RAKKOMANDAZZJONI dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Emenda għall-Artikoli 25 u 26 tal-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni u l-użu ta’ passaġġi tal-ilma transkonfinali u għadajjar internazzjonali

29.10.2013 - (12713/2013 – C7‑0304/2013 – 2013/0127(NLE)) - ***

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Matthias Groote

Proċedura : 2013/0127(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0356/2013
Testi mressqa :
A7-0356/2013
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni f'isem l-Unjoni Ewropea tal-Emenda għall-Artikoli 25 u 26 tal-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni u l-użu ta’ passaġġi tal-ilma transkonfinali u għadajjar internazzjonali

(COM12713/2013 – C7‑0304/2013 – 2013/0127(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12713/2013),

–   wara li kkunsidra l-Emenda għall-Artikoli 25 u 26 tal-Konvenzjoni fuq il-protezzjoni u l-użu ta’ passaġġi tal-ilma transkonfinali u għadajjar internazzjonali (12713/2013),

–   wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni mill-Kunsill skont l-Artikolu 192(1) u l-Artikolu 218(6) it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C7-0304/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 81 u 90(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0356/2013),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-aċċettazzjoni tal-Emenda għall-Artikoli 25 u 26 tal-Konvenzjoni UNECE fuq il-protezzjoni u l-użu ta’ passaġġi tal-ilma transkonfinali u għadajjar internazzjonali f'isem l-Unjoni Ewropea;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

NOTA SPJEGATTIVA

Fl-24 ta' April 2013, il-Kummissjoni ppubblikat proposta[1] għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-aċċettazzjoni tal-Emenda għall-Artikoli 25 u 26 tal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni u l-Użu tal-Korsiji tal-Ilma u tal-Lagi Internazzjonali Transkonfinali ("il-Konvenzjoni ta' Helsinki").

L-għan tal-Konvenzjoni huwa li jiġi stabbilit qafas għall-kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali sabiex jipprevjeni u jikkontrolla t-tniġġiż tal-korsiji tal-ilma transkonfinali u sabiex jiżgura l-użu razzjonali tal-ilma fil-pajjiżi membri tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE). L-UE ilha Parti mill-Konvenzjoni mill-1995.

Fl-2003, il-Partijiet għall-Konvenzjoni esprimew ix-xewqa li l-Istati li ma jinsabux fir-reġjun tal-UNECE jitħallew isiru Partijiet għall-Konvenzjoni sabiex il-kooperazzjoni fir-rigward tal-baċiri tax-xmajjar tiġi promossa fid-dinja kollha. Il-Komunità Ewropea pparteċipat fil-Laqgħa tal-2003 tal-Partijiet li adottat l-emenda li tippermetti li, jekk jikseb l-approvazzjoni mil-Laqgħa tal-Partijiet, kwalunkwe Stat Membru tan-Nazzjonijiet Uniti jkun jista’ jaderixxi mal-Konvenzjoni.

Wara li żewg terzi mill-Partijiet aċċettaw formalment l-emenda sat-8 ta' Novembru 2012, l-emenda daħlet fis-seħħ għal dawk il-Partijiet fis-6 ta' Frar 2013[2]. Attwalment, l-UE hija waħda minn għadd żgħir ta’ Partijiet għall-Konvenzjoni li għad iridu jaċċettaw l-emenda formalment. L-aċċettazzjoni formali tal-Emenda għall-Artikoli 25 u 26 tesiġi, skont l-Artikolu 218(6) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Bl-emendi fis-seħħ, il-Konvenzjoni se tkun partikolarment importanti għall-pajjiżi li jmissu mal-konfini tar-reġjun UNECE bħalma huma l-Afganistan, iċ-Ċina, l-Iran u ċerti Stati tal-Asja Ċentrali.

F'Riżoluzzjoni dwar is-sitt Forum Dinji dwar l-Ilma adottat fil-15 ta' Marzu 2012, il-Parlament Ewropew diġá esprima l-pożizzjoni tiegħu dwar l-emenda, fejn stieden lill-Kummissjoni "tippromwovi d-dħul fis-seħħ tal-emendi għall-Konvenzjoni ta' Helsinki sabiex testendi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-istrument lil hinn mill-pajjiżi UNECE biss".

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, ir-Rapporteur jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-emenda tal-Artikoli 25 u 26 tal-Konvenzjoni sabiex il-Konvenzjoni tinfetaħ globalment u dawk il-pajjiżi mhux UNECE li jixtiequ jaderixxu mal-Konvenzjoni jitħallew isiru Partijiet għaliha.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

17.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Sandrine Bélier, Biljana Borzan, Martin Callanan, Nessa Childers, Tadeusz Cymański, Spyros Danellis, Chris Davies, Bas Eickhout, Jill Evans, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Jolanta Emilia Hibner, Holger Krahmer, Peter Liese, Kartika Tamara Liotard, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Gilles Pargneaux, Andrés Perelló Rodríguez, Pavel Poc, Anna Rosbach, Dagmar Roth-Behrendt, Kārlis Šadurskis, Daciana Octavia Sârbu, Carl Schlyter, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Bogusław Sonik

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Nikos Chrysogelos, Julie Girling, Sergej Kozlík, Marlene Mizzi, Marit Paulsen, Christel Schaldemose, Sophocles Sophocleous, Alda Sousa, Rebecca Taylor, Andrea Zanoni

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Leonardo Domenici, Béla Glattfelder, Jacek Olgierd Kurski, Anthea McIntyre, Jens Nilsson, Sirpa Pietikäinen, Dimitar Stoyanov, Csaba Őry

  • [1]  COM (2013)0239
  • [2]  Skont l-Art. 21/4 tal-Konvenzjoni, l-emendi għall-Konvenzjoni għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Partijiet għall-Konvenzjoni li aċċettawha wara disgħin ġurnata mid-data li fiha żewġ terzi minn dawk il-Partijiet iddepożitaw mad-Depositarju l-istrumenti tagħhom għall-aċċettazzjoni tal-emenda.