RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni

2.12.2013 - (COM(2013)0417 – C7‑0175/2013 – 2013/0191(COD))         - ***I

Kumitat għas-Sajd
Rapporteur: João Ferreira


Proċedura : 2013/0191(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0425/2013
Testi mressqa :
A7-0425/2013
Dibattiti :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni

(COM(2013)0417 – C7‑0175/2013 – 2013/0191(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–   wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0417),

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 43(2) u 168(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0175/2013),

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 349 u 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–   wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tat-18 ta' Settembru 2013[1],

–   wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A7-0425/2013),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43(2) u 168(4)(b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), l-Artikolu 168(4)(b) u l-Artikolu 349 tiegħu,

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/EU, il-Kunsill Ewropew emenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data l-Majott ma jibqax territorju barrani biex isir reġjun ultraperifiku skont l-Artikoli 349 u 355(1) TFUE. Il-liġi tal-Unjoni se tapplika għall-Majott mill-1 ta' Jannar 2014. Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal ċerti miżuri speċifiċi ġustifikati mis-sitwazzjoni partikolari tal-Majott f’għadd ta’ oqsma.

(1) Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/UE, il-Kunsill Ewropew emenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data l-Majott ma jibqax territorju barrani u jsir reġjun ultraperifiku skont l-Artikoli 349 u 355(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Wara din il-bidla fl-istatus legali tal-Majott, il-liġi tal-Unjoni se tapplika għall-Majott mill-1 ta' Jannar 2014. Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal ċerti miżuri speċifiċi ġustifikati mis-sitwazzjoni strutturali, soċjali u ekonomika partikolari tal-Majott, li hi aggravata minħabba l-bogħod, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija u l-klima diffiċli tagħha.

_____________

_____________

3 ĠU L 204, 31.7.2012,p.131

3 ĠU L 204, 31.7.2012, p.131

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar, l-ibħra madwar il-Majott għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ purse-seines dwar ġlejjeb ta' tonn u ta' ħut fiż-żona sa 24 mil mil-linji ta’ bażi tal-gżira għandu jkun projbit sabiex ikunu ppreservati ġlejjeb ta’ ħut migratorji kbar qrib il-gżira tal-Majott.

(3) Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar , l-ibħra madwar il-Majott għandhom ikunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dak ir-Regolament u l-użu ta’ purse-seines għal ġlejjeb ta' tonn u ta' ħut simili fiż-żona sa 24 mil nawtiku mil-linji ta’ bażi tal-gżira għandu jkun projbit sabiex ikunu ppreservati ġlejjeb ta’ ħut migratorji kbar qrib il-gżira tal-Majott.

__________________

__________________

4 ĠU L 125, 27.04.1998, p.1.

4 ĠU L 125, 27.04.1998, p.1.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-ewwel nett, parti importanti tal-flotta li ttajjar il-bandiera ta’ Franza u li topera mid-dipartiment Franċiż tal-Majott hija komposta minn bastimenti ta’ anqas minn disa' metri li huma mxerrda madwar il-gżira, ma għandhomx postijiet ta’ nżul speċifiċi u għad iridu jiġu identifikati, imkejla u attrezzati bl-għodda minima tas-sigurtà sabiex jiġu inklużi fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni; bħala konsegwenza, Franza ma tkunx tista' tispiċċa dan ir-reġistru sal-31 ta’ Diċembru 2016. Franza għandha, madankollu, tinstalla r-reġistru tal-flotta provviżorja li tiggarantixxi identifikazzjoni minima tal-bastimenti ta’ dan is-segment sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd informali.

(6) L-ewwel nett, parti importanti tal-flotta li ttajjar il-bandiera ta’ Franza u li topera mid-dipartiment Franċiż tal-Majott hija komposta minn bastimenti ta’ anqas minn 10 metri li huma mxerrda madwar il-gżira, ma għandhomx postijiet ta’ nżul speċifiċi u għad iridu jiġu identifikati, imkejla u attrezzati bl-għodda minima tas-sigurtà sabiex jiġu inklużi fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni; bħala konsegwenza, Franza mhix se tkun tista' tispiċċa dan ir-reġistru sal-31 ta’ Diċembru 2020. Franza għandha, madankollu, tinstalla r-reġistru tal-flotta provviżorja li tiggarantixxi identifikazzjoni minima tal-bastimenti ta’ dan is-segment sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd informali.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) It-tieni nett, hu meħtieġ għall-ħarsien tal-qagħda sensittiva bijoloġika tal-ibħra madwar il-Majott u l-preservazzjoni tal-ekonomija lokali ta' dik il-gżira, b'kunsiderazzjoni tal-qagħda strutturali, soċjali u ekonomika tagħhom, biex jiġu limitati xi attivitajiet tas-sajd f'dawk l-ibħra għal bastimenti reġistrati fil-portijiet ta' dik il-gżira.

(7) It-tieni nett, hu meħtieġ għall-ħarsien tal-qagħda ekoloġika u bijoloġika sensittiva tal-ibħra madwar il-Majott u l-preservazzjoni tal-ekonomija lokali ta' dik il-gżira, b'kunsiderazzjoni tal-qagħda strutturali, soċjali u ekonomika tagħha, biex jiġu limitati xi attivitajiet tas-sajd f'dawk l-ibħra għal bastimenti reġistrati fil-portijiet ta' dik il-gżira.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità7, aspett partikolari tal-Majott hu li l-ebda għan ma ġie stabbilit għall-flotta tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 li jirreferi għall-Programm ta’ Gwida Pluriennali 1997-2002. Mil-lat ta’ konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, huwa xieraq li tiffriża l-kapaċità tas-sajd tal-flotot fil-livelli attwali, speċjalment għas-segment ta’ bastimenti kbar b’kapaċità kbira tas-sajd. Madankollu, għal bastimenti iżgħar, fid-dawl tal-fatt li Franza ppreżentat lill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) pjan ta’ żvilupp li jindika l-evoluzzjoni mistennija tal-flotta bbażata fil-Majott, li l-ebda parti kontraenti tal-IOTC, inkluża l-Unjoni, ma oġġezzjonat għalih, huwa xieraq li l-għanijiet ta’ dak il-pjan jintużaw bħala livelli ta’ referenza għall-kapaċità tal-flotta rreġistrati fil-portijiet tal-Majott u li jippermettu lil Franza biex tiżdied il-flotta tagħha biex tissodisfa l-objettivi tal-pjan ta’ żvilupp tagħha.

(8) Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 639/2004 tat-30 ta’ Marzu 2004 dwar l-amministrazzjoni tal-flotot tas-sajd reġistrati fir-reġjuni l-aktar periferiċi tal-Komunità7, aspett partikolari tal-Majott hu li l-ebda għan ma ġie stabbilit għall-flotta tagħha skont ir-Regolament (KE) Nru 2371/2002 li jirreferi għall-Programm ta’ Gwida Pluriennali 1997-2002. Mil-lat ta’ konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd, huwa xieraq li tiffriża l-kapaċità tas-sajd tal-flotot fil-livelli attwali, speċjalment għas-segment ta’ bastimenti kbar b’kapaċità kbira tas-sajd. Madankollu, għal bastimenti iżgħar, fid-dawl tal-fatt li Franza ppreżentat lill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) pjan ta’ żvilupp li jindika l-evoluzzjoni mistennija tal-flotta bbażata fil-Majott, li l-ebda parti kontraenti tal-IOTC, inkluża l-Unjoni, ma oġġezzjonat għalih, huwa xieraq, minħabba ċ-ċirkostanzi soċjali u ekonomiċi speċifiċi attwali tal-Majott, li l-għanijiet ta’ dak il-pjan jintużaw bħala livelli ta’ referenza għall-kapaċità tal-flotta rreġistrati fil-portijiet tal-Majott u li jippermettu lil Franza biex tiżdied il-flotta tagħha biex tissodisfa l-objettivi tal-pjan ta’ żvilupp tagħha.

______________

______________

7 ĠU L 102, 7.4. 2004, p.9.

7 ĠU L 102, 7.4. 2004, p.9.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Fir-rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2006 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 , jidher li Franza mhux se tkun f'pożizzjoni li tkun konformi mal-obbligi kollha tal-Unjoni għas-segment "il-Majott. Speċi pelaġiċi u tal-qiegħ. Tul < 9 m" tal-flotta tal-Majott sad-data li fiha l-Majott isir reġjun ultraperiferiku. Il-bastimenti ta’ dak is-segment, imxerrdin madwar il-gżira, ma jkollhomx postijiet ta’ nżul speċifiċi u għad iridu jiġu identifikati. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jitħarrġu s-sajjieda u kontrolluri u li jistabbilixxu infrastruttura amministrattiva u fiżika xierqa. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi pprovduta deroga temporanja minn ċerti regoli li jikkonċernaw il-kontroll ta’ bastimenti tas-sajd u l-karatteristiċi tagħhom, l-attivitajiet tagħhom fuq il-baħar, l-apparat tagħhom u l-qabdiet tagħhom fl-istadji kollha mill-bastiment għas-suq fir-rigward ta’ dak is-segment tal-flotta. Madankollu, sabiex tissodisfa mill-anqas xi wħud mill-aktar objettivi importanti tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, Franza għandha tistabbilixxi sistema nazzjonali ta’ kontroll li jippermettilha tikkontrolla u tissorvelja l-attivitajiet ta’ dak is-segment tal-flotta u sabiex tosserva l-obbligi ta’ rappurtar internazzjonali tal-Unjoni.

(10) Fir-rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2006 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 , jidher li Franza mhux se tkun f'pożizzjoni li tkun konformi mal-obbligi kollha tal-Unjoni għas-segment "il-Majott. Speċi pelaġiċi u tal-qiegħ. Tul < 10 m" tal-flotta tal-Majott sad-data li fiha l-Majott isir reġjun ultraperiferiku. Il-bastimenti ta’ dak is-segment, imxerrdin madwar il-gżira, ma jkollhomx postijiet ta’ nżul speċifiċi u għad iridu jiġu identifikati. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jitħarrġu s-sajjieda u kontrolluri u li jistabbilixxu infrastruttura amministrattiva u fiżika xierqa. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi pprovduta deroga temporanja minn ċerti regoli li jikkonċernaw il-kontroll ta’ bastimenti tas-sajd u l-karatteristiċi tagħhom, l-attivitajiet tagħhom fuq il-baħar, l-apparat tagħhom u l-qabdiet tagħhom fl-istadji kollha mill-bastiment għas-suq fir-rigward ta’ dak is-segment tal-flotta. Madankollu, sabiex tissodisfa mill-anqas xi wħud mill-aktar objettivi importanti tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, Franza għandha tistabbilixxi sistema nazzjonali ta’ kontroll li jippermettilha tikkontrolla u tissorvelja l-attivitajiet ta’ dak is-segment tal-flotta u sabiex tosserva l-obbligi ta’ rappurtar internazzjonali tal-Unjoni.

__________________

__________________

9 ĠU L 343, 22.12.09, p.1.

9 ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 2 – paragrafu 3a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) Fl-Artikolu 2, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"(3a) , Il-‘Park Naturali Marittimu tal-Majott’ għandu jfisser iż-żona ekonomika esklużiva (ZEE) tal-Majott (68 381 km2). Fuq l-art, il-Park se jestendi sal-parti ta' fuq tal-bajja, li tikkorrispondi għal-limitu taż-żona pubblika marittima."

Emenda 9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 34a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bastimenti għandhom ikunu projbiti milli jużaw xi purse-seines dwar ġlejjeb ta' tonn u ta' ħut fiż-żona sa 24 mil mil-linji ta’ bażi tal-gżira tal-Majott, imkejla mil-linji bażi fejn huma mkejla l-ibħra territorjali.

Il-bastimenti għandhom ikunu projbiti milli jużaw xi purse-seines għal ġlejjeb ta' tonn u ta' ħut simili fiż-żona sa 24 mil nawtiku mil-linji ta’ bażi tal-gżira tal-Majott, imkejla mil-linji bażi minn fejn huma mkejla l-ibħra territorjali.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Regolament (KE) Nru 850/98

Artikolu 34a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Artikolu 34a

"Artikolu 34a

Restrizzjonijiet fuq attivitajiet tas-sajd fiż-żona ta' 24 mil madwar il-gżira tal-Majott

 

Bastimenti għandhom ikunu projbiti milli jużaw xi purse-seines dwar ġlejjeb ta' tonn u ta' ħut fiż-żona sa 24 mil mil-linji ta’ bażi tal-gżira tal-Majott, imkejla mil-linji bażi fejn huma mkejla l-ibħra territorjali.

 

 

Is-sajd taħt tagħmir f'wiċċ il-baħar biex jinġema l-ħut (FADs) u taħt mammali tal-baħar kbar u klieb il-baħar baliena (FADs naturali) għandu jkun projbit fil-Park Naturali Marittimu kollu tal-Majott.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Regolament (KE) Nru 104/2000

Artikolu 4 – paragrafu 3a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sas-16 ta’ Diċembru 2016, il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal prodotti offruti għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari fil-Majott.

Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal prodotti offruti għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari fil-Majott.

Ġustifikazzjoni

Ir-rekwiżiti tat-traċċabbiltà u l-informazzjoni tal-konsumatur ma jistgħux jiġu implimentati fl-istat attwali tal-infrastruttura fil-Majott. L-iskadenza għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea għandha tkun ġeneruża biżżejjed biex il-Majott ikun jista' jikkonforma.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 2371/2002

Artikolu 15 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, Franza għandha tkun eżentata sal-31 ta’ Diċembru 2016 mill-obbligu li tinkludi fir-reġistru tagħha ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni dawk il-bastimenti li huma anqas minn disa' metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott.

5. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, Franza għandha tkun eżentata sal-31 ta’ Diċembru 2021 mill-obbligu li tinkludi fir-reġistru tagħha ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni dawk il-bastimenti li huma anqas minn 10 metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott.

Ġustifikazzjoni

Għadd mhux ħażin ta' bastimenti żgħar fil-Majott huma bejn disa' u għaxar metri. Għalhekk id-daqs tal-bastimenti żgħar għandu jiġi estiż għal għaxar metri biex ma tiġix eskluża biċċa kbira mill-flotta ta' bastimenti żgħar minn dawn id-diżpożizzjonijiet. Huwa meħtieġ perjodu ta' żmien estiż għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea biex Franza tkun tista' twettaq il-kompiti meħtieġa sabiex tirreġistra l-bastimenti fir-reġistru tagħha.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 2371/2002

Artikolu 15 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Sal-31 ta’ Diċembru 2016, Franza għandha żżomm reġistru provviżorja ta’ bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. Dak ir-reġistru għandu jinkludi, għal kull bastiment, mill-inqas l-isem, it-tul totali tiegħu u kodiċi ta’ identifikazzjoni.”

6. Sal-31 ta’ Diċembru 2021, Franza għandha żżomm reġistru provviżorja ta’ bastimenti tas-sajd li huma anqas minn 10 metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. Dak ir-reġistru għandu jinkludi, għal kull bastiment, mill-inqas l-isem, it-tul totali tiegħu u kodiċi ta’ identifikazzjoni.”

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Regolament (KE) Nru 2371/2002

Artikolu 18a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B’deroga mill-Artikolu 17, fl-ibħra sa 100 mil nawtiku mil-linji ta’ bażi tal-Majott, Franza tista’ tillimita s-sajd għal bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-portijiet tal-Majott, jew fir-reġistru tal-bastimenti tal-Unjoni jew f’reġistru provviżorju msemmija fl-Artikolu 15(6), ħlief għal bastimenti tal-Unjoni li, fi żmien sentejn li jippreċedu l-1 ta’ Jannar 2014, jistadu f’dawk l-ilmijiet għal mill-inqas 40 jum sakemm dawn ma jaqbżux l-isforz tas-sajd eżerċitat tradizzjonalment.”

B’deroga mill-Artikolu 17, fl-ibħra sa 100 mil nawtiku mil-linji ta’ bażi tal-Majott u fil-Park Naturali Marittimu tal-Majott kollu, Franza tista’ tadotta l-miżuri ta' konservazzjoni li jkunu kkunsidrati meħtieġa għall-preservazzjoni tar-riżorsi naturali protetti mil-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi dak il-park, inklużi miżuri biex tillimita s-sajd għal bastimenti tas-sajd irreġistrati fil-portijiet tal-Majott, jew fir-reġistru tal-bastimenti tal-Unjoni jew f’reġistru provviżorju msemmija fl-Artikolu 15(6), ħlief għal bastimenti tal-Unjoni li, fi żmien sentejn li jippreċedu l-1 ta’ Jannar 2014, jistadu f’dawk l-ilmijiet għal mill-inqas 40 jum sakemm dawn ma jaqbżux l-isforz tas-sajd eżerċitat tradizzjonalment."

Emenda 15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Regolament (KE) Nru 639/2004

Artikolu 1a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Madankollu, għall-bastimenti tas-sajd li huma bejn tmien metri u 12-il metru f'tul totali u jużaw il-konzijiet u bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' metri tul totali, il-livell ta’ referenza għandu jkun il-kapaċità prevista fil-pjan ta’ żvilupp ppreżentata minn Franza lill-Kummissjoni tat-Tonn tal-Oċean Indjan fis-7 ta’ Jannar 2011.

Madankollu, għall-bastimenti tas-sajd li huma bejn tmien metri u 12-il metru f'tul totali u jużaw il-konzijiet u bastimenti tas-sajd li huma anqas minn 10 metri tul totali, il-livell ta’ referenza għandu jkun il-kapaċità prevista fil-pjan ta’ żvilupp ppreżentata minn Franza lill-Kummissjoni tat-Tonn tal-Oċean Indjan fis-7 ta’ Jannar 2011.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Regolament (KE) Nru 639/2004

Artikolu 1a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, Franza għandha tiġi awtorizzata li tintroduċi kapaċità ġdida fis-segmenti tal-flotta ddefiniti għal bastimenti tas-sajd li huma bejn tmien metri u 12-il metru f'tul totali u jużaw il-konzijiet u bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' metri f'tul totali mingħajr l-irtirar ta’ kapaċità ekwivalenti.”

2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, Franza għandha tiġi awtorizzata li tintroduċi kapaċità ġdida fis-segmenti tal-flotta ddefiniti għal bastimenti tas-sajd li huma bejn tmien metri u 12-il metru f'tul totali u jużaw il-konzijiet u bastimenti tas-sajd li huma anqas minn 10 metri f'tul totali mingħajr l-irtirar ta’ kapaċità ekwivalenti.”

Emenda 17

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Regolament (KE) Nru 1069/2009

Artikolu 56

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, l-Artikolu 4 għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 2019. Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati ġġenerati fil-Majott qabel l-1 ta’ Jannar 2019 għandhom jintremew skont l-Artikolu 19(1)(b).

Madankollu, l-Artikolu 4 għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 2021. Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati ġġenerati fil-Majott qabel l-1 ta’ Jannar 2021 għandhom jintremew skont l-Artikolu 19(1)(b).

 

Ġustifikazzjoni

Il-Majott jeħtieġ biżżejjed żmien biex japplika r-regoli sanitarji għall-prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati ġġenerati mhux intenzjonati għall-konsum uman.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 2a – titlu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-applikazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-Komunità għal ċerti segmenti tal-flotta tad-dipartiment extrakontinentali Franċiż tal-Majott

L-applikazzjoni tas-sistema ta’ kontroll tal-Komunità għal ċerti segmenti tal-flotta tar-reġjun ultraperiferiku tal-Majott

Emenda 19

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 2a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-31 ta’ Diċembru 2016, l-Artikolu 5(3) u l-Artikoli 6, 8, 41, 56, minn 58 sa 62, 66, 68 u 109 mhux se japplikaw għal Franza fir-rigward tal-bastimenti tas-sajd li huma inqas minn disa' metri f'tul totali u joperaw mill-Majott, l-attivitajiet tagħhom u l-qbid tagħhom.

1. Sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-Artikolu 5(3) u l-Artikoli 6, 8, 41, 56, minn 58 sa 62, 66, 68 u 109 mhux se japplikaw għal Franza fir-rigward tal-bastimenti tas-sajd li huma inqas minn 10 metri f'tul totali u joperaw mill-Majott, l-attivitajiet tagħhom u l-qbid tagħhom.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 2a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sal-1 ta’ Jannar 2014, Franza għandha tistabilixxi skema nazzjonali ta' kontroll applikabbli għal bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. Dik l-iskema għandha tkun konformi ma’dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

2. Sal-1 ta’ Jannar 2015, Franza għandha tistabilixxi skema nazzjonali ta' kontroll applikabbli għal bastimenti tas-sajd li huma anqas minn 10 metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. Dik l-iskema għandha tkun konformi ma’dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Hi meħtieġa deroga mir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 biex il-Majott jingħata ż-żmien jikkonforma mar-rekwiżiti ta' kontrolli previsti f'dan ir-regolament.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 2a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Sat-30 ta’ Settembru 2014 Franza għandha tippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta’ azzjoni li jistipula l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 mill-1 ta’ Jannar 2017 dwar il-bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' metri f'tul totali u joperaw mid-dipartiment Franċiż tal-Majott. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jkun is-suġġett ta’ djalogu bejn Franza u l-Kummissjoni. Franza għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex timplimenta dak il-pjan ta’ azzjoni.

(3) Sat-30 ta’ Settembru 2015 Franza għandha tippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta’ azzjoni li jistipula l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 mill-1 ta’ Jannar 2018 dwar il-bastimenti tas-sajd li huma anqas minn 10 metri f'tul totali u joperaw mir-reġjun ultraperiferiku tal-Majott. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jkun is-suġġett ta’ djalogu bejn Franza u l-Kummissjoni. Franza għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex timplimenta dak il-pjan ta’ azzjoni.

Ġustifikazzjoni

Hi meħtieġa deroga mir-Regolament (KE) Nru 1224/2009 biex il-Majott jingħata ż-żmien jikkonforma mar-rekwiżiti ta' kontrolli previsti f'dan ir-regolament.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi evitat vacuum legali ġaladarba l-istatus tal-Majott jinbidel minn dak ta' pajjiż u territorju barrani u jsir reġjun ultraperiferiku.

  • [1]  Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

SFOND tal-proposta tal-Kummissjoni:

Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/UE, il-Kunsill Ewropew emenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data l-Majott ma jibqax territorju barrani biex isir reġjun ultraperifiku skont l-Artikoli 349 u 355(1) TFUE.

Din il-proposta tqis it-talbiet kollha magħmula mill-awtoritajiet Franċiżi, li jkollhom l-acquis tal-Unjoni emendat permezz ta’ miżuri speċifiċi applikabbli għall-Majott f’oqsma differenti, bħas-sajd u s-saħħa tal-annimali. L-eżami tas-sitwazzjoni fir-rigward tal-Majott wera li huwa meħtieġ li tiġi mħarsa s-sitwazzjoni bijoloġika sensittiva tal-ilmijiet tiegħu. F’ċerti aspetti, Franza tkun teħtieġ aktar żmien biex tikkonforma mal-acquis tal-Unjoni fir-rigward tal-Majott.

Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika fil-Majott, il-Kummissjoni qed tipproponi emendi għal ċerti Regolamenti fl-oqsma tas-sajd u tas-saħħa tal-annimali.

Fil-qasam tas-sajd, l-emendi proposti għandhom l-għan li:

jinkludu l-ibħra madwar il-Majott u jipprojbixxu l-użu ta’ purse-seines għal ġlejjeb ta' tonn u ta' ħut simili fiż-żona sa 24 mil mil-linji ta’ bażi tal-gżira sabiex jiġu ppreservati ġlejjeb ta’ ħut migratorji kbar qrib il-gżira tal-Majott;

jagħtu aktar żmien lil Franza biex tikkonforma mal-acquis tal-Unjoni fir-rigward tal-Majott, b’mod partikolari għar-reġistrazzjoni u l-obbligi tal-kontroll fil-qasam tas-sajd, sa fejn ikunu involuti ċerti bastimenti mxerrdin madwar il-gżira u mhux assoċjati ma’ sit ta’ żbark speċifiku.

Fil-qasam tas-saħħa tal-annimali, huwa propost li jiġi modifikat ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex Franza tingħata perjodu tranżitorju ta’ ħames snin fir-rigward tal-Majott, li jkun jippermettilha tistabbilixxi l-infrastruttura neċessarja għall-identifikazzjoni, l-immaniġġjar, it-trasport, it-trattament u r-rimi tal-prodotti sekondarji mill-annimali.

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni baġitarja.

Is-settur tas-sajd fil-Majott

Iż-żona ekonomika esklużiva (ŻEE) tal-Majott minn Jannar 2010 saret riżerva naturali marittima (PNM) b'kumitat ta' ġestjoni.

Il-Park Naturali Marittimu tal-Majott huwa wieħed mill-isbaħ fid-dinja, b'laguna ta' 1100 km2 (erba' darbiet id-daqs tal-art tal-Majott), bi skoll ta' 195 km mifrux mal-kosta ta' 210 km, b'250 speċi ta' qroll elenkati, b'7,3 km2 ta' mangrovji u l-istess ammont ta' erbarji, b'2300 speċi tal-baħar inklużi 760 speċi ta' ħut, b'madwar 20 speċi mammifera tal-baħar (jiġifieri kwart tal-bijodiversità dinjija), bi preżenza permanenti ta' żewġ speċijiet ta' fkieren (fkieren tal-baħar hawksbill li huma fkieren tal-baħar li jinsabu f'periklu kritiku ta' estinzjoni, u l-green sea turtles), u ta' ħafna siti fejn dawn ibidu l-bajd.

B'żona ekonomika esklużiva (ŻEE) ta' 68 000 km ², il-Majott għandu potenzjal kbir għas-settur tas-sajd fuq skala żgħira. Is-sajd fuq skala żgħira ddedikat għal sajd għall-ikel prinċipalment huwa orjentat lejn il-konsum individwali, u jeħtieġ aktar investiment mill-UE taħt il-PKS 2014-2020 sabiex jiġu modernizzati l-vapuri ta' daqs żgħir u medju kif ukoll il-kundizzjonijiet u t-tagħmir għall-ħatt l-art tal-prodotti tas-sajd.

Is-sajd industrijali għat-tonn imwettaq minn bastimenti li jużaw is-seines għandu impatt negattiv kemm fuq il-Park Naturali Marittimu tal-Majott u kemm fuq is-sajd fuq skala żgħira tal-Majott. Bastimenti b'għeżula tal-mitlaq jaqbdu l-ħut kollu li jistgħu mingħajr ma jagħtu kas ta' dak li se jħallu għas-sajjieda ż-żgħar u jitilqu 'l hemm. Jekk ma tkun disponibbli l-ebda data statistika fid-dettall dwar il-produzzjoni u l-istatus tal-istokk tad-diversi tipi ta' sajd li jeżisti fil-Majott, id-dikjarazzjonijiet tas-sajjieda u l-osservazzjoni sempliċi fit-tul tal-Park Naturali Marittimu jagħtu evidenza li l-laguna qed tiġi sfruttata ż-żejjed u li huwa meħtieġ li jiġu implimentati miżuri protettivi fil-Park Naturali Marittimu tal-Majott.

Il-prodotti tal-akkwakultura jikkostitwixxu l-ewwel esportazzjoni tal-gżira f'volum. Minħabba l-kundizzjonijiet naturali eċċezzjonali u l-enfasi fuq il-kwalità tal-prodott, il-Majott għandu potenzjal tajjeb għat-tkabbir, f'kuntest tan-nuqqas ta' riżorsi tas-sajd. Madankollu, dan is-settur xorta jeħtieġ l-appoġġ biex jiżviluppa.

Il-kummerċjalizzazzjoni tal-ħut għadha mhix strutturata biżżejjed, u huwa meħtieġ aktar investiment tal-PKS 2014-2020 sabiex jiġu modernizzati dgħajjes, infrastruttura u faċilitajiet tat-trasport tal-prodotti tas-sajd.

Il-fehma tar-rapporteur dwar il-proposta tal-Kummissjoni

Fir-rigward tal-bażi legali, l-Artikolu 349 TFUE huwa applikabbli b'mod xieraq għal din il-proposta u għandu jiġi miżjud, peress li l-Majott huwa Reġjun Ultraperiferiku.

Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 għall-konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' ħut żgħir ta' organiżmi tal-baħar, ir-rapporteur jipproponi l-projbizzjoni tal-użu tal-purse-seines fil-Park Naturali Marittimu tal-Majott kollu. Sabiex jiġi protett is-sajd fuq skala żgħira lokali u sostenibbli, din il-projbizzjoni għandha tiġi ristretta għal bastimenti ta' aktar minn 12-il metru.

Huwa importanti li r-riżorsi jiżdiedu għas-sajd fuq skala żgħira, sabiex tiġi promossa l-profittabilità tagħhom u jiġu żgurati l-kundizzjonijiet ta' sigurtà meħtieġa.

Bastimenti bl-għeżula tal-mitlaq akbar għat-tonn, prinċipalment għandhom fil-mira l-bonito (Katsuwonus pelamis) u t-tonna safra (Thunnus albacares). Is-sajjieda tal-Majott innutaw tnaqqis fid-daqs u fl-għadd liberu ta' benches fl-ilmijiet tal-Majott, u anke jekk l-evalwazzjonijiet tas-CTOI ma jiddeskrivux dawn l-istokkijiet bħala sfruttati ż-żejjed fuq l-istess skala tal-Oċean Indjan, minn dan jirriżultaw pressjoni fuq ir-riżorsa, impatt ambjentali negattiv fuq il-Park Naturali Marittimu tal-Majott, u impatt negattiv fuq is-sajd fuq skala żgħira.

L-ekosistemi lokali huma soġġetti għal diversi forom ta' pressjoni minħabba l-attivitajiet tal-bniedem (tniġġis, erożjoni, sajd, eċċ.). Is-sajjieda għalhekk għandhom rwol x'jaqdu biex iħarsu r-riżorsi naturali fraġli. Sabiex il-pressjoni tas-sajd tiġi adattata għar-riżorsi disponibbli, ifisser li ma jitteħidx aktar mill-kapaċitajiet għat-tiġdid tar-riżorsi. Dan jimplika monitoraġġ regolari tas-sajd, l-isforz tas-sajd u l-qabdiet, kif ukoll fuq l-ekosistemi tal-iskoll tal-qroll li jinsabu fil-Park. L-aġġustament tal-kapaċità tas-sajd għar-riżorsa għandu jkun għan ewlieni tal-Park.

Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999, ir-rapporteur jenfasizza li għad fadal ħafna xi jsir. Fil-Majott, l-industrija tas-sajd ma tantx hija organizzata. Teħtieġ appoġġ u akkumpanjament. Huwa importanti li n-netwerk tal-kummerċjalizzazzjoni jiġi strutturat aħjar. Is-settur għandu jtejjeb l-aspetti sanitarji tal-bejgħ u l-ipproċessar u jiżgura aktar regolarità tal-provvisti.

Is-settur tal-akkwakultura tal-Majott għadu żgħir u jinsab fil-fażi ta' strutturar. Iż-żieda fil-volum tal-produzzjoni tiddependi essenzjalment fuq is-suċċess kummerċjali fuq is-swieq tal-esportazzjoni, li llum huma penalizzat bil-qawwi mill-ispiża tat-trasport bl-ajru.

Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002, ir-rapporteur ifakkar li l-Majott kiseb l-istatus ta' dipartiment fl-2011. Ir-reġistrazzjoni tal-bastimenti tas-sajd tal-Majott fil-flotta tar-reġistru nazzjonali tinsab għaddejja, kif ukoll l-istandardizzazzjoni tal-bastimenti tas-sajd.

Jeħtieġ li tkun permessa l-modernizzazzjoni tal-flotta tal-Majott sabiex tippermetti s-sajd barra l-laguna fejn ir-riżorsi huma inqas fraġli, kif ukoll sabiex ittejjeb is-sigurtà u l-kundizzjonijiet tax-xogħol.

Fir-rigward tal-ġestjoni tal-flotot tas-sajd irreġistrati fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Komunità, ir-rapporteur jenfasizza n-natura fraġli u artiġjanali tal-flotta tal-Majott (dgħajjes iżgħar minn 7 metri u ftit dgħajjes ta' aktar minn 9 m) u n-nuqqas ta' faċilitajiet tal-port suffiċjenti għall-attivitajiet tas-sajd. Il-qabdiet jinħattu direttament fuq il-bajjiet. Ir-rapporteur jenfasizza l-ħtieġa li jiġi megħjun l-iżvilupp ta' dawn l-infrastrutturi.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (16.10.2013)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni
(COM(2013)0417 – C7‑0175/2013 – 2013/0191(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Patrice Tirolien

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/UE, il-Kunsill Ewropew emenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Konsegwentement, minn dik id-data, il-Majott mhux se jibqgħu territorju barrani u se jsiru reġjun ultraperiferiku fit-tifsira tal-Artikoli 349 u 355(1) tat-TFUE, u fil-prinċipju, il-liġi tal-Unjoni se tapplika bis-sħiħ.

Madankollu, minħabba li hi konxja ta' dak li din il-bidla fl-istatus se tinvolvi għall-Majott, il-Kummissjoni Ewropea pproponiet lill-Parlament u lill-Kunsill għadd ta' derogi leġiżlattivi li se jippermetti l-integrazzjoni gradwali fuq perjodu ta' żmien xieraq tal-“acquis communautaire”.

Il-proposta telenka għadd ta' derogi relatati mal-organizzazzjoni, il-finanzjament u l-kontroll tas-sajd fil-Majott. Din il-proposta tfasslet b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Gvern Franċiż, sabiex tkun żgurata l-konformità mal-acquis communitaire fl-iqsar żmien possibbli meta jitqiesu l-kundizzjonijiet speċifiċi fil-Majott, partikolarment ir-restrizzjonijiet ekonomiċi u soċjali relatati mar-reġjuni ultraperiferiċi kif definiti fl-Artikolu 349 tat-TFUE.

Ir-rapporteur tagħkom jiddeplora l-fatt li l-Artikolu 349 tat-TFUE ma kienx inkluż fil-bażijiet ġuridiċi għal din il-proposta, minħabba li l-miżuri mressqa u l-ġustifikazzjonijiet mogħtija għalihom jaqblu kompletament mal-għanijiet tiegħu. L-inklużjoni tiegħu hija essenzjali biex ikun żgurat l-istatus ta' derogi tal-miżuri proposti.

Jeħtieġ ukoll li jsiru għadd ta' aġġustament biex iqisu aħjar il-ħtiġijiet speċifiċi tal-Majott rigward żieda fl-isforzi tas-sajd. Il-limiti massimi stabbiliti mill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC), li l-UE hija parti kontraenti fiha, iridu jibqgħu mezz ewlieni tal-kontroll tal-kapaċità tas-sajd.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur tagħkom jemmen li kwalunkwe disparità bejn il-proposta tal-Kummissjoni u r-regolamenti emendati, li għadhom qed jiġu finalizzati fil-qafas ta' negozjati interistituzzjonali, jeħtieġ tiġi indirizzata. Minkejja li mhux possibbli li jsir aġġornament tar-referenzi f’dan l-istadju tal-proċedura, ir-rapporteur jipproponi li għadd ta’ dispożizzjonijiet għandhom jiġu armonizzati.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-the Committee on Fisheries, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43(2) u 168(4)(b) tiegħu,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 349, 43(2) u 168(4)(b) tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Minħabba li l-Artikolu 349 tat-TFUE jistipula l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi, dan għandu jkun inkluż fost il-bażijiet ġuridiċi għal dan ir-Regolament.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/EU, il-Kunsill Ewropew emenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data l-Majott ma jibqax territorju barrani biex isir reġjun ultraperifiku skont l-Artikoli 349 u 355(1) TFUE. Il-liġi tal-Unjoni se tapplika għall-Majott mill-1 ta' Jannar 2014. Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal ċerti miżuri speċifiċi ġustifikati mis-sitwazzjoni partikolari tal-Majott f’għadd ta’ oqsma.

(1) Permezz tad-Deċiżjoni 2012/419/UE, il-Kunsill Ewropew emenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014. Għaldaqstant, minn dik id-data l-Majott ma jibqax pajjiż u territorju barrani fis-sens tal-Artikolu 198 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea biex isir reġjun ultraperifiku skont l-Artikoli 349 u 355(1), ta’ dan it-Trattat. Il-liġi tal-Unjoni se tapplika għall-Majott mill-1 ta' Jannar 2014. Huwa xieraq li jkun hemm provvediment għal ċerti miżuri speċifiċi f’għadd ta’ oqsma, iġġustifikati mil-limitazzjonijiet soċjali u ekonomiċi partikolari tar-reġjun ultraperiferiku tal-Majott u l-istatus il-ġdid tiegħu ta' reġjun ultraperiferiku.

__________________

__________________

3 ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131.

4 ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131.

Ġustifikazzjoni

Hawn għandha tiġi ċċarata l-bidla fl-istatus minn OCT għal RUP għall-Majott, u jiġi enfasizzat ukoll li l-istatus ta’ RUP jagħmilha possibbli li tingħata deroga għall-politiki komuni skont l-Artikolu 349 TFUE.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-ewwel nett, parti importanti tal-flotta li ttajjar il-bandiera ta’ Franza u li topera mid-dipartiment Franċiż tal-Majott hija komposta minn bastimenti ta’ anqas minn disa' metri li huma mxerrda madwar il-gżira, ma għandhomx postijiet ta’ nżul speċifiċi u għad iridu jiġu identifikati, imkejla u attrezzati bl-għodda minima tas-sigurtà sabiex jiġu inklużi fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni; bħala konsegwenza, Franza ma tkunx tista' tispiċċa dan ir-reġistru sal-31 ta’ Diċembru 2016. Franza għandha, madankollu, tinstalla r-reġistru tal-flotta provviżorja li tiggarantixxi identifikazzjoni minima tal-bastimenti ta’ dan is-segment sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd informali.

(6) L-ewwel nett, parti importanti tal-flotta li ttajjar il-bandiera ta’ Franza u li topera mid-dipartiment Franċiż tal-Majott hija komposta minn bastimenti ta’ anqas minn 10 metri li huma mxerrda madwar il-gżira, ma għandhomx postijiet ta’ nżul speċifiċi u għad iridu jiġu identifikati, imkejla u attrezzati bl-għodda minima tas-sigurtà sabiex jiġu inklużi fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni; bħala konsegwenza, Franza ma tkunx tista' tispiċċa dan ir-reġistru sal-31 ta’ Diċembru 2021. Franza għandha, madankollu, tinstalla r-reġistru tal-flotta provviżorja li tiggarantixxi identifikazzjoni minima tal-bastimenti ta’ dan is-segment sabiex tiġi evitata l-proliferazzjoni ta’ bastimenti tas-sajd informali.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Fir-rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/20069 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 , jidher li Franza mhux se tkun f'pożizzjoni li tkun konformi mal-obbligi kollha tal-Unjoni għas-segment "il-Majott. Speċi pelaġiċi u tal-qiegħ. Tul < 9 m" tal-flotta tal-Majott sad-data li fiha l-Majott isir reġjun ultraperiferiku. Il-bastimenti ta’ dak is-segment, imxerrdin madwar il-gżira, ma jkollhomx postijiet ta’ nżul speċifiċi u għad iridu jiġu identifikati. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jitħarrġu s-sajjieda u kontrolluri u li jistabbilixxu infrastruttura amministrattiva u fiżika xierqa. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi pprovduta deroga temporanja minn ċerti regoli li jikkonċernaw il-kontroll ta’ bastimenti tas-sajd u l-karatteristiċi tagħhom, l-attivitajiet tagħhom fuq il-baħar, l-apparat tagħhom u l-qabdiet tagħhom fl-istadji kollha mill-bastiment għas-suq fir-rigward ta’ dak is-segment tal-flotta. Madankollu, sabiex tissodisfa mill-anqas xi wħud mill-aktar objettivi importanti tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, Franza għandha tistabbilixxi sistema nazzjonali ta’ kontroll li jippermettilha tikkontrolla u tissorvelja l-attivitajiet ta’ dak is-segment tal-flotta u sabiex tosserva l-obbligi ta’ rappurtar internazzjonali tal-Unjoni.

(10) Fir-rigward ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/20069 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 , jidher li Franza mhux se tkun f'pożizzjoni li tkun konformi mal-obbligi kollha tal-Unjoni għas-segment "il-Majott. Speċi pelaġiċi u tal-qiegħ. Tul < 10 m" tal-flotta tal-Majott sad-data li fiha l-Majott isir reġjun ultraperiferiku. Il-bastimenti ta’ dak is-segment, imxerrdin madwar il-gżira, ma jkollhomx postijiet ta’ nżul speċifiċi u għad iridu jiġu identifikati. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jitħarrġu s-sajjieda u kontrolluri u li jistabbilixxu infrastruttura amministrattiva u fiżika xierqa. Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi pprovduta deroga temporanja minn ċerti regoli li jikkonċernaw il-kontroll ta’ bastimenti tas-sajd u l-karatteristiċi tagħhom, l-attivitajiet tagħhom fuq il-baħar, l-apparat tagħhom u l-qabdiet tagħhom fl-istadji kollha mill-bastiment għas-suq fir-rigward ta’ dak is-segment tal-flotta. Madankollu, sabiex tissodisfa mill-anqas xi wħud mill-aktar objettivi importanti tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, Franza għandha tistabbilixxi sistema nazzjonali ta’ kontroll li jippermettilha tikkontrolla u tissorvelja l-attivitajiet ta’ dak is-segment tal-flotta u sabiex tosserva l-obbligi ta’ rappurtar internazzjonali tal-Unjoni.

__________________

__________________

9 ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

9 ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Regolament (KE) Nru 104/2000

Artikolu 4 – paragrafu 3a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a. Sas-16 ta’ Diċembru 2016, il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal prodotti offruti għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari fil-Majott.

3a. Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-paragrafi 1, 2 u 3 ma għandhomx japplikaw għal prodotti offruti għall-bejgħ lill-konsumatur aħħari fil-Majott.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 2371/2002

Artikolu 15 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, Franza għandha tkun eżentata sal-31 ta’ Diċembru 2016 mill-obbligu li tinkludi fir-reġistru tagħha ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni dawk il-bastimenti li huma anqas minn disa' metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott.

5. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, Franza għandha tkun eżentata sal-31 ta’ Diċembru 2021 mill-obbligu li tinkludi fir-reġistru tagħha ta’ bastimenti tas-sajd tal-Unjoni dawk il-bastimenti li huma anqas minn 10 metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (KE) Nru 2371/2002

Artikolu 15 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Sal-31 ta’ Diċembru 2016, Franza għandha żżomm reġistru provviżorja ta’ bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. Dak ir-reġistru għandu jinkludi, għal kull bastiment, mill-inqas l-isem, it-tul totali tiegħu u kodiċi ta’ identifikazzjoni.”

6. Sal-31 ta’ Diċembru 2021, Franza għandha żżomm reġistru provviżorja ta’ bastimenti tas-sajd li huma anqas minn 10 metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. Dak ir-reġistru għandu jinkludi, għal kull bastiment, mill-inqas l-isem, it-tul totali tiegħu u kodiċi ta’ identifikazzjoni.”

Emenda  8

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Regolament (KE) Nru 639/2004

Artikolu 1a – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, għall-bastimenti tas-sajd li huma bejn tmien metri u 12-il metru f'tul totali u jużaw il-konzijiet u bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' metri tul totali, il-livell ta’ referenza għandu jkun il-kapaċità prevista fil-pjan ta’ żvilupp ppreżentata minn Franza lill-Kummissjoni tat-Tonn tal-Oċean Indjan fis-7 ta’ Jannar 2011.

Madankollu, għall-bastimenti tas-sajd li huma bejn tmien metri u 12-il metru f'tul totali u jużaw il-konzijiet u bastimenti tas-sajd li huma anqas minn 10 metri tul totali, il-livell ta’ referenza għandu jkun il-kapaċità prevista fil-pjan ta’ żvilupp ppreżentata minn Franza lill-Kummissjoni tat-Tonn tal-Oċean Indjan fis-7 ta’ Jannar 2011.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Regolament (KE) Nru 639/2004

Artikolu 1a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, Franza għandha tiġi awtorizzata li tintroduċi kapaċità ġdida fis-segmenti tal-flotta ddefiniti għal bastimenti tas-sajd li huma bejn tmien metri u 12-il metru f'tul totali u jużaw il-konzijiet u bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' metri f'tul totali mingħajr l-irtirar ta’ kapaċità ekwivalenti.

2. Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, Franza għandha tiġi awtorizzata li tintroduċi kapaċità ġdid mingħajr l-irtirar ta’ kapaċità ekwivalenti sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Regolament (KE) Nru 1069/2009

Artikolu 56 – tielet subparagrafu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, l-Artikolu 4 għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 2019. Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati ġġenerati fil-Majott qabel l-1 ta’ Jannar 2019 għandhom jintremew skont l-Artikolu 19(1)(b).

Madankollu, l-Artikolu 4 għandu japplika b'effett mill-1 ta' Jannar 2021. Prodotti sekondarji tal-annimali u prodotti derivati ġġenerati fil-Majott qabel l-1 ta’ Jannar 2021 għandhom jintremew skont l-Artikolu 19(1)(b).

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 2a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-31 ta’ Diċembru 2016, l-Artikolu 5(3) u l-Artikoli 6, 8, 41, 56, minn 58 sa 62, 66, 68 u 109 mhux se japplikaw għal Franza fir-rigward tal-bastimenti tas-sajd li huma inqas minn disa' metri f'tul totali u joperaw mill-Majott, l-attivitajiet tagħhom u l-qbid tagħhom.

1. Sal-31 ta’ Diċembru 2021, l-Artikolu 5(3) u l-Artikoli 6, 8, 41, 56, minn 58 sa 62, 66, 68 u 109 mhux se japplikaw għal Franza fir-rigward tal-bastimenti tas-sajd li huma inqas minn disa' metri f'tul totali u joperaw mill-Majott, l-attivitajiet tagħhom u l-qbid tagħhom.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 2a – paragrafu 2 – sentenza introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sal-1 ta’ Jannar 2014, Franza għandha tistabilixxi skema nazzjonali ta' kontroll applikabbli għal bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. Dik l-iskema għandha tkun konformi ma’dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

2. Sal-1 ta’ Jannar 2015, Franza għandha tistabilixxi skema nazzjonali ta' kontroll applikabbli għal bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' metri f'tul totali u li joperaw mill-Majott. Dik l-iskema għandha tkun konformi ma’dawn ir-rekwiżiti li ġejjin:

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 6

Regolament (KE) Nru 1224/2009

Artikolu 2a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sat-30 ta’ Settembru 2014 Franza għandha tippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta’ azzjoni li jistipula l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 mill-1 ta’ Jannar 2017 dwar il-bastimenti tas-sajd li huma anqas minn disa' metri f'tul totali u joperaw mid-dipartiment Franċiż tal-Majott. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jkun is-suġġett ta’ djalogu bejn Franza u l-Kummissjoni. Franza għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex timplimenta dak il-pjan ta’ azzjoni.

3. Sat-30 ta’ Settembru 2014 Franza għandha tippreżenta lill-Kummissjoni pjan ta’ azzjoni li jistipula l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 mill-1 ta’ Jannar 2017 dwar il-bastimenti tas-sajd li huma anqas minn 10 metri f'tul totali u joperaw mid-dipartiment Franċiż tal-Majott. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jkun is-suġġett ta’ djalogu bejn Franza u l-Kummissjoni. Franza għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex timplimenta dak il-pjan ta’ azzjoni.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda ta’ Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni

Referenzi

COM(2013)0417 – C7-0175/2013 – 2013/0191(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

1.7.2013

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

1.7.2013

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Patrice Tirolien

11.7.2013

Data tal-adozzjoni

14.10.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Luís Paulo Alves, Francesca Barracciu, Victor Boştinaru, Nikos Chrysogelos, Rosa Estaràs Ferragut, Brice Hortefeux, Danuta Maria Hübner, María Irigoyen Pérez, Mojca Kleva Kekuš, Constanze Angela Krehl, Petru Constantin Luhan, Iosif Matula, Jan Olbrycht, Wojciech Michał Olejniczak, Georgios Stavrakakis, Nuno Teixeira, Lambert van Nistelrooij, Oldřich Vlasák, Kerstin Westphal, Hermann Winkler, Joachim Zeller

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Cornelia Ernst, Catherine Grèze, Karin Kadenbach, Maurice Ponga, Elisabeth Schroedter, Richard Seeber, Patrice Tirolien, Giommaria Uggias, Derek Vaughan

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edvard Kožušník

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sur Gabriel Mato Adrover

President

Kumitat għas-Sajd

BRUSSELL

Suġġett:           Opinjoni dwar il-bażi ġuridika tal-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni [COM(2013)0417]

Għażiż Sinjur President,

Matul il-laqgħa tal-14 ta' Ottubru 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali adotta opinjoni għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel dwar il-bażi ġuridika tal-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda ċerti Direttivi fl-oqsma tal-ambjent, l-agrikoltura, il-politika soċjali u s-saħħa pubblika minħabba l-bidla fl-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni [COM(2013)0418].

Il-konklużjoni ta' dik l-opinjoni kienet li l-Kunsill għażel bażi ġuridika żbaljata u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda li jirrakkomanda lill-President biex jiftaħ każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiżgura li l-bażi ġuridika korretta tintuża għall-proposta. Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu l-Kumitat għall-Affarijiet Legali rriserva d-dritt li dan jiġi segwit b'rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta' atti leġiżlattivi relatati fir-rigward tal-istatus tal-Majott.

Matul il-laqgħa tiegħu tal-5 ta' Novembru 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant adotta opinjonijiet fuq inizjattiva tiegħu, skont l-Artikolu 37(3) tar-Regoli tal-Proċedura, fir-rigward tal-bażijiet ġuridiċi ta' tliet proposti leġiżlattivi addizzjonali fir-rigward tal-Majott li qegħdin jiġu ttrattati f'kumitati differenti, inkluża l-proposta msemmija hawn fuq fil-Kumitat għas-Sajd.

I - Sfond

Wara referendum fl-2009, dik li kienet il-komunità extra-Ewropea Franċiża tal-Majott, li tinsab fit-Tramuntana tal-Madagaskar fl-Oċean Indjan, saret dipartiment Franċiż extra-Ewropew sa mill-31 ta' Marzu 2011, u permezz ta' ittra tas-26 ta' Ottubru 2011[1], il-President ta' Franza b'hekk talab lill-President tal-Kunsill Ewropew biex jibda l-proċedura skont l-Artikolu 355(6) tat-TFUE sabiex jadotta deċiżjoni li temenda l-istatus tal-Majott fl-ambitu tat-Trattati tal-UE minn pajjiż jew territorju extra-Ewropew għal reġjun ultraperiferiku. L-ittra kienet tirreferi wkoll għad-Dikjarazzjoni Nru 43 dwar l-Artikolu 355(6) tat-TFUE, li fiha l-kliem li ġej:

Il-Partijiet Kontraenti Għolja jaqblu li l-Kunsill Ewropew, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 355(6) ser jieħu deċiżjoni li twassal għall-modifika tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni, sabiex dan it-territorju jiġi kkunsidrat bħala reġjun ultraperiferiku fis-sens tal-Artikolu 355(1) u l-Artikolu 349 meta l-awtoritajiet Franċiżi jinnotifikaw lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni li l-evoluzzjoni kurrenti fl-istatus intern tal-gżira tippermetti dan.

Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni[2] b'konformità mal-Artikolu 355(6) tat-TFUE, fit-12 ta' Lulju 2012 il-Kunsill Ewropew adotta d-Deċiżjoni msemmija hawn fuq b'mod unanimu.

L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni jiddikjara li b'effett mill-2014, il-Majott ma jibqax pajjiż jew territorju extra-Ewropew, li japplikaw għalih id-dispożizzjonijiet tar-raba' parti tat-TFUE, u jsir reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni fit-tifsira tal-Artikolu 349 tat-TFUE. L-Artikolu 2 jgħid kif ġej:

Artikolu 2

It-TFUE għandu jiġi emendat kif ġej:

(1) fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349, it-terminu "tal-Majott" għandu jiddaħħal wara t-terminu "tal-Martinique";

(2) fl-Artikolu 355(1), it-terminu "għall-Majott" għandu jiddaħħal wara t-terminu "għall-Martinique";

(3) fl-Anness II, għandu jitħassar is-sitt inċiż.

Din id-Deċiżjoni għandha l-istess struttura u ġiet adottata permezz tal-istess proċedura bħal dik li ntużat għal Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew adottata fl-2010, li timmodifika l-istatus tal-gżira tal-Karibew Franċiż ta’ Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea minn reġjun ultraperiferiku għal pajjiż jew territorju extra-Ewropew.[3]

Madankollu għandu jiġi nnutat li l-ebda waħda mill-emendi tat-test tat-TFUE skont dawn iż-żewġ Deċiżjonijiet tal-Kunsill Ewropew mhi riflessa fl-aħħar verżjoni konsolidata tat-TFUE, li ġiet ippubblikata fis-26 ta' Ottubru 2012[4]. Madankollu, dawn huma inklużi fil-verżjoni konsolidata tat-test tal-Kunsill stess[5].

Fl-14 ta' Ottubru 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali adotta l-opinjoni msemmija hawn fuq għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel li nkludiet il-konklużjoni li l-Kunsill għażel bażi ġuridika żbaljata.[6] Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda li jirrakkomanda lill-President biex jiftaħ każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiżgura li l-bażi ġuridika korretta tintuża għall-proposta, u biex jirrakkomanda li l-Parlament m'għandu jieħu l-ebda azzjoni fir-rigward tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2012/419/UE li temenda t-Trattat. Fir-rakkomandazzjonijiet tiegħu, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali rriserva d-dritt li jsegwi dan b'rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta' atti leġiżlattivi relatati fir-rigward tal-istatus tal-Majott.

Matul il-laqgħa tal-5 ta' Novembru 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant ivverifika l-bażi ġuridika ta' tliet proposti leġiżlattivi addizzjonali, inkluża l-proposta msemmija hawn isfel li għaliha l-Kumitat għas-Sajd huwa l-kumitat responsabbli.

II – Il-bażi ġuridika tal-proposta biex jiġu emendati xi Regolamenti fil-qasam tas-sajd u tas-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla fl-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni

Il-proposta

L-objettiv tar-Regolament propost mill-Kummissjoni huwa li jagħti perjodu tranżitorju lil Franza sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni sħiħa tad-dispożizzjonijiet f'leġiżlażżjoni sekondarja fil-qasam tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) u s-saħħa tal-annimali fir-rigward tal-Majott. Meta l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta fil-Kumitat għas-Sajd fis-17 ta' Ottubru 2013, kien enfasizzat li dawn il-miżuri kienu proposti fl-isfond tal-ambjent naturali fraġli u tan-nuqqas ta' żvilupp ekonomiku tal-Majott.

Il-bażijiet ġuridiċi proposti

Il-Kummissjoni qed tibbaża l-proposta tagħha fuq l-Artikoli 43(2) u 168(4) tat-TFUE dwar miżuri għall-kisba tal-objettivi tal-PKS u miżuri sabiex jiġi indirizzat it-tħassib komuni dwar is-sikurezza tas-saħħa pubblika, rispettivament. Il-proċedura li għandha tiġi segwita fl-ambitu ta' dawn iż-żewġ Artikoli hija l-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Il-Kunsill madankollu għal darb'oħra qed jipproponi biex tinbidel il-bażi ġuridika għall-Artikolu 349 tat-TFUE dwar miżuri speċifiċi għar-reġjuni ultraperiferiċi.

Analiżi

Filwaqt li hemm dispożizzjonijiet proposti fir-Regolament propost li jistgħu jitqiesu bħala miżuri speċifiċi fid-deroga tad-dritt tal-UE altrimenti applikabbli fil-Majott (is-Servizz Legali jsemmi l-Artikolu 4 dwar il-ġestjoni tal-flotot tas-sajd bħala eżempju), u għalhekk jikkwalifikaw biex l-Artikolu 349 tat-TFUE ikun il-bażi ġuridika tiegħu, dawk id-dispożizzjonijiet madankollu iridu jitqiesu li huma purament inċidentali fir-rigward tal-miżuri l-oħra proposti, li mhumiex proposti minħabba kwalunkwe karatteristika tar-reġjuni ultraperiferiċi.[7] Għalhekk il-proposta timmira għal miżuri biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS u li jiġi affrontat it-tħassib komuni dwar is-sikurezza tas-saħħa pubblika. Il-bażi ġuridika proposta mill-Kummissjoni għalhekk hija korretta.

III - Konklużjoni u rakkomandazzjoni

Il-bażi ġuridika korretta għall-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda ċerti Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni huma l-Artikoli 43(2) u 168(4) tat-TFUE.

Fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta' Novembru 2013, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda b'mod unanimu[8], li jieħu l-pożizzjoni li l-bażi ġuridika proposta mill-Kunsill, l-Artikolu 349 tat-TFUE, mhijiex korretta, u li l-bażi ġuridika proposta mill-Kummissjoni hija korretta.

Fuq din il-bażi, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali għaldaqstant iddeċieda wkoll li jirrakkomanda lill-President tal-Parlament, skont l-Artikolu 128 tar-Regoli ta' Proċedura, biex jiftaħ każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ladarba d-deċiżjoni tal-Kunsill li jitlob l-opinjoni tal-Parlament tkun ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali, sabiex jiġu salvagwardjati l-prerogattivi tal-Parlament b'konformità mal-Artikolu 13(2) tat-TUE.

Dejjem tiegħek,

Klaus-Heiner Lehne

  • [1]  Ara d-dokument tal-Kunsill EUCO 114/11 tal-15 ta’ Novembru 2011.
  • [2]  C(2012) 3506 finali, disponibbli fid-Dokument tal-Kunsill 11006/12.
  • [3]  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2010/718/UE tad-29 ta’ Ottubru 2010 li timmodifika l-istatus tal-gżira ta’ Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 325, 9.12.2010, p. 4).
  • [4]  http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:C:2012:326:FULL:MT:PDF.
  • [5]  http://register.consilium.europa.eu/pdf/mt/08/st06/st06655-re07.mt08.pdf.
  • [6]  Ara l-ittra tas-16 ta' Ottubru 2013 tas-Sur Lehne indirizzata lis-Sur Groote.
  • [7]  Ara l-Kawża C-411/06 Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill (8 ta' Settembru 2009) (ĠU C 267 of 07.11.2009, p. 8) paragrafi. 46-47.
  • [8]  Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Baldassarre (Viċi President), Luigi Berlinguer, Sebastian Valentin Bodu (Viċi President), Françoise Castex (Viċi President), Christian Engström, Marielle Gallo, Giuseppe Gargani, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sajjad Karim, Klaus-Heiner Lehne (President), Eva Lichtenberger, Antonio Masip Hidalgo, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Evelyn Regner (Viċi President), József Szájer, Rebecca Taylor, Alexandra Thein, Cecilia Wikström, Zbigniew Ziobro, Tadeusz Zwiefka.

PROĊEDURA

Titolu

Emenda ta’ Regolamenti fil-qasam tas-sajd u s-saħħa tal-annimali minħabba l-bidla tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni

Referenzi

COM(2013)0417 – C7-0175/2013 – 2013/0191(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.6.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

1.7.2013

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

1.7.2013

REGI

1.7.2013

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

11.7.2013

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

João Ferreira

10.7.2013

 

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

5.11.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

17.10.2013

4.11.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

27.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Carmen Fraga Estévez, Pat the Cope Gallagher, Dolores García-Hierro Caraballo, Ian Hudghton, Werner Kuhn, Isabella Lövin, Gabriel Mato Adrover, Maria do Céu Patrão Neves, Crescenzio Rivellini, Ulrike Rodust, Raül Romeva i Rueda, Struan Stevenson, Isabelle Thomas, Nils Torvalds, Jarosław Leszek Wałęsa

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Luis Manuel Capoulas Santos, Jean Louis Cottigny, Jim Higgins, Jens Nilsson

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

María Auxiliadora Correa Zamora, Salvador Garriga Polledo, Francisco José Millán Mon, Younous Omarjee, Ivo Vajgl, Luis Yáñez-Barnuevo García

Data tat-tressiq

2.12.2013