RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew għall-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra l-Unjoni Ewropea

15.11.2013 - (COM(2013)0293 – C7-0145/2013 – 2013/0152(COD)) - ***I

Kumitat għall-Baġits
Rapporteur: Ivailo Kalfin


Proċedura : 2013/0152(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0392/2013
Testi mressqa :
A7-0392/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew għall-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra l-Unjoni Ewropea

(COM(2013)0293 – C7-0145/2013 – 2013/0152(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0293),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0145/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A7-0392/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra l-Unjoni b'appoġġ għal-linji tal-politika esterna tal-Unjoni. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkumplimentati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi riċevituri. Meta jwettaq dawn l-operazzjonijiet ta' finanzjament, il-BEI jikkontribwixxi għall-prinċipji ġenerali u l-objettivi ta' politika tal-Unjoni.

(1) Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni, li tibqa' l-prijorità u l-objettiv prinċipali tiegħu, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra l-Unjoni b'appoġġ għal-linji tal-politika esterna tal-Unjoni u biex jiġu supplimentati. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkumplimentati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi riċevituri. Meta jwettaq dawn l-operazzjonijiet ta' finanzjament, il-BEI jikkontribwixxi għall-prinċipji ġenerali tal-Unjoni, partikolarment dawk definiti fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fuq kollox id-demokrazija, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem, u għall-objettivi ta' politika tal-Unjoni, inkluż it-trawwim tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, il-qerda tal-faqar u l-prosperità tal-Unjoni fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi globali li qegħdin jinbidlu. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI b'appoġġ għall-politika esterna tal-Unjoni għandhom jkomplu jitwettqu f'konformità mal-prinċipji ta' prattika bankarja soda.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Bil-ħsieb ta' appoġġ għall-azzjoni esterna tal-UE, u biex il-BEI ikun jista' jiffinanzja investimenti barra mill-Unjoni mingħajr ma jaffettwa l-pożizzjonament kreditarju tiegħu, il-biċċa l-kbira tal-operazzjonijiet tiegħu bbenefikaw minn garanzija baġitarja tal-UE ("garanzija tal-UE") amministrata mill-Kummissjoni.

(3) Bil-ħsieb ta' appoġġ għall-azzjoni esterna tal-UE, u biex il-BEI ikun jista' jiffinanzja investimenti barra mill-Unjoni mingħajr ma jaffettwa l-pożizzjonament kreditarju tiegħu, il-biċċa l-kbira tal-operazzjonijiet tiegħu bbenefikaw minn garanzija baġitarja tal-UE ("garanzija tal-UE") amministrata mill-Kummissjoni. Iż-żamma min-naħa tal-BEI tal-klassifikazzjoni AAA tiegħu hija ta' importanza kbira.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Il-Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni ("Fond ta' Garanzija"), stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/20094a, jipprevedi riżerva ta' likwidità għall-baġit tal-Unjoni kontra t-telf fuq operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI u azzjonijiet esterni oħra tal-Unjoni.

 

____________

 

4a Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10).

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-Butan għandu jiżdied mal-Anness III wara l-iżviluppi reċenti li ppermettew lill-Unjoni tiftaħ kapitolu ġdid fir-relazzjonijiet tagħha mal-Butan u sabiex jingħata appoġġ għar-riformi politiċi u ekonomiċi kontinwu fil-pajjiż.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex jiġu riflessi żviluppi ta' politika sinifikanti, il-lista tal-pajjiżi attwalment eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija tal-UE għandha tiġi riveduta kif xieraq u s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(7) Sabiex jiġu riflessi żviluppi ta' politika sinifikanti, il-lista tal-pajjiżi attwalment eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija tal-UE għandha tiġi riveduta kif xieraq u s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti kollha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Sabiex tkun meqjusa l-evoluzzjoni potenzjali tal-ħtiġijiet ta' forniment reali tal-Fond ta' Garanzija skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni, il-limitu massimu tal-garanzija tal-UE għandu jinqasam f'limitu fiss ta' ammont massimu tal-EUR 25 biljun u ammont addizzjonali opzjonali ta' EUR 3 biljun.

(8) Sabiex tkun meqjusa l-evoluzzjoni potenzjali tal-ħtiġijiet ta' proviżjonament reali tal-Fond ta' Garanzija skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 20095, il-limitu massimu tal-garanzija tal-UE għandu jinqasam f'limitu fiss ta' ammont massimu tal-EUR 27 biljun u ammont addizzjonali opzjonali ta' EUR 3 biljun. Il-proviżjonament tal-Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni fil-baġit (intestatura baġitarja 01 03 06) isir ex-post abbażi taċ-ċifri tal-eżitu għal self estern garantit pendenti fl-aħħar tas-sena n-2; fid-dawl tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija5a, ir-"rimborżi" li ġejjin minn kapital ta' riskju u self ta' investiment Mediterranji fl-ambitu tal-programm MEDA tal-passat (qabel l-2007) li jużaw fondi tal-baġit tal-UE għandhom jiġu rritornati fil-baġit tal-UE bħala dħul assenjat.

__________________

______________

5 ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10.

5 ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10.

 

5a COM((2008)0308).

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-ammonti koperti mill-garanzija tal-UE f'kull reġjun għandhom ikomplu jirrappreżentaw limiti massimi għall-finanzjament mill-BEI skont il-garanzija tal-UE u mhux il-miri li l-BEI jiġi rikjest li jissodisfa. Il-limiti massimi għandhom jiġu evalwati bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni.

(9) L-ammonti koperti mill-garanzija tal-UE f'kull reġjun għandhom ikomplu jirrappreżentaw limiti massimi għall-finanzjament mill-BEI skont il-garanzija tal-UE u mhux il-miri li l-BEI jiġi rikjest li jissodisfa. Il-limiti massimi għandhom jiġu evalwati bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni. Il-bidliet fil-lista ta' reġjuni u pajjiżi eliġibbli fl-Anness III għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu aġġustati l-limiti massimi reġjonali.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Sabiex tiżdied il-koerenza u l-attenzjoni fuq l-attività ta' finanzjament estern tal-BEI ta' appoġġ politiku tal-Unjoni, u għall-benefiċċju massimu tal-benefiċjarji, id-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE stabbiliet għanijiet ġenerali għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fir-reġjuni u pajjiżi eleġibbli kollha, jiġifieri l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari b'appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), l-infrastruttura ekonomika u soċjali u l-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, biex b'hekk bniet fuq il-vantaġġi komparattivi tal-BEI f'oqsma fejn għandu rekord tajjeb ferm. Dawn l-għanijiet għandhom jinżammu f'din id-Deċiżjoni.

(10) Bil-għan li tiġi rispettata s-sjieda tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-investimenti kollha tal-BEI għandhom ikunu allinjati mal-istrateġiji ta' żvilupp ta' proprjetà tal-pajjiż. Fid-dawl ta' dan, sabiex tiżdied il-koerenza u l-attenzjoni fuq l-attività ta' finanzjament estern tal-BEI ta' appoġġ politiku tal-Unjoni, u għall-benefiċċju massimu tal-benefiċjarji, id-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE stabbiliet għanijiet ġenerali għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fir-reġjuni u pajjiżi eleġibbli kollha, jiġifieri l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari b'appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), l-infrastruttura ekonomika u soċjali u l-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, biex b'hekk bniet fuq il-vantaġġi komparattivi tal-BEI f'oqsma fejn għandu rekord tajjeb ferm. Dawn l-għanijiet għandhom jinżammu f'din id-Deċiżjoni.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) It-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, inklużi l-SMEs mill-Unjoni li jinvestu fir-reġjuni koperti minn din id-Deċiżjoni, jista' jkollu rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad. Biex jilħaq b'mod effikaċi lill-SMEs, il-BEI għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji lokali fir-reġjuni u l-pajjiżi eliġibbli, b'mod partikulari biex jiżgura li parti mill-benefiċċji finanzjarji jiġu mgħoddija lill-klijenti tagħhom u jipprovdu valur miżjud meta mqabbel ma' sorsi oħra ta' finanzjament.

(11) It-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, inklużi l-SMEs mill-Unjoni li jinvestu fir-reġjuni koperti minn din id-Deċiżjoni, jista' jkollu rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad. Biex jilħqu b'mod effikaċi lill-SMEs, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom ikunu orjentati lejn ir-riżultati u, fejn ikunu il-każ, jinkludu kapital inizjali għall-SMEs. Il-BEI għandu jinvesti fir-riċerka u l-innovazzjoni mill-SMEs bħala mezz ta' appoġġ għall-iżvilupp lokali. Il-BEI għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji lokali fil-pajjiżi eliġibbli, li għandhom ikunu integrati fl-ekonomija lokali u għandhom jikkontribwixxu għall-ġid tal-popolazzjoni lokali, b'mod partikulari biex jiżgura li parti mill-benefiċċji finanzjarji jiġu mgħoddija lill-klijenti tagħhom u jipprovdu valur miżjud meta mqabbel ma' sorsi oħra ta' finanzjament. Meta jkun il-każ, permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet intermedjarji, il-BEI għandu jitlob li l-proġetti tal-klijenti tagħhom jiġu kkontrollati mal-linji gwida tekniċi operattivi reġjonali, mal-qafas tat-Tkejjil tar-Riżultati (REM) u mal-istandards tal-BEI. Partikolarment, l-attivitajiet tal-intermedjarji finanzjarji f'appoġġ għall-SMEs għandhom ikunu trasparenti għalkollox u jiġu rrapportati regolarment lill-BEI.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Il-BEI għandu jfassal lista tal-benefiċjarji kollha tal-finanzjament tal-BEI u jagħmilha disponibbli fuq is-sit tiegħu. Il-lista għandha tinkludi l-benefiċjarji kemm ta' finanzjamenti diretti kif ukoll ta' finanzjamenti permezz ta' intermedjarji finanzjarji lokali. Sakemm ma tkunx diġà ppubblikata f'xi forma, u qabel l-approvazzjoni ta' proġett, il-BEI għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni informazzjoni rilevanti dwar il-benefiċjarji ta' self u garanziji fit-tul, dwar l-intermedjarji finanzjarji kollha tiegħu, il-kriterji ta' eliġibbiltà tal-proġetti u s-self ta' kapital ta' riskju lill-SMEs, filwaqt li jispeċifika b'mod partikolari l-ammonti żburżati, l-għadd ta' self mogħti, u r-reġjun u s-settur industrijali kkonċernati.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-kopertura tal-garanzija tal-UE, li hija limitata għal riskji ta' natura sovrana u politika, mhix biżżejjed fiha nnifisha biex tiżgura attività sinifikanti tal-BEI bħala appoġġ għall-mikrofinanza. Għalhekk din l-attività, fejn xieraq, għandha titwettaq b'rabta mar-riżorsi baġitarji disponibbli taħt strumenti oħrajn.

(12) Il-kopertura tal-garanzija tal-UE, li hija limitata għal riskji ta' natura sovrana u politika, mhix biżżejjed fiha nnifisha biex tiżgura attività sinifikanti tal-BEI bħala appoġġ għall-mikrofinanza. Għalhekk din l-attività, fejn xieraq, għandha titwettaq b'rabta mar-riżorsi baġitarji disponibbli taħt strumenti oħrajn u/jew permezz ta' istituzzjonijiet intermedjarji. Il-BEI għandu jiġi inkoraġġit ukoll biex isaħħaħ l-interventi tiegħu f'dan il-qasam permezz tas-sħab fil-livell lokali, bħala mezz biex jippromovi t-tkabbir u t-tnaqqis tal-faqar fil-pajjiżi ifqar.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-BEI għandu jkompli jiffinanzja proġetti ta' investiment fl-oqsma ta' infrastruttura soċjali, ambjentali u ekonomiċi, u għandu jikkunsidra żieda fl-attività tiegħu b'appoġġ għas-saħħa u l-infrastruttura tal-edukazzjoni fejn ikun hemm valur miżjud ċar dan isir dan.

(13) Il-BEI għandu jkompli jiffinanzja proġetti ta' investiment fl-oqsma ta' infrastruttura soċjali, ambjentali, ekonomiċi u tat-trasport, u għandu jikkunsidra żieda fl-attività tiegħu b'appoġġ għall-infrastruttura tal-edukazzjoni u tas-saħħa fejn ikun hemm valur miżjud ċar jekk isir dan. Il-BEI għandu wkoll ikompli jforni proġetti b'konsulenza u assistenza tekniċi, billi tali appoġġ għandu rwol importanti fit-titjib u l-kontroll tal-kwalità tal-proġetti.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-BEI għandu jkompli wkoll jiffinanzja proġetti ta' investiment b'appoġġ għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, biex ikomplu jippromwovi l-miri klimatiċi tal-Unjoni fuq skala globali.

(14) Il-BEI għandu jżid ukoll il-finanzjament tiegħu ta' proġetti ta' investiment b'appoġġ għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, biex ikomplu jippromwovi l-miri klimatiċi tal-Unjoni fuq skala globali. Għal dan il-għan, għandha tingħata prijorità lil proġetti tal-enerġija rinnovabbli deċentralizzati, mhux kollegati mal-grilja u fuq skala żgħira biex ikun assigurat li żoni rurali jkollhom aċċess għall-enerġija. Il-BEI jista' jikkontribwixxi permezz tal-għarfien espert u r-riżorsi tiegħu, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, ħalli jsostni lill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll lis-settur privat biex dawn jindirizzaw l-isfida tal-tibdil fil-klima u jużaw bl-aħjar mod possibbli l-finanzjamenti disponibbli. Għall-proġetti ta' mitigazzjoni u ta' adattament, ir-riżorsi tal-BEI, meta possibbli u meta xieraq, għandhom jiġu kkumplementati minn fondi konċessjonali disponibbli skont il-baġit tal-Unjoni permezz tat-taħlit effiċjenti u konsistenti ta' għotjiet u ta' self għall-finanzjament konness mat-tibdil fil-klima fil-kuntest tal-assistenza esterna tal-Unjoni. F'dan ir-rigward, huwa xieraq li r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandu jkun fih rapport dettaljat dwar l-istrumenti finanzjarji użati għall-finanzjament ta' dawn il-proġetti, filwaqt li jiġu identifikati l-ammonti ta' finanzjament tal-BEI li jidħlu fl-ambitu tal-mandat estern u l-ammonti korrispondenti ta' għotjiet.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) L-eliġibbiltà li pajjiż jirċievi finanzjament tal-BEI għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fl-ambitu tal-garanzija tal-UE tista' tiġi limitata għall-pajjiżi li tqiesu li ma impenjawx ruħhom biex jilħqu objettivi adegwati marbuta mat-tibdil fil-klima. Kull limitazzjoni tal-eliġibbiltà għandha tkun ibbażata fuq valutazzjonijiet politiċi komprensivi. Għalhekk il-Kunsill għandu jkollu s-setgħa jiddeċiedi, fuq proposta tal-Kummissjoni bl-involviment tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), li jillimita l-eliġibbiltà ta' pajjiż benefiċjarju ta' finanzjament mill-BEI għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima skont il-garanzija tal-UE. Huwa u jappoġġa l-proġetti ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-BEI għandu jqis il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-bżonn li tingħata prijorità lill-eliminazzjoni gradwali ta' sussidji li huma ta' ħsara f'termini ambjentali u ekonomiċi, fosthom il-fjuwils fossili.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Fl-oqsma koperti mill-għanijiet ġenerali, l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi, b'mod partikolari l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-Unjoni, għandha tkun għan bażiku għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI. Fl-oqsma msemmija hawn fuq, il-BEI għandu jkun kapaċi jappoġġa lill-pajjiżi msieħba permezz ta' investimenti diretti barranin minn kumpaniji fl-Unjoni li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija u l-għarfien, dejjem jekk tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta matul id-diliġenza xierqa tal-proġetti ta' investiment sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji li l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI jwasslu għal riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi fl-Unjoni. Il-BEI għandu wkoll jiġi mħeġġeġ biex jagħti l-appoġġ tiegħu għall-investiment dirett barrani fil-pajjiżi msieħba minn kumpaniji tal-Unjoni għar-riskju tiegħu stess.

(15) Fl-oqsma koperti mill-għanijiet ġenerali, l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi, b'mod partikolari l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-Unjoni, għandha tkun għan bażiku għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI. Fl-oqsma msemmija hawn fuq, il-BEI għandu jkun kapaċi jappoġġa lill-pajjiżi msieħba permezz ta' investimenti diretti barranin minn kumpaniji fl-Unjoni li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija u l-għarfien, dejjem jekk tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta matul id-diliġenza xierqa tal-proġetti ta' investiment sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji li l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI jwasslu għal riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi fl-Unjoni. Il-finanzjamenti tal-BEI ma għandhomx jikkontribwixxu għat-trasferiment tal-impjiegi barra mill-Unjoni. Għandu jiġi żgurat ukoll li l-investiment dirett barrani minn impriżi bbażati fl-Unjoni, li huwa appoġġat mill-BEI, jikkontribwixxi ġenwinament għall-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni, il-pajjiżi ġirien u l-Unjoni. Għalhekk, il-BEI għandu jindika b'liema mod speċifiku se jappoġġa lill-impriżi u kif l-impriżi qed jużaw dan l-appoġġ.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Il-BEI għandu, b'mod regolari, iwettaq evalwazzjonijiet tal-kostijiet u l-benefiċċji ta' proġetti appoġġati sabiex jiżgura l-fattibilità ekonomika tagħhom u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-miżuri prattiċi għall-irbit tal-objettivi ġenerali tal-garanzija tal-UE mal-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fil-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu konsistenti mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni. Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu riveduti u aġġornati ulterjurment wara r-reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni sabiex isir adattament għall-iżviluppi tal-politiki u l-prijoritajiet esterna tal-Unjoni.

(16) Il-miżuri prattiċi għall-irbit tal-objettivi ġenerali tal-garanzija tal-UE mal-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fil-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu konsistenti mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni. Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu aġġornati regolarment biex jinżammu allinjati mal-prijoritajiet tal-Unjoni fir-reġjuni, kif definiti mill-Parlament Ewropew u mis-SEAE, kif ukoll mal-iżviluppi politiċi fil-pajjiżi eliġibbli. Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu riveduti wkoll wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u aġġornati ulterjorment wara r-reviżjoni ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni sabiex jirriflettu l-iżviluppi tal-politiki u l-prijoritajiet esterni tal-Unjoni.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Filwaqt li l-forza tal-BEI tibqa d-distinzjoni tiegħu bħala bank tal-investiment, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li tħeġġeġ u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-Unjoni hija parti minnhom. B'mod partikolari, fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jippromwovu dawn li ġejjin: l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tagħhom f'dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom; l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tal-ekonomiji tagħhom fl-ekonomija dinjija; il-kampanja kontra l-faqar kif ukoll il-konformità mal-għanijiet approvati mill-Unjoni fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħrajn. Skont l-Artikolu 209(3) tat-Trattat, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jappoġġa indirettament il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tal-2015 tan-NU fir-reġjuni kollha fejn ikun attiv, bħala miżura meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.

(18) Filwaqt li l-forza tal-BEI tibqa' l-mudell distintiv tiegħu ta' istituzzjoni finanzjarja internazzjonali ta' sjieda pubblika li l-mandat tagħha huwa li tipprovdi self fit-tul b'mod li jintlaħqu l-miri politiki stabbiliti mill-azzjonisti tagħha, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 tat-TUE, li tħeġġeġ u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għall-implimentazzjoni tal-impenji u tal-ftehimiet internazzjonali, fosthom il-ftehimiet ambjentali li l-Unjoni hija parti minnhom. B'mod partikolari, il-BEI għandu jikkontribwixxi għal kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika mal-pajjiżi terzi f'konformità mal-Artikolu 212 tat-TFUE. Barra minn hekk, l-azzjonijiet tal-BEI għandhom ikunu f'konformità mal-Artikolu 3(5) tat-TUE, li jirrikjedi li l-Unjoni tikkontribwixxi għall-osservanza stretta tad-dritt internazzjonali, inkluż ir-rispett tal-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jippromwovu dawn li ġejjin: l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tagħhom f'dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom; l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tagħhom fl-ekonomija dinjija; it-tnaqqis tal-faqar u tal-insigurtà alimentari, kif ukoll il-konformità mal-għanijiet approvati mill-Unjoni fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn. Skont l-Artikolu 209(3) TFUE, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jappoġġa l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (MDG) tal-2015 tan-NU, u wara l-2015 permezz ta' objettivi ta' żvilupp ġodda li aktarx jimmodifikaw jew jissostiwixxu l-MDGs, fir-reġjuni kollha fejn ikun attiv, bħala miżura meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-attività tal-BEI taħt din id-Deċiżjoni għandha tappoġġja l-Aġenda għall-Bidla proposta mill-Kummissjoni u tkun koerenti mal-prinċipji rilevanti tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna deskritta fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005, l-aġenda ta' Accra għall-Azzjoni tal-2008 u l-ftehim ta' sħubija ta' Busan tal-2011. Barra minn hekk, din għandha tkun koerenti wkoll mal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012 u ftehimiet ambjentali internazzjonali inklużi impenji tal-bijodiversità. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta' għadd ta' mezzi konkreti, b'mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-BEI li jivvaluta l-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-soċjetà ċivili. F'dan il-kuntest, il-BEI għandu jimplimenta u jiżviluppa aktar il-qafas tat-Tkejjil tar-Riżultati (REM) li jipprovdi sett dettaljat ta' indikaturi tal-prestazzjoni li jkejlu l-impatt ekonomiku, ambjentali, soċjali, u l-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-investiment sottostanti. L-implimentazzjoni tar-REM għandha tiġi evalwata bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni. Meta jkun qed iwettaq id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' proġett ta' investiment, il-BEI għandu, meta jkun xieraq u f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni jobbliga lill-promotur tal-proġett ta' investiment iwettaq konsultazzjonijiet lokali u jiżvela r-riżultati lill-pubbliku. Ftehimiet ta' finanzjament mill-BEI li jinvolvu kontropartijiet pubbliċi għandhom jinkludu b'mod espliċitu l-possibilità li jissospendu l-iżborsamenti f'każ ta' revoka tal-eliġibbiltà taħt din id-Deċiżjoni tal-pajjiż li fih isir il-proġett ta' investiment.

(19) L-attività tal-BEI taħt din id-Deċiżjoni għandha tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, tal-Aġenda għall-Bidla u tal-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna deskritta fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005, l-aġenda ta' Accra għall-Azzjoni tal-2008 u l-ftehim ta' sħubija ta' Busan tal-2011. Barra minn hekk, din għandha tkun koerenti wkoll mal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012 u ftehimiet ambjentali internazzjonali inklużi impenji tal-bijodiversità. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta' għadd ta' mezzi konkreti, b'mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-BEI li jivvaluta l-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-soċjetà ċivili. F'dan il-kuntest, il-BEI għandu jimplimenta u jiżviluppa aktar il-qafas tat-Tkejjil tar-Riżultati (REM) li jipprovdi sett dettaljat ta' indikaturi tal-prestazzjoni li jkejlu l-impatt ekonomiku, ambjentali, soċjali, u l-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-investiment sottostanti. L-implimentazzjoni tar-REM għandha tiġi evalwata bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni. Meta jkun qed iwettaq id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' proġett ta' investiment, il-BEI għandu, meta jkun xieraq u f'konformità mal-prinċipji u mal-leġiżlazzjoni soċjali u ambjentali tal-Unjoni, kif ukoll b'rispett sħiħ tad-dritt nazzjonali u tal-istandards ambjentali u soċjali tal-pajjiż benefiċjarju, jobbliga lill-promotur tal-proġett ta' investiment iwettaq konsultazzjonijiet lokali u jiżvela r-riżultati lill-pubbliku. Ftehimiet ta' finanzjament mill-BEI li jinvolvu kontropartijiet pubbliċi għandhom jinkludu b'mod espliċitu l-possibilità li jissospendu l-iżborsamenti f'każ ta' revoka tal-eliġibbiltà taħt din id-Deċiżjoni tal-pajjiż li fih isir il-proġett ta' investiment. Il-ftehimiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jirreferu għad-deċiżjonijiet u għall-konklużjonijiet rilevanti tal-UE fir-rigward tal-valutazzjoni s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-pajjiżi fejn jopera u l-Kummissjoni, permezz ta' att delegat, għandha tiddeċiedi dwar l-eliġibbiltà tal-pajjiżi għall-operazzjonijiet finanzjarji l-ġodda tal-BEI skont il-garanzija tal-UE. Bi qbil mal-aġenda dwar l-effikaċja tal-iżvilupp, il-BEI għandu jiżgura li l-interventi tiegħu jkunu konsistenti mal-istrateġiji ta' żvilupp tal-pajjiżi benefiċjarji.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Fil-livelli kollha, mill-ippjanar strateġiku 'l fuq (upstream) sal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment 'l isfel (downstream), għandu jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta' finanzjament estern mill-BEI jkunu konformi ma' u jappoġġaw l-linji ta' politika esterni tal-UE u l-għanijiet ġenerali stipulati f'din id-Deċiżjoni. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza fl-azzjoni esterna tal-UE, għandu jkompli jissaħħaħ id-djalogu dwar il-politika u l-istrateġija bejn il-Kummissjoni u l-BEI, inkluż is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esternza(is-SEAE). Il-Memorandum ta' Qbil li għandu jiġi rivedut fl-2013 biex tittejjeb il-kooperazzjoni u l-iskambju reċiproku bikri tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI u fil-livell operattiv għandu jibqa' jiġi applikati. L-iskambju bikri tal-opinjonijiet bejn il-BEI, u l-Kummisjoni, inkluż is-SEAE, skont kif ikun jixraq, għandu importanza partikolari fil-proċess tat-tħejjija tad-dokumenti tal-ipprogrammar sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-attivitajiet tagħhom. Il-kooperazzjoni fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet tal-prevenzjoni tal-kunflitti għandhom ukoll jissaħħu.

(20) Fil-livelli kollha, mill-ippjanar strateġiku 'l fuq (upstream) sal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment 'l isfel (downstream), għandu jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta' finanzjament estern mill-BEI jkunu konformi ma' u jappoġġaw l-linji ta' politika esterni tal-UE u l-għanijiet ġenerali stipulati f'din id-Deċiżjoni. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza fl-azzjoni esterna tal-UE, għandu jkompli jissaħħaħ id-djalogu dwar il-politika u l-istrateġija bejn il-Kummissjoni u l-BEI, inkluż is-SEAE, filwaqt li l-Parlament Ewropew jinżamm debitament informat. L-uffiċċji tal-BEI barra l-Unjoni għandhom, meta dan ikun possibbli, ikunu jinsabu ġewwa d-delegazzjonijiet tal-Unjoni sabiex titrawwem din il-kooperazzjoni waqt li jinqasmu l-ispejjeż operattivi. Il-Memorandum ta' Qbil li għandu jiġi rivedut fl-2013 biex tittejjeb il-kooperazzjoni u l-iskambju reċiproku bikri tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni, is-SEAE u l-BEI u fil-livell operattiv għandu jibqa' jiġi applikati. L-iskambju sistematiku bikri tal-opinjonijiet bejn il-BEI, u l-Kummisjoni, inkluż is-SEAE, skont kif ikun jixraq, għandu importanza partikolari fil-proċess tat-tħejjija tad-dokumenti tal-ipprogrammar rilevanti sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-attivitajiet tagħhom. Il-kooperazzjoni fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-kwistjonijiet tal-prevenzjoni tal-kunflitti għandhom ukoll jissaħħu.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE għandhom ikunu appoġġati bi strumenti ġodda mill-2014, inkluż Regolament umbrella li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal azzjoni esterna6. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza tal-appoġġ kumplessiv tal-Unjoni fir-reġjuni kkonċernati, l-opportunitajiet għandhom jinħatfu sabiex ilaqqgħu l-finanzjament mill-BEI u r-riżorsi baġitarji tal-Unjoni meta u fejn ikun xieraq, fil-forma ta' strumenti finanzjarji pprovduti fit-Titlu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/20027 u assistenza teknika għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġett, permezz ta' Strument għall-Assistenza Preadeżjonali II (IPA II),8, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat (ENI)9, l-Istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (DCI)10, l-Istrument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi11, l-Istrument għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja12, l-Istrument għall-Istabbilità13, u l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari14. Wara d-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE, il-Kummissjoni stabbiliet Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna bil-ħsieb li ttejjeb il-funzjonament tal-mekkaniżmi għat-taħlit tal-għotjiet u s-self barra l-Unjoni.

(21) Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE għandhom ikunu appoġġati bi strumenti ġodda mill-2014, inkluż Regolament umbrella li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal azzjoni esterna6. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza tal-appoġġ kumplessiv tal-Unjoni fir-reġjuni kkonċernati, l-opportunitajiet għandhom jinħatfu sabiex ilaqqgħu l-finanzjament mill-BEI u r-riżorsi baġitarji tal-Unjoni meta u fejn ikun xieraq, fil-forma ta' strumenti finanzjarji pprovduti fit-Titlu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 20127 u assistenza teknika għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġett, permezz ta' Strument għall-Assistenza Preadeżjonali II (IPA II),8, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat (ENI)9, l-Istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (DCI)10, l-Istrument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi11, l-Istrument għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja12, l-Istrument għall-Istabbilità13, u l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari14. Wara d-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE, il-Kummissjoni stabbiliet Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna bil-ħsieb li ttejjeb il-funzjonament tal-mekkaniżmi għat-taħlit tal-għotjiet u s-self barra l-Unjoni fir-rispett tar-rwol u tal-prerogattivi tal-Kummissjoni u tal-BEI fl-implimentazzjoni, rispettivament, tal-baġit tal-Unjoni u tas-self tal-BEI. Il-parteċipazzjoni tal-BEI u ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn fil-mekkaniżmi ta' taħlit għandha tkun kompletament konformi mal-objettivi ta' żvilupp tal-Unjoni, mal-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna u mat-trasparenza.

_____________

_____________

6 COM (2011) 842 finali

6 COM(2011)0842.

7 ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

7 Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

8 COM (2011)838 finali

8 COM(2011)0838.

9 COM (2011)839 finali

9 COM(2011)0839.

10 COM (2011)840 finali

10 COM(2011)0840.

11 COM (2011)843 finali

11 COM(2011)0843.

12 COM (2011)844 finali

12 COM(2011)0844.

13 COM (2011)845 finali

13 COM(2011)0845.

14 COM (2011)841 finali

14 COM(2011)0841.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni li ma jaqgħux fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna. Din il-kooperazzjoni tinkludi, fejn xieraq, il-kooperazzjoni dwar il-kondizzjonalità tas-settur u l-fiduċja reċiproka fuq proċeduri, l-użu ta' kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f'inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna. Tali koordinazzjoni u kooperazzjoni għandhom ifittxu li jimminimizzaw il-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrapożizzjoni bla bżonn. Il-Memorandum ta' Qbil bejn tliet partijiet ta' bejn il-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) fir-rigward tal-kooperazzjoni barra l-Unjoni, li jippermetti lill-Grupp tal-BEI u l-BERŻ jaġixxu b'mod kumplimentari billi wieħed jistrieħu fuq l-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom, ġie aġġornat fl-2012 biex ikopri l-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-BERŻ għar-reġjun tal-Mediterran u għandhom jibqgħu jiġu applikati. Il-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll meta l-finanzjment tal-BEI jiġi implimentat permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn.

(22) Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fil-Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna, u biex jippromwovi l-introduzzjoni ta' standards komuni ta' governanza u kriterji ta' evalwazzjoni komuni. Din il-kooperazzjoni tinkludi, fejn xieraq, il-kooperazzjoni dwar il-kondizzjonalità tas-settur u l-fiduċja reċiproka fuq proċeduri, l-użu ta' kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f'inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna. Tali koordinazzjoni u kooperazzjoni għandhom ifittxu li jimminimizzaw il-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrappożizzjoni bla bżonn. Il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata b'mod sħiħ fuq il-prinċipju ta' reċiproċità. Il-memorandum ta' qbil bejn tliet partijiet ta' bejn il-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) fir-rigward tal-kooperazzjoni barra l-Unjoni, li jippermetti lill-Grupp tal-BEI u l-BERŻ jaġixxu b'mod kumplimentari billi wieħed jistrieħu fuq l-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom, ġie aġġornat fl-2012 biex ikopri l-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-BERŻ għar-reġjun tal-Mediterran u għandhom jibqgħu jiġu applikati. Il-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll meta l-finanzjment tal-BEI jiġi implimentat permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn, jew mal-aġenziji ta' żvilupp u kooperazzjoni tal-Istati Membri anke fir-rigward tal-konsistenza mal-objettivi tal-iżvilupp, mal-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna, mat-trasparenza u mal-iskrutinju demokratiku tal-Unjoni.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Il-BEI għandu jespandi l-għoti tiegħu ta' assistenza teknika lill-benefiċjarji, bil-ħsieb li jappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-iżvilupp ekonomiku, ambjentali, soċjali u politiku fil-livell lokali. B'mod partikolari, għandu jespandi l-provvista ta' assistenza teknika lill-SMEs bil-għan li jappoġġa ideat innovattivi u jgħin lill-intrapriżi li għadhom jibdew sabiex jattiraw finanzjament minn intermedjarji finanzjarji.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ sabiex iżid l-operazzjonijiet tiegħu u jiddiversifika l-operazzjonijiet tiegħu 'l barra mill-Unjoni mingħajr ma jirrikorri għall-garanzija tal-UE biex b'hekk l-użu tal-garanzija tal-UE jkun jista' jiġu ffukat fuq pajjiżi u proġetti ta' investiment b'aċċess fqir għas-suq, b'kunsiderazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tad-dejn, fejn il-garanzija tal-UE għalhekk tipprovdi aktar valur miżjud. Konsegwentement, u dejjem bil-għan li jappoġġa l-għanijiet tal-politiki esterni tal-Unjoni, il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ isellef għar-riskju proprju tiegħu, inkluż b'appoġġ għall-interessi ekonomiċi tal-Unjoni, fil-pajjiżi u favur proġetti ta' investiment meqjusa bħala kreditizji biżżejjed wara l-valutazzjoni tal-BEI u b'kunsiderazzjoni tar-riskju tiegħu stess tal-kapaċità ta' assorbiment.

(23) Il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ sabiex iżid l-operazzjonijiet tiegħu u jiddiversifika l-operazzjonijiet tiegħu 'l barra mill-Unjoni mingħajr ma jirrikorri għall-garanzija tal-UE biex b'hekk l-użu tal-garanzija tal-UE jkun jista' jiġu ffukat fuq pajjiżi u proġetti ta' investiment b'aċċess fqir għas-suq, b'kunsiderazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tad-dejn, fejn il-garanzija tal-UE għalhekk tipprovdi aktar valur miżjud. Il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ jiffoka l-operazzjonijiet tiegħu fejn jista' jkollu l-ogħla impatt f'termini ta' żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli. Konsegwentement, u dejjem bil-għan li jappoġġa l-għanijiet tal-politiki esterni tal-Unjoni, il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ isellef għar-riskju proprju tiegħu, inkluż b'appoġġ għall-interessi ekonomiċi tal-Unjoni, fil-pajjiżi u favur proġetti ta' investiment meqjusa bħala kreditizji biżżejjed wara l-valutazzjoni tal-BEI u b'kunsiderazzjoni tar-riskju tiegħu stess tal-kapaċità ta' assorbiment.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-BEI għandu jespandi l-firxa ta' strumenti ta' finanzjament ġodda u innovattivi li joffri, anke permezz ta' aktar attenzjoni fuq l-iżvilupp ta' strumenti ta' garanzija. Barra minn hekk, il-BEI għandu jfittex attivament li jipparteċipa fi strumenti ta' kondiviżjoni tar-riskju u fl-iffinanzjar tas-suq kapitali tad-dejn ta' proġetti b'ħolqien stabbli u prevedibbli tal-fluss ta' flus. B'mod partikolari, huwa għandu jikkunsidra l-appoġġ għal strumenti tas-suq kapitali tad-dejn maħruġ jew mogħti għall-benefiċċju ta' proġett ta' investiment imwettaq fil-pajjiżi eliġibbli. Barra minn hekk, il-BEI għandu jżid il-forniment tiegħu ta' self fil-muniti lokali u joħroġ bonds fis-swieq lokali, sakemm il-pajjiżi benefiċjarji jdaħħlu fis-seħħ ir-riformi strutturali neċessarji, b'mod partikolari fis-settur finanzjarju, kif ukoll miżuri oħra li jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-BEI.

(24) Il-BEI għandu jespandi l-firxa ta' strumenti ta' finanzjament ġodda u innovattivi li joffri, anke permezz ta' aktar attenzjoni fuq l-iżvilupp ta' strumenti ta' garanzija. Barra minn hekk, il-BEI għandu jfittex attivament li jipparteċipa fi strumenti ta' kondiviżjoni tar-riskju u fl-iffinanzjar tas-suq kapitali tad-dejn ta' proġetti b'ħolqien stabbli u prevedibbli tal-fluss ta' flus. B'mod partikolari, huwa għandu jikkunsidra l-appoġġ għal strumenti tas-suq kapitali tad-dejn maħruġ jew mogħti għall-benefiċċju ta' proġett ta' investiment imwettaq fil-pajjiżi eliġibbli. Barra minn hekk, il-BEI għandu jżid il-forniment tiegħu ta' self fil-muniti lokali u joħroġ bonds fis-swieq lokali, sakemm il-pajjiżi benefiċjarji jdaħħlu fis-seħħ ir-riformi strutturali neċessarji, b'mod partikolari fis-settur finanzjarju, kif ukoll miżuri oħra li jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-BEI. Il-BEI għandu jistudja opportunitajiet għal kooperazzjoni mal-Kummissjoni u s-SEAE sabiex jappoġġa lill-awtoritajiet lokali fit-twettiq tar-riformi meħtieġa fis-settur finanzjarju tagħhom. Fid-diversifikazzjoni u t-tkabbir tal-istrumenti tas-suq kapitali għandu jiġi żgurat b'mod partikolari li dawn ikunu kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u ma jikkontribwixxux għall-istabbiliment ta' prattiki finanzjarji riskjużi li jinvolvu, pereżempju, riskji akbar ta' titolizzazzjoni u dejn, u li b'hekk jistgħu jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja. L-użu ta' strumenti ta' dejn, koperti mill-garanzija tal-UE, għandu jkun konsistenti mal-limiti massimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) Ir-rapport annwali tal-BEI b'mod partikolari għandu jivvaluta l-konformità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI ma' din id-Deċiżjoni, filwaqt li jqis il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali, u għandu jinkludi taqsimiet dwar dan li ġej: il-valur miżjud tal-BEI, bħall-appoġġ għall-politiki esterni tal-Unjoni; ir-rekwiżiti tal-mandat; il-kwalità tal-operazzjonijiet iffinanzjati; it-trasferiment tal-benefiċċji finanzjarji lill-klijenti; u taqsimiet dwar il-kooperazzjoni, inkluż il-kofinanzjament, mal-Kummissjoni u ma' IFIs u donaturi bilaterali oħra. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll il-punt sa fejn il-BEI jkun qies is-sostenibbiltà ekonomika, finanzjarja, ambjentali u soċjali fil-valutazzjoni u l-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati. Għandu jinkludi wkoll sezzjoni speċifika ddedikata għal evalwazzjoni dettaljata tal-miżuri meħuda mill-BEI biex jirrispetta l-mandat attwali, u jagħti attenzjoni partikolari lill-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jużaw mezzi finanzjarji li jinsabu f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx. Ir-rapport għandu jkun pubbliku kemm jista' jkun, biex is-soċjetà ċivili u l-pajjiżi riċevituri jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom. Fejn ikun meħtieġ, ir-rapport għandu jinkludi referenzi għal bidliet sinifikanti fiċ-ċirkostanzi li jkunu jiġġustifikaw aktar emendi għall-mandat qabel it-tmiem tiegħu.

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI b'appoġġ għall-politika esterna tal-Unjoni għandhom jkomplu jitwettqu f'konformità mal-prinċipji ta' prattika bankarja soda. Dawn għandhom ikomplu jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri ta' kontroll xierqa u l-konformità mal-istqarrija tal-BEI dwar l-istandards soċjali u ambjentali, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF). Fl-operazzjonijiet tiegħu ta' finanzjament, il-BEI għandu jimplimenta b'mod adegwat il-politiki tiegħu lejn ġurisdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef jew nonkooperattivi biex jikkontribwixxu għall-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus.

(25) L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI b'appoġġ għall-politiki esterni tal-Unjoni għandhom ikomplu jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri previsti mill-prinċipji ta' prattika bankarja soda, inklużi l-miżuri ta' kontroll xierqa u l-konformità mal-istqarrija tal-BEI dwar l-istandards soċjali u ambjentali, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF). Fl-operazzjonijiet tiegħu ta' finanzjament, il-BEI għandu jevita kull tip ta' kooperazzjoni diretta jew indiretta ma' ġurisdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef jew nonkooperattivi biex jikkontribwixxi għall-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus u għandu jsegwi l-kriterji l-aktar reċenti tal-Kummissjoni għall-identifikazzjoni ta' ġurisdizzjonijiet li ma jissodisfawx l-istandards minimi ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali. Partikolarment fil-każ ta' finanzjament permezz ta' intermedjarji finanzjarji lokali, għandu jiġi għaldaqstant żgurat li l-finanzjament mogħti mill-intermedjarji jevita kemm jista' jkun ir-riskju ta' frodi u korruzzjoni. Għal raġunijiet ta' trasparenza, il-BEI, f'kooperazzjoni mal-intermedjarji finanzjarji lokali, għandu jħejji lista tal-mutwatarji finali. Il-BEI għandu wkoll, safejn ikun possibbli, isaħħaħ id-diversifikazzjoni tas-sħab finanzjarji tiegħu fil-pajjiżi fejn jopera u jħeġġeġ l-istabbiliment ta' sħubijiet pubbliċi-privati.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Il-BEI għandu jieħu miżuri xierqa biex jiżgura li, meta l-operazzjonijiet ta' finanzjament soġġetti għall-garanzija tal-UE, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jiġu mħarsa mill-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra u li l-OLAF ikollu l-jedd li jwettaq verifiki fuq il-post u spezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-benefiċjarji.

(26) Il-BEI għandu jieħu miżuri xierqa biex jiżgura li, fl-operazzjonijiet ta' finanzjament soġġetti għall-garanzija tal-UE, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha jiġu mħarsa mill-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni, il-ħasil ta' flus u kwalunkwe attività illegali oħra, partikolarment b'rabta mal-Istati kklassifikati bħala rifuġji fiskali, u li l-OLAF ikollu l-jedd li jwettaq verifiki fuq il-post u spezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-benefiċjarji. Il-BEI għandu, f'konformità mal-linja gwida interna tiegħu bit-titolu "Politika dwar il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' kondotta pprojbita f'attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment" ("il-politika tal-BEI kontra l-frodi") adottata fl-2008 jikkopera mill-qrib mal-unitajiet ta' intelligence finanzjarja tal-Istati Membri (FIUs), mal-Kummissjoni, mal-Aġenzija Bankarja Ewropea (EBA), mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA), mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), mal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku u mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi barranin fejn jopera l-BEI sabiex jissaħħu l-miżuri fis-seħħ kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u sabiex jgħin fit-titjib tal-infurzar tagħhom.

 

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Biex jiġi żgurat li l-BEI jissodisfa r-rekwiżiti tal-mandat fir-reġjuni u s-sottoreġjuni kollha, għandhom jiġu allokati, maż-żmien, biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji għall-attivitajiet esterni tiegħu. Dan għandu jinkludi b'mod partikolari l-fatt li jkollu kapaċità suffiċjenti biex jappoġġa l-għanijiet tal-politika esterna tal-UE inklużi l-kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-ambitu tal-mandat, li jikkonċentra aktar fuq il-valutazzjoni ex ante tal-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-attivitajiet tiegħu, u li jissorvelja b'mod effikaċi l-proġetti waqt li jkunu qegħdin jiġu implimentati. Għandhom jiġu sfruttati l-opportunitajiet ta' aktar titjib tal-effiċjenza u l-effikaċja, u għandha ssir ħidma attiva biex jinstabu s-sinerġiji.

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Eliġibbli għall-garanzija tal-UE għandhom ikunu s-self, il-garanziji ta' self, u l-istrumenti tas-suq kapitali tad-dejn tal-BEI mogħtija jew maħruġa għall-benefiċċju ta' proġetti ta' investiment mwettqa f'pajjiżi eliġibbli skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess u b'appoġġ għall-għanijiet rilevanti tal-politika esterna tal-Unjoni, fejn il-finanzjament mill-BEI jkun ingħata skont ftehim iffirmat li la jkun skada u lanqas ikun ġie kkanċellati (l-"operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI").

2. Eliġibbli għall-garanzija tal-UE għandhom ikunu s-self, il-garanziji ta' self, u l-istrumenti tas-suq kapitali tad-dejn tal-BEI mogħtija jew maħruġa għall-benefiċċju ta' proġetti ta' investiment mwettqa f'pajjiżi eliġibbli skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess inkluża d-dikjarazzjoni tal-BEI dwar il-prinċipji u l-istandards ambjentali u soċjali, u b'appoġġ għall-għanijiet rilevanti tal-politika esterna tal-Unjoni, fejn il-finanzjament mill-BEI jkun ingħata skont ftehim iffirmat li la jkun skada u lanqas ikun ġie kkanċellati (l-"operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI").

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu li jissemma fil-paragrafu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jkunux adottaw deċiżjoni li tagħti garanzija tal-UE ġdida lill-BEI kontra t-telf imġarrab mill-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni, dan il-perjodu għandu jiġġedded awtomatikament b'sitt xhur.

5. Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu li jissemma fil-paragrafu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jkunux adottaw deċiżjoni li tagħti garanzija tal-UE ġdida lill-BEI kontra t-telf imġarrab mill-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni, dan il-perjodu għandu jiġġedded darba awtomatikament b'sitt xhur.

+

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI koperti mill-garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2014-2020 ma għandux jaqbeż EUR 28 000 000 000,, L-ammonti kanċellati ma jgħoddux mal-limitu.

Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI koperti mill-garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2014-2020 ma għandux jaqbeż EUR 30 000 000 000. L-ammonti inizjalment previsti għal operazzjonijiet ta' finanzjament, iżda kanċellati aktar tard, ma jgħoddux mal-limitu.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) limitu fiss ta' ammont massimu ta' EUR 25 000 000 000;

(a) limitu fiss ta' ammont massimu ta' EUR 27 000 000 000;

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI b'appoġġ għall-politiki esterni tal-Unjoni għandhom jitmexxew f'konformità mal-prinċipji ta' prattiki bankarji sodi.

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari l-appoġġ għall-SMEs.

(a) l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari l-appoġġ għall-SMEs lokali.

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-iżvilupp ta' infrastruttura soċjali, ambjentali u ekonomiċi;

(b) l-iżvilupp ta' infrastruttura ekonomika, soċjali u ambjentali u tat-trasport;

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa skont din id-Deċiżjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 TUE u għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-Unjoni hija parti minnhom.

2. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa skont din id-Deċiżjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 TUE u għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-Unjoni hija parti minnhom. Il-korpi governattivi tal-BEI huma inkoraġġiti jieħdu l-miżuri neċessarji biex jadattaw il-mudell ta' attivitajiet tal-bank, inklużi r-riżorsi, il-preżenza lokali u r-rabta tiegħu mal-benefiċjarji, bil-għan li tiġi garantita l-effikaċja fis-sostenn tal-politiki esterni tal-UE u jiġu sodisfatti b'mod adegwat ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-BEI għandu jieħu ħsieb, meta jagħżel il-proġetti, li jissalvagwarda l-interess Ewropew.

+

Emenda  39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi Preadeżjonali, il-pajjiżi Ġirien u l-Unjoni, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi ħdan l-oqsma koperti mill-għanijiet ġenerali kif imfissra fil-paragrafu 1.

3. L-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi inkluża partikolarment l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi tal-Viċinat u l-Unjoni, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi ħdan l-oqsma koperti mill-għanijiet ġenerali kif imfissra fil-paragrafu 1. Għandu jiġi żgurat ukoll li l-investiment dirett barrani appoġġat mill-BEI jikkontribwixxi b'mod ġenwin għal integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-Unjoni.

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif definiti fil-lista ta' riċevituri tal-assistenza għall-iżvilupp uffiċjali (ODA) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu indirettament għall-għanijiet tal-politika tal-Unjoni fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp kif imsemmi fl-Artikolu 208 TUE.

4. Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif definiti fil-lista ta' riċevituri tal-assistenza għall-iżvilupp uffiċjali (ODA) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu, skont l-Artikoli 208 u 209 tat-TFUE, għall-għanijiet tal-politika tal-Unjoni fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp bħat-tnaqqis tal-faqar permezz tat-tkabbir inklużiv u żvilupp ekonomiku, ambjentali u soċjali sostenibbli.

Ġustifikazzjoni

Il-kelma "indirettament" mhix ċara f'dan il-kuntest. Il-BEI għandu, fil-prinċipju, jagħmel ħiltu biex jappoġġa l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp kif imsemmi fl-Artikolu 208 TFUE. Mhux ġustifikabbli li jkun limitat l-appoġġ tal-BEI biss għall-appoġġ indirett, speċjalment jekk dan l-appoġġ mhuwiex definit.

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(a) jistgħu jinkludi l-appoġġ għall-proġetti ta' investiment min-naħa tal-SMEs tal-Unjoni.

5. Il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex, bħala prijorità, isaħħaħ is-settur privat lokali fil-pajjiżi benefiċjarji. Biex jiġi garantit li l-investimenti fis-settur privat ikollhom l-akbar impatt ta' żvilupp, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(a) għandu jkollhom fil-mira l-kumpaniji lokali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, meta dan ikun possibbli, iżda jistgħu wkoll jinkludu l-appoġġ għall-proġetti ta' investiment min-naħa tal-SMEs tal-Unjoni Madankollu, għandu jiġi żgurat li l-finanzjament mill-BEI jintuża ġenwinament fil-proġetti speċifiċi ta' investiment għall-benefiċċju tal-SMEs ikkonċernati u mhux jiġi dirett lejn oqsma oħra bħala appoġġ moħbi għall-impriżi. Sabiex jiżgura li l-finanzjament jintuża kif previst, il-BEI għandu jfassal standards prattiċi ta' rappurtar li għandhom jiġu rispettati mill-mutwatarji.

Emenda  42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(b) għandhom jappoġġjaw il-proġetti ta' investiment fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, inkluża l-enerġija rinnovabbli, is-sistemi ta' trasformazzjoni tal-enerġija li jippermettu l-bidla għal teknoloġiji u fjuwils b'livell inqas intensiv tal-karbonju, is-sigurtà tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija, inkluż għall-produzzjoni u t-trasport tal-gass lejn is-suq tal-enerġija tal-UE, l-infrastruttura ambjentali, inkluż l-ilma u s-sanità u l-infrastruttura ekoloġika, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u anke it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband, is-saħħa u l-edukazzjoni.

6. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(b) għandhom jappoġġaw b'mod prevalenti l-proġetti ta' investiment fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, inkluża l-enerġija rinnovabbli, deċentralizzati, mhux kollegata mal-grilja, is-sistemi ta' trasformazzjoni tal-enerġija li jippermettu l-bidla għal teknoloġiji u fjuwils b'livell inqas intensiv tal-karbonju, sigurtà u infrastruttura enerġetiċi sostenibbli, inkluża l-infrastruttura tat-trażmissjoni tal-elettriku, b'mod partikolari l-interkonnessjonijiet li jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, l-infrastruttura ambjentali, inkluż l-ilma u s-sanità u l-infrastruttura ekoloġika, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u anke t-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband, is-saħħa u l-edukazzjoni. Għandhom jiġu kkunsidrati bi prijorità l-proġetti tal-infrastruttura tal-elettriku u tal-gass li jgħaqqdu lill-Unjoni u l-pajjiżi terzi li jipprovdu benefiċċji ekonomiċi, tal-iżvilupp, soċjali u ambjentali reċiproċi. Il-BEI għandu jiggarantixxi ottemperenza mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal- pubbliku fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fil-materja ambjentali (Konvenzjoni ta' Aarhus) fid-diversi fażijiet rilevanti tal-proġetti.

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(c) għandhom jappoġġaw proġetti ta' investiment fil-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima li jikkontribwixxu għall-għan kumplessiv tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi titqawwa r-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli. Matul il-perjodu kopert mid-Deċiżjoni, il-volum ta' dawn l-operazzjonijiet għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 25 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha tal-BEI.

7. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(c) għandhom jappoġġaw proġetti ta' investiment fil-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima li jikkontribwixxu għall-għan kumplessiv tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi titqawwa r-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli. Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-proġetti relatati mat-tibdil fil-klima għandhom bżonn ikunu definiti biċ-ċar u għandhom ikunu definiti ulterjorment fir-reviżjoni li jmiss tal-linji gwidi operattivi tekniċi reġjonali, wara konsultazzjonijiet pubbliċi dettaljati, u jiġu riflessi fl-istrateġija għat-tibdil fil-klima tal-BEI matul ir-rieżami ta' nofs it-terminu ta' din id-Deċiżjoni. Għal dan il-għan, analiżi tal-marka tal-karbonju għandha bżonn tiġi inkluża fil-proċedura tal-valutazzjoni ambjentali biex jiġi ddeterminat jekk il-proposti tal-proġett jimmassimizzawx it-titjib fl-effiċjenza enerġetika. Matul il-perjodu kopert mid-Deċiżjoni, il-volum ta' dawn l-operazzjonijiet fil-qasam tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 25 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha tal-BEI. Permezz tal-promozzjoni ta' proġetti ta' investiment fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u ta' effiċjenza enerġetika akbar, il-BEI għandu jikkontribbwixxi għal taħlita enerġetika sostenibbli b'eliminazzjoni gradwali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu fil-fjuwils fossili. Għalhekk, għandu jiġi żgurat li l-investiment fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u ta' effiċjenza enerġetika akbar ikun ippreferut minn dak fil-fjuwils fossili li jiġġeneraw livelli għoljin ta' emissjonijiet ta' CO2.

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. F'konformità mal-għanijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tat-tibdil fil-klima, għal qabel l-aħħar tal-2016, il-BEI, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni pubblika, għandu jaġġorna l-istrateġija tiegħu għat-tibdil fil-klima fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI.

8. F'konformità mal-għanijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tat-tibdil fil-klima, għal qabel l-aħħar tal-2015, il-BEI, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni pubblika, għandu jaġġorna l-istrateġija tiegħu għat-tibdil fil-klima fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI. Dan l-aġġornament għandu fost oħrajn jintegra azzjonijiet konkreti biex jitneħħa l-finanzjament ta' proġetti li jkunu ta' ħsara għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-klima u jiżdiedu l-isforzi li jappoġġaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli u effiċjenza enerġetika.

Emenda  45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa f'pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim ta' qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet ġuridiċi taħt liema għandhom jitwettqu dawn l-operazzjonijiet. Il-ftehimiet finanzjarji relatati mal-operazzjonijiet tal-BEI għandhom jinkludu anki dispożizzjonijiet xierqa fl-ambitu ambjentali, soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol.

Emenda  46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-lista ta' reġjuni u pajjiżi potenzjalment eliġibbli għal finanzjament mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE hija stipulata fl-Anness II. Il-lista ta' reġjuni u pajjiżi eliġibbli għal finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija tal-UE tinsab fl-Anness III u m'għandhiex tinkludi pajjiżi oħrajn barra minn dawk elenkati fl-Anness II.

1. Il-lista ta' reġjuni u pajjiżi potenzjalment eliġibbli għal finanzjament mill-BEI kopert mill-garanzija tal-UE hija stipulata fl-Anness II. Il-lista ta' reġjuni u pajjiżi eliġibbli għal finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija tal-UE tinsab fl-Anness III u m'għandhiex tinkludi pajjiżi oħrajn barra minn dawk elenkati fl-Anness II. Għall-pajjiżi mhux elenkati fl-Anness II, l-eliġibbiltà għall-finanzjamenti tal-BEI fl-ambitu tal-garanzija tal-UE għandha tkun deċiża abbażi ta' każ b'każ skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

Emenda  47

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 17 rigward l-emendi għall-Anness III. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jissejsu fuq valutazzjoni ekonomika u politika kumplessiva, inklużi aspetti relatati mad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti.

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 17 rigward l-emendi għall-Anness III. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jissejsu fuq valutazzjoni ekonomika, soċjali u politika kumplessiva, partikolarment fuq aspetti relatati mad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti.

Emenda  48

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa f'pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim ta' qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali taħt liema għandhom jitwettqu dawn l-operazzjonijiet.

imħassar

Emenda  49

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha taġġorna, flimkien mal-BEI, linji gwida operattivi tekniċi reġjonali attwali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi żmien sena wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

1. Il-Kummissjoni għandha taġġorna, flimkien mal-BEI u f'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE, il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali attwali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi żmien sena wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Emenda  50

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bl-aġġornament ta' dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom iqisu r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tad-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti. Is-SEAE għandu jiġi kkonsultat ukoll fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi, kif xieraq.

Bl-aġġornament ta' dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom iqisu r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti, kif ukoll l-iżviluppi politiċi li seħħew fil-pajjiżi eliġibbli. Il-linji gwida għandhom jirriflettu l-prijoritajiet li jinsabu fil-programmi nazzjonali jew reġjonali li tfasslu u, meta jkun il-każ, wara konsultazzjonijiet mas-soċjetà ċivili lokali.

Emenda  51

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-pjanijiet għall-proġettita' investiment u d-dokumenti ta' ppjanar strateġiku tal-BEI;

(b) il-pjanijiet għall-proġetti ta' investiment u d-dokumenti ta' ppjanar strateġiku u r-rapportar annwali tal-BEI;

Emenda  52

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-operazzjonijiet tas-self tal-BEI għandhom ikunu konsistenti mal-istrateġiji ta' żvilupp tal-pajjiż benefiċjarju. Il-BEI għandu wkoll jeħtieġ lill-promoturi tal-proġetti li jwettqu konsultazzjonijiet xierqa mal-partijiet interessati nazzjonali u lokali rilevanti, kif ukoll mas-soċjetà ċivili, fil-fażi ta' ppjanar tal-proġetti u f'dik ta' implimentazzjoni.

Emenda  53

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-konsistenza tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt il-mandat mal-għanijiet tal-politika esterna tal-Unjoni għandha tiġi ssorveljata skont l-Artikolu 10. Fil-kuntest tal-qafas tat-tkejjil tar-riżultati tiegħu, il-BEI għandu jiżviluppa indikaturi tal-prestazzjoni fir-rigward tal-aspetti tal-iżvilupp, ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem tal-proġetti ffinanzjati, li jqisu l-indikaturi rilevanti taħt id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna, sabiex tali monitoraġġ jiġi ffaċilitat. L-indikaturi għall-aspetti ambjentali tal-proġetti għandhom jinkludu kriterji għal "teknoloġija nadifa", orjentati, fil-prinċipju, lejn l-effiċjenza enerġetika u t-teknoloġiji biex jitnaqqsu l-emissjonijiet.

Emenda  54

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jitwettqu, fejn xieraq, b'kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn, sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji, il-kooperazzjoni u l-effiċjenza, sabiex jiġu żviluppati strumenti konġunti finanzjarji innovattivi, sabiex tiġi żgurata l-kondiviżjoni prudenti u raġonevoli tar-riskji u l-kondizzjonalità koerenti tal-proġetti ta' investiment u tas-settur u biex tkun minimizzata l-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrapożizzjoni bla bżonn.

1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jitwettqu, fejn xieraq, b'kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji multilaterali u bilaterali Ewropej, istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u banek tal-iżvilupp reġjonali oħrajn, sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji, il-kooperazzjoni u l-effiċjenza, sabiex jiġu żviluppati strumenti konġunti finanzjarji innovattivi, sabiex tiġi żgurata l-kondiviżjoni prudenti u raġonevoli tar-riskji u l-kondizzjonalità koerenti tal-proġetti ta' investiment u tas-settur u biex tkun minimizzata l-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrappożizzjoni bla bżonn.

Emenda  55

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-BEI ma għandux jikkoopera ma' intermedjarji finanzjarji li jkollhom riżultati negattivi f'termini ta' trasparenza, frodi, korruzzjoni u impatti ambjentali jew soċjali. Il-BEI, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, għandu jistabbilixxi lista stretta ta' kriterji għas-selezzjoni tal-intermedjarji finanzjarji u tali lista għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

Emenda  56

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a (ġdid)

 

Kooperazzjoni mal-intermedjarji finanzjarji

 

Meta jopera fl-ambitu tal-garanzija tal-UE, il-BEI għandu jikkoopera biss mal-intermedjarji finanzjarji li għandhom sjieda lokali sostanzjali, li ma joperawx f'ċentri finanzjarji offshore u li huma mgħammra biex jimplimentaw approċċ favur l-iżvilupp li jappoġġa l-ispeċifiċità tal-SMEs fil-pajjiżi tal-operat, u li la qed joperaw u lanqas ma huma stabbiliti f'ġurisdizzjoni li:

 

- tipprevedi miżuri tat-taxxa li ma jinvolvux taxxi jew jinvolvu taxxi nominali jew fejn jingħataw vantaġġi mingħajr ebda attività ekonomika reali u preżenza ekonomika sostanzjali fil-ġurisdizzjoni li toffri dawn il-vantaġġi fuq it-taxxa;

 

- ma tikkonformax bis-sħiħ mal-istandards dwar l-iskambju ta' informazzjoni stabbiliti fil-Konvenzjoni Mudell Fiskali tal-OECD dwar id-Dħul u l-Kapital u tiżgura skambju effikaċi ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' taxxa, inklużi ftehimiet multilaterali dwar it-taxxa;

 

- hija elenkata mill-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) bħala pajjiż jew territorju mhux kooperattiv.

Ġustifikazzjoni

L-intermedjarji finanzjarji huma l-aktar il-banek kummerċjali tal-Punent li għandhom ftit jew l-ebda interess fl-iżvilupp u fl-iżvilupp tal-SMEs, u spiss joperaw f'rifuġji fiskali. Mhumiex adattati għall-ħtiġijiet tal-ekonomiji lokali u m'għandhomx ikunu qed igawdu mill-attivitajiet tal-BEI.

Emenda  57

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jikkonsistu fi strumenti tas-suq kapitali tad-dejn, il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-ħlasijiet kollha dovuti lill-BEI iżda mhux riċevuti minnu, meta dan ma jkunx irċevihom minħabba r-realizzazzjoni ta' wieħed mir-riskji politiċi li ġejjin ("Garanzija għar-Riskju Politiku"):

3. Għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jikkonsistu fi strumenti tas-suq kapitali tad-dejn, sakemm dawn ikunu konformi mal-prinċipji ta' prattiki bankarji sodi, sostenibbli, fit-tul, u bbażati fuq l-ekonomija reali, il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-ħlasijiet kollha dovuti lill-BEI iżda mhux riċevuti minnu, meta dan ma jkunx irċevihom minħabba r-realizzazzjoni ta' wieħed mir-riskji politiċi li ġejjin ("Garanzija għar-Riskju Politiku"):

Emenda  58

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jistabbilixxu fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 13a metodu li jippermetti lill-BEI jidentifika, fi ħdan l-attività esterna tiegħu, l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni u l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati għar-riskju proprju tal-BEI. Il-metodu għandu jiġi bbażat fuq l-affidabbiltà kreditizja tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kif ivvalutati mill-BEI, ir-reġjuni u l-limiti kif definiti fl-Anness I, in-natura tal-kontroparti (jekk gvern/Stat, sottosovran kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew privat), il-kapaċità ta' assorbiment ta' riskju tal-BEI u kriterji rilevanti oħra, inkluż il-valur miżjud tal-Garanzija tal-UE.

5. Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jistabbilixxu fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 13a metodu ċar u trasparenti li jippermetti lill-BEI jidentifika, fi ħdan l-attività esterna tiegħu, l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni u l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati għar-riskju proprju tal-BEI. Il-metodu għandu jiġi bbażat fuq l-affidabbiltà kreditizja tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kif ivvalutati mill-BEI, ir-reġjuni u l-limiti kif definiti fl-Anness I, in-natura tal-kontroparti (jekk gvern/Stat, sottosovran kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew privat), il-kapaċità ta' assorbiment ta' riskju tal-BEI u kriterji rilevanti oħra, inkluż il-valur miżjud tal-Garanzija tal-UE. Il-politika ta' allokazzjoni għandha ssir disponibbli għall-Parlament Ewropew u ssir disponibbli għall-pubbliku fis-sit elettroniku tal-BEI. Is-sit elettroniku tal-BEI, wara l-fażi ta' approvazzjoni tal-proġett, għandu jelenka l-operazzjonijiet kollha ffinanzjati mill-BEI barra mill-Unjoni li jibbenefikaw mill-garanzija tal-UE.

+

Emenda  59

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-BEI għandu jwettaq analiżi approfondita ("due diligence") u, fejn ikun xieraq u f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni, jirrikjedi konsultazzjoni pubblika lokali xierqa, tal-aspetti tal-proġetti ta' investiment relatati mal-iżvilupp, koperti mill-garanzija tal-UE.

Il-BEI għandu jwettaq analiżi approfondita ("due diligence") u, f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali u d-dritt tal-UE, kif ukoll ma' konsultazzjoni pubblika lokali dwar l-aspetti tal-proġetti ta' investiment relatati mal-lat soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem, ambjentali, ekonomiku u tal-iżvilupp koperti mill-garanzija tal-UE, inkluża valutazzjoni tal-kontribut għall-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, skont l-Artikolu 208 tat-TFUE. Il-BEI għandu jibqa' f'komunikazzjoni mal-promoturi u mal-benefiċjarji tal-proġetti li jiffinanzja matul il-proċess ta' programmazzjoni. Għandu jqis l-impatt tal-proġetti fuq dawk direttament u indirettament milquta minnhom.

Emenda  60

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti ta' investiment u tal-aspetti konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni tal-kunflitt, sabiex jiżguraw li dawk il-proġetti ta' investiment li jkunu sostenibbli ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment biss jiġu sostnuti skont din id-Deċiżjoni.

Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti ta' investiment u tal-aspetti konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem, l-libertajiet fundamentali u l-prevenzjoni tal-kunflitt, f'konformità mal-prinċipji u mad-dritt rilevanti tal-Unjoni kif ukoll mal-leġiżlazzjoni u mal-istandards ambjentali u soċjali tal-pajjiżi benefiċjarji, sabiex jiżguraw b'mod prevalenti li dawk il-proġetti ta' investiment li jkunu sostenibbli ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment biss jiġu sostnuti skont din id-Deċiżjoni.

Emenda  61

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Barra minn hekk, meta possibbli fl-operazzjonijiet finanzjarji tiegħu, il-BEI għandu jiżgura li l-kumpaniji u l-istituzzjonijiet finanzjarji involuti fit-tranżazzjoni jiżvelaw kemm jista' jkun possibbli informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta' kwalunkwe struttura ġuridika relatata direttament jew indirettament mal-kumpanija, inklużi trusts, fondazzjonijiet u kontijiet tal-bank sabiex titjieb it-trasparenza.

Emenda  62

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Barra l-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament. B'mod partikolari, għandu jesiġi li l-promoturi tal-proġett iwettqu monitoraġġ bir-reqqa tul l-implimentazzjoni tal-proġett sat-tlestija tiegħu, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett ta' investiment fuq l-iżvilupp, l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem. Il-BEI għandu jivvaluta l-informazzjoni pprovduta mill-promoturi tal-proġett.

2. Barra l-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament. B'mod partikolari, għandu jesiġi li l-promoturi tal-proġett iwettqu monitoraġġ bir-reqqa tul l-implimentazzjoni tal-proġett sat-tlestija tiegħu, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett ta' investiment fuq l-iżvilupp, l-aspett soċjoekonomiku, l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem. Il-BEI għandu jivvaluta b'mod sistematiku l-informazzjoni pprovduta mill-promoturi tal-proġett u wara l-iffirmar, jekk il-promotur jaqbel, għandu jagħmilha disponibbli għall-pubbliku. Fejn possibbli, għandhom jiġu ppubblikati rapporti ta' tlestija għal proġetti koperti mill-garanziji tal-UE.

Emenda  63

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-BEI għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapporti annwali li jivvalutaw l-outputs stmati, ir-riżultati u l-impatt tal-iżvilupp tal-operazzjonijiet iffinanzjati matul is-sena, abbażi tal-qafas ta' tkejjil tar-riżultati tiegħu, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2b). Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-rapporti dwar l-iżvilupp tal-BEI fil-qafas tal-eżerċizzju tar-rappurtaġġ annwali previst fl-Artikolu 10 u tagħmilhom disponibbli għall-pubbliku sabiex il-persuni interessati, inklużi s-soċjetà ċivili u l-pajjiżi benefiċjarji, ukoll ikunu jistgħu jesprimu l-pożizzjoni tagħhom dwar il-kwistjoni. Il-Parlament Ewropew għandu jiddiskuti r-rapporti annwali, filwaqt li jqis il-fehmiet tal-partijiet interessati kollha.

Emenda  64

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-monitoraġġ tal-BEI għandu jkopri wkoll, l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet intermedjati u l-prestazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji b'appoġġ għall-SMEs.

3. Il-monitoraġġ tal-BEI għandu, meta possibbli, ikopri wkoll, l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet intermedjati u l-prestazzjoni u l-impatt fuq l-iżvilupp tal-intermedjarji finanzjarji b'appoġġ għall-SMEs, inklużi valutazzjonijiet ex-ante u ex-post relatati mal-proġetti avvjati.

Emenda  65

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-BEI għandu jistabbilixxi sistema komprensiva ta' traċċar ta' monitoraġġ tat-tnaqqis relattiv u assolut tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra matul l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fejn l-emissjonijiet huma sinifikanti u d-dejta hija disponibbli.

(Ma jaffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  66

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Meta jkun possibbli, ir-riżultati tal-monitoraġġ għandhom jiġu żvelati.

Emenda  67

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Assistenza teknika tal-BEI

 

Il-BEI għandu, meta dan ikun neċessarju, jipprovdi medda wiesgħa ta' assistenza teknika lill-benefiċjarji għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġett, bil-ħsieb li jappoġġa l-bini lokali ta' kapaċità u l-iżvilupp ekonomiku, ambjentali, soċjali u politiku. L-assistenza teknika mogħtija għandha tkun kumplementari għall-assistenza mogħtija minn entitajiet oħra tal-UE fil-qafas tal-politika kummerċjali u ta' żvilupp tal-Unjoni.

Emenda  68

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-metodu msemmi fl-Artikolu 8(5);

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 10, paragrafu 1(b) ġie trasferit fl-Artikolu 18 (Reviżjoni ta' nofs it-term).

Emenda  69

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia) rakkomandazzjonijiet dwar kif jista' jittejjeb ir-rapportar tal-BEI.

Emenda  70

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-finijiet tar-rappurtar tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa taħt din id-Deċiżjoni inklużi l-elementi kollha meħtieġa li jippermettu lill-Kummissjoni tirrapporta skont il-paragrafu 1. Il-BEI jista' wkoll jipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-Kunsill u l-Parlament Ewropew biex tingħata stampa komprensiva tal-attività esterna tal-BEI.

2. Għall-finijiet tar-rappurtar tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa taħt din id-Deċiżjoni u l-kontribut tagħhom għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi l-elementi kollha meħtieġa li jippermettu lill-Kummissjoni tirrapporta skont il-paragrafu 1. Il-BEI jista' wkoll jipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-Kunsill u l-Parlament Ewropew biex tingħata stampa komprensiva tal-attività esterna tal-BEI.

Emenda  71

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, tal-inqas darba f'sena, bi programm multiannwali indikattiv tal-volum ippjanat ta' firem tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, sabiex tkun żgurata l-kompatibbiltà tat-tbassir tal-finanzjament tal-BEI mal-livelli massimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u għall-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat ippjanar baġitarju xieraq għall-forniment tal-Fond ta' garanzija17. Il-Kummissjoni għandha tqis din il-previżjoni meta tkun qed tħejji l-abbozz tal-baġit.

5. Il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, tal-inqas darba f'sena, bi programm multiannwali indikattiv tal-volum ippjanat ta' firem tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, sabiex tkun żgurata l-kompatibbiltà tat-tbassir tal-finanzjament tal-BEI mal-livelli massimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u għall-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat ippjanar baġitarju xieraq għall-forniment tal-Fond ta' garanzija17. Il-Kummissjoni għandha tqis din il-previżjoni meta tkun qed tħejji l-abbozz tal-baġit. Fuq il-bażi tar-rappurtar annwali mill-BEI, il-Kummissjoni għandha tippreżenta valutazzjoni proprja tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena u tissuġġerixxi, jekk ikun meħtieġ, modi ta' kif tista' titjieb il-konformità. Matul ir-reviżjoni ta' nofs it-term għandha tiġi pprovduta evalwazzjoni ta' dan ir-rappurtar, inklużi modi dwar kif dan jista' jitjieb.

_____________

_____________

17 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10).

17 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għal azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10).

Emenda  72

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Ir-rimborżi u d-dħul fl-ambitu tal-programm MEDA tal-passat (qabel l-2007) akkumulati fil-Faċilità Ewro-Mediterranja ta' Investiment u Sħubija (FEMIP) għandhom jikkostitwixxu d-dħul assenjat estern għall-Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni.

Emenda  73

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-BEI għandu jibqa' jipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni r-rapporti indipendenti ta' evalwazzjoni kollha tiegħu li jivvalutaw ir-riżultati prattiċi miksuba mill-attivitajiet speċifiċi tal-BEI skont din id-Deċiżjoni u mandati esterni oħrajn.

6. Il-BEI għandu jibqa' jipprovdi sistematikament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni r-rapporti indipendenti ta' evalwazzjoni kollha tiegħu li jivvalutaw ir-riżultati prattiċi miksuba mill-attivitajiet speċifiċi tal-BEI skont din id-Deċiżjoni u mandati esterni oħrajn.

Emenda  74

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-BEI għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 6 għall-ispejjeż tiegħu.

7. Il-BEI għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 sa 6 għall-ispejjeż tiegħu. Ġeneralment, il-BEI għandu wkoll iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 sa 6, f'termini ġenerali u jeskludi kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali.

Emenda  75

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iżvelar pubbliku ta' informazzjoni

It-trasparenza u l-iżvelar pubbliku ta' informazzjoni

Emenda  76

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skont il-politika ta' trasparenza tiegħu stess, il-BEI għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku fil-websajt tiegħu informazzjoni relatata ma':

1. Skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-aċċess għal dokumenti u informazzjoni, il-BEI għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku fil-websajt tiegħu informazzjoni relatata ma':

Emenda  77

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI kollha mwettqa taħt din id-Deċiżjoni u li b'mod partikolari tindika jekk proġett ta' investiment huwa kopert mill-garanzija tal-UE;

(a) l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI kollha mwettqa taħt din id-Deċiżjoni u li b'mod partikolari tindika jekk proġett ta' investiment huwiex kopert mill-garanzija tal-UE u kif jikkontribwixxi għall-miri tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li jiġi elenkat partikolarment l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tiegħu;

Emenda  78

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) kwalunkwe ftehim ta' qafas konkluż bejn il-BEI u pajjiż benefiċjarju.

Emenda  79

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI ma għandux jittollera attivitajiet li jsiru għal finijiet illegali, inkluż il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni, u l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. B'mod partikolari l-BEI ma għandu jipparteċipa fl-ebda operazzjoni ta' finanzjament implimentata f'pajjiż eliġibbli permezz ta' ġurisdizzjoni barranija li ma tikkooperax identifikata bħala tali mill-OECD, mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn.

Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI ma għandux jittollera attivitajiet li jsiru għal finijiet illegali, inkluż il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni, u l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. B'mod partikolari l-BEI ma għandu jipparteċipa fl-ebda operazzjoni ta' finanzjament implimentata f'pajjiż eliġibbli permezz ta' ġurisdizzjoni barranija li ma tikkooperax identifikata bħala tali mill-Unjoni, min-Nazzjonijiet Uniti, mill-OECD jew mill-FATF.

 

Emenda  80

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

B'mod partikolari, il-BEI għandu jikkunsidra l-possibilità li l-benefiċjarji tal-BEI, kemm jekk korporazzjonijiet kif ukoll jekk intermedjarji finanzjarji li huma inkorporati f'ġurisdizzjonijiet differenti, jiżvelaw informazzjoni fil-livell tal-pajjiż dwar il-bejgħ, l-assi, l-impjegati, il-profitti u l-ħlas tat-taxxa tagħhom f'kull pajjiż li joperaw fih fir-rapporti annwali awditjati tagħhom.

)

Emenda  81

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI għandu japplika l-prinċipji u l-istandards tad-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17a.

 

______________

 

17a Id-Direttiva 2005/60/KE tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, ĠU 309, 25.11.15.2005, p.15).

Emenda  82

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn il-Kummissjoni tagħmel xi ħlas skont il-garanzija tal-UE, il-BEI, f'isem u fl-interess tal-Kummissjoni, għandu jsegwi l-irkupru tal-klejms għall-ammonti mħallsa.

1. Fejn il-Kummissjoni tagħmel xi ħlas skont il-garanzija tal-UE, il-BEI, f'isem u fl-interess tal-Unjoni, għandu jsegwi l-irkupru tal-pretensjonijiet għall-ammonti mħallsa.

Emenda  83

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Fl-interessi tat-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tippubblika fis-sit elettroniku tagħha informazzjoni speċifika relatata mal-każi kollha ta' rkupru skont il-ftehim ta' garanzija msemmi fl-Artikolu 13 sakemm ma tkunx meħtieġa l-kunfidenzjalità.

+

Emenda  84

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-EIB għandu jinforma lill-OLAF immedjatament meta, fi kwalunkwe stadju tal-preparazzjoni, l-implimentazzjoni jew l-għeluq tal-proġetti suġġett għall-garanzija tal-UE, jindividwa każ potenzjali ta' frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra li jistgħu jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE.

1. L-EIB għandu jinforma lill-OLAF immedjatament meta, fi kwalunkwe stadju tal-preparazzjoni, l-implimentazzjoni jew l-għeluq tal-proġetti suġġett għall-garanzija tal-UE, jindividwa każ potenzjali ta' frodi, korruzzjoni, ħasil ta' flus jew attività illegali oħra li jistgħu jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE jew tal-Istati Membri tagħha. Il-BEI għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-informazzjoni mogħtija minn informaturi b'rabta ma' każijiet potenzjali ta' frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra, biex b'hekk ikun jista' jkun hemm lok għal segwitu, spunt u ħarsien xierqa kontra tpattija.

Emenda  85

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' kwalunkwe operazzjonijiet ta' finanzjament.

2. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni, ħasil ta' flus jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' kwalunkwe operazzjonijiet ta' finanzjament. Jekk l-interessi finanzjarji ta' Stat Membru huma involuti, l-OLAF għandu jinforma lill-gvern ta' tali Stati Membru immedjatament. F'każ li tiġi aċċertata l-korruzzjoni, il-BEI għandu jikkontribwixxi għall-isforzi ta' rkupru tal-assi permezz tad-divulgazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti ta' eventwali assi miżmuma mill-BEI li jirreferu għal tali korruzzjoni jew li jkunu ġejjin minnha.

 

Emenda  86

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-kuntratti ffirmati fir-rigward ta' proġetti soġġetti għall-garanzija tal-UE għandhom jinkludu klawsoli stretti li jippermettu s-sospensjoni tal-appoġġ finanzjarju min-naħa tal-BEI lill-promoturi u l-intermedjarji finanzjarji tal-proġett meta jkunu qegħdin isiru investigazzjonijiet formali għal frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra, kif ukoll il-kanċellazzjoni tiegħu f'każ li tiġi aċċertata tali attività illegali.

 

Emenda  87

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 16 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-BEI għandu jaħtar uffiċjal kontra l-korruzzjoni li jservi bħala punt ta' kuntatt għall-partijiet interessati kollha, inklużi l-popolazzjonijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili organizzata kif ukoll internament.

Emenda  88

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport intermedju li jevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fl-ewwel snin, akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta għal emenda tiegħu. Ir-rapport għandu jissejjes fuq evalwazzjoni esterna u l-kontribuzzjoni mill-BEI.

Sat-30 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport intermedju li jevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fl-ewwel snin, akkumpanjat bi proposta għal emenda tiegħu. Ir-rapport għandu jissejjes fuq evalwazzjoni esterna indipendenti u l-kontribuzzjoni mill-BEI kif ukoll minn valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-metodu msemmi fl-Artikolu 8(5). Ir-rapport ta' nofs it-terminu tal-Kummissjoni għandu jinkludi lista dettaljata tal-kriterji li skonthom ikunu ġew valutati l-ewwel snin ta' implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Huwa għandu jinkludi wkoll lista dettaljata tal-kriterji li, abbażi tagħhom, huwa deċiż safejn għandu jkun attivat l-ammont fakultattiv imsemmi fl-Artikolu 2(1)(b). Dan għandu jiżgura li, fit-tieni nofs kollu tal-mandat tiegħu, il-BEI jista' jaħdem b'baġit li fih huma diġà kkunsidrati xi tibdiliet dovuti għar-rieżami ta' nofs it-terminu.

Emenda  89

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt A

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

A. Il-pajjiżi preadeżjonali: EUR 8 400 000 000;

A. Il-pajjiżi preadeżjonali: EUR 9 072 000 000;

Emenda  90

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt B – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B. Il-pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 12 400 000 000 imqassma fis-sottolimiti indikattivi li ġejjin:

B. Il-pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 13 392 000 000 mqassma fis-sottolimiti indikattivi li ġejjin:

Emenda  91

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt B – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) il-pajjiżi Mediterranji: EUR 8 400 000 000;

(i) il-pajjiżi Mediterranji: EUR 9 072 000 000;

Emenda  92

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt B – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) l-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu t'Isfel u r-Russja: EUR 4 000 000 000;

(ii) l-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu t'Isfel u r-Russja: EUR 4 320 000 000;

Emenda  93

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt C – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

C. l-Asja u l-Amerika Latina: EUR 3 600 000 000, imqassma fis-sottolimiti indikattivi li ġejjin:

C. l-Asja u l-Amerika Latina: EUR 3 888 000 000, imqassma fis-sottolimiti indikattivi li ġejjin:

Emenda  94

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt C – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) l-Amerika Latina: EUR 2 150 000 000;

(i) l-Amerika Latina: EUR 2 322 000 000;

Emenda  95

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt C – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii) l-Asja: EUR 1 200 000 000;

(ii) l-Asja: EUR 1 296 000 000;

Emenda  96

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt C – punt iii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii) l-Asja Ċentrali: EUR 250 000 000

(iii) l-Asja Ċentrali: EUR 270 000 000

Emenda  97

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt D – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

D. l-Afrika t'Isfel: EUR 600 000 000.

D. l-Afrika t'Isfel: EUR 648 000 000.

Emenda  98

Proposta għal deċiżjoni

Anness III – punt C – punt 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bangaladexx, il-Brunej, il-Kambodja, iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u r-Reġjuni Amministrattivi Speċjali tal-Makaw), l-Indja, l-Indoneżja, l-Iraq, il-Laos, il-Malasja, il-Maldive, il-Mongolja, il-Mjanmar, in-Nepal, il-Pakistan, il-Filippini, Singapor, il-Korea t'Isfel, is-Sri Lanka, it-Tajlandja, il-Vjetnam, il-Jemen

Il-Bangaladexx, il-Butan, il-Brunej, il-Kambodja, iċ-Ċina (inklużi r-Reġjuni Amministrattivi Speċjali ta' Ħong Kong u Makaw), l-Indja, l-Indoneżja, l-Iraq, il-Laos, il-Malasja, il-Maldive, il-Mongolja, il-Mjanmar, in-Nepal, il-Pakistan, il-Filippini, Singapor, il-Korea t'Isfel, is-Sri Lanka, it-Tajlandja, il-Vjetnam, il-Jemen

NOTA SPJEGATTIVA

Il-garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet esterni tal-BEI jorbot flimkien b'mod effiċjenti l-fondi baġitarji tal-UE, permezz tal-forniment tal-Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni, mar-riżorsi proprji tal-BEI, bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet ta' politika esterna tal-UE.

Id-deċiżjoni l-ġdida proposta se tkopri l-garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet tal-BEI ta' finanzjament estern matul il-perjodu li jibda mill-1 ta' Jannar 2014 u jintemm fil-31 ta' Diċembru 2020.

Ir-rapporteur jixtieq jipproponi, abbażi tal-esperjenza preċedenti tiegħu bħala rapporteur tad-Deċiżjoni attwalment fis-seħħ, adegwamenti għall-proposta tal-Kummissjoni.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-UE se tnaqqas konsiderevolment l-investimenti tagħhom fil-Balkani, fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u fl-Afrika ta' Fuq.

It-tnaqqis ta' investiment huwa r-riżultat tat-tnaqqis fit-terminu twil fil-baġit tal-UE, li se jolqot lill-politiki kollha tal-Unjoni. Ir-restrizzjonijiet finanzjarji fil-perjodu tal-baġit li jmiss se jinvolvu tnaqqis tal-baġit estern annwali ta' self tal-BEI ta' medja minn 4.2 biljuni għal 3.6 biljuni fis-sena li se jolqot l-attivitajiet kollha tal-istituzzjoni.

Skont il-QFP 2014-2020 il-ġdid il-Mandat tal-BEI għall-mandat estern il-ġdid tiegħu se jkopri 25 biljun, filwaqt li li fis-seba' snin ta' qabel kopra 29.5 biljun. Ir-rapporteur jinsisti li jinżamm il-finanzjament tal-BEI fil-perjodu ta' finanzjament li jmiss.

   Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi elementi essenzjali diġà preżenti fil-mandat attwali dwar, pereżempju, referenzi għall-kontribut tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-BEI għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni, rekwiżiti ta' rappurtaġġ, il-ħtieġa ta' valutazzjoni tal-impatt tal-iżvilupp, jew il-parteċipazzjoni pubblika.

   Barra minn hekk, huwa madankollu importanti li tkun approfondita l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-SEAE.

   Id-dispożizzjonijiet dwar appoġġ lill-SMEs permezz ta' self intermedju għandhom jirriflettu aħjar il-ħtieġa dwar l-impatti tal-iżvilupp, is-sjieda lokali u t-trasparenza.

   Ir-referenza għall-Qafas strateġiku tal-UE u għall-pjan ta' azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija li ġew adottati reċentement hi element pożittiv ieħor, kif ukoll l-għażla li saret mill-Kummissjoni li tiffoka l-mandat tal-BEI fuq benefiċjarji b'inqas affidabbiltà kreditizja fejn l-użu tal-garanzija juri l-ogħla valur miżjud.

   Ir-rapporteur iqis bħala essenzjali li jiżdiedu rekwiżiti ta' rappurtaġġ addizzjonali; jeħtieġ li jkun dejjem ċar min hu l-benefiċjarju aħħari tal-finanzjament tal-BEI. Għaldaqstant, element fundamentali fid-deċiżjoni l-ġdida huwa rappreżentat mill-implimentazzjoni ta' lista ta' selliefa aħħarin u l-aċċessibbiltà pubblika tagħha.

   Ir-rapporteur jilqa' pożittivament iż-żieda l-ġdida fl-attenzjoni fuq is-setturi tal-mitigazzjoni u tal-adattament tat-tibdil fil-klima, iżda jeħtieġ li jitqiesu aktar l-istandards ambjentali kif anki l-kriterji ta' eliġibbiltà ta' pajjiżi biex jibbenefika mill-finanzjamenti tal-BEI għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u li ssir prijoritizzazzjoni tal-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji ta' ħsara f'termini ambjentali jew ekonomiċi.

   Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna li tikkonċerna t-taħlit ta' għotjiet u ta' self.

   Ir-rapporteur isostni u jinkoraġġixxi l-atteġġjament ta' tolleranza żero muri mill-Bank fil-konfront ta' kwalunkwe attività li ssir għal finijiet illegali, inkluż il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-frodi fit-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni, u l-frodi li tolqot l-interessi finanzjarji tal-UE.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (14.10.2013)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti barra l-Unjoni Ewropea
(COM(2013)0293 – C7‑0145/2013 – 2013/0152(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jacek Protasiewicz

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-għan ta' din id-deċiżjoni huwa li ġġedded u tirrevedi l-garanzija tal-baġit mogħtija mill-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għal riskji ta' natura sovrana u politika b'konnessjoni mal-operazzjonijiet tiegħu mwettqa barra l-UE.

Il-BEI huwa strument ta' intervent estern b'saħħtu li l-kompitu tiegħu huwa li jippromwovi l-valuri u l-interessi Ewropej fil-bqija tad-dinja u li jikkontribwixxi għal kooperazzjoni u żvilupp internazzjonali. Matul dawn l-aħħar snin, il-Parlament segwa mill-qrib u appoġġa t-titjib fil-funzjonament tal-BEI f'dan ir-rigward.

Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tinnota ġustament l-importanza li l-attivitajiet tal-BEI jintrabtu mal-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjonijiet esterni Ewropej kif deskritt fl-Artikolu 21 TUE. Madankollu, huwa ta' importanza kbira li fil-prattika din ir-rabta tiġi enfasizzata u msaħħa u li jkun ċar li din tikkostitwixxi l-inċentiv prinċipali għall-għoti tal-garanzija. Għal dan il-għan, huwa ta' importanza partikolari li l-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u s-SEAE tkun approfondita ulterjorment fl-istadji kollha tal-proċess ta' self sabiex jiġu żgurati l-aqwa komplementarjetà u konsistenza possibbli.

It-trasparenza u r-rispons jibqgħu wkoll preokkupazzjonijiet rilevanti. B'mod partikolari, fir-rapporti annwali tiegħu, il-BEI għandu jispjega b'mod aktar ċar kif l-operazzjonijiet tiegħu huma konformi mal-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-UE, jiddiskuti mal-Parlament dwar tibdil importanti fil-linji gwida operattivi tiegħu u għandu jikkonsulta iżjed mill-qrib mal-partijiet interessati milquta mill-proġetti li qed jiffinanzja, filwaqt li jipprova jkun kemm jista' jkun inklużiv f'dan il-proċess. Għall-proġetti kollha għandha tkun pubblikament aċċessibbli l-informazzjoni rilevanti, b'mod partikolari dik li għandha x'taqsam ma' kif il-proġett jappoġġa l-prinċipji li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, sakemm ma tmurx kontra l-kunfidenzjalità meħtieġa għat-tranżazzjonijiet kummerċjali.

Il-BEI għandu jiddiversifika ulterjorment il-mod kif juża l-imsieħba lokali u jipprovdi parir, fejn possibbli, għall-istabbiliment ta' strutturi regolatorji fis-setturi finanzjarji lokali li jippermettulu jinvesti skont il-linji gwida tiegħu. Tali sforzi għandhom isiru wkoll sabiex jiġi permess l-użu ta' strumenti bħal self u bonds fil-munita lokali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra l-Unjoni b'appoġġ għal-linji tal-politika esterna tal-Unjoni. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkumplimentati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi riċevituri. Meta jwettaq dawn l-operazzjonijiet ta' finanzjament, il-BEI jikkontribwixxi għall-prinċipji ġenerali u l-objettivi ta' politika tal-Unjoni.

(1) Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra l-Unjoni b'appoġġ għal-linji tal-politika esterna tal-Unjoni. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkumplementati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi riċevituri. Meta jwettaq dawn l-operazzjonijiet ta' finanzjament, il-BEI jikkontribwixxi, jappoġġa u jikkomplementa l-azzjonijiet esterni tal-UE billi jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipji ġenerali u l-objettivi ta' politika tal-Unjoni kif iddikjarati fl-Artikolu 21 TUE.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Bil-ħsieb ta' appoġġ għall-azzjoni esterna tal-UE, u biex il-BEI ikun jista' jiffinanzja investimenti barra mill-Unjoni mingħajr ma jaffettwa l-pożizzjonament kreditarju tiegħu, il-biċċa l-kbira tal-operazzjonijiet tiegħu bbenefikaw minn garanzija baġitarja tal-UE ("garanzija tal-UE") amministrata mill-Kummissjoni.

(3) Bil-ħsieb ta' appoġġ għall-azzjoni esterna tal-UE, u biex il-BEI ikun jista' jiffinanzja investimenti barra mill-Unjoni mingħajr ma jaffettwa l-pożizzjonament kreditarju tiegħu, il-biċċa l-kbira tal-operazzjonijiet tiegħu bbenefikaw minn garanzija baġitarja tal-UE ("garanzija tal-UE") amministrata mill-Kummissjoni. Iż-żamma min-naħa tal-BEI tal-klassifikazzjoni 'AAA' tiegħu hija ta' importanza kbira.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex jiġu riflessi żviluppi ta' politika sinifikanti, il-lista tal-pajjiżi attwalment eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija tal-UE għandha tiġi riveduta kif xieraq u s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(7) Sabiex jiġu riflessi żviluppi ta' politika sinifikanti, il-lista tal-pajjiżi effettivament eliġibbli għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija tal-UE għandha tiġi riveduta kif xieraq u s-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi fl-Anness III ta' din id-Deċiżjoni. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti ddelegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti kollha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-ammonti koperti mill-garanzija tal-UE f'kull reġjun għandhom ikomplu jirrappreżentaw limiti massimi għall-finanzjament mill-BEI skont il-garanzija tal-UE u mhux il-miri li l-BEI jiġi rikjest li jissodisfa. Il-limiti massimi għandhom jiġu evalwati bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni.

(9) L-ammonti koperti mill-garanzija tal-UE f'kull reġjun għandhom ikomplu jirrappreżentaw limiti massimi għall-finanzjament mill-BEI skont il-garanzija tal-UE u mhux il-miri li l-BEI jiġi rikjest li jissodisfa. Il-limiti massimi għandhom jiġu evalwati bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni. Bidliet fil-lista ta' reġjuni u pajjiżi eliġibbli fl-Anness III għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġu aġġustati l-limiti massimi reġjonali.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) It-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, inklużi l-SMEs mill-Unjoni li jinvestu fir-reġjuni koperti minn din id-Deċiżjoni, jista' jkollu rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad. Biex jilħaq b'mod effikaċi lill-SMEs, il-BEI għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji lokali fir-reġjuni u l-pajjiżi eliġibbli, b'mod partikulari biex jiżgura li parti mill-benefiċċji finanzjarji jiġu mgħoddija lill-klijenti tagħhom u jipprovdu valur miżjud meta mqabbel ma' sorsi oħra ta' finanzjament.

(11) It-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, inklużi l-SMEs mill-Unjoni li jinvestu fir-reġjuni koperti minn din id-Deċiżjoni, jista' jkollu rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad. Biex jilħaq b'mod effikaċi lill-SMEs, il-BEI jista' jikkoopera mal-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji lokali fil-pajjiżi eliġibbli, b'mod partikulari biex jiżgura li parti mill-benefiċċji finanzjarji jiġu mgħoddija lill-klijenti tagħhom u jipprovdu valur miżjud meta mqabbel ma' sorsi oħra ta' finanzjament. Fil-ftehimiet ta' kooperazzjoni tiegħu mal-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji lokali, il-BEI għandu jiżgura li l-proġetti ffinanzjati mill-intermedjarji, inklużi dawk mal-SMEs, ma jkunux kunfliġġenti mal-kriterji normali tal-Bank jew mal-miri tal-politika esterna tal-Unjoni.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-BEI għandu jkompli jiffinanzja proġetti ta' investiment fl-oqsma ta' infrastruttura soċjali, ambjentali u ekonomiċi, u għandu jikkunsidra żieda fl-attività tiegħu b'appoġġ għas-saħħa u l-infrastruttura tal-edukazzjoni fejn ikun hemm valur miżjud ċar dan isir dan.

(13) Il-BEI għandu jkompli jiffinanzja proġetti ta' investiment fl-oqsma ta' infrastruttura soċjali, ambjentali, ekonomiċi u tat-trasport, u għandu jikkunsidra żieda fl-attività tiegħu b'appoġġ għall- infrastruttura tal-edukazzjoni u tas-saħħa fejn ikun hemm valur miżjud ċar jekk isir dan. Il-BEI għandu jkompli jipprovdi wkoll proġetti b'konsulenza u assistenza tekniċi, billi dan l-appoġġ għandu rwol importanti fit-titjib u l-kontroll tal-kwalità tal-proġetti.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-BEI għandu jkompli wkoll jiffinanzja proġetti ta' investiment b'appoġġ għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, biex ikomplu jippromwovi l-miri klimatiċi tal-Unjoni fuq skala globali.

(14) Il-BEI għandu jżid ukoll il-finanzjament tiegħu ta' proġetti ta' investiment b'appoġġ għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, biex ikompli jippromwovi l-miri klimatiċi tal-Unjoni fuq skala globali.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Huwa u jappoġġa l-proġetti ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-BEI għandu jqis il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 dwar il-bżonn li tingħata prijorità lill-eliminazzjoni gradwali ta' sussidji li huma ta' ħsara f'termini ambjentali u ekonomiċi, fosthom il-fjuwils fossili.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-miżuri prattiċi għall-irbit tal-objettivi ġenerali tal-garanzija tal-UE mal-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fil-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu konsistenti mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni. Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu riveduti u aġġornati ulterjurment wara r-reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni sabiex isir adattament għall-iżviluppi tal-politiki u l-prijoritajiet esterna tal-Unjoni.

(16) Il-miżuri prattiċi għall-irbit tal-objettivi ġenerali tal-garanzija tal-UE mal-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fil-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu konsistenti mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni. Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu riveduti u aġġornati ulterjorment wara r-reviżjoni ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni sabiex jiġu riflessi l-iżviluppi fil-politiki esterni tal-Unjoni u fil-prijoritajiet tagħha.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Filwaqt li l-forza tal-BEI tibqa d-distinzjoni tiegħu bħala bank tal-investiment, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li tħeġġeġ u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-Unjoni hija parti minnhom. B'mod partikolari, fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jippromwovu dawn li ġejjin: l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tagħhom f'dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom; l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tal-ekonomiji tagħhom fl-ekonomija dinjija; il-kampanja kontra l-faqar kif ukoll il-konformità mal-għanijiet approvati mill-Unjoni fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħrajn. Skont l-Artikolu 209(3) tat-Trattat, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jappoġġa indirettament il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tal-2015 tan-NU fir-reġjuni kollha fejn ikun attiv, bħala miżura meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.

(18) Filwaqt li l-forza tal-BEI tibqa' d-distinzjoni tiegħu bħala bank tal-investiment, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li tħeġġeġ u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, it-tiswir ta' sħubijiet ma' pajjiżi terzi u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet u l-impenji internazzjonali, inklużi ftehimiet ambjentali li l-Unjoni hija parti minnhom. Għalhekk, meta l-pajjiżi jitpoġġew fl-Anness III, ir-rekords tagħhom fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għandhom jiġu kkunsidrati bir-reqqa, irrispettivament minn jekk humiex fis-seħħ sanzjonijiet jew miżuri restrittivi tal-UE jew le. B'mod partikolari, il-BEI għandu jikkontribwixxi għal kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika mal-pajjiżi terzi f'konformità mal-Artikolu 212 tat-TFUE. Fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jippromwovu dawn li ġejjin: l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tagħhom f'dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom; l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tagħhom fl-ekonomija dinjija; il-kampanja kontra l-faqar, kif ukoll il-konformità mal-għanijiet approvati mill-Unjoni fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn. Skont l-Artikolu 209(3) tat-Trattat, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jappoġġa indirettament il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tal-2015 tan-NU fir-reġjuni kollha fejn ikun attiv, bħala miżura meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-attività tal-BEI taħt din id-Deċiżjoni għandha tappoġġja l-Aġenda għall-Bidla proposta mill-Kummissjoni u tkun koerenti mal-prinċipji rilevanti tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna deskritta fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005, l-aġenda ta' Accra għall-Azzjoni tal-2008 u l-ftehim ta' sħubija ta' Busan tal-2011. Barra minn hekk, din għandha tkun koerenti wkoll mal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012 u ftehimiet ambjentali internazzjonali inklużi impenji tal-bijodiversità. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta' għadd ta' mezzi konkreti, b'mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-BEI li jivvaluta l-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-soċjetà ċivili. F'dan il-kuntest, il-BEI għandu jimplimenta u jiżviluppa aktar il-qafas tat-Tkejjil tar-Riżultati (REM) li jipprovdi sett dettaljat ta' indikaturi tal-prestazzjoni li jkejlu l-impatt ekonomiku, ambjentali, soċjali, u l-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-investiment sottostanti. L-implimentazzjoni tar-REM għandha tiġi evalwata bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni. Meta jkun qed iwettaq id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' proġett ta' investiment, il-BEI għandu, meta jkun xieraq u f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni jobbliga lill-promotur tal-proġett ta' investiment iwettaq konsultazzjonijiet lokali u jiżvela r-riżultati lill-pubbliku. Ftehimiet ta' finanzjament mill-BEI li jinvolvu kontropartijiet pubbliċi għandhom jinkludu b'mod espliċitu l-possibilità li jissospendu l-iżborsamenti f'każ ta' revoka tal-eliġibbiltà taħt din id-Deċiżjoni tal-pajjiż li fih isir il-proġett ta' investiment.

(19) L-attività tal-BEI taħt din id-Deċiżjoni għandha tappoġġja l-Aġenda għall-Bidla proposta mill-Kummissjoni u tkun koerenti mal-prinċipji rilevanti tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna deskritta fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005, l-aġenda ta' Accra għall-Azzjoni tal-2008 u l-ftehim ta' sħubija ta' Busan tal-2011. Barra minn hekk, din għandha tkun koerenti wkoll mal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012 u ftehimiet ambjentali internazzjonali inklużi impenji tal-bijodiversità. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta' għadd ta' mezzi konkreti, b'mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-BEI li jivvaluta l-aspetti ambjentali, soċjali, tal-iżvilupp u dawk ekonomiċi tal-proġetti ta' investiment, inklużi r-riskji espliċitament konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-soċjetà ċivili. F'dan il-kuntest, il-BEI għandu jimplimenta u jiżviluppa aktar il-qafas tat-Tkejjil tar-Riżultati (REM) li jipprovdi sett dettaljat ta' indikaturi tal-prestazzjoni li jkejlu l-impatt ekonomiku, ambjentali, soċjali, u l-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-investiment sottostanti. L-implimentazzjoni tar-REM għandha tiġi evalwata bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni. Meta jkun qed iwettaq id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' proġett ta' investiment, il-BEI għandu, f'konformità mal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali u ambjentali tal-Unjoni, jobbliga lill-promotur tal-proġett ta' investiment iwettaq konsultazzjonijiet lokali mal-partijiet interessati kollha kkonċernati u jiżvela r-riżultati lill-pubbliku. Ftehimiet ta' finanzjament mill-BEI li jinvolvu kontropartijiet pubbliċi għandhom jinkludu b'mod espliċitu l-possibilità li jissospendu l-iżborsamenti f'każ ta' revoka tal-eliġibbiltà taħt din id-Deċiżjoni tal-pajjiż li fih isir il-proġett ta' investiment.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Fil-livelli kollha, mill-ippjanar strateġiku 'l fuq (upstream) sal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment 'l isfel (downstream), għandu jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta' finanzjament estern mill-BEI jkunu konformi ma' u jappoġġaw l-linji ta' politika esterni tal-UE u l-għanijiet ġenerali stipulati f'din id-Deċiżjoni. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza fl-azzjoni esterna tal-UE, għandu jkompli jissaħħaħ id-djalogu dwar il-politika u l-istrateġija bejn il-Kummissjoni u l-BEI, inkluż is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esternza(is-SEAE). Il-Memorandum ta' Qbil li għandu jiġi rivedut fl-2013 biex tittejjeb il-kooperazzjoni u l-iskambju reċiproku bikri tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI u fil-livell operattiv għandu jibqa' jiġi applikati. L-iskambju bikri tal-opinjonijiet bejn il-BEI, u l-Kummisjoni, inkluż is-SEAE, skont kif ikun jixraq, għandu importanza partikolari fil-proċess tat-tħejjija tad-dokumenti tal-ipprogrammar sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-attivitajiet tagħhom. Il-kooperazzjoni fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet tal-prevenzjoni tal-kunflitti għandhom ukoll jissaħħu.

(20) Fil-livelli kollha, mill-ippjanar strateġiku 'l fuq (upstream) sal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment 'l isfel (downstream), għandu jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI jkunu konformi ma' u jappoġġaw il-linji ta' politika esterni tal-UE u l-għanijiet ġenerali stipulati f'din id-Deċiżjoni. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza fl-azzjoni esterna tal-UE, għandu jkompli jissaħħaħ id-djalogu dwar il-politika u l-istrateġija bejn il-Kummissjoni u l-BEI, inkluż is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esterna (is-SEAE) filwaqt li l-Parlament Ewropew jinżamm infurmat kif xieraq. Il-Memorandum ta' Qbil li għandu jiġi rivedut fl-2013 biex tittejjeb il-kooperazzjoni u l-iskambju reċiproku bikri tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI u fil-livell operattiv għandu jibqa' jiġi applikat. L-iskambju bikri tal-opinjonijiet bejn il-BEI, u l-Kummissjoni, inkluż is-SEAE, skont kif ikun jixraq, għandu importanza partikolari fil-proċess tat-tħejjija tad-dokumenti tal-ipprogrammar sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-attivitajiet tagħhom. Il-BEI għandu jippromwovi ulterjorment il-prattika li jqiegħed l-uffiċċji fuq il-post tiegħu fid-delegazzjonijiet tal-UE sabiex tittejjeb din il-kooperazzjoni u jinqasmu l-ispejjeż operattivi. Il-kooperazzjoni fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-kwistjonijiet tal-prevenzjoni tal-kunflitti għandhom ukoll jissaħħu.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE għandhom ikunu appoġġati bi strumenti ġodda mill-2014, inkluż Regolament umbrella li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal azzjoni esterna. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza tal-appoġġ kumplessiv tal-Unjoni fir-reġjuni kkonċernati, l-opportunitajiet għandhom jinħatfu sabiex ilaqqgħu l-finanzjament mill-BEI u r-riżorsi baġitarji tal-Unjoni meta u fejn ikun xieraq, fil-forma ta' strumenti finanzjarji pprovduti fit-Titlu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u assistenza teknika għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġett, permezz ta' Strument għall-Assistenza Preadeżjonali II (IPA II),, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat (ENI), l-Istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (DCI), l-Istrument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, l-Istrument għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja , l-Istrument għall-Istabbilità, u l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari . Wara d-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE, il-Kummissjoni stabbiliet Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna bil-ħsieb li ttejjeb il-funzjonament tal-mekkaniżmi għat-taħlit tal-għotjiet u s-self barra l-Unjoni.

(21) Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE għandhom ikunu appoġġati bi strumenti ġodda mill-2014, inkluż Regolament umbrella li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal azzjoni esterna. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza tal-appoġġ kumplessiv tal-Unjoni fir-reġjuni kkonċernati, il-finanzjament mill-BEI għandu jkun kkombinat mar-riżorsi baġitarji tal-Unjoni meta u fejn ikun xieraq, fil-forma ta' strumenti finanzjarji pprovduti fit-Titolu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u assistenza teknika għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġett, permezz ta' Strument għall-Assistenza Preadeżjonali II (IPA II), l-Istrument Ewropew tal-Viċinat (ENI), l-Istrument ta' finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), l-Istrument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, l-Istrument għall-promozzjoni tad-Demokrazija u tad-Drittijiet tal-Bniedem madwar id-dinja, l-Istrument għall-Istabbilità, u l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari. Wara d-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE, il-Kummissjoni stabbiliet Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna bil-ħsieb li ttejjeb il-funzjonament tal-mekkaniżmi għat-taħlit tal-għotjiet u s-self barra l-Unjoni. Il-parteċipazzjoni tal-BEI fil-mekkaniżmi ta' taħlit għandha tkun konformi kompletament mal-objettivi tal-politika esterna tal-UE, il-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna u t-trasparenza.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni li ma jaqgħux fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna. Din il-kooperazzjoni tinkludi, fejn xieraq, il-kooperazzjoni dwar il-kondizzjonalità tas-settur u l-fiduċja reċiproka fuq proċeduri, l-użu ta' kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f'inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna. Tali koordinazzjoni u kooperazzjoni għandhom ifittxu li jimminimizzaw il-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrapożizzjoni bla bżonn. Il-Memorandum ta' Qbil bejn tliet partijiet ta' bejn il-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) fir-rigward tal-kooperazzjoni barra l-Unjoni, li jippermetti lill-Grupp tal-BEI u l-BERŻ jaġixxu b'mod kumplimentari billi wieħed jistrieħu fuq l-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom, ġie aġġornat fl-2012 biex ikopri l-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-BERŻ għar-reġjun tal-Mediterran u għandhom jibqgħu jiġu applikati. Il-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll meta l-finanzjament tal-BEI jiġi implimentat permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn.

(22) Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni li ma jaqgħux fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna. Din il-kooperazzjoni tinkludi, fejn xieraq, il-kooperazzjoni dwar il-kondizzjonalità tas-settur u l-fiduċja reċiproka fuq proċeduri, l-użu ta' kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f'inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna. Tali koordinazzjoni u kooperazzjoni għandhom ifittxu li jimminimizzaw il-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrapożizzjoni bla bżonn. Il-kooperazzjoni għandha tkun ibbażata strettament fuq il-prinċipju ta' reċiproċità. Il-Memorandum ta' Qbil bejn tliet partijiet ta' bejn il-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) fir-rigward tal-kooperazzjoni barra l-Unjoni, li jippermetti lill-Grupp tal-BEI u l-BERŻ jaġixxu b'mod kumplimentari billi jistrieħu fuq il-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom, ġie aġġornat fl-2012 biex ikopri l-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-BERŻ għar-reġjun tal-Mediterran u għandu jibqa' jiġi applikat. Il-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll meta l-finanzjment tal-BEI jiġi implimentat permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji multilaterali u bilaterali Ewropej u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn, inkluż fir-rigward tal-konsistenza mal-objettivi tal-politika esterna tal-UE, il-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna u t-trasparenza.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ sabiex iżid l-operazzjonijiet tiegħu u jiddiversifika l-operazzjonijiet tiegħu 'l barra mill-Unjoni mingħajr ma jirrikorri għall-garanzija tal-UE biex b'hekk l-użu tal-garanzija tal-UE jkun jista' jiġu ffukat fuq pajjiżi u proġetti ta' investiment b'aċċess fqir għas-suq, b'kunsiderazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tad-dejn, fejn il-garanzija tal-UE għalhekk tipprovdi aktar valur miżjud. Konsegwentement, u dejjem bil-għan li jappoġġa l-għanijiet tal-politiki esterni tal-Unjoni, il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ isellef għar-riskju proprju tiegħu, inkluż b'appoġġ għall-interessi ekonomiċi tal-Unjoni, fil-pajjiżi u favur proġetti ta' investiment meqjusa bħala kreditizji biżżejjed wara l-valutazzjoni tal-BEI u b'kunsiderazzjoni tar-riskju tiegħu stess tal-kapaċità ta' assorbiment.

(23) Il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ sabiex iżid l-operazzjonijiet tiegħu u jiddiversifika l-operazzjonijiet tiegħu 'l barra mill-Unjoni mingħajr ma jirrikorri għall-garanzija tal-UE biex b'hekk l-użu tal-garanzija tal-UE jkun jista' jiġu ffukat fuq pajjiżi u proġetti ta' investiment b'aċċess fqir għas-suq, b'kunsiderazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tad-dejn, fejn il-garanzija tal-UE għalhekk tipprovdi aktar valur miżjud. Il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ jiffoka l-operazzjonijiet tiegħu fejn jista' jkollu l-ogħla impatt f'termini ta' żvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli. Konsegwentement, u dejjem bil-għan li jappoġġa l-għanijiet tal-politiki esterni tal-Unjoni, il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ isellef għar-riskju proprju tiegħu, inkluż b'appoġġ għall-interessi ekonomiċi tal-Unjoni, fil-pajjiżi u favur proġetti ta' investiment meqjusa bħala kreditizji biżżejjed wara l-valutazzjoni tal-BEI u b'kunsiderazzjoni tar-riskju tiegħu stess tal-kapaċità ta' assorbiment.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-BEI għandu jespandi l-firxa ta' strumenti ta' finanzjament ġodda u innovattivi li joffri, anke permezz ta' aktar attenzjoni fuq l-iżvilupp ta' strumenti ta' garanzija. Barra minn hekk, il-BEI għandu jfittex attivament li jipparteċipa fi strumenti ta' kondiviżjoni tar-riskju u fl-iffinanzjar tas-suq kapitali tad-dejn ta' proġetti b'ħolqien stabbli u prevedibbli tal-fluss ta' flus. B'mod partikolari, huwa għandu jikkunsidra l-appoġġ għal strumenti tas-suq kapitali tad-dejn maħruġ jew mogħti għall-benefiċċju ta' proġett ta' investiment imwettaq fil-pajjiżi eliġibbli. Barra minn hekk, il-BEI għandu jżid il-forniment tiegħu ta' self fil-muniti lokali u joħroġ bonds fis-swieq lokali, sakemm il-pajjiżi benefiċjarji jdaħħlu fis-seħħ ir-riformi strutturali neċessarji, b'mod partikolari fis-settur finanzjarju, kif ukoll miżuri oħra li jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-BEI.

(24) Il-BEI għandu jespandi l-firxa ta' strumenti ta' finanzjament ġodda u innovattivi li joffri, anke permezz ta' aktar attenzjoni fuq l-iżvilupp ta' strumenti ta' garanzija. Barra minn hekk, il-BEI għandu jfittex attivament li jipparteċipa fi strumenti ta' kondiviżjoni tar-riskju u fl-iffinanzjar tas-suq kapitali tad-dejn ta' proġetti b'ħolqien stabbli u prevedibbli tal-fluss ta' flus. B'mod partikolari, huwa għandu jikkunsidra l-appoġġ għal strumenti tas-suq kapitali tad-dejn maħruġ jew mogħti għall-benefiċċju ta' proġett ta' investiment imwettaq fil-pajjiżi eliġibbli. Barra minn hekk, il-BEI għandu jżid il-forniment tiegħu ta' self fil-muniti lokali u joħroġ bonds fis-swieq lokali, sakemm il-pajjiżi benefiċjarji jdaħħlu fis-seħħ ir-riformi strutturali neċessarji, b'mod partikolari fis-settur finanzjarju, kif ukoll miżuri oħra li jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-BEI. Il-BEI għandu jistudja opportunitajiet għal kooperazzjoni mal-Kummissjoni u s-SEAE sabiex jappoġġa lill-awtoritajiet lokali fit-twettiq tar-riformi meħtieġa fis-settur finanzjarju tagħhom.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI b'appoġġ għall-politika esterna tal-Unjoni għandhom jkomplu jitwettqu f'konformità mal-prinċipji ta' prattika bankarja soda. Dawn għandhom ikomplu jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri ta' kontroll xierqa u l-konformità mal-istqarrija tal-BEI dwar l-istandards soċjali u ambjentali, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF). Fl-operazzjonijiet tiegħu ta' finanzjament, il-BEI għandu jimplimenta b'mod adegwat il-politiki tiegħu lejn ġurisdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef jew nonkooperattivi biex jikkontribwixxu għall-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus.

(25) L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI b'appoġġ għall-politika esterna tal-Unjoni għandhom jkomplu jitwettqu f'konformità mal-prinċipji ta' prattika bankarja soda. Dawn għandhom ikomplu jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri ta' kontroll xierqa u l-konformità mal-istqarrija tal-BEI dwar l-istandards soċjali u ambjentali, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF). Fl-operazzjonijiet tiegħu ta' finanzjament, il-BEI għandu jimplimenta b'mod adegwat il-politiki tiegħu lejn ġurisdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef jew nonkooperattivi biex jikkontribwixxu għall-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus. Il-BEI għandu wkoll, safejn ikun possibbli, isaħħaħ id-diversifikazzjoni tas-sħab finanzjarji tiegħu fil-pajjiżi fejn jopera u jħeġġeġ l-istabbiliment ta' sħubijiet pubbliċi-privati.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu li jissemma fil-paragrafu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jkunux adottaw deċiżjoni li tagħti garanzija tal-UE ġdida lill-BEI kontra t-telf imġarrab mill-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni, dan il-perjodu għandu jiġġedded awtomatikament b'sitt xhur.

 

5. Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu li jissemma fil-paragrafu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jkunux adottaw deċiżjoni li tagħti garanzija tal-UE ġdida lill-BEI kontra t-telf imġarrab mill-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni, dan il-perjodu għandu jiġġedded awtomatikament bi tnax-il xahar. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-proposta tagħha għal deċiżjoni għal garanzija ġdida sa mhux inqas minn tmintax-il xahar qabel l-iskadenza ta' din il-garanzija.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jkun hemm żmien biżżejjed sabiex jiġi deċiż dwar garanzija ġdida biex jiġi evitat ir-riskju li l-garanzija tiskadi qabel ma tittieħed deċiżjoni ġdida

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI koperti mill-garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2014-2020 ma għandux jaqbeż EUR 28 000 000 000. L-ammonti kanċellati ma jgħoddux mal-limitu.

1. Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI koperti mill-garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2014-2020 ma għandux jaqbeż EUR 30 000 000 0001. L-ammonti kanċellati ma jgħoddux mal-limitu.

Dan il-limitu massimu jinqasam fi:

Dan il-limitu massimu jinqasam fi:

(a) limitu fiss ta' ammont massimu ta' EUR 25 000 000 000;

(a) limitu fiss ta' ammont massimu ta' EUR 26 000 000 000;

(b) ammont addizzjonali opzjonali ta' EU 3 000 000 000.

(b) ammont addizzjonali opzjonali ta' EUR 4 000 000 000.

L-attivazzjoni kollha jew parzjali tal-ammont imsemmi fil-punt (b) u d-distribuzzjoni reġjonali tagħha tkun deċiża wara r-reviżjoni ta' nofs it-term skont l-Artikolu 18.

L-attivazzjoni kollha jew parzjali tal-ammont imsemmi fil-punt (b) u d-distribuzzjoni reġjonali tagħha tkun deċiża wara r-reviżjoni ta' nofs it-term skont l-Artikolu 18.

 

_______________

 

1 L-implikazzjonijiet għall-baġit ta' dan il-livell ġdid ta' limitu massimu m'għandhomx jinvolvu riallokazzjoni minn strumenti oħra f'Intestatura 4.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-iżvilupp ta' infrastruttura soċjali, ambjentali u ekonomiċi;

(b) l-iżvilupp ta' infrastruttura soċjali, ambjentali, ekonomika u tat-trasport;

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa skont din id-Deċiżjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 TUE u għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-Unjoni hija parti minnhom.

2. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa skont din id-Deċiżjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE u jappoġġawhom dejjem, kif imsemmija fl-Artikolu 21 TUE u għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-impenji u tal-ftehimiet internazzjonali, inklużi ftehimiet ambjentali li l-Unjoni hija parti minnhom.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi Preadeżjonali, il-pajjiżi Ġirien u l-Unjoni, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi ħdan l-oqsma koperti mill-għanijiet ġenerali kif imfissra fil-paragrafu 1.

3. L-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi inkluża b'mod partikolari l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi Preadeżjonali, il-pajjiżi Ġirien u l-Unjoni, għandha tkun għan bażiku tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi ħdan l-oqsma koperti mill-għanijiet ġenerali kif imfissra fil-paragrafu 1.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif definiti fil-lista ta' riċevituri tal-assistenza għall-iżvilupp uffiċjali (ODA) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu indirettament għall-għanijiet tal-politika tal-Unjoni fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp kif imsemmi fl-Artikolu 208 TUE.

4. Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif definiti fil-lista ta' riċevituri tal-assistenza għall-iżvilupp uffiċjali (ODA) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu, skont it-termini stabbiliti fl-istatut tiegħu, lejn l-implimentazzjoni tal-miżuri adottati mill-Parlament u l-Kunsill meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, fi ħdan il-qafas tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikoli 208 u 209 TFUE.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(a) jistgħu jinkludi l-appoġġ għall-proġetti ta' investiment min-naħa tal-SMEs tal-Unjoni.

5. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(a) jistgħu jinkludu l-appoġġ għall-proġetti ta' investiment min-naħa tal-SMEs tal-Unjoni. Il-BEI għandu jimmira lejn it-tisħiħ tas-settur privat lokali fil-pajjiżi benefiċjarji.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(b) għandhom jappoġġjaw il-proġetti ta' investiment fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, inkluża l-enerġija rinnovabbli, is-sistemi ta' trasformazzjoni tal-enerġija li jippermettu l-bidla għal teknoloġiji u fjuwils b'livell inqas intensiv tal-karbonju, is-sigurtà tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija, inkluż għall-produzzjoni u t-trasport tal-gass lejn is-suq tal-enerġija tal-UE, l-infrastruttura ambjentali, inkluż l-ilma u s-sanità u l-infrastruttura ekoloġika, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u anke it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband, is-saħħa u l-edukazzjoni.

6. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(b) għandhom jappoġġjaw il-proġetti ta' investiment fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, inkluża l-enerġija rinnovabbli, is-sistemi ta' trasformazzjoni tal-enerġija li jippermettu l-bidla għal teknoloġiji u fjuwils b'livell inqas intensiv tal-karbonju, is-sigurtà tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija sostenibbli, inkluż il-produzzjoni u t-trasport tal-gass lejn is-suq tal-enerġija tal-UE, l-infrastruttura għat-trażmissjoni tal-elettriku, b'mod partikolari interkonnessjonijiet li jiffaċilitaw l-integrazzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, l-infrastruttura ambjentali sostenibbli, inkluż l-ilma u s-sanità u l-infrastruttura ekoloġika, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u anke it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband, is-saħħa u l-edukazzjoni. Il-proġetti infrastrutturali li jikkollegaw lill-Unjoni u l-pajjiżi terzi u li jipprovdu benefiċċji ekonomiċi, tal-iżvilupp, soċjali u ambjentali reċiproċi għandhom jiġu kkunsidrati bi prijorità.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(c) għandhom jappoġġaw proġetti ta' investiment fil-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima li jikkontribwixxu għall-għan kumplessiv tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi titqawwa r-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli. Matul il-perjodu kopert mid-Deċiżjoni, il-volum ta' dawn l-operazzjonijiet għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 25 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha tal-BEI.

7. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(c) għandhom jappoġġaw proġetti ta' investiment fil-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima li jikkontribwixxu għall-għan kumplessiv tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi titqawwa r-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq ambjenti naturali fraġli ħafna, il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli - speċjalment fir-reġjun tal-fruntiera bejn ir-Russja u l-UE fit-Tramuntana estrema. Matul il-perjodu kopert mid-Deċiżjoni, il-volum ta' dawn l-operazzjonijiet għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 30 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha tal-BEI.

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. F'konformità mal-għanijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tat-tibdil fil-klima, għal qabel l-aħħar tal-2016, il-BEI, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni pubblika, għandu jaġġorna l-istrateġija tiegħu għat-tibdil fil-klima fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI.

8. F'konformità mal-għanijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tat-tibdil fil-klima, għal qabel l-aħħar tal-2016, il-BEI, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni pubblika, għandu jaġġorna l-istrateġija tiegħu għat-tibdil fil-klima fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI. Dan l-aġġornament għandu fost l-oħrajn jintegra azzjonijiet konkreti għat-tneħħija gradwali ta' proġetti ta' finanzjament li huma ta' detriment għall-ilħuq tal-objettivi tal-UE dwar il-klima u jżid l-isforzi li jappoġġaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli u effiċjenza enerġetika.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 17 rigward l-emendi għall-Anness III. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jissejsu fuq valutazzjoni ekonomika u politika kumplessiva, inklużi aspetti relatati mad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti.

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 17 rigward l-emendi għall-Anness III. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jissejsu fuq valutazzjoni ekonomika u politika kumplessiva, filwaqt li jiġu kkunsidrati b'mod partikolari l-aspetti relatati mad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha taġġorna, flimkien mal-BEI, linji gwida operattivi tekniċi reġjonali attwali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi żmien sena wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

1. Il-Kummissjoni għandha taġġorna, flimkien mal-BEI u b'kooperazzjoni mill-qrib mas-SEAE, il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali attwali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi żmien sena wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bl-aġġornament ta' dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom iqisu r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tad-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti. Is-SEAE għandu jiġi kkonsultat ukoll fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi, kif xieraq.

Bl-aġġornament ta' dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom iqisu r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti. Is-SEAE għandu jiġi kkonsultat ukoll fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi, u l-BEI għandu jimpenja ruħu mal-kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jitwettqu, fejn xieraq, b'kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn, sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji, il-kooperazzjoni u l-effiċjenza, sabiex jiġu żviluppati strumenti konġunti finanzjarji innovattivi, sabiex tiġi żgurata l-kondiviżjoni prudenti u raġonevoli tar-riskji u l-kondizzjonalità koerenti tal-proġetti ta' investiment u tas-settur u biex tkun minimizzata l-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrapożizzjoni bla bżonn.

1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jitwettqu, fejn xieraq, b'kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji multilaterali u bilaterali Ewropej, Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali u banek tal-iżvilupp reġjonali oħrajn, sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji, il-kooperazzjoni u l-effiċjenza, sabiex jiġu żviluppati strumenti konġunti finanzjarji innovattivi, sabiex tiġi żgurata l-kondiviżjoni prudenti u raġonevoli tar-riskji u l-kondizzjonalità koerenti tal-proġetti ta' investiment u tas-settur u biex tkun minimizzata l-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrapożizzjoni bla bżonn.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jistabbilixxu fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 13a metodu li jippermetti lill-BEI jidentifika, fi ħdan l-attività esterna tiegħu, l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni u l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati għar-riskju proprju tal-BEI. Il-metodu għandu jiġi bbażat fuq l-affidabbiltà kreditizja tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kif ivvalutati mill-BEI, ir-reġjuni u l-limiti kif definiti fl-Anness I, in-natura tal-kontroparti (jekk gvern/Stat, sottosovran kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew privat), il-kapaċità ta' assorbiment ta' riskju tal-BEI u kriterji rilevanti oħra, inkluż il-valur miżjud tal-Garanzija tal-UE.

5. Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jistabbilixxu fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 13a metodu ċar u trasparenti li jippermetti lill-BEI jidentifika, fi ħdan l-attività esterna tiegħu, l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni u l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati għar-riskju proprju tal-BEI. Il-metodu għandu jiġi bbażat fuq l-affidabbiltà kreditizja tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kif ivvalutati mill-BEI, ir-reġjuni u l-limiti kif definiti fl-Anness I, in-natura tal-kontroparti (jekk gvern/Stat, sottosovran kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew privat), il-kapaċità ta' assorbiment ta' riskju tal-BEI u kriterji rilevanti oħra, inkluż il-valur miżjud tal-Garanzija tal-UE.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-BEI għandu jwettaq analiżi approfondita ("due diligence") u, fejn ikun xieraq u f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni, jirrikjedi konsultazzjoni pubblika lokali xierqa, tal-aspetti tal-proġetti ta' investiment relatati mal-iżvilupp, koperti mill-garanzija tal-UE.

Il-BEI għandu jwettaq analiżi approfondita ("due diligence") u, f'konformità mal-prinċipji tal-leġiżlazzjoni soċjali u ambjentali tal-Unjoni, jirrikjedi konsultazzjoni pubblika lokali xierqa mal-partijiet interessati kollha rilevanti dwar l-aspetti ekonomiċi, soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem, ambjentali kif ukoll dawk relatati mal-iżvilupp, ta' proġetti ta' investiment koperti mill-garanzija tal-UE.

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti ta' investiment u tal-aspetti konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni tal-kunflitt, sabiex jiżguraw li dawk il-proġetti ta' investiment li jkunu sostenibbli ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment biss jiġu sostnuti skont din id-Deċiżjoni.

Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti ta' investiment u tal-aspetti konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, il-jeddijiet tax-xogħol, soċjali u ambjentali u l-prevenzjoni tal-kunflitt f'konformità mal-prinċipji tal-Unjoni u l-leġiżlazzjoni rilevanti tagħha, sabiex jiżguraw li dawk il-proġetti ta' investiment li jkunu sostenibbli ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment biss jiġu sostnuti skont din id-Deċiżjoni.

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Barra l-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament. B'mod partikolari, għandu jesiġi li l-promoturi tal-proġett iwettqu monitoraġġ bir-reqqa tul l-implimentazzjoni tal-proġett sat-tlestija tiegħu, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett ta' investiment fuq l-iżvilupp, l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem. Il-BEI għandu jivvaluta l-informazzjoni pprovduta mill-promoturi tal-proġett.

2. Barra l-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament. B'mod partikolari, għandu jesiġi li l-promoturi tal-proġett iwettqu monitoraġġ bir-reqqa tul l-implimentazzjoni tal-proġett sat-tlestija tiegħu, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett ta' investiment fuq l-ekonomija, l-iżvilupp, is-soċjetà, l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem. Il-BEI għandu jivvaluta b'mod sistematiku l-informazzjoni pprovduta mill-promoturi tal-proġett u wara l-iffirmar, jekk il-promotur jaqbel, għandu jagħmilha disponibbli għall-pubbliku. Fejn possibbli, għandhom jiġu ppubblikati rapporti ta' tlestija għal proġetti koperti mill-garanziji tal-UE.

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-finijiet tar-rappurtar tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa taħt din id-Deċiżjoni inklużi l-elementi kollha meħtieġa li jippermettu lill-Kummissjoni tirrapporta skont il-paragrafu 1. Il-BEI jista' wkoll jipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-Kunsill u l-Parlament Ewropew biex tingħata stampa komprensiva tal-attività esterna tal-BEI.

2. Għall-finijiet tar-rappurtar tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa taħt din id-Deċiżjoni u l-kontribut tagħhom għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi l-elementi kollha meħtieġa li jippermettu lill-Kummissjoni tirrapporta skont il-paragrafu 1. Il-BEI jista' wkoll jipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-Kunsill u l-Parlament Ewropew biex tingħata stampa komprensiva tal-attività esterna tal-BEI.

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, tal-inqas darba f'sena, bi programm multiannwali indikattiv tal-volum ippjanat ta' firem tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, sabiex tkun żgurata l-kompatibbiltà tat-tbassir tal-finanzjament tal-BEI mal-livelli massimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u għall-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat ippjanar baġitarju xieraq għall-forniment tal-Fond ta' garanzija. Il-Kummissjoni għandha tqis din il-previżjoni meta tkun qed tħejji l-abbozz tal-baġit.

5. Il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni, tal-inqas darba f'sena, bi programm multiannwali indikattiv tal-volum ippjanat ta' firem tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, sabiex tkun żgurata l-kompatibbiltà tat-tbassir tal-finanzjament tal-BEI mal-livelli massimi stabbiliti f'din id-Deċiżjoni u għall-Kummissjoni sabiex jiġi żgurat ippjanar baġitarju xieraq għall-forniment tal-Fond ta' garanzija. Il-Kummissjoni għandha tqis din il-previżjoni meta tkun qed tħejji l-abbozz tal-baġit. Abbażi tar-rappurtar annwali mill-BEI, il-Kummissjoni għandha tippreżenta ta' kull sena l-evalwazzjoni proprja tagħha lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew u tissuġġerixxi, jekk ikun meħtieġ, modi ta' kif tista' titjieb il-konformità. Matul ir-reviżjoni ta' nofs it-term għandha tiġi pprovduta evalwazzjoni ta' dan ir-rappurtar, inklużi modi dwar kif dan jista' jitjieb.

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Il-BEI għandu jibqa' jipprovdi lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni r-rapporti indipendenti ta' evalwazzjoni kollha tiegħu li jivvalutaw ir-riżultati prattiċi miksuba mill-attivitajiet speċifiċi tal-BEI skont din id-Deċiżjoni u mandati esterni oħrajn.

6. Il-BEI għandu jibqa' jipprovdi b'mod sistematiku lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni r-rapporti indipendenti ta' evalwazzjoni kollha tiegħu li jivvalutaw ir-riżultati prattiċi miksuba mill-attivitajiet speċifiċi tal-BEI skont din id-Deċiżjoni u mandati esterni oħrajn.

Emenda  39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skont il-politika ta' trasparenza tiegħu stess, il-BEI għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku fil-websajt tiegħu informazzjoni relatata ma':

1. Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-aċċess għal dokumenti u informazzjoni, il-BEI għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku fil-websajt tiegħu informazzjoni relatata ma':

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI kollha mwettqa taħt din id-Deċiżjoni u li b'mod partikolari tindika jekk proġett ta' investiment huwa kopert mill-garanzija tal-UE;

(a) l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI kollha mwettqa taħt din id-Deċiżjoni u li b'mod partikolari tindika jekk proġett ta' investiment huwiex kopert mill-garanzija tal-UE u kif jikkontribwixxi għall-miri tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li jiġi elenkat partikolarment l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tiegħu;

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) sakemm ikunu applikati rekwiżiti ta' kunfidenzjalità, kwalunkwe memoranda ta' qbil bejn il-BEI u Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej jew Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn li għandhom effett fuq l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt din id-Deċiżjoni.

(b) kwalunkwe memoranda ta' qbil bejn il-BEI u Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej jew Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn li għandhom effett fuq l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt din id-Deċiżjoni.

Emenda  42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) ftehimiet ta' qafas konklużi bejn il-BEI u pajjiż riċevitur.

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI għandu japplika l-prinċipji u l-istandards tad-Direttiva 2005/60/KE tas-26 ta' Ottubru 2005 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu1.

 

______________

 

1 ĠU L 309, 25.11.2005, p.15.

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn il-Kummissjoni tagħmel xi ħlas skont il-garanzija tal-UE, il-BEI, f'isem u fl-interess tal-Kummissjoni, għandu jsegwi l-irkupru tal-klejms għall-ammonti mħallsa.

1. Fejn il-Kummissjoni tagħmel xi ħlas skont il-garanzija tal-UE, il-BEI, f'isem u fl-interess tal-UE, għandu jsegwi l-irkupru tal-klejms għall-ammonti mħallsa.

Emenda  45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-EIB għandu jinforma lill-OLAF immedjatament meta, fi kwalunkwe stadju tal-preparazzjoni, l-implimentazzjoni jew l-għeluq tal-proġetti suġġett għall-garanzija tal-UE, jindividwa każ potenzjali ta' frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra li jistgħu jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE.

1. Il-BEI għandu jinforma lill-OLAF immedjatament meta, fi kwalunkwe stadju tal-preparazzjoni, l-implimentazzjoni jew l-għeluq tal-proġetti suġġett għall-garanzija tal-UE, jindividwa każ potenzjali ta' frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra li jistgħu jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE jew tal-Istati Membri. Il-BEI għandu jagħti attenzjoni partikolari lill-informazzjoni mogħtija minn informaturi b'rabta ma' każijiet potenzjali ta' frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra, biex b'hekk ikun jista' jkun hemm lok għal segwitu, spunt u ħarsien xierqa kontra tpattija.

Emenda  46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' kwalunkwe operazzjonijiet ta' finanzjament.

2. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' kwalunkwe operazzjonijiet ta' finanzjament. Jekk ikunu involuti l-interessi finanzjarji ta' Stat Membru, l-OLAF għandu jinforma immedjatament lill-gvern ta' dak l-Istat Membru. Fejn ikun hemm prova ta' korruzzjoni, il-BEI għandu jassisti fl-isforzi ta' rkupru tal-assi billi jiżvela lill-awtoritajiet rilevanti kwalunkwe assi miżmuma mill-BEI li jkunu jirrigwardaw tali korruzzjoni jew li nħolqu b'riżultat tagħha.

Emenda  47

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport intermedju li jevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fl-ewwel snin, akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta għal emenda tiegħu. Ir-rapport għandu jissejjes fuq evalwazzjoni esterna u l-kontribuzzjoni mill-BEI.

Sal-31 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport intermedju li jevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fl-ewwel snin, akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta għal emenda tiegħu. Ir-rapport għandu jissejjes fuq evalwazzjoni esterna u l-kontribuzzjoni mill-BEI.

Ġustifikazzjoni

Jekk ikun possibbli, jeħtieġ li jkun żgurat li t-EUR 3 biljun addizzjonali f'fondi jiġu rilaxxati f'waqthom.

Emenda  48

Proposta għal deċiżjoni

Anness I

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

A. Il-pajjiżi preadeżjonali: EUR 8,400,000,000;

A. Il-pajjiżi preadeżjonali: EUR 8,400,000,000;

B. Il-pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 12 400 000 000, imqassma fis-sottolimiti indikattivi li ġejjin:

B. Il-pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 13 200 000 000, imqassma fis-sottolimiti indikattivi li ġejjin:

(i) il-pajjiżi Mediterranji: EUR 8,400,000,000;

(i) il-pajjiżi Mediterranji: EUR 8,400,000,000;

(ii) l-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu t'Isfel u r-Russja: EUR 4,000,000,000;

(ii) l-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu t'Isfel u r-Russja: EUR 4,800,000,000;

C. l-Asja u l-Amerika Latina: EUR 3 600 000 000, imqassma fis-sottolimiti indikattivi li ġejjin:

C. l-Asja u l-Amerika Latina: EUR 3 800 000 000, imqassma fis-sottolimiti indikattivi li ġejjin:

(i) l-Amerika Latina: EUR 2,150,000,000;

(i) l-Amerika Latina: EUR 2,150,000,000;

(ii) l-Asja: EUR 1 200 000 000;

(ii) l-Asja: EUR 1,400,000,000;

(iii) l-Asja Ċentrali: EUR 250 000 000

(iii) l-Asja Ċentrali: EUR 250 000 000

D. l-Afrika t'Isfel: EUR 600 000 000.

D. l-Afrika t'Isfel: EUR 600 000 000.

Fi ħdan il-limitu ġenerali fiss, il-BEI għandu jitlob, fejn xieraq, lill-Kummissjoni biex taqbel li talloka mill-ġdid ammont sa 20 % tal-limiti massimi sottoreġjonali fi ħdan ir-reġjuni u sa 10 % tal-limiti massimi reġjonali bejn ir-reġjuni.

Fi ħdan il-limitu ġenerali fiss, il-BEI jista' jitlob, fejn xieraq, lill-Kummissjoni biex taqbel li talloka mill-ġdid ammont sa 20 % tal-limiti massimi sottoreġjonali fi ħdan ir-reġjuni u sa 20 % tal-limiti massimi reġjonali bejn ir-reġjuni. Id-deċiżjoni li tippermetti jew tiċħad ir-riallokazzjoni għandha tittieħed permezz ta' att delegat u, jekk ikun permess, teħtieġ li tkun konfermata mill-korp governattiv tal-BEI.

Emenda  49

Proposta għal deċiżjoni

Anness 3 – punt C – punt 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bangaladexx, il-Brunej, il-Kambodja, iċ-Ċina (inklużi Ħong Kong u r-Reġjuni Amministrattivi Speċjali tal-Makaw), l-Indja, l-Indoneżja, l-Iraq, il-Laos, il-Malasja, il-Maldive, il-Mongolja, il-Mjanmar, in-Nepal, il-Pakistan, il-Filippini, Singapor, il-Korea t'Isfel, is-Sri Lanka, it-Tajlandja, il-Vjetnam, il-Jemen

Il-Bangladexx, il-Brunej, il-Butan, il-Kambodja, iċ-Ċina (inklużi r-Reġjuni Amministrattivi Speċjali ta' Ħong Kong u tal-Makaw), l-Indja, l-Indoneżja, l-Iraq, il-Laos, il-Malasja, il-Maldive, il-Mongolja, il-Mjanmar, in-Nepal, il-Pakistan, il-Filippini, Singapor, il-Korea t'Isfel, is-Sri Lanka, it-Tajwan, it-Tajlandja, il-Vjetnam, il-Jemen

PROĊEDURA

Titolu

Garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti barra l-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2013)0293 – C7-0145/2013 – 2013/0152(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.6.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

10.6.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jacek Protasiewicz

17.6.2013

Eżami fil-kumitat

24.9.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bastiaan Belder, Elmar Brok, Jerzy Buzek, Tarja Cronberg, Arnaud Danjean, Mark Demesmaeker, Marietta Giannakou, Ana Gomes, Andrzej Grzyb, Liisa Jaakonsaari, Anneli Jäätteenmäki, Jelko Kacin, Tunne Kelam, Nicole Kiil-Nielsen, Maria Eleni Koppa, Andrey Kovatchev, Paweł Robert Kowal, Eduard Kukan, Vytautas Landsbergis, Krzysztof Lisek, Sabine Lösing, Marusya Lyubcheva, Willy Meyer, Francisco José Millán Mon, Annemie Neyts-Uyttebroeck, Pier Antonio Panzeri, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Mirosław Piotrowski, Bernd Posselt, Hans-Gert Pöttering, Cristian Dan Preda, Tokia Saïfi, György Schöpflin, Werner Schulz, Sophocles Sophocleous, Laurence J.A.J. Stassen, Charles Tannock, Nikola Vuljanić, Sir Graham Watson, Karim Zéribi

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Charalampos Angourakis, Jean-Jacob Bicep, Andrew Duff, Hélène Flautre, Elisabeth Jeggle, Jacek Protasiewicz, Dominique Vlasto, Paweł Zalewski

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vojtěch Mynář, Andreas Pitsillides, Vilja Savisaar-Toomast

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (16.10.2013)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament b'appoġġ għal proġetti ta' investiment barra l-Unjoni Ewropea.
(COM(2013)0293 – C7‑0145/2013 – 2013/0152(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Cristian Dan Preda

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Matul iż-żmien, il-funzjonament tal-garanzija tal-UE lill-BEI, li tkopri l-operazzjonijiet finanzjarji tiegħu b'appoġġ għal proġetti ta' investiment barra l-Unjoni (il-mandat estern ta' self lill-BEI), issaħħaħ b'mod konsiderevoli, bil-Parlament Ewropew jiżvolġi rwol importanti billi jipprovdi impetus għal bidliet siewja.

Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi elementi essenzjali diġà preżenti fil-mandat attwali dwar, pereżempju, referenzi għall-kontribut tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-BEI għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 21 TFUE, rekwiżiti ta' rappurtar, il-ħtieġa ta' valutazzjoni tal-impatt tal-iżvilupp, jew il-parteċipazzjoni tal-pubbliku. Ir-referenza għall-qafas Strateġiku tal-UE u għall-pjan ta' azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija li ġew adottati reċentement hi element pożittiv ieħor, kif ukoll l-għażla li saret mill-Kummissjoni li tiffoka l-mandat tal-BEI fuq benefiċjarji b'inqas affidabilità kreditizja fejn l-użu tal-garanzija juri l-ogħla valur miżjud.

Hemm, madankollu, skop għal aktar titjib tal-mandat estern ta' self tal-BEI, sabiex ikun żgurat li l-attivitajiet tal-Bank jipprovdu appoġġ aktar effettiv lill-politiki ta' żvilupp tal-Unjoni. Il-BEI għandu jitħeġġeġ jiffoka l-operazzjonijiet tiegħu fuq il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn u fejn jista' jkollu l-akbar impatt minn perspettiva ta' żvilupp. Fir-rigward tal-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali, li huma element ewlieni ta' din id-deċiżjoni sabiex tissaħħaħ il-konsistenza bejn l-azzjonjiet esterni tal-BEI u l-objettivi tal-politika esterna tal-UE, għandha titwaqqaf proċedura ċara biex jiġu aġġornati. Id-dispożizzjonijiet dwar appoġġ lill-SMEs permezz ta' self intermedju għandhom jirriflettu aħjar il-ħtieġa tal-impatti tal-iżvilupp, is-sjieda lokali u t-trasparenza. Fl-aħħar, għalkemm mhux l-inqas, għall-Kumitat għall-Iżvilupp, hu essenzjali li l-mandat estern tal-BEI jappoġġa l-iżvilupp trasversali u l-objettivi tad-drittijiet tal-bniedem u jiżgura impatti pożittivi ta' żvilupp fil-post. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta' dawn il-prinċipji, hu importanti li jinħoloq mekkaniżmu legali li jevalwa l-konformità mal-Artikolu 21 TFUE.

EMENDi

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra l-Unjoni b'appoġġ għal-linji tal-politika esterna tal-Unjoni. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkumplimentati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi riċevituri. Meta jwettaq dawn l-operazzjonijiet ta' finanzjament, il-BEI jikkontribwixxi għall-prinċipji ġenerali u l-objettivi ta' politika tal-Unjoni.

(1) Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra l-Unjoni b'appoġġ għal-linji tal-politika esterna tal-Unjoni. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkumplimentati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi riċevituri. Meta jwettaq dawn l-operazzjonijiet ta' finanzjament, il-BEI jikkontribwixxi għall-prinċipji ġenerali u l-objettivi ta' politika tal-Unjoni, inkluż l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan primarju li jinqered il-faqar.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Sabiex tiżdied il-koerenza u l-attenzjoni fuq l-attività ta' finanzjament estern tal-BEI ta' appoġġ politiku tal-Unjoni, u għall-benefiċċju massimu tal-benefiċjarji, id-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE stabbiliet għanijiet ġenerali għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fir-reġjuni u pajjiżi eleġibbli kollha, jiġifieri l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari b'appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), l-infrastruttura ekonomika u soċjali u l-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, biex b'hekk bniet fuq il-vantaġġi komparattivi tal-BEI f'oqsma fejn għandu rekord tajjeb ferm. Dawn l-għanijiet għandhom jinżammu f'din id-Deċiżjoni.

(10) Bil-għan li tiġi rispettata s-sjieda tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-investimenti kollha tal-BEI għandhom ikunu allinjati mal-istrateġiji nazzjonali ta' żvilupp. F'dan il-kuntest, sabiex tiżdied il-koerenza u l-attenzjoni fuq l-attività ta' finanzjament estern tal-BEI ta' appoġġ politiku tal-Unjoni, u għall-benefiċċju massimu tal-benefiċjarji, id-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE stabbiliet għanijiet ġenerali għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fir-reġjuni u pajjiżi eleġibbli kollha, jiġifieri l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari b'appoġġ għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEs), l-infrastruttura ekonomika u soċjali u l-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, biex b'hekk bniet fuq il-vantaġġi komparattivi tal-BEI f'oqsma fejn għandu rekord tajjeb ferm. Dawn l-għanijiet għandhom jinżammu f'din id-Deċiżjoni.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) It-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, inklużi l-SMEs mill-Unjoni li jinvestu fir-reġjuni koperti minn din id-Deċiżjoni, jista' jkollu rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad. Biex jilħaq b'mod effikaċi lill-SMEs, il-BEI għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji lokali fir-reġjuni u l-pajjiżi eliġibbli, b'mod partikulari biex jiżgura li parti mill-benefiċċji finanzjarji jiġu mgħoddija lill-klijenti tagħhom u jipprovdu valur miżjud meta mqabbel ma' sorsi oħra ta' finanzjament.

(11) It-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, inklużi l-SMEs mill-Unjoni li jinvestu fir-reġjuni koperti minn din id-Deċiżjoni, jista' jkollu rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad. Bil-għan li jiġi garantit li l-investimenti fis-settur privat ikollhom l-akbar impatt ta' żvilupp, dawn għandhom ikunu mmirati lejn l-intrapriżi lokali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw. Għal dan il-għan, biex jilħaq b'mod effikaċi lill-SMEs, il-BEI għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji lokali fir-reġjuni u l-pajjiżi eliġibbli, b'mod partikulari biex jiżgura li parti mill-benefiċċji finanzjarji jiġu mgħoddija lill-klijenti tagħhom u jipprovdu valur miżjud meta mqabbel ma' sorsi oħra ta' finanzjament. L-affidabbiltà tal-intermedjarji finanzjarji trid tiġi supplementata minn trasparenza akbar biex ikun garantit li dawn qegħdin jiġu involuti fi programmi li jkollhom impatt ċar ta' żvilupp. Il-BEI, partikolarment, għandu jkun inkoraġġit jaħdem b'intermedjarji finanzjarji li jkunu integrati fl-ekonomija lokali, u jiżgura li l-proġetti finanzjati permezz ta' intermedjarji jappoġġaw żvilupp sostenibbli u li l-operazzjonijiet isiru b'mod trasparenti. Il-BEI għandu jiżgura wkoll li l-finanzjament lis-settur privat isir fejn meħtieġ l-aktar, bil-kunsiderazzjoni tal-prijoritajiet tal-pajjiżi msieħba, b'rispett ta' istandards ambjentali u internazzjonali magħrufa.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Meta jopera skont il-Garanzija Komunitarja, il-BEI għandu jikkoopera biss mal-intermedjarji finanzjarji li ma joperawx f'ċentri finanzjarji offshore, li jkunu integrati fl-ekonomija lokali u li jkollhom il-mezzi biex jimplimentaw strateġija favur l-iżvilupp li tappoġġa l-ispeċifiċità tal-SMEs fil-pajjiżi kkonċernati. Il-BEI għandu jikkoopera biss mal-intermedjarji finanzjarji b'reputazzjoni tajba f'termini ta' trasparenza, frodi, korruzzjoni u impatti ambjentali u soċjali. Il-BEI, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, għandu jistabbilixxi lista stretta ta' kriterji eliġibbli ta' integrità għall-għażla tal-intermedjarji finanzjarji u tali lista għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-kopertura tal-garanzija tal-UE, li hija limitata għal riskji ta' natura sovrana u politika, mhix biżżejjed fiha nnifisha biex tiżgura attività sinifikanti tal-BEI bħala appoġġ għall-mikrofinanza. Għalhekk din l-attività, fejn xieraq, għandha titwettaq b'rabta mar-riżorsi baġitarji disponibbli taħt strumenti oħrajn.

(12) Il-kopertura tal-garanzija tal-UE, li hija limitata għal riskji ta' natura sovrana u politika, mhix biżżejjed fiha nnifisha biex tiżgura attività sinifikanti tal-BEI bħala appoġġ għall-mikrofinanza. Għalhekk din l-attività, fejn xieraq, għandha titwettaq b'rabta mar-riżorsi baġitarji disponibbli taħt strumenti oħrajn. Il-BEI għandu jiġi inkoraġġit wkoll isaħħaħ l-interventi tiegħu f'dan il-qasam permezz tas-sħab fil-livell lokali, b'mod li jippromovi t-tkabbir u jnaqqas il-faqar fil-pajjiżi fqar.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-BEI għandu jkompli jiffinanzja proġetti ta' investiment fl-oqsma ta' infrastruttura soċjali, ambjentali u ekonomiċi, u għandu jikkunsidra żieda fl-attività tiegħu b'appoġġ għas-saħħa u l-infrastruttura tal-edukazzjoni fejn ikun hemm valur miżjud ċar dan isir dan.

(13) Il-BEI għandu jkompli jiffinanzja proġetti ta' investiment fl-oqsma ta' infrastruttura soċjali, ambjentali u ekonomiċi, u għandu jżid l-attività tiegħu b'appoġġ għas-saħħa u l-infrastruttura tal-edukazzjoni fejn ikun hemm valur miżjud ċar biex isir dan, kif ukoll flimkien mal-promozzjoni tal-objettivi fundamentali tal-politika ta' żvilupp fit-tul tal-UE.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-BEI għandu jkompli wkoll jiffinanzja proġetti ta' investiment b'appoġġ għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, biex ikomplu jippromwovi l-miri klimatiċi tal-Unjoni fuq skala globali.

(14) Il-BEI għandu jkompli wkoll jiffinanzja proġetti ta' investiment b'appoġġ għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, biex ikomplu jippromwovi l-miri klimatiċi tal-Unjoni fuq skala globali. Għal dan il-għan, għandha tingħata prijorità lil proġetti tal-enerġija rinnovabbli deċentralizzati, mhux kollegati mal-grilja u fuq skala żgħira biex ikun assigurat li żoni rurali jkollhom aċċess għall-enerġija.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-miżuri prattiċi għall-irbit tal-objettivi ġenerali tal-garanzija tal-UE mal-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fil-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu konsistenti mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni. Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu riveduti u aġġornati ulterjurment wara r-reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni sabiex isir adattament għall-iżviluppi tal-politiki u l-prijoritajiet esterna tal-Unjoni.

(16) Il-miżuri prattiċi għall-irbit tal-objettivi ġenerali tal-garanzija tal-UE mal-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fil-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu konsistenti mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni. Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu aġġornati regolarment biex jinżammu konformi mal-prijoritajiet tal-Unjoni fir-reġjuni, kif definiti mill-Parlament Ewropew u mis-SEAE, kif ukoll mal-iżviluppi fil-pajjiżi eliġibbli. L-aġġornamenti għandhom isegwu proċess ta' konsultazzjoni mal-partijiet interessanti rilevanti. Anke l-linji gwida tekniċi reġjonali għandhom jiġu riveduti u aġġornati ulterjurment wara r-reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni sabiex jirriflettu l-iżviluppi tal-politiki u l-prijoritajiet esterni tal-Unjoni.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Filwaqt li l-forza tal-BEI tibqa d-distinzjoni tiegħu bħala bank tal-investiment, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li tħeġġeġ u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-Unjoni hija parti minnhom. B'mod partikolari, fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jippromwovu dawn li ġejjin: l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tagħhom f'dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom; B'mod partikolari, fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jippromwovu dawn li ġejjin: l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tagħhom f'dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom; l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tal-ekonomiji tagħhom fl-ekonomija dinjija; il-kampanja kontra l-faqar kif ukoll il-konformità mal-għanijiet approvati mill-Unjoni fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħrajn. Skont l-Artikolu 209(3) tat-Trattat, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jappoġġa indirettament il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tal-2015 tan-NU fir-reġjuni kollha fejn ikun attiv, bħala miżura meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.

(18) Filwaqt li l-forza tal-BEI tibqa d-distinzjoni tiegħu bħala bank tal-investiment, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li tħeġġeġ u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-Unjoni hija parti minnhom. B'mod partikolari, fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jippromwovu dawn li ġejjin: l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tagħhom f'dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom; B'mod partikolari, fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jippromwovu dawn li ġejjin: l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tagħhom f'dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom bl-għan ewlieni li jiġi eliminat il-faqar; l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tal-ekonomiji tagħhom fl-ekonomija dinjija; kif ukoll il-konformità mal-għanijiet approvati mill-Unjoni fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħrajn. Skont l-Artikolu 209(3) tat-Trattat, il-BEI għandu jappoġġa l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju (u wara l-2015, bi kwalunkwe objettiv ġdid ta' żvilupp li jkun intlaħaq qbil dwaru fil-livell internazzjonali u li jista' jimmodifika jew jissostitwixxi l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju) fir-reġjuni kollha fejn ikun attiv u fir-reġjuni kollha fejn se jkomplu jkun attiv jew jibda l-operazzjonijiet tiegħu wara l-2015, bħala miżura meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-attività tal-BEI taħt din id-Deċiżjoni għandha tappoġġja l-Aġenda għall-Bidla proposta mill-Kummissjoni u tkun koerenti mal-prinċipji rilevanti tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna deskritta fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005, l-aġenda ta' Accra għall-Azzjoni tal-2008 u l-ftehim ta' sħubija ta' Busan tal-2011. Barra minn hekk, din għandha tkun koerenti wkoll mal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012 u ftehimiet ambjentali internazzjonali inklużi impenji tal-bijodiversità. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta' għadd ta' mezzi konkreti, b'mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-BEI li jivvaluta l-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-soċjetà ċivili. F'dan il-kuntest, il-BEI għandu jimplimenta u jiżviluppa aktar il-qafas tat-Tkejjil tar-Riżultati (REM) li jipprovdi sett dettaljat ta' indikaturi tal-prestazzjoni li jkejlu l-impatt ekonomiku, ambjentali, soċjali, u l-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-investiment sottostanti. L-implimentazzjoni tar-REM għandha tiġi evalwata bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni. Meta jkun qed iwettaq id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' proġett ta' investiment, il-BEI għandu, meta jkun xieraq u f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni jobbliga lill-promotur tal-proġett ta' investiment iwettaq konsultazzjonijiet lokali u jiżvela r-riżultati lill-pubbliku. Ftehimiet ta' finanzjament mill-BEI li jinvolvu kontropartijiet pubbliċi għandhom jinkludu b'mod espliċitu l-possibilità li jissospendu l-iżborsamenti f'każ ta' revoka tal-eliġibbiltà taħt din id-Deċiżjoni tal-pajjiż li fih isir il-proġett ta' investiment.

(19) L-attività tal-BEI taħt din id-Deċiżjoni għandha tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp, tal-Aġenda għall-Bidla u tal-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna deskritta fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005, l-aġenda ta' Accra għall-Azzjoni tal-2008 u l-ftehim ta' sħubija ta' Busan tal-2011. Barra minn hekk, din għandha tkun koerenti wkoll mal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012 u ftehimiet ambjentali internazzjonali inklużi impenji tal-bijodiversità. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta' għadd ta' mezzi konkreti, b'mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-BEI li jivvaluta l-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-soċjetà ċivili. F'dan il-kuntest, il-BEI għandu jimplimenta u jiżviluppa aktar il-qafas tat-Tkejjil tar-Riżultati (REM) li jipprovdi sett dettaljat ta' indikaturi tal-prestazzjoni li jkejlu l-impatt ekonomiku, ambjentali, soċjali, u l-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-investiment sottostanti. L-implimentazzjoni tar-REM għandha tiġi evalwata bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni. Meta jkun qed iwettaq id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' proġett ta' investiment, il-BEI għandu, meta jkun xieraq u f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni jobbliga lill-promotur tal-proġett ta' investiment iwettaq konsultazzjonijiet lokali u jiżvela r-riżultati lill-pubbliku. Ftehimiet ta' finanzjament mill-BEI li jinvolvu kontropartijiet pubbliċi għandhom jinkludu b'mod espliċitu l-possibilità li jissospendu l-iżborsamenti f'każ ta' revoka tal-eliġibbiltà taħt din id-Deċiżjoni tal-pajjiż li fih isir il-proġett ta' investiment. Bi qbil mal-aġenda dwar l-effikaċja tal-iżvilupp, il-BEI għandu jiżgura li l-interventi tiegħu jkunu konsistenti mal-istrateġiji ta' żvilupp tal-pajjiżi benefiċjarji.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Fil-livelli kollha, mill-ippjanar strateġiku 'l fuq (upstream) sal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment 'l isfel (downstream), għandu jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta' finanzjament estern mill-BEI jkunu konformi ma' u jappoġġaw l-linji ta' politika esterni tal-UE u l-għanijiet ġenerali stipulati f'din id-Deċiżjoni. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza fl-azzjoni esterna tal-UE, għandu jkompli jissaħħaħ id-djalogu dwar il-politika u l-istrateġija bejn il-Kummissjoni u l-BEI, inkluż is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esternza(is-SEAE). Il-Memorandum ta' Qbil li għandu jiġi rivedut fl-2013 biex tittejjeb il-kooperazzjoni u l-iskambju reċiproku bikri tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI u fil-livell operattiv għandu jibqa' jiġi applikati. L-iskambju bikri tal-opinjonijiet bejn il-BEI, u l-Kummisjoni, inkluż is-SEAE, skont kif ikun jixraq, għandu importanza partikolari fil-proċess tat-tħejjija tad-dokumenti tal-ipprogrammar sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-attivitajiet tagħhom. Il-kooperazzjoni fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet tal-prevenzjoni tal-kunflitti għandhom ukoll jissaħħu.

(20) Fil-livelli kollha, mill-ippjanar strateġiku 'l fuq (upstream) sal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment 'l isfel (downstream), għandu jiġi żgurat li l-operazzjonijiet ta' finanzjament estern mill-BEI jkunu konformi ma' u jappoġġaw l-linji ta' politika esterni tal-UE u l-għanijiet ġenerali stipulati f'din id-Deċiżjoni. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza fl-azzjoni esterna tal-UE, għandu jkompli jissaħħaħ id-djalogu dwar il-politika u l-istrateġija bejn il-Kummissjoni u l-BEI, inkluż is-Servizz Ewropew ta' Azzjoni Esternza(is-SEAE). Il-Memorandum ta' Qbil li għandu jiġi rivedut fl-2013 biex tittejjeb il-kooperazzjoni u l-iskambju reċiproku bikri tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-BEI u fil-livell operattiv għandu jibqa' jiġi applikati. L-iskambju bikri fuq bażi sistematika tal-opinjonijiet bejn il-BEI, u l-Kummisjoni, inkluż is-SEAE, għandu importanza partikolari fil-proċess tat-tħejjija tad-dokumenti tal-ipprogrammar rilevanti sabiex jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn l-attivitajiet tagħhom. Il-kooperazzjoni fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet tal-prevenzjoni tal-kunflitti għandhom ukoll jissaħħu.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE għandhom ikunu appoġġati bi strumenti ġodda mill-2014, inkluż Regolament umbrella li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal azzjoni esterna. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza tal-appoġġ kumplessiv tal-Unjoni fir-reġjuni kkonċernati, l-opportunitajiet għandhom jinħatfu sabiex ilaqqgħu l-finanzjament mill-BEI u r-riżorsi baġitarji tal-Unjoni meta u fejn ikun xieraq, fil-forma ta' strumenti finanzjarji pprovduti fit-Titlu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u assistenza teknika għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġett, permezz ta' Strument għall-Assistenza Preadeżjonali II (IPA II),, l-Istrument Ewropew tal-Viċinat (ENI), l-Istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (DCI), l-Istrument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, l-Istrument għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja , l-Istrument għall-Istabbilità, u l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari . Wara d-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE, il-Kummissjoni stabbiliet Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna bil-ħsieb li ttejjeb il-funzjonament tal-mekkaniżmi għat-taħlit tal-għotjiet u s-self barra l-Unjoni.

(21) Ir-relazzjonijiet esterni tal-UE għandhom ikunu appoġġati bi strumenti ġodda mill-2014, inkluż Regolament umbrella li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għal azzjoni esterna. Bil-ħsieb li tiżdied il-koerenza tal-appoġġ kumplessiv tal-Unjoni fir-reġjuni kkonċernati, u bil-patt li l-attivitajiet ta' taħlit ikollhom impatt ta' żvilupp sostenibbli ċar, li jista' jkun monitorat b'mod effikaċi, il-finanzjament mill-BEI għandu jkun ikkumbinat mar-riżorsi baġitarji tal-Unjoni meta u fejn ikun xieraq, fil-forma ta' strumenti finanzjarji pprovduti fit-Titlu VIII tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 u assistenza teknika għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġett, permezz ta' Strument għall-Assistenza Preadeżjonali II (IPA II), l-Istrument Ewropew tal-Viċinat (ENI), l-Istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (DCI), l-Istrument ta' Sħubija għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi, l-Istrument għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja , l-Istrument għall-Istabbilità, u l-Istrument għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari. Wara d-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE, il-Kummissjoni stabbiliet Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna bil-ħsieb li ttejjeb il-funzjonament tal-mekkaniżmi għat-taħlit tal-għotjiet u s-self barra l-Unjoni. Il-parteċipazzjoni tal-BEI u ta' istituzzjonijiet finanzjarji oħra fil-mekkaniżmi ta' taħlit għandha tkun kompletament konformi mal-objettivi ta' żvilupp tal-Unjoni, il-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna u t-trasparenza.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni li ma jaqgħux fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna. Din il-kooperazzjoni tinkludi, fejn xieraq, il-kooperazzjoni dwar il-kondizzjonalità tas-settur u l-fiduċja reċiproka fuq proċeduri, l-użu ta' kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f'inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna. Tali koordinazzjoni u kooperazzjoni għandhom ifittxu li jimminimizzaw il-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrapożizzjoni bla bżonn. Il-Memorandum ta' Qbil bejn tliet partijiet ta' bejn il-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) fir-rigward tal-kooperazzjoni barra l-Unjoni, li jippermetti lill-Grupp tal-BEI u l-BERŻ jaġixxu b'mod kumplimentari billi wieħed jistrieħu fuq l-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom, ġie aġġornat fl-2012 biex ikopri l-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-BERŻ għar-reġjun tal-Mediterran u għandhom jibqgħu jiġu applikati. Il-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll meta l-finanzjment tal-BEI jiġi implimentat permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn.

(22) Il-mekkaniżmu ta' taħlit ta' self u ta' għotjiet jeħtieġ li jkun valutat partikolarment f'termini ta' żvilupp u addizzjonalità finanzjarja, ta' trasparenza u responsabbiltà, ta' sjieda lokali u ta' riskju ta' dejn. Bil-patt li jkollu impatt ta' żvilupp sostenibbli ċar, il-BEI għandu, fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni li ma jaqgħux fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Estern. Din il-kooperazzjoni tinkludi, fejn xieraq, il-kooperazzjoni dwar il-kondizzjonalità tas-settur u l-fiduċja reċiproka fuq proċeduri, l-użu ta' kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f'inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna. Tali koordinazzjoni u kooperazzjoni għandhom ifittxu li jimminimizzaw il-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrapożizzjoni bla bżonn. Il-Memorandum ta' Qbil bejn tliet partijiet ta' bejn il-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) fir-rigward tal-kooperazzjoni barra l-Unjoni, li jippermetti lill-Grupp tal-BEI u l-BERŻ jaġixxu b'mod kumplimentari billi wieħed jistrieħu fuq l-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom, ġie aġġornat fl-2012 biex ikopri l-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-BERŻ għar-reġjun tal-Mediterran u għandhom jibqgħu jiġu applikati. Il-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll meta l-finanzjment tal-BEI jiġi implimentat permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn, anke fir-rigward tal-konsistenza mal-objettivi tal-iżvilupp, mal-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna, mat-trasparenza u mal-iskrutinju demokratiku tal-Unjoni, filwaqt li jiżgura li dawk il-prinċipji jistgħu jkunu applikati wkoll minn istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u internazzjonali oħra.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ sabiex iżid l-operazzjonijiet tiegħu u jiddiversifika l-operazzjonijiet tiegħu 'l barra mill-Unjoni mingħajr ma jirrikorri għall-garanzija tal-UE biex b'hekk l-użu tal-garanzija tal-UE jkun jista' jiġu ffukat fuq pajjiżi u proġetti ta' investiment b'aċċess fqir għas-suq, b'kunsiderazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tad-dejn, fejn il-garanzija tal-UE għalhekk tipprovdi aktar valur miżjud. Konsegwentement, u dejjem bil-għan li jappoġġa l-għanijiet tal-politiki esterni tal-Unjoni, il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ isellef għar-riskju proprju tiegħu, inkluż b'appoġġ għall-interessi ekonomiċi tal-Unjoni, fil-pajjiżi u favur proġetti ta' investiment meqjusa bħala kreditizji biżżejjed wara l-valutazzjoni tal-BEI u b'kunsiderazzjoni tar-riskju tiegħu stess tal-kapaċità ta' assorbiment.

(23) Il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ sabiex iżid l-operazzjonijiet tiegħu u jiddiversifika l-operazzjonijiet tiegħu 'l barra mill-Unjoni mingħajr ma jirrikorri għall-garanzija tal-UE biex b'hekk l-użu tal-garanzija tal-UE jkun jista' jiġu ffukat fuq pajjiżi u proġetti ta' investiment b'aċċess fqir għas-suq, b'kunsiderazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tad-dejn, fejn il-garanzija tal-UE għalhekk tipprovdi aktar valur miżjud. Il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ jiffoka l-operazzjonijiet tiegħu fuq il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn u fejn dawn jista' jkollhom l-akbar impatt minn perspettiva ta' żvilupp. Konsegwentement, u dejjem bil-għan li jappoġġa l-għanijiet tal-politiki esterni tal-Unjoni, il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ isellef għar-riskju proprju tiegħu, inkluż b'appoġġ għall-interessi ekonomiċi tal-Unjoni, fil-pajjiżi u favur proġetti ta' investiment meqjusa bħala kreditizji biżżejjed wara l-valutazzjoni tal-BEI u b'kunsiderazzjoni tar-riskju tiegħu stess tal-kapaċità ta' assorbiment.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Il-BEI għandu jieħu miżuri xierqa biex jiżgura li, meta l-operazzjonijiet ta' finanzjament soġġetti għall-garanzija tal-UE, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jiġu mħarsa mill-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra u li l-OLAF ikollu l-jedd li jwettaq verifiki fuq il-post u spezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-benefiċjarji.

(26) Il-BEI għandu jieħu miżuri xierqa biex jiżgura li, meta l-operazzjonijiet ta' finanzjament soġġetti għall-garanzija tal-UE, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jiġu mħarsa mill-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni, il-ħasil ta' flus u kwalunkwe attività illegali oħra u li l-OLAF ikollu l-jedd li jwettaq verifiki fuq il-post u spezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-benefiċjarji. L-iżborsamenti tas-self għandhom jiġu sospiżi sakemm il-konstatazzjonijiet mill-investigazzjonijiet tal-OLAF isiru disponibbli u, meta jintwerew bil-provi attivitajiet illegali, il-BEI għandu jassisti fl-isforzi ta' rkupru tal-fondi użati indebitament.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa skont din id-Deċiżjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 TUE u għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-Unjoni hija parti minnhom.

2. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa skont din id-Deċiżjoni, għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 TUE u għandhom jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-Unjoni hija parti minnhom.

 

Il-korpi governattivi tal-BEI huma inkoraġġiti jieħdu l-miżuri neċessarji biex jadattaw il-mudell ta' attivitajiet tal-bank, inklużi r-riżorsi, il-preżenza lokali u r-rabta tiegħu mal-benefiċjarji, bil-għan li tiġi garantita l-effikaċja fis-sostenn tal-politiki esterni tal-UE u jiġu ssodisfati b'mod adegwat ir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Deċiżjoni.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif definiti fil-lista ta' riċevituri tal-assistenza għall-iżvilupp uffiċjali (ODA) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu indirettament għall-għanijiet tal-politika tal-Unjoni fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp kif imsemmi fl-Artikolu 208 TUE.

4. Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif definiti fil-lista ta' riċevituri tal-assistenza għall-iżvilupp uffiċjali (ODA) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-politika tal-Unjoni fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp kif imsemmi fl-Artikolu 208 TUE.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(a) jistgħu jinkludi l-appoġġ għall-proġetti ta' investiment min-naħa tal-SMEs tal-Unjoni.

5. Il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex isaħħaħ is-settur privat lokali fil-pajjiżi benefiċjarji. Biex jiġi garantit li l-investimenti fis-settur privat ikollhom l-akbar impatt ta' żvilupp, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(a) għandu jkollhom fil-mira l-kumpaniji lokali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, meta dan ikun possibbli, iżda jistgħu wkoll jinkludu l-appoġġ għall-proġetti ta' investiment min-naħa tal-SMEs tal-Unjoni

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(b) għandhom jappoġġjaw il-proġetti ta' investiment fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, inkluża l-enerġija rinnovabbli, is-sistemi ta' trasformazzjoni tal-enerġija li jippermettu l-bidla għal teknoloġiji u fjuwils b'livell inqas intensiv tal-karbonju, is-sigurtà tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija, inkluż għall-produzzjoni u t-trasport tal-gass lejn is-suq tal-enerġija tal-UE, l-infrastruttura ambjentali, inkluż l-ilma u s-sanità u l-infrastruttura ekoloġika, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u anke it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband, is-saħħa u l-edukazzjoni.

6. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(b) għandhom jappoġġjaw il-proġetti ta' investiment fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, inkluża l-enerġija rinnovabbli maqtugħa min-netwerk u deċentralizzata, is-sistemi ta' trasformazzjoni tal-enerġija li jippermettu l-bidla għal teknoloġiji u fjuwils b'livell inqas intensiv tal-karbonju, is-sigurtà tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija, inkluż għall-produzzjoni u t-trasport tal-gass lejn is-suq tal-enerġija tal-UE, l-infrastruttura ambjentali, inkluż l-ilma u s-sanità u l-infrastruttura ekoloġika, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u anke it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband, is-saħħa u l-edukazzjoni. Il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta' Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali għandha tiġi żgurata mill-BEI fl-istadji rilevanti differenti tal-proġetti.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(c) għandhom jappoġġaw proġetti ta' investiment fil-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima li jikkontribwixxu għall-għan kumplessiv tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi titqawwa r-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli. Matul il-perjodu kopert mid-Deċiżjoni, il-volum ta' dawn l-operazzjonijiet għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 25 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha tal-BEI.

7. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(c) għandhom jappoġġaw proġetti ta' investiment fil-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima li jikkontribwixxu għall-għan kumplessiv tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi titqawwa r-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli. Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-proġetti ta' azzjoni dwar il-klima għandhom ikunu disponibbli pubblikament u jkunu riflessi fl-istrateġija tat-tibdil fil-klima tal-BEI. Għal dan il-għan, għandha tiġi inkluża analiżi tal-marka tal-karbonju fil-proċedura tal-valutazzjoni ambjentali biex jiġi ddeterminat jekk il-proposti tal-proġett jimmassimizzawx it-titjib fl-effiċjenza enerġetika. Matul il-perjodu kopert mid-Deċiżjoni, il-volum ta' dawn l-operazzjonijiet għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 25 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha tal-BEI.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. F'konformità mal-għanijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tat-tibdil fil-klima, għal qabel l-aħħar tal-2016, il-BEI, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni pubblika, għandu jaġġorna l-istrateġija tiegħu għat-tibdil fil-klima fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI.

8. F'konformità mal-għanijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tat-tibdil fil-klima, għal qabel l-aħħar tal-2015, il-BEI, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni pubblika, għandu jaġġorna l-istrateġija tiegħu għat-tibdil fil-klima fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI barra l-Unjoni. L-istrateġija għandha tintegra azzjonijiet konkreti biex jitwaqqfu gradwalment proġetti ta' finanzjament li jkunu ta' detriment għall-ilħuq tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima, iżżid l-isforzi biex jiġu appoġġati s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, kif ukoll biex tittejjeb ir-reżiljenza klimatika tal-pajjiżi benefiċjarji, kif ukoll tkun soġġetta għal konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa f'pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim ta' qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali taħt liema għandhom jitwettqu dawn l-operazzjonijiet.

5. Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa f'pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim ta' qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali taħt liema għandhom jitwettqu dawn l-operazzjonijiet, inklużi l-istandards ambjentali, soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1 – l-ewwel subparagrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha taġġorna, flimkien mal-BEI, linji gwida operattivi tekniċi reġjonali attwali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi żmien sena wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

1. Il-Kummissjoni għandha taġġorna, flimkien mal-BEI, linji gwida operattivi tekniċi reġjonali attwali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi żmien sena wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu aġġornati wkoll fuq bażi annwali sabiex jitqiesu l-iżviluppi li jkunu qed isiru fil-pajjiżi tal-operat u l-bidliet fil-politiki esterni tal-Unjoni.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bl-aġġornament ta' dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom iqisu r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tad-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti. Is-SEAE għandu jiġi kkonsultat ukoll fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi, kif xieraq.

Bl-aġġornament ta' dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom iqisu r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tad-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti. Is-SEAE għandu jiġi kkonsultat ukoll fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi, kif xieraq. Il-konsultazzjonijiet, inkluż mas-soċjetà ċivili, għandhom ukoll ikunu parti mill-proċess ta' aġġornament.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) dokumenti strateġiċi tal-pajjiżi benefiċjarji;

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a. Il-BEI għandu jiżgura li l-interventi kollha tiegħu jkunu koerenti mal-istrateġiji tal-iżvilupp tal-pajjiżi benefiċjarji, u, fil-fażi ta' ppjanar u ta' implimentazzjoni tal-proġett, jesiġi konsultazzjonijiet xierqa mal-awtoritajiet nazzjonali u lokali tal-pajjiżi benefiċjarji, kif ukoll mas-soċjetà ċivili.

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jistabbilixxu fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 13a metodu li jippermetti lill-BEI jidentifika, fi ħdan l-attività esterna tiegħu, l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni u l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati għar-riskju proprju tal-BEI. Il-metodu għandu jiġi bbażat fuq l-affidabbiltà kreditizja tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kif ivvalutati mill-BEI, ir-reġjuni u l-limiti kif definiti fl-Anness I, in-natura tal-kontroparti (jekk gvern/Stat, sottosovran kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew privat), il-kapaċità ta' assorbiment ta' riskju tal-BEI u kriterji rilevanti oħra, inkluż il-valur miżjud tal-Garanzija tal-UE.

5. Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jistabbilixxu fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 13a metodu ċar u trasparenti li jippermetti lill-BEI jidentifika, fi ħdan l-attività esterna tiegħu, l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni u l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati għar-riskju proprju tal-BEI. Il-metodu għandu jiġi bbażat fuq l-affidabbiltà kreditizja tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kif ivvalutati mill-BEI, ir-reġjuni u l-limiti kif definiti fl-Anness I, in-natura tal-kontroparti (jekk gvern/Stat, sottosovran kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew privat), il-kapaċità ta' assorbiment ta' riskju tal-BEI u kriterji rilevanti oħra, inkluż il-valur miżjud tal-Garanzija tal-UE. Il-politika tal-allokazzjoni għandha tkun disponibbli għall-Parlament Ewropew fuq is-sit elettroniku tal-BEI, inkluża indikazzjoni ċara tal-użu, jew tan-nuqqas ta' użu, tal-garanzija tal-UE wara l-fażi tal-approvazzjoni.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1 – l-ewwel subparagrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-BEI għandu jwettaq analiżi approfondita ("due diligence") u, fejn ikun xieraq u f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni, jirrikjedi konsultazzjoni pubblika lokali xierqa, tal-aspetti tal-proġetti ta' investiment relatati mal-iżvilupp, koperti mill-garanzija tal-UE.

1. Il-BEI għandu jwettaq analiżi approfondita ("due diligence") u, f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali u d-dritt tal-Unjoni, jirrikjedi konsultazzjoni pubblika lokali xierqa, tal-aspetti tal-proġetti ta' investiment relatati mal-iżvilupp, koperti mill-garanzija tal-UE, inkluża valutazzjoni tal-kontribut għall-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, skont l-Artikolu 208 tat-TFUE.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Barra l-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament. B'mod partikolari, għandu jesiġi li l-promoturi tal-proġett iwettqu monitoraġġ bir-reqqa tul l-implimentazzjoni tal-proġett sat-tlestija tiegħu, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett ta' investiment fuq l-iżvilupp, l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem. Il-BEI għandu jivvaluta l-informazzjoni pprovduta mill-promoturi tal-proġett.

2. Barra l-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament. B'mod partikolari, għandu jesiġi li l-promoturi tal-proġett iwettqu monitoraġġ bir-reqqa tul l-implimentazzjoni tal-proġett sat-tlestija tiegħu, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett ta' investiment fuq l-iżvilupp, l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem. Il-BEI għandu jivvaluta b'mod sistematiku l-informazzjoni pprovduta mill-promoturi tal-proġett u jagħmilha disponibbli pubblikament bi qbil mal-Politika ta' Trasparenza. Għandhom ukoll jinħarġu rapporti tat-tlestija għal proġetti koperti mill-garanzija tal-UE.

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-monitoraġġ tal-BEI għandu jkopri wkoll, l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet intermedjati u l-prestazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji b'appoġġ għall-SMEs.

3. Il-monitoraġġ tal-BEI għandu jkopri wkoll, l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet intermedjati u l-impatt tal-prestazzjoni u l-iżvilupp tal-intermedjarji finanzjarji b'appoġġ għall-SMEs.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-BEI għandu jistabbilixxi sistema komprensiva ta' traċċar ta' monitoraġġ tat-tnaqqis relattiv u assolut tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra matul l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fejn l-emissjonijiet huma sinifikanti u d-dejta hija disponibbli.

4. Il-BEI għandu jistabbilixxi sistema komprensiva ta' traċċar ta' monitoraġġ tat-tnaqqis relattiv u assolut tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra matul l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI, waqt li jqis id-dejta disponibbli u l-prinċipju tal-prekawzjoni u bi qbil mal-metodoloġija pubblika disponibbli tal-BEI dwar il-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett serra.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa) valutazzjoni tal-impatt tas-self mill-BEI permezz ta' intermedjarji finanzjarji, inkluż il-kontribut tiegħu għall-qerda tal-faqar u għall-objettivi soċjali u ambjentali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni;

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Il-BEI għandu jirrapporta kull sena lill-Kummissjoni dwar l-operazzjonijiet tiegħu koperti mill-garanzija tal-UE u l-kontribut tagħhom għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 21 tat-TUE, inkluż ir-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-qerda tal-faqar u l-ġestjoni tar-riskji ambjentali. Fi żmien sena mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mas-SEAE, għandha tistabbilixxi metodoloġija għal dan ir-rappurtar. Abbażi tar-rappurtar annwali mill-BEI, il-Kummissjoni għandha tippreżenta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-evalwazzjoni tagħha stess u tissuġġerixxi, jekk ikun meħtieġ, modi kif tittejjeb il-konformità. Matul ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu, għandha tkun provduta valutazzjoni ta' dan ir-rappurtar, inklużi modi dwar kif dan jista' jitjieb.

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-EIB għandu jinforma lill-OLAF immedjatament meta, fi kwalunkwe stadju tal-preparazzjoni, l-implimentazzjoni jew l-għeluq tal-proġetti suġġett għall-garanzija tal-UE, jindividwa każ potenzjali ta' frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra li jistgħu jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE.

1. L-EIB għandu jinforma lill-OLAF immedjatament meta, fi kwalunkwe stadju tal-preparazzjoni, l-implimentazzjoni jew l-għeluq tal-proġetti suġġett għall-garanzija tal-UE, jindividwa każ potenzjali ta' frodi, korruzzjoni, ħasil ta' flus jew attività illegali oħra li jistgħu jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE.

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' kwalunkwe operazzjonijiet ta' finanzjament.

2. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni, ħasil tal-flus jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' kwalunkwe operazzjonijiet ta' finanzjament. L-iżborżamenti tas-self għandhom jiġu sospiżi fl-istennija tar-riżultati mill-investigazzjoni tal-OLAF. F'każ li tali att illegali jintwera bil-provi, il-BEI għandu jassisti fl-isforzi ta' rkupru tal-assi.

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-kuntratti ffirmati fir-rigward tal-proġetti suġġetti għall-garanzija tal-UE għandhom jinkludu klawsoli rigorużi li jippermettu s-sospensjoni tas-sostenn finanzjarju min-naħa tal-BEI favur il-promoturi u l-intermedjarji finanzjarji tal-proġett meta jkunu qegħdin isiru investigazzjonijiet formali għal frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra, kif ukoll il-kanċellazzjoni tiegħu f'każ li tintwera bil-provi tali attività illegali.

PROĊEDURA

Titolu

Garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta’ finanzjament li jappoġġaw proġetti barra l-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2013)0293 – C7-0145/2013 – 2013/0152(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.6.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

10.6.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Cristian Dan Preda

5.7.2013

Eżami fil-kumitat

28.8.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

14.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Ricardo Cortés Lastra, Nirj Deva, Catherine Grèze, Eva Joly, Filip Kaczmarek, Miguel Angel Martínez Martínez, Gay Mitchell, Norbert Neuser, Bill Newton Dunn, Maurice Ponga, Jean Roatta, Birgit Schnieber-Jastram, Michèle Striffler, Alf Svensson, Keith Taylor, Patrice Tirolien, Ivo Vajgl

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu, Enrique Guerrero Salom, Martin Kastler, Eduard Kukan, Cristian Dan Preda

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marino Baldini, Marc Tarabella

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (29.10.2013)

għal-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti barra l-Unjoni Ewropea
(COM(2013)0293 – C7‑0145/2013 – 2013/0152(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): Yannick Jadot

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

B'din il-proposta għal Deċiżjoni leġiżlattiva, il-Kummissjoni qed timmira li tiżgura l-kontinwazzjoni tal-garanzija tal-UE għall-finanzjament estern tal-BEI għall-perspettivi finanzjarji 2014-2020 li jmiss, filwaqt li tintroduċi xi tibdil li r-rapporteur jappoġġa bis-sħiħ, speċifikament l-iffukar tal-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-mandat fuq il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn ta' krediti, it-tisħiħ tad-dimensjoni tal-mandat relatata mat-tibdil fil-klima, u t-tisħiħ tal-koerenza tas-self estern tal-BEI mal-politiki u l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni.

Il-garanzija tal-UE għall-finanzjament estern tal-BEI hija strument importanti li tkattar l-istrateġiji politiċi tal-Unjoni fuq livell globali u tikkomplementa l-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna. Filwaqt li nirrikonoxxu bis-sħiħ il-progress enormi li kiseb il-BEI fis-snin riċenti fir-rigward tal-inkorporazzjoni tal-għanijiet tal-politiki ġodda tal-UE fl-operazzjonijiet tiegħu, irridu nibqgħu konxji tal-fatt li l-kredibbiltà esterna tal-Unjoni qed titqiegħed f'riskju kull darba li proġett jiġi ffinanzjat mill-BEI. Għalhekk, l-iskrutinju mill-Parlament u l-pubbliku ġenerali tal-operazzjonijiet ta' self tal-BEI jibqa' kruċjali.

Ir-Rapporteur jixtieq jaċċerta ruħu li d-Deċizjoni tirrifletti bis-sħiħ l-istandards li qed jevolvu fl-UE fir-rigward tat-trasparenza, il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati, il-konformità mal-obbligi tat-Trattati tal-UE, kif ukoll l-għanijiet li qed jevolvu fl-oqsma tal-iżvilupp u tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni. Minħabba l-fatt li r-rwol tal-BEI fil-kontribuzzjoni għall-iżvilupp qed jiżdied, huwa barra minn hekk aktar importanti li jkun żgurat li l-operazzjonijiet ta' self tiegħu tassew jilħqu l-benefiċjarji intenzjonati, li ħafna drabi jkunu intrapriżi żgħar u ta' daqs medju lokali, bl-intenzjoni li jissaħħu l-ekonomiji lokali. Minħabba f'hekk, hu partikolarment importanti li s-Self Globali amministrat minn intermedjarji finanzjarji fil-pajjiżi benefiċjarji jiġi soġġett għal sorveljanza u trasparenza aħjar.

Filwaqt li jirrikonoxxi n-natura speċifika tal-BEI, jiġifieri bank li jrid jibqa' kompetittiv fl-isfera tal-istituzzjonijiet finanzjarji, ir-Rapporteur huwa konvint li l-emendi proposti għad-Deċiżjoni kieku jżidu mas-suċċess tal-BEI u jallinjawh dejjem iktar mal-familja tal-istituzzjonijiet Ewropej u l-politika komuni tagħhom fl-oqsma tal-kummerċ u l-kooperazzjoni ekonomika.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra l-Unjoni b'appoġġ għal-linji tal-politika esterna tal-Unjoni. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkumplimentati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi riċevituri. Meta jwettaq dawn l-operazzjonijiet ta' finanzjament, il-BEI jikkontribwixxi għall-prinċipji ġenerali u l-objettivi ta' politika tal-Unjoni.

(1) Flimkien mal-missjoni ċentrali tiegħu li jiffinanzja l-investiment fl-Unjoni, li tibqa' l-prijorità u l-objettiv prinċipali tiegħu, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament barra l-Unjoni b'appoġġ għal-linji tal-politika esterna tal-Unjoni. Dan jippermetti li fondi baġitarji tal-UE disponibbli għar-reġjuni esterni jiġu kkomplementati mis-saħħa finanzjarja tal-BEI għall-benefiċċju tal-pajjiżi riċevituri. Meta jwettaq dawn l-operazzjonijiet ta' finanzjament, il-BEI jikkontribwixxi għall-prinċipji ġenerali u l-objettivi ta' politika tal-Unjoni.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) It-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, inklużi l-SMEs mill-Unjoni li jinvestu fir-reġjuni koperti minn din id-Deċiżjoni, jista' jkollu rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad. Biex jilħaq b'mod effikaċi lill-SMEs, il-BEI għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji lokali fir-reġjuni u l-pajjiżi eliġibbli, b'mod partikulari biex jiżgura li parti mill-benefiċċji finanzjarji jiġu mgħoddija lill-klijenti tagħhom u jipprovdu valur miżjud meta mqabbel ma' sorsi oħra ta' finanzjament.

(11) It-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, inklużi l-SMEs mill-Unjoni li jinvestu fir-reġjuni koperti minn din id-Deċiżjoni, jista' jkollu rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad. Biex jilħaq b'mod effikaċi lill-SMEs, il-BEI għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji lokali fir-reġjuni u l-pajjiżi eliġibbli, b'mod partikulari biex jiżgura li parti mill-benefiċċji finanzjarji jiġu mgħoddija lill-klijenti tagħhom u jipprovdu valur miżjud meta mqabbel ma' sorsi oħra ta' finanzjament. Permezz tal-ftehimiet ta' kooperazzjoni tiegħu mal-istituzzjonijiet intermedjarji, il-BEI għandu jiżgura li l-proġetti tal-klijenti tagħhom ikunu jistgħu jiġu kkontrollati permezz ta' kriterji li jirriflettu l-għanijiet għall-iżvilupp tal-Unjoni u l-istandards tal-Bank. L-attivitajiet tal-intermedjarji finanzjarji b'appoġġ għall-SMEs għandhom ikunu trasparenti għalkollox u jiġu kkontrollati regolarment mill-BEI.

Ġustifikazzjoni

L-investimenti għall-iżvilupp għandhom prinċipalment jaqdu l-bżonnijiet u l-aspirazzjonijiet lokali. Għal raġuni ta' sostenibilità, il-fondi ta' investiment għandhom jiġu bbilanċjati b'finanzjament lokali. Is-sostenn barrani għandu jappoġġa ż-żieda fl-iskala tal-inizjattivi lokali li jkunu rnexxew u d-duplikazzjoni tagħhom fi mkejjen oħra. L-SMEs jiżvolġu rwol importanti f'dan ir-rigward fil-qafas tas-“Self Globali” tal-BEI lill-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji li jsellfu l-fondi mislufa lill-benefiċjarji finali. Madankollu, l-intermedjarji ta' spiss ma jkunux orjentati lejn l-iżvilupp jew l-SMEs, filwaqt li s-Self Globali jġib miegħu anqas trasparenza u diliġenza dovuta. Jeħtieġ li din il-kwistjoni tiġi indirizzata.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-BEI għandu jinvesti fir-riċerka u l-innovazzjoni mill-SMEs bħala mezz ta' appoġġ għall-iżvilupp lokali.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-BEI għandu jkompli jiffinanzja proġetti ta' investiment fl-oqsma ta' infrastruttura soċjali, ambjentali u ekonomiċi, u għandu jikkunsidra żieda fl-attività tiegħu b'appoġġ għas-saħħa u l-infrastruttura tal-edukazzjoni fejn ikun hemm valur miżjud ċar dan isir dan.

(13) Il-BEI għandu jkompli jiffinanzja proġetti ta' investiment fl-oqsma ta' infrastruttura soċjali, ambjentali u ekonomika, u għandu progressivament iżid l-attività tiegħu b'appoġġ għall-infrastruttura tas-saħħa u tal-edukazzjoni b'mod konformi mal-objettivi tal-politika ta' żvilupp tal-Unjoni u l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Fl-oqsma koperti mill-għanijiet ġenerali, l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi, b'mod partikolari l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-Unjoni, għandha tkun għan bażiku għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI. Fl-oqsma msemmija hawn fuq, il-BEI għandu jkun kapaċi jappoġġa lill-pajjiżi msieħba permezz ta' investimenti diretti barranin minn kumpaniji fl-Unjoni li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija u l-għarfien, dejjem jekk tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta matul id-diliġenza xierqa tal-proġetti ta' investiment sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji li l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI jwasslu għal riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi fl-Unjoni. Il-BEI għandu wkoll jiġi mħeġġeġ biex jagħti l-appoġġ tiegħu għall-investiment dirett barrani fil-pajjiżi msieħba minn kumpaniji tal-Unjoni għar-riskju tiegħu stess.

(15) L-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi, inkluża l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali u l-Unjoni, minn naħa u l-pajjiżi tal-Viċinat u l-Unjoni, min-naħa l-oħra, għandha tkun għan bażiku għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fl-oqsma koperti mill-objettivi ġenerali bħat-trasport, l-enerġija, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-ġestjoni tar-riżorsi naturali. Fl-oqsma msemmija hawn fuq, il-BEI għandu jkun kapaċi jappoġġa lill-pajjiżi sħab permezz ta' investimenti diretti barranin minn kumpaniji fl-Unjoni li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija u l-għarfien, dejjem jekk tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta matul id-diliġenza xierqa tal-proġetti ta' investiment sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji li l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI jwasslu għal riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi fl-Unjoni. Il-BEI għandu wkoll jiġi mħeġġeġ biex jagħti l-appoġġ tiegħu għall-investiment dirett barrani fil-pajjiżi sħab minn kumpaniji tal-Unjoni għar-riskju tiegħu stess.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Meta jkun qed jappoġġa l-proġetti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fil-pajjiżi terzi eliġibbli, il-BEI għandu jqis il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-G20 f'Pittsburgh għall-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji ta' ħsara għall-ambjent jew għall-ekonomija, inklużi dawk għall-fjuwils fossili, u għall-prevenzjoni tal-finanzjament ta' proġetti li jista' jkollhom impatt negattiv fuq it-trawwim ta' dan l-għan.

Ġustifikazzjoni

Il-BEI għandu jgħin fit-trasformazzjoni tal-industrija u l-infrastruttura pubblika biex jitrażżnu l-emissjonijiet u jinbnew sistemi ta' produzzjoni aktar demokratiċi, sostenibbli u fuq skala żgħira, kif ukoll netwerks ta' distribuzzjoni aktar demokratiċi, effikaċi u kontrollabli.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-miżuri prattiċi għall-irbit tal-objettivi ġenerali tal-garanzija tal-UE mal-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fil-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu konsistenti mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni. Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu riveduti u aġġornati ulterjurment wara r-reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni sabiex isir adattament għall-iżviluppi tal-politiki u l-prijoritajiet esterna tal-Unjoni.

(16) Il-miżuri prattiċi għall-irbit tal-objettivi ġenerali tal-garanzija tal-UE mal-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fil-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 TUE u mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni. Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu eżaminati mill-ġdid u aġġornati ulterjurment wara r-reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni sabiex isir adattament għall-iżviluppi tal-politiki u l-prijoritajiet esterni tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-iżvilupp tal-Linji Gwida Operattivi Tekniċi Reġjonali huwa li titrawwem il-konsistenza tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI mal-għanijiet tal-politika esterna tal-UE. Għalhekk għandu jkun element essenzjali tal-mandat il-ġdid. Anke l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet fuq livell nazzjonali u lokali fil-pajjiżi benefiċjarji għandhom jiġu involuti b'mod regolari fil-proċessi ta' konsultazzjoni biex jipprovdu informazzjoni dwar id-definizzjonijiet tal-prijoritajiet.

Emenda 8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) F'konformità mal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI, l-applikazzjonijiet li jsiru direttament lill-BEI għal operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa taħt din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-opinjoni dwar il-konformità mal-leġiżlazzjoni u l-politiki rilevanti tal-UE. F'każ li l-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva dwar operazzjoni ta' finanzjament mill-BEI fil-qafas tal-proċedura tal-Artikolu 19, l-operazzjoni m'għandhiex tkun koperta bil-garanzija tal-UE.

(17) F'konformità mal-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI, l-applikazzjonijiet li jsiru direttament lill-BEI għal operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI biex jitwettqu skont din id-Deċiżjoni, għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għal opinjoni dwar il-konformità mal-leġiżlazzjoni u l-politiki rilevanti tal-UE. F'każ li l-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva dwar operazzjoni ta' finanzjament mill-BEI fil-qafas tal-proċedura tal-Artikolu 19, l-operazzjoni m'għandhiex tkun koperta bil-garanzija tal-UE jew minn kwalunkwe strument finanzjarju kopert mir-riżorsi proprji tal-BEI.

Ġustifikazzjoni

Il-BEI m'għandux jikkunsidra li jiffinanzja proġett li jkun irċieva tweġiba negattiva mill-Kummissjoni Ewropea fil-qafas tal-proċedura tal-Artikolu 19. Huwa ddikjarat b'mod ċar fl-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI li l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-konformità tal-operazzjonijiet tal-BEI mal-leġiżlazzjoni u l-politiki relevanti tal-UE trid tiġi rispettata mill-Bank.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Filwaqt li l-forza tal-BEI tibqa d-distinzjoni tiegħu bħala bank tal-investiment, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li tħeġġeġ u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-Unjoni hija parti minnhom. B'mod partikolari, fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jippromwovu dawn li ġejjin: l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tagħhom f'dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom; l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tal-ekonomiji tagħhom fl-ekonomija dinjija; il-kampanja kontra l-faqar kif ukoll il-konformità mal-għanijiet approvati mill-Unjoni fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħrajn. Skont l-Artikolu 209(3) tat-Trattat, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jappoġġa indirettament il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tal-2015 tan-NU fir-reġjuni kollha fejn ikun attiv, bħala miżura meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.

(18) Filwaqt li l-forza tal-BEI tibqa' l-mudell distintiv tiegħu ta' istituzzjoni finanzjarja internazzjonali ta' sjieda pubblika li l-mandat tagħha huwa li tipprovdi self fit-tul b'mod li jintlaħqu l-miri politiki stabbiliti mill-azzjonisti tagħha, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li tħeġġeġ u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-Unjoni hija parti minnhom. Barra minn hekk, l-azzjonijiet tal-BEI għandhom ikunu konformi mal-Artikolu 3(5) tat-Trattat dwar l-UE li, kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea fil-21 ta' Diċembru 2011 fis-sentenza tagħha dwar l-ATAA, jirrikjedi li l-Unjoni tikkontribwixxi għall-osservanza stretta tad-dritt internazzjonali, u b'mod partikolari l-prinċipji tal-Karta tan-NU; Fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jippromwovu dawn li ġejjin: l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tagħhom f'dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom; l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tagħhom fl-ekonomija dinjija; il-kampanja kontra l-faqar, it-tnaqqis tal-faqar u l-insigurtà alimentari, kif ukoll il-konformità mal-għanijiet approvati mill-Unjoni fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħrajn. Skont l-Artikolu 209(3) tat-Trattat, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jappoġġa l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tal-2015 tan-NU fir-reġjuni kollha fejn ikun attiv, waqt li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-miżuri meħtieġa biex tiġi avvanzata l-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-attività tal-BEI taħt din id-Deċiżjoni għandha tappoġġja l-Aġenda għall-Bidla proposta mill-Kummissjoni u tkun koerenti mal-prinċipji rilevanti tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna deskritta fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005, l-aġenda ta' Accra għall-Azzjoni tal-2008 u l-ftehim ta' sħubija ta' Busan tal-2011. Barra minn hekk, din għandha tkun koerenti wkoll mal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012 u ftehimiet ambjentali internazzjonali inklużi impenji tal-bijodiversità. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta' għadd ta' mezzi konkreti, b'mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-BEI li jivvaluta l-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-soċjetà ċivili. F'dan il-kuntest, il-BEI għandu jimplimenta u jiżviluppa aktar il-qafas tat-Tkejjil tar-Riżultati (REM) li jipprovdi sett dettaljat ta' indikaturi tal-prestazzjoni li jkejlu l-impatt ekonomiku, ambjentali, soċjali, u l-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-investiment sottostanti. L-implimentazzjoni tar-REM għandha tiġi evalwata bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni. Meta jkun qed iwettaq id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' proġett ta' investiment, il-BEI għandu, meta jkun xieraq u f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni jobbliga lill-promotur tal-proġett ta' investiment iwettaq konsultazzjonijiet lokali u jiżvela r-riżultati lill-pubbliku. Ftehimiet ta' finanzjament mill-BEI li jinvolvu kontropartijiet pubbliċi għandhom jinkludu b'mod espliċitu l-possibilità li jissospendu l-iżborsamenti f'każ ta' revoka tal-eliġibbiltà taħt din id-Deċiżjoni tal-pajjiż li fih isir il-proġett ta' investiment.

(19) L-attività tal-BEI taħt din id-Deċiżjoni għandha tappoġġa l-Aġenda għall-Bidla proposta mill-Kummissjoni u tkun koerenti mal-prinċipji rilevanti tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna deskritti fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005, l-aġenda ta' Accra għall-Azzjoni tal-2008 u l-ftehim ta' sħubija ta' Busan tal-2011. Barra minn hekk, din għandha tkun koerenti wkoll mal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012 u ftehimiet ambjentali internazzjonali inklużi impenji tal-bijodiversità. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta' għadd ta' mezzi konkreti, b'mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-BEI li jivvaluta l-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-soċjetà ċivili. F'dan il-kuntest, il-BEI għandu jimplimenta u jiżviluppa aktar il-qafas tat-Tkejjil tar-Riżultati (REM) li jipprovdi sett dettaljat ta' indikaturi tal-prestazzjoni li jkejlu l-impatt ekonomiku, ambjentali, soċjali, u l-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-investiment sottostanti. L-implimentazzjoni tar-REM għandha tiġi evalwata bħala parti mir-rieżami ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni. Meta jkun qed iwettaq id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' proġett ta' investiment, il-BEI għandu, f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni, kif ukoll b'rispett sħiħ tal-leġiżlazzjoni u tal-istandards ambjentali u soċjali tal-pajjiż benefiċjarju, jobbliga lill-promotur tal-proġett ta' investiment iwettaq konsultazzjonijiet lokali u jiżvela r-riżultati lill-pubbliku. Ftehimiet ta' finanzjament mill-BEI li jinvolvu kontropartijiet pubbliċi għandhom jinkludu b'mod espliċitu l-possibilità li jissospendu l-iżborsamenti f'każ ta' revoka tal-eliġibbiltà taħt din id-Deċiżjoni tal-pajjiż li fih isir il-proġett ta' investiment.

Ġustifikazzjoni

M'għandu jkun hemm l-ebda eżenzjoni fir-rigward tal-obbligu għall-promoturi tal-proġetti li jwettqu d-diliġenza dovuta u jiżguraw li l-proġetti appoġġati mill-BEI jkunu għal kollox konformi mal-prinċipji ambjentali u soċjali tal-UE. Skont l-imsemmija Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005 u l-Aġenda ta' Accra għall-Azzjoni tal-2008, l-azzjonijiet esterni tal-BEI għandhom ukoll ikunu konsistenti mal-istrateġiji tal-iżvilupp tal-pajjiżi benefiċjarji.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni li ma jaqgħux fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna. Din il-kooperazzjoni tinkludi, fejn xieraq, il-kooperazzjoni dwar il-kondizzjonalità tas-settur u l-fiduċja reċiproka fuq proċeduri, l-użu ta' kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f'inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna. Tali koordinazzjoni u kooperazzjoni għandhom ifittxu li jimminimizzaw il-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrapożizzjoni bla bżonn. Il-Memorandum ta' Qbil bejn tliet partijiet ta' bejn il-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) fir-rigward tal-kooperazzjoni barra l-Unjoni, li jippermetti lill-Grupp tal-BEI u l-BERŻ jaġixxu b'mod kumplimentari billi wieħed jistrieħu fuq l-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom, ġie aġġornat fl-2012 biex ikopri l-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-BERŻ għar-reġjun tal-Mediterran u għandhom jibqgħu jiġu applikati. Il-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll meta l-finanzjment tal-BEI jiġi implimentat permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn.

(22) Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni li jaqgħu fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fil-Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna, u biex jippromwovi l-introduzzjoni ta' standards komuni ta' governanza u kriterji ta' evalwazzjoni komuni. Din il-kooperazzjoni tinkludi, fejn xieraq, il-kooperazzjoni dwar il-kondizzjonalità tas-settur u l-fiduċja reċiproka fuq proċeduri, l-użu ta' kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f'inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna. Tali koordinazzjoni u kooperazzjoni għandhom ifittxu li jimminimizzaw il-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrapożizzjoni bla bżonn. Il-Memorandum ta' Qbil bejn tliet partijiet ta' bejn il-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) fir-rigward tal-kooperazzjoni barra l-Unjoni, li jippermetti lill-Grupp tal-BEI u l-BERŻ jaġixxu b'mod komplementari billi jistrieħu fuq il-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom, ġie aġġornat fl-2012 biex ikopri l-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-BERŻ għar-reġjun tal-Mediterran u għandhom jibqgħu jiġu applikati. Il-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll meta l-finanzjament tal-BEI jiġi implimentat permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn jew mal-aġenziji għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni tal-Istati Membri, bħall-Agence Française de Développement (AFD), id-Deutsche Gesellschaft für Technische Zusammenarbeit (GTZ) u d-Department for International Development (DFID).

 

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Il-BEI għandu jespandi l-provvediment tiegħu ta' assistenza teknika lill-benefiċjarji, bil-ħsieb li jappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-iżvilupp ekonomiku, ambjentali, soċjali u politiku fil-livell lokali.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI b'appoġġ għall-politika esterna tal-Unjoni għandhom jkomplu jitwettqu f'konformità mal-prinċipji ta' prattika bankarja soda. Dawn għandhom ikomplu jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri ta' kontroll xierqa u u l-konformità mal-istqarrija tal-BEI dwar l-istandards soċjali u ambjentali, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF), Fl-operazzjonijiet tiegħu ta' finanzjament, il-BEI għandu jimplimenta b'mod adegwat il-politiki tiegħu lejn ġurisdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef jew nonkooperattivi biex jikkontribwixxu fil-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus.

(25) L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI b'appoġġ għall-politika esterna tal-Unjoni għandhom ikomplu jitwettqu f'konformità mal-prinċipji ta' prattika bankarja soda. Dawn għandhom ikomplu jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri ta' kontroll xierqa u l-konformità mal-istqarrija tal-BEI dwar l-istandards soċjali u ambjentali, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF). Fl-operazzjonijiet tiegħu ta' finanzjament, il-BEI għandu jevita kull tip ta' kooperazzjoni diretta jew indiretta ma' ġurisdizzjonijiet regolati b'mod dgħajjef jew nonkooperattivi biex jikkontribwixxi għall-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus u għandu jsegwi l-kriterji l-aktar riċenti tal-Kummissjoni Ewropea għall-identifikazzjoni tal-ġurisdizzjonijiet li ma jissodisfawx l-istandards minimi ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-BEI jeħtieġ jieħu ħsieb, meta jagħżel il-proġetti, li jissalvagwardja l-interess Ewropew.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif definiti fil-lista ta' riċevituri tal-assistenza għall-iżvilupp uffiċjali (ODA) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu indirettament għall-għanijiet tal-politika tal-Unjoni fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp kif imsemmi fl-Artikolu 208 TUE.

4. Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif definiti fil-lista ta' riċevituri tal-assistenza għall-iżvilupp uffiċjali (ODA) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD), l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-politika tal-Unjoni fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp kif imsemmi fl-Artikolu 208 TUE.

Ġustifikazzjoni

Il-kelma “indirettament” mhix ċara f'dan il-kuntest. Il-BEI għandu, fil-prinċipju, jagħmel ħiltu biex jappoġġa l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp kif imsemmi fl-Artikolu 208 TFUE. Mhux ġustifikat li l-appoġġ tal-BEI jkun limitat biss għall-appoġġ indirett, speċjalment jekk dan l-appoġġ ma jkunx definit.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa f'pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim ta' qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali taħt liema għandhom jitwettqu dawn l-operazzjonijiet.

5. Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa f'pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali taħt liema għandhom jitwettqu dawn l-operazzjonijiet. Il-kondizzjonijiet legali skont liema għandhom jitwettqu l-operazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll l-istandards ambjentali, soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol.

Ġustifikazzjoni

Il-ftehimiet qafas konklużi bejn il-BEI u l-pajjiżi riċevituri jinkludu, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni, il-konvertibilità tal-munita, it-trasferiment tal-fondi, it-trattament doganali u fiskali tal-proġetti, il-proċess tat-tfigħ tal-offerti u t-trattament tar-rappreżentanti tal-bank. M'hemm l-ebda raġuni għaliex il-ftehimiet ta' qafas m'għandhomx jinkludu dispożizzjonijiet li jirreferu għal obbligi fi kwistjonijiet ambjentali, soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha taġġorna, flimkien mal-BEI, linji gwida operattivi tekniċi reġjonali attwali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi żmien sena wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

1. Il-Kummissjoni għandha taġġorna, flimkien mal-BEI, il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali attwali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI fi żmien sena wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Aktar aġġornamenti għandhom jitwettqu darbtejn fis-sena.

Dawn il-linji gwida għandhom ikunu konsistenti mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni stipulat fl-anness għal din id-Deċiżjoni. B'mod partikolari, il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI taħt din id-Deċiżjoni jikkumplimenta l-politiki, il-programmi u l-istrumenti korrispondenti tal-assistenza tal-Unjoni fid-diversi reġjuni.

Dawn il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom ikunu konsistenti mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni stipulat fl-anness għal din id-Deċiżjoni. B'mod partikolari, il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiżguraw li l-finanzjament mill-BEI taħt din id-Deċiżjoni jikkomplementa l-politiki, il-programmi u l-istrumenti korrispondenti tal-assistenza tal-Unjoni fid-diversi reġjuni.

Bl-aġġornament ta' dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom iqisu r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tad-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti. Is-SEAE għandu jiġi kkonsultat ukoll fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi, kif xieraq.

Meta jkunu qed jaġġornaw dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni u l-BEI għandhom iqisu r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill. Is-SEAE għandu jiġi kkonsultat ukoll fir-rigward ta' kwistjonijiet politiċi, kif xieraq.

Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti l-linji gwida aġġornati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malli jiġu stabbiliti.

Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti l-linji gwida aġġornati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill malli jiġu stabbiliti.

Fil-qafas stabbilit mill-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali, il-BEI għandu jiddefinixxi l-istrateġiji korrispondenti ta' finanzjament u jiżgura li dawn jiġu implimentati.

Fil-qafas stabbilit mill-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali, il-BEI għandu jiddefinixxi l-istrateġiji korrispondenti ta' finanzjament u jiżgura li dawn jiġu implimentati.

Il-linji gwida operazzjonali tekniċi reġjonali għandhom jiġu riveduti wara r-reviżjoni imsemmija fl-Artikolu 18.

Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu rieżaminati wara r-rieżami imsemmi fl-Artikolu 18.

Ġustifikazzjoni

L-għan tal-iżvilupp tal-Linji Gwida Operattivi Tekniċi Reġjonali huwa li titrawwem il-konsistenza tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI mal-għanijiet tal-politika esterna tal-UE. Għalhekk għandu jkun element essenzjali tal-mandat il-ġdid. Anke l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet fuq livell nazzjonali u lokali fil-pajjiżi benefiċjarji għandhom jiġu involuti b'mod regolari fil-proċessi ta' konsultazzjoni biex jipprovdu informazzjoni dwar id-definizzjonijiet tal-prijoritajiet.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Operazzjoni ta' finanzjament mill-BEI m'għandhiex tkun koperta mill-garanzija tal-UE fil-każ li l-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva dwar operazzjoni bħal din fi ħdan il-qafas tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI.

2. Operazzjoni ta' finanzjament mill-BEI m'għandhiex tkun koperta mill-garanzija tal-UE jew kwalunkwe strument finanzjarju kopert mir-riżorsi proprji tal-BEI fil-każ li l-Kummissjoni tagħti opinjoni negattiva dwar operazzjoni bħal din fi ħdan il-qafas tal-proċedura msemmija fl-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI.

Ġustifikazzjoni

Il-BEI m'għandux jikkunsidra li jiffinanzja proġett li jkun irċieva tweġiba negattiva mill-Kummissjoni Ewropea fil-qafas tal-proċedura tal-Artikolu 19. Huwa ddikjarat b'mod ċar fl-Artikolu 19 tal-istatut tal-BEI li l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-konformità tal-operazzjonijiet tal-BEI mal-leġiżlazzjoni u l-politiki relevanti tal-UE trid tiġi rispettata mill-Bank.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din il-kooperazzjoni se ssir reġjun b'reġjun, anke fil-livell tad-Delega tal-UE, b'kunsiderazzjoni tar-rwol tal-BEI kif ukoll il-linji ta' politika tal-Unjoni f'kull reġjun.

2. Il-kooperazzjoni bejn il-BEI u l-pajjiżi benefiċjarji għandha ssir reġjun b'reġjun. Id-delegazzjonijiet tal-UE fir-reġjuni kkonċernati għandhom jinżammu informati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġetti, b'kunsiderazzjoni tar-rwol tal-BEI kif ukoll il-linji ta' politika tal-Unjoni fir-reġjuni rispettivi.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-BEI għandu jidħol fi djalogu mal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġu identifikati l-ġurisdizzjonijiet li ma jissodisfawx l-istandards minimi ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kooperazzjoni mal-intermedjarji finanzjarji

 

Meta jkun qed jopera taħt il-Garanzija Komunitarja, il-BEI għandu jikkoopera biss mal-intermedjarji finanzjarji li ma joperawx f'ċentri finanzjarji offshore u li jkunu mgħammra biex jimplimentaw strateġija favur l-iżvilupp li tappoġġa l-ispeċifiċità tal-SMEs fil-pajjiżi ta' operazzjoni.

 

Ġustifikazzjoni

L-intermedjarji finanzjarji huma l-aktar il-banek kummerċjali tal-Punent li għandhom ftit jew l-ebda interess fl-iżvilupp u fl-iżvilupp tal-SMEs, u spiss joperaw f'rifuġji fiskali. Mhumiex adattati għall-ħtiġijiet tal-ekonomiji lokali u m'għandhomx ikunu qed igawdu mill-attivitajiet tal-BEI.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jistabbilixxu fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 13a metodu li jippermetti lill-BEI jidentifika, fi ħdan l-attività esterna tiegħu, l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni u l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati għar-riskju proprju tal-BEI. Il-metodu għandu jiġi bbażat fuq l-affidabbiltà kreditizja tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kif ivvalutati mill-BEI, ir-reġjuni u l-limiti kif definiti fl-Anness I, in-natura tal-kontroparti (jekk gvern/Stat, sottosovran kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew privat), il-kapaċità ta' assorbiment ta' riskju tal-BEI u kriterji rilevanti oħra, inkluż il-valur miżjud tal-Garanzija tal-UE.

5. Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jistabbilixxu fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 13a metodu li jippermetti lill-BEI jidentifika, fi ħdan l-attività esterna tiegħu, l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni u l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati għar-riskju proprju tal-BEI. Il-metodu għandu jiġi bbażat fuq l-affidabbiltà kreditizja tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kif ivvalutati mill-BEI, ir-reġjuni u l-limiti kif definiti fl-Anness I, in-natura tal-kontroparti (jekk hix entità sovrana/Statali, entità sottosovrana kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew entità privata), il-kapaċità ta' assorbiment ta' riskju tal-BEI u kriterji rilevanti oħra, inkluż il-valur miżjud tal-Garanzija tal-UE. Il-politika tal-allokazzjoni għandha tkun disponibbli pubblikament fuq il-websajt tal-BEI. Għal kull operazzjoni li għandha tiġi ffinanzjata mill-BEI barra l-UE, il-websajt tal-BEI għandha, wara l-fażi tal-approvazzjoni tal-proġett, tindika jekk hux se tintuża garanzija tal-UE jew le.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 10.4 tal-mandat kurrenti, il-BEI għandu “jiżviluppa politika ċara u trasparenti dwar allokazzjoni meta jiġi deċiż dwar is-sors tal-finanzjament tal-operazzjonijiet li jkunu eliġibbli kemm għal kopertura tal-garanzija tal-UE kif ukoll għal finanzjament b'riskju għall-BEI innifsu”. Madankollu, la l-politika ta' allokazzjoni tal-BEI u lanqas il-kriterji tal-għażla jekk proġett ikunx finanzjat taħt il-garanzija tal-Unjoni jew taħt ir-riżorsi proprji tal-BEI mhuma disponibbli pubblikament bħalissa. Dan ixekkel l-iskrutinju pubbliku fuq l-attivitajiet tal-BEI.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-BEI għandu jwettaq analiżi approfondita ("due diligence") u, fejn ikun xieraq u f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni, jirrikjedi konsultazzjoni pubblika lokali xierqa, tal-aspetti tal-proġetti ta' investiment relatati mal-iżvilupp, koperti mill-garanzija tal-UE.

Il-BEI għandu jwettaq analiżi approfondita ("due diligence") u, f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni, jirrikjedi konsultazzjoni pubblika lokali xierqa, tal-aspetti tal-proġetti ta' investiment relatati mal-iżvilupp, koperti mill-garanzija tal-UE. Il-BEI għandu jikkomunika mal-promoturi u l-benefiċjari tal-proġetti li huwa jkun qed jiffinanzja matul it-tfassil tagħhom. Il-Bank għandu jqis ukoll l-impatt ta' dawn il-proġetti fuq id-destinatarji diretti u indiretti tagħhom.

Fejn xieraq, il-valutazzjoni skont l-ewwel subparagrafu għandha tinkludi valutazzjoni dwar kif il-kapaċitajiet tal-benefiċjarji tal-finanzjament mill-BEI jistgħu jiġu msaħħa mill-ġdid tul iċ-ċiklu kollu tal-proġett b'għajnuna teknika.

Fejn xieraq, il-valutazzjoni skont l-ewwel subparagrafu għandha tinkludi valutazzjoni dwar kif il-kapaċitajiet tal-benefiċjarji tal-finanzjament mill-BEI jistgħu jiġu msaħħa mill-ġdid tul iċ-ċiklu kollu tal-proġett b'għajnuna teknika.

Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti ta' investiment u tal-aspetti konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni tal-kunflitt, sabiex jiżguraw li dawk il-proġetti ta' investiment li jkunu sostenibbli ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment biss jiġu sostnuti skont din id-Deċiżjoni.

Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti ta' investiment u tal-aspetti konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni tal-kunflitti, f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni kif ukoll mal-leġiżlazzjoni u l-istandards ambjentali u soċjali tal-pajjiżi benefiċjarji, sabiex jiżguraw li dawk il-proġetti ta' investiment li jkunu sostenibbli ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment biss jiġu sostnuti skont din id-Deċiżjoni.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Barra l-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament. B'mod partikolari, għandu jesiġi li l-promoturi tal-proġett iwettqu monitoraġġ bir-reqqa tul l-implimentazzjoni tal-proġett sat-tlestija tiegħu, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett ta' investiment fuq l-iżvilupp, l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem. Il-BEI għandu jivvaluta l-informazzjoni pprovduta mill-promoturi tal-proġett.

2. Barra l-valutazzjoni ex-ante tal-aspetti relatati mal-iżvilupp, il-BEI għandu jissorvelja l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament. B'mod partikolari, għandu jesiġi li l-promoturi tal-proġett iwettqu monitoraġġ bir-reqqa tul l-implimentazzjoni tal-proġett sat-tlestija tiegħu, inter alia, fir-rigward tal-impatt tal-proġett ta' investiment fuq l-iżvilupp, l-ambjent, il-qasam soċjali u d-drittijiet tal-bniedem. Il-BEI għandu jivverifika l-informazzjoni pprovduta mill-promoturi tal-proġett.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-monitoraġġ tal-BEI għandu jkopri wkoll, l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet intermedjati u l-prestazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji b'appoġġ għall-SMEs.

3. Il-monitoraġġ tal-BEI għandu jkopri wkoll, l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet intermedjati u l-prestazzjoni u l-impatt fuq l-iżvilupp tal-intermedjarji finanzjarji b'appoġġ għall-SMEs, inklużi valutazzjonijiet ex-ante u ex-post relatati mal-proġetti avvjati.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

Assistenza teknika tal-BEI

 

Il-BEI għandu, meta dan ikun xieraq, jipprovdi assistenza teknika estensiva lill-benefiċjarji għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-proġetti, bil-ħsieb li jappoġġa t-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-iżvilupp ekonomiku, ambjentali, soċjali u politiku fil-livell lokali. L-assistenza teknika mogħtija għandha tkun komplementari għall-assistenza mogħtija minn entitajiet oħra tal-UE fil-qafas tal-politika kummerċjali u ta' żvilupp tal-UE.

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 - paragrafu 1 - punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) valutazzjoni tal-impatt tas-self tal-BEI permezz ta' intermedjarji finanzjarji, li turi kif is-self intermedjat jikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar, u l-għanijiet soċjali u ambjentali tal-azzjoni esterna tal-UE. L-informazzjoni dwar il-benefiċjarji finali tal-operazzjonijiet tal-BEI għandha tiġi żvelata.

Ġustifikazzjoni

Bħalissa huwa impossibbli li jiġi vvalutat l-impatt ekonomiku u soċjali tas-self imqassam mill-banek intermedjarji skont il-Faċilità ta' Self Globali. Dan jipprevjeni approċċ immirat għal ċertu setturi jew tipi ta' SMEs.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skont il-politika ta' trasparenza tiegħu stess, il-BEI għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku fil-websajt tiegħu informazzjoni relatata ma':

1. Skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-aċċess għal dokumenti u informazzjoni, il-BEI għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku fil-websajt tiegħu informazzjoni relatata ma':

Ġustifikazzjoni

L-aċċess għall-informazzjoni u d-dokumenti koperti minn din il-garanzija għandu jkun direttament ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar l-aċċess għad-dokumenti u l-iżvelar tal-informazzjoni (ir-Regolament Nru 1049/2001 tat-30 ta' Mejju 2001 u r-Regolament Nru 1367/2006 tas-6 ta' Settembru 2006). Il-BEI diġà huwa soġġett għal dawn ir-regolamenti u kwalunkwe forma tal-attività tiegħu li tkun garantita mill-fondi tal-UE għandha tkun soġġetta għar-regoli dwar it-trasparenza direttament abbażi tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 - paragrafu 1 - punt c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(c) il-ftehimiet qafas konklużi bejn il-BEI u pajjiż riċevitur.

Ġustifikazzjoni

Il-ftehimiet qafas konklużi bejn il-BEI u pajjiż riċevitur jikkostitwixxu informazzjoni pubblika importanti li għandha tkun soġġetta għad-disseminazzjoni attiva tal-BEI.

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI ma għandux jittollera attivitajiet li jsiru għal finijiet illegali, inkluż il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni, u l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. B'mod partikolari l-BEI ma għandu jipparteċipa fl-ebda operazzjoni ta' finanzjament implimentata f'pajjiż eliġibbli permezz ta' ġurisdizzjoni barranija li ma tikkooperax identifikata bħala tali mill-OECD, mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn.

Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI ma għandux jittollera attivitajiet li jsiru għal finijiet illegali, inkluż il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni, u l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. B'mod partikolari l-BEI ma għandu jipparteċipa fl-ebda operazzjoni ta' finanzjament implimentata f'pajjiż eliġibbli permezz ta' ġurisdizzjoni barranija nonkooperattiva identifikata bħala tali permezz tal-kriterji tal-Kummissjoni Ewropea għall-identifikazzjoni tal-ġurisdizzjonijiet nonkooperattivi, kif ukoll mill-OECD, mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn.

PROĊEDURA

Titolu

Garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti barra l-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2013)0293 – C7-0145/2013 – 2013/0152(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.6.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

10.6.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Yannick Jadot

17.6.2013

Eżami fil-kumitat

5.9.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

14.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Badia i Cutchet, Nora Berra, Daniel Caspary, María Auxiliadora Correa Zamora, Andrea Cozzolino, George Sabin Cutaş, Marielle de Sarnez, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Franziska Keller, Bernd Lange, Vital Moreira, Paul Murphy, Niccolò Rinaldi, Helmut Scholz, Peter Šťastný, Robert Sturdy, Jan Zahradil

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Elisabeth Jeggle, Krzysztof Lisek, Iosif Matula, Catherine Stihler

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (15.10.2013)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti barra l-Unjoni Ewropea
(COM(2013)0293 – C7‑0145/2013 – 2013/0152(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Hans-Peter Martin

Ġustifikazzjoni qasira

Ir-rapporteur iqis li d-deċiżjoni l-ġdida hija essenzjalment waħda pożittiva, minħabba li l-elementi implimentati fir-Regolament il-ġdid jiggwidaw l-attivitajiet tal-BEI f'oqsma li jikkontribwixxu għall-iżvilupp fil-qasam soċjali u ekonomiku, partikolarment il-promozzjoni tal-SMEs, kif ukoll fil-qasam tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Minkejja li l-BEI għandu jgħaddi b'qafas iktar baxx ta' garanzija permezz tal-irbit tal-garanziji tal-UE mal-qafas finanzjarju pluriennali, ir-rapporteur iqis ukoll il-BEI bħala strument b'saħħtu u b'kapaċità li jaġixxi sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' żvilupp tal-UE, ikun hemm preżenza fil-pajjiżi msieħba u jissaħħaħ il-profil tal-Unjoni fir-rigward tal-politika esterna. Fil-fehma tar-rapporteur, madankollu, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida aktar speċifiċi fir-rigward tal-ammont addizzjonali fakultattiv previst għall-ewwel darba li jistipulaw taħt liema ċirkustanzi dan l-ammont għandu jiġi attivat u jkun jista' jintuża mill-BEI.

Barra minn hekk, ir-rapporteur iqis essenzjali li jiżdiedu obbligi ta' rappurtar addizzjonali għall-għoti ta' self mill-BEI, u jfakkar li dan għandu jiġi żgurat b'mod partikolari fil-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet finanzjarji lokali intermedjarji, l-hekk imsejħa intermedjarji. Fil-fehma tar-rapporteur, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza, għandu jiġi dejjem iktar iċċarat min finalment jibbenefika mill-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI. Għaldaqstant, l-implimentazzjoni ta' lista ta' debituri finali u l-aċċessibilità pubblika tagħhom hija element ċentrali fid-deċiżjoni l-ġdida dwar il-garanziji tal-UE għat-telf possibbli tal-BEI minn investimenti barra mill-UE.

Ir-rapporteur jilqa' l-enfasi msaħħa mill-ġdid dwar l-oqsma tal-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, iżda jirrimarka li f'dan ir-rigward, fil-fehma tiegħu, huwa meħtieġ li b'mod iktar sħiħ minn qatt qabel jiġu kkunsidrati l-proċessi preliminarji u dawk li jsiru wara l-ġenerazzjoni tal-enerġija waqt il-valutazzjoni tal-marka tal-karbonju minn sorsi ta' enerġija.

Barra minn hekk, ir-rapporteur iqis xieraq li l-BEI jiġi mħeġġeġ jippromwovi iktar proġetti fuq inizjattiva tiegħu stess u jipparteċipa wkoll f'operazzjonijiet ta' finanzjament mingħajr il-garanzija tal-UE. Skont ir-rapporteur, huwa madankollu essenzjali, f'dan ir-rigward, li jiġi speċifikat b'mod ċar għal liema strumenti tas-suq finanzjarji għandu jirrikorri l-BEI. Sabiex jiġu evitati r-riskji bla bżonn, għandu jiġi ċċarat li l-enfasi għandha tkun fuq prattiki bankarji vijabbli, sostenibbli u fit-tul, li huma orjentati lejn l-ekonomija reali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-Kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora dawn l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) It-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, inklużi l-SMEs mill-Unjoni li jinvestu fir-reġjuni koperti minn din id-Deċiżjoni, jista' jkollu rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad. Biex jilħaq b'mod effikaċi lill-SMEs, il-BEI għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji lokali fir-reġjuni u l-pajjiżi eliġibbli, b'mod partikulari biex jiżgura li parti mill-benefiċċji finanzjarji jiġu mgħoddija lill-klijenti tagħhom u jipprovdu valur miżjud meta mqabbel ma' sorsi oħra ta' finanzjament.

(11) It-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs, inklużi l-SMEs mill-Unjoni li jinvestu fir-reġjuni koperti minn din id-Deċiżjoni, jista' jkollu rwol essenzjali fl-istimolu tal-iżvilupp ekonomiku u fil-ġlieda kontra l-qgħad. Biex jilħqu b'mod effikaċi lill-SMEs, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom ikunu orjentati lejn ir-riżultati u jinkludu kapital inizjali għall-SMEs. Il-BEI għandu wkoll jikkoopera mal-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji lokali fir-reġjuni u l-pajjiżi eliġibbli, bil-kundizzjoni li intermedjarji bħal dawn ikunu integrati fl-ekonomija lokali u jikkontribwixxu b'riżorsi lokali, b'mod partikulari biex jiżgura li parti mill-benefiċċji finanzjarji jiġu mgħoddija lill-klijenti tagħhom u jipprovdu valur miżjud meta mqabbel ma' sorsi oħra ta' finanzjament. Għandu jiġi żgurat li l-BEI jikkopera wkoll ma' intermedjarji finanzjarji lokali li l-għanijiet tagħhom jaqblu ma' dawk imsemmija fil-Premessa 18 ta' din id-Deċiżjoni u l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Biex jiżgura li l-proġetti tal-klijenti tagħhom ikunu jistgħu jiġu vverifikati abbażi ta' kriterji li jirriflettu l-għanijiet ta' żvilupp tal-Unjoni u l-istandards tal-Bank, il-BEI għandu jintroduċi obbligu għall-istituzzjonijiet finanzjarji lokali li jirappurtaw dwar il-proġetti ffinanzjati u l-SMEs appoġġati. Għalhekk, l-attivitajiet tal-intermedjarji finanzjarji f'appoġġ għall-SMEs għandhom ikunu trasparenti għalkollox u jiġu vverifikati regolarment mill-BEI.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a) Il-BEI għandu jfassal lista tal-benefiċjarji kollha tal-finanzjament tiegħu u jippubblikaha fuq il-websajt tiegħu. Il-lista għandha tinkludi l-benefiċjarji kemm ta' finanzjamenti diretti, kif ukoll ta' finanzjamenti permezz ta' intermedjarji finanzjarji lokali. Sakemm ma tkunx diġà ppubblikata f'xi forma, u qabel l-approvazzjoni ta' proġett, il-BEI għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni informazzjoni rilevanti dwar il-benefiċjarji ta' self u garanziji fit-tul, dwar l-intermedjarji finanzjarji kollha tiegħu, il-kriterji ta' eliġibbiltà tal-proġetti u s-self ta' kapital ta' riskju lill-SMEs, filwaqt li jispeċifika b'mod partikolari l-ammonti żburżati, l-għadd ta' self mogħti, u r-reġjun u s-settur industrijali kkonċernati.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-BEI għandu jkompli jiffinanzja proġetti ta' investiment fl-oqsma ta' infrastruttura soċjali, ambjentali u ekonomiċi, u għandu jikkunsidra żieda fl-attività tiegħu b'appoġġ għas-saħħa u l-infrastruttura tal-edukazzjoni fejn ikun hemm valur miżjud ċar dan isir dan.

(13) Il-BEI għandu jkompli jiffinanzja proġetti ta' investiment fl-oqsma ta' infrastruttura soċjali, ambjentali u ekonomiċi, u għandu jżid l-attività tiegħu b'appoġġ għas-saħħa u l-infrastruttura tal-edukazzjoni fejn ikun hemm valur miżjud ċar jekk isir dan.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Il-BEI għandu jkompli wkoll jiffinanzja proġetti ta' investiment b'appoġġ għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, biex ikomplu jippromwovi l-miri klimatiċi tal-Unjoni fuq skala globali.

(14) Il-BEI għandu jkompli wkoll jiffinanzja proġetti ta' investiment b'appoġġ għall-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, biex ikompli jippromwovi l-miri klimatiċi tal-Unjoni fuq skala globali, filwaqt li jieħu ħsieb li, permezz ta' taħlita enerġetika xierqa, l-investimenti jkollhom impatt pożittiv nett fuq il-klima u li jistabbilixxi dispożizzjonijiet effettivi għal dan il-għan.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Fl-oqsma koperti mill-għanijiet ġenerali, l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi, b'mod partikolari l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-Unjoni, għandha tkun għan bażiku għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI. Fl-oqsma msemmija hawn fuq, il-BEI għandu jkun kapaċi jappoġġa lill-pajjiżi msieħba permezz ta' investimenti diretti barranin minn kumpaniji fl-Unjoni li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija u l-għarfien, dejjem jekk tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta matul id-diliġenza xierqa tal-proġetti ta' investiment sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji li l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI jwasslu għal riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi fl-Unjoni. Il-BEI għandu wkoll jiġi mħeġġeġ biex jagħti l-appoġġ tiegħu għall-investiment dirett barrani fil-pajjiżi msieħba minn kumpaniji tal-Unjoni għar-riskju tiegħu stess.

(15) Fl-oqsma koperti mill-għanijiet ġenerali, l-integrazzjoni reġjonali fost il-pajjiżi, b'mod partikolari l-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi preadeżjonali, il-pajjiżi ġirien u l-Unjoni, għandha tkun għan bażiku għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI. Fl-oqsma msemmija hawn fuq, il-BEI għandu jappoġġa lill-pajjiżi msieħba permezz ta' investimenti diretti barranin minn kumpaniji fl-Unjoni li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tat-trasferiment tat-teknoloġija u l-għarfien. Madankollu, l-appoġġ għandu jingħata biss jekk tkun ingħatat kunsiderazzjoni komprensiva matul id-diliġenza dovuta tal-proġetti ta' investiment sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji li l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI jwasslu għal riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi fl-Unjoni. L-iffinanzjar mill-BEI m'għandux jikkontribwixxi għat-trasferiment tal-impjiegi barra mill-Unjoni. Għandu jiġi żgurat ukoll li l-investiment dirett barrani minn intrapriżi bbażati fl-Unjoni, li huwa appoġġat mill-BEI, jikkontribwixxi ġenwinament għall-integrazzjoni ekonomika bejn il-pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni, il-pajjiżi ġirien u l-Unjoni. Għalhekk, il-BEI għandu jindika b'liema mod speċifiku se jappoġġa lin-negozji, u kif in-negozji qed jużaw dan l-appoġġ.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Il-BEI għandu, b'mod regolari, iwettaq evalwazzjonijiet tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta' proġetti appoġġati sabiex jiżgura l-vijabbiltà ekonomika tagħhom u l-kontribut tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b) Meta jappoġġa proġetti ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima f'pajjiżi terzi eliġibbli, il-BEI għandu jqis il-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-G20 f'Pittsburgh u, sal-2014, jippreżenta pjan direzzjonali u skeda ta' żmien sabiex, sal-2016, jiġu eliminati gradwalment is-sussidji ta' ħsara għall-ambjent jew għall-ekonomija, inklużi għall-fjuwils fossili, u jiġi evitat il-finanzjament ta' proġetti li jista' jkollhom impatt negattiv biex jitrawwem dan il-għan.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-miżuri prattiċi għall-irbit tal-objettivi ġenerali tal-garanzija tal-UE mal-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fil-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu konsistenti mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni. Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu riveduti u aġġornati ulterjurment wara r-reviżjoni ta' din id-Deċiżjoni sabiex isir adattament għall-iżviluppi tal-politiki u l-prijoritajiet esterna tal-Unjoni.

(16) Il-miżuri prattiċi għall-irbit tal-objettivi ġenerali tal-garanzija tal-UE mal-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu stabbiliti fil-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali. Dawn il-linji gwida għandhom ikunu konsistenti mal-għanijiet ta' azzjoni esterna tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 21 TUE u mal-qafas ta' politika reġjonali usa' tal-Unjoni. Il-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali għandhom jiġu rieżaminati wara konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-awtorijiet relevanti fil-livell nazzjonali u lokali mill-pajjiżi benefiċjarji u aġġornati ulterjurment wara r-rieżami ta' din id-Deċiżjoni sabiex isir adattament għall-iżviluppi tal-politiki u l-prijoritajiet esterni tal-Unjoni.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Filwaqt li l-forza tal-BEI tibqa' d-distinzjoni tiegħu bħala bank tal-investiment, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li tħeġġeġ u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-Unjoni hija parti minnhom; B'mod partikolari, fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jippromwovu dawn li ġejjin: l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tagħhom f'dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom; l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tal-ekonomiji tagħhom fl-ekonomija dinjija; il-kampanja kontra l-faqar kif ukoll il-konformità mal-għanijiet approvati mill-Unjoni fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħrajn. Skont l-Artikolu 209(3) tat-Trattat, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jappoġġa indirettament il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tal-2015 tan-NU fir-reġjuni kollha fejn ikun attiv, bħala miżura meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.

(18) Filwaqt li l-forza tal-BEI tibqa' d-distinzjoni tiegħu bħala bank tal-investiment, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jikkontribwixxu għall-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-UE, kif imsemmija fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), li tħeġġeġ u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ambjentali internazzjonali li l-Unjoni hija parti minnhom; Barra minn hekk, l-azzjonijiet tal-BEI għandhom ikunu f'konformità mal-Artikolu 3(5) tat-TUE, li, kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-21 ta' Diċembru 2011 fis-sentenza ATAA tagħha, jirrikjedi li l-Unjoni tikkontribwixxi għall-osservanza stretta tad-dritt internazzjonali, u b'mod partikolari l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti. Fir-rigward tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għandhom jippromwovu dawn li ġejjin: l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tagħhom f'dawn il-pajjiżi, l-aktar fost dawk l-aktar żvantaġġati fosthom; l-integrazzjoni bla xkiel u gradwali tagħhom fl-ekonomija dinjija; il-kampanja kontra l-faqar, kif ukoll il-konformità mal-għanijiet approvati mill-Unjoni fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti oħrajn. Skont l-Artikolu 209(3) tat-Trattat, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jappoġġa indirettament il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju tal-2015 tan-NU fir-reġjuni kollha fejn ikun attiv, bħala miżura meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) L-attività tal-BEI taħt din id-Deċiżjoni għandha tappoġġja l-Aġenda għall-Bidla proposta mill-Kummissjoni u tkun koerenti mal-prinċipji rilevanti tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna deskritta fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005, l-aġenda ta' Accra għall-Azzjoni tal-2008 u l-ftehim ta' sħubija ta' Busan tal-2011. Barra minn hekk, din għandha tkun koerenti wkoll mal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012 u ftehimiet ambjentali internazzjonali inklużi impenji tal-bijodiversità. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta' għadd ta' mezzi konkreti, b'mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-BEI li jivvaluta l-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment, inklużi r-riskji konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-soċjetà ċivili. F'dan il-kuntest, il-BEI għandu jimplimenta u jiżviluppa aktar il-qafas tat-Tkejjil tar-Riżultati (REM) li jipprovdi sett dettaljat ta' indikaturi tal-prestazzjoni li jkejlu l-impatt ekonomiku, ambjentali, soċjali, u l-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-investiment sottostanti. L-implimentazzjoni tar-REM għandha tiġi evalwata bħala parti mir-reviżjoni ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni. Meta jkun qed iwettaq id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' proġett ta' investiment, il-BEI għandu, meta jkun xieraq u f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni jobbliga lill-promotur tal-proġett ta' investiment iwettaq konsultazzjonijiet lokali u jiżvela r-riżultati lill-pubbliku. Ftehimiet ta' finanzjament mill-BEI li jinvolvu kontropartijiet pubbliċi għandhom jinkludu b'mod espliċitu l-possibilità li jissospendu l-iżborsamenti f'każ ta' revoka tal-eliġibbiltà taħt din id-Deċiżjoni tal-pajjiż li fih isir il-proġett ta' investiment.

(19) L-attività tal-BEI taħt din id-Deċiżjoni għandha tappoġġja l-Aġenda għall-Bidla proposta mill-Kummissjoni u tkun koerenti mal-prinċipji rilevanti tal-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna deskritta fid-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005, l-aġenda ta' Accra għall-Azzjoni tal-2008 u l-ftehim ta' sħubija ta' Busan tal-2011. Barra minn hekk, din għandha tkun koerenti wkoll mal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2012 u ftehimiet ambjentali internazzjonali inklużi impenji tal-bijodiversità. Dan għandu jiġi implimentat permezz ta' għadd ta' mezzi konkreti, b'mod partikolari billi tissaħħaħ il-kapaċità tal-BEI li jivvaluta l-aspetti ambjentali, soċjali u tal-iżvilupp tal-proġetti ta' investiment, inklużi r-riskji konnessi mad-drittijiet tal-bniedem u l-kunflitti, u billi titħeġġeġ il-konsultazzjoni lokali mal-awtoritajiet pubbliċi u mas-soċjetà ċivili. F'dan il-kuntest, il-BEI għandu jimplimenta u jiżviluppa aktar il-qafas tat-Tkejjil tar-Riżultati (REM) li jipprovdi sett dettaljat ta' indikaturi tal-prestazzjoni li jkejlu l-impatt ekonomiku, ambjentali, soċjali, u l-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-investiment sottostanti. L-implimentazzjoni tar-REM għandha tiġi evalwata bħala parti mir-rieżami ta' nofs it-term ta' din id-Deċiżjoni. Meta jkun qed iwettaq id-diliġenza dovuta fir-rigward ta' proġett ta' investiment, il-BEI għandu, f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni, kif ukoll b'rispett sħiħ tal-leġiżlazzjoni u tal-istandards ambjentali u soċjali tal-pajjiż benefiċjarju, jobbliga lill-promotur tal-proġett ta' investiment iwettaq konsultazzjonijiet lokali u jiżvela r-riżultati lill-pubbliku. Ftehimiet ta' finanzjament mill-BEI li jinvolvu kontropartijiet pubbliċi għandhom jinkludu b'mod espliċitu l-possibilità li jissospendu l-iżborsamenti f'każ ta' revoka tal-eliġibbiltà taħt din id-Deċiżjoni tal-pajjiż li fih isir il-proġett ta' investiment.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni li ma jaqgħux fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna. Din il-kooperazzjoni tinkludi, fejn xieraq, il-kooperazzjoni dwar il-kondizzjonalità tas-settur u l-fiduċja reċiproka fuq proċeduri, l-użu ta' kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f'inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna. Tali koordinazzjoni u kooperazzjoni għandhom ifittxu li jimminimizzaw il-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrappożizzjoni bla bżonn. Il-Memorandum ta' Qbil bejn tliet partijiet ta' bejn il-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) fir-rigward tal-kooperazzjoni barra l-Unjoni, li jippermetti lill-Grupp tal-BEI u l-BERŻ jaġixxu b'mod kumplimentari billi wieħed jistrieħu fuq l-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom, ġie aġġornat fl-2012 biex ikopri l-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-BERŻ għar-reġjun tal-Mediterran u għandhom jibqgħu jiġu applikati. Il-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll meta l-finanzjment tal-BEI jiġi implimentat permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn.

(22) Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni li ma jaqgħux fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex itejjeb aktar il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b'mod partikolari dawk li jipparteċipaw fil-pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna. Din il-kooperazzjoni tinkludi, fejn xieraq, il-kooperazzjoni dwar il-kondizzjonalità tas-settur u l-fiduċja reċiproka fuq proċeduri, l-użu ta' kofinanzjament konġunt u l-parteċipazzjoni f'inizjattivi globali, bħalma huma dawk li jippromwovu l-koordinazzjoni u l-effikaċja tal-għajnuna. Tali koordinazzjoni u kooperazzjoni għandhom ifittxu li jimminimizzaw il-possibbiltà ta' spejjeż doppji u sovrappożizzjoni bla bżonn. Partikolarment b'refernza għall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) għandhom isiru iżjed sforzi miż-żewġ banek sabiex jinstabu opportunitajiet addizzjonali ta' sinerġiji. Il-Memorandum ta' Qbil bejn tliet partijiet ta' bejn il-Kummissjoni, il-Grupp tal-BEI u l-BERŻ fir-rigward tal-kooperazzjoni barra l-Unjoni, li jippermetti lill-Grupp tal-BEI u l-BERŻ jaġixxu b'mod kumplimentari billi jistrieħu fuq l-vantaġġi komparattivi rispettivi tagħhom, ġie aġġornat fl-2012 biex ikopri l-estensjoni tal-ambitu ġeografiku tal-BERŻ għar-reġjun tal-Mediterran u għandu jibqa' jiġi applikat. Il-prinċipji stabbiliti f'din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw ukoll meta l-finanzjment tal-BEI jiġi implimentat permezz ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej u Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Il-BEI għandu, f'konformità mal-linja gwida interna tiegħu bit-titolu "Politika dwar il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' kondotta pprojbita f'attivitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment" adottata fl-2008, jikkopera mill-qrib mal-unitajiet ta' intelliġenza finanzjarja (FIUs) tal-Istati Membri, il-Kummissjoni, l-EBA, l-ESMA, l-EIOPA, il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, u l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi barranin fejn jopera l-BEI sabiex jissaħħu l-miżuri fis-seħħ kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu u sabiex jgħin fit-titjib tal-infurzar tagħhom.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22b) Il-BEI għandu jespandi l-provvista ta' assistenza teknika lill-SMEs bil-għan li jappoġġa ideat innovattivi u jgħin lill-intrapriżi li għadhom jibdew sabiex jattiraw finanzjament minn intermedjarji finanzjarji.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ sabiex iżid l-operazzjonijiet tiegħu u jiddiversifika l-operazzjonijiet tiegħu 'l barra mill-Unjoni mingħajr ma jirrikorri għall-garanzija tal-UE biex b'hekk l-użu tal-garanzija tal-UE jkun jista' jiġi ffukat fuq pajjiżi u proġetti ta' investiment b'aċċess fqir għas-suq, b'kunsiderazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tad-dejn, fejn il-garanzija tal-UE għalhekk tipprovdi aktar valur miżjud. Konsegwentement, u dejjem bil-għan li jappoġġa l-għanijiet tal-politiki esterni tal-Unjoni, il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ isellef għar-riskju proprju tiegħu, inkluż b'appoġġ għall-interessi ekonomiċi tal-Unjoni, fil-pajjiżi u favur proġetti ta' investiment meqjusa bħala kreditizji biżżejjed wara l-valutazzjoni tal-BEI u b'kunsiderazzjoni tar-riskju tiegħu stess tal-kapaċità ta' assorbiment.

(23) Il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ sabiex iżid l-operazzjonijiet tiegħu u jiddiversifika l-operazzjonijiet tiegħu 'l barra mill-Unjoni mingħajr ma jirrikorri għall-garanzija tal-UE biex b'hekk l-użu tal-garanzija tal-UE jkun jista' jiġi ffukat fuq pajjiżi u proġetti ta' investiment b'aċċess fqir għas-suq, b'kunsiderazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet dwar is-sostenibbiltà tad-dejn, fejn il-garanzija tal-UE għalhekk tipprovdi aktar valur miżjud. Konsegwentement, u dejjem bil-għan li jappoġġa l-għanijiet tal-politiki esterni tal-Unjoni, il-BEI għandu jiġi mħeġġeġ isellef għar-riskju proprju tiegħu, b'appoġġ għall-beni pubbliċi globali, fil-pajjiżi u favur proġetti ta' investiment meqjusa bħala kreditizji biżżejjed wara l-valutazzjoni tal-BEI u b'kunsiderazzjoni tar-riskju tiegħu stess tal-kapaċità ta' assorbiment.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Il-BEI għandu jespandi l-firxa ta' strumenti ta' finanzjament ġodda u innovattivi li joffri, anke permezz ta' aktar attenzjoni fuq l-iżvilupp ta' strumenti ta' garanzija. Barra minn hekk, il-BEI għandu jfittex attivament li jipparteċipa fi strumenti ta' kondiviżjoni tar-riskju u fl-iffinanzjar tas-suq kapitali tad-dejn ta' proġetti b'ħolqien stabbli u prevedibbli tal-fluss ta' flus. B'mod partikolari, huwa għandu jikkunsidra l-appoġġ għal strumenti tas-suq kapitali tad-dejn maħruġ jew mogħti għall-benefiċċju ta' proġett ta' investiment imwettaq fil-pajjiżi eliġibbli. Barra minn hekk, il-BEI għandu jżid il-forniment tiegħu ta' self fil-muniti lokali u joħroġ bonds fis-swieq lokali, sakemm il-pajjiżi benefiċjarji jdaħħlu fis-seħħ ir-riformi strutturali neċessarji, b'mod partikolari fis-settur finanzjarju, kif ukoll miżuri oħra li jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-BEI.

(24) Il-BEI għandu jespandi l-firxa ta' strumenti ta' finanzjament ġodda u innovattivi li joffri, anke permezz ta' aktar attenzjoni fuq l-iżvilupp ta' strumenti ta' garanzija. Barra minn hekk, il-BEI għandu jfittex attivament li jipparteċipa fi strumenti ta' kondiviżjoni tar-riskju u fl-iffinanzjar tas-suq kapitali tad-dejn ta' proġetti b'ħolqien stabbli u prevedibbli tal-fluss ta' flus. B'mod partikolari, huwa għandu jikkunsidra l-appoġġ għal strumenti tas-suq kapitali tad-dejn maħruġ jew mogħti għall-benefiċċju ta' proġett ta' investiment imwettaq fil-pajjiżi eliġibbli. Barra minn hekk, il-BEI għandu jżid il-forniment tiegħu ta' self fil-muniti lokali u joħroġ bonds fis-swieq lokali, sakemm il-pajjiżi benefiċjarji jdaħħlu fis-seħħ ir-riformi strutturali neċessarji, b'mod partikolari fis-settur finanzjarju, kif ukoll miżuri oħra li jiffaċilitaw l-attivitajiet tal-BEI. Fid-diversifikazzjoni u t-tkabbir tal-istrumenti tas-suq kapitali għandu jiġi żgurat b'mod partikolari li dawn ikunu kompatibbli mal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji u ma jikkontribwixxux għall-istabbiliment ta' prattiki finanzjarji riskjużi li jinvolvu, pereżempju, riskji akbar ta' titolizzazzjoni u dejn, u li b'hekk jistgħu jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a) Ir-rapport annwali tal-BEI għandu jivvaluta b'mod partikolari l-konformità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI ma' din id-Deċiżjoni, filwaqt illi jitqiesu l-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali. Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll il-punt sa fejn il-BEI jkun qies is-sostenibbiltà ekonomika, finanzjarja, ambjentali u soċjali fit-tfassil u l-monitoraġġ tal-proġetti ffinanzjati. Għandu jinkludi wkoll sezzjoni speċifika ddedikata għal evalwazzjoni dettaljata tal-miżuri meħuda mill-BEI biex jirrispetta l-mandat attwali, u jagħti attenzjoni partikolari lill-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jużaw mezzi finanzjarji li jinsabu f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx. Fl-operazzjonijiet tiegħu ta' finanzjament, il-BEI għandu jimplimenta b'mod adegwat il-politiki tiegħu lejn ġurisdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef jew li ma jikkooperawx, biex jikkontribwixxi fil-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll valutazzjoni tal-aspetti soċjali u relatati mal-iżvilupp tal-proġetti. Ir-rapport għandu jkun ippubblikat, biex b'hekk is-soċjetà ċivili u l-pajjiżi benefiċjarji jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI b'appoġġ għall-politika esterna tal-Unjoni għandhom ikomplu jitwettqu f'konformità mal-prinċipji ta' prattika bankarja soda. Dawn għandhom ikomplu jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri ta' kontroll xierqa u l-konformità mal-istqarrija tal-BEI dwar l-istandards soċjali u ambjentali, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF). Fl-operazzjonijiet tiegħu ta' finanzjament, il-BEI għandu jimplimenta b'mod adegwat il-politiki tiegħu lejn ġurisdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef jew nonkooperattivi biex jikkontribwixxu fil-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus.

(25) L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI b'appoġġ għall-politika esterna tal-Unjoni għandhom ikomplu jitwettqu f'konformità mal-prinċipji ta' prattiki bankarji sodi u sostenibbli, fit-tul, u li huma orjentati lejn l-ekonomika reali. Dawn għandhom ikomplu jiġu ġestiti skont ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi l-miżuri ta' kontroll xierqa u l-konformità mal-istqarrija tal-BEI dwar l-istandards soċjali u ambjentali, kif ukoll permezz tar-regoli u tal-proċeduri rilevanti li jikkonċernaw il-Qorti tal-Awdituri u l-Uffiċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF). Fl-operazzjonijiet tiegħu ta' finanzjament, il-BEI għandu jevita li jikkoopera ma' ġurisdizzjonijiet irregolati b'mod dgħajjef jew li ma jikkooperawx, biex jikkontribwixxi fil-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus u għandu jsegwi l-kriterji l-aktar riċenti tal-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġu identifikati ġurisdizzjonijiet li ma jissodisfawx standards minimi ta' governanza tajba. Partikolarment fil-każ ta' finanzjament permezz ta' intermedjarji finanzjarji lokali, għandu jiġi għaldaqstant żgurat li l-finanzjament mogħti mill-intermedjarji jevita kemm jista' jkun ir-riskju ta' frodi u korruzzjoni. Għal raġunijiet ta' trasparenza u sabiex jiġu evitati l-frodi u l-korruzzjoni, il-BEI, f'kooperazzjoni mal-intermedjarji finanzjarji lokali, għandu jħejji lista tal-mutwatarji finali.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a) F'kooperazzjoni mal-intermedjarji finanzjarji, il-BEI għandu jiżgura li, fit-trasferiment ulterjuri tal-finanzjamenti mill-BEI lil mutwatarji lokali, ma jintalbux ħlasijiet eċċessivi mill-istituzzjonijiet finanzjarji intermedjarji, u għandu jevita li l-benefiċjarji finali tal- finanzjament mill-BEI jkunu soġġetti għal piżijiet bla bżonn.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25b) Il-BEI għandu jestendi l-għoti ta' pariri tekniċi u finanzjarji u għandu wkoll jikkontribwixxi dejjem aktar fl-iżvilupp ta' dawn is-servizzi. Sabiex jitnaqqsu l-prattiki amministrattivi u ta' ġestjoni ineffiċjenti fl-implimentazzjoni tal-proġetti, il-BEI għandu jikkunsidra li jfassal linji gwida dwar prattika tajba.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Il-BEI għandu jieħu miżuri xierqa biex jiżgura li, meta l-operazzjonijiet ta' finanzjament soġġetti għall-garanzija tal-UE, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jiġu mħarsa mill-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra u li l-OLAF ikollu l-jedd li jwettaq verifiki fuq il-post u spezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-benefiċjarji.

(26) Il-BEI għandu jieħu miżuri xierqa biex jiżgura li, fl-operazzjonijiet ta' finanzjament soġġetti għall-garanzija tal-UE, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea jiġu mħarsa mill-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, partikolarment b'rabta mal-Istati kklassifikati bħala rifuġji fiskali, u li l-OLAF ikollu l-jedd li jwettaq verifiki fuq il-post u spezzjonijiet fl-istabbilimenti tal-benefiċjarji.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu li jissemma fil-paragrafu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jkunux adottaw deċiżjoni li tagħti garanzija tal-UE ġdida lill-BEI kontra t-telf imġarrab mill-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni, dan il-perjodu għandu jiġġedded awtomatikament b'sitt xhur.

5. Jekk, mal-iskadenza tal-perjodu li jissemma fil-paragrafu 4, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ma jkunux adottaw deċiżjoni li tagħti garanzija tal-UE ġdida lill-BEI kontra t-telf imġarrab mill-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu barra mill-Unjoni, dan il-perjodu għandu – darba biss – jiġġedded awtomatikament b'sitt xhur.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – l-ewwel subparagrafu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI koperti mill-garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2014-2020 ma għandux jaqbeż EUR 28,000,000,000. L-ammonti kanċellati ma jgħoddux mal-limitu.

1. Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI koperti mill-garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2014-2020 ma għandux jaqbeż EUR 28 000 000 000. L-ammonti inizjalment previsti għal operazzjonijiet ta' finanzjament, iżda kanċellati aktar tard, ma jgħoddux mal-limitu.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-iżvilupp tas-settur privat lokali, b'mod partikolari l-appoġġ għall-SMEs.

(a) l-iżvilupp tas-settur privat, b'mod partikolari l-appoġġ għall-SMEs.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(a) jistgħu jinkludi l-appoġġ għall-proġetti ta' investiment min-naħa tal-SMEs tal-Unjoni.

5. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(a) jistgħu jinkludi l-appoġġ għall-proġetti ta' investiment min-naħa tal-SMEs tal-Unjoni. Madankollu, għandu jiġi żgurat li l-finanzjament mill-BEI jintuża ġenwinament fil-proġetti speċifiċi ta' investiment għall-benefiċċju tal-SMEs ikkonċernati u mhux jiġi dirett lejn oqsma oħra bħala appoġġ moħbi għall-impriżi. Sabiex jiżgura li l-finanzjament jintuża kif previst, il-BEI għandu jfassal standards prattiċi ta' rappurtar li għandhom jiġu rispettati mill-mutwatarji.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(b) għandhom jappoġġjaw il-proġetti ta' investiment fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, inkluża l-enerġija rinnovabbli, is-sistemi ta' trasformazzjoni tal-enerġija li jippermettu l-bidla għal teknoloġiji u fjuwils b'livell inqas intensiv tal-karbonju, is-sigurtà tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija, inkluż għall-produzzjoni u t-trasport tal-gass lejn is-suq tal-enerġija tal-UE, l-infrastruttura ambjentali, inkluż l-ilma u s-sanità u l-infrastruttura ekoloġika, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u anke it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband, is-saħħa u l-edukazzjoni.

6. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(b) għandhom jappoġġaw il-proġetti ta' investiment fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, inkluża l-enerġija rinnovabbli, is-sistemi ta' trasformazzjoni tal-enerġija li jippermettu l-bidla għal teknoloġiji u fjuwils b'livell inqas intensiv tal-karbonju (f'dan il-kuntest il-kalkoli ta' emissjonijiet ta' CO2 għandhom jikkunsidraw il-proċessi li jikkawżaw emissjonijiet addizzjonali qabel u wara l-modalità operattiva attwali tal-faċilitajiet ta' produzzjoni tal-enerġija), is-sigurtà tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija, l-infrastruttura ambjentali, inkluż l-ilma u s-sanità u l-infrastruttura ekoloġika, it-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u anke it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband, is-saħħa u l-edukazzjoni.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(c) għandhom jappoġġaw proġetti ta' investiment fil-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima li jikkontribwixxu għall-għan kumplessiv tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi titqawwa r-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli. Matul il-perjodu kopert mid-Deċiżjoni, il-volum ta' dawn l-operazzjonijiet għandu jirrappreżenta mill-inqas 25 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha tal-BEI.

7. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-għanijiet previsti fil-paragrafu 1(c) għandhom jappoġġaw proġetti ta' investiment fil-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima li jikkontribwixxu għall-għan kumplessiv tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza tal-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi titqawwa r-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli. Il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-proġetti ta' azzjoni klimatika għandhom ikunu definiti ulterjorment fir-reviżjoni li jmiss tal-Linji Gwidi Operattivi Tekniċi Reġjonali, wara konsultazzjonijiet pubbliċi dettaljati, u jiġu riflessi fl-istrateġija għat-tibdil fil-klima tal-Bank matul ir-rieżami ta' nofs it-terminu ta' din id-Deċiżjoni. Matul il-perjodu kopert mid-Deċiżjoni, il-volum ta' dawn l-operazzjonijiet fil-qasam tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għandhom jirrappreżentaw mill-inqas 25 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha tal-BEI. Permezz tal-promozzjoni ta' proġetti ta' investiment fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u ta' effiċjenza enerġetika akbar, il-BEI għandu jikkontribbwixxi għal taħlita enerġetika sostenibbli b'eliminazzjoni gradwali tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu fil-fjuwils fossili. Għalhekk, għandu jiġi żgurat li l-investiment fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u ta' effiċjenza enerġetika akbar ikun ippreferut minn dak fil-fjuwils fossili li jiġġeneraw livelli għoljin ta' emissjonijiet ta' CO2.

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 17 rigward l-emendi għall-Anness III. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jissejsu fuq valutazzjoni ekonomika u politika kumplessiva, inklużi aspetti relatati mad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti.

2. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti ddelegati f'konformità mal-Artikolu 17 rigward l-emendi għall-Anness III. Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom jissejsu fuq valutazzjoni ekonomika, soċjali, ambjentali u politika kumplessiva, inklużi aspetti relatati mad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa f'pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim ta' qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali taħt liema għandhom jitwettqu dawn l-operazzjonijiet.

5. Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI mwettqa f'pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim ta' qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali taħt liema għandhom jitwettqu dawn l-operazzjonijiet. Kondizzjonijiet legali li taħthom għandhom jitwettqu l-operazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll standards ambjentali, soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-BEI ma għandux jikkoopera ma' intermedjarji finanzjarji li jkollhom rekord negattiv f'termini ta' trasparenza, frodi, korruzzjoni u impatti ambjentali u soċjali. Il-BEI, flimkien mal-Kummissjoni Ewropea, għandu jistabbilixxi lista stretta ta' kriterji għas-selezzjoni tal-intermedjarji finanzjarji u tali lista għandha tkun disponibbli pubblikament.

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Meta jopera taħt il-garanzija tal-UE, il-BEI għandu jikkoopera biss mal-intermedjarji finanzjarji li għandhom sjieda lokali sostanzjali, li huma mgħammra biex jimplimentaw approċċ favur l-iżvilupp li jappoġġa l-ispeċifiċità tal-SMEs fil-pajjiżi tal-operat, u li la qed joperaw u lanqas ma huma stabbiliti f'ġurisdizzjoni li:

 

- tipprevedi miżuri tat-taxxa li ma jinvolvux taxxi jew jinvolvu taxxi nominali jew fejn jingħataw vantaġġi mingħajr ebda attività ekonomika reali u preżenza ekonomika sostanzjali fil-ġurisdizzjoni li toffri dawn il-vantaġġi fuq it-taxxa;

 

- ma tikkonformax bis-sħiħ mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni Mudell Fiskali tal-OECD dwar id-Dħul u l-Kapital u tiżgura skambju effettiv ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' taxxa, inklużi ftehimiet multilaterali dwar it-taxxa;

 

- hija elenkata mill-FATF bħala Pajjiż u Territorju li Ma Jikkooperawx.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2c. F'kooperazzjoni mal-intermedjarji finanzjarji, il-BEI għandu jiżgura li, meta dawn l-intermedjarji jittrasferixxu finanzjament tal-EIB lil mutwatarji lokali, ma jitolbux ħlasijiet eċċessivi u ma jimponux piżijiet bla bżonn fuq il-benefiċjarji finali tal-finanzjament mill-BEI.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jikkonsistu fi strumenti tas-suq kapitali tad-dejn, il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-ħlasijiet kollha dovuti lill-BEI iżda mhux riċevuti minnu, meta dan ma jkunx irċevihom minħabba r-realizzazzjoni ta' wieħed mir-riskji politiċi li ġejjin (“Garanzija għar-Riskju Politiku”):

3. Għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 u għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jikkonsistu fi strumenti tas-suq kapitali tad-dejn, sakemm dawn ikunu konformi mal-prinċipji ta' prattiki bankarji sodi, sostenibbli, fit-tul, u bbażati fuq l-ekonomija reali, il-garanzija tal-UE għandha tkopri l-ħlasijiet kollha dovuti lill-BEI iżda mhux riċevuti minnu, meta dan ma jkunx irċevihom minħabba r-realizzazzjoni ta' wieħed mir-riskji politiċi li ġejjin (“Garanzija għar-Riskju Politiku”):

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jistabbilixxu fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 13a metodu li jippermetti lill-BEI jidentifika, fi ħdan l-attività esterna tiegħu, l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni u l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati għar-riskju proprju tal-BEI. Il-metodu għandu jiġi bbażat fuq l-affidabbiltà kreditizja tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kif ivvalutati mill-BEI, ir-reġjuni u l-limiti kif definiti fl-Anness I, in-natura tal-kontroparti (jekk gvern/Stat, sottosovran kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew privat), il-kapaċità ta' assorbiment ta' riskju tal-BEI u kriterji rilevanti oħra, inkluż il-valur miżjud tal-Garanzija tal-UE.

5. Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jistabbilixxu fil-ftehim imsemmi fl-Artikolu 13a metodu li jippermetti lill-BEI jidentifika, fi ħdan l-attività esterna tiegħu, l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati taħt din id-Deċiżjoni u l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati għar-riskju proprju tal-BEI. Il-metodu għandu jiġi bbażat fuq l-affidabbiltà kreditizja tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kif ivvalutati mill-BEI, ir-reġjuni u l-limiti kif definiti fl-Anness I, in-natura tal-kontroparti (jekk gvern/Stat, sottosovran kif imsemmi fil-paragrafu 1 jew privat), il-kapaċità ta' assorbiment ta' riskju tal-BEI u kriterji rilevanti oħra, inkluż il-valur miżjud tal-Garanzija tal-UE. Il-politika tal-allokazzjoni għandha tkun disponibbli pubblikament fuq il-websajt tal-BEI. Għal kull operazzjoni li għandha tiġi ffinanzjata mill-BEI barra l-UE, il-websajt tal-BEI għandha, wara l-fażi tal-approvazzjoni tal-proġett, tindika jekk hux se tintuża garanzija tal-UE jew le.

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-BEI għandu jwettaq analiżi approfondita ("due diligence") u, fejn ikun xieraq u f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni, jirrikjedi konsultazzjoni pubblika lokali xierqa, tal-aspetti tal-proġetti ta' investiment relatati mal-iżvilupp, koperti mill-garanzija tal-UE.

Il-BEI għandu jwettaq analiżi approfondita ("due diligence") u, f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni, jirrikjedi konsultazzjoni pubblika lokali xierqa, tal-aspetti tal-proġetti ta' investiment relatati mal-iżvilupp, koperti mill-garanzija tal-UE.

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti ta' investiment u tal-aspetti konnessi mal-jeddijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni tal-kunflitt, sabiex jiżguraw li dawk il-proġetti ta' investiment li jkunu sostenibbli ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment biss jiġu sostnuti skont din id-Deċiżjoni.

Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet neċessarji dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti ta' investiment u tal-aspetti konnessi mad-drittijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni tal-kunflitt, f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni kif ukoll leġiżlazzjoni u standards ambjentali u soċjali tal-pajjiżi benefiċjarji, sabiex jiżguraw li dawk il-proġetti ta' investiment li jkunu sostenibbli ekonomikament, finanzjarjament, ambjentalment u soċjalment biss jiġu sostnuti skont din id-Deċiżjoni.

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) valutazzjoni tal-impatt tas-self tal-BEI permezz ta' intermedjarji finanzjarji, li turi kif is-self intermedjat jikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar, u l-għanijiet soċjali u ambjentali tal-azzjoni esterna tal-UE. L-informazzjoni dwar il-benefiċjarji finali tal-operazzjonijiet tal-BEI għandha tiġi żvelata;

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-iżvelar pubbliku ta' informazzjoni

It-trasparenza u l-iżvelar pubbliku ta' informazzjoni

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Skont il-politika ta' trasparenza tiegħu stess, il-BEI għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku fil-websajt tiegħu informazzjoni relatata ma':

1. Skont il-politika ta' trasparenza tiegħu stess, il-BEI għandu jagħmel disponibbli għall-pubbliku fil-websajt tiegħu informazzjoni relatata ma':

(a) l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI kollha mwettqa taħt din id-Deċiżjoni u li b'mod partikolari tindika jekk proġett ta' investiment huwa kopert mill-garanzija tal-UE;

(a) l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI kollha mwettqa taħt din id-Deċiżjoni u li b'mod partikolari tindika jekk proġett ta' investiment huwiex kopert mill-garanzija tal-UE u li tinkludi:

 

(i) deskrizzjoni jew sinteżi tal-proġett,

 

(ii) rapporti ta' monitoraġġ dwar l-aspetti relatati mal-iżvilupp, kif ukoll dawk ambjentali u soċjali tal-proġett,

 

(iii) rapporti ta' evalwazzjoni ex-post dwar il-kontribut tal-proġetti għall-iżvilupp ekonomiku, il-qerda tal-faqar, il-protezzjoni tal-ambjent u t-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem;

(b) sakemm ikunu applikati rekwiżiti ta' kunfidenzjalità, kwalunkwe memoranda ta' qbil bejn il-BEI u Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej jew Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn li għandhom effett fuq l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt din id-Deċiżjoni.

(b) kwalunkwe memoranda ta' qbil bejn il-BEI u Istituzzjonijiet Finanzjarji Ewropej jew Istituzzjonijiet Finanzjarji Internazzjonali oħrajn li għandhom effett fuq l-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt din id-Deċiżjoni.

Emenda  39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11 – paragrafu 1 – point ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) ftehimiet qafas konklużi bejn il-BEI u pajjiż benefiċjarju;

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI ma għandux jittollera attivitajiet li jsiru għal finijiet illegali, inkluż il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni, u l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. B'mod partikolari l-BEI ma għandu jipparteċipa fl-ebda operazzjoni ta' finanzjament implimentata f'pajjiż eliġibbli permezz ta' ġurisdizzjoni barranija li ma tikkooperax identifikata bħala tali mill-OECD, mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti oħrajn.

Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI ma għandux jittollera attivitajiet li jsiru għal finijiet illegali, inkluż il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni, u l-frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE. Il-BEI lanqas ma għandu jikkopera ma' kumpaniji li jeżerċitaw ippjanar aggressiv tat-taxxa kif definit fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2102) 8806. B'mod partikolari l-BEI ma għandu jipparteċipa fl-ebda operazzjoni ta' finanzjament implimentata f'pajjiż eliġibbli permezz ta' ġurisdizzjoni li:

 

(a) tipprevedi miżuri tat-taxxa li ma jinvolvux taxxi jew jinvolvu taxxi nominali jew fejn jingħataw vantaġġi mingħajr ebda attività ekonomika reali u preżenza ekonomika sostanzjali fil-ġurisdizzjoni li toffri dawn il-vantaġġi fuq it-taxxa,

 

(b) tista' tiġi identifikata bħala mhux konformi skont ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni C(2012) 8805,

 

(c) ma tikkonformax bis-sħiħ mal-istandards stabbiliti fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni Mudell Fiskali tal-OECD dwar id-Dħul u l-Kapital u tiżgura skambju effettiv ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet ta' taxxa, inklużi ftehimiet multilaterali dwar it-taxxa,

 

(d) hija elenkata mill-FATF bħala Pajjiż u Territorju li Ma Jikkooperawx.

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' kwalunkwe operazzjonijiet ta' finanzjament.

2. L-OLAF jista' jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999, ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 sabiex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni, ħasil tal-flus jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'rabta ma' kwalunkwe operazzjonijiet ta' finanzjament. Meta tintwera bil-provi l-korruzzjoni, il-BEI għandu jassisti fl-isforzi ta' rkupru tal-assi billi jiżvela lill-awtoritajiet rilevanti l-assi miżmuma mill-BEI li jirrigwardaw tali korruzzjoni jew li huma riżultat tagħha.

Emenda  42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 16 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-BEI għandu jaħtar uffiċjal kontra l-korruzzjoni li jservi bħala punt ta' kuntatt għall-partijiet interessati kollha, inklużi l-popolazzjonijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili organizzata kif ukoll internament.

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 16 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Il-kuntratti ffirmati fir-rigward ta' proġetti soġġetti għall-garanzija tal-UE għandhom jinkludu klawsoli stretti li jippermettu s-sospensjoni tal-appoġġ finanzjarju min-naħa tal-BEI lill-promoturi u l-intermedjarji finanzjarji tal-proġett meta jkunu qegħdin isiru investigazzjonijiet formali għal frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra, kif ukoll il-kanċellazzjoni tiegħu f'każ li tintwera bil-provi tali attività illegali.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li l-BEI jwaqqaf l-iżborżamenti ta' self għal proġetti li dwarhom ikunu għaddejjin investigazzjonijiet nazzjonali jew Ewropej rigward korruzzjoni, bħal fil-każ ta' Sostanj fejn il-BEI żborża l-porzjon finali tas-self tiegħu minkejja li kienet għaddejja investigazzjoni tal-OLAF (l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi). Dwar din il-kwistjoni, it-tweġiba tal-BEI baqgħet vaga, u għadu mhuwiex ċar kif l-investigazzjonijiet amministrattivi tal-BEI mhumiex qed ifixklu investigazzjonijiet kriminali mmexxija minn awtoritajiet nazzjonali jew tal-UE.

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta' Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport intermedju li jevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fl-ewwel snin, akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta għal emenda tiegħu. Ir-rapport għandu jissejjes fuq evalwazzjoni esterna u l-kontribuzzjoni mill-BEI.

Sal-30 ta' Ġunju 2017, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'rapport intermedju li jevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni fl-ewwel snin, akkumpanjat, fejn xieraq, bi proposta għal emenda tiegħu. Ir-rapport għandu jissejjes fuq evalwazzjoni esterna indipendenti u l-kontribuzzjoni mill-BEI. Ir-rapport ta' nofs it-terminu tal-Kummissjoni għandu jinkludi lista dettaljata tal-kriterji li skonthom ikunu ġew evalwati l-ewwel snin ta' implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Huwa għandu jinkludi wkoll lista dettaljata tal-kriterji li, abbażi tagħhom, huwa deċiż safejn għandu jkun attivat l-ammont fakultattiv imsemmi fl-Artikolu 2(1)(b). Dan għandu jiżgurat li, fit-tieni nofs kollu tal-mandat tiegħu, il-BEI jista' jaħdem b'baġit li fih huma diġà kkunsidrati xi tibdiliet dovuti għar-rieżami ta' nofs it-terminu.

PROĊEDURA

Titolu

Garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti barra l-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2013)0293 – C7-0145/2013 – 2013/0152(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.6.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

10.6.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Hans-Peter Martin

18.6.2013

Eżami fil-kumitat

5.9.2013

14.10.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

14.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Besset, Sharon Bowles, Nikolaos Chountis, George Sabin Cutaş, Leonardo Domenici, Derk Jan Eppink, Elisa Ferreira, Jean-Paul Gauzès, Sven Giegold, Gunnar Hökmark, Syed Kamall, Wolf Klinz, Jürgen Klute, Philippe Lamberts, Werner Langen, Astrid Lulling, Ivana Maletić, Sławomir Nitras, Antolín Sánchez Presedo, Peter Simon, Sampo Terho, Marianne Thyssen, Ramon Tremosa i Balcells, Corien Wortmann-Kool

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Fabrizio Bertot, Herbert Dorfmann, Sari Essayah, Petru Constantin Luhan, Thomas Mann, Catherine Stihler, Nils Torvalds, Emilie Turunen

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Ismail Ertug, Edite Estrela

PROĊEDURA

Titolu

Garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti barra l-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2013)0293 – C7-0145/2013 – 2013/0152(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.5.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

10.6.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

10.6.2013

DEVE

10.6.2013

INTA

10.6.2013

ECON

10.6.2013

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Ivailo Kalfin

10.6.2013

 

 

 

Data tal-adozzjoni

5.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marta Andreasen, Zuzana Brzobohatá, Göran Färm, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazábal Rubial, Salvador Garriga Polledo, Jens Geier, Ivars Godmanis, Ingeborg Gräßle, Lucas Hartong, Anne E. Jensen, Ivailo Kalfin, Sergej Kozlík, Jan Kozłowski, Alain Lamassoure, Giovanni La Via, George Lyon, Claudio Morganti, Jan Mulder, Andrej Plenković, Alda Sousa, László Surján, Helga Trüpel, Derek Vaughan, Angelika Werthmann

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Maria Da Graça Carvalho, Derk Jan Eppink, João Ferreira, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Peter Šťastný, Georgios Stavrakakis, Catherine Trautmann

Data tat-tressiq

15.11.2013