RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema

14.11.2013 - (COM(2013)0236 – C7‑0114/2013 – 2013/0124(COD)) - ***I

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Edit Bauer


Proċedura : 2013/0124(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0386/2013

ABBOZZ TA’ RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema

(COM(2013)0236 – C7‑0114/2013 – 2013/0124(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0236),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 46 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0114/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2013,[1]

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0386/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa libertà fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u wieħed mill-pilastri tas-suq intern fl-Unjoni minqux fl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-implimentazzjoni tiegħu hija żviluppata aktar mil-liġi tal-Unjoni bil-għan li jkun żgurat l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet mogħtija liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom.

(1) Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa libertà fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u wieħed mill-pilastri tas-suq intern fl-Unjoni minqux fl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-implimentazzjoni tiegħu hija żviluppata aktar mil-liġi tal-Unjoni bil-għan li jkun żgurat l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet mogħtija liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom, kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill27a. Hu essenzjali li jkun żgurat li din il-libertà fundamentali tqis dejjem il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs fl-Unjoni.

 

______________

 

27aId-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221.KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa wkoll element ewlieni fl-iżvilupp ta' suq ġenwin tax-xogħol tal-Unjoni, li jippermetti lill-ħaddiema jiċċaqilqu minn żoni b'qgħad għoli għal żoni b'nuqqas ta' ħaddiema, li jgħin aktar persuni biex isibu postijiet li jixirqu aktar lill-ħiliet tagħhom u li jegħleb il-konġestjoni fis-suq tax-xogħol.

(2) Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa wkoll element ewlieni fl-iżvilupp ta’ suq ġenwin tax-xogħol tal-Unjoni, li jippermetti lill-ħaddiema jiċċaqilqu għal żoni b’nuqqas ta’ ħaddiema jew li joffru aktar opportunitajiet ta' impjieg, li jgħin aktar persuni biex isibu postijiet li jixirqu aktar lill-ħiliet tagħhom u li jegħleb il-konġestjoni fis-suq tax-xogħol.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-moviment liberu tal-ħaddiema jagħti d-dritt lil kull ċittadin li jiċċaqlaq b’mod liberu lejn Stat Membru ieħor biex jaħdem u jgħix fih għal dan l-iskop. Dan iħarsu mid-diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità fejn jidħlu l-impjiegi, ir-rimunerazzjoni u kundizzjonijiet oħra tax-xogħol billi jiżguralu trattament ugwali meta mqabbel maċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. Hemm bżonn li ssirlu distinzjoni mil-libertà li jagħti servizzi, li tinkludi d-dritt tal-impriżi li jagħtu servizzi fi Stat Membru ieħor u li għalhekk jistgħu jibagħtu (“jistazzjonaw”) temporanjament lill-ħaddiema tagħhom fi Stat Membru ieħor ħalli jagħmlu x-xogħol meħtieġ biex jingħataw is-servizzi hemmhekk.

(3) Il-moviment liberu tal-ħaddiema jagħti d-dritt lil kull ċittadin li jiċċaqlaq b’mod liberu lejn Stat Membru ieħor biex jaħdem u jgħix fih għal dan l-iskop. Dan iħarsu mid-diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità fejn jidħlu l-impjiegi, ir-rimunerazzjoni u kundizzjonijiet oħra tax-xogħol, inkluż it-tkeċċija, vantaġġi tat-taxxa u soċjali, billi jiżguralu trattament ugwali, skont il-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi, meta mqabbel maċ-ċittadini ta’ dak l-Istat Membru. Tali drittijiet għandhom jingħataw mingħajr diskriminazzjoni lil ħaddiema permanenti, staġonali u dawk tal-fruntieri li l-post tax-xogħol tagħhom u l-post ta' residenza jkunu jinsabu fi Stati Membri differenti u lil dawk li jwettqu attivitajiet li jagħtu servizzi ("ħaddiema tal-UE"). Hemm bżonn li ssirlu distinzjoni mil-libertà li jagħti servizzi, li tinkludi d-dritt tal-impriżi li jagħtu servizzi fi Stat Membru ieħor u li għalhekk jistgħu jibagħtu (“jistazzjonaw”) temporanjament lill-ħaddiema tagħhom fi Stat Membru ieħor ħalli jagħmlu x-xogħol meħtieġ biex jingħataw is-servizzi hemmhekk.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Rigward il-ħaddiema u l-familji tal-ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu, l-Artikolu 45 tat-Trattat jagħti drittijiet sostanzjali għall-eżerċizzju ta' din il-libertà fundamentali, speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni28.

(4) Il-moviment liberu tal-ħaddiema għandu impatt importanti fuq il-ħajja tal-familja u fuq l-għażliet edukattivi u professjonali tal-ħaddiema tal-UE u tas-sieħeb jew sieħba tagħhom; Rigward il-ħaddiema u l-familji tal-ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu, l-Artikolu 45 tat-Trattat jagħti drittijiet sostanzjali għall-eżerċizzju ta' din il-libertà fundamentali, speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 201128 u d-Direttiva 2004/38/KE. Fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 492/2011, id-Direttiva 2004/38/KE u din id-Direttiva, l-Istati Membri ma għandhomx jiddiskriminaw kontra ħaddiema tal-UE jew il-membri tal-familji tagħhom fuq ebda bażi mniżżla fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluża dik dwar l-orjentazzjoni sesswali.

_____________

______________

28 ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.

28Ir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1).

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku tas-sħubiji legali varji u d-drittijiet derivati minnhom biex jevitaw kull diskriminazzjoni abbażi ta’ orjentazzjoni sesswali jew l-għażliet personali ta’ ħaddiema migranti. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw li d-drittijiet tal-persuni li jadottaw tifel jew tifla jkunu rispettati sabiex dawn ma jkunux miżmuma milli jmorru fi Stat Membru ieħor għal skopijiet ta' xogħol.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Madanakollu, l-eżerċizzju effettiv tal-moviment liberu tal-ħaddiema għadu sfida kbira u ħafna drabi bosta ħaddiema ma jkunux konxji mid-drittijiet tagħhom għal moviment liberu. Dawn għadhom ibatu minn diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità meta jaqsmu l-fruntieri tal-Unjoni Ewropea bejn l-Istati Membri. Għalhekk hemm differenza bejn il-leġiżlazzjoni u l-applikazzjoni tagħha fil-prattika u din jeħtieġ li tiġi indirizzata.

(5) Madanakollu, l-eżerċizzju effettiv tal-moviment liberu tal-ħaddiema għadu sfida kbira u ħafna drabi bosta ħaddiema, l-impjegaturi u l-amministrazzjoni pubblika ma jkunux konxji mid-drittijiet tagħhom għal moviment liberu. Il-ħaddiema tal-UE għadhom ibatu minn diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità u, fir-rigward tal-ħaddiema tal-fruntieri, minn diskriminazzjoni abbażi ta’ residenza, meta jaqsmu l-fruntieri tal-Unjoni Ewropea bejn l-Istati Membri. Għalhekk hemm differenza bejn il-leġiżlazzjoni u l-applikazzjoni tagħha fil-prattika u din jeħtieġ li tiġi indirizzata.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) F’Lulju 2010, fil-Komunikazzjoni tagħha "Ittenni l-moviment liberu tal-ħaddiema: drittijiet u żviluppi maġġuri"29 il-Kummissjoni semmiet li se ssib modi kif jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-isfidi l-ġodda (b'mod partikolari fid-dawl tax-xejriet ġodda tal-mobbiltà) li għandhom il-ħaddiema migranti tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom, u fil-kuntest tal-istrateġija l-ġdida għas-suq uniku se tqis kif tippromwovi u ssaħħaħ il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali għall-ħaddiema tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu.

(6) F'Lulju 2010, fil-Komunikazzjoni tagħha "Ittenni l-moviment liberu tal-ħaddiema: drittijiet u żviluppi maġġuri"29 il-Kummissjoni semmiet li se ssib modi kif jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-isfidi l-ġodda (b'mod partikolari fid-dawl tax-xejriet ġodda tal-mobbiltà) li għandhom il-ħaddiema tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom, u fil-kuntest tal-istrateġija l-ġdida għas-suq uniku se tqis kif tippromwovi u ssaħħaħ il-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali għall-ħaddiema tal-UE u l-membri tal-familji tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu.

_______________

_____________

29COM(2010) 373 finali tat-13 ta' Lulju 2010.

29COM(2010) 373 finali tat-13 ta' Lulju 2010.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Fil-15 ta’ Diċembru 2011, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea, li fiha talab b’mod ċar għal miżuri li jiżguraw l-applikazzjoni ta’ dan id-dritt fil-konfront taċ-ċittadini tal-Unjoni għall-benefiċċju tal-Unjoni b’mod ġenerali kif ukoll biex titħaffef it-tlestija tas-Suq Uniku u l-ħolqien ta’ suq tax-xogħol tal-Unjoni.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fir-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE "Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE" tas-27 ta’ Ottubru 201030, il-Kummissjoni identifikat l-applikazzjoni diverġenti u żbaljata tal-liġi tal-Unjoni dwar id-dritt tal-moviment liberu bħala wieħed mill-ostakli ewlenin li jiltaqgħu miegħu ċ-ċittadini tal-UE meta jiġu biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ħabbret il-ħsieb tagħha li tieħu azzjoni biex "tiffaċilita l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE u tal-membri tal-familji tagħhom minn pajjiżi terzi billi tinforza r-regoli tal-UE b’mod strett, inkluż rigward in-nondiskriminazzjoni, billi tippromwovi l-prattiċi tajbin u għarfien ikbar tar-regoli tal-UE fost in-nies u billi żżid it-tixrid tal-informazzjoni liċ-ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet għal moviment liberu tagħhom" (azzjoni 15 tar-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE).

(7) Fir-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE "Inżarmaw l-ostakoli għad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE" tas-27 ta’ Ottubru 201030, il-Kummissjoni identifikat l-applikazzjoni diverġenti u żbaljata tal-liġi tal-Unjoni dwar id-dritt tal-moviment liberu bħala wieħed mill-ostakli ewlenin li jiltaqgħu miegħu ċ-ċittadini tal-UE meta jiġu biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont il-liġi tal-Unjoni. In-nuqqas ta’ rikonoxximent ta’ kwalifiki minn Stati Membri oħra huwa wkoll ostaklu. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ħabbret il-ħsieb tagħha li tieħu azzjoni biex "tiffaċilita l-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE u tal-membri tal-familji tagħhom minn pajjiżi terzi billi tinforza r-regoli tal-UE b'mod strett, inkluż rigward in-nondiskriminazzjoni, billi tippromwovi l-prattiċi tajbin u għarfien ikbar tar-regoli tal-UE fost in-nies u billi żżid it-tixrid tal-informazzjoni liċ-ċittadini tal-UE dwar id-drittijiet għal moviment liberu tagħhom" (azzjoni 15 tar-Rapport tal-2010 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE) u dispożizzjonijiet rilevanti ta' leġiżlazzjoni oħra. Barra minn hekk, il-Kummissjoni, fir-rapport tagħha tal-2013 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE5, indirizzat il-ħtieġa li jitneħħew l-ostakli amministrattivi u li jiġu simplifikati l-proċeduri għal ċittadini tal-UE li jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw fl-UE. Id-disponibbiltà tal-istrumenti li jiffaċilitaw l-aċċess taċ-ċittadini għad-drittijiet tagħhom għal moviment liberu, fuq bażi nondiskriminatorja, għandha tkun element integrali ta’ dan il-proċess.

 

__________________

30 COM(2010)603

30 COM(2010)603

 

30a COM(2013)0269

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Fil-Pakkett tagħha dwar l-Impjiegi tat-18 ta' April 2012 (il-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni "Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi")31, il-Kummissjoni ħabbret li beħsiebha "tressaq proposta leġiżlattiva biex issostni l-ħaddiema mobbli (tagħrif u pariri) fl-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mit-Trattat u r-Regolament 492/2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni".

(8) Fil-Pakkett tagħha dwar l-Impjiegi tat-18 ta’ April 2012 (il-Kommunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni “Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi”)31, il-Kummissjoni ħabbret li beħsiebha “tressaq proposta leġiżlattiva biex issostni l-ħaddiema mobbli (tagħrif u pariri) fl-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mit-Trattat u r-Regolament 492/2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni” u ħeġġet lill-Istati Membri biex iżidu l-għarfien u l-aċċess fir-rigward tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-UE kontra d-diskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-moviment liberu tal-ħaddiema u biex jiftħu u jiffaċilitaw l-aċċess miċ-ċittadini tal-UE għal postijiet tax-xogħol fis-settur pubbliku skont id-dritt tal-Unjoni kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni ħeġġet ukoll lill-Istati Membri biex jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2006/54/KE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa rigward kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol.

_________________

______________

31COM(2012) 173 finali tat-18 ta' April 2012.

31COM(2012) 173 finali tat-18 ta' April 2012.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Applikazzjoni u infurzar xierqa u effettivi huma elementi ewlenin biex jiħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema peress li infurzar dgħajjef ixekkel l-effikaċja tar-regoli tal-Unjoni applikabbli f'dan il-qasam.

(9) Applikazzjoni xierqa, effettiva tad-dritt Ewropew u miżuri ta' infurzar kif ukoll għarfien tad-drittijiet huma elementi ewlenin biex jitħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema u jiġi żgurat trattament indaqs peress li infurzar dgħajjef tal-Artikolu 45 tat-Trattat TFUE u r-Regolament (UE) Nru 492/2011 ixekkel l-effikaċja tar-regoli tal-Unjoni applikabbli f’dan il-qasam u jipperikola d-drittijiet u l-protezzjoni tal-ħaddiema tal-UE. Għal dak il-għan, l-Unjoni għandha taġixxi b’mod ibbilanċjat sew, filwaqt li tevita l-lakuni leġiżlattivi potenzjali. Il-leġiżlazzjoni għandha tirrispondi għad-drittijiet u r-responsabbiltajiet kemm tal-impjegaturi kif ukoll tal-impjegati.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Applikazzjoni aktar effettiva u uniformi tad-drittijiet li jagħtu r-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema hija meħtieġa wkoll għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

(10) Applikazzjoni aktar effettiva u uniformi tad-drittijiet li jagħtu r-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema mingħajr frammentazzjoni tal-gruppi kkonċernati hija meħtieġa wkoll għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għandhom jittejbu l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tar-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment liberu ħalli jiżguraw li l-ħaddiema jkunu infurmati aħjar dwar id-drittijiet tagħhom, ħalli jgħinuhom u jħarsuhom fl-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet, u ħalli jiġġieldu l-evażjoni ta’ dawn ir-regoli min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-impjegaturi pubbliċi jew privati.

(11) Għandhom jittejbu l-applikazzjoni u l-monitoraġġ tar-regoli tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema ħalli jiżguraw li l-ħaddiema u l-impjegaturi u r-rappreżentanti tagħhom kif ukoll l-amministrazzjoni jkunu infurmati aħjar dwar id-drittijiet tal-moviment liberu, ħalli jgħinu u jħarsu lill-ħaddiema u l-familji tagħhom fl-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet, u ħalli jiġġieldu l-evażjoni ta’ dawn ir-regoli min-naħa tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-impjegaturi pubbliċi jew privati. F’dak il-kuntest l-Istati Membri għandhom jiffukaw ukoll fuq l-effetti ta’ żieda fil-mobbiltà bħall-eżodu ta’ mħuħ u l-eżodu taż-żgħażagħ. Għal dan il-għan, id-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE31a għandha tiġi implimentata u mmonitorjata b’mod konsistenti. Barra minn hekk, il-ħaddiema għandhom ikunu provduti b'informazzjoni dwar id-drittijiet tagħhom mill-Istati Membri.

 

_________________

 

31aId-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KEE tal-14 ta’ Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta’ min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kondizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni tal-impjieg (ĠU L 288, 18.10.1991, p. 32).

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra “29 reġim” fakultattiv, volontarju, individwali u globali biex jikkumplimenta s-sistemi nazzjonali tas-sigurtà soċjali sabiex isir użu sħiħ mis-suq tax-xogħol u tiġi ffaċilitata l-mobbiltà taċ-ċittadini u r-residenti tal-UE;

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tar-regoli sostantivi fir-rigward tad-drittijiet tal-ħaddiema għal moviment liberu għall-finijiet ta' xogħol, u sabiex isir monitoraġġ tal-konformità magħhom, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jipproteġu mid-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità u minn kull xkiel mhux ġustifikat għall-eżerċizzju ta' dan id-dritt.

(12) Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni korretta tar-regoli sostantivi fir-rigward tad-drittijiet tal-ħaddiema għal moviment liberu u trattament indaqs għall-finijiet ta’ xogħol, u sabiex isir monitoraġġ tal-konformità magħhom, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa sabiex jipproteġu lill-ħaddiema tal-UE mid-diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità u minn kull xkiel mhux ġustifikat għall-eżerċizzju ta’ dan id-dritt, inklużi każijiet ta’ tassazzjoni doppja.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Skont diversi sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja31b, id-derogi mill-prinċipju fundamentali tal-moviment liberu tal-ħaddiema abbażi tal-Artikolu 45(4) TFUE għandhom jiġu limitati għal postijiet li jinvolvu b’mod dirett jew indirett eżerċizzju ta’ setgħat konferiti mil-liġi pubblika u għad-dmirijiet imfassla biex jissalvagwardjaw l-interess ġenerali tal-Istat. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw liema impjiegi huma ristretti għal ċittadini tagħhom skont l-Artikolu 45(4) TFUE.

 

__________________

 

31b Bħal fil-Kawża C-225/85, Il-Kummissjoni v L-Italja [1987] ECR 2625; Kawża C-47/02 Albert Anker u Oħrajn v Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja [2003] ECR I-10471; Kawża C-149/79 Il-Kummissjoni v Il-Belġju [1980] ECR I-03881.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) F'dan il-kuntest, il-ħaddiema li kienu soġġetti għal diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità, jew għal xi restrizzjoni mhux ġustifikata biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu, għandu jkollhom mezzi xierqa u effettivi ta' protezzjoni legali u ta' rimedju. Meta l-Istati Membri jipprovdu biss għall-proċeduri amministrattivi, dawn għandhom jiżguraw li kull deċiżjoni amministrattiva tkun tista’ tiġi sfidata quddiem tribunal skont it-tifsira tal-Artikolu 47 tal-Karta.

(14) F’dan il-kuntest, il-ħaddiema tal-UE li kienu soġġetti għal diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità, jew għal xi restrizzjoni mhux ġustifikata biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu, għandhom jingħataw mezzi xierqa u effettivi ta’ protezzjoni legali u ta’ rimedju. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri li jiggrantixxu protezzjoni ġudizzjarja reali u effettiva, inkluż miżuri sabiex ikun hemm effett deterrent reali fuq l-impjegatur. Meta l-Istati Membri jipprovdu biss għall-proċeduri amministrattivi, dawn għandhom jiżguraw li kull deċiżjoni amministrattiva tkun tista’ tiġi sfidata quddiem tribunal skont it-tifsira tal-Artikolu 47 tal-Karta. L-Istati Membri għandhom jiżguraw illi fi proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji bħal dawn, il-ħaddiema ma jiġux imfixkla mill-impjegaturi milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw, bi qbil mad-dritt u l-prattiki nazzjonali, li jkun hemm mekkaniżmi meħtieġa li jiżguraw li l-ħaddiema jkunu jistgħu jitolbu u jirċievu kumpens adegwat fir-rigward ta' ħsara mġarrba.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex jingħataw livelli aktar effettivi ta' protezzjoni, l-assoċjazzjonijiet jew l-entitajet legali għandhom jingħataw ukoll is-setgħa li jinvolvu ruħhom, skont kif jiddeterminaw l-Istati Membri, f'isem il-vittma jew b'appoġġ għalih fi proċedimenti, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-proċedura dwar ir-rapreżentanza u d-difiża fil-qrati.

(15) Sabiex jingħataw livelli aktar effettivi ta’ protezzjoni, it-trade unions, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew entitajet legali oħra rilevanti li jistgħu jirrappreżentaw l-interessi legali jew kollettivi tal-ħaddiema għandhom jingħataw ukoll is-setgħa li jinvolvu ruħhom, skont id-dritt u l-prattiki nazzjonali, f’isem il-vittma jew b’appoġġ għalih fi proċedimenti, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-proċedura dwar ir-rappreżentanza u d-difiża fil-qrati. L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2013 dwar prinċipji komuni għal mekkaniżmi ta’ rimedju kollettiv ta’ inġunzjoni u kumpensatorji fl-Istati Membri li jirrigwardaw il-ksur tad-drittijiet skont il-Liġi tal-Unjoni, u biex jiffaċilitaw it-tħaddim tal-mekkaniżmu tagħha biex il-ħaddiema jiġu mħarsa b’mod effiċjenti.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Fir-rigward tal-limiti taż-żmien previsti fl-Artikoli 3(2) u 4(2) u skont il-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja32 dawn il-limiti taż-żmien għandhom ikunu b'tali mod li ma jkunux jistgħu jagħmluha virtwalment impossibbli jew diffiċli wisq biex jiġu eżerċitati d-drittijiet li tagħti l-liġi tal-Unjoni,

(16) Fir-rigward tal-limiti taż-żmien previsti fl-Artikoli 3(2) u 4(2) u skont il-każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja32 dawn il-limiti taż-żmien għandhom ikunu b'tali mod li ma jkunux jistgħu jagħmluha virtwalment impossibbli jew diffiċli wisq biex jiġu eżerċitati d-drittijiet li tagħti l-liġi tal-Unjoni. Fejn ikun hemm prova ta' mġiba intenzjonali li tfixkel l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mid-dritt tal-Unjoni, għandhom ikunu imposti penalitajiet xierqa.

_______________

______________

32Is-Sentenza tas-16 ta' Mejju 2000 fil-kawża C-78/98 Preston ECR 2000 p. I-03201.

32Is-Sentenza tas-16 ta' Mejju 2000 fil-kawża C-78/98 Preston ECR 2000 p. I-03201.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-protezzjoni mid-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità tissaħħaħ jekk f'kull Stat Membru jkun hemm organizzazzjonijiet kompetenti biex jippromwovu t-trattament ugwali, biex janalizzaw il-problemi li jkun hemm fil-każijiet taċ-ċittadini, biex jistudjaw soluzzjonijiet possibbli u biex jagħtu assistenza speċifika lill-ħaddiema tal-Unjoni li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu.

(17) Il-protezzjoni mid-diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità tissaħħaħ jekk f’kull Stat Membru jkun hemm organizzazzjonijiet indipendenti u effettivi kompetenti biex jippromwovu t-trattament ugwali, biex janalizzaw il-problemi li jkun hemm fil-każijiet taċ-ċittadini, biex jistudjaw soluzzjonijiet possibbli u biex jagħtu assistenza speċifika lill-ħaddiema tal-UE li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Huwa sta għall-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk il-kompiti msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva humiex attribwiti għal korp diġà eżistenti li jkopri firxa usa' ta' raġunijiet ta' diskriminazzjoni. Jekk il-kompiti skont l-Artikolu 5 se jiġu koperti billi jitwessa' l-mandat ta' korp jew struttura diġà eżistenti, l-Istat Membru għandu jiżgura allokazzjoni biżżejjed ta' riżorsi lill-korp eżistenti għall-prestazzjoni ta' kompiti addizzjonali sabiex ikun żgurat li ma tiddgħajjifx il-prestazzjoni tal-kompiti diġà eżistenti li għandhom dawn il-korpi.

(18) L-Istati Membri huma mħeġġin jattribwixxu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva lil korp tal-ugwaljanza diġà eżistenti maħtur skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/43/KE jew li jkopri firxa usa' ta' raġunijiet ta' diskriminazzjoni Jekk il-kompiti skont l-Artikolu 5 se jiġu koperti billi jitwessa' l-mandat ta' korp jew struttura diġà eżistenti, l-Istat Membru għandu jiżgura allokazzjoni biżżejjed ta' riżorsi addizzjonali lill-korp eżistenti għall-prestazzjoni ta' kompiti addizzjonali sabiex ikun żgurat li jiġu provduti, b'mod effettiv u adegwat, il-funzjonijiet kollha tal-korp u b'mod partikolari ma tiddgħajjifx il-prestazzjoni tal-kompiti diġà eżistenti li għandhom dawn il-korpi.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu netwerk Ewropew tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali sabiex jiskambjaw l-aqwa prattiki u jtejbu l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri fil-faċilitazzjoni tal-moviment liberu tal-ħaddiema.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 18b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b) Strutturi, entitajiet u punti ta' kuntatt nazzjonali huma inkoraġġiti jikkooperaw mal-entitajiet u l-organizzazzjonijiet b'responsabbiltà għal arranġamenti ta' koordinament skont ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32b. Huma għandhom ukoll jikkooperaw mal-ispettorati tax-xogħol, fejn applikabbli.

 

______________

 

32b Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta' sistemi ta' sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p.1).

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-promozzjoni ta’ sinerġiji ma’ għodod tal-informazzjoni u tal-appoġġ li diġá jeżistu fil-livell tal-Unjoni u għal dan il-għan, dawn għandhom jiżguraw li l-korpi eżistenti jew maħluqa ġodda jkunu konxji mis-servizzi eżistenti tal-informazzjoni u l-assistenza, bħalma huma L-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, il-EURES, in-Netwerk Enterprise Europe u l-Punti ta’ Kuntatt Waħdieni, jużawhom u jikkoperaw magħhom.

(19) L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-promozzjoni ta' sinerġiji ma' għodod tal-informazzjoni u tal-appoġġ li diġa jeżistu fil-livell ta' Unjoni u għal dan il-għan, dawn għandhom jiżguraw li l-korpi eżistenti jew maħluqa ġodda jkunu konxji mis-servizzi eżistenti tal-informazzjoni u l-assistenza, bħalma huma L-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, il-EURES, inkluż EURES għal sħubijiet transkonfinali, in-Netwerk Enterprise Europe u l-Punti ta' Kuntatt Waħdieni, jużawhom u jikkoperaw magħhom. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw il-kooperazzjoni mas-servizzi ta' informazzjoni u ta' assistenza eżistenti provduti mis-sħab soċjali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew entitajiet legali rilevanti oħra, bħall-ispettorati tax-xogħol, fejn rilevanti.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) L-Istati Membri għandhom jippromwovu d-djalogu ma' organizzazzjonijiet nongovernattivi u bejn is-sħab soċjali biex jindirizzaw u jiġġieldu l-forom differenti ta' diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità.

(20) L-Istati Membri għandhom jippromwovu d-djalogu mas-sħab soċjali u ma' organizzazzjonijiet nongovernattivi biex jindirizzaw u jiġġieldu l-forom differenti ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi disponibbli aktar fil-wisa’ għal ħaddiema minn Stati Membri oħra u għall-impjegaturi u għal partijiet interessati oħra.

(21) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kwistjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u l-infurzar tad-drittijiet imniżżla f'din id-Direttiva jkunu disponibbli aktar fil-wisa’ għal ħaddiema minn Stati Membri oħra u għall-impjegaturi, it-trade unions u għal partijiet interessati rilevanti oħra.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) L-Istati Membri għandhom jipprovdu, fuq talba, informazzjoni dwar drittijiet ta' moviment liberu liċ-ċittadini tagħhom li jixtiequ jibbenefikaw minn dan. Fil-faċilitazzjoni tal-fluss u l-iskambju ta’ informazzjoni mingħajr xkiel, l-Istati Membri huma mħeġġa jużaw in-netwerk Ewropew ta’ punti ta’ kuntatt nazzjonali.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) L-Istati Membri għandhom jistabilixxu kif jingħata aċċess faċli għal informazzjoni rilevanti lill-impjegaturi, lill-ħaddiema u lil persuni oħra dwar id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 492/2011. Din l-informazzjoni għandha tkun faċilment aċċessibbli b'L-Ewropa Tiegħek u l-EURES.

(22) L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif jingħata aċċess faċli għal informazzjoni rilevanti lill-impjegaturi, lill-ħaddiema, lit-trade unions u lil partijiet interessati oħra dwar id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, inkluża informazzjoni dwar l-istruttura u l-korp maħtur skont din id-Direttiva biex jippromovi, janalizza, jimmonitorja u jappoġġa trattament ugwali. Din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta permezz ta’ konsulenza individwali u tkun faċilment aċċessibbli b'L-Ewropa Tiegħek u l-EURES.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-uffiċjali responsabbli mill-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 u ta’ din id-Direttiva jiġu mħarrġa b’mod xieraq.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 22b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22b) Sabiex ikun faċilitat l-infurzar tad-drittijiet mogħtija skont id-dritt tal-Unjoni, ir-rendikont tal-pagi maħruġ lill-ħaddiema bi qbil mad-dritt jew il-prattiki nazzjonali għandu jkun verifikabbli u faċilment mifhum.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi, u għalhekk tagħti lill-Istati Membri l-alternattiva li jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli. L-Istati Membri jistgħu wkoll iwessgħu l-kompetenzi tal-organizzazzjonijiet fdati bil-kompiti relatati mal-ħarsien tal-ħaddiema migranti tal-Unjoni mid-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità sabiex ikun kopert id-dritt għal trattament ugwali mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu, kif inhu minqux fl-Artikolu 21 tat-TFUE u fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri33. L-implimentazzjoni tad-Direttiva preżenti ma għandhiex isservi biex tiġġustifika xi rigressjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni li diġà teżisti f'kull Stat Membru.

(23) Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti minimi, u għalhekk tagħti lill-Istati Membri l-alternattiva li jintroduċu jew iżommu dispożizzjonijiet iktar favorevoli. L-Istati Membri jistgħu wkoll iwessgħu l-kompetenzi tal-organizzazzjonijiet fdati bil-kompiti relatati mal-ħarsien tal-ħaddiema tal-UE li jaħdmu fi Stati Membri oħra mid-diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità sabiex ikun kopert id-dritt għal trattament ugwali mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu, kif inhu minqux fl-Artikolu 21 tat-TFUE u fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33. L-implimentazzjoni tad-Direttiva preżenti ma għandhiex isservi biex tiġġustifika xi rigressjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni li diġà teżisti f'kull Stat Membru.

_______________

_______________

33 ĠU L 158, 30.4.2004

33Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri (ĠU L 158, 30.4.2004).

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) L-Istati Membri għandhom ukoll jadottaw liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ineħħu kull tip ta’ diskriminazzjoni u ostaklu għat-trattament indaqs u l-moviment liberu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(27a) Id-Direttiva tirrispetta l-mudelli differenti tas-suq tax-xogħol tal-Istati Membri, inklużi l-mudelli tas-suq tax-xogħol regolati minn ftehimiet kollettivi.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jħaffu l-applikazzjoni u l-infurzar uniformi fil-prattika tad-drittijiet li jagħtu l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni.

Din id-Direttiva tistabbilixxi dispożizzjonijiet li jħaffu l-applikazzjoni u l-infurzar uniformi fil-prattika tad-drittijiet li jagħtu l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, inkluż ħaddiema tal-fruntiera, mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' residenza.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg, b'mod partikolari fejn jidħlu r-rimunerazzjoni u t-tkeċċija;

(b) il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg, b’mod partikolari fejn jidħlu r-rimunerazzjoni, it-tkeċċija u s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) kundizzjonijiet għall-ingaġġ mill-ġdid jew impjieg mill-ġdid;

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) is-sħubija fi trade unions;

(d) is-sħubija fi trade unions, korpi responsabbli għall-ftehimiet kollettivi u miżuri kollettivi, u korpi oħra relatati max-xogħol;

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) l-aċċess għat-taħriġ;

(e) l-aċċess għat-taħriġ u għal taħriġ addizzjonali;

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) l-aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal tal-ħaddiema.

(g) l-aċċess għall-edukazzjoni , inkluża l-edukazzjoni bikrija;

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) aċċess għal servizzi ta' impjieg pubbliku, inklużi dawk li huma pprovduti mill-privat;

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt gb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb) benefiċċji u programmi mfassla biex jitħeġġu l-integrazzjoni u l-mobbiltà.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ġudizzjarji u/jew amministrattivi, inkluż proċeduri ta’ konċiljazzjoni fejn jidhrilhom li jkunu xierqa, għall-infurzar tal-obbligi skont l-Artikolu 45 tat-Trattat u l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, ikunu disponibbli għall-ħaddiema kollha u l-membri tal-familji tagħhom li jqisu li jkunu batew jew qed ibatu minn restrizzjonijiet mhux ġustifikati għad-dritt tagħhom tal-moviment liberu jew li jqisu ruħhom offiżi minħabba li ma jkunx ġie applikat għalihom il-prinċipju tat-trattament ugwali, anke wara li tintemm ir-relazzjoni li fiha tkun seħħet l-allegata diskriminazzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ġudizzjarji u/jew amministrattivi, inkluż proċeduri ta' konċiljazzjoni fejn jidhrilhom li jkunu xierqa, għall-infurzar tal-obbligi skont l-Artikolu 45 tat-Trattat u l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, ikunu fis-seħħ u disponibbli għall-ħaddiema kollha u l-membri tal-familji tagħhom li jqisu li jkunu batew jew qed ibatu minn diskriminazzjoni jew minn restrizzjonijiet mhux ġustifikati, inklużi każijiet ta' tassazzjoni doppja, għad-dritt tagħhom tal-moviment liberu jew li jqisu ruħhom offiżi minħabba li ma jkunx ġie applikat għalihom il-prinċipju tat-trattament ugwali, anke wara li tintemm ir-relazzjoni fiha tkun seħħet l-allegata diskriminazzjoni.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema li jibdew proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi ma jirċevux trattament sfavorevoli mill-impjegatur tagħhom bħala konsegwenza ta’ tali azzjoni.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar il-limiti taż-żmien għall-infurzar ta’ dawn id-drittijiet. Dawn il-limiti taż-żmien għandhom ikunu b’tali mod li ma jkunux jistgħu jagħmluha virtwalment impossibbli jew diffiċli wisq biex jiġu eżerċitati d-drittijiet li tagħti l-liġi tal-Unjoni.

2. Il-Paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar il-limiti taż-żmien għall-infurzar ta’ dawn id-drittijiet. Dawn il-limiti taż-żmien għandhom ikunu b’tali mod li ma jkunux jistgħu jagħmluha virtwalment impossibbli jew diffiċli b’mod sinifikanti biex jiġu eżerċitati d-drittijiet li tagħti l-liġi tal-Unjoni.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Azzjoni ta' assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra

L-Azzjoni ta’ sħab soċjali, assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra, li, skont il-kriterju stabbilit fil-liġi nazzjonali tagħhom, għandhom interess leġittimu li jiżguraw li jkunu konformi mad-dispożizjonijiet ta' din id-Direttiva, ikunu jistgħu jieħdu sehem, f'isem il-ħaddiem u l-membri tal-familja tiegħu jew b'appoġġ għalihom, bl-approvazzjoni tal-ħaddiem, f'kull proċedura ġudizzjarja u/jew amministrattiva provduta għall-infurzar tad-drittijiet skont l-Artikolu 45 tat-Trattat u l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li sħab soċjali, assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra, li, skont il-kriterju stabbilit fil-liġi nazzjonali tagħhom, il-ftehimiet kollettivi jew il-prattiki nazzjonali, għandhom interess leġittimu li jiżguraw li jkunu konformi mad-dispożizjonijiet ta’ din id-Direttiva, ikollhom id-dritt li jieħdu sehem, f’isem interess kollettiv jew f’isem il-ħaddiem u l-membri tal-familja tiegħu jew b’appoġġ għalihom, bl-approvazzjoni tal-ħaddiem mingħajr ħsara għal prattiki nazzjonali, jew, fejn applikabbli, f'isem interess kollettiv, f’kull proċedura ġudizzjarja u/jew amministrattiva provduta għall-infurzar tad-drittijiet skont l-Artikolu 45 tat-Trattat u l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Paragrafu 1 għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar il-limiti taż-żmien għall-infurzar ta’ dawn id-drittijiet. Dawn il-limiti taż-żmien għandhom ikunu b’tali mod li ma jkunux jistgħu jagħmluha virtwalment impossibbli jew diffiċli wisq biex jiġu eżerċitati d-drittijiet li tagħti l-liġi tal-Unjoni.

2. Dan l-Artikolu għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali dwar il-limiti taż-żmien għall-infurzar ta’ dawn id-drittijiet. Dawn il-limiti taż-żmien għandhom ikunu b’tali mod li ma jkunux jistgħu jagħmluha virtwalment impossibbli jew diffiċli wisq biex jiġu eżerċitati d-drittijiet li tagħti l-liġi tal-Unjoni.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru struttura, korp jew korpi għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament ugwali lill-ħaddiema kollha jew lill-membri tal-familji tagħhom mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità u jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex dawn il-korpi jkunu jistgħu jitħaddmu. Dawn il-korpi jistgħu jkunu jiffurmaw parti minn aġenziji fuq livell nazzjonali b'għanijiet simili imma li jkopri firxa usa' ta' raġunijiet ta' diskriminazzjoni. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw allokazzjoni biżżejjed ta' riżorsi lill-korp eżistenti għall-prestazzjoni ta' kompiti addizzjonali sabiex ikun żgurat li ma tiddgħajjifx il-prestazzjoni tal-kompiti diġà eżistenti li għandhom dawn il-korpi.

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru struttura waħda jew aktar jew korpi għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament ugwali lill-ħaddiema kollha jew lill-membri tal-familji tagħhom mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità u jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex dawn il-korpi jkunu jistgħu jitħaddmu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema kollha jkollhom aċċess għal dawn il-korpi. Dawn il-korpi jistgħu jkunu jiffurmaw parti minn aġenziji jew korpi eżistenti fuq livell nazzjonali b’għanijiet simili imma li jkopru firxa usa’ ta’ raġunijiet ta’ diskriminazzjoni. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw allokazzjoni biżżejjed ta' riżorsi lill-korp eżistenti għall-prestazzjoni ta' kompiti addizzjonali sabiex ikun żgurat it-twettiq effettiv u adegwat tal-funzjonijiet kollha tal-korp u b'mod partikolari li ma tiddgħajjifx il-prestazzjoni tal-kompiti diġà eżistenti li għandhom dawn il-korpi.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kompetenzi ta' dawn il-korpi jkunu jinkludu:

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, mingħajr preġudizzju għall-kompiti, il-prattiki jew il-kompetenzi nazzjonali li diġà twettqu mis-sħab soċjali, li l-kompetenzi ta’ dawn il-korpi jkunu :

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-ħaddiema jew tal-membri tal-familja tagħhom u assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra msemmija fl-Artikolu 4, id-dispożizzjoni ta' assitenza legali indipendenti u/jew assistenza indipendenti oħra għall-ħaddiema jew għall-membri tal-familja tagħhom biex jagħmlu l-ilmenti tagħhom;

(a) mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-ħaddiema jew tal-membri tal-familja tagħhom u assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra msemmija fl-Artikolu 4, id-dispożizzjoni ta’ assistenza legali indipendenti u/jew assistenza indipendenti oħra, provduta mingħajr ħlas, li tkopri l-aspetti rilevanti kollha tal-liġi tax-xogħol nazzjonali, skont il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali, għall-ħaddiema jew għall-membri tal-familja tagħhom biex jagħmlu l-ilmenti tagħhom;

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jagħmlu stħarriġiet indipendenti dwar id-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità;

(b) jagħmlu stħarriġiet u analiżijiet indipendenti dwar id-diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità;

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) jinfurmaw lill-gradwati u l-istudenti żgħażagħ fl-aħħar sena tal-edukazzjoni tagħhom dwar id-drittijiet tagħhom meta jaħdmu barra minn pajjiżhom.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi eżistenti jew maħluqin ġodda jkunu konxji mis-servizzi eżistenti tal-informazzjoni u l-assistenza fil-livell ta’ Unjoni, bħalma huma L-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, il-EURES, in-Netwerk Enterprise Europe u l-Punti ta’ Kuntatt Waħdieni, jużawhom u jikkoperaw magħhom.

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi eżistenti jew maħluqin ġodda jkunu konxji mis-servizzi eżistenti tal-informazzjoni u l-assistenza fil-livell nazzjonali permezz tal-punti ta’ kuntatt u fil-livell ta’ Unjoni, bħalma huma L-Ewropa Tiegħek, SOLVIT, il-EURES, in-Netwerk Enterprise Europe, il-Punti ta’ Kuntatt Waħdieni u n-netwerk Ewropew tal-punti ta’ kuntatt waħdieni, jużawhom u jikkoperaw magħhom. L-Istati Membri għandhom ukoll jiżguraw il-kooperazzjoni mas-servizzi ta' informazzjoni u ta' assistenza eżistenti provduti mis-sħab soċjali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet u entitajiet legali interessati u rilevanti oħra, bħall-ispettorati tax-xogħol, fejn applikabbli.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 - paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn il-kompiti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu allokati lil aktar minn korp wieħed, ir-responsabbilitajiet ikunu ddelineati b’mod adegwat bejn dawn il-korpi sabiex jevitaw kwalunkwe setgħat li jikkoinċidu jew in-nuqqas tagħhom.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Djalogu

Rappreżentazzjoni tal-interessi u d-djalogu

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom iħeġġu d-djalogu mal-organizzazzjonijiet nongovernattivi xierqa u mal-sħab soċjali li, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali tagħhom, għandhom interess leġittimu li jagħtu kontribut biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità bil-ħsieb li jkun promoss il-prinċipju tat-trattament ugwali.

L-Istati Membri għandhom jippromovu d-djalogu mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet nongovernattivi rilevanti li, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali tagħhom, għandhom interess leġittimu li jagħtu kontribut biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità bil-ħsieb li jkun promoss il-prinċipju tat-trattament ugwali.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti li diġà hemm fis-seħħ fl-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, jkunu jafu bihom il-persuni kkonċernati b'kull mezz xieraq fit-territorju tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti li diġà hemm fis-seħħ fl-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, jkunu jafu bihom il-persuni kkonċernati, b'mod partikolari ħaddiema u impjegaturi b'kull mezz xieraq fit-territorju tagħhom.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni ċara, komprensiva, aġġornata u aċċessibbli faċilment dwar id-drittijiet li tagħti l-liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema. Din l-informazzjoni għandha tkun faċilment aċċessibbli minn L-Ewopa Tiegħek u l-EURES.

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu, permezz tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali, informazzjoni ċara, komprensiva, aġġornata, multilingwi u aċċessibbli faċilment dwar id-drittijiet li tagħti l-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-moviment liberu tal-ħaddiema u l-mezzi ta’ protezzjoni legali u rimedju disponibbli għal dawk id-drittijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni tkun imxerrda b’mod faċli għall-utent, f’formati aċċessibbli faċilment, u b'mod li tista' tilħaq l-akbar numru possibbli ta' persuni. L-Istati Membri huma mħeġġa wkoll biex jistabbilixxu websajt multilingwi ddedikata għall-informazzjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema. Din l-informazzjoni għandha tkun faċilment aċċessibbli minn L-Ewopa Tiegħek u l-EURES.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu, meta mitluba, informazzjoni ċara, aċċessibbli faċilment, komprensiva u aġġornata dwar id-drittijiet ta’ moviment liberu tal-ħaddiema tal-UE liċ-ċittadini tagħhom stess li jixtiequ jibbenefikaw mid-dritt li jiċċaqilqu b’mod liberu lejn Stat Membru ieħor.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jistipulaw li l-kompetenzi tal-istrutturi jew korpi msemmija fl-Artikolu 5 għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament ugwali lill-ħaddiema kollha jew lill-membri tal-familji tagħhom mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità, ikopru wkoll id-dritt għal trattament ugwali mingħajr diskriminazzjoi abbażi ta' nazzjonalità taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu, kif inhu minqux fl-Artikolu 21 tat-TFUE u fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri.

2. L-Istati Membri għandhom jistipulaw li l-kompetenzi tal-istrutturi jew korpi msemmija fl-Artikolu 5 għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament ugwali lill-ħaddiema kollha jew lill-membri tal-familji tagħhom mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità, ikopru wkoll id-dritt għal trattament ugwali mingħajr diskriminazzjoi abbażi ta’ nazzjonalità taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu, kif inhu minqux fl-Artikolu 21 tat-TFUE u fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mhux iktar tard minn sentejn wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, bil-ħsieb li fejn xieraq isiru l-emendi meħtieġa.

Mhux iktar tard minn sentejn wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, bil-ħsieb li fejn xieraq isiru l-emendi jew il-proposti leġiżlattivi meħtieġa.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fir-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lid-diffikultajiet possibbli li jiltaqgħu magħhom gradwati żgħażagħ meta jiċċaqilqu madwar l-Unjoni, kemm għal perjodu fiss kif ukoll għal pożizzjoni temporanja.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha wkoll tanalizza d-diffikultajiet partikolari li l-konjuġi ta' ħaddiema ta' pajjiż terz jiltaqgħu magħhom.

  • [1]               ĠU C.../Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (22.10.2013)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema
(COM(2013)0236 – C7‑0114/2013 – 2013/0124(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marije Cornelissen

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa libertà fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u wieħed mill-pilastri tas-suq intern fl-Unjoni minqux fl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-implimentazzjoni tiegħu hija żviluppata aktar mil-liġi tal-Unjoni bil-għan li jkun żgurat l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet mogħtija liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom.

(1) Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa libertà fundamentali taċ-ċittadini tal-UE u wieħed mill-pilastri tas-suq intern fl-Unjoni minqux fl-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. L-implimentazzjoni tiegħu hija żviluppata aktar mil-liġi tal-Unjoni bil-għan li jkun żgurat l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet mogħtija liċ-ċittadini tal-Unjoni u lill-membri tal-familja tagħhom. Hu essenzjali li jkun żgurat li din il-libertà fundamentali tqis dejjem l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u l-promozzjoni ta’ opportunitajiet indaqs fl-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa wkoll element ewlieni fl-iżvilupp ta' suq ġenwin tax-xogħol tal-Unjoni, li jippermetti lill-ħaddiema jiċċaqilqu minn żoni b'qgħad għoli għal żoni b'nuqqas ta' ħaddiema, li jgħin aktar persuni biex isibu postijiet li jixirqu aktar lill-ħiliet tagħhom u li jegħleb il-konġestjoni fis-suq tax-xogħol.

(2) Il-moviment liberu tal-ħaddiema huwa wkoll element ewlieni fl-iżvilupp ta’ suq ġenwin tax-xogħol tal-Unjoni, li jippermetti lill-ħaddiema li jiċċaqilqu lejn żoni li joffru aktar opportunitajiet ta' xogħol, li jgħin aktar persuni biex isibu postijiet li jixirqu aktar lill-ħiliet tagħhom u li jegħleb il-konġestjoni fis-suq tax-xogħol.

Emenda   3

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Billi jeħtieġ tittieħed l-azzjoni mill-Istati Membri biex jinqerdu d-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi f'dak li għandu x'jaqsam mad-distakk fil-pagi bejn in-nisa u l-irġiel fis-suq tax-xogħol tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Rigward il-ħaddiema u l-familji tal-ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu, l-Artikolu 45 tat-Trattat jagħti drittijiet sostanzjali għall-eżerċizzju ta' din il-libertà fundamentali, speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni.

(4) Id-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema, għandu impatt importanti fuq il-ħajja tal-familja u fuq l-għażliet edukattivi u professjonali tal-ħaddiema u tas-sieħeb jew sieħba tagħhom; rigward il-ħaddiema u l-familji tal-ħaddiema li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu, l-Artikolu 45 tat-Trattat jagħti drittijiet sostanzjali għall-eżerċizzju ta’ din il-libertà fundamentali, speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni u d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri. Fl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 492/2011, id-Direttiva 2004/38/KE u din id-Direttiva, l-Istati Membri ma għandhomx jiddiskriminaw kontra ħaddiema u l-membri tal-familji tagħhom fuq ebda bażi kif elenkat skont l-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, inkluża l-orjentazzjoni sesswali.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a) L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rikonoxximent reċiproku tas-sħubiji legali varji u d-drittijiet derivati minnhom biex jevitaw kull diskriminazzjoni abbażi ta’ orjentazzjoni sesswali jew l-għażliet filosofiċi ta’ ħaddiema migranti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li d-drittijiet derivati mill-adozzjoni ta' tifel jew tifla jkunu rispettati peress li din hi kundizzjoni preliminari meta wieħed jikkunsidra li jmur fi Stat Membru ieħor għal finijiet ta' xogħol.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Madanakollu, l-eżerċizzju effettiv tal-moviment liberu tal-ħaddiema għadu sfida kbira u ħafna drabi bosta ħaddiema ma jkunux konxji mid-drittijiet tagħhom għal moviment liberu. Dawn għadhom ibatu minn diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità meta jaqsmu l-fruntieri tal-Unjoni Ewropea bejn l-Istati Membri. Għalhekk hemm differenza bejn il-leġiżlazzjoni u l-applikazzjoni tagħha fil-prattika u din jeħtieġ li tiġi indirizzata.

(5) L-eżerċizzju effettiv tal-moviment liberu tal-ħaddiema għadu sfida kbira u ħafna drabi bosta ħaddiema ma jkunux konxji mid-drittijiet tagħhom għal moviment liberu. Dawn għadhom ibatu minn diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità meta jaqsmu l-fruntieri tal-Unjoni Ewropea bejn l-Istati Membri. Il-ħaddiema jbatu wkoll mill-effetti aggravati ta' diskriminazzjonijiet multipli abbażi ta' oriġini ta’ razza jew etniċità, reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali u sess. Għalhekk hemm diskrepanza bejn il-leġiżlazzjoni u l-applikazzjoni tagħha fil-prattika u din jeħtieġ li tiġi indirizzata, kif indikat mill-istatistika għall-problemi taċ-ċittadini riżolti fil-qafas tas-sistema Ewropea SOLVIT.

 

Din id-diskrepanza teżisti wkoll għal xi gruppi vulnerabbli bħalma huma l-ħaddiema domestiċi, persuni b’diżabilitajiet, jew persuni illitterati. Għalhekk għandhom ikunu implimentati miżuri speċifiċi biex jippermettu lil dawn il-gruppi jgawdu d-dritt tagħhom li jaħdmu fi Stat Membru ieħor.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Fil-Pakkett tagħha dwar l-Impjiegi tat-18 ta' April 2012 (il-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni "Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi"), il-Kummissjoni ħabbret li beħsiebha "tressaq proposta leġiżlattiva biex issostni l-ħaddiema mobbli (tagħrif u pariri) fl-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mit-Trattat u r-Regolament 492/2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni".

(8) Fil-Pakkett tagħha dwar l-Impjiegi tat-18 ta' April 2012 (il-Komunikazzjoni mingħand il-Kummissjoni "Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi"), il-Kummissjoni ħabbret li beħsiebha "tressaq proposta leġiżlattiva biex issostni l-ħaddiema mobbli (tagħrif u pariri) fl-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mit-Trattat u r-Regolament 492/2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni" u ħeġġet lill-Istati Membri jqajmu l-kuxjenza dwar id-drittijiet konferiti mil-liġi tal-UE fir-rigward tal-antidiskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-moviment liberu tal-ħaddiema u jiftħu u jiffaċilitaw l-aċċess minn ċittadini tal-UE għal karigi fis-settur pubbliku tagħhom skont il-liġi tal-UE kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja. Il-Kummissjoni ħeġġet ukoll lill-Istati Membri biex jiżguraw l-applikazzjoni sħiħa tad-Direttiva 2006/54/KE dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol. Fit-tentattiv li tikseb dak l-objettiv, il-Kummissjoni hi impenjata mhux biss li tiffaċilita l-mobilità tal-ħaddiema fl-Unjoni lejn ir-reġjuni fejn hemm nuqqas ta' ħaddiema, imma wkoll li tiżgura li jkunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom aktar liberament, u preferibbilment b'mod sħiħ.

Emenda   8

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Paga u kundizzjonijiet tax-xogħol ugwali għal xogħol ta' valur ugwali fl-istess post tax-xogħol, u f'kull qasam ta' xogħol – għall-ħaddiema rġiel u nisa – hu prinċipju li jrid jiġi osservat b'mod strett, u hu għalhekk essenzjali li jkun hemm għarfien tal-ftehimiet kollettivi tax-xogħol u li dawn jiġu rispettati.

Emenda   9

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Għal dan il-għan, huwa xieraq li jingħataw regoli speċifiċi għal infurzar effettiv tar-regoli sostantivi li jirregolaw il-moviment liberu tal-ħaddiema, u biex jiffaċilitaw applikazzjoni aħjar u aktar uniformi tal-Artikolu 45 tat-Trattat u tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.

(13) Għal dan il-għan, huwa xieraq li jingħataw regoli speċifiċi għal infurzar effettiv tar-regoli sostantivi li jirregolaw il-moviment liberu tal-ħaddiema, u biex jiffaċilitaw applikazzjoni aħjar u aktar uniformi tal-Artikolu 45 tat-Trattat u tar-Regolament (UE) Nru 492/2011. B'mod partikolari, sabiex ikun żgurat it-trattament ugwali taċ-ċittadini kollha tal-UE, l-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri speċifiċi biex iħarsu lill-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà. Jeħtieġ li jittieħdu miżuri mmirati ħalli jiġu sodisfatti l-ħtiġiet speċifiċi tan-nisa li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà tal-moviment u li huma ommijiet waħidhom u/jew għandhom ulied b'diżabilità jew qed jieħdu ħsieb qraba anzjani.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a) Hemm aktar probabbiltà li l-ħaddiema jkollhom id-drittijiet tagħhom rispettati jekk ikunu organizzati b’rapprezentazzjoni tal-interessi. L-Istati Membri għandhom jiffaċilitaw u jappoġġjaw l-organizzazzjoni u r-rappreżentazzjoni tal-interessi tal-ħaddiema minn Stati Membri oħra b’mod partikolari l-ħaddiema vulnerabbli bħalma huma ħaddiema staġjonali u ħaddiema domestiċi jew ħaddiema fl-industrija tas-sess.

Emenda   11

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex jingħataw livelli aktar effettivi ta' protezzjoni, l-assoċjazzjonijiet jew l-entitajet legali għandhom jingħataw ukoll is-setgħa li jinvolvu ruħhom, skont kif jiddeterminaw l-Istati Membri, f'isem il-vittma jew b'appoġġ għalih fi proċedimenti, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-proċedura dwar ir-rapreżentanza u d-difiża fil-qrati.

(15) Sabiex jingħataw livelli aktar effettivi ta' protezzjoni, l-assoċjazzjonijiet jew l-entitajet legali għandhom jingħataw ukoll is-setgħa li jinvolvu ruħhom, skont kif jiddeterminaw l-Istati Membri, f'isem il-vittma ta' diskriminazzjoni jew b'appoġġ għalih fi proċedimenti, mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-proċedura dwar ir-rappreżentanza u d-difiża fil-qrati.

Emenda   12

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Huwa sta għall-Istati Membri biex jiddeċiedu jekk il-kompiti msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva humiex attribwiti għal korp diġà eżistenti li jkopri firxa usa' ta' raġunijiet ta' diskriminazzjoni. Jekk il-kompiti skont l-Artikolu 5 se jiġu koperti billi jitwessa' l-mandat ta' korp jew struttura diġà eżistenti, l-Istat Membru għandu jiżgura allokazzjoni biżżejjed ta' riżorsi lill-korp eżistenti għall-prestazzjoni ta' kompiti addizzjonali sabiex ikun żgurat li ma tiddgħajjifx il-prestazzjoni tal-kompiti diġà eżistenti li għandhom dawn il-korpi.

(18) L-Istati Membri huma mħeġġin jattribwixxu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 5 ta' din id-Direttiva lil korp tal-ugwaljanza diġà eżistenti maħtur skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/43/KE jew li jkopri firxa usa' ta' raġunijiet ta' diskriminazzjoni Jekk il-kompiti skont l-Artikolu 5 se jiġu koperti billi jitwessa' l-mandat ta' korp jew struttura diġà eżistenti, l-Istat Membru għandu jiżgura allokazzjoni biżżejjed ta' riżorsi addizzjonali lill-korp eżistenti għall-prestazzjoni ta' kompiti addizzjonali sabiex ikun żgurat li jiġu provduti, b'mod effettiv u adegwat, il-funzjonijiet kollha tal-korp u b'mod partikolari ma tiddgħajjifx il-prestazzjoni tal-kompiti diġà eżistenti li għandhom dawn il-korpi.

Ġustifikazzjoni

Abbażi ta' kontribut minn Equinet, in-netwerk Ewropew tal-korpi għall-ugwaljanza.

Emenda                     13

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) L-Istati Membri għandom jagħmlu l-informazzjoni dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tal-impjiegi disponibbli aktar fil-wisa' għal ħaddiema minn Stati Membri oħra u għall-impjegaturi u għal partijiet interessati oħra.

(21) L-Istati Membri għandom jagħmlu l-informazzjoni kollha relevanti dwar kundizzjonijiet, u benefiċċji, akkomodazzjoni, sigurtà tal-kura tas-saħħa, vantaġġi u diżinċentivi fiskali għas-sieħba/sieħeb tal-ħaddiem, taxxi u benefiċċji relatati mal-kura tat-tfal u d-drittijiet tal-pensjoni disponibbli b'mod wiesgħa u aċċessibbli faċilment fil-lingwi relevanti għal ħaddiema minn Stati Membri oħra, għal min iħaddem u għal partijiet interessati oħra. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li korsijiet għat-tagħlim tal-lingwi bi prezz li jintlaħaq ikunu disponibbli għall-ħaddiema u l-familji tagħhom.

Emenda   14

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Is-salvagwardji effettivi li jipprovdu l-ispezzjonijiet tax-xogħol huma mezz essenzjali biex ikun żgurat trattament ugwali u jiġu miġġielda x-xogħol mhux dikjarat, id-dumping soċjali, u d-diskriminazzjoni msejsa mhux biss fuq in-nazzjonalità, imma wkoll fuq is-sess, billi n-nisa migranti ta' sikwit iġarrbu diskriminazzjoni doppja kontra tagħhom. L-awtoritajiet li jwettqu l-ispezzjonijiet tax-xogħol għalhekk għandhom ikunu mgħammrin b'riżorsi biżżejjed.

Emenda   15

Proposta għal direttiva

Premessa 22b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22b) Barra minn hekk, importanti li jitjiebu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-ispettorati tax-xogħol f'reġjuni transfruntieri.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi, u għalhekk tagħti l-għażla lill-Istati Membri li jdaħħlu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli. L-Istati Membri jistgħu wkoll iwessgħu l-kompetenzi tal-organizzazzjonijiet fdati bil-kompiti relatati mal-ħarsien tal-ħaddiema migranti tal-Unjoni mid-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità sabiex ikun kopert id-dritt għal trattament ugwali mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu, kif inhu minqux fl-Artikolu 21 tat-TFUE u fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri. L-implimentazzjoni tad-Direttiva preżenti ma għandhiex isservi biex tiġġustifika xi rigressjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni li diġà teżisti f'kull Stat Membru.

(23) Din id-Direttiva tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi, u għalhekk tagħti l-għażla lill-Istati Membri li jdaħħlu jew iżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli speċjalment biex jiżguraw opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu. L-Istati Membri jistgħu wkoll iwessgħu l-kompetenzi tal-organizzazzjonijiet fdati bil-kompiti relatati mal-ħarsien tal-ħaddiema migranti tal-Unjoni mid-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità sabiex ikun kopert id-dritt għal trattament ugwali mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-moviment liberu, kif inhu minqux fl-Artikolu 21 tat-TFUE u fid-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri. L-implimentazzjoni tad-Direttiva preżenti ma għandhiex isservi biex tiġġustifika xi rigressjoni fir-rigward tas-sitwazzjoni li diġà teżisti f'kull Stat Membru.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Wara li jkun skada biżżejjed iż-żmien għall-implimentazzjoni tad-Direttiva, il-Kummisjoni għandha tħejji rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha, li b'mod partikolari jevalwa l-opportunità li tittressaq kull proposta meħtieġa bil-għan li jkun garantit infurzar aħjar tal-liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu.

(26) Wara li jkun skada biżżejjed iż-żmien għall-implimentazzjoni tad-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha, li b'mod partikolari jevalwa l-opportunità li tittressaq kull proposta meħtieġa bil-għan li jkun garantit infurzar aħjar tal-liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu. Din l-evalwazzjoni għandu jkollha approċċ sensittiv għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, notevolment il-libertà fl-għażla tal-mestier u d-dritt għal xogħol (l-Artikolu 15), id-dritt għal nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21 u b'mod partikolari l-Paragrafu 2 dwar in-nondiskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità), id-dritt għal negozjar kollettiv u azzjoni (l-Artikolu 28), kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa (l-Artikolu 31), id-dritt għal moviment liberu u residenza (l-Artikolu 45) u d-dritt għal rimedju effettiv u proċess ġust (l-Artikolu 47). Din trid tiġi implimentata f'konformità ma' dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(27) Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, notevolment il-libertà fl-għażla tal-mestier u d-dritt għal xogħol (l-Artikolu 15), id-dritt għal nondiskriminazzjoni (l-Artikolu 21 u b’mod partikolari l-Paragrafu 1 rigward in-nondiskriminazzjoni abbażi tas-sess u l-Paragrafu 2 dwar in-nondiskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità), id-dritt għal negozjar kollettiv u azzjoni (l-Artikolu 28), kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa (l-Artikolu 31), id-dritt għal moviment liberu u residenza (l-Artikolu 45) u d-dritt għal rimedju effettiv u proċess ġust (l-Artikolu 47). Din trid tiġi implimentata f'konformità ma' dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg, b'mod partikolari fejn jidħlu r-rimunerazzjoni u t-tkeċċija;

(b) il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-impjieg, b’mod partikolari fejn jidħlu n-nondiskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi, ir-rimunerazzjoni u t-tkeċċija;

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) id-drittijiet fuq il-post tax-xogħol;

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) l-aċċess għas-sigurtà soċjali, inkluża l-kura tas-saħħa l-assikurazzjoni kontra l-qgħad;

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) is-sħubija fi trade unions;

(d) is-sħubija fi trade unions u korpi oħra relatati max-xogħol;

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) l-aċċess għall-edukazzjoni għat-tfal tal-ħaddiema.

(g) l-aċċess ghall-edukazzjoni li tinkludi l-edukazzjoni bikrija u l-kura tat-tfal għat-tfal tal-ħaddiema.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-proċeduri ġudizzjarji u/jew amministrattivi, inkluż proċeduri ta' konċiljazzjoni fejn jidhrilhom li jkunu xierqa, għall-infurzar tal-obbligi skont l-Artikolu 45 tat-Trattat u l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, ikunu disponibbli għall-ħaddiema kollha u l-membri tal-familji tagħhom li jqisu li jkunu batew jew qed ibatu minn restrizzjonijiet mhux ġustifikati għad-dritt tagħhom tal-moviment liberu jew li jqisu ruħhom offiżi minħabba li ma jkunx ġie applikat għalihom il-prinċipju tat-trattament ugwali, anke wara li tintemm ir-relazzjoni fiha tkun seħħet l-allegata diskriminazzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri ġudizzjarji u/jew amministrattivi mħeffa, inklużi proċeduri ta' konċiljazzjoni fejn jidhrilhom li jkunu xierqa, għall-infurzar tal-obbligi skont l-Artikolu 45 tat-Trattat u l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, jiġu stabbiliti u magħmula disponibbli għall-ħaddiema kollha u l-membri tal-familji tagħhom li jqisu li jkunu batew jew qed ibatu minn diskriminazzjoni jew restrizzjonijiet mhux ġustifikati għad-dritt tagħhom tal-moviment liberu jew li jqisu ruħhom offiżi minħabba li ma jkunx ġie applikat għalihom il-prinċipju tat-trattament ugwali, anke wara li tintemm ir-relazzjoni li fiha tkun seħħet l-allegata diskriminazzjoni.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw mhux biss id-disponibilità ta’ dawn il-proċeduri iżda huma obbligati wkoll li jistabbilixxu sistemi ta’ informazzjoni biex jiżguraw li l-ħaddiema u l-familji tagħhom, irrispettivament mill-ħiliet lingwistiċi tagħhom, ikunu konxji mill-eżistenza, il-mekkaniżmi u l-proċeduri ta’ dawn is-sistemi.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ħaddiema li jiftħu proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi ma jkunux trattati b'mod sfavorevoli minn min iħaddimhom.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. L-Istati Membri għandhom jiżguraw skont il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali li l-mekkaniżmi neċessarji jkunu fis-seħħ biex jiżguraw li l-ħaddiema jkunu jistgħu jagħmlu talbiet u jirċievu dak li huma intitolati għalih u/jew li terzi persuni jistgħu jaġixxu f'isimhom għal dan il-għan.

Emenda   28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1e. L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-trattament ugwali tal-ħaddiema, flimkien ma' protezzjoni adegwata tad-drittijiet tax-xogħol, għal konformità mar-regoli fis-seħħ stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u fil-ftehimiet kollettivi fl-Istati Membri kkonċernati; Il-prinċipju ta' 'paga ugwaali għal xogħol ugwali' flimkien mal-ugwaljanza bejn is-sessi għandu japplika fl-UE kollha ħalli jipprevjeni d-dumping tal-pagi u d-dumping soċjali; L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-moviment liberu qatt ma jkun sfruttat bl-għan ta' trattament inugwali, id-dumping tal-pagi jew id-dumping soċjali;

Emenda                     29

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra, li, skont il-kriterju stabbilit fil-liġi nazzjonali tagħhom, għandhom interess leġittimu li jiżguraw li jkunu konformi mad-dispożizjonijiet ta' din id-Direttiva, ikunu jistgħu jieħdu sehem, f'isem il-ħaddiem u l-membri tal-familja tiegħu jew b'appoġġ għalihom, bl-approvazzjoni tal-ħaddiem, f'kull proċedura ġudizzjarja u/jew amministrattiva provduta għall-infurzar tad-drittijiet skont l-Artikolu 45 tat-Trattat u l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew entitajiet legali oħra, li, skont il-kriterji stabbiliti fil-liġi nazzjonali tagħhom, għandhom interess leġittimu li jiżguraw li jkunu konformi mad-dispożizjonijiet ta’ din id-Direttiva, ikunu jistgħu jieħdu sehem, f’isem il-ħaddiem u l-membri tal-familja tiegħu jew b’appoġġ għalihom, fejn japplika bl-approvazzjoni espressa tal-ħaddiem, f’kull proċedura ġudizzjarja u/jew amministrattiva provduta għall-infurzar tad-drittijiet skont l-Artikolu 45 tat-Trattat u l-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru struttura, korp jew korpi għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament ugwali lill-ħaddiema kollha jew lill-membri tal-familji tagħhom mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità u jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex dawn il-korpi jkunu jistgħu jitħaddmu. Dawn il-korpi jistgħu jkunu jiffurmaw parti minn aġenziji fuq livell nazzjonali b'għanijiet simili imma li jkopri firxa usa' ta' raġunijiet ta' diskriminazzjoni. F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw allokazzjoni biżżejjed ta' riżorsi lill-korp eżistenti għall-prestazzjoni ta' kompiti addizzjonali sabiex ikun żgurat li ma tiddgħajjifx il-prestazzjoni tal-kompiti diġà eżistenti li għandhom dawn il-korpi.

1. L-Istati Membri għandhom jaħtru struttura, korp jew korpi għall-promozzjoni, l-analiżi, il-monitoraġġ u l-appoġġ tat-trattament ugwali lill-ħaddiema kollha jew lill-membri tal-familji tagħhom mingħajr diskriminazzjoni, partikolarment abbażi ta’ nazzjonalità, u jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex dawn il-korpi jkunu jistgħu jitħaddmu, fosthom billi jiggarantixxu l-indipendenza kompluta tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-korpi jkollhom approċċ sensittiv għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi f’kull stadju tal-proċess. Dawn il-korpi jistgħu jkunu jiffurmaw parti minn aġenziji fuq livell nazzjonali b'għanijiet simili bħal dawk li hemm riferiment għalihom fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/43/KE jew li jkopru firxa usa' ta' raġunijiet ta' diskriminazzjoni F'dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jiżguraw allokazzjoni biżżejjed ta' riżorsi lill-korp eżistenti għall-prestazzjoni ta' kompiti addizzjonali sabiex ikun żgurat it-twettiq effettiv u adegwat tal-funzjonijiet kollha tal-korp u b'mod partikolari li ma tiddgħajjifx il-prestazzjoni tal-kompiti diġà eżistenti li għandhom dawn il-korpi.

Emenda   31

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) kwistjonijiet marbutin mat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa;

Emenda   32

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) il-pubblikazzjoni annwali ta' rapport li janalizza l-ħidma tal-istruttura stabbilita u jifformula proposti.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-djalogu

Ir-rappreżentazzjoni tal-interessi u d-djalogu

Emenda                     34

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom iħeġġu d-djalogu mal-organizzazzjonijiet nongovernattivi xierqa u mal-sħab soċjali li, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali tagħhom, għandhom interess leġittimu li jagħtu kontribut biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità bil-ħsieb li jkun promoss il-prinċipju tat-trattament ugwali.

L-Istati Membri għandhom iħeġġu u jappoġġjaw id-djalogu mal-organizzazzjonijiet nongovernattivi xierqa u mas-sħab soċjali li, skont il-liġi u l-prattika nazzjonali tagħhom, għandhom interess leġittimu li jagħtu kontribut biex jiġġieldu d-diskriminazzjoni abbażi ta’ nazzjonalità bil-ħsieb li jkun promoss il-prinċipju tat-trattament ugwali.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp għall-appoġġ tat-trattament ugwali jippromwovi attivament ir-rappreżentazzjoni tal-interessi u jiżgura li l-ħaddiema u l-familji tagħhom li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu jkunu konxji mid-drittijiet tagħhom u jistgħu jagħmlu użu minnhom.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti li diġà hemm fis-seħħ fl-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, jkunu jafu bihom il-persuni kkonċernati b'kull mezz xieraq fit-territorju tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ċ-ċittadini konċernati jiġu informati bid-drittijiet tagħhom inklużi d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva flimkien mad-dispożizzjonijiet rilevanti li diġà hemm fis-seħħ fl-Artikoli 1 sa 10 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, u l-firxa wiesgħa ta' regoli oħra relatati mas-sigurtà soċjali inklużi l-benefiċċji tal-familja, id-drittijiet fuq il-post tax-xogħol, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, taxxa, rikonoxximent tal-familja u t-tagħlim tal-lingwi li huma ta' importanza biex il-ħaddiema u l-familji tagħhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta' moviment liberu, fit-territorju tagħhom mill-mezzi li huma jqisu effettivi;

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni ċara, komprensiva, aġġornata u aċċessibbli faċilment dwar id-drittijiet li tagħti l-liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema. . Din l-informazzjoni għandha tkun faċilment aċċessibbli minn L-Ewopa Tiegħek u l-EURES.

2. L-Istati Membri għandhom jagħtu informazzjoni ċara, bla ħlas, komprensiva, aġġornata u aċċessibbli faċilment dwar id-drittijiet li tagħti l-liġi tal-Unjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema. Din l-informazzjoni għandha tkun faċilment aċċessibbli minn L-Ewopa Tiegħek u l-EURES.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom iġibu għall-attenzjoni tal-persuni kkonċernati l-informazzjoni relatata ma’ aktar dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ rilevanza biex il-ħaddiema u l-familji tagħhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal moviment liberu.

PROĊEDURA

Titolu

Miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema

Referenzi

COM(2013)0236 – C7-0114/2013 – 2013/0124(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

21.5.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

21.5.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Marije Cornelissen

29.5.2013

Data tal-adozzjoni

3.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Andrea Češková, Edite Estrela, Iratxe García Pérez, Mary Honeyball, Astrid Lulling, Elisabeth Morin-Chartier, Krisztina Morvai, Joanna Senyszyn, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Minodora Cliveti, Mariya Gabriel, Nicole Kiil-Nielsen, Christa Klaß, Doris Pack, Angelika Werthmann

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gesine Meissner

PROĊEDURA

Titolu

Miżuri li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti fuq ħaddiema fil-kuntest tal-moviment liberu tal-ħaddiema

Referenzi

COM(2013)0236 – C7-0114/2013 – 2013/0124(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

26.4.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

21.5.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

21.5.2013

LIBE

21.5.2013

FEMM

21.5.2013

PETI

21.5.2013

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

CULT

28.5.2013

LIBE

6.6.2013

PETI

16.9.2013

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Edit Bauer

17.4.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

5.9.2013

10.10.2013

5.11.2013

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Heinz K. Becker, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, Alejandro Cercas, Ole Christensen, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Marije Cornelissen, Emer Costello, Andrea Cozzolino, Frédéric Daerden, Karima Delli, Sari Essayah, Richard Falbr, Thomas Händel, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Danuta Jazłowiecka, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Verónica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Siiri Oviir, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Inês Cristina Zuber

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Jürgen Creutzmann, Jelko Kacin, Martin Kastler, Anthea McIntyre, Ria Oomen-Ruijten, Tatjana Ždanoka

Data tat-tressiq

14.11.2013