RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg staġonali

3.12.2013 - (COM(2010)0379 – C7‑0180/2010 – 2010/0210(COD)) - ***I

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur: Claude Moraes
Rapporteur għal opinjoni (*): Alejandro Cercas, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura


Proċedura : 2010/0210(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A7-0428/2013
Testi mressqa :
A7-0428/2013
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg staġonali

(COM(2010)0379 – C7‑0180/2010 – 2010/0210(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2010)0379),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 79(2)(a) u (b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ressqet proposta lill-Parlament (C7-0180/2010),

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll (Nru 2) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, is-Senat Ċek, is-Senat tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Pajjiżi l-Baxxi, il-Kunsill Nazzjonali Awstrijak u l-Kunsill Federali Awstrijak, li affermaw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2011[1],

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta' Marzu 2011[2],

–       wara li kkunsidra l-impenn tar-rappreżentant tal-Kunsill b'ittra tal-6 ta' Novembru 2013 biex tiġi approvata l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 55 u 37 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A7-0428/2013),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Emenda 1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[3]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta'

dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn

ta' ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-fini ta’ impjieg staġonali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 79(2)(a) u (b) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea[4]1,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-proposta leġislattiva lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5]2,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[6]3,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)         Għall-istabbiliment gradwali ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, it-Trattat jipprevedi miżuri li għandhom jiġu adottati fl-oqsma tal-asil, l-immigrazzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet ta' ċittadini ta’ pajjiżi terzi.

(1a)       It-Trattat jipprevedi li l-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni dwar l-immigrazzjoni bl-għan li, f'kull stadju, jiġu żgurati l-ġestjoni effiċjenti tal-flussi ta' migrazzjoni u t-trattament ġust ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fl-Istati Membri. Għal dak l-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jadottaw miżuri dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u dwar id-definizzjoni tad-drittijiet tagħhom.

(2)         Il-Programm tal-Aja, adottat mill-Kunsill Ewropew fl-4 u fil-5 ta' Novembru 2004, irrikonoxxa li l-migrazzjoni legali se jkollha rwol importanti fit-titjib tal-iżvilupp tal-ekonomija, u talab lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta' politika dwar il-migrazzjoni legali, inklużi l-proċeduri ta' ammissjoni, li kapaċi jwieġbu malajr għat-talbiet li dejjem ivarjaw għall-impjieg tal-migranti fis-suq tax-xogħol.

(3)         Il-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta' Diċembru 2006 qabel dwar sensiela ta' passi għall-2007, li jinkludu l-iżvilupp ta' politiki ta' immigrazzjoni legali mmexxijin sew li jirrispettaw bis-sħiħ il-kompetenzi nazzjonali, bħala għajnuna għall-Istati Membri biex jilħqu l-ħtiġijiet tax-xogħol eżistenti u dawk futuri. Huwa talab ukoll li jkun hemm mezzi li għandhom jiġu esplorati sabiex jiffaċilitaw il-migrazzjoni temporanja.

(4)         Il-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Asil, adottat mill-Kunsill Ewropew fil-15 u s-16 ta' Ottubru 2008, jesprimi l-impenn tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha li jmexxu politika ġusta, effettiva u konsistenti biex jiġu ttrattati l-isfidi u l-opportunitajiet ta' migrazzjoni. Il-Patt huwa l-bażi tal-politika komuni dwar il-migrazzjoni mmexxija bi spirtu ta' solidarjetà bejn l-Istati Membri u b'kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u bbażat fuq il-ġestjoni xierqa ta' flussi ta' migrazzjoni, mhux biss fl-interess tal-pajjiżi ospitanti iżda anke tal-pajjiżi ta' oriġini u tal-migranti nfushom.

(5)  Il-Programm ta' Stokkolma, adottat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħat tiegħu tal-10 u l-11 ta' Diċembru 2009, jirrikonoxxi li l-immigrazzjoni tal-ħaddiema tista' tikkontribwixxi għal żieda fil-kompetittività u fil-vitalità ekonomika u li, fil-kuntest tal-isfidi demografiċi importanti li ser tiffaċċja l-UE fil-futur b'żieda fit-talba għall-ħaddiema, il-politiki flessibbli dwar l-immigrazzjoni ser ikunu ta' kontribut importanti għall-iżvilupp u l-prestazzjoni tal-ekonomija tal-Unjoni fit-tul. Jenfasizza wkoll l-importanza li jiġi żgurat trattament ġust taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fit-territorju tal-Istati Membri u li tittejjeb ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp. Hu jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Kunsill biex jibqgħu jimplimentaw il-Pjan ta' Politika dwar il-Migrazzjoni Legali [7].

(6)         Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva tal-flussi ta' migrazzjoni għall-kategorija speċifika ta' migrazzjoni temporanja staġonali u għall-iżgurar ta' kondizzjonijiet deċenti tax-xogħol u tal-għajxien għall-ħaddiema staġonali, permezz tal-istabbiliment ta' regoli ġusti u trasparenti għall-ammissjoni u s-soġġorn ▌ u billi tiddefinixxi d-drittijiet tal-ħaddiema staġonali filwaqt li fl-istess ħin tipprevedi inċentivi u salvagwardji għall-prevenzjoni ta' soġġorni mtawlin u/jew tal-fatt li soġġorn temporanju jsir permanenti. Barra minn hekk, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-▌ Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali[8] ser jikkontribwixxu biex jiġi evitat li tali soġġorn temporanju jsir soġġorn mhux awtorizzat.

(6a)  L-Istati Membri għandhom jagħtu effett lid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva mingħajr diskriminazzjoni abbażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjonijiet politiċi jew oħrajn, sħubija f'minoranza nazzjonali, ġid, twelid, diżabbiltajiet, età jew orjentazzjoni sesswali f'konformità, b'mod partikolari, mad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000[9] li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità u d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol[10].

(7)         Din id-Direttiva għandha tkun applikata mingħajr preġudizzju għall-prinċipju ta' ▌preferenza tal-Unjoni rigward l-aċċess għas-suq tax-xogħol tal-Istati Membri kif espress fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti ta' Adeżjoni rilevanti.

(8)         Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw il-volumi ta' ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu ġejjin minn pajjiżi terzi fit-territorju tagħhom għall-finijiet ta' xogħol staġonali kif speċifikat ▌fit-Trattat▌.

(9)  Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa l-kondizzjonijiet tal-forniment ta' servizzi fil-qafas tal-Artikolu 56 tat-TFUE. B'mod partikolari, din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa t-termini u l-kondizzjonijiet ta’ impjieg li, skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi[11], japplikaw għal ħaddiema mibgħuta minn impriżi stabbiliti ġewwa Stat Membru biex jipprovdu servizz fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.

(9a)       Din id-Direttiva għandha l-għan li tkopri r-relazzjonijiet ta' xogħol diretti bejn il-ħaddiema staġonali u min iħaddem. Madankollu, fejn il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru tippermetti l-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi bħala ħaddiema staġonali permezz ta' aġenziji ta' impjieg jew ta' xogħol temporanju stabbiliti fit-territorju tiegħu u li għandhom kuntratt dirett mal-ħaddiem staġonali, dawn l-aġenziji ma għandhomx ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(10)       Meta jittrasponu din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, fejn adatt f'konsultazzjoni ma' msieħba soċjali, jelenkaw dawk is-setturi ta' impjieg li jinkludu attivitajiet li jiddependu mill-mogħdija tal-istaġuni. L-attivitajiet li jiddependu mill-mogħdija tal-istaġuni jinstabu tipikament f'setturi bħall-agrikoltura▌ u l-ortikultura, u b'mod partikolari matul il-perjodu tat-tħawwil jew tal-ħsad, jew bħat-turiżmu, b'mod partikolari matul il-perjodu tal-vaganzi.

(10a)  Meta jkun stabbilit fil-liġi nazzjonali u f'konformità mal-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 10 tat-TFUE, l-Istati Membri jistgħu japplikaw trattament aktar favorevoli għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi speċifiċi meta mqabbel maċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi oħrajn meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet fakultattivi ta' din id-Direttiva.

(11)       Għandu jkun biss possibbli li wieħed japplika għall-ammissjoni bħala ħaddiem staġonali waqt li l-applikant jkun qed jirrisjedi barra mit-territorju tal-Istati Membri.

(11a)     L-ammissjoni għall-finijiet stabbiliti f'din id-Direttiva tista' tiġi rrifjutata għal raġunijiet iġġustifikati b'mod xieraq. B'mod partikolari, l-ammissjoni tista' tiġi rrifjutata jekk Stat Membru jikkunsidra, skont valutazzjoni tal-fatti, li ċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat huwa theddida potenzjali għall-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika.

(11b)     Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2008/115/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment[12].

(12)       Id-Direttiva ma għandhiex taffettwa ħażin id-drittijiet, fejn dawn jingħataw, id-drittijiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu diġà joqogħdu legalment fi Stat Membru biex jaħdmu.

(12a)  Fil-każ ta' Stati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi[13] (Kodiċi dwar il-Viżi), ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera[14] (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa[15].

Dan ifisser li, għal soġġorni li ma jaqbżux 90 jum, il-kondizzjonijiet tal-ammissjoni ta' ħaddiema staġonali fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ huma rregolati minn dawk l-istrumenti, filwaqt li din id-Direttiva għandha tirregola biss il-kriterji u r-rekwiżiti għall-aċċess għal impjieg. Fil-każ ta' Stati Membri li ma japplikawx l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, bl-eċċezzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, japplika biss il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen. Id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen imsemmija f'din id-Direttiva jappartjenu għal dik il-parti tal-acquis ta' Schengen fejn l-Irlanda u r-Renju Unit ma jiħdux sehem u għalhekk dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għalihom.

(12b)  Il-kriterji u r-rekwiżiti għall-ammissjoni kif ukoll raġunijiet għal rifjut u rtirar jew nuqqas ta' estensjoni/nuqqas ta' tiġdid għal soġġorni li ma jaqbżux 90 jum huma definiti f'din id-Direttiva sa fejn huwa kkonċernat l-impjieg bħala ħaddiem staġonali. Meta jinħarġu viżi għal soġġorn qasir għall-fini ta' xogħol staġonali d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis ta' Schengen rigward il-kondizzjonijiet ta' dħul u soġġorn fit-territorju tal-Istati Membri kif ukoll raġunijiet għal rifjut, estensjoni, annullament jew revoka ta' dawk il-viżi japplikaw kif adatt. B'mod partikolari, kwalunkwe deċiżjoni dwar ir-rifjut, l-annullament jew ir-revoka ta' viża u r-raġunijiet li fuqhom din tkun ibbażata għandhom jiġu notifikati, f'konformità mal-Artikolu 32(2) u 34(6) tal-Kodiċi dwar il-Viżi, lill-applikant permezz tal-formola standard stabbilita fl-Anness VI tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

(12c)     Għal ħaddiema staġonali li jiġu ammessi għal soġġorni ta' aktar minn 90 jum, din id-Direttiva għandha tiddefinixxi kemm il-kondizzjonijiet għall-ammissjoni u s-soġġorn fit-territorju kif ukoll il-kriterji u r-rekwiżiti għall-aċċess għal impjieg fl-Istati Membri.

(13)       Id-Direttiva għandha tipprevedi sistema ta' dħul flessibbli bbażata fuq id-domanda u fuq kriterji oġġettivi, bħal pereżempju kuntratt validu ta' xogħol jew offerta vinkolanti ta' impjieg li tispeċifika l-aspetti essenzjali tal-kuntratt jew ir-relazzjoni tal-impjieg.

(14)       L-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbiltà li jagħmlu test li juri li kariga ma tistax tiġi okkupata minn ġewwa s-suq domestiku tax-xogħol.

(14a)  L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jirrifjutaw applikazzjoni għal ammissjoni b'mod partikolari meta ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma jkunx osserva l-obbligu li jirriżulta minn deċiżjoni ta' ammissjoni preċedenti bħala ħaddiem staġonali li jħalli t-territorju tal-Istat Membru kkonċernat mal-iskadenza ta' awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġonali.

(14b)     L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jirrikjedu lil min iħaddem biex jikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti u jipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa biex jiġi evitat abbuż u użu ħażin possibbli tal-proċedura stabbilita f'din id-Direttiva.

(15)       Id-dispożizzjoni għal proċedura unika li twassal għal permess wieħed ikkombinat li jkopri kemm is-soġġorn kif ukoll il-permess tax-xogħol, għandha tikkontribwixxi għal simplifikazzjoni tar-regoli li huma attwalment applikabbli għall-Istati Membri. Dan m'għandux jaffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jiddeterminaw l-awtoritajiet nazzjonali u l-mod kif għandhom ikunu involuti fil-proċedura unika, skont l-ispeċifiċitajiet nazzjonali tal-organizzazzjoni amministrattiva u tal-prattika.

(15a)     In-nomina tal-awtoritajiet kompetenti skont din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-rwol u r-responsabbiltajiet ta' awtoritajiet oħra u, fejn applikabbli, l-imsieħba soċjali, f'konformità mal-liġi u/jew il-prattika nazzjonali, fir-rigward tal-eżami tal-applikazzjoni u d-deċiżjoni dwarha.

(15b)  Id-Direttiva tipprevedi ċerta flessibbiltà għall-Istati Membri fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet li għandhom jinħarġu għall-ammissjoni (dħul, soġġorn u xogħol) ta' ħaddiema staġonali. Il-ħruġ ta' viża għal soġġorn twil f'konformità mal-Artikolu 9(2)(a) huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri joħorġu awtorizzazzjoni minn qabel għal xogħol fl-Istat Membru kkonċernat. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-kondizzjonijiet ta' impjieg kif previst mid-Direttiva ġew iċċekkjati u ntlaħqu, għandu jkun ċar fuq l-awtorizzazzjonijiet li dawn inħarġu għall-fini ta' xogħol staġonali. Fil-każ li jinħarġu viżi għal soġġorn qasir biss, l-Istati Membri għandhom jużaw l-intestatura "kummenti" tal-istiker tal-viża għal dan l-għan.

(15c)     Għas-soġġorni kollha li ma jaqbżux 90 jum f'kull perijodu ta' 180 jum, l-Istati Membri għandhom jagħżlu li joħorġu jew viża għal soġġorn qasir jew viża għal soġġorn qasir akkumpanjata minn permess tax-xogħol f'każijiet fejn iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun jeħtieġ viża f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 539/2001. Fejn iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma jkunx soġġett għall-obbligu ta' viża jew fejn l-Istat Membru ma jkunx applika l-Artikolu 4(3) ta' dak ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom joħorġu permess tax-xogħol għalih jew għaliha. Għas-soġġorni kollha li jaqbżu 90 jum, l-Istati Membri għandhom jagħżlu li joħorġu waħda mill-awtorizzazzjonijiet li ġejjin: viża għal soġġorn twil; permess ta' ħaddiem staġonali; jew permess ta' ħaddiem staġonali akkumpanjat minn viża għal soġġorn twil, jekk il-viża għal soġġorn twil tkun meħtieġa skont il-liġi nazzjonali għal dħul fit-territorju. Xejn ma jipprekludi lill-Istati Membri milli jagħtu permess tax-xogħol direttament lil min iħaddem.

(15d)  Meta tkun meħtieġa viża għall-uniku fini ta' dħul fit-territorju ta' Stat Membru u ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun jissodisfa l-kondizzjonijiet biex jinħariġlu permess ta' ħaddiem staġonali, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti liċ-ċittadin ta' pajjiż terz kull fakultà li jikseb il-viża meħtieġa u għandu jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti jikkooperaw b'mod effettiv għal dak l-għan.

(16)       It-tul massimu ta' soġġorn għandu jiġi ffissat mill-Istati Membri u jkun limitat għal ▌perijodu ▌ta' bejn ħames u disa' xhur li, flimkien mad-definizzjoni ta' xogħol staġonali, għandu jiżgura li x-xogħol ikun ta' natura ġenwinament staġonali. Għandha ssir dispożizzjoni li f’dak it-tul ta’ żmien massimu ta' soġġorn, ikun possibbli li l-kuntratt jiġi estiż jew li jinbidel min iħaddem, dment li l-kriterji tal-ammissjoni jibqgħu jintlaħqu. Dan għandu jservi biex jitnaqqsu r-riskji ta’ abbużi li l-ħaddiema staġonali jistgħu jaffaċċjaw jekk ikunu marbutin ma’ persuna waħda li timpjega u fl-istess ħin biex jipprevedu reazzjoni flessibbli għal ħtiġijiet reali tal-forza tax-xogħol ta’ min iħaddem. Il-possibbiltà li l-ħaddiem staġonali jkun impjegat ma' impjegatur differenti taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva ma għandhiex tinvolvi l-possibbiltà li l-ħaddiem staġonali jfittex impjieg fit-territorju tal-Istati Membri waqt li jkun qiegħed.

(16a)     Meta jiddeċiedu dwar l-estensjoni ta' soġġorn jew dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkunsidraw is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol.

(16b)  F'każijiet fejn ħaddiem staġonali jkun ġie ammess għal soġġorn li ma jaqbiżx 90 jum u fejn l-Istat Membru jkun iddeċieda li jestendih lil hinn minn 90 jum, il-viża għal soġġorn qasir għandha tiġi sostitwita jew b'viża għal soġġorn twil jew b'permess ta' ħaddiema staġonali.

(17)       B'kont meħud ta' ċerti aspetti tal-migrazzjoni ċirkolari kif ukoll tal-prospetti ta' impjieg ▌tal-ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi lil hinn minn staġun wieħed u tal-interessi ta' min iħaddem fl-UE biex ikunu jistgħu jserrħu fuq forza tax-xogħol aktar stabbli u diġà mħarrġa, għandha tiġi prevista l-possibbiltà ta' proċeduri ta' ammissjoni ffaċilitati għal ċittadini bona fide ta' pajjiż terz li jkunu ġew ammessi bħala ħaddiema staġonali fi Stat Membru tal-inqas fil-5 snin preċedenti, u li dejjem irrispettaw il-kriterji u l-kondizzjonijiet kollha previsti taħt din id-Direttiva għad-dħul u s-soġġorn fl-Istat Membru kkonċernat. Arranġamenti bħal dawn ma għandhomx jaffettwaw, jew jevitaw, ir-rekwiżit li l-impjieg ikun ta' natura staġonali.

(17a)     L-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-kondizzjonijiet tad-dħul u s-soġġorn, inklużi d-drittijiet u l-obbligi u s-salvagwardji proċedurali kif stabbiliti f'din id-Direttiva u kull evidenza dokumentarja meħtieġa għal applikazzjoni ta' soġġorn u xogħol fit-territorju ta' Stat Membru bħala ħaddiem staġonali, tkun disponibbli għall-applikanti.

(17b)  L-Istati Membri għandhom jipprevedu sanzjonijiet effettivi u proporzjonati kontra min iħaddem fil-każ ta’ ksur tal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. Dawn jistgħu jikkonsistu minn sanzjonijiet kif previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009. Sanzjonijiet bħal dawn għandhom jinkludu, jekk adatt, ir-responsabbiltà ta' min iħaddem biex iħallas kumpens lill-ħaddiema staġonali. Il-mekkaniżmi neċessarji għandhom jiġu stabbiliti biex ikun possibbli li l-ħaddiema staġonali jiksbu l-kumpens li jkunu intitolati għalih anke jekk ma jibqgħux fit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni.

(18)       Għandu jiġi stabbilit sett ta’ regoli li jirregolaw il-proċedura ta' eżami tal-applikazzjonijiet għal ammissjoni bħala ħaddiem staġonali. Dawk il-proċeduri għandhom ikunu effettivi u maniġġabbli, b'kont meħud tal-piż normali tax-xogħol tal-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri, kif ukoll trasparenti u ġusti, sabiex joffru ċertezza legali xierqa lil dawk ikkonċernati.

(18a)     Fil-każ ta' viżi għal soġġorn qasir, is-salvagwardji proċedurali huma regolati mid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis ta' Schengen.

(18b)  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar l-applikazzjonijet għal awtorizzazzjoni għal xogħol staġonali malajr kemm jista' jkun. Fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal estensjoni jew tiġdid, fejn ikunu rreġistrati fi żmien il-validità tal-awtorizzazzjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi responsabbli kollha biex jiżguraw li l-ħaddiem staġonali ma jkunx obbligat iwaqqaf ir-relazzjoni tal-impjieg tiegħu jew tagħha mal-istess impjegatur, u li ma jkunx impedut milli jibdel l-impjegatur, minħabba proċeduri amministrattivi li jkunu għaddejjin. L-applikanti għandhom jippreżentaw l-applikazzjoni tagħhom għal estensjoni jew tiġdid malajr kemm jista' jkun. Fi kwalunkwe każ, il-ħaddiem staġonali għandu jkun jista' jibqa' fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat, u fejn adatt jibqa' jaħdem, sa meta tittieħed deċiżjoni finali dwar l-applikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti.

(18c)     Minħabba n-natura tax-xogħol staġonali, l-Istati Membri huma mħeġġa biex ma jimponux tariffa għat-trattament tal-applikazzjonijiet. Fil-każ li Stat Membru, minkejja dan, jiddeċiedi li jimponi tariffa, din it-tariffa ma għandhiex tkun sproporzjonata jew eċċessiva.

(19)       Il-ħaddiema staġonali għandhom ilkoll jibbenefikaw minn akkomodazzjoni li tiżgura standard tal-għajxien adegwat, filwaqt li l-awtorità kompetenti tiġi informata dwar kwalunkwe bidla tal-akkomodazzjoni. Fejn l-arranġamenti għal dik l-akkomodazzjoni jsiru minn min iħaddem jew permezz tiegħu, il-kera ma għandhiex tkun eċċessiva fir-rigward tar-remunerazzjoni netta tal-ħaddiem jew fir-rigward tal-kwalità ta' dik l-akkomodazzjoni; il-kera ta' ħaddiem staġonali ma għandhiex titnaqqas awtomatikament mill-paga tiegħu/tagħha; min iħaddem għandu jipprovdi lill-ħaddiem staġonali kuntratt ta' kera jew dokument ekwivalenti li jiddikjara l-kondizzjonijiet tal-kera għall-akkomodazzjoni, u min iħaddem għandu jiżgura li l-akkomodazzjoni tilħaq l-istandards ġeneral tas-saħħa u tas-sikurezza li jkunu fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat.

(19a)  Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom fil-pussess tagħhom dokument tal-ivvjaġġar validu u awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġonali skont din id-Direttiva minn Stat Membru li japplika b'mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen, għandhom jitħallew jidħlu fit-territorju u jiċċaqilqu b’mod liberu fit-territorju tal-Istati Membri li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b'mod sħiħ, għal perijodu ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe perijodu ta' 180 jum f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 562/2006 u l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom[16] (il-Konvenzjoni ta’ Schengen).

(20)       B'kont meħud tas-sitwazzjoni speċjalment vulnerabbli ta' ħaddiema staġonali ċittadini ta' pajjiżi terzi u tan-natura temporanja tal-assenjament tagħhom, jeħtieġ li ▌tiġi pprovduta protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-ħaddiema staġonali ċittadini ta' pajjiżi terzi, anke fil-qasam tas-sigurtà soċjali, biex tiġi vverifikata regolarment il-konformità u biex jiġi ggarantit b'mod sħiħ ir-rispett lejn il-prinċipju ta' trattament ugwali bħall-ħaddiema li huma ċittadini tal-Istat Membru ospitanti, filwaqt li jinżamm il-prinċipju tal-istess ħlas għall-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol, u billi jiġu applikati ftehimiet kollettivi u arranġamenti oħra dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol li jkunu ġew konklużi fil-livelli kollha possibbli jew li għalihom hemm dispożizzjoni statutorja, f'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali, taħt l-istess termini bħal taċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti.

(20a)  Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-prinċipji li jinsabu fil-Karta Soċjali Ewropea tat-18 ta’ Ottubru 1961 u, fejn rilevanti, il-Konvenzjoni Ewropea dwar l-Istatus Ġuridiku tal-Ħaddiema Migranti tal-24 ta’ Novembru 1977.

(21)       Flimkien mad-dispożizzjonijiet leġislattivi, amministrattivi u regolatorji applikabbli għall-ħaddiema ċittadini tal-Istat Membru ospitanti, deċiżjonijiet ta’ arbitraġġ u ftehimiet kollettivi u kuntratti konklużi fi kwalunkwe livell, f'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, għandhom japplikaw ukoll għall-ħaddiema staġonali ċittadini ta’ pajjiżi terzi bl-istess kondizzjonijiet bħal taċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti.

(22)       Il-ħaddiema staġonali ċittadini ta' pajjiżi terzi għandhom jingħataw trattament ugwali fir-rigward ta' dawk il-fergħat tas-sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/04 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali[17]. Id-Direttiva ma tarmonizzax il-leġislazzjoni dwar is-sigurtà soċjali tal-Istati Membri u ma tkoprix l-assistenza soċjali. Din hija limitata għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta' trattament ugwali fil-qasam tas-sigurtà soċjali għall-persuni li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni personali tagħha. Din id-Direttiva ma għandhiex tagħti aktar drittijiet minn dawk diġà pprovduti fil-leġislazzjoni eżistenti ▌tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom interessi transkonfinali bejn l-Istati Membri.

Minħabba n-natura temporanja tas-soġġorn taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi ammessi għall-fini ta' impjieg staġonali skont din id-Direttiva u mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1231/2010, l-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbiltà li jeskludu l-benefiċċji tal-familja u l-benefiċċji tal-qgħad mit-trattament ugwali tal-ħaddiema staġonali u li jillimitaw l-applikazzjoni tat-trattament ugwali fir-rigward tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll il-benefiċċji tat-taxxa.

Din id-Direttiva ma tipprevedix ir-riunifikazzjoni tal-familja. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tagħtix drittijiet relatati ma' sitwazzjonijiet li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tal-leġislazzjoni ▌ tal-UE bħal, pereżempju, lil membri tal-familja li jirrisjedu f'pajjiż terz. Madankollu, dan m'għandux jaffettwa d-dritt ta' superstiti li jirċievu drittijiet mill-ħaddiem staġonali biex jirċievu l-pensjoni tas-superstiti meta jkunu jirrisjedu f'pajjiż terz. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni nondiskriminatorja mill-Istati Membri ta' leġislazzjoni nazzjonali li tipprevedi regoli de minimis dwar il-kontribuzzjonijiet għas-sistemi tal-pensjoni. Għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi, sabiex jiġu żgurati kopertura effettiva tas-sigurtà soċjali matul is-soġġorn u l-esportazzjoni ta' drittijiet miksubin mill-ħaddiema staġonali, fejn applikabbli.

(22a)     Il-leġislazzjoni tal-Unjoni ma tillimitax is-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw l-iskemi tas-sigurtà soċjali tagħhom. Fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom jingħataw il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, kif ukoll l-ammont ta' tali benefiċċji u l-perijodu li jingħataw għalih. Madankollu, meta jkunu qed jeżerċitaw dik is-setgħa, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni.

(22b)  Kwalunkwe restrizzjoni tat-trattament ugwali fil-qasam tas-sigurtà soċjali skont din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet mogħtija fl-applikazzjoni tar-Regolament (EU) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010.

(22c)     Sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta’ din id-Direttiva, u b’mod partikolari tad-dispożizzjonijiet rigward id-drittijiet, il-kondizzjonijiet tax-xogħol u l-akkomodazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti mekkaniżmi adatti għall-monitoraġġ ta' min iħaddem u, fejn xieraq, li jsiru spezzjonijiet effettivi u adegwati fit-territorju tagħhom. L-għażla ta' min iħaddem li jiġu spezzjonati għandha tkun ibbażata primarjament fuq valutazzjoni tar-riskju li għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri b'kont meħud ta' fatturi bħas-settur li fih kumpannija topera u kwalunkwe ksur irreġistrat fil-passat.

(23)       Sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi li permezz tagħhom il-ħaddiema staġonali jistgħu jfittxu rimedju legali u jressqu lmenti direttament jew permezz ta' ▌ partijiet terzi rilevanti bħat-trade unions jew assoċjazzjonijiet oħrajn ▌. Dan huwa kkunsidrat neċessarju biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn il-ħaddiema staġonali mhumiex konxji mill-eżistenza tal-mekkaniżmi tal-infurzar jew joqogħdu lura milli jużawhom f'isimhom, għaliex jibżgħu mill-konsegwenzi possibbli. Il-ħaddiema staġonali għandhom ikollhom aċċess għal protezzjoni ġudizzjarja kontra l-vittimizzazzjoni b'riżultat ta' lment li jagħmlu.

(24)  Minħabba li l-għanijiet, jiġifieri l-introduzzjoni ta' proċedura speċjali ta' ammissjoni▌, l-adozzjoni ta' kondizzjonijiet għal dħul u soġġorn għall-fini ta' impjieg staġonali minn ċittadini ta' pajjiżi terzi u d-definizzjoni tad-drittijiet tagħhom bħala ħaddiema staġonali, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà ▌kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b'kont meħud tal-politiki tal-immigrazzjoni u tal-impjieg fil-livell Ewropew u nazzjonali. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(25)       Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti ▌fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea b'mod partikolari l-Artikoli 7, 15(3), 17, 27, 28, 31 u 33(2) tagħha, f'konformità mal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(25a)     F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni tat-28 ta' Settembru 2011, l-Istati Membri ntrabtu li jakkumpanjaw, f'każijiet ġustifikati, in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom ma' dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġislatur iqis it-trasmissjoni ta' tali dokumenti bħala ġustifikata.

(26)  F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta' dak il-Protokoll, dawn l-Istati Membri mhumiex jipparteċipaw fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, u mhumiex marbutin biha jew soġġetti għall-applikazzjoni tagħha.

(27)       F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex tipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-Direttiva, u mhijiex marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha▌.

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1 Suġġett

1.          Din id-Direttiva tiddetermina l-kondizzjonijiet għad-dħul u s-soġġorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-fini ta' impjieg bħala ħaddiema staġonali u tiddefinixxi d-drittijiet tal-ħaddiema staġonali.

2.          Għal soġġorni li ma jaqbżux 90 jum, id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-acquis ta' Schengen b'mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009, ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001.

Artikolu 2 Kamp ta' applikazzjoni

1.          Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu barra mit-territorju tal-Istati Membri u li japplikaw biex ikunu ammessi jew li ġew ammessi, skont it-termini ta' din id-Direttiva, fit-territorju ta' Stat Membru għall-fini ta' impjieg bħala ħaddiema staġonali. Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li meta jippreżentaw l-applikazzjoni, ikunu jirresjedu fit-territorju tal-Istati Membri bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 11a.

1a.  Meta jittrasponu din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, fejn adatt f'konsultazzjoni ma' msieħba soċjali, jelenkaw dawk is-setturi ta' impjieg li jinkludu attivitajiet li jiddependu mill-mogħdija tal-istaġuni. Il-lista tas-setturi li jinkludu attivitajiet li jiddependu mill-mogħdija tal-istaġuni tista' tiġi modifikata mill-Istati Membri, fejn adatt f'konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dawn il-modifiki.

2.          Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ċittadini ta' pajjiżi terzi:

(a)    li jwettqu attivitajiet f'isem impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor fil-qafas tal-forniment ta' servizzi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk ikkollokati minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru fil-qafas tal-forniment ta' servizz skont id-Direttiva 96/71/KE.

(b)    li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni li eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu fl-Unjoni, f’konformità mad-Direttiva 2004/38/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri.

(c)    li, flimkien mal-membri tal-familja tagħhom, u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, għandhom drittijiet ta' moviment liberu ekwivalenti għal dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni skont ftehimiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jew bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)         'ċittadin ta' pajjiż terz' tfisser kwalunkwe persuna li ma tkunx ċittadin tal-Unjoni Ewropea skont it-tifsira tal-Artikolu 20(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

(b)         'ħaddiem staġonali' tfisser ċittadin ta' pajjiż terz li jżomm il-post ta' residenza prinċipali tiegħu f'pajjiż terz u jkun joqgħod legalment u temporanjament fit-territorju ta' Stat Membru għall-fini ta' impjieg biex iwettaq attività li tiddependi mill-mogħdija tal-istaġuni, skont kuntratt tax-xogħol wieħed jew aktar b'terminu fiss konkluż(i) direttament bejn iċ-ċittadin ta' pajjiż terz u min iħaddem stabbilita f'dak l-Istat Membru.

(c)         'attività li tiddependi mill-mogħdija tal-istaġuni' tfisser attività li hija marbuta ma' ċertu żmien tas-sena permezz ta' avveniment rikorrenti jew sensiela ta' avvenimenti marbuta ma’ kondizzjonijiet staġonali li matulhom il-livelli ta' ħaddiema meħtieġa huma sinifikattivament ogħla minn dawk neċessarji għall-operazzjonijiet kontinwi tas-soltu;

(d)         'permess ta' ħaddiem staġonali' tfisser awtorizzazzjoni maħruġa bl-użu ta' format stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi format uniformi għall-permessi ta' residenza għaċ-ċittadini ta' pajjiz terz li jirreferi għal xogħol staġonali u li jintitola lid-detentur tiegħu li joqgħod u jaħdem fit-territorju ta' Stat Membru għal soġġorn li jaqbeż 90 jum skont it-termini ta' din id-Direttiva;

(da)  'viża għal soġġorn qasir' tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru kif previst fl-Artikolu 2(a) tal-Kodiċi dwar il-Viżi jew maħruġa f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri li ma jimplimentawx l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ;

(e)         'viża għal soġġorn twil' tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru kif previst fl-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni ta' Schengen jew maħruġa f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri li ma jimplimentawx l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ;

(f)          'proċedura unika ta' applikazzjoni' tfisser proċedura li twassal, abbażi ta' applikazzjoni waħda għall-awtorizzazzjoni ta’ soġġorn u tax-xogħol ta’ ċittadin ta' pajjiż terz fit-territorju ta’ Stat Membru, għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal permess ta' ħaddiem staġonali;

(g)         "awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġonali" tfisser kwalunkwe waħda mill-awtorizzazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 9 li tintitola lid-detentur biex joqgħod u jaħdem fit-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ l-awtorizzazzjoni skont it-termini ta' din id-Direttiva;

(h)         'permess tax-xogħol' tfisser kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru f'konformità mal-liġi nazzjonali għall-fini ta' xogħol fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

Artikolu 4 Dispożizzjonijiet aktar favorevoli

1.          Din id-Direttiva għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli ta':

(a)    Id-dritt tal-Unjoni, inklużi ftehimiet bilaterali u multilaterali konklużi bejn l-Unjoni jew bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha minn naħa u pajjiż terz wieħed jew aktar min-naħa l-oħra;

(b)  ftehimiet bilaterali jew multilaterali konklużi bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar.

2.          Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jadottaw jew li jżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li tapplika għalihom fir-rigward tal-Artikoli 13, 13a, 14, 16 u 17 ta' din id-Direttiva.

KAPITOLU II

KONDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

Artikolu 5 Kriterji

u rekwiżiti għall-ammissjoni għal impjieg bħala ħaddiem staġonali għal soġġorni li ma jaqbżux 90 jum

1.          L-applikazzjonijiet għal ammissjoni fi Stat Membru skont it-termini ta' din id-Direttiva għal soġġorn li ma jaqbiżx 90 jum, għandhom ikunu akkumpanjati minn▌:

(a)    kuntratt validu ta' xogħol jew, jekk previst mil-liġi jew regolamenti amministrattivi jew prattika nazzjonali, offerta vinkolanti ta' impjieg għal xogħol bħala ħaddiem staġonali fl-Istat Membru kkonċernat ma' impjegatur stabbilit fl-Istat Membru li jispeċifika l-post u t-tip ta' xogħol, it-tul tal-impjieg, ir-remunerazzjoni u s-sigħat ta' xogħol kull ġimgħa jew xahar, l-ammont ta' kwalunkwe leave imħallas, u, fejn applikabbli, kondizzjonijiet ta' xogħol rilevanti oħra, u, jekk possibbli, id-data ta' meta jibda l-impjieg.

(b)  ▌evidenza tal-kisba jew, jekk prevista fil-liġi nazzjonali, tal-applikazzjoni għall-assigurazzjoni tal-mard minħabba r-riskji kollha li normalment ikopru liċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat għall-perjodi li fihom il-kopertura mit-tali assigurazzjoni u d-dritt għall-benefiċċji korrespondenti mhumiex ipprovduti b'konnessjoni max-xogħol, jew bħala riżultat tax-xogħol imwettaq fl-Istat Membru kkonċernat.

(c)    evidenza li l-ħaddiem staġonali ser ikollu akkomodazzjoni xierqa jew li ser tiġi pprovduta akkomodazzjoni xierqa, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14.

1a.        L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1(a) ikunu f'konformità mal-liġijiet applikabbli, il-ftehimiet kollettivi u/jew il-prattiki.

2.          Abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-ħaddiem staġonali ma jkollux rikors għas-sistemi tal-assistenza soċjali tagħhom.

3.          L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-applikant jippreżenta dokumentazzjni li tiċċertifika li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti skont il-liġi nazzjonali għall-eżerċizzju tal-professjoni rregolata, kif definit fid-Direttiva 2005/36/KE, speċifikat fil-kuntratt tax-xogħol jew fl-offerta vinkolanti għal impjieg.

4.          Meta jeżaminaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(1), l-Istati Membri li ma japplikawx l-acquis ta' Schengen b'mod sħiħ, għandhom jivverifikaw jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jippreżentax riskju ta' immigrazzjoni illegali u li huwa biħsiebu jitlaq mit-territorju tal-Istat Membri mhux aktar tard mid-data ta' skadenza tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 5a Kriterji u rekwiżiti għall-ammissjoni bħala ħaddiem staġonali għal soġġorni li jaqbżu 90 jum

1.          L-applikazzjonijiet għal ammissjoni fi Stat Membru skont it-termini ta' din id-Direttiva għal soġġorn li jaqbeż 90 jum, għandhom ikunu akkumpanjati minn:

(a)    kuntratt validu ta' xogħol jew, jekk previst mill-liġi jew regolamenti amministrattivi jew prattika nazzjonali, offerta vinkolanti ta' impjieg għal xogħol bħala ħaddiem staġonali fl-Istat Membru kkonċernat ma' impjegatur stabbilit fl-Istat Membru li jispeċifika l-post u t-tip ta' xogħol, it-tul tal-impjieg, ir-remunerazzjoni u s-sigħat ta' xogħol kull ġimgħa jew xahar, l-ammont ta' kwalunkwe leave imħallas, u, fejn applikabbli, kondizzjonijiet ta' xogħol rilevanti oħra, u, jekk possibbli, id-data ta' meta jibda l-impjieg.

(b)    evidenza tal-kisba jew, jekk prevista fil-liġi nazzjonali, tal-applikazzjoni għal assigurazzjoni tal-mard minħabba r-riskji kollha li normalment huma koperti għaċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat fil-perjodi fejn il-kopertura tal-assigurazzjoni u d-dritt għall-benefiċċji korrespondenti mhumiex ipprovduti f'konnessjoni max-xogħol, jew b'riżultat tax-xogħol imwettaq fl-Istat Membru kkonċernat.

(c)    evidenza ▌li l-ħaddiem staġonali ser ikollu akkomodazzjoni xierqa jew li ser tiġi pprovduta akkomodazzjoni xierqa, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14.

1a.  L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kondizzjonijiet elenkati fil-paragrafu 1(a) ikunu f'konformità mal-liġijiet applikabbli, il-ftehimiet kollettivi u/jew il-prattiki.

2.          Abbażi tad-dokumentazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-ħaddiem staġonali ser ikollu biżżejjed riżorsi matul is-soġġorn tiegħu biex imantni lilu nnifsu mingħajr rikors għas-sistemi tal-assistenza soċjali tagħhom.

3.          Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma kkunsidrati bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika m'għandhomx jiġu ammessi għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

4.          Meta jeżaminaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 9(2), l-Istati Membri għandhom jivverifikaw jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz jippreżentax riskju ta' immigrazzjoni illegali u li huwa biħsiebu jitlaq mit-territorju tal-Istat Membri l-aktar tard fid-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni.

5.          L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-applikant jippreżenta dokumentazzjoni li tiċċertifika li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti skont il-liġi nazzjonali għall-eżerċizzju tal-professjoni rregolata, kif definit fid-Direttiva 2005/36/KE, speċifikat fil-kuntratt tax-xogħol jew fl-offerta vinkolanti għal impjieg.

6.  Ċittadini ta' pajjiżi terzi għandu jkollhom dokument validu tal-ivvjaġġar stabbilit mil-liġi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-perijodu ta' validità tad-dokumenti tal-ivvjaġġar ikopru mill-inqas il-validità tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali. L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll il-perijodu ta' validità jaqbeż iż-żmien maħsub b'massimu ta' 90 jum u li d-dokument tal-ivvjaġġar jinħareġ fl-aħħar għaxar snin u jkollu mill-inqas żewġ paġni vojta.

Artikolu 5bVolumi ta' ammissjoni

Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa d-dritt ta' Stat Membru li jiddetermina l-volumi ta' ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jidħlu fit-territorju tiegħu għall-fini ta' xogħol staġjonali. Abbażi ta' din u għall-finijiet ta' din id-Direttiva, applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali tista' titqies inammissibbli jew tiġi rrifjutata.

Artikolu 6Raġunijiet għal rifjut

1.          L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali fejn:

(a)    il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 jew 5a ma jintlaħqux; jew

(b)    id-dokumenti ppreżentati jkunu nkisbu bi frodi, jew iffalsifikati, jew imbagħbsa

1a.  L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw, jekk adatt, applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali fejn:

(a)    il-persuna li tħaddem ġiet sanzjonata f'konformità mal-liġi nazzjonali għal xogħol mhux iddikjarat u/jew impjieg illegali jew fejn in-negozju tal-persuna li tħaddem qed jiġi jew ġie xolt skont il-liġijiet nazzjonali ta' insolvenza jew jekk ma tkunx qed issir ebda attività ekonomika; jew

(b)    il-persuna li tħaddem tkun ġiet issanzjonata skont l-Artikolu 12a.

2.          L-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk il-pożizzjoni vakanti inkwistjoni tistax timtela minn ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat jew minn ċittadini oħrajn tal-Unjoni, jew minn ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-Istat Membru, u f'dak il-każ huma jistgħu jirrifjutaw l-applikazzjoni. Dan il-paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-preferenza tal-Unjoni kif espressa fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti rilevanti ta' Adeżjoni.

3.          Stat Membru jista' jirrifjuta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali fejn:

(a)    il-persuna li tħaddem tkun naqset milli tissodisfa l-obbligi legali tagħha rigward is-sigurtà soċjali, it-tassazzjoni, id-drittijiet tax-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol jew it-termini ta' impjieg, kif previst fil-liġijiet applikabbli u/jew fi ftehimiet kollettivi; jew

(b)    fi żmien it-12-il xahar li jippreċedu immedjatament id-data tal-applikazzjoni, il-persuna li tħaddem tkun neħħiet pożizzjoni full-time sabiex toħloq pożizzjoni vakanti li qed tipprova timla bl-użu ta' din id-Direttiva;

(c)  iċ-ċittadin ta' pajjiż terz ma jkunx osserva l-obbligi li jirriżultaw minn deċiżjoni ta' ammissjoni preċedenti bħala ħaddiem staġjonali.

4.          Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kwalunkwe deċiżjoni ta' rifjut ta' applikazzjoni għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inklużi l-interessi tal-ħaddiem staġjonali, u tirrispetta l-prinċipju ta' proporzjonalità.

5.          Ir-raġunijiet għal rifjut tal-ħruġ ta' viża għal soġġorn qasir huma regolati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.

Artikolu 7Irtirar

tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali

1.          L-Istati Membri għandhom jirtirawl-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali maħruġ abbażi ta' din id-Direttiva fejn:

(a)    l-evidenza ppreżentat għall-fini tal-Artikolu 5 jew 5a kienet inkisbet bi frodi, jew iffalsifikata, jew imbagħbsa jew

(b)    meta d-detentur ikun qed joqgħod fil-pajjiż għal finijiet li mhumiex dawk li hu kien awtorizzat li joqgħod għalihom.

1a.  L-Istati Membri għandhom jirtiraw, jekk adatt, l-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali maħruġ abbażi ta' din id-Direttiva

fejn:

(a)    il-persuna li tħaddem ġiet sanzjonata f'konformità mal-liġi nazzjonali għal xogħol mhux iddikjarat u/jew impjieg illegali jew fejn in-negozju tal-persuna li tħaddem qed jiġi jew ġie xolt skont il-liġijiet nazzjonali ta' insolvenza jew jekk ma tkunx qed issir ebda attività ekonomika; jew

(b)    jekk il-persuna li tħaddem tkun ġiet sanzjonata skont l-Artikolu 12a.

2.          L-Istati Membri jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali maħruġ abbażi ta' din id-Direttiva fejn:

(a)    ma kienx hemm jew ma għadx hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 jew 5a; jew

(b)    il-persuna li tħaddem tkun naqset milli tissodisfa l-obbligi legali tagħha rigward is-sigurtà soċjali, it-tassazzjoni, id-drittijiet tax-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol jew it-termini ta' impjieg, kif previst fil-liġijiet applikabbli u/jew fi ftehimiet kollettivi; jew

(c)    il-persuna li tħaddem ma wettqitx l-obbligi bbażati fuq il-kuntratt tax-xogħol, jew

(d)    fi żmien it-12-il xahar li jippreċedu immedjatament id-data tal-applikazzjoni, il-persuna li timpjega neħħiet pożizzjoni full-time sabiex toħloq pożizzjoni vakanti li qed tipprova timla bl-użu ta' din id-Direttiva.

3.  L-Istati Membri jistgħu jirtiraw l-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali mogħtija abbażi ta' din id-Direttiva jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz japplika għal protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/95/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 jew jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz japplika għal protezzjoni f'konformità mal-liġi nazzjonali, l-obbligi internazzjonali jew il-prattika tal-Istat Membru kkonċernat.

4.          Ir-raġunijiet għal rifjut jew revoka tal-ħruġ ta' viża għal soġġorn qasir huma regolati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.

5.          Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kwalunkwe deċiżjoni biex tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inklużi l-interessi tal-ħaddiem staġjonali, u tirrispetta l-prinċipju ta' proporzjonalità.

Artikolu 7aObbligu ta' kooperazzjoni

L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lill-persuna li tħaddem biex tipprovdi l-informazzjoni rilevanti kollha meħtieġa għall-ħruġ, l-estensjoni jew it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali.

KAPITOLU III

PROĊEDURA U AWTORIZZAZZJONIJIET GĦALL-FINI TA' XOGĦOL STAĠJONALI

Artikolu 8Aċċess għall-informazzjoni

1.          L-Istati Membri għandhom jagħmlu aċċessibbli faċilment lill-applikanti l-informazzjoni dwar l-evidenza dokumentarja kollha meħtieġa għal applikazzjoni u l-informazzjoni dwar id-dħul u s-soġġorn, inklużi d-drittijiet u l-obbligi u s-salvagwardji proċedurali tal-ħaddiem staġjonali.

2.          Meta tinħareġ awtorizzazzjoni liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-fini ta' xogħol staġjonali, huma għandhom jiġu pprovduti b'informazzjoni bil-miktub dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva, inklużi l-proċeduri ta' lment.

Artikolu 9

Awtorizzazzjonijiet għall-fini ta' xogħol staġjonali

1.          Għal soġġorni li ma jaqbżux id-90 jum, għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5 u ma jaqgħux taħt ir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom joħorġu waħda mill-awtorizzazzjonijiet li ġejjin għall-fini ta' xogħol staġjonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-ħruġ ta' viżi għal soġġorn qasir kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 801/2009 u fir-Regolament (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta' Mejju 1995:

(a)    viża għal soġġorn qasir, li tindika li hija maħruġa għall-fini ta' xogħol staġjonali,

jew

(b)  viża għal soġġorn qasir u permess tax-xogħol maħruġa f'konformità mal-liġi nazzjonali li jindikaw li huma maħruġa għall-fini ta' xogħol staġjonali,

jew

(c)    permess tax-xogħol li jindika li huwa maħruġ għall-fini ta' xogħol staġjonali, fejn iċ-ċittadin ta' pajjiż terz huwa eżentat mill-

obbligu ta' viża f'konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 u l-Istat Membru ma japplikax l-Artikolu 4 (3) tal-istess Regolament lilu jew lilha.

Meta jittrasponu din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprevedu jew l-awtorizzazzjonijiet msemmija fil-punti (a) u (c) jew l-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (c).

2.        Għal soġġorni li jaqbżu d-90 jum, lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5a u ma jaqgħux taħt ir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom joħorġu waħda mill-awtorizzazzjonijiet li ġejjin għall-fini ta' xogħol staġjonali:

(a)    viża għal soġġorn twil, li tindika li hija maħruġa għall-fini ta' xogħol staġjonali;

jew

(b)    permess tax-xogħol staġjonali;

jew

(c)  permess tax-xogħol staġjonali jew viża għal soġġorn twil, jekk il-viża għal soġġorn twil hija meħtieġa taħt il-liġi nazzjonali għad-dħul fit-territorju.

Meta jittrasponu din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprevedu waħda biss mill-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).

2a.        Mingħajr preġudizzju għall-acquis ta' Schengen, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk applikazzjoni għandhiex tiġi ppreżentat minn ċittadin ta' pajjiż terz u/jew mill-persuna li tħaddem.

L-obbligu tal-Istati Membri li jiddeterminaw jekk l-applikazzjoni għandhiex issir minn ċittadin ta' pajjiż terz jew mill-persuna li tħaddem għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe arranġament li jeħtieġ li t-tnejn li huma jkunu involuti fil-proċedura.

3.          Il-permess tax-xogħol staġjonali msemmi fil-paragrafu 2, punti (b) u (c) għandu jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bl-użu tal-format stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002. L-Istati Membri għandhom idaħħlu referenza fuq il-permess li tiddikjara li dan huwa maħruġ għall-fini ta' xogħol staġjonali.

4.          Fil-każ ta' viżi għal soġġorn twil, f'konformità mal-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni ta' Schengen u mal-punt 12 tal-Anness għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 tad-29 ta' Mejju 1995, l-Istati membri għandhom idaħħlu referenza li tiddikjara li din hija maħruġa għall-fini ta' xogħol staġjonali taħt l-intestatura 'kummenti' fuq l-istiker tal-viża.

5.  L-Istati Membri jistgħu jindikaw l-informazzjoni addizzjonali relatata mar-relazzjoni ta' impjieg tal-ħaddiem staġjonali f'format ta' karta, jew jaħżnu tali data f'format elettroniku kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) 1030/2002 u fil-punt (a)16 tal-Anness għalih.

6.          Meta tkun meħtieġa viża għall-uniku fini ta' dħul fit-territorju ta' Stat Membru u ċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikun jissodisfa l-kondizzjonijiet biex jinħariġlu permess ta' ħaddiem staġjonali skont il-paragrafu 2(c), l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti liċ-ċittadin ta' pajjiż terz kull fakultà li jikseb il-viża meħtieġa.

7.          Il-ħruġ ta' viża għal soġġorn twil f'konformità mal-Artikolu 9(2)(a) għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri joħorġu awtorizzazzjoni minn qabel għal xogħol fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 10Applikazzjonijiet għal permess ta' ħaddiem staġjonali

1.          L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu u jiddeċiedu dwar l-applikazzjoni għal u l-ħruġ ta' permess ta' ħaddiem staġjonali.

2.          L-applikazzjoni għal permess ta' ħaddiem staġjonali għandha tiġi ppreżentata fi proċedura unika ta' applikazzjoni.

Artikolu 11

Perijodu ta' żmien tas-soġġorn

1.          L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-perijodu massimu ta' soġġorn għal ħaddiema staġjonali bejn ħames u disa' xhur fi kwalunkwe perijodu ta' tnax-il xahar. Wara dak il-perijodu, iċ-ċittadin ta' pajjiż terz għandu jħalli t-territorju tal-Istati Membru sakemm l-Istat Membru kkonċernat ma ħariġx permess ta' residenza skont il-liġi nazzjonali jew id-dritt tal-Unjoni għal finijiet oħra minbarra xogħol staġjonali.

2.          L-Istati Membri jistgħu jiffissaw perijodu massimu ta' żmien fi kwalunkwe perijodu ta' 12-il xahar, li matulu persuna li tħaddem titħalla timpjega ħaddiema staġjonali. Dan il-perijodu ta' żmien għandu jkun mill-anqas il-perijodu massimu ta' soġġorn imsemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 11aEstensjoni tas-soġġorn jew tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-finijiet ta' xogħol staġjonali

1.          Fil-perijodu massimu msemmi fl-Artikolu 11(1) u dment li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 jew 5a jiġu sodisfatti u r-raġunijiet stipulati fl-Artikolu 6 paragrafi (1), (1a) u, jekk applikabbli, (3) mhumiex sodisfatti, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-ħaddiema staġjonali estensjoni waħda tas-soġġorn tagħhom, fejn il-ħaddiema staġjonali jestendu l-kuntratt tagħhom mal-istess persuna li tħaddem.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li jħallu lill-ħaddiema staġjonali jestendu l-kuntratt tagħhom mal-istess persuna li tħaddem u s-soġġorn tagħhom aktar minn darba waħda, dment li l-perijodu massimu msemmi fil-paragrafu 1 ma jinqabiżx.

3.          Fil-perijodu massimu msemmi fl-Artikolu 11(1) u dment li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 jew 5b jiġu sodisfatti u r-raġunijiet stipulati fl-Artikolu 6 paragrafi (1), (1a) u, jekk applikabbli, (3) mhumiex sodisfatti, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-ħaddiema staġjonali estensjoni waħda tas-soġġorn tagħhom biex ikunu impjegati ma' persuna differenti li tħaddem.

4.          L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li jippermettu lill-ħaddiema staġjonali jiġu impjegati minn persuna differenti li tħaddem u li jestendu s-soġġorn tagħhom aktar minn darba waħda, dment li l-perijodu massimu msemmi fil-paragrafu 1 ma jinqabiżx.

5.          Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni meta l-ħaddiem staġjonali ammess taħt it-termini ta' din id-Direttiva qiegħed fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

6.          L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jestendu s-soġġorn jew li jġeddu l-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali meta l-post vakanti inkwistjoni jista' jimtela miċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat jew minn ċittadini oħrajn tal-Unjoni, jew minn ċittadini oħrajn tal-Unjoni, jew minn ċittadini ta' pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-Istat Membru. Dan il-paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-preferenza tal-Unjoni kif espressa fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti rilevanti ta' Adeżjoni.

7.  L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jestendu s-soġġorn jew li jġeddu l-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali fejn ikun intlaħaq il-perijodu massimu ta' soġġorn kif definit fl-Artikolu 11(1).

8.          L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jestendu s-soġġorn jew li jġeddu l-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali maħruġa abbażi ta' din id-Direttiva jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz japplika għal protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva tal-Kunsill 2011/95/UE tat-13 ta' Diċembru 2011 jew jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz japplika għal protezzjoni f'konformità mal-liġi nazzjonali, l-obbligi internazzjonali jew il-prattika tal-Istat Membru kkonċernat.

9.          L-Artikoli 7(1a) u (2)(b), (c) u (d) ma għandhomx japplikaw għal ħaddiem staġjonali li japplika biex jiġi impjegat minn persuna differenti li tħaddem f'konformità mal-paragrafu 3 meta dawn id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-persuna li tħaddem preċedenti.

10.        Ir-raġunijiet għal estensjoni ta' viża għal soġġorn qasir huma regolati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009.

11.        Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5a(3) u (6) u l-Artikolu 6(1), kwalunkwe deċiżjoni dwar applikazzjoni għal estensjoni jew tiġdid għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inklużi l-interessi tal-ħaddiem staġjonali, u tirrispetta l-prinċipju ta' proporzjonalità.

Artikolu 12Faċilitar tad-dħul mill-ġdid

1.          L-Istati Membri għandhom

jiffaċilitaw id-dħul mill-ġdid ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li kienu ammessi f'dak l-Istat Membru bħala ħaddiema staġjonali mill-anqas darba waħda fil-ħames snin preċedenti, u li jirrispettaw b'mod sħiħ il-kondizzjonijiet applikabbli għall-ħaddiema staġjonali kif stipulati f'din id-Direttiva matul kull soġġorn tagħhom.

2.          Il-faċilitazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista' tinkludi waħda jew aktar miżuri bħal:

(a)    eżenzjoni mill-preżentazzjoni ta' wieħed jew aktar dokumenti msemmija fl-Artikoli 5 jew 5a;

(b)    il-ħruġ ta' diversi permessi ta' ħaddiema staġjonali f'att amministrattiv wieħed;

(c)    proċedura aċċellerata li twassal għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-permess ta' ħaddiem staġjonali jew il-viża għal soġġorn twil;

(d)    prijorità fl-analiżi tal-applikazzjonijiet għall-ammissjoni bħala ħaddiem staġjonali inkluż il-kunsiderazzjoni tal-ammissjoni preċedenti meta tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet fir-rigward tal-eżawriment tal-volumi tal-ammissjoni.

Artikolu 12aSanzjonijiet kontra min iħaddem

1.          L-Istati Membri għandhom jipprevedu sanzjonijiet kontra persuni li jħaddmu li ma ssodisfawx l-obbligi tagħhom li jirriżultaw minn din id-Direttiva, inkluż l-esklużjoni ta' persuni li jħaddmu li qegħdin fi ksur serju tal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għall-impjieg ta' ħaddiema staġjonali. Dawk is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk l-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali tiġi rtirata f'konformità mal-paragrafu 1a u l-punti (b), (c) u (d) tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 7, min iħaddem għandu jkun soġġett li jħallas kumpens lill-ħaddiem staġjonali f'konformità mal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali. Kwalunkwe responsabbiltà għandha tkopri kwalunkwe obbligu pendenti li min iħaddem ikollu jirrispetta jekk l-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali ma tkunx ġiet irtirata.

3.          Fejn min iħaddem huwa sottokuntrattur li kiser id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, il-kuntrattur prinċipali u kwalunkwe sottokuntrattur intermedjarju, fejn huma ma wettqux l-obbligi ta' diliġenza dovuta kif definiti bil-liġi nazzjonali:

(a)    jistgħu jkunu soġġetti għas-sanzjonijiet definiti fil-paragrafu 1;

(b)    jistgħu, minbarra jew minflok min iħaddem, ikunu soġġetti li jħallsu kwalunkwe kumpens dovut lill-ħaddiem staġjonali f'konformità mal-paragrafu 2; u

(c)  jistgħu, minbarra jew minflok min iħaddem, ikunu soġġetti li jħallsu kwalunkwe ħlas b'lura dovut lill-ħaddiem staġjonali skont il-liġi nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu regoli aktar stretti dwar ir-responsabbiltà skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 13Salvagwardji proċedurali

1.          L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom jadottaw deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali u jinnotifikaw lill-applikant bil-miktub, f'konformità mal-proċeduri ta' notifika stabbiliti fil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru, mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn 90 jum mid-data li fiha kienet ġiet ippreżentata l-applikazzjoni kompluta.

1a.        Fil-każ ta' applikazzjoni għal estensjoni tas-soġġorn jew tiġdid tal-awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 11a, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw li l-ħaddiem staġjonali ma jkunx obbligat iwaqqaf ir-relazzjoni tal-impjieg tiegħu jew tagħha mal-istess persuna li tħaddmu, jew li ma jitħalliex jibdel il-persuna li tħaddmu, minħabba proċeduri amministrattivi li jkunu għaddejjin.

Jekk il-validità tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali tiskadi matul il-proċedura għall-estensjoni jew it-tiġdid, f'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-ħaddiem staġjonali jibqa' fit-territorju tagħhom sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti, dment li l-applikazzjoni kienet ippreżentata fi ħdan il-validità ta' dik l-awtorizzazzjoni u li l-perijodu ta' żmien imsemmi fl-Artikolu 11(1) ma skadiex. F'tali każ, l-Istati Membri jistgħu, fost l-oħrajn, jiddeċiedu li:

(a)     joħrġu permessi ta' residenza nazzjonali temporanji jew awtorizzazzjonijiet ekwivalenti sakemm issir deċiżjoni, u/jew

(b)    jippermettu lill-ħaddiem staġjonali jaħdem matul dak il-perijodu.

Matul il-perijodu tal-analiżi tal-applikazzjoni għal estensjoni jew tiġdid, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' din id-Direttiva.

2.          Fejn l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni pprovduta b'appoġġ għall-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant f'perijodu raġonevoli dwar l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa u jistabbilixxu skadenza raġonevoli sabiex din tiġi pprovduta. Il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż sakemm l-awtoritajiet jirċievu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

3.  Ir-raġunijiet għal deċiżjoni li tiddikjara applikazzjoni inammissibbli għall-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali jew li jirrifjutaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali jew li jirrifjutaw estensjoni ta' soġġorn jew tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-finijiet ta' xogħol staġjonali għandhom jingħataw bil-miktub lill-applikant. Ir-raġunijiet għal deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali għandha tingħata bil-miktub kemm lill-ħaddiem staġjonali u, jekk previst fil-liġi nazzjonali, lil min iħaddem.

3a.        Kwalunkwe deċiżjoni li tiddikjara applikazzjoni inammissibbli għall-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali jew li tirrifjuta l-applikazzjoni, li tirrifjuta l-estensjoni tas-soġġorn jew it-tiġdid ta' awtorizzazzjoni għall-finijiet ta' xogħol staġjonali jew li tirtira awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali għandha tkun miftuħa għal kontestazzjoni legali fl-Istat Membru kkonċernat, f'konformità mal-liġi nazzjonali. In-notifika miktuba għandha tispeċifika l-qorti u/jew l-awtorità amministrattiva fejn jista' jsir appell u l-limitu ta' żmien għall-appell.

4.          Is-salvagwardji proċedurali rigward il-viżi għal soġġorn qasir huma regolati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.

Artikolu 13aTariffi u spejjeż

1.          L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu ħlas ta' tariffi għall-immaniġġjar tal-applikazzjonijiet f'konformità ma' din id-Direttiva. Il-livell ta' tali tariffi ma għandux ikun sproporzjonat jew eċċessiv. It-tariffi għall-viżi għal soġġorn qasir huma regolati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis ta' Schengen. Fejn dawk it-tariffi huma mħallsa miċ-ċittadin ta' pajjiż terz, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li huma intitolati li jkunu rimburżati mill-persuna li tħaddem f'konformità mal-liġi nazzjonali.

2.          L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu lil min iħaddem lill-ħaddiema staġjonali jħallas għal:

(a)    l-ispiża tal-vjaġġ mill-post ta' oriġini tal-ħaddiema staġjonali sal-post tax-xogħol fl-Istat Membru kkonċernat u l-vjaġġ lura;

(b)    l-ispiża tal-assigurazzjoni kontra l-mard imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5(1) u l-punt (b) tal-Artikolu 5a(1).

Meta mħallsa min iħaddem, dawn l-ispejjeż ma għandhomx ikunu rkuprati mill-ħaddiem staġjonali.

Artikolu 14Akkomodazzjoni

1.          L-Istati Membri għandhom jirrikjedu evidenza li l-ħaddiem staġjonali ser jibbenefika minn akkomodazzjoni li tiżgura standard ta' għajxien adegwat skont il-leġislazzjoni nazzjonali u/jew il-prattika, għat-tul kollu tas-soġġorn. L-awtorità kompetenti għandha tiġi informata bi kwalunkwe tibdil ta' akkomodazzjoni tal-ħaddiem staġjonali.

2.          Fejn l-arranġamenti għall-akkomodazzjoni jsiru minn jew permezz ta' min iħaddem:

(a)    il-ħaddiem staġjonali jista' jiġi meħtieġ iħallas kera li l-ispejjeż tagħha ma għandhomx ikunu eċċessivi meta mqabbla mar-renumerazzjoni netta tiegħu/tagħha u lanqas mal-kwalità tal-akkomodazzjoni inkwistjoni. Tali kera ma għandhiex tiġi mnaqqsa awtomatikament mill-paga tal-ħaddiem staġjonali;

(b)    min iħaddem għandu jipprovdi lill-ħaddiem staġjonali b'kuntratt ta' kera jew dokument ekwivalenti li fih huma ddikjarati b'mod ċar il-kondizzjonijiet ta' kera tal-akkomodazzjoni;

(c)    min iħaddem għandu jiżgura li l-akkomodazzjoni tissodisfa l-istandards ġenerali ta' saħħa u sikurezza fis-seħħ fl-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 14aStazzjonament mis-servizzi pubbliċi ta' impjieg

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li l-istazzjonament tal-ħaddiema staġjonali għandu jitwettaq biss mis-servizzi pubbliċi ta' impjieg.

KAPITOLU IV

DRITTIJIET

Artikolu 15Drittijiet abbażi tal-

awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali

Matul il-perijodu ta' validità tal-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 9, id-detentur għandu mill-inqas igawdi mid-drittijiet li ġejjin:

(a)         id-dritt għal dħul u soġġorn fit-territorju tal-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni,

(b)         l-aċċess liberu għat-territorju kollu tal-Istat Membru li joħroġ l-awtorizzazzjoni fil-limiti previsti mil-liġi nazzjonali;

(c)         id-dritt li jeżerċita l-attività konkreta tal-impjieg li ġiet awtorizzata skont l-awtorizzazzjoni f'konformità mal-liġi nazzjonali.

Artikolu 16

Dritt għat-trattament ugwali

1.          Il-ħaddiema staġjonali għandhom ikunu intitolati għal trattament ugwali meta mqabbla maċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti tal-anqas fir-rigward ta':

(a)    it-termini ta' impjieg, inkluża l-età minima ta' impjieg, u l-kondizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga u s-sensja, is-sigħat tax-xogħol, il-btajjel u l-vakanzi, kif ukoll ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;

(b)  id-dritt tal-istrajkjar u li tittieħed azzjoni industrijali, f'konformità mal-liġi u l-prattiki tal-Istat Membru ospitanti, il-libertà ta' assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew ta' kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha huma impenjati f'xi xogħol speċifiku, inklużi d-drittijiet u l-benefiċċji konferiti minn organizzazzjonijiet bħal dawn, fost l-oħrajn id-dritt għan-negozjar u għall-konklużjoni ta' ftehimiet kollettivi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika;

(c)    il-pagamenti b'lura li għandhom isiru minn min iħaddem, dwar kwalunkwe remunerazzjoni pendenti liċ-ċittadin ta' pajjiż terz;

(d)    il-fergħat ta' sigurtà soċjali, kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004;

(e)    l-aċċess għal prodotti u servizzi u l-provvista ta' prodotti u servizzi li jkunu disponibbli għall-pubbliku, minbarra l-akkomodazzjoni, mingħajr preġudizzju għal-libertà kuntrattwali f'konformità mal-liġi tal-Unjoni u nazzjonali;

(f)     is-servizzi ta' konsulenza dwar ix-xogħol staġjonali mogħtija minn uffiċċji tal-impjieg;

(g)    l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

(h)  ir-rikonoxximent ta' diplomi, ċertifikati u kwalifiki professjonali oħra, skont il-proċeduri nazzjonali rilevanti;

(i)     il-benefiċċji tat-taxxa, kemm-il darba l-ħaddiem staġjonali jkun meqjus bħala residenti għal finijiet fiskali fl-Istat Membru kkonċernat.

Il-ħaddiema staġjonali ta' pajjiżi terzi li jmorru joqogħdu f'pajjiż terz, jew is-superstiti ta' ħaddiema staġjonali bħal dawn li jkunu residenti f'pajjiż terz li jkollhom drittijiet derivanti mill-ħaddiem staġjonali, għandhom jirċievu pensjonijiet statutorji bbażati fuq l-impjieg preċedenti tal-ħaddiem staġjonali u akkwiżiti skont il-leġiżlazzjoni stipulata fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, b'dawk l-istess kondizzjonijiet u b'dawk l-istess rati bħalma jkunu dovuti liċ-ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati meta jmorru joqogħdu f'pajjiż terz.

2.          L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu t-trattament ugwali:

(i)     taħt il-punt (d) tal-paragrafu 1 billi jeskludu l-benefiċċji għall-familja u l-benefiċċji tal-qgħad, mingħajr preġudizzju għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1231/2010;

(ii)    taħt il-punt (g) tal-paragrafu 1 billi tiġi limitata l-applikazzjoni tiegħu għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali li huwa direttament marbut mal-attività speċifika ta' impjieg u billi jiġu esklużi l-għotjiet ta' studju u ta' manteniment u self jew għotjiet u self oħrajn;

(iii)  taħt il-punt (i) tal-paragrafu 1 fir-rigward tal-benefiċċji tat-taxxa billi tiġi limitata l-applikazzjoni għal każijiet fejn il-post ta’ residenza rreġistrat jew tas-soltu tal-membri tal-familja tal-ħaddiem staġjonali, li għalihom hu/hi titlob benefiċċji, ikun jinsab fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.

3.          Id-dritt għal trattament ugwali stipulat fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istat Membru li jirtira jew li jirrifjuta li jestendi jew iġedded l-awtorizzazzjoni għall-fini ta' xogħol staġjonali f'konformità mal-Artikoli 7 u 11a.

Artikolu 16aMonitoraġġ, valutazzjoni u spezzjonijiet

1.          L-Istati Membri għandhom jipprovdu miżuri bil-għan li jipprevjenu abbużi possibbli u għas-sanzjoni tal-kontravenzjonijiet. Huma għandhom jinkludu l-monitoraġġ, il-valutazzjoni u, fejn adatt, l-ispezzjoni f'konformità mal-liġi nazzjonali jew mal-prattiki amministrattivi.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizzi responsabbli mill-ispezzjoni tax-xogħol jew l-awtoritajiet kompetenti u, fejn previst skont il-liġi nazzjonali għall-ħaddiema nazzjonali, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-ħaddiema jkollhom aċċess għall-post tax-xogħol u, bi ftehim tal-ħaddiem, għall-akkomodazzjoni.

Artikolu 17Faċilitar tal-ilmenti

1.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi effikaċi li permezz tagħhom ħaddiema staġjonali jistgħu jressqu ilmenti kontra l-persuna li timpjegahom, direttament jew permezz ta’ partijiet terzi li jkollhom, skont il-kriterji stabbiliti fil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu fl-iżgurar tal-konformità ma’ din id-Direttiva, jew awtorità kompetenti tal-Istat Membru meta jkun previst fil-leġislazzjoni nazzjonali.

2.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet terzi li għandhom, skont il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ din id-Direttiva, jistgħu, jew f'isem il-ħaddiem staġjonali, jew b'appoġġ għalih, bl-approvazzjoni tiegħu/tagħha, jimpenjaw ruħhom fi kwalunkwe proċedura amministrattiva jew ċivili, esklużi l-proċeduri u d-deċiżjonijiet rigward il-viżi għal soġġorn qasir, previsti mill-għan tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

3.          L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ħaddiema stagjonali jkollhom l-istess aċċess bħall-ħaddiema l-oħra f'pożizzjoni simili għal miżuri ta' protezzjoni kontra t-tkeċċija jew trattament ħażin ieħor mill-persuna li timpjega bħala reazzjoni għal ilment fi ħdan l-intrapriża jew għal kwalunkwe proċediment legali maħsub għall-infurzar tal-konformità ma' din id-Direttiva.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 18Statistika

1.          L-Istati Membri għandhom, jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-istatistika dwar l-għadd ta' awtorizzazzjonijiet għall-fini ta' xogħol staġjonali maħruġa għall-ewwel darba u, sa fejn possibbli, dwar l-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li l-awtorizzazzjoni tagħhom għall-fini ta' xogħol staġjonali ġiet estiża/imġedda jew irtirata. Din l-istatistika għandha tkun diżaggregata skont iċ-ċittadinanza, u sa fejn hu possibbli mit-tul tal-validità tal-awtorizzazzjoni u s-settur ekonomiku.

2.          L-istatistika indikata fil-paragrafu 1 għandha tkun relatata ma’ perijodi ta’ referenza ta’ sena kalendarja u għandha tkun ikkomunikata lill-Kummissjoni fi żmien sitt xhur mit-tmiem tas-sena ta’ referenza. L-ewwel sena ta' referenza għandha tkun [is-sena ta' wara l-punt taż-żmien indikat fl-Artikolu 20(1)].

3.          L-istatistika indikata fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkomunikata skont ir-Regolament (KE) Nru 862/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[18].

Artikolu 19Rappurtar

Kull tliet snin, u għall-ewwel darba mhux aktar tard minn [tliet snin wara d-data ta' traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva fl-Istati Membri u għandha tipproponi kwalunkwe emenda neċessarja.

Artikolu 20Traspożizzjoni

1.           L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn (30 xahar mid-data tal-pubblikazzjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea). Dawn għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza.

2.          L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 21Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22 Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Parlament Ewropew                                                      Għall-Kunsill

Il-President                                                                            Il-President

  • [1]  ĠU C 218, 23.7.2011, p. 97.
  • [2]  ĠU C 166, 7.6.2011, p. 59.
  • [3] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [4] 1       ĠU C,, p. .
  • [5] 2       ĠU C,, p. .
  • [6] 3       ĠU C,, p. .
  • [7]           COM(2005) 669
  • [8]           ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24.
  • [9]           ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.
  • [10]           ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.
  • [11]           ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.
  • [12]           ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98.
  • [13]           ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1.
  • [14]          ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.
  • [15]          ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.
  • [16]          ĠU L 239, 22.9.2000, p. 90.
  • [17]          ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.
  • [18]          ĠU L 199, 31.7.2007, p. 23.

NOTA SPJEGATTIVA

1. Introduzzjoni

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li ħarġet fl-2005 dwar “Pjan ta’ Politika dwar il-Migrazzjoni Legali” stipulat proposta għal Direttiva dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ħaddiema staġonali, filwaqt li tikkunsidra li ħaddiema staġonali huma meħtieġa regolarment f’ċerti setturi, fejn ħafna migranti jaħdmu illegalment b’kundizzjonijiet prekarji. Il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta tagħha f’Lulju 2010 f’pakkett flimkien mal-proposta dwar trasferimenti interkorporattivi.

Ir-Rapporteur jemmen bis-sħiħ li din id-Direttiva hija meħtieġa għall-prevenzjoni tal-isfruttament ta’ ħaddiema staġonali, b’mod speċjali fid-dawl ta’ avvenimenti reċenti (l-aktar f’Rosarno, l-Italja, imma mhijiex limitata għal xi Stat Membru partikolari).

Barra minn hekk, il-ħtieġa għal ħaddiema staġonali minn pajjiżi li mhumiex fl-UE hija fenomenu komuni f’ħafna Stati Membri, u qafas fil-livell tal-UE għall-ġestjoni ta’ din il-migrazzjoni jista’ jipprovdi valur miżjud reali. F’dan ir-rigward, jiġi nnutat ukoll li l-provvista ta’ rotot legali għall-migrazzjoni jista’ jkollha rwol importanti biex titnaqqas il-migrazzjoni illegali u l-isfruttament li ġġib magħha. Huwa vitali wkoll li din id-Direttiva tagħti attenzjoni partikolari lill-ħtieġa għal trattament indaqs fis-suq tax-xogħol tal-UE, biex jiġu żgurati li l-paga u l-kundizzjonijiet tax-xogħol ma jiddgħajfux. Għalhekk, b’mod ġenerali r-Rapporteur jilqa’ din il-proposta, filwaqt li jinnota li jeħtieġ li jissaħħu b’mod sinifikanti xi oqsma.

2. Ħarsa ġenerali lejn il-proposta

Din il-proposta tistabbilixxi proċedura rapida għall-ammissjoni ta’ ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi, ibbażata fuq id-definizzjoni u l-kriterji komuni għall-ħaddiema staġonali. Il-proposta tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom il-ħaddiema staġonali se jinħarġilhom permess ta’ residenza u permess tax-xogħol li jippermettilhom joqogħdu għal mhux aktar minn sitt xhur f’sena kalendarja, u tiddefinixxi d-drittijiet tal-ħaddiema staġonali.

Ir-Rapporteur jilqa’ numru ta’ dispożizzjonijiet maħsuba biex jiżguraw protezzjoni ikbar ta’ ħaddiema staġonali. Dawn jinkludu:

•          Ammissjoni tiddependi fuq il-fatt li jkun hemm kuntratt tax-xogħol jew offerta vinkolanti ta’ impjieg li tispeċifika s-salarju li għandu jingħata u kundizzjonijiet tax-xogħol oħra.

•          Min iħaddem huwa mistenni li jipprovdi evidenza li l-ħaddiem staġonali jkollu akkomodazzjoni xierqa matul is-soġġorn tiegħu.

•          Partijiet terzi maħtura bħat-trejdjunjins u l-NĠOs, ikunu kapaċi jressqu lmenti f’isem il-ħaddiema staġonali sabiex jiġi żgurat l-infurzar effikaċi tar-regoli.

Il-proposta tistipula wkoll it-trattament indaqs ma’ ħaddiema nazzjonali fir-rigward ta’ ċerti drittijiet (l-Artikolu 16). Ir-Rapporteur, filwaqt li huwa konxju li l-biċċa l-kbira ta’ dan l-Artikolu jaqa’ esklussivament taħt il-kompetenza tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, iqis li dawn id-dispożizzjonijiet huma kruċjali u għandhom jiġu msaħħa aktar biex ikun żgurat it-trattament ugwali.

3. Emendi ewlenin

Filwaqt li r-Rapporteur iqis li l-proposta tal-Kummissjoni fiha xi dispożizzjonijiet importanti, hu tal-fehma li tista’ tissaħħaħ iktar b’għadd ta’ bidliet u zidiet kif jinsabu fl-abbozz ta' rapport. Dawn jinkludu:

Ambitu

L-ambitu tal-proposta tal-Kummissjoni jinkludi biss ċittadini minn pajjiżi terzi li jgħixu barra l-UE. Madankollu, sabiex ikun żgurat approċċ komprensiv għax-xogħol staġonali, din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal persuni minn pajjiżi terzi li joqgħodu fl-UE li mhumiex intitolati jaħdmu skont il-leġiżlazzjoni eżistenti. Barra minn hekk ma għandhiex tinjora s-sitwazzjoni attwali fis-settur tax-xogħol staġonali fejn bosta persuni minn pajjiżi terzi bi status irregolari huma impjegati f’kundizzjonijiet abbużivi. Għalhekk, persuni minn pajjiżi terzi f’pożizzjoni irregolari għandhom, għal perjodu tranżizzjonali, ikunu jistgħu japplikaw għall-impjieg bħala ħaddiema staġonali skont din id-Direttiva.

F’termini ta’ ambitu settorjali tad-Direttiva, xi attivitajiet fis-setturi tal-agrikoltura, l-ortikultura u t-turiżmu huma naturalment staġonali, b’rabta ma’ perjodi ta’ żmien meta jkun hemm ħtieġa għolja fil-ħtieġa għall-forza tax-xogħol, skont it-tibdil tal-istaġun. Dawn is-setturi għandhom għalhekk jitniżżlu b'mod ċar bħala parti mill-kontenut tal-ambitu ta' din id-Direttiva. Madankollu, billi titqies il-varjetà wiesgħa tas-sitwazzjonijiet fl-Istati membri, xi attivitajiet addizzjonali, lil’hinn minn dawn is-setturi, jistgħu jiddaħħlu fi ħdan l-ambitu ta’ din id-Direttiva, iżda dan għandu jiġri biss bil-ftehim tas-sħab soċjali.

Aċċess għall-informazzjoni

L-għoti ta’ informazzjoni lill-ħaddiema staġonali hu strument importanti sabiex titnaqqas il-vulnerabbiltà tagħhom għall-esplojtazzjoni. Għalhekk l-informazzjoni lill-ħaddiema staġonali u l-persuni li jimpjegaw potenzjali għandha tkun disponibbli u għandha tippermetti li jagħmlu għażla infurmata dwar l-applikazzjoni biex isiru ħaddiema staġonali jew biex jimpjegaw lil ħaddiema staġonali. Barra minn hekk, meta ħaddiema staġonali jirċievu l-permess, dawn għandhom jingħataw informazzjoni bil-miktub dwar drittijiethom skont din id-Direttiva. Fl-aħħar, punti ta’ kuntatt għandhom jiġu stabbiliti sabiex il-ħaddiema staġonali jingħataw informazzjoni u pariri.

Permess tax-xogħol staġonali

Il-proposta tal-Kummissjoni tipprovdi li tinħareġ viża minflok permess tax-xogħol staġonali, għal permanenzi ta’ inqas minn tliet xhur. Madankollu, mhuwiex ċar għaliex jeħtieġ li jkun hekk u, b'iktar importanza, jekk id-drittijiet assoċjati mal-permess tal-ħaddiema staġonali japplikaw għal dawk li jaħdmu b’viża. Għalhekk, sabiex jiġi pprevenut li jinħolqu żewġ kategoriji ta’ ħaddiema staġonali bi drittijiet differenti skont it-tul tas-soġġorn tagħhom, il-ħaddiema staġonali kollha għandhom jingħata permess tax-xogħol staġonali.

Tul ta’ żmien tas-soġġorn

Ir-Rapporteur jappoġġa d-dispożizzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni li tipprovdi għal perjodu massimu ta’ soġġorn ta’ sitt xhur. Jista’ jiġi ddubitat jekk li perjodi ta’ soġġorn itwal jistgħu jiġu deskritti b’mod preċiż bħala staġonali, u b’hekk jirriżulta f’abbuż mis-sistema, b’detriment għall-ħaddiema staġonali. Barra minn hekk, il-perjodu massimu għandu jkun sa 12-il xahar mhux sena kalendarja sabiex ikun hemm żmien għall-istaġun tax-xitwa li mhuwiex inkluż f’sena kalendarja. Barra minn hekk, għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-ħaddiema staġonali li jistgħu jkunu intitolati jibqgħu fi Stat Membru b’permess jew viża differenti, u għalhekk ma jkunx hemm bżonn li jirritornaw lejn pajjiżhom.

Sanzjonijiet kontra min iħaddem

Ir-Rapporteur iqis li hemm ħtieġa ta’ dispożizzjoni separata dwar is-sanzjonijiet kontra min iħaddem. Barra minn hekk, minħabba l-pożizzjoni vulnerabbli ta’ ħaddiema staġonali għandhom jingħataw kumpens jekk il-permess tagħhom jittieħed bħala riżultat tal-fatt li min iħaddem ma jkunx irrispetta l-obbligi ġuridiċi tagħhom.

Il-proposta tal-Kummissjoni tipprovdu wkoll għar-raġunijiet ta’ rifjut ta’ applikazzjoni, jew l-irtirar ta’ permess jew li ma jiġġeddidx permess ta’ ħaddiem staġonali biex ikunu inklużi każijiet fejn min iħaddem ikun ġie issanzjonat għal impjieg illegal. Fl-interessi tal-protezzjoni tal-ħaddiema staġonali, dan ikun estiż biex ikunu inklużi sanzjonijiet għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u ksur tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jew tad-drittijiet tax-xogħol. Madankollu, minħabba l-pożizzjoni vulnerabbli ta’ ħaddiema staġonali, permess għandu jiġi rtirat biss taħt dawn iċ-ċirkostanzi jekk ikun fl-interessi tagħhom.

Akkomodazzjoni

Ir-Rapporteur iqis li d-dispożizzjoni li tirrikjedi li min iħaddem jipprovdi evidenza li l-ħaddiema staġonali se jibbenefikaw minn akkomodazzjoni adegwata bħala element pożittiv fil-proposta tal-Kummissjoni. Madankollu, għandha tissaħħaħ billi ssir referenza għar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali kif ukoll xi standards minimi kif irrakkomandat mill-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali. Barra minn hekk, il-kera ma għandhiex tkun eċċessiva meta mqabbel mal-kwalità tal-akkomodazzjoni u l-paga tagħhom u ma għandhiex tiżdied waqt is-soġġorn tal-ħaddiema staġonali.

Spejjeż

Xi spejjeż li huma marbuta direttament mal-impjieg staġonali għandhom jitħallsu minn min iħaddem, inklużi l-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tal-viża u l-assigurazzjoni tas-saħħa għal perjodu barra l-kuntratt tax-xogħol. Il-ħlas minn min iħaddem tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandu jiffaċilita r-ritorn tal-ħaddiema staġonali lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom wara l-iskadenza tal-permess.

Monitoraġġ u Spezzjonijiet

Il-proposta ma fihiex dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ jew l-ispezzjonijiet li r-Rapporteur iqis bħala essenzjali sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-ħaddiema staġonali u d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva jkunu rrispettati bi sħiħ. L-abbozz ta’ rapport għalhekk fih emendi għall-iżgurar li l-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi bħal dawn għall-monitoraġġ u spezzjonijiet.

L-iffaċilitar ta’ lmenti

Minħabba l-vulnerabbiltà ta' ħaddiema staġonali għall-esplojtazzjoni hu essenzjali li jkunu stabbiliti mekkaniżmi effikaċi sabiex jilmentaw huma nfushom, jew permezz ta’ partijiet terzi. Il-proposta tipprovdi li partijiet terzi jistgħu jressqu ilmenti f’isem il-ħaddiema staġonali. Madankollu, dan jeħtieġ li jissaħħaħ biex ikun żgurat li Stati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi li permezz tagħhom ħaddiema staġonali jew partijiet terzi jistgħu jressqu ilment. Barra minn hekk, il-protezzjoni kontra l-vittimizzazzjoni hi kruċjali biex dan il-mekkaniżmu jkun għażla realistika għal ħaddiema staġonali li jeħtieġu jilmentaw u b’hekk ikunu f’pożizzjoni vulnerabbli f’dak li għandu x’jaqsam ma' min iħaddimhom.

OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI LEGALI

Is-Sur Juan Fernando López Aguilar,

'Chairperson'

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

BRUSSELL

Suġġett:           Verifika tal-bażi ġuridika fil-proposta għal direttiva dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' impjieg staġonali (COM(2010)379)

Sinjur President,

B’ittra tal-4 ta’ Lulju 2011, il-President tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, li huwa kumitat assoċjat skont it-tifsira tal-Artikolu 50 tar-Regoli ta’ Proċedura, waqt li l-kumitat prinċipali huwa l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, Ġustizzja u Intern, talab lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont it-termini tal-Artikolu 37 tar-Regoli ta’ Proċedura, jilqa’ mistoqsija marbuta mal-bażi ġuridika tal-proposta għal direttiva, hawn fuq imsemmija.

Il-Kumitat debitament ikkunsidra din it-talba kif ġej.

Il-bażi ġuridika proposta mill-Kummissjoni għall-proposta ta’ direttiva hija l-Artikolu 79(2)(a) u (b) TFUE, li jaqa’ fl-ambitu tat-Titolu V dwar iz-Zona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja tal-Parti Tlieta tat-TFUE, intitolata Politika u Azzjonijiet Interni tal-Unjoni. Għandu jinżamm quddiem l-għajnejn li din id-dispożizzjoni hija soġġetta għall-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda u l-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka. Skont dawn il-protokolli, id-Danimarka qatt ma tieħu parti fl-adozzjoni ta' miżuri u r-Renju Unit u l-Irlanda għandhom għażla dwar jekk jipparteċipawx jew le.

Il-Kumitat tal-Impjiegi jqis li l-bażi ġuridika proposta ma hijiex xierqa għad-direttiva u jipproponi ż-żieda tal-Artikolu 153(1)(a), (b) u (g) TFUE, li jidħol fl-amibitu tat-Titolu X dwar il-Politika Soċjali ta’ Parti Tlieta tat-TFUE, intitolata Politika u Azzjonijiet Interni tal-Unjoni. Ir-raġuni għall-bażi ġuridika addizzjonali huwa ddikjarat li hija li l-proposta għal direttiva ma tirregolax biss kwestjonijiet ta’ migrazzjoni, imma wkoll kwestjonijiet ta’ jeddijiet ta’ impjieg tal-kategoriji tal-ħaddiema kkonċernati.

I. SFOND

Il-proposta għal direttiva dwar il-kondizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' impjieg staġonali (COM (2010) 379) kienet ippreżentata mill-Kummissjoni fit-13 ta’ Lulju 2010 bħala segwitu għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Programm ta’ azzjoni rigward l-immigrazzjoni legali” (COM (2005) 669) u bħala response għall-Programm ta’ L-Aja ta’ Novembru 2004 (COM (2005) 184), li talab lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ta' politika dwar il-migrazzjoni legali inklużi l-proċeduri ta' ammissjoni, li jkun kapaċi jirrisponi bla dewmien għad-domandi fl’ttwanti għal ħaddiema migranti fis-suq tax-xogħol.

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Programm ta’ azzjoni rigward l-immigrazzjoni legali” tiddefinixxi pjan għal perjodu rimanenti tal-Programm ta’ L-Aja (2006-2009) u telenka l-azzjonijiet u l-inizjattivi leġiżlattivi li l-Kummissjoni beħsiebha tieħu ħalli tkun tista’ tippersegwi żvilupp koerenti tal-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni legali. Dwar il-kategorija tal-ħaddiema staġonali, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni hawn fuq imsemmija tiddelinea skema li se “tipproduċi permess ta’ residenza/xogħol li jippermetti lil nazzjonal ta’ pajjiż terz jaħdem għal għadd partikolari ta’ xhur fis-sena għal 4-5 snin. It-timbri għad-dħul u l-ħruġ għandhom jipprevjenu l-abbużi. L-iskop huwa li jkun hemm biżżejjed ħaddiema fl-Istati Membri filwaqt li fl-istess ħin ikun hemm status ġuridiku sikur u prospettiva ta’ xogħol regolari għall-immigranti kkonċernati, biex b’hekk tkun imħarsa kategorija dgħajfa ta’ ħaddiema u jkun hemm ukoll kontribut għall-iżvilupp fil-pajjiżi tal-oriġini."[1]

II. IL-BAŻI ĠURIDIKA PROPOSTA MILL-KUMMISSJONI

Fil-memorandum spjegattiv għall-proposta, il-Kummissjoni tiddikjara li l-bażi ġuridika xierqa hija l-Artikolu 79 (2) (a) u (b) TFUE, li jgħid kif ġej:

"Artikolu 79

1. L-Unjoni għandha tiżviluppa politika komuni ta' immigrazzjoni maħsuba biex tassigura, fl-istadji kollha, l-amministrazzjoni effikaċi tal-flussi tal-migrazzjoni, it-trattament ġust ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi residenti legalment fl-Istati Membri, kif ukoll il-prevenzjoni u l-ġlieda b' saħħa kontra l-immigrazzjoni illegali u t-traffikar tal-bnedmin.

2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri fl-oqsma li ġejjin:

(a) il-kondizzjonijiet ta' dħul u residenza, kif ukoll l-istandards dwar il-ħruġ minn Stati Membri ta' viżi u permessi ta' residenza għal żmien twil, inklużi dawk biex terġa' tingħaqad il-familja;

(b) id-definizzjoni tad-drittijiet ta' ċittadin ta' pajjiż terz residenti legalment fi Stat Membru inklużi l-kondizzjonijiet li jirregolaw il-libertà ta' moviment u ta' residenza fi Stati Membri oħra”.

III. BAŻI ĠURIDIKA LI HU PROPOST LI TKUN MIŻJUDA

Il-Kumitat għall-Impjiegi jipproponi ż-żieda mal-bażi ġuridika tal-Artikolu 153(1)(a), (b) u (g), li jgħid kif ġej:

"Artikolu 153

1. Bl-għan li jinkisbu l-għanijiet ta' l-Artikolu 151[2], l-Unjoni għandha ssostni u tikkomplementa l-attivitajiet ta' l-Istati Membri f’dawn l-oqsma:

(a) it-titjib in partikolari ta' l-ambjent tax-xogħol sabiex jitħarsu s-saħħa u s-siġurtà tal-ħaddiema;

(b) il-kondizzjonijiet tax-xogħol;

(...)

(g) il-kondizzjonijiet ta' l-impjieg għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu legalment fit-territorju ta' l-Unjoni”.

Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jinqraw konġuntament mal-Artikolu 153(2), li jgħid dan li ġej:

"2. Għal dan l-għan, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill:

(a) jistgħu jadottaw miżuri intiżi sabiex iħajjru koperazzjoni bejn l-Istati Membri permezz ta' inizjattivi mmirati sabiex jameljoraw l-għarfien, jiżviluppaw skambji ta' informazzjoni u l-aħjar prattiċi, jippromwovu affronti innovattivi u jivvalutaw l-esperjenzi, b’esklużjoni ta' kull armonizzazzjoni tal-liġijiet u tar-regolamenti ta' l-Istati Membri;

(b) jistgħu jadottaw fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1(a) sa (i), permezz ta' direttivi, rekwiżiti minimi applikabbli progressivament, meħud qies tal-kondizzjonijiet tekniċi li jkunu jinsabu f’kull wieħed mill-Istati Membri. Direttivi bħal dawn għandhom jevitaw li jdaħħlu rabtiet amministrattivi finanzjarji u ġuridiċi li jistgħu jxekklu l-ħolqien u l-iżvilupp ta' impriżi żgħar u medji.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, għandhom jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u tal-Kumitat tar-Reġjuni.

Fl-oqsma msemmija fil-paragrafu 1 c), d), f) u g), il-Kunsill għandu jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, b' mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u mal-Kumitati msemmija.

Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni, u wara li jkun ikkonsulta l-Parlament Ewropew, jista’ jiddeċiedi li l-proċedura leġislattiva ordinarja tkun applikabbli għall-paragrafu l d), f) u g).[3]

IV. L-APPROĊĊ TAL-QORTI EWROPEA TAL-ĠUSTIZZJA

Hija ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li l-għażla tal-bażi ġuridika ta’ att “għandha tibbaża ruħha fuq elementi oġġettivi, suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, li fosthom jinsabu, b’mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-miżura[4]."

Jekk eżami ta' att “juri li hija għandha fini doppju jew li għandha komponent doppju u jekk wieħed minn dawk huwa identifikabbli bħala l-fini jew il-komponent prinċipali predominanti waqt li l-ieħor huwa biss inċidentali, l-att għandu jkun ibbażat fuq bażi legali waħda, jiġifieri dik meħtieġa mill-fini jew il-komponent prinċipali jew predominanti.”[5]

Eċċezzjonalment, “jekk jiġi stabbilit li l-miżura fl-istess ħin għandha diversi objettivi li huma marbutin flimkien b'mod inseparabbli mingħajr ma waħda hija sekondarja u indiretta b'relazzjoni mal-oħra, il-miżura għandha tkun ibbażata fuq il-bażijiet legali korrispondenti.”[6]

Madankollu, “ebda bażi legali doppja ma hija possibbli meta l-proċeduri stabbiliti għal kull bażi legali jkunu inkompatibbli ma' xulxin.”[7]

V. GĦAN U KONTENUT TAL-PROPOSTA

Il-premessa 6 tal-preambolu għall-proposta ta’ direttiva għandha “tikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva ta' flussi ta' migrazzjoni għall-kategorija speċifika tal-migrazzjoni temporanja staġonali billi tistabbilixxi regoli ġusti u trasparenti għall-ammissjoni u r-residenza, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi għal inċentivi u salvagwardji biex tipprevjeni li permanenza temporanja ssir waħda permanenti.”

Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, il-proposta tistabbilixxi proċedura ffaċilitata għall-ammissjoni ta’ ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi abbażi ta’ definizzjonijiet u kriterji komuni. L-Artikoli 1 sa 13 tal-proposta ta’ direttiva jippreskrivu r-regoli li jiggvernaw il-proċedura għall-ammissjoni.

Il-permessa 20 tfakkar li "meta tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli tal-ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi u n-natura temporanja tal-kompitu tagħhom, ikun hemm il-ħtieġa li jiġu definiti b'mod ċar il-kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għal tali ħaddiema sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali billi jiġu indikati dawn il-kundizzjonijiet għall-istrumenti li ġeneralment ikunu vinkolanti li jipprovdu protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi, bħal liġi jew ftehimiet kollettivi applikabbli b'mod universali.”

Bl-iskop li jintlaħaq dan l-objettiv, il-proposta ta’ direttiva tippreskrivi fl-Artikoli 15 u 16 il-jeddijiet imsemmijin u tirreferi għall-istrumenti vinkolanti applikabbli għal dik il-kategorija ta’ ħaddiema.

VI. Determinazzjoni tal-bażi ġuridika xierqa

Filwaqt li jitqies il-fatt li l-objettiv u l-kontenut tal-proposta huma (1) il-preskrizzjoni tal-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ nazzjonali ta’ pajjiżi terzi għall-iskopijiet ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali u (2) id-definizzjoni tal-jeddijiet ta’ dik il-kategoriaj ta’ ħaddiema, l-Artikolu 79(2)(a) u (b) TFUE jikkostitwixxi l-bażi ġuridika xierqa.

VII. ANALIŻI TAL-BAŻI ĠURIDIKA LI HU PROPOST LI TKUN MIŻJUDA

L-Artikolu 153(1)(a) u (b) TFUE jirreferi għall-ambjent tax-xogħol u l-aspetti fejn m'hemmx pagament tal-pattijiet u kundizzjonijiet tal-impjieg tal-ħaddiem. Ikopru materji bħalma huma l-organizzazzjoni tax-xogħol u l-attivitajiet tax-xogħol, it-taħriġ, il-ħiliet u l-impjegabilità, is-saħħa, is-sigurtà u l-benessri.

Fid-dawl tal-analiżi li saret hawn fuq, dawn il-materji ma jikkostitwixxux aspetti ċentrali tal-proposta b’mod li jiġġustifikaw rikors għal dawk id-dispożizzjonijiet bħala bażi ġuridika addizzjonali skont ir-restrizzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-Artikolu 153(1)(g) TFUE, huwa mħasseb dwar il-kondizzjonijiet tal-impjieg għal nazzjonali ta’ pajjiżi terzi li jkunu jirrisjedu legalment fit-territorju tal-Unjoni. B’danakollu, it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 153(2) jippreskrivi proċedura leġiżlattiva speċjali għall-Artikolu 153(1)(g) (“il-Kunsill għandu jaġixxi skond proċedura leġislattiva speċjali, b' mod unanimu, wara konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kumitati msemmija”). Din il-bażi ġuridika għalhekk hija inkompatibbli mal-Artikolu 79(2)(a) u (b) TFUE, li jippreskrivi l-proċedura leġiżlattiva ordinarja (ara l-Kawża C-338/01 Il-Kummissjoni v. Il-Kunsill imsemmija aktar ’il fuq).

Din, iżda, ma hijiex l-unika inkompatibilità. Huwa meqjus li l-Artikolu 153 TFUE, li fl-ambitu tiegħu ġiet adottata l-leġiżlazzjoni għall-Unjoni kollha kemm hi, ma jistax jintuża konġuntament mal-Artikolu 79 TFUE, billi d-Danimarka ma tipparteċipax fl-adozzjoni kollha tal-leġiżlazzjoni skont it-termini ta’ dak l-artikolu u r-Renju Unit u l-Irlanda għandhom il-jedd ma jipparteċipawx.

VII. KONKLUŻJONI

Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, l-Artikolu 79(2)(a) u (b) TFUEU huwa l-unika bażi ġuridika xierqa għad-direttiva proposta.

Fil-laqgħa tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2011, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali b’konsegwenza ddeċieda, bi 18-il vot favur u astensjoni waħda[8], li jirrakkomanda li l-Artikolu 79(2) (a) u (b) TFUE għandu jinżamm bħala l-unika bażi ġuridika xierqa għad-direttiva proposta.

Dejjem tiegħek.

  • [1]  COM(2005)669, p. 9.
  • [2]          L-Unjoni u l-Istati Membri, waqt li jżommu f’moħħhom id-drittijiet soċjali fundamentali bħalma huma dawk stabbiliti fil-Karta Soċjali Ewropea li kienet iffirmata f’Turin fit-18 ta' Ottubru 1961 u l-Karta tal-Komunità ta' l-1989 dwar id-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-Ħaddiema, għandu jkollhom bħala mira il-promozzjoni ta' l-impjieg, it-titjib tal-kondizzjonijeit tal-ħajja u tax-xogħol, sabiex jagħmlu possibli l-armonizzazzjoni tagħhom waqt li jitkompla it-titjib, il-protezzjoni soċjali xierqa, id-djalogu bejn min imexxi u l-ħaddiema, l-iżilupp tar-riżorsi umani bil-mira ta' livell għoli ta' mpjieg li jdum għal żmien twil u l-ġlieda kontra l-esklużjoni.
    B'dan l-għan l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jimplimentaw miżuri li jieħdu kont tad-diversi forom ta' prattiċi nazzjonali, partikolarment fil-qasam ta' relazzjonijiet kontrattwalli, u l-ħtieġa li tinżamm il-kompetittività fl-ekonomija ta' l-Unjoni.
    Huma jemmnu li żvilupp bħal dan għandu jirriżulta mhux biss mill-funzjonament tas-suq intern, li għandu jiffavorixxi l-armonizzazzjoni ta' sistemi soċjali, imma wkoll mill-proċeduri previsti fit-Trattati u mill-approssimazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva.
  • [3]          Enfasi miżjuda.
  • [4]          Kawża C-178/03, Il-Kummissjoni v. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill [2006] ECR I-107, para. 41.
  • [5]          Ibid., para. 42.
  • [6]          Kawża C-338/01, Kummissjoni v. Kunsill [2004] ECR I-4829, para. 55.
  • [7]          Ibid., para. 56.
  • [8]  Il-persuni li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Klaus-Heiner Lehne (President), Luigi Berlinguer (Viċi President), Raffaele Baldassarre (Viċi President), Evelyn Regner (Viċi President), Sebastian Valentin Bodu (Viċi President), Philippe Boulland, Christian Engström, Marielle Gallo, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Kurt Lechner, Toine Manders, Antonio Masip Hidalgo, Jiří Maštálka, Gabriel Mato Adrover, Alajos Mészáros, Bernhard Rapkay, Alexandra Thein, Diana Wallis, Rainer Wieland.

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (21.1.2011)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' impjieg staġonali.
(COM(2010)379 – C7‑0180/2010 – 2010/0210(COD))

Antigoni Papadopoulou

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Hemm ħtieġa strutturali għal impjieg staġonali fl-Unjoni Ewropea, mhux biss fid-dawl tal-isfidi demografiċi li qiegħda taffaċċja u t-tixjiħ tal-popolazzjoni tagħha, sitwazzjoni li x'aktarx tkompli tmur għall-agħar fil-futur, iżda wkoll minħabba nuqqas sinifikanti ta' impjiegi f' dan is-settur.

Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini minn pajjiżi terzi għall-iskop ta' impjieg staġonali tistipula rekwiżiti komuni tal-UE għad-dħul u r-residenza, kif ukoll id-drittijiet tal-ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi.

Fir-rigward tad-direttiva proposta, ir-rapporteur ta' din l-opinjoni tinsab imħassba dwar l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, fejn minn banda qiegħda tilqa' l-inċentivi għal migrazzjoni ċirkolari, filwaqt li mill-banda l-oħra qiegħda tesprimi tħassib dwar il-vulnerabbiltà ta' ħafna ħaddiema staġonali, b'mod partikolari dawk nisa.

Minkejja d-diffikultà biex tinġabar statistika preċiża, huwa ċar li n-nisa jirrappreżentaw persentaġġ sostanzjali tal-popolazzjoni migratorja, ħaġa li trid tiġi kkunsidrata bis-sħiħ sabiex jiġu mmaniġġjati b'mod effettiv il-flussi migratorji kkundizzjonati speċifikament mill-impjieg staġonali.

F'ħafna pajjiżi n-nisa huma partikolarment vulnerabbli bħala riżultat tal-faqar, flimkien ma' kopertura tal-assigurazzjoni, benefeċċji tas-sigurtà soċjali, ħiliet (taħriġ) u riżorsi finanzjarji lkoll inadegwati, kif ukoll minħabba li ma jkunux mgħarrfin biżżejjed dwar id-drittijiet tagħhom. Barra minn hekk, iħabbtu wiċċhom ma' preġudizzji u sterjotipi bbażati fuq is-sess, ir-razza u r-reliġjon, kif ukoll ma' forom oħra ta' diskriminazzjoni. Dawn il-problemi kollha u problemi oħra relatati lin-nisa impjegati bħala ħaddiema staġonali jagħmlulhom ħajjithom aktar iebsa, b'mod partikolari jekk għandhom responsabbiltajiet oħra bħalma hi r-responsabbiltà li jieħdu ħsieb tfal żgħar ħafna.

Ħaddiema staġonali nisa huma spiss impjegati għal xogħol tal-biedja matul l-istaġuni ta' tiżriegħ u ħżin u fis-settur tat-turiżmu matul il-vakanzi. Madankollu, ħafna drabi jingħataw kompiti addizzjonali mhux previsti fil-kuntratti ta' impjieg staġonali tagħhom, li jinkludu xogħol domestiku jew li jieħdu ħsieb l-anzjani jew persuni b'diżabbiltà jew it-tfal. L-inugwaljanzi eżistenti fir-rigward tal-paga jew rigward il-kundizzjonijiet tal-impjieg staġonali ma għandhomx jiġu perpetwati, bħala riżultat tad-domanda li tvarja għal ħaddiema staġonali migratorji, bħala kategorija speċifika, il-garanziji u l-inċentivi partikolari offruti lilhom, jew l-isfidi li magħhom qegħdin iħabbtu wiċċhom. B'mod partikolari, ta' min isemmi f'din l-opinjoni l-ħtieġa għall-protezzjoni tat-tfal li qegħdin jgħixu fl-akkomodazzjoni pprovduta, kif ukoll li tiġi żgurata konformità sħiħa mar-rekwiżiti tas-saħħa u tas-sikurezza fir-rigward ta' ħaddiema staġonali migratorji tqal, li jkunu għadhom kemm welldu li jkunu qed ireddgħu.

Nisa impjegati bħala ħaddiema staġonali għandhom ikunu jafu bid-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-kuntratti ta' impjieg staġonali tagħhom u tan-natura tal-kompiti li jridu jwettqu, sabiex ma jkunx obbligati jaħdmu aktar sigħat minn dawk li jixtiequ jaħdmu bħala persunal domestiku jew persunal li jieħu ħsieb persuni partikolari, jew ikunu mġiegħla jaħdmu fit-traffikar jew fil-prostituzzjoni. Ħafna drabi, nisa b'impjieg staġonali huma aktar vulnerabbli, peress ma jkunux jafu bil-mekkaniżimi għat-tressiq tal-ilmenti disponibbli għalihom jew joqogħdu luru milli jużawhom minħabba li jibżgħu li aġir bħal dan se jaffettwa l-prospetti ta' impjieg tagħhom fil-futur.

Għalhekk jeħtieġ li jiġu stipulati b'mod ċar id-drittijiet u l-obbligi tal-ħaddiema staġonali f'dawk is-setturi tal-ekonomija li jissodisfaw il-kriterji tal-impjieg staġonali, sabiex jiġu pprevenuti kundizzjonijiet tax-xogħol arbitrarji jew inaċċettabbli jew l-isfruttament. Hemm bżonn ukoll li tiġi provduta sistema sigura għall-protezzjoni legali tal-ħaddiema staġonali, flimkien ma' miżuri kkoordinati u ispezzjonijiet regolari mill-awtoritajiet sabiex jiġu stabbiliti standards minimi vinkolanti fir-rigward ta' paga, akkomodazzjoni u iġjene lkoll aċċettabbi.

Id-dettalji rilevanti dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza, l-informazzjoni komprensiva fir-rigward tad-drittijiet tal-ħaddiema u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa għandhom ikunu disponibbli fil-lingwa tal-ħaddiema staġonali u għandha ssir dispożizzjoni għal servizzi ta' interpretu, ħalli anke ħaddiema illitterati, b'mod partikolari dawk nisa, jistgħu jingħataw l-assistenza kollha possibbli biex jifhmu tajjeb x'inhuma d-drittijiet tagħhom, u jkun aktar faċli għalihom biex ifittxu rimedju legali kontra ksur tad-drittijiet tagħhom, kontra trattament ħażin jew sfruttament sesswali jew kwalunkwe sura oħra ta' sfruttament.

Din l-opinjoni għandha tenfasizza wkoll il-ħtieġa li jsir kull sforz biex in-nisa jingħataw is-setgħa fir-rigward tal-impjieg staġonali permezz tal-edukazzjoni/it-taħriġ u programmi ta' sostenn li jkunu ġew adattati speċifikament għal bżonnijet tagħhom. L-użu tal-istrument adattat u l-iskambju tal-prattiki tajba bejn l-Istati Membri tal-UE u l-azzjonijiet ikkoordinati mit-trade unions u organizzazzjonijiet oħra f'pajjiżi terzi jistgħu jwasslu għat-titjib kontinwu u sistematiku tal-għarfien u tal-ħiliet tagħhom, għal aktar mobbiltà u titjib "fil-migrazzjoni ċirkolari" għall-benefiċċju tal-UE, tal- pajjiżi terzi u tal-ħaddiema staġonali nfushom. L-objettiv huwa li, minn banda, jittejbu l-produttività, il-kompetittività u l-iżvilupp ekonomiku fl-Istati Membri, għall-promozzjoni/materjalizzazzjoni effettiva tal-objettivi tal-istrateġija UE 2020, li l-għan tagħhom huwa l-ilħiq ta' Ewropa aktar soċjali u, mill-banda l-oħra, biex tkun tista' tingħata protezzjoni għal ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi b'impjiegi staġonali.

Barra minn hekk, din l-opinjoni għandha tenfasizza l-bżonn għall-adozzjoni ta' bbaġitjar skont il-ġeneru fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-baġits nazzjonali, sabiex tiġi żgurata, min-naħa, id-disponibbiltà ta' finanzjament suffiċjenti u, min-naħa l-oħra, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni preċiżi fir-rigward tal-effikaċja ta' programmi u inċentivi fil-mira għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' ħaddiema permanenti u staġonali u biex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali.

Il-kompilazzjoni sistematika ta' dejta ta' statistika dwar il-migrazzjoni staġonali fir-rigward tan-nisa tipprovdi l-bażi l-aktar loġika għall-mobilizzazzjoni ta' politiki adattati li jindirizzaw l-isfidi u l-problemi li jitqajmu mill-migrazzjoni staġonali.

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva ta' flussi ta' migrazzjoni għall-kategorija speċifika tal-migrazzjoni temporanja staġonali billi tistabbilixxi regoli ġusti u trasparenti għall-ammissjoni u r-residenza, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi għal inċentivi u salvagwardji biex tipprevjeni li permanenza temporanja ssir waħda permanenti. Barra minn hekk, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Ewropew li tipprovdi għal standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini ta' pajjiżi terzi b’residenza illegali se jikkontribwixxu billi jevitaw li tali permanenza temporanja ssir waħda illegali.

(6) Din id-Direttiva għandha tikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva ta' flussi ta' migrazzjoni għall-kategorija speċifika tal-migrazzjoni temporanja staġonali billi tistabbilixxi regoli ġusti u trasparenti għall-ammissjoni u r-residenza, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi għal inċentivi u salvagwardji biex tipprevjeni li permanenza temporanja ssir waħda permanenti. Barra minn hekk, ir-regoli stabbiliti fid-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi għal standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini ta' pajjiżi terzi b’residenza illegali se jikkontribwixxu billi jevitaw li tali permanenza temporanja ssir waħda illegali.

 

Barra minn hekk, din id-Direttiva għandha partikolarment tgħin biex in-nisa jiġu protetti minn impjieg prekarju u mill-esplojtazzjoni.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 6 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Din id-Direttiva mistennija li tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali, l-impjieg klandestin u l-ekonomija s-sewda, li jipperpetwaw u jħeġġu netwerks tal-intrigi kriminali u l-kriminalità organizzata, li ġeneralment huma n-nisa u t-tfal vulnerabbli li jisfaw vittmi tagħhom

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 6 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Din id-Direttiva għandha tqis il-fatt li skont ir-rapporti min-NU, l-OECD, l-ILO u organizzazzjonijiet oħra, persentaġġ għoli tal-migranti staġonali li jidħlu fl-UE kull sena huma nisa minn pajjiżi terzi, foqra, illitterati u li jgħixu taħt kundizzjonijiet ta' għajxien ħżiena .

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 6 c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c) Din id-Direttiva għandha tqis ukoll l-ostakoli ġenerali li ħaddiema staġonali migratorji nisa jkollhom iħabbtu wiċċhom magħhom, b'mod partikolari nisa li għandhom tfal żgħar li, minbarra li jkollhom jaffaċċaw diffikultajiet marbutin mal-adattament għal pajjiż barrani u ambjent tax-xogħol mhux familjari, jesperjenzaw ukoll preġudizzji u sterjotipi bbażati fuq is-sess, ir-razza, il-kulur tal-ġilda u r-reliġjon, kif ukoll forom oħra ta' diskriminazzjoni.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Il-ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi għandhom ikunu mgħarrfa kif xieraq bid-drittijiet u l-obbligi tagħhom meta jingħataw il-permessi ta’ impjieg tagħhom. L-informazzjoni meħtieġa għandha tingħata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li jilqa’. Għandhom jittieħdu miżuri kontra kull ksur tad-drittijiet tagħhom minn min iħaddimhom u/jew minn kwalunkwe parti terza kif ukoll kontra dawk li jwettqu xogħol mhux iddikjarat fl-istess ħin li jwettqu l-impjieg staġonali tagħhom.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 16 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) Il-ħaddiema staġonali għandhom ikunu jafu d-drittijiet tagħhom u jkunu konxji mill-fatt li l-impjieg tagħhom għandu jkun ta' natura purament staġonali, speċjalment fil-każ ta' ħaddiema nisa li ħafna drabi, minbarra l-kompiti miftiehma fil-kuntratt ta' impjieg staġonali, huma obbligati jagħmlu xogħol addizzjonali li jinvolvi l-assistenza f'kompiti domestiċi jew li jieħdu ħsieb anzjani u persuni b'diżabbiltà jew saħansitra jkunu mġiegħla jagħtu servizzi li jinvolvu, pereżempju, il-prostituzzjoni.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 19 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) L-awtoritajiet għandhom iwettqu ispezzjonijiet regolari dwar kemm l-akkomodazzjoni, il-kundizzjonijiet ta' għajxien u l-livelli iġjeniċi huma adattati għall-ħaddiema staġonali, sabiex ikunu sodisfatti li tali ħaddiema jgawdu minn kundizzjonijiet tal-għajxien u standards ta' iġjene adegwati, speċjalment fir-rigward tal-akkomodazzjoni fejn ikun hemm it-tfal ukoll. L-awtoritajiet li jwettqu l-ispezzjonijiet għandhom ikunu awtorizzati jagħmlu rakkomandazzjonijiet lil min jimpjega fil-każ li tinkixef xi irregolarità u jagħtu multi lil dawk responsabbli.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 20 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) Sabiex tiġi ggarantita s-sikurezza u s-sigurtà ta’ ħaddiema nisa li aktar hemm possibbiltà li jitħaddmu bħala ħaddiema staġonali mill-ħaddiema irġiel, jeħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet ċari u adegwati li jistipulaw id-drittijiet tal-ħaddiema nisa li jinnegozjaw kundizzjonijiet ta’ xogħol ma’ minn iħaddimhom, li jiffukaw partikolarment fuq dispożizzjonijiet ta’ sigurtà speċjali. Dawk id-dispożizzjonijiet għandhom ikopru s-sitwazzjonijiet ħżiena kollha li ħaddiema nisa jistgħu jħabbtu wiċċhom magħhom kif ukoll l-aċċess għall-kura tas-saħħa ta' kwalità għolja.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 23 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Ħaddiema staġonali jistgħu jkunu vulnerabbli għal sfruttament min-naħa ta' dawk li jimpjegawhom (sfruttament sesswali, l-obbligu li jwettqu kompiti addizzjonali jew li jaħdmu sigħat twal iżżejjed, kundizzjonijiet tax-xogħol inaċċettabbli jew paga inugwali). F’dak il-każ, il-gvernijiet, l-awtoritajiet lokali, it-trejdjunjins, u entitajiet oħra jeħtieġu li jibqgħu f’kuntat aktar mill-qrib bil-għan li jaħdmu flimkien b’mod aktar attiv biex jappoġġjaw lill-ħaddiema staġonali – irġiel kif ukoll nisa – bit-tfassil ta' programmi għall-għoti tas-setgħa, bl-għoti ta' taħriġ u sostenn u bit-tfassil ta' strateġiji għar-riżoluzzjoni tal-problemi tagħhom.

 

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 23 b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23b) Il-produzzjoni ta’ statistika dwar l-impjiegi staġonali fl-Istati Membri għandha tgħin ukoll biex jiġu ċċarati d-differenzi bejn il-pajjiżi u jiġi enfasizzat ir-rwol u l-problemi speċifiċi tan-nisa li jwettqu xogħol staġonali.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni jekk il-persuna li timpjega ġiet issanzjonata f'konformità mal-liġi nazzjonali għal xogħol mhux iddikjarat u/jew impjieg illegali.

3. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw applikazzjoni jekk il-persuna li timpjega ġiet issanzjonata f'konformità mal-liġi nazzjonali minħabba xogħol mhux iddikjarat u/jew impjieg illegali u/jew minħabba li tkun tat fastidju, ittrattat ħażin jew tkun sfruttat il-ħaddiema.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza, inklużi d-drittijiet u l-evidenza dokumentarja kollha meħtieġa għall-applikazzjoni għar-residenza u x-xogħol fit-territorju ta' Stat Membru bħala ħaddiem staġonali, tkun disponibbli.

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex l-informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza, inklużi d-drittijiet u l-evidenza dokumentarja kollha meħtieġa għall-applikazzjoni għar-residenza u x-xogħol fit-territorju ta' Stat Membru bħala ħaddiem staġonali, tkun disponibbli. Din l-informazzjoni għandha tingħata b'mod sempliċi u li jinftiehem minn persuni bi kwalunkwe livell ta' edukazzjoni.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-ħaddiema staġonali għandhom jitħallew joqogħdu għal massimu ta' sitt xhur fi kwalunkwe sena kalendarja, li fi tmiemhom huma għandhom jirritornaw lejn xi pajjiż terz.

1. Il-ħaddiema staġonali għandhom jitħallew joqogħdu għal massimu ta' sitt xhur fi kwalunkwe sena kalendarja, li fi tmiemhom huma għandhom jirritornaw lejn xi pajjiż terz, sakemm ma jkunux intitolati skont il-liġi nazzjonali li joqgħodu skont permess jew viża differenti.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li min jimpjega l-ħaddiema staġonali jipprovdi evidenza li l-ħaddiem staġonali se jibbenefika minn akkomodazzjoni li tiżgura livell ta' għajxien xieraq. Jekk il-ħaddiema staġonali huma mistennija li jħallsu r-renta għal din l-akkomodazzjoni, il-valur tagħha m'għandux ikun eċċessiv f'paragun mar-remunerazzjoni tagħhom.

L-Istati Membri għandhom jitolbu għal evidenza mingħand dawk li jimpjegaw ħaddiema staġonali, li turi li l-ħaddiem staġonali se jibbenefika minn akkomodazzjoni li tiżgura livell ta' għajxien xieraq u għandhom jaħtru uffiċjal jew dipartiment responsabbli biex:

 

(i) iwettaq ispezzjonijiet regolari dwar il-kundizzjonijiet ta' akkomodazzjoni u għajxien

 

(ii) jagħmel rakkomandazzjonijiet lil min jimpjega u

 

(iii) jagħti multi lil dawk li jimpjegaw meta jonqsu milli jkunu konformi mar-rakkomandazzjonijiet. .

 

Jekk il-ħaddiema staġonali huma mistennija li jħallsu r-renta għal din l-akkomodazzjoni, il-valur tagħha m'għandux ikun eċċessiv f'paragun mar-remunerazzjoni tagħhom.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 15 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) id-dritt li tirrifjuta mingħajr penali t-twettiq ta' kompiti addizzjonali (dan jikkonċerna, pereżempju, sforzi li jobbligaw ħaddiema migratorji staġonali nisa jwettqu kompiti domestiċi jew jieħdu ħsieb l-anzjani jew persuni b'diżabbiltà jew it-tfal żgħar jew li ġġegħelhom jipprostitwixxu ruħhom), biex b'hekk ikun hemm ksur fit-termini mniżżla fil-kuntratt ta' impjieg staġonali tagħhom.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – l-ewwel parti

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kundizzjonijiet tax-xogħol, li jinkludu l-paga u s-sensja kif ukoll ir-rekwiżiti ta' saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol, applikabbli għax-xogħol staġonali kif stabbilit mid- dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji jew amministrattivi u/jew minn ftehimiet kollettivi applikabbli b'mod universali fl-Istat Membru fejn kienu ġew ammessi skont din id-Direttiva.

1. Kundizzjonijiet tax-xogħol, li jinkludu l-paga u s-sensja kif ukoll ir-rekwiżiti ta' saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol, applikabbli għax-xogħol staġonali kif stabbilit mid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji jew amministrattivi u/jew minn ftehimiet kollettivi applikabbli b'mod universali fl-Istat Membru fejn kienu ġew ammessi skont din id-Direttiva, mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess u li huma konformi bis-sħiħ mal-istandards għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza fir-rigward tal-ħaddiema staġonali tqal, li għadhom kif welldu jew li qegħdin ireddgħu.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet terzi li għandhom, skont il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ din id-Direttiva, jistgħu, jew f’isem il-ħaddiem staġonali, jew b’appoġġ għalih, jintervjenu fi kwalunkwe proċeduri amministrattivi jew ċivili preskritti permezz tal-għan tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet terzi li għandhom, skont il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ din id-Direttiva, jistgħu, jew f’isem il-ħaddiem staġonali, jew b’appoġġ għalih, jintervjenu fi kwalunkwe proċeduri amministrattivi jew ċivili preskritti permezz tal-għan tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw il-ħaddiema staġonali bl-eżistenza ta' mekkaniżmi għat-tressiq tal-ilmenti, biex b'hekk il-kwerelanti jkollhom aċċess faċli għal rimedju legali kontra ksur tad-drittijiet tagħhom, trattament ħażin jew fastidju fil-konfront tagħhom.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 18 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

Programmi ta' integrazzjoni soċjali fil-pajjiż ospitanti

 

L-Istati Membri għandhom jintroduċu programmi u miżuri aċċelerati bħala mezzi effettivi biex titressaq informazzjoni lil ħaddiema staġonali rġiel u nisa u biex tingħatalhom l-għajnuna biex jakkwistaw kapaċità lingwistika bażika fl-ilsien tal-pajjiż ospitanti. Il-ħaddiema staġonali għandhom jingħataw tagħrif bażiku dwar dawk l-oqsma tal-liġi li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet ta' impjieg tagħhom u dwar il-kultura, id-drawwiet u l-użanzi tas-soċjetà Ewropea li fiha se jkunu qed jaħdmu u jgħixu, sabiex jiġi żgurat rispett reċiproku għad-diversità u b'hekk adattament u soċjalizzazzjoni aħjar għall-benefiċċju reċiproku u għall-ksib tal-objettivi tal-istrateġija UE 2020.

PROĊEDURA

Titolu

Il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg staġonali

Referenzi

COM(2010)0379 – C7-0180/2010 – 2010/0210(COD)

Kumitat responsabbli

LIBE

Opinjoni(jiet) mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

7.9.2010

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Antigoni Papadopoulou

2.9.2010

 

 

Eżami fil-kumitat

13.12.2010

27.1.2011

 

 

Data tal-adozzjoni

27.1.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Edit Bauer, Emine Bozkurt, Andrea Češková, Marije Cornelissen, Edite Estrela, Ilda Figueiredo, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Nicole Kiil-Nielsen, Rodi Kratsa-Tsagaropoulou, Siiri Oviir, Raül Romeva i Rueda, Joanna Katarzyna Skrzydlewska, Marc Tarabella, Britta Thomsen, Marina Yannakoudakis

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Anne Delvaux, Christa Klaß, Katarína Neveďalová, Norica Nicolai, Antigoni Papadopoulou, Rovana Plumb, Joanna Senyszyn

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Stanimir Ilchev

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (1.12.2011)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' impjieg staġonali
(COM(2010)0379 – C7‑0180/2010 – 2010/0210(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Sergio Gaetano Cofferati

(*)       Kumitat assoċjat – Artikolu 50 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta għal direttiva f'eżami tirrigwarda l-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' impjieg staġonali u tikkostitwixxi pass importanti fit-tentattiv biex tinbena politika globali komuni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-politika migratorja. Din tagħmel parti mill-pakkett dwar l-immigrazzjoni legali mħabbar mill-Kummissjoni fl-aħħar tal-2005, li jipprevedi l-adozzjoni ta' ħames miżuri leġiżlattivi differenti, bil-għan li jikkompleta u jiżviluppa b'mod koerenti l-politika migratorja Komunitarja. L-ewwel miżura, jiġifieri id-Direttiva tal-Karta Blu (2009/50/KE), ġiet adottata fil-25 ta' Mejju 2009. Il-proposta għal direttiva dwar permess uniku ġiet l-ewwel adottata fl-ewwel qari fil-Parlament fl-24 ta' Marzu 2011 u issa hija suġġetta għad-diskussjoni bejn il-Kunsill u l-Parlament. Din il-proposta għal direttiva ġiet ippreżentata flimkien mal-proposta għal direttiva ICT (COM(2010)0378).

Se jkollha tqis l-leġiżlazzjoni Komunitarja eżistenti fil-qasam tal-migrazzjoni u tkun koerenti magħha.

L-objettivi ewlenin tagħha huma:

– tistabbilixxi qafas komuni, b'regoli ċari, xierqa u trasparenti għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jidħlu jew jirrisjedu fl-Ewropa għall-iskop ta' impjieg staġonali (minn issa 'l quddiem 'ħaddiema staġonali');

– tipprevedi inċentivi u miżuri biex tevita li l-ħaddiema staġonali jibqgħu irregolarment fl-Unjoni Ewropea fit-tmiem tal-perjodu tal-permess tagħhom;

– tħares il-ħaddiema staġonali u tevita li jkollhom iħabbtu wiċċhom ma' sitwazzjonijiet ta' sfruttament u ta' kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' ħajja mhux deċenti.

Bħala r-rapporteur tagħkom, nixtieq nenfasizza li dan ir-rapport jirrigwarda biss il-partijiet tal-proposta li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, esklużiva (Premessi 20, 21 u 22 u Artikolu 3(f) u Artikolu 16, kif ukoll, għal dak li għandu x'jaqsam mal-esklużjonijiet marbuta mas-suq tax-xogħol u s-sigurtà soċjali, il-Premessa 9 u l-Artikolu 2(2) jew kondiviża (Premessi 7, 10, 12, 13, 14, 19 u 23 u l-Artikoli 3(b) u (c), 4(2), 5(1)(a), 5(1)(d), 6(2), 14 u 17).

It-tema prinċipali fil-kuntest ta' din id-direttiva u tal-kompetenzi tal-Kumitat tagħna hija dik tas-sitwazzjonijiet ta' sfruttament u ta' degrad li fihom bosta ħaddiema staġonali huma llum mġiegħla jgħixu u jaħdmu.

Minn dan il-punt qabel xejn jeħtieġ li jiġi enfasizzat li l-ħaddiema staġonali li l-aktar huma suġġetti għal sitwazzjonijiet ta' sfruttament huma dawk li jirrisjedu illegalment fl-Unjoni Ewropea. Fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali strument indispensabbli huwa d-Direttiva dwar is-sanzjonijiet kontra min iħaddem (Direttiva 2009/52/KE), iżda d-direttiva li qegħdin niddiskutu se tkun tista' tagħti kontribut siewi, billi timmira li tistabbilixxi qafas ġuridiku ċar, komuni u trasparenti għad-dħul u r-residenza fi Stat Membru ta' immigranti għall-iskop ta' impjieg staġonali, u permezz tiegħu tiffavorixxi l-użu ta' kanali legali għall-migrazzjoni.

Bil-għan li jitħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema staġonali r-rapporteur tagħkom jemmen li għandna nsegwu mill-qrib dak li l-Parlament Ewropew iddikjara fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2007 dwar il-programm ta' azzjoni fuq il-migrazzjoni legali, li tagħha din il-proposta għal direttiva tagħmel parti: 'Ifakkar dwar il-ħtieġa li jkunu evitati standards doppji tad-drittijiet bejn il-kategoriji differenti ta' ħaddiema u li jitħarsu b'mod partikulari d-drittijiet ta' ħaddiema staġonali u ta' apprendisti li jiġu mħallsa, li huma iktar soġġetti għal riskji ta' abbużi'.

L-ilħiq ta' dan l-objettiv huwa importanti mhux biss minħabba raġunijiet ta' ekwità, ġustizzja soċjali u rispett tad-dinjità tal-ħaddiema staġonali kkonċernati, iżda wkoll biex jiġi rikonoxxut il-kontribut li dawn jagħtu bis-saħħa ta' xogħolhom kif ukoll it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet għas-sigurtà soċjali li jħallsu, għall-iżvilupp soċjoekonomiku tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea. L-Unjoni Ewropea, għal raġunijiet demografiċi u ta' karatteristiċi tal-forza tax-xogħol, għandha bżonn ta' dawn il-ħaddiema, kif għandha bżonn tal-ħaddiema migranti fuq livell ġenerali, u lilhom għandu jkunilhom garantiti kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' ħajja ġusti u deċenti.

Biex jitħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema staġonali jeħtieġ li jkun garantit ir-rispett sħiħ, qabel kollox iżda mhux biss għal dak li għandu x'jaqsam mal-kundizzjonijiet ta' xogħol, tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-ħaddiema staġonali ċittadini ta' pajjiż terz meta mqabbla maċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti. L-osservanza sħiħa tat-tali prinċipju tirriżulta barra minn hekk kundizzjoni sine qua non biex ikunu evitati sitwazzjonijiet ta' dumping soċjali u ta' kompetizzjoni inġusta.

Barra dan, punt ċentrali biex jiġi żgurat li l-ħaddiema staġonali jgawdu minn kundizzjonijiet ta' ħajja deċenti huwa dak tal-akkomodazzjoni: fil-fatt għandu jiġi żgurat li huma jgħixu f'"akkomodazzjoni xierqa", u dan it-terminu jeħtieġ definizzjoni iktar ċara. Huwa wkoll importanti li jiġi evitat li l-ħaddiema staġonali jinqabdu f'sitwazzjonijiet ta' sfruttament, billi jkunu mġiegħla jħallsu l-kera minn parti kbira wisq mill-paga netta tagħhom.

Element importanti ieħor huwa dak tal-kontrolli. Jeħtieġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' spezzjonijiet u ta' kontroll effikaċi u bir-reqqa, barra mill-iżvilupp ta' sistema effikaċi ta' ffaċilitar tal-ilmenti. Għandhom ukoll ikunu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet inkarigati mill-kontroll tar-rispett tal-miżuri ta' din id-Direttiva r-riżorsi kollha li tagħhom għandhom bżonn biex jiżvolġu dmirijiethom bl-aħjar mod.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda 1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 15(3) u l-Artikoli 27, 28, 31, 33 tagħha,

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 97 dwar "Il-Migrazzjoni għall-Impjieg" tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO),

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 143 tal-ILO dwar "Il-Ħaddiema Migranti",

Emenda          4

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 5d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 102 tal-ILO dwar "Is-Sigurtà Soċjali (Standards Minimi)",

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 5e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 118 tal-ILO dwar "It-Trattament Ugwali (Sigurtà Soċjali)",

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 5f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 111 tal-ILO dwar "Id-Diskriminazzjoni (Impjiegi u Xogħol)",

Emenda          7

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 5g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Nru 86 tal-ILO dwar "Il-Migrazzjoni għall-Impjieg",

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 5h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Nru 151 tal-ILO dwar "Il-Ħaddiema Migranti",

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 5i (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 98 tal-ILO dwar "Id-Dritt ta' Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv",

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Din id-Direttiva għandha tiġi applikata mingħajr ħsara għall-prinċipju ta' preferenza tal-UE fir-rigward ta' aċċess għas-suq tax-xogħol tal-Istati Membri kif espress fid-dispożizzjonijiet relevanti tal-Atti ta' Adeżjoni.

(7) Din id-Direttiva għandha tiġi applikata mingħajr ħsara għall-prinċipju ta' preferenza tal-UE fir-rigward ta' aċċess għas-suq tax-xogħol tal-Istati Membri kif espress fid-dispożizzjonijiet relevanti tal-Atti ta' Adeżjoni. B'mod partikolari, għandu jingħata preferenza lill-ħaddiema mill-Istati Membri li fil-konfront tagħhom għadhom japplikaw il-ftehimiet tranżitorji fir-rigward tal-aċċess għax-xogħol.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Din id-Direttiva għandha tistabbilixxi kundizzjonijiet u drittijiet ta' ħaddiema staġonali ċittadini ta' pajjiż terz b'rispett sħiħ għall-konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-kundizzjonijiet tal-provvista ta' servizzi fil-qafas tal-Artikolu 56 tat-TFUE. B'mod partikolari, din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa t-termini u l-kundizzjonijiet ta' impjieg li, skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-allokazzjoni ta' ħaddiema fil-qafas tal-provvista ta' servizzi , tapplika għal ħaddiema mibgħuta minn impriżi stabbiliti ġewwa Stat Membru biex jipprovdu servizz fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

(9) Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa l-kundizzjonijiet tal-provvista ta' servizzi fil-qafas tal-Artikolu 56 tat-TFUE, b'mod partikolari t-termini u l-kundizzjonijiet ta' impjieg li, skont id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-allokazzjoni ta' ħaddiema fil-qafas tal-provvista ta' servizzi, tapplika għal ħaddiema mibgħuta minn impriżi stabbiliti ġewwa Stat Membru biex jipprovdu servizz fit-territorju ta' Stat Membru ieħor. Il-ħaddiema staġonali ma għandhomx jintbagħtu minn impriża stabbilita fi Stat Membru biex jipprovdu servizz fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-attivitajiet li jiddependu fuq il-mogħdija tal-istaġuni jinstabu tipikament f'setturi bħall-agrikoltura, matul il-perjodu tat-tħawwil jew tal-ħsad, jew bħat-turiżmu, matul il-perjodu tal-vaganzi.

(10) L-attivitajiet li jiddependu fuq il-mogħdija tal-istaġuni jinstabu fis-setturi tal-agrikoltura u tal-ortikoltura, pereżempju matul il-perjodi tat-tħawwil jew tal-ħsad, u fis-settur tat-turiżmu, pereżempju matul il-perjodi tal-vaganzi. Għandu jkun hemm il-possibbiltà għall-Istati Membri biex jiddeċiedu, bl-involviment tas-sħab soċjali u f'konsultazzjoni magħhom, li jqisu attivitajiet addizzjonali dipendenti fuq il-mogħdija tal-istaġuni bħala attivitajiet staġonali, għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Is-settur tal-ortikoltura hu dipendenti wkoll fuq it-tibdil tal-istaġuni u f'ċerti Stati Membri mhuwiex kopert bit-terminu 'agrikoltura'. Għandu jkun ikkjarifikat li hu fl-ambitu ta' din id-Direttiva.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Id-Direttiva m'għandhiex taffettwa, fejn jingħataw, id-drittijiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu diġà fuq permanenza legali fi Stat Membru għal raġunijiet ta' xogħol.

(12) Id-Direttiva m'għandhiex taffettwa negattivament id-drittijiet ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu diġà fuq permanenza legali fi Stat Membru għal raġunijiet ta' xogħol.

Ġustifikazzjoni

Din hija emenda teknika bl-għan li tikkjarifika aħjar li din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa ħażin id-drittijiet ta' persuni ta' pajjiżi terzi li jkunu diġà fuq permanenza legali fi Stat Membru għal raġunijiet ta' xogħol.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Id-Direttiva għandha tistipula sistema ta' dħul flessibbli bbażata fuq id-domanda u fuq il-kriterji oġġettivi, bħal pereżempju kuntratt validu tax-xogħol jew offerta vinkolanti ta' impjieg li tispeċifika l-livell ta' remunerazzjoni applikabbli għall-ħaddiema staġonali fis-settur ikkonċernat.

(13) Id-Direttiva għandha tistipula sistema ta' dħul flessibbli bbażata fuq id-domanda u fuq il-kriterji oġġettivi, bħal pereżempju kuntratt validu tax-xogħol jew offerta vinkolanti ta' impjieg li tispeċifika l-aspetti essenzjali tal-kuntratt jew ir-relazzjoni ta' impjieg.

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet inkarigati għandhom ikunu jistgħu jiggarantixxu li l-aspetti kollha tal-kuntratt jew tar-relazzjoni ta' impjieg, kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jirrispettaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, partikolarment dwar it-trattament ugwali meta mqabbel maċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti, kif definit fl-Artikolu 16.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbiltà li jagħmlu test li juri li kariga ma tistax tiġi okkupata minn ġewwa s-suq domestiku tax-xogħol.

(14) Bil-għan li jiġi garantit li s-suq tax-xogħol ma jkunx affettwat negattivament mid-dħul ta' ħaddiema staġonali ċittadini ta' pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom ikollhom il-possibbiltà li jagħmlu test li juri li kariga ma tistax tiġi okkupata minn ġewwa s-suq domestiku tax-xogħol minn ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat, minn ċittadini oħrajn tal-Unjoni jew minn ċittadini ta' pajjiżi terzi li joqogħdu fl-Istat Membru legalment u li jiffurmaw diġà parti mis-suq tax-xogħol tiegħu skont id-dritt tal-UE jew tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) L-Istati Membri għandhom jipprevedu sanzjonijiet effikaċi, proporzjonati u dissważivi kontra min iħaddem fil-każ ta' ksur tal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva. Tali sanzjonijiet għandhom jinkludu, jekk ikun xieraq, kumpens adegwat għall-ħaddiema staġonali. L-Istati Membri jistgħu wkoll jissottoponu min iħaddem għal sanzjonijiet supplementari bħall-esklużjoni mid-dritt għal benefiċċji, għajnuniet jew sussidji pubbliċi, l-esklużjoni mill-parteċipazzjoni f'appalt pubbliku, l-irkupru ta' benefiċċji, għajnuniet jew sussidji pubbliċi, inklużi l-finanzjamenti mill-Unjoni ġestiti mill-Istati Membri, jew għeluq temporanju jew permanenti tal-istabbilimenti li ntużaw biex jiġi kommess il-ksur.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema staġonali jkollhom akkomodazzjoni xierqa matul il-permanenza tagħhom, bi prezz raġonevoli, għandha ssir dispożizzjoni li tirrikjedi li min iħaddem għandu jagħti l-evidenza tal-akkomodazzjoni pprovduta minnu jew minn partijiet terzi.

(19) Sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema staġonali jkollhom akkomodazzjoni xierqa li tiggarantixxi livell ta' ħajja deċenti matul il-permanenza tagħhom, għandha ssir dispożizzjoni li tirrikjedi li min iħaddem għandu jagħti l-evidenza tal-akkomodazzjoni pprovduta minnu stess jew permezz ta' partijiet terzi. Il-kost ta' din l-akkomodazzjoni ma għandux ikunu eċċessiv u għandu jirrifletti r-rata tas-suq taż-żona kkonċernata. Il-kost tal-kera ma għandux jitnaqqas awtomatikament mill-paga tal-ħaddiem staġonali. Bil-għan li tiġi garantita t-trasparenza, il-ħaddiema staġonali għandhom jingħataw kuntratt tal-kera li fih il-kundizzjonijiet u l-kost tal-akkomodazzjoni jkunu espressi b'mod ċar. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-ħaddiema staġonali li jagħżlu liberament l-akkomodazzjoni tagħhom huma stess.

Kull tibdil fl-akkomodazzjoni għandu jiġi rrapportat lill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Meta tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli tal-ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi u n-natura temporanja tal-kompitu tagħhom, ikun hemm il-ħtieġa li jiġu definiti b'mod ċar il-kundizzjonijiet tax-xogħol applikabbli għal tali ħaddiema sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali billi jiġu indikati dawn il-kundizzjonijiet għall-istrumenti li ġeneralment ikunu vinkolanti li jipprovdu protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi, bħal liġi jew ftehimiet kollettivi applikabbli b'mod universali.

(20) Meta tiġi kkunsidrata s-sitwazzjoni partikolarment vulnerabbli tal-ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi u n-natura temporanja tal-kompitu tagħhom, ikun hemm il-ħtieġa li tingħata protezzjoni effettiva tad-drittijiet tal-ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi, anki fil-qasam soċjali, li ssir verifika regolari tal-konformità u li jiġi garantit b'mod sħiħ ir-rispett tal-prinċipju tat-trattament ugwali mal-ħaddiema ċittadini tal-Istait Membru ospitanti, partikolarment skont l-Artikoli 15, 21 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u għalhekk b'konformità mal-prinċipju tal-istess paga għall-istess xogħol fl-istess post tax-xogħol, billi jiġu applikati ftehimiet kollettivi u arranġamenti oħrajn dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol li ġew konklużi fil-livelli kollha possibbli jew li għalihom teżisti dispożizzjoni statutorja, skont il-leġiżlazzjoni u l-prassi nazzjonali, fl-istess termini bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) L-Istati Membri għandhom jirratifikaw mill-aktar fis possibbli l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti u tal-Membri tal-Familji Tagħhom, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta' Diċembru 1990.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b) Din id-Direttiva għandha tapplika bla ħsara għad-drittijiet u l-prinċipji li jinsabu fil-Karta Soċjali Ewropea tat-18 ta' Ottubru 1961.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Fin-nuqqas ta' sistema li tiddikjara l-ftehimiet kollettivi ta' applikazzjoni universali, l-Istati Membri jistgħu jibbażaw lilhom nfushom fuq ftehimiet kollettivi li huma applikabbli b'mod ġenerali għall-impriżi kollha simili fiż-żona ġeografika u fil-professjoni jew fl-industrija kkonċernati, u/jew fuq ftehimiet kollettivi li ġew konklużi mill-organizzazzjonijiet l-aktar rappreżentattivi ta' min iħaddem u tal-ħaddiema fuq pjan nazzjonali u li huma applikati mat-territorju nazzjonali kollu.

(21) Flimkien mad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, amministrattivi u regolatorji applikabbli għall-ħaddiema ċittadini tal-Istat Membru ospitanti, id-deċiżjonijiet ta' arbitraġġ u l-ftehimiet kollettivi u l-kuntratti konklużi fi kwalunkwe livell, skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, għandhom japplikaw ukoll għall-ħaddiema staġonali ċittadini ta' pajjiżi terzi bl-istess kundizzjonijiet bħal taċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi għandhom jingħataw trattament ugwali fir-rigward ta' dawk il-fergħat ta' sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/04 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali. Din id-Direttiva m'għandhiex tagħti aktar drittijiet minn dawk diġà pprovduti fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE fil-qasam tas-sigurtà soċjali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom interessi transkonfinali bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, din id-Direttiva m'għandhiex tiggarantixxi drittijiet relatati ma' sitwazzjonijiet li huma barra mill-ambitu ta' dik il-leġiżlazzjoni tal-UE, bħal pereżempju, lil membri tal-familja li joqogħdu f'pajjiż terz. Dan mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni mhux diskriminatorja mill-Istati Membri ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tistipula regoli de minimis dwar il-kontribuzzjonijiet għas-sistemi tal-pensjonijiet.

(22) Il-kopertura ta' sigurtà soċjali adegwata għall-ħaddiema staġonali hija element ewlieni ta' din id-Direttiva u hija importanti biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja, matul il-permanenza tagħhom, ikunu deċenti. Il-ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi għandhom jingħataw trattament ugwali fir-rigward ta' dawk il-fergħat ta' sigurtà soċjali elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/04 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali. Din id-Direttiva m'għandhiex tagħti aktar drittijiet minn dawk diġà pprovduti fil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE fil-qasam tas-sigurtà soċjali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkollhom interessi transkonfinali bejn l-Istati Membri. Barra minn hekk, din id-Direttiva m'għandhiex tiggarantixxi drittijiet relatati ma' sitwazzjonijiet li huma barra mill-ambitu ta' dik il-leġiżlazzjoni tal-UE, bħal pereżempju, lil membri tal-familja li joqogħdu f'pajjiż terz. Dan mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni mhux diskriminatorja mill-Istati Membri ta' leġiżlazzjoni nazzjonali li tistipula regoli de minimis dwar il-kontribuzzjonijiet għas-sistemi tal-pensjonijiet. Bla ħsara għall-ftehimiet bilaterali li jipprovdu kopertura aħjar ta' sigurtà soċjali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi li jassiguraw kopertura effikaċi b'sigurtà soċjali matul il-permanenza u mekkaniżmi biex jieħdu magħhom id-drittijiet akkwistati fejn japplika. Dan jista' jinkludi aġġustamenti speċjali, pereżempju, f'termini ta' kwalifika jew ta' stennija.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Id-dritt tal-Unjoni ma jillimitax is-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw l-iskemi tas-sigurtà soċjali tagħhom. Fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni f'livell tal-Unjoni, kull Stat Membru huwa responsabbli li jistabbilixxi, fil-leġiżlazzjoni tiegħu, il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali kif ukoll l-ammont tat-tali benefiċċji u l-perjodu li matulu dawn jingħataw. Madankollu, huma u jeżerċitaw din is-setgħa, l-Istati Membri għandhom jikkonformaw mad-dritt tal-Unjoni.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 22b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22b) L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu trattament ugwali għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jaħdmu jew li, wara perjodu ta' impjieg, huma reġistrati bħala qiegħda. Kwalunkwe restrizzjoni għat-trattament ugwali fil-qasam tas-sigurtà soċjali skont din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għad-drittijiet konferiti bl-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b'dawn ir-Regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 22c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22c) Sabiex jiġi żgurat l-infurzar xieraq ta' din id-Direttiva, u b'mod partikolari tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-akkomodazzjoni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti mekkaniżmi għall-monitoraġġ xierqa għal min iħaddem, l-aġenziji ta' reklutaġġ jew intermedjarji oħra u li jitwettqu spezzjonijiet effikaċi u adegwati fit-territorju tagħhom. Bl-għan li tiżdied l-effikaċi ta' dawn l-ispezzjonijiet, l-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħti poteri u riżorsi adegwati lill-awtoritajiet kompetenti biex iwettqu l-ispezzjonijiet; li r-riżultati tal-ispezzjonijiet preċedenti jinġabru u jiġu pproċessati għall-implimentazzjoni effikaċi ta' din id-Direttiva; u li jkun hemm persunal suffiċjenti disponibbli bil-ħiliet u l-kwalifiki meħtieġa biex jitwettqu l-ispezzjonijiet b'mod effikaċi.

Ġustifikazzjoni

Hemm ħtieġa għal sistema effikaċi ta' monitoraġġ u spezzjonijiet sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-ħaddiema staġonali u d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu rrispettati tul il-perjodu kollu tal-permanenza.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23) Sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar, il-partijiet terzi relevanti indikati bħat-trade unions jew assoċjazzjonijiet oħrajn għandhom ikunu kapaċi jressqu lmenti sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-Direttiva. Dan huwa kkunsidrat neċessarju biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn il-ħaddiema staġonali mhumiex konxji bl-eżistenza tal-mekkaniżmi tal-infurzar jew joqogħdu lura milli jużawhom f'isimhom, għaliex jibżgħu mill-konsegwenzi possibbli.

(23) Sabiex jiġi ffaċilitat l-infurzar ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effikaċi li permezz tagħhom il-ħaddiema staġonali jistgħu jfittxu rimedju legali u jressqu lmenti direttament jew permezz ta' partijiet terzi relevanti bħat-trade unions jew assoċjazzjonijiet oħrajn. Dan huwa kkunsidrat neċessarju biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn il-ħaddiema staġonali mhumiex konxji bl-eżistenza tal-mekkaniżmi tal-infurzar jew joqogħdu lura milli jużawhom f'isimhom, għaliex jibżgħu mill-konsegwenzi possibbli. Il-ħaddiema staġonali għandhom ikollhom aċċess għal protezzjoni ġudizzjarja kontra l-vittimizzazzjoni li tirriżulta mit-tressiq ta' lment.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a) Iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu awtorizzati jaħdmu fit-territorji tal-Istati Membri għandhom id-dritt għall-istess kundizzjonijiet tax-xogħol taċ-ċittadini tal-Unjoni.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li qed iwettqu attivitajiet f'isem impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor fil-qafas ta' provvista ta' servizzi skont it-tifsira tal-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk allokati minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru fil-qafas ta' dispożizzjoni ta' servizzi skont id-Direttiva 96/71/KE.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal ċittadini ta' pajjiżi terzi li qed iwettqu attivitajiet f'isem impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor fil-qafas ta' provvista ta' servizzi skont it-tifsira tal-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, inklużi dawk allokati minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru fil-qafas ta' dispożizzjoni ta' servizzi skont id-Direttiva 96/71/KE. Il-ħaddiema staġonali ma għandhomx jintbagħtu minn impriża stabbilita fi Stat Membru biex jipprovdu servizz fit-territorju ta' Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Din id-Direttiva għandha tapplika għas-setturi tal-agrikoltura, l-ortikoltura u t-turiżmu. L-Istati Membri jistgħu, bl-involviment tas-sħab soċjali u f'konsultazzjoni magħhom, jiddeċiedu li jestendu l-applikazzjoni tagħha għal attivitajiet addizzjonali dipendenti fuq il-mogħdija tal-istaġuni.

Ġustifikazzjoni

Xi attivitajiet fis-setturi tal-agrikoltura, l-ortikoltura u t-turiżmu huma naturalment staġonali, b'rabta ma' perjodi ta' żmien meta jkun hemm ħafna bżonn għall-forza tax-xogħol, skont it-tibdil tal-istaġun (ara eżempji fil-premessa 10). Billi titqies il-varjetà wiesgħa tas-sitwazzjonijiet fl-Istati membri, xi attivitajiet addizzjonali, lil hinn minn dawn is-setturi, jistgħu jiddaħħlu fi ħdan l-ambitu ta' din id-Direttiva, iżda dan għandu jiġri biss bil-ftehim tas-sħab soċjali.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "ħaddiem staġonali" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz li jżomm domiċilju legali f'pajjiż terz iżda li jkun joqgħod temporanjament fit-territorju ta' Stat Membru għall-iskop ta' impjieg f'settur ta' attività li tiddependi mill-mogħdija tal-istaġuni, skont kuntratt tax-xogħol wieħed jew aktar b'terminu fiss konkluż(i) direttament bejn iċ-ċittadin ta' pajjiż terz u min iħaddem stabbilit fi Stat Membru;

(b) "ħaddiem staġonali" tfisser ċittadin ta' pajjiż terz li joqgħod temporanjament, għal perjodu mhux itwal minn sitt xhur f'perjodu ta' 12-il xahar, fit-territorju ta' Stat Membru għall-iskop ta' impjieg f'settur ta' attività li tiddependi mill-mogħdija tal-istaġuni, fl-ambitu tal-Artikolu 2(2a), skont kuntratt tax-xogħol wieħed jew aktar b'terminu fiss konkluż(i) direttament bejn iċ-ċittadin ta' pajjiż terz u min iħaddem stabbilit fi Stat Membru;

Ġustifikazzjoni

Din hi emenda teknika sabiex it-test isir konsistenti mal-bidliet l-oħra li jirrigwardaw id-definizzjonijiet u l-ambitu.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) "attività li tiddependi mill-mogħdija tal-istaġuni" tfisser attività li hija marbuta ma' ċertu żmien tas-sena permezz ta' avveniment jew ta' serje ta' avvenimenti li matulhom il-livelli ta' ħaddiema meħtieġa huma ħafna ogħla minn dawk neċessarji għall-operazzjonijiet kontinwi tas-soltu;

(c) "attività li tiddependi mill-mogħdija tal-istaġuni" tfisser attività, fl-ambitu tal-Artikolu 2(2a), li hija marbuta ma' ċertu żmien tas-sena permezz ta' avveniment jew ta' serje rikorrenti ta' avvenimenti marbuta ma' kundizzjonijiet staġonali li matulhom il-livelli ta' ħaddiema meħtieġa huma regolarment u prevedibbilment ħafna ogħla minn dawk neċessarji għall-operazzjonijiet kontinwi tas-soltu;

Ġustifikazzjoni

Sabiex attività titqies bħala waħda staġonali għandha tkun strettament marbuta ma' ċertu perjodu tas-sena, fejn il-ħtieġa tax-xogħol tkun ogħla min-normal b'mod regolari u li jista' jkun previst.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) "ftehim kollettiv applikabbli b'mod universali" tfisser ftehim kollettiv li għandu jkun osservat mill-impriżi kollha fiż-żona ġeografika u fil-professjoni jew l-industrija kkonċernati. Fin-nuqqas ta' sistema li tiddikjara li l-ftehimiet kollettivi huma ta' applikazzjoni universali, l-Istati Membri jistgħu, jekk jiddeċiedu hekk, jibbażaw lilhom nfushom fuq ftehimiet kollettivi li huma applikabbli b'mod ġenerali għall-impriżi kollha simili fiż-żona ġeografika u fil-professjoni jew fl-industrija kkonċernati, u/jew fuq ftehimiet kollettivi li ġew konklużi mill-organizzazzjonijiet l-aktar rappreżentattivi ta' min iħaddem u tal-ħaddiema fuq pjan nazzjonali u li huma applikati mat-territorju nazzjonali kollu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-ftehimiet kollettivi kollha għandhom jiġu applikati ugwalment ukoll għall-ħaddiema staġonali minn pajjiżi terzi li jaħdmu fl-UE. Għalhekk m'hemmx bżonn li tiġi inkluża xi definizzjoni ta' ftehim kollettiv applikabbli universalment.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jadottaw jew li jżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għall-persuni li tapplika għalihom fir-rigward tal-Artikoli 13 sa 17 ta' din id-Direttiva.

2. Din id-Direttiva m'għandhiex taffettwa d-dritt tal-Istati Membri li jadottaw jew li jżommu dispożizzjonijiet aktar favorevoli għaċ-ċittadini minn pajjiżi terzi li tapplika għalihom fir-rigward tal-Artikoli 13 sa 17 ta' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din hi bidla teknika biex jiġi kkjarifikat li kwalunkwe dispożizzjoni iktar favorevoli għandha tkun marbuta maċ-ċittadini minn pajjiżi terzi speċifikament (ħaddiema staġonali potenzjali skont l-Artikolu 13, u l-ħaddiema staġonali skont l-Artikoli 14-17).

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) kuntratt tax-xogħol validu jew, kif previst fil-liġi nazzjonali, offerta vinkolanti ta' impjieg bħala ħaddiem staġonali fl-Istat Membru kkonċernat ma' persuna li timpjega stabbilita fl-Istat Membru li tispeċifika r-rata ta' paga u s-sigħat ta' xogħol fil-ġimgħa jew fix-xahar u, fejn applikabbli, kundizzjonijiet tax-xogħol relevanti oħrajn;

(a) kuntratt tax-xogħol validu jew, kif previst fil-liġi nazzjonali, offerta vinkolanti ta' impjieg bħala ħaddiem staġonali fl-Istat Membru kkonċernat ma' persuna li timpjega stabbilita fl-Istat Membru li tispeċifika l-aspetti essenzjali tal-kuntratt jew ir-relazzjoni ta' impjieg stabbiliti fl-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/533/KE tal-14 ta' Ottubru 1991 dwar l-obbligazzjoni ta' min iħaddem li jgħarraf lill-ħaddiema bil-kundizzjonijiet applikabbli għall-kuntratt jew għar-relazzjoni ta' impjieg1, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 16 ta' din id-Direttiva;

 

_____________

 

1 ĠU228, 18.10.1991, p. 32.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija intiża biex tippermetti lill-awtoritajiet inkarigati jiggarantixxu li l-aspetti kollha tal-kuntratt jew tar-relazzjoni tal-impjieg, kif definit fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, jirrispettaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, partikolarment dwar it-trattament ugwali meta mqabbel maċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti, kif definit fl-Artikolu 16.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) evidenza ta' akkomodazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 14.

(d) evidenza li l-ħaddiem staġonali se jkollu akkomodazzjoni xierqa jew li akkomodazzjoni xierqa se tkun ipprovduta, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija intiża biex tippermetti lill-awtoritajiet inkarigati jiggarantixxu li l-ħaddiema staġonali se jibbenefikaw minn akkomodazzjoni xierqa kif meħtieġ mill-Artikolu 14.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk il-post vakanti kkonċernat jistax jimtela minn ċittadin tal-pajjiż jew tal-UE, jew minn ċittadini ta' pajjiż terz li joqogħdu fl-Istat Membru legalment u li jiffurmaw diġà parti mis-suq tax-xogħol tiegħu skont id-dritt tal-UE jew tal-liġi nazzjonali, u jirrifjutaw l-applikazzjoni.

2. L-Istati Membri jistgħu jeżaminaw is-sitwazzjoni tas-suq tax-xogħol u jivverifikaw, f'waqtu u b'mod trasparenti, jekk il-post vakanti kkonċernat jistax jimtela minn ċittadin tal-Istat Membru kkonċernat, minn ċittadini tal-Unjoni oħrajn, jew minn ċittadini ta' pajjiż terz li joqogħdu fl-Istat Membru legalment u li jiffurmaw diġà parti mis-suq tax-xogħol tiegħu skont id-dritt tal-UE jew tal-liġi nazzjonali, u jirrifjutaw l-applikazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din hi emenda teknika/lingwistika li tiċċara t-tifsira ta' din id-dispożizzjoni.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Aġenziji privati tal-impjiegi jew aġenziji tal-migrazzjoni ma għandhomx iżommu ħlasijiet lil dawk li jfittxu x-xogħol jew lill-ħaddiema bi skambju għall-organizzazzjoni tax-xogħol staġonali jew il-migrazzjoni għal xogħol staġonali.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Sanzjonijiet kontra min iħaddem

 

1. Persuna li tħaddem u li ma tkunx issodisfat l-obbligi li jinħolqu skont din id-Direttiva għandha tkun suġġetta għal sanzjonijiet effikaċi, proporzjonati u dissważivi. Tali persuni li jħaddmu għandhom ikunu esklużi mill-applikazzjonijiet għal ħaddiema staġonali għal sena waħda jew għal aktar snin sussegwenti.

 

2. Fil-każ tal-subappalt, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li l-appaltatur prinċipali u s-subappaltaturi intermedji l-oħra jistgħu jkunu responsabbli minn kwalunkwe ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u jkunu suġġetti għal sanzjonijiet effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

 

3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk il-permess tal-ħaddiem staġonali jkun irtirat skont il-punt (b), (ba) jew (bb) tal-Artikolu 7(2), il-ħaddiem staġonali għandu d-dritt jirċievi livell adegwat ta' kumpens minn min iħaddmu, u li l-mekkaniżmi meħtieġa jkunu stabbiliti biex jiffaċilitaw dan.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li min jimpjega l-ħaddiema staġonali jipprovdi evidenza li l-ħaddiem staġonali se jibbenefika minn akkomodazzjoni li tiżgura livell ta' għajxien xieraq. Jekk il-ħaddiema staġonali huma mistennija li jħallsu r-renta għal din l-akkomodazzjoni, il-valur tagħha m'għandux ikun eċċessiv f'paragun mar-remunerazzjoni tagħhom.

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li min jimpjega l-ħaddiema staġonali jipprovdi evidenza li l-ħaddiem staġonali se jibbenefika minn akkomodazzjoni xierqa, skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali, li tiżgura livell ta' għajxien deċenti għal kemm idum il-kuntratt ta' impjieg. Bħala minimu, tali akkomodazzjoni għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet u l-faċilitajiet essenzjali għas-saħħa, is-sigurtà, il-kumdità u n-nutrizzjoni kif iċċertifikat mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà għall-ħaddiema staġonali li jagħżlu liberament l-akkomodazzjoni tagħhom huma stess.

 

2. Il-ħaddiem staġonali għandu jingħata kuntratt ta' kera jew dokument ekwivalenti li fih il-kundizzjonijiet u l-prezz tal-akkomodazzjoni jkunu espressi b'mod ċar għal kemm iddum il-permanenza tiegħu. Jekk il-ħaddiem staġonali huwa mistenni li jħallas il-kera għal din l-akkomodazzjoni, il-valur tagħha m'għandux ikun eċċessiv f'paragun mar-remunerazzjoni netta tiegħu u lanqas mal-kwalità tal-akkomodazzjoni u ma għandux jitnaqqas awtomatikament mill-paga tiegħu.

 

3. Kull tibdil fl-akkomodazzjoni għandu jiġi rrapportat lill-awtorità kompetenti. L-akkomodazzjoni l-ġdid għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2.

Ġustifikazzjoni

L-akkomodazzjoni għandha tkun xierqa, u għandha tikkonforma mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali kif ukoll ma' xi dispożizzjonijiet minimi. Dawn id-dispożizzjonijiet minimi huma konformi mal-indikaturi li jiddefinixxu l-akkomodazzjoni xierqa stabbiliti mill-Kumitat tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali. Kera għolja meta mqabbla mal-paga nett ta' ħaddiema staġonali jew mal-kwalità tal-akkomodazzjoni hija mezz li bih jistgħu jkunu sfruttati. Għalhekk din għandha tiġi pprevenuta.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 14a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 14a

 

Spejjeż

 

L-Istati Membri għandhom jeħtieġu lil min jimpjega l-ħaddiema staġonali jħallsu l-ispiża tal-vjaġġ mill-post ta' oriġini tal-ħaddiema staġonali sal-post tax-xogħol fl-Istat Membru kkonċernat u l-vjaġġ lura.

 

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu lil min jimpjega lill-ħaddiema staġonali jħallsu:

 

(a) il-drittijiet tal-viża u, jekk japplika, kull dritt għal servizz marbut mal-viża;

 

(b) l-ispiża tal-assigurazzjoni tas-saħħa msemmija f'punt (c) tal-Artikolu 5(1).

 

Meta min jimpjega jħallas dawn l-ispejjeż, dawn ma għandhomx ikunu rkuprati mill-ħaddiem staġonali.

Ġustifikazzjoni

Xi spejjeż li huma marbuta direttament mal-impjieg staġonali għandhom jitħallsu mill-persuni li jimpjegaw. Il-ħlas mill-persuna li timpjega tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandu jiffaċilita r-ritorn tal-ħaddiema staġonali lejn il-pajjiż tal-oriġini tagħhom wara l-iskadenza tal-permess tagħhom.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tkun xi tkun il-liġi applikabbli għar-relazzjoni tal-impjieg, il-ħaddiema staġonali għandhom ikunu intitolati għal:

Il-ħaddiema staġonali għandhom ikunu intitolati għal trattament ugwali meta mqabbla maċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti bħala minimu fir-rigward ta':

1. kundizzjonijiet tax-xogħol, li jinkludu l-paga u s-sensja kif ukoll ir-rekwiżiti ta' saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol, applikabbli għax-xogħol staġonali kif stabbilit mid- dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji jew amministrattivi u/jew minn ftehimiet kollettivi applikabbli b'mod universali fl-Istat Membru fejn kienu ġew ammessi skont din id-Direttiva.

1. il-kundizzjonijiet tal-impjieg, inkluża l-età minima ta' impjieg, u kundizzjonijiet tax-xogħol, li jinkludu l-paga u s-sensja, is-sigħat ta' xogħol, il-liv u l-vaganzi, kif ukoll ir-rekwiżiti ta' saħħa u sikurezza fuq il-post tax-xogħol, kif stabbilit mid-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolamentarji jew amministrattivi, ftehimiet kollettivi u kuntratti konklużi fi kwanlunwe livell, skont il-leġiżlazzjoni u l-prattika nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti u fl-istess kundizzjonijiet bħal dawk li japplikaw għaċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti.

Fin-nuqqas ta' sistema li tiddikjara li l-ftehimiet kollettivi huma ta' applikazzjoni universali, l-Istati Membri jistgħu, jekk jiddeċiedu hekk, jibbażaw lilhom nfushom fuq ftehimiet kollettivi li huma applikabbli b'mod ġenerali għall-impriżi kollha simili fiż-żona ġeografika u fil-professjoni jew fl-industrija kkonċernati, u/jew fuq ftehimiet kollettivi li ġew konklużi mill-organizzazzjonijiet l-aktar rappreżentattivi ta' min iħaddem u tal-ħaddiema fuq pjan nazzjonali u li huma applikati mat-territorju nazzjonali kollu;

 

2. trattament ugwali bħaċ-ċittadini tal-Istat Membru li qed jilqa' mill-anqas fir-rigward ta':

 

(a) il-libertà tal-assoċjazzjoni u l-affiljazzjoni u s-sħubija ma' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew ma' kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi l-benefiċċji konferiti minn dawn l-organizzazzjonijiet, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika;

2. il-libertà tal-assoċjazzjoni u l-affiljazzjoni u s-sħubija ma' organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew ma' kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha jkunu jwettqu xi xogħol speċifiku, inklużi d-drittijiet u l-benefiċċji konferiti minn dawn l-organizzazzjonijiet, fost affarijiet oħra, id-dritt li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi u d-dritt li jistrajkjaw u jieħdu azzjoni industrijali, skont il-leġiżlazzjoni u l-prattiki nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-politika pubblika u s-sigurtà pubblika;

(b) id-dispożizzjonijiet fil-liġijiet nazzjonali rigward il-fergħat ta' sigurtà soċjali kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 883/04;

3. il-fergħat ta' sigurtà soċjali kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/04; Kull Stat Membru jibqa' responsabbli, fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, mill-istabbiliment tal-leġiżlazzjoni tiegħu, konformement mad-dritt tal-Unjoni, ir-regoli mhux diskriminatorji li jirregola l-konċessjoni ta' benefiċċji tas-sigurtà soċjali, kif ukoll l-ammont u t-tul ta' żmien ta' tali benefiċċji;

(c) il-ħlas ta' pensjonijiet statutarji bbażati fuq l-impjieg preċedenti tal-ħaddiem skont l-istess kundizzjonijiet bħal dawk taċ-ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati meta jiċċaqalqu għal pajjiż terz;

 

(d) l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi u l-provvista tal-prodotti u s-servizzi mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, minbarra l-akkomodazzjoni pubblika u s-servizzi ta' konsultazzjoni li jistgħu jingħataw mis-servizzi tal-impjiegi.

4. l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi u l-provvista tal-prodotti u s-servizzi mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali. Dan il-paragrafu għandu jkun bla ħsara għal-libertà ta' kuntratt skont id-dritt nazzjonali u tal-Unjoni;

 

5. l-edukazzjoni u t-taħriġ professjonali;

 

6. ir-rikonoxximent ta' diplomi, ċertifikati u kwalifiki professjonali oħrajn skont il-proċeduri nazzjonali rilevanti applikabbli u d-dritt tal-Unjoni;

 

7. il-benefiċċji fit-taxxa, sakemm il-ħaddiem jitqies bħala li għandu residenza għat-taxxa fl-Istat Membru kkonċernat.

 

Il-ħaddiema ta' pajjiżi terzi li jmorru jgħixu f'pajjiż terz, jew is-superstiti residenti tagħhom f'pajjiż terz, li drittijiethom ġejjin mill-ħaddiem ikkonċernat, għandhom jirċievu, fir-rigward tax-xjuħija, korriment fuq il-post tax-xogħol, invalidità jew mewt, pensjonijiet statutorji bbażati fuq l-impjieg preċedenti tal-ħaddiem u miksuba f'konformità mal-leġiżlazzjoni stabbilita fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, fl-istess kundizzjonijiet u skont l-istess rati applikabbli liċ-ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati li jmorru jgħixu f'pajjiż terz.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. il-ħlasijiet b'lura jridu jsiru minn min iħaddem. Fir-rigward ta' ksur tal-Artikolu 16, min iħaddem għandu jħallas:

 

(a) kull ħlas pendenti liċ-ċittadin tal-pajjiż terz;

 

(b) kull taxxa u kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali pendenti, inklużi l-multi amministrattivi rilevanti

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 16a

 

Monitoraġġ u spezzjonijiet

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ xierqa fir-rigward ta' min iħaddem, tal-aġenziji ta' reklutaġġ jew ta' intermedjarji oħra u li jitwettqu spezzjonijiet adegwati u regolari fit-territorji tagħhom sabiex ikun żgurat li d-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, partikolarment rigward id-drittijiet, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-akkomodazzjoni, jiġu osservati għalkollox tul il-perjodu tal-permanenza tal-ħaddiema staġonali fl-Istat Membru kkonċernat.

 

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi tal-ħaddiema jkollhom aċċess għall-post tax-xogħol u, bil-qbil tal-ħaddiem, għall-akkomodazzjoni.

 

2. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li għall-anqas 10 % tal-persuni li jimpjegaw li joffru xogħol staġonali stabbilit fit-territorju jkunu soġġetti għall-ispezzjonijiet kull sena.

 

3. L-għażla tal-persuni li jħaddmu li jiġu spezzjonati għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju li għandha ssir mill-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri meta wieħed iqis il-fatturi bħas-setturi li fiha kumpanija topera u kwalunkwe ksur irreġistrat fil-passat.

Ġustifikazzjoni

Hemm ħtieġa għal sistema effikaċi ta' monitoraġġ u spezzjonijiet effikaċi sabiex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-ħaddiema staġonali u d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jkunu rrispettati bi sħiħ.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – subparagrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mekkaniżmi effikaċi li permezz tagħhom ħaddiema staġonali jkunu jistgħu jressqu lmenti kontra l-persuna li timpjegahom, l-aġenziji ta' reklutaġġ jew intermedjarji oħra, direttament jew permezz ta' partijiet terzi li jkollhom, skont il-kriterji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, interess leġittimu fl-iżgurar tal-konformità ma' din id-Direttiva, jew awtorità kompetenti tal-Istat Membru meta jkun ipprovdut fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-vulnerabbiltà ta' ħaddiema staġonali għall-isfruttament hu essenzjali li jkunu stabbiliti mekkaniżmi effikaċi sabiex il-ħaddiema staġonali jilmentaw huma nfushom, jew permezz ta' partijiet terzi.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet terzi li għandhom, skont il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li jkun hemm konformità ma' din id-Direttiva, jistgħu, jew f'isem il-ħaddiem staġonali, jew b'appoġġ għalih, jintervjenu fi kwalunkwe proċeduri amministrattivi jew ċivili preskritti permezz tal-għan tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet terzi li għandhom, skont il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li jkun hemm konformità ma' din id-Direttiva, jistgħu, jew f'isem il-ħaddiem staġonali, jew b'appoġġ għalih, u wara li tkun ingħatat informazzjoni ċara u komprensiva, jintervjenu fi kwalunkwe proċeduri amministrattivi jew ċivili preskritti permezz tal-għan tal-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 17 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jadottaw miżuri bħal dawn peress li huma meħtieġa għall-protezzjoni tal-ħaddiema staġonali mis-sensja jew trattament ħażin ieħor mill-persuna li timpjega bħala reazzjoni għal ilment fi ħdan l-impriża jew għal kwalunkwe proċediment ġuridiku mmirat lejn l-infurzar tal-konformità ma' din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Il-protezzjoni kontra l-vittimizzazzjoni għal ħaddiema staġonali li jilmentaw hija kruċjali sabiex it-tressiq ta' lmenti permezz tal-mekkaniżmu jkun għażla realistika u sabiex il-ħaddiema staġonali jkunu protetti f'pożizzjoni vulnerabbli.

PROĊEDURA

Titolu

Il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-iskop ta' impjieg staġonali

Referenzi

COM(2010)0379 – C7-0180/2010 – 2010/0210(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

7.9.2010

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

7.9.2010

 

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i) - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

12.5.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Sergio Gaetano Cofferati

9.9.2010

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.6.2011

13.7.2011

5.10.2011

22.11.2011

Data tal-adozzjoni

23.11.2011

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Regina Bastos, Heinz K. Becker, Jean-Luc Bennahmias, Philippe Boulland, Milan Cabrnoch, David Casa, Alejandro Cercas, Derek Roland Clark, Sergio Gaetano Cofferati, Marije Cornelissen, Karima Delli, Sari Essayah, Ilda Figueiredo, Thomas Händel, Marian Harkin, Liisa Jaakonsaari, Danuta Jazłowiecka, Jean Lambert, Olle Ludvigsson, Elizabeth Lynne, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Csaba Őry, Konstantinos Poupakis, Sylvana Rapti, Licia Ronzulli, Jutta Steinruck, Traian Ungureanu, Andrea Zanoni

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Raffaele Baldassarre, Silvia Costa, Jürgen Creutzmann, Jelko Kacin, Ria Oomen-Ruijten, Evelyn Regner, Csaba Sógor, Emilie Turunen

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Leonardo Domenici, Dimitrios Droutsas, Sylvie Guillaume, Karin Kadenbach, Guido Milana

PROĊEDURA

Titolu

Il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg staġonali

Referenzi

COM(2010)0379 – C7-0180/2010 – 2010/0210(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.7.2010

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

7.9.2010

 

 

 

Kumitat(i) mitlub(a) jagħti/u opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

7.9.2010

FEMM

7.9.2010

 

 

Kumitat(i) assoċjat(i)

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

12.5.2011

 

 

 

Rapporteur(s)

       Data tal-ħatra

Claude Moraes

27.9.2010

 

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

22.11.2011

 

 

 

Eżami fil-kumitat

29.11.2010

1.2.2011

16.6.2011

31.8.2011

 

29.11.2011

14.11.2013

 

 

Data tal-adozzjoni

14.11.2013

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Edit Bauer, Arkadiusz Tomasz Bratkowski, Carlos Coelho, Cornelia Ernst, Monika Flašíková Beňová, Nathalie Griesbeck, Salvatore Iacolino, Sophia in ‘t Veld, Timothy Kirkhope, Svetoslav Hristov Malinov, Véronique Mathieu Houillon, Roberta Metsola, Louis Michel, Claude Moraes, Jacek Protasiewicz, Judith Sargentini, Kyriacos Triantaphyllides, Axel Voss, Josef Weidenholzer, Tatjana Ždanoka, Auke Zijlstra

Sostitut(i) preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Cashman, Anna Maria Corazza Bildt, Franco Frigo, Petru Constantin Luhan, Jan Mulder, Sir Graham Watson

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 187(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Phil Bennion, Françoise Castex, Alejandro Cercas, Spyros Danellis, Andrew Duff, Marian Harkin, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Derek Vaughan

Data tat-tressiq

3.12.2013