RAPPORT dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE
25.10.2013 - COM(2013)0078 - C7-0042/2013 – 2013/0049(COD) - ***I
Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
Rapporteur: Christel Schaldemose
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE
(COM(2013)0078 – C7‑0042/2013 – 2013/0049(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2013)0078),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0043/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013[1],
– wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0355/2013),
1. Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti tistabbilixxi r-rekwiżit li l-prodotti għall-konsumatur iridu jkunu siguri u li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jridu jaġixxu kontra prodotti perikolużi kif ukoll jiskambjaw informazzjoni għal dan il-għan b'sistema Komunitarja ta' informazzjoni rapida RAPEX. Id-Direttiva 2001/95/KE jeħtiġilha tkun fundamentalment riveduta biex jittejjeb il-funzjonament tagħha u tiżgura konsistenza mal-iżviluppi fil-liġijiet tal-Unjoni fejn jidħlu s-sorveljanza tas-suq, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi u l-istandardizzazzjoni. Fl-interessi taċ-ċarezza, id-Direttiva 2001/95/KE għandha titħassar u tinbidel b'dan ir-Regolament. |
(1) Id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti tistabbilixxi r-rekwiżit fundamentali għal prodotti għas-suq intern li l-prodotti għall-konsumatur iridu jkunu siguri u li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri jridu jaġixxu b'mod effiċjenti kontra prodotti perikolużi kif ukoll jiskambjaw informazzjoni għal dan il-għan b'sistema Komunitarja ta' informazzjoni rapida RAPEX. Id-Direttiva 2001/95/KE jeħtiġilha tkun fundamentalment riveduta biex jittejjeb il-funzjonament tagħha u tiżgura konsistenza mal-iżviluppi fil-liġijiet tal-Unjoni fejn jidħlu s-sorveljanza tas-suq, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi u l-istandardizzazzjoni. Fl-interessi taċ-ċarezza, id-Direttiva 2001/95/KE għandha titħassar u tinbidel b'dan ir-Regolament. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Regolament huwa l-istrument legali xieraq peress li dan jimponi regoli ċari u dettaljati li ma jagħtux lok għal traspożizzjoni li tvarja bejn l-Istati Membri. Regolament jiżgura li r-rekwiżiti legali jkunu applikabbli fl-istess ħin fl-Unjoni kollha. |
(2) Regolament huwa l-istrument legali xieraq peress li dan jimponi regoli ċari u dettaljati li ma jagħtux lok għal traspożizzjoni u applikazzjoni li jvarjaw mill-Istati Membri. Regolament jiżgura li r-rekwiżiti legali jkunu applikabbli fl-istess ħin fl-Unjoni kollha. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(3) Dan ir-Regolament irid jgħin biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 169 tat-TFUE. B'mod partikolari, dan għandu jkollu l-għan li jiżgura l-funzjonament tas-suq intern fejn jidħlu l-prodotti maħsuba għall-konsumaturi billi jistabbilixxi regoli uniformi dwar rekwiżit tas-sigurtà ġenerali, il-kriterji tal-valutazzjoni u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi. Minħabba li r-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq, inklużi r-regoli dwar ir-RAPEX, huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru […/…] [dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti]14 li japplika wkoll għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjonijiet ulterjuri dwar is-sorveljanza tas-suq jew tar-RAPEX ma huma meħtieġa f'dan ir-Regolament. |
(3) Sabiex jiġi żgurat livell għoli tal-protezzjoni lill-konsumaturi, l-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. F'dan ir-rigward, dan ir-Regolament huwa essenzjali biex iwassal l-għan fundamentali ta' suq intern għal prodotti sikuri, filwaqt li jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 169 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
(Ara l-kliem tal-Premessa 4 tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti) | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 3a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Dan ir-Regolament għandu, b'mod partikolari, ikollu l-għan li jiżgura l-funzjonament tas-suq intern fejn jidħlu l-prodotti maħsuba għall-konsumaturi billi jistabbilixxi regoli uniformi dwar rekwiżit tas-sigurtà ġenerali, il-kriterji tal-valutazzjoni u l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi. Minħabba l-fatt li fir-Regolament (UE) Nru .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* ġew stipulati regoli dwar is-sorveljanza tas-suq inklużi regoli dwar RAPEX, ma hemm bżonn tal-ebda dispożizzjoni oħra dwar is-sorveljanza tas-suq jew RAPEX f'dan ir-Regolament. |
|
__________________ |
|
* ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament dwar is-sorveljanza tal-prodotti (2013/0048(COD)) fit-test u t-titlu sħiħ u r-referenza tal-pubblikazzjoni f'nota f'qiegħ il-paġna. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 3b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3b) Is-sigurtà tal-konsumaturi tiddependi fil-biċċa l-kbira fuq l-infurzar attiv tar-rekwiżiti tal-Unjoni dwar is-sigurtà tal-prodott. L-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għandhom jittejbu fuq bażi li tibqa' sejra u għandhom ikunu aktar u aktar effettivi sabiex jiġu ssodisfati l-isfidi li dejjem jinbidlu ta' suq globali u ta' katina tal-provvista progressivament kumplessa. Sistemi għas-sorveljanza tas-suq li ma jaħdmux jistgħu joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni, jipperikolaw is-sigurtà tal-konsumaturi u huma ta’ ħsara għall-fiduċja taċ-ċittadini fis-suq intern. L-Istati Membri għandhom, għalhekk, jistabbilixxu approċċi sistematiċi sabiex jiżguraw l-effikaċja dejjem tikber tas-sorveljanza tas-suq u l-attivitajiet l-oħra tal-infurzar u għandhom jiżguraw li jkunu miftuħa għall-pubbliku u l-partijiet interessati. |
(Ara l-kliem tal-Premessa 24 tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti) | |
Ġustifikazzjoni | |
Is-sigurtà tal-prodott u s-sorveljanza tas-suq iridu jikkumplimentaw lil xulxin sabiex jissaħħaħ is-Suq Uniku. B'hekk, huwa neċessarju li jitwaqqfu rekwiżiti stretti dwar l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq u biex dawn isiru prijorità fil-futur. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(6) Dan ir-Regolament ma għandux ikopri servizzi. Madanakollu, sabiex ikun żgurat li jkun hemm il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, dan għandu japplika għal prodotti li jiġu fornuti jew huma disponibbli għal konsumaturi fil-kuntest tal-provvista tas-servizzi, inklużi prodotti li l-konsumaturi huma direttament esposti waqt il-provvista tas-servizz. It-tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz għandu jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi dan irid ikun trattat flimkien mas-sigurtà tas-servizz mogħti. |
(6) Dan ir-Regolament ma għandux ikopri servizzi. Madanakollu, sabiex ikun żgurat li jkun hemm il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, dan għandu japplika għall-prodotti kollha li jiġu użati, fornuti jew huma disponibbli għal konsumaturi fil-kuntest tal-provvista tas-servizzi, inklużi prodotti li l-konsumaturi huma direttament esposti waqt il-provvista tas-servizz minn fornitur tas-servizz. |
Ġustifikazzjoni | |
F'ordni ta' ċarezza, l-eżenzjonijiet tressqu għal Emenda 9. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Il-prodotti li huma ddisinjati b'mod esklussiv għall-użu professjonali imma li wara ġew imdawra għas-suq tal-konsumatur għandhom ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament għaliex jistgħu joħolqu riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi meta użati taħt kondizzjonijiet previsti raġonevolment. |
(Ara l-kliem tal-Premessa 10 tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti) | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 6b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6b) It-tagħmir li jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz għandu jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament billi dan irid ikun trattat flimkien mas-sigurtà tas-servizz mogħti. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Rigward il-prodotti għall-konsumatur soġġetti għal dan ir-Regolament, il-kamp ta' applikazzjoni tal-partijiet differenti tiegħu għandu jiġi identifikat b'mod ċar lil hinn mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Filwaqt li r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali tal-prodotti u dispożizzjonijiet relatati għandhom ikunu applikabbli għal kull prodott għall-konsumatur, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi ma għandhomx japplikaw fejn il-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni tkun tinkludi l-obbligi ekwivalenti, bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kosmetiċi, il-ġugarelli, it-tagħmir elettriku jew il-prodotti għall-kostruzzjoni. |
(8) Rigward il-prodotti għall-konsumatur soġġetti għal dan ir-Regolament, il-kamp ta' applikazzjoni tal-partijiet differenti tiegħu għandu jiġi identifikat b'mod ċar lil hinn mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Filwaqt li r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali tal-prodotti u dispożizzjonijiet relatati fil-Kapitolu I ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu applikabbli għal kull prodott għall-konsumatur, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi ma għandhomx japplikaw fejn il-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni tkun tinkludi l-obbligi ekwivalenti, bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kosmetiċi, il-ġugarelli, it-tagħmir elettriku jew il-prodotti għall-kostruzzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Kjarifika editorjali. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur dwar l-obbligi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi, id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u d-distributuri, għandhom jissejsu fuq id-dispożizzjonijiet ta' referenza li hemm inklużi fid-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti. |
(9) Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur dwar l-obbligi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi, id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u d-distributuri, għandhom jissejsu fuq id-dispożizzjonijiet ta' referenza li hemm inklużi fid-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti. Madanakollu, leġiżlazzjoni armonizzata ma għandhiex timponi piżijiet amministrattivi bla bżonn fuq in-negozji. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandux ikun limitat għal kull teknika tal-bejgħ tal-prodotti għall-konsumatur, u għalhekk ikopri wkoll il-bejgħ mill-bogħod. |
(10) Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma għandux ikun limitat għal kull teknika tal-bejgħ tal-prodotti għall-konsumatur, u għalhekk ikopri wkoll il-bejgħ mill-bogħod, bħal ma huma l-bejgħ elettroniku, il-bejgħ onlajn u l-pjattaformi tal-bejgħ. |
Ġustifikazzjoni | |
Aħna nemmnu li l-proposta għandha tagħmilha ċara li dan ir-Regolament japplika wkoll għall-bejgħ onlajn. Għalkemm fil-premessa (10) jintqal li mhuwiex limitat għal xi tip ta’ bejgħ, ir-referenza għall-każ speċifiku ta’ bejgħ elettroniku dehret mal-bejgħ mill-bogħod fil-premessa (7) tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti (GPSD), li fil-proposta attwali ġiet imħassra. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti użati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista waqt attività kummerċjali, ħlief għal dawk il-prodotti użati li għalihom il-konsumatur bir-raġun ma jkunx jista' jistenna li jilħqu standards tas-sigurtà moderni, bħalma huma l-antikitajiet. |
(11) Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti użati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista waqt attività kummerċjali, sakemm huma jkunu tqiegħdu fis-suq bħala tali, u għal prodotti użati oriġinarjament imqiegħda fis-suq wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament, u ħlief għal dawk il-prodotti użati li għalihom il-konsumatur bir-raġun ma jkunx jista' jistenna li jilħqu standards tas-sigurtà moderni, bħalma huma l-antikitajiet. |
Ġustifikazzjoni | |
Ma għandu jkun hemm l-ebda inċertezza legali fir-rigward tar-retroattività tal-leġiżlazzjoni rigward prodotti użati. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(12) Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal prodotti għall-konsumatur li, għalkemm ma jkunux tal-ikel, ikunu jixbhu l-ikel u jistgħu jiġu mfixkla mal-ikel b'tali mod li l-konsumaturi, speċjalment it-tfal, jistgħu jixħtuhom f'ħalqhom, isoffuhom jew jibilgħuhom, u għalhekk minħabba fihom jaf pereżempju, jifggħu, jiġu avvelenati, jinqasmu minn ġewwa jew ikollhom xkiel għas-sistema diġestiva. S'issa dawn il-prodotti li jixbhu l-ikel ġew irregolati mid-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi, għandha titħassar. |
(12) Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għal, u għalhekk jipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura jew l-esportazzjoni ta', prodotti għall-konsumatur li, għalkemm ma jkunux tal-ikel, ikunu jixbhu l-ikel u jistgħu iġiegħlu lill-persuni, b’mod partikolari tfal żgħar biex ifixkluhom mal-ikel u konsegwentement biex jixħtuhom f’ħalqhom, isoffuhom jew jibilgħuhom, u billi jagħmlu dan jistgħu jikkawżaw il-mewt jew korriment personali. S’issa dawn il-prodotti li jixbhu l-ikel ġew irregolati mid-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew is-sigurtà tal-konsumaturi, għandha titħassar. |
Ġustifikazzjoni | |
Ladarba dan ir-Regolament jirrevoka d-Direttiva 87/357/KEE dwar prodotti li jimitaw l-ikel u jittrasponi dan fl-aspetti meta jiġu vvalutati l-prodotti (Artikolu 6(e) ta' dan ir-Regolament), mhuwiex ċar jekk il-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura jew l-esportazzjoni ta' prodotti li jimitaw l-ikel ikomplux jiġu pprojbiti jew le. Permezz ta' din l-emenda, il-projbizzjoni kif inhi ddikjarata fid-Direttiva 87/357/KEE se tkompli f'dan ir-Regolament. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. |
(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi vvalutata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi, il-kompożizzjoni, l-awtentiċità, il-materjali, il-komponenti u l-preżentazzjoni tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari għat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. |
Ġustifikazzjoni | |
L-indikazzjoni tal-materjal li l-prodott ikun magħmul minnu tikkompleta l-informazzjoni għall-konsumatur. Barra minn hekk, l-awtentiċità tal-prodott u l-eżistenza ta' marka reġistrata jindikaw li l-prodott jikkonforma ma' standards ta' kwalità rikonoxxuti fil-livell Ewropew. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 13a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13a) Il-prinċipju ta' prekawzjoni, kif stipulat fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE, u spjegat fost l-oħrajn fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prinċipju ta' prekawzjoni tat-2 ta' Frar 2000, huwa prinċipju fundamentali għas-sigurtà tal-prodotti u għas-sigurtà tal-konsumaturi u għandu jitqies kif inhu xieraq meta jiġu stipulati l-kriterji għall-valutazzjoni tas-sigurtà ta' prodott. |
(Ara l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-prinċipju ta' prekawzjoni tat-2 ta' Frar 2000 (COM(2000)0001)) | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 13b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13b) Dan ir-Regolament għandu jqis l-hekk imsejħa "prodotti li jappellaw għat-tfal" li d-disinn u l-karatteristiċi tagħhom jixbhu b'xi mod jew ieħor ġugarell jew oġġett li jappella għat-tfal, jew li huwa intenzjonat għall-użu mit-tfal. Il-prodotti li jappellaw għat-tfal għandhom, barra minn hekk, jiġu vvalutati għal-livelli ta’ riskju tagħhom u għandha tittieħed azzjoni xierqa biex jitnaqqas dak ir-riskju; |
Emenda 17 Proposta għal regolament Premessa 13c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(13c) Meta tiġi vvalutata s-sigurtà ta' prodott, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċjali jekk il-prodott ikun ikkawża korriment notifikat fid-Database tal-Korrimenti Pan-Ewropej kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru .../...*. |
|
_______________ |
|
* ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament dwar l-MSP (2013/0048(COD)). |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħolqien tad-Database tal-Korrimenti Pan-Ewropej irid jiġi inkluż fir-Regolament li ġej dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti (COM(2013)75). | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Premessa 14a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14a) Il-marka CE hija dikjarazzjoni mill-manifattur li l-prodott jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni. Madankollu, l-istudji wrew li l-konsumatur jemmen li l-marka CE turi s-sigurtà tal-prodott. B'hekk, il-marka "Ittestjat għas-Sigurtà tal-UE" għandha tiġi introdotta bħala skema volontarja li trid tintuża mill-operaturi ekonomiċi li jkunu lesti u kapaċi jiżguraw il-konformita mas-sigurtà permezz tal-għoti ta' marka tas-sigurtà minn entità ta' parti terza akkreditata. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Premessa 14b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(14b) Il-marka "Ittestjat għas-Sigurtà tal-UE", użata bħala marka volontarja mill-operatur ekonomiku, għandha tkopri kemm il-prodotti armonizzati kif ukoll dawk mhux armonizzati. Il-prodotti armonizzati għandhom ikunu kapaċi jġorru l-marki CE u "Ittestjat għas-Sigurtà tal-UE", b'hekk tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni u l-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà. Il-prodotti standardizzati mhux armonizzati li għandhom il-marka "Ittestjat għas-Sigurtà tal-UE" jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà u, permezz ta' tali marki, il-konsumaturi għandhom ikunu kapaċi jiddistingwu bejn il-marka CE sempliċi attwali u l-marka "Ittestjat għas-Sigurtà tal-UE" li hija l-unika marka li tindika li l-prodotti ġew ittestjati għas-sigurtà tagħhom. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Premessa 15 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(15) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi fil-katina tal-provvista, sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. |
(15) L-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu responsabbli mill-konformità tal-prodotti, fir-rigward tar-rwoli rispettivi fil-katina tal-provvista, sabiex ikun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. F'dan ir-rigward, għandu jkun hemm allinjament riġidu tad-dispożizzjonijiet rigward l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi fid-Deċiżjoni Nru.768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 għax dan jipprovdi kundizzjonijiet ekwi bejn l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi koperti minn leġiżlazzjoni armonizzata u dawk koperti minn leġiżlazzjoni mhux armonizzata f'dan ir-Regolament. |
|
_____________ |
|
1 Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82.). |
Ġustifikazzjoni | |
Permezz ta' konformità riġida tad-dispożizzjonijiet dwar l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, għandu jkun hemm biss tibdil editorjali fid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward din il-kwistjoni sabiex id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni jiġu trasposti b'mod ċar kemm jista' jkun. | |
Emenda 21 Proposta għal regolament Premessa 15a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) Fil-każ ta' prodotti li mhumiex suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni, standards tal-UE jew leġiżlazzjoni nazzjonali dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà, l-operaturi ekonomiċi għandhom jivvalutaw is-sigurtà tal-prodotti skont kriterji speċifiċi, li abbażi tagħhom għandhom jiddefinixxu l-livell ta' riskju assoċjat ma' prodott. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq jistgħu jassistu lill-operaturi ekonomiċi fit-twettiq tal-valutazzjoni tas-sigurtà. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq jassistu lill-operaturi ekonomiċi (pereżempju l-manifatturi, l-importaturi eċċ) fil-valutazzjoni tar-riskju ta' prodotti, speċjalment meta dawn ma jkunux koperti minn leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni jew standards Ewropej. Partikolarment fil-każ ta' prodotti importati, il-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodott tista' tkun kumplessa billi l-importaturi ma jkunux jafu bis-sħiħ il-karatteristiċi ta' prodott. | |
Emenda 22 Proposta għal regolament Premessa 15b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15b) Bl-għan li jiffavorixxu t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti siguri, l-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-SMEs, għandhom ikunu kapaċi jissodisfaw l-obbligi tagħhom imposti minn dan ir-Regolament, permezz tal-ħolqien ta’ konsorzji bl-għan doppju li jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà tal-prodotti u standards ta' kwalità għolja u li jnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet burokratiċi li jaqgħu fuq in-negozji individwali. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Premessa 16a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti li jqiegħdu fis-suq ikunu ġew imfassla u mmanifatturati bi qbil mar-rekwiżiti tas-sigurtà stipulati f'dan ir-Regolament. Sabiex jiġu ċċarati l-obbligi tal-manifattur u jiġu mminimizzati l-piżijiet amministrattivi relatati, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskji ġenerali tal-Unjoni għall-prodotti u jinħolqu għodod elettroniċi li jkunu faċli biex janalizzaw ir-riskji. Il-metodoloġija għandha tistabbilixxi għodda effiċjenti għall-valutazzjoni tar-riksji li l-manifatturi jistgħu jużaw meta jiddisinjaw il-prodotti, billi tibni fuq l-aħjar prattiki u l-input mill-partijiet interessati. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Pjan Pluriennali tal-Kummissjoni ppubblikat mal-proposta għal regolament dwar is-sigurtà tal-prodott tal-konsumaturi jipprevedi approċċ komuni għall-valutazzjoni tar-riskji. Biex jittieħed il-benefiċċju sħiħ tal-metodoloġija, il-manifatturi għandhom ikunu obbligati jintegraw il-metodoloġija fix-xogħol ta' disinn tal-prodotti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel għodda tal-valutazzjoni elettronika disponibbli għall-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. | |
Emenda 24 Proposta għal regolament Premessa 16b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16b) Sabiex tkun faċilitata l-komunikazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u l-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-operaturi ekonomiċi jinkludu indirizz tal-websajt minbarra l-indirizz postali. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Premessa 18a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(18a) Id-distributur għandu jiżgura li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mal-obbligi tagħhom, jiġifieri jivverifikaw l-indikazzjoni fuq il-prodott jew fuq l-imballaġġ tiegħu tal-isem, isem il-mudell, isem il-prodott jew l-indirizz li fih il-manifattur u l-importatur jistgħu jiġu kkuntattjati u t-twaħħil tan-numru tal-lott tal-manifattur, in-numru tas-serje jew elementi oħra fuq il-prodott għall-identifikazzjoni tiegħu. Id-distributur m’għandux jikkontrolla kull prodott b’mod individwali, sakemm id-distributur ma jqisx li l-manifattur jew l-importatur ma jkunux osservaw ir-rekwiżiti tagħhom. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Premessa 20a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20a) Il-globalizzazzjoni, l-esternalizzazzjoni miżjuda u t-tkabbir fil-kummerċ internazzjonali jfisser li aktar prodotti qed jiġu kkummerċjati fi swieq mad-dinja kollha, u f'dan ir-rigward kooperazzjoni mill-qrib bejn ir-regolaturi globali u partijiet interessati oħrajn fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott tal-konsumaturi hija essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi ta' ktajjen tal-provvista kumplessi u volumi ogħla ta' kummerċ. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha titħeġġeġ biex issaħħaħ l-attenzjoni għas-sigurtà ddeterminata fit-tfassil ta' prodotti permezz ta' kooperazzjoni bilaterali mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' pajjiżi terzi. |
(Ara l-kliem tal-Paragrafu 10 tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u s-sorveljanza tas-suq (2010/2085(INI))) | |
Emenda 27 Proposta għal regolament Premessa 20b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20b) Is-sistemi ta’ traċċabbiltà attwali u l-proċeduri ta’ identifikazzjoni li huma diġà fis-seħħ għandhom jiġu infurzati u mtejba b’mod effikaċi. F’dak ir-rigward, il-valutazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet dwar l-użu tat-teknoloġiji fis-seħħ huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata prestazzjoni aħjar u jitnaqqas il-piż għall-operaturi ekonomiċi. Wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huwa li jtejjeb b’mod kostanti s-sistemi ta’ traċċabbiltà imposti fuq l-operaturi ekonomiċi u l-prodotti. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Premessa 20c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20c) Sabiex fil-futur titjieb it-traċċabbiltà, il-Kummissjoni għandha tivvaluta kif tiffaċilita l-applikazzjoni ta' teknoloġiji ta' provenjenza u traċċar speċifiċi u teknoloġiji tal-awtentikazzjoni tal-prodott. F'dik il-valutazzjoni, it-teknoloġiji vvalutati għandhom jiżguraw fost l-oħrajn is-sigurtà tal-prodott tal-konsumaturi, itejbu l-mekkaniżmi tat-traċċar u jevitaw milli jqiegħdu piżijiet amministrattivi mhux neċessarji fuq operaturi ekonomiċi sabiex jiġu evitati l-ispejjeż tagħhom milli jgħaddu għal fuq il-konsumaturi. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Premessa 20d (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20d) Billi jsir progress fuq it-twaqqif ta' punti ta' kuntatt nazzjonali fir-Regolament (UE) Nru.764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1, il-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodotti għandhom jaħdmu bħala ċentri ta' informazzjoni fl-Istati Membri għall-operaturi ekonomiċi sabiex jingħataw gwida u taħriġ dwar ir-rekwiżiti u l-leġiżlazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti. |
|
__________________ |
|
1 Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor (ĠU L 218, 13.8.2008, pġ. 21). |
Emenda 30 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) L-indikazzjoni tal-oriġini tissupplimenta r-rekwiżiti bażiċi tat-traċċabbiltà li għandhom x'jaqsmu mal-isem u l-indirizz tal-manifattur. B'mod partikolari, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jgħin biex ikun identifikat il-post proprju tal-manifattura f'dawk il-każijiet kollha meta l-manifattur ma jkunx jista' jiġi kkuntattjat jew l-indirizz mogħti tiegħu jkun differenti mill-post proprju tal-manifattura. Informazzjoni bħal din tista' tħeffef il-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lura l-prodott lejn il-post proprju tal-manifattura, u permezz tagħha jkunu jistgħu jsiru kuntatti mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini fil-qafas tal-koperazzjoni bilaterali u multilaterali dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur biex jittieħdu l-azzjonijiet xierqa ta' segwitu. |
(21) L-indikazzjoni tal-oriġini hija suppliment neċessarju għar-rekwiżiti bażiċi tat-traċċabbiltà stipulati f'dan ir-Regolament li għandhom x'jaqsmu mal-isem u l-indirizz tal-manifattur. Barra minn hekk, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jgħin biex ikun identifikat il-post proprju tal-manifattura f'dawk il-każijiet kollha meta l-manifattur ma jkunx jista' jiġi kkuntattjat, b'mod partikolari meta l-indirizz mogħti tiegħu jkun differenti mill-post proprju tal-manifattura, meta l-isem u l-indirizz tal-manifattur ikunu għal kollox neqsin jew minħabba l-fatt li l-indirizz kien fuq il-pakkett li ma jistax jinsab. Informazzjoni bħal din tista’ tħeffef il-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lura l-prodott lejn il-post proprju tal-manifattura, u permezz tagħha jkunu jistgħu jsiru kuntatti mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini fil-qafas tal-koperazzjoni bilaterali u multilaterali dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur biex jittieħdu l-azzjonijiet xierqa ta’ segwitu. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Premessa 21a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21a) L-indikazzjoni tal-oriġini tal-prodott tkun eħfef għall-konsumaturi biex jaċċessaw l-informazzjoni dwar il-katina tal-prodott, b'hekk jiżdied il-livell ta' għarfien tagħhom. B'mod partikolari, meta jkun qed jiġi indikat l-isem tal-manifattur li jsegwi l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi, hemm riskju li l-konsumaturi jitqarrqu għax indikazzjoni tal-manifattur mhux neċessarjament tippermetti lill-konsumatur li jistabbilixxi x'inhu l-pajjiż tal-produzzjoni. B'hekk, l-indikazzjoni tal-oriġini se jkun l-uniku mezz li bih il-konsumaturi jkunu kapaċi jistabbilixxu liema kien il-pajjiż tal-produzzjoni ta' prodott. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Premessa 21b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21b) F'ħafna ġurisdizzjonijiet tas-sħab kummerċjali tal-Unjoni, l-indikazzjoni tal-oriġini hija mandatorja fit-tikkettar tal-prodott u d-dikjarazzjonijiet tad-dwana. L-introduzzjoni tal-indikazzjoni tal-oriġini skont dan ir-Regolament iġib lill-Unjoni konformi mar-reġim tal-kummerċ internazzjonali. Barra minn hekk, ladarba r-rekwiżit biex tiġi pprovduta indikazzjoni tal-oriġini jkopri l-prodotti mhux tal-ikel kollha fit-territorju tal-Unjoni, sew jekk importati jew le, huwa jrid jikkonforma mal-obbligi tal-kummerċ internazzjonali tal-Unjoni. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Il-proċeduri biex jintalbu l-istandards Ewropej li jappoġġaw dan ir-Regolament, u dwar l-oġġezzjonijiet formali kontrihom, għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament u jiġu allinjati mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Sabiex tkun żgurata konsistenza ġenerali fi kwistjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropea, it-talbiet għal standards Ewropej jew l-oġġezzjonijiet għal standard Ewropew għandhom jitressqu quddiem il-kumitat li stabbilixxa dan ir-Regolament, wara konsultazzjoni xierqa mal-esperti tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott għall-konsumatur. |
(24) Il-proċeduri biex jintalbu l-istandards Ewropej li jappoġġaw dan ir-Regolament, u dwar l-oġġezzjonijiet formali kontrihom, għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament u jiġu allinjati mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Sabiex tkun żgurata konsistenza ġenerali fi kwistjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropea, it-talbiet għal standards Ewropej jew l-oġġezzjonijiet għal standard Ewropew, għandhom jitressqu quddiem il-kumitat stabbilit minn dan ir-Regolament, wara konsultazzjoni xierqa mal-esperti tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott għall-konsumatur u mal-partijiet interessati relevanti.
|
(see amendment of Article 16(1)) | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kif xieraq, meta tiġi biex tiddetermina l-kontenut tal-istandards ta' sigurtà Ewropej ġodda sabiex jiġi żgurat li dawk l-istandards ikunu rilevanti, proporzjonati u effettivi. | |
Emenda 34 Proposta għal regolament Premessa 30 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(30) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fuq ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawn il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi. |
(30) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fuq ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawn il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi u jiddependu fuq kemm hu serju l-ksur, fuq il-perjodu u l-karattru intenzjonali jew rikorrenti tal-ksur, kif ukoll fuq id-daqs tal-impriżi, f'termini tan-numru ta' persuni impjegati mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati u mill-fatturat annwali tagħhom, b'kunsiderazzjoni partikolari tal-impriżi żgħar u ta' daqs medju.. Il-ksur għandu jinkludi l-penali amministrattivi li huma armonizzati fil-livell tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom ikunu mħeġġa jallokaw id-dħul miġbur minn tali penali lill-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq. |
Ġustifikazzjoni | |
Mingħajr penali armonizzati fid-diversi Stati Membri - jew tal-anqas f'konformità mal-livelli massimi u minimi pan-Ewropej - din il-kwistjoni mhix se tissolva; filfatt, dan ikun jinkoraġġixxi l-importazzjoni u d-distribuzzjoni fl-istati fejn il-penali jkunu anqas ħorox minn oħrajn. | |
Emenda 35 Proposta għal regolament Premessa 30a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(30a) Sabiex issaħħaħ l-effett deterrenti tal-penali, il-Kummissjoni għandha tagħmilhom pubbliċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi li jinstabu ripetutament fi ksur intenzjonali ta’ dan ir-Regolament għandhom jitqiegħdu fuq lista sewda pubblika għall-Unjoni kollha. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 1 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Is-suġġett |
Is-suġġett u l-objettiv. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-objettiv ta’ dan ir-Regolament huwa li jiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern waqt li jżomm livell għoli ta’ saħħa, sigurtà u protezzjoni tal-konsumatur. |
Ġustifikazzjoni | |
Din l-emenda tistabbilixxi b’mod ċar l-għan tar-Regolament billi torbtu mill-qrib mal-Artikolu 114 tat-TFUE. | |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament huma bbażati fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti miksuba bi proċess ta' manifattura li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq, kemm jekk ġodda, użati jew kkundizzjonati mill-ġdid, u li huma konformi ma' xi wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin: |
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti miksuba bi proċess ta' manifattura li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq, inkluż is-suq onlajn, kemm jekk ġodda, użati jew kkundizzjonati mill-ġdid, u li huma konformi ma' xi wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni | |
Meta jitqies ir-rwol dejjem jikber tal-kummerċ elettroniku, jidher li hu xieraq li jiġi speċifikat li r-regolament japplika wkoll għas-suq onlajn. | |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) li x’aktarx, f’kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, ikunu se jintużaw mill-konsumaturi anke jekk ma jkunux maħsuba għalihom; |
(b) li x’aktarx, f’kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, ikunu se jintużaw mill-konsumaturi anke jekk, meta mqiegħda fis-suq, huma ma kinux maħsuba għalihom; mhuwiex probabbli li l-prodotti jintużaw mill-konsumaturi jekk ikunu maħsuba għall-użu esklużiv minn professjonisti u jiġu ttikkettati u ppreżentati b’mod espliċitu bħala tali. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) li l-konsumaturi jkunu esposti għalihom fil-kuntest ta' servizz mogħti lilhom. |
(c) li jingħataw lil xi konsumatur matul l-għoti ta' servizz, sew jekk il-prodott jintużax mill-konsumatur innifsu u sew jekk le. |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti li jridu jissewwew jew jiġu kkundizzjonati mill-ġdid qabel jintużaw, meta dawn il-prodotti jkunu saru disponibbli fis-suq bħala tali. |
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti li jridu jissewwew jew jiġu kkundizzjonati mill-ġdid qabel jintużaw, meta dawn il-prodotti jkunu saru disponibbli fis-suq bħala tali u lanqas għall-prodotti użati li oriġinarjament ikunu tqiegħdu fis-suq qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-retroattività tal-leġiżlazzjoni rigward il-prodotti użati għandha tiġi evitata. | |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt da (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(da) apparat mediku kif imsemmi fid-Direttiva 93/42/KEE tal-Kunsill1, id-Direttiva 90/385/KEE tal-Kunsill2 u d-Direttiva 98/79/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill3; |
|
________ |
|
1 Id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993 dwar l-apparati mediċi (ĠU L 169, 12.7.1993, p. 1). |
|
2 Id-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE tal-20 ta’ Ġunju 1990 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li jirrelataw għal apparat mediku attiv impjantabbli (ĠU L 189, tal-20.7.1990, p. 17). |
|
3 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 98/79/KE tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar il-mezzi mediċi dijanjostiċi in vitro (ĠU L 331, 7.12.1998, pġ. 1). |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-referenzi għad-Direttivi applikabbli s’issa għandhom jiġu adattati skont il-proposta tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li qed tiġi attwalment diskussa u li għad mhijiex adottata dwar il-mezzi mediċi u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009, kif ukoll il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar id-dijanjosi in-vitro. | |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt ia (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ia) prodotti tal-bini kif imsemmijin fir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 |
|
_______ |
|
1 Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad- 9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kundizzjonijiet armonizzati għall-kumerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5). |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) "prodott sigur" tfisser kull prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u fejn applikabbli d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni u l-manutenzjoni, ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskju minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni; |
(1) ‘prodott sigur’ tfisser kull prodott awtentiku li jkun konformi mal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni għas-saħħa u s-sigurtà. Fil-każ ta' nuqas ta' tali leġiżlazzjoni, tfisser li kwalunkwe prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u, fejn applikabbli, id-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni, il-manutenzjoni, it-taħriġ u s-superviżjoni, ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskju minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-valutazzjoni tar-riskji għandha tiffoka fuq l-infurzar tal-leġiżlazzjoni applikabbli u biex timminimizza l-possibbiltà ta' interpretazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq lokali. L-emenda ssuġġerita hija: tiċċara l-ewwel pass kronoloġiku tal-valutazzjoni tar-riskju tas-Sorveljanza tas-Suq: biex tiddetermina jekk il-prodott huwiex kopert minn leġiżlazzjoni applikabbli tal-armonizzazzjoni tal-Unjoni; telimina kwalunkwe qasam ta' kunflitt legali bejn dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni, li diġà jispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi tal-operaturi tas-suq, safejn jaslu u l-limitazzjonijiet ta' dawn l-obbligi; telimina l-possibilità mhux trasparenti u diskrezzjonarja għall-interpretazzjoni ta' kunċetti mhux definiti f'dan ir-Regolament bħal "raġonevoli u aċċettabbli"; "taħt kundizzjonijiet tal-użu normali u raġonevolment previsti"; jew "it-tul taż-żmien tal-użu"; tneħħi r-referenza għal aspetti tar-riskji mhux neċessarjament dipendenti fuq il-persuna li x'aktarx tqiegħed il-prodott fis-suq: "tat-tqegħid tiegħu fis-servizz, l-installazzjoni u l-manteniment". | |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) ‘mudell ta’ prodott’ tfisser prodotti li jitqiesu bħala distinti billi jippreżentaw karatteristiċi essenzjali identiċi jew simili, fejn id-differenzi, jekk jeżistu, ma jkollhom l-ebda impatt fuq il-livell ta’ sigurtà tagħhom ħlief jekk jiġi ppruvat mod ieħor mill-manifattur jew l-importatur.
|
Ġustifikazzjoni | |
L-idea ta’ mudell tikkostitwixxi pedament għax-xogħol tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. L-ittestjar u s-sorveljanza jitwettqu permezz ta’ mudelli. Madankollu, għadd ta’ atturi fis-suq jew m’għandhomx identifikazzjoni ta’ mudelli jew jimmultiplikaw l-għadd ta’ mudelli għal prodotti li effettivament ikunu simili, li jfixkel ix-xogħol tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, u jxekkilhom milli jiwettqu kontrolli billi dan iżid b’mod sinifikanti l-livell ta’ riżorsi li jeħtieġu għall-kontrolli. | |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 3 – punt 17 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(17) "riskju serju" tfisser riskju li jeħtieġ intervent malajr u segwitu, inklużi każijiet meta l-effetti jaf ma jkunux immedjati. |
(17) "riskju gravi" tfisser kull riskju gravi, inklużi dawk li l-effetti tagħhom mhumiex immedjati, li jeħtieġu intervent bil-ħeffa mill-awtoritajiet pubbliċi; |
(Ara l-kliem tal-Premessa 2(d) tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti) | |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 4a |
|
Projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura jew l-esportazzjoni ta' prodotti li jimitaw l-ikel |
|
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni, il-manifattura u l-esportazzjoni ta' prodotti li, għalkemm mhumiex ikel, jixbhu l-ikel u jistgħu jiġu mfixkla mal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs jew karatteristiċi oħra tagħhom, li b'hekk jipperikolaw is-saħħa jew is-sigurtà tal-konsumaturi. |
(Ara l-kliem tad-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta' Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu, jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi | |
Ġustifikazzjoni | |
Ladarba dan ir-Regolament jirrevoka d-Direttiva 87/357/KEE dwar prodotti li jimitaw l-ikel u jittrasponi dan fl-aspetti meta jiġu vvalutati l-prodotti (Artikolu 6(e) ta' dan ir-Regolament), mhuwiex ċar jekk il-kummerċjalizzazzjoni, l-importazzjoni u l-manifattura jew l-esportazzjoni ta' prodotti li jimitaw l-ikel ikomplux jiġu pprojbiti jew le. Permezz ta' din l-emenda, il-projbizzjoni kif inhi ddikjarata fid-Direttiva 87/357/KEE se tkompli f'dan ir-Regolament. | |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 5 – punt aa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) jekk ikun awtentiku, jiġifieri li l-prodott jew kwalunkwe preżentazzjoni tal-prodott ma jkollux marka kummerċjali mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' sid il-marka kummerċjali li hija identika jew simili għal marka kummerċjali reġistrata għal dak il-prodott, b'hekk tiżgwida lill-konsumaturi fir-rigward tal-identità vera tal-prodott; |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 5 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) fin-nuqqas ta' rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha li tissemma fil-punt (a) u l-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (b), fejn jidħlu r-riskji li jkopri r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq, jekk dan ikun konformi ma' rekwiżiti nazzjonali bħal dawn. |
(c) fin-nuqqas ta’ rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha li jissemmew fil-punt (a) u l-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (b), fejn jidħlu r-riskji li jkopru r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq, jekk jikkonforma ma’ regoli nazzjonali bħal dawn bil-kundizzjoni li dawn ikunu konformi mal-liġi tal-Unjoni. |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil u, fejn applikabbli, għall-installazzjoni u l-manutenzjoni; |
(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi l-awtentiċità, il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għall-immuntar tiegħu u, fejn applikabbli, għall-installazzjoni u l-manutenzjoni tiegħu; |
Ġustifikazzjoni | |
L-awtentiċità hija garanzija ta’ sigurtà għall-konsumatur, din tgħin biex tiggarantixxi l-oriġini u l-konformità ta’ prodott, u għalhekk għandha tagħmel parti integrali mill-kriterji tal-evalwazzjoni tas-sigurtà tal-prodotti. | |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) il-kategoriji tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jintużaw il-prodott, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli; |
(d) il-karatteristiċi tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jintużaw il-prodott taħt kundizzjonijiet raġonevolment previsti, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli; |
Ġustifikazzjoni | |
Id-definizzjoni usa' tal-konsumaturi vulnerabbli hija meħuda mill-Premessa 13 ta' dan ir-Regolament. | |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) id-dehra tal-prodott u b'mod partikolari meta prodott, għalkemm ma jkunx tal-ikel, ikun jixbah l-ikel u jista' jiġi mfixkel mal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew karatteristiċi oħra. |
(e) id-dehra tal-prodott u b’mod partikolari meta prodott: |
|
- għalkemm ma jkunx tal-ikel, ikun jixbah l-ikel u jista’ jiġi mfixkel mal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew karatteristiċi oħra, jew |
|
- għalkemm mhux iddisinnjat jew maħsub għall-użu mit-tfal jixbah oġġett rikonoxxut b'mod komuni bħala wieħed li jappella għall-użu mit-tfal jew maħsub għalihom minħabba d-disinn, l-imballaġġ u l-karatteristiċi tiegħu. |
Ġustifikazzjoni | |
Kwalunkwe prodott jista’ jkun ‘attraenti għat-tfal’, sempliċement minħabba l-fatt li t-tfal ta’ spiss huma interessati f’oġġetti li jużaw l-adulti. Minħabba dan huwa diffiċli li jiġi vvalutat jekk prodott huwiex ‘attraenti għat-tfal’ jew le. Għaldaqstant huwa biss meta l-prodott jixbaħ b’mod ċar ġugarell li l-manifattur għandu jikkunsidra prekawzjonijiet/twissijiet speċjali. | |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) l-aqwa kwalità u teknoloġija; |
imħassar |
(ara l-emenda li tipproponi Artikoli 6(1a) ġdid mill-istess awtur) | |
Ġustifikazzjoni | |
Ittrasferita għal tmiem il-lista. Filwaqt li huwa importanti li wieħed iqis l-aqwa kwalità u t-teknoloġija, dawn ma għandhomx ikunu l-ewwel aspetti kkunsidrati Normalment, l-aqwa kwalità tilħaq livelli ogħla ta' sigurtà. Madankollu, prodott jista' jibqa' jitqies li ma jippreżenta ebda periklu anke jekk prodotti oħra bi standards ta' sigurtà saħansitra ogħla jkunu disponibbli fis-suq. Din l-emenda hija inkluża wkoll fl-emenda li tipproponi Artikolu 6(1a) ġdid mill-istess awtur | |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) aspettattivi raġonevoli min-naħa tal-konsumatur b'rabta mas-sigurtà fir-rigward tan-natura, il-kompożizzjoni u l-użu intenzjonat tal-prodott; |
(Ara l-emenda dwar l-Artikolu 6, paragrafu 2, punt h. It-test ġie modifikat) | |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) ir-rekwiżiti essenzjali mniżżla fit-talbiet ta' standardizzazzjoni għall-organizzazzjonijiet ta' standardizzazzjoni Ewropej bi qbil mal-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament sakemm il-Kummissjoni ma tkunx għadha ppubblikat ir-referenza tal-istandard armonizzat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
Ġustifikazzjoni | |
Waqt il-perjodu ta’ żvilupp ta’ standard, l-eżami tal-konformità mar-rekwiżiti essenzjali tat-termini ta’ referenza tal-istandardizzazzjoni jista’ jkun indikatur utli tas-sikurezza ta’ prodott. | |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ga (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ga) jekk il-prodott, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti, ikkawżaw korrimenti notifikati fid-Database tal-Korriment Pan-Ewropew stabbiliti skont ir-Regolament (UE) Nru.../... *. |
|
_____________ |
|
* ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament dwar l-MSP (2013/0048(COD)). |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħolqien tad-Database tal-Korrimenti Pan-Ewropej irid jiġi inkluż fir-Regolament li ġej dwar is-sorveljanza tas-suq tal-prodotti (COM(2013)75). | |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) aspettattivi raġonevoli tal-konsumatur dwar is-sigurtà. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Bidla f'ordni ta' aspetti oħrajn trid titqies meta tiġi vvalutata l-konformità tar-rekwiżiti tas-sigurtà. | |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ha) l-aqwa kwalità u t-teknoloġija. |
(ara l-emenda li tipproponi Artikoli 6(1a) ġdid mill-istess awtur) | |
Ġustifikazzjoni | |
Ittrasferita għal tmiem il-lista. Filwaqt li huwa importanti li wieħed iqis l-aqwa kwalità u t-teknoloġija, dawn ma għandhomx ikunu l-ewwel aspetti kkunsidrati Normalment, l-aqwa kwalità tilħaq livelli ogħla ta' sigurtà. Madankollu, prodott jista' jibqa' jitqies li ma jippreżenta ebda periklu anke jekk prodotti oħra bi standards ta' sigurtà saħansitra ogħla jkunu disponibbli fis-suq. Din l-emenda hija inkluża wkoll fl-emenda li tipproponi Artikolu 6(1a) ġdid mill-istess awtur. | |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 6a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 6a |
|
Il-marka "Ittestjat għas-Sigurtà tal-UE" |
|
1. Il-marka "Ittestjat għas-Sigurtà tal-UE" hija skema addizzjonali volontarja għall-operaturi ekonomiċi u għandha titwaħħal biss mill-manifattur jew mir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, |
|
2. Il-marka "Ittestjat għas-Sigurtà tal-UE" għandha titwaħħal biss mal-prodotti tal-konsumaturi, koperti minn dan ir-Regolament, u m'għandhiex titwaħħal ma' xi prodott ieħor. Il-marka "Ittestjat għas-Sigurtà tal-UE" għandha titwaħħal wara li jsir ittestjar fuq kampjuni rappreżentattivi tal-prodotti mqiegħda għall-bejgħ li jintgħażlu b’mod każwali taħt il-kontroll ta’ uffiċjal ġudizzjarju, awtorità jew kwalunkwe entità terza kkwalifikata oħra maħtura minn kull Stat Membru u notifikati lill-Kummissjoni. |
|
3. Billi jwaħħal jew waħħal il-marka "Ittestjat għas-Sigurtà tal-UE", il-manifattur jindika li l-prodott ġie ttestjat u nstab konformi mar-rekwiżiti tas-sigurtà f'dan ir-Regolament permezz ta' entità terza kkwalifikata u nnotifikata li tkun responsabbli biex tagħti l-marka u tiċċertifika u tissorvelja l-konformità tal-prodott speċifiku mar-rekwiżiti tas-sigurtà stipulati minn dan ir-Regolament. |
|
4. Prodotti ttestjati minn partijiet terzi permezz ta' rekwiżiti tas-sigurtà tal-prodotti nazzjonali fl-Istati Membri għandhom de facto jingħataw il-marka "Ittestjat għas-Sigurtà tal-UE". |
|
5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-implimentazzjoni korretta tar-regoli li jirregolaw il-marka "Ittestjat għas-Sigurtà tal-UE" u għandhom jieħdu azzjoni xierqa fil-każ li jsir użu mhux xieraq tal-marka. Entitajiet terzi li jagħmlu t-testijiet fuq il-kampjuni għandhom ikunu responsabbli mir-riżultati ta' dawk it-testijiet, għall-għoti tal-marka u biex jiċċertifikaw u jissorveljaw il-konformità tal-prodott speċifiku mar-rekwiżiti tas-sigurtà stipulati f'dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jipprovdu wkoll penali għal ksur, li jistgħu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju. Dawk il-penali għandhom ikunu proporzjonati għall-gravità tar-reat u jikkostitwixxu deterrent effettiv kontra l-użu ħażin.
|
|
6. Għandu jkun projbit it-twaħħil fuq prodott ta' marki, sinjali jew iskrizzjonijiet li probabbilment iqarrqu lil partijiet terzi fir-rigward tat-tifsira jew tal-forma tal-marka "Ittestjat għas-Sigurtà tal-UE". Tista' titwaħħal kwalunkwe marka oħra mal-prodott sakemm din ma taffettwax il-viżibbiltà, il-leġġibbiltà u t-tifsira tal-marka "Ittestjat għas-Sigurtà tal-UE". |
|
7. Il-Kummissjoni għandha tapprova, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, l-iskemi tas-sigurtà tal-prodotti nazzjonali kif stipulati fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu fuq bażi annwali. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-marka CE tibgħat sinjal lill-konsumaturi li l-prodott huwa sigur. Il-marka CE, madankollu, hija biss l-indikazzjoni tal-manifattur, li huwa jieħu r-responsabbiltà għall-konformità tal-prodott bir-rekwiżiti applikabbli kollha stipulati fil-leġiżlazzjoni relevanti. Il-marka CE+ proposta se tkun supplimentari għall-marka CE u tindika li l-prodott immarkat ġie ttestjat minn parti terza indipendenti u nstab sigur minn korp kompetenti. | |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Għall-fini biex jinstab il-pajjiż tal-oriġini skont it-tifsira tal-paragrafu 1, għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-oriġini mhux preferenzjali stabbiliti fl-Artikoli 23 sa 25 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jwaqqaf il-Komunità tal-Kodiċi Doganali. |
2. Għall-fini biex jinstab il-pajjiż tal-oriġini skont it-tifsira tal-paragrafu 1, għandhom japplikaw ir-regoli dwar l-oriġini mhux preferenzjali stabbiliti fl-Artikoli 52 sa 55, inklużi l-atti delegati adottati skont l-Artikolu 55, tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill Nru 952/20131. |
|
_____ |
|
1 Ir-Regolament (KE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, pġ. 1). |
Emenda 62 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Il-manifatturi għandhom ikunu awtorizzati jindikaw il-pajjiż ta' oriġini bl-Ingliż biss (bil-kliem "Made in [pajjiż]"), b’tali mod li jinftiehem faċilment mill-konsumaturi. |
Emenda 63 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, il-manifatturi, biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, għandhom jittestjaw kampjuni ta' prodotti disponibbli fis-suq, jistħarġu l-ilmenti u jżommu reġistru tal-ilmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' sejħa lura ta' prodotti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ ta' dan it-tip. |
3. B’mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta’ prodott, il-manifatturi, biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, għandhom jittestjaw kampjuni rappreżentattivi li jinġabru b’mod każwali ta’ prodotti disponibbli fis-suq magħżula taħt il-kontroll ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew kwalunkwe persuna kkwalifikata maħtura minn kull Stat Membru, jistħarrġu l-ilmenti u jżommu reġistru tal-ilmenti, ta’ prodotti mhux konformi u ta’ sejħa lura ta’ prodotti, u għandhom iżommu lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ ta’ dan it-tip. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq fuq talba tagħhom. |
Emenda 64 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Meta l-prodotti magħmula disponibbli fis-suq ikunu saru soġġetti għal deċiżjoni mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru.../...*, il-manifatturi, jew meta jkun xieraq l-importaturi, għandhom, sabiex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, u b'mod proporzjonali għar-riskji possibbli ta' prodott, iwettqu tal-inqas darba f’sena ittestjar ta’ kampjuni rappreżentattivi tal-prodotti magħmula disponibbli fis-suq li jintgħażlu taħt il-kontroll ta’ uffiċjal ġudizzjarju jew kwalunkwe persuna kkwalifikata maħtura minn kull Stat Membru. |
|
__________ |
|
* ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament dwar l-MSP (2013/0048(COD)). |
Emenda 65 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kif xieraq: |
B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha: |
Emenda 66 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jekk dawn jitolbuhielhom. |
5. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika fil-forma ta' karta u dik elettronika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jipprovduha lil dawk l-awtoritajiet jekk dawn jagħmlu talba motivata. |
Emenda 67 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Meta l-informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tal-prodotti ma tkunx provduta direttament fuq il-prodott, il-manifatturi għandhom jindikaw b’mod viżibbli biżżejjed li t-tagħmir li tinsab fuqu din l-informazzjoni għandu jinżamm. |
Emenda 68 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 6a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
6a. Il-manifatturi tal-prodotti li jkunu soġġetti għal deċiżjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru .../...*, għandhom jagħmlu lista ta’ mudelli tal-prodotti, li tkun akkumpanjata minn ritratt, u jagħmluha disponibbli għall-pubbliku u għal operaturi ekonomiċi oħra bi kwalunkwe mezz xieraq, b'mod partikolari għall-prodotti. |
|
Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba, kif ukoll lil kwalunkwe operatur ekonomiku li jqassamlu l-prodotti tiegħu, b’evidenza li tissustanzja l-eżistenza ta’ karatteristiċi essenzjali differenti bejn il-mudelli tal-prodotti tiegħu skont it-tifsira tad-definizzjoni mogħtija fl-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-Regolament. |
|
__________ |
|
* ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru tar-Regolament dwar l-MSP (2013/0048(COD)). |
Emenda 69 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 8 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza. |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikollu miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza mmirati lejn il-konsumaturi b’mod ċar u li jinftiehem u b’lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista’ jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza. |
Ġustifikazzjoni | |
Is-sentenza mħassra mhijiex parti mill-Artikolu R2 (7) tad-Deċiżjoni 768/2008/KE. | |
Emenda 70 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. |
9. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li jkollhom proċeduri mwaqqfa biex jieħdu azzjoni korrettiva, jirtiraw jew jieħdu lura l-prodotti tagħhom. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq, u jiġu mwissija l-konsumaturi li jinsabu f'riskju minħabba n-nuqqas ta' konformità tal-prodott. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda u tar-riżultati ta' tali azzjoni korrettiva. |
(Ara l-kliem tal-Artikolu 5(1)(b) tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti) | |
Emenda 71 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) wara talba mingħand awtorità tas-sorveljanza tas-suq, lil din l-awtorità jagħtiha kull informazzjoni u dokumentazzjoni meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott; |
(a) wara talba motivata mingħand awtorità tas-sorveljanza tas-suq, lil din l-awtorità jagħtiha kull informazzjoni u dokumentazzjoni meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott; |
Emenda 72 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-importaturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. Dawn għandhom jiżguraw li kull tikketta addizzjonali ma tgħatti l-ebda informazzjoni li jkun hemm fuq it-tikketta mogħtija mill-manifattur. |
3. L-importaturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. Dawn ma għandhom jgħattu l-ebda informazzjoni obbligatorja jew informazzjoni relatata mas-sigurtà fuq it-tikketta mogħtija mill-manifattur. |
Ġustifikazzjoni | |
It-tneħħija ta’ “fejn dak ma jkunx possibbli” għandha l-għan li żżid il-flessibbiltà għall-importaturi fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjoni tal-Artikolu 10.3 (jistgħu jindikaw l-informazzjoni fuq l-imballaġġ – u mhux neċessarjament fuq il-prodott – u għaldaqstant ma jkunx hemm għalfejn li jinfetaħ l-imballaġġ). Il-modifika tal-aħħar sentenza hija maħsuba sabiex tkopri forom oħra ta’ għata potenzjali ta’ informazzjoni essenzjali (mhux biss bl-użu ta’ tikketti, billi dan jista’ jsir, pereżempju, permezz ta’ imballaġġ ieħor). Minbarra dan l-informazzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni m’għandhiex tkun limitata għal dik ipprovduta fuq it-tikketta. | |
Emenda 73 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, l-importaturi, biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandhom jittestjaw kampjuni ta' prodotti disponibbli fis-suq, jistħarġu l-ilmenti u jżommu reġistru tal-ilmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' sejħa lura ta' prodotti, u għandhom iżommu lill-manifattur u lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ bħal dan. |
6. B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, l-importaturi, biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandhom jittestjaw kampjuni ta' prodotti disponibbli fis-suq li jintgħażlu b’mod każwali, jistħarrġu l-ilmenti u jżommu reġistru tal-ilmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' sejħa lura ta' prodotti, u għandhom iżommu lill-manifattur u lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ bħal dan. |
Emenda 74 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. |
7. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif inhu xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, l-importaturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda u tar-riżultati ta' tali azzjoni korrettiva. |
(ara l-emendi tal-Artikoli 8(9)u 11(5) mill-istess awtur) | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kelma “ikun” toħloq inċertezza legali, billi tista’ tiġi interpretata li qiegħda timplika kundizzjonalità addizzjonali għall-użu ta’ azzjonijiet korrettivi. | |
Emenda 75 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jekk dawn jitolbuhielhom. |
8. L-importaturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika fil-forma ta' karta u dik elettronika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jipprovduha lil dawk l-awtoritajiet jekk dawn jagħmlu talba motivata. |
(Ara l-kliem tal-Artikolu R4 (8) tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għat-tqegħid tal-prodotti fis-suq) | |
Ġustifikazzjoni | |
Dan huwa allinjament riġidu mill-Artikolu R4 (8) tad-Deċiżjoni. | |
Emenda 76 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Qabel jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-manifattur u l-importatur ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli. |
2. Qabel jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu fuqu l-informazzjoni meħtieġa stabbilita fl-Artikolu 8(6), (7) u (8) u fl-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli. Id-distributuri ma għandhomx jgħattu l-informazzjoni obbligatorja jew l-informazzjoni relatata mas-sigurtà fuq it-tikketta mogħtija mill-manifattur jew l-importatur. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-distributur għandu jkun soġġett għall-istess obbligu bħall-importatur (Artikolu 10.3) u m’għandux jaħbi informazzjoni essenzjali mogħtija mill-manifattur jew l-importatur. | |
Emenda 77 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Abbażi tar-riskji li jista’ jkollu prodott, id-distributuri jistgħu, sabiex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, jittestjaw prodotti disponibbli fis-suq li jagħżlu għal għarrieda. |
Ġustifikazzjoni | |
Mhux f’waqtu li d-distributuri jiġu obbligati jittestjaw il-prodotti. Madanakollu u f’konformità mal-prattika attwali, dan ir-regolament għandu jħeġġiġhom jagħmlu dan, speċjalment fejn huma kkonċernati l-prodotti li jista’ jkollhom riskji. | |
Emenda 78 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx sigur jew ma jkunx konformi mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli, dawn għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. |
5. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx sigur jew ma jkunx konformi mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli, dawn għandhom jiżguraw immedjatament li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda u tar-riżultati ta' tali azzjoni korrettiva. |
Ġustifikazzjoni | |
L-istess obbligu f’termini ta’ kapaċità ta’ reazzjoni għandu japplika għall-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri (żieda tat-terminu “minnufih”). Barra dan, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-informazzjoni mogħtija mill-manifatturi lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tinkludi r-riżultati tal-azzjonijiet korrettivi potenzjali meħuda, sabiex tiġi ggarantita informazzjoni xierqa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq (segwitu). L-istess obbligu għandu japplika għall-manifatturi (Artikolu 8), l-importaturi (Artikolu 10) u d-distributuri (Artikolu 11). | |
Emenda 79 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ikun jista' juri li r-riskju ġie kkontrollata għalkollox u ma jistax ipoġġi s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni fil-periklu; |
(b) il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ikun jista' juri li r-riskju ġie kkontrollat b'mod effikaċi sabiex jiġi evitat kwalunkwe periklu għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni; |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-prattika, huwa impossibbli li wieħed ikollu kontroll totali tar-riskju. Il-kliem għandu għalhekk jiġi aġġustat sabiex tinħoloq ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi. | |
Emenda 80 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) il-kawża tar-riskju tal-prodott hija tali li l-għarfien dwarha ma jirrappreżentax informazzjoni utli għall-awtoritajiet jew għall-pubbliku. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa kważi impossibbli li jiġi definit x'jirrappreżenta informazzjoni utli għall-awtoritajiet jew il-pubbliku. | |
Emenda 81 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Meta jintalbu, l-operaturi ekonomiċi għandhom jidentifikaw dan li ġej għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq: |
1. Meta jintalbu, l-operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu din l-informazzjoni li ġejja għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq: |
Ġustifikazzjoni | |
L-informazzjoni dwar il-kwantità ta’ prodotti kkonċernati, kif ukoll l-informazzjoni kollha ta’ traċċabbiltà disponibbli, huma partikolarment utli għall-evalwazzjoni tar-riskju u fil-mira tal-kontrolli. | |
Emenda 82 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Meta l-operaturi ekonomiċi jidentifikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jittrattaw dik l-informazzjoni bħala waħda kunfidenzjali. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal ħafna distributuri u bejjiegħa bl-ingrossa, minn fejn jixtru u lil min ifornu jirrappreżenta sigriet tal-kumpanija. Għalhekk jinħtieġ li l-identità tal-fornituri tagħhom tkun protetta. L-informazzjoni mogħtija mill-operaturi ekonomiċi għandha tintuża biss mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u ma għandu jkun hemm ebda possibbiltà li informazzjoni kummerċjalment sensittiva tiġi ppubblikata b'mod ġenerali jew tispiċċa f'idejn il-kompetituri. | |
Emenda 83 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, il-Kummissjoni tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmel disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà. |
1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati relevanti, kif ikun xieraq, il-Kummissjoni tista’ teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmel disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà. |
Ġustifikazzjoni | |
Qabel ma tipproponi rekwiżiti ġodda ta' traċċabbiltà, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet interessati relevanti, bħall-organizzazzjonijiet tan-negozju u tal-konsumatur, sabiex tibbenefika mill-għarfien espert tagħhom u tqis l-implikazzjonijiet fil-prattika ta' dawn ir-rekwiżiti. | |
Emenda 84 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) tiddetermina l-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni kif jissemma fil-paragrafu 1; |
(a) tiddetermina l-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni kif jissemma fil-paragrafu 1; Il-Kummissjoni għandha tindika fl-atti delegati kkonċernati, jekk użatx il-metodu tal-analiżi tar-riskji stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/15/UE1, jew, jekk dak il-metodu mhux xieraq għall-prodott ikkonċernat, għandha tagħti deskrizzjoni dettaljata tal-metodu użat; |
|
__________ |
|
1 id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/15/UE tas-16 ta' Diċembru 2009 li tistabbilixxi l-linji gwida għall-immaniġġjar tas-Sistema tal-Informazzjoni Rapida tal-Komunità "RAPEX" stabbilita skont l-Artikolu 12 u tal-proċedura ta' notifika stabbilita skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2001/95/KE (id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti) (ĠU L 22, 26.1.2010, pġ. 1) |
Emenda 85 Proposta għal regolament Artikolu 15a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 15a |
|
Il-Punti ta' Kuntatt għas-Sigurtà tal-Prodott |
|
1. L-Istati Membri għandhom jinnominaw Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott fit-territorji tagħhom u għandhom jikkomunikaw id-dettalji tal-kuntatt tagħhom lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni. |
|
2. Il-Kummissjoni għandha tfassal u regolarment taġġorna lista tal-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott u tippubblikaha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tagħmel ukoll din l-informazzjoni disponibbli fuq il-websajt tagħha. |
(Ara l-kliem tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor) | |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa neċessarju li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott billi jiġi ffaċilitat it-taħriġ dwar il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà tal-prodott u l-informazzjoni ta' trasferiment madwar l-industriji u l-operaturi ekonomiċi. | |
Emenda 86 Proposta għal regolament Artikolu 15b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 15b |
|
Il-ħidmiet tal-Punti ta' Kuntatt għas-Sigurtà tal-Prodott |
|
1. Il-Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott meta jintalbu minn, inter alia, operatur ekonomiku jew minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor, għandhom jagħtu l-informazzjoni li ġejja: |
|
(a) ir-regoli tekniċi applikabbli għal tip speċifiku ta' prodott fit-territorju fejn ikunu stabbiliti dawk il-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott u informazzjoni dwar jekk dak it-tip ta' prodott huwiex suġġett għal rekwiżit ta' awtorizzazzjoni minn qabel taħt il-liġijiet tal-Istat Membru tagħhom, flimkien ma' informazzjoni fir-rigward tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku kif previst fir-Regolament (KE) Nru.764/2008 u l-applikazzjoni ta' dak ir-Regolament fit-territorju ta' dak l-Istat Membru; |
|
(b) id-dettalji ta' kuntatt ta' l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru tagħhom permezz ta' liema ikunu jistgħu jiġu kkuntattjati direttament, inklużi l-partikolaritajiet ta' l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' l-implimentazzjoni tar-regoli tekniċi in kwistjoni fit-territorju ta' dak l-Istat Membru; |
|
(c) ir-rimedji ġeneralment disponibbli fit-territorju ta' dak l-Istat Membru fil-każ ta’ kunflitt bejn l-awtoritajiet kompetenti u operatur ekonomiku. |
|
2. Il-Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott għandhom iwieġbu fi żmien ħmistax-il jum ta' xogħol mir-riċezzjoni ta’ kwalunkwe talba kif imsemmi fil-paragrafu 1. |
|
3. Il-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott fl-Istat Membru fejn l-operatur ekonomiku kkonċernat ikkummerċjalizza legalment il-prodott in kwistjoni jistgħu jipprovdu kwalunkwe informazzjoni jew osservazzjonijiet rilevanti lill-operatur ekonomiku jew lill-awtorità kompetenti kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru.764/2008. |
|
4. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu uffiċċji fil-qafas tal-Punti ta' Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott sabiex jiġi ffaċilitat it-taħriġ dwar il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà tal-prodott u u r-rekwiżiti in ġenerali u l-informazzjoni ta' trasferiment madwar l-industriji sabiex tiġi appoġġjata l-edukazzjoni tal-operaturi ekonomiċi dwar ir-rekwiżiti tas-sigurtà tal-prodott. |
|
5. Il-Punti ta’ Kuntatt tas-Sigurtà tal-Prodott m'għandhom jitolbu l-ebda ħlas għall-għoti ta' informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1. |
(Ara l-kliem tal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor) | |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa neċessarju li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tal-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott billi jiġi ffaċilitat it-taħriġ dwar il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà tal-prodott u l-informazzjoni ta' trasferiment madwar l-industriji u l-operaturi ekonomiċi. | |
Emenda 87 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni tista' titlob organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, waħda jew aktar, biex tabbozza jew tidentifika standard Ewropew, bil-għan li tiżgura li l-prodotti li jkunu konformi ma' standard bħal dan jew partijiet minnu, ikunu konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti fejn jidħol il-kontenut, li jridu jintlaħqu mill-istandard Ewropew mitlub u skadenza għall-adozzjoni tiegħu. |
Il-Kummissjoni tista' titlob organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, waħda jew aktar, biex tabbozza jew tidentifika standard Ewropew, bil-għan li tiżgura li l-prodotti li jkunu konformi ma' standard bħal dan jew partijiet minnu, ikunu konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4. B'kunsiderazzjoni tal-fehmiet tal-partijiet interessati rilevanti, kif ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti fejn jidħol il-kontenut, li għandhom jintlaħqu mill-istandard Ewropew mitlub u skadenza għall-adozzjoni tiegħu. |
(Ara l-emendi tal-Premessa 24 mill-istess awtur) | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kif xieraq, meta tiġi biex tiddetermina l-kontenut tal-istandards ta' sigurtà Ewropej ġodda sabiex jiġi żgurat li dawk l-istandards ikunu rilevanti, proporzjonati u effettivi. | |
Emenda 88 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa [insert date - 3 months prior to the date of application of this Regulation] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom. |
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli li jistabbilixxu l-penali xierqa applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa ... * u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom. |
|
_______________ |
|
* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 89 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu d-daqs tal-impriżi u b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji. Il-penali jistgħu jiżdiedu jekk qabel, l-operatur ekonomiku rilevanti ikun għamel ksur simili u jistgħu jkunu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju. |
2. Il-penali stipulati għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. Il-penali għandhom iqisu l-gravità, it-tul ta' żmien u, fejn ikun applikabbli, il-karattru intenzjonali tal-ksur. Barra minn hekk, il-penali għandhom iqisu jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jkunx wettaq ksur simili qabel u jistgħu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju. |
Emenda 90 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Il-penali amministrattivi applikabbli għall-ksur għandhom tal-inqas jibbilanċjaw il-vantaġġ ekonomiku mfittex permezz tal-ksur, imma m'għandhomx jaqbżu l-10 % tal-fatturat annwali jew stima tiegħu. Il-penali imposti jistgħu jkunu ogħla minn 10 % tal-fatturat annwali jew stima tiegħu, fejn ikun neċessarju li jiġi bbilanċjat il-vantaġġ ekonomiku mfittex permezz tal-ksur. Il-penali jistgħu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju. |
Emenda 91 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 2b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2b. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar it-tip u l-kobor tal-penali imposti skont dan ir-Regolament, jidentifikaw il-ksur attwali ta' dan ir-Regolament, u jindikaw l-identità tal-operaturi ekonomiċi li għalihom ikunu imposti l-penali. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku mingħajr dewmien żejjed, b'mod elettroniku u, fejn ikun applikabbli, b'mezzi oħrajn. |
|
Il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-informazzjoni li tkun irċeviet skont l-ewwel subparagrafu, tippubblika u taġġorna lista sewda ta' operaturi ekonomiċi li ripetutament jinsabu li jiksru b'mod intenzjonali d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. |
Emenda 92 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Mhux aktar tard minn [ħames] snin wara d-data tal-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tgħaddi rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament ikunx laħaq l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari fejn jidħol iż-żieda tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi, filwaqt li jitqies l-impatt tiegħu fuq in-negozju u b'mod partikulari fuq intrapriżi żgħar u medji. |
Mhux aktar tard minn [ħames] snin wara d-data tal-applikazzjoni, u kull ħames snin wara din, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tgħaddi rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament ikunx laħaq l-għanijiet tiegħu, b’mod partikolari fejn tidħol iż-żieda tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies l-impatt tiegħu fuq in-negozju u b’mod partikulari fuq intrapriżi żgħar u medji. Dak ir-rapport għandu wkoll jivvaluta l-implikazzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
- [1] ĠU C 271, 19.9.2013, pġ. 81.
NOTA SPJEGATTIVA
Introduzzjoni
Meta l-Kummissjoni pproponiet il-proposta tagħha għal Regolament dwar is-Sigurtà tal-Prodott tal-Konsumaturi fit-13 ta' Frar 2013, ġiet introdotta f'nofs kriżi twila u li għajjiet il-konsumaturi u n-negozji Ewropej. Il-proposta għalhekk tqiegħed lilha nnifisha fin-nofs ta' dibattitu bejn ir-regolazzjoni u s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.
Ix-xewqa tar-Rapporteur hija li tingħata tweġiba solida għal dan id-dibattitu fundamentali u li ma jispiċċa qatt. Mill-perspettiva tar-Rapporteur huwa mingħajr dubju li Suq Uniku li jaħdem sew jeħtieġ żewġ komponenti fundamentali: Sigurtà għall-konsumaturi u kundizzjonijiet ekwi għan-negozji. Il-konsumaturi jistgħu jkunu siguri biss permezz tar-regolament u r-rekwiżiti. Huwa biss bil-prodotti siguri li l-konsumaturi jitħeġġu jixtru aktar prodotti fis-Suq Uniku. Is-sigurtà tal-prodotti hija ewlenija biex tiżgura Suq Uniku li jaħdem sew u permezz ta' dan jiġi ffaċilitat it-tkabbir għan-negozji Ewropej u prosperità fl-Unjoni.
Bħala nota ġenerali, ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għax f'partijiet kbar minnha hija qrib tar-rakkomandazzjonijiet tar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u s-sorveljanza tas-suq[1]. Ir-Regolament dwar is-Sigurtà tal-Prodotti għall-Konsumatur tmiss parti kbira mis-Suq Uniku. Kif tiddikjara l-Kummissjoni fil-valutazzzjoni tal-impatt tagħha[2], safejn ikunu kkonċernati l-prodotti tal-konsumaturi - armonizzati u mhux armonizzati - il-volum ta' kummerċ intra-UE bejn l-2008 u l-2010 ammonta għal kważi EUR 1 triljun.
Madankollu, il-konsumaturi Ewropej ma jħossuhomx siguri meta joperaw fis-Suq Uniku. Skont stħarriġ tal-Kummissjoni magħmul mill-Ewrobarometru fl-2012, 27 % tal-konsumaturi ħasbu li numru sinifikanti ta' prodotti mhux tal-ikel tal-konsumaturi fis-Suq Uniku ma kienx sigur[3].
Barra minn hekk, ir-rapport annwali tal-2012 dwar l-operazzjoni tas-Sistema ta' Twissija Rapida għal prodotti perikolużi mhux tal-ikel (RAPEX) wera żieda ta' 26 % fi twissijiet ta' prodotti rrappurtati fis-sistema RAPEX meta mqabbla maċ-ċifri tal-2011[4]. Ma hemm l-ebda dubju li parti miż-żieda hija kkawżata minn attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq imtejba fl-Istati Membri imma huwa wkoll mingħajr dubju li n-numru ta' prodotti perikolużi fis-Suq Uniku qiegħed jiżdied.
Ir-Rapporteur jidhirlu li din hija inaċċettabbli għax nuqqas ta' fiduċja fis-Suq Uniku tfixkel it-tkabbir u l-prosperità fl-Unjoni in ġenerali. Element fundamentali biex tissolva din il-problema huwa permezz ta' reġim tas-sigurtà tal-prodott, li jkun jiffunzjona sew, stabbilit minn dan ir-Regolament.
Kwistjonijiet orizzontali
CPSR bħala xibka tas-sigurtà ġenerali
Għar-Rapporteur, hija tal-akbar importanza li dan ir-Regolament ikompli jaġixxi bħala "xibka tas-sigurtà" għas-sigurtà tal-prodott. Fil-leġiżlazzjoni attwali, id-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti[5] tenfasizza li d-Direttiva tapplika għall-każijiet fejn ikun hemm nuqqas ta' dispożizzjonijiet tas-sigurtà aktar speċifiċi fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u permezz ta' dan tiġi żgurata s-sigurtà tal-prodotti kollha mqiegħda fis-suq.
Permezz tal-konformità tad-dispożizzjonijiet attwali ma' dan ir-Regolament, ir-Regolament tal-Prodott tal-Konsumaturi jkollu funzjoni "umbrella" sabiex tingħalaq il-lakuna msemmija hawn fuq. Huwa għalhekk stipulat mir-Rapporteur li r-Regolament se jaġixxi bħala qafas leġiżlattiv b'bażi wiesgħa ta' natura orizzontali sabiex jiġu ttrattati prodotti li jeżistu jew li jistgħu jiġu żviluppati u wkoll biex ikopru l-lakuni.
Introduzzjoni mill-ġdid tal-prinċipju prekawzjonarju
Xibka tas-sigurtà għal-leġiżlazzjoni tal-prodotti tal-Unjoni trid tipprovdi rekwiżiti tas-sigurtà effiċjenti. Madankollu, ir-Rapporteur sab li l-proposta tal-Kummissjoni kellha nuqqas wieħed ewlieni: Meta ġew ivvalutati r-riskji possibbli tal-prodotti, tħassret ir-referenza għall-prinċipju prekawzjonarju fid-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti[6].
Ir-Rapporteur sab li dan mhuwiex is-sinjal it-tajjeb li kellu jintbagħat lill-konsumaturi, l-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Minflok, il-prinċipju prekawzjonarju - kif iddikjarat fl-Artikolu 191(2) tat-TFUE - irid jiġi introdott mill-ġdid sabiex tiġi żgurata l-kunsiderazzjoni xierqa tal-aspetti tas-sigurtà fundamentali meta tiġi vvalutata s-sigurtà tal-prodott.
Permezz tal-introduzzjoni mill-ġdid tal-prinċipju prekawzjonarju, ir-Rapporteur enfasizza l-bżonn li jiġi ppreservat dan il-prinċipju orizzontali u l-pilastru fundamentali għas-sigurtà tal-prodotti u għas-sigurtà tal-konsumaturi.
Konformità riġida mal-Qafas Leġiżlattiv Ġdid.
Waħda mill-innovazzjonijiet l-aktar importanti fil-proposta tal-Kummissjoni dwar is-Sigurtà tal-Prodotti għall-Konsumatur huwa l-allinjament tal-obbligi tal-operaturi ekonomiċi mid-Deċiżjoni 768/2008/KE għal dan ir-Regolament[7]. Din hija innovazzjoni għax id-Deċiżjoni - bħala parti mill-Qafas Leġiżlattiv Ġdid - s'issa kienet allinjata biss f'leġiżlazzjoni tal-Unjoni armonizzata filwaqt li l-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament ikopri biss prodotti mhux armonizzati.
Ir-Rapporteur isibha kruċjali li jkun hemm konsistenza mal-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni fir-rigward tal-obbligi tal-operaturi ekonomiċi. Għalhekk, l-allinjament mid-Deċiżjoni għal dan ir-Regolament se jinżamm riġidu kemm jista' jkun billi l-kliem tad-dispożizzjonijiet diġà introdott fid-Deċiżjoni u traspost f'dan ir-Regolament ma jiġix emendat.
Enfasi miżjuda fuq is-sigurtà ddeterminata fit-tfassil
Is-sigurtà ta' prodott dejjem se tkun ir-responsabilità tal-manifatturi. L-iżgurar li l-manifatturi jqisu awtomatikament is-sigurtà tal-prodott fil-fażi ta' tfassil jista' jkollu impatt kbir fuq is-sigurtà tal-prodotti fis-suq, filwaqt li jiġu ffrankati r-riżorsi għas-sorveljanza tas-suq.
Ir-Rapporteur se jitlob lill-Kummissjoni biex toħloq mezz effettiv u faċli biex jintuża għall-operaturi ekonomiċi biex jivvalutaw kwalunkwe riskju tal-prodott qabel ma jitqiegħed fis-suq.
Proposti ewlenin
Ir-Rapporteur, apparti l-erba' kwistjonijiet orizzontali msemmija hawn fuq, se jiffoka fuq il-proposti ewlenin li ġejjin:
Konsumaturi vulnerabbli
Trid tingħata kunsiderazzjoni speċjali lill-konsumaturi vulnerabbli dwar is-Suq Uniku. Meta tiġi vvalutata s-sigurtà tal-prodotti, il-vulnerabilità tal-konsumatur hija fattur ewlieni biex jiġi determinat jekk prodott huwiex sigur jew le. Barra minn hekk, ir-Rapporteur isib li huwa neċessarju li titqies in-nozzjoni ta' prodotti li jappellaw għat-tfal meta tiġi vvalutata s-sigurtà tal-prodott.
Pajjiż tal-oriġini
Il-proposta tal-Kummissjoni tintroduċi rekwiżit għal indikazzjoni tal-oriġini fuq il-prodotti jew il-pakketti tagħhom. Ir-Rapporteur iżomm il-proposta kif inhu ddikjarat fl-Artikolu 7 għax hija ewlenija biex titjieb it-traċċabilità għall-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, titjieb it-trasparenza tal-katina tal-provvista u b'hekk tissaħħaħ il-kunfidenza tal-konsumaturi favur is-Suq Uniku.
Il-marka CE+
Il-marka CE tibgħat sinjal lill-konsumaturi li l-prodott huwa sigur. Il-marka CE, madankollu, hija biss l-indikazzjoni tal-manifattur, li huwa jieħu r-responsabilità għall-konformità tal-prodott bir-rekwiżiti applikabbli kollha stipulati fil-leġiżlazzjoni relevanti. Ir-Rapporteur jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta' marka CE+ ġdida biex tindika li l-prodott immarkat ġie ttestjat minn parti terza indipendenti u nstab sigur minn korp kompetenti. B'hekk, il-marka CE+ il-ġdida se tkun supplimentari għall-marka CE attwali.
Id-djalogu transatlantiku
Il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sigurtà tal-prodotti u tas-sorveljanza tas-suq tal-istati Uniti hija kruċjali sabiex titjieb il-qagħda attwali u r-reġim leġiżlattiv fl-Unjoni. Permezz ta' kooperazzjoni formalizzata, djalogu u skambju tal-aħjar prattiki, l-Unjoni tista' titgħallem mill-Istati Uniti fir-rigward ta' leġiżlazzjoni aħjar u aktar effiċjenti. Qabel l-iskadenza għall-emendi ta' dan ir-Rapport, ir-Rapporteur se jidħol fi djalogu mar-rappreżentanti tal-gvern Amerikan u probabilment se jintroduċi emendi dwar id-djalogu transatlantiku f'dan l-istadju.
Il-Punti ta' Kuntatt għas-Sigurtà tal-Prodott
Fir-Regolament 764/2008 dwar proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti kkummerċjalizzati b'mod legali fi Stat Membru ieħor, il-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott huma stabbiliti f'kull Stat Membru sabiex l-operaturi ekonomiċi jiġu infurmati dwar ir-regoli rigward ir-rikonoxximent reċiproku kif inhu mniżżel fir-Regolament. Madankollu, ir-Rapporteur sab li huwa neċessarju li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn il-Punti ta' Kuntatt tal-Prodott billi jiġi ffaċilitat it-taħriġ dwar il-leġiżlazzjoni tas-sigurtà tal-prodott u l-informazzjoni ta' trasferiment madwar l-industriji u l-operaturi ekonomiċi.
Penali
Il-penali u s-sanzjonijiet iridu jiġu simplifikati u magħżula sabiex il-kummerċjanti diżonesti jkunu dawk li jħallsu l-maġġoranza tal-ispejjeż tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq. Illum, il-persuna li tħallas it-taxxa hija dik li qed tħallas il-prezz għas-sorveljanza tas-suq fl-Unjoni. Fil-futur, il-penali jkunu kruċjali biex jevitaw u jaqtgħu qalb kummerċjanti diżonesti li jkunu qed jidħlu fis-Suq Uniku, filwaqt li jkunu proporzjonati u ġusti.
Bejgħ onlajn
Finalment, minħabba n-numru ta' prodotti minn pajjiżi terzi mixtrija onlajn mill-konsumaturi li jafu ma jkunux f'konformità mar-rekwiżiti u l-istandards tas-sigurtà Ewropej, b'hekk jiġu pperikolati s-sigurtà u s-saħħa tal-konsumaturi, ir-Rapporteur jisħaq fuq il-bżonn ta' fokus iddedikat fuq it-tisħiħ tal-kunfidenza tal-konsumaturi fil-kummerċ elettroniku permezz ta' kampanji tal-edukazzjoni u tal-għarfien mibdija mill-Kummissjoni.
ANNESS - LISTA TA' KONTRIBUTI MILL-PARTIJIET IKKONĊERNATI
Dikjarazzjoni ta' ċaħda tar-responsabbiltà
Il-lista li ġejja ta' partijiet ikkonċernati hija miġbura fuq il-bażi ta' laqgħat, ittri u dokumenti ta' pożizzjoni sa minn Jannar 2010 sal-iskadenza għal dan l-abbozz ta' rapport f'Ġunju 2013.
Irid jitqies li l-lista mhijiex komprensiva. Hija pjuttost impossibbli li jissemmew it-tipi kollha ta' difiża għar-Rapporteur matul din il-leġiżlatura. Barra minn hekk, ir-Rapporteur ħadem fil-Parlament Ewropew dwar is-suġġett tas-sigurtà tal-prodott sa mill-2008. B'hekk, is-sorsi ta' ispirazzjoni huma vasti u diffiċli biex jinftiehmu fit-totalità tagħhom.
Madankollu, l-ambizzjoni ta' din il-lobby hija għar-Rapporteur li juri b'mod miftuħ fejn oriġinat l-ispirazzjoni għal dan l-abbozz ta' rapport.
Lista ta' partijiet ikkonċernati
§ ANEC
§ BEUC
§ BUSINESSEUROPE
§ CEN-CENELEC
§ CEOC International
§ Konfederazzjoni tal-Industriji Daniżi
§ Il-Kamra tal-Kummerċ Daniża
§ Il-Kunsill tal-Konsumaturi Daniż
§ L-Awtorità Daniża tat-Teknoloġija tas-Sigurtà
§ Il-Fondazzjoni tal-Istandards Daniża
§ DĠ SANCO
§ ETUI (Istitut Ewropew tat-Trejdunjin)
§ L-Eurocommerce
§ Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
§ L-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tat-Tajers u l-Gomma
§ Il-Presidenza Litwana li jmiss tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-Ħarifa 2013
§ Il-Presidenza Irlandiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tar-Rebbiegħa 2013
§ Is-Sur Jean-Philippe MONTFORT, sħab ma' MayerBrown
§ LEGO u TIE (Toy Industries Europe)
§ Louis Vuitton Moët Hennessy (LVMH)
§ Orgalime
§ Rappreżentanza Permanenti tal-Awstrija għall-Unjoni Ewropea
§ Rappreżentanza Permanenti tad-Danimarka għall-Unjoni Ewropea
§ Rappreżentanza Permanenti tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-Unjoni Ewropea
§ Is-Sur Torben RAHBEK, konsulent indipendenti
§ TÜV
§ UL DEMKO
§ Kummissjoni ta' Sikurezza tal-Prodotti għall-Konsumatur tal-Istati Uniti (CPSC)
§ VELUX Danimarka
§ Ir-Rapporteur organizza dibattitu waqt kolazzjon fl-4 ta' Ġunju 2013 f'kollaborazzjoni ma' BUSINESSEUROPE u BEUC. Għal-lista tal-parteċipanti, jekk jogħġbok ikkuntattja l-uffiċċju tar-Rapporteur.
- [1] Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti u s-sorveljanza tas-suq (2010/2085(INI))
- [2] Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Valutazzjoni tal-Impatt, il-Pakkett dwar is-Sigurtà tal-Prodotti u s-Sorveljanza tas-Suq, SWD(2013) 33 finali, p. 9
- [3] Ir-Rapport Annwali 2012 dwar l-operazzjoni tas-Sistema ta' Twissija Rapida għal prodotti perikolużi mhux tal-ikel, p.42
- [4] Ir-Rapport Annwali 2012 dwar l-operazzjoni tas-Sistema ta' Twissija Rapida għal prodotti perikolużi mhux tal-ikel, Kapitolu II
- [5] Id-Direttiva Nru 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti
- [6] L-Artikolu 8(2) u l-Premessa 1 tad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti
- [7] Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-marketing tal-prodotti
OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (18.9.2013)
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE
(COM(2013)0078 – C7‑0042/2013 – 2013/0049(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Cristiana Muscardini
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Iċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti tal-konsum li jkunu sikuri, legali u mhux kontraffatti, tirrappreżenta wieħed mis-sisien tal-Unjoni Ewropea, il-pilastru essenzjali għall-funzjonament tas-suq uniku, li jista' jagħti l-fiduċja mill-ġdid lill-konsumaturi li l-lum, minħabba vojt leġiżlattiv Ewropew, ma għandhomx bħalissa l-jedd li jkunu jafu l-provenjenza tal-prodotti li jixtru.
Din il-proposta preżenti għandha l-iskop li tiċċara l-kwadru normattiv marbut mal-prodotti tal-konsum, mhux alimentari, billi jitqiesu l-kompetenzi tal-operaturi ekonomiċi u tal-awtoritajiet nazzjonali, li jinneċessitaw armonizzazzjoni tar-regoli u tal-kontrolli u tal-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tan-normi eżistenti; nuqqas li jittraduċi ruħu f’ostaklu gravi għall-effikaċja tal-attività ta’ sorveljanza tas-suq u, b’konsegwenza, f’kostijiet akbar għall-impriżi Ewropej.
It-test tar-regolament hu ambizzjuż u fih sensiela ta’ obbligi għall-produtturi, importaturi, u distributuri, u jagħti garanzija li l-informazzjoni neċessarja tkun dejjem viżibbli għall-konsumatur, ukoll jekk fadal xi dubji dwar l-applikazzjoni ta' dawn l-obbligi.
Ir-rapporteur tqis li hu pożittiv li l-proposta ta' Regolament tillimita b'mod ċar il-kamp ta' applikazzjoni, li jirrigwarda l-prodotti manifatturati ddestinati għall-konsum, u mhux alimentari, li s-sigurtà tagħhom tapplika orizzontalment. Huwa tal-fehma, filfatt, li hi essenzjali l-preżenza tal-obbligu tat-traċċabilità ta' prodott għall-fini li jkunu evitati, jew limitati, il-prattiki kummerċjali illeċiti u żleali, obbligu li jidħol fis-superviżjoni fuq il-katina tal-fornitura, li ġa teżisti għal bosta impriżi Ewropej, bħala risposta għall-eżiġenza tas-suq.
L-indikazzjoni obbligatorja tal-oriġini tal-prodotti tingħaqad mar-rekwiżiti basiċi tat-traċċabilità, u tivvalorizzahom, billi tiffaċilita l-kompitu tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza biex isibu l-lok tal-fabbrikazzjoni u tiffavorixxi l-kuntatti mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini fil-kwadru tal-kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali fil-kamp tas-sigurtà. Li wieħed ikun jaf il-pajjiżi li fihom ġie mmanifatturat prodott, xejn ma hu element li jfixkel ix-xelta tal-konsumaturi, imma hu essenzjali biex wieħed jifhem is-sostenibilità ta' prodott f'termini ta' standards soċjali, ambjentali, produttivi u l-kwalità u s-sigurtà tal-prodott innifsu. Ix-xelta hi libera meta l-komsumatur jista’ jagħraf il-parametri kollha utli għal xirja konsapevole. L-istess iseħħ ġa f’bosta pajjiżi, kemm dawk sieħba tagħna kemm il-kompetituri kummerċjali, fejn huma applikati regoli ta' oriġini aktar f'saħħithom sa mis-snin 20 u huma obbligatorji għall-merkanzija kollha, ukoll dik prodotta fl-Ewropa, importati lejn dawn il-pajjiżi. Eżempju ta’ dan huma l-Istati Uniti tal-Amerika, il-Messiku, il-Kanada, il-Ġappun u oħrajn.
L-informazzjoni hi sigurtà u s-sigurtà tal-informazzjoni hi importanti kemm għas-saħħa tal-konsumaturi kemm għall-iżvilupp industrijali Ewropew.
Ir-rapporteur hi tal-fehma li hi dubbjuża n-natura tar-riskju espressa fit-test tar-regolament: tibqa’ ċerta konfużjoni jekk l-obbligi tat-traċċabilità għandhomx jaqgħu indiskriminatament fuq il-prodotti kollha mhux armonizzati jew jekk, biex tkun iggarantita l-proprozjonalità, għandhom ikunu eżentati dawk il-prodotti li l-livell tar-riskju hu baxx ħafna, jew huma ġa koperti minn direttivi u regolamenti oħrajn.
Fl-ambitu tas-semplifikazzjoni leġiżlattiva, ikun opportun li jitwessa’ l-ambitu ta’ dan ir-regolament għall-prodotti kollha mhux armonizzati, bl-unika eżenzjoni s-settur alimentari.
Ir-rapporteur hi tal-fehma wkoll li għandhom ikunu ċċarati u ddefiniti aktar il-modalitajiet, is-severità u t-tempestività li permezz tagħhom l-Istati Membri japplikaw il-jedd li jissanzjonaw il-vjolazzjoni tar-regolament. Għalhekk għandhom jiġi stabbiliti livelli komuni minimi u massimi ta’ sanzjonijiet, u ż-żmien tal-eżekuzzjoni tagħhom għall-fini li jkun iggarantit li l-operaturi mhux konformi mar-regoli ta’ sigurtà jkollhom jaffrontaw l-istess konsegwenzi indipendentement mill-Istat Membru li fih jaġixxu, u li jiġi rivist il-prinċipju tal-proporzjonalità li għandu jissejjes fuq il-presuppost li s-sanzjoni tkun proprozjonali għall-kwantità tal-beni mibjugħ fit-territorju Ewropew u għall-valur monetarju tiegħu.
It-territorju tal-Unjoni, li l-fruntieri tiegħu huma miftuħin, ma jistax ikollu regoli eċċessivament differenti biex jippunixxi l-istess reat fil-qasam kummerċjali, li hu qasam li fih l-Unjoni għandha kompetenza kważi esklussiva.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 10a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Fir-rigward tal-iżvilupp ta' bejgħ onlajn fuq l-internet u d-dwana, inġibdet l-attenzjoni dwar id-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq meta jieħdu azzjoni kontra prodotti perikolużi li jinbiegħu onlajn. Dan hu ta' rilevanza partikolari billi l-għadd qed jikber ta' prodotti minn pajjiżi terzi li jinxtraw onlajn mill-konsumaturi u li ma jikkonformawx mal-Istandards Ewropej, b'hekk ipoġġu f'riskju s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi. Jeħtieġ li jissawru kontrolli xierqa fuq il-prodotti importati ħalli jiġu ttrattati dawn l-isfidi. Għal dan il-fini, għandhom jissawru għodod speċifiċi għall-awtoritajiet doganali u għal aktar koperazzjoni mtejba bejn l-awtoritajiet tal-eżekuzzjoni. Il-verifiki doganali u l-monitoraġġ tas-suq fuq il-prodotti mixtrijin fuq l-internet għandhom jissaħħu u jiġu standardizzati. |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. |
(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi, il-kompożizzjoni, l-awtentiċità u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. |
Ġustifikazzjoni | |
L-indikazzjoni tal-materjal li l-prodott ikun magħmul minnu tikkompleta l-informazzjoni għall-konsumatur. Barra minn hekk, l-awtentiċità tal-prodott u l-eżistenza ta' marka reġistrata jindikaw li l-prodott jikkonforma ma' standards ta' kwalità rikonoxxuti fil-livell Ewropew. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 15a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) Fil-każ ta' prodotti li mhumiex suġġetti għal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni, standards tal-UE jew leġiżlazzjoni nazzjonali dwar ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà, l-operaturi ekonomiċi se jivvalutaw is-sigurtà tal-prodotti skont kriterji speċifiċi, li abbażi tagħhom se jiddefinixxu l-livell ta' riskju assoċjat ma' prodott. L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq jistgħu jassistu lill-operaturi ekonomiċi fit-twettiq tal-valutazzjoni tas-sigurtà. |
Ġustifikazzjoni | |
Huwa importanti li l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq jassistu lill-operaturi ekonomiċi (pereżempju l-manifatturi, l-importaturi eċċ) fil-valutazzjoni tar-riskju ta' prodotti, speċjalment meta dawn ma jkunux koperti minn leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni jew standards Ewropej. Partikolarment fil-każ ta' prodotti importati, il-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodott tista' tkun kumplessa billi l-importaturi ma jkunux jafu bis-sħiħ il-karatteristiċi ta' prodott. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 16a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(16a) 'riskju' tfisser riskju li għandu l-potenzjal li jaffettwa b'mod negattiv is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni inġenerali, is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-protezzjoni tal-konsumatur, l-ambjent u s-sigurtà pubblika kif ukoll interessi pubbliċi oħra sa punt li jmur lil hinn minn dak li huwa meqjus bħala raġonevoli u aċċettabbli taħt kundizzjonijiet normali jew prevedibbli b'mod raġonevoli tal-użu tal-prodott ikkonċernat, inkluż iż-żmien tal-użu u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti tat-tqegħid tiegħu fis-servizz, l-installazzjoni u l-manutenzjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-GPSD jipprevedi biss definizzjoni ta' 'riskju serju'. Għal finijiet ta' konsistenza mar-Regolament dwar is-Sorveljanza tas-Suq, din id-Direttiva għandu jkollha wkoll definizzjoni ġenerali ta' riskju. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
(20) Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni, l-indikazzjoni tal-oriġini u t-traċċabbiltà tal-prodotti, abbażi ta' speċifikazzjonijiet u kriterji iebsin, matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Dejtabejż ta' Informazzjoni dwar is-Sigurtà tal-Prodotti għall-Konsumaturi, ħalli tqanqal kuxjenza dwar il-prodotti perikolużi bejn il-fruntieri fis-suq intern u ħalli tgħarraf debitament lill-konsumaturi, produtturi u distributuri involuti waqt li tiżgura l-kunfidenzjalità neċessarja. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 21 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(21) L-indikazzjoni tal-oriġini tissupplimenta r-rekwiżiti bażiċi tat-traċċabbiltà li għandhom x'jaqsmu mal-isem u l-indirizz tal-manifattur. B'mod partikolari, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jgħin biex ikun identifikat il-post proprju tal-manifattura f'dawk il-każijiet kollha meta l-manifattur ma jkunx jista' jiġi kkuntattjat jew l-indirizz mogħti tiegħu jkun differenti mill-post proprju tal-manifattura. Informazzjoni bħal din tista' tħeffef il-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lura l-prodott lejn il-post proprju tal-manifattura, u permezz tagħha jkunu jistgħu jsiru kuntatti mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini fil-qafas tal-koperazzjoni bilaterali u multilaterali dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur biex jittieħdu l-azzjonijiet xierqa ta' segwitu. |
(21) L-indikazzjoni tal-oriġini tissupplimenta r-rekwiżiti bażiċi tat-traċċabbiltà li għandhom x'jaqsmu mal-isem u l-indirizz tal-manifattur, mingħajr ma jiżdiedu l-oneri amministrattivi. B'mod partikolari, l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini jgħin biex ikun identifikat il-post proprju tal-manifattura f'dawk il-każijiet kollha meta l-manifattur ma jkunx jista' jiġi kkuntattjat jew l-indirizz mogħti tiegħu jkun differenti mill-post proprju tal-manifattura, ħalli jkun ikkonsentit lill-konsumaturi li jikkollegaw mill-ġdid il-prodotti mar-regoli soċjali, ambjentali u s-sigurtà tal-pajjiż tal-oriġini u li jiġu ttutelati l-beni kontraffatti jew illegali. Informazzjoni bħal din tista' tħaffef il-kompitu tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq biex jittraċċaw lura l-prodott lejn il-post proprju tal-manifattura, u permezz tagħha jkunu jistgħu jsiru kuntatti mal-awtoritajiet tal-pajjiż tal-oriġini fil-qafas tal-koperazzjoni bilaterali u multilaterali dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u fuq it-taqbida kontra l-kontraffazzjoni biex jittieħdu l-azzjonijiet xierqa ta' segwitu, kif ġa jiġri f'bosta pajjiżi, kemm dawk sieħba tagħna kemm il-kompetituri fuq livell kummerċjali, fejn huma applikati regoli ta' oriġini aktar f'saħħithom sa mis-snin għoxrin tas-seklu l-ieħor u huma obbligatorji għall-merkanzija kollha, ukoll dik prodotta fl-Ewropa, importati lejn dawn il-pajjiżi. Eżempju ta’ dan huma, fost l-oħrajn, l-Istati Uniti, il-Messiku, il-Kanada, u l-Ġappun. Il-Kummissjoni għandu jkollha rwol aktar attiv fil-kordinament tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq Ewropew u tal-awtoritajiet doganali ma' dawk ta' Pajjiżi Terzi u għat-tnedija tal-kampanji pubbliċi ta' tagħrif u sensibilizzazzjoni dwar ir-rwol tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-swieq bħala helpdesk għall-konsumaturi. |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 21a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21a) L-Unjoni Ewropea ġa ffinalizzat, jew qed tinnegozja, ftehimiet bilaterali mal-pajjiżi fejn il-markar tal-oriġini hu obbligatorju, tqis li indikazzjoni obbligatorja tal-pajjiż tal-oriġini toħloq suq aktar ekwilibrat u ġust u tkabbar il-kompetizzjoni bejn il-pajjiżi, filwaqt li kull avarija ta' trattament tikkostitwixxi ostaklu għall-kummerċ. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 21b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21b) L-informazzjoni dwar l-oriġini fuq il-prodotti se ssaħħaħ l-effikaċja tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq meta jittraċċaw prodotti perikolużi. Barra minn hekk, l-indikazzjoni tal-pajjiżi tal-oriġini għandha rwol ewlieni fis-sejħa lura ta' prodotti jew l-irtirar ta' prodotti perikolużi mis-suq tal-UE. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 21c (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(21c) L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżviluppaw kampanji ta’ sensibilizzazzjoni biex jinfurmaw lill-konsumaturi dwar ir-riskju ta’ xiri ta’ prodotti foloz, speċjalment onlajn. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 30 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(30) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fuq ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawn il-penali jridu jkunu effettivi, proporzjonati u disważivi. |
(30) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli fuq ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawn ikunu implimentati. Dawn il-penali jridu jkunu effettivi, armonizzati kemm jista’ jkun, proporzjonati għall-kwantità, għall-valur tal-beni u għaż-żmien li fih dan kien disponibbli fis-suq, u disważivi. |
Ġustifikazzjoni | |
Mingħajr penali armonizzati fid-diversi Stati Membri - jew tal-anqas inlinja mal-livelli massimi u minimi pan-Ewropej - din il-kwestjoni mhix se tissolva; filfatt, dan ikun jinkoraġġixxi l-importazzjoni u d-distribuzzjoni fl-istati fejn il-penali jkunu anqas ħorox minn oħrajn. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti miksuba bi proċess ta' manifattura li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq, kemm jekk ġodda, użati jew kkundizzjonati mill-ġdid, u li huma konformi ma' xi wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin: |
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti miksuba bi proċess ta' manifattura li tqiegħdu jew li huma disponibbli fis-suq, anke f'dak onlajn, kemm jekk ġodda, użati jew kkundizzjonati mill-ġdid, u li huma konformi ma' xi wieħed minn dawn il-kriterji li ġejjin: |
Ġustifikazzjoni | |
Meta jitqies ir-rwol dejjem jikber tal-kummerċ elettroniku, jidher li hu xieraq li jiġi speċifikat li r-regolament japplika wkoll għas-suq onlajn. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(l a) prodotti tal-kostruzzjoni abbażi tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini*; |
|
__________________ |
|
*ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5. |
Ġustifikazzjoni | |
Bħala regola, il-prodotti tal-kostruzzjoni huma sempliċement prodotti intermedji u mhux prodotti finali. Fil-każijiet rari fejn għall-prodott innifsu kellhom jiġu stabbiliti rekwiżiti tas-sigurtà, ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 imsemmi joffri dispożizzjonijiet suffiċjenti sabiex dawn ir-rekwiżiti jiġu kkunsidrati (ara l-Artikolu 3(3), 11(6), 27(3) u (4)). | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Article 3 - paragraph 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) "tagħmel disponibbli fis-suq" tfisser kull provvista ta' prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni matul l-attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll mingħajru; |
(2) "tagħmel disponibbli fis-suq" tfisser kull provvista ta' prodott għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq tal-Unjoni jew onlajn matul l-attività kummerċjali, kemm jekk issir bi ħlas kif ukoll mingħajru; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-ħsieb hu li jsir riferiment għas-suq onlajn li hu nieqes minn kontrolli dwar jekk il-prodott imqiegħed fis-suq hux distribwit direttament f'dar il-konsumaturi. Speċjalment fil-każ ta' prodotti ta’ daqs żgħir. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) jekk ikun awtentiku, jiġifieri li l-prodott jew kwalunkwe preżentazzjoni tal-prodott ma jkollux marka kummerċjali mingħajr l-awtorizzazzjoni ta' sid il-marka kummerċjali li hija identika jew simili għal marka kummerċjali reġistrata għal dan il-prodott, b'hekk tiżgwida lill-konsumaturi fir-rigward tal-identità vera tal-prodott; |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil u, fejn applikabbli, għall-installazzjoni u l-manutenzjoni; |
a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi il-kompożizzjoni, l-awtentiċità, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil u, fejn applikabbli, għall-installazzjoni u l-manutenzjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
L-awtentiċità tal-prodott u l-eżistenza ta' marka reġistrata jindikaw li l-prodott jikkonforma ma' standards ta' kwalità rikonoxxuti fil-livell Ewropew. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Għall-fini tal-paragrafi 1 u 2, l-operaturi ekonomiċi għandhom jagħmlu disponibbli lill-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq, lista ta' kontroll li tispjega kif ġew ivvalutati l-parametri skont paragrafi 1 u 2, u kif ir-riskju possibbli ta' prodott ġie stmat abbażi ta' tali lista ta' kontroll. Fuq talba, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq se jassistu lill-operaturi ekonomiċi fit-twettiq tal-valutazzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-każ ta' prodotti li ma humiex soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, l-istandards tal-UE jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar is-saħħa u s-sigurtà, ikun hemm il-ħtieġa ta' parametri ċara dwar fuq liema bażi jista' jiġi vvalutat u definit sew ir-riskju. B'danakollu, din il-valutazzjoni ma għandhiex titħalla biss għall-operaturi ekonomiċi, imma għandu jkun hemm kontroll mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jkun ibbażat mill-anqas fuq l-awtodikjarazzjonijiet tal-operaturi ekonomiċi li juri kif tkun saret il-valutazzjoni tar-riskju. Dan ikun partikolarment rilevanti fil-każ ta' prodotti importati billi l-importaturi jista' jkollhom għarfien aktar limitat ta' kif ir-rekwiżiti skont il-paragrafu 2 japplikaw għal prodott importat. | |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-manifatturi u l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti jkollhom indikazzjoni tal-pajjiżi tal-oriġini tal-prodott jew, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata indikazzjoni fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. |
1. Il-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri jiżguraw li l-prodotti għall-konsumatur aħħari jkollhom indikazzjoni tal-pajjiżi tal-oriġini tal-prodott jew, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott għall-konsumatur aħħari ma jippermettux dan, tingħata indikazzjoni fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm ma' dak il-prodott, bħal pereżempju materjal fil-post tal-bejgħ. Il-manifatturi jew l-importaturi jridu jassiguraw li l-pajjiż tal-oriġini huwa indikat fuq il-prodotti kollha li jinbiegħu fi ħdan l-Unjoni Ewropea, irrispettivament minn jekk il-prodott huwiex minn pajjiż tal-UE jew minn pajjiż mhux tal-UE. Id-distributuri jivverifikaw jekk il-manifattur jew l-importatur ikunx ittikketta l-prodott tal-konsumatur fil-forma adegwata qabel ma biegħu jew offrih fis-suq tal-UE. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 7, paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. L-indikazzjoni tal-pajjiż tal-oriġini tal-prodott tiġi espressa fid-diċitura "Magħmul fi" akkumpanjata mill-isem tal-pajjiż tal-oriġini. Din l-indikazzjoni tista’ tiġi espressa fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, b'mod li tkun tinftiehem faċilment mill-konsumaturi jew mill-klijenti finali tal-Istat Membru fejn il-prodotti jkunu se jiġu kkumerċjalizzati. L-indikazzjoni ma tistax tiġi espressa f'alfabet ieħor apparti dak Latin fil-każ tal-prodotti kkummerċjalizzati fil-pajjiżi li l-lingwa tagħhom tinkiteb b'dak l-alfabet waqt li fil-pajjiżi li jużaw alfabet ieħor apparti dak Latin, l-indikazzjoni trid tiġi espressa wkoll bl-alfabet Latin. |
Ġustifikazzjoni | |
Hu neċessarju li tkun indikata l-modalità tal-applikazzjoni tal-marka tal-oriġini u li tingħata l-possibilità lill-fornituri li jagħżlu l-lingwa xierqa u komprensibbli għall-konsumaturi tagħhom. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1b. L-indikazzjoni tal-pajjiżi tal-oriġini ssir b’karattri ċari, leġibbli u indelebbli, tkun viżibbli f’kundizzjonijiet normali ta’ użu, tirriżulta nettament distanta minn informazzjoni oħra u tkun preżentata b'mod tali li ma tingannax u li ma toħloqx impressjoni żbaljata dwar l-oriġini tal-prodott. |
Ġustifikazzjoni | |
Hu fundamentali li tkun iggarantita l-awtentiċità u mhux il-manipolazzjoni tal-indikazzjoni tal-oriġini bħala miżura ta’ informazzjoni u tas-sigurtà tal-konsumaturi. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 7c (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1c. L-Artikolu 7 tar-Regolament għandu japplika għal dawk il-prodotti li huma destinati għall-konsum finali għajr għal prodotti mis-sajd u mill-akkwakultura kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 104/2000, u għall-prodotti tal-ikel kif definit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Meta l-pajjiż tal-oriġini li jkun instab skont il-paragrafu 2 ikun Stat Membru tal-Unjoni, il-manifatturi u l-importaturi jistgħu jirreferu għall-Unjoni jew għal Stat Membru partikolari. |
3. Meta l-pajjiż tal-oriġini li jkun instab skont il-paragrafu 2 ikun Stat Membru tal-Unjoni, it-tikketta ''magħmul fi'' tista' tirreferi għall-Unjoni jew għal Stat Membru partikolari. L-isem u l-indirizz tal-manifattur ukoll jingħataw fuq il-prodotti tal-konsumatur kollha li jitqiegħdu fis-suq tal-UE. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kif xieraq: |
B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott kif ivvalutat abbażi tal-Artikolu 6, il-manifatturi għandhom ifasslu dokumentazzjoni teknika. Id-dokumentazzjoni teknika għandu jkun fiha, kif xieraq: |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Qabel iqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott ikun konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4 u li l-manifattur ikun kkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(4), (6) u (7). |
1. Qabel iqiegħdu prodott fis-suq, l-importaturi huma soġġetti għall-istess obbligi bħall-produtturi tal-UE u jiżguraw li l-prodott ikun konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4 u li l-manifattur ikun kkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8 u li d-dokumentazzjoni teknika li tkun takkumpannjahom tattesta l-konformità mal-prodott f’dak li għandu x’jaqsam mar-riskji possibbli relattivi għalih. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 10 - paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Billi l-obbligi skont l-Artikolu 8(4) huma bbażati fuq l-evalwazzjoni tar-riskju ta' prodott, li tista' tkun ibbażata fuq kriterji u parametri differenti f'pajjiżi terzi, hija fir-responsabbiltà tal-importatur li jiżgura li l-manifattur barrani kkunsidra l-istess parametri tal-UE skont l-Artikolu 6 u li se jkunu rappurtati fid-dokumentazzjoni teknika li dan ikun ipprovda lill-importatur. |
Ġustifikazzjoni | |
Għandu jkun żgurat li l-valutazzjoni tar-riskju mwettqa mill-manifatturi barranin hija bbażata fuq l-istess rekwiżiti tal-UE għal prodotti li huma importati fl-UE u għall-introduzzjoni fis-suq tal-UE. | |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott, li l-konsumaturi jkunu jistgħu jarawh u jaqrawh faċilment jew li, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata l-informazzjoni meħtieġa fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott, l-importaturi, biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandhom jittestjaw kampjuni ta' prodotti disponibbli fis-suq, jistħarġu l-ilmenti u jżommu reġistru tal-ilmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' sejħa lura ta' prodotti, u għandhom iżommu lill-manifattur u lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ bħal dan. |
6. B'mod proporzjonat mar-riskji possibbli ta' prodott kif ivvalutat abbażi tal-Artikolu 6, l-importaturi, biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandhom jittestjaw kampjuni ta' prodotti disponibbli fis-suq, jistħarrġu l-ilmenti u jżommu reġistru tal-ilmenti, ta' prodotti mhux konformi u ta' sejħa lura ta' prodotti, u għandhom iżommu lill-manifattur u lid-distributuri informati dwar kull monitoraġġ bħal dan. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. |
7. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura. Barra minn hekk, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
8. Il-manifatturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jekk dawn jitolbuhielhom. |
8. L-importaturi għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq, u jagħmluha disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jekk dawn jitolbuhielhom, kif ukoll lil kull operatur ekonomiku lil min jiddistribwixxi l-prodotti tiegħu, b'evidenza li tappoġġa l-eżistenza ta' differenzi essenzjali bejn il-mudelli tiegħu. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx sigur jew ma jkunx konformi mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli, dawn għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. |
5. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq tal-Unjoni jew onlajn ma jkunx sigur jew ma jkunx konformi mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli, dawn għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 18 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa [insert date - 3 months prior to the date of application of this Regulation] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom. |
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, fuq il-bażi tal-livelli minimi komuni proposti mill-Kummissjoni, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. stati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom. Il-penali li hemm dispost dwarhom iridu jkunu armonizzat, fi proporzjon għat-tul ta' żmien, il-valur u l-kwantità tal-prodotti non-konformi li jitqiegħdu fis-suq. |
PROĊEDURA
Titolu |
Is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur |
||||
Referenzi |
COM(2013)0078 – C7-0042/2013 – 2013/0049(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 12.3.2013 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 12.3.2013 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Cristiana Muscardini 20.3.2013 |
||||
Eżami fil-kumitat |
28.5.2013 |
17.6.2013 |
5.9.2013 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
17.9.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
26 3 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Badia i Cutchet, María Auxiliadora Correa Zamora, Andrea Cozzolino, George Sabin Cutaş, Marielle de Sarnez, Yannick Jadot, Metin Kazak, Bernd Lange, David Martin, Vital Moreira, Paul Murphy, Cristiana Muscardini, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Henri Weber, Jan Zahradil |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Amelia Andersdotter, Josefa Andrés Barea, Salvatore Iacolino, Elisabeth Köstinger, Emma McClarkin, Mario Pirillo, Jarosław Leszek Wałęsa |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Jean-Pierre Audy, Krzysztof Lisek |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (2.10.2013)
għall-Kumitat tas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE
(COM(2013)0078 – C7‑0042/2013 – 2013/0049(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Patrizia Toia
EMENDI
Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu, |
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 26 u 114 tiegħu, |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 6a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(6a) Il-prodotti li ġew disinjati għall-professjonisti iżda li sussegwentament saru disponibbli fis-suq tal-konsumataur u jinbiegħu lill-konsumaturi ordinarji għandhom ikunu soġġetti għal dan ir-Regolament. |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 8 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(8) Rigward il-prodotti għall-konsumatur soġġetti għal dan ir-Regolament, il-kamp ta' applikazzjoni tal-partijiet differenti tiegħu għandu jiġi identifikat b'mod ċar lil hinn mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Filwaqt li r-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali tal-prodotti u dispożizzjonijiet relatati għandhom ikunu applikabbli għal kull prodott għall-konsumatur, l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi ma għandhomx japplikaw fejn il-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni tkun tinkludi l-obbligi ekwivalenti, bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kosmetiċi, il-ġugarelli, it-tagħmir elettriku jew il-prodotti għall-kostruzzjoni. |
(8) Rigward il-prodotti għall-konsumatur soġġetti għal dan ir-Regolament, il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu għandu jiġi identifikat b'mod ċar lil hinn mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur. Għaldaqstant dan ir-Regolament m’għandux japplika għall-prodotti soġġetti għal-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni tal-Unjoni bħal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-kosmetiċi, il-ġugarelli, it-tagħmir elettriku jew il-prodotti għall-kostruzzjoni. |
(ara l-emendi tal-Artikoli 2, 5 u 6) | |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament m'għandux japplika għal merkanzija armonizzata sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u s-sensji, peress li l-elementi ewlenin tal-Kapitolu I huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni. Separazzjoni ċara bejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-merkanzija għall-konsumatur armonizzata u mhux armonizzata tissimplifika l-konformità mar-regoli tal-prodott mill-operaturi ekonomiċi u l-infurzar tagħhom mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(9) Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur dwar l-obbligi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi, id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u d-distributuri, għandhom jissejsu fuq id-dispożizzjonijiet ta' referenza li hemm inklużi fid-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti. |
(9) Sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn dan ir-Regolament u l-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur dwar l-obbligi speċifiċi tal-operaturi ekonomiċi, id-dispożizzjonijiet li għandhom x'jaqsmu mal-manifatturi, ir-rappreżentanti awtorizzati, l-importaturi u d-distributuri, għandhom jissejsu fuq id-dispożizzjonijiet ta' referenza li hemm inklużi fid-Deċiżjoni 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti. Madanakollu, leġiżlazzjoni armonizzata ma għandhiex timponi piżijiet amministrattivi bla bżonn fuq l-intrapriżi. |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(10) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandux ikun limitat għal kull teknika tal-bejgħ tal-prodotti għall-konsumatur, u għalhekk ikopri wkoll il-bejgħ mill-bogħod. |
(10) Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma għandux ikun limitat għal kull teknika tal-bejgħ tal-prodotti għall-konsumatur, u għalhekk ikopri wkoll il-bejgħ mill-bogħod bħalma hu l-bejgħ onlajn. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(11) Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti użati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista waqt attività kummerċjali, ħlief għal dawk il-prodotti użati li għalihom il-konsumatur bir-raġun ma jkunx jista' jistenna li jilħqu standards tas-sigurtà moderni, bħalma huma l-antikitajiet. |
(11) Dan ir-Regolament għandu japplika għal prodotti użati li jerġgħu jidħlu fil-katina tal-provvista waqt attività kummerċjali. Ma għandux japplika għal prodotti użati li għalihom il-konsumatur bir-raġun ma jkunx jista' jistenna li jilħqu standards tas-sigurtà moderni, jew li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet bejn individwi privati. |
Ġustifikazzjoni | |
Tranżazzjonijiet bejn l-individwi għandhom jiġu eżentati b'mod ċar mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, bħal pereżempju l-bejgħ bl-irħis ta' oġġetti personali mill-persuni li ma jkollhomx aktar bżonnhom. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. |
(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti taħt kundizzjonijiet prevedibbli b'mod raġonevoli, billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. Meta jkunu qegħdin jiġu vvalutati r-riskji għall-konsumaturi vulnerabbli, għandha tingħata l-attenzjoni dovuta lill-applikazzjonijiet maħsuba u deskritti bħala tali mill-manifattur fl-istruzzjonijiet ta' sigurtà tal-prodott u lir-responsabbiltajiet u s-superviżjoni jew l-obbligi ta' taħriġ li jaqgħu fuq il-membri tal-familja, il-fornituri tas-servizzi jew l-impjegaturi. |
(ara l-emendi tal-Artikoli 6(1)(1)(d)) | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kunċett ta' konsumaturi vulnerabbli tkopri spettru wiesa' ta' sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kundizzjonijiet normali ta' responsabbiltà. Ir-riskji għal konsumaturi vulnerabbli għandhom għalhekk jiġu stmati skont il-probabbiltà li dawn jużaw prodott taħt kondizzjonijiet prevedibbli b'mod raġonevoli. | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. |
(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi tagħhom, il-materjali, il-komponenti u l-preżentazzjoni tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. |
(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b’mod partikolari l-karatteristiċi, il-kompożizzjoni, u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x’aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b’mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b’diżabbiltà. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kompożizzjoni tal-prodott (komponent jew materja kostitwenti, materja prima) hija element ewlieni fil-valutazzjoni tas-sigurtà tal-prodott. | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Biex ikun evitat li r-rekwiżiti tas-sigurtà jirfsu fuq xulxin u kunflitti ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, prodott konformi mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li jkollha l-għan li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandu jkun preżunt li hu sigur skont dan ir-Regolament. |
(14) Biex ikun evitat li r-rekwiżiti tas-sigurtà jirfsu fuq xulxin u kunflitti ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, prodott li huwa soġġett għal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li jkollha l-għan li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandu jkun eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. |
(ara l-emendi tal-Artikoli 5 u 6) | |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament m'għandux japplika għal merkanzija armonizzata sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u s-sensji, peress li l-elementi ewlenin tal-Kapitolu I huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni. Separazzjoni ċara bejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-merkanzija għall-konsumatur armonizzata u mhux armonizzata, tissimplifika l-konformità mar-regoli tal-prodott mill-operaturi ekonomiċi u l-infurzar tagħhom mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Premessa 15a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(15a) Sabiex it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti siguri jsir iktar faċli, l-operaturi ekonomiċi, b’mod partikolari l-SMEs, jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan ir-regolament, billi jistabbilixxu konsorzji bl-għan doppju li jiggarantixxu l-konformità mar-rekwiżiti ta' sigurtà tal-prodotti b’effiċjenza u bi kwalità għolja u li jnaqqsu l-ispejjeż u l-burokrazija li jaqgħu fuq l-intrapriżi individwali. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
(20) Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata. L-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti għall-manifattur, jistgħu jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tiġi protetta l-privatezza tal-konsumaturi għandu jiġi żgurat li t-traċċabilità tal-prodott tkun biss għall-manifattur u bil-għan li rtirar minn fuq l-ixkaffef ikun meħtieġ. | |
Emenda 13 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
(20) Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur jew jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
(ara l-emendi tal-Artikoli 8 u 10) | |
Ġustifikazzjoni | |
Jekk l-isem u l-indirizz ta' manifattur mhux tal-UE għandhom jidhru fuq prodott importat, il-kompetituri tal-importatur u l-klijenti kummerċjali tiegħu se jkunu jafu b'din l-informazzjoni bil-konsegwenza li dawn jistgħu jaqbżu dan l-importatur partikolari fil-futur u jixtru direttament mill-manifattur mhux tal-UE. Dan se jiskoraġixxi lill-SMEs milli jimportaw u jirriżulta f'distorsjoni sinifikanti fil-kompetizzjoni. Għalhekk ġie ssuġġerit li din l-informazzjoni tiddaħħal fid-dokumentazzjoni teknika. | |
Emenda 14 Proposta għal regolament Premessa 20b (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(20b) Is-sistemi ta’ traċċabilità attwali u l-proċeduri ta’ identifikazzjoni li huma diġà fis-seħħ għandhom jiġu infurzati u mtejba b’mod effikaċi. F’dan ir-rigward, il-valutazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet dwar l-użu tat-teknoloġiji fis-seħħ huma meħtieġa sabiex tiġi żgurata prestazzjoni aħjar u jitnaqqas il-piż għall-operaturi ekonomiċi. Wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huwa li jtejjeb b’mod kostanti s-sistemi ta’ traċċabbiltà imposti fuq l-operaturi ekonomiċi u l-prodotti. |
Emenda 15 Proposta għal regolament Premessa 24 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(24) Il-proċeduri biex jintalbu l-istandards Ewropej li jappoġġaw dan ir-Regolament, u dwar l-oġġezzjonijiet formali kontrihom, għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament u jiġu allinjati mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Sabiex tkun żgurata konsistenza ġenerali fi kwistjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropea, it-talbiet għal standards Ewropej jew l-oġġezzjonijiet għal standard Ewropew għandhom jitressqu quddiem il-kumitat li stabbilixxa dan ir-Regolament, wara konsultazzjoni xierqa mal-esperti tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott għall-konsumatur. |
(24) Il-proċeduri biex jintalbu l-istandards Ewropej li jappoġġaw dan ir-Regolament, u dwar l-oġġezzjonijiet formali kontrihom, għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament u jiġu allinjati mar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. Sabiex tkun żgurata konsistenza ġenerali fi kwistjonijiet tal-istandardizzazzjoni Ewropea, it-talbiet għal standards Ewropej jew l-oġġezzjonijiet għal standard Ewropew għandhom jitressqu quddiem il-kumitat li stabbilixxa dan ir-Regolament, wara konsultazzjoni xierqa mal-esperti tal-Istati Membri fil-qasam tas-sigurtà tal-prodott għall-konsumatur u mal-partijiet interessati rilevanti. |
(Ara l-emenda tal-Artikolu 16(1)) | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kif xieraq, meta tiġi biex tiddetermina l-kontenut tal-istandards ta' sigurtà Ewropej ġodda sabiex jiġi żgurat li dawk l-istandards ikunu rilevanti, proporzjonati u effettivi. | |
Emenda 16 Proposta għal regolament Premessa 27 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(27) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni fejn jidħlu l-eżenzjoni mill-obbligu li jkunu infurmati l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar prodotti li joħolqu riskju, it-tip ta' trasportatur tad-dejta u tqegħid tiegħu fuq il-prodott għall-finijiet tas-sistema tat-traċċabbiltà, it-talbiet tal-istandardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni u d-deċiżjonijiet dwar l-oġġezzjonijiet formali għal standards Ewropej. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni. |
(27) Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni fejn jidħlu l-eżenzjoni mill-obbligu li jkunu infurmati l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar prodotti li joħolqu riskju, it-tip ta' trasportatur tad-dejta u tqegħid tiegħu fuq il-prodott għall-finijiet tas-sistema tat-traċċabbiltà u fir-rigward tad-deċiżjonijiet dwar l-oġġezzjonijiet formali għal standards Ewropej. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni. |
(ara l-emenda tal-Artikolu 16(1)) | |
Ġustifikazzjoni | |
Standards tas-sigurtà ġodda Ewropej għall-prodotti tal-konsumatur ibbażati fuq l-Artikolu 4 għandhom jitqiesu bħala standards li jissupplimentaw l-att bażiku biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali skont l-Artikolu 290 TFUE. Minħabba n-natura ġenerali ħafna tal-Artikolu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollu l-possibbiltà li jirrevoka u joġġezzjona l-mandat għall-istandards ġodda mill-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-mandat jiġi adottat permezz ta' att iddelegat. | |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) li x'aktarx, f'kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, ikunu se jintużaw mill-konsumaturi anke jekk ma jkunux maħsuba għalihom; |
(b) li x'aktarx, f'kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, ikunu se jintużaw mill-konsumaturi anke jekk, meta tqiegħdu fis-suq, ma kinux maħsuba għall-konsumaturi; |
Ġustifikazzjoni | |
Dan japplika b'mod partikolari għat-traduzzjoni Ġermaniża, li jeħtieġ li ssir mill-ġdid biex tiċċara li l-Artikolu 2(1)(b) tal-proposta sempliċement jimmira li jiżgura li r-regolament japplika wkoll għall-prodotti li x'aktarx, taħt kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli, se jintużaw mill-konsumaturi. L-ispirtu u l-fini hawnhekk hu li ma jsirx leġiżlar fuq l-użu ħażin tal-prodotti mill-konsumaturi. | |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti li jridu jissewwew jew jiġu kkundizzjonati mill-ġdid qabel jintużaw, meta dawn il-prodotti jkunu saru disponibbli fis-suq bħala tali. |
2. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti li jridu jissewwew jew jiġu kkundizzjonati mill-ġdid qabel jintużaw, meta dawn il-prodotti jkunu saru disponibbli fis-suq bħala tali. Dan ir-regolament ma għandux japplika għal tranżazzjonijiet bejn individwi privati. |
Ġustifikazzjoni | |
Tranżazzjonijiet bejn l-individwi għandhom jiġu eżentati b'mod ċar mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, bħal pereżempju l-bejgħ bl-irħis ta' oġġetti personali mill-persuni li ma jkollhomx aktar bżonnhom. | |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Il-Kapitoli II sa IV ta' dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal prodotti soġġetti għal rekwiżiti maħsuba biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha. |
4. Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal prodotti soġġetti għal rekwiżiti maħsuba biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem li huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha. |
(ara l-emendi tal-Artikoli 5 u 6) | |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament m'għandux japplika għal merkanzija armonizzata sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u s-sensji, peress li l-elementi ewlenin tal-Kapitolu I huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni. Separazzjoni ċara bejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-merkanzija għall-konsumaturi armonizzata u mhux armonizzata tissimplifika l-konformità mar-regoli tal-prodott mill-operaturi ekonomiċi u l-infurzar tagħhom mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. | |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) "prodott sigur" tfisser kull prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u fejn applikabbli d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni u l-manutenzjoni, ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskju minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni; |
(1) "prodott sigur" tfisser kull prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u fejn applikabbli d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni, il-manutenzjoni, it-taħriġ u s-superviżjoni, ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskji minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni; |
Ġustifikazzjoni | |
Meta tkun qed tiġi vvalutata s-sigurtà ta' prodott, għandhom jitqiesu, kif xieraq, ir-responsabbiltajiet u s-superviżjoni jew l-obbligi ta' taħriġ li jaqgħu fuq il-membri tal-familja, il-fornituri tas-servizzi u l-impjegaturi. | |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) "prodott sigur" tfisser kull prodott li, f'kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u fejn applikabbli d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni u l-manutenzjoni, ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskju minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma' livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni; |
(1) ‘prodott sigur’ tfisser kull prodott li, f’kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli tal-użu tal-prodott konċernat, inkluż it-tul taż-żmien tal-użu u fejn applikabbli d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tal-installazzjoni, il-manutenzjoni u r-rimi, ma joħloq ebda riskju jew joħloq biss ir-riskji minimi li huma kompatibbli mal-użu tal-prodott, meqjusa aċċettabbli u konsistenti ma’ livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni; |
Ġustifikazzjoni | |
Kull meta konsumatur iwettaq operazzjoni fl-aħħar tal-ħajja tal-prodott, din l-operazzjoni għandha tkun sigura. | |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) "distributur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-provvista, li mhix il-manifattur jew l-importatur, u li tagħmel il-prodott disponibbli fis-suq; |
(7) "distributur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, fil-katina tal-provvista, li mhix il-manifattur jew l-importatur, u li tagħmel il-prodott disponibbli fis-suq; ma tinkludix tranżazzjonijiet ta' individwi privati li jaġixxu f'kapaċità mhux tan-negozju; |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-operaturi ekonomiċi għandhom iqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq tal-Unjoni dawk il-prodotti biss li huma siguri. |
L-operaturi ekonomiċi għandhom iqiegħdu jew jagħmlu disponibbli fis-suq intern tal-Unjoni dawk il-prodotti biss li huma siguri. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 5 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-preżunzjoni tas-sigurtà |
Il-preżunzjoni tal-konformità mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) fejn jidħlu r-riskji koperti minn rekwiżiti maħsuba biex iħarsu s-saħħa u s-sigurtà tal-bniedem stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha, jekk dan ikun konformi ma' dawn ir-rekwiżiti; |
imħassar |
(ara l-emendi tal-Artikoli 2 u 6) | |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament m'għandux japplika għal merkanzija armonizzata sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u s-sensji, peress li l-elementi ewlenin tal-Kapitolu I huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni. Separazzjoni ċara bejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-merkanzija għall-konsumaturi armonizzata u mhux armonizzata tissimplifika l-konformità mar-regoli tal-prodott mill-operaturi ekonomiċi u l-infurzar tagħhom mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. | |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) fin-nuqqas ta' rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha li tissemma fil-punt (a), fejn jidħlu r-riskji koperti mill-istandards Ewropej, jekk dan ikun konformi ma' standards Ewropej rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikoli 16 u 17; |
(b) fejn jidħlu r-riskji koperti mill-istandards Ewropej, jekk dan ikun konformi ma' standards Ewropej rilevanti jew partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea f'konformità mal-Artikoli 16 u 17; |
(ara l-emendi tal-Artikoli 2 u 6) | |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament m'għandux japplika għal merkanzija armonizzata sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u s-sensji, peress li l-elementi ewlenin tal-Kapitolu I huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni. Separazzjoni ċara bejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-merkanzija għall-konsumaturi armonizzata u mhux armonizzata tissimplifika l-konformità mar-regoli tal-prodott mill-operaturi ekonomiċi u l-infurzar tagħhom mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. | |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) fin-nuqqas ta' rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni jew skontha li tissemma fil-punt (a) u l-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (b), fejn jidħlu r-riskji li jkopri r-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq, jekk dan ikun konformi ma' rekwiżiti nazzjonali bħal dawn. |
(c) fin-nuqqas ta' rekwiżiti stabbiliti jew skont l-istandards Ewropej imsemmija fil-punt (b), fejn jidħlu r-riskji koperti bir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sigurtà stabbiliti fil-liġi tal-Istat Membru meta l-prodott ikun sar disponibbli fis-suq, jekk dan ikun konformi ma' rekwiżiti nazzjonali bħal dawn. |
(ara l-emendi tal-Artikoli 2 u 6) | |
Ġustifikazzjoni | |
Ir-Regolament m'għandux japplika għal merkanzija armonizzata sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u s-sensji, peress li l-elementi ewlenin tal-Kapitolu I huma diġà koperti mil-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni. Separazzjoni ċara bejn il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-merkanzija armonizzati u mhux armonizzati konsumatur tissimplifika l-konformità mar-regoli tal-prodott mill-operaturi ekonomiċi u l-infurzar tagħhom mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. | |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil u, fejn applikabbli, għall-installazzjoni u l-manutenzjoni; |
(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi l-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil u, fejn applikabbli, għall-installazzjoni, il-manutenzjoni u r-rimi; |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi il-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil u, fejn applikabbli, għall-installazzjoni u l-manutenzjoni; |
(a) il-karatteristiċi tal-prodott, inklużi l-kompożizzjoni, l-imballaġġ, l-istruzzjonijiet għat-twaħħil u ż-żarmar, fejn applikabbli, għall-installazzjoni u l-manutenzjoni; |
Ġustifikazzjoni | |
Il-prodotti għandhom ikunu mingħajr periklu wkoll matul il-fażi tar-rimi tagħhom | |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) il-kategoriji tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jintużaw il-prodott, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli; |
(d) il-kategoriji tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jkunu qegħdin jużaw il-prodott, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli li x'aktarx li se jużaw il-prodott taħt kundizzjonijiet raġonevolment prevedibbli; |
(ara l-emendi tal-Premessa 13 u l-Artikolu 16(2a) ġdid) | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kunċett ta' konsumaturi vulnerabbli tkopri spettru wiesa' ta' sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kundizzjonijiet normali ta' responsabbiltà. Ir-riskji għal konsumaturi vulnerabbli għandhom għalhekk jiġu stmati skont il-probabbiltà li dawn jużaw prodott taħt kondizzjonijiet prevedibbli b'mod raġonevoli. Din l-emenda hija inkluża wkoll fl-emenda li tipproponi Artikolu 16(2a) ġdid. | |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) l-aqwa kwalità u teknoloġija; |
imħassar |
(Ara l-emendi tal-Artikoli 6(1) u 6(1a) ġdid u 6(2).) | |
Ġustifikazzjoni | |
Ittrasferita għal tmiem il-lista. Filwaqt li huwa importanti li wieħed iqis l-aqwa kwalità u t-teknoloġija, dawn ma għandhomx ikunu l-ewwel aspetti kkunsidrati Normalment, l-aqwa kwalità tilħaq livelli ogħla ta' sigurtà. Madankollu, id-disponibbiltà ta' prodotti li jippreżentaw riskju iċken ma għandhiex tikkostitwixxi raġunijiet suffiċjenti biex il-prodott jitqies li mhuwiex sikur. Din l-emenda hija inkluża wkoll fl-emenda li tipproponi Artikolu 6(1a) ġdid. | |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) aspettattivi raġonevoli tal-konsumatur dwar is-sigurtà. |
imħassar |
(ara l-emenda li tipproponi Artikoli 6(1a)ġdid) | |
Ġustifikazzjoni | |
Dan il-kriterju jidher arbitrarju u joħloq inċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi, peress li jkollhom jiddeterminaw x'inhuma "l-aspettattivi raġonevoli tal-konsumatur" għal kull prodott, mingħajr ebda ċertezza li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq mhumiex se jinterpretaw il-kunċett kif interpretawh huma. Din l-emenda hija inkluża wkoll fl-emenda li tipproponi Artikolu 6(1a) ġdid. | |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ha) l-aqwa kwalità u teknoloġija |
(emenda li tipproponi Artikoli 6(1a)ġdid) | |
Ġustifikazzjoni | |
Ittrasferita għal tmiem il-lista. Filwaqt li huwa importanti li wieħed iqis l-aqwa kwalità u t-teknoloġija, dawn ma għandhomx ikunu l-ewwel aspetti kkunsidrati Normalment, l-aqwa kwalità tilħaq livelli ogħla ta' sigurtà. Madankollu, prodott jista' jibqa' jitqies li ma jippreżenta ebda periklu anke jekk prodotti oħra bi standards ta' sigurtà saħansitra ogħla jkunu disponibbli fis-suq. Din l-emenda hija inkluża wkoll fl-emenda li tipproponi Artikolu 6(1a) ġdid. | |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-manifatturi, meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4. |
1. Il-manifatturi, meta jqiegħdu l-prodotti tagħhom fis-suq, anki fil-każ tal-bejgħ mill-bogħod, għandhom jiżguraw li dawn ikunu ġew iddisinjati u mmanifatturati skont ir-rekwiżiti tas-sigurtà ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 4. |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 4 – punt ca (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ca) meta manifattur ma jqegħidx prodott fis-suq, l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tal-manifattur u l-indirizz fejn jista' jiġi kkuntattjat. |
Ġustifikazzjoni | |
Jekk l-isem u l-indirizz ta' manifattur mhux tal-UE jeħtieġu jidhru fuq prodott importat, il-kompetituri tal-importatur u l-klijenti kummerċjali tiegħu se jkunu jafu b'din l-informazzjoni bil-konsegwenza li dawn jistgħu jaqbżu dan l-importatur partikolari fil-futur u jixtru direttament mill-manifattur mhux tal-UE. Dan se jiskoraġixxi lill-SMEs milli jimportaw u jirriżulta f'distorsjoni sinifikanti fil-kompetizzjoni. Għalhekk ġie ssuġġerit li din l-informazzjoni tiddaħħal fid-dokumentazzjoni teknika. | |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. Il-manifatturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm miegħu. L-indirizz għandu jagħti punt wieħed fejn il-manifattur ikun jista' jiġi kkuntattjat. |
7. Meta l-manifatturi jqiegħdu prodott fis-suq, għandhom jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokument li jkun hemm miegħu jew fuq websajt indikata b'mod ċar fuq il-prodott, jew fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokumenti li jkun hemm miegħu. L-indirizz għandu jagħti punt wieħed fejn il-manifattur ikun jista' jiġi kkuntattjat. |
(ara l-emenda tal-Artikolu 10(3)) | |
Ġustifikazzjoni | |
Speċjalment għal prodotti żgħar (eż. kalzetti) u prodotti li jistgħu jinbiegħu separatament bħala oġġetti singoli (eż. blalen tal-golf), l-obbligi proposti se jwasslu għal spejjeż addizzjonali kbar, peress li se tinħtieġ informazzjoni li tiġi pprovduta fuq dokumenti separati. L-inklużjoni ta' websajt b'aktar informazzjoni, tkun aktar kosteffettiva u favur l-ambjent. | |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 8 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza. |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikollu miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza. L-informazzjoni dwar is-sigurtà għandha tippermetti lill-konsumaturi jivvalutaw ir-riskji inerenti ta' prodott matul il-perjodu ta' użu normali jew raġonevolment prevedibbli tiegħu, meta dawn ir-riskji ma jkunux ovvji immedjatament mingħajr twissija adegwata; |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 8 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza. |
Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikollu miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa jew format viżwali li l-konsumaturi jifhmu faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza. |
Ġustifikazzjoni | |
It-traduzzjoni fil-lingwi kollha tal-UE, tista' tiġi sostitwita b'mod effiċjenti f'xi każijiet permezz ta' struzzjonijiet fil-forma ta' kartoons u piktogrammi. Dawk is-soluzzjonijiet innovattivi huma alternattivi tajbin u attraenti għall-vokabularju tekniku użat fl-istruzzjonijiet għal ċerti prodotti. | |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
(ara l-emendi tal-Artikoli 10(7) u 11(5)) | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kelma “jekk” toħloq inċertezza legali, billi tista’ tiġi interpretata li qiegħda timplika kundizzjonalità addizzjonali għall-użu ta’ azzjonijiet korrettivi. | |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 9a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9a. Twissijiet, li jiddeterminaw id-deċiżjoni biex jinxtara prodott, bħal dawk li jispeċifikaw l-etajiet jew il-piżijiet minimi u massimi għall-utenti u twissijiet importanti oħra, għandhom jidhru fuq l-imballaġġ tal-prodott jew inkella jkunu viżibbbli b’mod ċar għall-konsumatur qabel ix-xiri, inkluż f’każijiet meta x-xiri jsir onlajn. |
Ġustifikazzjoni | |
Informazzjoni għall-konsumatur teħtieġ tissaħħaħ, speċjalment fir-rigward ta’ bejgħ onlajn fejn huwa diffiċli għall-konsumaturi li jiċċekkjaw informazzjoni speċifika dwar prodott u fuq l-imballaġġ tiegħu. | |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-importaturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. Dawn għandhom jiżguraw li kull tikketta addizzjonali ma tgħatti l-ebda informazzjoni li jkun hemm fuq it-tikketta mogħtija mill-manifattur. |
3. L-importaturi għandhom iniżżlu isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata tagħhom u l-indirizz tal-kuntatt fuq il-prodott jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott jew fuq websajt indikata b'mod ċar fuq il-prodott jew fuq l-imballaġġ tiegħu jew f'dokumenti li jkun hemm miegħu. Dawn għandhom jiżguraw li kull tikketta addizzjonali ma tgħatti l-ebda informazzjoni li jkun hemm fuq it-tikketta mogħtija mill-manifattur. |
(ara l-emenda tal-Artikolu 8(7)) | |
Ġustifikazzjoni | |
Speċjalment għal prodotti żgħar (eż. kalzetti) u prodotti li jistgħu jinbiegħu separatament bħala oġġetti singoli (eż. blalen tal-golf), l-obbligi proposti se jwasslu għal spejjeż addizzjonali kbar, peress li se tinħtieġ informazzjoni li tiġi pprovduta fuq dokumenti separati. L-inklużjoni ta' websajt b'aktar informazzjoni, tkun aktar kosteffettiva u favur l-ambjent. | |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikolli miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa li l-konsumaturi jifhmuha faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza. |
L-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodott tagħhom ikollu miegħu l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni dwar is-sikurezza b'lingwa jew format viżwali li l-konsumaturi jifhmu faċilment, kif jiddetermina l-Istat Membru fejn il-prodott ikun sar disponibbli, ħlief meta l-prodott ikun jista' jintuża mingħajr periklu u kif maħsub mill-manifattur mingħajr dawn l-istruzzjonijiet u din l-informazzjoni dwar is-sikurezza. |
Ġustifikazzjoni | |
It-traduzzjoni fil-lingwi kollha tal-UE, tista' tiġi sostitwita b'mod effiċjenti f'xi każijiet permezz ta' struzzjonijiet fil-forma ta' kartoons u piktogrammi. Dawk is-soluzzjonijiet innovattivi huma alternattivi tajbin u attraenti għall-vokabularju tekniku użat fl-istruzzjonijiet għal ċerti prodotti. | |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
7. L-importaturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
(ara l-emendi tal-Artikoli 8(9) u 11(5)) | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kelma “kif” toħloq inċertezza legali, billi tista’ tiġi interpretata li qiegħda timplika kundizzjonalità addizzjonali għall-użu ta’ azzjonijiet korrettivi. | |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Qabel jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-manifattur u l-importatur ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli. |
2. Qabel jagħmlu prodott disponibbli fis-suq, id-distributuri għandhom jivverifikaw li l-prodott ikollu l-immarkar meħtieġ stabbilit fl-Artikolu 8(6), (7) u 10(3) u jkun akkumpanjat bl-informazzjoni stipulata fl-Artikoli 8(8) u 10(4), kif applikabbli. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kliem rivedut ineħħi r-riskju li l-obbligi jiġu interpretati b'tali mod li distributur ikun obbligat jevalwa (eż. permezz ta' ttestjar tal-prodott) li l-informazzjoni pprovduta mill-manifattur/importatur hija preċiża. Id-distributuri għandhom ikunu responsabbli biss biex jivverifikaw li l-informazzjoni rilevanti kollha u meħtieġa hija preżenti kif stabbilit fir-Regolament. | |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 5 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
5. Id-distributuri li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jaħsbu li prodott li huma jkunu għamlu disponibbli fis-suq ma jkunx sigur jew ma jkunx konformi mal-Artikolu 8(6), (7) u (8) u mal-Artikolu 10(3) u (4), kif applikabbli, dawn għandhom jiżguraw li tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, id-distributuri għandhom jinformaw minnufih lill-manifattur jew lill-importatur, kif applikabbli kif ukoll lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. |
(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
(ara l-emendi tal-Artikoli 8(9) u 10(7)) | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-kelma “jekk” toħloq inċertezza legali, billi tista’ tiġi interpretata li qiegħda timplika kundizzjonalità addizzjonali għall-użu ta’ azzjonijiet korrettivi. | |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(5a) Id-distributuri għandhom jagħmlu disponibbli fis-suq prodotti biss li jiġu bi struzzjonijiet u informazzjoni ta' sigurtà fil-lingwi uffiċjali kollha tal-pajjiż li fih qed iqiegħdu l-prodott fis-suq, skont il-kundizzjonijiet stipulati mill-Istat Membru kkonċernat. |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. L-obbligu li jkunu informati l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont l-Artikolu 8(9), l-Artikolu 10(2) u (7) u l-Artikolu 11(3) u (5) ma għandux japplika meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
1. L-obbligu li jkunu informati l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont l-Artikolu 8(9), l-Artikolu 10(2) u (7) u l-Artikolu 11(3) u (5) ma għandux japplika meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ikun jista' juri li r-riskju ġie kkontrollata għalkollox u ma jistax ipoġġi s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni fil-periklu; |
(b) il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ikun jista' juri li r-riskju ġie kkontrollat b'mod effikaċi sabiex jiġi evitat kwalunkwe periklu għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni; |
Ġustifikazzjoni | |
Fil-prattika, huwa impossibbli li wieħed ikollu kontroll totali tar-riskju. Il-kliem għandu għalhekk jiġi aġġustat sabiex tinħoloq ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi. | |
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) il-kawża tar-riskju tal-prodott hija tali li l-għarfien dwarha ma jirrappreżentax informazzjoni utli għall-awtoritajiet jew għall-pubbliku. |
imħassar |
Ġustifikazzjoni | |
L-ewwel nett, il-kaġun tar-riskju jista' ma jkunx magħruf. It-tieni nett, jekk il-kaġun tar-riskju jkun magħruf, jista' jkun diffiċli għall-operaturi ekonomiċi li jiġġudikaw jekk huwiex ta' interess pubbliku. Tali kundizzjoni obbligatorja se toħloq inċertezza legali. | |
Emenda 50 Proposta għal regolament Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(3a) Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 għad-determinazzjoni tar-rekwiżiti tal-Artikolu 8, l-Artikolu 10, l-Artikolu 11 u l-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament li minnhom jistgħu jiġu eżentati d-distributuri ta' oġġetti użati, abbażi tal-livell baxx ta' riskju involut jew il-piż eċċessiv li joħolqu fuq l-attività ekonomika ta' dawk l-operaturi ta' skala iżgħar. |
Ġustifikazzjoni | |
Ħwienet żgħar li jbigħu prodotti użati għandhom jiġu eżentati minn uħud mir-rekwiżiti mqiegħda fuq id-distributuri, peress li l-piż fuq l-attività ekonomika tagħhom tkun għolja wisq jew uħud mill-ħtiġiet ikunu impossibbli li jiġu sodisfatti. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kriterji (il-fatturat, id-daqs, il-kamp ta' applikazzjoni, it-tip ta' prodotti) li taħthom dawk l-eżenzjonijiet għandhom isiru u tipproponi dawk l-eżenzjonijiet taħt att delegat. | |
Emenda 51 Proposta għal regolament Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Fejn l-operaturi ekonomiċi jidentifikaw l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jittrattaw din l-informazzjoni bħala kunfidenzjali. |
Ġustifikazzjoni | |
Għal ħafna distributuri u bejjiegħa bl-ingrossa, minn fejn jixtru u lil min ifornu jirrappreżenta sigriet tal-kumpanija. Għalhekk jinħtieġ li l-identità tal-fornituri tagħhom tkun protetta. L-informazzjoni mogħtija mill-operaturi ekonomiċi għandha tintuża biss mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u ma għandu jkun hemm ebda possibbiltà li informazzjoni kummerċjalment sensittiva tiġi ppubblikata b'mod ġenerali jew tispiċċa f'idejn il-kompetituri. | |
Emenda 52 Proposta għal regolament Artikolu 15 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
It-traċċabbiltà tal-prodotti |
It-traċċabbiltà tal-prodotti suxxettibbli li jġorru magħhom riskju serju. |
Ġustifikazzjoni | |
Din is-sistema ta' traċċabbiltà ġiet maħsuba biex tkopri biss prodotti u kategoriji ta' prodotti speċifiċi, li huma suxxettibbli li jġorru magħhom riskju serju. | |
Emenda 53 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, il-Kummissjoni tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmel disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà. |
1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, u wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, kif xieraq, il-Kummissjoni tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmlu disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà. |
Ġustifikazzjoni | |
Qabel ma tipproponi rekwiżiti ġodda ta' traċċabilità, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet interessati relevanti, bħall-organizzazzjonijiet tan-negozju u tal-konsumatur, sabiex tibbenefika mill-għarfien espert tagħhom u tqis l-implikazzjonijiet fil-prattika ta' dawn ir-rekwiżiti. | |
Emenda 54 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, il-Kummissjoni tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmel disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà. |
1. Għal ċerti prodotti, kategoriji jew gruppi tal-prodotti li, minħabba l-karatteristiċi speċifiċi tagħhom jew il-kundizzjonijiet speċifiċi tad-distribuzzjoni jew l-użu, huma suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, il-Kummissjoni tista' teżiġi li l-operaturi ekonomiċi li jqiegħdu u jagħmlu disponibbli dawk il-prodotti fis-suq, jistabbilixxu jew jaderixxu għal sistema tat-traċċabbiltà għall-manifattur. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tiġi protetta l-privatezza tal-konsumaturi għandu jiġi żgurat li t-traċċabilità tal-prodott tkun biss għall-manifattur u bil-għan li rtirar minn fuq l-ixkaffef ikun meħtieġ. | |
Emenda 55 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Is-sistema tat-traċċabbiltà għandha tikkonsisti mill-ġbir u l-ħżin tad-dejta b'mezzi elettroniċi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodott u tal-operaturi ekonomiċi involuti fil-katina tal-provvista tiegħu kif ukoll tat-tqegħid ta' trasportatur tad-dejta fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm miegħu li jippermettu l-aċċess għal dik id-dejta. |
2. Is-sistema tat-traċċabbiltà għandha tikkonsisti mill-ġbir u l-ħżin tad-dejta b'mezzi elettroniċi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-prodotti u tal-operaturi ekonomiċi involuti fil-katina tal-provvista tagħhom kif ukoll ta' mezzi xierqa fuq il-prodott, fuq l-imballaġġ tiegħu jew fid-dokument li jkun hemm miegħu li jippermettu l-aċċess għal dik id-dejta. |
Ġustifikazzjoni | |
Teknoloġija RFID jew li turi dejta fuq il-prodott, mhuwiex l-uniku mezz biex jiġi żgurat li d-dejta meħtieġa rigward is-sigurtà tal-prodott issir aċċessibbli. Jeżistu alternattivi oħra aktar affordabbli bħall-kodiċi tal-prodott individwali li jista' jiġi marbut ma' informazzjoni fuq websajt ġestit, pereżempju, minn operatur ekonomiku. Id-direttiva m'għandhiex tinkludi soluzzjoni teknoloġika iżda tippermetti lill-operaturi li jagħżlu, sakemm ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' sigurtà. | |
Emenda 56 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 – punt b | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(b) tispeċifika d-dejta li għandhom jiġbru u jaħżnu l-operaturi ekonomiċi permezz tas-sistema tat-traċċabbiltà li tissemma fil-paragrafu 2. |
(b) biex tispeċifika d-dejta li għandhom jiġbru u jaħżnu l-operaturi ekonomiċi permezz tas-sistema tat-traċċabbiltà li tissemma fil-paragrafu 2 u li tkun meħtieġa għall-iżgurar tas-sigurtà tal-prodott. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex titħares il-privatezza tal-konsumaturi għandu jiġi żgurat li d-dejta miġbura u maħżuna tkun meħtieġa strettament biss għall-fini tal-iżgurar tas-sigurtà tal-prodott. | |
Emenda 57 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni tista' titlob organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, waħda jew aktar, biex tabbozza jew tidentifika standard Ewropew, bil-għan li tiżgura li l-prodotti li jkunu konformi ma' standard bħal dan jew partijiet minnu, ikunu konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti fejn jidħol il-kontenut, li jridu jintlaħqu mill-istandard Ewropew mitlub u skadenza għall-adozzjoni tiegħu. |
Il-Kummissjoni tista' titlob organizzazzjoni Ewropea tal-istandardizzazzjoni, waħda jew aktar, biex tabbozza jew tidentifika standard Ewropew, bil-għan li tiżgura li l-prodotti li jkunu konformi ma' standard bħal dan jew partijiet minnu, ikunu konformi mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4. B'kunsiderazzjoni tal-fehmiet tal-partijiet interessati rilevanti, kif ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tiddetermina r-rekwiżiti fejn jidħol il-kontenut, li għandhom jintlaħqu mill-istandard Ewropew mitlub u skadenza għall-adozzjoni tiegħu. |
(Ara l-emenda tal-Premessa 24) | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Kummissjoni għandha tqis l-opinjonijiet tal-partijiet interessati, kif xieraq, meta tiġi biex tiddetermina l-kontenut tal-istandards ta' sigurtà Ewropej ġodda sabiex jiġi żgurat li dawk l-istandards ikunu rilevanti, proporzjonati u effettivi. | |
Emenda 58 Proposta għal regolament Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tadotta t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu b'deċiżjoni ta' implimentazzjoni. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3). |
Il-Kummissjoni għandha tadotta t-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu permezz ta' att delegat skont l-Artikolu 20. |
(Ara l-emenda tal-Premessa 27) | |
Ġustifikazzjoni | |
Standards tas-sigurtà ġodda Ewropej għall-prodotti tal-konsumatur ibbażati fuq l-Artikolu 4 għandhom jitqiesu bħala standards li jissupplementaw l-att bażiku biż-żieda ta’ elementi mhux essenzjali skont l-Artikolu 290 TFUE. Minħabba n-natura ġenerali ħafna tal-Artikolu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandu jkollhom il-possibbiltà li jirrevokaw u joġġezzjonaw il-mandat għall-istandards ġodda mill-Kummissjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-mandat jiġi adottat permezz ta' att iddelegat. | |
Emenda 59 Proposta għal regolament Artikolu 18 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 18 |
imħassar |
Penali |
|
1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa [insert date - 3 months prior to the date of application of this Regulation] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien b'kull emenda sussegwenti li taffettwahom. |
|
2. Il-penali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom iqisu d-daqs tal-impriżi u b'mod partikolari s-sitwazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji. Il-penali jistgħu jiżdiedu jekk qabel, l-operatur ekonomiku rilevanti ikun għamel ksur simili u jistgħu jkunu jinkludu sanzjonijiet kriminali għal ksur serju. |
|
(Ara l-Artikolu 31 tar-Regolament 2013/0048 (COD))) | |
Ġustifikazzjoni | |
Il-penali applikabbli għal ksur kontra r-regoli ta' siġurtà tal-prodotti għandhom ikunu l-istess għall-prodotti kollha (armonizzati u mhux armonizzati, tal-konsumatur u professjonali) u japplikaw ukoll f'każi ta' nuqqas ta' konformità, eż ma' standards ambjentali. Ir-regoli għal penali għandhom għalhekk ikunu stabbiliti esklussivament fir-regolament għas-sorveljanza tas-suq. | |
Emenda 60 Proposta għal regolament Artikolu 20 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 13(3) u 15(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat minn [insert date - the date of entry into force of this Regulation]. |
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 13(3) u 15(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [daħħal id-data - id-data tad-dħul fis-seħħ ta 'dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux anqas minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. |
Emenda 61 Proposta għal regolament Artikolu 21 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Mhux aktar tard minn [ħames] snin wara d-data tal-applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u tgħaddi rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament ikunx laħaq l-għanijiet tiegħu, b'mod partikolari fejn jidħol iż-żieda tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi, filwaqt li jitqies l-impatt tiegħu fuq in-negozju u b'mod partikulari fuq intrapriżi żgħar u medji. |
Mhux aktar tard minn [ħames] snin wara d-data tal-applikazzjoni, u kull ħames snin mill-ewwel rapport, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tgħaddi rapport ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport għandu jivvaluta jekk dan ir-Regolament ikunx laħaq l-għanijiet tiegħu, b’mod partikolari fejn tidħol iż-żieda tal-protezzjoni tal-konsumaturi kontra prodotti perikolużi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament, filwaqt li jitqies l-impatt tiegħu fuq in-negozju u b’mod partikulari fuq intrapriżi żgħar u medji. Barra minn hekk, dan ir-rapport għandu jivvaluta l-implikazzjonijiet u l-kontribuzzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. |
PROĊEDURA
Taqsima |
Is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur |
||||
Referenzi |
COM(2013)0078 – C7-0042/2013 – 2013/0049(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 12.3.2013 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
ITRE 12.3.2013 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Patrizia Toia 26.4.2013 |
||||
Eżami fil-kumitat |
2.9.2013 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
26.9.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
37 14 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Josefa Andrés Barea, Jean-Pierre Audy, Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Jan Březina, Maria Da Graça Carvalho, Giles Chichester, Pilar del Castillo Vera, Dimitrios Droutsas, Christian Ehler, Adam Gierek, Norbert Glante, Fiona Hall, Jacky Hénin, Romana Jordan, Judith A. Merkies, Angelika Niebler, Jaroslav Paška, Aldo Patriciello, Vittorio Prodi, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Teresa Riera Madurell, Amalia Sartori, Salvador Sedó i Alabart, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Britta Thomsen, Patrizia Toia, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Marita Ulvskog, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Alejo Vidal-Quadras |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Rachida Dati, Francesco De Angelis, Elisabetta Gardini, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Eija-Riitta Korhola, Paweł Robert Kowal, Bernd Lange, Werner Langen, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Hannu Takkula, Hermann Winkler |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Pier Antonio Panzeri, Britta Reimers |
||||
OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (18.9.2013)
għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE u d-Direttiva 2001/95/KE
(COM(2013)0078 – C7‑0042/2013 – 2013/0049(COD))
Rapporteur: Jiří Maštálka
EMENDI
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Premessa 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. |
(13) Is-sigurtà tal-prodotti għandha tiġi stmata billi jitqiesu l-aspetti rilevanti kollha, b'mod partikolari l-karatteristiċi, il-kompożizzjoni u l-preżentazzjoni tagħhom kif ukoll il-prinċipju ta' prekawzjoni u l-kategoriji tal-konsumaturi li x'aktarx jużaw il-prodotti billi jitqiesu l-vulnerabbiltà tagħhom, b'mod partikolari t-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-prinċipju ta' prekawzjoni (l-Artikolu 191 TFUE), bħala pilastru kruċjali tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar is-sigurtà, għandu jinżamm. Fil-maġġorparti tal-każijiet, il-konsumaturi Ewropej u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom juru l-periklu assoċjat ma' prodott għall-konsumatur li ma jkunx tal-ikel. Fil-każ ta' azzjoni meħuda skont il-prinċipju ta' prekawzjoni, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jintalbu jagħtu prova tan-nuqqas ta' periklu. Fil-każ tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, mingħajr il-prinċipju ta' prekawzjoni, it-teħid ta' miżuri adegwati għall-ġestjoni tar-riskju fil-prattika jista' jkun ta' problema għal miżuri ta' sorveljanza effettivi. | |
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 14 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(14) Biex ikun evitat li r-rekwiżiti tas-sigurtà jirfsu fuq xulxin u kunflitti ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, prodott konformi mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li jkollha l-għan li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandu jkun preżunt li hu sigur skont dan ir-Regolament. |
(14) Biex ikun evitat li r-rekwiżiti tas-sigurtà jirfsu fuq xulxin u kunflitti ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, prodott konformi mal-leġiżlazzjoni ta' armonizzazzjoni tal-Unjoni speċifika għas-settur li jkollha l-għan li tħares is-saħħa u s-sigurtà tal-persuni, għandu jkun preżunt li hu sigur skont dan ir-Regolament. Tali evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju ta' prekawzjoni. |
Ġustifikazzjoni | |
Il-prinċipju ta' prekawzjoni (l-Artikolu 191 TFUE), bħala pilastru kruċjali tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar is-sigurtà, għandu jinżamm. Fil-maġġorparti tal-każijiet, il-konsumaturi Ewropej u l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi għandhom juru l-periklu assoċjat ma' prodott għall-konsumatur li ma jkunx tal-ikel. Fil-każ ta' azzjoni meħuda skont il-prinċipju ta' prekawzjoni, l-operaturi ekonomiċi jistgħu jintalbu jagħtu prova tan-nuqqas ta' periklu. Fil-każ tal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq, mingħajr il-prinċipju ta' prekawzjoni, it-teħid ta' miżuri adegwati għall-ġestjoni tar-riskju fil-prattika jista' jkun ta' problema għal miżuri ta' sorveljanza effettivi. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(20) Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
(20) Li jkunu żgurati l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti matul il-katina tal-provvista kollha, jgħin biex ikunu identifikati l-operaturi ekonomiċi u biex jittieħdu miżuri korrettivi effikaċi kontra prodotti perikolużi, bħal sejħa lura mmirata u l-qerda tal-prodotti. Għalhekk l-identifikazzjoni u t-traċċabbiltà tal-prodotti jiżguraw li l-konsumaturi u l-operaturi ekonomiċi jkollhom informazzjoni preċiża dwar prodotti perikolużi biex b'hekk tiżdied il-kunfidenza fis-suq u jkun evitat ix-xkiel mhux meħtieġ tal-kummerċ. Għalhekk il-prodotti għandu jkollhom informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tagħhom u l-identifikazzjoni tal-manifattur u jekk inhu applikabbli, tal-importatur. Il-manifatturi għandhom jistabbilixxu wkoll dokumentazzjonijiet tekniċi dwar il-prodotti tagħhom u dan jistgħu jagħżlu li jagħmluh bl-aktar mod xieraq u kosteffiċjenti ngħidu aħna b'mezzi elettroniċi. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi jeħtiġilhom jidentifikaw l-operaturi li jkunu fornuhom bi prodott u lil min ikunu fornew prodott. Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta hija applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. |
Ġustifikazzjoni | |
Bil-għan li l-konsumaturi jiġu mħarsa, huwa importanti li l-prodotti jitneħħew b’mod definittiv miċ-ċirkolazzjoni u li għalhekk tista' tiġi awtorizzata l-qerda tagħhom. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Dan jistabbilixxi qafas b'bażi wiesgħa u leġiżlattiv ta' natura orizzontali biex ikopri lakuni, b'mod partikolari fl-istennija tar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni speċifika eżistenti, u biex jikkomplementa dispożizzjonijiet f'leġiżlazzjoni speċifika eżistenti jew futura, b'mod partikolari bil-ħsieb li jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-sigurtà u s-saħħa għall-konsumaturi. |
Ġustifikazzjoni | |
Fl-interess ta' protezzjoni komprensiva u kompleta tas-sigurtà u s-saħħa għall-konsumaturi, ir-Regolament il-ġdid għandu jservi bħala xibka tas-sigurtà ġenerali li jkopri omissjonijiet potenzjali fil-leġiżlazzjoni speċifika eżistenti jew futura. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz fil-kuntest ta' servizz mogħti lill-konsumaturi; |
(h) tagħmir li jirkbu jew jivvjaġġaw fuqu l-konsumaturi u li jitħaddem minn fornitur tas-servizz fil-kuntest ta' servizz mogħti lill-konsumaturi, ħlief għal tagħmir ta' fieri tad-divertiment; |
Ġustifikazzjoni | |
It-tagħmir ta' fieri tad-divertiment jikkawża bosta inċidenti serji u għalhekk għandu jkun kopert minn dan ir-Regolament. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) il-kategoriji tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jintużaw il-prodott, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli; |
(d) il-kategoriji tal-konsumaturi li huma f'riskju meta jużaw il-prodott, b'mod partikolari l-konsumaturi vulnerabbli, bħat-tfal, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà; |
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) id-dehra tal-prodott u b'mod partikolari meta prodott, għalkemm ma jkunx tal-ikel, ikun jixbah l-ikel u jista' jiġi mfixkel mal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew karatteristiċi oħra. |
(e) id-dehra u l-karatteristiċi tal-prodott, l-imballaġġ u l-preżentazzjoni tiegħu lix-xerrejja, inkluża kull impressjoni mogħtija li potenzjalment tiżgwida, billi din tista' twassal lill-persuni għal azzjonijiet ta' riskju għas-saħħa u s-sigurtà, b'mod partikolari: |
|
(i) meta prodott, għalkemm ma jkunx tal-ikel, ikun jixbah l-ikel u jista' jiġi mfixkel mal-ikel minħabba l-għamla, ir-riħa, il-kulur, id-dehra, l-imballaġġ, l-ittikkettar, il-volum, id-daqs tiegħu jew karatteristiċi oħra; |
|
(ii) meta prodott, għalkemm mhux imfassal biex jintuża minnhom, jista' jattira tfal biex jesplorawh, jiġu f'kuntatt miegħu jew jutilizzawh minħabba l-mod kif inhu mfassal u l-karatteristiċi tiegħu. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(aa) aspettattivi raġonevoli min-naħa tal-konsumatur b'rabta mas-sigurtà fir-rigward tan-natura, il-kompożizzjoni u l-użu maħsub tal-prodott; |
(Ara l-emenda dwar l-Artikolu 6, paragrafu 2, punt h. It-test ġie modifikat) | |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt h | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(h) aspettattivi raġonevoli tal-konsumatur dwar is-sigurtà. |
imħassar |
(Ara l-emenda dwar l-Artikolu 6, paragrafu 2, punt aa (ġdid)) | |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Il-manifatturi u l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti jkollhom indikazzjoni tal-pajjiżi tal-oriġini tal-prodott jew, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata indikazzjoni fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. |
1. Il-manifatturi u l-importaturi għandhom jiżguraw li l-prodotti jkollhom indikazzjoni tal-pajjiżi tal-oriġini tal-prodott kif ukoll tal-materjal li jkun intuża fih jew, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata indikazzjoni fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 6 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
6. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott, li l-konsumaturi jkunu jistgħu jarawh u jaqrawh faċilment jew li, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata l-informazzjoni meħtieġa fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. |
6. Il-manifatturi għandhom jiżguraw li l-prodotti tagħhom ikollhom numru tat-tip, tal-lott jew tas-serje jew element ieħor li jippermetti l-identifikazzjoni tal-prodott, li l-konsumaturi jkunu jistgħu jarawh, jaqrawh faċilment u jifmuh jew li, meta d-daqs jew in-natura tal-prodott ma jippermettux dan, tingħata l-informazzjoni meħtieġa fuq l-imballaġġ jew fid-dokument li jkun hemm mal-prodott. |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 9 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
9. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhux sigur jew inkella mhux konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, jirtirawh jew jiħduh lura, kif ikun xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. |
9. Il-manifatturi li jqisu jew li jkollhom raġuni biex jemmnu li prodott li jkunu qiegħdu fis-suq mhuwiex sigur jew inkella mhuwiex konformi ma' dan ir-Regolament għandhom minnufih jieħdu l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex dan il-prodott isir konformi, iwissu lill-konsumaturi li huma f'riskju b'konsegwenza tan-nuqqas ta' konformità dwar it-tip ta' prekawzjonijiet immedjati li għandhom jieħdu, u jirtiraw jew jieħdu lura l-prodott kif xieraq. Barra minn hekk, meta l-prodott ma jkunx sigur, il-manifatturi għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn huma jkunu għamlu l-prodott disponibbli għal dan il-għan, filwaqt li jagħtu dettalji, b'mod partikolari, dwar ir-riskju għas-saħħa u s-sigurtà u dwar l-azzjoni korrettiva meħuda. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) wara talba mingħand awtorità tas-sorveljanza tas-suq, lil din l-awtorità jagħtiha kull informazzjoni u dokumentazzjoni meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott; |
(a) wara talba mingħand awtorità tas-sorveljanza tas-suq, lil din l-awtorità jagħtiha kull informazzjoni u dokumentazzjoni meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott mar-rekwiżit tas-sigurtà ġenerali stabbilit fl-Artikolu 4; |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 13 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 13 |
imħassar |
Eżenzjoni minn ċerti obbligi tal-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri |
|
1. L-obbligu li jkunu informati l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq skont l-Artikolu 8(9), l-Artikolu 10(2) u (7) u l-Artikolu 11(3) u (5) ma għandux japplika meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: |
|
(a) għadd limitat biss ta' prodotti definiti sew ma jkunux siguri; |
|
(b) il-manifattur, l-importatur jew id-distributur ikun jista' juri li r-riskju ġie kkontrollata għalkollox u ma jistax ipoġġi s-saħħa u s-sigurtà tal-persuni fil-periklu; |
|
(c) il-kawża tar-riskju tal-prodott hija tali li l-għarfien dwarha ma jirrappreżentax informazzjoni utli għall-awtoritajiet jew għall-pubbliku. |
|
2. Il-Kummissjoni, permezz tal-atti ta' implimentazzjoni, tista' tiddetermina s-sitwazzjonijiet li jilħqu l-kundizzjonijiet tal-paragrafu 1. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19(3). |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jiddeterminaw il-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti li għalihom, minħabba l-livell baxx tar-riskju tagħhom, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(7) u fl-Artikolu 10(3) ma għandhiex għalfejn tidher fuq il-prodott innifsu. |
|
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 15 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 20: |
imħassar |
(a) tiddetermina l-prodotti, il-kategoriji jew il-gruppi tal-prodotti suxxettibbli li jkollhom riskju gravi għas-saħħa u s-sigurtà tal-persuni kif jissemma fil-paragrafu 1; |
|
(b) tispeċifika d-dejta li għandhom jiġbru u jaħżnu l-operaturi ekonomiċi permezz tas-sistema tat-traċċabbiltà li tissemma fil-paragrafu 2. |
|
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 20 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 20 |
imħassar |
L-eżerċizzju tad-delega |
|
1. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati tingħata lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu. |
|
2. Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 13(3) u 15(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat minn [insert date - the date of entry into force of this Regulation]. |
|
3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 13(3) u 15(3) tista' titneħħa f'kull waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'din id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew aktar tard skont data speċifikata fiha. Din ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ. |
|
4. Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess waqt. |
|
5. Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 13(3) u 15(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkunx saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dan l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dan il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jista' jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. |
|
PROĊEDURA
Titolu |
Is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur |
||||
Referenzi |
COM(2013)0078 – C7-0042/2013 – 2013/0049(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 12.3.2013 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
JURI 12.3.2013 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Jiří Maštálka 20.2.2013 |
||||
Eżami fil-kumitat |
8.7.2013 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
17.9.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
22 2 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Antonio López-Istúriz White, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Dimitar Stoyanov, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Eva Lichtenberger, Angelika Niebler, József Szájer, Axel Voss |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Olle Schmidt |
||||
PROĊEDURA
Titolu |
Is-sigurtà tal-prodotti għall-konsumatur |
||||
Referenzi |
COM(2013)0078 – C7-0042/2013 – 2013/0049(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
13.2.2013 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
IMCO 12.3.2013 |
|
|
|
|
Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 12.3.2013 |
ECON 12.3.2013 |
ENVI 12.3.2013 |
ITRE 12.3.2013 |
|
|
JURI 12.3.2013 |
|
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
ECON 18.6.2013 |
ENVI 26.2.2013 |
|
|
|
Rapporteur(s) Data tal-ħatra |
Christel Schaldemose 20.2.2013 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
7.5.2013 |
29.5.2013 |
9.7.2013 |
25.9.2013 |
|
|
14.10.2013 |
|
|
|
|
Data tal-adozzjoni |
17.10.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
27 7 5 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Pablo Arias Echeverría, Adam Bielan, Preslav Borissov, Jorgo Chatzimarkakis, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, António Fernando Correia de Campos, Jürgen Creutzmann, Vicente Miguel Garcés Ramón, Evelyne Gebhardt, Thomas Händel, Małgorzata Handzlik, Eduard-Raul Hellvig, Philippe Juvin, Sandra Kalniete, Edvard Kožušník, Hans-Peter Mayer, Franz Obermayr, Sirpa Pietikäinen, Phil Prendergast, Robert Rochefort, Zuzana Roithová, Heide Rühle, Matteo Salvini, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Gino Trematerra, Emilie Turunen, Barbara Weiler |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Raffaele Baldassarre, Ashley Fox, María Irigoyen Pérez, Sylvana Rapti, Patricia van der Kammen |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Takis Hadjigeorgiou, Linda McAvan, Patrizia Toia |
||||
Data tat-tressiq |
25.10.2013 |
||||