RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (nixfa u nirien fil-foresti fir-Rumanija u għargħar fil-Ġermanja, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka)

6.11.2013 - (COM(2013)0692 – C7‑0343/2013 – 2013/2255(BUD))

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: José Manuel Fernandes

Proċedura : 2013/2255(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0369/2013
Testi mressqa :
A7-0369/2013
Dibattiti :
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea b'konformità mal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (nixfa u nirien fil-foresti fir-Rumanija u għargħar fil-Ġermanja, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka)

(COM(2013)0692 – C7‑0343/2013 – 2013/2255(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0692 – C7‑0343/2013),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[1], u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea[2],

–   wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni fis-17 ta' Lulju 2008 dwar il-Fond ta' Solidarjetà,

–   wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7‑0369/2013),

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

  • [1]  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
  • [2]  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[1], u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea[2],

Wara li kkunsidraw il-proposta mressqa mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)      L-Unjoni Ewropea ħolqot Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-'Fond') sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri.

(2)      Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 1 biljun.

(3)      Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li jippermettu l-mobilizzazzjoni tal-Fond.

(4)      Ir-Rumanija ressqet applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, dwar nixfa u nirien fil-foresti.

(5)      Il-Ġermanja, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka ressqu applikazzjoni biex il-Fond jiġi mobilizzat, fir-rigward ta’ diżastru tal-għargħar.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jkun mobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 400 519 089 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

  • [1]               ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.
  • [2]               ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea favur ir-Rumanija, il-Ġermanja, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka fuq il-bażi tal-punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006. Il-FII jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu massimu annwali ta’ EUR 1 biljun. Din hija t-tieni proposta biex jiġi mmobilizzat il-Fond fl-2013.

Matul is-sajf tal-2012 partijiet kbar mir-Rumanija sofrew abbażi ta' nuqqas ta' xita u mewġiet ripetuti ta' temperaturi estremament għolja, li wasslu għall-qerda importanti tal-uċuħ tar-raba', għal nirien fil-foresti u tal-veġetazzjoni, nuqqas ta' ilma għall-popolazzjoni, u problemi li jirriżultaw għas-sistemi tal-ħażna tal-ilma u tal-produzzjoni tal-idroenerġija. Sussegwentament, f'Novembru 2012, l-awtoritajiet Rumeni ddeċidew li jressqu applikazzjoni għall-għajnuna finanzjarja mill-Fond ta' Solidarjetà tal-UE.

Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-ħsara diretta totali kkawżata minn nixfa u n-nirien fil-foresti hija ta' EUR 806,7 miljun. Billi dan l-ammont jaqbeż il-limitu normali għall-attivazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà, id-diżastru jikkwalifika bħala 'diżastru naturali maġġuri' skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

F'Mejju u Ġunju 2013 l-Ewropa Ċentrali kienet affettwata minn sitwazzjoni meteoroloġika simili ħafna għal dik li wasslet għall-avveniment tal-mitt sena ta' għargħar fl-2002 u konsegwentament għall-ħolqien tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE. Terġa', il-Ġermanja, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka kienu affettwati minn għargħar estrem. Minkejja l-livelli ta' għargħar parzjalment ogħla, il-ħsara ġenerali, filwaqt li kienet għolja ħafna, kienet inqas minn dik tal-2002, b'mod partikolari fl-Awstrija u r-Repubblika Ċeka, l-aktar minħabba l-effettività tal-miżuri għall-protezzjoni kontra l-għargħar u l-kontroll tar-riskju introdotti mill-2002. Sussegwentement, il-Ġermanja ressqet applikazzjoni għal għajnuna finanzjarja mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea skont il-kriterji tad-diżastri maġġuri, filwaqt li l-applikazzjonijiet tal-Awstrija u r-Repubblika Ċeka kienu bbażati fuq l-hekk imsejjaħ 'il-kriterju ta’ pajjiż ġar'.

Il-ħsara diretta totali kkawżata mill-għargħar, skont kif stmata mill-awtoritajiet Ġermaniżi, Awstrijaċi u Ċeki, tammonta għal EUR 8,2 biljun għall-Ġermanja, EUR 866,5 miljun għall-Awstrija u EUR 637,1 miljun għar-Repubblika Ċeka rispettivament. Fir-rigward tal-Ġermanja, id-diżastru jikkwalifika bħala 'diżastru naturali maġġuri' bi qbil mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002. Fir-rigward tal-Awstrija u r-Repubblika Ċeka, id-diżastru ma jikkwalifikax bħala 'diżastru maġġuri'. Madankollu, minħabba li d-diżastri kemm fl-Awstrija u fir-Repubblika Ċeka kellhom l-istess oriġini bħall-għargħar li wassal għad-diżastru maġġuri fil-Ġermanja, il-kundizzjoni stabbilita fl-Artikolu 2(2) it-tieni subparagrafu tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002, li biha pajjiż milqut mill-istess diżastru maġġuri bħal pajjiż ġar jista' b'mod eċċezzjonali jibbenefika minn għajnuna tal-Fond ta' Solidarjetà, instab li kienet issodisfata mill-Kummissjoni.

Wara li ġie vverifikat li din l-applikazzjoni tikkonforma mal-kriterji ta' eliġibilità tar-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002, il-Kummissjoni pproponiet li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-UE favur ir-Rumanija, il-Ġermanja, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka.

Abbażi tal-applikazzjonijiet għal assistenza mill-Fond mir-Rumanija, il-Ġermanja, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka, il-kalkolu ta’ għajnuna mill-Fond ta' Solidarjetà bbażata fuq l-istima tal-ħsara totali kkawżata huwa kif ġej:

Ċifri – Fond ta' Solidarjetà                 (EUR)

Diżastru.

Ħsara diretta

Limitu

(miljun €)

Kost totali tal-operazzjonijiet eliġibbli

Ammont ibbażat fuq 2.5%

Ammont ibbażat fuq 6%

Ammont totali tal-għajnuna proposta

Nixfa fir-Rumanija

806 724 312

735.487

2 475 689

18 387 175

4 274 239

2 475 689

Għargħar fil-Ġermanja

8 153 500 000

3 678.755

3 289 400 000

91 968 875

268 484 700

360 453 575

Għargħar fl-Awstrija

866 462 000

1 798.112

350 334 000

21 661 550

-

21 661 550

Għargħar fir-Repubblika Ċeka

637 131 000

871.618

416 368 000

15 928 275

-

15 928 275

TOTALI

 

400 519 089

Fid-dawl tal-eżaminazzjoni tal-applikazzjonijiet, u meta titqies l-għotja massima possibbli mill-Fond kif ukoll l-iskop tar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tirrikjedi nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal ammont totali ta' EUR 400 519 089.

B’mod parallel ma' din il-proposta sabiex jiġi mobilizzat il-Fond ta’ Solidarjetà, il-Kummissjoni ppreżentat abbozz ta’ baġit emendatorju (ABE Nru 9/2013 tat-3 ta' Ottubru 2013) sabiex fil-baġit tal-2013 jiddaħħlu l-approprjazzjonijiet korrispondenti ta’ impenn u ta’ pagament kif previst fil-punt 26 tal-FII. Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-ABE Nru 9/2013, fir-rigward tal-finanzjament ta' din id-deċiżjoni, timmodifika l-proposta inizjali tal-Kummissjoni. Il-pożizzjoni tal-Parlament se tkun stabbilita meta jadotta l-pożizzjoni tiegħu dwar l-ABE Nru 9/2013.

Skont il-punt 26 tal-FII tas-17 ta’ Mejju 2006, meta tkun qed tippreżenta din il-proposta biex tuża l-Fond, il-Kummissjoni tagħti bidu għall-proċedura ssimplifikata ta’ trilogu bil-għan li tiżgura l-qbil taż-żewġ fergħat tal-Awtorità Baġitarja dwar il-ħtieġa li l-Fond jintuża u dwar l-ammont meħtieġ.

Skont ftehim intern mal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (REGI), dan il-kumitat għandu jiġi assoċjat mal-proċess, sabiex jingħata appoġġ u kontribut kostruttiv għall-implimentazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE. Wara l-evalwazzjoni tat-talbiet, il-kumitat REGI tal-Parlament Ewropew ta l-opinjonijiet tiegħu dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond, kif hemm imfisser fl-ittra ta' opinjoni mehmuża mar-rapport preżenti.

Ir-Rapporteur jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni annessa ma' dan ir-rapport.

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

Is-Sur Alain Lamassoure

President

Kumitat għall-Baġits

ASP 13E205

Brussell

Suġġett: Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE favur ir-Rumanija, il-Ġermanja, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka

Għażiż Sur Lamassoure,

Il-Kummissjoni Ewropea infurmat lill-Parlament Ewropew fil-proposta tagħha għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE (COM(2013)0692) li fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond imressqa mir-Rumanija rigward nixfa u nirien fil-foresta fis-sajf tal-2012, u l-applikazzjonijiet mill-Ġermanja, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka dwar l-għargħar f'Mejju u Ġunju 2013, tipproponi l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, filwaqt li tikkalkula l-ħsara kkaġunata skont il-pajjiż kif ġej:

 

 

 

(EUR)

Diżastru

Ħsara diretta

Limitu(miljun €)

 

Kost totali tal-operazzjonijiet eliġibbli

Ammont ibbażat fuq 2.5%

Ammont ibbażat fuq 6%

Ammont totali ta’ l-għajnuna proposta

Nixfa fir-Rumanija

806 724 312

735.487

2 475 689

18 387 175

4 274 239

2 475 689

Għargħar fil-Ġermanja

8 153 500 000

3 678.755

3 289 400 000

91 968 875

268 484 700

360 453 575

Għargħar fl-Awstrija

866 462 000

1 798.112

350 334 000

21 661 550

-

21 661 550

Għargħar fir-Repubblika Ċeka

637 131 000

871.618

416 368 000

15 928 275

-

15 928 275

TOTALI

 

400 519 089

Fid-dawl tal-eżami tal-applikazzjonijiet, u meta titqies l-għotja massima possibbli mill-Fond flimkien mal-ambitu għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tirrikjedi nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal ammont totali ta' EUR 400 519 089, li għandu jkun allokat taħt l-intestatura 3b tal-qafas finanzjarju.

Bil-ħsieb li jiġi evitat dewmien bla bżonn fl-approvazzjoni ta’ din il-miżura li l-Kumitat għall-Baġits beħsiebu jadotta kemm jista’ jkun malajr, għandna l-pjaċir ninfurmawk li l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali ma jsib l-ebda oġġezzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE biex jiġu allokati l-ammonti msemmija hawn fuq lill-intestatura tal-Qafas Finanzjarju kkonċernata, kif propost mill-Kummissjoni u skont ir-regoli stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002.

Dejjem tiegħek,

Danuta Hübner

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Richard Ashworth, Zuzana Brzobohatá, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Ivars Godmanis, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Claudio Morganti, Jan Mulder, Andrej Plenković, Alda Sousa, László Surján, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Da Graça Carvalho, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Catherine Trautmann