RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi
14.11.2013 - (COM(2012)0561 – C7‑0320/2012 – 2011/0225(NLE)) - *
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur: Béla Kovács
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi
(COM(2012)0561 – C7‑0320/2012 – 2011/0225(NLE))(Konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2012)0561),
– wara li kkunsidra l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0320/2012),
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A7-0385/2013),
1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;
2. Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;
3. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sostanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
Emenda 1 Proposta għal regolament Titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Proposta għal |
Proposta għal |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi |
li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi |
Emenda 2 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 31 u l-Artikolu 32 tiegħu, |
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu, |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dispożizzjonijiet rigward it-trasport ta' oġġetti radjuattivi jinsabu attwalment stipulati fid-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi, ibbażati fuq it-Trattat. Huwa għalhekk xieraq li tintgħażel l-istess bażi legali għal dan ir-Regolament. Mhuwiex xieraq, kif tipprevedi l-proposta tal-Kummissjoni, li jitneħħew is-setgħat tal-kodeċiżjoni mill-Parlament Ewropew; aktar u aktar meta l-proposta tikkonċerna kwistjonijiet ambjentali u tas-saħħa importanti. Ġeneralment, b’mod konsistenti mal-adozzjoni tal-Parlament Ewropew tar-Rapport-BELET (P7_TA(2011)0055) fil-15/02/2011, u tar-Rapport-RIVASI Sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsuba għall-konsum mill-bniedem (P_7TA(2013)0068) fit-12/03/2013, ir-regoli dwar il-protezzjoni radjuattiva għandhom jiġu indirizzati fit-Trattat. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, imfassla wara li kisbet l-opinjoni ta’ grupp ta’ persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku, |
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dispożizzjonijiet rigward it-trasport ta' oġġetti radjuattivi jinsabu attwalment stipulati fid-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi, ibbażati fuq it-Trattat. Huwa għalhekk xieraq li tintgħażel l-istess bażi legali għal dan ir-Regolament. Mhuwiex xieraq, kif tipprevedi l-proposta tal-Kummissjoni, li jitneħħew is-setgħat tal-kodeċiżjoni mill-Parlament Ewropew; aktar u aktar meta l-proposta tikkonċerna kwistjonijiet ambjentali u tas-saħħa importanti. Ġeneralment, b’mod konsistenti mal-adozzjoni tal-Parlament Ewropew tar-Rapport-BELET (P7_TA(2011)0055) fil-15/02/2011, u tar-Rapport-RIVASI Sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsuba għall-konsum mill-bniedem (P_7TA(2013)0068) fit-12/03/2013, ir-regoli dwar il-protezzjoni radjuattiva għandhom jiġu indirizzati fit-Trattat. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, |
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dispożizzjonijiet rigward it-trasport ta' oġġetti radjuattivi jinsabu attwalment stipulati fid-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi, ibbażati fuq it-Trattat. Huwa għalhekk xieraq li tintgħażel l-istess bażi legali għal dan ir-Regolament. Mhuwiex xieraq, kif tipprevedi l-proposta tal-Kummissjoni, li jitneħħew is-setgħat tal-kodeċiżjoni mill-Parlament Ewropew; aktar u aktar meta l-proposta tikkonċerna kwistjonijiet ambjentali u tas-saħħa importanti. Ġeneralment, b’mod konsistenti mal-adozzjoni tal-Parlament Ewropew tar-Rapport-BELET (P7_TA(2011)0055) fil-15/02/2011, u tar-Rapport-RIVASI Sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsuba għall-konsum mill-bniedem (P_7TA(2013)0068) fit-12/03/2013, ir-regoli dwar il-protezzjoni radjuattiva għandhom jiġu indirizzati fit-Trattat. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata implimentazzjoni effiċjenti u armonizzata ta’ dan ir-Regolament billi jiġu definiti kriterji komuni, li l-Istati Membri għandhom japplikaw biex joħorġu ċertifikati ta’ reġistrazzjonijiet tat-trasportaturi, l-iskambju possibbli u obbligatorju ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn sabiex jiġi żgurat il-kontroll tat-trasportaturi, il-verifika tal-konformità, kif ukoll ir-reazzjoni effiċjenti f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju tal-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni. |
imħassar |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7a) Fid-dawl tal-mira wiesgħa li jitnaqqas il-piż regolatorju minn fuq l-industrija, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-impatt ekonomiku ta’ dan ir-Regolament fuq ħafna negozji żgħar li jittrasportaw materjal radjuattiv fit-territorju ta’ Stat singolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan huwa importanti billi l-Kummissjoni ddikjarat li “huwa diffiċli ħafna li jiġu kkalkulati l-effetti speċifiċi fuq l-SMEs mid-dejta disponibbli” u li l-perjodu ta’ konsultazzjoni onlajn tal-partijiet interessati kien qasir ħafna (mill-10 ta’ Diċembru 2007 sat-28 ta’ Jannar 2008, inkluż il-jum ta’ vaganza tal-Milied). | |
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni ta’ trasportaturi ta’ materjali radjuattivi li tiffaċilita l-kompitu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-istandards bażiċi tas-sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali minn perikli li joriġinaw minn radjazzjonijiet jonizzanti stabbiliti fid-Direttiva 96/29/Euratom qed jiġu osservati. |
(1) Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għall-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ trasportaturi ta’ materjali radjuattivi bbażata fuq id-Direttiva 2008/68/KE u d-Direttiva 96/29/Euratom. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe trasportatur li jittrasporta materjali radjuattivi fi ħdan il-Komunità, minn pajjiżi terzi għall-Komunità u mill-Komunità għal pajjiżi terzi. Dan ma għandux japplika għal trasportaturi li jittrasportaw materjali radjuattivi bl-ajru u bil-baħar. |
(2) Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe trasportatur li jittrasporta materjali radjuattivi, bit-triq, bil-ferrovija u fuq il-passaġġi tal-ilma interni, fi ħdan il-Komunità, minn pajjiżi terzi għall-Komunità u mill-Komunità għal pajjiżi terzi. |
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(2a) Dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrattaw il-protezzjoni tat-trasport ta' materjali radjuattivi kontra s-serq, is-sabotaġġ jew atti malizzjużi oħrajn. |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt a | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(a) "trasportatur" tfisser kwalunkwe persuna, organizzazzjoni jew impriża pubblika li twettaq il-ġarr ta' materjal radjuattiv permezz ta' kwalunkwe mezz ta' trasport fil-Komunità. Dan jinkludi trasportaturi li joperaw f'isem ħaddieħor jew f'isimhom; |
(a) "trasportatur" tfisser kwalunkwe persuna, organizzazzjoni jew impriża li twettaq il-ġarr ta' materjal radjuattiv permezz ta' kwalunkwe mezz ta' trasport fil-Komunità. Dan jinkludi trasportaturi li joperaw f'isem ħaddieħor jew f'isimhom; |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt ba (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(ba) "kriterji komuni" tfisser sett ta' standards ta' sikurezza bbażati fuq ir-Regolamenti Modali għat-Trasport ta' Oġġetti Perikolużi (ADR, RID u ADN), id-Direttiva 96/29/Euratom u d-Direttiva 2008/68/KE li t-trasportaturi ta' materjali radjuattivi jkollhom jikkonformaw magħhom sabiex jakkwistaw ċertifikat ta' reġistrazzjoni; |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt c | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(c) "trasport" tfisser l-operazzjonijiet kollha tat-trasport mill-post tal-oriġini għall-post tad-destinazzjoni, inklużi t-tagħbien, il-ħżin waqt it-tranżitu u l-ħatt ta’ materjal radjuattiv; |
(c) "trasport" tfisser l-operazzjonijiet kollha tat-trasport li jsiru mit-trasportatur mill-post tal-oriġini għall-post tad-destinazzjoni; |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt d | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(d) "materjal radjuattiv" tfisser kwalunkwe materjal li fih radjunuklidi fejn kemm il-konċentrazzjoni tal-attività kif ukoll l-attività totali fil-kunsinna jaqbżu l-valuri speċifikati fil-paragrafi 402–407 tar-Regolamenti tal-IAEA għat-Trasport Sikur ta’ Materjal Radjuattiv, Rekwiżiti tas-Sikurezza Nru TS-R-1, Vjenna, 2009; |
(d) "materjal radjuattiv" għandu l-istess tifsira bħal dik fir-Regolamenti Modali għat-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi (ADR, RID u ADN) li huma implimentati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/68/KE; |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) "oġġetti perikolużi ta’ konsegwenzi għoljin - materjal radjuattiv" tfisser materjal radjuattiv li għandu l-potenzjal li jintuża ħażin f’inċident terroristiku u li jista’, minħabba dan, jipproduċi konsegwenzi serji bħal korrimenti tal-massa jew qerda tal-massa kif iddefinit fl-Appendiċi A.9. tas-Sensiela dwar is-Sikurezza Nukleari tal-IAEA Nru 9 “Sikurezza fit-Trasport ta' Materjal Radjuattiv”, Vjenna, 2008; |
(e) "oġġetti perikolużi ta’ konsegwenzi għoljin - materjal radjuattiv" tfisser materjal radjuattiv li għandu l-potenzjal għal rilaxx mhux intenzjonat jew li jintuża ħażin f’inċident terroristiku u li jista’, minħabba dan, jipproduċi konsegwenzi serji bħal korrimenti tal-massa jew qerda tal-massa kif iddefinit fl-Appendiċi A.9. tas-Sensiela dwar is-Sikurezza Nukleari tal-IAEA Nru 9 “Sikurezza fit-Trasport ta' Materjal Radjuattiv”, Vjenna, 2008; |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 2 – punt f | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(f) "pakkett ta’ eċċezzjoni" tfisser kwalunkwe pakkett li fih il-kontenut radjuattiv permess ma jaqbiżx il-livelli ta’ attività stabbiliti fit-Tabella V tat-Taqsima IV tar-Regolamenti tal-IAEA għat-Trasport Sikur ta’ Materjal Radjuattiv, Rekwiżiti tas-Sikurezza Nru TS-R-1, Vjenna, 2009, jew wieħed minn għaxra ta’ dawn il-limiti għat-trasport bil-posta u li huwa tikkettat bħala NU Nru 2908, 2909, 2910 jew 2911; |
(f) "pakkett ta’ eċċezzjoni" tfisser kwalunkwe pakkett li fih materjal radjuattiv li jissodisfa r-rekwiżiti għall-pakketti kklassifikati bħala "pakketti ta' eċċezzjoni" kif speċifikat fir-Regolamenti Modali għat-Trasport ta’ Oġġetti Perikolużi (ADR, RID u ADN) li huma implimentati mill-Istati Membri skont id-Direttiva 2008/68/KE; |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Operazzjonijiet tat-trasport individwali għandhom ikunu akkumpanjati minn kopja taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur jew minn liċenzja jew reġistrazzjoni miksuba skont il-proċedura nazzjonali applikabbli fil-każ tat-trasport imsemmi fil-paragrafu (3). |
2. Operazzjonijiet individwali tat-trasport għandhom ikunu akkumpanjati minn kopja taċ-ċertifikat tar-reġistrazzjoni tat-trasportatur. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Detentur ta’ liċenzji jew reġistrazzjonijiet validi maħruġa skont id-Direttiva 96/29/Euratom għall-immaniġġar ta’ materjal radjuattiv jew għall-użu ta’ tagħmir li fih materjal jew sorsi radjuattivi jista’ jittrasporta dawn il-materjali jew sorsi mingħajr ir-reġistrazzjoni taħt dan ir-Regolament jekk it-trasportazzjoni hija inkluża fil-liċenzji jew ir-reġistrazzjonijiet għall-Istati Membri kollha fejn isir it-trasport. |
imħassar |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 5a (ġdid) | |
+Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Kwalunkwe trasport ta’ materjali radjuattivi għandu jsir f’konformità mar-regoli u l-istandards internazzjonali stabbiliti mill-NU/KEE dwar l-oġġetti perikolużi u li jniġġsu, kif ukoll il-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) korrispondenti, ir-Regolamenti dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija (RID), u l-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN), kif iddefinit fid-Direttiva 2008/68/KE; |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sistema Elettronika għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi (ESCReg) għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni, li tkun responsabbli wkoll għall-manutenzjoni tagħha, għas-superviżjoni u l-kontroll tat-trasport ta’ materjal radjuattiv. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fis-sistema, l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi għall-ESCReg. |
1. Sistema Elettronika għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi (ESCReg) għandha tiġi stabbilita, mantnuta u żgurata mill-Kummissjoni għas-superviżjoni u l-kontroll tar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjal radjuattiv. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fis-sistema, l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi għall-ESCReg. Sabiex tiġi evitata interpretazzjoni ħażina, dawk l-ispeċifikazzjonijiet għandhom ikunu kompluti u mhux ambigwi. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. L-ESCReg għandha tkun garantita, soda u kompletament operazzjonali qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk għandu jitfassal mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESCReg sabiex, tal-anqas, jiġi ffaċilitat it-trasport transkonfinali. |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-ESCReg għandha tagħti aċċess ristrett u sikur lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, lil trasportaturi rreġistrati u lil applikanti, soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni ta' dejta personali, kif stabbilit bid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għad-dejta kollha disponibbli. |
2. L-ESCReg għandha tagħti aċċess ristrett u sikur lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, lil trasportaturi rreġistrati u lil applikanti, soġġett għad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni ta' dejta personali, kif stabbilit bid-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom aċċess għad-dejta kollha disponibbli. L-ESCReg għandha tipprovdi aċċess lill-pubbliku għal-lista ta' trasportaturi rreġistrati. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni ma għandhiex tkun responsabbli għall-kontenut u l-eżattezza ta’ informazzjoni sottomessa permezz tal-ESCReg. |
3. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-kontenut ta’ informazzjoni sottomessa permezz tal-ESCReg, li għandha tkun preċiża, f'waqtha u trasparenti. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Trasportatur għandu japplika għar-reġistrazzjoni permezz tal-ESCReg. |
Trasportatur għandu japplika għar-reġistrazzjoni permezz tal-ESCReg mal-awtorità kompetenti bi qbil mal-paragrafu 3. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
It-trasportatur applikant għandu jissottometti l-formola tal-applikazzjoni elettronika mimlija stabbilita fl-Anness I. |
It-trasportatur applikant għandu jissottometti l-formola tal-applikazzjoni elettronika mimlija stabbilita fl-Anness I. Linji gwida onlajn li fihom informazzjoni ta' kuntatt u informazzjoni dwar kif jista' jiġi kkuntattjat il-punt ta' kuntatt jew l-awtorità kompetenti għandhom ikunu disponibbli fi kwalunkwe ħin sabiex jgħinu lill-applikant. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Għandu japplika perjodu tranżitorju ta' sena wara li jidħol fis-seħħ dan ir-regolament sabiex it-trasportaturi kollha japplikaw u jakkwistaw ċertifikat ta' reġistrazzjoni skont dan ir-Regolament. F'dan il-perjodu tranżitorju, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 96/29/Euratom u d-Direttiva 2008/68/KE. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. Mal-mili u s-sottomssjoni tal-formola tal-applikazzjoni, l-applikant għandu jirċievi konferma awtomatika li l-applikazzjoni tkun waslet, flimkien man-numru tal-applikazzjoni. |
2. Mal-mili u s-sottomissjoni tal-formola tal-applikazzjoni, l-applikant għandu jirċievi konferma awtomatika li l-applikazzjoni tkun waslet, flimkien man-numru tal-applikazzjoni. L-awtorità kompetenti responsabbli għandha tirċievi l-istess konferma. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex tiżgura konformitá mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu. Fil-każ ta' rifjut, messaġġ ta' żball għandu jintbagħat lura lill-applikant u jagħti r-raġunijiet għaliex l-applikazzjoni tkun ġiet irrifjutata. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Fi żmien tmien ġimgħat mill-ħruġ tal-konferma tal-wasla tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur jekk tqis li l-informazzjoni sottomessa hija kompluta u f’konformità ma’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 96/29/Euratom u d-Direttiva 2008/68/KE. |
4. Fi żmien tmien ġimgħat mill-ħruġ tal-konferma tal-wasla tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur jekk tqis li l-informazzjoni sottomessa hija kompluta u f’konformità ma’ dan ir-Regolament u li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti tal-kriterji komuni kif definiti fil-punt ba tal-Artikolu 2(1). |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 5 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur għandha tiġi pprovduta awtomatikament permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri fejn it-trasportatur biħsiebu jopera. |
Kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur għandha tiġi pprovduta awtomatikament permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta li toħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur abbażi tal-fatt li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta jew ma tkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli, għandha twieġeb lill-applikant bil-miktub fi żmien tmien ġimgħat minn meta tkun ħarġet il-konferma tal-wasla. Qabel tali ċaħda, l-awtorità kompetenti għandha tesiġi li l-applikant jikkoreġi jew jissupplimenta l-applikazzjoni fi żmien tliet ġimgħat mill-wasla ta' din it-talba. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet taċ-ċaħda. |
L-awtorità kompetenti għandha titlob lill-applikant biex jipprovdi, fi żmien tliet ġimgħat minn meta jirċievi din it-talba, il-korrezzjonijiet neċessarji jew l-informazzjoni supplimentari, jekk ikun meħtieġ. Jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta li toħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur abbażi tal-fatt li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta jew ma tkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli, għandha twieġeb lill-applikant bil-miktub fi żmien tmien ġimgħat minn meta tkun ħarġet il-konferma tal-wasla. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet taċ-ċaħda. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kopja taċ-ċaħda u dikjarazzjoni tar-raġunijiet għandhom jiġu pprovduti awtomatikament permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri fejn it-trasportatur biħsiebu jopera. |
Kopja taċ-ċaħda u dikjarazzjoni tar-raġunijiet għandhom jiġu pprovduti awtomatikament permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha. |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 9a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
9a. L-awtorità kompetenti għandha żżomm id-dejta storika kollha għall-applikanti kollha sabiex tiżgura t-traċċabbiltà tagħhom, biex jiġi ffaċilitat monitoraġġ aħjar u għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe falsifikazzjoni. |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. It-trasportatur għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-eżattezza kontinwa tad-dejta pprovduta fil-formola tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Komunitarja tat-trasportatur sottomessa lill-ESCReg. |
1. It-trasportatur għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-eżattezza kontinwa tad-dejta pprovduta fil-formola tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Komunitarja tat-trasportatur sottomessa lill-ESCReg. Għalhekk, applikant għandu jingħata l-awtorizzazzjoni biex jaġġorna faċilment id-dejta proprja b'piż amministrattiv limitat. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. L-awtorità kompetenti li ħarġet iċ-ċertifikat hija responsabbli biex timmonitorja, permezz ta' spezzjonijiet, il-konformità kontinwa tat-trasportatur irreġistrat mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament għall-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat. |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
2a. Sabiex ikun hemm trattament ugwali fost l-applikanti kollha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-kriterji għall-għoti taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jkunu identiċi u konsistenti mad-definizzjonijiet tal-IAEA u li l-proċess ta' reġistrazzjoni jkun armonizzat. |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Jekk trasportatur ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun ġie skopert in-nuqqas ta' konformità għandha tapplika l-miżuri ta’ infurzar fi ħdan il-qafas legali ta’ dak l-Istat Membru, bħal notifiki bil-miktub, miżuri ta’ taħriġ u edukazzjoni, sospensjoni, revoka jew modifika tar-reġistrazzjoni jew prosekuzzjoni, skont kemm ikun sinifikanti mil-lat ta' sikurezza n-nuqqas ta' konformità u r-rekord tal-konformità tat-trasportatur. |
1. Jekk trasportatur ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun ġie skopert in-nuqqas ta' konformità għandha tapplika l-miżuri ta’ infurzar fi ħdan il-qafas legali ta’ dak l-Istat Membru, bħal notifiki bil-miktub, miżuri ta’ taħriġ u edukazzjoni jew prosekuzzjoni, skont kemm ikun sinifikanti mil-lat ta' sikurezza n-nuqqas ta' konformità u r-rekord tal-konformità tat-trasportatur. |
|
Il-miżuri ta’ infurzar għandhom jiġu immedjatament notifikati lill-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat. Fi żmien massimu ta' erba' ġimgħat, l-Istat Membru notifikat għandu jimmodifika, iġedded jew jirrevoka r-reġistrazzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi pprovduta permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha. |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Skont kemm ikunu sinifikanti mil-lat ta' sikurezza n-nuqqas ta’ konformità u r-rekord tal-konformità tat-trasportatur, l-Istat Membru fejn ikun ġie skopert in-nuqqas ta' konformità jista' jissospendi r-reġistrazzjoni tat-trasportatur. |
|
Is-sospensjoni għandha tiġi notifikata minnufih lill-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat. Fi żmien massimu ta' erba' ġimgħat, l-Istat Membru notifikat għandu jimmodifika, iġedded jew jirrevoka r-reġistrazzjoni. Id-deċiżjoni għandha tiġi pprovduta permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha. |
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ġie skopert in-nuqqas ta' konformità għandha tikkomunika lit-trasportatur u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn it-trasportatur kien biħsiebu jittrasporta materjali radjuattivi, informazzjoni dwar azzjoni ta' infurzar applikata u dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' dik l-azzjoni. Jekk it-trasportatur ma jikkonformax mal-azzjoni ta’ infurzar applikata skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-uffiċċju prinċipali tat-trasportatur jew, jekk it-trasportatur ikun stabbilit f’pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, fejn it-trasportatur kellu l-ħsieb li jidħol għall-ewwel darba fit-territorju tal-Komunità għandha tirrevoka r-reġistrazzjoni. |
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ġie skopert in-nuqqas ta’ konformità għandha tikkomunika lit-trasportatur u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni, informazzjoni dwar azzjoni ta’ infurzar applikata u dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-applikazzjoni ta’ dik l-azzjoni. |
Emenda 39 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lit-trasportatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati r-revoka flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet. |
imħassar |
Emenda 40 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
3a. Il-każijiet kollha ta’ nuqqas ta’ konformità għandhom jiġu rrappurtati lill-Kummissjoni u l-ESCReg. |
Emenda 41 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità kompetenti u punt tal-kuntatt nazzjonali għat-trasport ta’ materjali radjuattivi. |
L-Istati Membri għandhom jiddeżinjaw awtorità kompetenti u punt tal-kuntatt nazzjonali għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi. Dik l-informazzjoni għandha tkun disponibbli fuq il-paġna ta' reġistrazzjoni tal-applikant. |
Emenda 42 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni u kwalunkwe bidla fiha lill-awtoritajiet kompetenti kollha fil-Komunità permezz tal-ESCReg. |
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni u kwalunkwe bidla fiha lill-awtoritajiet kompetenti kollha fil-Komunità permezz tal-ESCReg u tagħmilha disponibbli għall-pubbliku fuq l-internet. |
Ġustifikazzjoni | |
Informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti u l-punt ta’ kuntatt nazzjonali tista' tkun ta’ interess għall-pubbliku u għalhekk għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. | |
Emenda 43 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-informazzjoni dwar ir-regoli nazzjonali għall-protezzjoni mir-radjazzjoni applikabbli għat-trasport ta' materjali radjuattivi għandha tkun faċilment aċċessibbli permezz tal-punti ta' kuntatt. |
2. (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.) |
Ġustifikazzjoni | |
L-informazzjoni dwar liema regoli japplikaw tista’ tkun ta’ interess għall-pubbliku u għalhekk għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. | |
Emenda 44 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-punti ta’ kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrispondu mill-aktar fis possibbli għal kwalunkwe talba ghall-informazzjoni u f'każijiet fejn it-talba tkun difettuża jew mhux ġustifikata, għandhom jinfurmaw lill-applikant kif xieraq mingħajr dewmien. |
Il-punti ta’ kuntatt u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrispondu mill-aktar fis possibbli għal kwalunkwe talba ghall-informazzjoni u f'każijiet fejn it-talba tkun difettuża jew mhux ġustifikata, għandhom jinfurmaw lill-applikant kif xieraq fi żmien ġimagħtejn. |
Emenda 45 Proposta għal regolament Artikolu 10 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Implimentazzjoni |
Eżerċizzju tad-delega |
Emenda 46 Proposta għal regolament Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jistabbilixxu l-kriterji komuni definiti fil-punt ba tal-Artikolu 2(1). |
Emenda 47 Proposta għal regolament Artikolu 10b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 10b |
|
Rieżami |
|
Il-Kummissjoni għandha tagħmel rieżami ta' dan ir-Regolament sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu sabiex tiġi vvalutata l-effettività tiegħu u tipproponi, jekk ikun neċessarju, miżuri ulterjuri biex jiġi żgurat it-trasport sikur ta' materjali radjuattivi fil-Komunità u minn pajjiżi terzi. |
Emenda 48 Proposta għal regolament Artikolu 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 11 |
imħassar |
Kumitat Konsultattiv |
|
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. |
|
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
Il-kumitat għandu jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha previsti f’dan ir-Regolament. |
|
Il-kumitat għandu jkun magħmul minn esperti nnominati mill-Istati Membri u esperti nnominati mill-Kummissjoni u għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. |
|
Emenda 49 Proposta għal regolament Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tqis id-disponibilità ta' sistema ta' reġistrazzjoni valida u operazzjonali. |
Emenda 50 Proposta għal regolament Anness 1 – paragrafu 1 – tabella – parti B – punti 1 - 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant responsabbli tal-organizzazzjoni tat-trasportatur (persuna mogħtija s-setgħa li tikkommetti lill-organizzazzjoni tat-trasportatur): |
1. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant responsabbli tal-organizzazzjoni tat-trasportatur (persuna mogħtija s-setgħa li tikkommetti lill-organizzazzjoni tat-trasportatur): |
2. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika tal-persuna tal-kuntatt għall-awtoritajiet dwar kwistjonijiet tekniċi/amministrattivi (li hija responsabbli għall-konformità mar-regolamenti għall-attivitajiet mobilizzati mill-kumpanija tat-trasportatur): |
2. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u indirizz tal-posta elettronika tal-persuna tal-kuntatt għall-awtoritajiet dwar kwistjonijiet tekniċi/amministrattivi (li hija responsabbli għall-konformità mar-regolamenti għall-attivitajiet mobilizzati mill-kumpanija tat-trasportatur): |
3. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ tal-konsulent tas-sikurezza (għal modi tat-trasport intern biss u jekk huma differenti minn 1 jew 2): |
3. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u l-indirizz tal-posta elettronika tal-konsulent tas-sikurezza (għal modi tat-trasport intern biss u jekk huma differenti minn 1 jew 2): |
4. Isem, pożizzjoni u indirizz sħiħ tal-persuna responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Protezzjoni mir-Radjazzjoni jekk tkun differenti minn 1 jew 2 jew 3: |
4. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u indirizz tal-posta elettronika tal-Programm ta’ Protezzjoni mir-Radjazzjoni jekk tkun differenti minn 1 jew 2 jew 3: |
NOTA SPJEGATTIVA
Fit-3 ta' Frar 2012, il-Kunsill iddeċieda li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom, dwar il-Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta' materjali radjuattivi COM(2012)561 - 2011 / 0225 (NLE)
Il-bażi ġuridika
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jirrelataw mal-istandards bażiċi tas-sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali. Konsegwentement, il-bażi legali hija l-Kapitolu 3 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 31 u l-Artikolu 32 tiegħu.
Sommarju
Din il-Proposta għal Regolament timmira li tissostitwixxi proċeduri ta' rappurtar u awtorizzazzjoni nazzjonali relatati mat-trasportaturi ta' materjali radjuattivi, b'sistema ta' reġistrazzjoni unika. L-implimentazzjoni tar-Regolament għandha tippermetti s-simplifikazzjoni tal-proċeduri u t-tnaqqis tal-piż amministrattiv, filwaqt li jinżamm livell għoli ta' protezzjoni mir-radjazzjoni.
Ġustifikazzjoni
Fil-livell Ewropew, it-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi huma koperti mil-leġiżlazzjoni tat-trasport taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-leġiżlazzjoni tal-aspetti speċifiċi għar-radjazzjoni inkluża l-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom). Il-leġiżlazzjoni ġiet issemplifikata bid-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi bl-ikkombinar tal-modi kollha tat-trasport intern. L-Istati Membri, skont l-Artikolu 33 Euratom, għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet xierqa sabiex jiżguraw il-konformità mal-istandards bażiċi. Barra minn hekk, l-Istati Membri implimentaw dawn il-proċeduri f’sistemi differenti, biex b’hekk żiedu l-kumplessità ta’ operazzjonijiet tat-trasport bħal dawn. Is-sostituzzjoni ta’ dawn il-proċeduri ta’ rappurtar u awtorizzazzjoni nazzjonali b’sistema ta’ reġistrazzjoni unika għall-prattika tat-trasport ser tikkontribwixxi għaldaqstant għas-simplifikazzjoni tal-proċedura, għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv, għat-tneħħija ta’ ostakli għad-dħul, filwaqt li l-livelli għoljin ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni jinżammu.
Sommarju tat-titjib propost
Ir-Rapporteur jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea li tiffaċilita t-trasport fl-UE u li tiżgura monitoraġġ aħjar ta' dawn it-trasporti. Huwa jipproponi diversi elementi ta' titjib fit-test:
Sabiex ikun hemm trattament ugwali tat-trasportaturi kollha, l-Istati Membri, permezz tal-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom għandhom jiżguraw li l-kriterji u l-mudelli tad-data għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jkunu l-istess u li l-proċess ta' reġistrazzjoni jiġi armonizzat. Linji gwida onlajn għandhom ikunu disponibbli biex jiġi evitat rifjut mhux ġustifikat. Għajnuna dinamika li tispjega l-oqsma kollha mitluba għandha tiġi implimentata flimkien ma' firma elettronika.
Is-sistema ta' reġistrazzjoni għandha tkun garantita, soda u kompletament operazzjonali qabel jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament. Barra minn hekk għandu jitfassal mekkaniżmu għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri u l-ESCReg sabiex, tal-anqas, jiġi ffaċilitat it-trasport transkonfinali.
L-ontoloġija għandha tkun l-istess u konsistenti mad-direttivi eżistenti, mad-definizzjonijiet Euratom u ma' standards speċjalment dawk proposti mill-IAEA. Meta materjali radjuattivi jkunu qegħdin jiġu trasportati jkunu meħtieġa xi attivitajiet addizzjonali (tagħbija, ħżin, ħatt), għalhekk jeħtieġ li jiġi ddefinit b'mod ċar liema attivitajiet jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.
Jeħtieġ li s-sistema ta' reġistrazzjoni tkun konformi mad-Direttiva 96/29/Euratom dwar standards bażiċi ta' sikurezza ssupplimentata minn ħames Direttivi speċifiċi oħra li jittrattaw esponimenti mediċi, informazzjoni pubblika, ħaddiema 'l barra mill-Unjoni, kunsinni bil-vapur ta' skart radjuattiv u fjuwil użat u l-kontroll ta' sorsi ssiġillati ta' attività radjuattiva għolja u sorsi orfni. Dawn id-Direttivi għandhom l-għan li jipprevjenu l-espożizzjoni għar-radjazzjoni jonizzanti li tirriżulta minn operazzjonijiet inadegwati u biex jarmonizzaw il-kontrolli fl-Istati Membri tal-UE.
Meta trasportatur ikun qed japplika għal reġistrazzjoni, id-data storika tiegħu għandha ssir disponibbli għall-awtorità nazzjonali li se toħorġ iċ-ċertifikat biex jiġi żgurat monitoraġġ aħjar u tiġi evitata kwalunkwe falsifikazzjoni.
Wieħed isaqsi għaliex din id-Direttiva għandha kamp ta' applikazzjoni limitat anke minħabba l-fatt li t-trasport ta' materjali radjuattivi bl-ajru jew minn fuq il-baħar mhuwiex kopert. Diġà jeżistu sistemi fir-rigward ta' trasportaturi bl-ajru u minn fuq il-baħar. Għalhekk ma hemmx bżonn li tiġi żviluppata sistema ta' reġistrazzjoni ġdida. Minflok, il-Kummissjoni għandha tesplora l-possibilitajiet għall-espansjoni tal-aktar sistema eżistenti xierqa. Ir-Rapporteur hu tal-opinjoni li din hi l-aktar soluzzjoni kosteffikaċi, li tista' tiġi implimentata l-aktar malajr. Għalkemm għad irid jiġi kkonfermat, huwa probabbli li t-trasportaturi bl-ajru għandhom l-aktar sistema elaborata u soda.
Għalkemm din is-sistema ġdida għandha l-objettiv li tissemplifika l-proċedura ta' reġistrazzjoni, li tintroduċi t-trasparenza u li telimina l-ostakli għal negozju tat-trasport kompetittiv, l-ogħla livell ta' sikurezza għandu jibqa' dejjem il-prijorità assoluta.
Rapport ta' valutazzjoni dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament għandu jitħejja mill-Kummissjoni sentejn wara l-implimentazzjoni tiegħu.
U fl-aħħarnett, ir-Rapporteur iqis li trasportatur għandu jingħata l-awtorizzazzjoni li jaġġorna faċilment id-data proprja b'piż amministrattiv limitat.
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
Is-Sinjura Amalia Sartori
President
Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
BRUSSELL
Suġġett: Opinjoni dwar il-bażi legali tal-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi (COM(2012)0561- C7‑0320/2012 – 2011/0225(NLE))
Għażiż President,
F’ittra tal-11 ta’ Ġunju 2013, inti tlabt lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont ir-Regola 37 tar-Regoli ta’ Proċedura, biex jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-adegwatezza tat-tibdil tal-bażi legali tal-proposta msemmija hawn fuq għal Regolament tal-Kunsill billi l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat li Jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika (minn hawn ’il quddiem “it-Trattat Euratom”) jiġu ssostitwiti bl-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “TFUE”), jew billi din id-dispożizzjoni tiġi miżjuda mal-bażi legali proposta mill-Kummissjoni.
I - Sfond
Ir-Regolament tal-Kunsill propost jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi, li tiffaċilita l-ħidma tal-Istati Membri fl-iżgurar li jiġu mħarsa l-istandards bażiċi tas-sigurtà stabbiliti fid-Direttiva 96/29 Euratom għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti.
Ir-Regolament propost jissostitwixxi[1] is-sistemi ta’ rappurtar u awtorizzazzjoni fl-Istati Membri stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tad-Direttiva 96/29 Euratom b’reġistrazzjoni unika. Barra minn hekk, ir-Regolment propost jadotta approċċ gradat billi jeżenta t-trasportaturi li jittrasportaw esklussivament “pakketti eżentati” mill-ħtieġa ta’ reġistrazzjoni. Min-naħa l-oħra, ir-Regolament propost iħalliha f’idejn l-Istati Membri biex iżidu rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni addizzjonali għat-trasportaturi ta’ materjali fissili u radjuattivi ħafna.
Skont l-Artikoli 31 u 32 tat-Trattat Euratom, il-Parlament jiġi sempliċement kkonsultat, filwaqt li skont l-Artikolu 91 TFUE, il-Parlament huwa koleġiżlatur flimkien mal-Kunsill f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja.
Tressqu 10 emendi bil-għan li jibdlu l-bażi legali tal-Artikolu 91 TFUE, jew biex din tiġi miżjuda mal-bażi legali proposta, quddiem il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Barra minn hekk, l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel tipproponi bidla fil-bażi legali tal-Artikolu 91 TFUE.
L-emendi mressqa mill-Membri, u l-opinjoni tal-kumitat ENVI, dwar bidla fil-bażi legali tal-proposta ġew iġġustifikati kif ġej:
“Peress li l-proposta tikkonċerna kwistjonijiet marbuta mat-trasport, huwa xieraq li tiġi bbażata fuq l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-Trasport). Għalhekk, il-Parlament għandu jeżerċita l-poteri ta’ kodeċiżjoni.”
“Attwalment id-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw it-trasport ta’ oġġetti radjuattivi huma stabbiliti fid-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi, ibbażati fuq it-Trattat. Għalhekk, huwa xieraq li tintgħażel l-istess bażi legali għal dan ir-Regolament. Mhuwiex xieraq, kif tipprevedi l-proposta tal-Kummissjoni, li l-poteri ta’ kodeċiżjoni ma jibqgħux f’idejn il-Parlament Ewropew; aktar u aktar billi l-proposta tikkonċerna kwistjonijiet ambjentali u tas-saħħa importanti. Ġeneralment, b’mod konsistenti mal-adozzjoni tal-Parlament Ewropew tar-Rapport-BELET (P7_TA(2011)0055) fil-15/02/2011, u tar-Rapport-RIVASI Sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsuba għall-konsum mill-bniedem (P_7TA(2013)0068) fit-12/03/2013, ir-regoli dwar il-protezzjoni radjuattiva għandhom jiġu indirizzat fit-Trattat.”
II – Artikoli tat-Trattat Rilevanti
L-Artikoli li ġejjin tat-Trattat Euratom kienu ppreżentati bħala l-bażi legali fil-proposta tal-Kummissjoni:
Artikolu 31
L-istandards bażiċi għandhom jitfasslu mill-Kummissjoni wara li din tkun kisbet l-opinjoni ta’ grupp ta’ persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku minn fost esperti xjentifiċi, u b’mod partikolari l-esperti tas-saħħa pubblika, fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tikseb l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar dawn l-istandards bażiċi.
Wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, fuq proposta mill-Kummissjoni, li għandha tibgħatlu l-opinjonijiet miksuba minn dawn il-Kumitati, il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-istandards bażiċi; dan għandu jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata.
Artikolu 32
Fuq talba mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, l-istandards bażiċi jistgħu jiġu riveduti jew issupplimentati skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 31.
Il-Kummissjoni għandha teżamina kwalunkwe talba li jagħmel Stat Membru.
L-istandards bażiċi msemmija fl-Artikolu 31 huma ddefiniti fl-Artikolu 30 tat-Trattat Euratom, li jaqra kif ġej:
Artikolu 30
Għandhom jiġu stabbiliti standards bażiċi fi ħdan il-Komunità għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti.
L-espressjoni ‘standards bażiċi’ tfisser:
(a) id-dożi massimi permissibbli kompatibbli ma’ sigurtà adegwata;
(b) il-livelli massimi permissibbli ta’ esponiment u kontaminazzjoni;
(c) il-prinċipji fundamentali li jirregolaw is-sorveljanza tas-saħħa tal-ħaddiema.
L-Artikolu 91 TFUE, li ġie ssuġġerit biex jissupplimenta jew jissostitwixxi l-bażi legali proposta, għandu l-formulazzjoni li ġejja:
Artikolu 91
1. Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 90, u filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi distintivi tat-trasport, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jistabbilixxu:
(a) regoli komuni applikabbli għat-trasport internazzjonali lejn it-territorju ta’ Stat Membru jew minnu jew li jgħaddi minn territorju ta’ Stat Membru wieħed jew aktar;
(b) il-kundizzjonijiet taħt liema t-trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw is-servizzi ta’ trasport fi ħdan Stat Membru;
(c) miżuri biex tittejjeb is-sigurtà fit-trasport;
(d) kwalunkwe dispożizzjoni xierqa oħra.
2. Meta jiġu adottati l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jitqiesu l-każijiet fejn l-applikazzjoni tista’ taffettwa serjament l-istandard tal-għajxien u l-livell tal-impjieg f’ċerti reġjuni, u t-tħaddim tal-faċilitajiet tat-trasport.
L-Artikolu 90 tat-TFUE jaqra kif ġej:
Artikolu 90
L-għanijiet tat-Trattat, f’kwistjonijiet irregolati minn dan it-Titolu, għandhom jiġu segwiti fil-qafas ta’ politika komuni għat-trasport.
III – Każistika fuq bażi legali
Fir-rigward tal-għażla tal-bażi legali jirriżultaw ċerti prinċipji mill-każistika tal-Qorti. L-ewwel, fid-dawl tal-konsegwenzi tal-bażi legali f’termini ta’ kompetenza u proċedura sostantiva, l-għażla tal-bażi legali korretta hija ta’ importanza kostituzzjonali[2]. It-tieni, skont l-Artikolu 13(2) TFUE, kull istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tal-poteri mogħtija lilha mit-Trattat[3]. It-tielet, skont il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-“għażla” tal-bażi legali għal miżura Komunitarja għandha tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, inkluż b’mod partikolari l-għan u l-kontenut tal-miżura”[4]. Ir-raba’, għandu jiġi stabbiliti jekk il-proposta għandhiex żewġ għanijiet jew jekk għandhiex żewġ komponenti, u wieħed minn dawn huwiex identifikabbli bħala l-għan jew il-komponent ewlieni jew predominanti, filwaqt li l-ieħor huwiex biss inċidentali jew għandux numru ta’ għanijiet simultanji jew għandux diversi komponenti li huma marbuta b’mod inseparabbli, mingħajr ma wieħed ikun sekondarju u indirett b’rabta mal-ieħor. Fl-ewwel każ, l-att għandu jkun ibbażat fuq bażi legali unika, jiġifieri dik meħtieġa mill-għan jew il-komponent ewlieni jew predominanti, u fit-tieni każ l-att għandu jkun ibbażat fuq id-diversi bażijiet legali korrispondenti.[5] L-għażla ta’ bażi legali mhux korretta tista’ għalhekk tiġġustifika l-annulament tal-att inkwistjoni.
IV. Għan u kontenut tar-regolament propost
Il-Kummissjoni tispjega l-għażla tal-bażi legali tagħha kif ġej:
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom x’jaqsmu mal-istandards bażiċi tas-sigurtà għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali. Għalhekk, il-bażi legali huwa l-Kapitolu 3 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u, b’mod partikolari, l-Artikoli 31 u 32 tiegħu[6].
Fir-rigward tal-għan segwit, l-Artikolu 1(1) tar-Regolament propost jindika li huwa maħsub li tiġi stabbilita sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi, li tiffaċilita “l-kompitu tal-Istati Membri fl-iżgurar li jiġu mħarsa l-istandards bażiċi għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti stabbiliti fid-Direttiva 96/29/Euratom”. Għalhekk, ir-Regolament propost għandu japplika “għal kwalunkwe trasportatur li jittrasporta materjali radjuattivi fi ħdan il-komunità, minn pajjiżi terzi lejn il-Komunità u mill-Komunità lejn pajjiżi terzi. Ma għandux japplika għal trasportaturi li jittrasportaw materjali radjuattivi bl-ajru u bil-baħar.” L-(Artikolu 1(2) tar-Regolament propost).
Fir-rigward tal-kontenut tiegħu, ir-regolament propost jitlob lit-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi biex ikollhom reġistrazzjoni valida li tkun inkisbet mir-reġistrazzjoni fis-Sistema Elettronika għat-Trasportaturi (ESCReg), li se tiġi stabbilita għas-superviżjoni u l-kontroll tat-trasport tal-materjal radjuattiv. Ir-reġistrazzjoni msemmija għandha mbagħad tħalli lit-trasportatur iwettaq it-trasport fi ħdan l-Unjoni kollha (l-Artikolu 4 tar-Regolament propost).
Għandu jiġi nnutat li l-Artikolu 3(3) tar-Regolament propost jindika li detentur ta’ liċenzja jew reġistrazzjoni valida maħruġa skont id-Direttiva 96/29/Euratom, sakemm ikun inkluż it-trasport, jista’ jwettaq it-trasport ta’ materjal radjuattiv mingħajr reġistrazzjoni skont l-ESCRreg stabbilit mill-proposta li qed tiġi analizzata.
Għalhekk billi tiġi introdotta distinzjoni bejn il-kampijiet ta’ applikazzjoni taż-żewġ miżuri, ir-Regolament propost jindika li bħala l-għan ewlieni tiegħu għandu l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni maħsuba biex tkopri speċifikament it-trasport ta’ materjali radjuattivi b’natura transkonfinali (l-Artikolu 1(2) tar-Regolament propost). Għalhekk, iċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni, il-liċenzja jew ir-reġistrazzjoni għall-operazzjonijiet individwali ta’ trasport, se jibqa’ jinkiseb skont il-proċeduri nazzjonali introdotta bid-Direttiva 96/29/Euratom (l-Artikolu 3(2) tar-Regolament propost).
Mill-formulazzjoni tar-regolament propost jidher li fid-dawl tan-natura tal-materjali radjuattivi, it-trasport tiegħu, minn naħa waħda huwa soġġett għar-regoli li jirregolaw it-trasport ta’ oġġetti perikolużi[7] skont il-liġi tat-TFUE (li issa għandu l-Artikolu 91 TFUE bħala l-bażi legali tiegħu), u min-naħa l-oħra għall-miżuri ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni[8] skont il-liġi Euratom.
V – Determinazzjoni tal-bażi legali xierqa
L-Artikolu 91 tat-TFUE jipprovdi bażi legali għall-azzjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 90 tat-TFUE, fost l-oħrajn regoli applikabbli għat-trasport internazzjonali lejn it-territorju ta’ Stat Membru jew minnu jew li jgħaddi minn Stat Membru wieħed jew aktar, il-kundizzjonijiet taħt liema t-trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi ta’ trasport fi ħdan Stat Membru, u miżuri biex tittejjeb is-sigurtà fit-trasport.
Filwaqt li l-proposta għandha żewġ għanijiet jew għandha żewġ komponenti, is-sigurtà fit-trasport u r-radjuattività, mill-analiżi tal-mira u l-kontenut tal-proposta jirriżulta li s-sistema ta’ reġistrazzjoni għat-trasport għandha titqies bħala l-għan ewlieni jew predominanti, filwaqt li l-oġġetti ttrasportati huma sempliċement inċidentali għal dak il-għan. Skont il-każistika tal-Qorti msemmija hawn fuq, l-att inkwistjoni għandu għalhekk ikollu bażi legali unika, jiġifieri dik meħtieġa mill-iskop jew il-komponent ewlieni jew predominanti, li f’dan il-każ huwa l-Artikolu 91 TFUE.
Barra minn hekk, għandu jiġi nnutat li r-rikors għal din il-bażi legali tkun tfisser il-qlib mill-proċedura ta’ konsultazzjoni għall-proċedura leġiżlattiva ordinarja, bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-Parlament.
VI – Konklużjoni u rakkomandazzjoni
Fid-dawl tal-analiżi li ssemmiet qabel, l-Artikolu 91 TFUE waħdu jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa għall-proposta.
Għaldaqstant, fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta’ Lulju 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali, b’mod unanimu[9], iddeċieda li jirrakkomanda dan li ġej: L-Artikolu 91 TFUE huwa l-bażi legali xierqa għall-adozzjoni ta’ att leġiżlattiv bil-għan u l-kontenut tal-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi. Għalhekk, għandu jiġu adottat att leġiżlattiv bħal dan skont il-proposta leġiżlattiva ordinarja.
Dejjem tiegħek,
Klaus-Heiner Lehne
- [1] COM(2012)0561, Memorandum ta’ spjegazzjoni, p. 2.
- [2] Opinjoni 2/00 Protokoll ta’ Carthagna [2001] E.C.R. I-9713, para. 5; Każ-370/07 Kummissjoni v Kunsill [2009] E.C.R. I-8917, paragrafi 46-49; Opinjoni 1/08, Ftehim Ġenerali dwar in-Negozju fis-Servizzi [2009] E.C.R. I-11129, para. 110.
- [3] Każ C-403/05 Parlament v Kummissjoni [2007] E.C.R. I-9045, para. 49, u l-każistika ċitata hemmhekk.
- [4] Każ C-411/05 Parlament v Kummissjoni [2009] E.C.R. I-7585, para. 45, u l-każistika ċitata hemmhekk.
- [5] Ara l-Każ C-411/06, ċitat hawn fuq, paragrafi 46-47.
- [6] COM(2012)0561, Memorandum ta’ spjegazzjoni, p. 3.
- [7] Id-Direttiva 2008/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi għat-trasport bit-triq, il-ferrovija u fuq passaġġi tal-ilma interni, ĠU L 260, 30.9.2008, p. 13; u d-Direttiva 2008/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/50/KE dwar proċeduri uniformi għall-verifiki tat-trasport ta’oġġetti perikolużi bit-triq, fir-rigward tal-poteri ta’ implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni, ĠU L 162, 21.06.2008, p. 11.
- [8] Id-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom, ĠU L 159, 29.6.1996, p.1; u d-Direttiva tal-Kunsill 1493/93 tat-8 ta’ Ġunju 1993 dwar il-vjeġġi ta’ sustanzi radjoattivi bejn l-Istati Membri, ĠU L 148, 1993/10/06, p.1; id-Direttiva tal-Kunsill 2006/117/Euratom tal-20 ta’ Novembru 2006 dwar is-superviżjoni u l-kontroll ta’ vjeġġi ta’ skart radjuattiv u ta’ kombustibbli nukleari eżawrit, ĠU L 337, 5.12.2006, p. 21; id-Direttiva tal-Kunsill 89/618/Euratom tas-27 ta’ Novembru 1989 dwar l-għoti ta’ informazzjoni lill-pubbliku ġenerali dwar miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa li għandhom jiġu applikati u l-passi li għandhom jittieħdu f’każ ta’ emerġenza radjoloġika, ĠU L 357, 7.12.1989, p. 31; id-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 2003/122/EURATOM tat-22 ta’ Diċembru 2003 dwar il-kontroll ta’ sorsi radjoattivi siġillati ta’attività għolja, ĠU L 346, 31.12.2003, p. 57.
- [9] Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-vot finali: Raffaele Baldassarre (Vici President), Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu (Vici President), Piotr Borys, Françoise Castex (Vici President), Christian Engström, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne (President), Jörg Leichtfried, Eva Lichtenberger, Antonio López-Istúriz White, Jiří Maštálka, Bernhard Rapkay, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Axel Voss (Rapporteur), Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka, Anna Záborská
OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (4.6.2013)
għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi
(COM(2012)0561 – C7‑0320/2012 – 2011/0225(NLE))
Rapporteur għal opinjoni: Romana Jordan
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Din il-Proposta għal Regolament li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi tindirizza t-tħassib bażiku dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali mill-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti u t-trasport ta’ materjali radjuattivi fuq l-art fil-Komunità. Il-Kummissjoni tipproponi t-twaqqif ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni unika għat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi li tkun valida fil-Komunità kollha tal-Euratom.
It-trasport ta’ materjali radjuattivi huwa suġġett għall-istandards bażiċi ta’ sikurezza għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali li jirriżultaw minn radjazzjoni jonizzanti stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 96/27/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996 kif ukoll skont ir-rekwiżiti taħt id-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi tal-24 ta’ Settembru 2008. Madankollu, minħabba li t-trasport huwa wieħed mill-prattiki li għandhom natura transkonfinali frekwenti ħafna, huwa importanti li wieħed jikkunsidra r-regolament dwar it-trasport ta’ materjali radjuattivi fuq l-art anke fil-livell Komunitarju. Għaldaqstant, il-proposta tal-Kummissjoni tistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ reġistrazzjoni, biex b’hekk jiġu trasferiti xi drittijiet ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni Ewropea. Din tissostitwixxi proċeduri nazzjonali ta’ rappurtar u awtorizzazzjoni għat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi b’sistema ta’ reġistrazzjoni unika għat-twettiq tat-trasport u tikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-proċedura, għat-tnaqqis tal-piż amministrattiv u għat-tneħħija tal-ostakli għad-dħul fis-suq ta’ parteċipanti ġodda. Fl-istess ħin, il-proposta għal Regolament iżżomm il-livelli għoljin ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni għall-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali.
Ir-Rapporteur tagħkom jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni tissimplifika b’mod importanti l-proċeduri għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi billi tistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni. Nilqa’ l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ ċertifikati, iżda nemmen li sistema bħal din tista’ tkun biss valida jekk jiġu definiti kriterji komuni għall-kunsinna taċ-ċertifikati. In-nuqqas li dawn jiġu definiti serjament ifixkel l-implimentazzjoni armonizzata tar-regoli komuni fil-Komunità u jitfa’ d-dubju fuq l-effikaċja ta’ leġiżlazzjoni bħal din fost l-Istati Membri kif ukoll fiċ-ċittadini. Għaldaqstant nissuġġerixxi li jiġu stabbiliti kriterji komuni ta’ sikurezza, li permezz tagħhom awtorità kompetenti tivverifika jekk trasportatur li qed japplika għal reġistrazzjoni huwiex f’pożizzjoni li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ sikurezza li jirriżultaw mid-Direttivi 96/29/Euratom u 2008/68/KE, ibbażati fuq dawk definiti fid-Direttivi 96/29/Euratom u 2008/68/KE.
It-tieni nett, il-proposta tal-Kummissjoni tiddefinixxi l-passi li għandhom jittieħdu fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità ta’ trasportatur mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. Ir-Rapporteur tieħu linja aktar stretta mill-proposta tal-Kummissjoni u tissuġġerixxi li jekk trasportatur ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun ġie skopert in-nuqqas ta’ konformità għandha tissospendi immedjatament it-trasport ta’ materjali radjuattivi mit-trasportatur ikkonċernat u tapplika l-miżuri ta’ infurzar fi ħdan il-qafas legali ta’ dak l-Istat Membru, skont kemm ikun sinifikanti mil-lat ta’ sikurezza n-nuqqas ta’ konformità u r-rekord tal-konformità tat-trasportatur. Stati Membri oħra u l-Kummissjoni għandhom jiġu infurmati dwar il-każijiet kollha ta’ nonkonformità. Ladarba t-trasportatur ikun wettaq il-miżuri kollha meħtieġa dan jista’ jkompli l-attivitajiet tiegħu fil-Komunità.
It-tielet nett, l-Opinjoni tissuġġerixxi li fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità tat-trasportatur mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru inkwistjoni għandha tikkomunika dan in-nuqqas ta’ konformità mhux biss lit-trasportatur u lill-awtoritajiet tal-Istati Membri l-oħra fejn it-trasportatur kien qed jippjana li jittrasporta l-materjal iżda wkoll lill-Istati Membri kollha. Ir-Rapporteur temmen li sistema, stabbilita fil-livell Komunitarju, teħtieġ komunikazzjoni trasparenti bejn il-membri kollha tal-Komunità.
Barra minn hekk, ir-Rapporteur tesprimi tħassib li l-proposta tal-Kummissjoni jonqosha definizzjoni ta’ proċedura fil-każ li jseħħ żball amministrattiv waqt il-proċedura ta’ ħruġ ta’ ċertifikat. Il-ħruġ taċ-ċertifikati jsir mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti u ma tistax tiġi traskurata l-possibbiltà ta’ żball. Għaldaqstant, ir-Rapporteur tistieden lill-Membri jkomplu jiddiskutu l-possibbiltajiet ta’ proċedura bħal din.
Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur temmen li d-data eżatta għall-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu s-Sistema Elettronika għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi (ESCReg) għandha tiġi ddeterminata mir-Regolament sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni f’waqtha tal-leġiżlazzjoni. Barra minn hekk, l-Opinjoni tissuġġerixxi li l-Kummissjoni Ewropea għandha tirrapporta lill-Parlament dwar il-funzjonament u l-prestazzjoni tas-sistema ESCReg tliet snin wara li dan ir-Regolament ikun daħal fis-seħħ u mbagħad kull ħames snin. Ir-rapport għandu jinkludi l-valutazzjoni tal-aċċessibbiltà, il-funzjonalità, l-istabbiltà, is-sigurtà u l-faċilità għall-utent u tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-assigurazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-Artikolu 7.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:
Emenda 1 Proposta għal regolament Title 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Proposta għal |
Proposta għal |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL |
REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL |
li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi |
li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi |
Emenda 2 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 31 u l-Artikolu 32 tiegħu, |
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91 tiegħu, |
Ġustifikazzjoni | |
Provisions concerning transports of radioactive goods are currently laid down in Directive 2008/68/EC on the inland transport of dangerous goods, based on the Treaty. It is therefore appropriate to choose the same legal base for this Regulation. It is not appropriate, as the Commission proposal foresees, to take away codecision powers from the European Parliament; even more as the proposal concerns important environmental and health issues. Generally, in consistency with European Parliament’s adoption of the BELET-Report (P7_TA(2011)0055) on 15/02/2011, and on the RIVASI-Report Radioactive substances in water intended for human consumption (P7_TA(2013)0068) on 12/03/2013, radioprotection rules should be dealt with under the Treaty. | |
Emenda 3 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, imfassla wara li kisbet l-opinjoni ta’ grupp ta’ persuni maħtura mill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku, |
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea, |
Ġustifikazzjoni | |
Provisions concerning transports of radioactive goods are currently laid down in Directive 2008/68/EC on the inland transport of dangerous goods, based on the Treaty. It is therefore appropriate to choose the same legal base for this Regulation. It is not appropriate, as the Commission proposal foresees, to take away codecision powers from the European Parliament; even more as the proposal concerns important environmental and health issues. Generally, in consistency with European Parliament’s adoption of the BELET-Report (P7_TA(2011)0055) on 15/02/2011, and on the RIVASI-Report Radioactive substances in water intended for human consumption (P7_TA(2013)0068) on 12/03/2013, radioprotection rules should be dealt with under the Treaty. | |
Emenda 4 Proposta għal regolament Kunsiderazzjoni 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew, |
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, |
Ġustifikazzjoni | |
Provisions concerning transports of radioactive goods are currently laid down in Directive 2008/68/EC on the inland transport of dangerous goods, based on the Treaty. It is therefore appropriate to choose the same legal base for this Regulation. It is not appropriate, as the Commission proposal foresees, to take away codecision powers from the European Parliament; even more as the proposal concerns important environmental and health issues. Generally, in consistency with European Parliament’s adoption of the BELET-Report (P7_TA(2011)0055) on 15/02/2011, and on the RIVASI-Report Radioactive substances in water intended for human consumption (P7_TA(2013)0068) on 12/03/2013, radioprotection rules should be dealt with under the Treaty. | |
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) L-Artikolu 33 tat-Trattat jesiġi li l-Istati Membri jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet xierqa sabiex jiżguraw il-konformità mal-istandards bażiċi tas-sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali minn perikli li jirriżultaw minn radjazzjoni jonizzanti. |
(1) Id-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi tistabbilixxi regoli dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi, inklużi l-materjali radjuattivi, għat-trasport bit-triq, bil-ferrovija u fuq il-passaġġi tal-ilma interni; |
Ġustifikazzjoni | |
Provisions concerning transports of radioactive goods are currently laid down in Directive 2008/68/EC on the inland transport of dangerous goods, based on the Treaty. It is therefore appropriate to choose the same legal base for this Regulation. It is not appropriate, as the Commission proposal foresees, to take away codecision powers from the European Parliament; even more as the proposal concerns important environmental and health issues. Generally, in consistency with European Parliament’s adoption of the BELET-Report (P7_TA(2011)0055) on 15/02/2011, and on the RIVASI-Report Radioactive substances in water intended for human consumption (P7_TA(2013)0068) on 12/03/2013, radioprotection rules should be dealt with under the Treaty. | |
Emenda 6 Proposta għal regolament Premessa 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(2) L-istandards bażiċi ta’ sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali minn perikli li jirriżultaw mir-radjazzjoni jonizzanti huma stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom tat-13 ta’ Mejju 1996. Dik id-Direttiva tapplika għall-prattiki kollha li jinvolvu riskju ta’ radjazzjoni jonizzanti li toriġina minn sors ta’ radjazzjoni artifiċjali jew naturali, inkluż it-trasport. |
(2) It-trasport ta’ materjali radjuattivi għandu jsir, bħat-trasport tal-oġġetti perikolużi l-oħra kollha, f’konformità mar-regoli internazzjonali dwar l-oġġetti perikolużi u li jniġġsu, kif ukoll il-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) korrispondenti, ir-Regolamenti dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija (RID), u l-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN), kif iddefinit fid-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi; |
Ġustifikazzjoni | |
Provisions concerning transports of radioactive goods are currently laid down in Directive 2008/68/EC on the inland transport of dangerous goods, based on the Treaty. It is therefore appropriate to choose the same legal base for this Regulation. It is not appropriate, as the Commission proposal foresees, to take away codecision powers from the European Parliament; even more as the proposal concerns important environmental and health issues. Generally, in consistency with European Parliament’s adoption of the BELET-Report (P7_TA(2011)0055) on 15/02/2011, and on the RIVASI-Report Radioactive substances in water intended for human consumption (P7_TA(2013)0068) on 12/03/2013, radioprotection rules should be dealt with under the Treaty. | |
Emenda 7 Proposta għal regolament Premessa 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(4) Peress li t-trasport huwa l-unika prattika ta’ natura transfruntiera frekwenti, it-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi jistgħu jkunu meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti relatati mas-sistemi ta’ rapportar u awtorizzazzjoni f’diversi Stati Membri. Dan ir-Regolament jissostitwixxi dawk is-sistemi ta’ rapportar u awtorizzazzjoni fl-Istati Membri b’sistema ta’ reġistrazzjoni unika valida fil-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika kollha (minn hawn il-quddiem ”il-Komunità”). |
(4) Peress li t-trasport huwa l-unika prattika ta’ natura transfruntiera frekwenti, it-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi jistgħu jkunu meħtieġa jikkonformaw mar-rekwiżiti relatati mas-sistemi ta’ rapportar u awtorizzazzjoni f’diversi Stati Membri. Dan ir-Regolament jissostitwixxi dawk is-sistemi ta’ rapportar u awtorizzazzjoni fl-Istati Membri b’sistema ta’ reġistrazzjoni unika. |
Emenda 8 Proposta għal regolament Premessa 4a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(4a) Jeħtieġ li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u armonizzata ta’ dan ir-Regolament billi jiġu definiti kriterji komuni, li l-Istati Membri għandhom japplikaw biex joħorġu ċertifikati għal reġistrazzjoni tat-trasportaturi, l-iskambju possibbli u obbligatorju ta’ informazzjoni ma’ Stati Membri oħrajn sabiex jiġi żgurat il-kontroll tat-trasportaturi, il-verifika tal-konformità, kif ukoll ir-reazzjoni effiċjenti f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. |
Emenda 9 Proposta għal regolament Premessa 7 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(7) Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. |
imħassar |
Emenda 10 Proposta għal regolament Premessa 7a (ġdida) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(7 a) B'rikonoxximent għall-mira wiesgħa tat-tnaqqis tal-piż regolatorju minn fuq l-industrija, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-impatt ekonomiku ta’ dan ir-regolament preżenti fuq ħafna negozji żgħar li jittrasportaw materjal radjuattiv fit-territorju ta’ Stat singolu. |
Ġustifikazzjoni | |
Dan huwa importanti billi l-Kummissjoni ddikjarat li “huwa diffiċli ħafna li jiġu kkalkulati l-effetti speċifiċi fuq l-SMEs mid-dejta disponibbli” u li l-perjodu ta’ konsultazzjoni onlajn tal-partijiet interessati kien qasir ħafna (mill-10 ta’ Diċembru 2007 sat-28 ta’ Jannar 2008, inkluż il-jum ta’ vaganza tal-Milied). | |
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(1) Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni ta’ trasportaturi ta’ materjali radjuattivi li tiffaċilita l-kompitu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-istandards bażiċi tas-sikurezza għall-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali minn perikli li joriġinaw minn radjazzjonijiet jonizzanti stabbiliti fid-Direttiva 96/29/Euratom qed jiġu osservati. |
(1) Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni ta’ trasportaturi ta’ materjali radjuattivi li tiffaċilita l-kompitu tal-Istati Membri li jiżguraw li d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi qed jiġu osservati. |
Ġustifikazzjoni | |
Provisions concerning transports of radioactive goods are currently laid down in Directive 2008/68/EC on the inland transport of dangerous goods, based on the Treaty. It is therefore appropriate to choose the same legal base for this Regulation. It is not appropriate, as the Commission proposal foresees, to take away codecision powers from the European Parliament; even more as the proposal concerns important environmental and health issues. Generally, in consistency with European Parliament’s adoption of the BELET-Report (P7_TA(2011)0055) on 15/02/2011, and on the RIVASI-Report Radioactive substances in water intended for human consumption (P7_TA(2013)0068) on 12/03/2013, radioprotection rules should be dealt with under the Treaty. | |
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
(1a) Dan ir-Regolament għandu jiżgura u jżomm standards ta’ sikurezza adegwati sabiex iħares il-pubbliku u l-ambjent waqt it-trasport ta’ materjali radjuattivi. |
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
(e) "oġġetti perikolużi ta’ konsegwenzi għoljin - materjal radjuattiv" tfisser materjal radjuattiv li għandu l-potenzjal li jintuża ħażin f’inċident terroristiku u li jista’, minħabba dan, jipproduċi konsegwenzi serji bħal korrimenti tal-massa jew qerda tal-massa kif iddefinit fl-Appendiċi A.9; tas-Sensiela dwar is-Sikurezza Nukleari tal-IAEA Nru 9 “Sikurezza fit-Trasport ta' Materjal Radjuattiv”, Vjenna, 2008; |
(e) "oġġetti perikolużi ta’ konsegwenzi għoljin - materjal radjuattiv" tfisser materjal radjuattiv li għandu l-potenzjal għal rilaxx mhux intensjonat jew li jintuża ħażin f’inċident terroristiku u li jista’, minħabba dan, jipproduċi konsegwenzi serji bħal korrimenti tal-massa jew qerda tal-massa kif iddefinit fl-Appendiċi A.9. tas-Sensiela dwar is-Sikurezza Nukleari tal-IAEA Nru 9 “Sikurezza fit-Trasport ta' Materjal Radjuattiv”, Vjenna, 2008; |
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 5a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5a. Kull Stat Membru għandu jżomm id-dritt li jirregola jew jipprojbixxi t-trasport ta’ materjali radjuattivi fit-territorju tiegħu, minħabba raġunijiet għajr ta' sikurezza, bħal raġunijiet ta’ sigurtà nazzjonali jew għall-ħarsien tal-ambjent. |
Ġustifikazzjoni | |
Id-dispożizzjonijiet applikabbli llum u stabbiliti fid-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi m’għandhomx jiddgħajfu. | |
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 3b (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
5b. Kwalunkwe trasport ta’ materjali radjuattivi għandu jsir f’konformità mar-regoli u l-istandards internazzjonali stabbiliti mill-NU/KEE dwar l-oġġetti perikolużi u li jniġġsu, kif ukoll il-Ftehim dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bit-Triq (ADR) korrispondenti, ir-Regolamenti dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi bil-Ferrovija (RID), u l-Ftehim Ewropew dwar it-Trasport Internazzjonali ta’ Oġġetti Perikolużi fuq Passaġġi tal-Ilma Interni (ADN), kif iddefinit fid-Direttiva 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta’ oġġetti perikolużi. |
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 3a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Artikolu 3a |
|
Standards ta’ sikurezza komuni |
|
Il-Kummissjoni għandha , permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 10 tistabbilixxi grupp komuni ta’ standards ta’ sikurezza li jkunu jridu jikkonformaw magħhom, it-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi. Dawn l-istandards għandhom jinkludu, fost oħrajn, rekwiżiti dwar emerġenzi radjoloġiċi u miżuri ta’ informazzjoni u taħriġ. |
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Sistema Elettronika għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi (ESCReg) għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni, li tkun responsabbli wkoll għall-manutenzjoni tagħha, għas-superviżjoni u l-kontroll tat-trasport ta’ materjal radjuattiv. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fis-sistema, l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi għall-ESCReg. |
1. Permezz ta’ atti ddelegati skont l-Artikolu 10, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u ż-żomm is-Sistema Elettronika għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi (ESCReg) għas-superviżjoni u l-kontroll tat-trasport ta’ materjal radjuattiv u tiddefinixxi l-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fis-sistema, l-ispeċifikazzjonijiet u r-rekwiżiti tekniċi għall-ESCReg. |
Emenda 18 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid) u paragrafu 2a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Il-ESCReg għandha tippermetti lil trasportaturi japplikaw għar-reġistrazzjoni permezz ta' web-interface ċentrali. Meta tkun qiegħda tistabbilixxi l-ESCReg, il-Kummissjoni għandha tiżgura bil-quddiem il-funzjonalità u l-aċċess lit-trasportaturi għas-sistema ta' reġistrazzjoni bbażata fuq l-internet. |
|
2a. Il-ħidma tal-Kummissjoni għall-istabbiliment tal-ESCReg għandha tibda immedjatament wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. |
|
Perjodu ta’ sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandu japplika għall-Kummissjoni biex turi lill-Kunsill li l-ESCReg ġiet stabbilita u operazzjonali bis-sħiħ. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew dwar kif u meta l-ESCReg ġiet stabbilita u li tkun kompletament operazzjonali. |
Emenda 19 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. Il-Kummissjoni ma għandhiex tkun responsabbli għall-kontenut u l-eżattezza ta’ informazzjoni sottomessa permezz tal-ESCReg. |
3. Il-Kummissjoni ma għandhiex tkun responsabbli għall-kontenut ta’ informazzjoni sottomessa permezz tal-ESCReg u din l-informazzjoni għandha tkun preċiża, opportuna u trasparenti. |
Emenda 20 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
4. Fi żmien tmien ġimgħat mill-ħruġ tal-konferma tal-wasla tal-applikazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur jekk tqis li l-informazzjoni sottomessa hija kompluta u f’konformità ma’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 96/29/Euratom u d-Direttiva 2008/68/KE. |
4. Fi żmien erba’ ġimgħat mill-ħruġ tal-konferma tal-wasla tal-applikazzjoni, li tista’ tinħareġ aktar tard jekk jiġi meqjus li dan ikun xieraq għal raġunijiet ta’ sikurezza pubblika, l-awtorità kompetenti għandha toħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur jekk tqis li l-informazzjoni sottomessa hija kompluta u f’konformità ma’ dan ir-Regolament, id-Direttiva 96/29/Euratom u d-Direttiva 2008/68/KE. |
Emenda 21 Proposta għal regolament Article 5 - paragraph 4 a (new) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
4a. Għall-verifika tal-konformità tal-applikant ma’ dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti għandha tagħmel użu mill-kriterji komuni ta’ sikurezza elenkati fl-Anness I(a) ġdid. Abbażi tal-fattibbiltà u biex ikun hemm aktar titjib fl-implimentazzjoni uniformi ta’ dan ir-Regolament u l-protezzjoni mir-radjazzjoni, dan l-Anness għandu jiġi rivedut regolarment, skont il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 10. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u uniformi tar-rekwiżiti tas-sikurezza dwar it-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li trasportatur li japplika għal reġistrazzjoni jkun tabilħaqq kapaċi jissodisfa r-rekwiżiti, f’termini ta’ taħriġ, persunal, riżorsi, eċċ, b’mod partikolari fil-każ ta’ inċidenti tat-trasport. | |
Emenda 22 Proposta għal regolament Artikolu 5 - paragrafu 5 - subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur għandha tiġi pprovduta awtomatikament permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri fejn it-trasportatur biħsiebu jopera. |
Kopja taċ-ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur għandha tiġi pprovduta awtomatikament permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri. |
Emenda 23 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta li toħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur abbażi tal-fatt li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta jew ma tkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli, għandha twieġeb lill-applikant bil-miktub fi żmien tmien ġimgħat minn meta tkun ħarġet il-konferma tal-wasla. Qabel tali ċaħda, l-awtorità kompetenti għandha tesiġi li l-applikant jikkoreġi jew jissupplimenta l-applikazzjoni fi żmien tliet ġimgħat mill-wasla ta' din it-talba. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet taċ-ċaħda. |
Jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta li toħroġ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni ta’ trasportatur abbażi tal-fatt li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta jew ma tkunx konformi mar-rekwiżiti applikabbli, għandha twieġeb lill-applikant bil-miktub fi żmien erba’ ġimgħat minn meta tkun ħarġet il-konferma tal-wasla. Qabel tali ċaħda, l-awtorità kompetenti għandha tesiġi li l-applikant jikkoreġi jew jissupplimenta l-applikazzjoni fi żmien tliet ġimgħat mill-wasla ta' din it-talba. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi dikjarazzjoni tar-raġunijiet taċ-ċaħda. |
Emenda 24 Proposta għal regolament Artikolu 5 – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
F’ċirkostanzi meta trasportatur ikun jeħtieġ permess urġenti, u din l-urġenza tkun tista’ tiġi ġġustifikata għal raġunijiet ta’ tnaqqis tar-riskji għall-pazjenti mediċi, bħall-kunsinna ta’ materjali radjuattivi użati fl-isptarijiet għad-dijanjożi u t-trattament, jew għat-tindif radjuattiv wara inċident jew inċident terroristiku, allura tkun tista’ tinħareġ u tiġi approvata talba ċċertifikata mill-iktar fis possibbli skont il-gravità tal-inċident. |
Emenda 25 Proposta għal regolament Artikolu 5 - paragrafu 6 - subparagrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Kopja taċ-ċaħda u dikjarazzjoni tar-raġunijiet għandhom jiġu pprovduti awtomatikament permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri fejn it-trasportatur biħsiebu jopera. |
Kopja taċ-ċaħda u dikjarazzjoni tar-raġunijiet għandhom jiġu pprovduti awtomatikament permezz tal-ESCReg lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri. |
Emenda 26 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu -1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
-1. L-awtoritajiet kompetenti dwar ir-radjuprotezzjoni jwettqu spezzjonijiet mhux imħabbra mill-inqas darba fis-sena għal kull detentur ta’ ċertifikat ta’ reġistrazzjoni. Perjodikament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw il-kontroll tal-konvojs wara l-wasla tagħhom fid-destinazzjoni aħħarija biex jipprevjenu li vetturi, vaguni jew dgħajjes ikkontaminati jerġgħu jintużaw mingħajr ma jkunu dekontaminati. |
Emenda 27 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Jekk trasportatur ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun ġie skopert in-nuqqas ta' konformità għandha tapplika l-miżuri ta’ infurzar fi ħdan il-qafas legali ta’ dak l-Istat Membru, bħal notifiki bil-miktub, miżuri ta’ taħriġ u edukazzjoni, sospensjoni, revoka jew modifika tar-reġistrazzjoni jew prosekuzzjoni, skont kemm ikun sinifikanti mil-lat ta' sikurezza n-nuqqas ta' konformità u r-rekord tal-konformità tat-trasportatur. |
1. Jekk trasportatur ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun ġie skopert in-nuqqas ta’ konformità għandha tapplika l-miżuri ta’ infurzar fi ħdan il-qafas legali ta’ dak l-Istat Membru, l-ewwel permezz tas-sospensjoni mmedjata sabiex tħares is-saħħa tal-ħadddiema u l-pubbliku ġenerali, u wara jekk jitqies bħala xieraq permezz ta’ notifiki bil-miktub, miżuri ta’ taħriġ u edukazzjoni, revoka jew modifika tar-reġistrazzjoni jew prosekuzzjoni, skont kemm ikun sinifikanti mil-lat ta’ sikurezza n-nuqqas ta' konformità u r-rekord tal-konformità tat-trasportatur. |
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn it-trasportatur ikun irreġistrat għandha tirrevedi r-reġistrazzjoni tat-trasportatur ikkonċernat. |
|
Stati Membri oħra u l-Kummissjoni għandhom jiġu infurmati dwar il-każijiet kollha ta’ nonkonformità. |
|
Il-każijiet ta’ nonkonformità għandhom jiġu rrapurtati lill-ESCReg u jsiru disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet. |
|
Sabiex tiġi pprevenuta l-frodi, se jiġu stabbiliti sanzjonijiet dissważivi għan-nonkonformità. |
Emenda 28 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
1a. Jekk ikun hemm evidenza li awtorità kompetenti tkun ħarġet ċertifikat għall-ġarr ta’ materjali radjuattivi anke jekk l-applikazzjoni ma kinitx kompluta jew kienet insuffiċjenti, miżuri oħra għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni. |
Emenda 29 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ġie skopert in-nuqqas ta' konformità għandha tikkomunika lit-trasportatur u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn it-trasportatur kien biħsiebu jittrasporta materjali radjuattivi, informazzjoni dwar azzjoni ta' infurzar applikata u dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-applikazzjoni ta' dik l-azzjoni. Jekk it-trasportatur ma jikkonformax mal-azzjoni ta’ infurzar applikata skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-uffiċċju prinċipali tat-trasportatur jew, jekk it-trasportatur ikun stabbilit f’pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, fejn it-trasportatur kellu l-ħsieb li jidħol għall-ewwel darba fit-territorju tal-Komunità għandha tirrevoka r-reġistrazzjoni. |
2. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ġie skopert in-nuqqas ta’ konformità għandha tikkomunika lit-trasportatur u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni, informazzjoni dwar azzjoni ta’ infurzar applikata u dikjarazzjoni tar-raġunijiet għall-applikazzjoni ta’ dik l-azzjoni. Jekk it-trasportatur ma jikkonformax mal-azzjoni ta’ infurzar applikata skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-uffiċċju prinċipali tat-trasportatur jew, jekk it-trasportatur ikun stabbilit f’pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, fejn it-trasportatur kellu l-ħsieb li jidħol għall-ewwel darba fit-territorju tal-Komunità għandha tirrevoka r-reġistrazzjoni. |
Emenda 30 Proposta għal regolament Artikolu 7 – paragrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
3. L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lit-trasportatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra konċernati r-revoka flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet. |
3. L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lit-trasportatur u lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra kollha u lill-Kummissjoni r-revoka flimkien ma’ dikjarazzjoni tar-raġunijiet. |
Emenda 31 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni u kwalunkwe bidla fiha lill-awtoritajiet kompetenti kollha fil-Komunità permezz tal-ESCReg. |
Il-Kummissjoni għandha tikkomunika din l-informazzjoni u kwalunkwe bidla fiha lill-awtoritajiet kompetenti kollha fil-Komunità permezz tal-ESCReg u tagħmilha disponibbli għall-pubbliku fuq l-Internet. |
Ġustifikazzjoni | |
nformazzjoni li fuqha l-awtorità kompetenti u l-punt ta’ kuntatt nazzjonali jistgħu jkunu ta’ interess għall-pubbliku u għalhekk għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. | |
Emenda 32 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 2 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
2. L-informazzjoni dwar ir-regoli nazzjonali għall-protezzjoni mir-radjazzjoni applikabbli għat-trasport ta' materjali radjuattivi għandha tkun faċilment aċċessibbli għat-trasportaturi permezz tal-punti ta' kuntatt. |
2. nformazzjoni dwar ir-regoli nazzjonali għall-protezzjoni mir-radjazzjoni applikabbli għat-trasport ta' materjali radjuattivi għandha tkun faċilment aċċessibbli permezz tal-punti ta' kuntatt. |
Ġustifikazzjoni | |
nformazzjoni li fuqha japplikaw ir-regoli tista’ tkun ta’ interess għall-pubbliku u għalhekk għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. | |
Emenda 33 Proposta għal regolament Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Mat-talba tat-trasportaturi, il-punti ta’ kuntatt u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv għandhom jipprovdu l-informazzjoni kompleta dwar ir-rekwiżiti għat-trasport tal-materjali radjuattivi fuq it-territorju ta' dak l-Istat Membru. |
Mat-talba tat-trasportaturi jew ta’ partijiet interessati oħra, il-punt ta’ kuntatt u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru rispettiv għandhom jipprovdu l-informazzjoni kompleta dwar ir-rekwiżiti għat-trasport tal-materjali radjuattivi fuq it-territorju ta’ dak l-Istat Membru. |
Emenda 34 Proposta għal regolament Artikolu 9 – subparagrafu 1 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw bil-għan li jiġu armonizzati r-rekwiżiti tagħhom għall-ħruġ ta’ reġistrazzjoni u biex jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar armonizzati ta’ dan ir-Regolament. |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw abbażi ta’ kriterji komuni tas-sikurezza, definiti fl-Anness Ia, bil-għan li jiġu armonizzati r-rekwiżiti tagħhom għall-ħruġ ta’ reġistrazzjoni u biex jiżguraw l-applikazzjoni u l-infurzar armonizzati ta’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet kompetenti huma obbligati jinfurmaw immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri l-oħra rigward il-ksur ta’ dan ir-Regolament mingħajr dewmien. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u uniformi tar-rekwiżiti tas-sikurezza dwar it-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li trasportatur li japplika għal reġistrazzjoni jkun tabilħaqq kapaċi jissodisfa r-rekwiżiti, f’termini ta’ taħriġ, persunal, riżorsi, eċċ, b’mod partikolari fil-każ ta’ inċidenti tat-trasport. | |
Emenda 35 Proposta għal regolament Artikolu 10 – titolu | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Implimentazzjoni |
Eżerċizzju tad-delegazzjoni |
Emenda 36 Proposta għal regolament Artikolu 10 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu s-Sistema Elettronika għar-Reġistrazzjoni tat-Trasportaturi (ESCreg) deskritta fl-Artikolu 4. |
1. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati msemmija f’din id-Direttiva soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu. |
Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 11. |
2. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4 għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn (...). |
|
3. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament dwar il-funzjonament u l-prestazzjoni tas-sistema ESCReg tliet snin wara li dan ir-Regolament ikun daħal fis-seħħ u mbagħad kull ħames snin. Ir-rapport għandu jinkludi l-valutazzjoni tal-aċċessibbiltà, il-funzjonalità, l-istabbiltà, is-sigurtà u l-faċilità għall-utent u tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar l-assigurazzjoni tal-konformità stabbiliti fl-Artikolu 7. |
|
4. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fih. M’għandhiex taffettwa l-validità tal-atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ. |
|
5. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
|
6. Att delegat adottat skont l-Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn mid-data tan-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.’ |
Ġustifikazzjoni | |
Il-Parlament Ewropew għandu jinżamm regolarment infurmat dwar l-użu tal-ESCReg. L-ewwel rapport għandu jsir sena wara t-tmiem tal-perjodu tranżitorju ta’ sentejn, għalhekk 3 snin wara li r-Regolament jidħol fis-seħħ. | |
Emenda 37 Proposta għal regolament Artikolu 11 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 11 |
imħassar |
Kumitat Konsultattiv |
|
Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni. |
|
Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. |
|
Il-kumitat għandu jagħti pariri u jassisti lill-Kummissjoni fit-twettiq tal-kompiti tagħha previsti f’dan ir-Regolament. |
|
Il-kumitat għandu jkun magħmul minn esperti nnominati mill-Istati Membri u esperti nnominati mill-Kummissjoni u għandu jkun ippresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. |
|
Emenda 38 Proposta għal regolament Artikolu 12 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
Artikolu 12 |
Artikolu 12 |
Dħul fis-seħħ |
Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni |
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
2. L-Artikoli 5, 6, 7 għandhom japplikaw minn [sentejn wara d-dħul fis-seħħ]. |
Ġustifikazzjoni | |
It-trasportaturi jistgħu u għandhom b’mod esklużiv jirreġistraw permezz tal-ESCReg f’konformità ma’ dan ir-Regolament ladarba s-sistema ta’ reġistrazzjoni tkun kompletament operazzjonali. | |
Emenda 39 Proposta għal regolament Anness 1 – paragrafu 1 – tabella – taqsima B – punti 1 - 4 | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
1. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant responsabbli tal-organizzazzjoni tat-trasportatur (persuna mogħtija s-setgħa li tikkommetti lill-organizzazzjoni tat-trasportatur): |
1. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u indirizz tal-posta elettronika tar-rappreżentant responsabbli tal-organizzazzjoni tat-trasportatur (persuna mogħtija s-setgħa li tikkommetti lill-organizzazzjoni tat-trasportatur): |
2. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown u indirizz tal-posta elettronika tal-persuna tal-kuntatt għall-awtoritajiet dwar kwistjonijiet tekniċi/amministrattivi (li hija responsabbli għall-konformità mar-regolamenti għall-attivitajiet mobilizzati mill-kumpanija tat-trasportatur): |
2. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u indirizz tal-posta elettronika tal-persuna tal-kuntatt għall-awtoritajiet dwar kwistjonijiet tekniċi/amministrattivi (li hija responsabbli għall-konformità mar-regolamenti għall-attivitajiet mobilizzati mill-kumpanija tat-trasportatur): |
3. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ tal-konsulent tas-sikurezza (għal modi tat-trasport intern biss u jekk huma differenti minn 1 jew 2): |
3. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u l-indirizz tal-posta elettronika tal-konsulent tas-sikurezza (għal modi tat-trasport intern biss u jekk huma differenti minn 1 jew 2: |
4. Isem, pożizzjoni u indirizz sħiħ tal-persuna responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Programm ta’ Protezzjoni mir-Radjazzjoni jekk tkun differenti minn 1 jew 2 jew 3. |
4. Isem, pożizzjoni, indirizz sħiħ, numru tat-telefown ċellulari u dak fiss u indirizz tal-posta elettronika tal-Programm ta’ Protezzjoni mir-Radjazzjoni jekk tkun differenti minn 1 jew 2 jew 3: |
Emenda 40 Proposta għal regolament Anness 1 – paragrafu 4 – punt 7 – paragrafu - 1 (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jekk ikun meħtieġ li t-trasportatur iżid kwalunkwe dettall jew kjarifika addizzjonali dwar l-applikazzjoni tagħhom jekk jogħġbok semmihom hawn taħt: |
Emenda 41 Proposta għal regolament Anness 1 – paragrafu 4 – punt 7 – paragrafu 1a (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
Jiena, it-trasportatur, b’dan qed niċċertifika li jiena nikkonforma mal-Istandards Komuni ta’ Sikurezza stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 3a ta’ dan ir-Regolament. |
Emenda 42 Proposta għal regolament Anness Ia (ġdid) | |
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda |
|
ANNESS Ia. |
|
KRITERJI KOMUNI TAS-SIKUREZZA |
|
1. Informazzjoni, gwida u taħriġ: |
|
a. Taħriġ ġenerali (iċ-ċertifikazzjoni skont l-ADR u l-protezzjoni mir-radjazzjoni skont id-Direttiva 96/26/Euratom) |
|
b. Taħriġ speċifiku għall-funzjoni |
|
c. It-taħriġ dwar is-sikurezza (reazzjoni għal emerġenza skont id-Direttiva 96/29/Euratom) |
|
It-trasportatur jipprovdi lill-ħaddiema esposti t-taħriġ rilevanti fil-qasam tal-protezzjoni mir-radjazzjoni (Direttiva 2000/18/KE) u tas-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. |
|
It-trasportatur huwa meħtieġ li jżomm rekords tat-taħriġ ipprovdut lill-persunal tiegħu. |
|
L-awtorità kompetenti hija obbligata li tipprovdi informazzjoni u gwida dwar it-trasport sikur ta’ materjali radjuattivi. B’mod speċifiku, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-pubbliku u lill-utenti informazzjoni adegwata dwar is-sikurezza tal-awtorità u l-approċċ regolatorju, il-proċeduri amministrattivi u t-teħid tad-deċiżjonijiet. |
|
2. Emerġenzi radjuloġiċi: |
|
1. Il-lingwa użata fil-preparazzjoni tad-dokumenti dwar l-emerġenzi għandha tkun xierqa biex jiġi żgurat għarfien korrett u ċar mill-utenti: l-ispedituri, it-trasportaturi, il-fornituri u/jew il-manifatturi ta’ pakketti, il-korpi regolatorji. |
|
2. It-trasportatur għandu juri r-riżorsi u l-appoġġ xierqa biex jirrispondi għal inċidenti tat-trasport. It-trasportatur jeħtieġ li jaġixxi bħala koordinatur biex jinforma jew jikseb parir mill-awtorità kompetenti involuta fir-reazzjoni għal emerġenza. It-trasportatur huwa meħtieġ li jaħtar persuna ta’ kuntatt fil-każ ta’ sitwazzjoni aċċidentali. |
|
3. L-għan tar-reazzjoni ta’ emerġenza huwa biex jiġi minimizzat ir-riskju assoċjat ma’ inċidenti tat-trasport billi tiġi pprovduta reazzjoni mgħaġġla u adegwata. Reazzjoni adegwata hija waħda li fiha kemm jista’ jkun tiġi minimizzata ħsara potenzjali jew attwali lill-persuni, lill-proprjetà u lill-ambjent safejn huwa possibbli. Reazzjoni bħal din tinkludi mill-anqas: id-dożimetrija tal-individwi, kif irrakkomandat minn espert dwar il-protezzjoni mir-radjazzjoni; l-għoti tal-kura medika u dik radjuloġika adegwata għal kwalunkwe persuna korruta jew kontaminata; id-disponiment adegwat ta’ materjal radjuattiv u t-tindif ta’ kull materjal radjuattiv imxerred bħala riżultat tal-inċident; u r-rijabilitazzjoni tas-sit tal-inċident sabiex kemm jista’ jkun possibbli jinġieb għall-kundizzjoni u funzjoni normali tiegħu bħal ma kien fil-bidu. F’xi każijiet uħud mill-azzjonijiet jistgħu jeħtieġu żmien estiż; f’dawn il-każijiet ir-reazzjoni inizjali għandha tal-anqas tiżgura kura medika xierqa għal persuni midruba u l-mitigazzjoni ta’ kwalunkwe ħsara fuq proprjetà jew ħsara lill-ambjent. |
|
4. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura reviżjoni regolari tal-miżuri kollha dwar ir-reazzjoni f’emerġenza, inklużi l-miżuri li għandhom jittieħdu mill-awtorità kompetenti, l-organizzazzjoni involuta fit-trasport ta’ materjal radjuattiv u l-atturi rilevanti l-oħra kollha. |
|
5. Kull trasportatur għandu jiżgura li l-informazzjoni dwar miżuri għall-ħarsien tas-saħħa tkun disponibbli għall-pubbliku, inklużi: |
|
a. Punti essenzjali dwar ir-radjuattività u l-effetti tagħha fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent; |
|
b. Każijiet possibbli ta’ emerġenza radjuloġika u l-konsegwenzi possibbli tagħhom għall-pubbliku ġenerali u l-ambjent; |
|
c. Informazzjoni xierqa dwar l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-pubbliku fil-każ ta’ emerġenza radjuloġika; |
|
d. L-awtorità lokali kompetenti responsabbli għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ emerġenza. |
|
L-informazzjoni ta’ hawn fuq għall-pubbliku għandha tiġi aġġornata f’intervalli regolari. |
|
3. Konsulent tas-sikurezza |
|
a. It-trasportatur għandu jaħtar konsulent tas-sikurezza. |
|
b. Il-konsulent tas-sikurezza għandu jkollu għarfien u esperjenza fil-qasam tal-protezzjoni mir-radjazzjoni. |
|
4. Il-valutazzjoni tad-doża, il-monitoraġġ individwali, il-monitoraġġ ta’ postijiet tax-xogħol għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 96/29/Euratom. |
|
5. Programm ta’ protezzjoni mir-radjazzjoni (approċċ iggradat) li għandu jinkludi tal-anqas dan li ġej: |
|
a. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-programm; |
|
b. Il-kultura tas-sikurezza; |
|
c. Il-miżuri prattiċi biex jiżguraw l-għanijiet tar-radjuprotezzjoni; |
|
d. Ir-rwoli u r-responsabbiltajiet fl-organizzazzjoni; |
|
e. Il-valutazzjoni tad-doża; |
|
f. Il-limiti, ir-restrizzjonijiet u l-aħjar użu tad-dożi; |
|
g. It-testijiet dwar il-kontaminazzjoni tal-uċuħ; |
|
h. Is-segregazzjoni u miżuri protettivi oħra; |
|
i. L-arranġamenti ta’ reazzjoni fil-każ ta’ emerġenza; |
|
j. It-taħriġ; |
|
k. Is-sistemi ta’ ġestjoni għat-trasport sikur ta’ materjal radjuattiv. |
|
6. Il-verifika tal-kwalità u l-konformità skont il-linji gwida stabbiliti mill-Kummissjoni. |
|
7. Rekwiżiti addizzjonali: |
|
a. Persuna involuta fil-ġarr ta’ oġġetti perikolużi għandha tieħu l-passi kollha raġonevoli biex tiżgura l-protezzjoni fiżika tal-oġġetti u tipprevjeni l-aċċess mhux awtorizzat għal dawn l-oġġetti. |
|
Għat-trasport fuq it-triq, bil-ferrovija jew fuq ilmijiet interni, l-oġġetti jinħattu mill-vettura, vagun jew bastiment hekk kif ikun raġonevolment prattikabbli, wara l-wasla fil-post tal-kunsinna. |
Ġustifikazzjoni | |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u uniformi tar-rekwiżiti tas-sikurezza dwar it-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li trasportatur li japplika għal reġistrazzjoni jkun tabilħaqq kapaċi jissodisfa r-rekwiżiti, f’termini ta’ taħriġ, persunal, riżorsi, eċċ, b’mod partikolari fil-każ ta’ inċidenti tat-trasport. |
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
30.5.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
35 3 0 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Martina Anderson, Sophie Auconie, Paolo Bartolozzi, Lajos Bokros, Yves Cochet, Esther de Lange, Bas Eickhout, Edite Estrela, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Matthias Groote, Satu Hassi, Jolanta Emilia Hibner, Dan Jørgensen, Christa Klaß, Peter Liese, Zofija Mazej Kukovič, Linda McAvan, Radvilė Morkūnaitė-Mikulėnienė, Miroslav Ouzký, Vladko Todorov Panayotov, Gilles Pargneaux, Andrés Perelló Rodríguez, Pavel Poc, Frédérique Ries, Anna Rosbach, Oreste Rossi, Dagmar Roth-Behrendt, Horst Schnellhardt, Richard Seeber, Glenis Willmott, Sabine Wils |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Mark Demesmaeker, Rebecca Harms, Romana Jordan, Renate Sommer, Bart Staes |
||||
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
Data tal-adozzjoni |
18.9.2013 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
36 8 2 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Zigmantas Balčytis, Ivo Belet, Bendt Bendtsen, Fabrizio Bertot, Jan Březina, Giles Chichester, Jürgen Creutzmann, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Adam Gierek, Norbert Glante, András Gyürk, Romana Jordan, Krišjānis Kariņš, Lena Kolarska-Bobińska, Philippe Lamberts, Marisa Matias, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Herbert Reul, Michèle Rivasi, Paul Rübig, Francisco Sosa Wagner, Konrad Szymański, Patrizia Toia, Catherine Trautmann, Ioannis A. Tsoukalas, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Alejo Vidal-Quadras |
||||
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Maria Badia i Cutchet, Antonio Cancian, Yves Cochet, António Fernando Correia de Campos, Ioan Enciu, Elisabetta Gardini, Jolanta Emilia Hibner, Seán Kelly, Bernd Lange, Corinne Lepage, Marian-Jean Marinescu, Mario Pirillo |
||||
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
María Irigoyen Pérez, Cecilia Wikström, Sabine Wils |
||||