Proċedura : 2013/2159(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A7-0370/2013

Testi mressqa :

A7-0370/2013

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 20/11/2013 - 8.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P7_TA(2013)0476

RAPPORT     
PDF 148kWORD 62k
12.11.2013
PE 521.532v01-00 A7-0370/2013

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità

(COM(2013)0559 – C7‑0235/2013 – 2013/2159(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Reimer Böge

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità

(COM(2013)0559 – C7‑0235/2013 – 2013/2159(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, kif adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2012(1),

–   wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 7/2013, li ġie ppreżentat mill-Kummissjoni fil-25 ta' Settembru 2013 (COM(2013)0557),

–   wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikulari l-punt 27 tiegħu,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0559 – C7-0235/2013),

–   wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill adottata fis-7 ta' Ottubru 2013,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0370/2013),

A. billi, wara li eżamina l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-Intestatura 1b, jidher li hemm bżonn li jiġi mobilizzat l-Istrument ta' Flessibilità,

B.  billi l-Kummissjoni pproponiet il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2013, oltre l-limitu massimu tal-Intestatura 1b, ta' EUR 134 049 037, favur il-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew biex l-allokazzjonijiet għal Franza, l-Italja u Spanja għas-sena 2013 jiżdiedu b'ammont totali ta' EUR 150 000 000,

1.  Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni biex taqbeż il-limitu massimu għall-Intestatura 1b b'EUR 134 049 037 bil-ħsieb li żżid l-allokazzjonijiet tal-Fond Soċjali Ewropew għal Franza, l-Italja u Spanja għas-sena 2013 b'ammont totali ta' EUR 150 000 000, u għall-mobilizzazzjoni korrispondenti tal-Istrument ta' Flessibilità;

2.  Jaqbel mal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità f'impenji sa massimu ta' EUR 134 049 037, għall-finanzjament ta' dawn l-allokazzjonijiet addizzjonali taħt l-Intestatura 1b;

3.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L L 66, 8.3.2013.

(2)

ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta' ...

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba(1), u b'mod partikulari l-ħames paragrafu tal-punt 27 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi, wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt l-Intestatura 1b, jidher li hemm bżonn tal-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, oltre l-limitu massimu tal-Intestatura 1b, ta' EUR 134 049 037, favur il-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew biex l-allokazzjonijiet għal Franza, l-Italja u Spanja għas-sena 2013 jiżdiedu b'ammont totali ta' EUR 150 000 000.

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2013, l-Istrument ta' Flessibilità għandu jintuża biex tiġi pprovduta s-somma ta' EUR 134 049 037 f'approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-Intestatura 1b.

Dan l-ammont għandu jintuża biex jikkomplementa l-finanzjament tal-Fond Soċjali Ewropew taħt l-Intestatura 1b.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

(1)

              ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Richard Ashworth, Zuzana Brzobohatá, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Jens Geier, Ivars Godmanis, Lucas Hartong, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, Claudio Morganti, Jan Mulder, Andrej Plenković, Alda Sousa, László Surján, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann, Jacek Włosowicz

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Da Graça Carvalho, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Catherine Trautmann

Avviż legali - Politika tal-privatezza