RAPPORT dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-moviment liberu ta’ dik id-dejta

22.11.2013 - (COM(2012)0010 – C7‑0024/2012 – 2012/0010(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Dimitrios Droutsas


Proċedura : 2012/0010(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0403/2013
Testi mressqa :
A7-0403/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-moviment liberu ta’ dik id-dejta

(COM(2012)0010 – C7‑0024/2012 – 2012/0010(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2012)0010),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 16(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0024/2012),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Bundesrat Ġermaniż u mill-Parlament Svediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tas-7 ta' Marzu 2012 tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tal-1 ta' Ottubru 2012,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0403/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali hija dritt fundamentali. L-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxu li kull persuna għandu jkollha d-dritt għall-protezzjoni ta’ dejta personali li tirrigwardaha.

(1) Il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali hija dritt fundamentali. L-Artikolu 8(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 16(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxu li kull persuna għandu jkollha d-dritt għall-protezzjoni ta’ dejta personali li tirrigwardaha. L-Artikolu 8(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi li din id-dejta għandha tkun ipproċessata b'mod ġust għal skopijiet speċifiċi u abbażi tal-kunsens tal-persuna kkonċernata jew xi bażi leġittima oħra stabbilità mil-liġi.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Dan jitlob li jiġi ffaċilitat il-fluss liberu ta’ dejta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni u t-trasferiment lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, filwaqt li jkun assigurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali. Dawn l-iżviluppi jitolbu li jinbena qafas b’saħħtu u iżjed koerenti għall-protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni, appoġġjat minn infurzar b’saħħtu.

(4) Dan jitlob li jiġi ffaċilitat il-fluss liberu ta’ dejta, meta dan ikun meħtieġ u proporzjonat, bejn l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni u t-trasferiment lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, filwaqt li jkun assigurat livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali. Dawn l-iżviluppi jitolbu li jinbena qafas b’saħħtu u iżjed koerenti għall-protezzjoni tad-dejta fl-Unjoni, appoġġjat minn infurzar b’saħħtu.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-assigurazzjoni ta’ livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali ta’ individwi u l-iffaċilitar tal-iskambju ta’ dejta personali bejn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri hija kruċjali sabiex tkun assigurata l-kooperazzjoni effettiva ġudizzjarja f’materji kriminali u dik tal-pulizija. Għal dak il-għan, il-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, irid ikun ekwivalenti fl-Istati Membri kollha. Il-protezzjoni effettiva tad-dejta personali madwar l-Unjoni titlob li jiġu msaħħa d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-obbligi ta’ dawk li jipproċessaw dejta personali, iżda wkoll setgħat ekwivalenti sabiex tiġi sorveljata u assigurata l-konformità mar-regoli għall-protezzjoni tad-dejta personali fl-Istati Membri.

(7) L-assigurazzjoni ta’ livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali ta’ individwi u l-iffaċilitar tal-iskambju ta’ dejta personali bejn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri huma kruċjali sabiex tkun assigurata l-kooperazzjoni effettiva ġudizzjarja f’materji kriminali u dik tal-pulizija. Għal dak il-għan, il-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, irid ikun ekwivalenti fl-Istati Membri kollha. L-applikazzjoni konsistenti u omoġenja tar-regoli għall-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali għandha tkun assigurata fl-Unjoni kollha. Il-protezzjoni effettiva tad-dejta personali madwar l-Unjoni titlob li jissaħħu d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-obbligi ta’ dawk li jipproċessaw dejta personali, iżda wkoll setgħat ekwivalenti sabiex tiġi sorveljata u assigurata l-konformità mar-regoli għall-protezzjoni tad-dejta personali fl-Istati Membri.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-Artikolu 16(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jistabbilixxu r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-moviment liberu tad-dejta personali.

(8) L-Artikolu 16(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprovdi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jistabbilixxu r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-moviment liberu tad-dejta personali u l-privatezza tagħhom.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għalhekk, Direttiva distinta għandha tissodisfa n-natura speċifika ta’ dawn l-oqsma u tistabbilixxi r-regoli relatati mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali.

(11) Għalhekk, Direttiva speċifika għandha tissodisfa n-natura speċifika ta’ dawn l-oqsma u tistabbilixxi r-regoli relatati mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-protezzjoni tal-individwi għandha tkun teknoloġikament newtrali u ma tiddependix fuq it-tekniki użati; inkella din tista’ toħloq riskju serju ta’ ksur. Il-protezzjoni tal-individwi għandha tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali b’mezzi awtomatizzati kif ukoll għall-ipproċessar manwali, jekk id-dejta titqiegħed jew tkun maħsuba biex titqiegħed f’sistema ta’ arkivjar. Fajls jew settijiet ta’ fajls kif ukoll il-qoxriet ta’ barra tagħhom, li ma jkunux strutturati skont kriterji speċifiċi, m’għandhomx jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali fil-kors ta’ attività li ma tkunx skont il-finijiet ta’ liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà nazzjonali, jew għad-dejta pproċessata mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni, bħall-Europol jew l-Eurojust.

(15) Il-protezzjoni tal-individwi għandha tkun teknoloġikament newtrali u ma tiddependix fuq it-tekniki użati; inkella din tista’ toħloq riskju serju ta’ ksur. Il-protezzjoni tal-individwi għandha tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali b’mezzi awtomatizzati kif ukoll għall-ipproċessar manwali, jekk id-dejta titqiegħed jew tkun maħsuba biex titqiegħed f’sistema ta’ arkivjar. Fajls jew settijiet ta’ fajls kif ukoll il-qoxriet ta’ barra tagħhom, li ma jkunux strutturati skont kriterji speċifiċi, m’għandhomx jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali fil-kors ta’ attività li ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 u strumenti legali speċifiċi applikabbli għal aġenziji, korpi jew uffiċċji tal-Unjoni għandhom ikunu konformi ma' din id-Direttiva u applikati skont din id-Direttiva.

 

___________________

 

1Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-prinċipji ta’ protezzjoni għandhom japplikaw għal kwalunkwe informazzjoni dwar persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. Sabiex jiġi determinat jekk persuna fiżika tkunx identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna oħra biex jiġi identifikat l-individwu. Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta m’għandhomx japplikaw għal dejta li tkun saret anonima b’mod li s-suġġett tad-dejta ma jkunx aktar identifikabbli.

(16) Il-prinċipji ta’ protezzjoni għandhom japplikaw għal kwalunkwe informazzjoni dwar persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. Sabiex jiġi determinat jekk persuna fiżika tkunx identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna oħra biex l-individwu jiġi identifikat jew individwat. Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta m’għandhomx japplikaw għal dejta li tkun saret anonima b’mod li s-suġġett tad-dejta ma jkunx aktar identifikabbli. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal dejta anonima, jiġifieri kwalunkwe dejta li ma tistax tiġi relatata, direttament jew indirettament, waħedha jew flimkien ma' dejta assoċċjata, ma' persuna fiżika. Minħabba l-importanza tal-iżviluppi li qed isiru fil-qafas tas-soċjetà tal-informazzjoni, tat-tekniki użati biex tinkiseb, tiġi trażmessa, manipulata, irreġistrata, maħżuna jew ikkomunikata dejta dwar il-lok relatata ma' persuni fiżiċi, li tista’ tintuża għal finijiet differenti, inklużi s-sorveljanza jew il-ħolqien ta’ profili, din id-Direttiva għandha tkun applikabbli għall-ipproċessar li jinvolvi dejta personali bħal din.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali għandu jkun legali, ġust u trasparenti fir-rigward tal-individwi kkonċernati. B’mod partikolari, il-finijiet speċifiċi li għalihom tiġi pproċessata d-dejta għandhom ikunu espliċiti u leġittimi u stabbiliti meta tinġabar id-dejta personali. Id-dejta personali għandha tkun adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-dejta personali tiġi pproċessata; Dan jirrikjedi b’mod partikolari li d-dejta miġbura u l-perjodu ta' ħżin tad-dejta jiġu limitati għal minimu strett. Id-dejta personali għandha tkun ipproċessata biss jekk l-għan tal-ipproċessar ma setax jintlaħaq mod ieħor. Għandu jittieħed kull pass raġonevoli sabiex jiġi assigurat li d-dejta personali li ma tkunx eżatta tiġi rettifikata jew imħassra. Sabiex ikun assigurat li d-dejta ma tinżammx għal aktar żmien minn kemm meħtieġ, il-kontrollur għandu jistabbilixxi limiti ta’ żmien għat-tħassir jew għal reviżjoni perjodika.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali jrid ikun ġust u legali fir-rigward tal-individwi kkonċernati. B’mod partikolari, l-objettivi speċifiċi tal-ipproċessar tad-dejta għandhom ikunu espliċiti.

imħassar

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jżommu u jipproċessaw dejta personali, li tkun miġbura fil-kuntest ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali speċifiċi lil hinn minn dak il-kuntest tal-iżvilupp ta' ftehim ta’ fenomeni u tendenzi kriminali, ta’ ġbir ta’ intelliġenza dwar netwerks ta’ kriminalità organizzata, u ta’ rabtiet li jsiru bejn reati differenti individwati.

imħassar

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Id-dejta personali m’għandhiex tiġi pproċessata għal objettivi inkompatibbli mal-objettiv li għalih tkun inġabret. Id-dejta personali għandha tkun adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva għall-objettivi li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali; Għandu jittieħed kull pass raġonevoli sabiex jiġi assigurat li d-dejta personali li ma tkunx eżatta għandha tiġi rettifikata jew imħassra.

imħassar

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) Is-sempliċi fatt li żewġ finijiet huma t-tnejn relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali mhux neċessarjament ifisser li huma kompatibbli. Madankollu, hemm każijiet li fihom għandu jkun possibbli li jsir ipproċessar ulterjuri għal finijiet inkompatibbli jekk dan ikun meħtieġ sabiex ikun hemm konformità ma’ xi obbligu ġuridiku li l-kontrollur ikun suġġett għalih, bil-għan li jitħarsu l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew persuna oħra, jew għall-prevenzjoni ta' xi theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika. L-Istati Membri għandhom għalhekk ikunu jistgħu jadottaw liġijiet nazzjonali li jipprovdu għal tali derogi safejn ikun strettament meħtieġ. Dawn il-liġijiet nazzjonali għandu jkollhom salvagwardji xierqa.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Fl-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, għandhom jiġu meqjusa l-ispeċifiċitajiet tas-settur, inklużi l-objettivi speċifiċi segwiti.

imħassar

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Huwa inerenti għall-ipproċessar ta’ dejta personali fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u dik tal-pulizija li tiġi pproċessata dejta personali relatata ma’ kategoriji differenti ta’ suġġetti tad-dejta. Għalhekk, kemm jista’ jkun għandha ssir distinzjoni ċara bejn dejta personali ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-dejta bħal suspettati, persuni kkundanati b’reat kriminali, vittmi u partijiet terzi, bħal xhieda, persuni b’informazzjoni rilevanti jew kuntatti u assoċjati ta’ suspettati u kriminali misjuba ħatja.

(23) Huwa inerenti għall-ipproċessar ta’ dejta personali fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u dik tal-pulizija li tiġi pproċessata dejta personali relatata ma’ kategoriji differenti ta’ suġġetti tad-dejta. Għalhekk, kemm jista’ jkun għandha ssir distinzjoni ċara bejn dejta personali ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-dejta bħal suspettati, persuni kkundanati b’reat kriminali, vittmi u partijiet terzi, bħal xhieda, persuni b’informazzjoni rilevanti jew kuntatti u assoċjati ta’ suspettati u kriminali misjuba ħatja. L-Istati Membri għandhom jipprovdu regoli speċifiċi dwar il-konsegwenzi ta’ din il-kategorizzazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-finijiet differenti li għalihom tinġabar id-dejta u jiġu pprovduti salvagwardji speċifiċi għall-persuni li ma jkunux issuspettati li wettqu, jew li ma jkunux ġew iddikjarati ħatja ta’, reat kriminali.

 

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Sabiex ikun legali, l-ipproċessar ta’ dejta personali għandu jkun meħtieġ għal konformità ma’ obbligu legali li għalih ikun soġġett il-kontrollur, għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku minn awtorità kompetenti bbażata fuq il-liġi jew sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra, jew għall-prevenzjoni ta’ theddida serja u immedjata għas-sigurtà pubblika.

(25) Sabiex ikun legali, l-ipproċessar ta’ dejta personali għandu jkun permess biss meta jkun meħtieġ għal konformità ma’ obbligu ġuridiku li għalih ikun soġġett il-kontrollur, għat-twettiq ta’ kompitu li jsir fl-interess pubbliku minn awtorità kompetenti bbażata fuq il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li għandu jkun fiha dispożizzjonijiet espliċiti u dettaljati mill-inqas fir-rigward tal-objettivi, id-dejta personali, il-finijiet speċifiċi u l-mezzi, li taħtar jew tippermetti li jinħatar il-kontrollur, li tistabbilixxi l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti, l-użu u l-limitazzjonijiet tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe diskrezzjoni mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti b’rabta mal-attivitajiet tal-ipproċessar.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a) Id-dejta personali m’għandhiex tiġi pproċessata għal finijiet inkompatibbli mal-fini li għalih tkun inġabret. Ipproċessar ulterjuri mill-awtoritajiet kompetenti għal fini li jaqa’ fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva li ma jkunx kompatibbli mal-fini inizjali għandu jkun awtorizzat biss f’każijiet speċifiċi fejn ipproċessar bħal dan ikun meħtieġ għall-konformità ma' obbligu ġuridiku, abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali, li għaliha jkun soġġett il-kontrollur, jew biex ikun protett l-interess vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra, jew għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika. Il-fatt li d-dejta tiġi proċessata għal fini ta’ infurzar tal-liġi mhux neċessarjament jimplika li dan il-fini huwa kompatibbli mal-fini inizjali. Il-kunċett tal-użu kompatibbli għandu jiġi interpretat b’mod ristrett.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 25b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25b) Id-dejta personali pproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adotatti skont din id-Direttiva m’għandhiex tiġi pproċessata aktar.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Dejta personali li, min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva fir-rigward tad-drittijiet fundamentali u l-privatezza, inkluża d-dejta ġenetika, tixirqilha protezzjoni speċifika. Tali dejta m’għandhiex tiġi pproċessata, sakemm l-ipproċessar ma jkunx awtorizzat speċifikament b’liġi li tipprovdi għal miżuri xierqa sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta; jew l-ipproċessar ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra; jew l-ipproċessar ikun jikkonċerna dejta li b’mod ċar tkun saret pubblika mis-suġġett tad-dejta.

(26) Dejta personali li, min-natura tagħha, tkun partikolarment sensittiva u vulnerabbli fir-rigward ta’ drittijiet fundamentali jew privatezza, tixirqilha protezzjoni speċifika. Tali dejta m’għandhiex tiġi pproċessata, sakemm l-ipproċessar ma jkunx meħtieġ speċifikament għat-twettiq ta' kompitu mwettaq fl-interess pubbliku, abbażi tal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali li tipprovdi għal miżuri xierqa sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet fundamentali u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta; jew l-ipproċessar ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra; jew l-ipproċessar ikun jikkonċerna dejta li b’mod ċar tkun saret pubblika mis-suġġett tad-dejta. Dejta personali sensittiva għandha tkun ipproċessata biss kemm-il darba huma jissupplimentaw dejta personali oħra diġà pproċessata għall-finijiet ta' infurzar tal-liġi. Kwalunkwe deroga għall-projbizzjoni ta' pproċessar ta' dejta sensittiva għandha tkun interpretata b'mod ristrett u ma għandhiex twassalx għal ipproċessar frekwenti, massiv jew strutturali ta' dejta personali sensittiva.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) L-ipproċessar ta’ dejta ġenetika għandu jkun permess biss jekk ikun hemm rabta ġenetika li tfeġġ fil-proċess ta’ investigazzjoni kriminali jew fi proċedura ġudizzjarja. Id-dejta ġenetika għandha tinħażen biss sakemm ikun strettament meħtieġ għall-fini ta’ tali investigazzjonijiet u proċeduri, filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jipprovdi għal ħażna aktar fit-tul skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li ma tkunx soġġetta għal miżura li tkun ibbażata biss fuq ipproċessar awtomatizzat jekk dan jipproduċi effett legali negattiv għal dik il-persuna, sakemm ma tkunx awtorizzata bil-liġi u soġġetta għal miżuri xierqa biex jiġu ssalvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta.

(27) Kull persuna fiżika għandu jkollha d-dritt li ma tkunx soġġetta għal miżura li tkun ibbażata fuq it-tfassil ta’ profil parzjali jew sħiħ permezz ta’ pproċessar awtomatizzat. Tali pproċessar li jipproduċi effett legali għal dik il-persuna, jew jaffettwaha b’mod sinifikanti għandu jkun ipprojbit, sakemm ma jkunx awtorizzat bil-liġi u soġġett għal miżuri xierqa biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet fundamentali u l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta, inkluż id-dritt li tkun fornuta b'informazzjoni siewja dwar il-loġika użata fit-tfassil tal-profil. Tali pproċessar ma għandu fl-ebda ċirkostanza jinkludi, jiġġenera, jew jiddiskrimina abbażi ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, kwalunkwe informazzjoni għas-suġġett tad-dejta għandha tkun aċċessibbli faċilment u faċli biex tinftiehem, inkluż l-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi.

(28) Sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom, kwalunkwe informazzjoni għas-suġġett tad-dejta għandha tkun aċċessibbli faċilment u faċli biex tinftiehem, inkluż l-użu ta’ lingwaġġ ċar u sempliċi. Din l-informazzjoni għandha tiġi adattata għall-ħtiġijiet tas-suġġett tad-dejta, b’mod partikolari meta l-informazzjoni tkun indirizzata speċifikament lit-tfal.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) Għandhom jiġu pprovduti modalitajiet sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta taħt din id-Direttiva, fosthom mekkaniżmi sabiex jitolbu, mingħajr ħlas, b’mod partikolari l-aċċess għad-dejta, ir-rettifika u t-tħassir. Il-kontrollur għandu jkun obbligat li jirrispondi għat-talbiet tas-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien bla bżonn.

(29) Għandhom jiġu pprovduti modalitajiet sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta taħt din id-Direttiva, fosthom mekkaniżmi sabiex jitolbu, mingħajr ħlas, b’mod partikolari l-aċċess għad-dejta, ir-rettifika u t-tħassir. Il-kontrollur għandu jkun obbligat li jirrispondi għat-talbiet tas-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien u fi żmien xahar mill-wasla tat-talba. Meta d-dejta personali tkun ipproċessata b’mezzi awtomatizzati l-kontrollur għandu jipprovdi mezzi sabiex it-talbiet isiru b’mod elettroniku.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Il-prinċipju ta’ pproċessar ġust jitlob li s-suġġetti tad-dejta għandhom jiġu infurmati b’mod partikolari bl-eżistenza tal-operazzjoni ta’ pproċessar u l-objettivi tagħha, iż-żmien kemm se ddum maħżuna d-dejta, dwar l-eżistenza tad-dritt tal-aċċess, rettifika jew tħassir u dwar id-dritt li jressqu lment. Fejn id-data tinġabar mis-suġġett tad-data, is-suġġett tad-data għandu jkun informat ukoll dwar jekk huwiex obbligat li jipprovdi d-data u dwar il-konsegwenzi, f’każijiet li ma jipprovdix dik id-data.

(30) Il-prinċipju ta’ pproċessar ġust u trasparenti jitlob li s-suġġetti tad-dejta għandhom jiġu infurmati b’mod partikolari bl-eżistenza tal-operazzjoni ta’ pproċessar u l-finijiet tagħha, il-bażi ġuridika tagħha, iż-żmien kemm se ddum maħżuna d-dejta, dwar l-eżistenza tad-dritt tal-aċċess, rettifika jew tħassir u dwar id-dritt li jressqu lment. Barra minn hekk is-suġġett tad-dejta għandu jiġi infurmat jekk jitwettaq tfassil tal-profil u dwar il-konsegwenzi maħsuba tiegħu. Meta d-dejta tinġabar mis-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta għandu jkun informat ukoll dwar jekk huwiex obbligat li jipprovdi d-dejta u dwar il-konsegwenzi, f’każijiet li ma jipprovdix dik id-dejta.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tal-aċċess għal dejta li tinġabar dwarhom, u li teżerċita dan id-dritt faċilment, sabiex tkun konxja u tivverifika l-legalità tal-ipproċessar. Kull suġġett tad-dejta għandu għalhekk ikollu d-dritt li jkun jaf u jikseb komunikazzjoni b’mod partikolari dwar l-objettivi li għalihom id-dejta tkun qed tiġi pproċessata, għal liema perjodu ta’ żmien, liema riċevituri jirċievu d-dejta, inklużi l-pajjiżi terzi. Is-suġġetti tad-dejta għandhom jitħallew jirċievu kopja tad-dejta personali tagħhom li tkun qed tiġi pproċessata.

(32) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tal-aċċess għal dejta li tinġabar dwarha, u li teżerċita dan id-dritt faċilment, sabiex tkun konxja u tivverifika l-legalità tal-ipproċessar. Kull suġġett tad-dejta għandu għalhekk ikollu d-dritt li jkun jaf u jikseb komunikazzjoni b’mod partikolari dwar il-finijiet li għalihom id-dejta tkun qed tiġi pproċessata, il-bażi legali, għal liema perjodu ta’ żmien, liema riċevituri jirċievu d-dejta, inklużi fil-pajjiżi terzi, l-informazzjoni li tinftiehem dwar il-loġika involuta fi kwalunkwe pproċessar awtomatizzat u l-konsegwenzi sinifkanti u previsti jekk applikabbli, u d-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tagħha. Is-suġġetti tad-dejta għandhom jitħallew jirċievu kopja tad-dejta personali tagħhom li tkun qed tiġi pproċessata.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33) L-Istati Membri għandhom jitħallew jadottaw miżuri leġiżlattivi li jittardjaw, jirrestrinġu jew iħallu barra informazzjoni dwar is-suġġetti tad-dejta jew l-aċċess għad-dejta peronali tagħhom safejn u sakemm tali restrizzjoni parzjali jew sħiħa tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika b’kunsiderazzjoni xierqa għall-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata, sabiex jiġi evitat it-tfixkil f’inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali, sabiex ikun evitat li jiġu preġudikati l-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, sabiex jiġu mħarsa s-sigurtà pubblika jew is-sigurtà nazzjonali, jew, sabiex jiġi protett is-suġġett tad-dejta jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni oħra.

(33) L-Istati Membri għandhom jitħallew jadottaw miżuri leġiżlattivi li jittardjaw jew jirrestrinġu informazzjoni dwar is-suġġetti tad-dejta jew l-aċċess għad-dejta peronali tagħhom safejn u sakemm tali restrizzjoni parzjali jew sħiħa tikkostitwixxi miżura neċessarja u proporzjonata f’soċjetà demokratika b’kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet fundamentali u għall-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata, sabiex jiġi evitat it-tfixkil f’inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali, sabiex ikun evitat li jiġu preġudikati l-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, sabiex jiġu mħarsa s-sigurtà pubblika jew is-sigurtà nazzjonali, jew, sabiex jiġi protett is-suġġett tad-dejta jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ persuni oħra. Il-kontrollur għandu jivvaluta permezz ta’ eżami konkret u individwali ta’ kull każ jekk għandhiex tapplika restrizzjoni parzjali jew sħiħa tad-dritt għall-aċċess.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 34a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(34a) Kwalunkwe restrizzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta għandha tkun konformi mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ġie ċċarat mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, u b’mod partikolari għandha tirrispetta l-elementi essenzjali tad-drittijiet u l-libertajiet.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35) Fejn l-Istati Membri jkunu adottaw miżuri leġiżlattivi li jillimitaw b’mod sħiħ jew parzjali d-dritt tal-aċċess, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jitlob li l-awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali kompetenti tiċċekkja l-legalità tal-ipproċessar. Is-suġġett tad-dejta għandu jkun infurmat b’dan id-dritt. Meta l-aċċess jiġi eżerċitat mill-awtorità ta’ superviżjoni f’isem is-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta għandu jiġi infurmat mill-awtorità ta’ superviżjoni li tal-anqas ikunu saru l-verifiki kollha neċessarji mill-awtorità ta’ superviżjoni u dwar ir-riżultat fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar inkwistjoni.

(35) Meta l-Istati Membri jkunu adottaw miżuri leġiżlattivi li jillimitaw b’mod sħiħ jew parzjali d-dritt tal-aċċess, is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jitlob li l-awtorità ta’ superviżjoni nazzjonali kompetenti tiċċekkja l-legalità tal-ipproċessar. Is-suġġett tad-dejta għandu jkun infurmat b’dan id-dritt. Meta l-aċċess jiġi eżerċitat mill-awtorità ta’ superviżjoni f’isem is-suġġett tad-dejta, is-suġġett tad-dejta għandu jiġi infurmat mill-awtorità ta’ superviżjoni li tal-anqas ikunu saru l-verifiki kollha neċessarji mill-awtorità ta’ superviżjoni u dwar ir-riżultat fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar inkwistjoni. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tinforma wkoll lis-suġġett tad-dejta dwar id-dritt li jfittex rimedju ġudizzjarju.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li jkollha d-dejta personali mhux preċiża dwarha rettifikata u d-dritt ta’ tħassir meta l-ipproċessar ta’ dik id-dejta ma jkunx konformi mal-prinċipji ewlenin stabbiliti f’din id-Direttiva. Meta d-dejta personali tiġi pproċessata fil-kors ta’ investigazzjoni u proċedimenti kriminali, ir-rettifika, id-drittijiet tal-informazzjoni, l-aċċess, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar jistgħu jitwettqu skont ir-regoli nazzjonali dwar proċedimenti ġudizzjarji.

(36) Kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt li jkollha d-dejta personali mhux preċiża jew ipproċessata illegalment dwarha rettifikata u d-dritt ta’ tħassir meta l-ipproċessar ta’ dik id-dejta ma jkunx konformi mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva. Tali rettifika, kompletezza jew tħassir għandhom ikunu kkomunikati lir-riċevituri li lilhom tiġi żvelata d-dejta u lill-partijiet terzi minn fejn tkun oriġinat id-dejta mhux preċiża. Il-kontrolluri għandhom jastjenu wkoll milli jxerrdu aktar it-tali dejta. Meta d-dejta personali tiġi pproċessata fil-kors ta’ investigazzjoni u proċedimenti kriminali, ir-rettifika, id-drittijiet tal-informazzjoni, l-aċċess, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar jistgħu jitwettqu skont ir-regoli nazzjonali dwar proċedimenti ġudizzjarji.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)     Għandha tiġi stabbilita r-responsabbiltà komprensiva tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali li jitwettaq mill-kontrollur jew f’isem il-kontrollur. B’mod partikolari, il-kontrollur għandu jassigura l-konformità tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar bir-regoli adottati skont din id-Direttiva.

(37) Għandha tiġi stabbilita r-responsabbiltà komprensiva tal-kontrollur għal kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali li jitwettaq mill-kontrollur jew f’isem il-kontrollur. B’mod partikolari, il-kontrollur għandu jassigura u jkun obbligat li jkun kapaċi juri l-konformità ta’ kull operazzjoni tal-ipproċessar mar-regoli adottati skont din id-Direttiva.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta kif ukoll ir-responsabbiltà tal-kontrolluri u l-proċessuri titlob attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet taħt din id-Direttiva, inkluż fejn kontrollur jistabbilixxi l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar flimkien ma’ kontrolluri oħra jew meta operazzjoni ta’ pproċessar titwettaq f’isem kontrollur.

(39) Il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta kif ukoll ir-responsabbiltà tal-kontrolluri u l-proċessuri titlob attribuzzjoni ċara tar-responsabbiltajiet taħt din id-Direttiva, inkluż fejn kontrollur jistabbilixxi l-finijiet, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar flimkien ma’ kontrolluri oħra jew meta operazzjoni ta’ pproċessar titwettaq f’isem kontrollur. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont din id-Direttiva fir-rigward ta' kull wieħed mill-kontrolluri konġunti u kontrihom.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Premessa 40a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a) Kull operazzjoni ta’ pproċessar ta' dejta personali għandha tkun reġistrata sabiex tippermetti l-verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, l-awtomonitoraġġ u l-assigurar tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-dejta. Dan ir-reġistru għandu jkun disponibbli fuq talba lill-awtorità ta’ superviżjoni għall-fini li tiġi sorveljata l-konformità mar-regoli stabbiliti f’din id-Direttiva.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Premessa 40b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40b) Għandha titwettaq valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta mill-kontrollur jew mill-proċessur, meta jkun probabbli li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertijiet tas-suġġetti tad-dejta minħabba n-natura tagħhom, il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom jew il-finijiet tagħhom, li għandha tinkludi b’mod partikolari l-miżuri, is-salvagwardji u l-mekkaniżmi li jkunu maħsuba biex tiġi assigurata l-protezzjoni tad-dejta personali u biex tintwera l-konformità ma' din id-Direttiva. Il-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jikkonċernaw is-sistemi u l-proċessi rilevanti tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar tad-dejta personali, iżda mhux każijiet individwali.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41) Sabiex tiġi assigurata protezzjoni effettiva tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta permezz ta’ azzjonijiet preventivi, il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jikkonsultaw mal-awtorità ta’ superviżjoni f’ċerti każi qabel l-ipproċessar.

(41) Sabiex tiġi assigurata protezzjoni effettiva tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta permezz ta’ azzjonijiet preventivi, il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jikkonsultaw mal-awtorità ta’ superviżjoni f’ċerti każi qabel l-ipproċessar. Barra minn hekk, meta valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta tindika li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar x’aktarx li jippreżentaw grad għoli ta’ riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tipprevjeni, qabel il-bidu tal-operazzjonijiet, proċessar riskjuż li ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, u li tagħmel proposti biex tiġi rimedjata tali sitwazzjoni. Din il-konsultazzjoni għandha sseħħ ukoll matul it-tħejjija ta’ miżura mill-parlament nazzjonali jew ta’ miżura bbażata fuq miżura leġiżlattiva bħalha li tiddefinixxi n-natura tal-ipproċessar u tistabbilixxi salvagwardji xierqa.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Premessa 41a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(41a) Sabiex iżomm is-sigurtà u jipprevjeni pproċessar fi ksur ta' din id-Direttiva, il-kontrollur jew il-proċessur għandu jevalwa r-riskji inerenti għall-ipproċessar u jimplimenta miżuri sabiex itaffi dawk ir-riskji. Dawn il-miżuri għandhom jassiguraw livell xieraq ta’ sigurtà, filwaqt li jikkunsidraw l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni tagħhom b’konnessjoni mar-riskji u n-natura tad-dejta personali li għandha tkun protetta. Meta jkunu qed jiġu stabbiliti standards tekniċi u miżuri ta' organizzazzjoni biex jassiguraw is-sigurtà tal-ipproċessar, in-newtralità teknoloġika għandha tiġi promossa.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42) Ksur tad-dejta personali, jekk ma jiġix indirizzat b’mod adegwat u fil-ħin, jista’ jagħmel ħsara, inkluża ħsara fir-reputazzjoni għall-individwu kkonċernat. Għalhekk, hekk kif il-kontrollur isir konxju li seħħ dan il-ksur, għandu jinnotifika lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar il-ksur. L-individwi li d-dejta personali jew il-privatezza tagħhom tista’ tiġi affettwata ħażin mill-ksur għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien bla bżonn sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Ksur għandu jitqies li jaffettwa ħażin id-dejta personali jew il-privatezza ta’ individwu meta dan ikun jista’ jwassal, pereżempju, għal serq ta’ identità jew frodi, ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara għar-reputazzjoni b’rabta mal-ipproċessar ta’ dejta personali.

(42) Ksur ta’ dejta personali, jekk ma jiġix indirizzat b’mod adegwat u fil-ħin, jista’ jirriżulta f’telf ekonomiku sostanzjali u ħsara soċjali, inkluża l-frodi tal-identità, għall-individwu kkonċernat. Għalhekk, hekk kif il-kontrollur isir konxju li seħħ dan il-ksur, għandu jinnotifika lill-awtorità nazzjonali kompetenti dwar il-ksur. L-individwi li d-dejta personali jew il-privatezza tagħhom tista’ tiġi affettwata ħażin mill-ksur għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien bla bżonn sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa. Ksur għandu jitqies li jaffettwa ħażin id-dejta personali jew il-privatezza ta’ individwu meta dan ikun jista’ jwassal, pereżempju, għal serq ta’ identità jew frodi, ħsara fiżika, umiljazzjoni sinifikanti jew ħsara għar-reputazzjoni b’rabta mal-ipproċessar ta’ dejta personali. In-notifika għandha tinkludi informazzjoni dwar il-miżuri meħuda mill-fornitur biex jindirizza l-ksur, kif ukoll rakkomandazzjonijiet għall-abbonat jew l-individwu kkonċernat. In-notifiki lis-suġġett tad-dejta għandhom isiru malli dan ikun fattibbli u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtorità ta’ superviżjoni u filwaqt li tiġi rispettata l-gwida pprovduta minnha.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44) Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru persuna li tassisti lill-kontrollur jew lill-proċessur sabiex jissorveljaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva. Uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta jista’ jinħatar b’mod konġunt minn diversi entitajiet tal-awtorità kompetenti. L-uffiċjali tal-protezzjoni tad-dejta jridu jkunu f’pożizzjoni li jwettqu d-dmirijiet u l-kompiti tagħhom b’mod indipendenti u effettiv.

(44) Il-kontrollur jew il-proċessur għandhom jaħtru persuna li tassisti lill-kontrollur jew lill-proċessur sabiex jissorveljaw u juru l-konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva. Meta diversi awtoritajiet kompetenti jkunu qegħdin jaġixxu taħt is-superviżjoni ta’ awtorità ċentrali, tal-anqas din l-awtorità ċentrali għandha taħtar tali uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta. L-uffiċjali tal-protezzjoni tad-dejta jridu jkunu f’pożizzjoni li jwettqu d-dmirijiet u l-kompiti tagħhom b’mod indipendenti u effettiv, b’mod partikolari billi jistabbilixxu regoli li jipprevjenu l-kunflitt ta’ interess ma’ kompiti oħra li jitwettqu mill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) stati Membri għandhom jassiguraw li trasferiment lil pajjiż terz isir biss jekk dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-kontrollur fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali jkun awtorità kompetenti fis-sens ta’ din id-Direttiva. Trasferiment jista’ jsir f’każijiet fejn il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni jassiguraw livell adegwat jew protezzjoni, jew meta jkunu nġiebu salvagwardji xierqa.

(45) L-Istati Membri għandhom jassiguraw li trasferiment lil pajjiż terz isir biss jekk dan it-trasferiment speċifiku jkun meħtieġ għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-kontrollur fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali jkun awtorità pubblika kompetenti fis-sens ta’ din id-Direttiva. Trasferiment jista’ jsir f’każijiet fejn il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni jassiguraw livell adegwat jew protezzjoni, jew meta jkunu nġiebu salvagwardji xierqa, jew meta jkunu nġiebu salvagwardji xierqa permezz ta' strument legalment vinkolanti. Dejta li tiġi ttrasferita lil awtoritajiet pubbliċi kompetenti f’pajjiżi terzi ma għandhiex tiġi pproċessata aktar għal finijiet oħra għajr dawk li għalihom ġiet ittrasferita.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Premessa 45a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(45a) Trasferimenti ulterjuri li jsiru minn awtoritajiet kompetenti f’pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li tkun ġiet ittrasferita lilhom dejta personali għandhom ikunu permessi biss jekk it-trasferiment ulterjuri jkun meħtieġ għall-istess fini speċifiku bħal tat-trasferiment oriġinali u t-tieni riċevitur ukoll ikun awtorità pubblika kompetenti. Trasferimenti ulterjuri m’għandhomx ikunu permessi għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi ġenerali. L-awtorità kompetenti li tkun wettqet it-trasferiment oriġinali għandha tkun qablet li jsir it-trasferiment ulterjuri.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48) Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrikonoxxi wkoll li pajjiż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, ma joffrux livell adgwat ta’ protezzjoni tad-dejta. Għaldaqstant, it-trasferiment ta’ dejta personali lejn dak il-pajjiż terz ma għandux ikun permess ħlief meta jkun ibbażat fuq ftehim internazzjonali, salvagwardji xierqa jew deroga. Għandu jsir provvediment għal proċeduri għall-konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u dawn il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Madankollu, din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun mingħajr ħsara għall-possibbiltà li jsiru trasferimenti fuq il-bażi ta’ salvagwardji xierqa jew fuq il-bażi ta’ deroga stabbilita fid-Direttiva.

(48) Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tirrikonoxxi wkoll li pajjiż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, ma joffrux livell adgwat ta’ protezzjoni tad-dejta. Għaldaqstant, it-trasferiment ta’ dejta personali lejn dak il-pajjiż terz ma għandux ikun permess ħlief meta jkun ibbażat fuq ftehim internazzjonali, salvagwardji xierqa jew deroga. Għandha ssir dispożizzjoni għal proċeduri għall-konsultazzjonijiet bejn il-Kummissjoni u dawn il-pajjiżi terzi jew l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Madankollu, din id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tkun mingħajr ħsara għall-possibbiltà li jsiru trasferimenti fuq il-bażi ta’ salvagwardji xierqa permezz ta’ strumenti legalment vinkolanti jew fuq il-bażi ta’ deroga stabbilita f’din id-Direttiva.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49) Trasferimenti li mhumiex ibbażati fuq din id-deċiżjoni ta’ adegwatezza għandhom jiġu permessi biss fejn jinġiebu salvagwardji xierqa fi strument legalment vinkolanti, li jassiguraw il-protezzjoni tad-dejta personali jew fejn il-kontrollur jew il-proċessur jevalwa ċ-ċirkustanzi kollha marbuta mal-operazzjoni tat-trasferiment tad-dejta jew is-sett ta’ operazzjonijiet ta’ trasferiment ta’ dejta u, fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, jikkunsidra li jeżistu salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali. F’każijiet meta ma jkunx hemm raġunijiet biex jiġi permess trasferiment, għandhom ikunu permessi derogi jekk dawn ikunu meħtieġa, sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra, jew sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta meta l-liġi tal-Istat Membru li jkun qiegħed jittrasferixxi d-dejta personali tipprovdi dan, jew meta jkun meħtieġ għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew f’każijiet individwali għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, jew’f’każijiet individwali għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali.

(49) Trasferimenti li mhumiex ibbażati fuq din id-deċiżjoni ta’ adegwatezza għandhom jiġu permessi biss fejn jinġiebu salvagwardji xierqa fi strument legalment vinkolanti, li jassiguraw il-protezzjoni tad-dejta personali.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Premessa 49a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(49a) F’każijiet fejn ma jkunx hemm raġunijiet biex jiġi permess trasferiment, għandhom ikunu permessi derogi jekk dawn ikunu meħtieġa, sabiex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra, jew sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta meta l-liġi tal-Istat Membru li jkun qiegħed jittrasferixxi d-dejta personali tipprovdi dan, jew meta jkun meħtieġ għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz, jew f’każijiet individwali għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, jew’f’każijiet individwali għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali. Dawn id-derogi għandhom ikunu interpretati b’mod ristrett u m’għandhomx jippermettu t-trasferiment frekwenti, massiv u strutturali ta’ dejta personali u m’għandhomx jippermettu t-trasferiment ta’ kwantità kbira ta’ dejta iżda t-trasferiment għandu jkun limitat għal dejta strettament meħtieġa. Barra minn hekk, id-deċiżjoni għat-trasferiment għandha ssir minn persuna debitament awtorizzata u dan it-trasferiment irid jiġi dokumentat u għandu jkun disponibbli għall-awtorità ta’ superviżjoni fuq talba sabiex tiġi ssorveljata l-legalità tat-trasferiment.

(Parti mill-Premessa 49 fil-proposta tal-Kummissjoni saret il-Premessa 49a fl-emenda tal-Parlament)

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51) L-istabbiliment ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni fl-Istati Membri, li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b’indipendenza sħiħa, huwa komponent essenzjali tal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jissorveljaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont din id-Direttiva u jikkontribwixxu għall-applikazzjoni konsistenti tagħha madwar l-Unjoni, sabiex jiġu protetti persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet superviżorji għandhom jikkooperaw bejniethom u mal-Kummissjoni.

(51) L-istabbiliment ta’ awtoritajiet ta’ superviżjoni fl-Istati Membri, li jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom b’indipendenza sħiħa, huwa komponent essenzjali tal-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jissorveljaw l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet skont din id-Direttiva u jikkontribwixxu għall-applikazzjoni konsistenti tagħha madwar l-Unjoni, sabiex jiġu protetti persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jikkooperaw bejniethom.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53) L-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu aktar minn awtorità ta’ superviżjoni waħda biex jirriflettu l-istruttura kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tagħhom. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tingħata riżorsi finanzjarji u umani, bini u infrastruttura adegwati, li huma meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħhom, inkluż għall-kompiti relatati mal-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni oħra madwar l-Unjoni.

(53) L-Istati Membri għandhom jitħallew jistabbilixxu aktar minn awtorità ta’ superviżjoni waħda biex jirriflettu l-istruttura kostituzzjonali, organizzattiva u amministrattiva tagħhom. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tingħata riżorsi finanzjarji u umani, bini u infrastruttura adegwati, inklużi kapaċitajiet tekniċi, esperjenza u ħiliet, li huma meħtieġa għat-twettiq effettiv tal-kompiti tagħhom, inkluż għall-kompiti relatati mal-assistenza reċiproka u l-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet ta’ superviżjoni oħra madwar l-Unjoni.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54) Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom jiġu stabbiliti bil-liġi f’kull Stat Membru u b’mod partikolari għandhom jipprovdu li dawk il-membri għandhom jinħatru mill-parlament jew mill-gvern tal-Istat Membru, u jinkludu regoli dwar il-kwalifiki personali tal-membri u l-pożizzjoni ta’ dawk il-membri.

(54) Il-kundizzjonijiet ġenerali għall-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom jiġu stabbiliti bil-liġi f’kull Stat Membru u b’mod partikolari għandhom jipprovdu li dawk il-membri għandhom jinħatru mill-parlament jew mill-gvern tal-Istat Membru, abbażi tal-konsultazzjoni tal-parlament, u jinkludu regoli dwar il-kwalifiki personali tal-membri u l-pożizzjoni ta’ dawk il-membri.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56) Sabiex jiġu assigurati sorveljanza u infurzar konsistenti ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni kollha, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandu jkollhom l-istess dmirijiet u setgħat effettivi f’kull Stat Membru, fosthom setgħat ta’ investigazzjoni, interventi, deċiżjonijiet u sanzjonijiet legalment vinkolanti, b’mod partikolari f’każijiet ta’ lmenti minn individwi, u li jipparteċipaw fi proċeduri legali.

(56) Sabiex jiġu assigurati sorveljanza u infurzar konsistenti ta’ din id-Direttiva fl-Unjoni kollha, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandu jkollhom l-istess dmirijiet u setgħat effettivi f’kull Stat Membru, fosthom setgħat ta’ investigazzjoni effikaċi, is-setgħa li jkollhom aċċess għad-dejta personali kollha u għall-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq ta’ kull funzjoni ta’ superviżjoni, setgħa li jaċċessaw kwalunkwe bini tal-kontrollur tad-dejta jew tal-proċessur inklużi rekwiżiti tal-ipproċessar tad-dejta, u interventi, deċiżjonijiet u sanzjonijiet legalment vinkolanti, b’mod partikolari f’każijiet ta’ lmenti minn individwi, u li jipparteċipaw fi proċeduri legali.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58) L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u jipprovdu assistenza reċiproka, sabiex jassiguraw l-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva.

(58) L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jgħinu lil xulxin fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom u jipprovdu assistenza reċiproka, sabiex jassiguraw l-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva. Kull awtorità ta' superviżjoni għandha tkun lesta li tipparteċipa f’operazzjonijiet konġunti. L-awtorità ta’ superviżjoni li tkun saritilha talba għandha tkun obbligata li twieġeb f’perjodu ta’ żmien definit.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Premessa 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(59) Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta li ġie stabbilit bir-Regolament (UE)…./2012 għandu jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ din il-Direttiva madwar l-Unjoni, fosthom billi jagħti parir lill-Kummissjoni u jippromwovi l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni madwar l-Unjoni.

(59) Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta li ġie stabbilit bir-Regolament (UE)…./2013 għandu jikkontribwixxi għall-applikazzjoni konsistenti ta’ din il-Direttiva madwar l-Unjoni, fosthom billi jagħti parir lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, jippromwovi l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni madwar l-Unjoni, u jagħti l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta’ atti delegati u ta’ implimentazzjoni bbażati fuq din id-Direttiva.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Premessa 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(61) Kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li jkollha l-għan li tipproteġi d-drittijiet u l-interessi tas-suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta tagħhom u li tkun kostitwita skont il-liġi ta’ Stat Membru, għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment jew teżerċita d-dritt għal rimedju ġudizzjarju f’isem is-suġġetti tad-dejta jekk ikollha mandat xieraq mingħandhom, jew li tressaq indipendentement mill-ilment ta’ suġġett tad-dejta, ilment tiegħu stess meta jħoss li jkun seħħ ksur tad-dejta personali.

(61) Kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li taġixxi fl-interess pubbliku kostitwita skont il-liġi ta’ Stat Membru, għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment jew teżerċita d-dritt għal rimedju ġudizzjarju f’isem is-suġġetti tad-dejta jekk ikollha mandat xieraq mingħandhom, jew li tressaq indipendentement mill-ilment ta’ suġġett tad-dejta, ilment tiegħu stess meta jħoss li jkun seħħ ksur tad-dejta personali.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Premessa 64

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(64) Kwalunkwe ħsara li tista’ ssofri persuna b’riżultat ta’ pproċessar illegali għandha tiġi kkumpensata mill-kontrollur jew mill-proċessur, li jistgħu jkunu eżentati mir-responsabbiltà jekk huma jġibu provi li ma jkunux responsabbli għall-ħsara, b’mod partikolari meta huma jistabbilixxu nuqqas min-naħa tas-suġġett tad-dejta jew f’każ ta’ forza maġġuri.

(64) Kwalunkwe ħsara, inkluż dannu mhux finanzjarju, li tista’ ssofri persuna b’riżultat ta’ pproċessar illegali għandha tiġi kkumpensata mill-kontrollur jew mill-proċessur, li jistgħu jkunu eżentati mir-responsabbiltà jekk huma jġibu provi li ma jkunux responsabbli għall-ħsara, b’mod partikolari meta huma jistabbilixxu nuqqas min-naħa tas-suġġett tad-dejta jew f’każ ta’ forza maġġuri.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Premessa 65a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(65a) It-trażmissjoni ta’ dejta personali lil awtoritajiet oħra jew partijiet privati fl-Unjoni hija pprojbita sakemm it-trażmissjoni ma tkunx konformi mal-liġi, u sakemm ir-riċevitur ma jkunx stabbilit fi Stat Membru, u l-ebda interessi leġittimi speċifiċi tas-suġġett tad-dejta ma jipprevjenu t-trażmissjoni, u t-trażmissjoni tkun meħtieġa f’każ speċifiku għall-kontrollur li jkun qed jittrażmetti d-dejta jew għat-twettiq ta' kompitu legalment assenjat lilu, jew għall-prevenzjoni ta' periklu immedjat u serju għas-sigurtà pubblika, jew il-prevenzjoni ta’ ħsara serja għad-drittijiet tal-individwi. Il-kontrollur għandu jinforma lir-riċevitur dwar il-fini tal-ipproċessar u lill-awtorità ta’ superviżjoni dwar it-trażmissjoni. Ir-riċevitur għandu jiġi wkoll infurmat dwar ir-restrizzjonijiet tal-ipproċessar u jassigura li dawn jiġu ssodisfati.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Premessa 66

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(66) Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali u li jkun assigurat l-iskambju liberu ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun delegata lill-Kummissjoni. B’mod partikolari, għandhom ikunu adottati atti delegati fir-rigward tan-notifiki ta’ ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(66) Sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali u li jkun assigurat l-iskambju liberu ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun delegata lill-Kummissjoni. B’mod partikolari, għandhom ikunu adottati atti delegati biex jispeċifikaw aktar il-kriterji u l-kondizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta' pproċessar mill-ġdid li jirrikkjedu valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta; il-kriterji u r-rekwiżiti ta' ksur ta' dejta u fir-rigward tal-livell adegwat ta' protezzjoni mogħti minn pajjiż terz, jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali. Huwa ta' importanza kbira li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell ta' esperti, b'mod partikolari mal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Premessa 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(67) Sabiex ikunu assigurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fir-rigward tad-dokumentazzjoni mill-kontrolluri u l-proċessuri, is-sigurtà tal-ipproċessar, speċjalment fir-rigward ta’ standards ta’ kriptaġġ, in-notifika ta’ ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni, u l-livell adegwat ta’ protezzjoni mogħtija minn pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni37.

(67) Sabiex ikunu assigurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva fir-rigward tas-sigurtà tal-ipproċessar, speċjalment fir-rigward ta’ standards ta’ kriptaġġ u n-notifika ta’ ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni, is-setgħat ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill37.

_____________

_______________

37 ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

37 Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Premessa 68

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(68) Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ miżuri fir-rigward tad-dokumentazzjoni mill-kontrolluri u l-proċessuri, is-sigurtà tal-ipproċessar, in-notifika ta’ ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni, u l-livell adegwat ta’ protezzjoni mogħtija minn pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, minħabba li dawk l-atti għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali.

(68) Il-proċedura ta’ eżami għandha tintuża għall-adozzjoni ta’ miżuri fir-rigward tas-sigurtà tal-ipproċessar u n-notifika ta’ ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni, minħabba li dawk l-atti għandhom kamp ta’ applikazzjoni ġenerali.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Premessa 69

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(69) Il-Kummissjoni għandha tadotta minnufih atti ta’ implimentazzjoni applikabbli fejn, f’każijiet debitament ġustifikati relatati ma’ pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li ma tassigurax livell ta’ protezzjoni adegwat, raġunijiet imperattivi ta’ urġenza jitolbu hekk.

imħassar

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Premessa 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70) Billi l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali u li jkun assigurat l-iskambju liberu ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

(70) Billi l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom u li jkun assigurat l-iskambju liberu ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jkunu jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal standards ogħla minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Premessa 72

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(72) Dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali f’atti tal-Unjoni li ġew adottati qabel id-dejta tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, li jirregolaw l-ipproċessar ta’ dejta personali bejn l-Istati Membri jew l-aċċess ta’ awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri għas-sistemi ta’ informazzjoni stabbiliti skont it-Trattati, għandhom jibqgħu mhux affettwati. Il-Kummissjoni għandha tevalwa s-sitwazzjoni fir-rigward tar-relazzjoni bejn din id-Direttiva u l-atti adottati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva li jirregolaw l-ipproċessar ta’ dejta personali bejn l-Istati Membri jew l-aċċess ta’ awtoritajiet magħżula tal-Istati Membri għas-sistemi ta’ informazzjoni stabbiliti skont it-Trattati, sabiex tivvaluta l-ħtieġa tal-allinjament ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi ma’ din id-Direttiva.

(72) Dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali f’atti tal-Unjoni li ġew adottati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, li jirregolaw l-ipproċessar ta’ dejta personali bejn l-Istati Membri jew l-aċċess ta’ awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri għas-sistemi ta’ informazzjoni stabbiliti skont it-Trattati, għandhom jibqgħu mhux affettwati. Peress li l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-Artikolu 16 tat-TFUE jimplikaw li d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta personali għandu jiġi assigurat b’mod konsistenti u omoġenju madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, tevalwa s-sitwazzjoni fir-rigward tar-relazzjoni bejn din id-Direttiva u l-atti adottati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Direttiva li jirregolaw l-ipproċessar ta’ dejta personali bejn l-Istati Membri jew l-aċċess ta’ awtoritajiet magħżula tal-Istati Membri għas-sistemi ta’ informazzjoni stabbiliti skont it-Trattati, u għandha tippreżenta proposti xierqa bl-għan li jassiguraw regoli legali konsistenti u omoġenji relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali minn awtoritajiet kompetenti jew l-aċċess ta' awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri għal sistemi ta' informazzjoni stabbiliti skont it-Trattati kif ukoll l-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Premessa 73

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(73) Sabiex tiġi assigurata protezzjoni komprensiva u koerenti tad-dejta personali fl-Unjoni, ftehim internazzjonali konkluż mill-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandu jiġi emendat skont din id-Direttiva.

(73) Sabiex tiġi assigurata protezzjoni komprensiva u koerenti tad-dejta personali fl-Unjoni, il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni jew mill-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu emendati skont din id-Direttiva.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Premessa 76

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(76) F’konformità mal-Artikoli 2 u 2a tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, kif anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex marbuta b’din id-Direttiva jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Minħabba li din id-Direttiva tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, taħt it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara l-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, jekk hijiex se timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha.

(76) F’konformità mal-Artikoli 2 u 2a tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, kif anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex marbuta b’din id-Direttiva jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Suġġett u objettivi

Suġġett u objettivi

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali.

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali u l-kondizzjonijiet relatati mal-moviment liberu ta’ dik id-dejta personali.

2. Skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom:

2. Skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom:

(a) jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali; u

(a) jipproteġu d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali u l-privatezza tagħhom; u

(b) jassiguraw li l-iskambju ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni ma jkunx ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet konnessi mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali.

(b) jassiguraw li l-iskambju ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni ma jkunx ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet konnessi mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali.

 

2a. Din id-Direttiva m'għandhiex tipprekludi lill-Istati Membri milli jipprovdu salvagwardji ogħla minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kamp ta’ applikazzjoni

Il-kamp ta’ applikazzjoni

1. Din id-Direttiva tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-objettivi imsemmija fl-Artikolu 1(1).

1. Din id-Direttiva tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1).

2. Din id-Direttiva tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ dejta personali li tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar.

2. Din id-Direttiva tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali kompletament jew parzjalment b’mezzi awtomatizzati, u għall-ipproċessar għajr b’mezzi awtomatizzati ta’ dejta personali li tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar jew li tkun maħsuba sabiex tifforma parti minn sistema ta’ arkivjar.

3. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali:

3. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali

(a) fil-kors ta’ attività li ma tkunx skont il-finijiet ta’ liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà nazzjonali;

fil-kors ta’ attività li ma taqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni.

(b) istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni.

 

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Definizzjonijiet

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva:

(1) 'suġġett tad-dejta' tfisser persuna fiżika identifikata jew persuna fiżika li tista’ tkun identifikata, direttament jew indirettament, b’mezzi li raġonevolment aktarx se jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta’ identifikazzjoni, dejta dwar il-lok, identifikaturi onlajn jew għal fattur speċifiku wieħed jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna;

 

(2) 'dejta personali' tfisser kull informazzjoni li jkollha x’taqsam ma’ suġġett tad-dejta;

(2) 'dejta personali' tfisser kwalunkwe informazzjoni relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli (“suġġett tad-dejta”); persuna identifikabbli hija persuna li tista’ tiġi identifikata, direttament jew indirettament, b’mod partikolari b’referenza għal identifikatur bħall-isem, in-numru ta’ identifikazzjoni, id-dejta dwar il-post, identifikatur uniku jew għal xi fattur wieħed jew aktar speċifiċi għall-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali jew tal-ġeneru ta’ dik il-persuna;

 

(2a) 'data psewdonimizzata’ tfisser dejta personali li ma tkunx tista’ tiġi attribwita għal suġġett tad-dejta speċifiku mingħajr l-użu ta’ informazzjoni addizzjonali, sakemm tali informazzjoni addizzjonali tinżamm separatament u tkun suġġetta għal miżuri tekniċi u organizzattivi biex jiġi assigurat li d-dejta ma tkunx tista' tiġi attribwita;

(3) 'ipproċessar' tfisser kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq dejta personali jew settijiet ta’ dejta personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-addattament jew il-bdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allinjament jew taħlita, tħassir jew distruzzjoni;

(3) 'ipproċessar' tfisser kull operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jsiru fuq dejta personali jew settijiet ta’ dejta personali, b’mezzi awtomatiċi jew mingħajrhom, bħalma huma l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-addattament jew il-bdil, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, tixrid jew li xort’oħra jagħmlu l-ipproċessar disponibbli jew li jġibu allinjament jew taħlita, tħassir jew distruzzjoni;

 

(3a) 'it-tfassil ta’ profil' tfisser kwalunkwe forma ta’ pproċessar awtomatizzat ta’ dejta personali maħsuba biex tevalwa ċerti aspetti personali relatati ma’ persuna fiżika jew biex tanalizza jew tipprevedi b’mod partikolari l-prestazzjoni fuq ix-xogħol, is-sitwazzjoni ekonomika, il-lokalità, is-saħħa, il-preferenzi personali, l-affidabbiltà jew l-imġiba ta’ dik il-persuna fiżika;

(4) 'restrizzjoni tal-ipproċessar' tfisser l-immarkar ta’ data personali maħżuna bil-għan li jiġi limitat l-ipproċessar tagħha fil-ġejjieni;

(4) 'restrizzjoni tal-ipproċessar' tfisser l-immarkar ta’ dejta personali maħżuna bil-għan li jiġi limitat l-ipproċessar tagħha fil-ġejjieni;

(5) ‘sistema ta’ arkivjar’ tfisser kwalunkwe sett strutturat ta’ data personali li jkun aċċessibbli skont kriterji speċifiċi, kemm jekk ċentralizzat, deċentralizzat jew mifrux fuq bażi funzjonali jew ġeografika;

(5) ‘sistema ta’ arkivjar’ tfisser kwalunkwe sett strutturat ta’ dejta personali li jkun aċċessibbli skont kriterji speċifiċi, kemm jekk ċentralizzat, deċentralizzat jew mifrux fuq bażi funzjonali jew ġeografika;

(6) 'kontrollur' tfisser l-awtorità pubblika kompetenti li waħedha jew flimkien ma’ oħrajn tiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali; meta l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu ddeterminati mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi tal-ħatra tiegħu jistgħu jkunu stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi ta’ Stat Membru;

(6) 'kontrollur' tfisser l-awtorità pubblika kompetenti li waħedha jew flimkien ma’ oħrajn tiddetermina l-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali; meta l-finijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ikunu determinati mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Istati Membri, il-kontrollur jew il-kriterji speċifiċi għan-nomina tiegħu jistgħu jiġu stabbiliti bil-liġi tal-Unjoni jew bil-liġi ta’ Stat Membru;

(7) ‘proċessur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa data personali f’isem il-kontrollur ;

(7) ‘proċessur’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew korp ieħor li jipproċessa dejta personali f’isem il-kontrollur ;

(8) 'riċevitur' tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li lilu tiġi żvelata d-dejta pubblika;

(8) 'riċevitur' tfisser persuna fiżika jew ġuridika, awtorità pubblika, aġenzija jew kwalunkwe korp ieħor li lilu tiġi żvelata d-dejta personali;

(9) 'ksur ta’ data personali' tfisser ksur tas-sigurtà li jwassal għal qerda aċċidentali jew illegali, telf, bdil, żvelar mhux awtorizzat ta’, jew aċċess għal, data personali trasmessa, maħżuna jew ipproċessata mod ieħor;

(9) 'ksur ta’ dejta personali' tfisser il-qerda aċċidentali jew illegali, telf, bdil, żvelar mhux awtorizzat ta’, jew aċċess għal, dejta personali trażmessa, maħżuna jew ipproċessata mod ieħor;

(10) ‘dejta ġenetika’ tfisser id-dejta kollha, ta’ kwalunkwe tip, li tirrigwarda l-karatteristiċi ta’ individwu li jintirtu jew jinkisbu waqt l-iżvilupp bikri ta’ qabel it-twelid.

(10) ‘dejta ġenetika’ tfisser id-dejta kollha, ta’ kwalunkwe tip, li tirrigwarda l-karatteristiċi ta’ individwu li jintirtu jew jinkisbu waqt l-iżvilupp bikri ta’ qabel it-twelid.

(11) 'dejta bijometrika' tfisser kwalunkwe dejta relatata mal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi jew tal-imġiba ta’ individwu li tippermetti l-identifikazzjoni unika tiegħu, bħall-immaġni tal-wiċċ, jew dejta dattiloskopika;

(11) 'dejta bijometrika' tfisser kwalunkwe dejta personali relatata mal-karatteristiċi fiżiċi, fiżjoloġiċi jew tal-imġiba ta’ individwu li tippermetti l-identifikazzjoni unika tiegħu, bħall-immaġni tal-wiċċ, jew dejta dattiloskopika;

(12) ‘dejta dwar is-saħħa’ tfisser kwalunkwe informazzjoni li għandha x’taqsam mas-saħħa fiżika jew mentali ta’ individwu, jew mal-għoti ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu;

(12) ‘dejta dwar is-saħħa’ tfisser dejta personali li għandha x’taqsam mas-saħħa fiżika jew mentali ta’ individwu, jew mal-għoti ta’ servizzi tas-saħħa lill-individwu;

(13) ‘minorenni’ tfisser kull persuna taħt it-18-il sena;

(13) ‘minorenni’ tfisser kull persuna taħt it-18-il sena;

(14) 'awtoritajiet kompetenti’ tfisser kull awtorità pubblika kompetenti għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(14) 'awtoritajiet kompetenti’ tfisser kull awtorità pubblika kompetenti għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(15) ‘awtorità ta’ superviżjoni’ tfisser awtorità pubblika stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 39.

(15) ‘awtorità ta’ superviżjoni’ tfisser awtorità pubblika stabbilita minn Stat Membru skont l-Artikolu 39.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta’ dejta personali

Prinċipji relatati mal-ipproċessar ta’ dejta personali

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dejta personali għandha tkun:

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dejta personali għandha tkun:

(a) proċessata b’mod ġust u skont il-liġi;

(a) ipproċessata skont il-liġi, b’mod ġust u trasparenti u li jista’ jiġi vverifikat fir-rigward tas-suġġett tad-dejta;

(b) miġbura għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessata ulterjorment b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawk il-finijiet;

(b) miġbura għal finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi u mhux ipproċessata ulterjorment b’mod li ma jkunx kompatibbli ma’ dawk il-finijiet;

(c) adegwata, rilevanti, u mhux eċċessiva b'rabta mal-finijiet li għalih qed tiġi pproċessata;

(c) adegwata, rilevanti, u limitata għall-minimu meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss jekk, u sakemm, il-finijiet ma setgħux jintlaħqu bl-ipproċessar ta’ informazzjoni li ma tinvolvix dejta personali;

(d) preżiċa u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li dejta personali li ma tkunx preċiża, filwaqt li jitqiesu l-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tiġi rranġata mingħajr dewmien;

(d) preċiża u tinżamm aġġornata; għandu jsir dak kollu raġonevoli biex ikun żgurat li dejta personali li ma tkunx preċiża, filwaqt li jitqiesu l-finijiet li għalihom tiġi pproċessata, titħassar jew tiġi rranġata mingħajr dewmien;

(e) miżmuma b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali;

(e) miżmuma b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali;

(f) ipproċessata taħt ir-responsabbiltà tal-kontrollur, li għandu jassigura konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva;

(f) ipproċessata taħt ir-responsabbiltà tal-kontrollur, li għandu jassigura u jkun kapaċi juri konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva;

 

(fa) ipproċessata b’mod li effettivament jippermetti lis-suġġett tad-dejta jeżerċita d-drittijiet tiegħu kif deskritt fl-Artikoli 10 sa 17;

 

(fb) ipproċessata b'mod li jipproteġi minn ipproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra t-telf, il-qerda jew il-ħsara aċċidentali, bl-użu ta’ miżuri tekniċi jew organizzativi xierqa;

 

(fc) ipproċessata biss mill-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti li għandhom bżonnha fl-eżerċizzju tad-doveri tagħhom.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Aċċess għal dejta inizjalment ipproċessata għal finijiet oħra minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 1(1)

 

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jista’ jkollhom aċċess biss għal dejta personali li għall-ewwel tkun ġiet ipproċessata għal finijiet oħra minbarra dawk imsemmija fl-Artikolu 1(1) jekk ikunu speċifikament awtorizzati mil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istati Membri, li għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(1a) u jridu jipprovdu li:

 

(a) l-aċċess ikun permess biss minn persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-kompiti tiegħu meta, f’każ speċifiku, ikun hemm raġunijiet raġonevoli li jagħtu lil wieħed x’jifhem li l-ipproċessar tad-dejta personali se jikkontribwixxi b’mod sostanzali għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

 

(b) it-talbiet għall-aċċess għandhom ikunu bil-miktub u jirreferu għar-raġuni legali għat-talba;

 

(c) it-talba bil-miktub trid tkun dokumentata; u

 

(d) għandhom jiġu implimentati s-salvagwardji adegwati biex jassiguraw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali b’rabta mal-ipproċessar tad-dejta personali. Dawk is-salvagwardji għandhom ikunu mingħajr preġudizzju u kumplimentari għal kundizzjonijiet speċifiċi tal-aċċess għal dejta personali, bħal pereżempju awtorizzazzjoni ġudizzjarja skont il-liġi tal-Istat Membr.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2. Għandu jinkiseb aċċess għal dejta personali miżmuma minn partijiet privati jew awtoritajiet pubbliċi biss għal skopijiet ta' investigazzjoni jew proċediment ta' reati kriminali skont ir-rekwiżiti ta' ħtieġa u ta' proporzjonalità li għandhom ikunu stipulati mil-liġi tal-Unjoni u minn kull Stat Membru fil-liġi nazzjonali tiegħu, f'konformità sħiħa mal-Artikolu 7a.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4b

 

Limiti ta’ żmien tal-ħażna u reviżjoni

 

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dejta personali pproċessata skont din id-Direttiva għandha titħassar mill-awtoritajiet kompetenti meta ma tkunx għadha meħtieġa għall-finijiet li għalihom tkun ġiet ipproċessata.

 

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti jimplimentaw mekkaniżmi biex jassiguraw li jiġu stabbiliti limiti taż-żmien, skont l-Artikolu 4, għat-tħassir tad-dejta personali u għal reviżjoni perjodika tal-ħtieġa għall-ħażna tad-dejta, inkluż l-iffissar ta' perjodi ta' ħażna għall-kategoriji differenti ta' dejta personali. Għandhom jiġu stabbiliti miżuri proċedurali biex jassiguraw li dawn il-limiti taż-żmien jew l-intervalli tar-reviżjoni perjodika jiġu osservati.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Distinzjoni bejn kategoriji differenti ta’ suġġetti tad-dejta

Kategoriji differenti ta’ suġġetti tad-dejta

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li, safejn ikun possibbli, il-kontrollur jagħmel distinzjoni ċara bejn dejta personali ta’ kategoriji differenti ta’ suġġetti tad-dejta; bħal:

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti, għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), ikunu jistgħu jipproċessaw dejta personali ta’ dawn il-kategoriji differenti li ġejjin ta’ suġġetti tad-dejta u l-kontrolluri għandhom jagħmlu distinzjoni ċara bejn dawn il-kategoriji:

(a) persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm raġunijiet serji biex wieħed jemmen li jkunu wettqu jew li jkunu se jwettqu reat kriminali;

(a) persuni li fir-rigward tagħhom ikun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li huma jkunu wettqu jew se jwettqu reat kriminali;

(b) persuni misjuba ħatja ta’ reat kriminali;

(b) persuni misjuba ħatja ta' reat;

(c) vittmi ta’ reat kriminali, jew persuni li ċerti fatti fir-rigward tagħhom jagħtu raġuni biex wieħed jemmen li huma jistgħu jkunu l-vittma ta’ reat kriminali;

(c) vittmi ta’ reat kriminali, jew persuni li ċerti fatti fir-rigward tagħhom jagħtu raġuni biex wieħed jemmen li huma jistgħu jkunu l-vittma ta’ reat kriminali; u

(d) partijiet terzi għar-reat kriminali, bħal persuni li jistgħu jissejħu biex jixhdu f’investigazzjonijiet b’rabta ma’ reati kriminali jew proċeduri kriminali sussegwenti, jew persuna li tista’ tipprovdi informazzjoni dwar reati kriminali, jew kuntatt jew assoċjat ta’ waħda mill-persuni msemmija fil-punti (a) u (b); u

(d) partijiet terzi għar-reat kriminali, bħal persuni li jistgħu jissejħu biex jixhdu f’investigazzjonijiet b’rabta ma’ reati kriminali jew proċeduri kriminali sussegwenti, jew persuna li tista’ tipprovdi informazzjoni dwar reati kriminali, jew kuntatt jew sieħeb ta’ waħda mill-persuni msemmija fil-punti (a) u (b);

(e) persuni li ma jaqgħu taħt l-ebda waħda mill-kategoriji msemmija hawn fuq.

 

 

2. Dejta personali ta’ suġġetti tad-dejta oħra għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 tista’ tiġi proċessata biss:

 

(a) sakemm dan ikun meħtieġ għall-ivestigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali speċifiku biex tiġi vvalutata r-relevanza tad-dejta għal waħda mill-kategoriji indikati fil-paragrafu 1; jew

 

(b) meta tali pproċessar ikun indispensabbli għal finijiet immirati ta’ prevenzjoni jew għall-finijiet ta’ analiżi kriminali, jekk u sakemm dan il-fini jkun leġittmu, definit tajjeb u speċifiku u l-ipproċessar ikun limitat strettament għal valutazzjoni tar-relevanza tad-dejta għal waħda mill-kategoriji indikati fil-paragrafu 1. Dan huwa suġġett għal reviżjoni regolari, minn tal-inqas kull sitt xhur. Kwalunkwe użu ulterjuri huwa pprojbit.

 

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li limitazzjoni addizzjonali u salvagwardji, skont il-liġi tal-Istati Membri, japplikaw għall-ipproċessar ulterjuri ta’ dejta personali relatata mas-suġġetti tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 punti (c) u (d).

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Gradi differenti ta’ preċiżjoni u affidabbiltà tad-dejta personali

Gradi differenti ta’ preċiżjoni u affidabbiltà tad-dejta personali

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, safejn ikun possibbli, issir distinzjoni skont il-livell ta’ eżatezza u affidabbiltà, bejn il-kategoriji differenti ta’ dejta personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-eżattezza u l-affidabbiltà ta' dejta personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata tkun assigurata.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, kemm jista’ jkun, issir distinzjoni bejn dejta personali bbażata fuq il-fatti u dejta personali bbażata fuq valutazzjonijiet personali.

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li ssir distinzjoni bejn dejta personali bbażata fuq il-fatti u dejta personali bbażata fuq valutazzjonijiet personali, skont il-livell ta' eżattezza u affidabbiltà tagħhom.

 

2a. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li dejta personali li ma tkunx korretta, kompluta jew aġġornata ma tiġix trasferita jew issir disponibbli. Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw il-kwalità tad-dejta personali qabel ma din tkun trażmessa jew issir disponibbli. Sa fejn huwa possibbli, fit-trażmissjonijiet kollha ta' dejta, għandha tiġi miżjuda l-informazzjoni disponibbli li tippermetti lill-Istat Membru destinatarju jevalwa l-grad ta' preċiżjoni, kompletezza, aġġornament u affidabbiltà tad-dejta. Dejta personali m’għandhiex tiġi trażmessa mingħajr talba mingħand awtorità kompetenti, b'mod partikolari dejta li oriġinarjament miżmuma minn partijiet privati.

 

2b. Jekk jirriżulta li ġiet trażmessa dejta mhux preċiża, jew li d-dejta tkun ġiet trażmessa b'mod illegali, id-destinatarju jrid jiġi nnotifikat mingħajr ebda dewmien. Id-destinatarju għandu jkollu l-obbligu li jirrettifika d-dejta mingħajr ebda dewmien skont il-paragrafu 1 u l-Artikolu 15, jew li jħassarha skont l-Artikolu 16.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Legalità tal-ipproċessar

Legalità tal-ipproċessar

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-ipproċessar ta’ dejta personali jkun legali biss jekk u sakemm dak l-ipproċessar ikun meħtieġ:

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-ipproċessar ta’ dejta personali jkun legali biss jekk u sakemm dak l-ipproċessar ikun ibbażat fuq il-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1) u jkun meħtieġ:

(a) isir għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq minn awtorità kompetenti, abbażi tal-liġi għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1); jew

(a) isir għat-twettiq ta’ kompitu mwettaq minn awtorità kompetenti; jew

(b) għall-konformità ma’ obbligu legali li l-kontrollur ikun suġġett għalih; jew

 

(c) biex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra; jew

(c) biex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra; jew

(d) għall-prevenzjoni ta’ theddida serja u immedjata għas-sigurtà pubblika.

(d) għall-prevenzjoni ta’ theddida serja u immedjata għas-sigurtà pubblika.

 

1a. Il-liġi tal-Istati Membri li tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva għandha tinkludi dispożizzjoniet espliċiti u dettaljati li mill-inqas jispeċifikaw:

 

(a) l-objettivi tal-ipproċessar;

 

(b) id-dejta personali li għandha tiġi pproċessata;

 

(c) il-finijiet speċifiċi u l-mezzi tal-ipproċessar;

 

(d) il-ħatra tal-kontrollur, jew il-kriterji speċifiċi għall-ħatra tal-kontrollur;

 

(e) il-kategoriji ta' persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti għall-ipproċessar tad-dejta personali;

 

(f) il-proċedura li trid tiġi segwita għall-ipproċessar;

 

(g) l-użu li jista’ jsir mid-dejta personali miksuba;

 

(h) limitazzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ kwalunkwe diskrezzjoni mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti b’rabta mal-attivitajiet tal-ipproċessar.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Ipproċessar addizzjonali għal finijiet inkompatibbli

 

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dejta personali tkun tista’ tiġi pproċessata addizzjonalment biss għal fini ieħor stabbilit fl-Artikolu 1(1) li ma jkunx kompatibbli mal-finijiet li għalihom id-dejta tkun inizjalment inġabret jekk u safejn:

 

(a) l-ipproċessar ulterjuri jkun strettament neċessarju u proporzjonali f'soċjetà demokratika u meħtieġ mil-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru għal fini leġittimu, definit tajjeb u speċifiku;

 

(b) l-ipproċessar huwa strettament limitat iżda ma jaqbiżx iż-żmien meħtieġ għall-operazzjoni speċifika ta’ pproċessar tad-dejta;

 

(c) kwalunkwe użu ieħor għal finijiet oħra huwa pprojbit.

 

Qabel kwalunkwe pproċessar, l-Istat Membru għandu jikkonsulta mal-kontrollur tal-Protezzjoni tad-Dejta u jwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta.

 

2. Minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 7(1a), il-liġi tal-Istat Membru li tawtorizza pproċessar ulterjuri kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tinkludi dispożizzjonijiet espliċiti u dettaljati li jispeċifikaw mill-inqas:

 

(a) il-finijiet speċifiċi u l-mezzi ta' dak l-ipproċessar partikolari;

 

(b) li l-aċċess ikun permess biss mill-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti fit-twettiq tal-kompiti tagħhom fejn f’każ speċifiku jkun hemm raġunijiet raġonevoli li jagħtu x’jifhem li l-ipproċessar tad-dejta personali se jikkontribwixxi b’mod sostanzali għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali; u

 

(c) li jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa biex jassiguraw il-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali b’rabta mal-ipproċessar tad-dejta personali.

 

L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-aċċess għad-dejta personali jkun soġġett għal kundizzjonijiet addizzjonali bħall-awtorizzazzjoni ġudizzjarja, skont il-liġi nazzjonali tagħhom.

 

3. L-Istati Membri jistgħu jippermettu wkoll ipproċessar addizzjonali għal finijiet storiċi, statistiċi jew xjentifiċi sakemm dawn jistabbilixxu salvagwardji speċifiċi, pereżempju li d-dejta ssir anonima.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta personali

Ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta personali

1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-ipproċessar ta’ dejta personali li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija fi trade union, ta’ dejta ġenetika jew ta’ dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali.

1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-ipproċessar ta’ dejta personali li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin filosofiku, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru, is-sħubija fi trade union u l-attività fi ħdanha, u l-ipproċessar ta’ dejta bijometrika jew ta’ dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali.

2. Paragrafu 1 m’għandux applikazzjoni jekk:

2. Il-Paragrafu 1 m’għandux japplika jekk:

(a) l-ipproċessar ikun awtorizzat b’liġi li tipprovdi salvagwardji xierqa; or

(a) l-ipproċesar ikun strettament meħtieġ u proporzjonat biex issir ħidma fuq kompitu mwettaq mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1), fuq il-bażi tal-liġi tal-Unjoni jew tal-Istat Membru li għandha tipprovdi għal miżuri speċifiċi u adegwati biex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta, inkluża awtorizzazzjoni speċifika minn awtorità ġudizzjarja, jekk ikun meħtieġ mil-liġi nazzjonali; jew

(b) l-ipproċessar ikun meħtieġ biex jipproteġi l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ xi persuna oħra; jew

(b) l-ipproċessar ikun meħtieġ biex jipproteġi l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ xi persuna oħra; jew

(c) l-ipproċessar ikun relatat ma’ dejta li b’mod ċar tkun magħmula pubblika mis-suġġett tad-dejta.

(c) l-ipproċessar ikun relatat ma’ dejta li b’mod ċar tkun magħmula pubblika mis-suġġett tad-dejta, sakemm din tkun rilevanti u strettament meħtieġa għall-fini fil-mira f'każ speċifiku.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 8a

 

L-ipproċessar ta’ dejta ġenetika għall-finijiet ta’ investigazzjoni kriminali jew proċedura ġudizzjarja

 

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-dejta ġenetika tkun tista’ tintuża biss biex tistabbilixxi rabta ġenetika fi ħdan il-qafas li tinġieb evidenza, għall-prevenzjoni ta’ theddida għas-sigurtà pubblika jew għall-prevenzjoni tat-twettiq ta’ reat kriminali speċifiku. Dejta ġenetika ma tistax tintuża biex tiddetermina karatteristiċi oħrajn li jistgħu jkunu relatati ġenetikament.

 

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li d-dejta ġenetika jew l-informazzjoni miksuba mill-analiżi tagħha tkun tista’ tinżamm biss sakemm ikun meħtieg għal finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta u meta l-individwu kkonċernat ikun ġie kkundannat b’offiżi serji kontra l-ħajja, l-integrità jew is-sigurtà ta’ persuni, soġġett għal perjodi ta’ ħażna stretti li għandhom jiġu determinati mil-liġi tal-Istat Membru.

 

3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-dejta ġenetika jew l-informazzjoni miksuba mill-analiżi tagħha tinħażen biss għal perjodi itwal meta d-dejta ġenetika ma tkunx tista’ tiġi attribwita lil individwu, b'mod partikolari meta tinstab fil-post fejn ikun twettaq reat.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri bbażati fuq profilar u pproċessar awtomatizzat

Miżuri bbażati fuq profilar u pproċessar awtomatizzat

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li miżuri li jipproduċu effett legali ħażin għas-suġġett tad-dejta jew li jaffettwah b’mod konsiderevoli u li huma bbażati unikament fuq ipproċessar ta’ dejta personali awtomatizzat maħsub biex jevalwa ċerti aspetti personali relatati mas-suġġett tad-dejta għandhom ikunu pprojbiti sakemm ma jkunux awtorizzati minn liġi li tistabbilixxi wkoll miżuri għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li miżuri li jipproduċu effett legali għas-suġġett tad-dejta jew li jaffettwah b’mod konsiderevoli u li huma bbażati parzjalment jew bis-sħiħ fuq ipproċessar ta’ dejta personali awtomatizzat maħsub biex jevalwa ċerti aspetti personali relatati mas-suġġett tad-dejta għandhom ikunu pprojbiti sakemm ma jkunux awtorizzati minn liġi li tistabbilixxi wkoll miżuri għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta.

2. L-ipproċessar awtomatizzat ta’ dejta personali maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati mas-suġġett tad-dejta m’għandux ikun ibbażat unikament fuq il-kategoriji speċjali ta’ dejta personali msemmija fl-Artikolu 8.

2. L-ipproċessar awtomatizzat ta’ dejta personali maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati mas-suġġett tad-dejta m’għandux ikun ibbażat fuq il-kategoriji speċjali ta’ dejta personali msemmija fl-Artikolu 8.

 

2a. L-ipproċessar awtomatizzat ta’ dejta personali maħsub sabiex jindividwaw suġġett tad-dejta mingħajr suspett li dan ikun wettaq jew se jwettaq reat kriminali għandu jkun leġittmu biss jekk u sal-punt li jkun strettament meħtieġ għall-investigazzjoni ta’ reat kriminali serju jew il-prevenzjoni ta’ periklu ċar u imminenti, stabbilit abbażi ta’ indikazzjonijiet fattwali, għas-sigurtà pubblika, l-eżistenza tal-Istat jew il-ħajja ta’ persuni.

 

2b. It-tfassil ta’ profil, li b’mod intenzjonat jew mhuwiex, ikollu l-effett li jiddiskrimina kontra individwi abbażi tar-razza jew l-oriġni etnika, opinjonijiet politiċi, reliġjon jew twemmin, sħubija fi trade unions, orjentazzjoni tal-ġeneru jew sesswali, jew li, b’mod intenzjonat jew mhuwiex, jirriżulta f’miżuri li jkollhom dan it-tip ta’ effett, għandu jkun ipprojbit f’kull każ.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

'Artikolu 9a

 

Prinċipji ġenerali għad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta

 

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-bażi tal-protezzjoni tad-dejta hija ċara u mingħajr drittijiet ambigwi għas-suġġett tad-dejta li għandhom ikunu rispettati mill-kontrollur tad-dejta. Id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva għandhom l-għan li jsaħħu, jiċċaraw, jiggarantixxu u fejn xieraq, jikkodifikaw, dawn id-drittijiet.

 

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li dawn id-drittijiet jinkludu, fost l-oħrajn, l-għoti ta' informazzjoni ċara u li tinftiehem faċilment fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta tiegħu, id-dritt tal-aċċess, ir-rettifika u t-tħassir tad-dejta tiegħu, id-dritt li jikseb id-dejta, id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità kompetenti għall-protezzjoni tad-dejta u li jġib proċedimenti legali kif ukoll id-dritt għall-kumpens għad-dannu li jirriżulta minn operazzjoni ta' pproċessar illegali. L-eżerċizzju ta' dawn id-drittijiet b'mod ġenerali għandu jsiru bla ħlas. Il-kontrollur tad-dejta għandu jwieġeb għat-talbiet li jsiru mis-suġġett tad-dejta f'perjodu ta' żmien raġonevoli.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Modalitajiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta

Modalitajiet għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jieħu l-passi kollha raġonevoli biex ikollu politiki trasparenti u faċilment aċċessibbli fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur ikollu politiki konċiżi, trasparenti u faċilment aċċessibbli fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe informazzjoni u kwalunkwe komunikazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ dejta personali għandha tiġi pprovduta mill-kontrollur lis-suġġett tad-dejta b’mod li tinftiehem, billi jintuża lingwaġġ ċar u trasparenti.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe informazzjoni u kwalunkwe komunikazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ dejta personali għandha tiġi pprovduta mill-kontrollur lis-suġġett tad-dejta b’mod li tinftiehem, billi jintuża lingwaġġ ċar u trasparenti, adattat għas-suġġett tad-dejta, b’mod partikolari meta dik l-informazzjoni tkun idirizzata speċifikament lil minorenni.

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jistabbilixxi proċeduri għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11 u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta msemmija fl-Artikoli 12 sa 17.

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jistabbilixxi proċeduri għall-għoti tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 11 u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta msemmija fl-Artikoli 12 sa 17. Meta d-dejta personali tiġi pproċessata b’mezzi awtomatizzati, il-kontrollur għandu jipprovdi mezzi sabiex it-talbiet isiru b’mod elettroniku.

4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar is-segwitu mogħti fuq talba tiegħu mingħajr dewmien bla bżonn.

4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar is-segwitu mogħti fuq talba tiegħu mingħajr dewmien, u f’kwalunkwe każ l-aktar tard sa xahar minn meta tiġi rċevuta t-talba. Din l-informazzjoni għandha tingħata bil-miktub. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba b’mod elettroniku, l-informazzjoni għandha tingħata b'mod elettroniku.

5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-informazzjoni u kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kontrollur wara talba msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ikunu mingħajr ħlas. Fejn it-talbiet ikunu vessatorji, b’mod partikolari minħabba l-karattru ripetittiv tagħhom, jew id-daqs jew il-volum tat-talba, il-kontrollur jista’ jimponi tariffa għall-għoti tal-informazzjoni jew għat-teħid tal-azzjoni mitluba, jew il-kontrollur jista’ ma jiħux l-azzjoni mitluba. F’dak il-każ, il-kontrollur għandu jerfa’ r-responsabbiltà li jagħti prova tal-karattru vessatorju tat-talba.

5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-informazzjoni u kwalunkwe azzjoni meħuda mill-kontrollur wara talba msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ikunu mingħajr ħlas. Meta t-talbiet ikunu manifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba l-karattru ripetittiv tagħhom, il-kontrollur jista’ jimooni tariffa raġonevoli, waqt li jqis l-ispejjeż amministrattivi, għall-għoti tal-informazzjoni jew għat-teħid tal-azzjoni mitluba. F’dak il-każ, il-kontrollur għandu jerfa’ r-responsabbiltà li jagħti prova tan-natura manifestament eċċessiva tat-talba.

 

5a. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li s-suġġett tad-dejta jista' jitlob id-drittijiet tiegħu direttament fil-konfront tal-kontrollur jew permezz tal-awtorità ta' superviżjoni nazzjonali kompetenti. Meta l-awtorità ta' superviżjoni tkun aġixxiet fuq talba tas-suġġett tad-dejta, l-awtorità ta' superviżjoni għandha tinforma lis-suġġett tad-dejta dwar il-verifiki li saru.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni lis-suġġett tad-dejta

Informazzjoni lis-suġġett tad-dejta

1. Fejn tinġabar dejta personali relatata ma’ suġġett tad-dejta, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kontrollur jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lis-suġġett tad-dejta:

1. Meta tinġabar dejta personali relatata ma’ suġġett tad-dejta, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kontrollur jipprovdi mill-inqas l-informazzjoni li ġejja lis-suġġett tad-dejta:

(a) l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur u tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta;

(a) l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur u tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta;

(b) l-għanijiet tal-ipproċessar li għalihom hija maħsuba d-dejta personali;

(b) il-bażi legali u l-finijiet tal-ipproċessar li għalihom hija maħsuba d-dejta personali;

(c) il-perjodu li għalih id-dejta personali tkun se tinħażen ;

(c) il-perjodu li għalih id-dejta personali tkun se tinħażen ;

(d) l-eżistenza tad-dritt li jintalab mingħand il-kontrollur l-aċċess għal u r-rettifika, it-tħassir jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-dejta personali dwar is-suġġett tad-dejta;

(d) l-eżistenza tad-dritt li jintalab mingħand il-kontrollur l-aċċess għal u r-rettifika, it-tħassir jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-dejta personali dwar is-suġġett tad-dejta;

(e) id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fl-Artikolu 39 u d-dettalji ta’ kuntatt tagħha;

(e) id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fl-Artikolu 39 u d-dettalji ta’ kuntatt tagħha;

(f) ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri tad-dejta personali, inkluż f’pajjiżi terzi jew f’organizzazzjonijiet internazzjonali;

(f) ir-riċevituri tad-dejta personali, inkluż f’pajjiżi terzi jew f’organizzazzjonijiet internazzjonali u min hu awtorizzat li jaċċessa din id-dejta fl-ambitu tal-liġi ta' dak il-pajjiż terz jew tar-regoli ta' dik l-organizzazzjoni internazzjonali, l-eżistenza jew l-assenza ta' deċiżjoni xierqa mill-Kummissjoni jew fil-każ ta' trasferimenti msemmija fl-Artikolu 35 jew fl-Artikolu 36, il-mezzi biex tinkiseb kopja tas-salvagwardji xierqa użati f'dak it-trasferiment;

 

(fa) meta l-kontrollur jipproċessa dejta personali kif deskritt fl-Artikolu 9(1), l-informazzjoni dwar l-eżistenza tal-ipproċessar għal miżura tat-tip imsemmi fl-Artikolu 9(1) u l-effetti maħsuba ta' dan l-ipproċessar dwar is-suġġett tad-dejta, l-informazzjoni dwar il-loġika użata fit-tfassil tal-profil u d-dritt tal-akkwist tal-valutazzjoni umana;

 

(fb) informazzjoni dwar miżuri tas-sigurtà meħuda biex tkun protetta d-dejta personali;

(g) kwalunkwe informazzjoni oħra sakemm dik l-informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa sabiex tiggarantixxi pproċessar ġust fir-rigward tas-suġġett tad-dejta, billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom tiġi pproċessata d-dejta personali.

(g) kwalunkwe informazzjoni oħra sakemm dik l-informazzjoni addizzjonali tkun meħtieġa sabiex tiggarantixxi pproċessar ġust fir-rigward tas-suġġett tad-dejta, billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom tiġi pproċessata d-dejta personali.

2. Meta d-dejta personali tinġabar mis-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, dwar jekk l-għoti tad-dejta personali jkunx obbligatorju jew volontarju, kif ukoll il-konsegwenzi possibbli jekk ma tingħatax dik id-dejta.

2. Meta d-dejta personali tinġabar mis-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta, flimkien mal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, dwar jekk l-għoti tad-dejta personali jkunx obbligatorju jew volontarju, kif ukoll il-konsegwenzi possibbli jekk ma tingħatax dik id-dejta.

3. Il-kontrollur għandu jagħti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1:

3. Il-kontrollur għandu jagħti l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1:

(a) fil-ħin meta tinkiseb id-dejta personali mis-suġġett tad-dejta, jew

(a) fil-ħin meta tinkiseb id-dejta personali mis-suġġett tad-dejta, jew

(b) meta d-dejta personali ma tinġabarx mis-suġġett tad-dejta, fil-mument tar-reġistrazzjoni jew f’perjodu raġonevoli wara l-ġbir, billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom id-dejta tiġi pproċessata.

(b) meta d-dejta personali ma tinġabarx mis-suġġett tad-dejta, fil-mument tar-reġistrazzjoni jew f’perjodu raġonevoli wara l-ġbir, billi jitqiesu ċ-ċirkostanzi speċifiċi li fihom id-dejta tiġi pproċessata.

4. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi li jittardjaw, jirrestrinġu jew iħallu barra l-għoti tal-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta safejn, u sakemm, tali restrizzjoni parzjali jew kompleta tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika b’kont debitu tal-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata:

4. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi li jittardjaw jew jirrestrinġu l-għoti tal-informazzjoni lis-suġġett tad-dejta, f'każ speċifiku, safejn, u sakemm, tali restrizzjoni parzjali jew kompleta tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika b’kont debitu tad-drittijiet fundamentali u tal-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata:

(a) biex ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(a) biex ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(b) biex ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(b) biex ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(c) biex tiġi protetta s-sigurtà pubblika;

(c) biex tiġi protetta s-sigurtà pubblika;

(d) biex tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali;

(d) biex tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali;

(e) biex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

(e) biex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

5. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kategoriji ta’ pproċessar tad-dejta li jistgħu jaqgħu kompletament jew parzjalment taħt l-eżenzjonijiet tal-paragrafu 4.

5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur għandu jivvaluta, f’kull każ speċifiku, permezz ta’ eżami konkret u individwali, jekk tapplikax restrizzjoni parzjali jew sħiħa għal waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 4. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll bil-liġi kategoriji ta’ pproċessar tad-dejta li jistgħu jaqgħu kompletament jew parzjalment taħt l-eżenzjonijiet fl-ambitu tal-punti (a), (b), (c) u (d) tal-paragrafu 4.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt ta’ aċċess għas-suġġett tad-dejta

Dritt ta’ aċċess għas-suġġett tad-dejta

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb mingħand il-kontrollur konferma jekk dejta personali dwaru tkunx qed tiġi pproċessata. Fejn dejta personali bħal din tkun qed tiġi pproċessata, il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb mingħand il-kontrollur konferma jekk dejta personali dwaru jew dwarha tkunx qed tiġi pproċessata. Meta dejta personali bħal din tkun qed tiġi pproċessata, il-kontrollur għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja, jekk ma tkunx ġiet provduta diġà:

 

(- a) il-komunikazzjoni tad-dejta personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata u ta' kwalunkwe informazzjoni li tinftiehem disponibbli dwar is-sors tagħha, u jekk applikabbli, informazzjoni intelliġibbli dwar il-loġika involuta fi kwalunkwe proċess awtomatizzat;

 

(- aa) is-sinifikat u l-konsegwenzi previsti ta' dan l-ipproċessar, għall-inqas fil-każ tal-miżuri msemmija fl-Aritkolu 9;

(a) l-objettivi tal-ipproċessar;

(a) il-finijiet tal-ipproċessar kif ukoll il-bażi legali għall-ipproċessar;

(b) il-kategoriji ta’ data personali inkwistjoni;

(b) il-kategoriji ta’ dejta personali inkwistjoni;

(c) ir-riċevituri jew kategoriji ta’ riċevituri li lilhom tkun żvelata d-dejta personali, b’mod partikolari r-riċevituri f’pajjiżi terzi;

(c) ir-riċevituri li lilhom tkun żvelata d-dejta personali, b’mod partikolari r-riċevituri f’pajjiżi terzi;

(d) il-perjodu li għalih id-dejta personali tkun se tinħażen ;

(d) il-perjodu li għalih id-dejta personali tkun se tinħażen ;

(e) l-eżistenza tad-dritt li jintalbu mingħand il-kontrollur ir-rettifika, it-tħassir jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar ta’ dejta personali dwar is-suġġett tad-dejta;

(e) l-eżistenza tad-dritt li jintalbu mingħand il-kontrollur ir-rettifika, it-tħassir jew ir-restrizzjoni tal-ipproċessar ta’ dejta personali dwar is-suġġett tad-dejta;

(f) id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(f) id-dritt li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ superviżjoni;

(g) komunikazzjoni tad-dejta personali li tkun qed tiġi pproċessata u ta’ kull informazzjoni disponibbli dwar l-oriġini tagħha;

 

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb mingħand il-kontrollur kopja tad-dejta personali li tkun qed tiġi pproċessata.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb mingħand il-kontrollur kopja tad-dejta personali li tkun qed tiġi pproċessata. Meta s-suġġett tad-dejta jagħmel it-talba f’forma elettronika, l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’forma elettronika, sakemm ma jkunx mitlub mod ieħor mis-suġġett tad-dejta.

(Punt (g) tal-paragrafu 1 fit-test tal-Kummissjoni sar parti mill-punt (-aa) tal-paragrafu 1 fl-emendi tal-Parlament)

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Restrizzjonijiet fuq id-dritt ta’ aċċess

Restrizzjonijiet fuq id-dritt ta’ aċċess

1. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi li jirrestrinġu, b’mod sħiħ jew parzjali, id-dritt ta’ aċċess tas-suġġett tad-dejta sakemm tali restrizzjoni sħiħa jew parzjali tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika, b’kont debitu tal-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata:

1. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi li jirrestrinġu, b’mod sħiħ jew parzjali, jiddependi fuq l-użu speċifiku, id-dritt ta’ aċċess tas-suġġett tad-dejta sakemm u għall-perjodu tali restrizzjoni sħiħa jew parzjali tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika, b’kont debitu tad-drittijiet fundamentali u tal-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata:

(a) biex ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(a) biex ikun evitat li jiġu mfixkla inkjesti, investigazzjonijiet jew proċeduri uffiċjali jew legali;

(b) biex ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(b) biex ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(c) biex tiġi protetta s-sigurtà pubblika;

(c) biex tiġi protetta s-sigurtà pubblika;

(d) biex tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali;

(d) biex tiġi protetta s-sigurtà nazzjonali;

(e) biex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

(e) biex jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu bil-liġi kategoriji ta’ pproċessar tad-dejta li jistgħu jaqgħu kompletament jew parzjalment taħt l-eżenzjonijiet tal-paragrafu 1.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur għandu jivvaluta, f’kull każ speċifiku, permezz ta’ eżami konkret u individwali, jekk tapplikax restrizzjoni parzjali jew sħiħa għal waħda mir-raġunijiet imsemmija fil-paragrafu 1. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll bil-liġi kategoriji ta’ pproċessar tad-dejta li jistgħu jaqgħu kompletament jew parzjalment taħt l-eżenzjonijiet fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 1.

3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma bil-miktub lis-suġġett tad-dejta dwar kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni tal-aċċess, dwar ir-raġunijiet għar-rifjut u dwar il-possibbiltajiet li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u li jinstab rimedju ġudizzjarju. L-informazzjoni dwar ir-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni tista’ titħalla barra meta l-għoti ta’ dik l-informazzjoni jimmina speċifikament għan skont il-paragrafu 1.

3. Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma, mingħajr dewmien bla bżonn, bil-miktub lis-suġġett tad-dejta dwar kwalunkwe rifjut jew restrizzjoni tal-aċċess, dwar il-ġustifikazzjoni rraġunta għar-rifjut u dwar il-possibbiltajiet li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta’ superviżjoni u li jinstab rimedju ġudizzjarju. L-informazzjoni dwar ir-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni tista’ titħalla barra meta l-għoti ta’ dik l-informazzjoni jimmina speċifikament għan skont il-paragrafu 1.

4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kontrollur jiddokumenta r-raġunijiet għaliex il-komunikazzjoni dwar ir-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni titħalla barra.

4. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kontrollur jiddokumenta l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 kif ukoll ir-raġunijiet li jirrestrinġu l-komunikazzjoni dwar ir-raġunijiet fattwali jew legali li fuqhom tkun ibbażata d-deċiżjoni. L-informazzjoni għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet ta' superviżjoni nazzjonali.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess

Modalitajiet għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jitlob, b’mod partikulari fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 13, li l-awtorità ta’ superviżjoni tiċċekkja l-legalità tal-ipproċessar.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jitlob, il-ħin kollu, b’mod partikulari fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 12 u 13, li l-awtorità ta’ superviżjoni tiċċekkja l-legalità tal-ipproċessar

2. L-Istat Membru għandu jipprovdi li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar id-dritt li jitlob l-intervent tal-awtorità ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 1.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar id-dritt li jitlob l-intervent tal-awtorità ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 1.

3. Meta jiġi eżerċitat id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tinforma lis-suġġett tad-dejta mill-anqas li l-verifiki kollha meħtieġa mill-awtorità ta' superviżjoni jkunu saru, u dwar l-eżitu fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar inkwistjoni.

3. Meta jiġi eżerċitat id-dritt imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tinforma lis-suġġett tad-dejta mill-anqas li l-verifiki kollha meħtieġa mill-awtorità ta' superviżjoni jkunu saru, u dwar l-eżitu fir-rigward tal-legalità tal-ipproċessar inkwistjoni. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tinforma wkoll lis-suġġett tad-dejta dwar id-dritt li jfittex rimedju ġudizzjarju.

 

3a. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li s-suġġett tad-dejta jista' jasserixxi dan id-dritt direttament kontra l-kontrollur jew permezz tal-intermedjarju tal-awtoritajiet ta' superviżjoni nazzjonali kompetenti.

 

3b. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jkun hemm limiti ta' żmien raġonevoli għall-kontrollur biex iwieġeb għat-talbiet tas-suġġett tad-dejta fir-rigward tal-eżerċizzju tad-dritt tal-aċċess tiegħu.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt għal rettifika

Dritt għal rettifika u kompletezza

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb mingħand il-kontrollur ir-rettifika ta’ dejta personali dwaru li ma tkunx eżatta. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb il-kompletezza tad-dejta personali mhux kompluta, b’mod partikolari permezz ta’ stqarrija ta’ korrezzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb mingħand il-kontrollur ir-rettifika jew il-kompletezza ta’ dejta personali dwaru jew dwarha li ma tkunx eżatta jew kompleta, b’mod partikolari permezz ta’ stqarrija ta’ kompletezza jew ta' korrezzjoni

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma bil-miktub lis-suġġett tad-dejta dwar kwalunkwe rifjut tar-rettifika, dwar ir-raġunijiet għar-rifjut u dwar il-possibbiltajiet li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta' superviżjoni u li jitfittex rimedju ġudizzjarju.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma bil-miktub lis-suġġett tad-dejta, b'ġustifikazzjoni raġunata ta' kwalunkwe rifjut tar-rettifika jew kompletezza, dwar ir-raġunijiet għar-rifjut u dwar il-possibbiltajiet li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta' superviżjoni u li jitfittex rimedju ġudizzjarju.

 

2a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur għandu jikkomunika kwalunkwe rettifika mwettqa għal kull riċevitur li d-dejta tkun ġiet żvelata lilu, sakemm dan ma jkunx impossibbli jew jinvolvi sforz sproporzjonat.

 

2b. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur għandu jikkomunika r-rettifika ta' dejta personali mhux preċiża lill-partijiet terzi li mingħandhom tkun oriġinat id-dejta personali mhux preċiża.

 

2c. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li s-suġġett tad-dejta jista' jasserixxi dan id-dritt direttament anke permezz tal-intermedjarju tal-awtoritajiet ta' superviżjoni nazzjonali kompetenti.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt għal tħassir

Dritt għal tħassir

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb mingħand il-kontrollur it-tħassir ta’ dejta personali relatata miegħu meta l-ipproċessar ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikoli 4 (a) sa (e), 7 u 8 ta’ din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb mingħand il-kontrollur it-tħassir ta’ dejta personali relatata miegħu jew magħha meta l-ipproċessar ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikoli 4, 6, 7 u 8 ta’ din id-Direttiva.

2. Il-kontrollur għandu jwettaq it-tħassir mingħajr dewmien.

2. Il-kontrollur għandu jwettaq it-tħassir mingħajr dewmien. Il-kontrollur għandu jastjeni wkoll milli jxerred aktar it-tali dejta.

3. Minflok it-tħassir, il-kontrollur għandu jimmarka l-ipproċessar ta’ dejta personali fejn:

3. Minflok it-tħassir, il-kontrollur għandu jillimita l-ipproċessar ta’ dejta personali meta:

(a) l-preċiżjoni tiġi kkontestata mis-suġġett tad-dejta, għal perjodu li jippermetti lill-kontrollur li jivverifika l-preċiżjoni tad-dejta;

(a) il-preċiżjoni tiġi kkontestata mis-suġġett tad-dejta, għal perjodu li jippermetti lill-kontrollur li jivverifika l-preċiżjoni tad-dejta;

(b) id-dejta personali tkun trid tinżamm għal finijiet ta’ prova;

(b) id-dejta personali tkun trid tinżamm għal finijiet ta’ prova jew għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta' persuna oħra.

(c) is-suġġett tad-dejta jopponi t-tħassir tagħha u jitlob ir-restrizzjoni tal-użu tagħha minflok.

 

 

3a. Meta l-ipproċessar ta’ dejta personali jkun ristrett skont il-paragrafu 3, il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta qabel ineħħi r-restrizzjoni fuq l-ipproċessar.

4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma bil-miktub lis-suġġett tad-dejta dwar kwalunkwe rifjut tat-tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar, dwar ir-raġunijiet għar-rifjut u dwar il-possibbiltajiet li jitressaq ilment lill-awtorità ta’ superviżjoni u li jitfittex rimedju ġudizzjarju.

4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma bil-miktub lis-suġġett tad-dejta, b'ġustifikazzjoni raġunata, dwar kwalunkwe rifjut tar-rettifika jew restrizzjoni tal-ipproċessar, dwar ir-raġunijiet għar-rifjut u dwar il-possibbiltajiet li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta' superviżjoni u li jitfittex rimedju ġudizzjarju.

 

4a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jgħarraf lir-riċevituri li lilhom din id-dejta tkun intbagħtet dwar kwalunkwe tħassir jew restrizzjoni li saret skont il-paragrafu 1, sakemm dan ma jkunx impossibbli jew jinvolvi sforz sproporzjonat. Il-kontrollur għandu jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar dawk il-partijiet terzi.

 

4b. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li s-suġġett tad-dejta jasserixxi dan id-dritt direttament kontra l-kontrollur jew permezz tal-intermedjarju tal-awtoritajiet ta' superviżjoni nazzjonali kompetenti.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Responsabbiltà tal-kontrollur

Responsabbiltà tal-kontrollur

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jadotta politiki u jimplimenta miżuri xierqa biex jassigura li l-ipproċessar ta’ dejta personali jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jadotta politiki u jimplimenta miżuri xierqa biex jassigura u jkun jista' juri, b'mod trasparenti, għal kull operazzjoni ta' proċessar, li l-ipproċessar ta’ dejta personali jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, kemm meta jiddetermina l-mezzi għall-ipproċessar u waqt l-ipproċessar innifsu.

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu b’mod partikolari:

2. Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu b’mod partikolari:

(a) iż-żamma tad-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 23;

(a) iż-żamma tad-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 23;

 

(aa) it-twettiq ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 25a;

(b) il-konformità mar-rekwiżiti għall-konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 26;

(b) il-konformità mar-rekwiżiti għall-konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 26;

(c) l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar is-sigurtà tad-dejta stabbiliti fl-Artikolu 27,

(c) l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti dwar is-sigurtà tad-dejta stabbiliti fl-Artikolu 27,

(d) l-ħatra ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 30.

(d) l-ħatra ta’ uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 30;

 

(da) it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' salvagwardji speċifiċi fir-rigward tat-trattament ta' dejta personali relatata mal-minorenni, fejn xieraq.

3. Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi biex jassigura l-verifika tal-effettività tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Jekk tkun proporzjonata, din il-verifika għandha ssir minn awdituri interni jew esterni indipendenti.

3. Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi biex jassigura l-verifika tal-adegwatezza u tal-effettività tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Jekk tkun proporzjonata, din il-verifika għandha ssir minn awdituri interni jew esterni indipendenti.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku

Protezzjoni tad-dejta bid-disinn u b’mod awtomatiku

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li, wara li jikkunsidra l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni, il-kontrollur għandu jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li, wara li jikkunsidra l-aħħar żviluppi, l-għarfien teknoloġiku kurrenti, l-aħjar prattiki internazzjonali u r-riskji rappreżentati mill-ipproċessar tad-dejta, il-kontrollur u l-proċessur jekk ikun hemm, għandhom kemm fil-mument tad-determinazzjoni tal-finijiet u l-mezzi għall-ipproċessar u kif ukoll fil-mument tal-ipproċessar innifsu, għandhom jimplimentaw miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa u proporzjonati b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, b'mod partikolari fir-rigward tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4. Il-protezzjoni tad-dejta b’intenzjoni għandha tikkunsidra b’mod partikolari l-ġestjoni taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tad-dejta personali mill-ġbir sal-ipproċessar għat-tħassir, li b’mod sistematiku tiffoka fuq is-salvagwardji proċedurali komprensivi fir-rigward tal-preċiżjoni, il-kunfidenzjalità, l-integrità, is-sigurtà fiżika u t-tħassir ta’ dejta personali. Meta l-kontrollur ikun wettaq valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 25a, għandhom jitqiesu r-riżultati meta jiġu żviluppati dawk il-miżuri u l-proċeduri.

2. Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi biex jassigura li, b’mod awtomatiku, tiġi pproċessata biss dik id-dejta personali li tkun meħtieġa għall-objettivi tal-ipproċessar.

2. Il-kontrollur għandu jassigura li, b'mod awtomatiku, tiġi proċessata biss dik id-dejta personali li tkun meħtieġa għal kull fini speċifika tal-ipproċessar u speċjalment dik id-dejta personali mhux miġbura, miżmuma jew imxerrda aktar mill-minimu meħtieġ għal dawk il-finijiet, kemm f'termini ta' ammont ta' dejta kif ukoll f'termini ta' żmien ta' ħażna. B’mod partikolari, dawk il-mekkaniżmi għandhom jassiguraw li b’mod awtomatiku d-dejta personali ma tkunx aċċessibbli għal numru mhux definit ta’ individwi u li s-suġġetti tad-dejta jistgħu jikkontrollaw id-distribuzzjoni tad-dejta personali tagħhom.

 

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kontrolluri konġunti

Kontrolluri konġunti

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li meta kontrollur jiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali flimkien ma’ oħrajn, il-kontrolluri konġunti jridu jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi għall-konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, permezz ta’ arranġament bejniethom.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li meta kontrollur jiddetermina l-objettivi, il-kundizzjonijiet u l-mezzi tal-ipproċessar ta’ dejta personali flimkien ma’ oħrajn, il-kontrolluri konġunti jridu jistabbilixxu r-responsabbiltajiet rispettivi għall-konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tal-proċeduri u l-mekkaniżmi għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, permezz ta’ ftehim legalment vinkolanti bejniethom.

 

2. Sakemm is-suġġett tad-dejta jkun ġie infurmat liema mill-kontrolluri konġunti huwa responsabbli skont il-paragrafu 1, is-suġġett tad-dejta jista' jeżerċità d-dritt tiegħu fl-ambitu ta' din id-Direttiva fir-rigward ta' u kontra kull żewġ kontrolluri konġunti jew aktar.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proċessur

Proċessur

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li meta operazzjoni ta’ pproċessar issir f’isem kontrollur, il-kontrollur għandu jagħżel proċessur li jagħti garanziji suffiċjenti li jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li meta operazzjoni ta’ pproċessar issir f’isem kontrollur, il-kontrollur għandu jagħżel proċessur li jagħti garanziji suffiċjenti li jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, b'mod partikolari fir-rigward ta' miżuri tas-sigurtà tekniċi u miżuri organizzattivi li jirregolaw l-ipproċessar li għandu jsir u jassiguraw konformità ma' dawk il-miżuri.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li t-twettiq ta’ pproċessar permezz ta’ proċessur għandu jkun regolat permezz ta’ att legali li jżomm lill-proċessur responsabbli lejn il-kontrollur u li jistipula partikolarment illi l-proċessur għandu jaġixxi biss fuq struzzjonijiet tal-kontrollur, b’mod partikolari, meta t-trasferiment tad-dejta personali użata jkun ipprojbit.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li t-twettiq ta’ pproċessar permezz ta’ proċessur għandu jkun regolat permezz ta’ kuntratt jew att legali li jżomm lill-proċessur responsabbli lejn il-kontrollur u li jistipula partikolarment illi l-proċessur għandu :

 

(a) jaġixxi biss fuq struzzjonijiet mingħand il-kontrollur;

 

(b) jimpjega biss persunal li jkun qabel li jkun marbut b’obbligu ta’ kunfidenzjalità jew li jkun taħt obbligu statutorju ta’ kunfidenzjalità;

 

(c) jieħu l-miżuri kollha meħtieġa skont l-Artikolu 27;

 

(d) jimpjega proċessur ieħor biss bil-permess tal-kontrollur u għalhekk jinforma lill-kontrollur dwar l-intenzjoni tiegħu li jimpjega proċessur ieħor f’ħin xieraq sabiex il-kontrollur ikollu l-possibbiltà li joġġezzjona;

 

(e) safejn ikun possibbli minħabba n-natura tal-ipproċessar, jadotta bi ftehim mal-kontrollur ir-rekwiżiti tekniċi u organizzattivi meħtieġa għat-twettiq tal-obbligu tal-kontrollur li jwieġeb għat-talbiet biex jiġu eżerċitati d-drittijiet tas-suġġett tad-dejta stabbiliti fil-Kapitolu III;

 

(f) jassisti lill-kontrollur fl-assigurar tal-konformità mal-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 25a sa 29;

 

(g) jgħaddi r-riżultati kollha lill-kontrollur wara li jkun intemm l-ipproċessar u m'għandux jipproċessa din id-dejta b'mod ieħor u jħassar kopji eżistenti sakemm il-liġi tal-Unjoni jew l-Istat Membru tirrikjedi l-ħażna tagħhom;

 

(h) jagħmel disponibbli għall-kontrollur u għall-awtorità ta’ superviżjoni kull informazzjoni meħtieġa għall-kontroll tal-konformità mal-obbligi stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

(i) jikkunsidra l-prinċipju tal-protezzjoni tad-dejta b’intenzjoni u b’mod awtomatiku.

 

2a. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jiddokumentaw bil-miktub l-istruzzjonijiet tal-kontrollur u l-obbligi tal-proċessur imsemmija fil-paragrafu 2.

3. Jekk proċessur jipproċessa dejta personali għajr kif ordnat mill-kontrollur, il-proċessur għandu jitqies li huwa kontrollur fir-rigward ta’ dak l-ipproċessar u għandu jkun soġġett għar-regoli dwar il-kontrolluri konġunti stipulati fl-Artikolu 20.

3. Jekk proċessur jipproċessa dejta personali għajr kif ordnat mill-kontrollur, il-proċessur għandu jitqies li huwa kontrollur fir-rigward ta’ dak l-ipproċessar u għandu jkun soġġett għar-regoli dwar il-kontrolluri konġunti stipulati fl-Artikolu 20.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 22 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Meta l-proċessur ikun jew isir il-parti determinanti fir-rigward tal-finijiet, il-mezzi, jew il-metodi tal-iproċessar tad-dejta jew ma jaġixxix esklużivament skont l-istruzzjonijiet tal-kontrollur, għandu jitqies kontrollur konġunt skont l-Artikolu 20.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dokumentazzjoni

Dokumentazzjoni

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull kontrollur u proċessur iżomm dokumentazzjoni tas-sistemi u l-proċeduri kollha ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull kontrollur u proċessur iżomm dokumentazzjoni tas-sistemi u l-proċeduri kollha ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

2. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

2. Id-dokumentazzjoni għandha tinkludi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur, jew kwalunkwe kontrollur jew proċessur konġunt;

(a) l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur, jew kwalunkwe kontrollur jew proċessur konġunt;

 

(aa) ftehim legalment vinkolanti, fejn ikun hemm kontrolluri konġunti; lista ta' proċessuri u attivitajiet mwettqa mill-proċessuri;

(b) l-objettivi tal-ipproċessar;

(b) l-objettivi tal-ipproċessar;

 

(ba) indikazzjoni tal-partijiet tal-organizzazzjoni tal-kontrollur jew tal-proċessur fdati bl-ipproċessar tad-dejta personali għal fini partikolari;

 

(bb) deskrizzjoni tal-kategorija jew kategoriji tas-suġġetti tad-dejta u d-dejta jew il-kategoriji tad-dejta li jirrelataw magħhom;

(c) ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri tad-data personali;

(c) ir-riċevituri jew il-kategoriji ta’ riċevituri tad-dejta personali;

 

(ca) fejn ikun applikabbli, informazzjoni dwar l-eżistenza tal-profilar, ta’ miżuri bbażati fuq profilar, u ta’ mekkaniżmi għall-oġġezzjoni tal-profilar;

 

(cb) informazzjoni li tinftiehem dwar il-loġika involuta fi kwalunkwe pproċessar awtomatizzat;

(d) it-trasferimenti ta’ dejta lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali;

(d) it-trasferimenti ta’ dejta lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali u r-raġunijiet legali li abbażi tagħhom tiġi trasferita d-dejta; għandha tingħata spjegazzjoni sostanzjali meta trasferiment ikun ibbażat fuq l-Artikolu 35 jew 36 ta’ din id-Direttiva;

 

(da) l-iskadenzi taż-żmien għat-tħassir tal-kategoriji ta' dejta differenti;

 

(db) ir-riżultati tal-verifiki tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 18(1);

 

(dc) indikazzjoni tal-bażi legali tal-operazzjoni tal-ipproċessar li għaliha tkun maħsuba d-dejta.

3. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli, meta jiġu mitluba biex jagħmlu dan, lill-awtorità ta’ superviżjoni.

3. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli kollha, meta jiġu mitluba biex jagħmlu dan, lill-awtorità ta’ superviżjoni

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Żamma tar-reġistri

Żamma tar-reġistri

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jinżammu reġistri tal-anqas tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin: ġbir, tibdil, konsultazzjoni, żvelar, taħlit jew tħassir. Ir-reġistri ta’ konsultazzjoni u żvelar għandhom juru b’mod partikolari l-għan, id-dejta u l-ħin ta’ kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet u safejn possibbli l-identifikazzjoni tal-persuna li tkun ikkonsultat jew żvelat id-dejta personali.

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li jinżammu reġistri tal-anqas tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li ġejjin: ġbir, tibdil, konsultazzjoni, żvelar, taħlit jew tħassir. Ir-reġistri ta’ konsultazzjoni u żvelar għandhom juru b’mod partikolari l-fini, id-data u l-ħin ta’ kull waħda minn dawn l-operazzjonijiet u l-identifikazzjoni tal-persuna li tkun ikkonsultat jew żvelat id-dejta personali, u l-identità tar-riċevitur ta’ dik id-dejta, u l-identità tar-riċevituri ta' din id-dejta.

2. Ir-reġistri għandhom jintużaw biss għall-finijiet ta’ verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, awtomonitoraġġ u sabiex tiġi assigurata l-integrità tad-dejta u s-sigurtà tad-dejta.

2. Ir-reġistri għandhom jintużaw biss għall-finijiet ta’ verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, awtomonitoraġġ u sabiex tiġi assigurata l-integrità tad-dejta u s-sigurtà tad-dejta, jew għal raġunijiet ta' awditjar, jew mill-uffiċjal għall-protezzjoni tad-dejta jew mill-awtorità għall-protezzjoni tad-dejta.

 

2a. Il-kontrollur u l-proċessur għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni disponibbli, meta jiġu mitluba biex jagħmlu dan, lill-awtorità ta’ superviżjoni.

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjoni

Kooperazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjoni

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur u l-proċessur għandhom jikkooperaw, meta jintalbu, mal-awtorità ta’ superviżjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha, b’mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni kollha neċessarja għall-awtorità ta’ superviżjoni biex twettaq id-dmirijiet tagħha.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur u l-proċessur għandhom jikkooperaw, meta jintalbu, mal-awtorità ta’ superviżjoni fit-twettiq tad-dmirijiet tagħha, b’mod partikolari billi jipprovdu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 46(2)(a) u billi jagħtu aċċess kif provdut fl-Artikolu 46(2)(b).

2. B’risposta għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-awtorità ta’ superviżjoni skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 46, il-kontrollur u l-proċessur għandhom iwieġbu lill-awtorità ta’ superviżjoni fi żmien raġonevoli. It-tweġiba għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri meħuda u r-riżultati miksuba, b’risposta għall-kummenti tal-awtorità ta’ superviżjoni.

2. B’risposta għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-awtorità ta’ superviżjoni skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 46(1), il-kontrollur u l-proċessur għandhom iwieġbu lill-awtorità ta’ superviżjoni fi żmien raġonevoli li għandu jiġi speċifikat mill-awtorità ta' superviżjoni. It-tweġiba għandha tinkludi deskrizzjoni tal-miżuri meħuda u r-riżultati miksuba, b’risposta għall-kummenti tal-awtorità ta’ superviżjoni.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 25a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 25a

 

Valutazzjoni tal-impatt fuq il-Protezzjoni tad-Dejta

 

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew il-proċessur, li jaġixxu f'isem il-kontrollur, għandu jwettaq valutazzjoni tal-impatt tas-sistemi tal-ipproċessar u l-proċeduri previsti dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, fejn ikun probabbli li l-operazzjonijiet tal-ipproċessar jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta minħabba n-natura, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-finijiet tagħhom, qabel l-operazzjonijiet ta' pproċessar ġodda jew kmieni kemm jista' jkun fil-każ ta' operazzjonijiet ta' pproċessar eżistenti.

 

2. B’mod partikolari, l-operazzjonijiet li ġejjin x’aktarx li jippreżentaw riskji speċifiċi kif imsemmi fil-paragrafu 1:

 

(a) l-ipproċessar ta’ dejta personali f’sistemi ta’ arkivjar fuq skala kbira għall-finijiet tal-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

 

(b) l-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ dejta personali kif imsemmi fl-Artikolu 8, ta’ dejta personali relatata mal-minorenni u ta’ dejta bijometrika u dwar il-lok għall-finijiet tal-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali u l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

 

(c) l-evalwazzjoni ta’ aspetti personali relatati ma' persuna fiżika jew għall-analiżi jew il-previżjoni b’mod partikolari tal-imġiba ta’ persuna fiżika, li hija bbażata fuq proċessar awtomatizzat u x’aktarx tirriżulta f’miżuri li jipproduċu effetti legali li jikkonċernaw l-individwu jew li jaffettwaw lill-individwu b’mod sinifikanti;

 

(d) il-monitoraġġ ta’ żoni aċċessibbli għall-pubbliku, b’mod speċjali meta jintuża apparat ottiku-elettroniku (sorveljanza bil-vidjo); jew

 

(e) operazzjonijiet ta’ pproċessar oħrajn li għalihom tkun meħtieġa l-konsultazzjoni mal-awtorità ta’ superviżjoni skont l-Artikolu 26(1).

 

3. Il-valutazzjoni għandha tinkludi minn tal-inqas:

 

(a) deskrizzjoni sistematika tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti;

 

(b) valutazzjoni tal-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-operazzjonijiet ta' pproċessar fir-rigward tal-finijiet;

 

(c) valutazzjoni tar-riskji u l-libertajiet għad-drittijiet u l-libertijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-miżuri previsti biex jindirizzaw dawk ir-riskji u jnaqqsu l-ammont tad-dejta personali li tiġi pproċessata;

 

(d) miżuri ta’ sigurtà u mekkaniżmi li jassiguraw il-protezzjoni ta’ dejta personali u li juru l-konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, filwaqt li jiġu kkunsidrati d-drittijiet u l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta u persuni oħrajn ikkonċernati;

 

(e) indikazzjoni ġenerali tal-limiti ta’ żmien għat-tħassir tad-diversi kategoriji ta’ dejta;

 

(f) fejn japplika, lista tat-trasferimenti ta’ dejta maħsuba lil pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluża l-identifikazzjoni ta’ dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali u, f’każ ta’ trasferimenti msemmijin fl-Artikolu 36(2), id-dokumentazzjoni tas-salvagwardji xierqa.

 

4. Jekk il-kontrollur jew il-proċessur ħatar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, hu għandu jkun involut fil-proċediment tal-valutazzjoni tal-impatt.

 

5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jikkonsulta lill-pubbliku dwar l-ipproċessar maħsub, mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tal-interess pubbliku jew is-sigurtà tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar.

 

6. Mingħajr preġudizzju għall-protezzjoni tal-interess pubbliku jew is-sigurtà tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar, il-valutazzjoni għandha ssir disponibbli faċilment għall-pubbliku.

 

7. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob opinjoni mingħand il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, atti delegati skont l-Artikolu 56 għall-fini li tispeċifika aktar il-kriterji u l-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar li aktarx jippreżentaw ir-riskji speċifiċi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 u r-rekwiżiti għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, inklużi kundizzjonijiet għall-iskalabbiltà, il-verifika u l-awtidjar.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Konsultazzjoni minn qabel mal-awtorità ta’ superviżjoni

Konsultazzjoni minn qabel mal-awtorità ta’ superviżjoni

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kontrollur jew il-proċessur jikkonsulta lill-awtorità ta’ superviżjoni qabel l-ipproċessar ta’ dejta personali li tkun ser tifforma parti minn sistema ġdida ta’ arkivjar li tkun ser tinħoloq fejn:

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kontrollur jew il-proċessur jikkonsulta lill-awtorità ta’ superviżjoni qabel l-ipproċessar ta’ dejta personali sabiex tkun assigurata l-konformità tal-ipproċessar maħsub mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u b’mod partikolari biex itaffu r-riskji involuti għas-suġġetti tad-dejta meta:

(a) iridu jiġu pproċessati kategoriji speċjali ta’ dejta msemmija fl-Artikolu 8;

(a) valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta kif ipprovdut fl-Artikolu 25a tindika li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar, minħabba n-natura tagħhom, il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom u/jew il-finijiet tagħhom, aktarx li jippreżentaw grad għoli ta’ riskji speċifiċi; jew

(b) it-tip ta’ proċessar, partikolarment bl-użu ta’ teknoloġiji, mekkaniżmi jew proċeduri ġodda, jinvolvi riskji speċifiċi mod ieħor għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u partikolarment il-protezzjoni tad-dejta personali, tas-suġġetti tad-dejta.

(b) l-awtorità ta’ superviżjoni tħoss li jkun meħtieġ li jkun hemm konsultazzjoni minn qabel dwar operazzjonijiet ta’ pproċessar speċifikati li aktarx jippreżentaw riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta minħabba n-natura, il-kamp ta’ applikazzjoni u/jew l-għanijiet tagħhom.

 

1a. Meta l-awtorità ta’ superviżjoni tiddetermina skont is-setgħa tagħha li l-ipproċessar maħsub ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, b’mod partikolari meta r-riskji ma jkunux identifikati jew imnaqqsa biżżejjed, din għandha tipprojbixxi l-ipproċessar maħsub u tagħmel proposti xierqa sabiex tirrimedja dan in-nuqqas ta’ konformità.

2. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-awtorità ta’ superviżjoni tistabbilixxi lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont il-paragrafu 1.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità ta’ superviżjoni, wara li tikkonsulta lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, għandha tistabbilixxi lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar li huma soġġetti għal konsultazzjoni minn qabel skont il-punt (b) tal-paragrafu 1.

 

2a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew proċessur għandu jipprovdi lill-awtorità ta’ superviżjoni bil-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta skont l-Artikolu 25a u, fuq talba, flimkien ma’ kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni tivvaluta l-konformità tal-ipproċessar u b’mod partikolari r-riskji għall-protezzjoni tad-dejta personali tas-suġġett tad-dejta u tas-salvagwardji relatati.

 

2b. Jekk l-awtorità ta’ superviżjoni tkun tal-fehma li l-ipproċessar maħsub ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva jew li r-riskji ma jkunux identifikati jew imnaqqsa biżżejjed, din għandha tagħmel proposti adattati sabiex tirrimedja dan in-nuqqas ta’ konformità.

 

2c. L-Istati Membri jistgħu jikkonsultaw lill-awtorità ta’ superviżjoni fit-tħejjija ta’ miżura leġiżlattiva li għandha tiġi adottata mill-parlament nazzjonali jew ta’ miżura bbażata fuq din il-miżura leġiżlattiva, li tiddefinixxi n-natura tal-ipproċessar, sabiex jassiguraw il-konformità tal-ipproċessar maħsub fl-ambitu ta' din id-Direttive u b’mod partikolari sabiex inaqqsu r-riskji involuti għas-suġġetti tad-dejta.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sigurtà tal-proċessar

Sigurtà tal-proċessar

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur u l-proċessur jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jassiguraw livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskji rappreżentati mill-ipproċessar u n-natura tad-dejta li trid tiġi protetta, waqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur u l-proċessur jimplimentaw miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jassiguraw livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskji rappreżentati mill-ipproċessar u n-natura tad-dejta li trid tiġi protetta, waqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni tagħhom.

2. Fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta, kull Stat Membru għandu jipprovdi li l-kontrollur jew il-proċessur, wara evalwazzjoni tar-riskji, jimplimenta miżuri mfasslin sabiex:

2. Fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta, kull Stat Membru għandu jipprovdi li l-kontrollur jew il-proċessur, wara evalwazzjoni tar-riskji, jimplimenta miżuri mfasslin sabiex:

(a) jiċħad lil persuni mhux awtorizzati milli jkollhom aċċess għat-tagħmir li jipproċessa d-dejta użat għall-proċessar ta’ dejta personali (kontroll tal-aċċess għat-tagħmir);

(a) jiċħad lil persuni mhux awtorizzati milli jkollhom aċċess għat-tagħmir li jipproċessa d-dejta użat għall-proċessar ta’ dejta personali (kontroll tal-aċċess għat-tagħmir);

(b) jipprevjeni l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati ta' midja tad-data (kontroll tal-midja tad-data);

(b) jipprevjeni l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzati ta' midja tad-dejta (kontroll tal-midja tad-dejta);

(c) jimpedixxi d-dħul mhux awtorizzat ta’ dejta u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ dejta personali maħżuna (kontroll tal-ħażna);

(c) jipprevjeni d-dħul mhux awtorizzat ta’ dejta u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ dejta personali maħżuna (kontroll tal-ħażna);

(d) jimpedixxu l-użu ta’ sistemi awtomatizzati ta’ pproċessar ta’ dejta minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-dejta (kontroll tal-utent);

(d) jipprevjeni l-użu ta’ sistemi awtomatizzati ta’ pproċessar ta’ dejta minn persuni mhux awtorizzati bl-użu ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-dejta (kontroll tal-utent);

(e) jassiguraw li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta’ pproċessar ta’ dejta ikollhom aċċess biss għad-dejta koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom (kontroll tal-aċċess għad-dejta);

(e) jassigura li l-persuni awtorizzati biex jużaw sistema awtomatizzata ta’ pproċessar ta’ dejta ikollhom aċċess biss għad-dejta koperta mill-awtorizzazzjoni għall-aċċess tagħhom (kontroll tal-aċċess għad-dejta);

(f) jassiguraw li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tkun intbagħtet jew saret disponibbli jew tista’ tintbagħat jew issir disponibbli dejta personali bl-użu ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-dejta (kontroll tal-komunikazzjoni);

(f) jassigura li jkun possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit lil liema korpi tkun intbagħtet jew saret disponibbli jew tista’ tintbagħat jew issir disponibbli dejta personali bl-użu ta’ tagħmir għall-komunikazzjoni tad-dejta (kontroll tal-komunikazzjoni);

(g) jassiguraw li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema dejta personali ddaħħlet f’sistemi awtomatizzati ta’ pproċessar tad-dejta u meta u minn min iddaħħlet id-dejta (kontroll tad-dħul);

(g) jassigura li jkun sussegwentement possibbli li jiġi vverifikat u stabbilit liema dejta personali ddaħħlet f’sistemi awtomatizzati ta’ pproċessar tad-dejta u meta u minn min iddaħħlet id-dejta (kontroll tad-dħul);

(h) jimpedixxu l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ dejta personali waqt it-trasferiment tad-dejta personali jew waqt it-trasportazzjoni tal-medja tad-dejta (kontroll tat-trasport);

(h) jipprevjeni l-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzati ta’ dejta personali waqt it-trasferiment tad-dejta personali jew waqt it-trasportazzjoni tal-medja tad-dejta (kontroll tat-trasport);

(i) jassiguraw li s-sistemi installati jistgħu, f’każ ta’ interruzzjoni, jiġu rranġati (irkupru);

(i) jassigura li s-sistemi installati jistgħu, f’każ ta’ interruzzjoni, jiġu rranġati (irkupru);

(j) jassiguraw li l-funzjonijiet tas-sistema jaħdmu, li s-sejbien ta’ żbalji fil-funzjonijiet jiġi rrappurtat (affidabbiltà) u li d-dejta maħżuna ma tistax tiġi korrotta permezz ta’ funzjonament ħażin tas-sistema (integrità).

(j) jassigura li l-funzjonijiet tas-sistema jaħdmu, li s-sejbien ta’ żbalji fil-funzjonijiet jiġi rrappurtat (affidabbiltà) u li d-dejta maħżuna ma tistax tiġi korrotta permezz ta’ funzjonament ħażin tas-sistema (integrità);

 

(ja) jassigura li fil-każ tal-ipproċessar ta’ dejta personali sensittiva skont l-Artikoli 8, miżuri ta’ sigurtà addizzjonali għandhom ikunu fis-seħħ, sabiex tiġi assigurata sensibilizzazzjoni skont is-sitwazzjoni tar-riskji u l-kapaċità li tittieħed azzjoni ta’ prevenzjoni, korrezzjoni u mitigazzjoni f’ħin kważi reali kontra sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà jew inċidenti misjuba li jistgħu jkunu ta’ riskju għad-dejta.

 

2a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-proċessuri jkunu jistgħu jinħatru biss jekk jiggarantixxu li josservaw il-miżuri tekniċi u organizzattivi rikjesti skont il-paragrafu 1 u jikkonformaw mal-istruzzjonijiet skont l-Artikolu 21(2)(a). L-awtorità kompetenti għandha tissorvelja lill-proċessur f'dawk l-aspetti.

3. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għal diversi sitwazzjonijiet, speċjalment standards ta’ kriptaġġ. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

3. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għal diversi sitwazzjonijiet, speċjalment standards ta’ kriptaġġ. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Notifika ta’ ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni

Notifika ta’ ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li f’każ ta’ ksur tad-dejta personali, il-kontrollur jinnotifika, mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn possibbli, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkun sar jaf bih, il-ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni. Il-kontrollur għandu jipprovdi, jekk mitlub, ġustifikazzjoni raġunata lill-awtorità ta’ superviżjoni f’każijiet fejn in-notifikazzjoni ma ssirx fi żmien 24 siegħa.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li f’każ ta’ ksur tad-dejta personali, il-kontrollur jinnotifika, mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn possibbli, mhux aktar tard minn 24 siegħa, il-ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni. Il-kontrollur għandu jipprovdi, jekk mitlub, ġustifikazzjoni raġunata lill-awtorità ta’ superviżjoni f’każijiet ta' kwalunkwe dewmien.

2. Il-proċessur għandu jiġbed l-attenzjoni u jinforma immedjatament lill-kontrollur meta jinduna bi ksur tad-dejta personali.

2. Il-proċessur għandu jiġbed l-attenzjoni u jinforma lill-kontrollur mingħajr dewmien bla bżonn wara li jkun ġie stabbilit il-ksur tad-dejta personali.

3. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:

3. In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha mill-inqas:

(a) tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali, fosthom il-kategoriji u n-numru ta’ suġġetti tad-dejta kkonċernati u l-kategoriji u n-numru ta’ reġistri tad-dejta kkonċernati;

(a) tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali, fosthom il-kategoriji u n-numru ta’ suġġetti tad-dejta kkonċernati u l-kategoriji u n-numru ta’ reġistri tad-dejta kkonċernati;

(b) tagħti l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta msemmi fl-Artikolu 30 jew punt ta’ kuntatt ieħor fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni;

(b) tagħti l-identità u d-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta msemmi fl-Artikolu 30 jew punt ta’ kuntatt ieħor fejn tista’ tinkiseb aktar informazzjoni;

(c) tirrakkomanda miżuri sabiex itaffu l-effetti ħżiena possibbli tal-ksur tad-dejta personali;

(c) tirrakkomanda miżuri sabiex itaffu l-effetti ħżiena possibbli tal-ksur tad-dejta personali;

(d) tiddeskrivi l-konsegwenzi possibbli tal-ksur tad-dejta personali;

(d) tiddeskrivi l-konsegwenzi possibbli tal-ksur tad-dejta personali;

(e) tiddeskrivi l-miżuri proposti jew meħuda mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur tad-dejta personali.

(e) tiddeskrivi l-miżuri proposti jew meħuda mill-kontrollur sabiex jindirizza l-ksur tad-dejta personali u jtaffi l-effetti tiegħu.

 

Fil-każ li l-informazzjoni kollha ma tkunx tista' tiġi fornuta mingħajr dewmien bla bżonn, il-kontrollur jista' jimla n-notifika fit-tieni fażi.

4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jiddokumenta kwalunkwe ksur tad-dejta personali, fosthom il-fatti li jrrigwardaw il-ksur, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta’ rimedju meħuda. Din id-dokumentazzjoni trid tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni li tivverifika l-konformità ma’ dan l-Artikolu. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għal dak il-għan.

4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jiddokumenta kwalunkwe ksur tad-dejta personali, fosthom il-fatti li jrrigwardaw il-ksur, l-effetti tiegħu u l-azzjoni ta’ rimedju meħuda. Din id-dokumentazzjoni trid tkun biżżejjed sabiex tippermetti lill-awtorità ta’ superviżjoni li tivverifika l-konformità ma’ dan l-Artikolu. Din id-dokumentazzjoni għandha tinkludi biss l-informazzjoni meħtieġa għal dak il-għan.

 

4a. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha żżomm reġistru pubbliku tat-tipi ta’ ksur notifikati.

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 56 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbiliment tal-ksur tad-dejta msemmi fil-paragrafi 1 u 2 u għaċ-ċirkustanzi partikolari li fihom kontrollur u proċessur ikunu meħtieġa jinnotifikaw il-ksur tad-dejta personali.

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, atti delegati skont l-Artikolu 56 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbiliment tal-ksur tad-dejta msemmi fil-paragrafi 1 u 2 u għaċ-ċirkustanzi partikolari li fihom kontrollur u proċessur ikunu meħtieġa jinnotifikaw il-ksur tad-dejta personali.

6. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-format standard ta’ din in-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni, il-proċeduri applikabbli għar-rekwiżit ta’ notifika u l-forma u l-modalitajiet għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, inklużi l-limiti ta’ żmien għat-tħassir tal-informazzjoni miżmuma fiha. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

6. Il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi l-format standard ta’ din in-notifika lill-awtorità ta’ superviżjoni, il-proċeduri applikabbli għar-rekwiżit ta’ notifika u l-forma u l-modalitajiet għad-dokumentazzjoni msemmija fil-paragrafu 4, inklużi l-limiti ta’ żmien għat-tħassir tal-informazzjoni miżmuma fiha. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Komunikazzjoni ta’ ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta

Komunikazzjoni ta’ ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li meta l-ksur tad-dejta personali aktarxli se jaffettwa ħażin lill-protezzjoni tad-dejta personali jew lill-privatezza tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu, wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 28, jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien bla bżonn.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li meta l-ksur tad-dejta personali aktarx li se jaffettwa ħażin lill-protezzjoni tad-dejta personali, lill-privatezza, lid-dritt jew lill-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta, il-kontrollur għandu, wara n-notifika msemmija fl-Artikolu 28, jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien bla bżonn.

2. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personali u tinkludi mill-inqas l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet previsti fil-punti (b) u (c) tal-Artikolu 28(3).

2. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun komprensiva u tuża lingwaġġ ċar u trasparenti. Għandha tiddeskrivi n-natura tal-ksur tad-dejta personsali u tinkludi mill-inqas l-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet previsti fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 28(3) u informazzjoni dwar id-drittijiet tas-suġġett tad-dejta, inkluż rimedju.

3. Il-komunikazzjoni ta’ ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta m’għandhiex tkun meħtieġa jekk il-kontrollur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta’ superviżjoni li huwa jkun implimenta miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-dejta personali kkonċernata mill-ksur tad-dejta personali. Dawn il-miżuri ta' protezzjoni teknoloġika għandhom jagħmlu d-dejta ma tinftihemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata b'aċċess għaliha.

3. Il-komunikazzjoni ta’ ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta m’għandhiex tkun meħtieġa jekk il-kontrollur juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità ta’ superviżjoni li huwa jkun implimenta miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika xierqa, u li dawk il-miżuri ġew applikati għad-dejta personali kkonċernata mill-ksur tad-dejta personali. Dawn il-miżuri ta' protezzjoni teknoloġika għandhom jagħmlu d-dejta ma tinftihemx minn kwalunkwe persuna li ma tkunx awtorizzata b'aċċess għaliha.

 

3a. Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-kontrollur li jikkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta, jekk il-kontrollur ma jkunx diġà kkomunika l-ksur tad-dejta personali lis-suġġett tad-dejta, l-awtorità ta’ superviżjoni, wara li tkun ikkunsidrat l-effetti ħżiena possibbli tal-ksur, tista’ titolbu jagħmel dan.

4. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta tista’ tiġi ttardjata, ristretta jew titħalla barra għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 11(4).

4. Il-komunikazzjoni lis-suġġett tad-dejta tista’ tiġi ttardjata, jew ristretta għar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 11(4).

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

Ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew il-proċessur jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew il-proċessur jaħtar uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

2. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandu jinħatar fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali u, b’mod partikolari, l-għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-ħila li jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 32.

2. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandu jinħatar fuq il-bażi tal-kwalitajiet professjonali u, b’mod partikolari, l-għarfien espert tal-liġi u tal-prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta u l-ħila li jwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 32. Il-livell meħtieġ ta’ għarfien espert għandu jkun stabbilit b’mod partikolari skont l-ipproċessar tad-dejta li jkun sar u l-protezzjoni meħtieġa għad-dejta personali pproċessata mill-kontrollur jew mill-proċessur.

 

2a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew il-proċessur għandu jassigura li kwalunkwe dmir professjonali ieħor tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jkun kompatibbli mal-kompiti u d-dmirijiet tal-persuna bħala uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta u ma jirriżultax f’kunflitt ta’ interessi.

 

2b. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta għandu jinħatar għal perjodu ta’ mill-inqas erba’ snin. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jerġa’ jinħatar għal aktar mandati. Tul il-mandat tiegħu, l-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista' jitkeċċa biss minn dik il-kariga jekk ma jibqax iwettaq il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-doveri tiegħu.

 

2c. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lis-suġġett tad-dejta bid-dritt li jikkuntattja lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali tiegħu.

3. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jinħatar għal diversi entitajiet, billi titqies l-istruttura organizzattiva tal-awtorità kompetenti.

3. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta jista’ jinħatar għal diversi entitajiet, billi titqies l-istruttura organizzattiva tal-awtorità kompetenti.

 

3a. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew il-proċessur għandu jikkomunika l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta lill-awtorità ta' superviżjoni u lill-pubbliku.

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Il-kontrollur jew il-proċessur għandu jappoġġa lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u għandu jipprovdi l-mezzi kollha, inklużi l-persunal, il-bini, it-tagħmir, it-taħriġ professjonali kontinwu u kwalunkwe riżorsa oħra meħtieġa biex iwettaq id-dmirijiet u l-kompiti msemmija fl-Artikolu 32, u biex ma jitlifx l-għarfien professjonali tiegħu.

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

Kompiti tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew il-proċessur jafda lill-uffiċjal tal-protezzjoni tal-dejta tal-anqas bil-kompiti li ġejjin:

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jew il-proċessur jafda lill-uffiċjal tal-protezzjoni tal-dejta tal-anqas bil-kompiti li ġejjin:

(a) jinforma u jagħti pariri lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar l-obbligi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u jiddokumenta din l-attività u t-tweġibiet li jirċievi;

(a) iqajjem sensibilizzazzjoni, jinforma u jagħti pariri lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar l-obbligi tiegħu skont id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward ta’ miżuri u proċeduri tekniċi u organizzazzjonali u jiddokumenta din l-attività u t-tweġibiet li jirċievi;

(b) jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-politiki fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali, inklużi l-assenjazzjoni tar-responsabbiltajiet, it-taħriġ tal-persunal involut fl-operazzjonijiet ta’ pproċessar u l-verifiki relatati;

(b) jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-politiki fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali, inklużi l-assenjazzjoni tar-responsabbiltajiet, it-taħriġ tal-persunal involut fl-operazzjonijiet ta’ pproċessar u l-verifiki relatati;

(c) jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, b’mod partikolari rigward ir-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn, il-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku u s-sigurtà tad-dejta u dwar l-informazzjoni tas-suġġetti tad-dejta u t-talbiet tagħhom fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom taħt id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva;

(c) jissorvelja l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, b’mod partikolari rigward ir-rekwiżiti relatati mal-protezzjoni tad-dejta bid-disinn, il-protezzjoni tad-dejta b’mod awtomatiku u s-sigurtà tad-dejta u dwar l-informazzjoni tas-suġġetti tad-dejta u t-talbiet tagħhom fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom taħt id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva;

(d) jassigura li tinżamm id-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 23;

(d) jassigura li tinżamm id-dokumentazzjoni msemmija fl-Artikolu 23;

(e) jissorvelja d-dokumentazzjoni, in-notifika u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali skont l-Artikoli 28 u 29;

(e) jissorvelja d-dokumentazzjoni, in-notifika u l-komunikazzjoni ta’ ksur ta’ dejta personali skont l-Artikoli 28 u 29;

(f) jissorvelja l-applikazzjoni għall-konsultazzjoni minn qabel lill-awtorità ta’ superviżjoni, jekk meħtieġa skont l-Artikolu 26;

(f) jissorvelja t-twettiq tal-valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta mill-kontrollur jew mill-proċessur u l-applikazzjoni għall-konsultazzjoni minn qabel lill-awtorità ta’ superviżjoni, jekk dan ikun meħtieġ skont l-Artikolu 26(1);

(g) jissorvelja t-tweġibiet għat-talbiet mill-awtorità ta’ superviżjoni, u, fl-isfera tal-kompetenza tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni fuq talba ta’ din tal-aħħar jew fuq inizjattiva tiegħu stess;

(g) jissorvelja t-tweġibiet għat-talbiet mill-awtorità ta’ superviżjoni, u, fl-isfera tal-kompetenza tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta, jikkoopera mal-awtorità ta’ superviżjoni fuq talba ta’ din tal-aħħar jew fuq inizjattiva tiegħu stess;

(h) jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-awtorità ta’ superviżjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar u jikkonsulta mal-awtorità ta’ superviżjoni, jekk ikun xieraq, fuq inizjattiva tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

(h) jaġixxi bħala l-punt ta’ kuntatt għall-awtorità ta’ superviżjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-ipproċessar u jikkonsulta mal-awtorità ta’ superviżjoni, jekk ikun xieraq, fuq inizjattiva tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta.

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Prinċipji ġenerali għat-trasferimenti ta’ dejta personali

Prinċipji ġenerali għat-trasferimenti ta’ dejta personali

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull trasferiment ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti, li tkun qed tiġi pproċessata jew li tkun maħsuba biex tiġi pproċessata wara t-trasferiment lil pajjiż terz, jew lil organizzazzjoni internazzjonali, inkluż trasferiment ulterjuri 'l quddiem lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, jista’ jsir biss jekk:

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull trasferiment ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti, li tkun qed tiġi pproċessata jew li tkun maħsuba biex tiġi pproċessata wara t-trasferiment lil pajjiż terz, jew lil organizzazzjoni internazzjonali, inkluż trasferiment ulterjuri 'l quddiem lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, jista’ jsir biss jekk:

(a) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali; u

(a) it-trasferiment speċifiku jkun meħtieġ għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali; u

 

(aa) id-dejta tiġi trasferita lil kontrollur f’pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali li tkun awtorità pubblika kompetenti għall-finijiet imsemmija fl-Artikolu 1(1); u

 

(ab) il-kundizzjonijiet stipulati f'dan il-Kapitolu jiġu mħarsa mill-kontrollur u mill-proċessur, inklużi trasferimenti 'l quddiem ta’ dejta personali mill-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali lil pajjiż terz ieħor jew lil organizzazzjoni internazzjonali oħra; u

(b) il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu jiġu mħarsa mill-kontrollur u l-proċessur.

(b) id-dispożizzjonijiet l-oħrjan adottati skont din id-Direttiva jiġu mħarsa mill-kontrollur u l-proċessur; u

 

(ba) il-livell ta’ protezzjoni tal-individwi tad-dejta personali ggarantiti fl-Unjoni minn din id-Direttiva mhuwiex imnaqqas; u

 

(bb) il-Kummissjoni ddeċidiet fl-ambitu tal-kundizzjonijiet u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 34 li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni jassiguraw livell adegwat ta’ protezzjoni; jew

 

(bc) jinġiebu salvagwardji xierqa fi strument legalment vinkolanti fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali kif imsemmi fl-Artikolu 35.

 

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li t-trasferimenti ulterjuri 'l quddiem imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistgħu jseħħu biss jekk, miżjuda mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu:

 

(a) it-trasferiment 'il quddiem ikun meħtieġ għall-istess skop speċifiku bħat-trasferiment oriġinali; u

 

(b) l-awtorità kompetenti li wettqet it-trasferiment oriġinali tawtorizza t-trasferiment ′il quddiem.

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasferimenti b’deċiżjoni ta’ adegwatezza

Trasferimenti b’deċiżjoni ta’ adegwatezza

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li jista' jsir trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) …./2012 jew skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li l-pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tassigura livell adegwat ta’ protezzjoni. Trasferiment bħal dan m’għandux ikun jeħtieġ awtorizzazzjoni ulterjuri.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li jista' jsir trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu li l-pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni tassigura livell adegwat ta’ protezzjoni. Trasferiment bħal dan ma għandux ikun jeħtieġ awtorizzazzjoni speċifika.

2. Meta ma tkunx teżisti deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) …./2012, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni billi tqis l-elementi li ġejjin:

2. Meta tivvaluta l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni lill-elementi li ġejjin:

(a) l-istat tad-dritt, il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, fosthom dwar is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali u l-liġi kriminali kif ukoll il-miżuri tas-sigurtà li jkunu osservati f’dak il-pajjiż jew minn dik l-organizzazzjoni internazzjonali; kif ukoll drittijiet effettivi u infurzabbli li jinkludu rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li jgħixu fl-Unjoni li d-dejta personali tagħhom tkun qed tiġi trasferita;

(a) l-istat tad-dritt, il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ, fosthom dwar is-sigurtà pubblika, id-difiża, is-sigurtà nazzjonali u l-liġi kriminali kif ukoll l-implimentazzjoni ta' din il-leġiżlazzjoni u l-miżuri tas-sigurtà li jkunu osservati f’dak il-pajjiż jew minn dik l-organizzazzjoni internazzjonali il-preċedenti tal-ġurisprudenza kif ukoll drittijiet effettivi u infurzabbli li jinkludu rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li jgħixu fl-Unjoni li d-dejta personali tagħhom tkun qed tiġi trasferita;

(b) l-eżistenza u l-funzjonament effettiv ta’ awtorità ta’ superviżjoni indipendenti waħda jew aktar fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, li tkun responsabbli għall-assigurazzjoni tal-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, għall-assistenza u l-għoti ta’ pariri lis-suġġett tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu u għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri; u

(b) l-eżistenza u l-funzjonament effettiv ta’ awtorità ta’ superviżjoni indipendenti waħda jew aktar fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, li tkun responsabbli għall-assigurazzjoni tal-konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, inkluż biżżejjed stegħat għall-għoti ta' sanzjonijiet, għall-assistenza u l-għoti ta’ pariri lis-suġġett tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu u għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri; u

(c) l-impenji internazzjonali li jkun daħal għalihom il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni.

(c) l-impenji internazzjonali li jkun daħal għalihom il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, b’mod partikolari kwalunkwe konvenzjonijiet legalment vinkolanti jew strumenti fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali.

3. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, li pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jassigura livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2. Dawn l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

3. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta, wara li titlob opinjoni tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, atti delegati skont l-Artikolu 56 biex tiddeċiedi, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, li pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jassigura livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2.

4. L-att ta’ implimentazzjoni għandu jispeċifika l-applikazzjoni ġeografika u settorjali tiegħu u, fejn ikun applikabbli, jidentifika l-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

4. L-att delegat għandu jispeċifika l-applikazzjoni ġeografika u settorjali tiegħu, u jidentifika l-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

 

4a. Il-Kummissjoni għandha, fuq bażi kontinwa, tissorvelja l-iżviluppi li jistgħu jaffettwaw li jiġu sodisfatti l-elementi elenkati fil-paragrafu 2 f’pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali li b'rabta magħhom ikun ġie adottat att delegat skont il-paragrafu 3.

5. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva li pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali ma jassigurax livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2, b’mod partikolari f’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, li tkun fis-seħħ fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali, ma tiggarantix drittijiet effettivi u infurzabbli fosthom rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li tkun qed tiġi trasferita d-dejta personali tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2), jew, f’każijiet ta’ urġenza estrema għal individwi fir-rigward tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(3).

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 56 biex tiddeċiedi, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva li pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali ma jassigurax livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2, b’mod partikolari f’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti li tkun fis-seħħ fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali, ma tiggarantix drittijiet effettivi u infurzabbli fosthom rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li tkun qed tiġi trasferita d-dejta personali tagħhom.

6. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li meta l-Kummissjoni tiddeċiedi, skont il-paragrafu 5, li kwalunkwe trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, għandu jkun ipprojbit, din id-deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-trasferimenti skont l-Artikolu 35(1) jew skont l-Artikolu 36. Fi żmien debitu, il-Kummissjoni għandha tidħol f’konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali bl-għan li tirrimedja s-sitwazzjoni li tirriżulta mid-Deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

6. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li meta l-Kummissjoni tiddeċiedi, skont il-paragrafu 5, li kwalunkwe trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, għandu jkun ipprojbit. Fi żmien xieraq, il-Kummissjoni għandha tidħol f’konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali bl-għan li tirrimedja s-sitwazzjoni li tirriżulta mid-Deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

7. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista ta’ dawk il-pajjiżi terzi, territorji u setturi tal-ipproċessar fi ħdan pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fejn tkun iddeċidiet li jkun jew ma jkunx assigurat livell adegwat ta’ protezzjoni.

7. Il-Kummissjoni għandha tippubblika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea lista ta’ dawk il-pajjiżi terzi, territorji u setturi tal-ipproċessar fi ħdan pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fejn tkun iddeċidiet li jkun jew ma jkunx assigurat livell adegwat ta’ protezzjoni.

8. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 5.

8. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-applikazzjoni tal-atti delegati msemmija fil-paragrafi 3 u 5.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasferimenti b’salvagwardji xierqa

Trasferimenti b’salvagwardji xierqa

1. Fejn il-Kummissjoni ma teħux deċiżjoni skont l-Artikolu 34, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li trasferiment ta' dejta personali lil riċevitur f'pajjiż terz jew f'organizzazzjoni internazzjonali jista' jsir fejn:

1. Meta l-Kummissjoni ma teħux deċiżjoni skont l-Artikolu 34, jew tiddeċiedi li pajjiż terz, jew territorju jew settur ta’ pproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali ma jassigurawx livell adegwat ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 34(5), kontrollur jew proċessur ma jistax jittrasferixxi dejta personali lil pajjiż terz jew orgainizzazzjoni internazzjonali sakemm il-kontrollur jew il-proċessur ikun ippreżenta salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali fi strument legali vinkolanti.

(a) jinġiebu salvagwardji xierqa fi strument legalment vinkolanti fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali; jew

 

(b) il-kontrollur jew il-proċessur jevalwa ċ-ċirkustanzi kollha li jkollhom x'jaqsmu mat-trasferiment tad-dejta personali u jikkonkludi li jeżistu asalvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali.

 

1. Id-deċiżjoni għat-trasferimenti skont il-paragrafu 1 (b) għandha titteħed minn persunal debitament awtorizzat. Dawk it-trasferimenti jridu jiġu dokumentati u d-dokumentazzjoni trid issir disponibbli għall-awtorità ta’ superviżjoni meta titlobha.

2. Dawn it-trasferimenti jridu jiġu awtorizzati mill-awtorità ta' superviżjoni qabel it-trasferiment.

Emenda  99

Proposta għal direttiva

Artikolu 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

derogi

Derogi

 

 

1. Meta l-Kummissjoni tikkonkludi skont l-Artikolu 34(5) li ma jeżistix livell adegwat ta’ protezzjoni, it-trasferiment ta' dejta personali lejn il-pajjiż terz jew lejn l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernata ma jistax isir, sakemm, anki fil-każ ikkonċernat, l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta fl-esklużjoni tat-trasferiment jippredominaw l-interess pubbliku partikolari għat-trasferiment.

B’deroga għall-Artikoli 34 u 35, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jsir biss bil-kundizzjoni li:

2. B’deroga għall-Artikoli 34 u 35, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jsir biss bil-kundizzjoni li:

(a) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra; jew

(a) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra; jew

(b) it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta meta l-liġi tal-Istat Membru li jkun qiegħed jittrasferixxi d-dejta personali tipprovdi dan; jew

(b) it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta meta l-liġi tal-Istat Membru li jkun qiegħed jittrasferixxi d-dejta personali tipprovdi dan; jew

(c) it-trasferiment tad-dejta jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz; jew

(c) it-trasferiment tad-dejta jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz; jew

(d) it-trasferiment ikun meħtieġ f’każijiet individwali għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali; jew

(d) it-trasferiment ikun meħtieġ f’każijiet individwali għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali; jew

(e) it-trasferiment ikun meħtieġ f’każijiet individwali għat-twaqqif, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali speċifiku jew l-eżekuzzjoni ta’ piena kriminali speċifika.

(e) it-trasferiment ikun meħtieġ f’każijiet individwali għat-twaqqif, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali speċifiku jew l-eżekuzzjoni ta’ piena kriminali speċifika.

 

2a. L-ipproċessar ibbażat fuq il-paragrafu 2 għandu jkollu bażi legali fil-liġi tal-Unjoni, jew il-liġi tal-Istat Membru li jkun soġġett għaliha l-kontrollur; dik il-liġi għandha tissodisfa l-objettiv ta’ interess pubbliku jew il-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet tal-oħrajn, tirrispetta l-essenza tad-dritt tal-prtoezzjoni tad-dejta u tkun proporzjonali mal-għan leġittimu mfittex.

 

2b. It-trasferimenti kollha ta' dejta personali deċiżi abbażi tad-derogi għandhom jiġu debitament ġustifikati u għandhom ikunu limitati għal dak li hu strettament neċessarju, u trasferimenti qawwija frekwenti ta' dejta mhux se jkunu permessi.

 

2c. Id-deċiżjoni għat-trasferimenti skont il-paragrafu 2 għandha titteħed minn persunal debitament awtorizzat. It-trasferimenti għandhom ikunu dokumentati u d-dokumentazzjoni trid issir disponibbli għall-awtorità ta’ superviżjoni meta titlobha, inklużi d-data u l-ħin tat-trasferiment, l-informazzjoni dwar l-awtorità li tirċeviha, il-ġustifikazzjoni għat-trasferiment u d-dejta trasferita.

Emenda  100

Proposta għal direttiva

Artikolu 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kundizzjonijiet speċifiċi għat-trasferiment ta’ dejta personali

Kundizzjonijiet speċifiċi għat-trasferiment ta’ dejta personali

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma lir-riċevitur tad-dejta personali bi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-ipproċessar u jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jassigura li dawn ir-restrizzjonijiet jiġu rrispettati.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma lir-riċevitur tad-dejta personali bi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-ipproċessar u jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jassigura li dawn ir-restrizzjonijiet jiġu rrispettati. Il-kontrollur għandu jinnotifika wkoll lir-riċevitur tad-dejta personali dwar kwalunkwe aġġornament, rettifika jew tħassir ta' dejta, u r-riċevitur għandu min-naħa tiegħu jagħmel l-istess notifika f'każ li d-dejta tkun trasferita sussegwentement.

Emenda  101

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jiżviluppaw mekkaniżmi effettivi ta’ kooperazzjoni internazzjonali li jiffaċilitaw l-infurzar tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ dejta personali;

(a) jiżviluppaw mekkaniżmi effettivi ta’ kooperazzjoni internazzjonali li jassiguraw l-infurzar tal-leġiżlazzjoni għall-protezzjoni ta’ dejta personali;

Emenda  102

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 - paragrafu 1 - punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da) jiċċaraw u jikkonsultaw dwar konflitti ta’ ġurisdizzjoni ma' pajjiżi terzi.

Emenda  103

Proposta għal direttiva

Artikolu 38a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38a

 

Rapport mill-Kummissjoni

 

Il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 33 sa 38 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’intervalli regolari. L-ewwel rapport għandu jitressaq mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Għal dak il-fini, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni, u dawn għandhom jipprovdu din l-informazzjoni mingħajr dewmien bla bżonn. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

Emenda  104

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità ta’ superviżjoni taġixxi b’indipendenza sħiħa fl-eżerċizzju tal-kompiti u s-setgħat fdati lilha.

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità ta’ superviżjoni taġixxi b’indipendenza sħiħa fl-eżerċizzju tal-kompiti u s-setgħat fdati lilha, minkejja l-arranġamenti ta' kooperazzjoni skont il-Kapitolu VII ta' din id-Direttiva.

Emenda  105

Proposta għal direttiva

Artikolu 40 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull Stat Membru għandu jipprovdi li, fl-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, il-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni la jfittxu li jieħdu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi ħadd.

2. Il-membri tal-awtorità ta’ superviżjoni għandhom, fil-qadi ta’ dmirijiethom, la jfittxu li jieħdu kompiti u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi ħadd, u jżommu indipendenza u imparzjalità sħiħa.

Emenda  106

Proposta għal direttiva

Artikolu 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-segretezza professjonali

Is-segretezza professjonali

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-membri u l-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni jkunu soġġetti, kemm waqt kif ukoll wara t-terminu tal-ħatra tagħhom, għal dmir ta’ segretezza professjonali fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li jsiru jafu biha fil-kors tal-eżerċizzju tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-membri u l-persunal tal-awtorità ta’ superviżjoni jkunu soġġetti, kemm waqt kif ukoll wara t-terminu tal-ħatra tagħhom u b'konformità mal-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali, għal dmir ta’ segretezza professjonali fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali li jsiru jafu biha fil-kors tal-eżerċizzju tad-dmirijiet uffiċjali tagħhom, filwaqt li jwettqu d-doveri tagħhom b'indipendenza u trasparenza kif stabbilit f'din id-Direttiva.

Emenda  107

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kompetenza

Il-kompetenza

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni teżerċita, fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess, is-setgħat mogħtija lilha skont din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni tkun kompetetenti li twettaq id-doveri tagħha u li teżerċita, fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess, is-setgħat mogħtija lilha skont din id-Direttiva.

Emenda  108

Proposta għal direttiva

Artikolu 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dmirijiet

Dmirijiet

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità ta’ superviżjoni:

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtorità ta’ superviżjoni:

(a) tissorvelja u tassigura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħha;

(a) tissorvelja u tassigura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħha;

(b) tisma’ l-ilmenti mressqa minn kwalunkwe suġġett tad-dejta, jew minn assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil dak is-suġġett u li għandha mandat xieraq mingħandhom skont l-Artikolu 50, tinvestiga, safejn ikun xieraq, il-kwistjoni u tinforma lis-suġġett tad-dejta jew lill-assoċjazzjoni dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli, b’mod partikolari meta tkun meħtieġa aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma’xi awtorità ta’ superviżjoni oħra;

(b) tisma’ l-ilmenti mressqa minn kwalunkwe suġġett tad-dejta, jew minn assoċjazzjoni skont l-Artikolu 50, tinvestiga, safejn ikun xieraq, il-kwistjoni u tinforma lis-suġġett tad-dejta jew lill-assoċjazzjoni dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli, b’mod partikolari jekk tkun meħtieġa aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma’ xi awtorità ta’ superviżjoni oħra;

(c) tiċċekkja l-legalità tal-ipproċessar tad-dejta skont l-Artikolu 14, u tinforma lis-suġġett tad-dejta fi żmien raġonevoli dwar l-eżitu tal-iċċekkjar jew dwar ir-raġunijiet għaliex l-iċċekkjar ma jkunx sar;

(c) tiċċekkja l-legalità tal-ipproċessar tad-dejta skont l-Artikolu 14, u tinforma lis-suġġett tad-dejta fi żmien raġonevoli dwar l-eżitu tal-iċċekkjar jew dwar ir-raġunijiet għaliex l-iċċekkjar ma jkunx sar;

(d) tipprovdi assistenza reċiproka lil awtoritajiet oħra ta’ superviżjoni u tassigura l-konsistenza tal-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva;

(d) tipprovdi assistenza reċiproka lil awtoritajiet oħra ta’ superviżjoni u tassigura l-konsistenza tal-applikazzjoni u l-infurzar tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva;

(e) twettaq investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ lment, jew fuq talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, u tinforma lis-suġġett tad-dejta kkonċernat, jekk is-suġġett tad-dejta jkun indirizza lment, dwar l-eżitu tal-investigazzjonijiet fi żmien raġonevoli;

(e) twettaq investigazzjonijiet, spezzjonijiet u awditjar, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ lment, jew fuq talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, u tinforma lis-suġġett tad-dejta kkonċernat, jekk is-suġġett tad-dejta jkun indirizza lment, dwar l-eżitu tal-investigazzjonijiet fi żmien raġonevoli;

(f) tissorvelja żviluppi rilevanti, safejn ikollhom impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(f) tissorvelja żviluppi rilevanti, safejn ikollhom impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta personali, b’mod partikolari l-iżvilupp ta’ teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(g) tiġi kkonsultata minn istituzzjonijiet u korpi tal-Istati Membri dwar miżuri leġiżlattivi u amministrattivi relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali;

(g) tiġi kkonsultata minn istituzzjonijiet u korpi tal-Istati Membri dwar miżuri leġiżlattivi u amministrattivi relatati mal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali;

(h) tiġi kkonsultata dwar operazzjonijiet ta’ pproċessar skont l-Artikolu 26;

(h) tiġi kkonsultata dwar operazzjonijiet ta’ pproċessar skont l-Artikolu 26;

(i) tipparteċipa fl-attivitajiet tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

(i) tipparteċipa fl-attivitajiet tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

2. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tippromwovi s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar ir-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet b’rabta mal-ipproċessar ta’ dejta personali. L-attivitajiet indirizzati speċifikament lejn it-tfal għandhom jirċievu attenzjoni speċifika.

2. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandha tippromwovi s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar ir-riskji, ir-regoli, is-salvagwardji u d-drittijiet b’rabta mal-ipproċessar ta’ dejta personali. L-attivitajiet indirizzati speċifikament lejn it-tfal għandhom jirċievu attenzjoni speċifika.

3. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha, meta tintalab tagħmel dan, tagħti parir lil kwalunkwe suġġett tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijit adottati skont din id-Direttiva, u, jekk ikun xieraq, tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni fi Stati Membri oħra għal dan il-għan.

3. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha, meta tintalab tagħmel dan, tagħti parir lil kwalunkwe suġġett tad-dejta fl-eżerċizzju tad-drittijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, u, jekk ikun xieraq, tikkoopera mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni fi Stati Membri oħra għal dan il-għan.

4. Għall-ilmenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tipprovdi formola għas-sottomissjoni tal-ilmenti, li tista’ timtela b’mod elettroniku, mingħajr ma jkunu esklużi mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni.

4. Għall-ilmenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tipprovdi formola għas-sottomissjoni tal-ilmenti, li tista’ timtela b’mod elettroniku, mingħajr ma jkunu esklużi mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni.

5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-eżerċizzju tad-dmirijiet tal-awtorità ta’ superviżjoni għandu jkun bla ħlas għas-suġġett tad-dejta.

5. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-eżerċizzju tad-dmirijiet tal-awtorità ta’ superviżjoni għandu jkun bla ħlas għas-suġġett tad-dejta.

6. F’każ li t-talbiet ikunu vessatorji, b’mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, l-awtorità ta’ superviżjoni tista’ titlob tariffa jew ma tiħux l-azzjoni mitluba mis-suġġett tad-dejta. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha terfa’ r-responsabbiltà li tipprova l-karattru vessatorju tat-talba.

6. F’każ li l-ilmenti jkunu manifestament eċċessivi, b’mod partikolari minħabba n-natura ripetittiva tagħhom, l-awtorità ta’ superviżjoni tista’ titlob tariffa raġjonevoli. Din it-tariffa m'għandhiex taqbeż l-ispejjeż tat-teħid tal-azzjoni mitluba. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha terfa’ r-responsabbiltà li tipprova l-karattru manifestament eċċessiv tat-talba.

Emenda  109

Proposta għal direttiva

Artikolu 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-setgħat

Is-setgħat

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni għandha b’mod partikolari tingħata:

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni jkollha s-setgħa:

(a) setgħat investigattivi, bħal ma huma setgħat ta’ aċċess għal dejta li hija s-suġġett tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar u setgħat ta’ ġbir tal-informazzjoni kollha meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tagħha ta’ superviżjoni;

(a) li tinnotifika lill-kontrollur jew lill-proċessur dwar ksur allegat tad-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali, u, fejn xieraq, tordna lill-kontrollur jew lill-proċessur li jirrimedja dak il-ksur, b’mod speċifiku, sabiex ittejjeb il-protezzjoni tas-suġġett tad-dejta;

(b) setgħat effettivi ta’ intervent, bħal li tagħti opinjonijiet qabel ma jitwettqu operazzjonijiet ta’ pproċessar, u li tassigura li dawn l-opinjonijiet ikollhom pubblikazzjoni xierqa, li tordna r-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda tad-dejta, li timponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar, li twissi jew twiddeb lill-kontrollur, jew li tirreferi l-kwistjoni lill-parlamenti nazzjonali jew istituzzjonijiet politiċi oħrajn;

(b) li tordna lill-kontrollur jikkonforma mar-rikjesti tas-suġġett tad-dejta biex jeżerċita d-drittijiet tiegħu skont din id-Direttiva, inklużi dawk provduti mill-Artikoli 12 sa 17 meta rikjesti bħal dawn ikunu ġew rifjutati bi ksur ta' dawn id-dispożizzjonijiet;

(c) is-setgħa li tidħol fi proċedimenti legali meta d-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa ta’ din id-Direttiva ikunu nkisru jew li tressaq dan il-ksur għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji.

(c) li tordna lill-kontrollur jew lill-proċessur biex jipprovdi informazzjoni skont l-Artikolu 10(1) u (2) u l-Artikoli 11, 28 u 29;

 

(d) li tassigura l-konformità mal-opinjonijiet u l-konsultazzjonijiet minn qabel imsemmija fl-Artikolu 26;

 

(e) li twissi jew twiddeb lill-kontrollur jew lill-proċessur;

 

(f) li tordna r-rettifika, it-tħassir jew il-qerda tad-dejta kollha meta din tkun ipproċessata bi ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u n-notifika ta’ dawn l-azzjonijiet lil partijiet terzi li lilhom tkun ġiet żvelata d-dejta;

 

(g) li timponi projbizzjoni temporanja jew definittiva fuq l-ipproċessar;

 

(h) li tissospendi flussi ta’ dejta lil riċevitur f’pajjiż terz jew lil xi organizzazzjoni internazzjonali;

 

(i) li tinforma lill-parlamenti nazzjonali, lill-gvern jew istituzzjonijiet pubbliċi oħrajn kif ukoll lill-pubbliku dwar il-kwistjoni.

 

2. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa investigattiva li tikseb mingħand il-kontrollur jew il-proċessur:

 

(a) aċċess għad-dejta personali kollha u għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet ta’ superviżjoni tagħha;

 

(b) aċċess għal kwalunkwe bini tiegħu, inkluż għal kull tagħmir u mezz tal-ipproċessar tad-dejta, skont il-liġi nazzjonali, fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli għalfejn wieħed jissupponi li attività li tikser id-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva tkun qed titwettaq hemmhekk, mingħajr preġudizzju għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja jekk meħtieġ mil-liġi nazzjonali.

 

3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 43, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li ma jinħarġu l-ebda rekwiżiti ta' segretezza addizzjonali fuq talba mill-awtoritajiet ta' superviżjoni.

 

4. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li jkunu jenħtieġu verifiki ta' sigurtà addizzjonali li jkunu allinjati mal-liġi nazzjonali biex ikun hemm aċċess għall-informazzjoni kklassifikata f'livell simili għal dak ta' EU CONFIDENTIAL jew ogħla. Jekk ma jkunx meħtieġ kontroll ta' sigurtà addizzjonali skont il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità ta' superviżjoni rilevanti, dan għandu jkun rikonoxxut mill-Istati Membri l-oħra kollha.

 

5. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li tiġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzarji għall-ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u li tinvolvi ruħha fi proċedimenti legali u tressaq azzjoni quddiem il-qorti kompetenti skont l-Artikolu 53(2).

 

6. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha s-setgħa li timponi pieni fir-rigward ta’ reati amministrattivi.

Emenda  110

Proposta għal direttiva

Artikolu 46a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 46a

 

Ir-rappurtar tal-ksur

 

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet superviżorji jqisu l-gwida mogħtija mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta skont l-Artikolu 66(4b) tar-Regolament (UE) .../2013 u għandhom jistabbilixxu mekkaniżi effikaċi biex jinkoraġġixxu rappurtaġġ kunfidenzjali tal-ksur ta' din id-Direttiva.

 

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu mekkaniżi effikaċi biex jinkoraġġixxu rappurtaġġ kunfidenzjali tal-ksur ta' din id-Direttiva.

Emenda  111

Proposta għal direttiva

Artikolu 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni tħejji rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha. Ir-rapport għandu jsir disponibbli lill-Kummissjoni u lill-Bord ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni tħejji rapport dwar l-attivitajiet tagħha, minn tal-inqas kull sentejn. Ir-rapport għandu jsir disponibbli għall-pubbliku, għall-parlament nazzjonali, għall-Kummissjoni u għall-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. Dan għandu jinkludi informazzjoni dwar sa liema punt l-awtoritajiet kompetenti fil-ġurisdizzjoni tagħhom kisbu aċċess għal dejta miżmuma minn partijiet privati biex jinvestigaw jew jipproċedu kontra reati kriminali.

Emenda  112

Proposta għal direttiva

Artikolu 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Assistenza reċiproka

Assistenza reċiproka

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet ta’ superviżjoni jipprovdu lil xulxin assistenza reċiproka biex jimplimentaw u japplikaw id-dispożizzjonijiet skont din id-Direttiva b’mod konsistenti, u għandhom idaħħlu miżuri għal kooperazzjoni effettiva ma’ xulxin. L-assistenza reċiproka għandha tkopri, b’mod partikolari, it-talbiet għall-informazzjoni u l-miżuri ta’ superviżjoni, bħat-talbiet biex jitwettqu konsultazzjonijiet, spezzjonijiet u investigazzjonijiet minn qabel.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-awtoritajiet ta’ superviżjoni jipprovdu lil xulxin assistenza reċiproka biex jimplimentaw u japplikaw id-dispożizzjonijiet skont din id-Direttiva b’mod konsistenti, u għandhom idaħħlu miżuri għal kooperazzjoni effettiva ma’ xulxin. L-assistenza reċiproka għandha tkopri, b’mod partikolari, it-talbiet għall-informazzjoni u l-miżuri ta’ superviżjoni, bħat-talbiet biex jitwettqu konsultazzjonijiet, spezzjonijiet u investigazzjonijiet minn qabel.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex twieġeb għat-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni tieħu l-miżuri kollha neċessarji biex twieġeb għat-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra. Miżuri bħal dawn jistgħu jinkludu, b’mod partikolari, it-trażmissjoni ta’ informazzjoni rilevanti jew miżuri ta’ infurzar biex iwasslu għat-tmiem jew il-projbizzjoni tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar kontra din id-Direttiva mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn xahar wara li tkun ġiet irċevuta t-talba.

 

2a. It-talba għall-assistenza għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż l-għan tat-talba u r-raġunijiet għat-talba. L-informazzjoni skambjata għandha tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni li għaliha tkun intalbet.

 

2b. Awtorità ta’ superviżjoni li tkun waslitilha talba għall-assistenza ma tistax tirrifjuta li tikkonforma magħha sakemm:

 

(a) ma tkunx inkompetenti biex tittratta t-talba; jew

 

(b) il-konformità mat-talba ma tkunx kompatibbli mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva.

3. L-awtorità ta’ superviżjoni li ssirilha t-talba għandha tinforma lill-awtorità ta’ superviżjoni li tagħmel it-talba dwar ir-riżultati jew, skont kif ikun il-każ, dwar il-progress jew il-miżuri meħuda sabiex titwieġeb it-talba mill-awtorità ta’ superviżjoni li tagħmel it-talba.

3. L-awtorità ta’ superviżjoni li ssirilha t-talba għandha tinforma lill-awtorità ta’ superviżjoni li tagħmel it-talba dwar ir-riżultati jew, skont kif ikun il-każ, dwar il-progress jew il-miżuri meħuda sabiex titwieġeb it-talba mill-awtorità ta’ superviżjoni li tagħmel it-talba.

 

3a. L-awtoritajiet ta’ superviżjoni għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba minn awtoritajiet ta’ superviżjoni oħrajn b’mezzi elettroniċi u fl-iqsar perjodu ta’ żmien possibbli, permezz ta’ format standardizzat.

 

3b. Ma għandu jintalab l-ebda ħlas għal kwalunkwe azzjoni meħuda wara talba għal assistenza reċiproka.

Emenda  113

Proposta għal direttiva

Artikolu 48a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 48a

 

Operazzjonijiet konġunti

 

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li, sabiex jiżdiedu l-kooperazzjoni u l-assistenza reċiproka, l-awtoritajiet ta’ superviżjoni jistgħu jwettqu miżuri ta’ infurzar konġunti u operazzjonijiet oħrajn li fihom il-membri jew il-persunal maħtur mill-awtoritajiet ta' superviżjoni ta' Stati Membri oħra jipparteċipaw f'operazzjonijiet fi ħdan it-territorju ta' Stat Membru.

 

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li f’każijiet fejn is-suġġetti tad-dejta fi Stat Membru ieħor jew Stati Membri oħrajn x’aktarx li jkunu affettwati mill-operazzjonijiet tal-ipproċessar, l-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti tista’ tiġi mistiedna tipparteċipa f’operazzjonijiet konġunti. L-awtorità ta’ superviżjoni kompetenti tista’ tistieden lill-awtorità ta’ superviżjoni ta’ kull wieħed minn dawk l-Istati Membri sabiex tipparteċipa fl-operazzjoni rispettiva u meta tiġi mistiedna, biex twieġeb għat-talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni sabiex tipparteċipa fl-operazzjonijiet mingħajr dewmien.

 

3. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-aspetti prattiċi ta’ azzjonijiet ta’ kooperazzjoni speċifiċi.

Emenda  114

Proposta għal direttiva

Artikolu 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kompiti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

Kompiti tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

1. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta li ġie stabbilit bir-Regolament (UE)…./2012 għandu jeżerċita l-kompiti li ġejjin b’rabta ma’ pproċessar fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva:

1. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta li ġie stabbilit bir-Regolament (UE)…./2013 għandu jeżerċita l-kompiti li ġejjin b’rabta ma’ pproċessar fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva:

(a) jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni ta’ dejta personali fl-Unjoni, inkluż dwar kwalunkwe emenda proposta għal din id-Direttiva;

(a) jagħti parir lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni ta’ dejta personali fl-Unjoni, inkluż dwar kwalunkwe emenda proposta għal din id-Direttiva;

(b) jeżamina, fuq talba tal-Kummissjoni jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew ta’ xi wieħed mill-membri tiegħu, kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki indirizzati lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni biex jinkoraġġixxi l-applikazzjoni konsistenti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet;

(b) jeżamina, għat-talba tal-Kummissjoni, tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill jew fuq inizjattiva tiegħu stess jew ta’ xi wieħed mill-membri tiegħu, kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki indirizzati lill-awtoritajiet ta’ superviżjoni biex jinkoraġġixxi l-applikazzjoni konsistenti ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, inkluż dwar l-użu tas-setgħat ta’ infurzar;

(c) jirrevedi l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punt (b) u jirrapporta b’mod regolari lill-Kummissjoni dwarhom;

(c) jirrevedi l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki msemmija fil-punt (b) u jirrapporta b’mod regolari lill-Kummissjoni dwarhom;

(d) jagħti lill-Kummissjoni opinjoni dwar il-livell ta’ protezzjoni f’pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(d) jagħti lill-Kummissjoni opinjoni dwar il-livell ta’ protezzjoni f’pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali;

(e) jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju bilaterali u multilaterali effettiv ta’ informazzjoni u prattiki bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni;

(e) jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju bilaterali u multilaterali effettiv ta’ informazzjoni u prattiki bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, inkluża l-koordinazzjoni ta’ operazzjonijiet konġunti u attivitajiet konġunti oħrajn meta jiddeċiedi hekk fuq talba ta’ awtorità ta' superviżjoni waħda jew aktar;

(f) jippromwovi programmi ta’ taħriġ komuni u jiffaċilita l-iskambji ta’ persunal bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, kif ukoll, fejn ikun xieraq, mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(f) jippromwovi programmi ta’ taħriġ komuni u jiffaċilita l-iskambji ta’ persunal bejn l-awtoritajiet ta’ superviżjoni, kif ukoll, fejn ikun xieraq, mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ta’ pajjiżi terzi jew ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali;

(g) jippromwovi l-iskambju ta’ għarfien u dokumentazzjoni mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta mad-dinja kollha, fosthom leġiżlazzjoni u prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta.

(g) jippromwovi l-iskambju ta’ għarfien u dokumentazzjoni mal-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta mad-dinja kollha, fosthom leġiżlazzjoni u prattiki dwar il-protezzjoni tad-dejta.

 

(ga) jesprimi l-opinjoni tiegħu lill-Kummissjoni fit-tħejjija ta' atti delegati u ta' implimentazzjoni skont din id-Direttiva.

2. Meta l-Kummissjoni titlob parir mingħand il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, hija tista’ tistabbilixxi limitu ta’ żmien sa meta l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jagħti dak il-parir, billi tiġi kkunsidrata l-urġenza tal-kwistjoni.

2. Meta l-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni jitolbu parir mingħand il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, huma jistgħu jistabbilixxu limitu taż-żmien sa meta l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jagħti dak il-parir, billi tiġi kkunsidrata l-urġenza tal-kwistjoni.

3. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jippreżenta l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, u l-aħjar prattiki tiegħu lill-Kummissjoni u lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 57(1) u jagħmilhom pubbliċi.

3. Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta għandu jippreżenta l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, u l-aħjar prattiki tiegħu lill-Kummissjoni u lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 57(1) u jagħmilhom pubbliċi.

4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta bl-azzjoni li hija tkun ħadet wara l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki maħruġa mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta bl-azzjoni li hija tkun ħadet wara l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki maħruġa mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Emenda  115

Proposta għal direttiva

Artikolu 50 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt ta’ kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li jkollha l-għan li tipproteġi d-drittijiet u l-interessi tas-suġġetti tad-dejta fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali tagħhom u li tkun qiegħda tiġi kostitwita sewwa skont il-liġi ta’ Stat Membru, li tagħmel ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru f’isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar, jekk hija tħoss li d-drittijiet tas-suġġett tad-dejta skont din id-Direttiva jkunu ġew miksura b’riżultat tal-ipproċessar tad-dejta personali. L-organizzazzjoni jew l-assoċjazzjoni irid ikollha mandat xieraq mis-suġġett(i) tad-dejta.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt ta’ kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni li taġixxi fl-interess pubbliku u li tkun ġiet kostitwita sewwa skont il-liġi ta’ Stat Membru, li tagħmel ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni fi kwalunkwe Stat Membru f’isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar, jekk hija tħoss li d-drittijiet tas-suġġett tad-dejta skont din id-Direttiva jkunu ġew miksura b’riżultat tal-ipproċessar tad-dejta personali.

Emenda  116

Proposta għal direttiva

Artikolu 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra awtorità ta’ superviżjoni

Dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra awtorità ta’ superviżjoni

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt għal rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet ta' awtorità ta' superviżjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt, għal kull persuna fiżika jew ġuridika, għal rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjonijiet ta' awtorità ta' superviżjoni li jikkonċernawhom.

2. Kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju biex jobbliga lill-awtorità ta’ superviżjoni taġixxi dwar ilment, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni li tkun neċessarja biex tipproteġi d-drittijiet tiegħu, jew meta l-awtorità ta’ superviżjoni ma tinfurmax lis-suġġett tad-dejta fi żmien tliet xhur dwar il-progress jew l-eżitu tal-ilment skont il-punt (b) tal-Artikolu 45(1).

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt għal rimedju ġudizzjarju biex jobbliga lill-awtorità ta’ superviżjoni taġixxi dwar ilment, fin-nuqqas ta’ deċiżjoni li tkun neċessarja biex tipproteġi d-drittijiet tiegħu, jew meta l-awtorità ta’ superviżjoni ma tinfurmax lis-suġġett tad-dejta fi żmien tliet xhur dwar il-progress jew l-eżitu tal-ilment skont il-punt (b) tal-Artikolu 45(1).

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-proċeduri kontra awtorità ta’ superviżjoni għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità ta’ superviżjoni.

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-proċeduri kontra awtorità ta’ superviżjoni għandhom jitressqu quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-awtorità ta’ superviżjoni.

 

3a. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-deċiżjoni finali mill-Qorti msemmija f'dan l-Artikolu tkun infurzata.

Emenda  117

Proposta għal direttiva

Artikolu 52 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li d-deċiżjoni finali mill-Qorti msemmija f'dan l-Artikolu tkun infurzata.

Emenda  118

Proposta għal direttiva

Artikolu 53 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt ta’ kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 50(2) li jeżerċita d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 51 u 52 f’isem suġġett tad-dejta wieħed jew aktar.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt ta’ kwalunkwe korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni msemmija fl-Artikolu 50(2) li jeżerċita d-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 51, 52 u 54 meta mandat minn suġġett tad-dejta wieħed jew aktar.

Emenda  119

Proposta għal direttiva

Artikolu 53 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fi proċeduri legali u tressaq azzjoni quddiem il-qorti, biex tinforza d-drittijiet adottati skont din id-Direttiva jew biex tassigura l-konsistenza tal-protezzjoni ta’ dejta personali fi ħdan l-Unjoni.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni għandu jkollha d-dritt li tipparteċipa fi proċeduri legali u tressaq azzjoni quddiem il-qorti, biex tinforza d-drittijiet adottati skont din id-Direttiva jew biex tassigura l-konsistenza tal-protezzjoni ta’ dejta personali fi ħdan l-Unjoni.

Emenda  120

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li persuna li tkun sofriet ħsara minħabba operazzjoni ta’ pproċessar illegali jew azzjoni li ma tkunx kompatibbli mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, għandha jkollha d-dritt li tirċievi kumpens mill-kontrollur jew il-proċessur għall-ħsara li tkun sofriet.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li persuna li tkun sofriet ħsara, inkluż telf mhux finanzjarju, minħabba operazzjoni ta’ pproċessar illegali jew azzjoni li ma tkunx kompatibbli mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, għandu jkollha d-dritt li titlob għall-kumpens mill-kontrollur jew mill-proċessur għall-ħsara li tkun sofriet.

Emenda  121

Proposta għal direttiva

Artikolu 55a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kapitolu VIIIa

 

Trażmissjoni ta’ dejta personali lil partijiet oħra

 

Artikolu 55a

 

It-trażmissjoni ta’ dejta personali lil awtoritajiet oħra jew partijiet privati fl-Unjoni

 

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-kontrollur ma jittrażmettix jew ma jagħtix struzzjonijiet lill-proċessur biex jittrażmetti dejta personali lil persuna fiżika jew ġudizzjarja li ma tkunx soġġetta għad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, sakemm:

 

(a) it-trażmissjoni tikkonforma mal-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali; u

 

(b) ir-riċevitur ikun stabbilit fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea; u

 

(c) l-ebda interess leġittimu speċifiku tas-suġġett tad-dejta ma jipprevjeni t-trażmissjoni; u

 

(d) it-trażmissjoni tkun meħtieġa f’każ speċifiku għall-kontrollur li jittrażmetti d-dejta personali għar-raġunijiet li ġejjin:

 

(i) għat-twettiq ta’ kompitu assenjat lilha leġittimament; jew

 

(ii) il-prevenzjoni ta' periklu serju u immedjat għas-sigurtà pubblika; jew

 

(iii) għall-prevenzjoni ta’ ħsara serja għad-drittijiet ta’ individwi.

 

2. Il-kontrollur għandu jinforma lir-riċevitur dwar il-fini li għalih id-dejta personali tista' tiġi pproċessata esklużivament.

 

3. Il-kontrollur għandu jinforma lill-awtorità ta’ superviżjoni b'dawn it-trasferimenti.

 

4. Il-kontrollur għandu jinforma wkoll lir-riċevitur dwar ir-restrizzjonijiet tal-ipproċessar u jassigura li dawn jiġu sodisfatti.

Emenda  122

Proposta għal direttiva

Artikolu 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-eżerċizzju tad-delega

L-eżerċizzju tad-delega

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

1. Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 28(5) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 25a(7), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 34(3) u l-Artikolu 34(5) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 28(5) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Europew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 25a(7), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 34(3) u l-Artikolu 34(5) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5. Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 28(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk qabel ma jagħlaq dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 25a(7), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 34(3) u l-Artikolu 34(5) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill it-tnejn ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’sitt xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda  123

Proposta għal direttiva

Artikolu 56a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 56a

 

Data ta’ skadenza għall-adozzjoni ta' atti delegati

 

1. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 25a(7) u fl-Artikolu 28(5) sa [sitt xhur qabel id-data msemmija fl-Artikolu 62(1)]. Il-Kummissjoni tista’ testendi d-data ta’ skadenza msemmija f’dan il-paragrafu b’sitt xhur.

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi assigurata l-implimentazzjoni xierqa tad-Direttiva u ċ-ċertezza legali huwa meħtieġ li l-att delegat relatat man-notifika ta’ ksur tad-dejta jiġi adottat qabel id-data tal-applikazzjoni tad-Direttiva.

Emenda  124

Proposta għal direttiva

Artikolu 57 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

imħassar

Emenda  125

Proposta għal direttiva

Artikolu 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Evalwazzjoni

Evalwazzjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

1. Il-Kummissjoni għandha, wara li titlob opinjoni mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, tevalwa l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva Għandha tikkoordina f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri u għandha tinkludi żjarat imħabbra u mhux imħabbra. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jinżammu informati tul il-proċess u għandu jkollhom aċċess għad-dokumenti rilevanti.

2. Fi żmien tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tirrevedi atti oħra adottati mill-Unjoni Ewropea li jirregolaw l-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, b’mod partikolari dawk l-atti adottati mill-Unjoni li saret referenza għalihom fl-Artikolu 59, sabiex tevalwa l-ħtieġa li tallinjahom ma’ din id-Direttiva u, fejn ikun xieraq, tagħmel il-proposti neċessarji sabiex temenda dawn l-atti biex tassigura approċċ konsistenti dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

2. Fi żmien sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tirrevedi atti oħra adottati mill-Unjoni Ewropea li jirregolaw l-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, b’mod partikolari dawk l-atti adottati mill-Unjoni li saret referenza għalihom fl-Artikolu 59, u għandha tagħmel proposti xierqa bl-għan li jkunu assigurati regoli legali konsistenti u omoġenji relatati mal-ipproċessar ta' dejta personali minn awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

 

2a. Il-Kummissjoni, fi żmien sentejn mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, għandha tippreżenta proposti xierqa għar-reviżjoni tal-qafas legali applikabbli għall-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċji u l-aġenziji tal-Unjoni, għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali bl-għan li jiġu assigurati regoli legali konsistenti u omoġenji relatati mad-dritt fundamentali għall-protezzjoni ta’ dejta personali fl-Unjoni.

3. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapporti dwar l-evalwazzjoni u r-reviżjoni ta’ din id-Direttiva skont il-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’intervalli regolari. L-ewwel rapporti għandhom jiġu sottomessi mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Minn hemm ’il quddiem, ir-rapporti sussegwenti għandhom jitressqu kull erba' snin. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti xierqa bil-għan li temenda din id-Direttiva u tallinja strumenti legali oħra. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

3. Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapporti dwar l-evalwazzjoni u r-reviżjoni ta’ din id-Direttiva skont il-paragrafu 1 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill f’intervalli regolari. L-ewwel rapporti għandhom jiġu sottomessi mhux aktar tard minn erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. Minn hemm 'il quddiem, ir-rapporti sussegwenti għandhom jitressqu kull erba' snin. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti xierqa bil-għan li temenda din id-Direttiva u tallinja strumenti legali oħra. Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest tal-proposta

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li qafas effiċjenti għall-protezzjoni tad-dejta fl-Ewropa jista’ jikkontribwixxi ħafna sabiex jintlaħaq livell tajjeb ta’ protezzjoni tad-dejta għal kull ċittadin Ewropew individwali. Il-kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni 2012/0010 (COD) ġie emendat mir-rapporteur għall-għan li l-istandards ta' protezzjoni jogħlew għal livell simili għal dak tar-Regolament propost, u biex fl-istess ħin jipprovdi ġustifikazzjonijiet ċari għas-soluzzjonijiet proposti.

Id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI eżistenti tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni ta’ dejta personali pproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f’materji kriminali ma tipprovdix qafas komprensiv ta’ protezzjoni ta’ dejta mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji f’materji kriminali, għax tindirizza biss sitwazzjonijiet transkonfinali u ma tindirizzax il-kwistjoni ta’ dispożizzjonijiet eżistenti paralleli dwar il-protezzjoni tad-dejta fi strumenti oħra tal-UE.

Ir-rapporteur huwa konvint li l-iżviluppi teknoloġiċi mgħaġġla ġabu sfidi ġodda għall-protezzjoni ta’ dejta personali. L-iskala tal-kondiviżjoni u l-ġbir ta’ dejta żdiedet b’mod drammatiku. It-teknoloġija tippermetti kemm lill-awtoritajiet pubbliċi, inklużi awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll lil entitajiet privati li jagħmlu użu minn dejta personali fuq skala mingħajr preċedenti. L-individwi qegħdin dejjem aktar jagħmlu l-informazzjoni personali disponibbli pubblikament u globalment. It-teknoloġija biddlet kemm l-ekonomija kif ukoll il-ħajja soċjali.

F’dinja globalizzata u interkonnessa mibnija madwar il-komunikazzjonijiet onlajn, id-dejta personali hija disponibbli, tinħażen, tintuża u tiġi evalwata ta' kuljum fuq skala mingħajr preċedenti. Fis-snin u d-deċennji li ġejjin, l-Ewropa trid tiddeċiedi kif se tagħmel użu minn din l-informazzjoni kollha, speċjalment fir-rigward tas-settur tal-infurzar tal-liġi u l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità mingħajr ma thedded id-drittijiet u n-normi fundamentali li għamilna tant sforz biex jiżviluppaw. Dan huwa ċans uniku biex jiġu żviluppati żewġ strumenti legali bi standard għoli u bbilanċjati sewwa.

Ir-rapporteur jilqa’ b’sodisfazzjoni kbir l-isforzi li ħadet il-Kummissjoni biex toħloq qafas għall-protezzjoni tad-dejta unifikat u biex tarmonizza s-sistemi differenti bejn l-Istati Membri tal-UE, u jittama li l-Kunsill ukoll se jissodisfa l-obbligi tiegħu bis-sħiħ.

Bidliet proposti mir-rapporteur

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li diversi kwistjonijiet speċifiċi kellhom jiġu kjarifikati aktar fid-direttiva proposta, li jirreferu, fost l-oħrajn, għal dawn li ġejjin:

- Kull eċċezzjoni unika għall-prinċipju għandha tiġi ġustifikata kif xieraq, peress li l-protezzjoni tad-dejta hija dritt fundamentali. Għandha tiġi protetta b’mod ugwali fiċ-ċirkustanzi kollha, u l-Artikolu 52 tal-Karta li jippermetti l-limitazzjonijiet japplika b’mod sħiħ. Dawn il-limitazzjonijiet għandhom ikunu eċċezzjoni għar-regola ġenerali, u ma jistgħux isiru r-regola huma infushom. Għalhekk, eċċezzjonijiet miftuħa ħafna u wiesgħa ma jistgħux jiġu aċċettati;

- Definizzjoni ċara tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta bħal elementi dwar iż-żamma tad-dejta, it-trasparenza, iż-żamma ta’ dejta aġġornata, adegwata, rilevanti u mhux eċċessiva: Barra minn hekk, dispożizzjonijiet li jirrikjedu lill-kontrollur tad-dejta li juri l-konformità kienu nieqsa wkoll;

- L-ipproċessar ta’ dejta personali għandu jkun legali, ġust u trasparenti fir-rigward tal-individwi kkonċernati. Il-finijiet speċifiċi li għalihom tiġi pproċessata d-dejta għandhom ikunu espliċiti u leġittimi u stabbiliti meta tinġabar id-dejta personali. Barra minn hekk, id-dejta personali għandha tkun adegwata, rilevanti u limitata għall-minimu meħtieġ għall-finijiet li għalihom id-dejta personali qiegħda tkun ipproċessata; Id-dejta personali għandha tkun ipproċessata biss jekk l-għan tal-ipproċessar ma setax jintlaħaq mod ieħor. Barra minn hekk, skont is-sistema proposta, sabiex jiġi assigurat li d-dejta ma tinżammx aktar milli jkun meħtieġ. Il-limiti ta’ żmien għandhom jiġu stabbiliti mill-kontrollur għat-tħassir jew ir-reviżjoni perjodika.

- Id-dejta personali m’għandhiex tiġi pproċessata għal finijiet inkompatibbli mal-fini li għalih tkun inġabret. Il-fatt li d-dejta tiġi proċessata għal fini ta’ infurzar tal-liġi mhux neċessarjament jimplika li dan il-fini huwa kompatibbli mal-fini inizjali. Il-kunċett tal-użu kompatibbli għandu jiġi interpretat b’mod ristrett.

- Huwa essenzjali li t-trażmissjoni tad-dejta personali lil awtoritajiet oħra jew partijiet privati fl-Unjoni jiġi projbit sakemm it-trażmissjoni ma tkunx kompatibbli mal-liġi, u r-riċevitur ikun stabbilit fi Stat Membru. Barra minn hekk, l-ebda interessi speċifiċi leġittimi tas-suġġett tad-dejta ma għandhom jipprevjenu t-trażmissjoni, u t-trażmissjoni hija meħtieġa f’każ speċifiku għall-kontrollur li jittrażmetti d-dejta jew għat-twettiq ta’ kompitu legalment assenjat lilu, jew il-prevenzjoni ta’ periklu immedjat u serju għas-sigurta pubblika, jew il-prevenzjoni ta’ ħsara serja għad-drittijiet ta' individwi. Il-kontrollur għandu jinforma lir-riċevitur dwar il-fini tal-ipproċessar u lill-awtorità ta’ superviżjoni dwar it-trażmissjoni, filwaqt li r-riċevitur għandu jiġi infurmat ukoll dwar ir-restrizzjonijiet tal-ipproċessar u jassigura li dawn jiġu sodisfatti.

- Kien hemm nuqqas ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni fir-rigward ta’ evalwazzjoni xierqa tal-ħtieġa u l-proporzjonalità. Din il-kwistjoni hija essenzjali biex jiġi evalwat jekk hijiex meħtieġa ċerta dejta pproċessata u jekk hix qed tilħaq l-għan tagħha. Tali evalwazzjoni barra minn hekk tipprekludi t-twaqqif ta’ tip ta’ soċjetà “Orwelljana” fejn finalment id-dejta kollha tkun proċessata u analizzata. Il-ġbir tad-dejta għandu jkun meħtieġ sabiex jiġi ġġustifikat għan, meta jitqies li l-għan ma jkunx jista’ jintlaħaq permezz ta’ mezzi oħra u li l-qalba tal-isfera privata tal-individwu tkun preservata b'mod tajjeb. Il-proporzjonalità hija wkoll relatata mal-kwistjoni dwar l-użu mill-ġdid tad-dejta għal fini ieħor minbarra dak li għalih kienet ġiet ipproċessata għall-ewwel b’mod leġittimu għall-prevenzjoni tal-ħolqien globali ta’ profili tal-popolazzjoni;

- Huwa mixtieq il-ħolqien ta’ valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta, li għandha titwettaq mill-kontrollur jew mill-proċessuri, li b’mod partikolari għandha tinkludi l-miżuri, is-salvagwardji u l-mekkaniżmi previsti sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tad-dejta personali u sabiex tintwera l-konformità ma’ din id-Direttiva. Il-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jikkonċernaw sistemi u proċessi rilevanti ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar tad-dejta personali, iżda mhux każijiet individwali. Barra minn hekk, meta valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta tindika li l-operazzjonijiet ta’ pproċessar x’aktarx li jippreżentaw grad għoli ta’ riskji speċifiċi għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-dejta, l-awtorità ta’ superviżjoni għandha tkun f’pożizzjoni li tipprevjeni, qabel il-bidu tal-operazzjonijiet, ipproċessar riskjuż li ma jkunx konformi ma’ din id-Direttiva, u li tagħmel proposti biex tiġi rimedjata tali sitwazzjoni. Din il-konsultazzjoni għandha sseħħ ukoll matul it-tħejjija ta’ miżura mill-parlament nazzjonali jew ta’ miżura bbażata fuq miżura leġiżlattiva li tiddefinixxi n-natura tal-ipproċessar u tistabbilixxi salvagwardji xierqa.

- M’hemmx definizzjoni ċara ta’ profilar. Kwalunkwe definizzjoni ta’ din ix-xorta għandha tkun konformi mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa CM/Rec(2010)13. Il-profilar fl-infurzar tal-liġi għandu jkun provdut bil-liġi, li tistabbilixxi miżuri li jissalvagwardjaw l-interessi leġittimi tas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari billi jippermettulhom li jippreżentaw il-fehmiet tagħhom. Kwalunkwe konsegwenza negattiva għandha tiġi vvalutata permezz ta’ intervent mill-bniedem. Fl-istess ħin, il-profilar m’għandux isir żona ta’ ġlied li tolqot individwi purament innoċenti mingħajr l-ebda skop personali – m’għandux iwassal għall-hekk imsejjaħ Rasterfahndung ġenerali;

- Is-sistema proposta għat-trasferiment tad-dejta personali lejn pajjiżi terzi hija dgħajfa u ma tipprovdix is-salvagwardji kollha meħtieġa biex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet tal-individwi li d-dejta tagħhom tkun se tiġi trasferita. Din is-sistema tipprovdi inqas protezzjoni mir-Regolament propost. Pereżempju, il-proposta tal-Kummissjoni tkun tippermetti t-trasferiment lejn awtorità ta’ pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li ma kinitx kompetenti għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi. Barra minn hekk, meta t-trasferiment ikun ibbażat fuq il-valutazzjoni magħmula mill-kontrollur tad-dejta (l-Artikolu 35(1)(b)), id-Direttiva tista' tippermetti trasferiment qawwi u fi kwantità kbira ta' dejta personali;

- Huwa ta’ importanza kbira li f’każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda raġuni li tippermetti trasferiment, id-derogi għandhom ikunu permessi jekk ikun meħtieġ biex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta, jew biex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta. Derogi bħas-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew pajjiż terz għandhom ikunu interpretati b’mod ristrett u m’għandhomx jippermettu t-trasferiment ta’ spiss, qawwi u strutturali ta’ dejta personali u m’għandhomx jippermettu t-trasferiment fi kwantità kbira ta’ dejta li għandu jkun limitat għal dejta strettament meħtieġa. Barra minn hekk, id-deċiżjoni għat-trasferiment għandha ssir minn persuna awtorizzata kif xieraq u dan it-trasferiment irid jiġi dokumentat u għandu jkun disponibbli għall-awtorità ta’ superviżjoni fuq talba sabiex tiġi sorveljata l-legalità tat-trasferiment.

- Is-setgħa tad-DPAs li jissorveljaw u jiżguraw konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta ma kinitx definita b’mod xieraq. Meta mqabbla mar-Regolament propost, il-kompetenzi tad-DPAs kienu inqas ċari. Ma kienx evidenti li d-DPA tista’ taċċessa l-bini tal-kontrollur tad-dejta, kif provdut skont ir-Regolament. Barra minn hekk, is-sanzjonijiet u l-miżuri tal-infurzar dehru li kienu inqas preċiżi.

- Ġie introdott artikolu ġdid dwar id-dejta ġenetika. L-ipproċessar ta’ dejta ġenetika għandu jkun permess biss jekk ikun hemm rabta ġenetika li tidher fil-proċess ta’ investigazzjoni kriminali jew fi proċedura ġudizzjarja. Id-dejta ġenetika għandha tinħażen biss sakemm ikun strettament meħtieġ għall-fini ta’ tali investigazzjonijiet u proċeduri, filwaqt li l-Istati Membri jistgħu jipprovdi għal ħażna aktar fit-tul skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva.

- Ir-rapporteur jemmen li d-Direttiva proposta, f’ħafna aspetti, ma ssodisfatx ir-rekwiżiti ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tad-dejta, deskritt mill-Kummissjoni bħala 'kruċjali’ (ara l-premessa 7) u ma kienx allinjat legalment mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament propost. Barra minn hekk, huwa tal-fehma li huwa ta' importanza kbira li ż-żewġ strumenti legali (Ir-Regolament u d-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Dejta) jiġu kkunsidrati bħala pakkett fir-rigward tal-iskeda u l-adozzjoni eventwali.

Wara perjodu fejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali kellhom jadattaw il-livell ta’ protezzjoni tad-dejta skont is-sitwazzjoni li kienu qed iħabbtu wiċċhom magħha (sitwazzjoni interna jew transkonfinali, Prum, Europol, Eurojust), finalment strument sostenibbli u koerenti jista’ jipprovdi ċertezza legali u fl-istess waqt jista’ jkun kompetittiv fil-livell internazzjonali u mudell għall-protezzjoni tad-dejta fis-seklu 21.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (26.3.2013)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta' prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u l-moviment liberu ta' dik id-dejta
(COM(2012)0010 – C7‑0024/2012 – 2012/0010(COD))

Rapporteur: Axel Voss

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-UE qed taħdem, ġustament, biex toħloq qafas komprensiv, koerenti, modern u ta’ livell għoli għall-protezzjoni tad-dejta, minħabba d-diversi sfidi li jaffaċċa dan il-qasam. Dawn jinkludu l-globalizzazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku, iż-żieda fl-attività onlajn, użi relatati ma’ għadd dejjem jikber ta’ attivitajiet kriminali, u t-tħassib relatat mas-sigurtà.

Għalhekk, għall-individwi fil-kwadru tal-leġiżlazzjoni Ewropea rilevanti (l-Artikolu 16 TFUE u r-rikonoxximent tad-dritt għall-protezzjoni tad-dejta personali fl-Artikolu 8 tal-Karta dwar id-Drittijiet Fundamentali bħala drittijiet indipendenti) għandhom jiġu ggarantiti ċ-ċertezza legali u l-kunfidenza fl-imġiba tal-kontrolluri tal-ipproċessar tad-dejta, u b'mod partikolari tal-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni jew eżekuzzjoni speċjalment sabiex ikunu jistgħu jipproċessaw vjolazzjonijiet tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta għal riskji serji għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwu u għall-valuri tal-Istati Membri.

Konsegwentement, il-Parlament Ewropew dejjem assuma li d-dritt fundamentali għall-protezzjoni tad-dejta u għall-ħajja privata jinkludi l-protezzjoni tal-persuni u mill-possibbiltà ta' sorveljanza u kontra l-użu ħażin tad-dejta tagħhom mill-istat innifsu. Għalhekk huwa loġiku, li l-Kummissjoni pproponiet Direttiva “dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali minn awtorità kompetenti għall-għanijiet ta’ prevenzjoni, detezzjoni, investigazzjoni jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-moviment liberu ta’ din id-dejta”, li r-rapporteur laqa’ fil-prinċipju.

Fil-qasam tal-informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi u l-eżekuzzjoni ta' pieni, il-protezzjoni tad-dejta għandha tkun aġġustata madankollu għal kunsiderazzjonijiet kostituzzjonali oħrajn li huma derivati mill-monopolju tal-istat fir-rigward tal-użu leġittimu tal-forza. Id-dritt ta' protezzjoni tad-dejta fil-qasam tas-sigurtà, il-produzzjoni u l-garanzija tas-sigurtà ġenerali kif ukoll tal-informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi u l-l-eżekuzzjoni ta' pieni għandu jkun adattat għall-kompiti ta' Stat partikolari u jiżgura li dawn il-kompiti jkunu jistgħu jiġu eżerċitati fl-interess taċ-ċittadini kollha b'mod aktar effettiv.

Ir-regolamentazzjoni fil-protezzjoni tad-dejta fuq livell Ewropew hija ġeneralment ikkaratterizzata minn kompetenzi differenti: Fil-qasam tal-ewwel pilastru ta' qabel teżisti kompetenza kkaratterizzata ferm, idderivata mis-suq intern. Fil-qasam tat-tielet pilastru ta' qabel mhijiex il-komunitarizzazzjoni, iżda l-kooperazzjoni li tingħata prijorità. Għalhekk, id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI kienet f'dan ir-rigward l-aktar strument estensiv sabiex jiġu stabbiliti standards minimi.

Barra minn hekk, preċiżament fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-ġustizzja, it-tradizzjonijiet legali tal-Istati Membri tal-UE evolvew b’mod kompletament differenti matul is-sekli, u f'dan il-qasam sensittiv huwa għaqli, li l-istrutturi nazzjonali stabbiliti permezz ta' regolamenti Ewropej u tradizzjonijiet jinbidlu biss b'kawtela u pass pass.

Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 16 TFUE b’rabta mal-liġi tal-protezzjoni tad-dejta tal-UE hu kontroversjali u għad irid jiġi ċċarat permezz tal-każistika. Dan joħloq inċertezza legali li skont ir-Rapporteur, għandha tiġi solvuta permezz tal-prammatiżmu:

Id-Direttiva proposta mill-Kummissjoni tinkorpora l-iskambju ta’ dejta nazzjonali fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, filwaqt li l-Artikolu 16 TFUE II tal-UE jalloka biss kompetenza fil-kamp ta' applikazzjoni fil-liġi tal-Unjoni. Fost dawn, madankollu, l-ipproċessar tad-dejta domestika fis-settur tal-pulizija jista' ma jitqiesx (Art. 87 TFUE).

Hija l-karatteristika tal-protezzjoni tad-dejta li din għandha effetti orizzontali u huwa xieraq li taffettwa oqsma li mhumiex fil-kompetenza sħiħa tal-UE u b'hekk tista' wkoll tikser il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, ir-Rapporteur iqis li d-Direttiva għandha tistipula biss standards minimi. Il-kwistjoni tal-protezzjoni tad-dejta "transkonfinali biss" jew "nazzjonali" fil-prattika hija skaduta; il-protezzjoni tad-dejta ta' kwalità għolja tista' tiġi kompletament ippreservata.

Iżda biex jinżamm ukoll il-bilanċ dwar il-protezzjoni tad-dejta bħala dritt fundamentali, jeħtieġ li min-naħa l-oħra, jissaħħu d-drittijiet tal-individwi u dawn jitfasslu b'mod ċar fid-Direttiva. Il-prinċipji tat-trasparenza u l-kontrolli jeħtieġ li jiġu stabbiliti, iżda m'għandhomx jiġu f'kunflitt mal-għan tas-sigurtà u l-infurzar tal-liġi.

Biex jinżamm dan il-bilanċ bejn l-eżerċitar tal-monopolju tal-istat fir-rigward tal-użu leġittimu tal-forza, il-garanzija tas-sigurtà u l-ordni pubbliku u l-integrità fiżika tal-individwu min-naħa waħda u min-naħa l-oħra sabiex ikun iggarantit id-dritt ta' protezzjoni tad-dejta, ir-Rapporteur iqis li l-bidliet li ġejjin huma meħtieġa:

Kapitolu I

- Is-sigurtà tiġi inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni (Art. 1).

- L-Istati Membri jistgħu jadottaw b'mod ċar standards ogħla (Art. 1). Id-Direttiva m'għandhiex l-għan ta' armonizzazzjoni, iżda l-iffissar ta' standards minimi.

- Il-kamp ta' applikazzjoni jiġi estiż għal istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni (Art. 2).

Kapitolu II

- It-taqsima ċentrali tal-"prinċipji tal-ipproċessar tad-dejta" hija testwalment adattata għar-Regolament Bażiku dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Għall-finijiet tal-approċċ ta' pakkett dawn il-prinċipji għandhom ikunu kompatibbli (Art. 4).

- Jitħassar l-Artikolu 5, minħabba li f'dan ir-rigward l-ispiża burokratika u tan-nefqa għall-Istati Membri ser tiżdied u fl-istess ħin, madankollu, hemm in-nuqqas ta' regolament dwar l-effeti legali.

- Il-limitazzjoni tal-iskop tal-ipproċessar tad-dejta hija prinċipju importanti tad-dritt tal-protezzjoni tad-dejta. L-Artikoli 6 u 7 ġew riveduti għalkollox u estiżi abbażi tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI (hawnhekk: l-Artikolu 8 (preċiżjoni), l-Artikolu 3 (limitazzjoni tal-iskop) u l-Artikolu 13 (limitazzjoni tal-iskop fir-rigward ta' dejta minn pajjiżi oħra tal-UE).

Kapitolu III

L-emendi fil-Kapitolu III jenfasizzaw il-ħtieġa tat-tħassib individwali u d-domanda individwali u reali għall-informazzjoni maħżuna.

- Il-possibbiltà li jiġi llimitat id-dritt għall-informazzjoni (Art. 12) hija limitata għal każijiet speċifiċi permezz ta' verifika, b'hekk jissaħħu d-drittijiet individwali.

- Id-dritt għall-informazzjoni, fil-ħin tal-ġbir tad-dejta mingħajr talba huwa limitat skont regoli tal-Istati Membri.

- Id-dritt għat-tħassir u rettifika huma testwalment riveduti u msaħħa. Fl-istess ħin, madankollu, għandhom jiġu introdotti eċċezzjonijiet għad-dritt tat-tħassir, bħall-obbligu ġuridiku taż-żamma tad-dejta.

Kapitolu IV

- L-Artikolu 20, "kontrolluri konġunti" huwa mħassar għaliex ibaxxi l-istandard tal-protezzjoni tad-dejta. Fir-rigward ta' partijiet terzi, ir-responsabbiltà konġunta taż-żewġ kontrolluri għandha tibqa' favur il-persuna kkonċernata.

- L-Artikolu 23 "dokumentazzjoni" għandu jiġi ssimplifikat skont l-Artikolu 10, Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI. Bħala riżultat jitħassar l-Artikolu 24 "Żamma ta’ reġistri".

- L-Artikolu 27 "Sigurtà tal-ipproċessar" huwa adattat għat-test tad-Deċiżjoni Qafas tal-Artikolu 22.

- Il-konsultazzjoni preliminari/Valutazzjoni tal-Impatt fuq il-Privatezza ser jiġu introdotti mill-ġdid bħala l-Artikolu 28, li ser jittieħdu mill-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

- In-notifika ta' "Ksur tad-Dejta" issir biss lill-awtorità ta' superviżjoni, mhux lill-persuna kkonċernata (l-Artikoli 28 u 29)

Kapitolu V

- L-Artikolu 35b jassumi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Qafas u jistabbilixxi regolamenti speċjali għall-immaniġġjar tad-dejta li toriġina minn Stati Membri oħra.

- Anki l-Artikolu 36 huwa fformulat mill-ġdid; F'każijiet strettament limitati, trasferiment lil pajjiżi terzi, minkejja deċiżjoni ta' adegwatezza negattiva, huwa possibbli taħt kundizzjonijiet stretti għall-protezzjoni tal-proprjetà tal-ogħla livell bħall-ħajja u feriment.

Kapitolu VIII

- Id-dritt ta' azzjoni kollettiva fl-Artikolu 50 jitħassar. It-tħassib personali u l-każ individwali għandhom ikunu kruċjali għal azzjoni.

Atti delegati u ta’ implimentazzjoni

- hawnhekk huwa neċessarju għall-proposta tal-Kummissjoni, li għall-adozzjoni tal-atti delegati u l-atti ta' implimentazzjoni japplikaw regolamenti uniformi u li ma jkun hemm l-ebda migrazzjoni ta' kompetenza. Hawnhekk, simili għall-emendi proposti fl-abbozz għar-Regolament Bażiku dwar il-Protezzjoni tad-Dejta (COM (2012) 11) huma ppreferuti atti delegati jew id-deċiżjoni tiġi ttrasferita fil-livell tal-Istati Membri.

Responsabbiltà mhux kuntrattwali

- teżisti l-possibbiltà li l-Kummissjoni Ewropea tieħu deċiżjoni żbaljata dwar l-adegwatezza tal-livell ta' protezzjoni tad-dejta f'pajjiż terz jew f'organizzazzjoni internazzjonali u b'hekk tiġi kkawżata ħsara. Dan għandu jissemma fid-Direttiva.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) L-assigurazzjoni ta’ livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali ta’ individwi u l-iffaċilitar tal-iskambju ta’ dejta personali bejn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri hija kruċjali sabiex tkun assigurata l-kooperazzjoni effettiva ġudizzjarja f’materji kriminali u dik tal-pulizija. Għal dak il-għan, il-livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, irid ikun ekwivalenti fl-Istati Membri kollha. Il-protezzjoni effettiva tad-dejta personali madwar l-Unjoni titlob li jiġu msaħħa d-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-obbligi ta’ dawk li jipproċessaw dejta personali, iżda wkoll setgħat ekwivalenti sabiex tiġi sorveljata u assigurata l-konformità mar-regoli għall-protezzjoni tad-dejta personali fl-Istati Membri.

(7) L-assigurazzjoni ta’ livell konsistenti u għoli ta’ protezzjoni tad-dejta personali ta’ individwi u l-iffaċilitar tal-iskambju ta’ dejta personali bejn awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri hija kruċjali sabiex tkun assigurata l-kooperazzjoni effettiva ġudizzjarja f’materji kriminali u dik tal-pulizija. Għal dak il-għan, għandhom jiġu żgurati standards minimi fl-Istati Membri kollha fir-rigward ta’ kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Il-protezzjoni tal-individwi għandha tkun teknoloġikament newtrali u ma tiddependix fuq it-tekniki użati; inkella din tista’ toħloq riskju serju ta’ ksur. Il-protezzjoni tal-individwi għandha tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali b’mezzi awtomatizzati kif ukoll għall-ipproċessar manwali, jekk id-dejta titqiegħed jew tkun maħsuba biex titqiegħed f’sistema ta’ arkivjar. Fajls jew settijiet ta’ fajls kif ukoll il-qoxriet ta’ barra tagħhom, li ma jkunux strutturati skont kriterji speċifiċi, m’għandhomx jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali fil-kors ta’ attività li ma tkunx skont il-finijiet ta’ liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà nazzjonali, jew għad-dejta pproċessata mill-istituzzjonijiet, mill-korpi, mill-uffiċċji u mill-aġenziji tal-Unjoni, bħall-Europol jew l-Eurojust.

(15) Il-protezzjoni tal-individwi għandha tkun teknoloġikament newtrali u ma tiddependix fuq it-tekniki użati; inkella din tista’ toħloq riskju serju ta’ ksur. Il-protezzjoni tal-individwi għandha tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali b’mezzi awtomatizzati kif ukoll għall-ipproċessar manwali, jekk id-dejta titqiegħed jew tkun maħsuba biex titqiegħed f’sistema ta’ arkivjar. Fajls jew settijiet ta’ fajls kif ukoll il-qoxriet ta’ barra tagħhom, li ma jkunux strutturati skont kriterji speċifiċi, m’għandhomx jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali fil-kors ta’ attività li ma tkunx skont il-finijiet ta’ liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tas-sigurtà nazzjonali.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-prinċipji ta’ protezzjoni għandhom japplikaw għal kwalunkwe informazzjoni dwar persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. Sabiex jiġi determinat jekk persuna fiżika tkunx identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna oħra biex jiġi identifikat l-individwu. Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta m’għandhomx japplikaw għal dejta li tkun saret anonima b’mod li s-suġġett tad-dejta ma jkunx aktar identifikabbli.

(16) Il-prinċipji ta’ protezzjoni għandhom japplikaw għal kwalunkwe informazzjoni dwar persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. Sabiex jiġi determinat jekk persuna fiżika tkunx identifikabbli, għandhom jitqiesu l-mezzi kollha li raġonevolment aktarx jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna oħra li taħdem flimkien mal-kontrollur biex jiġi identifikat l-individwu. Il-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta m’għandhomx japplikaw għal dejta li tkun saret anonima b’mod li s-suġġett tad-dejta ma jkunx aktar identifikabbli.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Huwa inerenti għall-ipproċessar ta’ dejta personali fl-oqsma tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u dik tal-pulizija li tiġi pproċessata dejta personali relatata ma’ kategoriji differenti ta’ suġġetti tad-dejta. Għalhekk, kemm jista’ jkun għandha ssir distinzjoni ċara bejn dejta personali ta' kategoriji differenti ta' suġġetti tad-dejta bħal suspettati, persuni kkundanati b’reat kriminali, vittmi u partijiet terzi, bħal xhieda, persuni b’informazzjoni rilevanti jew kuntatti u assoċjati ta’ suspettati u kriminali misjuba ħatja.

imħassar

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24) Kemm jista’ jkun, id-dejta personali għandha tiġi distinta skont il-livell ta’ preċiżjoni u affidabbiltà tagħha. Il-fatti għandhom jiġu magħżula mill-valutazzjonijiet personali, sabiex ikunu assigurati kemm il-protezzjoni tal-individwi kif ukoll il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni pproċessata mill-awtoritajiet kompetenti.

imħassar

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43) Waqt l-iffissar ta’ regoli dettaljati dwar il-format u l-proċeduri applikabbli għan-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali, għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa liċ-ċirkustanzi tal-ksur, inkluż jekk id-dejta personali kinitx protetta b’miżuri xierqa ta’ protezzjoni teknika, li jnaqqsu b’mod effettiv il-probabbiltà ta’ użu ħażin. Barra minn hekk, dawn ir-regoli u proċeduri għandhom iqisu l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet kompetenti f’każijiet fejn l-iżvelar bikri jista’ jxekkel mingħajr bżonn l-investigazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ ksur.

imħassar

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45) L-Istati Membri għandhom jassiguraw li trasferiment lil pajjiż terz isir biss jekk dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-kontrollur fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali jkun awtorità kompetenti fis-sens ta’ din id-Direttiva. Trasferiment jista’ jsir f’każijiet fejn il-Kummissjoni tkun iddeċidiet li l-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni jassiguraw livell adegwat jew protezzjoni, jew meta jkunu nġiebu salvagwardji xierqa.

(45) L-Istati Membri għandhom jassiguraw li trasferiment lil pajjiż terz isir biss jekk dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-kontrollur fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali jkun awtorità kompetenti fis-sens ta’ din id-Direttiva.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55) Filwaqt li din id-Direttiva tapplika wkoll għall-attivitajiet tal-qrati nazzjonali, il-kompetenza tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ma għandhiex tkopri l-ipproċessar ta’ dejta personali meta jkunu qegħdin jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom, bil-għan li tiġi salvagwardjata l-indipendenza tal-imħallfin fit-twettiq tal-kompiti ġudizzjarji tagħhom. Madankollu, din l-eżenzjoni għandha tkun limitata għal attivitajiet ġudizzjarji ġenwini f’kawżi fil-qorti u ma tapplikax għal attivitajiet oħra fejn l-imħallfin jistgħu jkunu involuti skont il-liġi nazzjonali.

(55) Filwaqt li din id-Direttiva tapplika wkoll għall-attivitajiet tal-qrati nazzjonali, il-kompetenza tal-awtoritajiet ta’ superviżjoni ma għandhiex tkopri l-ipproċessar ta’ dejta personali meta jkunu qegħdin jaġixxu fil-kapaċità ġudizzjarja tagħhom, bil-għan li tiġi salvagwardjata l-indipendenza tal-imħallfin fit-twettiq tal-kompiti ġudizzjarji tagħhom.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70) Billi l-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri li jiġu protetti d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali ta’ persuni fiżiċi u b’mod partikolari d-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali u li jkun assigurat l-iskambju liberu ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni, ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tal-azzjoni, jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjaretà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-għan.

imħassar

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 73

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(73) Sabiex tiġi assigurata protezzjoni komprensiva u koerenti tad-dejta personali fl-Unjoni, ftehim internazzjonali konkluż mill-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandu jiġi emendat skont din id-Direttiva.

imħassar

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali.

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi r-regoli li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni tar-riskji, l-investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali kif ukoll l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tas-sigurtà tal-pulizija hemm diffikultajiet fid-distinzjoni tal-kampijiet ta' applikazzjoni tad-Direttiva u r-Regolament. Jekk il-periklu ma jkollux deterrent permezz ta' piena, u konsegwentement il-pulizija ma tipprevjeni l-ebda reat skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tal-abbozz tad-Direttiva, id-Direttiva tibqa' inapplikabbli (pereżempju: fajl għall-persuni neqsin, suwiċidji). Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Bażiku dwar il-Protezzjoni tad-Dejta għas-Sigurtà huma totalment mhux adattati.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Skont din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom:

2. Ir-rekwiżiti minimi ta' din id-Direttiva ma jxekklux lill-Istati Membri milli jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali, jiżguraw livell ogħla ta' protezzjoni.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun l-għan tad-Direttiva li jinħoloq standard minimu ta' protezzjoni pan-Ewropew u mhux li jiġu sostitwiti r-regoli nazzjonali eżistenti. Għalhekk, għandu jiġi espliċitament permess li l-Istati Membri jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) jassiguraw li l-iskambju ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti fi ħdan l-Unjoni ma jkunx ristrett u lanqas ipprojbit għal raġunijiet konnessi mal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali.

imħassar

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-korpi u l-awtoritajiet tal-UE għandhom ukoll ikunu suġġetti għall-applikazzjoni tad-Direttiva.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) 'suġġett tad-dejta' tfisser persuna fiżika identifikata jew persuna fiżika li tista’ tkun identifikata, direttament jew indirettament, b’mezzi li raġonevolment aktarx se jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta’ identifikazzjoni, dejta dwar il-lok, identifikaturi onlajn jew għal fattur speċifiku wieħed jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna;

(1) 'suġġett tad-dejta' tfisser persuna fiżika identifikata jew persuna fiżika li tista’ tkun identifikata, direttament jew indirettament, b’mezzi li raġonevolment aktarx se jintużaw mill-kontrollur jew minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li taħdem flimkien mal-kontrollur, b’mod partikolari b’referenza għal numru ta’ identifikazzjoni, dejta dwar il-lok, identifikaturi onlajn jew għal fattur speċifiku wieħed jew aktar dwar l-identità fiżika, fiżjoloġika, ġenetika, mentali, ekonomika, kulturali jew soċjali ta’ dik il-persuna;

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) 'il-kunsens tas-suġġett tad-dejta' tfisser indikazzjoni speċifika, infurmata u espliċita, mogħtija liberament, tax-xewqa tiegħu, li permezz tagħha s-suġġett tad-dejta, permezz ta’ dikjarazzjoni jew azzjoni affermattiva ċara, juri li jaqbel li jsir l-ipproċessar ta’ dejta personali relatata miegħu;

Ġustifikazzjoni

L-emenda tintroduċi l-kunsens tal-persuna konċernata f'limiti stretti. Għalkemm fil-prinċipju ċ-ċittadini u l-istat mhumiex essenzjalment fuq l-istess livell, kunsens f'każijiet individwali jista' jservi bħala raġuni għal ġustifikazzjoni, pereżempju, fl-ittestjar tad-DNA.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) 'awtoritajiet kompetenti’ tfisser kull awtorità pubblika kompetenti għall-prevenzjoni, investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(14) ) 'awtoritajiet kompetenti’ tfisser kull awtorità pubblika kompetenti għall-prevenzjoni tar-riskji, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, inklużi l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE;

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ipproċessata b’mod ġust u skont il-liġi;

(a) ipproċessata skont il-liġi, b’mod ġust, trasparenti u li jista’ jiġi vverifikat fir-rigward tas-suġġett tad-dejta;

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) adegwata, rilevanti, u mhux eċċessiva għall-finijiet li għalih tiġi pproċessata;

(c) adegwata, rilevanti, u limitata għall-minimu meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata; din għandha tkun ipproċessata biss meta l-ipproċessar anonimu ma jkunx biżżejjed għall-fini rispettiva u sakemm il-finijiet ma setgħux jintlaħqu permezz tal-ipproċessar ta’ informazzjoni li ma tinvolvix dejta personali;

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) miżmuma b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali;

(e) miżmuma b’mod li tippermetti l-identifikazzjoni tas-suġġetti tad-dejta, iżda biss għat-tul taż-żmien meħtieġ għat-twettiq tal-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-dejta personali;

Ġustifikazzjoni

L-emenda tadatta d-Direttiva mat-test tar-Regolament dwar il-Protezzjoni tad-Dejta. Għall-finijiet tal-approċċ ta' pakkett għaż-żewġ atti għandhom japplikaw l-istess prinċipji għall-ipproċessar tad-dejta.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) ipproċessata taħt ir-responsabbiltà tal-kontrollur, li għandu jassigura konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva;

(f) ipproċessata u użata biss mill-persunal kompetenti tal-awtoritajiet kompetenti, fl-eżerċizzju tad-doveri tagħhom;

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) ipproċessata taħt ir-responsabbiltà tal-kontrollur, li għandu jassigura konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva;

(f) ipproċessata taħt ir-responsabbiltà tal-kontrollur, li għandu jassigura u juri konformità mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva;

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Stat Membru jista’, safejn hu possibbli, jipprovdi regoli speċifiċi dwar kategorizzazzjoni ta’ dejta inklużi konsegwenzi rispettivi li jqisu l-finijiet differenti li għalihom tiġi miġbura d-dejta, inklużi l-kundizzjonijiet għall-ġbir tad-dejta, limiti taż-żmien għaż-żamma tagħha, limitazzjonijiet possibbli tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta għal aċċess u informazzjoni u l-modalitajiet ta’ aċċess għad-dejta mill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Gradi differenti ta’ preċiżjoni u affidabbiltà tad-dejta personali

Preċiżjoni fattwali

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, safejn ikun possibbli, issir distinzjoni skont il-livell ta’ eżatezza u affidabbiltà, bejn il-kategoriji differenti ta’ dejta personali li tkun qiegħda tiġi pproċessata.

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw, li safejn ikun possibbli, dejta personali tkun eżatta, kompluta u, fejn meħtieġ, tinżamm aġġornata.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2 u paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, kemm jista’ jkun, issir distinzjoni bejn dejta personali bbażata fuq il-fatti u dejta personali bbażata fuq valutazzjonijiet personali.

2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jassiguraw li dejta personali li ma tkunx korretta, mhux kompluta jew ma tkunx aġġornata ma tiġix trażmessa jew magħmula disponibbli. Għal dan il-għan, dawn għandhom jistabbilixxu li l-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-kwalità tad-dejta personali qabel it-trasferiment jew il-provvista tagħha, sakemm dan ikun prattikament possibbli. Kemm jista’ jkun, fit-trażmissjonijiet kollha ta' dejta, għandha tiżdied l-informazzjoni disponibbli li tippermetti lill-Istat Membru li jirċeviha jevalwa l-livell ta' eżattezza, kompletezza, aġġornament u affidabilità. Jekk dejta personali tkun intbagħtet mingħajr ma ġiet mitluba, l-awtorità destinatarja għandha tivverifika mingħajr dewmien jekk din id-dejta hix meħtieġa għall-fini li għalih kienet intbagħtet.

 

2a. Jekk jirriżulta li ġiet trażmessa dejta mhux preċiża, jew ġiet trażmessa dejta b'mod illegali, id-destinatarju għandu jiġi nnotifikat mingħajr dewmien. Id-destinatarju għandu jkollu l-obbligu li jirrettifika d-dejta mingħajr ebda dewmien skont il-paragrafu 1 u l-Artikolu 15, jew li jħassarha skont l-Artikolu 16.

Ġustifikazzjoni

It-test propost huwa bbażat fuq l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI u jistabbilixxi l-projbizzjoni li tiġi trasferita dejta mhux preċiża

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Legalità tal-ipproċessar; limitazzjoni tal-finijiet

 

1. L-ipproċessar ta’ dejta personali huwa legali biss jekk isir b’mod konformi mal-prinċipji li ġejjin.

 

2. Id-dejta personali tista’ tinġabar mill-awtoritajiet kompetenti fil-qafas tal-kompiti tagħhom għall-finijiet speċifiċi, espliċiti u leġittimi. Finijiet leġittimi jiġu servuti permezz tal-ġbir tad-dejta b’mod partikolari jekk dan isir

 

(a) biex issir ħidma minn awtorità kompetenti, fuq il-bażi tal-liġi għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 1(1); jew

 

(b) għall-konformità ma’ obbligu ġuridiku li l-kontrollur ikun suġġett għalih; jew

 

(c) biex jitħarsu l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta; jew

 

(d) għall-ħarsien tal-interessi leġittimi ta’ persuna oħra, ħlief jekk b’mod evidenti jkun fl-interess leġittmu tas-suġġett tad-dejta li l-ipproċessar tad-dejta ma jsirx;

 

(e) għall-prevenzjoni ta' theddida għas-sigurtà pubblika.

 

3. L-ipproċessar ta’ dejta personali għandu jissodisfa l-fini li għalih tkun inġabret id-dejta. Ipproċessar addizzjonali għal skop ieħor għandu jkun permess biss jekk dan

 

(a) iservi għal finijiet leġittimi (paragrafu 2)

 

(b) ikun meħtieġ għal din il-fini l-oħra;

 

(c) ikun inkompatibbli mal-iskop li għalih id-dejta tkun inġabret;

 

4. Għal għanijiet storiċi, statistiċi jew xjentifiċi, id-dejta personali, b’devjazzjoni mill-paragrafu 3, tista' tkun ulterjorament ipproċessata, sakemm l-Istati Membri jipprovdu garanziji xierqa, bħall-anonimizzazzjoni tad-dejta.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7b

 

Karatteristiċi speċifiċi għal dejta personali minn Stati Membri oħra

 

Għal dejta personali li ġiet trasferita jew provduta mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor, għandu jiġi osservat dan li ġej b'żieda mal-prinċipji ġenerali tal-ipproċessar tad-dejta:

 

1. Id-dejta personali tista’ mbagħad tiġi mgħoddija lil korp mhux pubbliku biss, meta

 

(a) l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li mingħandu nkisbet id-dejta tat il-kunsens tagħha għat-trasferiment f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu;

 

(b) l-ebda interess leġittimu speċifiku tas-suġġett tad-dejta ma jipprevjeni t-trażmissjoni; kif ukoll

 

(c) it-trasferiment f'każ partikolari lill-awtorità kompetenti, li tibgħat id-dejta lil korp mhux pubbliku, huwa essenzjali:

 

(i) it-twettiq ta' kompitu li jkun ġie assenjat lilha legalment;

 

(ii) għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iżvelar jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

 

(iii) għall-prevenzjoni ta' theddid serju u immedjat għas-sigurtà pubblika, jew

 

(iv) għall-prevenzjoni ta' ħsara serja lid-drittijiet ta' individwi.

 

L-awtorità kompetenti li tkun qed tittrażmetti d-dejta lil parti privata għandha tinforma lil tal-aħħar bl-għanijiet li għalihom id-dejta tista' tintuża b'mod esklużiv.

 

2. Id-dejta personali soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(3), tista’ tkun ipproċessata ulterjorment biss għall-finijiet li ġejjin minbarra dawk li għalihom tkun ġiet trażmessa:

 

(a) il-prevenzjoni, l-istħarriġ, l-iżvelar jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali minbarra dawk li għalihom tkun ġiet trażmessa jew provduta;

 

(b) proċedimenti ġudizzjarji u amministrattivi oħrajn relatati direttament mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, l-iżvelar jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

 

(c) il-prevenzjoni ta' theddid serju u immedjat għas-sigurtà pubblika; jew

 

(d) kwalunkwe għan ieħor bil-kunsens biss minn qabel tal-Istat Membru li jittrażmetti jew bil-kunsens tas-suġġett tad-dejta, mogħti f'konformità mal-liġi nazzjonali.

 

Dan il-paragrafu għandu jkun bla ħsara għall-Artikolu 7(4).

 

3. Fejn, taħt il-liġi tal-Istat Membru li jittrażmetti, japplikaw restrizzjonjiet speċifiċi ta' pproċessar f'ċirkostanzi speċifiċi għal skambji ta' dejta bejn l-awtoritajiet kompetenti fi ħdan dak l-Istat Membru, l-awtorita li tittrażmetti għandha tinforma lid-destinatarju b'tali restrizzjonijiet. Id-destinatarju għandu jiżgura li dawn ir-restrizzjonijiet ta' pproċessar huma sodisfatti.

Ġustifikazzjoni

Ir-reviżjoni adoatta f'dan l-Artikolu tassumi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Qafas 2088/977/ĠAI, għall-immaniġġjar tad-dejta li toriġina minn Stati Membri oħra, u tipproteġi tali dejta sa ċertu punt. L-Artikolu 7a iservi wkoll biex jipproteġi l-Istat Membru li minnu torġina d-dejta, u b’hekk joħloq il-fiduċja meħtieġa għall-iskambju tad-dejta fl-Unjoni, li dejta trasferita ma tiġix trasferita ulterjorament skont id-diskrezzjoni tal-Istat destinatarju.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 7c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7c

 

Stabbiliment ta' skadenzi għat-tħassir u r-reviżjoni

 

Għandhom jiġu stabbiliti skadenzi adatti għat-tħassir ta' dejta personali jew reviżjoni perjodika tal-ħtieġa ta' ħażna. Miżuri proċedurali għandhom jiżguraw li dawn jiġu osservati.

Ġustifikazzjoni

Is-suppliment ittieħed kelma b'kelma mill-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-ipproċessar ta’ dejta personali li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, ir-reliġjon jew it-twemmin, is-sħubija fi trade union, ta’ dejta ġenetika jew ta’ dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali.

L-ipproċessar ta’ dejta personali li tiżvela r-razza jew l-oriġini etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trade union, ta’ dejta dwar is-saħħa jew il-ħajja sesswali huwa permess biss jekk

2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika fejn:

 

(a) l-ipproċessar ikun awtorizzat b’liġi li tipprovdi salvagwardji xierqa;

(a) l-ipproċessar ikun assolutament meħtieġ u awtorizzat b’liġi li tipprovdi salvagwardji xierqa; jew

(b) l-ipproċessar ikun meħtieġ biex jipproteġi l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ xi persuna oħra;

 

(c) l-ipproċessar huwa relatat ma’ dejta li b’mod ċar tkun saret pubblika mis-suġġett tad-dejta.

 

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu ġie fformulat mill-ġdid skont il-mudell tal-Artikolu 6, tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI. Anki jekk fis-sistema tiegħu mill-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-abbozz tad-Direttiva huwa differenti, l-ipproċessar ta’ dejta sensittiva, madankollu, jibqa' jkun permissibbli biss taħt kondizzjonijiet stretti. Għall-finijiet tal-importanza tat-traċċi tal-provi tad-DNA, tneħħiet il-projbizzjoni prinċipali ġdida stabbilita mill-Kummissjoni għall-ipproċessar ta’ dejta ġenetika.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li miżuri li jipproduċu effett legali ħażin għas-suġġett tad-dejta jew li jaffettwah b’mod konsiderevoli u li huma bbażati unikament fuq ipproċessar ta’ dejta personali awtomatizzat maħsub biex jevalwa ċerti aspetti personali relatati mas-suġġett tad-dejta għandhom ikunu pprojbiti sakemm ma jkunux awtorizzati minn liġi li tistabbilixxi wkoll miżuri għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta.

1. Miżuri li jipproduċu effett legali ħażin għas-suġġett tad-dejta jew li jaffettwah b’mod konsiderevoli u li huma bbażati unikament fuq ipproċessar ta’ dejta personali awtomatizzat maħsub biex jevalwa ċerti aspetti personali relatati mas-suġġett tad-dejta għandhom ikunu permessi biss, jekk dawn ikunu awtorizzati minn liġi li tistabbilixxi wkoll miżuri għas-salvagwardja tal-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Ir-reviżjoni magħmula f'dan l-Artikolu tirreferi għall-kliem tad-Deċiżjoni Qafas (2008/977/ĠAI, l-Artikolu 7). It-tfassil ta’ profili jibqa’ jkun permess biss taħt kundizzjonijiet stretti, anke jekk dawn jiddevjaw mill-prinċipju ta’ projbizzjoni.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-ipproċessar awtomatizzat ta’ dejta personali maħsub sabiex jevalwa ċerti aspetti personali relatati mas-suġġett tad-dejta m’għandux ikun ibbażat unikament fuq il-kategoriji speċjali ta’ dejta personali msemmija fl-Artikolu 8.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu 2 iwwassal għal tfassil ta’ profili aktar estensiv u jkun faċli li jiġi evitat.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jieħu l-passi kollha raġonevoli biex ikollu politiki trasparenti u faċilment aċċessibbli fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jieħu l-passi xierqa u raġonevoli biex ikollu politiki trasparenti u faċilment aċċessibbli fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe informazzjoni u kwalunkwe komunikazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ dejta personali għandha tiġi pprovduta mill-kontrollur lis-suġġett tad-dejta b’mod li tinftiehem, billi jintuża lingwaġġ ċar u trasparenti.

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kwalunkwe informazzjoni u kwalunkwe komunikazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ dejta personali għandha tiġi pprovduta mill-kontrollur lis-suġġett tad-dejta b’mod kemm jista’ jkun li tinftiehem, billi jintuża lingwaġġ ċar u trasparenti.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar is-segwitu mogħti fuq talba tiegħu mingħajr dewmien bla bżonn.

imħassar

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(a) id-dejta personali kollha li tkun qed tiġi pproċessata u kwalunkwe informazzjoni disponibbli dwar is-sors tagħha

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) komunikazzjoni tad-dejta personali li tkun qed tiġi pproċessata u ta’ kull informazzjoni disponibbli dwar l-oriġini tagħha;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan hu marbut mad-dritt tal-aċċess mis-suġġett ewlieni għalhekk għandu jiġi kkunsidrat l-ewwel.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi li jirrestrinġu, b’mod sħiħ jew parzjali, id-dritt ta’ aċċess tas-suġġett tad-dejta sakemm tali restrizzjoni sħiħa jew parzjali tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika, b’kont debitu tal-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata:

1. L-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri leġiżlattivi li jirrestrinġu, b’mod sħiħ jew parzjali, skont il-każ individwali, id-dritt ta’ aċċess tas-suġġett tad-dejta sal-punt u għall-perjodu li tali restrizzjoni sħiħa jew parzjali tikkostitwixxi miżura meħtieġa u proporzjonata f’soċjetà demokratika, b’kont debitu tal-interessi leġittimi tal-persuna kkonċernata:

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) biex ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(b) biex ikun evitat preġudizzju għall-prevenzjoni tar-riskji, is-sejbien, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew għall-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) biex tipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

(e) biex tipproteġi s-suġġett tad-dejta jew id-drittijiet u l-libertajiet ta’ oħrajn.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu bil-liġi kategoriji ta’ pproċessar tad-dejta li jistgħu jaqgħu kompletament jew parzjalment taħt l-eżenzjonijiet tal-paragrafu 1.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-rifjut tal-informazzjoni għandu dejjem jiddependi fuq każ individwali.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jitlob, b’mod partikulari fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 13, li l-awtorità ta’ superviżjoni tiċċekkja l-legalità tal-ipproċessar.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jitlob, fil-limiti tal-Artikoli 12 u 13, li l-awtorità ta’ superviżjoni tiċċekkja l-legalità tal-ipproċessar.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istat Membru għandu jipprovdi li l-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar id-dritt li jitlob l-intervent tal-awtorità ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 1.

2. L-Istat Membru għandu jipprovdi li meta jintalab il-kontrollur jinforma lis-suġġett tad-dejta dwar id-dritt li jitlob l-intervent tal-awtorità ta’ superviżjoni skont il-paragrafu 1.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk is-suġġett tad-dejta jistax jitlob dan id-dritti direttament kontra l-kontrollur jew permezz tal-intermedjarju tal-awtorità ta' superviżjoni nazzjonali kompetenti.

Ġustifikazzjoni

Dan jipprovdi għal sistema ta’ talbiet indiretti għall-aċċess mis-suġġett, bl-użu tal-kliem tad-Deċiżjoni Qafas tal-2008.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb mingħand il-kontrollur ir-rettifika ta’ dejta personali dwaru li ma tkunx eżatta. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb il-kompletezza tad-dejta personali mhux kompluta, b’mod partikolari permezz ta’ stqarrija ta’ korrezzjoni.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb ir-rettifika ta’ dejta personali dwaru li ma tkunx eżatta. Is-suġġett tad-dejta għandu jkollu d-dritt li jikseb il-kompletezza tad-dejta personali mhux kompluta, b’mod partikolari permezz ta’ stqarrija ta’ korrezzjoni.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – paragrafu 2 u paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma bil-miktub lis-suġġett tad-dejta dwar kwalunkwe rifjut tar-rettifika, dwar ir-raġunijiet għar-rifjut u dwar il-possibbiltajiet li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta' superviżjoni u li jitfittex rimedju ġudizzjarju.

2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk is-suġġett tad-dejta jistax jitlob dawn id-drittijiet direttament fil-konfront tal-kontrollur jew mingħand l-awtorità ta' superviżjoni kompetenti.

 

2a. Jekk is-suġġett tad-dejta jitlob id-drittijiet tiegħu direttament lill-kontrollur u dan jirrifjuta r-rettifika jew il-kompletezza, il-kontrollur għandu jinforma bil-miktub lis-suġġett tad-dejta dwar kwalunkwe rifjut tar-rettifika, dwar ir-raġunijiet għar-rifjut u dwar il-possibbiltajiet li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta' superviżjoni u li jitfittex rimedju ġudizzjarju.

Ġustifikazzjoni

L-arranġament dwar dan għandu jitħalla f’idejn l-Istati Membri.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb mingħand il-kontrollur it-tħassir ta’ dejta personali relatata miegħu meta l-ipproċessar ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikoli 4 (a) sa (e), 7 u 8 ta’ din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt tas-suġġett tad-dejta li jikseb mingħand il-kontrollur it-tħassir ta’ dejta personali relatata miegħu meta l-ipproċessar ma jikkonformax mad-dispożizzjonijiet adottati skont l-Artikoli 4, 6, 7 u 8 ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

L-emenda twessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni u ssaħħaħ id-drittijiet individwali.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 2 u paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontrollur għandu jwettaq it-tħassir mingħajr dewmien.

2. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk is-suġġett tad-dejta jistax jitlob dan id-dritti direttament kontra l-kontrollur jew permezz tal-intermedjarju tal-awtorità ta' superviżjoni nazzjonali kompetenti.

 

2a. Jekk is-suġġett tad-dejta jitlob id-drittijiet tiegħu direttament lill-kontrollur u dan jirrifjuta r-rettifika jew il-kompletezza, dan għandu jinforma bil-miktub lis-suġġett tad-dejta dwar kwalunkwe rifjut tar-rettifika, dwar ir-raġunijiet għar-rifjut u dwar il-possibbiltajiet li jitressaq ilment quddiem l-awtorità ta' superviżjoni u li jitfittex rimedju ġudizzjarju.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Minflok it-tħassir, il-kontrollur għandu jimmarka l-ipproċessar ta’ dejta personali fejn:

3. Minflok it-tħassir, il-kontrollur għandu jirrestrinġi l-ipproċessar ta’ dejta personali fejn:

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) is-suġġett tad-dejta jopponi t-tħassir tagħha u minflok jitlob ir-restrizzjoni tal-użu tagħha

(c) tħassir li jista' jaffettwa l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta jew is-suġġett tad-dejta jopponi t-tħassir tagħha u minflok jitlob ir-restrizzjoni tal-użu tagħha.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punti ca sa cc (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) l-obbligi legali tad-dokumentazzjoni jew taż-żamma jeskludu t-tħassir; f'dan il-każ, id-dejta għandha tiġi ttrattata skont l-obbligi legali tad-dokumentazzjoni jew taż-żamma;

 

(cb) sakemm din tkun maħżuna għal skopijiet ta’ sigurtà tad-dejta jew ta’ kontroll tal-protezzjoni tad-dejta;

 

(cc) it-tħassir huwa teknikament possibbli biss b’nefqa sproporzjonalment għolja, pereżempju, minħabba t-tip speċifiku ta’ ħżin.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Dejta restritta tista’ tintuża biss għall-fini li għaliha t-tħassir ma sarx. Din tista’ wkoll tintuża sakemm dan ikun indispensabbli għar-rimedju tan-nuqqas ta’ evidenza.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tiċċara l-konsegwenzi legali li għandu jwassal għalihom l-imblokk.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma bil-miktub lis-suġġett tad-dejta dwar kwalunkwe rifjut tat-tħassir jew restrizzjoni tal-ipproċessar, dwar ir-raġunijiet għar-rifjut u dwar il-possibbiltajiet li jitressaq ilment lill-awtorità ta’ superviżjoni u li jitfittex rimedju ġudizzjarju.

4. Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-drittijiet għal informazzjoni, aċċess, rettifika, tħassir u restrizzjoni tal-ipproċessar imsemmija fl-Artikoli 11 sa 16 jitwettqu skont ir-regoli nazzjonali dwar proċedimenti ġudizzjarji fejn id-dejta personali tkun qiegħda f’deċiżjoni jew reġistru ġudizzjarju pproċessat fil-kors ta’ investigazzjonijiet u proċedimenti ġudizzjarji.

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li d-drittijiet għal informazzjoni, aċċess, rettifika, tħassir u restrizzjoni tal-ipproċessar imsemmija fl-Artikoli 11 sa 16 huma f’armonija mal-liġi proċedurali nazzjonali fejn id-dejta personali tkun qiegħda f’deċiżjoni jew reġistru ġudizzjarju marbuta mat-teħid ta’ deċiżjoni minn qorti.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu għandu jinkorpora lill-qrati kollha u mhux biss proċedimenti ġudizzjarji.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-kontrollur għandu jimplimenta mekkaniżmi biex jassigura l-verifika tal-effettività tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Jekk ikun proporzjonat, din il-verifika għandha titwettaq minn awdituri interni jew esterni indipendenti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 18(3) jitħassar mingħajr ma jiġi sostitwit, minħabba li altrimenti jista’ jinħoloq kaos ta’ verifiki. L-uffiċjali għall-protezzjoni tad-dejta u l-awtoritajiet superviżorji għandhom ikunu biżżejjed f'termini ta' garanzija tal-protezzjoni tad-dejta; Kontrolluri esterni jew interni addizzjonali mhumiex mixtieqa u sempliċement jikkawżaw aktar konfużjoni.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li meta operazzjoni ta’ pproċessar issir f’isem kontrollur, il-kontrollur għandu jagħżel proċessur li jagħti garanziji suffiċjenti li jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi xierqa b’mod li l-ipproċessar jissodisfa r-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li meta operazzjoni ta’ pproċessar issir f’isem kontrollur, il-kontrollur għandu jagħżel proċessur li jagħti garanziji suffiċjenti:

 

(a) li jimplimenta miżuri u proċeduri tekniċi u organizzattivi tal-Artikolu 27(1);

 

(b) li l-ipproċessar jissodisfa wkoll ir-rekwiżiti tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u jassigura l-protezzjoni tad-drittijiet tas-suġġett tad-dejta; kif ukoll

 

(c) li s-suġġett tad-dejta se jsegwi l-istruzzjonijiet tal-kontrollur.

Ġustifikazzjoni

Ir-reviżjoni magħmula f'dan l-Artikolu hija konformi mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI, li jidher li m’hemm l-ebda raġuni għalhiex għandu jkun hemm devjazzjoni minnha. Parti minn paragrafu 1 tat-test tal-Kummissjoni saret il-punti (a) u (b) tal-emenda tal-Parlament.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li t-twettiq ta’ pproċessar permezz ta’ proċessur għandu jkun regolat permezz ta’ att legali li jżomm lill-proċessur responsabbli lejn il-kontrollur u li jistipula partikolarment illi l-proċessur għandu jaġixxi biss fuq struzzjonijiet tal-kontrollur, b’mod partikolari, meta t-trasferiment tad-dejta personali użata jkun ipprojbit.

2. L-ipproċessar permezz ta’ proċessur għandu jkun regolat permezz ta’ att legali jew kuntratt bil-miktub, li jistipula li l-proċessur għandu jaġixxi biss fuq struzzjonijiet tal-kontrollur.

Ġustifikazzjoni

Ir-reviżjoni magħmula f'dan l-Artikolu hija konformi mad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI, li jidher li m’hemm l-ebda raġuni għalhiex għandu jkun hemm devjazzjoni minnha.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 23 - paragrafu 1 u paragrafi 1a u 1b (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull kontrollur u proċessur iżomm dokumentazzjoni tas-sistemi u l-proċeduri kollha ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

1. L-awtoritajiet kompetenti kollha għandhom iżommu dokumentazzjoni dettaljata tas-sistemi u l-proċeduri kollha ta’ pproċessar taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

 

1a. It-trażmissjonijiet ta' dejta personali għandhom ikunu reġistrati jew dokumentati għall-finijiet ta' verifika tal-legittimità tal-ipproċessar tad-dejta, l-awto-monitoraġġ u l-iżgurar tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-dejta.

 

1b. Ir-reġistrazzjonijiet u d-dokumenti li jirriżultaw għandhom isiru disponibbli lill-awtorità ta’ superviżjoni meta din titlobhom. L-awtorità ta’ superviżjoni għandha tuża din l-informazzjoni biss għall-finijiet ta' verifika tal-legittimità tal-ipproċessar tad-dejta u l-iżgurar tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Abbażi tal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI. Din l-emenda tħassar ir-responsabbiltajiet fuq livell nazzjonali u tirreferi biss għat-trażmissjonijiet transkonfinali, li ma jissodisfax l-għan ta’ din id-Direttiva, iwarrabha aktar mir-Regolament u l-hekk imsejjaħ pakkett armonizzat kollu. Tal-inqas l-emenda msemmija hawn fuq tiżgura xi dispożizzjoni fuq livell nazzjonali, għalkemm tkun mixtieqa r-riintegrazzjoni tal-oriġinal għall-armonizzazzjoni mar-Regolament.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur u l-proċessur jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jassiguraw livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskji rappreżentati mill-ipproċessar u n-natura tad-dejta li trid tiġi protetta, waqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jimplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi għall-prevenzjoni ta’:

 

(a) qerda aċċidentali jew illegali,

 

(b) telfa aċċidentali,

 

(c) alterazzjoni mhux awtorizzat,

 

(d) żvelar jew aċċess mhux awtorizzati, b'mod partikolari meta l-ipproċessar jinvolvi trażmissjoni f’netwerk jew li ssir disponibbli permezz ta’ aċċess awtomatizzat dirett, u

 

(e) kwalunkwe forma oħra tal-ipproċessar illegali ta' dejta personali.

 

Il-miżuri għandhom jassiguraw livell ta’ sigurtà xieraq għar-riskji rappreżentati mill-ipproċessar u n-natura tad-dejta li trid tiġi protetta, waqt li jitqiesu l-aħħar żviluppi u l-kost tal-implimentazzjoni tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Ir-reviżjoni magħmula f'dan l-Artikolu ttieħdet mill-Artikolu 22(1) tad-Deċiżjoni Qafas.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta, kull Stat Membru għandu jipprovdi li l-kontrollur jew il-proċessur, wara evalwazzjoni tar-riskji, jimplimenta miżuri mfasslin sabiex:

2. Fir-rigward tal-ipproċessar awtomatizzat tad-dejta, kull Stat Membru għandu jieħu miżuri xierqa sabiex:

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 2 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j) jassiguraw li l-funzjonijiet tas-sistema jaħdmu, li s-sejbien ta’ żbalji fil-funzjonijiet jiġi rrappurtat (affidabbiltà) u li d-dejta maħżuna ma tistax tiġi korrotta permezz ta’ funzjonament ħażin tas-sistema (integrità).

(Ma jaffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 27 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Fejn ikun meħtieġ, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għal diversi sitwazzjonijiet, speċjalment standards ta’ kriptaġġ. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

3. Fejn ikun meħtieġ, l-Istati Membri jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet biex jispeċifikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 għal diversi sitwazzjonijiet, speċjalment standards ta’ kriptaġġ.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li f’każ ta’ ksur tad-dejta personali, il-kontrollur jinnotifika, mingħajr dewmien bla bżonn u, fejn possibbli, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkun sar jaf bih, il-ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni. Il-kontrollur għandu jipprovdi, jekk mitlub, ġustifikazzjoni raġunata lill-awtorità ta’ superviżjoni f’każijiet fejn in-notifikazzjoni ma ssirx fi żmien 24 siegħa.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li f’każ ta’ ksur tad-dejta personali, il-kontrollur jinnotifika, mingħajr dewmien bla bżonn u wara li jkun sar jaf bih, il-ksur tad-dejta personali lill-awtorità ta’ superviżjoni. Għall-ksur l-aktar serju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinnotifika l-ksur lill-awtorità ta’ superviżjoni sa mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkun sar jaf bih.

Ġustifikazzjoni

Hija burokrazija żejda li l-kontrolluri tad-dejta jintalbu jinnotifikaw il-ksur kollu mhux aktar tard minn 24 siegħa wara li jkunu saru jafu bihom, u anke li jintalbu jagħtu ġustifikazzjoni motivata.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 28 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 56 sabiex tispeċifika aktar il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbiliment tal-ksur tad-dejta msemmi fil-paragrafi 1 u 2 u għaċ-ċirkustanzi partikolari li fihom kontrollur u proċessur ikunu meħtieġa jinnotifikaw il-ksur tad-dejta personali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-kriterji u r-rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ ksur ta’ dejta huma diġà speċifikati biżżejjed fil-paragrafu 1. Id-delega ta' setgħat leġiżlattivi proposta għandha fi kwalunkwe każ tolqot elementi essenzjali li ma jistgħux jiġu ddelegati u li għandhom ikunu speċifikati f'att bażiku. Bidla korrispondenti hija wkoll issuġġerita fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 28a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 28a

 

Konsultazzjoni minn qabel

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni kompetenti jkunu kkonsultati qabel l-ipproċessar ta' dejta personali li tkun tagħmel parti minn sistema ġdida ta' arkivjar li tkun ser tinħoloq fejn:

 

(a) jiġu pproċessati kategoriji speċjali ta' dejta skont l-Artikolu 8, jew

 

(b) it-tip ta' pproċessar, partikolarment bl-użu ta' teknoloġiji, mekkaniżmi jew proċeduri ġodda, jinvolvi riskji speċifiċi mod ieħor għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, u partikolarment il-privatezza, tas-suġġett tad-dejta.

Ġustifikazzjoni

Jiġi adottat it-test mill-Artikolu 23 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 31 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta ma jistax jiġi żvantaġġjat minħabba l-qadi ta' dmirijietu. It-tneħħija tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-dejta mhijiex permessa matul l-attività tiegħu u sa sena wara t-terminazzjoni tal-kariga tiegħu, ħlief jekk ma jkunx hemm fatti li jagħtu raġuni sinifikanti ġustifikabbli lill-kontrollur għat-terminazzjoni.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali;

(a) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-prevenzjoni tar-riskji, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali; kif ukoll

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 33 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu jiġu mħarsa mill-kontrollur u l-proċessur.

(b) il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Kapitolu jiġu mħarsa.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta ma tkunx teżisti deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) …./2012, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni billi tqis l-elementi li ġejjin:

2. Meta ma tkunx teżisti deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) …./2012, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni billi tqis iċ-ċirkostanzi kollha, li huma ġeneralment importanti fit-trasferimenti ta’ dejta jew kategoriji ta' trasferimenti ta’ dejta u jistgħu jiġu evalwati b'mod iżolat minn proċessi ta’ trasferiment konkreti. Il-valutazzjoni ssir partikolarment b’kunsiderazzjoni tal-elementi li ġejjin

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, li pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali jassigura livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2).

3. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 56 biex jissupplimentaw il-lista fl-Anness [x] ta' pajjiżi terzi, territorji jew setturi tal-ipproċessar f’pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jiżguraw livell adegwat ta' protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2. Fid-determinazzjoni tal-livell ta' protezzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra jekk il-leġiżlazzjoni rilevanti fis-seħħ, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, fil-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali, tiggarantixxix drittijiet effettivi u infurzabbli li jinkludu rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li d-dejta personali tagħhom tkun qed tiġi ttrasferita.

Ġustifikazzjoni

Minħabba n-natura estensiva tad-determinazzjonijiet involuti, dawn imorru lil hinn minn dak li hu meħtieġ għal kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni, u dawn l-elementi mhux essenzjali għandhom għalhekk ikunu suġġett ta' delega tal-poter leġiżlattiv skont l-Artikolu 290 TFUE. Bidla korrispondenti hija wkoll issuġġerita fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-att ta’ implimentazzjoni għandu jispeċifika l-applikazzjoni ġeografika u settorjali tiegħu, u, fejn applikabbli, jidentifika l-awtorità ta’ superviżjoni msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2.

4. Skont l-Artikolu 340(2) TFUE u l-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Unjoni għandha, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri, tagħmel tajjeb għal kull ħsara kkawżata mill-istituzzjonijiet tagħha fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, inkluża kwalunkwe ħsara minħabba l-użu ħażin tad-dejta personali wara determinazzjoni żbaljata skont il-paragrafi 2 u 3.

Ġustifikazzjoni

Ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni fil-każijiet fejn determinazzjonijiet żbaljati huma magħmula fuq il-bażi tal-kriterji fil-paragrafi 2 u 3, barra minn hekk, għandha tkun espliċita.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva li pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali ma jassigurax livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-paragrafu 2, b’mod partikolari f’każijiet fejn il-leġiżlazzjoni rilevanti, kemm ġenerali kif ukoll settorjali, li tkun fis-seħħ fil-pajjiż terz jew fl-organizzazzjoni internazzjonali, ma tiggarantix drittijiet effettivi u infurzabbli fosthom rimedju amministrattiv u ġudizzjarju effettiv għas-suġġetti tad-dejta, b’mod partikolari għal dawk is-suġġetti tad-dejta li tkun qed tiġi trasferita d-dejta personali tagħhom. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 57(2), jew, f’każijiet ta’ urġenza estrema għall-individwi fir-rigward tad-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-dejta personali, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 57(3).

imħassar

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li meta l-Kummissjoni tiddeċiedi, skont il-paragrafu 5, li kwalunkwe trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali inkwistjoni, għandu jkun ipprojbit, din id-deċiżjoni għandha tkun mingħajr preġudizzju għat-trasferimenti skont l-Artikolu 35(1) jew skont l-Artikolu 36. Fi żmien debitu, il-Kummissjoni għandha tidħol f’konsultazzjonijiet mal-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali bil-għan li tirrimedja s-sitwazzjoni li tirriżulta mid-Deċiżjoni meħuda skont il-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

imħassar

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 34 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-applikazzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 3 u 5.

imħassar

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 35

imħassar

Trasferimenti b’salvagwardji xierqa

 

1. Fejn il-Kummissjoni ma teħux deċiżjoni skont l-Artikolu 34, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li trasferiment ta' dejta personali lil riċevitur f'pajjiż terz jew f'organizzazzjoni internazzjonali jista' jsir fejn:

 

(a) jinġiebu salvagwardji xierqa fi strument legalment vinkolanti fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali; or

 

(b) il-kontrollur jew il-proċessur jevalwa ċ-ċirkustanzi kollha li jkollhom x'jaqsmu mat-trasferiment tad-dejta personali u jikkonkludi li jeżistu asalvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali.

 

2. Id-deċiżjoni għat-trasferimenti skont il-paragrafu 1 (b) għandha titteħed minn persunal debitament awtorizzat. Dawk it-trasferimenti jridu jiġu dokumentati u d-dokumentazzjoni trid issir disponibbli għall-awtorità ta’ superviżjoni meta titlobha.

 

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 35a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 35a

 

Trasferimenti b’salvagwardji xierqa

 

1. Fejn il-Kummissjoni ma tiħux deċiżjoni skont l-Artikolu 34, dejta personali tista’ tiġi ttrasferita lil riċevitur f'pajjiż terz jew f'organizzazzjoni internazzjonali, fejn:

 

(a) jinġiebu salvagwardji xierqa fi strument legalment vinkolanti fir-rigward tal-protezzjoni ta’ dejta personali;

 

(b) il-kontrollur jew il-proċessur jevalwa ċ-ċirkustanzi kollha li ġeneralment ikollhom x'jaqsmu mat-trasferiment tad-dejta personali (l-Artikolu 34(2)) u jikkonkludi li jeżistu salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta personali, jew

 

(c) it-trasferiment tad-dejta personali anke wara li l-Kummissjoni tistabbilixxi li m’hemmx livell adegwat ta' protezzjoni huwa ammissibbli f’każ speċifiku (l-Artikolu 36).

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 35b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 35b

 

Trasferiment ta’ dejta personali li toriġina minn Stati Membri oħra

 

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull trasferiment minn awtoritajiet kompetenti ta’ dejta personali li tiġi trażmessa jew ipprovduta mill-awtoritajiet responsabbli ta’ Stat Membru ieħor, inkluż trasferiment ulterjuri ′l quddiem lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali, jista' jseħħ biss jekk:

 

(a) ir-riċevitur fil-pajjiż terz jew il-korp internazzjonali destinatarju huwa responsabbli għall-prevenzjoni ta’ riskju jew l-investigazzjoni, l-iżvelar jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali;

 

(b) l-Istat Membru li jkun ittrasferixxa d-dejta ta l-kunsens tiegħu għat-trasferiment f'konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, u

 

(c) fil-każijiet koperti mill-paragrafu 3 tal-Artikolu 34(a) u l-Artikolu 35(b) u (c), l-Istat Membru minn fejn ġiet trasferita d-dejta jqis ukoll li, f’konformità mal-liġi nazzjonali tiegħu, jeżistu salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta trasferita.

 

2. It-trasferiment ′il quddiem mingħajr il-kunsens minn qabel skont il-paragrafu 1(b) għandu jkun permess biss jekk it-trasferiment tad-dejta jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta' theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta' Stat Membru jew Stat terz jew għall-interessi essenzjali ta' Stat Membru u l-kunsens minn qabel ma jkunx jista' jinkiseb fil-ħin. L-awtorità responsabbli għall-għoti ta' kunsens għandha tkun infurmata mingħajr dewmien.

 

3. B’deroga mill-paragrafu 1(c), it-trasferiment ′il quddiem tad-dejta personali jista’ jseħħ jekk il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jittrasferixxi d-dejta tipprovdi għal dan abbażi ta’:

 

(a) l-interessi kostrinġenti u leġittimi tas-suġġett tad-dejta jew

 

(b) abbażi tal-interessi leġittimi prevalenti, speċjalment l-interessi pubbliċi importanti.

 

4. Dejta personali tista' tingħata lil partijiet privati biss skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 tal-Artikoli 7(a) u 7(b).

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 35b jikkorrispondi mal-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni ta’ Qafas 2088/977/ĠAI; dan idaħħal regoli speċjali dwar il-ġestjoni ta’ dejta minn Stati Membri oħra u jipprovdilhom protezzjoni speċjali. Din id-dispożizzjoni sservi biex tipproteġi lill-Istat Membru li minnha toriġina d-dejta u b’hekk toħloq il-kunfidenza meħtieġa għad-dejta interna tal-Unjoni fuq il-bażi li d-dejta trażmessa ma tkunx ipproċessata aktar minn stati ospitanti kif jagħżlu huma.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 36

imħassar

Derogi

 

B’deroga għall-Artikoli 34 u 35, l-Istati Membri għandhom jipprovdu li trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jsir biss bil-kundizzjoni li:

 

(a) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-protezzjoni tal-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra;

 

(b) it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta meta l-liġi tal-Istat Membru li jkun qiegħed jittrasferixxi d-dejta personali tipprovdi dan; or

 

(c) it-trasferiment tad-dejta jkun essenzjali għall-prevenzjoni ta’ theddida immedjata u serja għas-sigurtà pubblika ta’ Stat Membru jew ta’ pajjiż terz; or

 

(d) it-trasferiment ikun meħtieġ f’każijiet individwali għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali; or

 

(e) it-trasferiment ikun meħtieġ f’każijiet individwali għat-twaqqif, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali speċifiku jew l-eżekuzzjoni ta’ piena kriminali speċifika.

 

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 36a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 36a

 

Eċċezzjonijiet fit-trasferiment ta’ dejta wara l-kunsiderazzjoni tal-interessi f'każ individwali konkret

 

1. Fejn il-Kummissjoni tiddetermina skont l-Artikolu 34(5), li ma jeżistix livell adegwat ta’ protezzjoni, dejta personali ma tistax tiġi trasferita lejn il-pajjiż terz jew territorju jew settur tal-ipproċessar f'dak il-pajjiż terz, jew lill-organizzazzjoni internazzjonali konċernata jekk, fil-każ inkwistjoni, l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta li jipprevjenu kwalunkwe trasferiment simili jkunu akbar mill-interess pubbliku fit-trasferiment ta’ dejta simili

 

2. L-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni fis-seħħ fil-każ inkwistjoni għandha tkun waħda mill-fatturi li titqies meta jitqabblu l-merti tal-interessi konkorrenti involuti. L-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-livell ta’ protezzjoni fil-każ inkwistjoni għandha tqis b'mod partikolari ċ-ċirkostanzi tat-trasferiment propost ta’ dejta, inkluż l-aktar

 

(a) in-natura tad-dejta li għandha tiġi trasferita,

 

(b) l-għan(ijiet) tat-trasferiment tagħha, u

 

(c) it-tul ta' żmien ta' pproċessar ippjanat fil-pajjiż terz.

 

3. B’deroga mill-Artikoli 1 u 35, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jista’ jsir biss bil-kundizzjoni li:

 

(a) it-trasferiment huwa meħtieġ għas-salvagwardja tal-interessi vitali u leġittimi tas-suġġett tad-dejta jew ta’ persuna oħra, partikolarment f’termini tas-sigurezza u l-benesseri fiżiċi tagħhom;

 

(b) it-trasferiment ikun meħtieġ sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi leġittimi tas-suġġett tad-dejta meta l-liġi tal-Istat Membru li jkun qiegħed jittrasferixxi d-dejta personali tipprovdi dan; jew

 

(c) it-trasferiment ikun meħtieġ għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali; jew

 

(d) it-trasferiment ikun meħtieġ f’każijiet individwali għat-twaqqif, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ talbiet legali relatati mal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali speċifiku jew l-eżekuzzjoni ta’ piena kriminali speċifika.

 

4. F’każijiet individwali jista’ jeżisti standard adegwat ta’ protezzjoni jekk il-pajjiż terz jew territorju, settur tal-ipproċessar jew korp interstatali jew sovranazzjonali f’dak il-pajjiż terz, jew l-organizzazzjoni internazzjonali, jiggarantixxu li d-dejta trasferita tirċievi livell adegwat ta’ protezzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-formulazzjoni l-ġdida tal-Artikolu 36 issegwi l-loġika tal-Artikoli 34 u 35. F'każijiet individwali strettament limitati, għandu jkun possibbli li d-dejta tiġi trasferita - taħt kundizzjonijiet stretti ħafna - lil pajjiżi terzi li l-istandards ta’ protezzjoni tad-dejta tagħhom huma meqjusa inadegwati biex jissalvagwardjaw interessi tal-akbar importanza, pereżempju l-ħajja u l-integrità tal-persuna.

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma lir-riċevitur tad-dejta personali bi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-ipproċessar u jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jassigura li dawn ir-restrizzjonijiet jiġu rrispettati.

L-Istati Membri għandhom jipprovdu li l-kontrollur jinforma lir-riċevitur tad-dejta personali bi kwalunkwe restrizzjonijiet fuq l-ipproċessar u jieħu l-passi kollha raġonevoli biex jassigura li dawn ir-restrizzjonijiet jiġu rrispettati. L-ewwel sentenza għandha tapplika ukoll għal kull restrizzjoni fuq l-ipproċessar li magħha l-kontrollur għandu jikkonforma skont il-paragrafu 3 tal-Artikolu 7(a).

Ġustifikazzjoni

Meta d-dejta tiġi ttrasferita fl-UE, il-limitazzjonijiet tal-ipproċessar nazzjonali japplikaw saħansitra iktar, anki jekk din id-dejta mbagħad terġa’ tiġi mgħoddija lil pajjiż terz. Altrimenti, ma jkunx hemm il-kunfidenza għall-iskambju tad-dejta intern fl-UE.

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 38 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa sabiex ittejjeb ir-relazzjoni ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u b’mod partikolari l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tagħhom, meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li dawn jassiguraw livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 34(3).

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, sabiex ittejjeb ir-relazzjoni ma’ pajjiżi terzi jew ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u b’mod partikolari l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tagħhom, meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li dawn jassiguraw livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 34(3). B’hekk, il-Kummissjoni tirrispetta u tissalvagwardja l-kompetenzi tal-Istati Membri u l-miżuri legali jew reali li ttieħdu fl-eżerċizzju ta’ dawn il-kompetenzi.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 41 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta jiskadi t-terminu tal-ħatra jew il-membru jirriżenja, il-membru għandu jkompli jeżerċita d-dmirijiet tiegħu sakemm jinħatar membru ġdid.

5. Meta jiskadi t-terminu tal-ħatra jew il-membru jirriżenja, il-membru għandu, jekk jintalab hekk, ikompli jeżerċita d-dmirijiet tiegħu sakemm jinħatar membru ġdid.

Ġustifikazzjoni

Preċiżament fil-każ ta’ tkeċċija minħabba mġiba ħażina serja, il-kontinwazzjoni inkondizzjonata tal-attività tkun projbittiva sakemm jinħatar suċċessur. Għalhekk, kontinwazzjoni tal-attività sseħħ “meta tintalab”.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni teżerċita, fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess, is-setgħat mogħtija lilha skont din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li kull awtorità ta’ superviżjoni teżerċita, fit-territorju tal-Istat Membru tagħha stess, mill-inqas is-setgħat mogħtija lilha skont din id-Direttiva.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) tissorvelja u tassigura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħha;

(a) tissorvelja u tassigura l-applikazzjoni, mill-inqas, tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u l-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħha;

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) tisma’ l-ilmenti mressqa minn kwalunkwe suġġett tad-dejta, jew minn assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil dak is-suġġett u li għandha mandat xieraq mingħandhom skont l-Artikolu 50, tinvestiga, safejn ikun xieraq, il-kwistjoni u tinforma lis-suġġett tad-dejta jew lill-assoċjazzjoni dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli, b’mod partikolari meta tkun meħtieġa aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma’xi awtorità ta’ superviżjoni oħra;

(b) tisma’ l-ilmenti mressqa minn kwalunkwe suġġett tad-dejta, tinvestiga, sa fejn ikun xieraq, il-kwistjoni u tinforma lis-suġġett tad-dejta dwar il-progress u l-eżitu tal-ilment fi żmien raġonevoli, b’mod partikolari meta tkun meħtieġa aktar investigazzjoni jew koordinazzjoni ma’ xi awtorità ta’ superviżjoni oħra;

Ġustifikazzjoni

Emenda konsegwenzjali għat-tħassir tad-dritt dwar azzjoni kollettiva fl-Artikolu 50.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 45 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) twettaq investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq il-bażi ta’ lment, jew fuq talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, u tinforma lis-suġġett tad-dejta kkonċernat, jekk is-suġġett tad-dejta jkun indirizza lment, dwar l-eżitu tal-investigazzjonijiet fi żmien raġonevoli;

(e) twettaq investigazzjonijiet fuq il-bażi ta’ lment, jew fuq talba ta’ awtorità ta’ superviżjoni oħra, u tinforma lis-suġġett tad-dejta kkonċernat, jekk is-suġġett tad-dejta jkun indirizza lment, dwar l-eżitu tal-investigazzjonijiet fi żmien raġonevoli; l-awtorità ta’ superviżjoni tista’ twettaq dawn l-investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess, fil-limiti tal-liġi nazzjonali;

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 46 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) is-setgħa li tidħol fi proċedimenti legali meta d-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa ta’ din id-Direttiva ikunu nkisru jew li tressaq dan il-ksur għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji.

(c) is-setgħa li tidħol fi proċedimenti legali meta d-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa ta’ din id-Direttiva ikunu nkisru jew li tressaq dan il-ksur għall-attenzjoni tal-awtoritajiet ġudizzjarji. Deċiżjonijiet mill-awtorità ta' superviżjoni li jagħtu lok għal ilmenti jistgħu jiġu appellati fil-qrati.

Ġustifikazzjoni

Teżisti l-possibilità li jinbdew proċeduri legali kontra deċiżjonijiet li jikkawżaw preġudizzju. Id-drittijiet tal-proċeduri legali inklużi huma evidenti, il-formulazzjoni ttieħdet testwalment mill-Artikolu 25(2) l-ittra c tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 49 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni ta’ dejta personali fl-Unjoni, inkluż dwar kwalunkwe emenda proposta għal din id-Direttiva;

(a) jagħti parir lill-Istituzzjonijiet Ewropej dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni tad-dejta personali fl-Unjoni, inkluż dwar kwalunkwe emenda proposta għal dan ir-Regolament;

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 52 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv disponibbli, inkluż id-dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt ta’ kull persuna fiżika għal rimedju ġudizzjarju jekk din tħoss li d-drittijiet tagħha stabbiliti fid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva ġew miksura b’riżultat tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħha f’nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju amministrattiv disponibbli, inkluż id-dritt li jitressaq ilment quddiem awtorità ta’ superviżjoni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għad-dritt ta’ kull persuna fiżika għal rimedju ġudizzjarju jekk id-drittijiet tagħha stabbiliti fid-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva ġew miksura b’riżultat tal-ipproċessar tad-dejta personali tagħha f’nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li persuna li tkun sofriet ħsara minħabba operazzjoni ta’ pproċessar illegali jew azzjoni li ma tkunx kompatibbli mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, għandha jkollha d-dritt li tirċievi kumpens mill-kontrollur jew il-proċessur għall-ħsara li tkun sofriet.

1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu li persuna li tkun sofriet ħsara minħabba operazzjoni ta’ pproċessar illegali jew azzjoni li ma tkunx kompatibbli mad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, għandha jkollha d-dritt li tirċievi kumpens mill-kontrollur jew il-proċessur għall-ħsara li tkun sofriet skont il-liġi nazzjonali.

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 54 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1 a. Fejn awtorità kompetenti ta' Stat Membru tkun ittrasferixxiet dejta personali, id-destinatarju ma jistax, fil-kuntest tar-responsabbiltà tiegħu vis-à-vis l-parti milquta b'mod konformi mal-liġi nazzjonali, isemmi bħala difiża li d-dejta ttrasferita ma kinitx eżatta. Jekk id-destinatarju jħallas kumpens għal dannu kkaġunat bl-użu ta' dejta mhux ittrasferita korrettament, l-awtorità kompetenti li tittrasferixxi għandha tirrifondi lid-destinatarju l-ammont imħallas f'danni, b'kont meħud ta' kwalunkwe żball li jista' jkun hemm min-naħa tad-destinatarju

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 19(1) u (2) mid-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex jiżguraw l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u għandhom b’mod partikolari jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jassiguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Ġustifikazzjoni

Ara l-Artikolu 24 tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI.

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 28(5) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 34(3) għandha tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Emenda konsegwenzjali minħabba t-tħassir tad-delega fl-Artikolu 28(5) u l-bidla mill-implimentazzjoni għall-atti delegati fl-Artikolu 34(3).

Emenda  94

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 28(5) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ.

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 34(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija m’għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi atti delegati li diġà jkunu fis-seħħ.

Ġustifikazzjoni

Emenda konsegwenzjali minħabba t-tħassir tad-delega fl-Artikolu 28(5) u l-bidla mill-implimentazzjoni għall-atti delegati fl-Artikolu 34(3).

Emenda  95

Proposta għal direttiva

Artikolu 56 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 28(5) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 34(3) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Ġustifikazzjoni

Emenda konsegwenzjali minħabba t-tħassir tad-delega fl-Artikolu 28(5) u l-bidla mill-implimentazzjoni għall-atti delegati fl-Artikolu 34(3).

Emenda  96

Proposta għal direttiva

Artikolu 57 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Emenda konsegwenzjali minħabba l-bidliet magħmula fl-Artikolu 34(5).

Emenda  97

Proposta għal direttiva

Artikolu 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu emendati, fejn ikun meħtieġ, fi żmien ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva.

1. Il-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Istati Membri qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva għandhom jiġu emendati, fejn ikun meħtieġ, fi żmien għaxar snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva ħlief jekk dawn ikunu f’kull każ soġġetti għal kontrolli separati.

 

2. Minkejja l-paragrafu 1, ir-Regolamenti tal-Artikolu 36 f'każ ta' deċiżjoni dwar l-adegwatezza negattiva japplikaw b'analoġija l-ftehimiet internazzjonali konklużi qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Abbażi tad-diversità u l-kumplessità tal-ftehim internazzjonali eżistenti, perijodu ta' adattament ta' ħames snin huwa qasir wisq. Il-kontenut tar-Regolament tal-Artikolu 36 jista' japplika mhux biss bejn l-Istati Membri iżda wkoll japplika b'mod analogu għall-ftehimiet internazzjonali eżistenti.

Emenda  98

Proposta għal direttiva

Anness [x] (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness [x]

 

Lista tal-pajjiżi terzi, territorji jew setturi tal-ipproċessar f’pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jiżguraw livell adegwat ta’ protezzjoni fis-sens tal-Artikolu 34(2)

Ġustifikazzjoni

Emenda konsegwenzjali minħabba l-bidliet magħmula fl-Artikolu 34.

PROĊEDURA

Titolu

Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Direttiva)

Referenzi

COM(2012)0010 – C7-0024/2012 – 2012/0010(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

16.2.2012

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

14.6.2012

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Axel Voss

14.6.2012

Eżami fil-kumitat

18.12.2012

21.2.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

19.3.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

9

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raffaele Baldassarre, Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu, Françoise Castex, Christian Engström, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne, Jiří Maštálka, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner, Francesco Enrico Speroni, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Rainer Wieland, Cecilia Wikström, Tadeusz Zwiefka

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Piotr Borys, Eva Lichtenberger, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ricardo Cortés Lastra

PROĊEDURA

Titolu

Il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet ta’ prevenzjoni, investigazzjoni, sejbien jew prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u l-moviment liberu ta’ dik id-dejta (Direttiva)

Referenzi

COM(2012)0010 – C7-0024/2012 – 2012/0010(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.1.2012

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

16.2.2012

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

14.6.2012

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Dimitrios Droutsas

25.4.2012

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.2.2012

31.5.2012

9.7.2012

19.9.2012

 

5.11.2012

10.1.2013

21.1.2013

20.3.2013

 

7.5.2013

9.7.2013

21.10.2013

 

Data tal-adozzjoni

21.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

20

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Roberta Angelilli, Edit Bauer, Rita Borsellino, Emine Bozkurt, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Salvatore Caronna, Philip Claeys, Carlos Coelho, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Ioan Enciu, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Kinga Gál, Kinga Göncz, Sylvie Guillaume, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Juan Fernando López Aguilar, Baroness Sarah Ludford, Clemente Mastella, Véronique Mathieu Houillon, Anthea McIntyre, Nuno Melo, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, Georgios Papanikolaou, Carmen Romero López, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Wim van de Camp, Axel Voss, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Alexander Alvaro, Silvia Costa, Dimitrios Droutsas, Evelyne Gebhardt, Monika Hohlmeier, Jan Mulder, Raül Romeva i Rueda, Carl Schlyter, Marco Scurria

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Pierre Audy, Pilar Ayuso, Miloslav Ransdorf, Britta Reimers, Kay Swinburne, Rafał Trzaskowski

Data tat-tressiq

22.11.2013