u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi. Li nagħmlu użu sħiħ mit-talenti eżistenti tan-nisa jikkostitwixxi titjib notevoli f'termini tar-rendiment fuq l-edukazzjoni kemm għall-individwi kif ukoll għas-settur pubbliku. Is-sottorappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-borża fl-UE hija opportunità mitlufa f'termini ta' kisba ta' tkabbir sostenibbli fit-tul għall-ekonomiji tal-Istati Membri inġenerali.

(9) L-evidenza eżistenti turi wkoll li l-ugwaljanza fis-suq tax-xogħol tista' ttejjeb it-tkabbir ekonomiku b’mod sostanzjali. It-tisħiħ tal-preżenza femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fl-Unjoni mhux biss jaffettwa n-nisa maħtura fuq il-bordijiet, iżda jikkontribwixxi wkoll sabiex jiġi attirat talent femminili lejn il-kumpanija u tiġi żgurata preżenza ikbar tan-nisa fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni u fost il-ħaddiema. Għalhekk, sehem aktar rappreżentattiv ta' nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji għandu impatt pożittiv fuq it-tnaqqis kemm tad-distakk fl-impjiegi bejn is-sessi u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi. Li nagħmlu użu sħiħ mit-talenti eżistenti tan-nisa jikkostitwixxi titjib notevoli f'termini tar-rendiment fuq l-edukazzjoni kemm għall-individwi kif ukoll għas-settur pubbliku. Is-sottorappreżentazzjoni femminili fil-bordijiet ta' kumpaniji elenkati fil-borża fl-UE hija opportunità mitlufa f'termini ta' kisba ta' tkabbir sostenibbli fit-tul għall-ekonomiji tal-Istati Membri inġenerali.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni mmirata lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill immirati speċifikament biex iżidu l-preżenza tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi u azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni li jinkoraġġixxu l-awtoregolamentazzjoni, in-nisa għadhom ferm inqas mill-irġiel fl-ogħla korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji madwar l-Unjoni. Fis-settur privat u speċjalment f'kumpaniji elenkati dan l-iżbilanċ bejn is-sessi huwa partikolarment sinifikanti u akut. L-indikatur ċentrali tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tas-sessi fil-bordijiet korporattivi juri li l-proporzjon ta' nisa involuti f’deċiżjonijiet kummerċjali tal-ogħla livell jibqa' baxx ħafna. F’Jannar 2012, in-nisa okkupaw bħala medja biss 13,7 fil-mija tal-postijiet fil-bordijiet tal-ikbar kumpaniji elenkati pubblikament fl-Istati Membri. Fost id-diretturi mhux eżekuttivi 15 fil-mija biss kienu nisa.

(10) Minkejja l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni mmirata lejn il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill immirati speċifikament biex iżidu l-preżenza tan-nisa fit-teħid tad-deċiżjonijiet ekonomiċi u azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni li jinkoraġġixxu l-awtoregolamentazzjoni, in-nisa għadhom sottorappreżentati ferm fl-ogħla korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-kumpaniji madwar l-Unjoni. Fis-settur privat u speċjalment f’kumpaniji elenkati dan l-iżbilanċ bejn is-sessi huwa partikolarment sinifikanti u akut, filwaqt li ċerti istituzzjonijiet u aġenziji tal-UE, bħal pereżempju l-Bank Ċentrali Ewropew, juru wkoll żbilanċ problematiku ħafna bejn is-sessi. L-indikatur ċentrali tal-Kummissjoni dwar ir-rappreżentazzjoni tas-sessi fil-bordijiet korporattivi juri li l-proporzjon ta' nisa involuti f’deċiżjonijiet kummerċjali tal-ogħla livell jibqa' baxx ħafna. F’Jannar 2012, in-nisa okkupaw bħala medja biss 13,7 fil-mija tal-postijiet fil-bordijiet tal-ikbar kumpaniji elenkati pubblikament fl-Istati Membri. Fost id-diretturi mhux eżekuttivi 15 fil-mija biss kienu nisa.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-proporzjon tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji miexi bil-mod ħafna, b'żieda annwali medja ta' biss 0,6 punti perċentwali matul l-aħħar snin. Ir-rata ta' titjib fl-Istati Membri individwali kienet tvarja u wasslet għal riżultati diverġenti ħafna. Ġie nnotat progress ħafna iktar sinifikanti fl-Istati Membri fejn ġew introdotti miżuri vinkolanti. Id-diskrepanzi li dejjem jikbru bejn l-Istati Membri x’aktarx li jiżdiedu minħabba l-approċċi differenti ħafna segwiti mill-Istati Membri individwali biex iżidu r-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-bordijiet li qed jiġu segwiti minn Stati Membri individwali.

(11) Il-proporzjon tan-nisa fuq il-bordijiet tal-kumpaniji miexi bil-mod ħafna, b'żieda annwali medja ta' biss 0,6 punti perċentwali matul l-aħħar snin. Ir-rata ta' titjib fl-Istati Membri individwali kienet tvarja u wasslet għal riżultati diverġenti ħafna. Ġie nnotat progress ħafna iktar sinifikanti fl-Istati Membri fejn ġew introdotti miżuri vinkolanti. Id-diskrepanzi li dejjem jikbru bejn l-Istati Membri jistgħu jiżdiedu minħabba l-approċċi differenti ħafna segwiti mill-Istati Membri individwali biex iżidu r-rappreżentazzjoni tan-nisa fil-bordijiet li qed jiġu segwiti minn Stati Membri individwali. L-Istati Membri, għalhekk, għandhom jiġu mħeġġa jaqsmu l-informazzjoni u jxerrdu l-aħjar prattika mmirata lejn il-promozzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi, inkluż l-akkwisti ta’ kumpaniji li għandhom Bordijiet b’bilanċ stabbilit bejn is-sessi fil-kompożizzjoni tagħhom.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) L-Istati Membri għandhom jadottaw strateġiji li jwasslu għal bidla soċjokulturali fl-approċċ tagħhom fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi billi jużaw mezzi versatili biex jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ġerarkija maniġerjali u fl-adozzjoni ta' approċċi u azzjonijiet proattivi mill-impjegaturi. Tali mezzi jistgħu jinkludu, inter alia, il-promozzjoni ta' skedi flessibbli ta' xogħol, li jinkoraġġixxu postijiet tax-xogħol favur il-familja billi jipprovdu aċċess għall-kura matul il-jum.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Ir-regolamentazzjoni mferrxa u diverġenti jew in-nuqqas ta' regolamentazzjoni fuq livell nazzjonali fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati mhux biss twassal għal diskrepanzi fl-għadd ta' nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi u rati differenti ta' titjib madwar l-Istati Membri, iżda wkoll toħloq ostakoli għas-suq intern billi timponi rekwiżiti diverġenti dwar il-governanza korporattiva fuq il-kumpaniji elenkati Ewropej. Dawk id-differenzi fir-rekwiżiti ġuridiċi u awtoregolatorji għall-kompożizzjoni tal-bordijiet korporattivi jistgħu jwasslu għal kumplikazzjonijiet prattiċi għall-kumpaniji elenkati li joperaw bejn il-fruntieri, notevolment meta jistabbilixxu sussidjarji jew f'fużjonijiet u akkwisti, kif ukoll għall-kandidati għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet.

(12) Ir-regolamentazzjoni mferrxa u diverġenti jew in-nuqqas ta' regolamentazzjoni fuq livell nazzjonali fir-rigward tal-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpaniji elenkati mhux biss twassal għal diskrepanzi fl-għadd ta' nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi u rati differenti ta' titjib madwar l-Istati Membri, iżda wkoll toħloq ostakoli għas-suq intern billi timponi rekwiżiti diverġenti dwar il-governanza korporattiva fuq il-kumpaniji elenkati Ewropej. Dawk id-differenzi fir-rekwiżiti ġuridiċi u awtoregolatorji għall-kompożizzjoni tal-bordijiet korporattivi jistgħu jwasslu għal kumplikazzjonijiet prattiċi għall-kumpaniji elenkati li joperaw bejn il-fruntieri, notevolment meta jistabbilixxu sussidjarji jew f'fużjonijiet u akkwisti, kif ukoll għall-kandidati għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet. Madankollu, l-infurzar tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-direttiva għandu jkun indipendenti mill-modi differenti kif id-diretturi mhux eżekuttivi jingħażlu fil-bordijiet tal-kumpaniji Ewropej.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Wieħed mill-fatturi ewlenin tal-implimentazzjoni korretta ta’ din id-direttiva huwa l-użu effikaċi tal-kriterji għall-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi fejn il-kriterji jkunu stabbiliti minn qabel u bi trasparenza sħiħa, u fejn il-kapaċitajiet tal-kandidati jkunu meqjusa b'mod ugwali, irrilevanti mis-sess.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) Fil-kuntest ta’ popolazzjoni fl-UE li qed tixjieħ u ta’ nuqqas ta’ ħiliet, hija temmen li n-nuqqas ta’ użu tal-potenzjal ta’ nofs il-popolazzjoni tal-Ewropa għal pożizzjonijiet fil-bordijiet tal-kumpaniji jista’ jnaqqas l-opportunitajiet ta’ żvilupp tal-ekonomija tagħna u l-irkupru tal-istrutturi finanzjarji tagħna. Jekk nofs il-firxa tat-talenti lanqas biss titqies għal pożizzjonijiet ta’ tmexxija, il-proċess u l-kwalità tal-ħatriet infushom jistgħu jkunu kompromessi u dan jista’ jżid in-nuqqas ta’ fiduċja fl-istrutturi tal-poter imprenditorjali u jista’ jwassal għal tnaqqis fis-suċċess effikaċi tal-kapital uman disponibbli. L-inklużjoni sistematika ta’ kandidati xierqa taż-żewġ sessi tiżgura li l-membri ġodda tal-bordijiet jinħatru fost l-aħjar kandidati, kemm irġiel u wkoll nisa u s-soċjetà tkun riflessa kif suppost fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-impriżi.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Filwaqt li din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, l-introduzzjoni ta' ċerti standards minimi fir-rigward tar-rekwiżit li l-kumpaniji elenkati mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi jieħdu deċiżjonijiet ta' ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi fuq il-bażi ta' valutazzjoni komparattiva oġġettiva tal-kwalifiki tal-kandidati f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi. Hija biss miżura fuq il-livell tal-UE li tista' effettivament tgħin biex ikunu żgurati kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni u jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju.

(14) Filwaqt li din id-Direttiva ma għandhiex l-għan li tarmonizza l-liġijiet nazzjonali dwar il-proċeduri tal-għażla u l-kriterji ta' kwalifika għall-pożizzjonijiet fuq il-bordijiet fid-dettall, l-introduzzjoni ta' ċerti standards minimi fir-rigward tar-rekwiżit li l-kumpaniji elenkati mingħajr rappreżentanza bbilanċjata tas-sessi jieħdu deċiżjonijiet ta' ħatra għal diretturi mhux eżekuttivi fuq il-bażi ta' pubblikazzjoni ta' pożizzjoni vakanti miftuħa għall-applikazzjonijiet u għall-valutazzjoni komparattiva oġġettiva tal-kwalifiki tal-kandidati f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali hija meħtieġa sabiex jintlaħaq bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi. Hija biss miżura fuq il-livell tal-UE li tista' effettivament tgħin biex ikunu żgurati kundizzjonijiet kompetittivi ugwali madwar l-Unjoni u jiġu evitati kumplikazzjonijiet prattiċi fil-ħajja tan-negozju.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Kumpaniji elenkati fil-boroż igawdu importanza ekonomika, viżibilità u impatt partikolari fis-suq kollu kemm hu. Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva għandhom għalhekk japplikaw għal kumpaniji elenkati, li huma definiti bħala kumpaniji inkorporati fi Stat Membru li t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozju f'suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1) (14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fi Stat Membru wieħed jew aktar. Dawn il-kumpaniji jistabbilixxu standards għall-ekonomija kollha kemm hi u l-prattiki tagħhom jista' jiġi mistenni li jiġu segwiti minn tipi oħra ta' kumpaniji. In-natura pubblika tal-kumpaniji elenkati tiġġustifika li huma jiġu rregolati aktar fl-interess pubbliku.

(17) Kumpaniji elenkati fil-boroż igawdu importanza ekonomika, viżibilità u impatt partikolari fis-suq kollu kemm hu. Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva għandhom għalhekk japplikaw għal kumpaniji elenkati, li huma definiti bħala kumpaniji inkorporati fi Stat Membru li t-titoli tagħhom huma ammessi għan-negozju f'suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1) (14) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji, fi Stat Membru wieħed jew aktar. Dawn il-kumpaniji jistabbilixxu standards għall-ekonomija kollha kemm hi u l-prattiki tagħhom jista' jiġi mistenni li jiġu segwiti minn tipi oħra ta' kumpaniji. In-natura pubblika tal-kumpaniji elenkati tiġġustifika li huma jiġu rregolati b'mod xieraq fl-interess pubbliku.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Il-kumpaniji li mhumiex elenkati għandhom ukoll rwol ewlieni fl-ekonomija. Bi prinċipju, dawn jistgħu jkunu inklużi fl-ambitu ta’ din id-Direttiva. Madankollu, peress li s-sitwazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi f’dawn il-kumpaniji ġeneralment mhijiex magħrufa sew u peress li huma meħtieġa dispożizzjonijiet partikolari sabiex jiġu riflessi l-ispeċifiċitajiet u n-natura diversa tagħhom fi ħdan u fost l-Istati Membri, l-inklużjoni għandha issir fi stadju aktar tard. Il-Kummissjoni għandha twettaq investigazzjoni dettaljata dwar l-aspetti relevanti kollha enfasizzati aktar ’il fuq u tressaq proposta konsistenti għal dan il-għan.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, anke jekk huma kumpaniji elenkati.

(18) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal impriżi mikro, żgħar u medji (SMEs), kif definiti mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta' Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju. Din l-eżenzjoni għall-SMEs għandha tkun applikabbli għal kumpaniji elenkati, u fi stadju aktar tard għal kumpaniji mhux elenkati.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. L-objettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati.

(21) F'bosta Stati Membri, ċertu proporzjon tad-diretturi mhux eżekuttivi jistgħu jew għandhom jinħatru jew jiġu eletti mill-ħaddiema tal-kumpanija u/jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema skont il-liġi jew il-prattika nazzjonali. L-objettivi kwantitattivi stipulati taħt din id-Direttiva għandhom japplikaw għad-diretturi mhux eżekuttivi kollha inklużi r-rappreżentanti tal-impjegati. Madankollu, il-proċeduri prattiċi biex jiġi żgurat li dawn l-għanijiet jintlaħqu, filwaqt li jitqies il-fatt li xi diretturi mhux eżekuttivi huma r-rappreżentanti tal-impjegati, għandhom jiġu ddefiniti mill-Istati Membri kkonċernati abbażi ta' konsultazzjonijiet meqjusa sew u estensivi mas-sħab soċjali f’livell nazzjonali.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandu jkollhom imposti fuqhom obbligi ta' mezzi li jipprovdu għal proċeduri xierqa bil-għan li jissodisfaw objettivi speċifiċi rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. Dawk il-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi l-objettiv li mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu mis-sess l-anqas rappreżentat sa dik id-data. Dan l-objettiv fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi u ma għandux ifixkel l-għażla konkreta ta' diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta' kandidati rġiel u nisa f’kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta' direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri tal-bord xierqa għalhekk tibqa' tal-kumpaniji u l-azzjonisti.

(22) Il-kumpaniji elenkati fl-Unjoni għandhom jadottaw proċeduri xierqa bil-għan li jissodisfaw objettivi speċifiċi rigward il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom. Dawk il-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' pubblikazzjoni ta' pożizzjoni vakanti miftuħa għall-applikazzjonijiet u analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbiliti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020. Għalhekk, id-Direttiva tistabbilixxi l-objettiv li mill-inqas 40 fil-mija tad-diretturi mhux eżekuttivi għandhom ikunu mis-sess l-anqas rappreżentat sa dik id-data. Dan l-objettiv fil-prinċipju jikkonċerna biss id-diversità globali bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi u ma għandux ifixkel l-għażla konkreta ta' diretturi individwali minn riżerva wiesgħa ta' kandidati rġiel u nisa f’kull każ individwali. B’mod partikolari, dan ma jeskludi l-ebda kandidati partikolari għal pożizzjonijiet ta' direttur, u lanqas ma jimponi xi diretturi individwali fuq il-kumpaniji jew l-azzjonisti. Id-deċiżjoni dwar il-membri tal-bord xierqa għalhekk tibqa' tal-kumpaniji u l-azzjonisti.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Skont din il-ġurisprudenza, l-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għal diretturi mhux eżekuttivi tkun ibbażata fuq analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat fuq il-bażi ta' kriterji prestabbiliti, ċari, fformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi. Eżempji ta' tipi ta' kriterji ta' għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f'kompiti maniġerjali u/jew ta' sorveljanza, għarfien f'oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta' komunikazzjoni u netwerking. Għandha tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

(26) Skont din il-ġurisprudenza, l-Istati Membri għandhom jassiguraw illi l-għażla tal-aħjar kandidati kwalifikati għal diretturi mhux eżekuttivi tkun ibbażata fuq pubblikazzjoni ta' pożizzjoni vakanti miftuħa għall-applikazzjonijiet u analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat fuq il-bażi ta' kriterji prestabbiliti, ċari, fformulati b’mod newtrali u mhux ambigwi. Eżempji ta' tipi ta' kriterji ta' għażla li l-kumpaniji jistgħu japplikaw jinkludu esperjenza professjonali f'kompiti maniġerjali u/jew ta' sorveljanza, għarfien f'oqsma rilevanti speċifiċi bħall-finanzi, il-kontroll jew il-ġestjoni tar-riżorsi umani, it-tmexxija u ħiliet ta' komunikazzjoni u netwerking. Għandha tingħata prijorità lill-kandidat tas-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, u jekk valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għall-kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur kandidat tas-sess l-ieħor.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31) Peress li l-kompożizzjoni bejn is-sessi tal-forza tax-xogħol għandha impatt dirett fuq id-disponibilità ta' kandidati mis-sess l-anqas rappreżentat, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li fejn il-membri tas-sess sottorappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-ħaddiema, il-kumpanija kkonċernata ma għandhiex tkun meħtieġa li tissodisfa l-għan stabbilit f'din id-Direttiva.

imħassar

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34) L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta' kull kumpanija elenkata lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri li ħadet sa issa u li bi ħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv.

(34) L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-kumpaniji elenkati kollha sabiex jipprovdu informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tas-sessi tal-bordijiet tagħhom kif ukoll informazzjoni dwar kif irnexxielhom jilħqu l-għanijiet stabbiliti b’din id-Direttiva, fuq bażi annwali lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti sabiex jippermettulhom jivvalutaw il-progress ta' kull kumpanija elenkata lejn bilanċ bejn is-sessi fost id-diretturi. Tali informazzjoni għandha tkun ippubblikata b'mod xieraq u faċilment aċċessibbli fir-rapport annwali u fuq il-websajt u, fejn il-kumpanija inkwistjoni ma tkunx laħqet l-objettiv, għandha tinkludi deskrizzjoni komprensiva tal-miżuri li ħadet sa issa u li bi ħsiebha tieħu fil-ġejjieni sabiex tilħaq l-objettiv.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri biex tiżgura rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati billi tistabbilixxi miżuri mmirati lejn progress aktar mgħaġġel lejn il-bilanċ bejn is-sessi filwaqt li tħalli lill-kumpaniji biżżejjed żmien biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji.

Din id-Direttiva tistabbilixxi miżuri biex tinkiseb rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tal-irġiel u n-nisa fost id-diretturi mhux eżekuttivi ta' kumpaniji elenkati billi tistabbilixxi miżuri mmirati lejn progress aktar mgħaġġel lejn il-bilanċ bejn is-sessi, b'hekk tirrispetta l-qafas ekonomiku u legali tal-Istati Membri, filwaqt li tħalli lill-kumpaniji biżżejjed żmien biex jagħmlu l-arranġamenti neċessarji.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40% tal-pożizzjonijiet ta' diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta' analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta' kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbilti, ċari, ifformulati b'mod newtrali u mhux ambigwi, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020 jew mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 fil-każ ta' kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji elenkati li fil-bordijiet tagħhom il-membri tas-sess sottorappreżentat ikollhom inqas minn 40 % tal-pożizzjonijiet ta’ diretturi mhux eżekuttivi għandhom jagħmlu l-ħatriet għal dawk il-pożizzjonijiet fuq il-bażi ta’ pubblikazzjoni ta’ pożizzjoni vakanti miftuħa għall-applikazzjonijiet u analiżi komparattiva tal-kwalifiki ta’ kull kandidat, billi japplikaw kriterji prestabbilti, ċari u fformulati b’mod newtrali, sabiex jintlaħaq il-perċentwal imsemmi sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2020 jew mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2018 fil-każ ta’ kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex jiksbu l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fl-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi, għandha tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għal kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor.

3. Sabiex jiksbu l-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jinkoraġġixxu li, fl-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi, għandha tingħata prijorità lill-kandidat mis-sess l-anqas rappreżentat jekk dak il-kandidat huwa ugwalment ikkwalifikat bħall-kandidat tas-sess l-ieħor f'termini ta' adegwatezza, kompetenza u prestazzjoni professjonali, sakemm valutazzjoni oġġettiva li tqis il-kriterji kollha speċifiċi għal kandidati individwali ma xxaqlibx il-bilanċ favur il-kandidat tas-sess l-ieħor.

 

Il-kriterji li ntużaw għall-għażla msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu ċari, trasparenti u nondiskriminatorji. Dawn għandhom ikunu stabbiliti minn qabel u jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ kwalunkwe kandidat.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu fil-leġiżlazzjoni tagħhom l-istadju xieraq tal-proċedura tal-għażla tad-diretturi mhux eżekuttivi bil-għan li jinkiseb bl-aktar mod effikaċi l-objettiv stipulat fil-paragrafu 1.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Meta l-għażla msemmija fil-paragrafu 3 tkun magħmula minn votazzjoni ta' azzjonisti jew impjegati, il-kumpaniji għandhom jiżguraw li l-informazzjoni xierqa relatata mal-miżuri stipulati f'din id-direttiva tiġi pprovduta lill-votanti, inklużi s-sanzjonijiet li tkun weħlet il-kumpanija minħabba n-nuqqas ta’ konformità;

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kumpaniji elenkati fejn il-membri tas-sess l-anqas irrappreżentat jirrappreżentaw inqas minn 10 fil-mija tal-forza tax-xogħol ma jkunux suġġetti għall-objettiv stabbilit fil-paragrafu 1.

imħassar

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a. Indipendentement mis-sħubija tagħha jew kif tkun organizzata, il-Bord tad-Diretturi huwa u għandu jibqa’ korp kolleġjali li jirrappreżenta kollettivament il-partijiet interessati kollha. Huwa għandu jaġixxi dejjem fl-interessi tal-kumpanija. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-bilanċ bejn is-sessi tal-bordijiet u lill-iżgurar tar-rappreżentanza ugwali taż-żewġ sessi bil-għan li jiġu riflessi bl-aħjar mod l-interessi tal-partijiet interessati u b’mod ġenerali l-kompożizzjoni tad-domanda tal-konsumaturi.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, darba fis-sena minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar ir-rappreżentazzjoni bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b’distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u li jippubblikaw dik l-informazzjoni f'manjiera xierqa u aċċessibbli fuq il-websajt tagħhom.

2. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kumpaniji elenkati jipprovdu informazzjoni lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, darba fis-sena minn [sentejn wara l-adozzjoni], dwar ir-rappreżentazzjoni bejn is-sessi fuq il-bordijiet tagħhom, b’distinzjoni bejn diretturi eżekuttivi u mhux eżekuttivi u dwar il-miżuri li ttieħdu fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(1) u fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, u li jippubblikaw dik l-informazzjoni f'manjiera xierqa u faċilment aċċessibbli fir-rapport annwali u fuq il-websajt tagħhom.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom joħolqu inċentivi adegwati biex iħeġġu lil kumpaniji jakkwistaw u jirraportaw dwar il-progress fir-rigward tal-iżgurar tar-rispett tal-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi fil-bordijiet tal-kumpanija tagħhom; it-titjib tal-possibbiltà tal-partijiet interessati li jsibu kandidati nisa kkwalifikati tajjeb u li jistimulaw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki; it-titjib tal-aċċess tan-nisa għal networks kummerċjali li huma importanti għall-iżvilupp tal-impriżi; il-politika tar-riżorsi umani tiġi kkonfigurata b’tali mod li tkun tappoġġja s-sors ta’ talenti femminili u tiżgura li ma jkunx hemm preġudizzji sessisti;

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi jew l-impenji u deskrizzjoni tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji.

3. Fejn kumpanija elenkata ma tissodisfax l-objettivi stipulati fl-Artikolu 4(1) jew l-impenji individwali tagħha meħuda skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandha tinkludi r-raġunijiet li għalihom ma laħqitx l-objettivi jew l-impenji u deskrizzjoni komprensiva tal-miżuri li l-kumpanija adottat jew bi ħsiebha tadotta biex tilħaq l-objettivi jew l-impenji.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta' diretturi mhux eżekuttivi magħmula kuntrarju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1).

(b) nullità jew annullament iddikjarati minn korp ġudizzjarju tal-ħatra jew tal-elezzjoni ta' diretturi mhux eżekuttivi magħmula kuntrarju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont l-Artikolu 4(1). In-nullità jew l-annullament tal-ħatra jew l-elezzjoni ta’ diretturi mhux eżekuttivi ma għandu jkollha l-ebda konsegwenza fuq il-validità tad-deċiżjonijiet li jkunu ttieħdu mill-bord.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bla ħsara għall-Artikolu 4(6) u (7), l-Istati Membri li qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva diġà kienu ħadu miżuri sabiex jiżguraw rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi tal-kumpaniji elenkati jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-obbligi proċedurali li jirrigwardaw il-ħatriet li jinsabu fl-Artikolu 4(1), (3), (4) u (5), sakemm ikun jista' jintwera li dawk il-miżuri jippermettu lill-membri tas-sess sottorappreżentat sabiex ikollhom mil—anqas 40% tal-pożizzjonijiet ta' direttur mhux eżekuttiv ta' kumpaniji elenkati sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020, jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

Stat Membru li qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva pprova jikseb rappreżentazzjoni aktar bilanċjata tan-nisa u l-irġiel fost id-diretturi mhux eżekuttivi jew fost id-diretturi (eżekuttivi u mhux eżekuttivi) b'mod ġenerali tal-kumpaniji elenkati jista' jissospendi l-applikazzjoni tal-Artikolu 4, 5, u 6 ta' din id-Direttiva fir-rigward tal-kumpaniji elenkati li huma kumpaniji pubbliċi jekk jikkunsidra li l-membri tas-sess sottorappreżentat, bħala medja se jkollhom minn tal-anqas 40 % tal-pożizzjonijiet ta’ direttur mhux eżekuttiv jew terz tal-pożizzjonijiet ta’ direttur (eżekuttivi u mhux eżekuttivi) b'mod ġenerali ta' tali kumpaniji sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2020, jew sa mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2018 għall-kumpaniji elenkati li huma impriżi pubbliċi.

 

L-Istat Membru li għalih japplika dan il-paragrafu għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan.

PROĊEDURA

Titolu

Bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati fil-borża

Referenzi

COM(2012)0614 – C7-0382/2012 – 2012/0299(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

22.11.2012

FEMM

22.11.2012

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

22.11.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Antonyia Parvanova

18.12.2012

Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

17.1.2013

Eżami fil-kumitat

21.3.2013

11.4.2013

29.5.2013

 

Data tal-adozzjoni

30.5.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Claudette Abela Baldacchino, Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Preslav Borissov, Jorgo Chatzimarkakis, Birgit Collin-Langen, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Cornelis de Jong, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Małgorzata Handzlik, Stanimir Ilchev, Edvard Kožušník, Toine Manders, Hans-Peter Mayer, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Mitro Repo, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Barbara Weiler

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jürgen Creutzmann, Ashley Fox, Ildikó Gáll-Pelcz, Anna Hedh, Roberta Metsola, Kyriacos Triantaphyllides, Sabine Verheyen, Josef Weidenholzer


PROĊEDURA

Titolu

Bilanċ bejn is-sessi fost diretturi mhux eżekuttivi ta’ kumpaniji elenkati fil-borża

Referenzi

COM(2012)0614 – C7-0382/2012 – 2012/0299(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.11.2012

 

 

 

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

22.11.2012

FEMM

22.11.2012

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

22.11.2012

EMPL

22.11.2012

IMCO

22.11.2012

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Evelyn Regner

18.1.2013

Rodi Kratsa-Tsagaropoulou

18.1.2013

 

 

Artikolu 51 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

17.1.2013

Eżami fil-kumitat

9.7.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

14.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

9

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Regina Bastos, Edit Bauer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Andrea Češková, Marije Cornelissen, Tadeusz Cymański, Marielle Gallo, Zita Gurmai, Mary Honeyball, Lívia Járóka, Silvana Koch-Mehrin, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Constance Le Grip, Klaus-Heiner Lehne, Astrid Lulling, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Elisabeth Morin-Chartier, Angelika Niebler, Antonyia Parvanova, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Raül Romeva i Rueda, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Marc Tarabella, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Britta Thomsen, Angelika Werthmann, Cecilia Wikström, Marina Yannakoudakis, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Mojca Kleva Kekuš, Eva Lichtenberger, Kartika Tamara Liotard, Doris Pack, Rui Tavares, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jutta Haug, Karin Kadenbach, Jürgen Klute, Judith A. Merkies, María Muñiz De Urquiza, Eva Ortiz Vilella, Andrés Perelló Rodríguez, Andrej Plenković, Catherine Trautmann

Data tat-tressiq

25.10.2013

Avviż legali - Politika tal-privatezza