RAPPORT dwar l-abbozz għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla fl-istatus tal-Majott
28.11.2013 - (14220/2013 – C7‑0355/2013– 2013/0189(NLE)) - *
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
Rapporteur: Pervenche Berès
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar l-abbozz għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla fl-istatus tal-Majott
(14220/2013 – C7‑0355/2013 – 2013/0189(NLE))
(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0413) u l-abbozz tal-Kunsill (14220/2013),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7‑0355/2013)),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 155(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li hu l-bażi ġuridika magħżula mill-Kummissjoni għall-proposta tagħha.
– wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A7‑0414/2013),
1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill kif emendat;
2. Jinnota li l-Kunsill ikkonsulta l-Parlament Ewropew dwar l-abbozz ta' direttiva, minkejja li tali konsultazzjoni mhix meħtieġa taħt il-bażi ġuridika proposta mill-Kummissjoni;
3. Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;
4. Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;
5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal direttiva Titlu | ||||||||||||||||
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||
|
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla fl-istatus tal-Majott |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla fl-istatus tal-Majott | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li terġa' tintroduċi t-test tal-proposta tal-Kummissjoni bbażat fuq l-Artikolu 155(2) tat-TFUE. | ||||||||||||||||
Emenda 2 Abbozz ta' direttiva Kunsiderazzjoni 1 | ||||||||||||||||
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||
|
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu, |
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 155(2) u 349 tiegħu, | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Din l-emenda tippromwovi bażi leġiżlattiva doppja għal din il-proċedura bl-għan li żżomm lill-Parlament bħala koleġiżlatur u minħabba t-titjib propost mill-Kunsill filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċjali u l-limitazzjonijiet tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku. | ||||||||||||||||
Emenda 3 Abbozz ta' direttiva Kunsiderazzjoni 5 | ||||||||||||||||
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||
|
Filwaqt li jaġixxi f'konformità mal-proċedura leġislattiva speċjali, |
imħassar | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li terġa' tintroduċi t-test tal-proposta tal-Kummissjoni bbażat fuq l-Artikolu 155(2) tat-TFUE. | ||||||||||||||||
Emenda 4 Abbozz ta' direttiva Premessa 1 | ||||||||||||||||
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||
|
(1) Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/UE1, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jemenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea b'effett mill-1 ta' Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data 'l quddiem, il-Majott mhux ser tibqa' territorju extra-Ewropew u ser issir reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikoli 349 u 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. B'segwitu għal din il-bidla fl-istatus legali tal-Majott, id-dritt tal-Unjoni ser japplika għall-Majott mill-1 ta' Jannar 2014. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti ċerti miżuri speċifiċi, iġġustifikati mis-sitwazzjoni soċjali u ekonomika strutturali partikolari tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku, dwar il-kondizzjonijiet speċjali tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. |
(1) Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/UE1, il-Kunsill Ewropew iddeċieda li jemenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea b'effett mill-1 ta' Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data 'l quddiem, il-Majott mhux ser tibqa' territorju extra-Ewropew u ser issir reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikoli 349 u 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. B'segwitu għal din il-bidla fl-istatus legali tal-Majott, id-dritt tal-Unjoni ser japplika għall-Majott mill-1 ta' Jannar 2014. Madankollu, għandhom jiġu stabbiliti ċerti miżuri speċifiċi, iġġustifikati mis-sitwazzjoni soċjali u ekonomika strutturali partikolari tal-Majott bħala reġjun ultraperiferiku. | |||||||||||||||
|
__________________ |
__________________ | |||||||||||||||
|
1 ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131. |
1 ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131 | |||||||||||||||
Emenda 5 Abbozz ta' direttiva Forma solenni | ||||||||||||||||
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||
|
ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li terġa' tintroduċi t-test tal-proposta tal-Kummissjoni bbażat fuq l-Artikolu 155(2) tat-TFUE. | ||||||||||||||||
Emenda 6 Abbozz ta' direttiva Artikolu 1 Direttiva 2010/18/UE Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 | ||||||||||||||||
| ||||||||||||||||
Emenda 7 Abbozz ta' direttiva Artikolu 2 | ||||||||||||||||
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||
|
Din id-Direttiva hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża. |
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li terġa' tintroduċi t-test tal-proposta tal-Kummissjoni bbażat fuq l-Artikolu 155(2) tat-TFUE. | ||||||||||||||||
Emenda 8 Abbozz ta' direttiva Artikolu 3 | ||||||||||||||||
|
Abbozz tal-Kunsill |
Emenda | |||||||||||||||
|
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014. |
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014. | |||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||
Din l-emenda għandha l-għan li terġa' tintroduċi t-test tal-proposta tal-Kummissjoni bbażat fuq l-Artikolu 155(2) tat-TFUE. | ||||||||||||||||
NOTA SPJEGATTIVA
Il-proposta
B'rispons għal talba mill-awtoritajiet Franċiżi biex tiġi differita d-data ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/18/UE[1] konkluża mis-sħab soċjali bil-għan li jiġi implimentat ftehim dwar il-liv tal-ġenituri fuq livell Ewropew, il-Kummissjoni tipproponi li dan id-differiment jiġi approvat, sabiex jiġi żgurat il-ksib progressiv ta' trattament ugwali fil-qasam partikolari tal-liv tal-ġenituri u sabiex ma jiġix distabbilizzat l-iżvilupp ekonomiku tal-Majott.
Il-bażijiet ġuridiċi proposti
Il-Kummissjoni qed tibbaża l-proposta tagħha fuq l-Artikolu 155(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li bih il-Kunsill jiddeċiedi dwar l-implimentazzjoni ta' ftehimiet dwar min imexxi u l-ħaddiema fuq proposta mill-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropej għandu jiġi infurmat. Il-Kunsill, għal kuntrarju, qed jipproponi bidla fil-bażi ġuridika għall-Artikolu 349 tat-TFUE dwar miżuri speċifiċi għal reġjuni ultraperiferiċi, li biha l-Kunsill jadotta dawn il-miżuri fuq proposta mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta lill-Parlament.
Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali (JURI) tal-Parlament Ewropew jieħu l-pożizzjoni li l-bażi ġuridika magħżula mill-Kummissjoni għandha titqies li hi korretta. Peress li l-bażi ġuridika tad-direttiva emendata kienet l-Artikolu 155(2) tat-TFUE, l-istess bażi ġuridika għandha tintuża għall-proposta kurrenti għal att li jemenda.
Konklużjoni
Ir-Rapporteur issegwi l-opinjoni tal-Kumitat JURI dwar il-bażi ġuridika, li skontha l-bażi legali korretta għall-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba bidla fl-istatus tal-Majott hija l-Artikolu 155(2) tat-TFUE. Għaldaqstant ir-Rapporteur tipproponi li l-abbozz ta' proposta leġiżlattiva jiġi approvat, b'emendi bl-għan li t-test ikun magħmul konformi mal-bażi ġuridika li fuqha hija msejsa l-proposta tal-Kummissjoni.
- [1] Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE (ĠU L 68, 18.3.2010, p. 13).
OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI
Is-Sa Pervenche Berès
President
Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
BRUSSELL
Suġġett: Opinjoni dwar il-bażi ġuridika korretta għall-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba bidla fl-istatus tal-Majott [COM(2013)0413]
Sinjura President,
Matul il-laqgħa tal-14 ta' Ottubru 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali adotta opinjoni għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel dwar il-bażi ġuridika tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla fl-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni [COM(2013)0418].
Il-konklużjoni ta' dik l-opinjoni kienet li l-Kunsill għażel bażi ġuridika żbaljata u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda li jirrakkomanda lill-President biex jiftaħ każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiżgura li l-bażi ġuridika korretta tintuża għall-proposta. Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali rriserva d-dritt li jsegwi dan b'rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta' atti leġiżlattivi relatati fir-rigward tal-istatus tal-Majott.
Matul il-laqgħa tiegħu tal-5 ta' Novembru 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant adotta opinjonijiet fuq inizjattiva tiegħu, skont l-Artikolu 37(3) tar-Regoli tal-Proċedura, fir-rigward tal-bażijiet ġuridiċi ta' tliet proposti leġiżlattivi addizzjonali fir-rigward tal-Majott li qegħdin jiġu ttrattati f'kumitati differenti, inkluża l-proposta msemmija hawn fuq fil-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali.
I - Sfond
Wara referendum fl-2009, dik li kienet il-komunità extra-Ewropea Franċiża tal-Majott, li tinsab fit-Tramuntana tal-Madagaskar fl-Oċean Indjan, saret dipartiment Franċiż extra-Ewropew sa mill-31 ta' Marzu 2011, u permezz ta' ittra tas-26 ta' Ottubru 2011[1], il-President ta' Franza b'hekk talab lill-President tal-Kunsill Ewropew biex jibda l-proċedura skont l-Artikolu 355(6) tat-TFUE sabiex jadotta deċiżjoni li temenda l-istatus tal-Majott fl-ambitu tat-Trattati tal-UE minn pajjiż jew territorju extra-Ewropew għal reġjun ultraperiferiku. L-ittra kienet tirreferi wkoll għad-Dikjarazzjoni Nru 43 dwar l-Artikolu 355(6) tat-TFUE, li fiha l-kliem li ġej:
Il-Partijiet Kontraenti Għolja jaqblu li l-Kunsill Ewropew, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 355(6) ser jieħu deċiżjoni li twassal għall-modifika tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni, sabiex dan it-territorju jiġi kkunsidrat bħala reġjun ultraperiferiku fis-sens tal-Artikolu 355(1) u l-Artikolu 349 meta l-awtoritajiet Franċiżi jinnotifikaw lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni li l-evoluzzjoni kurrenti fl-istatus intern tal-gżira tippermetti dan.
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni[2] b'konformità mal-Artikolu 355(6) tat-TFUE, fit-12 ta' Lulju 2012 il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni msemmija hawn fuq b'mod unanimu.
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni jiddikjara li b'effett mill-2014, il-Majott ma jibqax pajjiż jew territorju extra-Ewropew, li japplikaw għalih id-dispożizzjonijiet tar-raba' parti tat-TFUE, u jsir reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-TFUE. L-Artikolu 2 jgħid kif ġej:
Artikolu 2
It-TFUE għandu jiġi emendat kif ġej:
(1) fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349, it-terminu "tal-Majott" għandu jiddaħħal wara t-terminu "tal-Martinique";
(2) fl-Artikolu 355(1), it-terminu "għall-Majott" għandu jiddaħħal wara t-terminu "għall-Martinique";
(3) fl-Anness II, għandu jitħassar is-sitt inċiż.
Din id-Deċiżjoni għandha l-istess struttura u ġiet adottata permezz tal-istess proċedura bħal dik li ntużat għal Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew adottata fl-2010, li timmodifika l-istatus tal-gżira tal-Karibew Franċiż ta’ Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea minn reġjun ultraperiferiku għal pajjiż jew territorju extra-Ewropew[3].
Madankollu għandu jiġi nnutat li l-ebda waħda mill-emendi tat-test tat-TFUE skont dawn iż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew mhi riflessa fl-aħħar verżjoni konsolidata tat-TFUE, li ġiet ippubblikata fis-26 ta' Ottubru 2012[4]. Madankollu, dawn huma inklużi fil-verżjoni konsolidata tat-test tal-Kunsill stess[5].
Fl-14 ta' Ottubru 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali adotta l-opinjoni msemmija hawn fuq għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel li nkludiet il-konklużjoni li l-Kunsill għażel bażi ġuridika żbaljata.[6] Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda li jirrakkomanda lill-President biex jiftaħ każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiżgura li l-bażi ġuridika korretta tintuża għall-proposta, u biex jirrakkomanda li l-Parlament m'għandu jieħu l-ebda azzjoni fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE li temenda t-Trattat. Fir-rakkomandazzjoni tiegħu, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali rriserva d-dritt li jsegwi dan b'rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta' atti leġiżlattivi relatati fir-rigward tal-istatus tal-Majott.
Matul il-laqgħa tal-5 ta' Novembru 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant ivverifika l-bażi ġuridika ta' tliet proposti leġiżlattivi addizzjonali, inkluża l-proposta msemmija hawn isfel li għaliha l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali huwa l-kumitat responsabbli.
I – Il-bażi ġuridika tal-proposta biex tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba l-bidla fl-istatus tal-Majott
Il-proposta
B'rispons għal talba mill-awtoritajiet Franċiżi biex tiġi differita d-data ta' implimentazzjoni tad-Direttiva 2010/18/UE[7], bil-għan li jiġi implimentat ftehim dwar il-liv tal-ġenituri bejn soċjali fuq livell Ewropew, il-Kummissjoni tipproponi li dan id-differiment jiġi approvat, sabiex jiġi żgurat il-ksib progressiv ta' trattament ugwali u sabiex ma jiġix distabbilizzat l-iżvilupp ekonomiku tal-Majott.
Il-bażijiet ġuridiċi proposti
Il-Kummissjoni qed tibbaża l-proposta tagħha fuq l-Artikolu 155(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), fejn il-Kunsill jieħu deċiżjoni dwar l-implimentazzjoni ta' ftehimiet dwar min imexxi u l-ħaddiema fuq proposta mill-Kummissjoni, u l-Parlament Ewropej għandu jiġi infurmat. Il-Kunsill madankollu qed jipproponi bidla fil-bażi ġuridika tal-Artikolu 349 tat-TFUE dwar miżuri speċifiċi għal reġjuni ultraperiferiċi, li biha l-Kunsill jadotta dawn il-miżuri dwar proposta mill-Kummissjoni wara li tikkonsulta lill-Parlament.
Analiżi
Is-Servizz Legali huwa tal-fehma li peress li skont il-ġurisprudenza mill-Qorti tal-Ġustizzja l-għażla ta' bażi ġuridika ma tistax tkun ibbażata purament b'referenza għall-prerogattivi ta' istituzzjoni, minkejja li l-Parlament kien ikollu r-rwol akbar skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, peress li hemm korrispondenza fattwali bejn il-proposti differenti fil-pakkett tal-Majott u dawk il-fajls kollha għandhom ikunu analizzati flimkien bl-istess prinċipji, il-bażi ġuridika magħżula mill-Kummissjoni għandha titqies li hi korretta. Peress li l-bażi ġuridika tad-direttiva emendata kienet l-Artikolu 155(2) tat-TFUE, l-istess bażi ġuridika għandha tintuża għall-proposta kurrenti għal att li jemenda.
III - Konklużjoni u rakkomandazzjoni
Il-bażi ġuridika korretta għall-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE minħabba bidla fl-istatus tal-Majott hija l-Artikolu 155(2) tat-TFUE.
Fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta' Novembru 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda b'mod unanimu[8] li jieħu l-pożizzjoni li l-bażi ġuridika proposta mill-Kunsill, l-Artikolu 349 tat-TFUE, mhijiex korretta, u li l-bażi ġuridika proposta mill-Kummissjoni hija korretta.
Fuq din il-bażi, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda wkoll li jirrakkomanda lill-President tal-Parlament, skont l-Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura, biex jiftaħ każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ladarba d-deċiżjoni tal-Kunsill li jitlob l-opinjoni tal-Parlament tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali, sabiex jiġu salvagwardjati l-prerogattivi tal-Parlament b'konformità mal-Artikolu 13(2) tat-TUE.
Dejjem tiegħek,
Klaus-Heiner Lehne
- [1] Ara d-dokument tal-Kunsill EUCO 114/11 tal-15 ta’ Novembru 2011.
- [2] C(2012) 3506 finali, disponibbli fid-Dokument tal-Kunsill 11006/12.
- [3] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/718/UE tad-29 ta’ Ottubru 2010 li timmodifika l-istatus tal-gżira ta’ Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 325, 9.12.2010, p. 4).
- [4] http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2012:326:FULL:EN:PDF.
- [5] http://register.consilium.europa.eu/pdf/en/08/st06/st06655-re07.en08.pdf.
- [6] Ara l-ittra tas-16 ta' Ottubru 2013 tas-Sur Lehne indirizzata lis-Sur Groote.
- [7] Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE tat-8 ta' Marzu 2010 li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE (ĠU L 68, 18.3.2010, p. 13).
- [8] Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Baldassarre (Viċi President), Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu (Viċi President), Françoise Castex (Viċi President), Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne (President), Eva Lichtenberger, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner (Viċi President), József Szájer, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Zbigniew Ziobro, Tadeusz Zwiefka.
RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT
|
Data tal-adozzjoni |
26.11.2013 |
|
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
30 4 0 |
|||
|
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Heinz K. Becker, Phil Bennion, Pervenche Berès, Vilija Blinkevičiūtė, Alejandro Cercas, Derek Roland Clark, Minodora Cliveti, Emer Costello, Frédéric Daerden, Sari Essayah, Richard Falbr, Nadja Hirsch, Stephen Hughes, Ádám Kósa, Jean Lambert, Patrick Le Hyaric, Verónica Lope Fontagné, Olle Ludvigsson, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Elisabeth Schroedter, Nicole Sinclaire, Jutta Steinruck, Ruža Tomašić, Traian Ungureanu |
||||
|
Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali |
Georges Bach, Jürgen Creutzmann, Liisa Jaakonsaari, Jelko Kacin, Anthea McIntyre, Birgit Sippel, Csaba Sógor |
||||
|
Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Maurice Ponga |
||||