RAPPORT dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet

23.10.2013 - (16229/2012 – C7‑0011/2013 – 2013/0801(CNS)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Philip Claeys

Proċedura : 2013/0801(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0351/2013
Testi mressqa :
A7-0351/2013
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li jemenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet

(16229/2012 – C7‑0011/2013 – 2013/0801(CNS))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (16229/2012),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 26(1)(a) tiegħu, skont liema l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C7-0011/2013),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata[2],

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta’ Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet[3],

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A7-0351/2013),

1.  Jiċħad l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill ma jadottax id-deċiżjoni, peress li reċentement il-Kummissjoni pproponiet regolament ġdid għall-Europol (Prosposta tal-Kummissjoni tas-27 ta' Marzu 2013 għal regolament dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi u t-Taħriġ (Europol) u li jħassar d-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI (COM(2013)0173)), li permezz tiegħu d-dispożizzjonijiet u l-proċedura għall-konklużjoni ta’ ftehimiet ma’ Stati terzi u organizzazzjonijiet għandhom jiġu modifikati; għalhekk m'għandu jkun hemm ebda emenda għall-miżuri li jimplimentaw id-Deċiżjoni 2009/371/JHA;

3.  Jitlob lid-Direttur u lill-Bord Maniġerjali tal-Europol biex fil-każ li jiġi adottat l-abbozz ta’ deċiżjoni, ma jibdew negozjati dwar ftehimiet operattivi ma’ ebda wieħed mill-pajjiżi mniżżlin fih, peress li f'xi wħud mill-pajjiżi mniżżlin fl-abbozz ta' deċiżjoni ma jeżistix livell suffiċjenti ta' protezzjoni tad-data u peress li l-osservanza tad-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-data personali ma tistax tiġi żgurata; jenfasizza li kwalunkwe skambju ta' data personali ma' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali jrid jipprovdi garanziji stretti ta' sigurtà rigward il-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet fundamentali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Europol.

  • [1]  ĠU L 121, 15.5.2009, p.37.
  • [2]  ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6.
  • [3]  ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12.

NOTA SPJEGATTIVA

Din il-proposta

Skont l-Artikolu 26(1) tad-Deċiżjoni li tistabbilixxi l-Europol kif inhi fis-seħħ (Deċiżjoni 2009/371/ĠAI) huwa kompitu tal-Kunsill li jiddetermina l-lista tal-Istati terzi u l-organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet. Skont id-Deċiżjoni 2009/371/ĠAI, il-lista hija stipulata fl-Anness għad-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI.

B’din il-proposta, l-istati terzi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Anness għad-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI:

– il-Brażil

– il-Ġeorġja

– il-Messiku

– l-Emirati Għarab Magħquda.

Ġustifikazzjoni dettaljata għall-ħtieġa li jiġu konklużi ftehimiet ma' dawn l-istati tinsab fir-rakkomandazzjoni tal-Bord Maniġerjali tal-Europol lill-Kunsill tal-4 ta' Ottubru 2012 (Dokument tal-Kunsill 15237/12 disponibbli fir-reġistru tal-Kunsill).

Proċedura

Kif definit hawn fuq, din ir-reviżjoni tal-anness hija proposta fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-Europol kif inhi fis-seħħ. Il-Parlament Ewropew huwa kkonsultat fuq l-abbozz tal-Kunsill.

Madankollu, il-Kummissjoni reċentement ipproponiet Regolament ġdid għall-Europol (COM(2013)173) li fih id-dispożizzjonijiet u l-proċedura għall-konklużjoni ta' ftehimiet ma' Stati terzi u organizzazzjonijiet huma mibdula. Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-Parlament u l-Kunsill se jiddeċiedu b'mod konġunt dwar dan ir-Regolament.

F'opinjoni maħruġa fid-19 ta' Ġunju 2013, il-Servizzi Legali tal-Parlament qiesu l-proċedura proposta bħala legalment inkorretta.

Dwar is-sustanza tal-proposta

Ir-rapporteur ma jiddubitax mill-ħtiġijiet operattivi tal-Istati Membri li jitolbu lill-Europol jikkonkludi ftehimiet mal-Brażil, il-Ġeorġja, il-Messiku u l-Emirati Għarab Magħquda. Madankollu, il-proposta ma tistax tiġi adottata fuq il-bażi ta' dispożizzjonijiet li mhumiex konformi mat-Trattat ta' Lisbona. Hemm ukoll tħassib dwar il-livell attwali ta' protezzjoni tad-data f'uħud mill-pajjiżi elenkati fil-proposta. Għaldaqstant, anki jekk il-proposta tiġi adottata, id-Direttur u l-Bord Maniġerjali tal-Europol għandhom joqogħdu lura milli jibdew kwalunkwe negozjar dwar ftehimiet operattivi ma' kwalunkwe pajjiż elenkat fil-proposta, sakemm ir-Regolament il-ġdid tal-Europol jidħol fis-seħħ.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tal-Anness tad-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta’ Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom il-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet

Referenzi

16229/2012 – C7-0011/2013 – 2013/0801(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

10.1.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

17.1.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

17.1.2013

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

20.2.2013

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Philip Claeys

31.1.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.3.2013

5.9.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

17.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Monika Flašíková Beňová, Hélène Flautre, Kinga Gál, Kinga Göncz, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Anna Hedh, Salvatore Iacolino, Timothy Kirkhope, Juan Fernando López Aguilar, Monica Luisa Macovei, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu Houillon, Anthea McIntyre, Roberta Metsola, Claude Moraes, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Renate Sommer, Rui Tavares, Wim van de Camp, Josef Weidenholzer, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Ana Gomes, Stanimir Ilchev, Marian-Jean Marinescu, Andrés Perelló Rodríguez, Marie-Christine Vergiat

Data tat-tressiq

23.10.2013